ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 415

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
22 ta' Novembru 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2026 tat-13 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 dwar ċerti derogi temporanji tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-perjodu ta’ applikazzjoni

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2027 tat-13 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/884 fir-rigward ta’ derogi mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 biex tiġi indirizzata l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fis-settur tal-inbid, u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1149

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2028 tal-15 ta’ Novembru 2021 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Cerezas de la Montaña de Alicante (IĠP))

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2029 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jawtorizza t-tqegħid fis suq tat-3-fukosillattożju (3-FL) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2030 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-N,N-dimetilformammid ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2031 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tat-tjur, tal-prodotti ġerminali tat-tjur u tal-laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa ( 1 )

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2032 tad-19 ta’ Novembru 2021 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jiġu appoġġati l-unitajiet militari mħarrġa mill-Missjoni ta’ Taħriġ tal-UE fil-Mozambique

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2033 tad-19 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2026

tat-13 ta’ Settembru 2021

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 dwar ċerti derogi temporanji tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-perjodu ta’ applikazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 219(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 (2) introduċa għadd ta’ derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013,inter alia, fis-settur tal-inbid, bil-għan li jwieżnu lill-operaturi tal-inbid biex jiġu mgħejuna jlaħħqu mal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, minkejja l-utilità ta’ dawk il-miżuri, is-suq tal-inbid ma rnexxilux jerġà jikseb il-bilanċ tiegħu bejn il-provvista u d-domanda.

(2)

Il-pandemija tal-COVID-19 mhijiex taħt kontroll. Il-kampanji ta’ vaċċinazzjoni f’xi reġjuni tal-Unjoni u madwar id-dinja mhumiex biżżejjed u r-restrizzjonijiet fuq il-moviment u l-miżura ta’ tbegħid soċjali għadhom qed jiġu applikati fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Dawk il-miżuri jinkludu restrizzjonijiet relatati mal-ivvjaġġar, id-daqs tal-laqgħat soċjali, il-festi privati, l-avvenimenti pubbliċi u l-possibbiltà li wieħed jiekol u jixrob barra mid-dar. Dawk ir-restrizzjonijiet jirriżultaw fi tnaqqis ulterjuri fil-konsum tal-inbid fl-Unjoni, fi stokkijiet akbar u b’mod aktar ġenerali f’disturb fis-suq. F’xi Stati Membri, terz tal-konsum tal-inbid huwa relatat mat-turiżmu. Għalhekk, il-konsum tal-inbid kompla jonqos u l-istokkijiet għadhom għoljin. Dawk l-effetti tal-pandemija flimkien mat-tariffi imposti mill-Istati Uniti u mewġa ta’ġlata fl-Ewropa f’April 2021 kellhom impatt negattiv qawwi fuq l-introjtu tal-produtturi tal-inbid fl-Unjoni. Huwa stmat li l-kombinazzjoni ta’ dawk il-fatturi kollha kellha l-effett li tnaqqas b’medja ta’ 15 sa 20 % il-fatturi tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, b’xi kumpaniji li rrappurtaw telf sa 40 %.

(3)

Barra minn hekk, l-inċertezza dwar id-durata tal-kriżi, li għadha diffiċli li titbassar minħabba l-mutabbiltà rapida tal-virus, tkompli tkabbar id-disturb eżistenti sinifikanti fis-suq tal-inbid tal-Unjoni. Dan ifisser li l-irkupru tas-settur se jieħu aktar żmien milli seta’ kien previst fil-bidu tal-2021. Għaldaqstant, huwa xieraq li jitkompla jiġi offrut appoġġ temporanju u eċċezzjonali lis-settur tal-inbid tal-Unjoni biex tiġi evitata ż-żieda fil-fallimenti li ġiet irrappurtata.

(4)

Minħabba li l-assigurazzjoni fuq il-ħsad hija strument importanti għall-ġestjoni tar-riskji, inklużi riskji marbuta ma’ avvenimenti klimatiċi avversi tali perjodi ta’ ġlata severi tardivi u partikolarment twal f’April 2021 u riskji marbuta ma’ disturbi fis-suq tali li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li jiġi pprovdut inċentiv akbar għall-vitikulturi biex jikkuntrattaw assigurazzjoni tal-ħsad billi jiżdied l-appoġġ tal-Unjoni għal dik il-miżura. Huwa xieraq ukoll li dan l-inċentiv ikopri aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda, minħabba li l-esperjenza wriet li l-użu tal-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad kien limitat ħafna fl-imgħoddi. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm biżżejjed żmien biex l-Istati Membri u l-operaturi fis-settur tal-inbid jiġu infurmati u mħeġġa jagħmlu użu minn din ir-rata eċċezzjonali ta’ appoġġ. Għalhekk, jeħtieġ li tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/592 mis-16 ta’ Ottubru 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 2019–2023.

(5)

Barra minn hekk, peress li s-suq tal-inbid tal-Unjoni mhuwiex mistenni li jerġa’ jikseb il-bilanċ tiegħu bejn il-provvista u d-domanda fuq terminu qasir, huwa meħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 5a u 6, fl-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/592 tiġi estiża sal-15 ta’ Ottubru 2022.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 jiġi emendat skont dan.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità bejn is-snin finanzjarji 2021 u 2022, jenħtieġ li dan ir-Regolament jjidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u japplika mis-16 ta’ Ottubru 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“B’deroga mill-Artikolu 49(2), (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għall-operazzjonijiet magħżula mill-4 ta’ Mejju 2020 sal-15 ta’ Ottubru 2021, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma għandhiex tkun aktar minn 70 % tal-kost tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni:”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

 

“Għall-operazzjonijiet magħżula mis-16 ta’ Ottubru 2021 sal-15 ta’ Ottubru 2023, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma għandhiex tkun aktar minn 80 % tal-kost ta’ tali primjums tal-assigurazzjoni.”;

(2)

fl-Artikolu 10, id-data “15 ta’ Ottubru 2021” hija sostitwita bid-data “15 ta’ Ottubru 2022”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta’ Ottubru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 tat-30 ta’ April 2020 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha (ĠU L 140, 4.5.2020, p. 6).


