|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 456 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 456/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2257
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022
(notifikata bid-dokument C(2021) 8864)
(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u l-Ungeriż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi. |
|
(3) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina l-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi, u l-impriżi li jistgħu jużawhom. |
|
(4) |
Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi għandha tiżgura li jiġu osservati l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (2). Billi dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dik l-allokazzjoni. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li fl-2022 beħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-impriżi li fl-2022 beħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi (3), u b’hekk irċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet maħsuba għall-2022. |
|
(6) |
Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti jenħtieġ li jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
Il-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2022 minn sorsi ’l barra mill-Unjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
Sustanzi kkontrollati |
Kwantità (f’kilogrammi ta’ potenzjal li jnaqqas l-ożonu (ODP)) |
|
Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn) |
500 550,00 |
|
Grupp III (aloni) |
25 644 250,00 |
|
Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju) |
24 530 561,00 |
|
Grupp V (1,1,1-trikloroetan) |
2 500 000,00 |
|
Grupp VI (bromur tal-metil) |
630 835,20 |
|
Grupp VII (idrobromofluworokarburi) |
4 569,16 |
|
Grupp VIII (idroklorofluworokarburi) |
4 933 484,75 |
|
Grupp IX (bromoklorometan) |
264 024,00 |
Artikolu 2
Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
1. Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.
2. Il-kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.
3. Il-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.
4. Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.
5. Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.
6. Il-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.
7. Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.
8. Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.
9. Il-kwoti individwali għall-impriżi għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness IX.
Artikolu 3
Kwoti għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi
Il-kwoti għall-importazzjoni u għall-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fis-sena 2022 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.
Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2022 għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi allokati lil dawk l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.
Artikolu 4
Perjodu ta’ validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
1 |
|
2 |
|
||||||||
|
3 |
|
4 |
|
||||||||
|
5 |
|
6 |
|
||||||||
|
7 |
|
8 |
|
||||||||
|
9 |
|
10 |
|
||||||||
|
11 |
|
12 |
|
||||||||
|
13 |
|
14 |
|
||||||||
|
15 |
|
16 |
|
||||||||
|
17 |
|
18 |
|
||||||||
|
19 |
|
20 |
|
||||||||
|
21 |
|
22 |
|
||||||||
|
23 |
|
24 |
|
||||||||
|
25 |
|
26 |
|
||||||||
|
27 |
|
28 |
|
||||||||
|
29 |
|
30 |
|
||||||||
|
31 |
|
32 |
|
||||||||
|
33 |
|
34 |
|
||||||||
|
35 |
|
36 |
|
||||||||
|
37 |
|
38 |
|
||||||||
|
39 |
|
40 |
|
||||||||
|
41 |
|
42 |
|
||||||||
|
43 |
|
44 |
|
||||||||
|
45 |
|
46 |
|
||||||||
|
47 |
|
48 |
|
||||||||
|
49 |
|
50 |
|
||||||||
|
51 |
|
52 |
|
||||||||
|
53 |
|
54 |
|
||||||||
|
55 |
|
56 |
|
||||||||
|
57 |
|
58 |
|
||||||||
|
59 |
|
60 |
|
||||||||
|
61 |
|
|
|
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).
ANNESS I
GRUPPI I u II
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
Abcr GmbH (DE) Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT) Tazzetti SAU (ES) Tazzetti SpA (IT) TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH (DE) |
ANNESS II
GRUPP III
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
A-Gas Deutschland GmbH (DE) Abcr GmbH (DE) ARKEMA FRANCE (FR) ATELIERS BIGATA SASU (FR) BASF Agri-Production S.A.S. (FR) BTC B.V. (NL) EAF protect s.r.o. (CZ) GIELLE INDUSTRIES di Luigi Galantucci (IT) Hugen Maintenance for Aircraft B.V. (NL) Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv (NL) INTERGEO LTD (EL) L'HOTELLIER SAS (FR) Martec SpA (IT) P.U. POZ-PLISZKA Sp. z o.o. (PL) Savi Technologie sp. z o.o. sp. k. (PL) UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH (DE) |
ANNESS III
GRUPP IV
Il-kwoti ta’ importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
Abcr GmbH (DE) ARKEMA FRANCE (FR) Blue Cube Germany Assets GmbH & Co. KG (DE) Ceram Optec SIA (LV) |
ANNESS IV
GRUPP V
Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
ARKEMA FRANCE (FR) |
ANNESS V
GRUPP VI
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
Abcr GmbH (DE) GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (DE) ICL EUROPE COOPERATIEF U.A. (NL) MEBROM NV (BE) Mebrom Technology NV (BE) SANOFI CHIMIE (FR) Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) |
ANNESS VI
GRUPP VII
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
Abcr GmbH (DE) Hovione FarmaCiencia SA (PT) R.P. CHEM s.r.l. (IT) SANOFI CHIMIE (FR) Sterling Chemical Malta Limited (MT) Sterling SpA (IT) VALLISCOR EUROPA LIMITED (IE) |
