|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2251
tat-13 ta’ Diċembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/593 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/593 (2), l-Italja kienet awtorizzata tintroduċi miżura ta’ deroga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE (il-“miżura speċjali”) sabiex timplimenta fatturazzjoni elettronika obbligatorja għall-persuni taxxabbli kollha stabbiliti fit-territorju tal-Italja, għajr għall-persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-intrapriżi ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
B’ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fil-31 ta’ Marzu 2021, l-Italja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tidderoga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE biex tibqa’ tapplika l-fatturazzjoni elettronika obbligatorja. Barra minn hekk, l-Italja talbet l-awtorizzazzjoni biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali biex ikun ikopri wkoll lill-persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-intrapriżi ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
B’ittri datati l-10 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Italja. B’ittra datata t-13 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja li kellha l-informazzjoni meħtieġa kollha biex tikkunsidra t-talba. |
|
(4) |
L-Italja tissottometti li s-sistema tal-fatturazzjoni elettronika obbligatorja implimentata, li tgħaddi l-fatturi kollha maħruġin permezz tas-sistema “Sistema di Interscambio” ġestita mill-Aġenzija Taljana għad-Dħul, laħqet l-objettivi tagħha bis-sħiħ, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, is-simplifikazzjoni tal-konformità mar-regoli tat-taxxa, u t-titjib tal-effiċjenza fil-ġbir tat-taxxa, u b’hekk naqsu l-kostijiet amministrattivi għan-negozji. |
|
(5) |
L-Italja tqis li l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali biex ikun ikopri wkoll lill-persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-intrapriżi ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE, tkun qed ittejjeb il-possibbiltajiet għall-Aġenzija Taljana għad-Dħul fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), billi tagħti stampa sħiħa tal-fatturi maħruġin mill-persuni taxxabbli kollha. Barra minn hekk, l-Aġenzija Taljana għad-Dħul tkun tista’ tara li dawk il-persuni taxxabbli huma konformi mar-rekwiżiti u mal-kundizzjonijiet biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni. |
|
(6) |
L-Italja targumenta li l-estensjoni mitluba tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali mhix se tkun tfisser kostijiet sostanzjali għall-persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-intrapriżi ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE. Biex ittaffi tali kostijiet, l-Italja għamlet disponibbli, mingħajr ħlas, soluzzjonijiet differenti għat-tħejjija u t-trasferiment tal-fatturi elettroniċi, bħal pakkett ta’ software li jiġi installat fuq il-kompjuter u applikazzjoni għall-apparati mobbli. Barra minn hekk, mal-implimentazzjoni tal-fatturazzjoni elettronika hemm ukoll it-tneħħija ta’ rekwiżiti oħra, bħar-rapportar tad-data tal-fatturi dwar it-tranżazzjonijiet domestiċi, il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni statistika dwar ix-xiri intra-UE u l-għoti tad-dettalji tal-kuntratti konklużi minn kumpaniji ta’ lokazzjoni u kiri. Ippermettiet ukoll li l-persuni taxxabbli jingħataw servizzi addizzjonali, bħal rekords tax-xiri u tal-bejgħ mimlijin minn qabel, skedar tas-saldu perjodiku tal-VAT, dikjarazzjonijiet annwali mimlijin minn qabel tal-VAT u formoli tal-ħlas mimlijin minn qabel inklużi t-taxxi li jridu jitħallsu, jitpaċew jew jintalbu għal rifużjoni, b’mod li tingħata prijorità lil dawk il-persuni taxxabli li jużaw il-fatturazzjoni elettronika. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiżguraw il-proporzjonalità tal-miżura speċjali. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-miżura speċjali tkun limitata fiż-żmien biex jiġi monitorjat l-impatt tagħha fuq il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli, b’mod partikolari dawk li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-intrapriżi ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(8) |
Jekk l-Italja tqis li l-estensjoni tal-miżura speċjali hija meħtieġa, flimkien mat-talba għal estensjoni, din jenħtieġ tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jkun jinkludi l-valutazzjoni tal-miżura speċjali fejn tidħol l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fis-simplifikazzjoni tal-ġbir tat-taxxa. Dak ir-rapport jenħtieġ li jevalwa wkoll l-impatt tal-miżura fuq il-persuni taxxabbli, b’mod partikolari dawk li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-intrapriżi ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-miżura speċjali ma taffettwax id-dritt tal-konsumaturi li jirċievu fatturi stampati fil-każ ta’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. |
|
(10) |
Il-miżura speċjali mhu se jkollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni miksuba mill-VAT. |
|
(11) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/593 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/593 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 B’deroga mill-Artikolu 218 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata biss li taċċetta fatturi fil-forma ta’ dokumenti jew messaġġi elettroniċi jekk dawn jinħarġu minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju Taljan.”; |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 B’deroga mill-Artikolu 232 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata tipprovdi li l-użu ta’ fatturi elettroniċi maħruġin minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju Taljan ma għandux ikun soġġett għal aċċettazzjoni mir-riċevitur.”; |
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2024. Jekk l-Italja tqis li l-estensjoni tad-derogi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2 hija meħtieġa, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni għal estensjoni u magħha tehmeż rapport li jivvaluta l-effettività tal-miżuri nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 fejn jidħlu l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u s-simplifikazzjoni tal-ġbir tat-taxxa. Dak ir-rapport għandu jevalwa wkoll l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq il-persuni taxxabbli, b’mod partikolari dawk li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-intrapriżi ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE, u għandha b’mod partikolari tevalwa jekk dawk il-miżuri jżidux il-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi tagħhom.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/593 tas-16 ta’ April 2018 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 99, 19.4.2018, p. 14).
|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454/4 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2252
tas-16 ta’ Diċembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 94/741/KE rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’ mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-dranaġġ jintuża fl-agrikoltura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE (2) tistabbilixxi l-kwestjonarju għar-rapport tal-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-format għal dak ir-rapport tal-Istati Membri jiġi rivedut sabiex jirrifletti r-rekwiżiti l-ġodda ta’ rapportar fir-rigward tar-rapportar ta’ data spazjali inkluża fl-informazzjoni rreġistrata fir-rekords imsemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 86/278/KEE kif emendata bir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) .. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-data spazjali rapportata tkun limitata għal data li hija meħtieġa biex tħaffef l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE u għalhekk jenħtieġ illi tikkonċerna biss il-ġeometrija jew il-lok fejn għandu jintuża l-ħama. |
|
(4) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-ġbir u r-rapportar tad-data, id-data eżistenti miġbura għal skopijiet oħra, bħal data katastali jew data miġbura fil-kuntest tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll għall-ġestjoni tal-Politika Agrikola Komuni u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tista’ terġa’ tintuża biex tirrapporta dwar data spazjali li tidentifika l-lok fejn ikun se jintuża l-ħama tad-dranaġġ fuq art agrikola. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 94/741/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tkun l-istess data bħad-data tal-applikazzjoni tal-emenda tal-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 86/278/KEE kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1010. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)„ |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 94/741/KE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 1994 rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) (94/741/KE) (ĠU L 296, 17.11.1994, p. 42).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE, (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 115).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(5) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 94/741/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titolu tal-kwestjonarju għar-rapport tal-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE huwa sostitwit b’dan li ġej: |
“KWESTJONARJU
għar-rapport tal-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’ mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-dranaġġ jintuża fl-agrikoltura (*1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (*2) u bir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3)
|
(2) |
fil-punt 7 tal-Parti II, tiżdied din it-tabella:
|
||||||||||||
|
(3) |
fil-Parti II, jiżdied il-punt li ġej:
|
(*1) (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
(*2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi fuq l-ambjent (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).