22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2027

tat-13 ta’ Settembru 2021

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/884 fir-rigward ta’ derogi mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 biex tiġi indirizzata l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fis-settur tal-inbid, u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1149

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 62(1) u 64(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 53, (b) u (h) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/884 (3) introduċa għadd ta’ derogi temporanji mir-regoli eżistenti inter alia mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 (4) fis-settur tal-inbid, bil-għan li jwieżnu lill-operaturi tal-inbid biex jiġu mgħejuna jlaħħqu mal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, minkejja l-utilità ta’ dawk il-miżuri, is-suq tal-inbid ma rnexxilux jerġà jikseb il-bilanċ tiegħu bejn il-provvista u d-domanda.

(2)

Il-pandemija tal-COVID-19 mhijiex taħt kontroll. Il-kampanji ta’ vaċċinazzjoni f’xi reġjuni tal-Unjoni u madwar id-dinja mhumiex biżżejjed u r-restrizzjonijiet fuq il-moviment u l-miżura ta’ tbegħid soċjali għadhom qed jiġu applikati fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Dawk il-miżuri jinkludu restrizzjonijiet fir-rigward tal-ivvjaġġar, id-daqs tal-laqgħat soċjali, festi privati, avvenimenti pubbliċi u l-possibbiltà li wieħed jiekol u jixrob barra mid-dar. Dawk ir-restrizzjonijiet jirriżultaw fi tnaqqis ulterjuri fil-konsum tal-inbid fl-Unjoni, fi stokkijiet akbar u b’mod aktar ġenerali f’disturb fis-suq. F’xi Stati Membri, terz tal-konsum tal-inbid huwa relatat mat-turiżmu. Għalhekk, il-konsum tal-inbid kompla jonqos u l-istokkijiet għadhom għoljin. Dawk l-effetti tal-pandemija flimkien mat-tariffi imposti mill-Istati Uniti u l-mewġa ta’ ġlata fl-Ewropa f’April 2021 kellhom impatt negattiv qawwi fuq l-introjtu tal-produtturi tal-inbid fl-Unjoni. Huwa stmat li l-kombinazzjoni ta’ dawk il-fatturi kollha kellha l-effett li tnaqqas b’medja ta’ 15 sa 20 % il-fatturi tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, b’xi kumpaniji li rrappurtaw telf sa 40 %.

(3)

Barra minn hekk, l-inċertezza dwar id-durata tal-kriżi, li għadha diffiċli li titbassar minħabba l-mutabbiltà rapida tal-virus, tkompli tkabbar id-disturb eżistenti sinifikanti fis-suq tal-inbid tal-Unjoni. Dan ifisser li l-irkupru tas-settur se jieħu aktar żmien milli seta’ kien previst fil-bidu tal-2021. Għaldaqstant, huwa xieraq li jitkompla jiġi offrut appoġġ temporanju u eċċezzjonali lis-settur tal-inbid tal-Unjoni biex tiġi evitata ż-żieda fil-fallimenti li ġiet irrappurtata.

(4)

Billi l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 huma mistennija li jkomplu wara s-sena 2021 u b’hekk matul parti konsiderevoli tas-sena finanzjarja 2022, huwa neċessarju li l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikolu 2(1), (3), (4) u (6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/884 tiġi estiża għat-tul tas-sena finanzjarja 2022.

(5)

L-Artikolu 25(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 jipprevedi li l-appoġġ għall-fondi mutwi msemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun limitat jintuża 10 %, 8 % u 4 % tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-fond mutwu fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet sena ta’ implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, l-esperjenza s’issa wriet li rati ta’ appoġġ tali ma jħeġġux lill-Istati Membri jinkludu dik il-miżura fil-programmi ta’ appoġġ tagħhom fis-settur tal-inbid u lill-operaturi biex japplikaw għall-appoġġ fil-qafas ta’ dan. Peress li l-fondi mutwi huma strument importanti għall-ġestjoni tar-riskji, inklużi riskji marbuta ma’ avvenimenti klimatiċi avversi tali perjodi twal u partikolarment twal ta’ ġlata severi li seħħew f’April 2021 u dawk marbuta ma’ disturb fis-suq tali li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li jiġu rdoppjati r-rati ta’ appoġġ previsti fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 biex jiżdied l-inċentiv għall-operaturi fis-settur tal-inbid biex jistabbilixxu fondi mutwi u jipprovdu l-għodda u l-appoġġ għalihom biex jipproteġu lilhom infushom kontra riskji futuri.

(6)

Huwa wkoll xieraq għal dak l-inċentiv miżjud li jkopri aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda, minħabba li l-esperjenza wriet li l-użu ta’ appoġġ għall-istabbiliment ta’ fondi mutwi kien limitat ħafna fl-imgħoddi. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm biżżejjed żmien biex l-Istati Membri u l-operaturi fis-settur tal-inbid jiġu infurmati u mħeġġa jużaw dik ir-rata eċċezzjonali ta’ appoġġ. Barra minn hekk, it-twaqqif ta’ fondi mutwi jista’ jieħu aktar minn sena. Għalhekk l-appoġġ miżjud jenħtieġ jkopri mill-inqas sentejn. Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, jeħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-appoġġ għal fondi mutwi tiżdied sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 2019–2023.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) 2020/884 u (UE) 2016/1149 jiġu emendati skont dan.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità bejn is-snin finanzjarji 2021 u 2022, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u japplika mis-16 ta’ Ottubru 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2020/884

L-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/884 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, matul is-snin 2020, 2021 u 2022, il-ħsad bikri jista’ jiġi applikat fuq l-istess roqgħa art għal sentejn konsekuttivi jew aktar”;

(2)

fil-paragrafi 3, 4 u 6, id-data “15 ta’ Ottubru 2021” hija sostitwita bid-data “15 ta’ Ottubru 2022”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149

Fl-Artikolu 25 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Fejn l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jintuża għall-finanzjament tal-ispiża amministrattiva biex jiġu stabbiliti fondi mutwi, dan għandu jkun limitat għall-proporzjon li ġej tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-fond mutwu fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet sena ta’ implimentazzjoni tiegħu: 20 %, 16 % u 8 %’.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta’ Ottubru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/884 tal-4 ta’ Mejju 2020 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 fir-rigward tas-settur tal-inbid b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 205, 29.6.2020, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta’ April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 1).