ANNESS VII
GRUPP VIII
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
Abcr GmbH (DE) ARKEMA FRANCE (FR) Bayer AG (DE) Chemours Netherlands B.V. (NL) Dyneon GmbH (DE) GIELLE INDUSTRIES di Luigi Galantucci (IT) Saltigo GmbH (DE) Solvay Fluor GmbH (DE) Solvay Specialty Polymers France SAS (FR) Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT) Tazzetti SAU (ES) Tazzetti SpA (IT) |
ANNESS VIII
GRUPP IX
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
Albemarle Europe SPRL (BE) ICL EUROPE COOPERATIEF U.A. (NL) LABORATORIOS MIRET S.A. (ES) Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) VALLISCOR EUROPA LIMITED (IE) |
ANNESS IX
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)
ANNESS X
Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fl-2022
Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi huma allokati lil:
|
Abcr GmbH (DE) |
|
Agilent Technologies Manufacturing GmbH & Co. KG (DE) |
|
Air Products GmbH (DE) |
|
ARKEMA FRANCE (FR) |
|
Biovit d.o.o. (HR) |
|
Daikin Refrigerants Frankfurt GmbH (DE) |
|
FOT LTD (BG) |
|
Freie Universität Berlin (DE) |
|
Gedeon Richter Plc. (HU) |
|
Hudson Technologies Europe S.r.l. (IT) |
|
Labmix24 GmbH (DE) |
|
LGC Standards GmbH (DE) |
|
Neochema GmbH (DE) |
|
Philipps-Universität Marburg (DE) |
|
Restek France (FR) |
|
Restek GmbH (DE) |
|
Restek S.r.l. (IT) |
|
Safety Hi-Tech srl (IT) |
|
SIGMA ALDRICH CHIMIE sarl (FR) |
|
Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) |
|
Solvay Fluor GmbH (DE) |
|
Solvay Specialty Polymers France SAS (FR) |
|
Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT) |
|
TECHLAB SARL (FR) |
|
Tusnovics Instruments Sp. z o.o. (PL) |
|
ULTRA Scientific Italia srl (IT) |
|
VALLISCOR EUROPA LIMITED (IE) |
ANNESS XI
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)
|
20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 456/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2258
tal-14 ta’ Diċembru 2021
dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Green VAT - VAT Ekoloġiku tal-UE biex jistimula prodotti u servizzi sostenibbli u ekoloġiċi” skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2021) 9041)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Novembru 2021 ġiet ippreżentata talba lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Green VAT — VAT Ekoloġiku tal-UE biex jistimula prodotti u servizzi sostenibbli u ekoloġiċi”. |
|
(2) |
L-objettiv tal-inizjattiva kif espress mill-organizzaturi huwa “Tnaqqis tar-rata tal-VAT għal prodotti u servizzi ekoloġiċi”. |
|
(3) |
L-anness jipprovdi aktar dettalji dwar is-suġġett, l-għan u l-isfond tal-inizjattiva. Huwa jispjega li l-organizzaturi jappellaw lill-Kummissjoni biex tibda tnaqqis fit-taxxa fl-Ewropa għal prodotti ekoloġiċi, manifatturati b’mod sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jappoġġaw b’mod attiv il-protezzjoni tal-klima u tal-ambjent. Huwa jiddikjara wkoll li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tkun disponibbli għal kull gvern fl-Unjoni bħala għodda ta’ politika fiskali u li rekwiżit korrispondenti tal-Unjoni jkollu jiġi implimentat mill-Istati Membri. Huwa jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tista’ tuża l-flessibilizzazzjoni tar-rati tal-VAT, deċiżi mill-Kunsill ECOFIN fis-sajf tal-2021, bħala bażi għall-VAT Ekoloġiku. |
|
(4) |
Billi l-inizjattiva għandha l-iskop tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxi fuq il-fatturat, sa fejn tali armonizzazzjoni hija meħtieġa biex tiżgura l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u biex tevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposta għal att legali abbażi tal-Artikolu 113 tat-Trattat. |
|
(5) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda parti mill-inizjattiva ma taqa’ manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati. |
|
(6) |
Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet fattwali u sostantivi konkreti meħtieġa biex il-Kummissjoni taġixxi, inklużi l-konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà u l-kompatibilità mad-drittijiet fundamentali, jkunux issodisfati f’dan il-każ. |
|
(7) |
Il-grupp ta’ organizzaturi pprovda evidenza xierqa li huwa jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/788 u ħatar il-persuni ta’ kuntatt skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
L-inizjattiva la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li l-inizjattiva intitolata “Green VAT — VAT Ekoloġiku tal-UE biex jistimula prodotti u servizzi sostenibbli u ekoloġiċi” tiġi rreġistrata. |
|
(10) |
Il-konklużjoni li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788 huma ssodisfati bl-ebda mod ma timplika li l-Kummissjoni tikkonferma l-korrettezza fattwali tal-kontenut tal-inizjattiva, li hija r-responsabbiltà unika tal-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva. Il-kontenut tal-inizjattiva jesprimi biss il-fehmiet tal-grupp ta’ organizzaturi, u bl-ebda mod ma jista’ jitqies li jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Green VAT — VAT Ekoloġiku tal-UE biex jistimula prodotti u servizzi sostenibbli u ekoloġiċi” għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “Green VAT — VAT Ekoloġiku tal-UE biex jistimula prodotti u servizzi sostenibbli u ekoloġiċi”, irrappreżentat mis-Sa Nadine STÄDTNER u s-Sa Karolina PROTAS li jaġixxu bħala persuni ta’ kuntatt.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Věra JOUROVÁ
Viċi President