(*3) Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 115).”;”
(*4) Kif definita fl-Artikolu 67(4), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).”;
|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454/7 |
LINJA GWIDA (UE) 2021/2253 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta’ Novembru 2021
li tistabbilixxi l-prinċipji tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema (BĊE/2021/49)
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 127 u 128 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3 flimkien mal-Artikoli 5 u 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru numru ta’ emendi għal-Linja Gwida (UE) 2015/855 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/11) (1). Fl-interessi taċ-ċarezza, jenħtieġ li l-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) tiġi riformulata. |
|
(2) |
Sabiex twettaq il-kompiti fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem l- “Eurosistema”) skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Eurosistema taderixxi mal-prinċipji ta’ indipendenza, akkontabilità, trasparenza u żżomm l-ogħla standards ta’ etika u integrità professjonali inkluż l-ebda tolleranza lejn imġiba mhux xierqa u l-fastidju. Qafas ta’ governanza li jissalvagwardja dawn il-prinċipji u l-istandards huwa element ewlieni fl-iżgurar tal-kredibbiltà tal-Eurosistema u huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-entitajiet taħt superviżjoni, tal-kontropartijiet tal-politika monetarja u taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
|
(3) |
B’dan il-ħsieb, u bħala titjib għal-Linja Gwida BĊE/2002/6 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) li kienet applikabbli qabel, fl-2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11), li stabbiliet il-prinċipji ta’ qafas tal-etika komuni għall-Eurosistema (minn hawn’ il quddiem il-“Qafas tal-Etika tal-Eurosistema”) li jissalvagwardja l-kredibbiltà u r-reputazzjoni tal-Eurosistema kif ukoll il-fiduċja tal-pubbliku fl-integrità u l-imparzjalità tal-membri tal-korpi u tal-membri tal-persunal tal-BĊE u tal-BĊNi tal-Eurosistema. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv huwa tal-fehma li sabiex jinżammu l-ogħla standards ta’ etika professjonali u integrità, l-istandards minimi komuni eżistenti u r-regoli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika tal-Eurosistema, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar. Għal dan il-għan, il-Kunsill Governattiv iqis li huwa importanti li l-BĊE u l-BĊNi jadottaw miżuri mmirati biex jevitaw anki kwalunkwe apparenza ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata, l-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika jew ta’ kunflitti ta’ interess possibbli. Għalkemm il-BĊE u l-BĊNi jenħtieġ li jkollhom ċerta latitudni fid-definizzjoni tal-aktar qafas xieraq għal tali miżuri, huwa importanti fl-istess ħin li, bħala minimu jiġi applikat sett ta’ miżuri allinjati, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi għall-membri tal-persunal tal-BĊE u l-BĊNi meta jwettqu kompiti tal-Eurosistema, sabiex tiġi protetta b’mod adegwat ir-reputazzjoni tal-Eurosistema. Dawk il-miżuri allinjati jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-membri ta’ korp intern li għandu funzjonijiet amministrattivi u/jew konsultattivi relatati direttament jew indirettament mal-implimentazzjoni tal-kompiti tal-Eurosistema mwettqa mill-BĊNi. |
|
(5) |
Sabiex tiġi salvagwardjata aktar il-fiduċja tal-entitajiet taħt superviżjoni, tal-kontropartijiet tal-politika monetarja u taċ-ċittadini tal-Unjoni li l-membri tal-persunal tal-BĊE u tal-BĊNi, kif ukoll il-membri tal-korpi tagħhom, iservu b’imparzjalità professjonali sħiħa, jenħtieġ li jiġu evitati l-perċezzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dawk il-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi li għandhom aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq ikunu meħtieġa jikkonformaw ma’ regoli u standards speċifiċi meta jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji privati, b’mod partikolari meta dawk it-tranżazzjonijiet jinvolvu entitajiet regolati. |
|
(6) |
Filwaqt li l-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema japplika biss għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema, biex jiġu żgurati integrità u standards ta’ governanza tajba koerenti kemm jista’ jkun fost il-BĊNi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK), il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2015/856 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/12) (3) li tistabbilixxi l-prinċipji tal-Qafas tal-Etika għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (minn hawn ’il quddiem il-“Qafas tal-Etika tal-MSU”) applikabbli għat-twettiq ta’ kompiti superviżorji mill-BĊE u l-ANK. |
|
(7) |
Il-prinċipji stabbiliti mil-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) ġew issupplimentati mill-prattiki ta’ Implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema (EEFI) (4) approvati mill-Kunsill Governattiv u trasposti f’regoli u prattiki interni adottati minn kull bank ċentrali tal-Eurosistema. Dawn il-prattiki tal-EEFI, inkluż b’mod partikolari l-prattika ta’ Implimentazzjoni Nru 4 dwar il-funzjoni ta’ konformità, jenħtieġ li jiġu inkorporati fil-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema rivedut, b’mod li jissalvagwardja l-prinċipju tal-awtonomija organizzattiva ta’ kull bank ċentrali tal-Eurosistema. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema jkompli jirrifletti standards xierqa u l-aħjar prattiki li jqisu l-aħħar żviluppi fil-komunità bankarja ċentrali u fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) tipprevedi rieżami regolari mill-Kunsill Governattiv. Id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-uffiċjali ta’ livell għoli tal-BĊE (5) (minn hawn ’il quddiem il-“Kodiċi Uniku”), kompla jsaħħaħ l-istandards uniformi tal-etika professjonali għall-membri kollha tal-korpi ta’ livell għoli tal-BĊE u s-sostituti tagħhom. F’dan l-isfond, il-Kunsill Governattiv iqis li huwa meħtieġ li l-istandards eżistenti jiġu adattati kif previst fil-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema. |
|
(9) |
Bil-ħsieb li jiġi pprovdut forum interistituzzjonali għall-iskambju dwar kwistjonijiet etiċi u ta’ konformità u dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) u l-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12), il-Kunsill Governattiv stabbilixxa Task Force tal-Uffiċjali tal-Etika u l-Konformità (ECTF). Fid-dawl tas-sinifikanza dejjem tikber ta’ dawn il-kwistjonijiet u l-ħtieġa riżultanti li jsir sforz għal standards aktar ambizzjużi fil-livell tal-Eurosistema kif ukoll biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni koerenti tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema, il-Kunsill Governattiv qies li huwa xieraq li jiġu assenjati responsabbiltajiet imsaħħa lill-ECTF u li dan jiġi ttrasformat f’Konferenza permanenti dwar l-Etika u l-Konformità (ECC). Dawn ir-responsabbiltajiet imsaħħa jenħtieġ li jippermettu lill-Eurosistema tindirizza b’mod adegwat l-isfidi inerenti fin-natura dinamika tal-integrità u l-istandards ta’ governanza tajba. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali ta’ dawn l-oqfsa etiċi, il-kunċetti ewlenin li jikkonċernaw il-kunflitti ta’ interess, l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità u l-projbizzjoni tal-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika kif stabbilit fil-Linji Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) u (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar u allinjati mal-Kodiċi Uniku. B’mod partikolari, l-iskrutinju qabel l-impjieg u r-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg jenħtieġ li jiġu estiżi lil hinn mill-membri għolja tal-persunal tal-Eurosistema li jirrapportaw direttament lil-livell eżekuttiv sabiex jindirizzaw b’mod effettiv it-tħassib dwar ir-“revolving doors” bejn il-banek ċentrali u s-settur privat, b’mod partikolari l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. |
|
(11) |
Għalkemm il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema japplika biss għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema, huwa madankollu mixtieq li l-banek ċentrali tal-Eurosistema japplikaw standards ekwivalenti għall-membri tal-korpi tagħhom, il-persunal tagħhom u oħrajn li jwettqu kompiti mhux tal-Eurosistema. |
|
(12) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol. |
|
(13) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-Kodiċi Uniku u għal kwalunkwe rekwiżit ta’ kondotta etika stabbilit f’oqsma speċifiċi li jissodisfaw, bħala minimu, il-prinċipji tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tapplika għall-banek ċentrali tal-Eurosistema fit-twettiq tal-kompiti tagħhom tal-Eurosistema. F'dan ir-rigward, ir-regoli interni adottati mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fit-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida għandhom japplikaw għall-membri tal-persunal tagħhom u għall-membri tal-korpi tagħhom.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jimmiraw sabiex, sa fejn ikun legalment fattibbli, jestendu l-obbligi ddefiniti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida anki għal persuni involuti fit-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema li ma humiex membri tal-persunal tal-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:
|
(1) |
“Bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser jew il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; |
|
(2) |
“kompitu tal-Eurosistema” tfisser kompitu fdat lill-Eurosistema skont it-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
|
(3) |
“Qafas tal-Etika tal-Eurosistema” tfisser id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida kif implimentati minn kull wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema; |
|
(4) |
“informazzjoni mhux pubblika” tfisser informazzjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li tappartjeni għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u li ma tkunx saret pubblika; |
|
(5) |
“informazzjoni sensittiva għas-suq” tfisser informazzjoni ta’ natura preċiża li jekk issir pubblika, x’aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezz ta’ assi jew il-prezzijiet fis-swieq finanzjarji; |
|
(6) |
“membru tal-persunal” tfisser persuna li għandha relazzjoni ta’ impjieg ma’ bank ċentrali tal-Eurosistema għajr jekk dik il-persuna tkun fdata biss b’kompiti li ma humiex relatati mat-twettiq ta’ kompiti tal-Eurosistema; |
|
(7) |
“membru ta’ korp” tfisser membru ta’ korp deċiżjonali jew korp intern ieħor ta’ banek ċentrali tal-Eurosistema minbarra membru tal-persunal, ħlief jekk dak il-membru ta’ korp ikun unikament fdat b’kompiti mhux relatati mat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema; |
|
(8) |
“entità regolata” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(9) |
“kunflitt ta’ interess” tfisser sitwazzjoni fejn l-interessi personali jistgħu jinfluwenzaw, jew jistgħu jitqiesu bħala li jinfluwenzaw, it-twettiq imparzjali u oġġettiv tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet; |
|
(10) |
“interess personali” tfisser benefiċċju jew benefiċċju potenzjali, ta’ natura finanzjarja jew mhux finanzjarja, għal membru tal-persunal jew membru ta’ korp, inkluż — iżda mhux limitat għal — benefiċċju għal membru dirett tal-familja (li jkun kwalunkwe ġenitur, tifel, ħu jew oħt), konjuġi jew sieħeb/sieħba; |
|
(11) |
“negozjar għal perijodu qasir” tfisser ix-xiri u l-bejgħ sussegwenti ta’ strument finanzjarju jew il-bejgħ u x-xiri sussegwenti tal-istess strument finanzjarju fi żmien 90 jum kalendarju; |
|
(12) |
“assi legat” tfisser assi pprojbit li ġie akkwistat minn membru ta’ korp jew membru tal-persunal qabel il-projbizzjoni tal-assi jew qabel ma l-projbizzjoni ssir applikabbli għalihom, jew li ġie fil-pussess tagħhom fi żmien aktar tard minħabba ċirkostanzi li fuqhom ma kellhom l-ebda influwenza; |
|
(13) |
“vantaġġ” tfisser rigal, ospitalità jew benefiċċju ieħor — kemm jekk finanzjarju, in natura jew ta’ natura oħra — li ma jkunx miftiehem bħala kumpens għal servizzi mogħtija u li r-riċevitur ma jkunx intitolat għalihom mod ieħor; |
|
(14) |
“korporazzjoni tal-assigurazzjoni” tfisser impriża li taqa’ fi kwalunkwe waħda jew aktar mid-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 13(1) sa (6) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), dment li tkun inkluża fir-Reġistru tal-Impriżi tal-Assigurazzjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet nazzjonali konfliġġenti u l-applikabbiltà ta’ oqfsa etiċi differenti
1. Fejn BĊN ma jkunx jista’ jimplimenta dispożizzjoni ta’ din il-Linja Gwida minħabba liġi nazzjonali applikabbli, huwa għandu jinforma lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed u jieħu miżuri raġonevoli għad-dispożizzjoni tiegħu biex jegħleb l-ostaklu maħluq minn din il-liġi nazzjonali, sabiex tinkiseb implimentazzjoni armonizzata ta’ din il-Linja Gwida madwar l-Eurosistema.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għal regoli etiċi aktar stretti stabbiliti mill-banek ċentrali tal-Eurosistema li huma applikabbli għall-membri tal-persunal tagħhom u għall-membri tal-korpi tagħhom.
KAPITOLU II
Standards ta’ kondotta etika
PARTI 1
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 4
Prinċipji bażiċi
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fit-twettiq tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, il-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom josservaw l-ogħla standards ta’ kondotta etika.
2. Meta jikkonformaw mal-obbligu skont il-paragrafu 1, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom, b’mod partikolari, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom jaġixxu b’mod onest, indipendenti, imparzjali, b’rispett u diskrezzjoni li jevita kwalunkwe forma ta’ mġiba mhux xierqa jew fastidju, u mingħajr kunsiderazzjoni għall-interess proprju, u b’hekk iżommu u jippromwovu l-fiduċja pubblika fl-Eurosistema.
Artikolu 5
Interazzjonijiet ma’ partijiet esterni
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom li jiltaqgħu ma’ partijiet esterni — u b’mod partikolari ma’ rappreżentanti mill-industrija tas-servizzi finanzjarji — (a) iżommu n-newtralità u t-trattament ugwali fl-interazzjonijiet tagħhom ma’ dawk il-partijiet esterni; (b) josservaw perijodu ta’ kwiet ta’ sebat ijiem qabel kwalunkwe laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv li matulu jżommu lura minn diskorsi jew rimarki oħra li jistgħu jinfluwenzaw l-aspettattivi dwar deċiżjonijiet futuri rigward il-politika monetarja; (c) iżommu rekords bażiċi tal-laqgħat; u (d) jevitaw kwalunkwe kondotta li tista’ titqies bħala li tagħti lill-partijiet esterni kwalunkwe vantaġġ, inklużi vantaġġi ta’ natura kummerċjali jew prestiġjuża.
PARTI 2
PREVENZJONI U ĠESTJONI TA’ KUNFLITTI TA’ INTERESS
Artikolu 6
Kunflitti ta’ interess
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jkollhom mekkaniżmu fis-seħħ biex jiġġestixxu sitwazzjoni li fiha kandidat li jkun se jinħatar bħala membru tal-persunal ikollu kunflitt ta’ interess li jirriżulta, inter alia, minn attivitajiet okkupazzjonali preċedenti, holdings finanzjarji, attivitajiet privati jew relazzjonijiet personali.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw regoli interni li jirrikjedu li l-membri tal-persunal u tal-korpi tagħhom jevitaw matul l-impjieg tagħhom kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta' interess u biex jirrapportaw tali sitwazzjonijiet. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta jiġi rrapportat kunflitt ta’ interess, dan ikun irreġistrat kif xieraq u jkun hemm disponibbli u jittieħdu miżuri xierqa biex isolvu jew itaffu dan il-kunflitt ta’ interess, inkluż il-ħelsien minn dmirijiet relatati mal-kwistjoni rilevanti.
3. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jkollhom mekkaniżmu fis-seħħ biex jivvalutaw u jevitaw kunflitti ta’ interess possibbli li jirriżultaw minn attivitajiet okkupazzjonali ta’ wara l-impjieg imwettqa mill-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom, inklużi rekwiżiti ta’ notifika xierqa u perjodi ta’ preklużjoni.
4. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jkollhom, meta jkun rilevanti, mekkaniżmu fis-seħħ biex jivvalutaw u jevitaw kunflitti potenzjali ta’ interess li jirriżultaw minn attivitajiet ta' xogħol li jagħmlu l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom matul il-liv bla ħlas.
Artikolu 7
Projbizzjoni li wieħed jirċievi vantaġġi
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw regoli interni li jipprojbixxu lill-membri tal-persunal tagħhom u lill-membri tal-korpi tagħhom milli jitolbu, jirċievu jew jaċċettaw wegħda li jirċievu xi vantaġġ, għalihom jew għal kwalunkwe persuna oħra, li jkun b’xi mod marbut mal-qadi tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet uffiċjali tagħhom.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jistgħu jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom eżenzjonijiet mill-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-vantaġġi offruti mill-banek ċentrali, l-ANK, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tal-gvern, kif ukoll l-akkademji, u fir-rigward ta’ vantaġġi ta’ valur tas-soltu jew negliġibbli offruti mis-settur privat, dment li fil-każ tal-aħħar dawn il-vantaġġi la jkunu ta’ spiss u lanqas mill-istess sors. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn l-eżenzjonijiet ma jinfluwenzawx u ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala li jinfluwenzaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-membri tal-persunal tagħhom u tal-membri tal-korpi tagħhom.
PARTI 3
SEGRETEZZA PROFESSJONALI U PREVENZJONI TA’ UŻU ĦAŻIN TA’ INFORMAZZJONI MHUX PUBBLIKA
Artikolu 8
Segretezza professjonali u projbizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni mhux pubblika
B’kont meħud tar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali applikabbli għalihom u jkunu pprojbiti milli jiżvelaw informazzjoni mhux pubblika lil partijiet terzi sakemm ma jkunux awtorizzati li jiżvelaw tali informazzjoni.