22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2028

tal-15 ta’ Novembru 2021

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Cerezas de la Montaña de Alicante” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cerezas de la Montaña de Alicante”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 106/2011 (3) u bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/123 (4). Din l-emenda tinkludi bidla tal-isem “Cerezas de la Montaña de Alicante” għal “Cerezas de la Montaña de Alicante”/“Cireres de la Muntanya d’Alacant”.

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u l-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5).

(3)

Il-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għaldaqstant jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Cerezas de la Montaña de Alicante” (IĠP), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 106/2011 tas-7 ta’ Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cerezas de la Montaña de Alicante (IĠP)] (ĠU L 32, 8.2.2011, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/123 tal-15 ta’ Jannar 2018 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cerezas de la Montaña de Alicante (IĠP)] (ĠU L 22, 26.1.2018, p. 8).

(5)  ĠU C 272, 8.7.2021, p. 35.


22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2029

tad-19 ta’ Novembru 2021

li jawtorizza t-tqegħid fis suq tat-3-fukosillattożju (3-FL) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(3)

Fl-1 ta’ Ottubru 2019, il-kumpanija DuPont Nutrition & Biosciences ApS (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid it-3-fukosillattożju (3-FL) miksub permezz ta’ fermentazzjoni mikrobjali bir-razza K12 MG1655 immodifikata ġenetikament tal-Escherichia coli. L-applikant talab li 3-FL jintuża bħala ikel ġdid fi prodotti tal-ħalib pasturizzati mhux aromatizzati u sterilizzati mhux aromatizzati (inkluż dawk bi trattament f’temperatura ultragħolja, “UHT”), prodotti tal-ħalib aromatizzati u mhux aromatizzati magħmula mill-ħalib iffermentat inklużi prodotti ttrattati bis-sħana, bars taċ-ċereali, analogi ta’ prodotti tal-ħalib u jogurt mhux tal-ħalib, xorb (xorb aromatizzat, xorb enerġetiku, xorb għall-atleti), il-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, l-ikel bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u prodotti simili maħsubin għat-tfal żgħar, u f’supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) maħsubin għall-popolazzjoni ġenerali, għajr għat-trabi. Matul il-proċess tal-applikazzjoni, l-applikant qabel li jeskludi wkoll lit-tfal żgħar (taħt it-3 snin) mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba għall-awtorizzazzjoni tal-ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel. L-applikant ippropona wkoll li s-supplimenti tal-ikel li jkun fihom it-3-FL jenħtieġ li ma jintużawx jekk ikun ikkunsmat fl-istess jum ikun ġie kkunsmat ikel ieħor bi 3-FL miżjud.

(4)

Fl-1 ta’ Ottubru 2019, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ data proprjetarja għal għadd ta’ studji sottomessi b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, id-data ta’ karatterizzazzjoni dettaljata dwar ir-razza batterika tal-produzzjoni (5); il-proċess ta’ produzzjoni ta’ ikel ġdid (6); l-analiżi tad-diversi lottijiet ta’ 3-FL (7); ir-rapporti analitiċi dwar il-karatterizzazzjoni permezz ta’ reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) tat-3-FL u tat-3-FL preżenti b’mod naturali fil-ħalib tal-bniedem (8); ir-rapporti ta’ stabbiltà tat-3-FL (9); ir-rapporti tal-valutazzjoni tad-dożi tat-3-FL (10); test ta’ mutazzjoni kuntrarja fil-batterji (11); test in vitro tal-mikronukleu fil-ġrieden (12); u test in vitro tal-mikronukleu b’ċelloli ovarji tal-ħamster Ċiniż (13); test in vitro ta’ aberrazzjoni kromożomika taċ-ċelloli tal-mammiferi f’limfoċiti umani (14); test tat-tossiċità orali akuta fil-firien (15); studju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-far li jinkludi l-analiżi tas-seru u tal-awrina (16); studju ta’ 6 ijiem dwar it-tossiċità orali fil-qżieqeż (17); u studju ta’ 3 ġimgħat dwar it-tossiċità orali fil-qżieqeż tat-twelid (18).

(5)

Fid-29 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tat-3-FL bħala ikel ġdid.

(6)

Fil-25 ta’ Mejju 2021, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar is-sikurezza tat-3-Fukosillattożju (3-FL) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 (19).

(7)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li t-3-FL huwa sikur skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti għall-popolazzjonijiet fil-mira li ġew proposti. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġuni biex jiġi stabbilit li t-3-FL, meta jintuża fil-prodotti tal-ħalib pasturizzati mhux aromatizzati u fil-prodotti tal-ħalib sterilizzati mhux aromatizzati (inkluż dawk bi trattament f’temperatura ultragħolja, “UHT”), fil-prodotti tal-ħalib aromatizzati u mhux aromatizzati magħmula mill-ħalib iffermentat inklużi prodotti ttrattati bis-sħana, bars taċ-ċereali, analogi ta’ prodotti tal-ħalib u jogurt mhux tal-ħalib, xorb (xorb aromatizzat, xorb enerġetiku, xorb għall-atleti), il-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, l-ikel bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u prodotti simili maħsubin għat-tfal żgħar, u f’supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, b’limitazzjonijiet għat-trabi u għat-tfal żgħar jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità qieset li ma setgħetx tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar is-sikurezza tal-3-FL mingħajr id-data mid-data ta’ karatterizzazzjoni dettaljata dwar ir-razza batterika tal-produzzjoni; il-proċess ta’ produzzjoni ta’ ikel ġdid; l-analiżi tad-diversi lottijiet ta’ 3-FL; ir-rapporti analitiċi dwar il-karatterizzazzjoni permezz ta’ reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) tat-3-FL u tat-3-FL preżenti b’mod naturali fil-ħalib tal-bniedem; ir-rapporti ta’ stabbiltà tat-3-FL; ir-rapporti tal-valutazzjoni tad-doża tat-3-FL; test ta’ mutazzjoni kuntrarja fil-batterji; test in vitro tal-mikronukleu fil-ġrieden; test in vitro tal-mikronukleu b’ċelloli ovarji tal-ħamster Ċiniż; test in vitro ta’ aberrazzjoni kromożomika taċ-ċelloli tal-mammiferi f’limfoċiti umani; test tat-tossiċità orali akuta fil-firien; studju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-far li jinkludi l-analiżi tas-seru u tal-awrina; studju ta’ 6 ijiem dwar it-tossiċità orali fil-qżieqeż; u studju ta’ 3 ġimgħat dwar it-tossiċità orali fil-qżieqeż tat-twelid.

(9)

Wara li rċeviet l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu dwar id-data mid-data ta’ karatterizzazzjoni dettaljata dwar ir-razza batterika tal-produzzjoni; il-proċess ta’ produzzjoni ta’ ikel ġdid; l-analiżi tad-diversi lottijiet ta’ 3-FL; ir-rapporti analitiċi dwar il-karatterizzazzjoni permezz ta’ reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) tat-3-FL u tat-3-FL preżenti b’mod naturali fil-ħalib tal-bniedem; ir-rapporti ta’ stabbiltà tat-3-FL; ir-rapporti tal-valutazzjoni tad-doża tat-3-FL; test ta’ mutazzjoni kuntrarja fil-batterji; test in vitro tal-mikronukleu fil-ġrieden; test in vitro tal-mikronukleu b’ċelloli ovarji tal-ħamster Ċiniż; test in vitro ta’ aberrazzjoni kromożomika taċ-ċelloli tal-mammiferi f’limfoċiti umani; test tat-tossiċità orali akuta fil-firien; studju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-far li jinkludi l-analiżi tas-seru u tal-awrina; studju ta’ 6 ijiem dwar it-tossiċità orali fil-qżieqeż; u studju ta’ 3 ġimgħat dwar it-tossiċità orali fil-qżieqeż tat-twelid.

(10)

L-applikant iddikjara li meta saret l-applikazzjoni hu kellu d-drittijiet proprjetarji u esklużivi għar-referenza ta’ dawn l-istudji skont il-liġi nazzjonali, u għaldaqstant l-ebda parti terza ma kellha d-dritt taċċessa jew tużahom dawn l-istudji.

(11)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha li kien ipprovdielha l-applikant u kienet tal-fehma li l-applikant kien issostanzja biżżejjed li kien issodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data li tinsab fil-fajl tal-applikant, li serviet bħala bażi għall-Awtorità biex tistabbilixxi s-sikurezza tal-ikel ġdid u biex tilħaq il-konklużjonijiet tagħha dwar is-sikurezza tat-3-FL, u li mingħajrha l-ikel ġdid ma setax jiġi vvalutat mill-Awtorità, jenħtieġ li ma tintużax mill-Awtorità għall-benefiċċju ta’ xi applikant sussegwenti u dan għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li għal dak il-perjodu t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tat-3-FL ikun ristrett għall-applikant.

(12)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-3-FL u tar-referenza għad-data li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(13)

F’konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu ta’ supplimenti tal-ikel li fihom it-3-FL kif proposti mill-applikant u vvalutati mill-Awtorità, jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati, permezz tal-użu ta’ tikketta xierqa, li s-supplimenti tal-ikel li fihom it-3-FL jenħtieġ li ma jiġux kkunsmati fl-istess jum ma’ ikel ieħor li fih 3-FL miżjud.

(14)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   It-3-fukosillattożju (3-FL) kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ ikel ġdid awtorizzat tal-Unjoni li ġiet stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   Għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-applikant inizjali biss:

 

Il-kumpanija: DuPont Nutrition & Biosciences ApS;

 

Indirizz: Langebrogade 1, 1001 Copenhagen K, id-Danimarka,

huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel il-ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, dment li ma jkunx hemm applikant sussegwenti li jikseb l-awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr ma jirreferi għad-data protetta skont l-Artikolu 2 jew mingħajr ftehim mal-applikant.

3.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

L-istudji fil-fajl tal-applikazzjoni li abbażi tagħhom l-ikel ġdid msemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat mill-Awtorità, li l-Applikant iddikjara li għandu drittijiet esklużivi ta’ proprjetà għalihom u li mingħajrhom l-ikel ġdid ma setax jiġi awtorizzat, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-ftehim ta’ DuPont Nutrition & Biosciences ApS.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(4)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(5)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(6)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(7)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(8)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(9)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(10)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(11)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished); J. Pitt et al., 2019 Food and Chemical Toxicology, 134.

(12)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished); J. Pitt et al., 2019 Food and Chemical Toxicology, 134.

(13)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished); J. Pitt et al., 2019 Food and Chemical Toxicology, 134.

(14)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished); J. Pitt et al., 2019 Food and Chemical Toxicology, 134.

(15)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished); J. Pitt et al., 2019 Food and Chemical Toxicology, 134.

(16)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished); J. Pitt et al., 2019 Food and Chemical Toxicology, 134.

(17)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(18)  DuPont Nutrition & Biosciences ApS, 2019 (unpublished).

(19)  Is-sikurezza tat-3-Fukosillattożju (3-FL) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283; L-EFSA Journal 2021;19(6):6662.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

1.

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħra

Rekwiżiti oħra

Il-Protezzjoni tad-Data

3-Fukosillattożju (3-FL)

(sors mikrobjali)

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “3-Fukosillattożju”.

It-tikketti tas-supplimenti tal-ikel li fihom it-3-Fukosillattożju (3-FL) għandu jkun fihom dikjarazzjoni li jenħtieġ li ma jiġux ikkunsmati:

(a)

jekk ikel li jkun fih it-3-Fukosillattożju miżjud ġie kkunsmat fl-istess jum.

(b)

minn trabi u tfal taħt l-età ta’ 3 snin

 

Awtorizzat fit-12 ta’ Diċembru 2021. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza xjentifika u data xjentifika proprjetarja protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

L-applikant: DuPont Nutrition & Biosciences ApS, Langebrogade 1, 1001 Copenhagen K, id-Danimarka. Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid, 3-Fukosillattożju, huwa awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni biss minn DuPont Nutrition & Biosciences ApS, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr riferiment għall-evidenza xjentifika proprjetarja jew għad-data xjentifika protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bi ftehim ma’ DuPont Nutrition & Biosciences ApS.

Data tat-tmiem tal-protezzjoni tad-data: it-12 ta’ Diċembru 2026”.