Artikolu 9
Projbizzjoni ta’ użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom ikunu pprojbiti milli jużaw ħażin informazzjoni mhux pubblika.
2. Il-projbizzjoni tal-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika għandha tkopri, bħala minimu, l-użu ta’ informazzjoni mhux pubblika: (a) għal tranżazzjonijiet finanzjarji privati għan-nom proprju jew għan-nom ta’ partijiet terzi; u (b) sabiex partijiet terzi jingħataw rakkomandazzjonijiet jew jiġu mħajjra biex jaġixxu fuq dik l-informazzjoni mhux pubblika.
Artikolu 10
Prinċipji ġenerali rigward tranżazzjonijiet finanzjarji privati
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom ikunu meħtieġa — meta jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji privati għan-nom proprju jew għan-nom ta’ kwalunkwe parti terza — jużaw kawtela, iżommu lura u jkollhom orizzont ta’ investiment fuq terminu medju sa twil.
Artikolu 11
Restrizzjonijiet speċifiċi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi
1. Meta jqisu kunsiderazzjonijiet ta’ effettività, effiċjenza u proporzjonalità, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw regoli interni applikabbli għall-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi li fit-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema jkollhom aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq, għajr fuq bażi ta’ darba (minn hawn ’il quddiem “persuni b’aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq”), billi jintroduċu r-restrizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 dwar tranżazzjonijiet finanzjarji privati li huma jew li jistgħu jitqiesu li huma relatati mill-qrib mat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema (minn hawn ’il quddiem “tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi”).
2. Ir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
|
a) |
jipprojbixxu tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi fi:
|
|
b) |
jirrestrinġu tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi b’mod partikolari fi:
|
|
c) |
jirrestrinġu n-negozjar għal perijodu qasir. |
3. Filwaqt li jqisu kunsiderazzjonijiet ta’ effettività, effiċjenza u proporzjonalità, ir-regoli interni adottati skont il-paragrafu 2(b) u (c) jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar mir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq it-tranżazzjoni rilevanti:
|
a) |
projbizzjoni; |
|
b) |
rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni minn qabel; |
|
c) |
rekwiżit ta’ rapportar ex ante jew ex post; |
|
d) |
perijodu ta’ embargo li fih ma għandhiex titwettaq tali tranżazzjoni. |
4. Fir-regoli interni tagħhom, il-banek ċentrali tal-Eurosistema: (i) għandhom jipprovdu li persuni b’aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq jirrapportaw l-assi legati tagħhom kull meta ż-żamma ta’ dawn l-assi toħloq kunflitt ta’ interess mal-involviment tagħhom fil-kompiti tal-Eurosistema; u (ii) għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu biex jiżguraw li l-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn assi legati jiġu solvuti f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, fosthom li jista’ jintalab li l-assi legati li joħolqu kwalunkwe kunflitt ta’ interess jinbiegħu f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jistgħu jipprovdu fir-regoli interni tagħhom li l-assi legati li ma joħolqux kunflitti ta’ interess jistgħu jinżammu.
5. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji li taħthom il-persuni li jafdaw il-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji privati tagħhom lil terza persuna indipendenti skont ftehim ta’ ġestjoni tal-assi bil-miktub ikunu eżentati mir-restrizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan l-Artikolu.
6. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jistgħu jadottaw regoli interni li japplikaw restrizzjonijiet kif stabbilit f’dan l-Artikolu għall-membri tal-persunal tagħhom u għall-membri tal-korpi tagħhom għajr persuni b’aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq.
7. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaġġustaw ir-regoli interni tagħhom li jimponu restrizzjonijiet speċifiċi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi kif imsemmi fil-paragrafu 2 biex jirriflettu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
KAPITOLU III
Kollaborazzjoni u implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema
Artikolu 12
Funzjonijiet indipendenti ta’ etika u/jew ta’ konformità
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkollhom funzjoni ddedikata għall-etika u/jew il-konformità — li għandha tkun funzjoni ewlenija ta’ ġestjoni tar-riskju — biex tappoġġa lill-korpi deċiżjonali tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema. Il-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità għandu jkollha l-pożizzjoni, l-awtorità u l-indipendenza xierqa meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Din għandha tirrapporta direttament — ġerarkikament jew funzjonalment — lill-ogħla livell ta’ ġestjoni fil-bank ċentrali rilevanti tal-Eurosistema. Għandha tingħata riżorsi adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha, u biex iżżomm ruħha aġġornata dwar l-iżviluppi pertinenti u biex iżżomm l-għarfien espert tagħha attwali.
2. Ir-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità fir-rigward tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema għandhom jinkludu: (a) l-għoti ta’ pariri u gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema; (b) iż-żieda tal-għarfien u t-twettiq ta’ taħriġ obbligatorju; (c) l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji ta’ konformità; (d) il-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità; (e) ir-rapportar ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità; (f) l-abbozzar, jew il-kontribut għall-abbozzar, tar-regoli u l-prattiki interni tal-bank ċentrali rilevanti tal-Eurosistema; u (g) it-tħejjija tar-rapport annwali mill-bank ċentrali rilevanti tal-Eurosistema kif imsemmi fl-Artikolu 15(1).
3. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità tagħhom tkun involuta, kif xieraq u fil-ħin, fi kwistjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema.
4. Il-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità tal-banek ċentrali tal-Eurosistema għandha tittratta l-informazzjoni miksuba fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħha bl-akbar kunfidenzjalità u għandha tipproċessa u żżomm kwalunkwe data personali skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
5. F’każijiet fejn il-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità tal-banek ċentrali tal-Eurosistema twettaq kompiti u dmirijiet oħra, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe kompitu u dmir bħal dan ikunu kompatibbli mal-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità nnifisha jew il-kompiti u d-dmirijiet tat-taqsima organizzattiva li magħha hija marbuta l-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità mil-lat organizzattiv.
Artikolu 13
Monitoraġġ tal-konformità
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jkollhom stabbiliti mekkaniżmi biex jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida. Il-monitoraġġ għandu jinkludi, b’mod partikolari, il-konformità mar-regoli interni li jimplimentaw ir-restrizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi kif previst fl-Artikolu 11 u, kontrolli ta’ konformità regolari u/jew ad hoc skont il-ħtieġa.
2. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jkun mingħajr preġudizzju għal regoli interni li jippermettu investigazzjonijiet interni jekk membru tal-persunal tagħhom jew membru ta’ korp tagħhom ikun issuspettat li kiser ir-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida.
Artikolu 14
Rapportar ta’ nuqqas ta’ konformità u segwitu
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta kif ukoll proċeduri interni għar-rapportar ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida. Dawn ir-regoli u proċeduri interni għandhom jinkludu miżuri biex jiżguraw il-protezzjoni xierqa ta’ persuni li jirrapportaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jkun hemm segwitu għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, fosthom, kif ikun xieraq, l-impożizzjoni ta’ miżuri dixxiplinari proporzjonati skont ir-regoli u l-proċeduri dixxiplinari applikabbli.
3. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jirrapportaw kwalunkwe inċident kbir relatat man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli interni tagħhom li jimplimentaw din il-Linja Gwida mingħajr dewmien żejjed permezz tal-Kumitat tal-Iżvilupp Organizzattiv u l-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv f’konformità mal-proċeduri interni applikabbli, u jinformaw lill-Kumitat tal-Awditjar u lill-ECC b’mod parallel.
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 15
Rapportar u rieżami
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jibagħtu lill-ECC ir-rapport annwali tagħhom dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-Linja Gwida bil-ħsieb li jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-Linja Gwida u jippreparaw rieżamijiet futuri u/jew jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ approċċi komuni, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2).
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jirrieżamina din il-Linja Gwida mill-inqas kull tliet snin sa mhux aktar tard mid-data li fiha r-regoli u l-miżuri li jimplimentaw il-Linja Gwida kellhom jiġu applikati kif definit fl-Artikolu 17(2) jew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-ECC.