Prodotti tal-ħalib pasturizzati mhux aromatizzati u sterilizzati mhux aromatizzati (inkluż dawk UHT)

0,85  g/L

Prodotti tal-ħalib aromatizzati u mhux aromatizzati magħmula mill-ħalib iffermentat inklużi prodotti ttrattati bis-sħana

0,5  g/L (xarbiet)

5,0  g/kg (prodotti li mhumiex xarbiet)

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib

0,85  g/L (xarbiet)

8,5  g/kg (prodotti li mhumiex xarbiet)

Xarbiet aromatizzati, xarbiet enerġetiċi u għall-atleti

1,0  g/L

Bars taċ-ċereali

30,0  g/kg

Formula tat-trabi kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,85  g/L fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Formula tal-prosegwiment kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,85  g/L fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Xarbiet magħmulin bil-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar

0,85  g/L (xarbiet) fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Ikel biċ-ċereali u ikel tat-trabi pproċessat maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,3  g/L (xarbiet) fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkummerċjalizzat tali kwali jew rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

3,0  g/kg għall-prodotti li mhumiex xarbiet

Sostituzzjoni tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

2,0  g/L (xarbiet)

30,0  g/kg (prodotti li mhumiex xarbiet)

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

Skont ir-rekwiżiti nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba l-prodotti

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra l-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar

5,0  g/kuljum

2.

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

3-Fukosillattożju (“3-FL”)

(sors mikrobjali)

Deskrizzjoni:

It-3-Fukosillattożju (3-FL) huwa trab purifikat ta’ lewn minn abjad sa abjad imdennes li huwa prodott bil-fermentazzjoni mikrobjali u fih livelli limitati ta’ D-lattożju, L-fukożju, D-galattożju, u D-glukożju.

Sors: Ir-razza tal-mikrobu tal-Escherichia coli K-12 ġenetikament modifikata

Definizzjoni:

Formula kimika: C18H32O15

Isem kimiku: β-D-galattopiranosil-(1→4)[-α-L-fukopiranosil-(1→3)]-D-glukopiranożju

Massa molekolari: 488.44 Da

Nru tal-CAS 41312-47-4

Karatteristiki/Kompożizzjoni:

3-Fukosillattożju (% ta’ materja niexfa): ≥ 90,0 % (piż skont il-piż)

D-Lattożju (% ta’ materja niexfa): ≤ 5,0 % (piż skont il-piż)

L-Fukożju (% ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 % (piż skont il-piż)

Total ta’ D-Galattożju/D-Glukożju (% ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 % (piż skont il-piż)

Total ta’ karboidrati oħra a (% ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 % (piż skont il-piż)

Indewwa: ≤ 5,0 % (piż skont il-piż)

pH (20 °C, soluzzjoni ta’ 5 %): 3,0 sa -7,5

Proteina residwa: ≤ 0,01 % (piż skont il-piż)

Irmied (%): ≤ 0,5

Metalli tqal/Sustanzi kontaminanti:

Arseniku: ≤ 0,2 mg/kg

Kadmju: ≤ 0,05 mg/kg

Ċomb: ≤ 0,05 mg/kg

Merkurju: ≤ 0,1 mg/kg

Aflatossina M1: ≤ 0,025 μg/kg

Aflatossina B1: ≤ 0,1 μg/kg

Endotossini residwi: ≤ 0,3 UE/mg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd totali tal-kolonji: ≤ 1 000 UJK/g

Enterobacteriacae: Assenza f’10 g

Salmonella sp.: Assenza f’25 g

Cronobacter (Enterobacter) sakazakii: Assenza f’10 g

Listeria monocytogenes: Assenza f’25 g

Bacillus cereus: ≤ 10 UJK/g

Ħmira: ≤ 100 UJK/g

Moffa: ≤ 100 UJK/g

UJK: Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji; UE: Unitajiet ta’ Endotossini; aIs-somma tal-karboidrati l-oħra: Isomeru tat-3-Fukosillattożju, isomeru tad-difukosillattożju u oligomeri”.


22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2030

tad-19 ta’ Novembru 2021

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-N,N-dimetilformammid

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-N,N-dimetilformammid huwa solvent organiku aprotiku ta’ polarità medja kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B, bħala sustanza tossika akuta tal-kategorija 4 (bil-ġbid tan-nifs u bir-rotta kutanja) u bħala irritant tal-għajnejn tal-kategorija 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-N,N-dimetilformammid huwa sustanza b’volum għoli ta’ produzzjoni użata f’ħafna ambjenti industrijali u attivitajiet professjonali fl-Ewropa kollha.

(2)

Fil-5 ta’ Ottubru 2018, l-Italja (minn hawn ’il quddiem “is-sottomittent tad-dossier”) issottomettiet dossier (3) lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“id-dossier tal-Anness XV”), sabiex tinbeda l-proċedura ta’ restrizzjoni stabbilita fl-Artikoli 69 sa 73 ta’ dak ir-Regolament. Id-dossier tal-Anness XV wera li kienet meħtieġa l-azzjoni fl-Unjoni kollha u ppropona li jiġi ristrett l-użu industrijali u professjonali, kif ukoll it-tqegħid fis-suq tal-N,N-dimetilformammid waħdu jew f’taħlitiet.

(3)

Is-sottomittent tad-dossier ibbaża l-valutazzjoni tal-perikli tal-N,N-dimetilformammid tiegħu fuq l-effetti sistemiċi tas-sustanza fuq għadd ta’ punti tat-tmiem. Dan irriżulta f’livell derivat ta’ bla effett (“DNEL”) mill-ġbid tan-nifs fit-tul u f’DNEL mir-rotta kutanja fit-tul abbażi ta’ data tal-annimali dwar it-tnaqqis fil-piż tal-ġisem, il-bidliet fil-kimika klinika u l-ħsara fil-fwied.

(4)

Fl-20 ta’ Settembru 2019, il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji (“RAC”) tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu (4) li tikkonkludi li r-restrizzjoni proposta, kif modifikata mill-RAC, hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex tindirizza l-effettività fit-tnaqqis tar-riskju, fil-prattikabbiltà u fil-monitorabbiltà tagħha fir-rigward tar-riskji identifikati li jirriżultaw mill-esponiment għall-N,N-dimetilformammid.

(5)

Peress li l-valutazzjoni tas-sottomittent tad-dossier qieset diversi xenarji kontribwenti għal sustanzi li fihom l-N,N-dimetilformammid f’konċentrazzjonijiet baxxi, l-RAC ippropona li jiġi ċċarat il-kliem tal-kamp ta’ applikazzjoni billi tiġi inkluża l-preżenza tas-sustanza, irrispettivament minn jekk l-N,N-dimetilformammid huwiex kostitwent, kostitwent ewlieni, impurità jew stabbilizzatur.

(6)

Is-sottomittent tad-dossier ippropona DNEL mill-ġbid tan-nifs fit-tul ta’ 3,2 mg/m3 abbażi tal-effetti epatiċi fl-annimali. Madankollu, l-RAC irrakkomanda DNEL mill-ġbid tan-nifs fit-tul ta’ 6 mg/m3 abbażi ta’ kombinazzjoni ta’ data umana u data tal-annimali, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità fil-fwied u t-tossiċità fl-iżvilupp, rispettivament.

(7)

Għad-DNEL mir-rotta kutanja fit-tul, l-RAC irrakkomanda DNEL abbażi ta’ studju kutanju minflok ma ssir estrapolazzjoni minn rotta għal rotta minn studju orali ta’ 28 jum kif propost mis-sottomittent tad-dossier. Għalhekk, l-RAC ippropona li jintuża valur ta’ 1,1 mg/kg/jum bħala d-DNEL mir-rotta kutanja fit-tul.

(8)

Fil-5 ta’ Diċembru 2019, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (“SEAC”) tal-Aġenzija adotta l-opinjoni (5) tiegħu, li tikkonkludi li r-restrizzjoni proposta, kif emendata mill-RAC, hija l-aktar miżura xierqa fl-Unjoni kollha biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-ħaddiema li jirriżulta mill-N,N-dimetilformammid fejn jitqiesu l-benefiċċji u l-kostijiet soċjoekonomiċi tagħha. L-SEAC irrakkomanda differiment ta’ 24 xahar għall-applikazzjoni tar-restrizzjoni għas-setturi kollha, f’konformità mad-dossier tal-Anness XV, biex il-partijiet ikkonċernati jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tar-restrizzjoni.

(9)

Il-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar ġie kkonsultat dwar ir-restrizzjoni proposta u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati.

(10)

Fl-1 ta’ April 2020, l-Aġenzija ssottomettiet l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC lill-Kummissjoni. Dawn l-opinjonijiet ikkonfermaw li r-riskju għas-saħħa tal-ħaddiema fl-ambjenti okkupazzjonali kollha waqt il-manifattura u l-użu tal-N,N-dimetilformammid mhuwiex ikkontrollat b’mod adegwat.

(11)

Filwaqt li tqis id-dossier tal-Anness XV u l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, il-Kummissjoni tqis li hemm riskju inaċċettabbli għall-ħaddiema li jirriżulta minn esponiment għall-N,N-dimetilformammid ogħla mill-valuri speċifiċi tad-DNEL u li r-restrizzjoni proposta li tistabbilixxi DNEL għall-esponiment tal-ħaddiema għall-N,N-dimetilformammid kemm bil-ġbid tan-nifs kif ukoll bir-rotta kutanja hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jiġi indirizzat dak ir-riskju.

(12)

Il-Kummissjoni tqis li r-restrizzjoni proposta, kif modifikata mill-RAC u mill-SEAC, hija xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: il-proporzjon globali ta’ karatterizzazzjoni tar-riskji huwa bbażat fuq DNELs ikkwantifikati għall-esponiment għall-N,N-dimetilformammid bil-ġbid tan-nifs u bir-rotta kutanja; l-armonizzazzjoni tar-rapporti dwar is-sikurezza kimika fid-dossiers tar-reġistrazzjoni permezz ta’ DNELs armonizzati tista’ tinkiseb biss fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; l-iskedi tad-data dwar is-sikurezza (safety data sheets) se jinkludu dawk id-DNELs fit-taqsimiet speċifiċi xierqa.

(13)

Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-restrizzjoni proposta, u l-utenti downstream, b’mod partikolari, jenħtieġ li jkollhom l-istess perjodu ta’ żmien bħall-manifatturi u l-importaturi biex jimplimentaw il-miżuri xierqa ta’ ġestjoni tar-riskju u l-kundizzjonijiet operattivi sabiex jiżguraw li l-esponiment tal-ħaddiema għall-N,N-dimetilformammid ikun taħt id-DNELs. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis, f’konformità mad-dossier tal-Anness XV u mal-opinjoni tal-SEAC, li l-applikazzjoni tar-restrizzjoni jenħtieġ li tiġi differita għal 24 xahar.

(14)

Huwa mistenni li, biex jikkonformaw mad-DNELs għall-esponiment tal-ħaddiema għall-N,N-dimetilformammid, is-settur tal-manifattura tal-kisi u tal-membrani tal-poliuretan u dak tal-fibri sintetiċi se jeħtieġu aktar żmien. Għalhekk, huma suġġeriti perjodi tranżizzjonali itwal għas-settur tal-manifattura tal-kisi u tal-membrani tal-poliuretan, fejn l-N,N-dimetilformammid jintuża bħala solvent fi proċessi ta’ kisi dirett jew ta’ trasferiment tal-kisi tal-poliuretan fuq tessuti u materjali tal-karta jew fil-produzzjoni tal-membrani tal-poliuretan (36 xahar) u, għas-settur tal-manifattura tal-fibri sintetiċi, fejn l-N,N-dimetilformammid jintuża bħala solvent fil-proċessi ta’ għażil bit-tixrib jew niexef (dry u wet spinning) tal-fibri sintetiċi (48 xahar).

(15)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 199/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/d3feb838-3c17-bcf9-db88-92b83f5a43fc

(4)  https://echa.europa.eu/documents/10162/44ad5cd9-1143-0072-0550-5860846ffbb4

(5)  https://echa.europa.eu/documents/10162/b6644298-54a4-052a-9bbc-6824966d151e (verżjoni kkumpilata tal-opinjonijiet finali tal-RAC u tal-SEAC)


ANNESS

Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiżdied l-entrata li ġejja:

“76.

N,N-dimetilformammid

Nru CAS 68-12-2

Nru KE Nru 200-679-5

1.