Artikolu 16
Revoka
1. Il-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) hija b'dan imħassra.
2. Ir-referenzi għal-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness għal din il-Linja Gwida.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw u jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikaw ir-regoli u l-miżuri li jimplimentaw il-Linja Gwida mill-1 ta’ Ġunju 2023. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar kwalunkwe ostakolu għall-implimentazzjoni ta’ din il-Linja Gwida u għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2023.
Artikolu 18
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Il-Linja Gwida (UE) 2015/855 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi l-prinċipji ta’ Qafas tal-Etika tal-Eurosistema u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2002/6 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta’ politika monetarja, operazzjonijiet ta’ kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni tal-assi ta’ riżerva estera tal-BĊE (BĊE/2015/11) (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 23).
(2) Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Settembru 2002 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni ta' l-assi ta' riserva estera tal-BĊE (BĊE/2002/6) (GU L 270, tas-8.10.2002, p. 14).
(3) Il-Linja Gwida (UE) 2015/856 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi l-prinċipji ta’ Qafas tal-Etika għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (BĊE/2015/12) (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 29).
(4) Prattiki ta’ Implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema, 12 ta’ Marzu 2015, disponibbli fuq EUR-Lex.
(5) Il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri ta’ livell għoli tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 89, 8.3.2019, p. 2).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠUL 257, 28.8.2014, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16).
(10) Il-qafas ta’ politika ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, verżjoni riveduta (Lulju 2016), disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(11) Il-qafas ta’ sorveljanza rivedut għas-sistemi ta’ pagament bl-imnut, Frar 2016, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(12) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
ANNESS
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) |
Din il-Linja Gwida |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 3 |
/ |
|
Artikolu 4 |
/ |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 18 |
|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454/17 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/2254 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Diċembru 2021
li temenda d-Deciżjoni (UE) 2020/1997 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħrug ta’ muniti fl-2021
(BĊE/2021/53)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
|
(2) |
Skont l-estimi tad-domanda għall-muniti tal-euro fl-2021 li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fl-2021 fid-Deċiżjoni (UE) 2020/1997 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/57) (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/43), Stat Membru taż-żona tal-euro għandu jinnotifika lill-BĊE jekk id-domanda reali għall-muniti tal-euro aktarx li taqbeż il-volum approvat ta’ ħruġ ta’ muniti f’sena kalendarja u għandu jitlob approvazzjoni ad hoc għal volum addizzjonali ta’ ħruġ ta’ muniti f’dik is-sena kalendarja jekk iż-żieda fid-domanda għall-muniti tkompli. |
|
(4) |
Fit-22 ta’ Novembru, il-BĊE irċieva talba mis-Central Bank of Ireland f’isem l-Irlanda biex jiżdied il-volum ta' muniti tal-euro li l-Irlanda tista’ toħroġ fl-2021, b’volum addizzjonali ta’ EUR10 miljun minn EUR 16.3 miljun għal EUR 26.3 miljun biex ikun jista’ jwieġeb għal żieda sinifikanti fid-domanda għall-muniti b’rabta ma’ tnaqqis fid-depożiti tal-muniti fl-2021 meta mqabbel mal-2020 u ma’ domanda ikbar milli stmata prevista għall-perjodu ta’ qabel il-Milied fl-2021. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni individwali dwar it-talba ad hoc għal approvazzjoni, meta ebda modifika għat-talba ad hoc tkun meħtieġa. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2020/1997 (BĊE/2020/57) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
It-tabella fl-Artikolu 2 tad-Decizjoni (UE) 2020/1997 (BĊE/2020/57) hija emendata kif gej:
ir-ringiela dwar l-Irlanda hija mibdula b’li ġej:
|
“L-Irlanda |
25,8 |
0,5 |
26,3 ”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.
(2) Deċiżjoni (UE) 2020/1997 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2021 (BĊE/2020/57) (ĠU L 410, 7.12.2020, p. 104).
|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454/19 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/2255 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Diċembru 2021
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2022 (BĊE/2021/54)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”). |
|
(2) |
Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro bagħtu lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2022, supplimentati minn noti ta’ spjegazzjoni dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni. |
|
(3) |
Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊE. Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), minħabba li ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-approvazzjoni annwali għall-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2022, ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43).
Artikolu 2
Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2022
Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2022 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
|
|
Volum ta' muniti tal-euro approvati għall-ħruġ fl-2022 |
||
|
Muniti għaċ-ċirkolazzjoni |
Muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) |
Volum ta' ħruġ ta' muniti |
|
|
(EUR mijuni) |
(EUR mijuni) |
(EUR mijuni) |
|
|
Il-Belġju |
32,00 |
1,00 |
33,00 |
|
Il-Ġermanja |
371,00 |
212,00 |
583,00 |
|
L-Estonja |
13,90 |
0,33 |
14,23 |
|
L-Irlanda |
23,30 |
0,50 |
23,80 |
|
Il-Greċja |
101,70 |
0,62 |
102,32 |
|
Spanja |
159,80 |
30,00 |
189,80 |
|
Franza |
199,00 |
50,00 |
249,00 |
|
L-Italja |
166,26 |
2,74 |
169,00 |
|
Ċipru |
10,40 |
0,01 |
10,41 |
|
Il-Latvja |
10,30 |
0,15 |
10,45 |
|
Il-Litwanja |
20,00 |
0,77 |
20,77 |
|
Il-Lussemburgu |
11,50 |
0,40 |
11,90 |
|
Malta |
7,40 |
0,40 |
7,80 |
|
In-Netherlands |
49,70 |
0,30 |
50,00 |
|
L-Awstrija |
66,00 |
166,01 |
232,01 |
|
Il-Portugall |
30,50 |
2,00 |
32,50 |
|
Is-Slovenja |
21,00 |
1,00 |
22,00 |
|
Is-Slovakkja |
18,00 |
2,00 |
20,00 |
|
Il-Finlandja |
10,00 |
5,00 |
15,00 |
|
Total |
1 321,76 |
475,23 |
1 796,99 |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
LINJI GWIDA
|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454/21 |
LINJA GWIDA (UE) 2021/2256 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta’ Novembru 2021
li tistabbilixxi l-prinċipji tal-Qafas tal-Etika għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (BĊE/2021/50)
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) flimkien mal-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru numru ta’ emendi għal-Linja Gwida (UE) 2015/856 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/12) (2). Fl-interessi taċ-ċarezza, jenħtieġ li l-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) tiġi riformulata. |
|
(2) |
Sabiex iwettqu l-kompiti fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (minn hawn ’il quddiem l-“MSU”) skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE u l-ANK jaderixxu mal-prinċipji ta’ indipendenza, akkontabilità, trasparenza u jżommu l-ogħla standards ta’ etika u integrità professjonali, inkluż l-ebda tolleranza lejn imġiba mhux xierqa u l-fastidju. Qafas ta’ governanza li jissalvagwardja dawn il-prinċipji u l-istandards huwa element ewlieni fl-iżgurar tal-kredibbiltà tal-MSU u huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja ta’ entitajiet taħt superviżjoni u taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
|
(3) |
B’dan il-ħsieb, fl-2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12), li stabbiliet il-prinċipji ta’ qafas tal-etika komuni għall-MSU (minn hawn ’il quddiem il-“Qafas tal-Etika għall-MSU”) li jissalvagwardja l-kredibbiltà u r-reputazzjoni tal-MSU kif ukoll il-fiduċja tal-pubbliku fl-integrità u l-imparzjalità tal-membri tal-korpi u tal-membri tal-persunal tal-BĊE u tal-ANK tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-MSU. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv huwa tal-fehma li sabiex jinżammu l-ogħla standards ta’ etika professjonali u integrità, l-istandards minimi komuni eżistenti u r-regoli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika tal-MSU, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar. Għal dan il-għan, il-Kunsill Governattiv iqis li huwa importanti li l-BĊE u l-ANK jadottaw miżuri mmirati biex jevitaw anki kwalunkwe apparenza ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata, l-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika jew ta’ kunflitti ta’ interess possibbli. Għalkemm il-BĊE u l-ANK jenħtieġ li jkollhom ċerta latitudni fid-definizzjoni tal-aktar qafas xieraq għal tali miżuri, huwa importanti fl-istess ħin li, bħala minimu jiġi applikat sett ta’ miżuri allinjati, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi għall-membri tal-persunal tal-BĊE u għall-ANK meta jwettqu kompiti tal-MSU – sabiex tiġi protetta b’mod adegwat ir-reputazzjoni tal-MSU. Dawk il-miżuri allinjati jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-membri ta’ korp intern li għandu funzjonijiet amministrattivi u/jew konsultattivi relatati direttament jew indirettament mal-implimentazzjoni tal-kompiti tal-MSU mwettqa mill-ANK. |