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq bħala sustanza waħidha, bħala kostitwent ta’ sustanzi oħra, jew f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ta’ 0,3 % jew aktar wara t-12 ta’ Diċembru 2023 sakemm il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti downstream ma jkunux inkludew fir-rapporti rilevanti dwar is-sikurezza kimika u l-iskedi tad-data dwar is-sikurezza (safety data sheets), il-Livelli Derivati ta’ Bla Effett (DNELs) fir-rigward tal-esponiment tal-ħaddiema ta’ 6 mg/m3 għall-esponiment bil-gbid tan-nifs u ta’ 1,1 mg/kg/jum għall-esponiment bir-rotta kutanja.

2.

Ma għandhiex tiġi manifatturata, jew użata, bħala sustanza waħidha, bħala kostitwent ta’ sustanzi oħra, jew f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ta’ 0,3 % jew aktar wara t-12 ta’ Diċembru 2023 sakemm il-manifatturi u l-utenti downstream ma jkunux ħadu l-miżuri xierqa ta’ ġestjoni tar-riskju u pprovdew il-kundizzjonijiet operattivi xierqa sabiex jiżguraw li l-esponiment tal-ħaddiema jkun taħt id-DNELs speċifikati fil-paragrafu 1.

3.

B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-obbligi stabbiliti fihom għandhom japplikaw mit-12 ta’ Diċembru 2024 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq għall-użu, jew tal-użu, bħala solvent fi proċessi ta’ kisi dirett jew ta’ trasferiment tal-kisi tal-poliuretan fuq tessuti u materjali tal-karta jew fil-produzzjoni tal-membrani tal-poliuretan, u mit-12 ta’ Diċembru 2025 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq għall-użu, jew tal-użu, bħala solvent fil-proċessi ta’ għażil bit-tixrib jew niexef (dry u wet spinning) tal-fibri sintetiċi.”


22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2031

tad-19 ta’ Novembru 2021

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tat-tjur, tal-prodotti ġerminali tat-tjur u tal-laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, sabiex jidħlu fl-Unjoni, iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tat-tjur, tal-prodotti ġerminali tat-tjur, u tal-laħam frisk mit-tjur u l-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fit-12 ta’ Novembru 2021, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħa tinsab qrib Frinton-on-Sea, Tendring, Essex fl-Ingilterra u ġiet ikkonfermata fit-12 ta’ Novembru 2021 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Fl-14 ta’ Novembru 2021, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur. It-tifqigħat jinsabu qrib Leeming Bar, Hambleton, North Yorkshire fl-Ingilterra u qrib Salwick, Fylde, Lancashire fl-Ingilterra u ġew ikkonfermati fl-14 ta’ Novembru 2021 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilixxew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Ir-Renju Unit bagħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tixtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tat-tjur, tal-prodotti ġerminali tat-tjur, u ta’ laħam frisk minn tjur u għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit minħabba t-tifqigħat reċenti ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(10)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-emendi li għandhom isiru għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.20, GB-2.21 u GB-2.22 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.19:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.20

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

12.11.2021

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

12.11.2021

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

12.11.2021

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

12.11.2021

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

12.11.2021

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

12.11.2021

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

12.11.2021

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

12.11.2021

 

Bajd għat-tifqis ta’ ratiti

HER

N, P1

 

12.11.2021

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

12.11.2021

 

GB-2.21

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

14.11.2021

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

14.11.2021

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

14.11.2021

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

14.11.2021

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

14.11.2021

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

14.11.2021

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

14.11.2021

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

14.11.2021

 

Bajd għat-tifqis ta’ ratiti

HER

N, P1

 

14.11.2021

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

14.11.2021

 

GB-2.22

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

14.11.2021

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

14.11.2021

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

14.11.2021

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

14.11.2021

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

14.11.2021

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

14.11.2021

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

14.11.2021

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

14.11.2021

 

Bajd għat-tifqis ta’ ratiti

HER

N, P1

 

14.11.2021

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

14.11.2021”

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.20, GB-2.21 u GB-2.22 jiddaħħlu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.19:

“Ir-Renju Unit

GB-2.20

Qrib Frinton-on-Sea, Tendring, Essex, l-Ingilterra:

 

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N51.84 u W1.22

GB-2.21

Qrib Leeming Bar, Hambleton, North Yorkshire, l-Ingilterra:

 

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N54.30 u W1.50

GB-2.22

Qrib Salwick, Fylde, Lancashire, l-Ingilterra:

 

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N53.79 u W2.80”

(2)

fil-Parti 1 tal-Anness XIV, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.20, GB-2.21 u GB-2.22 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.19:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.20

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

12.11.2021

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

12.11.2021

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

12.11.2021

 

GB-2.21

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

14.11.2021

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

14.11.2021

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

14.11.2021

 

GB-2.22

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

14.11.2021

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

14.11.2021

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

14.11.2021”

 


DEĊIŻJONIJIET

22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2032

tad-19 ta’ Novembru 2021

dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jiġu appoġġati l-unitajiet militari mħarrġa mill-Missjoni ta’ Taħriġ tal-UE fil-Mozambique

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1), ġiet stabbilita Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri ta’ azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 21(2), punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2), il-punt (b)(i), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF tista’ tiffinanzja azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża.

(2)

Il-kriżi attwali fil-provinċja ta’ Cabo Delgado tat-Tramuntana tal-Mozambique hija multidimensjonali, b’riskju serju ta’ riperkussjoni għal provinċji oħra tal-pajjiż u għall-pajjiżi ġirien. Il-gvern tal-Mozambique laqa’ l-iskjerament ta’ Missjoni ta' Taħriġ Militari mhux eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Approċċ Integrat tal-UE għall-kriżi f’Cabo Delgado.

(3)

Fit-12 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143 li tistabbilixxi (2) li tistabbilixxi missjoni ta’ taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique). L-objettiv strateġiku tal-EUTM Mozambique huwa li tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet għall-unitajiet tal-forzi armati tal-Mozambique magħżula biex jiffurmaw Forza ta’ Reazzjoni Rapida futura, sabiex dawk l-unitajiet ikunu jistgħu jiżviluppaw il-kapaċitajiet sostenibbli meħtieġa biex jiġu restawrati s-sikurezza u s-sigurtà f’Cabo Delgado.