|
(5) |
Sabiex tiġi salvagwardjata aktar il-fiduċja tal-entitajiet taħt superviżjoni u taċ-ċittadini tal-Unjoni li l-membri tal-persunal tal-BĊE u tal-ANK, kif ukoll il-membri tal-korpi tagħhom, iservu b’imparzjalità professjonali sħiħa, jenħtieġ li jiġu evitati perċezzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess. Għal dan il-għan, dawk il-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi li għandhom aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkonformaw ma’ regoli u standards speċifiċi meta jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji privati, b’mod partikolari meta dawk it-tranżazzjonijiet jinvolvu entitajiet regolati. |
|
(6) |
Filwaqt li l-Qafas tal-Etika għall-MSU japplika biss għat-twettiq ta’ kompiti superviżorji, biex jiġu żgurati integrità u standards ta’ governanza tajba koerenti kemm jista’ jkun fost il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u l-ANK, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2015/855 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/11) (3) li tistabbilixxi l-prinċipji ta’ Qafas tal-Etika tal-Eurosistema (minn hawn ’il quddiem il-“Qafas tal-Etika tal-Eurosistema”) applikabbli għat-twettiq ta’ kompiti tal-Eurosistema mill-BĊNi. |
|
(7) |
Il-prinċipji stabbiliti mil-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) ġew issupplimentati mill-prattiki ta’ Implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika għall-MSU (EFSI) (4) approvati mill-Kunsill Governattiv u trasposti f’regoli u prattiki interni adottati mill-BĊE u mill-ANK. Dawn il-prattiki tal-EFSI, inkluż b’mod partikolari l-prattika ta’ Implimentazzjoni Nru 4 dwar il-funzjoni ta’ konformità, jenħtieġ li jiġu inkorporati fil-Qafas tal-Etika għall-MSU rivedut, b’mod li jissalvagwardja l-prinċipju tal-awtonomija organizzattiva ta’ kull ANK. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Qafas tal-Etika għall-MSU jkompli jirrifletti standards xierqa u l-aħjar prattiki li jqisu l-aħħar żviluppi fil-komunità superviżorja u fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) tipprevedi rieżami regolari mill-Kunsill Governattiv. Id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-uffiċjali ta’ livell għoli tal-BĊE (5) (minn hawn ’il quddiem il-“Kodiċi Uniku”), kompla jsaħħaħ l-istandards uniformi tal-etika professjonali għall-membri kollha tal-korpi ta’ livell għoli tal-BĊE u s-sostituti tagħhom. F’dan l-isfond, il-Kunsill Governattiv iqis li huwa meħtieġ li l-istandards eżistenti jiġu adattati kif previst fil-Qafas tal-Etika għall-MSU. |
|
(9) |
Bil-ħsieb li jiġi pprovdut forum interistituzzjonali għall-iskambju dwar kwistjonijiet etiċi u ta’ konformità u dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) u l-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12), il-Kunsill Governattiv stabbilixxa Task Force tal-Uffiċjali tal-Etika u l-Konformità (ECTF). Fid-dawl tas-sinifikanza dejjem tikber ta’ dawn il-kwistjonijiet u l-ħtieġa li tirriżulta li jsir sforz għal standards aktar ambizzjużi fil-livell tal-MSU kif ukoll biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni koerenti tal-Qafas tal-Etika għall-MSU, il-Kunsill Governattiv qies li huwa xieraq li jiġu assenjati responsabbiltajiet imsaħħa lill-ECTF u li dan jiġi ttrasformat f’Konferenza permanenti dwar l-Etika u l-Konformità (ECC). Dawn ir-responsabbiltajiet imsaħħa jenħtieġ li jippermettu lill-MSU jindirizza b’mod adegwat l-isfidi inerenti fin-natura dinamika tal-integrità u l-istandards ta’ governanza tajba. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali ta’ dawn l-oqfsa etiċi, il-kunċetti ewlenin li jikkonċernaw il-kunflitti ta’ interess, l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità u l-projbizzjoni tal-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika kif stabbilit fil-Linji Gwida (UE) 2015/855 (BĊE/2015/11) u (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar u allinjati mal-Kodiċi Uniku. B’mod partikolari, l-iskrutinju qabel l-impjieg u r-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg jenħtieġ li jiġu estiżi lil hinn mill-membri għolja tal-persunal tal-MSU li jirrapportaw direttament lil-livell eżekuttiv sabiex jindirizzaw b’mod effettiv it-tħassib dwar ir-“revolving doors” bejn is-superviżuri bankarji u s-settur privat, b’mod partikolari l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. |
|
(11) |
Għalkemm il-Qafas tal-Etika għall-MSU japplika biss għat-twettiq ta’ kompiti superviżorji, huwa madankollu mixtieq li l-BĊE u l-ANK japplikaw standards ekwivalenti għall-membri tal-korpi tagħhom, il-persunal tagħhom u oħrajn li jwettqu kompiti mhux relatati mal-MSU. |
|
(12) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol. |
|
(13) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-Kodiċi Uniku u għal kwalunkwe rekwiżit ta’ kondotta etika stabbilit f’oqsma speċifiċi li jissodisfaw, bħala minimu, il-prinċipji tal-Qafas tal-Etika għall-MSU, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tapplika għall-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fit-twettiq tal-kompiti superviżorji mogħtija lill-BĊE. F'dan ir-rigward, regoli interni adottati mill-BĊE u mill-ANK fit-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida għandhom japplikaw għall-membri tal-persunal tagħhom u għall-membri tal-korpi tagħhom.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jimmiraw sabiex, sa fejn ikun legalment fattibbli, jestendu l-obbligi ddefiniti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida għal persuni involuti fit-twettiq ta’ kompiti superviżorji li ma humiex membri tal-persunal tal-BĊE u tal-ANK.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:
|
(1) |
“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti taħt il-liġi nazzjonali li jassenjaw ċerti kompiti superviżorji lil BĊN li ma jkunx innominat bħala ANK. Referenza għal ANK f’din il-Linja Gwida, f’każ bħal dan, tapplika wkoll għall-BĊN fir-rigward tal-kompiti assenjati lilu mil-liġi nazzjonali; |
|
(2) |
“Qafas tal-Etika għall-MSU” tfisser id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida kif implimentati mill-BĊE u kull waħda mill-ANK; |
|
(3) |
“informazzjoni mhux pubblika” tfisser informazzjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li tappartjeni għat-twettiq ta’ kompiti superviżorji mogħtija lill-BĊE u lill-ANK u li ma tkunx saret pubblika; |
|
(4) |
“informazzjoni sensittiva għas-suq” tfisser informazzjoni ta’ natura preċiża li jekk issir pubblika, x’aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezz ta’ assi jew il-prezzijiet fis-swieq finanzjarji; |
|
(5) |
“membru tal-persunal” tfisser persuna li għandha relazzjoni ta’ impjieg mal-BĊE jew ma’ ANK għajr jekk dik il-persuna tkun fdata biss b’kompiti li mhumiex relatati mat-twettiq ta’ kompiti superviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013; |
|
(6) |
“membru ta’ korp” tfisser membru ta’ korp deċiżjonali jew korp intern ieħor tal-BĊE jew tal-ANK minbarra membru tal-persunal, ħlief jekk dak il-membru ta’ korp ikun unikament fdat b’kompiti mhux relatati mat-twettiq ta’ kompiti superviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013; |
|
(7) |
“entità regolata” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(8) |
“kunflitt ta’ interess” tfisser sitwazzjoni fejn l-interessi personali jistgħu jinfluwenzaw, jew jistgħu jitqiesu bħala li jinfluwenzaw, it-twettiq imparzjali u oġġettiv tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet; |
|
(9) |
“interess personali” tfisser benefiċċju jew benefiċċju potenzjali, ta’ natura finanzjarja jew mhux finanzjarja, għal membru tal-persunal jew membru ta’ korp, inkluż — iżda mhux limitat għal — benefiċċju għal membru dirett tal-familja (li jkun kwalunkwe ġenitur, tifel, ħu jew oħt), konjuġi jew sieħeb/sieħba; |
|
(10) |
“negozjar għal perijodu qasir” tfisser ix-xiri u l-bejgħ sussegwenti ta’ strument finanzjarju jew il-bejgħ u x-xiri sussegwenti tal-istess strument finanzjarju fi żmien 90 jum kalendarju; |
|
(11) |
“assi legat” tfisser assi pprojbit li ġie akkwistat minn membru ta’ korp jew membru tal-persunal qabel il-projbizzjoni tal-assi jew qabel ma l-projbizzjoni ssir applikabbli għalihom, jew li ġie fil-pussess tagħhom fi żmien aktar tard minħabba ċirkostanzi li fuqhom ma kellhom l-ebda influwenza; |
|
(12) |
“vantaġġ” tfisser rigal, ospitalità jew benefiċċju ieħor — kemm jekk finanzjarju, in natura jew ta’ natura oħra — li ma jkunx miftiehem bħala kumpens għal servizzi mogħtija u li r-riċevitur ma jkunx intitolat għalihom mod ieħor. |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet nazzjonali konfliġġenti u l-applikabbiltà ta’ oqfsa etiċi differenti
1. Fejn ANK ma tkunx tista’ timplimenta dispożizzjoni ta’ din il-Linja Gwida minħabba liġi nazzjonali applikabbli, hija għandha tinforma lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed u tieħu miżuri raġonevoli għad-dispożizzjoni tagħha biex tegħleb l-ostaklu maħluq minn din il-liġi nazzjonali, sabiex tinkiseb implimentazzjoni armonizzata ta’ din il-Linja Gwida fl-MSU kollu.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għal regoli etiċi aktar stretti stabbiliti mill-BĊE jew mill-ANK li huma applikabbli għall-membri tal-persunal tagħhom u għall-membri tal-korpi tagħhom.
KAPITOLU II
Standards ta’ kondotta etika
PARTI 1
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 4
Prinċipji ġenerali
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fit-twettiq tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, il-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom josservaw l-ogħla standards ta’ kondotta etika.
2. Meta jikkonformaw mal-obbligu skont il-paragrafu 1, il-BĊE u l-ANK għandhom, b’mod partikolari, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom jaġixxu b’mod onest, indipendenti, imparzjali, b’rispett u diskrezzjoni li jevita kwalunkwe forma ta’ mġiba mhux xierqa jew fastidju, u mingħajr kunsiderazzjoni għall-interess proprju, u b’hekk iżommu u jippromwovu l-fiduċja pubblika fl-MSU.
Artikolu 5
Interazzjonijiet ma’ partijiet esterni
Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom li jiltaqgħu ma’ partijiet esterni – u b’mod partikolari ma’ rappreżentanti mill-industrija tas-servizzi finanzjarji – (a) iżommu n-newtralità u t-trattament ugwali fl-interazzjonijiet tagħhom ma’ dawk il-partijiet esterni; (b) iżommu rekords bażiċi tal-laqgħat; u (c) jevitaw kwalunkwe kondotta li tista’ titqies bħala li tagħti lill-partijiet esterni kwalunkwe vantaġġ, inklużi vantaġġi ta’ natura kummerċjali jew prestiġjuża.
PARTI 2
PREVENZJONI U ĠESTJONI TA’ KUNFLITTI TA’ INTERESS
Artikolu 6
Kunflitti ta’ interess
1. Il-BĊE u l-ANK għandu jkollhom mekkaniżmu fis-seħħ biex jiġġestixxu sitwazzjoni li fiha kandidat li jkun se jinħatar bħala membru tal-persunal ikollu kunflitt ta’ interess li jirriżulta, inter alia, minn attivitajiet okkupazzjonali preċedenti, holdings finanzjarji, attivitajiet privati jew relazzjonijiet personali.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw regoli interni li jirrikjedu li l-membri tal-persunal u tal-korpi tagħhom jevitaw matul l-impjieg tagħhom kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interess u biex jirrapportaw tali sitwazzjonijiet. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta jiġi rrapportat kunflitt ta’ interess, dan ikun irreġistrat kif xieraq u jkun hemm disponibbli u jittieħdu miżuri xierqa biex isolvu jew itaffu dan il-kunflitt ta’ interess, inkluż ir-rilaxx minn dmirijiet relatati mal-kwistjoni rilevanti.
3. Il-BĊE u l-ANK għandu jkollhom mekkaniżmu fis-seħħ biex jivvalutaw u jevitaw kunflitti ta’ interess possibbli li jirriżultaw minn attivitajiet okkupazzjonali ta’ wara l-impjieg imwettqa mill-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom, inklużi rekwiżiti ta’ notifika xierqa u perjodi ta’ preklużjoni.
4. Il-BĊE u l-ANK għandu jkollhom, meta jkun rilevanti, mekkaniżmu fis-seħħ biex jivvalutaw u jevitaw kunflitti potenzjali ta’ interess li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ xogħol li jagħmlu l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom matul il-liv bla ħlas.
Artikolu 7
Projbizzjoni li wieħed jirċievi vantaġġi
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw regoli interni li jipprojbixxu lill-membri tal-persunal tagħhom u lill-membri tal-korpi tagħhom milli jitolbu, jirċievu jew jaċċettaw wegħda li jirċievu xi vantaġġ, għalihom jew għal kwalunkwe persuna oħra, li jkun b’xi mod marbut mal-qadi tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet uffiċjali tagħhom.
2. Il-BĊE u l-ANK jistgħu jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom eżenzjonijiet mill-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-vantaġġi offruti mill-banek ċentrali, l-ANK, istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-gvern, kif ukoll akkademji, u fir-rigward ta’ vantaġġi ta’ valur tas-soltu jew negliġibbli offruti mis-settur privat, dment li fil-każ tal-aħħar dawn il-vantaġġi la jkunu ta’ spiss u lanqas mill-istess sors. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn l-eżenzjonijiet ma jinfluwenzawx u ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala li jinfluwenzaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-membri tal-persunal tagħhom u tal-membri tal-korpi tagħhom.
PARTI 3
SEGRETEZZA PROFESSJONALI U PREVENZJONI TA’ UŻU ĦAŻIN TA’ INFORMAZZJONI MHUX PUBBLIKA
Artikolu 8
Segretezza professjonali u projbizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni mhux pubblika
B’kont meħud tar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali applikabbli għalihom u jkunu pprojbiti milli jiżvelaw informazzjoni mhux pubblika lil partijiet terzi sakemm ma jkunux awtorizzati li jiżvelaw tali informazzjoni.
Artikolu 9
Projbizzjoni ta’ użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom ikunu pprojbiti milli jużaw ħażin informazzjoni mhux pubblika.
2. Il-projbizzjoni tal-użu ħażin ta’ informazzjoni mhux pubblika għandha tkopri, bħala minimu, l-użu ta’ informazzjoni mhux pubblika: (a) għal tranżazzjonijiet finanzjarji privati għan-nom proprju jew għan-nom ta’ partijiet terzi; u (b) sabiex partijiet terzi jingħataw rakkomandazzjonijiet jew jiġu mħajjra biex jaġixxu fuq dik l-informazzjoni mhux pubblika.
Artikolu 10
Prinċipji ġenerali rigward tranżazzjonijiet finanzjarji privati
Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi tagħhom ikunu meħtieġa — meta jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji privati għan-nom proprju jew għan-nom ta’ kwalunkwe parti terza — jużaw kawtela, iżommu lura u jkollhom orizzont ta’ investiment fuq terminu medju sa twil.
Artikolu 11
Restrizzjonijiet speċifiċi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi
1. Meta jqisu kunsiderazzjonijiet ta’ effettività, effiċjenza u proporzjonalità, il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw regoli interni applikabbli għall-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi li fit-twettiq ta’ kompiti tal-MSU jkollhom aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq, għajr fuq bażi ta’ darba (minn hawn ’il quddiem “persuni b’aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq”), billi jintroduċu r-restrizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 dwar tranżazzjonijiet finanzjarji privati li huma jew li jistgħu jitqiesu li huma relatati mill-qrib mat-twettiq ta’ kompiti tal-MSU (minn hawn ’il quddiem “tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi”).