(4)

Fit-30 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill approva nota kunċettwali għal miżura ta’ assistenza taħt l-EPF biex jiġu appoġġati l-unitajiet militari mħarrġa mill-EUTM Mozambique, inkluż miżura urġenti biex jiġu pprovduti l-aktar tagħmir u provvisti meħtieġa b’mod urġenti biex jitħarrġu kif xieraq iż-żewġ kumpaniji tal-Mozambique skedati li jkunu l-ewwel li jibbenefikaw minn taħriġ mill-EUTM Mozambique.

(5)

Fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Awwissu 2021 indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Mozambique talbet lill-Unjoni tipprovdi tagħmir mhux iddiżinjat biex iwassal forza letali kif ukoll provvisti lill-kumpaniji kollha tal-Mozambique biex jitħarrġu mill-EUTM Mozambique.

(6)

Din il-miżura ta' assistenza trid tiġi implimentata b’kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, u b'mod partikolari l-konformità mal-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (3), u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt l-EPF.

(7)

Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jissodisfa d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Twaqqif, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u durata

1.   Miżura ta' assistenza għall-benefiċċju tar-Repubblika tal-Mozambique (il-"benefiċjarju")li għandha tiġi ffinanzjata mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) (il-"Miżura ta' Assistenza") hija b’dan stabbilita.

2.   L-objettiv tal-Miżura ta’ Assistenza huwa li tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet għall-unitajiet tal-forzi armati tal-Mozambique li għandhom jitħarrġu mill-EUTM Mozambique u l-iskjerament tagħhom sabiex dawk l-unitajiet jiżviluppaw il-kapaċitajiet sostenibbli meħtieġa biex jiġu restawrati s-sikurezza u s-sigurtà fil-provinċja ta’ Cabo Delgado tat-Tramuntana tal-Mozambique, u b’hekk jippermettu l-preżenza ta’ aġenziji tal-infurzar tal-liġi responsabbli, soġġetti għall-istat tad-dritt, biex jipproteġu l-popolazzjoni ċivili u r-ritorn ta’ strutturi tal-Istat responsabbli li jipprovdu servizzi f’Cabo Delgado.

3.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 2, il-Miżura ta’ Assistenza għandha tiffinanzja l-forniment tat-tagħmir mhux iddiżinjat biex iwassal forza letali u l-provvisti li ġejjin lill-unitajiet tal-Mozambique imsemmija f’ dak il-paragrafu:

(a)

tagħmir individwali għas-suldati;

(b)

tagħmir kollettiv fil-livell tal-kumpanija;

(c)

assi ta’ mobbiltà tal-art u amfibji;

(d)

apparat tekniku; u

(e)

sptar fuq il-post.

4.   It-tul ta’ żmien tal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ 30 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn l-Amministratur għal Miżuri ta’ Assistenza li jaġixxi bħala uffiċċjal ta’ awtorizzazzjoni u l-entità msemmija fl-Artikolu 4(2) f’konformità mal-Art. 32(2), il-punt (a), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta' Assistenza għandu jkun ta' EUR 40 000 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjata taħt l-EPF.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti b'din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ taħt il-Miżura ta’ Assistenza u mill-miżura urġenti approvata mill-Kunsill fit-30 ta' Lulju 2021.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

konformità tal-unitajiet tal-forzi armati tal-Mozambique imħarrġa mill-EUTM Mozambique mad-dritt internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

(b)

użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza għall-finijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;

(c)

manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza biex tiġi żgurata l-użabilità tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(d)

li l-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza ma jintilfux, jew jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet oħra għajr dawk identifikati f’dawk l-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ taħt il-Miżura ta’ Assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa taħt l-EPF, b’mod konsistenti mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza taħt l-EPF.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mill-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika Portugiża.

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li r-rispett tal-obbligi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 3 mill-benefiċjarju jiġu mmonitorjati. Dan il-monitoraġġ għandu jipprovdi għarfien tal-kuntest u tar-riskji tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 3, u għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ tali ksur, inkluż ksur tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali u atti ta' vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru mill-unitajiet tal-forzi armati tal-Mozambique appoġġati taħt il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   Il-kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u l-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

verifika tal-konsenja, li permezz tagħha ċ-ċertifikati tal-konsenja jridu jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

rappurtar dwar l-inventarju, li permezz tiegħu l-benefiċjarju jrid jirrapporta kull sena dwar l-inventarju tal-oġġetti magħżula; ir-rappurtar irid ikompli sakemm ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS);

(c)

kontroll fuq il-post, li permezz tiegħu il-benefiċjarju jrid jagħti lir-Rappreżentant Għoli aċċess biex iwettaq kontroll fuq il-post meta mitlub.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni, fil-forma tal-ewwel valutazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza, sitt xhur wara li l-ewwel żewġ kumpaniji mħarrġa mill-EUTM Mozambique jiġu skjerati fir-reġjun ta’ Cabo Delgado. Dan ser jinvolvi żjarat fuq il-post biex jiġu verifikati t-tagħmir u l-provvisti kkonsenjati taħt il-Miżura ta’ Assistenza. Għandha ssir evalwazzjoni finali meta titlesta l-konsenja tat-tagħmir taħt il-Miżura ta’ Assistenza.

Artikolu 6

Rappurtar

Matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti ta' kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza, f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta' assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa f'konformità mal-Artikolu 38 ta' dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s sottokuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

Il-KPS jista’ jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza f'konformità mal-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Il-KPS jista' wkoll jirrakkomanda li l-Kunsill itemm il-Miżura ta' Assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique). (GU L 247, 13.7.2021, p. 93).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335 13.12.2008, p. 99).


22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2033

tad-19 ta’ Novembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Jannar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 (1), li tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu.

(2)

Il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament jintemm fl-4 ta’ Frar 2022.

(3)

Fit-8 ta’ Lulju 2021, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/97, talab estensjoni bla ħlas ta’ tnax-il xahar tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Din l-estensjoni tippermetti lill-UNODA jwettaq l-implimentazzjoni ta’ diversi mill-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 li l-implimentazzjoni tagħhom ġarrbet dewmien minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

(4)

L-estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 sal-4 ta’ Frar 2023 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-4 ta’ Frar 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/97 tal-21 ta’ Jannar 2019 b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 19, 22.1.2019, p. 11).