2. Ir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
|
a) |
jipprojbixxu tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi fi:
|
|
b) |
jirrestrinġu tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi oħrajn skont il-ħtieġa; u |
|
c) |
jirrestrinġu n-negozjar għal perijodu qasir. |
3. Filwaqt li jqisu kunsiderazzjonijiet ta’ effettività, effiċjenza u proporzjonalità, ir-regoli interni adottati skont il-paragrafu 2(b) u (c) jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar mir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq it-tranżazzjoni rilevanti:
|
a) |
projbizzjoni; |
|
b) |
rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni minn qabel; |
|
c) |
rekwiżit ta’ rapportar ex ante jew ex post; |
|
d) |
perijodu ta’ embargo li fih ma għandhiex titwettaq tali tranżazzjoni. |
4. Fir-regoli interni tagħhom, il-BĊE u l-ANK: (i) għandhom jipprovdu li persuni b’aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq jirrapportaw l-assi legati tagħhom kull meta ż-żamma ta’ dawn l-assi toħloq kunflitt ta’ interess mal-involviment tagħhom f’kompiti tal-MSU; u (ii) għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu biex jiżguraw li l-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn assi legati jiġu solvuti f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, fosthom li jista’ jintalab li l-assi legati li joħolqu kwalunkwe kunflitt ta’ interess jinbiegħu f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. Il-BĊE u l-ANK jistgħu jipprovdu fir-regoli interni tagħhom li l-assi legati li ma joħolqux kunflitti ta’ interess jistgħu jinżammu.
5. Il-BĊE u l-ANK għandhom jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji li taħthom il-persuni li jafdaw il-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji privati tagħhom lil terza persuna indipendenti skont ftehim ta’ ġestjoni tal-assi bil-miktub ikunu eżentati mir-restrizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan l-Artikolu.
6. Il-BĊE u l-ANK jistgħu jadottaw regoli interni li japplikaw restrizzjonijiet kif stabbilit f’dan l-Artikolu għall-membri tal-persunal tagħhom u għall-membri tal-korpi tagħhom għajr persuni b’aċċess għal informazzjoni sensittiva għas-suq.
7. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaġġustaw ir-regoli interni tagħhom li jimponu restrizzjonijiet speċifiċi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi kif imsemmi fil-paragrafu 2 biex jirriflettu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
KAPITOLU III
Kollaborazzjoni u implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika tal-MSU
Artikolu 12
Funzjonijiet indipendenti ta’ etika u/jew ta’ konformità
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkollhom funzjoni ddedikata għall-etika u/jew il-konformità — li għandha tkun funzjoni ewlenija ta’ ġestjoni tar-riskju — biex tappoġġa lill-korpi deċiżjonali tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika għall-MSU. Il-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità għandu jkollha l-pożizzjoni, l-awtorità u l-indipendenza xierqa meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Din għandha tirrapporta direttament — ġerarkikament jew funzjonalment — lill-ogħla livell ta’ ġestjoni fi ħdan il-BĊE jew l-ANK rilevanti, kif applikabbli. Għandha tingħata riżorsi adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha, u biex iżomm ruħha aġġornata dwar l-iżviluppi pertinenti u biex iżżomm l-għarfien espert tagħha attwali.
2. Ir-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità fir-rigward tal-Qafas tal-Etika għall-MSU għandhom jinkludu: (a) l-għoti ta’ pariri u gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Qafas tal-Etika għall-MSU; (b) iż-żieda tal-għarfien u t-twettiq ta’ taħriġ obbligatorju; (c) l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji ta’ konformità; (d) il-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità; (e) ir-rapportar ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità; (f) l-abbozzar, jew il-kontribut għall-abbozzar, tar-regoli u l-prattiki interni tal-BĊE jew l-ANK rilevanti, skont kif applikabbli; u (g) it-tħejjija tar-rapport annwali mill-BĊE jew mill-ANK rilevanti, skont kif applikabbli u kif imsemmi fl-Artikolu 15(1).
3. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità tagħhom tkun involuta, kif xieraq u fil-ħin, fi kwistjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-Qafas tal-Etika għall-MSU.
4. Il-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità tal-BĊE u tal-ANK għandha tittratta l-informazzjoni miksuba fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħha bl-akbar kunfidenzjalità u għandha tipproċessa u żżomm kwalunkwe data personali skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
5. F’każijiet fejn il-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità tal-banek ċentrali tal-Eurosistema twettaq kompiti u dmirijiet oħra, il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe kompitu u dmir bħal dan ikunu kompatibbli mal-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità nnifisha jew il-kompiti u d-dmirijiet tat-taqsima organizzattiva li magħha hija marbuta l-funzjoni tal-etika u/jew tal-konformità mil-lat organizzattiv.
Artikolu 13
Monitoraġġ tal-konformità
1. Il-BĊE u l-ANK għandu jkollhom stabbiliti mekkaniżmi biex jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida. Il-monitoraġġ għandu jinkludi, b’mod partikolari, il-konformità mar-regoli interni li jimplimentaw ir-restrizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi kif previst fl-Artikolu 11 u, kontrolli ta’ konformità regolari u/jew ad hoc skont il-ħtieġa.
2. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jkun mingħajr preġudizzju għal regoli interni li jippermettu investigazzjonijiet interni jekk membru tal-persunal tagħhom jew membru ta’ korp tagħhom ikun issuspettat li kiser ir-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida.
Artikolu 14
Rapportar ta’ nuqqas ta’ konformità u segwitu
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta kif ukoll proċeduri interni għar-rapportar ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida. Dawn ir-regoli u proċeduri interni għandhom jinkludu miżuri biex jiżguraw il-protezzjoni xierqa ta’ persuni li jirrapportaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jkun hemm segwitu għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, fosthom, kif ikun xieraq, l-impożizzjoni ta’ miżuri dixxiplinari proporzjonati skont ir-regoli u l-proċeduri dixxiplinari applikabbli.
3. Il-BĊE u l-ANK għandhom jirrapportaw kwalunkwe inċident kbir relatat man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli interni tagħhom li jimplimentaw din il-Linja Gwida mingħajr dewmien żejjed permezz tal-Kumitat tal-Iżvilupp Organizzattiv u l-Bord Superviżorju lill-Kunsill Governattiv f’konformità mal-proċeduri interni applikabbli, u jinformaw lill-Kumitat tal-Awditjar u lill-ECC b’mod parallel.
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 15
Rapportar u valutazzjoni mill-ġdid
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jibagħtu lill-ECC ir-rapport annwali tagħhom dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-Linja Gwida bil-ħsieb li jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-Linja Gwida u jippreparaw rieżamijiet futuri u/jew jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ approċċi komuni, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2).
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jirrieżamina din il-Linja Gwida mill-inqas kull tliet snin sa mhux aktar tard mid-data li fiha r-regoli u l-miżuri li jimplimentaw il-Linja Gwida kellhom jiġu applikati kif definit fl-Artikolu 17(2) jew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-ECC.
Artikolu 16
Revoka
1. Il-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) hija b'dan imħassra.
2. Ir-referenzi għal-Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness għal din il-Linja Gwida.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-ANK.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw u jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikaw ir-regoli u l-miżuri li jimplimentaw il-Linja Gwida mill-1 ta’ Ġunju 2023. L-ANK għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar kwalunkwe ostakolu għall-implimentazzjoni ta’ din il-Linja Gwida u għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2023.
Artikolu 18
Destinatarji
Din il-linja ta’ gwida hija indirizzata lill-BĊE u lill-ANK.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Linja Gwida (UE) 2015/856 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi l-prinċipji ta’ Qafas tal-Etika għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (BĊE/2015/12) (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 29).
(3) Linja Gwida (UE) 2015/855 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi l-prinċipji ta’ Qafas tal-Etika tal-Eurosistema u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2002/6 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta’ politika monetarja, operazzjonijiet ta’ kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni tal-assi ta’ riżerva estera tal-BĊE (BĊE/2015/11) (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 23).
(4) Prattiki ta’ Implimentazzjoni tal-Qafas tal-Etika għall-MSU, 12 ta’ Marzu 2015, disponibbli fuq EUR-Lex.
(5) Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri ta’ livell għoli tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 89, 8.3.2019, p. 2).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(8) Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
ANNESS
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Linja Gwida (UE) 2015/856 (BĊE/2015/12) |
Din il-Linja Gwida |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 3 |
/ |
|
Artikolu 4 |
/ |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |