ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 410

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
18 ta' Novembru 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2009 tat-12 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2010 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi ( 1 )

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

51

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2012 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja

153

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2013 tal-15 ta’ Novembru 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

178

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2014 tas-17 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

180

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ( ĠU L 57, 18.2.2021 )

197

 

*

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/771 tal-21 ta’ Jannar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-verifiki tal-kontijiet dokumentarji fil-qafas tal-kontrolli uffiċjali fil-produzzjoni organika u l-kontrolli uffiċjali tal-gruppi ta’ operaturi (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L 165 tal-11 ta’ Mejju 2021 )

198

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija ( ĠU L 238, 6.7.2021 )

199

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 tal-5 ta’ Awwissu 2020 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl ( ĠU L 257, 6.8.2020 )

200

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE ( ĠU L 173, 12.6.2014 )

201

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/419 tad-9 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Jasminum polyanthum Franchet li toriġina f’Iżrael, u li jadatta l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-Ullucus tuberosus u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni ( ĠU L 83, 10.3.2021 )

203

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis ( ĠU L 352, 24.12.2013 )

204

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta’ notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f’dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli ( ĠU L 156, 20.6.2017 )

209

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 230, 30.6.2021 )

210

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2009

tat-12 ta’ Novembru 2021

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2021.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-lipp fl-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2021.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għal Franza għall-istokk tal-lipp fl-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 għall-2021 imsemmija fl-Anness għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

19/TQ92

STAT MEMBRU

Franza

STOKK

LIN/1/2.

SPEĊI

Lipp (Molva molva)

ŻONA

l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 1 u 2;

DATA TAL-GĦELUQ

22.10.2021


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2010

tas-17 ta’ Novembru 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea komparabbli dwar il-bejgħ u l-użu tal-pestiċidi.

(2)

Il-Kummissjoni trid tadatta, fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin, il-lista ta’ sustanzi li għandhom jiġu koperti u l-klassifikazzjoni tagħhom f’kategoriji ta’ prodotti u klassijiet kimiċi kif stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009. Billi dan tal-aħħar ġie aġġornat l-aħħar fl-2017 mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/269 (2), il-lista annessa ma’ dak ir-Regolament jeħtieġ li tiġi aġġornata biex tkopri s-snin mill-2021 sal-2024.

(3)

Minħabba n-numru ta’ sustanzi kkonċernati u l-proċess kumpless tal-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-komposti rilevanti, huwa diffiċli għall-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali biex jiksbu l-firxa ta’ għodod li jeħtieġu biex jiġbru l-informazzjoni dwar l-użu u t-tqegħid fis-suq tal-pestiċidi. Konsegwentement, is-sustanzi assenjati numru ta’ identifikazzjoni minn waħda jew miż-żewġ istituzzjonijiet ewlenin rikonoxxuti internazzjonalment li jirreġistraw komposti kimiċi jew pestiċidi, jiġifieri l-Chemical Abstracts Service tal-American Chemical Society u l-Collaborative International Pesticides Analytical Council biss, jenħtieġ li jiġu inklużi.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/269 tas-16 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi (ĠU L 40, 17.2.2017, p. 4).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS

“ANNESS III

KLASSIFIKAZZJONI ARMONIZZATA TA’ SUSTANZI

Gruppi ewlenin

Kategoriji ta’ prodotti

Kodiċi

Klassi kimika

Sustanzi - ismijiet komuni

Nomenklatura komuni

CAS  (1)

CIPAC  (2)

Pestiċidi mqiegħda fis-suq, total

 

PPM_TOT

 

 

 

 

 

Pestiċidi mqiegħda fis-suq għall-utenti professjonali (3)

PPM_PU

 

 

 

 

 

Dawk minnhom li huma maħsuba għall-użu fl-agrikoltura (4)

PPM_AGRI

 

 

 

 

 

Dawk minnhom li huma maħsuba għall-użu fil-forestrija (5)

PPM_FORE

 

 

 

 

 

Dawk minnhom li huma maħsuba għal użi professjonali oħra (6)

PPM_AMU

 

 

 

 

 

Dawk minnhom li jintużaw biss fil-ħżin (6)

PPM_STOR

 

 

 

 

Pestiċidi mqiegħda fis-suq skont l-Artikoli 22 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 1 - Sustanzi attivi b’riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (8)

GRP1

 

 

 

 

 

Grupp 3 - Kandidati għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (9)

GRP3

 

 

 

 

Pestiċidi mqiegħda fis-suq, gruppi u kategoriji definiti fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/128/KE

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 2 - Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li mhumiex f’kategoriji oħra, li huma elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (10)

GRP2

 

 

 

 

 

Grupp 4 - Is-sustanzi attivi li mhumiex approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li għalhekk mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

GRP4

 

 

 

 

 

Kategorija A u C: Sustanzi attivi mhux kimiċi

CAT_A_C

 

 

 

 

 

Kategorija B, D, E, F: Sustanzi attivi kimiċi

CAT_B_D-F

 

 

 

 

Fungiċidi u batteriċidi

 

PES_F

 

 

 

 

 

Fungiċidi inorganiċi

F01

 

 

 

 

 

 

F01_01

KOMPOSTI TAR-RAM

 

 

 

 

 

F01_01_01

 

TAĦLITA BORDEAUX

8011-63-0

44.604

 

 

F01_01_02

 

IDROSSIDU TAR-RAM

20427-59-2

44.305

 

 

F01_01_03

 

OSSIDU TAR-RAM (I)

1317-39-1

44.603

 

 

F01_01_04

 

OSSIKLORUR TAR-RAM

1332-65-6

1332-40-7

44.602

 

 

F01_01_05

 

SULFAT TAR-RAM TRIBAŻIKU

12527-76-3

44.306

 

 

F01_01_06

 

IMLIEĦ TAR-RAM OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

 

F01_02

KUBRIT INORGANIKU

 

 

 

 

 

F01_02_01

 

KUBRIT

7704-34-9

18

 

 

F01_99

FUNGIĊIDI INORGANIĊI OĦRAJN

 

 

 

 

 

F01_99_01

 

KUBRIT TAL-ĠIR (POLISULFUR TAL-KALĊJU)

1344-81-6

17

 

 

F01_99_02

 

JODUR TAL-POTASSJU

7681-11-0

773

 

 

F01_99_03

 

FOSFONATI TAL-POTASSJU (QABEL IMSEJJAĦ FOSFIT TAL-POTASSJU)

13977-65-6

13492-26-7

756

 

 

F01_99_04

 

TIJOĊJANAT TAL-POTASSJU

333-20-0

772

 

 

F01_99_06

 

FOSFONAT TAD-DISODJU

13708-85-5

808

 

 

F01_99_07

 

KARBONAT IDROĠENAT TAL-POTASSJU

298-14-6

853

 

 

F01_99_08

 

KARBONAT IDROĠENAT TAS-SODJU

144-55-8

 

 

 

F01_99_99

 

FUNGIĊIDI INORGANIĊI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Fungiċidi bbażati fuq il-karbamati u d-ditijokarbamati

F02

 

 

 

 

 

 

F02_01

FUNGIĊIDI TAL-KARBANILAT

 

 

 

 

 

F02_01_01

 

DIETOFENKARB

87130-20-9

513

 

 

F02_02

FUNGIĊIDI TAL-KARBAMAT

 

 

 

 

 

F02_02_01

 

BENTIJAVALIKARB

413615-35-7

744

 

 

F02_02_02

 

IPROVALIKARB

140923-17-7

620

 

 

F02_02_03

 

PROPAMOKARB

24579-73-5

399

 

 

F02_03

FUNGIĊIDI TAD-DITIJOKARBAMAT

 

 

 

 

 

F02_03_01

 

MANKOŻEB

8018-01-7

34

 

 

F02_03_02

 

MANEB

12427-38-2

61

 

 

F02_03_03

 

METIRAM

9006-42-2

478

 

 

F02_03_04

 

PROPINEB

12071-83-9

177

 

 

F02_03_05

 

TIRAM

137-26-8

24

 

 

F02_03_06

 

ŻIRAM

137-30-4

31

 

 

F02_99

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-KARBAMATI U D-DITIJOKARBAMATI

 

 

 

 

 

F02_99_99

 

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-KARBAMATI U D-DITIJOKARBAMATI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Fungiċidi bbażati fuq il-benżimidażoli

F03

 

 

 

 

 

 

F03_01

FUNGIĊIDI TAL-BENŻIMIDAŻOL

 

 

 

 

 

F03_01_01

 

KARBENDAŻIM

10605-21-7

263

 

 

F03_01_02

 

FUBERIDAŻOL

3878-19-1

525

 

 

F03_01_03

 

TIJABENDAŻOL

148-79-8

323

 

 

F03_01_04

 

TIJOFANAT-METIL

23564-05-8

262

 

 

F03_99

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-BENŻIMIDAŻOLI

 

 

 

 

 

F03_99_99

 

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-BENŻIMIDAŻOLI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Fungiċidi bbażati fuq l-imidażoli u t-triażoli

F04

 

 

 

 

 

 

F04_01

FUNGIĊIDI TAL-KONAŻOL

 

 

 

 

 

F04_01_01

 

BITERTANOL

55179-31-2

386

 

 

F04_01_02

 

BROMUKONAŻOL

116255-48-2

680

 

 

F04_01_03

 

ĊIPROKONAŻOL

94361-06-5

600

 

 

F04_01_04

 

DIFENOKONAŻOL

119446-68-3

687

 

 

F04_01_05

 

EPOSSIKONAŻOL

106325-08-0

609

 

 

F04_01_06

 

ETRIDIAŻOL

2593-15-9

518

 

 

F04_01_07

 

FENBUKONAŻOL

114369-43-6

694

 

 

F04_01_08

 

FLUKINKONAŻOL

136426-54-5

474

 

 

F04_01_09

 

FLUSILAŻOL

85509-19-9

435

 

 

F04_01_10

 

FLUTRIAFOL

76674-21-0

436

 

 

F04_01_11

 

IMAŻALIL (ENILKONAŻOL)

35554-44-0

335

 

 

F04_01_12

 

IPKONAŻOL

125225-28-7

115850-69-6

115937-89-8

798

 

 

F04_01_13

 

METKONAŻOL

125116-23-6

706

 

 

F04_01_14

 

MIKLOBUTANIL

88671-89-0

442

 

 

F04_01_15

 

PENKONAŻOL

66246-88-6

446

 

 

F04_01_16

 

PROPIKONAŻOL

60207-90-1

408

 

 

F04_01_17

 

PROTIJOKONAŻOL

178928-70-6

745

 

 

F04_01_18

 

TEBUKONAŻOL

107534-96-3

494

 

 

F04_01_19

 

TETRAKONAŻOL

112281-77-3

726

 

 

F04_01_20

 

TRIADIMENOL

55219-65-3

398

 

 

F04_01_21

 

TRIFLUMIŻOL

99387-89-0

730

 

 

F04_01_22

 

TRITIKONAŻOL

131983-72-7

652

 

 

F04_01_23

 

MEFENTRIFLUKONAŻOL

1417782-03-6

1004

 

 

F04_02

FUNGIĊIDI TAL-IMIDAŻOL

 

 

 

 

 

F04_02_01

 

ĊJAŻOFAMMID

120116-88-3

653

 

 

F04_02_02

 

FENAMIDON

161326-34-7

650

 

 

F04_02_03

 

TRIAŻOSSIDU

72459-58-6

729

 

 

F04_99

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-IMIDAŻOLI U T-TRIAŻOLI

 

 

 

 

 

F04_99_01

 

AMETOKTRADIN

865318-97-4

818

 

 

F04_99_02

 

AMISULBROM

348635-87-0

789

 

 

F04_99_03

 

TRIĊIKLAŻOL

41814-78-2

547

 

 

F04_99_99

 

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-IMIDAŻOLI U T-TRIAŻOLI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Fungiċidi bbażati fuq il-morfolini

F05

 

 

 

 

 

 

F05_01

FUNGIĊIDI TAL-MORFOLIN

 

 

 

 

 

F05_01_01

 

DIMETOMORF

110488-70-5

483

 

 

F05_01_02

 

DODEMORF

1593-77-7

300

 

 

F05_01_03

 

FENPROPIMORF

67564-91-4

427

 

 

F05_99

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-MORFOLINI

 

 

 

 

 

F05_99_99

 

FUNGIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-MORFOLINI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Fungiċidi ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika

F06

 

 

 

 

 

 

F06_01

FUNGIĊIDI MIKROBIJOLOĠIĊI

 

 

 

 

 

F06_01_01

 

AMPELOMYCES QUISQUALIS TAR-RAZZA AQ10

 

589

 

 

F06_01_021

 

AUREOBASIDIUM PULLULANS TAR-RAZZA DSM 14940

 

809

 

 

F06_01_022

 

AUREOBASIDIUM PULLULANS TAR-RAZZA DSM 14941

 

810

 

 

F06_01_03

 

BACILLUS AMYLOLIQUEFACIENS (QABEL IMSEJJAĦ SUBTILIS QST 713) TAR-RAZZA AQ 713

 

661

 

 

F06_01_04

 

CONIOTHYRIUM MINITANS TAR-RAZZA CON/M/91-08

 

614

 

 

F06_01_05

 

CLONOSTACHYS ROSEA (QABEL IMSEJJAĦ GLIOCLADIUM CATENULATUM) TAR-RAZZA J1446

 

624

 

 

F06_01_08

 

PSEUDOMONAS CHLORORAPHIS TAR-RAZZA MA342

 

574

 

 

F06_01_09

 

PSEUDOZYMA FLOCCULOSA

 

669

 

 

F06_01_111

 

TRICHODERMA HARZIANUM TAR-RAZZA T-22

 

1007

 

 

F06_01_112

 

TRICHODERMA HARZIANUM TAR-RAZZA ITEM 908

 

1008

 

 

F06_01_12

 

CANDIDA OLEOPHILA TAR-RAZZA O

 

947

 

 

F06_01_141

 

PHLEBIOPSIS GIGANTEA TAR-RAZZA FOC PG 410.3

 

930

 

 

F06_01_142

 

PHLEBIOPSIS GIGANTEA TAR-RAZZA VRA 1835

 

921

 

 

F06_01_143

 

PHLEBIOPSIS GIGANTEA TAR-RAZZA VRA 1984

 

922

 

 

F06_01_15

 

PSEUDOMONAS SP. TAR-RAZZA DSMZ 13134

 

935

 

 

F06_01_16

 

PYTHIUM OLIGANDRUM TAR-RAZZA M1

 

936

 

 

F06_01_17

 

STREPTOMYCES (QABEL IMSEJJAĦ STREPTOMYCES GRISEOVIRIDIS) TAR-RAZZA K61

 

937

 

 

F06_01_181

 

TRICHODERMA ASPERELLUM (QABEL IMSEJJAĦ T. HARZIANUM) TAR-RAZZA ICC012

 

938

 

 

F06_01_182

 

TRICHODERMA ASPERELLUM (QABEL IMSEJJAĦ T. VIRIDE) TAR-RAZZA T25

 

1010

 

 

F06_01_183

 

TRICHODERMA ASPERELLUM (QABEL IMSEJJAĦ T. VIRIDE) TAR-RAZZA TV1

 

940

 

 

F06_01_19

 

TRICHODERMA ASPERELLUM (TAR-RAZZA T34)

 

941

 

 

F06_01_201

 

TRICHODERMA ATROVIRIDE (QABEL IMSEJJAĦ T. HARZIANUM) TAR-RAZZA IMI 206040

 

942

 

 

F06_01_202

 

TRICHODERMA ATROVIRIDE (QABEL IMSEJJAĦ T. HARZIANUM) TAR-RAZZA T11

 

943

 

 

F06_01_21

 

TRICHODERMA ATROVIRIDE TAR-RAZZA I-1237

 

944

 

 

F06_01_22

 

TRICHODERMA GAMSII (QABEL IMSEJJAĦ T. VIRIDE) TAR-RAZZA ICC080

 

945

 

 

F06_01_23

 

TRICHODERMA POLYSPORUM (IMI 206039)

 

946

 

 

F06_01_24

 

VERTICILLIUM ALBO-ATRUM (QABEL IMSEJJAĦ VERTICILLIUM DAHLIAE) TAR-RAZZA WCS850

 

948

 

 

F06_01_25

 

BACILLUS AMYLOLIQUEFACIENS TAR-RAZZA MBI 600

 

1011

 

 

F06_01_26

 

BACILLUS AMYLOLIQUEFACIENS TAR-RAZZA FZB24

 

1012

 

 

F06_01_27

 

SACCHAROMYCES CEREVISIAE TAR-RAZZA LAS02

 

1016

 

 

F06_01_28

 

TRICHODERMA ATROVIRIDE TAR-RAZZA SC1

 

988

 

 

F06_01_29

 

BACILLUS AMYLOLIQUEFACIENS SUBSP. PLANTARUM TAR-RAZZA D747

 

1013

 

 

F06_01_30

 

BACILLUS PUMILUS QST TAR-RAZZA 2808

 

1014

 

 

F06_01_31

 

METSCHNIKOWIA FRUCTICOLA TAR-RAZZA NRRL Y-27328

 

 

 

 

F06_01_32

 

STREPTOMYCES LYDICUS WYEC 108

 

 

 

 

F06_01_33

 

ABE-IT 56

 

 

 

 

F06_01_34

 

BACILLUS SUBTILIS TAR-RAZZA IAB/BS03

 

 

 

 

F06_01_35

 

ASPERGILLUS FLAVUS TAR-RAZZA MUCL 54911

 

 

 

 

F06_01_36

 

VERTICILLIUM NONALFAFAE

 

 

 

 

F06_02

FUNGIĊIDI BOTANIĊI

 

 

 

 

 

F06_02_01

 

EWĠENOL

97-53-0

967

 

 

F06_02_02

 

ĠERANJOL

106-24-1

968

 

 

F06_02_03

 

TIMOL

89-83-8

969

 

 

F06_02_04

 

ESTRATT MIS-SIĠRA TAT-TE

68647-73-4

914

 

 

F06_02_05

 

LAMINARIN

9008-22-4

671

 

 

F06_02_06

 

FEN 560 (ŻERRIEGĦA TAL-FIENU MITĦUNA)

 

858

 

 

F06_02_07

 

ESTRATT TAR-REYNOUTRIA SACCHALINENSIS

 

 

 

 

F06_99

FUNGIĊIDI OĦRAJN TA’ ORIĠINI MIKROBIJOLOĠIKA JEW BOTANIKA

 

 

 

 

 

F06_99_01

 

CEREVISANE

 

980

 

 

F06_99_99

 

FUNGIĊIDI OĦRAJN TA’ ORIĠINI MIKROBIJOLOĠIKA JEW BOTANIKA MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

 

F07

BATTERIĊIDI

 

 

 

 

 

F07_01

BATTERIĊIDI INORGANIĊI

 

 

 

 

 

F07_01_01

 

IPOKLORIT TAS-SODJU

7681-52-9

848

 

 

F07_01_02

 

SULFAT TAL-ALUMINJU

10043-01-3

849

 

 

F07_99

BATTERIĊIDI OĦRAJN

 

 

 

 

 

F07_99_01

 

KASUGAMIĊINA

6980-18-3

19408-46-9

703

 

 

F07_99_02

 

STREPTOMIĊINA

57-92-1

312

 

 

F07_99_03

 

SULFAT TAL-POTASSJU TAL-ALUMINJU DODEKAIDRAT

7784-24-9

 

 

Fungiċidi u batteriċidi oħrajn

F99

 

 

 

 

 

 

F99_01

FUNGIĊIDI TAN-NITROĠENU ALIFATIKU

 

 

 

 

 

F99_01_01

 

ĊIMOKSANIL

57966-95-7

419

 

 

F99_01_02

 

DODINA

2439-10-3

101

 

 

F99_01_03

 

GWAŻATINA

108173-90-6

361

 

 

F99_02

FUNGIĊIDI TAL-AMMID

 

 

 

 

 

F99_02_01

 

ĊIFLUFENAMID

180409-60-3

759

 

 

F99_02_02

 

FLUWOPIKOLID

239110-15-7

787

 

 

F99_02_03

 

PROKLORAŻ

67747-09-5

407

 

 

F99_02_04

 

SILTIJOFAM

175217-20-6

635

 

 

F99_02_05

 

ŻOKSAMMID

156052-68-5

640

 

 

F99_02_06

 

MANDIPROPAMID

374726-62-2

783

 

 

F99_02_07

 

PENTIJOPIRAD

183675-82-3

824

 

 

F99_02_08

 

BENŻOVINDIFLUPIR

1072957-71-1

981

 

 

F99_02_09

 

ISOFETAMID

875915-78-9

972

 

 

F99_02_10

 

MANDESTROBIN

173662-97-0

 

 

 

F99_02_11

 

FLUWOPIRAM

658066-35-4

807

 

 

F99_03

FUNGIĊIDI TAL-ANILID

 

 

 

 

 

F99_03_01

 

BENALAKSIL

71626-11-4

416

 

 

F99_03_02

 

BOSKALID

188425-85-6

673

 

 

F99_03_03

 

KARBOKSIN

5234-68-4

273

 

 

F99_03_04

 

FENEŻAMID

126833-17-8

603

 

 

F99_03_05

 

FLUTOLANIL

66332-96-5

524

 

 

F99_03_06

 

METALAKSIL-M

70630-17-0

580

 

 

F99_03_07

 

METALAKSIL

57837-19-1

365

 

 

F99_03_08

 

BENALAKSIL-M

98243-83-5

766

 

 

F99_03_09

 

BIKSAFEN

581809-46-3

819

 

 

F99_03_12

 

ISOPIRAŻAM

881685-58-1

683777-13

683777-14-2

963

 

 

F99_03_13

 

FLUKSAPIROKSAD

907204-31-3

828

 

 

F99_03_14

 

PENFLUFEN

494793-67-8

826

 

 

F99_03_15

 

SEDAKSAN

874967-67-6

599197-38-3

599194-51-1

833

 

 

F99_05

FUNGIĊIDI AROMATIĊI

 

 

 

 

 

F99_05_01

 

KLOROTALONIL

1897-45-6

288

 

 

F99_05_02

 

DIKLORAN

99-30-9

150

 

 

F99_05_03

 

2,5-METILESTER TAL-AĊIDU DIKLOROBENŻOJKU

2905-69-3

686

 

 

F99_06

FUNGIĊIDI TAD-DIKARBOSSIMMID

 

 

 

 

 

F99_06_01

 

IPRODIJON

36734-19-7

278

 

 

F99_07

FUNGIĊIDI TAD-DINITROANILINA

 

 

 

 

 

F99_07_01

 

FLUWAŻINAM

79622-59-6

521

 

 

F99_08

FUNGIĊIDI TAD-DINITROFENOL

 

 

 

 

 

F99_08_01

 

DINOKAP

39300-45-3

98

 

 

F99_08_02

 

MEPTILDINOKAP

6119-92-2

811

 

 

F99_09

FUNGIĊIDI ORGANOFOSFORIĊI

 

 

 

 

 

F99_09_01

 

FOSETIL

15845-66-6

384

 

 

F99_09_02

 

TOLKLOFOS-METIL

57018-04-9

479

 

 

F99_10

FUNGIĊIDI TAL-OSSAŻOL

 

 

 

 

 

F99_10_01

 

FAMOKSADON

131807-57-3

594

 

 

F99_10_02

 

IMEKSAŻOL

10004-44-1

528

 

 

F99_10_03

 

OKSATIJAPIPROLIN

1003318-67-9

985

 

 

F99_11

FUNGIĊIDI TAL-FENILPIRROL

 

 

 

 

 

F99_11_01

 

FLUDJOKSONIL

131341-86-1

522

 

 

F99_12

FUNGIĊIDI TAL-FTALIMMID

 

 

 

 

 

F99_12_01

 

KAPTAN

133-06-2

40

 

 

F99_12_02

 

FOLPET

133-07-3

75

 

 

F99_13

FUNGIĊIDI TAL-PIRIMIDINA

 

 

 

 

 

F99_13_01

 

BUPIRIMAT

41483-43-6

261

 

 

F99_13_02

 

ĊIPRODINIL

121552-61-2

511

 

 

F99_13_03

 

MEPANIPIRIM

110235-47-7

611

 

 

F99_13_04

 

PIRIMETANIL

53112-28-0

714

 

 

F99_14

FUNGIĊIDI TAL-KINOLINA

 

 

 

 

 

F99_14_01

 

8-IDROSSIKINOLINA

148-24-3

677

 

 

F99_14_02

 

KINOKSIFEN

124495-18-7

566

 

 

F99_15

FUNGIĊIDI TAL-KINON

 

 

 

 

 

F99_15_01

 

DITIJANON

3347-22-6

153

 

 

F99_16

FUNGIĊIDI TAL-ISTROBILURINA

 

 

 

 

 

F99_16_01

 

AŻOSSISTROBIN

131860-33-8

571

 

 

F99_16_02

 

DIMOSSISTROBIN

149961-52-4

739

 

 

F99_16_03

 

FLUWOKSASTROBIN

361377-29-9

746

 

 

F99_16_04

 

KRESOKSIM-METIL

143390-89-0

568

 

 

F99_16_05

 

PIKOSSISTROBIN

117428-22-5

628

 

 

F99_16_06

 

PIRAKLOSTROBIN

175013-18-0

657

 

 

F99_16_07

 

TRIFLOSSISTROBIN

141517-21-7

617

 

 

F99_16_08

 

FENPIKOSSAMID (QABEL IMSEJJAĦ LISERFENVALPIR)

517875-34-2

991

 

 

F99_17

FUNGIĊIDI TAL-UREA

 

 

 

 

 

F99_17_01

 

PENĊIKURON

66063-05-6

402

 

 

F99_17_02

 

UREA

57-13-6

913

 

 

F99_99

FUNGIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

 

 

 

 

 

F99_99_01

 

2-FENILFENOL (INKLUŻ L-IMLIEĦ BĦALL-MELĦ TAS-SODJU)

90-43-7

246

 

 

F99_99_02

 

AĊIBENŻOLAR-S-METIL

135158-54-2

597

 

 

F99_99_04

 

AĊIDU L-ASKORBIKU

50-81-7

774

 

 

F99_99_05

 

AĊIDU BENŻOJKU

65-85-0

622

 

 

F99_99_06

 

FENPROPIDIN

67306-00-7

520

 

 

F99_99_08

 

METRAFENON

220899-03-6

752

 

 

F99_99_09

 

PIRJOFENON

688046-61-9

827

 

 

F99_99_10

 

SPIROKSAMMINA

118134-30-8

572

 

 

F99_99_11

 

KLORUR TAD-DIDEĊILDIMETILAMMONJU

 

859

 

 

F99_99_12

 

PROKINAŻID

189278-12-4

764

 

 

F99_99_13

 

VALIFENALAT (QABEL IMSEJJAĦ VALIFENAL)

283159-90-0

857

 

 

F99_99_14

 

DISULFUR TAD-DIMETIL

624-92-0

 

 

 

F99_99_15

 

COS-OGA

 

979

 

 

F99_99_16

 

FLUTIANIL

958647-10-4

835

 

 

F99_99_17

 

FENPIRAŻAMMINA

473798-59-3

832

 

 

F99_99_99

 

FUNĠIĊIDI U BATTERIĊIDI OĦRA, MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

Erbiċidi, prodotti għall-irmondar u prodotti li joqtlu l-ħażiż

 

PES_H

 

 

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq il-fenossifitoormoni

H01

 

 

 

 

 

 

H01_01

ERBIĊIDI TAL-FENOSSI

 

 

 

 

 

H01_01_01

 

2,4-D

94-75-7

1

 

 

H01_01_02

 

2,4-DB

94-82-6

83

 

 

H01_01_03

 

DIKLORPROP-P

15165-67-0

476

 

 

H01_01_04

 

MCPA

94-74-6

2

 

 

H01_01_05

 

MCPB

94-81-5

50

 

 

H01_01_06

 

MEKOPROP

7085-19-0

51

 

 

H01_01_07

 

MEKOPROP-P

16484-77-8

475

 

 

H01_99

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-FENOSSIFITOORMONI

 

 

 

 

 

H01_99_99

 

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-FENOSSIFITOORMONI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq it-triażini u t-triażinoni

H02

 

 

 

 

 

 

H02_02

ERBIĊIDI TAT-TRIAŻINA

 

 

 

 

 

H02_02_01

 

TERBUTILAŻINA

5915-41-3

234

 

 

H02_02_02

 

EŻAŻINON

51235-04-2

374

 

 

H02_03

ERBIĊIDI TAT-TRIAŻINON

 

 

 

 

 

H02_03_01

 

METAMITRON

41394-05-2

381

 

 

H02_03_02

 

METRIBUŻIN

21087-64-9

283

 

 

H02_99

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IT-TRIAŻINI U T-TRIAŻINONI

 

 

 

 

 

H02_99_99

 

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IT-TRIAŻINI U T-TRIAŻINONI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq l-ammidi u l-anilidi

H03

 

 

 

 

 

 

H03_01

ERBIĊIDI TAL-AMMIDI

 

 

 

 

 

H03_01_01

 

BEFLUBUTAMID

113614-08-7

662

 

 

H03_01_02

 

DIMETENAMID-P

163515-14-8

638

 

 

H03_01_03

 

ISOKSABEN

82558-50-7

701

 

 

H03_01_04

 

NAPROPAMMID

15299-99-7

271

 

 

H03_01_05

 

PENOKSULAM

219714-96-2

758

 

 

H03_01_06

 

PETOKSAMID

106700-29-2

665

 

 

H03_01_07

 

PROPIŻAMMID

23950-58-5

315

 

 

H03_01_08

 

PIROKSULAM

422556-08-9

793

 

 

H03_02

ERBIĊIDI TAL-ANILIDE

 

 

 

 

 

H03_02_01

 

DIFLUFENIKAN

83164-33-4

462

 

 

H03_02_02

 

FLORASULAM

145701-23-1

616

 

 

H03_02_03

 

FLUFENAĊET

142459-58-3

588

 

 

H03_02_04

 

METAŻAKLOR

67129-08-2

411

 

 

H03_02_05

 

METOSULAM

139528-85-1

707

 

 

H03_02_06

 

PROPANIL

709-98-8

205

 

 

H03_03

ERBIĊIDI TAL-KLOROAĊETANILIDE

 

 

 

 

 

H03_03_01

 

AĊETOKLOR

34256-82-1

496

 

 

H03_03_02

 

DIMETAKLOR

50563-36-5

688

 

 

H03_03_03

 

PROPISOKLOR

86763-47-5

836

 

 

H03_03_04

 

S-METOLAKLOR

87392-12-9

178961-20-1

607

 

 

H03_03_05

 

PRETILAKLOR

51218-49-6

711

 

 

H03_99

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-AMMIDI U L-ANILIDI

 

 

 

 

 

H03_99_99

 

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-AMMIDI U L-ANILIDI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq il-karbamati u l-biskarbamati

H04

 

 

 

 

 

 

H04_01

ERBIĊIDI TAL-BISKARBAMATI

 

 

 

 

 

H04_01_01

 

KLORPROFAM

101-21-3

43

 

 

H04_01_02

 

DESMEDIFAM

13684-56-5

477

 

 

H04_01_03

 

FENMEDIFAM

13684-63-4

77

 

 

H04_02

ERBIĊIDI TAL-KARBAMAT

 

 

 

 

 

H04_02_01

 

ASULAM

3337-71-1

240

 

 

H04_02_02

 

KARBETAMMID

16118-49-3

95

 

 

H04_99

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-KARBAMATI U L-BISKARBAMATI

 

 

 

 

 

H04_99_99

 

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-KARBAMATI U L-BISKARBAMATI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi tad-dinitroanilina

H05

 

 

 

 

 

 

H05_01

ERBIĊIDI TAD-DINITROANILINA

 

 

 

 

 

H05_01_01

 

BENFLURALIN

1861-40-1

285

 

 

H05_01_02

 

PENDIMETALIN

40487-42-1

357

 

 

H05_01_03

 

ORIŻALIN

19044-88-3

537

 

 

H05_99

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ ID-DERIVATTIVI TAD-DINITROANILINA

 

 

 

 

 

H05_99_99

 

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ ID-DERIVATTIVI TAD-DINITROANILINA MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi tal-urea, tal-uraċil jew tas-sulfonilurea

H06

 

 

 

 

 

 

H06_01

ERBIĊIDI TAS-SULFONILUREA

 

 

 

 

 

H06_01_01

 

AMIDOSULFURON

120923-37-7

515

 

 

H06_01_02

 

AŻIMSULFURON

120162-55-2

584

 

 

H06_01_03

 

BENSULFURON-METIL

83055-99-6

502.201

 

 

H06_01_04

 

KLORSULFURON

64902-72-3

391

 

 

H06_01_05

 

ETOSSISULFURON

126801-58-9

591

 

 

H06_01_06

 

FLAŻASULFURON

104040-78-0

595

 

 

H06_01_07

 

FLUPIRSULFURON-METIL

150315-10-9

1447440-54-5

577

 

 

H06_01_08

 

FORAMSULFURON

173159-57-4

659

 

 

H06_01_09

 

IMAŻOSULFURON

122548-33-8

590

 

 

H06_01_10

 

JODOSULFURON (JODOSULFURON-METIL-SODJU)

185119-76-0

144550-36-7

634

634.501

 

 

H06_01_11

 

MESOSULFURON (MESOSULFURON-METIL)

400852-66-6

208465-21-8

663

663.201

 

 

H06_01_12

 

METSULFURON-METIL

74223-64-6

441.201

 

 

H06_01_13

 

NIKOSULFURON

111991-09-4

709

 

 

H06_01_14

 

OKSASULFURON

144651-06-9

626

 

 

H06_01_15

 

PROSULFURON

94125-34-5

579

 

 

H06_01_16

 

RIMSULFURON

122931-48-0

716

 

 

H06_01_17

 

SULFOSULFURON

141776-32-1

601

 

 

H06_01_18

 

TIFENSULFURON-METIL

79277-27-3

452

 

 

H06_01_19

 

TRIASULFURON

82097-50-5

480

 

 

H06_01_20

 

TRIBENURON (ORIĠINARJU)

106040-48-6

546

 

 

H06_01_21

 

TRIFLUSULFURON

126535-15-7

731

 

 

H06_01_22

 

TRITOSULFURON

142469-14-5

735

 

 

H06_01_23

 

ORTOSULFAMURON

213464-77-8

781

 

 

H06_01_24

 

ETAMETSULFURON-METIL

97780-06-8

834.201

 

 

H06_01_25

 

ALOSULFURON METIL

100784-20-1

785.201

 

 

H06_01_26

 

TRIFLOSSISULFURON

145099-21-4

617

 

 

H06_02

ERBIĊIDI TAL-URAĊIL

 

 

 

 

 

H06_02_01

 

LENAĊIL

2164-08-1

163

 

 

H06_02_02

 

TERBAĊIL

5902-51-2

272

 

 

H06_03

ERBIĊIDI TAL-UREA

 

 

 

 

 

H06_03_01

 

KLOROTOLURON

15545-48-9

217

 

 

H06_03_02

 

DIJURON

330-54-1

100

 

 

H06_03_03

 

FLUWOMETURON

2164-17-2

159

 

 

H06_03_04

 

ISOPROTURON

34123-59-6

336

 

 

H06_03_05

 

LINURON

330-55-2

76

 

 

H06_03_06

 

METOBROMURON

3060-89-7

168

 

 

H06_99

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ ID-DERIVATTIVI TAL-UREA, TAL-URAĊIL JEW TAS-SULFONILUREA

 

 

 

 

 

H06_99_99

 

ERBIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ ID-DERIVATTIVI TAL-UREA, TAL-URAĊIL JEW TAS-SULFONILUREA MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Erbiċidi oħrajn

H99

 

 

 

 

 

 

H99_01

ERBIĊIDI ARILOSSIFENOSSI-PROPJONATI

 

 

 

 

 

H99_01_01

 

KLODINAFOP

114420-56-3

683

 

 

H99_01_02

 

ĊJALOFOP-BUTIL

122008-85-9

596

 

 

H99_01_03

 

DIKLOFOP (DIKLOFOP-METIL)

40843-25-2

257-141-8

358

358.201

 

 

H99_01_04

 

FENOSSAPROP-P

113158-40-0

484

 

 

H99_01_05

 

FLUWAŻIFOP-P

83066-88-0

467

 

 

H99_01_06

 

ĦALOSSIFOP-P (ESTER TAL-ĦALOSSIFOP-P METIL)

95977-29-0

72619-32-0

526

526.201

 

 

H99_01_07

 

PROPAKWIŻAFOP

111479-05-1

713

 

 

H99_01_08

 

KWIŻALOFOP-P

94051-08-8

641

 

 

H99_01_09

 

KWIŻALOFOP-P-ETIL

100646-51-3

641.202

 

 

H99_01_10

 

KWIŻALOFOP-P-TEFURIL

119738-06-6

641.226

 

 

H99_02

ERBIĊIDI TAL-BENŻOFURAN

 

 

 

 

 

H99_02_01

 

ETOFUMESAT

26225-79-6

233

 

 

H99_03

ERBIĊIDI TAL-AĊIDU BENŻOJKU

 

 

 

 

 

H99_03_01

 

DIKAMBA

1918-00-9

85

 

 

H99_03_02

 

SODJU TAL-PIRITIJOBAK

123343-16-8

 

 

 

H99_04

ERBIĊIDI TAL-BIPIRIDILJU

 

 

 

 

 

H99_04_01

 

DIKWAT

85-00-7

55

 

 

H99_05

ERBIĊIDI TAĊ-ĊIKLOEŻANDJON

 

 

 

 

 

H99_05_01

 

KLETODIM

99129-21-2

508

 

 

H99_05_02

 

ĊIKLOSSIDIM

101205-02-1

510

 

 

H99_05_03

 

PROFOSSIDIM

139001-49-3

621

 

 

H99_05_04

 

TEPRALOSSIDIM

149979-41-9

608

 

 

H99_05_05

 

TRALKOSSIDIM

87820-88-0

544

 

 

H99_06

ERBIĊIDI TAD-DIAŻINA

 

 

 

 

 

H99_06_01

 

PIRIDAT

55512-33-9

447

 

 

H99_07

ERBIĊIDI TAD-DIKARBOSSIMID

 

 

 

 

 

H99_07_01

 

ĊINIDON-ETIL

142891-20-1

598

 

 

H99_07_02

 

FLUMJOKSAŻIN

103361-09-7

578

 

 

H99_08

ERBIĊIDI TAL-ETERE TAD-DIFENIL

 

 

 

 

 

H99_08_01

 

AKLONIFEN

74070-46-5

498

 

 

H99_08_02

 

BIFENOKS

42576-02-3

413

 

 

H99_08_03

 

OKSIFLUWORFEN

42874-03-3

538

 

 

H99_09

ERBIĊIDI TAL-IMIDAŻOLINON

 

 

 

 

 

H99_09_01

 

IMAŻAMOKS

114311-32-9

619

 

 

H99_10

ERBIĊIDI INORGANIĊI

 

 

 

 

 

H99_10_01

 

SULFAT TAL-ĦADID

7720-78-7

17375-41-6

7782-63-0

837

 

 

H99_11

ERBIĊIDI TAL-ISOSSAŻOL

 

 

 

 

 

H99_11_01

 

ISOSSAFLUTOL

141112-29-0

575

 

 

H99_11_02

 

TOPRAMEŻON

210631-68-8

800

 

 

H99_13

ERBIĊIDI TAN-NITRIL

 

 

 

 

 

H99_13_01

 

BROMOSSINIL

1689-84-5

87

 

 

H99_13_02

 

DIKLOBENIL

1194-65-6

73

 

 

H99_13_03

 

JOKSINIL

1689-83-4

3861-47-0

86

 

 

H99_14

ERBIĊIDI ORGANOFOSFORIĊI

 

 

 

 

 

H99_14_01

 

GLUFOSINAT TAL-AMMONJU

51276-47-2

77182-82-2

437

 

 

H99_14_02

 

GLIFOSAT

1071-83-6

284

 

 

H99_15

ERBIĊIDI TAL-FENILPIRAŻOL

 

 

 

 

 

H99_15_01

 

PINOKSADEN

243973-20-8

776

 

 

H99_15_02

 

PIRAFLUFEN-ETIL

129630-19-9

605.202

 

 

H99_16

ERBIĊIDI TAL-PIRIDAŻONON

 

 

 

 

 

H99_16_01

 

KLORIDAŻON

1698-60-8

111

 

 

H99_16_02

 

FLURTAMON

96525-23-4

569

 

 

H99_17

ERBIĊIDI TAL-PIRIDINKARBOSSAMMID

 

 

 

 

 

H99_17_01

 

PIKOLINAFEN

137641-05-5

639

 

 

H99_18

ERBIĊIDI TAL-AĊIDU PIRIDINKARBOSSILIKU

 

 

 

 

 

H99_18_01

 

KLOPIRALID

1702-17-6

455

 

 

H99_18_02

 

PIKLORAM

1918-02-1

174

 

 

H99_18_03

 

ALAWKSIFEN-METIL

943831-98-9

970.201

 

 

H99_18_04

 

AMINOPIRALID

150114-71-9

771

 

 

H99_18_05

 

FLORPIRAWKSIFEN-BENŻIL

1390661-72-9

990.227

 

 

H99_19

ERBIĊIDI TAL-AĊIDU PIRIDILOSSIAĊETIKU

 

 

 

 

 

H99_19_02

 

FLUROSSIPIR

69377-81-7

431

 

 

H99_19_03

 

TRIKLOPIR

55335-06-3

376

 

 

H99_20

ERBIĊIDI TAL-KINOLINA

 

 

 

 

 

H99_20_01

 

KINMERAK

90717-03-6

563

 

 

H99_20_02

 

KINKLORAK

84087-01-4

493

 

 

H99_21

ERBIĊIDI TAT-TIJADIAŻINA

 

 

 

 

 

H99_21_01

 

BENTAŻON

25057-89-0

366

 

 

H99_22

ERBIĊIDI TAT-TIJOKARBAMAT

 

 

 

 

 

H99_22_01

 

MOLINAT

2212-67-1

235

 

 

H99_22_02

 

PROSULFOKARB

52888-80-9

539

 

 

H99_22_03

 

TRI-ALLAT

2303-17-5

97

 

 

H99_23

ERBIĊIDI TAT-TRIAŻOL

 

 

 

 

 

H99_23_01

 

AMITROL

61-82-5

90

 

 

H99_24

ERBIĊIDI TAT-TRIAŻOLINON

 

 

 

 

 

H99_24_01

 

KARFENTRAŻON-ETIL

128639-02-1

587.202

 

 

H99_25

ERBIĊIDI TAT-TRIAŻOLON

 

 

 

 

 

H99_25_01

 

PROPOSSIKARBAŻON (PROPOSSIKARBAŻON-SODJU)

145026-81-9

181274-15-7

655

655.011

 

 

H99_25_02

 

TJENKARBAŻON

317815-83-1

797

 

 

H99_26

ERBIĊIDI TAT-TRIKETON

 

 

 

 

 

H99_26_01

 

MESOTRIJON

104206-82-8

625

 

 

H99_26_02

 

SULKOTRIJON

99105-77-8

723

 

 

H99_26_03

 

TEMBOTRIJON

335104-84-2

790

 

 

H99_99

ERBIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

 

 

 

 

 

H99_99_01

 

AĊIDU AĊETIKU

64-19-7

838

 

 

H99_99_02

 

BISPIRIBAK

125401-75-4

748

 

 

H99_99_03

 

KLOMAŻON

81777-89-1

509

 

 

H99_99_04

 

FLUWOROKLORIDON

61213-25-0

430

 

 

H99_99_05

 

OSSADIARĠIL

39807-15-3

604

 

 

H99_99_06

 

OSSADIAŻON

19666-30-9

213

 

 

H99_99_07

 

AĊIDU PELARGONIKU

112-05-0

888

 

 

H99_99_08

 

KINOKLAMMINA

2797-51-5

648

 

 

H99_99_99

 

ERBIĊIDI, PRODOTTI GĦALL-IRMONDAR U PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ OĦRAJN, MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

Insettiċidi u akariċidi

 

PES_I

 

 

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi

I01

 

 

 

 

 

 

I01_01

INSETTIĊIDI TAL-PIRETROJDE

 

 

 

 

 

I01_01_01

 

AKRINATRIN

101007-06-1

678

 

 

I01_01_02

 

ALFA-ĊIPERMETRIN

67375-30-8

454

 

 

I01_01_03

 

BETA-ĊIFLUTRIN

68359-37-5

482

 

 

I01_01_04

 

BIFENTRIN

82657-04-3

415

 

 

I01_01_05

 

ĊIFLUTRIN

68359-37-5

385

 

 

I01_01_06

 

ĊIPERMETRIN

52315-07-8

332

 

 

I01_01_07

 

DELTAMETRIN

52918-63-5

333

 

 

I01_01_08

 

ESFENVALERAT

66230-04-4

481

 

 

I01_01_09

 

ETOFENPROKS

80844-07-1

471

 

 

I01_01_10

 

GAMMA-ĊJALOTRIN

76703-62-3

768

 

 

I01_01_11

 

LAMBDA-ĊJALOTRIN

91465-08-6

463

 

 

I01_01_12

 

TAW-FLUVALINAT

102851-06-9

786

 

 

I01_01_13

 

TEFLUTRIN

79538-32-2

451

 

 

I01_01_14

 

ŻETA-ĊIPERMETRIN

52315-07-8

733

 

 

I01_01_15

 

BETA-ĊIPERMETRIN

65731-84-2

72204-43-4

65732-07-2

83860-31-5

632

 

 

I01_99

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-PIRETROJDI

 

 

 

 

 

I01_99_99

 

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-PIRETROJDI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq l-idrokarburi klorinati

I02

 

 

 

 

 

 

I02_01

INSETTIĊIDI TAD-DIAMMID ANTRANILIKU

 

 

 

 

 

I02_01_01

 

ĊJANTRANILIPROL

736994-63-1

998

 

 

I02_99

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-IDROKARBURI KLORINATI

 

 

 

 

 

I02_99_99

 

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-IDROKARBURI KLORINATI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq il-karbamati u l-ossimakarbamat

I03

 

 

 

 

 

 

I03_01

INSETTIĊIDI TAL-OSSIMAKARBAMAT

 

 

 

 

 

I03_01_01

 

METOMIL

16752-77-5

264

 

 

I03_01_02

 

OKSAMIL

23135-22-0

342

 

 

I03_02

INSETTIĊIDI TAL-KARBAMAT

 

 

 

 

 

I03_02_01

 

FENOKSIKARB

79127-80-3

425

 

 

I03_02_02

 

FORMETANAT

23422-53-9

697

 

 

I03_02_03

 

METJOKARB

2032-65-7

165

 

 

I03_02_04

 

PIRIMIKARB

23103-98-2

231

 

 

I03_99

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-KARBAMAT U L-OSSIMAKARBAMAT

 

 

 

 

 

I03_99_99

 

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ IL-KARBAMAT U L-OSSIMAKARBAMAT MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq l-organofosfati

I04

 

 

 

 

 

 

I04_01

INSETTIĊIDI ORGANOFOSFORIĊI

 

 

 

 

 

I04_01_01

 

KLORPIRIFOS

2921-88-2

221

 

 

I04_01_02

 

KLORPIRIFOS-METIL

5589-13-0

486

 

 

I04_01_03

 

DIMETOAT

60-51-5

59

 

 

I04_01_04

 

ETOPROFOS

13194-48-4

218

 

 

I04_01_07

 

MALATIJON

121-75-5

12

 

 

I04_01_08

 

FOSMET

732-11-6

318

 

 

I04_01_09

 

PIRIMIFOS-METIL

29232-93-7

239

 

 

I04_01_10

 

DIKLORVOS

62-73-7

11

 

 

I04_99

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-ORGANOFOSFATI

 

 

 

 

 

I04_99_99

 

INSETTIĊIDI OĦRAJN IBBAŻATI FUQ L-ORGANOFOSFATI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Insettiċidi ta’ oriġini mikrobijoloġika jew botanika

I05

 

 

 

 

 

 

I05_01

INSETTIĊIDI MIKROBIJOLOĠIĊI

 

 

 

 

 

I05_01_01

 

ADOXOPHYES ORANA GRANULOVIRUS TAR-RAZZA BV-0001

 

782

 

 

I05_01_03

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. ISRAELIENSIS (SEROTIP H-14) TAR-RAZZA AM65-52

 

770

 

 

I05_01_04

 

METARHIZIUM ANISOPLIAE VAR. ANISOPLIAE TAR-RAZZA BIPESCO 5/F52

 

1020

 

 

I05_01_05

 

PAECILOMYCES FUMOSOROSEUS TAR-RAZZA FE 9901

 

778

 

 

I05_01_081

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. AIZAWAI TAR-RAZZA ABTS-1857

 

949

 

 

I05_01_082

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. AIZAWAI TAR-RAZZA GC-91

 

950

 

 

I05_01_091

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. KURSTAKI TAR-RAZZA ABTS 351

 

951

 

 

I05_01_092

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. KURSTAKI TAR-RAZZA PB 54

 

952

 

 

I05_01_093

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. KURSTAKI TAR-RAZZA SA 11

 

953

 

 

I05_01_094

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. KURSTAKI TAR-RAZZA SA 12

 

954

 

 

I05_01_095

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. KURSTAKI TAR-RAZZA EG 2348

 

955

 

 

I05_01_10

 

BACILLUS THURINGIENSIS SUBSP. TENEBRIONIS TAR-RAZZA NB 176 (TM 141)

 

956

 

 

I05_01_111

 

BEAUVERIA BASSIANA TAR-RAZZA ATCC 74040

 

957

 

 

I05_01_112

 

BEAUVERIA BASSIANA TAR-RAZZA GHA

 

958

 

 

I05_01_12

 

CYDIA POMONELLA GRANULOVIRUS (CPGV)

 

959

 

 

I05_01_13

 

HELICOVERPA ARMIGERA NUCLEOPOLYHEDROVIRUS (HEARNPV)

 

960

 

 

I05_01_14

 

LECANICILLIUM MUSCARIUM (QABEL IMSEJJAĦ VERTICILIUM LECANII) TAR-RAZZA VE 6

 

961

 

 

I05_01_15

 

SPODOPTERA LITTORALIS NUCLEOPOLYHEDROVIRUS

 

962

 

 

I05_01_16

 

BEAUVERIA BASSIANA TAR-RAZZA 147

 

1017

 

 

I05_01_17

 

BEAUVERIA BASSIANA TAR-RAZZA NPP111B005

 

1018

 

 

I05_01_18

 

ISARIA FUMOSOROSEA TAR-RAZZA APOPKA 97 (QABEL IMSEJJAĦ PAECILOMYCES FUMOSOROSEUS)

 

573

 

 

I05_01_19

 

VIRUS TAL-POLIEDROSI NUKLEARI TAL-ISPODOPTERA EXIGUA

 

592

 

 

I05_01_20

 

BEAUVERIA BASSIANA TAR-RAZZA IMI389521

 

 

 

 

I05_01_21

 

BEAUVERIA BASSIANA TAR-RAZZA PPRI 5339

 

 

 

 

I05_01_22

 

BACULOVIRUS GV

 

 

 

 

I05_01_23

 

BEAUVERIA BASSIANA TAR-RAZZA BB1

 

 

 

 

I05_01_24

 

BEAUVERIA BRONGNIARTII

 

 

 

 

I05_01_25

 

PHTHORIMAEA OPERCULELLA GRANULOVIRUS (PHOPGV)

 

 

 

 

I05_01_26

 

SPODOPTERA EXIGUA MULTICAPSID NUCLEOPOLYHEDROVIRUS (SEMNPV)

 

 

 

 

I05_01_27

 

BEAUVERIA BASSIANA 203

 

 

 

 

I05_01_28

 

METARHIZIUM BRUNNEUM TAR-RAZZA CB15-III

 

 

 

 

I05_02

INSETTIĊIDI BOTANIĊI

 

 

 

 

 

I05_02_01

 

ŻEJT TAL-LARINĠ

8028-48-6

5989-27-5

902

 

 

I05_02_02

 

ŻEJT TAT-TAGETES

 

903

 

 

I05_02_03

 

AŻADIRAKTIN

11141-17-6

627

 

 

I05_02_04

 

PIRETRINI

8003-34-7

32

 

 

I05_99

INSETTIĊIDI OĦRAJN TA’ ORIĠINI MIKROBIJOLOĠIKA JEW BOTANIKA

 

 

 

 

 

I05_99_99

 

INSETTIĊIDI OĦRAJN TA’ ORIĠINI MIKROBIJOLOĠIKA JEW BOTANIKA MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Akariċidi

I06

 

 

 

 

 

 

I06_01

AKARIĊIDI PIRAŻOLIĊI

 

 

 

 

 

I06_01_01

 

FENPIROSSIMAT

134098-61-6

695

 

 

I06_02

AKARIĊIDI TETRAŻINIĊI

 

 

 

 

 

I06_02_01

 

KLOFENTEŻINA

74115-24-5

418

 

 

I06_02_02

 

FLUFENŻIN

162320-67-4

734

 

 

I06_99

AKARIĊIDI OĦRAJN

 

 

 

 

 

I06_99_01

 

AĊEKINOĊIL

57960-19-7

760

 

 

I06_99_02

 

ĊIFLUMETOFEN

400882-07-7

821

 

 

I06_99_99

 

AKARIĊIDI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Insettiċidi oħrajn

I99

 

 

 

 

 

 

I99_01

INSETTIĊIDI PRODOTTI BIL-FERMENTAZZJONI

 

 

 

 

 

I99_01_01

 

ABAMEKTIN, AVERMEKTIN B1 A, AVERMEKTIN B1B (ESRPRESS BĦALA ABAMEKTIN)

71751-41-2

65195-55-3

65195-56-4

495

 

 

I99_01_02

 

MILBEMEKTIN

51596-10-2

51596-11-3

660

 

 

I99_01_03

 

SPINOSAD

168316-95-8

131929-60-7

131929-63-0

636

 

 

I99_01_04

 

EMAMEKTIN

119791-41-2

155569-91-8

791

 

 

I99_01_05

 

SPINETORAM

935545-74-7

802

 

 

I99_03

INSETTIĊIDI TAL-BENŻOJLUREA

 

 

 

 

 

I99_03_01

 

DIFLUBENŻURON

35367-38-5

339

 

 

I99_03_02

 

FLUFENOSSURON

01463-69-8

470

 

 

I99_03_03

 

LUFENURON

103055-07-8

704

 

 

I99_03_04

 

NOVALURON

116714-46-6

672

 

 

I99_03_05

 

TEFLUBENŻURON

83121-18-0

450

 

 

I99_03_06

 

TRIFLUMURON

64628-44-0

548

 

 

I99_04

INSETTIĊIDI TAL-KARBAŻAT

 

 

 

 

 

I99_04_01

 

BIFENAŻAT

149877-41-8

736

 

 

I99_05

INSETTIĊIDI TAD-DIAŻILIDRAŻINA

 

 

 

 

 

I99_05_01

 

METOSSIFENOŻID

161050-58-4

656

 

 

I99_05_02

 

TEBUFENOŻID

112410-23-8

724

 

 

I99_05_03

 

KROMAFENOŻID

143807-66-3

775

 

 

I99_06

REGOLATURI TAT-TKABBIR TAL-INSETTI

 

 

 

 

 

I99_06_01

 

ĊIROMAŻINA

66215-27-8

420

 

 

I99_06_02

 

BUPROFEŻIN

953030-84-7

681

 

 

I99_06_03

 

EKSITIJAŻOKS

78587-05-0

439

 

 

I99_08

INSETTIĊIDI TAN-NITROGWANIDINA

 

 

 

 

 

I99_08_01

 

KLOTIJANIDIN

210880-92-5

738

 

 

I99_08_02

 

TIJAMETOKSAM

153719-23-4

637

 

 

I99_09

INSETTIĊIDI TAL-ORGANOTIN

 

 

 

 

 

I99_09_01

 

OSSIDU TAL-FENBUTATIN

13356-08-6

359

 

 

I99_10

INSETTIĊIDI TAL-OSSADIAŻINA

 

 

 

 

 

I99_10_01

 

INDOKSAKARB

173584-44-6

612

 

 

I99_11

INSETTIĊIDI TAL-FENIL-ETERE

 

 

 

 

 

I99_11_01

 

PIRIPROKSIFEN

95737-68-1

715

 

 

I99_12

INSETTIĊIDI TAL-PIRAŻOL (FENIL-)

 

 

 

 

 

I99_12_02

 

FIPRONIL

120068-37-3

581

 

 

I99_12_03

 

TEBUFENPIRAD

119168-77-3

725

 

 

I99_12_04

 

KLORANTRANILIPROL

500008-45-7

794

 

 

I99_13

INSETTIĊIDI TAL-PIRIDINA

 

 

 

 

 

I99_13_01

 

PIMETROŻINA

123312-89-0

593

 

 

I99_13_02

 

FLONIKAMID (IKI-220)

158062-67-0

763

 

 

I99_13_03

 

SULFOKSAFLOR

946578-00-3

820

 

 

I99_14

INSETTIĊIDI TAL-PIRIDILMETILAMMINA

 

 

 

 

 

I99_14_01

 

AĊETAMIPRID

135410-20-7

649

 

 

I99_14_02

 

IMIDAKLOPRID

138261-41-3

582

 

 

I99_14_03

 

TIJAKLOPRID

111988-49-9

631

 

 

I99_14_04

 

FLUPIRADIFURON

951659-40-8

987

 

 

I99_15

INSETTIĊIDI TAL-ESTER TAS-SULFIT

 

 

 

 

 

I99_15_01

 

PROPARGIT

2312-35-8

216

 

 

I99_17

INSETTIĊIDI TAL-AĊIDU TETRONIKU

 

 

 

 

 

I99_17_01

 

SPIRODIKLOFEN

148477-71-8

737

 

 

I99_17_02

 

SPIROMESIFEN

283594-90-1

747

 

 

I99_18

ATTRATTANTI TAL-INSETTI FEROMONI TAL-LEPIDOPTERI B’KATINA DRITTA (SCLPS)

 

 

 

 

 

I99_18_01

 

(E,E)-8,10-DODEKADIEN-1-OL

33956-49-9

860

 

 

I99_18_02

 

AĊETAT TAŻ-(Z)-9-DODEĊEN-1-IL

16974-11-1

112-66-3

422

 

 

I99_18_03

 

AĊETAT TAZ-(Z)-8-DODEĊEN-1-IL

28079-04-1

861

 

 

I99_18_04

 

AĊETAT TAT-(2E, 13Z)-OTTADEKADIEN-1-IL

86252-65-5

862

 

 

I99_18_05

 

AĊETAT TAS-(7E, 9E)-DODEKADIEN 1-IL

54364-63-5

863

 

 

I99_18_06

 

AĊETAT TAS-(7E, 9Z)-DODEKADIEN 1-IL

55774-32-8

864

 

 

I99_18_07

 

AĊETAT TAS-(7Z, 11E)-EŻADEKADIEN-1-IL

51606-94-4

865

 

 

I99_18_08

 

AĊETAT TAS-(7Z, 11Z)-EŻADEKADIEN-1-IL

53042-79-8

52207-99-5

866

 

 

I99_18_09

 

AĊETAT TAN-(9Z, 12E)-TETRADEKADIEN-1-IL

31654-77-0

867

 

 

I99_18_10

 

AĊETAT TAL-(E)-11-TETRADEĊEN-1-IL

33189-72-9

868

 

 

I99_18_11

 

(E)-5-DEĊEN-1-OL

56578-18-8

869

 

 

I99_18_12

 

(E)-5-DEĊEN-1-IL-AĊETAT

38421-90-8

870

 

 

I99_18_13

 

AĊETAT TAL-(E)-8-DODEĊEN-1-IL

38363-29-0

871

 

 

I99_18_14

 

AĊETAT TAL-(E/Z)-8-DODEĊEN-1-IL

38363-29-0

28079-04-1

872

 

 

I99_18_15

 

(Z)-11-EŻADEĊEN-1-OL

56683-54-6

873

 

 

I99_18_16

 

AĊETAT TAŻ-(Z)-11-EŻADEĊEN-1-IL

34010-21-4

874

 

 

I99_18_17

 

(Z)-11-EŻADEĊENAL

53939-28-9

875

 

 

I99_18_18

 

AĊETAT TAŻ-(Z)-11-TETRADEĊEN-1-IL

20711-10-8

876

 

 

I99_18_19

 

(Z)-13-OTTADEĊENAL

58594-45-9

878

 

 

I99_18_20

 

(Z)-7-TETRADEĊENAL

65128-96-3

879

 

 

I99_18_21

 

(Z)-8-DODEĊEN-1-OL

40642-40-8

880

 

 

I99_18_22

 

(Z)-9-EŻADEĊENAL

56219-04-6

881

 

 

I99_18_23

 

AĊETAT TAŻ-(Z)-9-TETRADEĊEN-1-IL

16725-53-4

882

 

 

I99_18_24

 

AĊETAT TAD-DODEĊIL

112-66-3

884

 

 

I99_18_25

 

TETRADECAN-1-OL

112-72-1

856

 

 

I99_18_26

 

DODECAN-1-OL

112-53-8

 

 

 

I99_18_27

 

AĊETAT TAL-(E/Z)-9-DODEĊEN-1-IL

16974-34-8

 

 

 

I99_18_28

 

AĊETAT TAL-(E,Z,Z)-3,8,11-TETRADEKATRIEN-1-IL

163041-94-9

 

 

 

I99_18_29

 

AĊETAT TAL-(E,Z)-3,8-TETRADEKATRIEN-1-IL

 

 

 

 

I99_18_30

 

N-TETRADEĊILAĊETAT

638-59-5

 

 

 

I99_18_31

 

AĊETAT TAŻ-(Z,E)-9,11-TETRADEKADIEN-1-IL

50767-79-8

 

 

 

I99_18_32

 

AĊETAT TAL-(E,Z)-3,13-OTTADEKADIENIL

53120-26-6

 

 

 

I99_18_33

 

AĊETAT TAŻ-(Z,Z)-3,13-OTTADEKADIENIL

53120-26-7

 

 

 

I99_18_34

 

AĊETAT TAL-N-EŻADEKANIL

629-70-9

 

 

 

I99_18_35

 

(Z)-8-TETRADEĊEN-1-OL

64470-32-2

 

 

 

I99_18_36

 

AĊETAT TAŻ-(Z)-8-TETRADEĊEN-1-IL

35835-80-4

 

 

 

I99_18_37

 

AĊETAT TAL-(E,E)-8,10-DODEKADIEN-1-IL

53880-51-6

 

 

 

I99_19

ATTRATTANTI TAL-INSETTI OĦRAJN

 

 

 

 

 

I99_19_01

 

AĊETAT TAL-AMMONJU

631-61-8

 

 

 

I99_19_02

 

PUTREXXINA (1,4-DIAMMINOBUTAN)

110-60-1

842

 

 

I99_19_03

 

KLORIDAT TAT-TRIMETILAMMINA

593-81-7

848

 

 

I99_19_04

 

AĊETAT TAŻ-(Z)-13-EŻADEĊEN-11YN-1-YL

78617-58-0

 

 

 

I99_19_05

 

ISOBUTIRAT TAŻ-(Z,Z,Z,Z)-7,13,16,19-DOKOSA-TETRAEN-1-IL

135459-81-3

883

 

 

I99_19_06

 

RESKALUR

67601-06-3

 

 

 

I99_19_07

 

PROTEINI IDROLIZZATI

 

901

 

 

I99_19_08

 

SENEĊJOAT TAL-LAVANDULIL

23960-07-8

 

 

 

I99_19_09

 

AĊETAT TAŻ-(Z)-3-METIL-6-ISOPROPENIL-9-DEĊEN-1-IL

67601-06-3

 

 

 

I99_19_10

 

2,6,6-TRIMETOLBIĊIKLO[3.1.1]ETT-2-EN (ALFA-PINEN)

7785-70-8

 

 

 

I99_19_11

 

2-ETIL-1,6-DIOSSASPIRO (4,4) NONAN (ĊALKOGRAN)

38401-84-2

 

 

 

I99_19_12

 

2-METHYL-3-BUTEN-2-OL

115-18-4

 

 

 

I99_19_13

 

2-METIL-6-METILEN-2,7-OKTADIEN-4-OL (IPSDIENOL)

14434-41-4

 

 

 

I99_19_14

 

4,6,6-TRIMETIL-BIĊIKLO[3.1.1]ETT-3-EN-OL,((S)-ĊIS-VERBENOL)

1845-30-3

 

 

 

I99_19_15

 

8-METIL-2-DEKANOL PROPANOAT

81931-28-4

 

 

 

I99_99

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

 

 

 

 

 

I99_99_03

 

ETOSSAŻOL

153233-91-1

623

 

 

I99_99_04

 

AĊIDI XAĦMIN C7-C18 U C18 IMLIEĦ TAL-POTASSJU MHUX SATURATI

67701-09-1

889

 

 

I99_99_05

 

AĊIDI XAĦMIN C8-C10 ESTERI TAL-METIL

85566-26-3

890

 

 

I99_99_06

 

FENAŻAKIN

120928-09-8

693

 

 

I99_99_07

 

KIESELGUR (TRAB DIATOMAĊJU)

61790-53-2

647

 

 

I99_99_08

 

AĊIDU LAWRIKU

143-07-7

885

 

 

I99_99_09

 

METAFLUMIŻON

139968-49-3

779

 

 

I99_99_10

 

METIL DEKANOAT

110-42-9

892

 

 

I99_99_11

 

METIL OTTANOAT

111-11-5

893

 

 

I99_99_12

 

AĊIDU OLEJKU

112-80-1

894

 

 

I99_99_13

 

ŻEJT TAL-PARAFFINA (CAS 64742-46-7)

64742-46-7

896

 

 

I99_99_14

 

ŻEJT TAL-PARAFFINA (CAS 72623-86-0)

72623-86-0

897

 

 

I99_99_15

 

ŻEJT TAL-PARAFFINA (CAS 8042-47-5)

8042-47-5

898

 

 

I99_99_16

 

ŻEJT TAL-PARAFFINA (CAS 97862-82-3)

97862-82-3

899

 

 

I99_99_17

 

FOSFAN

7803-51-2

127

 

 

I99_99_18

 

PIRIDABEN

96489-71-3

583

 

 

I99_99_19

 

PIRIDALIL

179101-81-6

792

 

 

I99_99_20

 

SPIROTETRAMAT

203313-25-1

795

 

 

I99_99_21

 

FLUWORUR TAS-SULFURIL

2699-79-8

757

 

 

I99_99_27

 

FOSFUR TAL-ALUMINJU

20859-73-8

227

 

 

I99_99_28

 

FOSFUR TAL-MANJEŻJU

12057-74-8

228

 

 

I99_99_29

 

DIOSSIDU TAL-KARBONJU

124-38-9

844

 

 

I99_99_30

 

MALTODESTRINA

9050-36-6

801

 

 

I99_99_31

 

AMALGAMU TAT-TERPENOJDI QRD 460

 

982

 

 

I99_99_32

 

FLUBENDIAMMID

272451-65-7

788

 

 

I99_99_33

 

ETANDINITRIL

460-19-5

 

 

 

I99_99_99

 

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

Molluskiċidi

 

PES_M

 

 

 

 

 

Molluskiċidi

M01

 

 

 

 

 

 

M01_01

MOLLUSKIĊIDI

 

 

 

 

 

M01_01_01

 

FOSFAT FERRIKU

10045-86-0

629

 

 

M01_01_03

 

METALDEID

108-62-3

9002-91-9

62

 

 

M01_01_04

 

PIROFOSFAT FERRIKU

10058-44-3

 

 

 

M01_01_99

 

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti

 

PES_PGR

 

 

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti fiżjoloġiċi

PGR01

 

 

 

 

 

 

PGR01_01

REGOLATURI TAT-TKABBIR TAL-PJANTI FIŻJOLOĠIĊI

 

 

 

 

 

PGR01_01_01

 

1-METILĊIKLOPROPEN

3100-04-7

767

 

 

PGR01_01_02

 

KLORMEKWAT U KLORUR TAL-KLORMEKWAT (ESPRESS BĦALA KLORMEKWAT)

7003-89-6

999-81-5

143

143.302

 

 

PGR01_01_03

 

ĊIKLANILIDU

113136-77-9

586

 

 

PGR01_01_04

 

DAMINOŻIDU

1596-84-5

330

 

 

PGR01_01_05

 

ETEFON

16672-87-0

373

 

 

PGR01_01_06

 

ETOSSIKIN

91-53-2

517

 

 

PGR01_01_07

 

ETILEN

74-85-1

839

 

 

PGR01_01_08

 

FORKLORFENURON

68157-60-8

633

 

 

PGR01_01_09

 

AĊIDU ĠIBBERELLIKU

77-06-5

307

 

 

PGR01_01_10

 

ĠIBBERELLINI

468-44-0

510-75-8

8030-53-3

904

 

 

PGR01_01_11

 

IMAŻAKIN

81335-37-7

699

 

 

PGR01_01_12

 

IDRAŻID MALEJKU

123-33-1

310

 

 

PGR01_01_13

 

MEPIKWAT

15302-91-7

440

 

 

PGR01_01_14

 

PAKLOBUTRAŻOL

76738-62-0

445

 

 

PGR01_01_15

 

PROEŻADJON-KALĊJU

127277-53-6

567

567.020

 

 

PGR01_01_16

 

5-NITROGWAJAKOLAT TAS-SODJU

67233-85-6

718

 

 

PGR01_01_17

 

O-NITROFENOLAT TAS-SODJU

824-39-5

720

 

 

PGR01_01_18

 

P-NITROFENOLAT TAS-SODJU

824-78-2

721

 

 

PGR01_01_19

 

TRINEKSAPAK

104273-73-6

732

 

 

PGR01_01_20

 

DIFENILAMMINA

122-39-4

460

 

 

PGR01_01_21

 

FLURPRIMIDOL

56425-91-3

696

 

 

PGR01_01_22

 

FLUMETRALIN

62924-70-3

971

 

 

PGR01_01_23

 

TIDIAŻURON

51707-55-2

727

 

 

PGR01_99

REGOLATURI FIŻJOLOĠIĊI OĦRAJN TAT-TKABBIR TAL-PJANTI

 

 

 

 

 

PGR01_99_01

 

AĊIDU 1-NAFTILAĊETIKU (1-NAA)

86-87-3

313

 

 

PGR01_99_02

 

1-DECANOL

112-30-1

831

 

 

PGR01_99_03

 

1-NAFTILAĊETAMMID (1-NAD)

86-86-2

282

 

 

PGR01_99_04

 

AĊIDU 2-NAFTILOSSIAĊETIKU (2-NOA)

120-23-0

664

 

 

PGR01_99_05

 

6-BENZYLADENINE

1214-39-7

829

 

 

PGR01_99_06

 

ĊJANAMMID

420-04-2

685

 

 

PGR01_99_07

 

AĊIDU INDOLILBUTIRIKU

133-32-4

830

 

 

PGR01_99_08

 

SINTOFEN (MAGĦRUF UKOLL BĦALA ĊINTOFEN)

130561-48-7

717

 

 

PGR01_99_09

 

1,4-DIMETILNAFTALEN

571-58-4

822

 

 

PGR01_99_10

 

TIJOSULFAT TAL-FIDDA U TAS-SODJU

 

762

 

 

PGR01_99_11

 

AĊIDU S-ABSKISIKU

21293-29-8

 

 

 

PGR01_99_99

 

REGOLATURI FIŻJOLOĠIĊI OĦRAJN TAT-TKABBIR TAL-PJANTI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Prodotti kontra t-tinbit

PGR02

 

 

 

 

 

 

PGR02_02

PRODOTTI KONTRA T-TINBIT

 

 

 

 

 

PGR02_02_01

 

KARVON

2244-16-8

602

 

 

PGR02_99

PRODOTTI OĦRAJN KONTRA T-TINBIT

 

 

 

 

 

PGR02_99_99

 

PRODOTTI OĦRAJN KONTRA T-TINBIT MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti oħrajn

PGR03

 

 

 

 

 

 

PGR03_99

REGOLATURI TAT-TKABBIR TAL-PJANTI OĦRAJN

 

 

 

 

 

PGR03_99_01

 

ESTRATT TAL-ALKA TAL-BAĦAR (QABEL IMSEJJAĦ ESTRATT TAL-ALKA TAL-BAĦAR U ALGI)

 

920

 

 

PGR03_99_99

 

REGOLATURI OĦRAJN TAT-TKABBIR TAL-PJANTI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

Prodotti oħrajn għall-protezzjoni tal-pjanti

 

PES_ZR

 

 

 

 

 

Żjut veġetali

ZR02

 

 

 

 

 

 

ZR02_01

ŻJUT VEĠETALI

 

 

 

 

 

ZR02_01_01

 

ŻJUT TAL-PJANTI/ŻEJT TAĊ-ĊITRONELLA

8000-29-1

905

 

 

ZR02_01_02

 

ŻJUT TAL-PJANTI/ŻEJT TAL-IMSIEMER TAL-QRONFOL

84961-50-2

97-53-0

906

 

 

ZR02_01_03

 

ŻJUT TAL-PJANTI/ŻEJT TAL-LIFT

8002-13-9

907

 

 

ZR02_01_04

 

ŻJUT TAL-PJANTI/ŻEJT TAN-NAGĦNIEGĦ

8008-79-5

908

 

 

ZR02_01_99

 

ŻJUT VEĠETALI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Sterilanti tal-ħamrija (inkluż in-nematiċidi)

ZR03

 

 

 

 

 

 

ZR03_01

BROMUR TAL-METIL

 

 

 

 

 

ZR03_01_01

 

BROMUR TAL-METIL

74-83-9

128

 

 

ZR03_02

NEMATIĊIDI BIJOLOĠIĊI

 

 

 

 

 

ZR03_02_01

 

PAECILOMYCES LILACINUS TAR-RAZZA 251

 

753

 

 

ZR03_02_02

 

BACILLUS FIRMUS TAR-RAZZA I-1582

 

1015

 

 

ZR03_02_03

 

PASTEURIA NISHIZAWAE PN1

 

 

 

 

ZR03_02_99

 

NEMATIĊIDI BIJOLOĠIĊI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

 

ZR03_03

NEMATIĊIDI ORGANOFOSFORIĊI

 

 

 

 

 

ZR03_03_01

 

FENAMIFOS

22224-92-6

692

 

 

ZR03_03_02

 

FOSTIJAŻAT

98886-44-3

585

 

 

ZR03_03_99

 

NEMATIĊIDI ORGANOFOSFORIĊI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

 

ZR03_99

STERILANTI TAL-ĦAMRIJA OĦRAJN

 

 

 

 

 

ZR03_99_01

 

1.3-DIKLOROPROPEN

542-75-6

675

 

 

ZR03_99_02

 

KLOROPIKRIN

76-06-2

298

 

 

ZR03_99_03

 

DAŻOMET

533-74-4

146

 

 

ZR03_99_04

 

METAM

144-54-7

20

 

 

ZR03_99_99

 

STERILANTI TAL-ĦAMRIJA OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Rodentiċidi

ZR04

 

 

 

 

 

 

ZR04_01

RODENTIĊIDI

 

 

 

 

 

ZR04_01_01

 

FOSFUR TAL-KALĊJU

1305-99-3

505

 

 

ZR04_01_02

 

DIFENAKUM

56073-07-5

514

 

 

ZR04_01_03

 

WARFARIN

81-81-2

70

 

 

ZR04_01_04

 

FOSFUR TAŻ-ŻINGU

1314-84-7

69

 

 

ZR04_01_05

 

BROMADIJOLON

28772-56-7

371

 

 

ZR04_01_06

 

KLOROFAĊINON

3691-35-8

208

 

 

ZR04_01_99

 

RODENTIĊIDI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

Il-prodotti l-oħrajn kollha għall-protezzjoni tal-pjanti

ZR99

 

 

 

 

 

 

ZR99_01

DIŻINFETTANTI

 

 

 

 

 

ZR99_01_99

 

DIŻINFETTANTI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

 

ZR99_02

RIPELLENTI

 

 

 

 

 

ZR99_02_01

 

SULFAT TAL-ALUMINJU U TAL-AMMONJU

7784-26-1

7784-25-0

840

 

 

ZR99_02_02

 

SILIKAT TAL-ALUMINJU (MAGĦRUF UKOLL BĦALA KAOLIN)

1332-58-7

841

 

 

ZR99_02_03

 

DQIQ TAD-DEMM

90989-74-5

909

 

 

ZR99_02_04

 

KARBUR TAL-KALĊJU

75-20-7

910

 

 

ZR99_02_05

 

KARBONAT TAL-KALĊJU

471-34-1

843

 

 

ZR99_02_06

 

BENŻOAT TAD-DENATONJU

3734-33-6

845

 

 

ZR99_02_07

 

ĠEBLA TAL-ĠIR

1317-65-3

852

 

 

ZR99_02_08

 

METIL NONIL KETON

112-12-9

846

 

 

ZR99_02_09

 

RAMEL TAL-KWARZ

14808-60-7

7637-86-9

855

 

 

ZR99_02_10

 

RIPELLENTI BIR-RIĦA/ŻEJT TAT-TALL GREZZ

8002-26-4

911

 

 

ZR99_02_11

 

RIPELLENTI BIR-RIĦA/ŻIFT TAŻ-ŻEJT TAT-TALL

8016-81-7

912

 

 

ZR99_02_12

 

SILIKAT TAS-SODJU U TAL-ALUMINJU

1344-00-9

850

 

 

ZR99_02_13

 

RESIDWI MID-DISTILLAZZJONI TAX-XAĦAM

 

915

 

 

ZR99_02_14

 

RIPELLENTI BIR-RIĦA/ŻEJT TAL-ĦUTA

100085-40-3

918

 

 

ZR99_02_15

 

RIPELLENTI BIR-RIĦA/XAĦAM TAN-NAGĦAĠ

98999-15-6

919

 

 

ZR99_02_16

 

ESTRATT TAT-TEWM

8008-99-9

916

 

 

ZR99_02_17

 

BŻAR

 

917

 

 

ZR99_02_99

 

REPELLENTI OĦRAJN MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 

 

 

ZR99_99

PRODOTTI OĦRAJN GĦALL-PROTEZZJONI TAL-PJANTI

 

 

 

 

 

ZR99_99_07

 

AĊIDU KAPRIKU

334-48-5

886

 

 

ZR99_99_08

 

AĊIDU KAPRILIKU

124-07-2

887

 

 

ZR99_99_12

 

ETTAMALOSSILOGLUKAN

870721-81-6

851

 

 

ZR99_99_24

 

VAJRUS TAL-MOŻAJK ISFAR TAZ-ZUKKINI, TAR-RAZZA DGĦAJFA

 

618

 

 

ZR99_99_34

 

VAJRUS TAL-MOŻAJK TAL-PEPINO, TAR-RAZZA CH2, IŻOLAT 1906

 

1019

 

 

ZR99_99_35

 

IŻOLAT ĦAFIF VC1 TAL-VIRUS TAL-MUŻAJK TAL-PEPINO

 

 

 

 

ZR99_99_36

 

IŻOLAT ĦAFIF VX1 TAL-VIRUS TAL-MUŻAJK TAL-PEPINO

 

 

 

 

ZR99_99_37

 

VIRUS TAL-MUŻAJK TAL-PEPINO (PEPMV) TAR-RAZZA EWROPEA (UE), IŻOLAT ĦAFIF ABP1 (PEPMVO)

 

 

 

 

ZR99_99_38

 

VIRUS TAL-MUŻAJK TAL-PEPINO (PEPMV) TAR-RAZZA ĊILENA (CH2), IŻOLAT ĦAFIF ABP2 (PEPMVO)

 

 

 

 

ZR99_99_39

 

ESTRATT NATURALI TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-CAMELLIA SP.

 

 

 

 

ZR99_99_40

 

QUASSIA

 

 

 

 

ZR99_99_99

 

PRODOTTI OĦRAJN GĦALL-PROTEZZJONI TAL-PJANTI MHUX KLASSIFIKATI BAND’OĦRA

 

 


(1)  Numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service.

(2)  Il-Kunsill Kollaborattiv Internazzjonali Analitiku għall-Pestiċidi

(3)  Aggregat volontarju.

(4)  Aggregat volontarju. Ta’ min jinnota li s-siġar tal-Milied imħawla fuq l-EAU huma inklużi (għelejjel permanenti oħra): https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Glossary:Utilised_agricultural_area_(UAA) (disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(5)  Aggregat volontarju. Ta’ min jinnota li l-forestrija ma tinkludix is-siġar tal-Milied miżrugħa fuq l-EAU (għelejjel permanenti oħra): https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Glossary:Utilised_agricultural_area_(UAA) (disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(6)  Aggregat volontarju.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE ( ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(8)  Jikkorrispondi għall-Grupp 1 tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-indikaturi tar-riskju, definita fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi ( ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(9)  Jikkorrispondi għall-Grupp 3 tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-indikaturi tar-riskju, definita fid-Direttiva 2009/128/KE.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati ( ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/51


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2011

tas-17 ta’ Novembru 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-24 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”, “ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2)(“in-Notifika ta’ Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat minn Europacable (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni. L-ilmentatur jirrappreżenta aktar minn 25 % mill-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ kejbils fibrottiċi. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Fil-21 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u bdiet investigazzjoni separata. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

1.2.   Reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet

(4)

Wara talba mill-ilmentatur appoġġata mill-evidenza meħtieġa fit-17 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/548 tal-29 ta’ Marzu 2021 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (4).

1.3.   Il-partijiet interessati

(5)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi tal-Unjoni magħrufa, lill-assoċjazzjonijiet tal-Unjoni magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa, lin-negozjanti u lill-utenti magħrufa dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(6)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Saru seduti mal-ilmentatur u ma’ importatur wieħed inkluż fil-kampjun (Cable 77 Danmark ApS (“Cable 77”)).

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mill-Gvern taċ-Ċina (“il-GTĊ”), mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (is-“CCCME”), mill-ilmentatur, u minn importatur wieħed (Connect Com GmbH (“Connect Com”).

(8)

Connect Com sostniet li kien hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni u kjarifika dwar l-ilment. B’mod partikolari, hija sostniet li d-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-suq tal-industrija tal-UE ma kienx minħabba l-importazzjonijiet ipprezzati b’mod favorevoli mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina iżda minħabba prezzijiet ta’ trasferiment interni relattivament għoljin għal tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji. Barra minn hekk, Connect Com sostniet li l-lista ta’ produtturi tal-UE ma kinitx kompluta fl-ilment. Peress li dawn il-kummenti jikkonċernaw is-sustanza tal-każ aktar milli l-bidu, dawn huma indirizzati hawn taħt fil-premessa (415) u fil-premessi (539) sa (541).

(9)

Fir-rigward tar-rekwiżiti sostantivi għall-bidu tal-investigazzjoni, is-CCCME ddikjarat li l-ilmentatur wettaq valutazzjoni tad-dannu mhux kompluta fl-ilment, peress li l-ilmentatur ma pprovdiex ċifri dwar sitta mill-ħmistax-il indikatur tad-dannu enumerati fl-Artikolu 3.4 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (“ADA”) (b’mod partikolari: il-produttività, ir-redditu fuq l-investiment, il-fluss tal-flus, il-pagi, it-tkabbir u l-kapaċità li jiżdied il-kapital jew l-investimenti). Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi kwalunkwe data affidabbli/komparabbli dwar il-prezzijiet tal-bejgħ.

(10)

Il-Kummissjoni tfakkar li, billi l-ilmentatur fit-tweġiba tiegħu għall-kummenti tal-GTĊ u tas-CCCME, diġà nnota li l-istandard legali applikabbli għall-bidu ta’ investigazzjoni anti-dumping huwa l-Artikolu 5.2 tal-ADA, filwaqt li l-Artikolu 3.4 tal-ADA jikkostitwixxi l-istandard għar-rieżami mill-awtorità investigattiva, f’dan il-każ il-Kummissjoni. Għalhekk, l-ilmentatur kien marbut li jissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 5.2 tal-ADA, li huwa rifless mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku. Fil-waqt li, kif innotat is-CCCME, l-Artikolu 5.2. tal-ADA jagħmel referenza għall-Artikolu 3.4 tal-ADA, u li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, tali referenza hija biss bħala eżempju fiż-żewġ każijiet (“bħal [fatturi u indiċijiet] elenkati fil-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 3” u “bħal [fatturi u indiċijiet] elenkati fl-Artikolu 3(3) u (5)”) (5). L-Artikolu 5.2 tal-ADA u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku jipprevedu li lment jenħtieġ li jinkludi evidenza ta’: a) id-dumping; b) dannu; u c) rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu allegat. Il-ġurisprudenza tal-UE tiċċara li “il-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur ma għandhomx għalfejn ikunu fil-livell meħtieġ għal determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping, dannu jew rabta kawżali” (6). B’konsegwenza ta’ dan, “evidenza li mhijiex ta’ kwantità jew kwalità suffiċjenti biex tiġġustifika determinazzjoni preliminari jew finali ta’ dumping, dannu jew kawżalità, tista’ madankollu tkun biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni” (7).

(11)

Bi tweġiba għall-affermazzjoni li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi data affidabbli/komparabbli dwar il-prezzijiet tal-bejgħ, il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt kopertura kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ difiża matul il-proċediment.

(12)

L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6(5) tal-ADA jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tagħha jkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollu effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun akkwistat l-informazzjoni.

(13)

Il-Kummissjoni vvalutat u aċċettat li d-data dwar il-prezzijiet tal-bejgħ kienet taqa’ taħt dawn il-kategoriji. Fi kwalunkwe każ, l-ilmentaturi pprovdew sommarju sinifikattiv tal-informazzjoni li tinsab fl-annessi limitati tal-ilment sabiex il-partijiet interessati jista’ jkollhom “fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali” kif stabbilit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. L-ilmentaturi ġabru fil-qosor b’mod adegwat informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-bejgħ, mingħajr ma ddivulgaw data sensittiva speċifika għall-kumpanija fl-Annessi 44b u 67 tal-ilment fost l-oħrajn.

(14)

Is-CCCME sostniet ukoll li l-ilment ma kien juri l-ebda dannu, peress li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-produzzjoni tagħha u t-tnaqqis żgħir fil-kapaċità tal-produzzjoni li jirriżulta mill-inkapaċità tal-Industrija tal-Unjoni li tforni l-konsum kollu li żviluppa reċentement fl-Ewropa fih innifsu mhuwiex indikatur ta’ dannu materjali. Il-volumi tal-bejgħ żdiedu wkoll, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni żżomm sehem mis-suq ta’ kważi 80 % u x-xejra tal-profittabbiltà mhijiex ċara u ma turix dannu. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur wieġeb li ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni kienet ta’ benefiċċju għall-importazzjonijiet Ċiniżi, li s-sehem mis-suq li jifdal ma għandux rilevanza għall-valutazzjoni tad-dannu u li l-effetti tal-offerti mirbuħa mill-produtturi Ċiniżi se jimmaterjalizzaw wara ċertu perjodu ta’ żmien. Is-CCCME wieġbet li d-data dwar il-konsum, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni turi li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tipprovdi l-biċċa l-kbira taż-żieda fil-konsum tal-UE, filwaqt li tespandi n-negozju tagħha.

(15)

Barra minn hekk, is-CCCME ddikjarat li l-ilment ma kien fih l-ebda evidenza ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping u d-dannu. L-ewwel nett, is-CCCME sostniet li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni. Pereżempju, is-CCCME sostniet li fost l-aktar żieda qawwija fil-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina fl-2017-2018, l-industrija tal-Unjoni kellha l-aktar żieda sinifikanti fil-profittabbiltà. It-tieni nett, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu bejn l-2018 u l-2019, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, u għalhekk l-effett tagħhom ma jistax ikun attribwibbli għaċ-Ċina, u, jekk ikun hemm dannu, dan huwa dannu kkawżat mill-industrija tal-Unjoni minħabba r-reazzjoni bil-mod tagħha għall-movimenti tas-suq. L-ilmentatur irreaġixxa għal din l-affermazzjoni tas-CCCME, billi ddikjara li tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali, peress li d-dannu seħħ fl-istess waqt taż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, u li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma ġewx ikkunsidrati minħabba li jew kienu de minimis jew ma wrew l-ebda evidenza ta’ dumping dannuż. Is-CCCME wieġbet billi fakkret li, fost l-akbar żieda fil-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina fl-2017-2018, l-industrija tal-Unjoni kellha l-aktar żieda sinifikanti fil-profittabbiltà u li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Minflok, fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, is-CCCME innotat li bejn l-2018 u l-2019, bħala total, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu. Fl-aħħar nett, is-CCCME osservat li l-ilmentatur ma kkontestax l-argumenti li virtwalment l-indikaturi kollha tad-dannu fl-ilment urew xejriet pożittivi u li l-allegat dannu kien almenu sa ċertu punt ikkawżat mill-industrija stess.

(16)

Barra minn hekk, is-CCCME stqarret li d-data dwar l-importazzjoni ppreżentata mill-ilmentatur hija esaġerata minħabba li kienet ibbażata fuq suppożizzjoni żbaljata f’termini ta’ volum, li kienet tirriżulta f’żieda distorta fl-importazzjonijiet. B’mod partikolari, fl-2019 l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu minflok żdiedu. Barra minn hekk, il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz fl-ilment kellhom nuqqasijiet minħabba li rreferew biss għal esportatur wieħed f’offerta speċifika waħda. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur wieġeb li jenħtieġ li jitqies perjodu itwal biex wieħed jara ż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet, li ma ġietx miċħuda mis-CCCME u kkonfermata minn data ta’ partijiet terzi mill-informazzjoni dwar is-suq (CRU), u li l-kalkoli ma kellhomx nuqqasijiet minħabba li l-ilmentatur kien marbut li jipprovdi biss informazzjoni raġonevolment disponibbli, li kienet tinkludi informazzjoni minn diversi produtturi fl-Unjoni u fiċ-Ċina. Is-CCCME wieġbet li kien id-dmir tal-ilmentatur li jissostanzja l-affermazzjonijiet tiegħu u li jipprovdi prova fir-rigward tad-data dwar l-importazzjoni u li d-data dwar l-informazzjoni dwar is-suq (CRU) kienet tagħmel referenza għall-fibri ottiċi u mhux għall-kejbils fibrottiċi. Fir-rigward tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’, is-CCCME tenniet li ma ssodisfawx l-istandard biex jikkostitwixxu evidenza suffiċjenti u li għal kalkoli sinifikanti, l-ilmentatur irrefera biss għall-prezzijiet ta’ produttur Ċiniż wieħed (eż. il-prezz tal-esportazzjoni taċ-ċirkolazzjoni libera użat għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu għal H1 2019 u l-prezz tal-esportazzjoni użat għall-kostijiet tal-produzzjoni għall-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ għall-H2 2019).

(17)

Il-Kummissjoni tqis li l-ebda waħda mill-affermazzjonijiet tas-CCCME ma kkonfutat il-konklużjoni li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ proċediment anti-dumping. Fil-fatt, l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping kellhom impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. L-analiżi speċifika tad-dannu tal-ilment turi żieda fil-penetrazzjoni tas-suq tal-UE (kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi) mill-importazzjonijiet miċ-Ċina magħmula bi prezzijiet li waqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet proprji tal-industrija tal-Unjoni. Dan jidher li kellu impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, muri pereżempju minn tnaqqis fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq jew minn deterjorament tar-riżultati finanzjarji.

(18)

Il-Kummissjoni ma qablitx li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ fl-ilment ma kinux korretti. Il-metodoloġija hija spjegata fl-ilment skont it-Taqsima 8.1.2 u l-annessi ċċitati fiha, li fihom kalkoli separati tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ għal kull tip ta’ prodott rappreżentattiv. Fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni kienet issodisfata bl-evidenza tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ mressqa mill-applikanti u qisitha bħala evidenza prima facie suffiċjenti.

(19)

Fir-rigward ta’ evidenza suffiċjenti ta’ rabta kawżali, jenħtieġ li jiġi nnotat dan li ġej. L-ewwel nett, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar fl-istess waqt taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bi prezzijiet li waqqgħu b’mod sinifikanti dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dan juri bil-qawwa l-eżistenza ta’ rabta kawżali. It-tieni nett, fir-rigward ta’ fatturi oħrajn bħall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-impatt tagħhom mhuwiex tali li jikkawża deterjorament tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li, l-analiżi tal-ilment ma żvelat l-ebda dannu kkawżat mill-industrija tal-Unjoni stess.

(20)

Matul seduta li saret wara n-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, is-CCCME ppreżentat serje ta’ kummenti dwar il-ħsara, il-kawżalità u l-analiżi tal-interess tal-Unjoni li jinsabu fl-ilment. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-kummenti dwar l-ilment ma jistgħux jiġu riċevuti kif imqajma f’dan l-istadju tard ħafna tal-investigazzjoni lil hinn mill-iskadenza stabbilita fil-punt 5.2 tan-Notifika ta’ bidu. Fi kwalunkwe każ, ħafna minn dawn il-kummenti huma ripetizzjonijiet ta’ argumenti li diġà tqajmu u ġew indirizzati f’din it-taqsima u ma juru l-ebda nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti meta l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda din l-investigazzjoni. Fir-rigward tal-elementi l-ġodda sottomessi, minbarra l-iskadenza fil-punt 5.2 tal-Avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni tfakkar li dan l-istadju tal-investigazzjoni huwa ferm lil hinn mill-iskadenzi għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni ġdida kif stabbilit fil-punt 7 tan-Notifika ta’ bidu.

(21)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com sostniet li l-informazzjoni fl-ilment uriet xejriet li ma jiġġustifikawx l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping. Connect Com talbet ukoll id-divulgazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali fil-paragrafi 105 u 109 tal-ilment rigward il-profitt ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni u l-offerti mitlufa għall-produtturi Ċiniżi.

(22)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li skont il-punt 5.2 tan-Notifika ta’ bidu, il-partijiet interessati kellhom il-possibbiltà li jippreżentaw kummenti dwar l-ilment u kwalunkwe aspett rigward il-bidu tal-investigazzjoni fi żmien 37-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu. Għalhekk, dawn il-kummenti ma jistgħux jiġu kkunsidrati wara d-divulgazzjoni definittiva. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mitluba minn Connect Com hija ta’ natura kunfidenzjali u ma tistax tiġi żvelata lil partijiet interessati oħra.

(23)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali, u b’hekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5.2 tal-ADA u fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet konformi mar-rekwiżiti statutorji kollha għall-bidu.

(24)

Il-Kummissjoni qieset u indirizzat il-kummenti rilevanti l-oħrajn kollha fit-taqsimiet ta’ hawn taħt.

1.5.   Kampjunar

(25)

Fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li x'aktarx tieħu kampjun minn fost il-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(26)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal 52 % tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u tqiesu rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u għaldaqstant il-kampjun ġie kkonfermat.

1.5.2.   Kampjunar tal-importaturi

(27)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(28)

Ħames importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Wara li analizzat l-informazzjoni dwar il-kampjunar ipprovduta mill-importaturi, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ u talbet lill-importaturi kollha li kkooperaw biex jissottomettu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju.

1.5.3.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(29)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(30)

Tletin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi li kkooperaw ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jkun raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. Il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-esportazzjonijiet irrapportati mill-produtturi esportaturi ta’ kejbils fibrottiċi miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(31)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(32)

Waslu kummenti dwar l-għażla tal-kampjun minn produttur esportatur wieħed mhux inkluż fil-kampjun, Yangtze Optical Fibre and Cable Joint Stock Limited Company (“YOFC”) u l-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea.

(33)

YOFC u l-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sostnew li meta jitqies l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw, iż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw proporzjon baxx ta’ volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni li ma kinux rappreżentattivi għall-esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li kampjun ta’ tliet kumpaniji jista’ jevita aħjar is-sitwazzjoni li, minħabba bidliet fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-kampjun jista’ jitnaqqas għal kumpanija waħda. F’dan ir-rigward, il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea rreferiet għall-investigazzjoni anti-dumping tal-importazzjonijiet tar-roti tat-triq tal-azzar miċ-Ċina (8), fejn ġie allegat li d-drittijiet tal-esportaturi l-oħrajn li kkooperaw kienu tnaqqsu peress li l-kampjun magħmul minn żewġ produtturi esportaturi tnaqqas għal wieħed wara li produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun iddeċieda, fi stadju aktar tard, li ma jikkooperax fl-investigazzjoni. Ġie ddikjarat ukoll li l-prattika tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti kienet li jittieħed kampjun ta’ mill-inqas tliet kumpaniji. Fl-aħħar nett, ġie ddikjarat li kampjun ta’ tliet kumpaniji jkun aktar xieraq fid-dawl tal-fatt li l-esportaturi jista’ jkollhom varjetà ta’ kanali ta’ bejgħ, tipi ta’ prodotti u klijenti kif ukoll sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni differenti.

(34)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-kampjun jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Kif iddikjarat fil-premessa (30), il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ammontaw għal aktar minn 40 % tal-esportazzjonijiet irrapportati miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, livell rappreżentattiv. Il-Kummissjoni qieset li l-kampjun kif magħżul kien fih l-akbar kwantità ta’ importazzjonijiet li setgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’dan il-kuntest, iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fihom għadd kbir ta’ entitajiet (ħames entitajiet tal-manifattura u seba’ entitajiet tal-bejgħ), u mill-inqas erba’ produtturi esportaturi b’varjetà ta’ kanali tal-bejgħ u klijenti, u għadd kbir ta’ prodotti. Barra minn hekk, jekk kumpanija inkluża fil-kampjun hijiex tabilħaqq se tikkoopera jew le wara li tkun ġiet inkluża fil-kampjun, hija kundizzjoni meħtieġa iżda mhux suffiċjenti biex produttur esportatur jitqies għall-għażla ta’ kampjun skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-prattika tal-Kummissjoni li tagħżel kampjun ta’ mill-inqas tliet kumpaniji, huwa nnotat li, kif spjegat hawn fuq, l-għażla tal-kampjun kienet ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli f’dan il-każ. L-affermazzjoni tad-differenzi fis-sitwazzjoni kompetittiva ġiet miċħuda peress li l-partijiet ma spjegawx b’liema mod dan iqiegħed ir-rappreżentattività tal-kampjun inkwistjoni u barra minn hekk kif kumpanija terza inkluża fil-kampjun tindirizza d-differenzi fil-kompetizzjoni jekk ikun hemm.

(35)

YOFC iddikjarat li l-inklużjoni ta’ YOFC fil-kampjun ma tkunx ta’ piż għall-Kummissjoni peress li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni ma twettaqx żjarat ta’ verifika fuq il-post.

(36)

Filwaqt li t-tim tal-Kummissjoni ma wettaqx żjarat ta’ verifiki fuq il-post f’dan il-każ, huwa wettaq kontroverifika mill-bogħod (“RCCs”) tat-tweġibiet għall-kwestjonarju. L-RCCs ma jfissrux li l-Kummissjoni tiffranka l-ħin matul l-investigazzjoni. Huwa pjuttost l-oppost peress li hemm bżonn ta’ aktar żmien għat-tħejjija tal-verifika tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji meta din issir mill-bogħod. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(37)

YOFC iddikjara wkoll li jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kampjun peress li huwa produttur b’esperjenza li jesporta kejbils fibrottiċi ta’ kwalità għolja lejn l-Unjoni, u l-proċess ta’ manifattura tiegħu huwa differenti minn produtturi Ċiniżi oħra (huwa integrat vertikalment, juża t-teknoloġija Ewropea biex jipproduċi kejbils fibrottiċi, għandu teknoloġiji avvanzati, huwa l-unika Unità Nazzjonali ta’ Dimostrazzjoni tal-Manifattura Intelliġenti fiċ-Ċina, u kiseb awtomatizzazzjoni għolja fil-produzzjoni ta’ fibri ottiċi). Huwa ddikjara wkoll li l-volum tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien relattivament kbir. Barra minn hekk, YOFC sostna li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun indirettament għandu ishma ta’ YOFC u ta’ tnejn mill-kumpaniji relatati kkonċernati ta’ YOFC u, għalhekk, l-inklużjoni ta’ YOFC fil-kampjun tippermetti lill-Kummissjoni jkollha għarfien aktar komprensiv tal-istruttura tal-industrija. Ġie ddikjarat ukoll li xi wħud mill-klijenti tal-Unjoni ta’ YOFC kienu qed jikkooperaw ukoll fl-investigazzjoni bħala importaturi mhux relatati u għalhekk l-inklużjoni ta’ YOFC fil-kampjun tista’ tgħin lill-Kummissjoni tivverifika katina tal-bejgħ sħiħa miċ-Ċina lejn is-suq tal-Unjoni.

(38)

Kif spjegat hawn fuq, il-kampjun tal-produtturi esportaturi ntgħażel abbażi tal-akbar perċentwal tal-volum tal-esportazzjonijiet mill-pajjiż inkwistjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. YOFC ma kinitx fost l-akbar produtturi esportaturi u għalhekk ma kienx inkluż fil-kampjun. Fi kwalunkwe każ, iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huma gruppi kbar ta’ kumpaniji b’esperjenza kif ukoll li jimmanifatturaw u jbigħu kejbils fibrottiċi ta’ kwalità għolja lill-Unjoni, inklużi wkoll entitajiet integrati vertikalment. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni fil-fajl li tindika li t-teknoloġija użata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tkun inqas avvanzata minn produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. YOFC ma ppreżentat l-ebda evidenza li tikkontradixxi dan il-fatt. Barra minn hekk, la l-fatt li produttur wieħed tal-Unjoni inkluż fil-kampjun għandu ishma fi produttur esportatur u lanqas li l-klijenti tal-produtturi esportaturi qed jikkooperaw fl-investigazzjoni ma huwa rilevanti għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

1.6.   Eżami individwali

(39)

Tmienja mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li bagħtu lura l-formola tal-kampjunar infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarju disponibbli online fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kienu meħtieġa jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju jekk xtaqu jiġu eżaminati fuq bażi individwali. Żewġ kumpaniji pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju.

(40)

Minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni u l-istruttura kumplessa tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tagħtix eżami individwali peress li dan kien ikun ta’ piż bla bżonn u seta’ jfixkel lill-Kummissjoni milli tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji.

1.7.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(41)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-kwestjonarji għall-produtturi, għall-importaturi, għall-utenti tal-Unjoni, u għall-produtturi esportaturi fiċ-Ċina kienu disponibbli online (9) fil-jum tal-bidu.

(42)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għad-determinazzjoni ta' dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”) (10), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun u l-utenti li kkooperaw. Minflok, il-Kummissjoni wettqet RCCs tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:

Produtturi tal-Unjoni:

Acome S. A. (Franza),

Corning Optical Communications Sp. z o.o., u l-kumpaniji relatati tagħha (il-Polonja, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja),

Prysmian S.p.A., u l-kumpaniji relatati tagħha (id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja)

Importaturi:

Cable 77 Danmark ApS (id-Danimarka),

Connect Com GmbH (il-Ġermanja),

Eku Kabel GmbH (il-Ġermanja),

Har&Ca S.r.l. (l-Italja),

Infraconcepts B.V. (in-Netherlands)

Utenti:

Deutsche Telekom GmbH (il-Ġermanja)

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd, Wuhan (“FTT”),

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd., Nanjing (“NW”),

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd., Nantong (“ZT”),

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd., Nantong (“ZP”)

Negozjant relatat fiċ-Ċina:

ZTT International Limited, Nantong

Operatur tas-suq relatat f’Hong Kong:

Sumec Hong Kong Company Limited, Hong Kong,

Importaturi relatati fl-Unjoni:

FiberHome International Poland Sp. z o.o, Warszawa, il-Polonja,

FiberHome International Germany GmbH, Bonn, il-Ġermanja,

ZTT Europe GmbH, Tauberbischofsheim, il-Ġermanja.

1.8.   Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u proċedura sussegwenti

(43)

Minħabba l-kumplessità teknika tal-każ, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma timponix miżuri proviżorji u li tkompli l-investigazzjoni sabiex tiġbor aktar informazzjoni.

(44)

Fit-23 ta’ April 2021, skont l-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati kollha li mhu se jiġi impost l-ebda dazju provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kejbils tal-fibra ottika li joriġinaw miċ-Ċina u li l-investigazzjoni se tkompli.

(45)

Wara d-divulgazzjoni tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li ma timponix miżuri proviżorji, waslu kummenti u talbiet għal kjarifika minn Cable77, Eku Kabel, Infraconcept u Comel.

(46)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saret seduta ta’ smigħ ma’ Cable 77 u ma’ CCCME.

(47)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni bagħtet talba addizzjonali għal informazzjoni lill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw, lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi iżda mhux limitati għal data dwar il-bejgħ abbażi ta’ gruppi ta’ numri ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”), investimenti u offerti tal-prezzijiet. It-tweġibiet ġew ivverifikati mill-Kummissjoni f’rawnd addizzjonali ta’ RCCs.

(48)

L-istatistika uffiċjali tal-importazzjoni hija rrappurtata f’kilogrammi, u l-kodiċi NM 8544 70 00 fih prodotti għajr il-prodott ikkonċernat. Biex tikseb stampa aktar preċiża tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni eżaminat informazzjoni dettaljata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali dwar is-sett sħiħ ta’ tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni unika matul il-perjodu 2017 — PI, kif irrappurtat mill-importaturi fid-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom u pproċessat mill-awtoritajiet imsemmija qabel L-informazzjoni kienet tirrigwarda l-importazzjonijiet f’disa’ Stati Membri (il-Bulgarija, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja) u tqieset bħala rappreżentattiva, peress li kienet tkopri 79 % tal-importazzjonijiet fl-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat. L-analiżi granulari fuq din il-bażi wasslet għall-konklużjonijiet ippreżentati hawn taħt.

1.9.   Żvelar

(49)

Fit-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ OFC li joriġinaw miċ-Ċina (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mill-Gvern taċ-Ċina (“il-GTĊ”), mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (is-“CCCME”), miż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, mill-importaturi mhux relatati li kienu qed jikkooperaw, u mill-ilmentatur. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kummenti, il-Kummissjoni mmodifikat xi wħud mill-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju antidumping definittiv u infurmat lill-partijiet interessati kollha b’dan (“divulgazzjoni finali addizzjonali”) fit-2 ta’ Settembru 2021.

(50)

Wara d-divulgazzjoni finali u d-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 5.7 tan-Notifika ta’ bidu. Saru seduti kemm mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mas-CCCME kif ukoll ma’ importatur wieħed (Cable77).

1.10.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(51)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-I ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(52)

Il-prodott ikkonċernat huwa kejbils fibrottiċi b’modalità waħda, magħmula minn fibra waħda jew aktar miksija individwalment, b’kisi protettiv, kemm jekk fihom kondutturi elettriċi li joriġinaw miċ-Ċina kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8544 70 00 (il-kodiċi TARIC 8544700010) (“il-prodott ikkonċernat”).

(53)

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

(i)

kejbils li fihom il-fibri ottiċi huma mgħammra individwalment b’konnetturi operazzjonali f’estremità waħda jew fiż-żewġ estremitajiet; kif ukoll

(ii)

kejbils għall-użu taħt il-baħar. Il-kejbils għall-użu taħt il-baħar huma kejbils fibrottiċi insulati bil-plastik, b’konduttur tar-ram jew tal-aluminju, li fihom il-fibri huma f’modulu/moduli tal-metall.

(54)

Il-kejbils fibrottiċi (“OFC”) jintużaw bħala mezz ottiku ta’ trażmissjoni fin-networks tat-telekomunikazzjoni f’networks ta’ distanzi twal, metro u aċċess.

2.2.   Prodott simili

(55)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(56)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Affermazzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

(57)

Il-grupp ZTT talab l-esklużjoni mill-investigazzjoni tal-kejbils tal-wajer ottiku tal-art (“OPGW”) u tal-kondutturi ottiċi tal-fażi (“OPPC”). Huwa sostna li għalkemm dawn il-kejbils jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott, kellhom karatteristiċi fiżiċi u użu differenti (jiġifieri t-trażmissjoni tal-enerġija), kienu soġġetti għal standards tekniċi differenti, ġew manifatturati bl-użu ta’ materja prima differenti u skont proċessi ta’ produzzjoni differenti, u nbiegħu fi swieq separati. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li l-kejbils OPGW u OPPC kienu jirrappreżentaw biss porzjon żgħir ta’ bejgħ lejn l-Unjoni. Il-grupp ZTT talab ukoll li f’każ li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kejbils OPGW u OPPC jaqgħu fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, il-karatteristiċi speċifiċi, il-fatturi tal-użu aħħari jew tas-segment tas-suq ta’ dawn il-prodotti għandhom jitqiesu fl-investigazzjoni.

(58)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT tenna l-pretensjonijiet tiegħu li jeskludi l-kejbils OPGW u OPPC mill-investigazzjoni, u argumenta li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma bigħux it-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-grupp ZTT matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(59)

Il-kejbils OPGW u OPPC jintużaw għat-trażmissjoni tad-data u jaqsmu l-karatteristiċi bażiċi ta’ OFC oħra, inklużi: (i) jinkludu fibri ottiċi; (ii) id-dijametru tal-fibra ottika miksi huwa l-istess medda; (iii) in-numru ta’ fibri huwa wkoll fl-istess firxa; (iv) in-numru ta’ fibri għal kull modulu huwa ugwalment l-istess; u (v) il-kostruzzjoni tal-qalba tal-kejbil hija l-istess. Il-fatt li l-kejbils OPGW u OPPC jittrażmettu l-enerġija u għandhom ċerti karatteristiċi (bħall-karatteristiċi elettriċi, l-ebda rekwiżit ta’ reżistenza għall-fjammi, rekwiżit ta’ reżistenza għolja għat-tensjoni, eċċ.) ma jnaqqasx minn dan il-fatt.

(60)

Barra minn hekk, it-tipi kollha ta’ kejbils huma soġġetti sa ċertu punt għal speċifikazzjonijiet u standards tekniċi differenti. Fir-rigward tal-materja prima, il-fatt li materja waħda użata għal komponent wieħed tal-OFC tista’ tvarja minn tip wieħed ta’ kejbil għal ieħor huwa irrilevanti: it-tipi kollha ta’ OFC huma manifatturati bl-użu tal-fibri ottiċi. Fir-rigward tal-proċessi tal-manifattura, l-investigazzjoni żvelat li ċerti disinji protetti b’mod speċjali ta’ kejbils ottiċi standard kellhom saff ta’ wajers tal-azzar madwar il-qoxra tagħhom, u dawn il-kejbils ġew prodotti fuq l-istess magni bħall-magni tal-OPGW. Barra minn hekk, il-manifattura tal-kisi tal-kejbils OPGW u OPPC applika biss għal stadju wieħed tal-kostruzzjoni ta’ dawn il-kejbils, u dan ma jiġġustifikax l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-bejgħ tal-kejbils OPPC u OPPC kien jirrappreżenta porzjon iżgħar ta’ bejgħ lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni huwa irrilevanti għall-valutazzjoni tal-affermazzjoni. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-PCNs speċifiċi mibjugħa mill-grupp ZTT matul il-PI ma nbigħux mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma jnaqqasx mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni qed tipproduċi kejbils OPGW u OPPC li jikkompetu mal-esportaturi Ċiniżi.

(61)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-OPGW u l-OPPC għandhom jitqiesu bħala tip ta’ kejbils tal-fibra ottika li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħall-OFC l-oħrajn li huma koperti mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u għalhekk ma kienet meħtieġa l-ebda analiżi separata għal dawn il-prodotti. Fil-fatt, il-kejbils OPGW u OPPC huma kejbils tal-fibra ottika peress li jinkludu fibri ottiċi, il-kostruzzjoni tal-qalba tal-kejbil hija l-istess u huma ddisinjati biex jintużaw għat-trażmissjoni tad-data. Barra minn dan, in-numri ta’ kontroll tal-prodotti użati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu jidentifikaw kif xieraq il-kejbils OPGW u OPPC u jippermettu b’mod adegwat lill-Kummissjoni twettaq tqabbil ġust tal-prezzijiet bejn il-produtturi tal-Unjoni u dawk Ċiniżi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(62)

Il-grupp ZTT issuġġerixxa wkoll erba’ metodi biex tiġi indirizzata u evitata kwalunkwe kwistjoni possibbli ta’ ċirkomvenzjoni fil-każ li l-kejbils OPGW u OPPC jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni bħal (i) spezzjoni viżwali u verifika dokumentarja mill-uffiċjali doganali, (ii) sistema ta’ ċertifikazzjoni, (iii) proċedura doganali ta’ kontroll tal-użu aħħari u (iv) sistema ta’ monitoraġġ. Billi ġie konkluż li l-OPGW u l-OPPC huma koperti mill-investigazzjoni, ma kienx meħtieġ li jiġu indirizzati l-metodi ssuġġeriti għall-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(63)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(64)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi Ċiniż esportaturi kollha biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ OFC. Ħamsa u għoxrin produttur esportatur Ċiniż ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(65)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum. Ma ngħatat l-ebda tweġiba għall-informazzjoni mitluba mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

(66)

Is-sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku waslet fi żmien l-iskadenza mill-GTĊ u mis-CCCME.

(67)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(68)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f’każ li jiġi stabbilit […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’dak il-pajjiż skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem b’mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti”, u “għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”.

(69)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ kif iddikjarat fil-premessa (65), l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.1.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.1.1.1.   Introduzzjoni

(70)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, fost oħrajn, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat ”.

(71)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni preċedenti. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandhom jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, peress li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jitqiesu għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(72)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”.

(73)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (11) li jiġbor l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħas-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu, li minnu r-Rapport kien parti integrali.

(74)

L-ilment ipprovda evidenza addizzjonali dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-OFC fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), li tikkomplementa r-Rapport. L-ilmentatur ipprovda evidenza li turi li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat huma affettwati (mill-inqas potenzjalment) mid-distorsjonijiet imsemmija fir-Rapport, b’mod partikolari minn livelli għoljin ta’ interferenza mill-Istat fil-katina tal-valur tal-OFC, jiġifieri fis-settur tal-OFC u fis-setturi relatati mal-produzzjoni tal-OFC, b’mod partikolari fis-setturi tal-input u fir-rigward tal-fatturi ta’ produzzjoni.

(75)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tibbaża fuq sorsi disponibbli pubblikament, b’mod partikolari fuq il-leġiżlazzjoni Ċiniża, dokumenti uffiċjali ppubblikati tal-politika Ċiniża, rapporti ppubblikati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u studji/artikli minn akkademiċi magħrufa, speċifikament identifikati fir-Rapport. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tiegħu b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inklużi l-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

3.1.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

(76)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (12). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċarissimu: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma ttollerati, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (13).

(77)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is]-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il]-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina” (14). Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(78)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (15). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inkluża s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll mezzi oħra li bihom l-Istat jaġixxi fis-suq u jaffettwa s-suq, bħal permezz tal-investiment u l-akkwist pubbliku.

(79)

L-ewwel, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni, xi ħaġa li kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.5 ta’ hawn taħt) (16).

(80)

It-tieni, fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.8 ta’ hawn taħt) (17). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (18).

(81)

It-tielet, fir-rigward tal-użu tal-istrumenti tal-Istat u regolatorji, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi deċiżjonali (19). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll tal-investiment privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (20).

(82)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (21).

3.1.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li f’estent sinifikanti huwa moqdi minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(83)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(84)

Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fil-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (22). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (23). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll jew influwenza mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tad-OFC huma żviluppati aktar fit-Taqsimiet 3.1.1.4 u 3.1.1.5 ta’ hawn taħt.

(85)

Speċifikament fil-katina tal-valur tal-OFC, il-GTĊ għandu ishma f’ħafna kumpaniji, li għadd minnhom għandu kontroll fuqhom ukoll.

(86)

Il-Kummissjoni sabet li mill-inqas produttur ewlieni wieħed tal-OFC — FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd (FTT) (24) — li jirrikonoxxi li huwa kkontrollat bis-sħiħ mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (SASAC) (25), għalhekk minn entità tal-Istat. FTT, filwaqt li huwa kkontrollat mill-Istat, jeżerċita wkoll sjieda maġġoritarja fuq produtturi oħra tal-OFC, bħal Changchun Fiberhome Technologies, Chengdu Datang Cable, Fiberhome Marine Network Equipment u Xinjiang Fiberhome Optical Communications. Produttur ieħor tal-OFC — Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication — instab ukoll li kien ikkontrollat minn FTT, u għalhekk kien ikkontrollat ukoll mill-Istat.

(87)

Minbarra l-kumpaniji kkontrollati direttament, il-GTĊ qed jinfluwenza wkoll il-kumpaniji privati fir-RPĊ. Kif ikkonfermat matul l-investigazzjoni minn wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, ġie stabbilit ukoll li l-Istat, direttament jew indirettament (eż. permezz ta’ diversi entitajiet relatati mal-Istat, bħal: il-Bank of China, l-Industrial and Commercial Bank of China, l-Agricultural Bank of China, iċ-China Development Bank, iċ-Changshu City Development Investment Co., jew ix-Shanghai Financial Development Investment Fund) għandhom ishma f’bosta kumpaniji li jipproduċu l-OFC. Ta’ min jinnota li, fost dawn tal-aħħar, tispikka Yangtze Optical Fiber and Cable (YOFC), peress li 39 % tal-kumpanija hija proprjetà ta’ investituri kkontrollati mill-Istat (26). Din il-kumpanija hija produttur domestiku kbir kif ukoll esportatur kbir lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat.

(88)

Fir-rigward tal-produtturi tal-OFC li huma proprjetà privata, fil-każ ta’ mill-inqas tnejn minnhom — Jiangsu Zhongtian Technology (ZTT) (27) u Hengtong Group — il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-azzjonisti ta’ kontroll (privati) kienu affiljati mas-CCP u kienu jokkupaw karigi fil-Partit (ara l-premessa (104)).

(89)

Fir-rigward tal-fornituri ta’ inputs għall-produzzjoni tal-OFC, waħda mill-materji primi għall-manifattura tal-OFC hija l-ħajt tal-aramid. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, il-Kummissjoni sabet ukoll interferenza sinifikanti mill-Istat fis-settur tal-aramid. Il-kumpanija Yantai Tayho Advanced Materials (YTAM) hija wieħed mill-produtturi ewlenin tal-fibri tal-aramid fir-RPĊ (28). L-azzjonist kontrollanti ta’ YTAV huwa Yantai Guofeng Investment Holdings Group (29), filwaqt li dan tal-aħħar huwa kompletament proprjetà ta’ Yantai SASAC (30), li jirriżulta fil-kontroll sħiħ ta’ YTAM mill-awtoritajiet tal-Istat. Produtturi notevoli oħra tal-fibri tal-aramid fir-RPĊ huma Sinopec Yizheng Chemical Fibre Company (31) (sussidjarja ta’ Sinopec Group li huwa proprjetà tal-Istat (32)) jew l-intrapriża tal-Istat Sinochem (33).

(90)

Il-produzzjoni tal-OFC tinvolvi wkoll l-użu ta’ inputs kimiċi bħal: polietilen b’densità baxxa, medja jew għolja, jew tereftalat tal-polibutilen. Dawn is-sustanzi huma komposti kimiċi miksuba fi proċessi kimiċi. Jintużaw ukoll diversi komposti kimiċi biex tiġi prodotta l-preforma fl-oriġini tal-fibra ottika. Għalhekk, il-produtturi ta’ dawn l-inputs jistgħu jitqiesu wkoll bħala parteċipanti tas-settur kimiku Ċiniż. Fir-rigward ta’ dak is-settur, il-Kummissjoni sabet li, skont l-istatistika nazzjonali, l-intrapriżi tal-Istat (SOEs) kienu jirrappreżentaw 52 % tal-assi totali tal-kumpaniji tal-kimika fl-2015 (34). L-SOEs, b’mod partikolari dawk ċentrali kbar, tradizzjonalment kellhom rwol dominanti fl-industrija tal-kimika tar-RPĊ minħabba l-pożizzjoni ta’ oligopolija tagħhom fis-settur upstream/tal-materja prima, l-aċċess faċli għar-riżorsi allokati mill-gvern (fondi, self, art, eċċ.) u l-influwenza qawwija fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gvern. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet speċifikament li ċerti produtturi ewlenin ta’ polietilen b’densità għolja fir-RPĊ, bħal PetroChina, Sinopec Maoming Petrochemical Corporation u China National Offshore Oil Corporation (35), huma intrapriżi tal-Istat.

(91)

Barra minn hekk, ċerti materji primi tal-azzar jintużaw fil-manifattura tal-OFC, bħal ċerti tipi ta’ wajers jew strixxi tal-azzar. F’dan ir-rigward, fis-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ SOEs u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-akbar 10 produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (36). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016 l-akbar għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, il-GTĊ fl-istess sena stabbilixxa l-mira li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (37). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GTĊ f’April 2019, fejn dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (38). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni batuta (39). Eżempju ta’ fużjoni reċenti huma l-produtturi tal-azzar Baosteel Group Corp. u Wuhan Iron & Steel Group Corp. fl-2016, li ħolqu t-tieni l-akbar produttur tal-azzar fid-dinja (40). Il-produtturi ewlenin tal-azzar inossidabbli huma proprjetà tal-Istat, pereżempju Tisco, Baosteel, Ansteel Lianzhong, Jiujuan Iron and Steel u Tangshan.

(92)

Bil-livell sinifikanti ta’ intervent tal-gvern fis-setturi tal-inputs tas-suq tal-OFC (eż. fis-settur tal-azzar, fil-ktajjen tal-valur tas-sustanzi kimiċi, jew permezz tal-kontroll mill-Istat ta’ ċerti intrapriżi produtturi ewlenin tal-aramid), flimkien mal-fatt li — kif instab mill-Kummissjoni — ċerti produtturi tal-OFC huma kkontrollati jew proprjetà diretta jew indiretta mill-Istat, jew huma soġġetti għall-influwenza tal-Istat (eż. permezz tal-preżenza korporattiva tas-CCP), jiddependu fuq l-appoġġ tiegħu u, f’ċerti każijiet, jimplimentaw l-ideoloġija tas-CCP, il-produtturi tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat kif ukoll il-produtturi tal-OFC li huma proprjetà privata ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati attivi fil-produzzjoni tal-OFC u tal-inputs użati fil-manifattura ta’ dan tal-aħħar, huma soġġetti wkoll, direttament jew indirettament, għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.1.1.5 ta’ hawn taħt.

3.1.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet;

(93)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħra, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (41), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (42)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit (43). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (44). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-OFC u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(94)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu “General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era” (45), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “jeħtiġilna nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit sabiex imexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u nsaħħu b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6: “[i]rridu nżidu aktar il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħra tas-settur privat (46).

(95)

L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur tal-OFC.

(96)

Kif diġà ġie indikat, ċertu għadd ta’ produtturi tal-OFC huma proprjetà tal-Istat jew ikkontrollati minnu, li jippermetti lil dan tal-aħħar jinterferixxi b’mod liberu fil-prezzijiet u fil-kostijiet. Din l-interferenza hija aggravata wkoll mill-preżenza u mill-influwenza qawwija tas-CCP f’dawn il-kumpaniji.

(97)

Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li China Information and Communication Technology Group, li jagħmel parti minnu l-produttur esportatur FTT — fuq is-sit web tiegħu jiddikjara li: “Iż-żamma mat-tmexxija tal-Parti u t-tisħiħ tal-bini tal-Parti huma l-“għeruq” u l-“essenza” tal-intrapriżi tal-Istat. Sa mill-istabbiliment ta’ China Information and Communication Technology Group Co., Ltd. (China Information and Communication Technology Group Co., Ltd.), il-Kumitat tal-Partit tal-Grupp implimenta bis-sħiħ l-ispirtu tat-18-il Kungress Nazzjonali, tad-19-il Kungress Nazzjonali, tas-sessjonijiet plenarji preċedenti tal-Partit u kif ukoll l-ispirtu tal-Konferenza Nazzjonali dwar il-Bini tal-Partit ta’ intrapriżi tal-Istat, u żgura li l-bini tal-Partit kif ukoll l-aspetti kollha tal-ħidma tal-intrapriża jsegwu t-teorija ta’ Xi Jinping tal-era l-ġdida tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi. Li jiġu stabbiliti l-“erba’ elementi ta’ sensibilizzazzjoni”, jissaħħu l-“erba’ elementi ta’ fiduċja”, jinkisbu b’mod determinat iż-“żewġ salvagwardji”, jiġu implimentati bis-sħiħ ir-rekwiżiti ġenerali tal-bini tal-Partit fl-era l-ġdida, tingħata attenzjoni mill-qrib lir-responsabbiltajiet ewlenin tal-governanza tal-Parti, u jiġi involut bis-sħiħ il-Kumitat tal-Partit tal-Grupp fil-governanza korporattiva biex jiġi eżerċitat sens ta’ tmexxija u “tingħata direzzjoni, tiġi żgurata l-ġestjoni ġenerali u l-implimentazzjoni” u tiġi promossa fuq bażi kontinwa l-“integrazzjoni doppja u l-promozzjoni doppja” tal-bini tal-Partit mal-produzzjoni u mal-ħidma kummerċjali.” (47)

(98)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-attivitajiet tal-bini tal-Partit huma estiżi għal żoni industrijali sħaħ, kif irrapportat mis-sit web taż-żona ta’ Żvilupp tat-Teknoloġija Avvanzata ta’ Wuhan Eastlake: “It-twassil tal-konferenza tal-ħidma tal-bini tal-Partit tal-intrapriżi tal-Istat tal-belt kollha u l-ħidma tal-bini tal-Partit fil-livell lokali tas-segretarju tal-kumitat (tax-xogħol) tal-partit tad-distrett u r-rapportar dwar l-ispirtu tal-konferenza ġenerali: Fis-7 ta’ Mejju 2019, ġiet organizzata l-konferenza lokali ta’ promozzjoni għall-ħidma tal-bini tal-partit f’intrapriżi tal-Istat taż-żona tat-teknoloġija avvanzata ta’ Donghu f’Fiberhome Communications Group. Għal-laqgħa attendew kważi 30 persuna, fosthom il-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni tal-Kumitat ta’ Ħidma tal-Partit tal-Grupp taż-Żona tat-Teknoloġija Avvanzata ta’ Donghu, Wan Ling u comrades relatati, kif ukoll persuni inkarigati mill-ġestjoni u mit-tmexxija tal-ħidma tal-bini tal-Partit fl-SOEs ġestiti ċentralment mid-distrett u taħt ġestjoni diretta tad-distrett.” (48) Iż-Żona tat-Teknoloġija Avvanzata ta’ Donghu (jew iż-Żona ta’ Żvilupp tat-Teknoloġija Avvanzata ta’ Wuhan East Lake) spiss tissejjaħ “Optics Valley” (Wied Ottiku) (49) minħabba l-enfasi fuq il-produzzjoni tal-ottoelettroniċi, inkluż l-OFC.

(99)

Ta’ min jinnota li l-attivitajiet imsemmija fil-premessa preċedenti jinvolvu lil Fiberhome Group, il-kumpanija omm ta’ FTT. Is-sit web tal-kumpanija jagħmel referenza għal “appoġġ għall-politiki tal-Gvern” bħala wieħed mill-elementi ewlenin fir-relazzjoni tagħha mal-GTĊ (50). Barra minn hekk, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ bini tal-partit tal-kumpanija, Fiberhome hija ppreżentata bħala mudell għal intrapriżi oħra: “Fis-17 ta’ Mejju, Optics Valley Construction Company organizzat żjara ta’ studju għall-uffiċjali tal-partit u għall-impjegati ta’ Fiberhome Technology Group, biex iżuru l-wirja tal-kisbiet xjentifiċi u teknoloġiċi, jisimgħu l-lectures tal-esperti, u jsegwu t-tour ta’ spezzjoni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping, janalizzaw l-ispirtu tad-diskors importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping matul l-ispezzjoni tiegħu ta’ Hubei […] Comrade Hua Xiaodong, Direttur tal-Uffiċċju tal-President ta’ Fiberhome Communication, iffoka fuq il-bini tal-Partit fil-livell lokali ta’ Fiberhome Technology Group, miżuri innovattivi għall-bini tal-Partit u riżultati tal-bini tal-Partit online, […] Il-maniġer ġenerali tal-kumpanija, il-Comrade Zhou Aiqiang, enfasizza li l-uffiċjali tal-partit u l-impjegati tal-kumpanija jridu jikkombinaw l-istudju u l-implimentazzjoni tal-ispirtu tad-diskorsi importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping mal-ispirtu taż-żona tat-teknoloġija avvanzata li jippromwovi l-implimentazzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja ta’ Optics Valley.” (51) Kif muri fis-silta tal-aħħar, l-attivitajiet tal-bini tal-partit huma maħsuba li jkunu relatati mill-qrib mal-iżvilupp tan-negozju ta’ Optics Valley.

(100)

Kif indikat fil-premessa (94), il-GTĊ qed jespandi wkoll aktar ir-rwol tas-CCP fis-settur privat, u b’hekk ikompli jżid il-kapaċità tiegħu li jikkontrolla u jinterferixxi fid-deċiżjonijiet u fl-operazzjonijiet tal-kumpaniji privati. Il-Kummissjoni sabet biżżejjed evidenza ta’ din l-interferenza li għadha kif issemmiet fil-każ tal-produtturi privati tal-OFC.

(101)

Il-kumpanija ZTT tfaħħar lilha nnifisha bl-interess fl-intrapriża tas-CCP u l-awtoritajiet: “ZTT ġibdet l-attenzjoni tal-Partit Komunista u tal-mexxejja tal-Istat minħabba l-iżvilupp tagħha mifrux fuq diversi oqsma. Il-mexxejja ċentrali, provinċjali u muniċipali spezzjonaw u taw opinjoni pożittiva u inkoraġġiment lil ZTT.” (52) Barra minn hekk, is-sit web tal-kumpanija jitkellem dwar l-attivitajiet u l-kisbiet tal-bini tal-partit tagħha, kif ukoll l-interazzjonijiet mas-CCP u mal-awtoritajiet f’dak ir-rigward. Pereżempju, il-kumpanija tiddeskrivi spezzjoni tal-ħidma tal-bini tal-partit tal-kumpanija mill-partit provinċjali u muniċipali u mill-mexxejja tal-gvern: “Xue Jiping [Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u President ta’ ZTT], qal li Zhongtian Technology hija intrapriża ewlenija tal-manifattura f’Nantong, u li l-iżvilupp tal-lum huwa inseparabbli mill-attenzjoni u mill-appoġġ tal-kumitati tal-Partit u tal-mexxejja tal-gvern fil-livelli kollha, kif ukoll li l-Kumitat tal-Partit ta’ Zhongtian Technology Group, taħt il-gwida tal-organizzazzjoni tal-Partit superjuri, stabbilixxa bir-reqqa l-istadju għat-trawwim tal-promozzjoni reċiproka, tal-progress komuni u tal-kisbiet ta’ vantaġġ reċiproku tal-Partit flimkien mal-iżvilupp tal-intrapriżi. Huwa enfasizza ż-żewġ prattiki speċifiċi li Zhongtian Technology ġabret fil-qosor u ffurmat taħt it-tmexxija tal-bandiera tal-Partit. L-ewwel waħda hija s-sistema tax-xogħol tal-inġiniera spiritwali avvanzati tal-pajjiż. […]; It-tieni waħda huwa l-bank avvanzat tal-proprjetà intellettwali li jsaħħaħ il-kompetittività ewlenija tal-intrapriża billi jinvolvi s-sinsla tal-inizjattivi tal-membri tal-partit, li tassew jittrasforma l-vantaġġi tal-bini tal-Partit f’vantaġġi ta’ żvilupp, u jittrasforma l-għarfien tal-Partit u l-mases fl-effiċjenza fl-iżvilupp.” (53) Il-kumpanija tisħaq ukoll il-prominenza tal-attivitajiet tagħha relatati mal-partit u l-importanza tal-integrazzjoni tagħhom fl-operazzjonijiet tal-kumpanija: “Il-Kumitat tal-Partit ta’ Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd. ingħata t-titolu onorarju ta’ “Organizzazzjoni Avvanzata tal-Partit fil-Livell Lokali tal-Provinċja ta’ Jiangsu” u sar l-unika intrapriża fiż-żona ta’ Nantong li ngħatat dan l-unur. F’dawn l-aħħar snin, taħt it-tmexxija ta’ Xue Jiping, ħaddiem tal-mudell nazzjonali, segretarju tal-partit, u President tal-bord tad-diretturi, il-Kumitat tal-Partit ta’ Zhongtian Technology dejjem żamm mal-ideoloġija ta’ gwida ta’ “enfasi fuq il-bini tal-Partit marbut mal-iżvilupp u mal-promozzjoni tal-iżvilupp permezz tal-bini tal-Partit”, u esplora b’mod attiv mudelli standardizzati u integrati tal-bini tal-partit, b’enfasi fuq l-integrazzjoni tal-ħidma tal-bini tal-Partit mal-produzzjoni u man-negozju tal-intrapriża, il-ġestjoni dettaljata, u l-iżvilupp tal-kultura.” (54)

(102)

Il-Kummissjoni għamlet ukoll sejbiet dwar l-influwenza tas-CCP fuq produttur ieħor tal-OFC bi produzzjoni domestika sostanzjali u esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE, jiġifieri Hengtong Group. Il-kumpanija, filwaqt li hija proprjetà privata, kienet qed tippubblika rendikonti dwar ir-rwol u l-influwenza tas-CCP, tas-sħubija tas-CCP u tal-kumitati tal-Partit fil-kumpanija, kif ukoll dwar kif il-kumpanija taderixxi mal-istrateġiji tal-Istat fl-attivitajiet tagħha: “Mingħajr il-politika ta’ riforma u ta’ ftuħ, illum kienu ma għandniex lil Hengtong; għar-rigward tal-iżvilupp futur ta’ Hengtong, l-istrixxun tal-Partit irid ikun qed jidher iperper fuq l-intrapriża. Cui Genliang, Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Hengtong Group, qal li l-kumitat tal-Partit ta’ Hengtong Group qatt ma nesa l-intenzjoni oriġinali tiegħu, dejjem ftakar fil-missjoni tiegħu u se jkompli jsawwar il-“magna ħamra” tal-bini tal-partit, jifforma ċiklu ġdid ta’ żvilupp tal-intrapriża li għandu effett b’qawwa dejjem tiżdied, u jistinka biex iwieġeb il-kwestjonarju tal-era ta’ żvilupp ta’ kwalità għolja. […] Permezz tas-sistema ta’ “persuna waħda għal żewġ karigi” li tippermetti lill-istess persuna tkun segretarju tal-Partit u mexxej tal-kumpanija, it-32 segretarju tal-fergħat tal-partit attwali ta’ Hengtong Group huma kollha okkupati mill-maniġers ġenerali ta’ kull kumpanija, u l-effettività tal-ħidma tal-bini tal-Partit hija inkluża fil-valutazzjoni ġenerali tas-sussidjarji. […] Il-kumitat tal-Partit tal-Grupp ta’ [Hengtong] jorganizza seminar dwar il-bini tal-Partit kull sentejn biex jifformula l-pjan ta’ ħidma tal-bini tal-Partit tal-grupp bħala “azzjoni preskritta” għall-ħidma annwali ta’ kull fergħa tal-Partit filwaqt li kull fergħa tal-Partit tagħżel “azzjoni fakultattiva” innovattiva, biex tippromwovi l-fergħa korporattiva ħalli jinftiehem l-għan li ma jkunx hemm suxxettibbiltà għal influwenza esterna biex jinħoloq “tim lest għall-azzjoni” fir-rigward tal-bini tal-Partit tal-Grupp, biex jiġi żgurat li l-persunal membru tal-Partit jiffoka fuq l-unuri tal-prinċipji, biex jinħolqu l-“forzi speċjali” tal-bini tal-Partit tal-grupp, u jiġi ffurmat mudell ta’ bini tal-Partit tal-Grupp ta’ “kumitati strateġiċi tal-Partit, fergħat tal-Partit mhux suxxettibbli għal influwenza esterna u membri tal-Partit li jħaddnu l-prinċipji tiegħu […] L-iżvilupp tal-intrapriża ma jistax ma jimxix id f’id mat-tmexxija fit-triq t-tajba tal-Partit. Irridu dejjem inkunu grati u nerfgħu r-responsabbiltà filwaqt li nibqgħu bbażati fuq is-soċjetà.” Il-Kumitat tal-Partit ta’ Hengtong Group stabbilixxa responsabbiltà kbira biex tiġi segwita mill-qrib l-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp, u jqis il-ħidma tal-bini tal-Partit bħala mod kif tinkiseb l-integrazzjoni mill-qrib tal-iżvilupp korporattiv mal-istrateġija nazzjonali u biex jiġu sfruttati opportunitajiet kbar ta’ tkabbir u tisħiħ.” (55)

(103)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpanija privata YOFC hija wkoll soġġetta għall-influwenza tal-Istat, b’mod partikolari permezz tar-rwol tas-CCP fl-operazzjonijiet tal-kumpanija. Is-sit web tal-kumpanija jitkellem dwar interazzjoni bħal din meta jiddeskrivi avveniment li għandu l-għan li jiċċelebra s-97 anniversarju tat-twaqqif tas-CCP: “Fil-laqgħa, il-Comrade Ma Jie, is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u l-President ta’ YOFC, ta rapport importanti. Is-Segretarju Ma Jie ġabar fil-qosor b’mod komprensiv il-ħidma tal-bini tal-partit tal-kumpanija u l-kundizzjonijiet operattivi matul l-aħħar sena, u ppreżenta r-rekwiżiti ta’ ħidma għall-futur. Huwa indika: Fis-sena li għaddiet, taħt it-tmexxija fit-triq it-tajba tal-organizzazzjonijiet ta’ livell ogħla, f’konformità mal-iskjerament u mar-rekwiżiti ġenerali tal-Kumitat ta’ Ħidma tal-Grupp taż-Żona tat-Teknoloġija Avvanzata ta’ Donghu, il-kumitat tal-Partit tal-kumpanija analizza u implimenta bir-reqqa l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u ffoka fuq l-iżvilupp ġenerali ta’ YOFC. […] Fir-rapport, is-Segretarju Ma Jie analizza wkoll l-isfidi li ħabbtet wiċċha magħhom YOFC fl-2018 u talab lill-membri kollha tal-Partit jimplimentaw b’mod effettiv il-ħames miżuri strateġiċi tal-kumpanija biex tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni tal-kumpanija kif ukoll l-iżvilupp tagħha. […] Huwa talab: “[…] Immexxija mill-ispirtu tar-rapport tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, u filwaqt li nisfruttaw it-30 anniversarju ta’ YOFC bħala opportunità, se nagħmlu kontributi ġodda għall-futur ġdid fjamant tal-kumpanija, biex b’hekk noħolqu tragwardi ferm ambizzjużi oħra” ” (56). Sena wara, fl-okkażjoni tat-98 anniversarju tas-CCP, YOFC irrapporta wkoll li fl-2019 “il-kumitat tal-partit ta’ YOFC ingħata t-titolu onorevoli ta’ ‘Organizzazzjoni tal-Partit Avvanzata’ taż-Żona tat-Teknoloġija Avvanzata ta’ Donghu”. Matul l-avveniment, il-President u s-Segretarju Ma Jie “talab lill-membri kollha tal-Partit ikunu kburin bil-prinċipji mill-aqwa tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi u biex jistabbilixxu b’mod sod l-“erba’ elementi ta’ sensibilizzazzjoni”, biex isaħħu l-“erba’ elementi ta’ fiduċja personali”, jipprattikaw iż-“żewġ elementi ta’ żamma”, jitgħallmu mill-eżempju, jieħdu dawk l-aktar avvanzati bħala l-parametri referenzjarji, iwettqu dmirijiethom b’diliġenza, jirtu u jmexxu ’l quddiem l-ispirtu innovattiv u pijunier tal-ġenerazzjoni anzjana ta’ rivoluzzjonarji u ta’ figuri mudell avvanzati, jinvolvu bis-sħiħ il-fergħat tal-Partit fil-livell lokali bħala fortizzi ta’ battalja kif ukoll il-membri pijunieri u eżemplari tal-Partit, jistinkaw għat-tlestija sħiħa tal-objettivi kummerċjali ta’ YOFC fl-2019, u jippreżentaw il-kisbiet mill-aqwa bħala rigal għat-98 anniversarju mit-twaqqif tal-Partit Komunista taċ-Ċina, u għas-70 anniversarju mit-twaqqif tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina!” (57)

(104)

L-istrutturi tas-CCP jikkoinċidu personalment mal-korpi maniġerjali korporattivi fil-każ ta’ għadd ta’ produtturi ewlenin tal-OFC. Il-Kummissjoni sabet li l-President u l-azzjonista kontrollanti ta’ ZTT, Xue Jiping, huwa membru tas-CCP u Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (58) Fil-każ ta’ FTT, produttur ewlieni ieħor tal-OFC, il-President tal-Bord tad-Diretturi, Lu Guoqing, huwa membru tas-CCP (59), filwaqt li żewġ maniġers ewlenin oħra jokkupaw il-karigi ta’ Segretarju u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (60). Kif intwera wkoll qabel fil-premessa (102), l-azzjonist kontrollanti tal-produttur tal-OFC bi proprjetà privata Hengtong Group — Cui Genliang — mhuwiex biss il-President tal-Bord tad-Diretturi iżda wkoll is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. Huwa aġixxa wkoll bħala Rappreżentant fit-12 u fit-13-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (61). Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (103), il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ YOFC — Ma Jie — jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u huwa Membru tas-CCP (62).

(105)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (63). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, inklużi SOEs, fis-settur tal-OFC u f’setturi relatati oħra (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.1.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(106)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffokaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru kważi s-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti l-aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jiġu allokati lil setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (64).

(107)

It-tagħmir tal-OFC jitqies bħala prodott ewlieni mill-GTĊ, kif instab fid-dokumenti u l-listi tal-ordni pubbliku (65). Tali kategorizzazzjoni hija ta’ importanza sinifikanti peress li tikkwalifika setturi partikolari għall-kopertura minn varjetà ta’ politiki speċifiċi u miżuri ta’ appoġġ imfassla biex jixprunaw l-iżvilupp f’kull settur (66). Peress li l-OFC huwa komponent ewlieni tal-infrastruttura tan-networks tal-internet, dan għandu rwol ewlieni fit-tnedija ta’ networks tal-fibra ottika u tal-internet bil-banda wiesgħa. L-iżvilupp ta’ dawn tal-aħħar fir-RPĊ huwa ggwidat u ġestit minn diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra, li jinħarġu f’livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, u li huma interkonnessi b’mod reċiproku. Eżempji ta’ tali dokumenti kruċjali ta’ politika jinkludu, fil-livell ċentrali: it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin (FYP) għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020) (67), u t-13-il FYP li jakkumpanjah għall-Industriji Strateġiċi Emerġenti (SEI) (68), il-Pjan “Made in China 2025” (69), il-Pjan “Internet Plus” (70), l-istrateġija “Broadband China” (71), l-Opinjonijiet ta’ Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Bini ta’ Network tal-Banda Wiesgħa b’Veloċità Għolja u l-Ixprunar ta’ Tariffi Aktar Baxxi għal Konnessjoni mal-Internet Aktar Veloċi (72), jew il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin għall-Bini ta’ Proġetti ta’ Infrastruttura tal-Informazzjoni Ewlenija (73). Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ politika ċentrali jsibu wkoll ir-riflessjoni u s-segwitu tagħhom fil-livell subċentrali, bħal pereżempju fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Guangdong dwar l-“Internet Plus” (2015-2020) (74). Fir-rigward ta’ dan, id-dokumenti tal-ippjanar li jappartjenu għal setturi oħra maħruġa f’livell subċentrali jistgħu jorbtu mal-iżvilupp tal-internet f’termini ta’ gwida politika, u b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Pjan “Internet Plus” — bħal fil-każ tal-Provinċja ta’ Hebei, it-13-il FYP Petrokimiku (75).

(108)

Il-politiki ta’ hawn fuq kienu fl-oriġini tal-enfasi tal-Istat fuq l-iżvilupp ta’ networks u infrastruttura tal-fibra ottika, u mill-istess suq tal-OFC u l-appoġġ mill-Istat relatat. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ hawn fuq kienet ukoll relatata mill-qrib mal-implimentazzjoni ta’ politiki superjuri u msaħħa minnha, bħall-iżvilupp tal-industrija tal-informazzjoni (dokument rilevanti: “Guide for the Development of the Information Industry” tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (MIIT) u tal-NDRC), tal-industrija tal-big data (dokument rilevanti: ‘Big Data Industry Development Plan (2016-2020) of the MIIT’), tal-cloud computing (dokument relevanti ‘Three-year Action Plan for Cloud Computing Development (2017-2019) of the MIIT’), jew tal-‘the Internet of Things’ (dokument relevanti: the Notice of the General Office of the MIIT on Comprehensively Promoting the Construction and Development of the Mobile Internet of Things(76). Fi kliem ieħor, l-OFC huwa prodott ta’ importanza kbira għall-GTĊ fil-bini ta’ networks u infrastruttura li jaqdu strati sħaħ ta’ oqsma ewlenin ta’ politika tal-konnettività u diġitali żviluppati u ssorveljati mill-Istat. Abbażi tad-dokumenti ta’ politika msemmija fil-premessi (107) u (108), il-GTĊ jintervjeni biex jimplimenta l-politiki relatati u jinterferixxi fil-moviment liberu tal-forzi tas-suq fis-settur tal-OFC, b’mod partikolari billi jippromwovi u jappoġġa s-settur tal-aħħar b’diversi mezzi.

(109)

Il-GTĊ imexxi l-iżvilupp tas-settur tal-OFC f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod. Il-Kummissjoni sabet evidenza ta’ proġetti speċifiċi, u l-istabbiliment ta’ fondi ta’ gwida governattivi u żoni industrijali, li kienu jirriflettu l-firxa ta’ appoġġ tal-awtoritajiet pubbliċi għall-produtturi tal-OFC u għall-katina tal-valur tagħhom.

(110)

Każ ta’ fond ta’ gwida lokali u azzjonijiet tal-awtoritajiet li jappoġġaw is-settur tal-OFC permezz ta’ proġett ta’ bini tal-kapaċitajiet fil-Provinċja ta’ Shandong intwera kif ġej minn kumpanija parteċipanti: “Il-fażi I tal-proġett għandha investiment totali ta’ RMB 1,8 biljun u tikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ 6 torrijiet għall-ġbid tal-fibra ottika u 12-il linja għall-produzzjoni tal-fibra ottika, li jiksbu żvilupp fl-industrija tal-fibra ottika fil-Provinċja ta’ Shandong. […] Id-dħul ta’ fondi ta’ investiment f’ekwità tal-gvern ippermetta lill-kumpaniji jnaqqsu l-kostijiet ta’ finanzjament, itejbu s-solidità finanzjarja u l-proporzjon tas-sigurtà tagħhom, filwaqt li ggwida t-trasformazzjoni tal-kunċetti tan-negozju u żgura t-titjib” (77). Sors ieħor jikkonferma li l-għan tal-proġett huwa li jimplimenta politiki ġenerali tal-Istat, bħal dawk enumerati fil-premessi (106) u (108), li min-naħa tagħhom jiddependu mill-fibra ottika: “L-iżvilupp tal-Internet huwa inseparabbli mill-għodod ta’ trażmissjoni b’veloċità għolja, u l-għodod ta’ trażmissjoni b’veloċità għolja huma derivati minn fibra ottika tajba. Shandong Zhiguang Communication Technology Co., Ltd. hija kumpanija ta’ teknoloġija avvanzata mibnija biex timplimenta l-azzjoni strateġika “Made in China 2025”, l-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku bbażat fuq l-informazzjoni, kif ukoll tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ proġetti ewlenin nazzjonali bħal “Big Data”, “Internet Plus” u “Digital China”. Il-fibra ottika, materjal bil-“ġene” naturali tax-xjenza u tat-teknoloġija, issa firxet l-għeruq u ffjorixxiet fil-Belt ta’ Zaozhuang.” (78)

(111)

Il-Kummissjoni sabet ukoll każ ta’ stabbiliment ta’ fond appoġġat mill-muniċipalità fil-Belt ta’ Suzhou għal ammont li jilħaq sa RMB 1 biljun, li sar disponibbli sabiex tiġi ffaċilitata l-pressjoni finanzjarja li tirriżulta minn diffikultajiet kummerċjali ta’ wieħed mill-produtturi tal-OFC — Tongding Interconnection Information. Il-vokazzjoni tal-fond hija wkoll li jiffaċilita t-triq tal-kumpaniji biex jiġu kkwotati fil-Borża (79).

(112)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (98), il-Kummissjoni sabet li fost iż-żoni ta’ żvilupp tal-industrija speċjali appoġġati mill-GTĊ, waħda f’Wuhan — East Lake New Technology Industry Development Zone — kienet bażi ta’ produzzjoni ewlenija għall-OFC. Bħala waħda miż-“Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Industrija ta’ Teknoloġija Avvanzata” approvati mill-Kunsill tal-Istat u “Żona Nazzjonali ta’ Dimostrazzjoni tal-Innovazzjoni Indiġena”, din saret l-ewwel bażi tal-industrija tal-ottoelettroniċi tar-RPĊ (imsejħa wkoll “China Optics Valley” — ara l-premessa (98)). Il-produtturi tal-OFC attivi fiż-żona kienu qed jibbenefikaw minn diversi forom ta’ inċentivi u appoġġ mill-Istat (80).

(113)

Barra minn hekk, fost l-istrumenti li permezz tagħhom il-GTĊ imexxi l-iżvilupp tas-settur tal-OFC, hemm ukoll sussidji diretti mill-Istat. Ir-Rapport annwali tal-2019 tal-produttur esportatur FTT jikkonferma li l-kumpanija kellha RMB 393,8 miljun ta’ introjtu differit f’sussidji tal-gvern u RMB 45,8 miljun ta’ sussidji tal-gvern bħala “introjtu ieħor” fi tmiem l-2019 (81). Ir-rapport annwali tal-2019 tal-produttur esportatur ZTT jikkonferma li l-kumpanija kellha RMB 150,3 miljun ta’ introjtu differit f’sussidji tal-gvern u kienet irċeviet RMB 361,1 miljun ta’ sussidji tal-gvern relatati mal-attivitajiet ta’ kuljum tal-kumpaniji sa minn tmiem l-2019 (82). Barra minn hekk, ir-rapport annwali tal-2019 tal-produttur tal-OFC Hengtong Group jissostanzja li fl-2019 l-introjtu differit tal-kumpanija li jikkonsisti f’sussidji tal-gvern ammonta għal RMB 81,8 miljun u s-sussidji speċifikati bħala relatati mal-attivitajiet ta’ kuljum tal-kumpaniji ammontaw għal RMB 268,3 miljun (83).

(114)

Fir-rigward tal-inputs użati fil-produzzjoni tal-OFC, il-Kummissjoni sabet li l-aramid, fibra sintetika miksuba kimikament u input fil-produzzjoni tal-OFC, huwa — b’mod simili għall-fibri ottiċi (ara l-premessa (107)) — ikkategorizzat bħala prodott ewlieni mill-GTĊ f’Guiding Catalogue of key products and services in strategic emerging industries (84). Din il-kwalifika poġġiet il-materja prima tal-aħħar taħt il-lenti ta’ diversi politiki tal-GTĊ. B’konsegwenza ta’ dan, l-aramid ġie kopert fir-RPĊ b’dokumenti ta’ ppjanar, bħall-Pjan ta’ Implimentazzjoni għat-Trasformazzjoni u t-Titjib tal-Industrija tal-Manifattura tal-Fibra Kimika (2017–2020) (il-Pjan ta’ Implimentazzjoni), fejn jidher bħala punt fokali ewlieni f’termini ta’ aċċellerazzjoni tal-iżvilupp (85). Ġie stabbilit li l-aramid kien kopert ukoll minn tal-inqas dokument ta’ ppjanar addizzjonali wieħed — il-Pjan ta’ Promozzjoni għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materjal il-Ġdid ta’ Hebei 2016, li ta struzzjonijiet lill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex b’mod partikolari jħaffu l-iżvilupp ta’ fibri tal-aramid, permezz tat-Torch Programme nazzjonali ta’ Handan (86).

(115)

B’mod aktar ġenerali, il-fibri kimiċi huma soġġetti għal regolamentazzjoni tal-Istat u għal politiki ta’ ġestjoni tas-suq mhux biss ċentralment (pereżempju permezz tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni) iżda wkoll fl-ambitu ta’ dokumenti ta’ ppjanar subċentrali, bħall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang għat-Trasformazzjoni Komprensiva u t-Titjib tal-Industriji tal-Manifattura Tradizzjonali — fejn il-fibri kimiċi jidhru bħala waħda mill-għaxar industriji ewlenin soġġetti għal ġestjoni speċifika tal-politika (87), jew it-13-il FYP għall-Iżvilupp tal-Industrija Kimika fil-Provinċja ta’ Jiangsu (2016–2020). Fid-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar dwar materjali kimiċi ġodda, issir enfasi b’mod partikolari fuq l-appoġġ għall-iżvilupp u għall-industrijalizzazzjoni ta’ applikazzjonijiet downstream ta’ valur miżjud għoli bħal “fibri ta’ prestazzjoni għolja”, li jistgħu jinkludu fibri użati fil-produzzjoni tal-OFC. F’dak ir-rigward, dan il-Pjan tal-aħħar jagħti wkoll struzzjonijiet lill-industrija biex tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni u “telimina l-konġestjonijiet fil-provvista b’rabta mal-materjali ta’ appoġġ ewlenin upstream” (88).

(116)

Fir-rigward ta’ input bażiku ieħor — il-polietilen — hemm evidenza ta’ ġestjoni tal-produzzjoni mill-Istat: il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (NDRC) inkludiet ċerti proċessi ta’ produzzjoni tal-polietilen fil-Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar Industrijali, fejn sottotaqsima waħda tal-“lista ristretta” tkopri l-petrokimiċi, u tinkludi b’mod partikolari l-“polietilen jew il-klorur tal-polivinil permezz tal-proċess tal-aċetilen bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 200 000 tunnellata” (89).

(117)

F’termini ġenerali, l-industrija kimika, li minnha l-produtturi tal-OFC jiksbu għadd ta’ inputs tagħhom (ara l-premessi (90) u (114)), hija meqjusa bħala settur importanti mill-GTĊ. Dan huwa rifless fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu mas-settur kimiku, li jinħarġu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Dawn id-dokumenti għandhom l-għan li jimmaniġġjaw diversi aspetti tal-funzjonament tas-settur kimiku b’mod ġenerali, u b’hekk jaffettwaw, pereżempju, is-subsetturi li jipproduċu d-diversi komposti kimiċi upstream użati għall-manifattura tal-materja prima kimika użata fil-produzzjoni tal-OFC (eż. dawk elenkati fil-premessi (90) u (114)), b’mod partikolari f’termini ta’ żvilupp tal-katina tal-valur, xejriet tal-provvista, għażla teknoloġika, lokalizzazzjoni tal-produzzjoni, jew appoġġ politiku (90).

(118)

B’mod speċifiku anki fil-każ tal-fibri tal-ħġieġ, li jikkostitwixxu wieħed mill-inputs, il-Kummissjoni kkonfermat li l-Istat intervjena fid-distribuzzjoni ġeografika tal-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ, permezz tad-dispożizzjonijiet tat-13-il FYP għall-Industrija tal-Materjal tal-Kostruzzjoni (2016–2020) (91), b’mod partikolari bl-istruzzjoni li l-produzzjoni għandha tiġi żviluppata b’mod speċifiku fil-Provinċja ta’ Jiangxi, u b’hekk interferixxa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet liberu tal-operaturi ekonomiċi rilevanti.

(119)

Kif instab ukoll mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, il-prezzijiet tal-elettriku, li huwa wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni tal-OFC, mhumiex ibbażati fuq is-suq fir-RPĊ u huma affettwati wkoll minn distorsjonijiet sinifikanti (permezz tal-iffissar tal-prezzijiet ċentrali, id-differenzjazzjoni tal-prezzijiet u fil-prattiki diretti ta’ xiri tal-elettriku) (92).

(120)

Dan l-involviment tal-gvern u tal-awtoritajiet lokali tul il-katina tal-valur kollha tal-OFC għandu, mill-inqas potenzjalment, effett distorsiv fuq il-prezzijiet. Permezz tal-mezzi deskritti hawn fuq, is-settur tal-OFC u setturi li jipproduċu l-materja prima użata għall-manifattura tal-OFC huma soġġetti għal intervent tal-gvern, bil-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tal-katina tal-valur tal-OFC.

(121)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku, inklużi l-produtturi tal-OFC u tal-inputs użati fil-manifattura tal-OFC. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.1.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(122)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin proprji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (93).

(123)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (94). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, b’ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (95). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (96).

(124)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-OFC huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta ditti insolventi jiġu miżmuma ħajjin u meta d-drittijiet għall-użu tal-art jiġu allokati fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma kompletament applikabbli wkoll fis-settur tal-OFC u fis-setturi li jimmanifatturaw il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(125)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti u l-proprjetà fil-ktajjen tal-valur tal-ipproċessar tas-sustanzi kimiċi u tal-qamħirrum, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

3.1.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(126)

Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (97). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (98). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħra għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (99). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(127)

Ma kien hemm l-ebda evidenza li turi li l-kumpaniji li jipproduċu l-OFC jew inputs relatati ma jkunux soġġetti għas-sistema tal-liġi tax-xogħol Ċiniża deskritta. B’hekk, is-settur tal-OFC huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed jiġi manifatturat il-prodott ikkonċernat) kif ukoll indirettament (meta l-produtturi tal-OFC ikollhom aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

3.1.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(128)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(129)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (100), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Bl-istess mod għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (101) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. B’dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (102). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (103).

(130)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inkluż is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(131)

Pereżempju, il-GTĊ dan l-aħħar iċċara li anki d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni fil-kumpaniji (104). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (105).

(132)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (106).

(133)

Dawn il-kwistjonijiet huma aggravati minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (107). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(134)

It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(135)

It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa mill-aħħar tal-2018 (108). Il-midja uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel.” (109) Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(136)

It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(137)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali.

(138)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-OFC se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-produtturi ewlenin tal-OFC ibbenefikaw minn sussidji mill-gvern (ara l-premessa (113)). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.1.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(139)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet 3.1.1.2 sa 3.1.1.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.1.1.6 sa 3.1.1.8 ta’ hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport.

(140)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott l-OFC, hemm bżonn firxa ta’ inputs. F’dan ir-rigward, skont l-evidenza fil-fajl, il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun kisbu l-biċċa l-kbira tal-inputs tagħhom fir-RPĊ. Meta l-produtturi tal-OFC jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs fir-RPĊ, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(141)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-OFC mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni ma tressqet l-ebda evidenza jew argument preċiż u xieraq li juri l-kontra ta’ dan.

3.1.1.10.   Konklużjoni

(142)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet minn 3.1.1.2. sa 3.1.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-OFC, u l-katina tal-provvista relatata wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(143)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.1.1.11.   Kummenti mill-partijiet interessati

(144)

Matul l-investigazzjoni, waslu kummenti mingħand is-CCCME, il-GTĊ u l-produttur esportatur ZTT.

(145)

L-ewwel nett, is-CCCME sostniet li l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (ADA) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti, u li ma hemm l-ebda artikolu fl-ADA li jippermetti data minn pajjiż terz li ma tistax tirrifletti l-prezzijiet jew il-livell tal-kost tal-pajjiż esportatur li għandu jintuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. Il-valur normali fl-investigazzjonijiet anti-dumping irid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tal-kostijiet tal-kumpaniji fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-inqas abbażi tal-prezzijiet jew tal-kostijiet li jistgħu jirriflettu l-livell tal-prezz jew tal-kost fil-pajjiż tal-oriġini. Fir-rigward ta’ dan, is-CCCME qieset li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku dwar l-AD kien inkonsistenti mal-ADA u jenħtieġ li ma jiġix applikat f’dan il-każ. Skont is-CCCME, il-kalkolu mill-UE tal-valur normali mibni jeħtieġ ukoll li jkun konformi mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mal-interpretazzjoni tiegħu mill-Korp tal-Appell, ipprovduta fil-kawża UE — Bijodiżil (Arġentina) (DS473) (minn hawn ’il quddiem “UE-Bijodiżil”). Id-distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur ikollhom jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ bejgħ mhux fil-“perkors normali tan-negozju” jew “sitwazzjoni partikolari tas-suq.” Barra minn hekk, is-CCCME ddikjarat li skont l-Artikolu 2.2 tal-ADA, il-bini tal-valur normali huwa permess biss jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors normali tan-negozju. It-terminu “perkors normali tan-negozju” jista’ jiġi interpretat bħala li jirrappreżenta bejgħ u xiri regolari kkaratterizzati mill-intenzjoni tal-bejjiegħ li jwettaq profitt. Barra minn hekk, l-Artikolu 2.2.1 tal-ADA jipprevedi li l-bejgħ ta’ prodott jista’ jiġi ttrattat bħala li mhux fil-kors normali tal-kummerċ u injorat “biss jekk…tali bejgħ isir f’perjodu ta’ żmien estiż fi kwantitajiet sostanzjali u jsir bi prezzijiet li ma jipprevedux l-irkupru tal-kostijiet kollha”. F’dan l-isfond, is-CCCME ddikjarat ukoll li l-Ilmentatur ma kienx wera li l-allegati distorsjonijiet sinifikanti jaqgħu taħt xi waħda mill-kategoriji ta’ bejgħ “mhux fil-perkors normali tan-negozju” jew ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq.”

(146)

Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a) hija konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CCCME. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tinnota li r-Rapport tad-WTO dwar l-UE — Bijodiżil ma kienx jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell fl-UE — Bijodiżil, tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, debitament aġġustata meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-bini tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-bini tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Fir-rigward tal-affermazzjoni li tikkonċerna l-Ilmentatur, il-bażi ġuridika u l-evidenza sottostanti fl-ilment kienu jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kif speċifikat fil-Punt 3 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni qieset li l-ilment ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif meħtieġ mill-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku biex tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. Ma hemm l-ebda rekwiżit ieħor evidenzjarju tat-tip allegat minn din il-parti fl-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

(147)

Is-CCCME allegat ukoll li l-Ilmentatur ma pprovdiex biżżejjed evidenza biex jiġġustifika kwalunkwe sejba ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” fl-industrija Ċiniża tal-OFC. Skont is-CCCME, ir-Rapport huwa biss introduzzjoni ġenerali għal ċerti politiki Ċiniżi, kundizzjonijiet tas-suq u intervent preżunt tal-gvern f’ċerti setturi, u l-Ilment naqas milli jippreżenta kwalunkwe evidenza konkreta li tindika kif il-gvern fil-fatt jinterferixxi fl-operazzjonijiet kummerċjali ta’ kuljum tal-kumpaniji tal-OFC. F’dan ir-rigward, is-CCCME rreferiet għad-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-kawża Stati Uniti — Miżuri Kompensatorji(DS437), li tiddikjara li l-affermazzjoni dwar l-eżistenza ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” jenħtieġ li tiġi appoġġata minn evidenza suffiċjenti, mhux biss l-eżistenza preżunta ta’ intervent tal-gvern, u li tali analiżi u determinazzjoni jenħtieġ li jsiru fuq bażi ta’ każ b’każ.

(148)

Skont is-CCCME, kienet ir-responsabbiltà tal-Ilmentatur u tal-Kummissjoni li jipprovdu aktar evidenza li turi b’mod adegwat l-eżistenza tal-allegati “distorsjonijiet sinifikanti” fl-industrija tal-OFC. Is-CCCME ddikjarat li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tanalizza s-sitwazzjoni ta’ kull produttur Ċiniż li jikkoopera/inkluż fil-kampjun u tiddeċiedi jekk hemmx distorsjoni fi kwalunkwe wieħed mill-fatturi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ għal kull wieħed minnhom. Hija qieset ukoll li, anki jekk il-Kummissjoni eventwalment iddeċidiet li tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku dwar l-AD, is-sostituzzjoni tad-data u tal-fatturi kollha tal-kostijiet użati biex jinbena l-valur normali għall-kumpaniji kollha b’data minn pajjiż terz mhijiex raġonevoli u mhijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku dwar l-AD — skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 2(6a), huma biss dawk il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li ġew ipprovati li huma soġġetti għal distorsjoni li jiġu sostitwiti bi prezzijiet jew b’valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(149)

Biex tissostanzja din l-affermazzjoni ulterjorment, is-CCCME ddikjarat li l-Ilmentatur u l-Kummissjoni naqsu milli jagħtu prova li s-swieq domestiċi għall-provvista tal-materja prima kollha tal-OFC kienu soġġetti għal distorsjoni u b’hekk is-sostituzzjoni tal-kostijiet għall-materja prima kollha ma tistax tiġi ġġustifikata. Barra minn hekk, anki jekk l-Ilmentatur u l-Kummissjoni jkollhom evidenza li turi distorsjonijiet fis-setturi ta’ ċerta materja prima, mingħajr evidenza suffiċjenti li turi li hemm ukoll distorsjonijiet fis-setturi ta’ materja prima oħra, is-sors tad-data għall-kostijiet ta’ dawn tal-aħħar jenħtieġ li jkun ir-rekords tal-produtturi Ċiniżi li kkooperaw.

(150)

Is-CCCME sostniet ukoll li l-kostijiet lavorattivi fir-rekords tal-produtturi Ċiniżi tal-OFC kienu mingħajr distorsjoni u bħala tali jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala data mingħajr distorsjoni f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku dwar l-AD u użati biex jinbena l-valur normali. F’dak ir-rigward, is-CCCME ddikjarat li l-Ilmentatur naqas milli jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li dawn il-kostijiet fis-settur Ċiniż tal-OFC kienu soġġetti għal distorsjoni. Skont is-CCCME, ma kienx raġonevoli u inġust li l-kostijiet lavorattivi jiġu sostitwiti b’dawk f’pajjiż terz, minħabba li l-kostijiet lavorattivi huma influwenzati minn kombinazzjoni ta’ diversi fatturi u l-kostijiet lavorattivi medji huma differenti anki bejn produtturi Ċiniżi differenti, u saħansitra aktar f’pajjiżi differenti. Is-CCCME żiedet tgħid li l-pajjiż rappreżentattiv li għandu jintgħażel mill-Kummissjoni kien wieħed mill-50 pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku għaċ-Ċina, u f’dawn il-pajjiżi l-kostijiet lavorattivi huma differenti b’mod sinifikanti. Is-CCCME għamlet affermazzjonijiet simili fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija.

(151)

Bi tweġiba għall-affermazzjonijiet dwar evidenza suffiċjenti fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni tfakkar li l-punt 3 tan-Notifika ta’ Bidu rrefera għal għadd ta’ elementi prima facie fis-suq Ċiniż tal-OFC, biex jiġi ssostanzjat li s-suq kien affettwat minn distorsjonijiet fil-katina tal-valur tal-OFC fir-RPĊ. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, il-Kummissjoni ċċarat li filwaqt li d-determinazzjoni dwar l-eżistenza attwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) isseħħ biss fil-ħin tad-divulgazzjoni provviżorja u/jew definittiva, l-Artikolu 2(6a)(e) jistabbilixxi obbligu li tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija meta l-investigazzjoni tkun inbdiet fuq din il-bażi. F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset l-evidenza prima facie sottomessa mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti bħala suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. In-Notifika ta’ Bidu speċifikat dan b’mod ċar fil-punt 3, f’konformità mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadet il-passi meħtieġa biex tkun tista’ tapplika l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’każ li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi kkonfermata matul l-investigazzjoni. Għaldaqstant l-affermazzjoni mis-CCCME ġiet miċħuda.

(152)

Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-karattru ġenerali tal-evidenza li tinsab fir-Rapport, il-Kummissjoni tinnota li l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jagħtu lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza, fir-Rapport, ta’ kapitolu settorjali speċifiku jew informazzjoni dwar suq speċifiku li jkopru l-prodott taħt investigazzjoni, jew kumpaniji speċifiċi. Ir-Rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fir-RPĊ, li huma trażversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża kollha u jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, ir-Rapport mhuwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tagħha, peress li hemm elementi addizzjonali ta’ prova użati għal dan il-għan.

(153)

Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-kawża Stati Uniti — Miżuri Kompensatorji ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Dik it-tilwima kienet tikkonċerna sitwazzjoni fattwali differenti, u kienet tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji, u mhux l-ADA. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat hawn fuq, l-evidenza mressqa fl-istadju tal-bidu kienet relatata b’mod ċar mas-suq Ċiniż tal-OFC u għalhekk mal-prodott taħt investigazzjoni fil-każ inkwistjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(154)

Fir-rigward tal-affermazzjoni tas-CCCME dwar is-sostituzzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ għall-produtturi Ċiniżi bid-data kollha minn pajjiż terz jew fuq bażi individwali, il-Kummissjoni tfakkar li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b), mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ tibni l-valur normali bl-użu ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a)(a) jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li mhumiex soġġetti għal distorsjoni. Madankollu, l-ebda kost tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni ma jista’ jiġi stabbilit bħala mingħajr distorsjoni fid-dawl tal-evidenza disponibbli dwar il-fatturi ta’ produzzjoni ta’ produtturi esportaturi individwali. Għalhekk, l-affermazzjoni tas-CCCME ġiet miċħuda.

(155)

Fir-rigward tal-affermazzjonijiet dwar id-distorsjonijiet fis-swieq tal-materja prima u tal-enerġija, il-Kummissjoni diġà indirizzat il-kwistjoni tas-suffiċjenza tal-evidenza fl-istadju tal-bidu, li tkopri wkoll l-allegati distorsjonijiet li jaffettwaw l-inputs. Matul l-investigazzjoni, fit-Taqsimiet 3.1.1.3 sa 3.1.1.8 ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-swieq għall-inputs użati mill-produtturi tal-OFC fir-RPĊ kienu soġġetti għal diversi distorsjonijiet sinifikanti, mhux biss dawk speċifiċi iżda wkoll ta’ natura trażversali. L-istess sitwazzjoni kienet tapplika għall-produtturi ta’ inputs aktar bażiċi użati għall-manifattura tal-materja prima tal-OFC, u l-bqija. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-kostijiet kollha tal-inputs użati fil-produzzjoni tal-OFC, inkluża l-enerġija, kienu — tal-inqas potenzjalment — distorti fir-RPĊ. Il-fatt li, kif iddikjarat mis-CCCME, hemm differenzi sinifikanti fil-kostijiet tal-enerġija bejn pajjiżi differenti ma jbiddilx il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija li qed ikunu soġġetti għal distorsjoni fir-RPĊ. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi tal-inputs jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li huma mingħajr distorsjoni. Filwaqt li xi partijiet interessati pprovdew informazzjoni dwar il-kostijiet tal-inputs, ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tikkonferma li l-prezz jew il-kost ta’ kwalunkwe materja prima speċifika, inkluż il-kost tal-enerġija, ma jkunx soġġett għal distorsjoni. Għalhekk, ma seta’ jintuża l-ebda kost domestiku jew il-prezz tal-input fil-bini tal-valur normali u l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(156)

Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar id-distorsjonijiet b’rabta mal-kostijiet tal-pagi, il-Kummissjoni ttenni l-ispjegazzjoni tagħha mill-premessi ta’ hawn fuq f’termini ta’ suffiċjenza tal-evidenza fl-istadju tal-bidu. Barra minn hekk, filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kostijiet tal-pagi jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor jew anki bejn is-setturi, il-Kummissjoni, b'riżultat tal-investigazzjoni tagħha sabet, kif speċifikat fit-Taqsima 3.1.1.7, li fir-RPĊ is-suq tax-xogħol kien affettwat minn distorsjonijiet fil-livell tal-pajjiż kollu. Il-kwistjonijiet inerenti għas-suq tax-xogħol Ċiniż, inkluż in-nuqqas ta’ trade unions indipendenti mill-gvern u r-restrizzjonijiet tal-mobilità tal-forza tax-xogħol minħabba s-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi għandhom impatt distorsiv fuq il-ħolqien tal-pagi fir-RPĊ għall-operaturi ekonomiċi kollha. Il-fatt li l-kostijiet tal-pagi jistgħu jkunu differenti f’pajjiżi oħra jew jistgħu jvarjaw fir-RPĊ ma jbiddilx din is-sejba. F’dan ir-rigward, filwaqt li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi, inkluż il-kostijiet tal-pagi, jekk jiġu stabbiliti b’mod pożittiv li mhumiex soġġetti għal distorsjoni, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tistabbilixxi li d-distorsjonijiet madwar il-pajjiż mhumiex applikabbli għall-produtturi tal-OFC. Għaldaqstant, ma seta’ jintuża l-ebda kost domestiku tal-pagi fil-bini tal-valur normali u l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(157)

Is-CCCME ddikjarat ukoll li ma kienx raġonevoli li jintużaw l-SG&A u l-profitt tal-kumpaniji f’pajjiż terz biex jinbena l-valur normali għall-esportaturi Ċiniżi. Peress li l-Artikolu 2(6a)(b) jirreferi għal “dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija”, skont is-CCCME, l-effett tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li ma jiġix estiż għall-SG&A u għall-profitt. Is-CCCME żiedet tgħid li ma ngħatat l-ebda evidenza biex jintwera li ma kienx xieraq li jintużaw l-SG&A u l-profitt tal-produtturi Ċiniżi biex jinbena l-valur normali. Barra minn hekk, is-CCCME ddikjarat li l-SG&A u l-profitt ta’ produtturi differenti fl-istess industrija (jew anki fl-istess grupp) ivarjaw b’mod sinifikanti, u jekk il-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv finalment magħżul ikollu proporzjon relattivament ogħla ta’ SG&A u profitt, allura jinbena valur normali ogħla, xi ħaġa li hija inġusta. Is-CCCME kkontestat ukoll li fil-każ tal-kumpanija rilevanti proposta fit-Turkija — Prysmian Kablo Ve Sistemleri AS — l-introjtu mill-bejgħ ta’ prodotti li mhumiex taħt investigazzjoni kien jammonta għal aktar minn 89 % tal-introjtu totali tagħha, filwaqt li d-data disponibbli dwar l-SG&A u l-profitt kienet tappartjeni għall-kumpanija kollha minflok esklużivament għall-prodott taħt investigazzjoni. F’dan l-isfond, skont is-CCCME, id-data dwar l-SG&A u l-profitt użata mill-Kummissjoni biex tibni l-valur normali ma setgħetx titqies bħala “ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”, u fl-aħħar mill-aħħar, il-marġnijiet tal-SG&A u tal-profitt lanqas ma jenħtieġ li jiġu sostitwiti minn dawk tal-produtturi f’pajjiżi terzi.

(158)

Bi tweġiba, il-Kummissjoni tinnota li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali jinbena b’referenza għal prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tissottolinja li l-Artikolu 2(6a)(a) jirrikjedi wkoll speċifikament li l-valur normali kostruit jinkludi ammont raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti mingħajr distorsjoni. Jekk matul l-investigazzjoni tagħha bbażata fuq l-evidenza kollha fil-fajl, il-Kummissjoni tagħti prova tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prodott taħt investigazzjoni fil-pajjiż esportatur, hija ma għandhiex bżonn turi li l-kostijiet attwali tal-SG&A ta’ dan il-produttur esportatur kienu fil-fatt mingħajr distorsjoni.

(159)

Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-ġustizzja fl-użu tad-data tal-SG&A ta’ produttur propost f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali, il-Kummissjoni hija ggwidata fl-għażla tagħha mill-kriterji tar-rapporti finanzjarji reċenti disponibbli għall-pubbliku u mill-profittabbiltà. F’dan il-proċess, tingħata preferenza lid-data li tirriżulta minn pajjiż rappreżentattiv potenzjali. Fl-istadji kollha ta’ dik il-valutazzjoni, il-partijiet interessati għandhom l-opportunità li jikkummentaw dwar id-data tal-kumpaniji proposta sussegwenti. F’din l-investigazzjoni, kemm il-kriterji msemmija f’termini tal-għażla finali tad-data tal-kumpaniji, kif ukoll l-analiżi tal-kummenti dwar in-noti sussegwenti dwar il-fatturi ta’ produzzjoni ġew applikati kif xieraq u mwettqa. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(160)

Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar l-adegwatezza speċifika tad-data tal-kumpanija Prysmian Kablo Ve Sistemleri AS fl-isfond tas-sehem mill-bejgħ tad-diversi prodotti tagħha, il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tal-adegwatezza tad-data finanzjarja tal-kumpanija fil-premessa (227), fejn ċaħdet l-affermazzjoni ġenerali relatata mas-CCCME.

(161)

Fir-rigward tal-politiki ta’ sostenn u s-sussidji finanzjarji għall-produtturi tal-OFC imsemmija fl-ilment, is-CCCME indikat li, bħala industrija ta’ teknoloġija avvanzata, l-introduzzjoni ta’ politiki għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ din l-industrija hija normali, u ma sseħħx biss fiċ-Ċina, iżda wkoll f’pajjiżi oħra fejn ma tiġi allegata l-ebda distorsjoni sinifikanti. Barra minn hekk, skont is-CCCME, il-fatt li l-kumpaniji rċevew sussidji ma kellu l-ebda rabta mal-metodu ta’ kalkolu tal-marġni tad-dumping, u s-sussidji ma setgħux jitqabblu ma’ distorsjonijiet tas-suq u ma jridux jirriżultaw fi prezzijiet inġusti.

(162)

Il-Kummissjoni tfakkar li għall-fini li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi distortivi elenkati f’din id-dispożizzjoni jiġi analizzat fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur. F’dak il-kuntest, l-ewwel nett, minbarra l-fatt li din l-affermazzjoni hija ġenerika u mhux issostanzjata, il-Kummissjoni tinnota li l-istruttura tal-kostijiet u l-mekkaniżmi għall-formazzjoni tal-prezzijiet fi swieq oħra (inklużi kwistjonijiet relatati mal-appoġġ finanzjarju) huma fi kwalunkwe każ irrilevanti għal din l-investigazzjoni li tikkonċerna l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. It-tieni nett, fl-analiżi skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, huwa kruċjali li jiġi vvalutat jekk il-produtturi għandhomx, tal-anqas potenzjalment, aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux b’mod indipendenti, jew jekk jirċievux finanzjament mill-Istat ieħor li jinterferixxi mal-forzi tas-suq u b’hekk għandu impatt fuq il-prezzijiet jew il-kostijiet irrapportati tagħhom. Billi l-produtturi Ċiniżi tal-OFC u l-produtturi tal-inputs huma soġġetti għal pjanijiet u għal direttivi tal-gvern, kif spjegat fit-Taqsima 3.1.1.5, huma jgawdu wkoll minn aċċess għall-finanzjament, permezz tas-sistema finanzjarja Ċiniża, kif instab fit-Taqsima 3.1.1.8. Il-Kummissjoni sabet ukoll li ċerti produtturi tal-OFC irrapportaw sussidji fir-rapporti annwali tagħhom, kif speċifikat fil-premessa (113). Is-sussidji huma biss wieħed mill-elementi, flimkien mal-elementi l-oħrajn kollha rilevanti fil-kuntest tal-Artikolu 2(6a)(b) li possibbilment juru l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur fis-sens li jirrappreżentaw forma oħra ta’ intervent tal-gvern li jinterferixxi mal-forzi tas-suq ħieles u li għandu impatt fuq il-prezzijiet jew il-kostijiet. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tas-CCCME.

(163)

Fir-rigward tar-referenzi tal-Ilmentatur għas-sejbiet fl-investigazzjoni dwar id-drapp tal-fibra tal-ħġieġ li joriġina mir-RPĊ u mill-Eġittu (110) (GFF), is-CCCME indikat li d-drapp tal-fibra tal-ħġieġ minsuġ u/jew meħjut u l-kejbils fibrottiċi kienu żewġ prodotti differenti u kienu jappartjenu għal gruppi ta’ prodotti differenti. Għalhekk, is-sejbiet f’dik l-investigazzjoni ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-OFC u jenħtieġ li jitqisux bħala evidenza dwar id-distorsjonijiet sinifikanti allegati fl-investigazzjoni attwali. Skont is-CCCME, l-evidenza pprovduta mill-Ilmentatur ma kinitx relatata speċifikament mal-industrija li kienet effettivament qed tiġi investigata u għalhekk ma kinitx biżżejjed u kienet irrilevanti.

(164)

Is-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni tal-GFF, li saret referenza għalihom fl-Ilment, huma rilevanti għas-setturi industrijali kollha fir-RPĊ, tal-anqas sa fejn huma kkonċernati d-distorsjonijiet trażversali li jaffettwaw il-fatturi ta’ produzzjoni fis-setturi kollha jew id-distorsjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonament tas-sistema soċjoekonomika fir-RPĊ. Barra minn hekk, xi wħud mill-politiki u l-pjanijiet speċifiċi li jkopru s-settur tal-GFF jistgħu jkopru wkoll is-settur tal-OFC direttament jew indirettament, speċjalment meta jkunu parti mill-istess programm jew politika ġenerali li jikkonċernaw setturi simili. Il-Kummissjoni qieset l-evidenza prima facie mressqa mill-Ilment bħala relatata u applikabbli għas-settur tal-OFC u suffiċjenti biex tibda l-investigazzjoni tagħha, skont l-Artikoli 5(9) u 2(6a)(e). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni stabbiliet permezz ta’ din l-investigazzjoni u spjegat fit-Taqsimiet 3.1.1.2 — 3.1.1.9 ta’ hawn fuq li hemm għadd ta’ politiki u distorsjonijiet sinifikanti li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) f’dan il-każ. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(165)

Fl-aħħar nett, is-CCCME kkontestat l-affermazzjoni mressqa mill-ilmentatur li r-rwol tal-SASAC bħala “kontrollur attwali” ta’ kumpanija jikkostitwixxi evidenza suffiċjenti tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, is-CCCME sostniet ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tapprezza l-fatturi rilevanti kollha fl-intier tagħhom sabiex tivvaluta kif xieraq jekk l-ishma tal-Istat jagħtux lok għall-interferenza mill-Istat li tinfluwenza b’mod materjali u sinifikanti l-imġiba kummerċjali tal-kumpaniji fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-iffissar tal-prezzijiet u l-arranġament tal-output. Is-CCCME żiedet tgħid li tali interferenza hija pprojbita mil-“Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Assi tal-Intrapriżi tal-Istat”, li l-Artikolu 6 tagħha jipprevedi li “l-Kunsill tal-Istat u l-gvernijiet tal-poplu lokali għandhom, skont il-liġi, iwettqu l-funzjonijiet tal-kontributur, abbażi tal-prinċipji tas-separazzjoni tal-korpi u l-intrapriżi tal-gvern, is-separazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-affarijiet pubbliċi u l-funzjonijiet tal-kontributur tal-assi tal-Istat, u n-nuqqas ta’ intervent fl-operazzjonijiet kummerċjali leġittimi u indipendenti tal-intrapriżi.” F’dak ir-rigward, is-CCCME ddikjarat li l-SASAC, fir-rwol tagħha ta’ azzjonist indirett ta’ FTT, twettaq biss il-funzjoni ta’ kontributur iżda ma tinterferixxix fl-operat ta’ kuljum tal-kumpaniji. Is-CCCME xeħtet dubju wkoll fuq kif ir-relazzjonijiet tal-kumpanija mal-SASAC fi kwalunkwe għamla jew forma jindikaw distorsjonijiet sinifikanti. Fl-aħħar nett, is-CCCME allegat li l-Ilmentatur meta għamel l-affermazzjoni ta’ hawn fuq naqas milli jikkunsidra l-interkonnessjonijiet bejn il-produtturi tal-UE u bosta esportaturi fis-sens li l-maġġoranza tal-produtturi tal-UE li lmentaw u li jappoġġaw għandhom kumpaniji jew fergħat relatati fir-RPĊ u/jew jimportaw l-OFC mir-RPĊ.

(166)

Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni tinnota mill-bidu li l-affermazzjoni mis-CCCME qed tgħaqqad b’mod żbaljat żewġ elementi differenti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, jiġifieri dawk fl-ewwel u fit-tieni inċiż. Barra minn hekk, l-affermazzjoni tas-CCCME tinjora li l-istandard legali meħtieġ f’din id-dispożizzjoni huwa l-impatt “potenzjal” u mhux reali ta’ dawn l-elementi. L-ewwel element jikkonċerna l-intrapriżi “li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll, jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika” u mhuwiex limitat għar-rwol ta’ “kontrollur attwali” kif jidher li tissuġġerixxi s-CCCME. B’kuntrast għal dan, it-tieni element fl-Artikolu 2(6a)(b) jikkonċerna l-preżenza tal-Istat li tippermettilu “jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet.” Dawn huma żewġ elementi distinti u jridu jinqraw flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6a)(b) li jirreferi għall-kunsiderazzjoni li kellhom impatt “potenzjali” u mhux reali tagħhom. L-analiżi fit-Taqsima 3.1.1.3 turi s-sjieda u l-kontroll mill-gvern tar-RPĊ fis-settur tal-OFC, inkluż speċifikament fir-rigward tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Bl-istess mod, l-analiżi fit-Taqsima 3.1.1.4 turi kif il-gvern tar-RPĊ jista’ jinterferixxi fil-prezzijiet jew fil-kostijiet f’dik li hija l-attività tas-settur tal-OFC, inkluż speċifikament fir-rigward tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, din l-affermazzjoni tista’ diġà tiġi miċħuda fuq din il-bażi. Fis-sustanza, il-kapaċità tal-kontroll minn entità tal-Istat bħall-SASAC, tista’ teżerċita interferenza sinifikanti fis-suq li twassal għal distorsjonijiet fis-suq kif deskritt fit-taqsimiet imsemmija hawn fuq ta’ dan ir-regolament. Il-kwalifika bħala sempliċi “kontributur” li ma jinterferixxix fl-operat ta’ kuljum ibbażata fuq l-Artikolu 6 tal-Liġi tar-RPĊ imsemmi dwar l-Assi tal-Intrapriżi tal-Istat ma tbiddilx ir-rwol tal-Istat permezz tal-SASAC fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), u ma teskludix din il-possibbiltà skont l-istandard rilevanti ta’ “impatt potenzjali”, anki jekk tinqara flimkien ma’ artikoli oħra tal-Liġi msemmija. Dan tal-aħħar jikkostitwixxi evidenza ċara dwar kif l-Istat għandu l-għan li jinfluwenza l-ekonomija permezz ta’ intrapriżi kkontrollati mill-Istat, u permezz tar-rwol tiegħu f’dawn l-intrapriżi (111). B’mod partikolari, fir-rigward tar-rwol ta’ “kontributur”, l-Artikolu 12 tal-Liġi msemmija jiddikjara li “korp li jwettaq il-funzjonijiet ta’ kontributur f’isem il-gvern tal-poplu korrispondenti għandu jgawdi r-redditu fuq l-assi, il-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ewlenin, l-għażla tal-maniġers u drittijiet oħra ta’ kontributur għall-intrapriżi li jinvesti fihom l-Istat skont il-liġi” (112). Dawn l-aħħar drittijiet elenkati tal-“kontributur” jikkonfermaw l-influwenza possibbli tiegħu fuq il-funzjonament tal-intrapriża kkontrollata, tal-inqas f’termini ta’ orjentazzjonijiet ewlenin tad-deċiżjonijiet korporattivi strateġiċi u ta’ żvilupp tan-negozju tal-kumpanija, b’mod partikolari permezz ta’ ħatriet ta’ maniġers ewlenin involuti fid-deċiżjonijiet li neċessarjament iħallu effett fuq l-operazzjonijiet ta’ kuljum tan-negozju inkluż fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, minkejja l-kwistjoni tal-kontroll mill-SASAC, il-Kummissjoni sabet ukoll biżżejjed evidenza li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-OFC, li fihom eż. topera l-kumpanija FTT (u l-produtturi l-oħra), fit-Taqsimiet 3.1.1.5 -3.1.1.8. Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-produtturi tal-UE u l-esportaturi Ċiniżi, dawn mhumiex rilevanti biex jiġi vvalutat ir-rwol ta’ kontroll tal-SASAC f’FTT fir-RPĊ, u fi kwalunkwe każ ġew analizzati fit-tul fil-premessi (408) — (415) ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tas-CCCME ġew miċħuda.

(167)

Il-GTĊ sostna li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tal-UE ma jikkonformax mal-Artikoli 2.2 u 2.2.1.1 tal-ADA, billi semma’ l-fatt li l-metodoloġija tal-aġġustament tal-kost tal-UE nstabet li hija inkompatibbli mal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO mogħtija f ’UE — Bijodiżil, kif ukoll mill-bord fil-kawża UE — Aġġustament tal-kostijiet (DS494).

(168)

Fir-rigward tal-argument tal-GTĊ dwar UE — Bijodiżil, il-fehmiet tal-Kummissjoni huma espressi fil-premessa (146). Fir-rigward tal-kawża UE — Aġġustament tal-kostijiet, il-Kummissjoni tfakkar li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li mhumiex finali u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tal-GATT jew tad-WTO, peress li dawn ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-Partijiet Kontraenti tal-GATT jew mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima kkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tilwima. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(169)

Il-GTĊ allega wkoll, fir-rigward tar-Rapport, li l-Kummissjoni kienet ħarġet rapporti tal-istess tip dwar ftit pajjiżi magħżula biss, li qajmu tħassib dwar il-ksur tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit (MFN) u t-trattament nazzjonali (NT). Il-GTĊ iddikjara wkoll li, fir-rigward tal-investigazzjonijiet preċedenti dwar prodotti li joriġinaw mir-RPĊ, ma sar l-ebda eżami dwar jekk kienx hemm distorsjonijiet tas-suq fl-industriji tal-UE u fl-industriji upstream tagħhom jew jekk id-data ta’ parti terza użata fil-proċedimenti kinitx affettwata mid-distorsjonijiet tas-suq. Għalhekk, il-loġika bażika tas-sistema ta’ investigazzjoni kollha bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) ma tistax tkun konsistenti fiha nnifisha, u wisq inqas ġusta. Il-GTĊ allega wkoll li ma hemm l-ebda kunċett aċċettat b’mod universali ta’ “distorsjoni tas-suq” fost l-ekonomisti u li l-istandard ta’ “distorsjoni sinifikanti tas-suq” fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma ntweriex bis-sħiħ u ma għandux appoġġ teoretiku u rikonoxximent internazzjonali. Skont il-GTĊ, jenħtieġ li jiġu diskussi u definiti l-kunċetti u l-istandards bażiċi ta’ “suq”, “distorsjoni” u “sinifikanti” u jekk ma jkun hemm l-ebda konklużjoni jew kunsens finali dwar dawn tal-aħħar, lanqas ma hemm possibbiltà li “distorsjoni sinifikanti tas-suq” tiġi definita b’mod preċiż u għalhekk huwa assurd u mhux operazzjonali li tiġi stabbilita kwalunkwe dispożizzjoni legali jew regola internazzjonali fuq dik il-bażi. Fl-aħħar nett, il-GTĊ innota li kien impossibbli għal ekonomiji differenti li jadottaw prinċipji ta’ ekonomija tas-suq biex jużaw arranġamenti identiċi, billi kull ekonomija possibbilment għandha differenzi istituzzjonali, u kien loġikament inaċċettabbli li d-differenzi fis-sistema jew fl-arranġament jitqiesu bħala evidenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tas-suq. Skont il-GTĊ, dan l-approċċ tal-aħħar jista’ jitqies biss bħala diskriminatorju u protezzjonista.

(170)

Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-GTĊ dwar il-ksur tal-klawżoli MFN u NT, il-Kummissjoni tfakkar li, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, għandu jinħareġ rapport tal-pajjiż għal kwalunkwe pajjiż biss meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’ċertu pajjiż jew settur f’dak il-pajjiż. Wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni kellha dawn l-indikazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti għaċ-Ċina. F’Ottubru 2020 (113), il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport dwar distorsjonijiet fir-Russja, u mhux eskluż li jsegwu rapporti oħra. Barra minn hekk, kif intqal hawn fuq, ir-rapporti mhumiex obbligatorji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). L-Artikolu 2(6a)(c) jiddeskrivi l-kundizzjonijiet biex il-Kummissjoni toħroġ rapporti tal-pajjiżi, u skont l-Artikolu 2(6a)(d) l-ilmentaturi mhumiex obbligati jużaw ir-rapport, u l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż lanqas mhija kundizzjoni biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a) billi ssegwi l-Artikolu 2(6a)(e). Skont l-Artikolu 2(6a)(e), evidenza suffiċjenti li turi distorsjonijiet sinifikanti fi kwalunkwe pajjiż miġjuba mill-ilmentaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(b) hija biżżejjed biex tinbeda l-investigazzjoni fuq dik il-bażi. Għalhekk, ir-regoli li jikkonċernaw distorsjonijiet sinifikanti speċifiċi għall-pajjiż japplikaw għall-pajjiżi kollha mingħajr ebda distinzjoni, u irrispettivament mill-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż. B’riżultat ta’ dan, skont id-definizzjoni, ir-regoli dwar id-distorsjonijiet tal-pajjiżi ma jiksrux it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit. Fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet fl-UE, il-Kummissjoni tinnota li minbarra li din id-dikjarazzjoni tal-GTĊ hija ġenerika u kompletament mhux issostanzjata, id-distorsjonijiet preżenti fl-UE u li jaffettwaw lill-kumpaniji tal-UE mhumiex l-oġġett tal-analiżi skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku li jikkonċerna l-pajjiż esportatur. Għalhekk, dan il-kunċett huwa legalment irrilevanti f’termini tal-industrija tal-Unjoni fil-kuntest speċifiku tal-investigazzjonijiet anti-dumping. Fir-rigward tal-affermazzjoni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ arranġamenti differenti tal-ekonomija tas-suq minn pajjiżi differenti, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) japplikaw biss jekk ikun hemm distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur fejn ikun hemm intervent sostanzjali tal-gvern li jinterferixxi fil-kostijiet u fil-prezzijiet u għalhekk ma jfixkilx l-arranġamenti differenti tad-diversi ekonomiji tas-suq sakemm ma jkunx hemm intervent sinifikanti tal-gvern li jinterferixxi fil-forzi tas-suq. Abbażi ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

(171)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li saret fl-istadju tal-bidu mill-GTĊ li d-data ta’ partijiet terzi użata fil-proċedimenti tal-Kummissjoni ma ġietx eżaminata bħala affettwata jew le mid-distorsjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni tfakkar li, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), hija tipproċedi biex tibni l-valur normali abbażi ta’ data magħżula għajr il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur biss fejn tistabbilixxi li tali data hija l-aktar xierqa biex jiġu riflessi l-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni. F’dan il-proċess, il-Kummissjoni hija marbuta li tuża biss data mingħajr distorsjoni. F’dak ir-rigward, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar is-sorsi proposti għad-determinazzjoni tal-valur normali fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni. Id-deċiżjoni aħħarija tal-Kummissjoni dwar liema data mingħajr distorsjoni jenħtieġ li tintuża biex jiġi kkalkulat il-valur normali tqis bis-sħiħ dawk il-kummenti.

(172)

Fir-rigward tal-kumment tal-GTĊ dwar il-kunċett ta’ “distorsjoni sinifikanti tas-suq”, il-Kummissjoni tinnota li din l-affermazzjoni hija ġenerika u teoretika, u ma turix għaliex u kif il-kunċett użat fir-Regolament bażiku jkun b’xi mod żbaljat. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li fil-kuntest tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva, il-Kummissjoni ppubblikat valutazzjoni tal-impatt li kien fiha wkoll dettalji dwar il-kunċett ta’ distorsjoni sinifikanti u l-kriterji użati, segwita minn konsultazzjoni pubblika u konferenza tal-partijiet ikkonċernati. Il-GTĊ intervjena wkoll b’mod attiv f’dan il-proċess u pparteċipa fil-konferenza tal-partijiet ikkonċernati. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess konsultattiv tqies bis-sħiħ fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva, u aktar fil-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 2(6a) jiddefinixxi b’mod ċar il-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku tal-UE dwar l-Anti-dumping. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6a)(b) jispeċifika liema elementi flimkien mal-impatt potenzjali tagħhom jitqiesu meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Id-differenzi fis-sistemi ekonomiċi ma għandhomx rwol f’dik il-valutazzjoni, peress li din tal-aħħar tista’ tiġi applikata biss fir-rigward tal-pajjiż li qed jesporta l-prodott taħt investigazzjoni. Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament bażiku dwar l-Anti-dumping u b’mod partikolari l-Artikolu 2(6a) tiegħu la japplika għall-ebda pajjiż speċifiku u lanqas ma jiddiskrimina bejn il-pajjiżi. Dan japplika biss meta matul investigazzjoni jsiru affermazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur (kwalunkwe pajjiż) ikkonċernat minn dawk il-proċedimenti, abbażi tal-evidenza fil-fajl. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

(173)

Barra minn hekk, il-GTĊ issottometta li r-Rapport prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni kellu nuqqasijiet sostanzjali kemm mill-perspettiva fattwali kif ukoll minn dik legali. Skont il-GTĊ, l-ilment huwa bbażat fuq konklużjonijiet żbaljati li joriġinaw fir-Rapport kif ukoll investigazzjonijiet tal-passat, b’dawn tal-aħħar isiru evidenza ġdida użata mill-Ilmentatur fl-investigazzjoni attwali. Il-GTĊ allega li bl-istess mod, il-Kummissjoni ddevjat mill-pożizzjoni newtrali tal-awtorità tal-investigazzjoni u jħeġġeġ lill-industrija tal-UE tressaq akkużi dwar distorsjonijiet sinifikanti tas-suq fiċ-Ċina fl-ilment, li jikser l-aktar spirtu legali bażiku ta’ imparzjalità u ġustizzja. L-evidenza mressqa hija skont il-GTĊ insuffiċjenti, peress li ma turix is-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti taħt investigazzjoni u l-ilmentatur ma pprovda l-ebda rapport jew evidenza oħra li turi d-distorsjoni tas-suq Ċiniż tal-prodotti involuti. La l-ilmentatur u lanqas il-Kummissjoni ma setgħu jagħtu prova eżattament ta’ kif il-politiki u l-miżuri tal-GTĊ affettwaw il-mekkaniżmu tal-prezzijiet ta’ suq ta’ industrija speċifika fiċ-Ċina.

(174)

Rigward l-affermazzjoni tal-GTĊ dwar in-nuqqasijiet u l-konklużjonijiet żbaljati tar-Rapport, il-Kummissjoni tinnota li dan ir-rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inkluż leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti uffiċjali oħra ta’ politika ppubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħra. Dan sar disponibbli għall-pubbliku f’Diċembru 2017 u għalhekk kwalunkwe parti interessata jkollha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha. Filwaqt li indika n-nuqqasijiet tar-Rapport f’termini purament ġeneriċi u astratti, il-GTĊ, fl-istess ħin, żamm lura milli qatt jipprovdi kwalunkwe konfutazzjoni dwar is-sustanza u l-evidenza li tinsab fir-rapport. L-ilmentaturi jistgħu jibbażaw fuq evidenza u sejbiet ta’ investigazzjonijiet tal-passat, sa fejn ikunu rilevanti u li l-legalità tagħhom ma tkunx ġiet imwarrba minn awtorità ġudizzjarja. L-Artikolu 2(6a) jiżgura li l-proċedimenti jkunu newtrali u imparzjali, u li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet kollha jiġu rrispettati matul l-investigazzjoni kollha. Il-Kummissjoni tinnota li l-possibbiltà offruta lill-ilmentaturi li jressqu affermazzjonijiet u evidenza dwar distorsjonijiet possibbli tal-prezzijiet u tal-kostijiet f’pajjiżi fejn distorsjonijiet sinifikanti kkawżati mill-Istat possibbilment ma jkunux jistgħu jiġu interpretati bħala prattika żleali u inġusta li tħeġġeġ it-tressiq ta’ tali affermazzjonijiet. Fir-rigward tal-kumment tal-GTĊ dwar l-insuffiċjenza tal-evidenza fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 2(6a)(e), jekk il-Kummissjoni tqis li l-evidenza ppreżentata mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti hija suffiċjenti, hija tista’ tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. Madankollu, id-determinazzjoni dwar l-eżistenza u l-impatt reali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a) (a) iseħħu fiż-żmien tad-divulgazzjoni provviżorja u/jew definittiva bħala riżultat ta’ investigazzjoni. L-eżistenza u l-impatt tad-distorsjonijiet sinifikanti mhumiex ikkonfermati fl-istadju tal-bidu kif iddikjarat mill-GTĊ, iżda biss wara investigazzjoni fil-fond. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(175)

Fir-rigward tar-referenzi fl-ilment għas-sussidji mogħtija mir-RPĊ, il-GTĊ ikkummenta li l-UE tat ħafna sussidji, li jistgħu jindikaw li s-suq tagħha huwa soġġett għal distorsjoni, u l-ilmentatur ma tax prova li s-sussidju fil-fatt kien intervent tal-gvern li kellu impatt sinifikanti fuq is-suq jew li kellu effett distorsiv fuq il-prezz jew il-kost tal-prodotti involuti. Il-GTĊ indika li, skont l-Artikolu 32.1 tal-Ftehim SCM tad-WTO, ma setgħet tittieħed l-ebda azzjoni speċifika kontra sussidju ta’ Membru ieħor ħlief f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-GATT 1994.

(176)

Kif spjegat mill-Kummissjoni fil-premessa (162), l-affermazzjoni tal-għoti ta’ sussidji mill-UE, li fi kwalunkwe każ hija kompletament mhux issostanzjata, ma għandha l-ebda rilevanza għall-valutazzjoni tad-distorsjonijiet fil-pajjiż esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(b). Skont l-istess premessa, is-sussidji għandhom jitqiesu bħala wieħed mill-mezzi ta’ intervent li permezz tiegħu jiġu ppromulgati politiki pubbliċi distortivi speċifiċi mill-Istat, u għalhekk l-impatt speċifiku tagħhom jeħtieġ li ma jiġix stabbilit. Fi kwalunkwe każ, kif iddikjarat fil-premessa (174), l-eżistenza u l-impatt tad-distorsjonijiet sinifikanti mhumiex ikkonfermati fl-istadju tal-bidu, iżda biss wara investigazzjoni fil-fond. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 32.1 tal-Ftehim SCM tad-WTO, l-investigazzjoni attwali u l-metodoloġija fl-Artikolu 2(6a) jikkonċernaw il-kalkolu tal-valur normali fil-kuntest tad-dumping fl-importazzjoni ta’ oġġetti u ma jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu azzjoni kontra s-sussidji mogħtija mir-RPĊ. Għalhekk, kwalunkwe referenza għall-artikolu ċċitat hija irrilevanti. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(177)

Il-produttur esportatur ZTT ikkummenta li l-bini mill-Kummissjoni tal-valur normali abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ jew tal-valuri referenzjarji f’pajjiż rappreżentattiv xieraq imur kontra l-impenn tal-UE skont il-ftehimiet tad-WTO, b’mod partikolari l-impenn tagħha skont it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO. Skont ZTT, mit-12 ta’ Diċembru 2016, l-UE jenħtieġ li ma tiddevjax mill-metodoloġija standard meta tistabbilixxi l-valur normali tal-produtturi tal-pajjiż esportatur, jiġifieri li tuża biss il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-pajjiż esportatur, sakemm dispożizzjonijiet oħra tal-ftehimiet tad-WDO inkluż l-ADA ma jippermettux mod ieħor. ZTT iddikjarat ukoll li l-Artikolu 2 tal-ADA ma jippermettix l-użu ta’ informazzjoni għajr dik fil-pajjiż esportatur sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Minkejja li f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-valur normali jeħtieġ li jinħadem, id-data relatata mal-kost tal-produzzjoni u l-SGA u l-profitti trid tinkiseb mis-sorsi fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Skont ZTT, ma hemm xejn fl-ADA li jippermetti deroga minn dik ir-regola ġenerali, u l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti ma jeżistix fl-ADA. F’dak ir-rigward, ZTT għamlet referenza għad-definizzjoni tal-valur normali fl-Artikolu 2.1 tal-ADA u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali deskritti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA li fihom il-valur normali jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ prezz komparabbli tal-prodott simili meta jiġi esportat lejn pajjiż terz xieraq diment li dan il-prezz ikun rappreżentattiv, jew abbażi tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-SGA u għall-profitti. ZTT żiedet tgħid li l-ADA jirrikjedi li l-kostijiet normalment jiġu kkalkulati abbażi tar-rekords miżmuma mill-esportatur jew mill-produttur taħt investigazzjoni sakemm tali rekords ikunu f’konformità mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati tal-pajjiż esportatur u jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni, u li, bl-istess mod, l-ammonti għall-SGA u għall-profitti għandhom ikunu bbażati fuq data attwali relatata mal-produzzjoni u mal-bejgħ fil-perkors normali tan-negozju tal-prodott simili mill-esportatur jew mill-produttur taħt investigazzjoni, jew jekk ma jistgħux jiġu ddeterminati fuq din il-bażi, abbażi ta’ sorsi oħra iżda dejjem fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini.

(178)

Barra minn hekk, ZTT irreferiet għas-sentenza f’UE — Bijodiżil, li skontha l-awtoritajiet investigattivi ma setgħux jevalwaw il-kostijiet irrapportati fir-rekords miżmuma mill-esportatur/produttur skont valur referenzjarju mhux relatat mal-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini. ZTT iddikjarat li fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell f’dak il-każ, it-tqabbil skont l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA għandu jsir bejn, minn naħa, il-kostijiet kif jiġu rrapportati fir-rekords tal-produttur/esportatur u, min-naħa l-oħra, il-kostijiet effettivament imġarrba minn dak il-produttur. Fl-aħħar nett, ZTT indikat il-fatt li, skont ir-rapport tal-Korp tal-Appell fil-każ, id-distorsjonijiet fl-Arġentina li kienu qed jikkawżaw differenza bejn il-prezzijiet domestiċi u dawk internazzjonali tal-materja prima ewlenija tal-prodott taħt investigazzjoni ma kinux fihom infushom bażi suffiċjenti skont l-Artikolu 2.2.1.1 għall-konklużjoni li r-rekords tal-produttur ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet tal-materja prima assoċjata mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, jew biex jiġu injorati dawk il-kostijiet meta jinħadem il-valur normali tal-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, ZTT ikkonkludiet li l-Artikolu 2(6a) mhuwiex kompatibbli mal-ftehimiet tad-WTO, inkluż il-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, u l-ġurisprudenza tad-DSB.

(179)

F’konformità mal-kummenti tagħha fil-premessa (146), il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ ZTT rigward l-allegata inkompatibbiltà ġenerali mal-ftehimiet tad-WTO tal-bini mill-Kummissjoni tal-valur normali abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ jew tal-valuri referenzjarji f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fl-istess premessa, il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tar-rilevanza tal-kawża UE — Bijodiżil u s-sejbiet tal-Korp tal-Appell f’dak ir-rigward għal din l-investigazzjoni. Fir-rigward tal-impenji skont it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, il-Kummissjoni tfakkar li fil-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw il-prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li mhijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-kostijiet Ċiniżi. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(180)

ZTT iddikjarat ukoll li s-settur tal-kejbil fibrottiku mhuwiex soġġett għal distorsjoni u, l-aktar nett, ċerti inputs biss għal dak is-suq jistgħu jkunu soġġetti għal distorsjoni. Biex tissostanzja dik l-affermazzjoni, ZTT sostniet li: ir-rapport li għalih jirreferi l-ilment ma fih l-ebda diskussjoni speċifika jew dettaljata dwar is-settur tal-kejbil tal-fibrottika; ma jistax jiġi konkluż li l-inputs kollha huma distorti jew li s-suq tal-kejbil tal-fibrottika nnifsu huwa distort; ma tressqet l-ebda evidenza mill-ilmentatur dwar il-fatt li kien hemm preżenza tal-istat fid-ditti Ċiniżi li kienet ta’ interferenza fil-prezzijiet jew l-ispejjeż fis-suq tal-kejbil tal-fibrottika, u fl-Ilment ġiet indikata biss deskrizzjoni ġenerali taċ-Ċina bħala ekonomija tas-suq soċjalista; il-kumpaniji preżenti fis-suq tal-OFC mhumiex ikkontrollati mill-Istat, anki jekk dan tal-aħħar jista’ jkollu ishma f’dawn il-kumpaniji (is-settur privat li għandu f’kull każ il-maġġoranza tal-kumpanija), u ma tressqet l-ebda evidenza biex tissostanzja jekk is-sjieda tal-Istat hix preżenti fil-maġġoranza tas-suq tal-OFC fiċ-Ċina jew b’hekk jekk is-suq kollu hux distort.

(181)

Il-Kummissjoni diġà indirizzat l-affermazzjoni ġenerali dwar in-nuqqas ta’ evidenza speċifika fl-ilment li jappartjeni għas-settur tal-OFC fil-premessi (152) u (154). F’konformità mal-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, l-evidenza prima facie dwar il-fatt li l-industrija tal-OFC hija mill-inqas potenzjalment soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ imressqa mill-ilmentaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(b) kienet biżżejjed biex tinbeda l-investigazzjoni abbażi ta’ dak l-artikolu. B’mod aktar speċifiku, l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jagħtu lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku jew informazzjoni dwar suq speċifiku li jkopru l-prodott taħt investigazzjoni. F’dak ir-rigward, kif muri fit-Taqsimiet 3.1.1.2 sa 3.1.1.9, f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija tal-OFC u fis-setturi tal-inputs relatati. L-użu tal-kostijiet domestiċi fil-bini tal-valur normali huwa permess biss mill-Artikolu 2(6a)(a) jekk dawn il-kostijiet jiġu stabbiliti b’mod pożittiv li mhumiex soġġetti għal distorsjoni matul l-investigazzjoni. F’dak ir-rigward, madankollu, ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva li l-fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali ma kinux soġġetti għal distorsjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ ZTT dwar dak l-aspett ġiet miċħuda.

(182)

Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ ZTT dwar il-kontroll mill-Istat tal-produtturi tal-OFC, il-Kummissjoni sabet evidenza ta’ tali kontroll kif deskritt fit-Taqsima 3.1.1.3. Il-Kummissjoni tfakkar li s-sjieda maġġoritarja mill-Istat mhijiex prerekwiżit għal kontroll effettiv minn dan tal-aħħar. B’mod aktar ġenerali, fit-Taqsimiet 3.1.1.3 sa 3.1.1.5, il-Kummissjoni stabbiliet li s-suq tal-OFC (kemm f’termini ta’ produtturi tal-OFC kif ukoll f’termini tal-produtturi tal-inputs użati fil-manifattura tal-OFC) ġie servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tar-RPĊ. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ hawn fuq minn ZTT f’dak ir-rigward ġiet miċħuda.

(183)

ZTT sostniet ukoll li l-evidenza tal-Ilmentatur dwar l-ordnijiet pubbliċi jew il-miżuri li jiddiskriminaw favur il-fornituri domestiċi tal-OFC jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles fis-settur tal-OFC hija relatata mas-setturi downstream, aktar milli mas-suq upstream tal-OFC. Fir-rigward tar-referenzi tal-Ilment għall-inputs li kienu soġġetti għal distorsjoni, il-kumpanija allegat li l-evidenza “ma kinitx sostanzjali” u indikat in-nuqqas ta’ ċarezza dwar jekk il-“fibri bi prestazzjoni għolja” imħeġġa mit-13-il FYP kinux fibri ottiċi (jew x’kien l-appoġġ tal-Pjan) jew għan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-fibri tal-aramid fir-Rapport fil-paġna indikata. Barra minn hekk, ZTT ikkummentat fir-rigward tar-referenza tal-Ilmentatur għall-evidenza tar-Rapport dwar l-appoġġ għall-fibri tal-ħġieġ li dawn tal-aħħar kienu settur u suq totalment differenti meta mqabbla ma’ fibri u kejbils ottiċi, u għalhekk l-affermazzjoni kienet irrilevanti għall-valutazzjoni tal-prodott ikkonċernat, filwaqt li ma kien hemm l-ebda prova dwar liema appoġġ ġie pprovdut u kif is-suq kien soġġett għal distorsjoni.

(184)

Il-kwistjoni tas-suffiċjenza tal-evidenza tal-Ilment diġà ġiet indirizzata hawn fuq, fost l-oħrajn fil-premessa (181). Fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li, peress li l-OFC huwa l-komponent ewlieni tan-networks tal-fibra ottika, is-settur tal-OFC kien relatat mill-qrib ma’ dawk in-networks u l-iżvilupp tagħhom, u għalhekk soġġett fl-istess livell għall-effetti tal-politiki tal-Istat u d-dokumenti ta’ politika relatati li mmaniġġjaw l-iżvilupp tan-networks tal-internet, u tal-implimentazzjoni ta’ politiki ġenerali dwar teknoloġiji, applikazzjonijiet u servizzi bbażati fuq l-internet, kif deskritt speċifikament fil-premessi (107) u (108). Dawn id-dokumenti ta’ politika taw lill-Istat, permezz ta’ diversi mezzi, il-kapaċità li jinterferixxi fil-forzi tas-suq f’ħafna oqsma u swieq fejn intużaw networks tal-fibri ottika, u għalhekk OFC. Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni kkonfermaw li r-RPĊ kellha stabbiliti politiki jew miżuri pubbliċi li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles fis-settur tal-OFC. Minkejja din is-sejba, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-settur tal-OFC kien affettwat ukoll minn tipi oħra ta’ distorsjonijiet sinifikanti, deskritti fit-taqsimiet 3.1.1.3, 3.1.1.4 u 3.1.1.6 sa 3.1.1.8. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ ZTT ġiet miċħuda.

(185)

Fir-rigward ta’ affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ ċarezza tal-evidenza li tinsab fir-Rapport u msemmija fl-Ilment, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li mill-inqas wieħed mill-inputs tal-OFC — aramid — huwa ddefinit bħala “fibra bi prestazzjoni għolja” f’tal-inqas fid-dokument ta’ politika. Fir-rigward tal-appoġġ previst għal dak il-prodott mit-13-il FYP, fir-Rapport tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-miżuri ta’ appoġġ huma element inerenti ta’ akkumpanjament tad-dokumenti tal-ippjanar fir-RPĊ, b’mod partikolari fil-każ tat-13-il FYP fil-livell ċentrali (114). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll b’mod pożittiv li l-aramid kien soġġett għal diversi dokumenti ta’ ppjanar tal-politika, inkluż abbażi tal-evidenza tar-Rapport (ara l-premessa (114)). Fir-rigward tar-referenzi tal-Ilmentatur għall-fibri tal-ħġieġ fil-korp tal-evidenza tar-Rapport, il-Kummissjoni tinnota li dawk il-fibri jistgħu jintużaw bħala input fil-manifattura tal-OFC, u għalhekk tali referenza kienet rilevanti għall-bidu tal-investigazzjoni. F’termini tad-distorsjoni relatata, il-Kummissjoni ddeskriviet is-sejba tagħha fil-premessa (118). Għaldaqstant, l-affermazzjoni ta’ hawn fuq ġiet miċħuda.

(186)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjoni jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà fis-swieq tal-OFC, ZTT iddikjarat li ma tressqet l-ebda evidenza, u li s-sejbiet tar-Regolament tal-GFF f’dak ir-rigward kienu jikkonċernaw suq differenti. ZTT allegat ukoll li, bl-istess mod, tressqet biss evidenza ġenerali fir-rigward tad-distorsjonijiet fil-kostijiet tal-pagi, li ma pprovatx li s-suq tax-xogħol fil-każ tal-OFC kien soġġett għal distorsjoni.

(187)

Kif spjegat fil-premessa (163), is-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni tal-GFF, li tirreferi għaliha ZTT fil-kuntest tal-Ilment, kienu bbażati fuq evidenza li tinsab fir-Rapport, rilevanti għas-setturi industrijali kollha fir-RPĊ, u għalhekk ir-referenzi għal dawk is-sejbiet mill-ilmentatur kienu ġġustifikati. Fi kwalunkwe każ, permezz tal-investigazzjoni tagħha, fit-Taqsima 3.1.1.6, il-Kummissjoni stabbiliet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà — anki potenzjalment — fis-settur tal-OFC, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Bl-istess mod, fir-rigward tal-kostijiet tal-pagi, l-Ilmentatur għamel referenzi għall-evidenza fir-Rapport, li tikkonċerna n-nisġa industrijali kollha fir-RPĊ, u li għalhekk hija rilevanti għas-suq tal-OFC. Fi kwalunkwe każ, permezz tal-investigazzjoni tagħha, kif deskritt speċifikament fit-Taqsima 3.1.1.7, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-settur tal-OFC huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament kif ukoll indirettament. Għalhekk, l-affermazzjoni minn ZTT ġiet miċħuda.

(188)

Fir-rigward tar-referenzi għas-sussidji fl-ilment, ZTT iddikjarat li ma kienx minnu li dawn servew biex jimplimentaw l-objettivi ta’ ordni pubbliku jew ingħataw biex jiżguraw li dawk id-ditti ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.

(189)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Ilmentatur ipprovda evidenza prima facie li d-diversi sussidji dehru relatati mat-twettiq tal-objettivi ta’ politika (eż. bħall-industrijalizzazzjoni, l-iżvilupp tat-teknoloġija jew it-trasformazzjoni industrijali), li l-Kummissjoni sabet li qed tindika l-eżistenza possibbli ta’ ċertu tip ta’ distorsjoni kkawżata mill-Istat u suffiċjenti bħala wieħed mill-elementi li kienu jiġġustifikaw il-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(190)

Fir-rigward tad-distorsjonijiet b’rabta mal-materja prima, ZTT sostniet li kienet kumpanija kompletament integrata vertikalment, u għalhekk l-inputs tagħha jinkisbu minn kumpaniji relatati u ma kienx probabbli li l-prezzijiet tagħha kienu soġġetti għal distorsjoni mis-swieq upstream. ZTT iddikjarat ukoll li pprovdiet informazzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni tal-materjal upstream minn kumpaniji relatati. Skont ZTT, billi ma tressqet l-ebda evidenza li s-suq tal-OFC kien fih innifsu soġġett għal distorsjoni, u għalhekk ma kien hemm l-ebda evidenza li l-kostijiet ta’ ZTT kienu soġġetti għal distorsjoni. ZTT indikat ukoll li dawk mill-kostijiet tagħha li ma ġewx ipprovati li huma soġġetti għal distorsjoni jenħtieġ li jintużaw fil-bini tal-valur normali.

(191)

Kif iddikjarat hawn fuq, b’mod partikolari fil-premessa (181), il-Kummissjoni qieset l-evidenza fil-fajl bħala suffiċjenti biex tibda l-investigazzjoni tagħha. B’riżultat ta’ dan tal-aħħar, il-Kummissjoni stabbiliet li mhux biss il-kumpaniji attivi fis-settur tal-OFC iżda wkoll, kif indikat fil-premessa (155), il-manifatturi tal-materja prima użata mill-produtturi tal-OFC fir-RPĊ, kif ukoll il-produtturi ta’ inputs bażiċi għall-produzzjoni ta’ din il-materja prima fil-livelli upstream tal-katina tal-valur ġew affettwati minn distorsjonijiet transsettorjali sinifikanti ta’ diversi tipi deskritti fit-Taqsimiet 3.1.1.2 sa 3.1.1.9. Anki jekk ZTT tikseb l-inputs tagħha minn kumpaniji relatati, l-inputs tal-produtturi ta’ dawn tal-aħħar huma soġġetti, kif inhi ZTT, għad-distorsjonijiet deskritti fit-taqsimiet iċċitati. Fl-informazzjoni pprovduta minn ZTT, ma kien hemm l-ebda evidenza preċiża u xierqa li tikkonferma li kwalunkwe kost tagħha jista’ jiġi stabbilit b’mod pożittiv bħala mingħajr distorsjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(192)

Fl-aħħar nett, ZTT ikkummentat li jekk il-Kummissjoni ssib li l-Istat intervjena biex jgħin fit-tnedija ta’ banda wiesgħa b’veloċità għolja permezz ta’ appoġġ għas-swieq tal-OFC jew tal-inputs tal-OFC (b’mod partikolari permezz ta’ sussidji), dan tal-aħħar għamel korrezzjoni għal falliment tas-suq u kkontribwixxa għal esternalitajiet pożittivi, u għalhekk ma kellux jitqies bħala intervent sostanzjali, u d-distorsjonijiet relatati ma jistgħux jitqiesu bħala sinifikanti.

(193)

F’konformità mal-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (172), il-kwistjoni ta’ jekk intervent mill-Istat jagħmilx korrezzjoni għal falliment tas-suq mhijiex ta’ rilevanza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kwalunkwe interferenza mill-Istat li twassal jew ikollha l-kapaċità li twassal għal distorsjoni tas-suq li tissodisfa d-definizzjoni ta’ “distorsjoni sinifikanti” skont il-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) għandha tiġi vvalutata skont dak l-Artikolu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ ZTT.

(194)

Wara d-divulgazzjoni finali, bosta partijiet interessati ppreżentaw kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku, filwaqt li tennew fil-biċċa l-kbira s-sottomissjonijiet preċedenti tagħhom.

(195)

Il-GTĊ issottometta, l-ewwel nett, li r-Rapport huwa difettuż u d-deċiżjonijiet ibbażati fuqu ma għandhomx bażi fattwali u legali. B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ allega li r-Rapport mhux dak li l-leġiżlazzjoni tal-UE ssejjaħ bħala “rapport”. Għalhekk hemm dubji jekk ir-Rapport jistax jirrappreżenta l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni. Fuq in-naħa fattwali, ir-Rapport jagħmel, skont il-GTĊ, miżrappreżentazzjoni, huwa mxaqleb lejn naħa waħda u ma għandux kuntatt mar-realtà. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet rapport għall-pajjiż għal xi ftit pajjiżi magħżula biss iqajjem tħassib dwar it-trattament ta’ MFN. Barra minn hekk, id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq l-evidenza fir-Rapport mhijiex, fil-fehma tal-GTĊ, konformi mal-ispirtu ta’ liġi ġusta u xierqa, peress li effettivament tammonta għal ġudizzju tal-każ qabel il-proċess.

(196)

It-tieni, il-GTĊ ressaq l-argument li l-kostruzzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija inkonsistenti mal-ADA, b’mod partikolari mal-Artikolu 2.2 tal-ADA li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet fejn il-valur normali jista’ jinbena, fejn id- “distorsjoni sinifikanti” mhijiex elenkata fost dawn is-sitwazzjonijiet. Barra minn hekk, l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq huwa, skont il-GTĊ, inkonsistenti mal-Artikolu VI.1(b) tal-GATT u l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA li jirrikjedu l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini meta jinħadem il-valur normali.

(197)

It-tielet, il-GTĊ allega li l-prattiki ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma inkonsistenti mar-regoli tad-WTO sa fejn il-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, injorat ir-rekords tal-produttur Ċiniż mingħajr ma ddeterminat jekk dawk ir-rekords humiex skont il-prinċipji tal-kontabbiltà ġeneralment aċċettati fiċ-Ċina. Il-GTĊ ma jaqbilx f’dan ir-rigward mat-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni aktar kmieni (ara l-premessi (146) u (168)).

(198)

Ir-raba’, il-GTĊ isostni li l-Kummissjoni għandha tkun konsistenti u teżamina bis-sħiħ jekk hemmx l-hekk imsejħa distorsjonijiet tas-suq fil-pajjiż rappreżentattiv. L-aċċettazzjoni faċli tad-data tal-pajjiż rappreżentattiv mingħajr tali evalwazzjoni tirrappreżenta “standards doppji”. L-istess japplika, fil-fehma tal-GTĊ, għall-evalwazzjoni tal-prezz u l-kostijiet tal-industrija tal-UE. Il-ħames, il-GTĊ innota li hemm distorsjoni tas-suq mifruxa fi ħdan l-UE, bħall-gwida mill-awtoritajiet, il-banek kummerċjali jieħdu f’kunsiderazzjoni aspetti soċjali, l-eżenzjonijiet mit-taxxa, l-appoġġ finanzjarju jew is-salvataġġi ekonomiċi.

(199)

Fir-rigward tal-ewwel argument rigward ir-Rapport, il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tal-MFN fid-dettall ħafna fil-premessa (170) hawn fuq. Bl-istess mod, ir-rimarki dwar ir-Rapport li huma fattwalment difettużi ġew indirizzati fil-premessa (174). L-istess premessa indirizzat ukoll l-argument dwar l-imparzjalità tal-Kummissjoni. Fir-rigward tal-istatus tar-Rapport skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku ma jippreskrivix format speċifiku għar-rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, u lanqas dik id-dispożizzjoni ma tiddefinixxi mezz għall-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li r-rapport huwa dokument tekniku bbażat fuq il-fatti użat biss fil-kuntest tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ. Ir-rapport għalhekk ħareġ kif imiss bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni peress li huwa purament deskrittiv u ma jesprimi l-ebda opinjoni, preferenza jew ġudizzju politiku. Dan ma jaffettwax il-kontenut tiegħu, jiġifieri s-sorsi oġġettivi ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija Ċiniża rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet argumenti dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO, il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ ma ppreżenta l-ebda evidenza ġdida, ħlief biex jirreferi lura għar-rapport tal-AB f’EU-Bijodiżil u r-rapport tal-bord f’UE — Aġġustament tal-ispejjeż. Madankollu, dawn l-argumenti kienu diġà indirizzati b’mod suffiċjenti fil-premessi (146) u (168). Ir-raba’ argument dwar l-evalwazzjoni tad-data ta’ pajjiżi terzi diġà ġie indirizzat fil-premessa (171) hawn fuq. Fir-rigward tal-ħames argument dwar l-allegati distorsjonijiet fis-suq tal-UE, il-Kummissjoni nnotat li l-premessa (170) diġà spjegat fid-dettall għaliex tali tħassib mhuwiex rilevanti fil-kuntest tal-investigazzjoni preżenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tal-GTĊ.

(200)

Il-Grupp ZTT, l-ewwel nett, tenna l-fehma tiegħu li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mal-ftehimiet tad-WTO u sostna li peress li t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-argumenti preċedenti tagħha hija nieqsa minn raġunament ċar, b’mod partikolari ma tindikax il-bażi ġuridika fil-Ftehimiet tad-WTO (ara l-premessa (146)). Konsegwentement, l-iżvelar ma jissodisfax, skont il-grupp ZTT, l-istandards legali ta’ motivazzjoni suffiċjenti li tiġġustifika d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. It-tieni, il-Grupp ZTT sostna li mhuwiex ippruvat li l-grupp huwa soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti peress li, minn naħa, l-attivitajiet politiċi ordinarji tal-partit fi ħdan il-kumpanija jew is-sħubija tal-maniġers tal-kumpanija fis-CCP mhumiex indikattivi ta’ influwenza diretta tas-CCP fuq il-grupp u, min-naħa l-oħra, peress li l-Grupp ZTT huwa kumpanija privata u elenkata pubblikament, huwa soġġett għal governanza korporattiva orjentata lejn is-suq u rekwiżiti ta’ elenkar. F’dan ir-rigward, il-Grupp ZTT innota li l-eżistenza ta’ intervent mill-Istat ma tfissirx distorsjonijiet sinifikanti peress li l-intervent tal-gvern jista’ jservi wkoll biex jikkoreġi l-falliment tas-suq, bħal fis-settur tal-broadband fejn il-prodott li qed jiġi investigat jintuża ħafna.

(201)

Il-Kummissjoni indirizzat b’mod estensiv il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mad-dritt tad-WTO fil-premessi (146) u (179) u (168). B’mod partikolari, il-Kummissjoni spjegat li filwaqt li l-ġurisprudenza tad-WTO msemmija mill-Grupp ZTT ma tirreferix għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, dik il-ġurisprudenza fi kwalunkwe każ tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Fir-rigward tal-argument tal-Grupp ZTT dwar in-nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-OFC, il-Kummissjoni nnotat li dawn il-kwistjonijiet kienu diġà ġew diskussi fit-tul ħafna fil-premessi (154) u (181). Filwaqt li mhuwiex kompletament ċar mis-sottomissjoni tal-Grupp ZTT jekk huwiex jissuġġerixxi lilu nnifsu li s-settur tal-broadband fiċ-Ċina huwa kkaratterizzat minn fallimenti tas-suq, ir-rimarki ġenerali tiegħu, mhux sostnuti minn evidenza, li l-attivitajiet tas-CCP fil-kumpanija mhumiex indikattivi tal-influwenza tas-CCP jew li l-interventi tal-istat mhumiex ugwali għal distorsjonijiet sinifikanti ma jistgħux ireġġgħu lura l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq l-investigazzjoni ta’ diversi elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur, kif muri fit-taqsimiet 3.3.1.2. sa 3.3.1.9. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet l-argumenti mressqa mill-Grupp ZTT.

(202)

Is-CCCME tenniet il-fehma tagħha li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mal-ADA. B’mod partikolari, is-CCCME nnota li skont il-Kummissjoni, il-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Bord tal-Appelli fil-kwistjoni tal-UE-Bijodiżil d-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Madankollu, is-CCCME indikat li l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta b’mod espliċitu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku li kienu soġġetti għad-DS473. Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li l-Kummissjoni ma spjegatx kif it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku huwa konsistenti mal-Artikolu 2.2. tal-ADA.

(203)

Il-Kummissjoni taqbel mas-CCCME li l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tabilħaqq mhijiex marbuta b’mod espliċitu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, kif diġà ġie indikat fil-premessa (146). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnutat li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u s-sustanza tal-valutazzjoni korrispondenti huma differenti minn dawk skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-argument rigward il-kompatibbiltà tad-dispożizzjoni tal-aħħar mad-WTO għalhekk mhuwiex rilevanti f’din l-investigazzjoni. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tas-CCCME.

(204)

FTT, b’referenza espliċita wkoll għall-kummenti mis-CCCME, sostniet li l-affermazzjonijiet dwar id-distorsjonijiet tas-suq mhumiex sostanzjati. Fil-fehma tat-TTF, minflok ma jibbaża ruħu fuq evidenza fattwali, l-ilmentatur sempliċiment jirrepeti s-sejba preċedenti tal-Kummissjoni u jirreferi għar-Rapport li min-naħa tiegħu jittratta l-istrutturi tas-suq u ekonomiċi taċ-Ċina f’oqsma usa’ u mingħajr evidenza speċifika għas-settur tal-OFC. FTT għalhekk ma tarax kif elementi bħal ma huma s-sjieda mill-istat, l-istruttura tal-industrija kimika, l-objettivi ta’ politika jew inkella r-rwol ta’ CCP f’kumpanija kienu ta’ prova li l-attivitajiet kummerċjali tas-settur OFC huma suġġetti għal distorsjoni.

(205)

L-argumenti tat-TTF huma żbaljati. Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (152), mhux talli ma kinitx speċifika u tittratta l-istruttura ekonomika fiċ-Ċina fi “sferi usa’”, ir-Rapport jiddeskrivi diversi tipi ta’ distorsjonijiet, ta’ natura trasversali, preżenti fl-ekonomija Ċiniża kollha u li jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport mhuwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tagħha dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. L-elementi addizzjonali ta’ prova użati mill-Kummissjoni u l-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni abbażi ta’ dawn il-provi jinsabu fil-punti 3.3.1.2 sa 3.3.1.9. Konsegwentement, filwaqt li l-elementi msemmija mit-TTF, bħas-sjieda tal-istat jew ir-rwol tas-CCP fil-kumpaniji huma fost il-fatturi rilevanti indikattivi ta’ distorsjonijiet sinifikanti, id-determinazzjoni ġenerali tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija bbażata fuq firxa sostanzjalment usa’ ta’ evidenza. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tal-FTT.

3.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.2.1.   Kummenti ġenerali

(206)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (115);

Il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv;

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(207)

Kif spjegat fil-premessi (209) sa (210), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tikkunsidra li tuża l-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(208)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni qalet ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(209)

Fid-19 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-OFC. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew il-valur referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat sitt pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, jiġifieri l-Kolombja, il-Malasja, is-Serbja, l-Afrika t’Isfel, it-Tajlandja u t-Turkija u kkunsidrat lit-Turkija l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota minn Connect Com, is-CCCME u l-grupp ZTT. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall fil-premessi (226) sa (237).

(210)

Fit-12 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bl-Arġentina bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti bbażati fuq informazzjoni disponibbli għall-kumpanija rilevanti Prysmian Energia Cables y Sistemas de Argentina S.A. fil-pajjiż rappreżentattiv. It-Tieni Nota indirizzat ukoll il-kummenti li waslu dwar l-Ewwel Nota. Waslu kummenti dwar it-Tieni Nota minn Connect Com, is-CCCME u l-grupp ZTT. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall fil-premessi (247) sa (292).

3.2.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina

(211)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat il-Kolombja, il-Malasja, is-Serbja, l-Afrika t’Isfel, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi manifatturat l-prodott ikkonċernat. Fit-30 ta’ Novembru 2020 waslu kummenti minn Connect Com u mis-CCCME u fit-3 ta’ Diċembru 2020 (skadenza estiża) mill-grupp ZTT.

(212)

Connect Com sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tħares ukoll lejn il-Messiku, ir-Russja u l-Każakistan bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda produttur tal-OFC f’dawn il-pajjiżi b’informazzjoni finanzjarja disponibbli fil-pront u għalhekk ma vvalutatx aktar lil dawn il-pajjiżi.

(213)

Il-grupp ZTT iddikjara li l-ekonomija Torka sofriet minn distorsjonijiet sinifikanti, b’mod partikolari fis-suq tal-enerġija kif ukoll fis-swieq tal-elettronika u tal-ottika, u f’dan ir-rigward irrefera għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Rapport tat-Turkija 2020” (116). Minħabba l-konklużjoni provviżorja ta’ hawn taħt fil-premessa (294) biex tintgħażel l-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, din l-affermazzjoni saret irrilevanti.

(214)

Il-grupp ZTT iddikjara li l-introjtu nazzjonali gross (“ING”) ma kienx indikatur xieraq biex jiġi vvalutat il-livell ta’ żvilupp ekonomiku ta’ pajjiż peress li l-ING per capita ma kienx jiġbor fil-qosor b’mod adegwat il-livell ta’ żvilupp jew ikejjel il-benesseri ta’ pajjiż u li l-prodott domestiku gross (“PDG”) per capita kien ħafna aktar preċiż. Il-grupp ZTT innota wkoll li l-Malasja kellha livell aktar qrib ta’ żvilupp ekonomiku għaċ-Ċina minn dak tat-Turkija meta wieħed iħares lejn il-PDG per capita u għalhekk il-Malasja kienet eqreb għal-livell ta’ żvilupp fiċ-Ċina milli t-Turkija. Il-grupp ZTT iddikjara li f’tali analiżi jenħtieġ li titqies ukoll il-produttività u għalkemm il-produttività taż-żewġ pajjiżi kienet ogħla minn dik taċ-Ċina, il-Malasja kienet eqreb mit-Turkija f’termini ta’ similarità ekonomika. Il-grupp ZTT innota wkoll li abbażi tal-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (li jgħaqqad diversi miżuri ta’ żvilupp bħall-istennija tal-għomor, is-snin ta’ tagħlim u l-ING per capita f’indiċi wieħed li fih in-numru jkun akbar mil-livell ta’ żvilupp), il-Malasja kienet eqreb għal-livell ta’ żvilupp taċ-Ċina mit-Turkija. Fl-aħħar nett, il-grupp ZTT innota li abbażi tal-Indiċi Gini (kejl tal-inugwaljanza li jvarja minn 0 sa 100, b’inugwaljanza li tiżdied aktar ma n-numru jkun kbir) il-Malasja kienet eqreb lejn il-livell ta’ inugwaljanza taċ-Ċina mit-Turkija.

(215)

Connect Com iddikjara li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ukoll il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni fl-industrija, minħabba li, għall-kuntrarju tat-Turkija, iċ-Ċina kellha teknoloġiji avvanzati ħafna, kif ukoll l-għadd ta’ kumpaniji li joperaw fis-suq.

(216)

Meta jkun qed jinħadem il-valur normali f’każ ta’ pajjiżi b’distorsjonijiet sinifikanti, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tuża pajjiż rappreżentattiv b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħala l-pajjiż esportatur. Sabiex jiġi definit liema pajjiżi huma f’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur f’kull każ, il-Kummissjoni tuża pajjiżi kklassifikati fl-istess kategorija ta’ introjtu mill-Bank Dinji. Il-Kummissjoni tagħmel dan billi teżerċita d-diskrezzjoni tagħha fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-Regolament bażiku kif ikkonfermat ripetutament mill-Qorti tal-Ġustizzja f’ċirkostanzi fejn jitħalla f’idejn il-Kummissjoni biex tagħmel dan (117). Il-Kummissjoni tqis li din il-kategorizzazzjoni tippermetti li jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ pajjiżi potenzjalment xierqa b’livell simili ta’ żvilupp biex jagħżlu pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2 (6a) (a) tar-Regolament bażiku, filwaqt li jiżguraw ġabra konsistenti u oġġettiva ta’ pajjiżi.

(217)

Ir-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-pajjiż rappreżentattiv ikun l-eqreb f’termini ta’ livell ta’ żvilupp ekonomiku, produttività, stennija tal-għomor, livell ta’ żvilupp, livell ta’ inugwaljanza, kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew livell tal-kompetizzjoni għall-pajjiż esportatur. Għalhekk, l-ebda wieħed mill-elementi ta’ hawn fuq mhuwa rilevanti fl-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. F’dan il-każ, il-kategorija rilevanti tal-Bank Dinji fejn iċ-Ċina hija kklassifikata kienet il-pajjiżi b’introjtu medju superjuri. Għalhekk, il-pajjiżi kollha f’dik il-lista u analizzati fiż-żewġ noti għandhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina u kienu kkunsidrati li jissodisfaw il-kriterju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(218)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-Kolombja, għall-Malasja, għas-Serbja, għall-Afrika t’Isfel, għat-Tajlandja u għat-Turkija, id-disponibbiltà tad-data pubblika kellha tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni identifikat produttur wieħed tal-OFC fil-Kolombja, erbgħa fil-Malasja, wieħed fis-Serbja, tnejn fl-Afrika t’Isfel, tlieta fit-Tajlandja u erbgħa fit-Turkija kif spjegat fil-premessi (219) sa (224).

(219)

Fir-rigward tal-Kolombja, id-data finanzjarja disponibbli fil-pront għal Furukuwa Industrial Colombia S A S tmur lura għall-2018 u, b’konsegwenza ta’ dan, ma setgħetx titqies xierqa għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Data aktar reċenti kienet disponibbli għal produtturi oħra f’pajjiżi rappreżentattivi possibbli oħra kif iddikjarat fil-premessa (238).

(220)

Fir-rigward tal-Malasja, il-Kummissjoni identifikat erba’ produtturi b’data finanzjarja disponibbli fil-pront, jiġifieri Fujikura Federal Cables SDN BHD (“Fujikura”), Lite Kabel SDN BHD (“Lite Kabel”), Opcom Cables SDN BHD (“Opcom”) u Tenaga Cable Industries SDN BHD (“Tenaga”). Id-data finanzjarja disponibbli fil-pront għal Lite Kabel u Tenaga tmur lura għall-2018 u għal Opcom għall-ewwel trimestru tal-2019 u, bħala konsegwenza, ma setgħetx titqies xierqa għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Għal Fujikura, id-data finanzjarja pubblika kienet disponibbli għall-2019, madankollu l-kumpanija kienet qed tagħmel telf.

(221)

Fir-rigward tas-Serbja, filwaqt li d-data finanzjarja pubblika għal Novkabel Doo Novi Sad kienet disponibbli għall-2019, il-kumpanija kienet qed tagħmel telf.

(222)

Fir-rigward tal-Afrika t’Isfel, il-Kummissjoni identifikat żewġ produtturi tal-OFC jiġifieri CBI-Electric Telecom Cables (PTY) LTD u Malesela Taihan Electric Cable (PTY) LTD. Madankollu, ma kien hemm l-ebda data finanzjarja disponibbli fil-pront għal dawn il-kumpaniji.

(223)

Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni identifikat tliet produtturi tal-OFC, jiġifieri Futong Group Communication Technology (Thailand) Co Ltd (“Futong”), Siam Fiber Optics Co Ltd (“Siam Fiber”) u Thai Fiber Optics Co Ltd (“Thai Fiber”) b’data finanzjarja disponibbli fil-pront għall-2019. Futong kienet profittabbli fl-2019 filwaqt li Siam Fiber u Thai Fiber kienu qed jagħmlu telf.

(224)

Fir-rigward tat-Turkija, il-Kummissjoni identifikat erba’ produtturi tal-OFC b’data finanzjarja disponibbli fil-pront jiġifieri Cen Kablo Sanayi Ve Ticaret AS (“Cen Kablo”), Corning Optik Iletisim Sanayi Limited Sirketi (“Corning Optik”), ETK Kablo Sanayii Ve Ticaret AS (“ETK Kablo”) u Turk Prysmian Kablo Ve Sistemleri AS (“Turk Prysmian”). Id-data finanzjarja disponibbli fil-pront għal Cen Kablo u Corning Optik tmur lura għall-2018 u fil-każ ta’ ETK Kablo għall-2017. Għal Turk Prysmian, id-data finanzjarja disponibbli fil-pront kienet disponibbli għall-2019. Madankollu, il-kumpanija rreġistrat marġni ta’ profitt baxx fl-2019, li nstab li ma kienx “ammont raġonevoli” fis-sens tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(225)

Billi kien hemm disponibbli data aktar reċenti għal produtturi oħra f’pajjiżi rappreżentattivi possibbli oħra kif iddikjarat fil-premessa (238), il-Kolombja, il-Malasja u t-Turkija ma tqisux bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa potenzjali f’dan l-istadju. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni indirizzat hawn taħt l-affermazzjonijiet li jikkonċernaw dawn il-pajjiżi.

(226)

Is-CCCME u l-grupp ZTT sostnew li l-produtturi fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli li ġiet iddivulgata għalihom id-data finanzjarja fl-Ewwel Nota kienu jipproduċu u jbigħu kemm il-prodott taħt investigazzjoni kif ukoll prodotti oħra. B’mod speċifiku, is-CCCME u l-grupp ZTT iddikjaraw li skont ir-Rapport Annwali ta’ Turk Prysmian għall-2019, 89 % tal-bejgħ tagħhom kienu kejbils tal-enerġija, u 11 % biss kejbils tat-telekomunikazzjoni, u għalhekk ma jkunux sors tajjeb ta’ data finanzjarja rigward in-negozju tal-kejbils fibrottiċi tagħhom. Barra minn hekk, il-grupp ZTT iddikjara li anki l-attività ta’ Corning Optik ma kinitx limitata għall-produzzjoni tal-OFC.

(227)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-attività ta’ dawn il-kumpaniji baqgħet il-produzzjoni ta’ kejbils inkluż il-prodott ikkonċernat, u għalhekk id-data finanzjarja minn dawn il-kumpaniji tkun indikatur rappreżentattiv għall-prestazzjoni finanzjarja tal-produzzjoni tal-OFC fit-Turkija għall-2019. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-metodoloġija fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiddependi minn data disponibbli fil-pront, u jista’ jkun il-każ li d-data pubblika ma tkunx disponibbli fl-aktar livell granulari tal-prodott ikkonċernat iżda f’livell aktar aggregat. Għalhekk, dan l-argument mhuwiex aċċettabbli.

(228)

Connect Com iddikjara li minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur tal-Unjoni Prysmian u l-produttur Tork Turk Prysmian, il-kostijiet indiretti, l-SG&A u l-profitti tal-kumpanija Torka ma jkunux affidabbli. Connect Com ma spjegax għaliex dik ir-relazzjoni tagħmel lill-SG&A u l-profitt mhux affidabbli u għalhekk l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(229)

Is-CCCME u l-grupp ZTT innotaw li diversi produtturi Torok kbar, bħal Turk Prysmian u Corning Optik, importaw fibri ottiċi mill-kumpaniji relatati tagħhom u għalhekk tali prezzijiet tal-importazzjoni relatati ma setgħux jirriflettu l-prezzijiet tas-suq. Min-naħa l-oħra, l-ilmentatur sostna li dan ma kienx il-każ. Għalhekk, peress li din l-affermazzjoni ma kinitx issostanzjata, ma hijiex aċċettabbli.

(230)

Il-grupp ZTT issottometta rapporti annwali minn żewġ produtturi fil-Malasja, Opcom Cables għall-2019 u għall-2020 u Lite għall-2019, li kienu disponibbli għall-pubbliku. Iż-żewġ kumpaniji ġew identifikati fl-Ewwel Nota bħala produtturi tal-OFC kif iddikjarat fil-premessa (220). Il-grupp ZTT ippropona li d-disponibbiltà tad-data finanzjarja minn dawn iż-żewġ produtturi tal-Malasja jenħtieġ li tintuża biex jiġi ddeterminat il-pajjiż rappreżentattiv. Il-grupp ZTT innota li ż-żewġ kumpaniji tal-Malasja ma kinux profittabbli fl-2019 u fl-2020 rispettivament, iżda ppropona li d-data minn snin oħra tista’ tintuża għal dan l-indikatur, peress li Lite Kabel kienet profittabbli fl-2018.

(231)

Billi ż-żewġ kumpaniji tal-Malasja ma kinux profittabbli fl-2019 u fl-2020 rispettivament, id-data tagħhom ma setgħetx tintuża peress li ma kinitx tirrappreżenta “ammont raġonevoli” fis-sens tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-użu tad-data għall-2018, qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, dejjem tingħata preferenza lid-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan il-każ partikolari, hemm data finanzjarja disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali ieħor u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jirrikorri għal data li tappartjeni għal perjodu differenti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(232)

Is-CCCME sostniet ukoll li f’każ li ma kien hemm l-ebda produttur fil-Malasja, li kien profittabbli fl-2019 u li kellu informazzjoni finanzjarja disponibbli fil-pront, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża d-data tal-produtturi tal-Unjoni għall-SG&A u għall-profitt, kif għamlet fl-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping dwar l-elettrodi tat-tungstenu miċ-Ċina (118).

(233)

Il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament bażiku jagħti preferenza lid-data li tirriżulta minn pajjiż rappreżentattiv f’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur u, għalhekk, din l-affermazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.

(234)

Il-grupp ZTT iddikjara li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tibbażax fuq l-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”) (119) biex tiddetermina l-valur tal-fatturi ta’ produzzjoni iżda li tibbaża fuq l-istatistika tal-importazzjoni tad-dwana Ċiniża jew tas-servizzi doganali nazzjonali fil-pajjiż rappreżentattiv peress li, allegatament, dawk ikunu aktar affidabbli mid-data fil-GTA.

(235)

Il-Kummissjoni nnotat li l-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza li turi li l-GTA kien inqas affidabbli mill-istatistika doganali uffiċjali. Fil-fatt, il-Kummissjoni nnotat li l-istatistika doganali uffiċjali fil-pajjiż ikkonċernat kienet is-sors tad-data tal-GTA skont kuntratti bilaterali konklużi mill-GTA mal-pajjiżi kollha koperti. Il-Kummissjoni osservat ukoll li għadd ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom prattika li ilha teżisti li jużaw il-GTA biex jaċċessaw l-istatistika doganali, u li din il-bażi tad-data ntużat b’mod estensiv ukoll minn operaturi privati għal għadd ta’ skopijiet differenti u f’kuntesti differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(236)

Is-CCCME u l-grupp ZTT sostnew li proporzjon kbir ta’ importazzjonijiet ta’ fibri ottiċi bil-kodiċi doganali 9001 10 mit-Turkija ma kinux materjali użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, bħall-fibri multimodali u għalhekk il-prezz tal-importazzjoni tal-GTA tat-Turkija ma setax jirrifletti b’mod raġonevoli l-prezz mingħajr distorsjoni tal-fibri b’modalità unika. Is-CCCME ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża lill-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli peress li l-proporzjon ta’ fibri ottiċi b’modalità waħda fl-importazzjonijiet bil-kodiċi doganali 9001 10 tal-Malasja kien ħafna ogħla minn dak tat-Turkija u għalhekk id-data dwar l-importazzjoni tal-GTA tal-Malasja kienet aktar affidabbli minn dik tat-Turkija. Is-CCCME sostniet ukoll li peress li t-Turkija prinċipalment importat fibri ottiċi mill-Istati Uniti u l-Malasja prinċipalment mill-Indja, id-data dwar l-importazzjoni tal-Malasja tkun inqas influwenzata mill-ispejjeż tal-konsenja.

(237)

Fir-rigward tal-argumenti li jikkonċernaw il-Malasja, u, b’mod partikolari, ir-rappreżentattività tal-valur tal-importazzjoni tal-fibri ottiċi b’modalità waħda minħabba l-proporzjon ogħla ta’ dan l-input bil-kodiċi doganali 9001 10 u l-inċidenza aktar baxxa tal-ispejjeż tal-konsenja (meta mqabbla mat-Turkija), il-Kummissjoni nnotat li meta qabblet l-importazzjonijiet tad-diversi inputs fid-diversi pajjiżi, hija vverifikat li kien hemm biżżejjed importazzjonijiet rappreżentattivi fil-pajjiżi potenzjali. Barra minn hekk, ladarba jintgħażel pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni tuża kodiċijiet tal-merkanzija aktar dettaljati u speċifiċi għall-pajjiż u tmur lil hinn mis-6 ċifri tas-SA kif iddikjarat fil-premessa (318).

(238)

Peress li l-Kummissjoni ma sabitx informazzjoni disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni dwar id-data finanzjarja għall-produtturi fil-Kolombja u fl-Afrika t’Isfel jew għall-produtturi profittabbli fil-Malasja u fis-Serbja, dawn il-ġuriżdizzjonijiet ma kinux ikkunsidrati bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa. Il-Kummissjoni wettqet riċerka addizzjonali dwar pajjiżi rappreżentattivi xierqa potenzjali u, kif deskritt fit-Tieni Nota, identifikat ukoll produttur wieħed tal-OFC fl-Arġentina (jiġifieri Prysmian Energia Cables y Sistemas De Argentina S.A.), wieħed fil-Brażil (jiġifieri Prysmian Cabos e Sistemas do Brasil S/A) u produttur addizzjonali wieħed tal-kejbils tal-enerġija fit-Tajlandja (jiġifieri Venine Cable) b’informazzjoni finanzjarja disponibbli fil-pront għall-2019.

(239)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-fibra ottika, il-polietilen b’densità għolja u baxxa, il-wajer tal-azzar miksi bl-aluminju, il-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ, il-materjal tal-kisi b’żero aloġenu u bi ftit duħħan, il-wajer tal-azzar soġġett għal fosfatazzjoni b’saff ta’ PE, u t-tubi) fl-Arġentina, fil-Brażil, fit-Tajlandja u fit-Turkija.

(240)

Għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni, id-data dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv miċ-Ċina ġiet eskluża fil-kuntest tad-distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, id-data dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn pajjiżi mhux membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 (120) (l-Ażerbajġan, il-Belarussja, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, it-Turkmenistan, l-Użbekistan) ġiet eskluża wkoll peress li l-prezzijiet tagħha ma kinux ikkunsidrati bħala prezzijiet tas-suq.

(241)

Fir-rigward tal-Arġentina, nofs il-fibri ottiċi, l-input ewlieni, ġew importati miċ-Ċina f’livell ta’ 6 ċifri. Madankollu, analiżi fil-livell ta’ 8 ċifri wriet li għal wieħed biss mit-tliet kodiċijiet rilevanti l-importazzjonijiet li ġejjin miċ-Ċina kienu fi kwantitajiet konsiderevoli (52 %). Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ dan l-input u l-valur sottostanti tiegħu nstabu li kienu komplessivament adegwati. Il-fatturi ewlenin l-oħrajn ta’ produzzjoni ġew importati f’volumi sinifikanti minn pajjiżi b’ekonomija tas-suq. Għalhekk, ir-rappreżentattività tal-importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fl-Arġentina tqieset bħala għolja.

(242)

Fir-rigward tal-Brażil, il-fibri ottiċi ġew importati l-aktar miċ-Ċina fil-livell ta’ 6 ċifri. Barra minn hekk, fil-livell ta’ 8 ċifri, il-fibri ottiċi ġew importati permezz ta’ tliet kodiċijiet u għal tnejn minnhom, kważi l-importazzjonijiet kollha ġew miċ-Ċina. Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ dan l-input u l-valur sottostanti tiegħu tqiesu bħala mhux affidabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li fil-livell ta’ 6 ċifri, 72 % tal-importazzjonijiet ta’ wajer tal-azzar miksi bl-aluminju użat minn produttur esportatur wieħed f’volumi sinifikanti fil-produzzjoni ta’ kejbils tal-fibri ottiċi ġew importati miċ-Ċina. Fil-livell ta’ 8 ċifri, dan il-fattur ta’ produzzjoni ġie importat permezz ta’ żewġ kodiċijiet u għaż-żewġ kodiċijiet, aktar minn 60 % tal-importazzjonijiet ġew miċ-Ċina. Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ dan l-input u l-valur sottostanti tiegħu tqiesu mhux affidabbli u, peress li kien input sostanzjali fil-proċess tal-manifattura tal-kejbils fibrottiċi, dan jaffettwa sehem sinifikanti tal-valur normali. Barra minn hekk, 80 % tal-ħjut tal-fibri tal-ħġieġ ġew importati prinċipalment miċ-Ċina f’livell ta’ 6 ċifri. Fil-livell ta’ 8 ċifri, dan il-fattur ta’ produzzjoni ġie importat permezz ta’ żewġ kodiċijiet u għaż-żewġ kodiċijiet, aktar minn 60 % tal-importazzjonijiet kienu ġejjin miċ-Ċina. Minħabba dak li ntqal hawn fuq, ir-rappreżentattività ġenerali tal-importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fil-Brażil tqieset bħala baxxa.

(243)

Għat-Tajlandja, b’mod simili għall-Brażil, l-input ewlieni, jiġifieri l-fibri ottiċi, ġie importat l-aktar miċ-Ċina. 15 % biss tal-importazzjonijiet tal-fibri ottiċi totali ġew minn sorsi oħra li ma kinux soġġetti għal distorsjoni (fil-livell ta’ 6 ċifri). Barra minn hekk, fil-livell ta’ 8 ċifri, il-fibri ottiċi ġew importati permezz ta’ żewġ kodiċijiet u, għaż-żewġ kodiċijiet, aktar minn 70 % tal-volumi importati kienu ġejjin miċ-Ċina. Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ dan l-input u l-valur sottostanti tiegħu nstabu bħala mhux affidabbli. Barra minn hekk, 96 % tal-ħjut tal-fibri tal-ħġieġ ġew importati prinċipalment miċ-Ċina f’livell ta’ 6 ċifri. Dan il-kodiċi ma għandux kodiċi tal-livell ta’ 8 ċifri. Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ dan l-input u l-valur sottostanti tiegħu nstabu wkoll bħala mhux affidabbli. Minħabba dak li ntqal hawn fuq, ir-rappreżentattività ġenerali tal-importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fit-Tajlandja tqieset bħala baxxa.

(244)

Fir-rigward tat-Turkija, żewġ fatturi ta’ produzzjoni biss li jintużaw f’volumi żgħar fil-kost tal-produzzjoni tal-kejbils fibrottiċi ġew importati f’volumi sinifikanti miċ-Ċina. Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fit-Turkija kienet għolja.

(245)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq (premessi (224), (241) sa (244)), il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li kellha l-intenzjoni li tuża lill-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u lil Prysmian Energia Cables Y Sistemas de Argentina S.A, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a), tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(246)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Prysmian Energia Cables Y Sistemas de Argentina S.A. bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Waslu kummenti mingħand Connect Com, is-CCCME u l-grupp ZTT.

(247)

Il-grupp ZTT tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-ING ma kienx indikatur xieraq biex jiġi vvalutat il-livell ta’ żvilupp ekonomiku f’pajjiż peress li kien jinkludi mhux biss l-introjtu prodott f’dak il-pajjiż iżda wkoll dak iġġenerat minn dak il-pajjiż u sostna li l-Kummissjoni għamlet żball evidenti fil-valutazzjoni tagħha tal-fatti meta qieset biss il-kategorija tal-introjtu tal-Bank Dinji bbażata fuq l-ING per capita fil-valutazzjoni tas-similarità tal-iżvilupp ekonomiku għaċ-Ċina. Bħal fil-każ tat-Turkija kif spjegat fil-premessa (214), il-grupp ZTT sostna li l-Malasja kellha livell aktar qrib ta’ żvilupp ekonomiku għaċ-Ċina minn dak tal-Arġentina meta mkejjel fuq bażi ta’ PDG per capita, livell ta’ produttività, u l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u għalhekk ġie ddikjarat li l-Malasja kienet pajjiż rappreżentattiv aħjar mill-Arġentina.

(248)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-affermazzjoni tal-grupp ZTT li għamlet żball evidenti meta użat l-ING għall-valutazzjoni tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Kif spjegat fid-dettall fil-premessi (216) u (217), sabiex jiġi definit liema pajjiżi huma f’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur f’kull każ, il-Kummissjoni tuża pajjiżi kklassifikati fl-istess kategorija ta’ introjtu mill-Bank Dinji. Ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit ieħor biex jintgħażel il-pajjiż bl-eqreb PDG per capita, livell ta’ produttività jew Indiċi tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp tal-Bniedem bħala l-pajjiż esportatur. F’dan il-każ, il-kategorija rilevanti tal-Bank Dinji, fejn iċ-Ċina hija kklassifikata, kienet dik tal-pajjiżi b’introjtu medju superjuri. Għalhekk, kemm il-Malasja kif ukoll l-Arġentina għandhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina u tqiesu li jissodisfaw il-kriterju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni li l-Malasja kienet pajjiż rappreżentattiv aħjar mill-Arġentina ġiet miċħuda.

(249)

Is-CCCME ddikjarat li l-kost tal-materja prima importata mill-produtturi Ċiniżi mis-swieq internazzjonali jenħtieġ li ma jitqiesx bħala distort u għalhekk jenħtieġ li ma jiġix sostitwit.

(250)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ingħataw l-opportunità li jiddikjaraw li l-materja prima (importata) tagħhom ma kinitx distorta f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Bl-affermazzjonijiet tagħhom, f’dan ir-rigward, dawn kienu meħtieġa jipprovdu evidenza ta’ sostenn (jiġifieri l-pajjiż tal-oriġini tal-merkanzija, il-kuntratt tax-xiri u l-fatturi). Il-grupp ZTT iddikjara li l-ebda materjal u enerġija li xtara ma kienu soġġetti għal distorsjoni u li l-importazzjoni ta’ materja prima matul il-perjodu ta’ investigazzjoni saret bi prezzijiet mingħajr distorsjoni. Għalkemm il-grupp ZTT identifika dan ix-xiri fl-elenkar tax-xiri ta’ materjal fit-tweġiba għall-kwestjonarju, ma ppreżenta l-ebda evidenza ta’ sostenn. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(251)

Barra minn hekk, il-grupp FTT issottometta ċerti elementi ta’ evidenza ta’ sostenn għal ħames materji primi, iżda dawn kienu parzjali (li jkopru biss ftit tranżazzjonijiet) u inkonsistenti ma’ informazzjoni oħra pprovduta fl-elenkar rilevanti. Dan ma ppermettiex lill-Kummissjoni tivvaluta din l-affermazzjoni, li għalhekk ma setgħetx tiġi aċċettata f’dan l-istadju.

(252)

Is-CCCME ddikjarat ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ pajjiżi terzi ma kinux sostituzzjoni rappreżentattiva għall-prezzijiet domestiċi fil-kalkolu tal-valur normali peress li l-prezz tal-importazzjoni jista’ jinkludi spejjeż tal-konsenja ogħla minn materja prima mixtrija domestikament, li jgħollu b’mod artifiċjali l-kost tal-materja prima sostitwita u l-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel distinzjoni xierqa ta’ dawn id-differenzi fl-effetti fuq il-kostijiet.

(253)

Kif spjegat fil-premessa (69), il-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni kkonkludiet li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. L-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni tuża l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-GTA bħala l-punt tat-tluq biex tikkalkula prezz mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv, li miegħu żżid it-taxxa tal-importazzjoni korrispondenti. Din hija meqjusa bħala stima konservattiva biex jinbena indikatur xieraq mingħajr distorsjoni tal-prezz tas-suq fil-pajjiż rappreżentattiv, minħabba li jistgħu jiġġarrbu kostijiet addizzjonali flimkien ma’ dan il-valur bħal taxxi tal-importazzjoni u taxxi minbarra taxxi tal-importazzjoni (bħat-taxxa fuq il-valur miżjud), skont il-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, jekk ma jitqisux l-ispejjeż kollha tal-konsenja fil-każ ta’ importazzjoni, il-prezz li jirriżulta ma jirriflettix il-prezz mingħajr distorsjoni fis-suq tal-Arġentina, iżda l-prezz medju mill-fabbrika (meta jinbiegħ għall-esportazzjoni) fil-pajjiżi li jbigħu lill-Arġentina. Dan imur kontra l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(254)

Fin-nuqqas ta’ evidenza li turi li d-data u l-metodoloġija użati ma jkunux rappreżentattivi tal-kost mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-inputs, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(255)

Is-CCCME ddikjarat li kien hemm differenzi sinifikanti fil-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija bejn pajjiżi differenti u għalhekk il-kost lavorattiv u l-prezzijiet tal-enerġija ta’ pajjiżi terzi ma setgħux jintużaw fid-determinazzjoni tal-valur normali.

(256)

Kif spjegat fil-premessa (69), il-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni kkonkludiet li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. L-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Kif spjegat fil-premessa (245), f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għażlet lill-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, il-kost lavorattiv u tal-elettriku mingħajr distorsjoni nkiseb mill-Arġentina kif spjegat fil-premessi (345) u (348).

(257)

Is-CCCME talbet lill-Kummissjoni tiċċara l-istandard għad-determinazzjoni ta’ jekk il-profittabbiltà ta’ kumpanija fil-pajjiż rappreżentattiv hijiex baxxa jew għolja.

(258)

Skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali mibni jrid jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. Dan huwa l-istandard legali applikat mill-Kummissjoni meta tivvaluta jekk livell ta’ profitt huwiex baxx jew għoli. Kif meħtieġ minn dak l-Artikolu, il-profitt jeħtieġ li jkun raġonevoli. Fid-determinazzjoni ta’ x’inhu ammont raġonevoli f’kull każ, il-Kummissjoni se teżamina l-partikolaritajiet ta’ kull investigazzjoni, bħall-prodott taħt investigazzjoni u s-settur. Ma hemmx għalfejn ngħidu li livell ta’ profitt raġonevoli ma jistax ikun (virtwalment) negattiv jew qrib il-punt ta’ ekwilibriju.

(259)

Is-CCCME ddikjarat ukoll li l-Arġentina ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-uniku produttur fl-Arġentina identifikat mill-Kummissjoni (jiġifieri Prysmian Energia) kien relatat ma’ wieħed mill-ilmentaturi u l-kumpanija kellha sehem kbir fis-suq tal-Arġentina. F’dan ir-rigward, is-CCCME rreferiet għall-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ glifosat miċ-Ċina (121) fejn l-Arġentina, l-Awstralja, l-Indja, u l-Malasja ġew miċħuda bħala pajjiżi analogi minħabba li s-swieq tagħhom kienu fil-biċċa l-kbira ddominati minn kumpaniji relatati mal-ilmentatur ewlieni tal-UE. Is-CCCME ddikjarat ukoll li minħabba li s-suq tat-telekomunikazzjoni tal-Arġentina kiber b’mod qawwi fl-2020, u l-Gvern tal-Arġentina pprovda appoġġ lill-produtturi lokali, id-data dwar l-SG&A u l-profitt ta’ kumpanija li għandha sehem kbir ta’ suq li qed jikber ma tistax tirrifletti livell raġonevoli u orjentat lejn is-suq, u jenħtieġ li ma tintużax biex jinbena l-valur normali. Connect Com iddikjara wkoll li l-produtturi Arġentini ta’ OFC ma kinux kumpaniji indipendenti iżda affiljati ma’ Prysmian u Nexans u għalhekk (i) ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni suffiċjenti fis-suq domestiku tal-Arġentina u rrefera għas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja C-16/90 (122); (ii) il-kost u l-profitt ta’ dawn il-produtturi jkunu ogħla mil-livell kompetittiv; (ii) il-prezzijiet tat-trasferiment intragrupp tal-manifatturi affiljati kienu eċċessivi. Connect Com iddikjara wkoll li l-profitt ta’ Prysmian Energia ta’ 20 % kien eċċessiv filwaqt li l-profitt ta’ Venine Cable fit-Tajlandja ta’ 9,5 % kien aktar konformi mal-kundizzjonijiet kompetittivi. Barra minn hekk, Connect Com iddikjara li l-Brażil ikun pajjiż rappreżentattiv aħjar peress li aktar produtturi huma attivi f’dan is-suq u mill-inqas erbgħa minnhom kienu indipendenti mill-ilmentaturi.

(260)

Il-fatt li l-kumpanija magħżula fil-pajjiż rappreżentattiv hija relatata ma’ produttur tal-Unjoni ma għandux effett fuq l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Is-CCCME ma pprovdiet l-ebda raġuni jew evidenza li tagħmel dan il-fatt rilevanti f’dan il-każ. Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpanija għandha sehem kbir fis-suq tal-Arġentina ma jfissirx li ma hemm l-ebda kompetizzjoni fl-Arġentina u lanqas awtomatikament ma jagħmel id-data finanzjarja ta’ tali kumpanija mhux xierqa. Din l-affermazzjoni lanqas ma kienet appoġġata minn xi evidenza li s-suq tal-Arġentina kien antikompetittiv. Fil-fatt, il-marġni ta’ profitt li nstab għall-kumpanija Arġentina kien ta’ 10,6 % kif iddikjarat fil-premessa (362), li huwa konformi mal-profitt ta’ 9,5 % difiż minn Connect Com bħala “f’konformità ma’ kundizzjonijiet kompetittivi”. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(261)

Is-CCCME tenniet it-talba tagħha biex il-Kummissjoni tuża l-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv. Hija sostniet li fin-nuqqas ta’ data profittabbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tuża d-data finanzjarja ta’ kumpanija profittabbli għall-2018, peress li l-industrija tal-OFC hija industrija relattivament stabbli, li fiha l-livell ta’ SG&A u profitt ma varjax ħafna minn sena għal oħra. Is-CCCME enfasizzat ukoll li fl-investigazzjoni anti-dumping tal-aċidu ċitriku miċ-Ċina (123), għalkemm il-produttur identifikat fil-Kolombja ġarrab telf fl-2019, il-Kummissjoni xorta għażlet lill-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq u għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data tal-kumpaniji fil-Kolombja li jipproduċu prodotti f’kategorija qrib ta’ prodotti għall-aċidu ċitriku.

(262)

Kif spjegat fil-premessa (231), tingħata preferenza lid-data disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni u tali data teżisti għal kumpanija fl-Arġentina. Is-CCCME ma pprovdiet l-ebda raġuni biex wieħed jitlaq mill-istess perjodu li għalih qed jinbena l-valur normali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(263)

Barra minn hekk, il-grupp ZTT sostna li l-Malasja kienet pajjiż rappreżentattiv aħjar mill-Arġentina peress li (i) il-prodotti manifatturati mit-tliet kumpaniji Malażjani ssuġġeriti mill-grupp ZTT kienu aktar simili għal dawk li jimmanifattura l-grupp ZTT, meta mqabbel mal-prodotti manifatturati minn Prysmian Energia; (ii) aktar produtturi tal-OFC ġew identifikati fil-Malasja milli fl-Arġentina.

(264)

Minbarra l-fatt li l-ewwel affermazzjoni ma kinitx appoġġata mill-evidenza meħtieġa, dawn iż-żewġ entrati huma irrilevanti peress li dawn il-kumpaniji fil-Malasja kienu qed jagħmlu t-telf jew ma rreġistrawx profitti raġonevoli fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (230), Lite u Opcom Cables ma kinux profittabbli fl-2019 u fl-2020 rispettivament, filwaqt li l-profitt ta’ Tenaga Cable fl-2019 ma kienx jirrappreżenta “ammont raġonevoli” fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku kif iddikjarat fil-premessa (268). Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(265)

Il-grupp ZTT iddikjara li l-Kummissjoni tista’ tuża l-marġni ta’ profittabbiltà tal-kumpanija Malażjana għall-2018 bl-istess mod li tuża l-istimi tal-profittabbiltà qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni meta tikkalkula l-marġni ta’ eliminazzjoni tad-dannu.

(266)

L-Artikolu 2(6a) jindika bħala l-ewwel metodu l-użu tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq — fil-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan il-kuntest, il-profitti jirriżultaw b’mod naturali mill-istess perjodu. Jekk il-profitti ma jkunux raġonevoli bħal f’dan il-każ, jintgħażel pajjiż rappreżentattiv ieħor. Għalhekk, l-affermazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.

(267)

Il-grupp ZTT ippreżenta wkoll ir-rapporti finanzjarji għall-2019 ta’ kumpanija Malażjana Tenaga Cable Industries SDN BHB li ġiet elenkata fl-Ewwel Nota kif iddikjarat fil-premessa (220) u talab lill-Kummissjoni tagħżel il-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv u tuża l-marġni tal-SG&A u tal-profitt ta’ din il-kumpanija biex jinħadem il-valur normali.

(268)

Il-Kummissjoni nnotat li tabilħaqq din il-kumpanija kienet profittabbli fl-2019, madankollu, il-marġni ta’ profitt ma kienx jirrappreżenta “ammont raġonevoli” fis-sens tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(269)

Il-grupp ZTT iddikjara wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża lill-Malasja minflok l-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv peress li d-data dwar l-importazzjoni kienet aħjar milli għall-Arġentina. Il-Malasja kellha kodiċi tariffarju fil-livell ta’ 8 ċifri ddedikat għall-fibri ottiċi (9001 10 10), li kien jikkorrispondi mat-tip ta’ materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni (għall-użu tat-telekomunikazzjoni) u ma kien hemm l-ebda dazju doganali fuq l-importazzjoni — filwaqt li n-nomenklatura tat-tariffi tal-Arġentina ma tipprevedix tali qsim speċifiku ta’ fibri ottiċi għall-użu tat-telekomunikazzjoni u japplikaw id-dazji doganali.

(270)

Din l-affermazzjoni hija fattwalment żbaljata. Il-kodiċi bi tmien (8) ċifri għall-Malasja (jiġifieri 9001 10 10) tgħodd kemm għall-użu tat-telekomunikazzjoni kif ukoll tal-elettriku. Fil-każ tal-Arġentina, iż-żewġ kodiċijiet rilevanti bi tmien (8) ċifri ta’ fibri ottiċi (9001 10 19 u 9001 10 11) ma jispeċifikawx l-użu iżda jidentifikaw b’mod ċar il-prodott, jiġifieri fibri ottiċi. L-użu ewlieni tal-fibri ottiċi huwa ċar fit-telekomunikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessa (231), il-Kummissjoni ma setgħetx issib kumpanija rilevanti fil-Malasja b’data finanzjarja disponibbli fil-pront matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li rreġistrat ammonti raġonevoli ta’ profitt fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(271)

Il-grupp ZTT iddikjara wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-Malasja minflok l-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv peress li s-suq tal-enerġija fl-Arġentina kien soġġett għal distorsjoni. Huwa rrefera f’dan ir-rigward għal rapport tal-2019 minn Fitch Rating (124) li ddikjara li s-settur tal-elettriku tal-Arġentina kien jiddependi mis-sussidji tal-gvern imħallsa lil Compania Administradora del Mercado Mayorista Eléctrico S.A. (CAMMESA), li ġew ittrasferiti lil kumpaniji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Il-grupp ZTT iddikjara wkoll li skont il-Bank Dinji, kien hemm erba’ intrapriżi tal-Istat li kienu joperaw fis-suq tal-elettriku tal-Arġentina.

(272)

Il-Kummissjoni nnotat li r-rapport ta’ Fitch Rating ġie ppubblikat fit-13 ta’ Ġunju 2019 u s-sussidji rċevuti minn CAMMESA rreferew għall-perjodu sal-2018. Barra minn hekk, is-siltiet mir-rapport ipprovduti minn din il-parti ddikjaraw biss li s-sussidji ġew ittrasferiti lil kumpaniji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, u ma kkonkludewx li dawn il-kumpaniji ttrasferew ulterjorment dawn is-sussidji lill-klijenti finali. Fi kwalunkwe każ, anki li kieku dan kellu jkun il-każ, il-kostijiet tal-elettriku użati bħala valur referenzjarju jkunu aktar baxxi u b’riżultat ta’ dan il-valur normali jkun ukoll aktar baxx, u b’hekk dan ikun ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessa (348), għall-kalkolu tal-valur referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni użat it-tariffi ppubblikati mid-distributuri tal-elettriku Edesur u Edenor matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif iddikjarat ukoll fir-rapport sottomess mill-grupp ZTT, Edenor u Edesur huma entitajiet privati (Edenor fil-maġġoranza tagħha hija proprjetà ta’ Pampa Energia u Edesur ta’ Enel Americas) u għalhekk ma jidhirx li ngħataw dawn is-sussidji. Barra minn hekk, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza tal-effett tal-allegati sussidji fuq is-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(273)

Il-grupp ZTT iddikjara wkoll li fil-każ li l-Arġentina ntużat bħala pajjiż rappreżentattiv minflok il-Malasja, l-istatistika tal-importazzjoni bil-kodiċi 9001 10 19 tal-Arġentina jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kalkolu tal-prezz mingħajr distorsjoni ta’ dak l-input peress li l-kwantità tal-importazzjoni hija baxxa (688 kg) u bi prezz għoli, u għalhekk allegatament ma saritx fil-perkors normali tan-negozju. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li d-data tal-kodiċi 9001 10 20 tal-Arġentina (Haces Y Cables De Fibras Ópticas — kejbils fibrottiku u pakketti) jenħtieġ li tiġi inkluża peress li din ġiet importata f’ammonti ħafna akbar u aktar tas-soltu (1 212 473 kg).

(274)

Fir-rigward tal-kodiċi 9001 10 19 tal-Arġentina, il-grupp ZTT ma ppreżenta l-ebda evidenza li turi li l-importazzjonijiet taħt dan il-kodiċi ma sarux fil-perkors normali tan-negozju. Il-prezz ogħla ma huwiex indikatur f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li xi wħud mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu qed jixtru fibri ottiċi bi prezzijiet simili. Barra minn hekk, huwa nnotat li l-kodiċi 9001 10 20 tal-Arġentina huwa għal kejbils ottiċi u mhux għal fibri ottiċi u, għalhekk, ma jistax jintuża fil-kalkolu tal-valur referenzjarju għall-fibri ottiċi. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(275)

Il-grupp ZTT sostna wkoll li abbażi tar-rapport annwali ta’ Prysmian Group għall-2019, 16 % tad-dħul totali tal-grupp ġie derivat min-negozju tal-proġetti tiegħu (kejbils personalizzati b’teknoloġija avvanzata u b’vultaġġ għoli għall-użu taħt il-baħar u fuq l-art), 70 % ġie derivat min-negozju tal-enerġija tiegħu (portafoll sħiħ tal-prodotti tal-kejbils tal-enerġija), iżda 14 % biss ġie derivat min-negozju tat-telekomunikazzjoni tiegħu. Għalhekk, ġie sostnut li l-użu ta’ membru ta’ Prysmian Group bħala bażi għall-kost, għall-SG&A u għall-profitti fis-suq tal-kejbils fibrottiċi jkun qarrieqi peress li jikkostitwixxi biss frazzjoni żgħira ta’ dak li jipproduċu.

(276)

L-informazzjoni finanzjarja ta’ Prysmian Energia ddivulgata lill-partijiet interessati fit-Tieni Nota mhijiex fil-livell ta’ Prysmian Group kollu iżda fil-livell tal-entità fl-Arġentina. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web ta’ Prysmian Energia (125), l-attività ta’ din il-kumpanija tkopri l-prodott ikkonċernat u għalhekk id-data finanzjarja ta’ din il-kumpanija hija indikatur rappreżentattiv tal-prestazzjoni finanzjarja tal-attività tal-OFC fl-Arġentina. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (227), l-applikazzjoni tal-metodoloġija fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiddependi minn data disponibbli fil-pront, u jista’ jkun il-każ li d-data pubblika ma tkunx disponibbli fl-aktar livell granulari tal-prodott ikkonċernat iżda f’livell aktar aggregat. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(277)

Il-grupp ZTT sostna wkoll li l-kwalità tad-data fl-Arġentina ma kinitx affidabbli peress li Prysmian Energia kienet relatata ma’ Prysmian S.p.A, parti mill-produtturi tal-Unjoni tal-investigazzjoni attwali. B’konsegwenza ta’ dan, kwalunkwe dannu mġarrab minn Prysmian S.p.A, jaffettwa wkoll ir-riżultati finanzjarji tal-grupp kollu, inklużi dawk ta’ Prysmian Energia. Barra minn hekk, huwa sostna li r-riżultat finanzjarju ta’ Prysmian Energia waħdu seta’ kien affettwat sew mit-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-inputs fornuti minn partijiet relatati.

(278)

Kif spjegat fil-premessa (276), l-informazzjoni finanzjarja ta’ Prysmian Energia ddivulgata lill-partijiet interessati fit-Tieni Nota ma kinitx fil-livell ta’ Prysmian Group kollu iżda fil-livell tal-entità fl-Arġentina. Barra minn hekk, il-grupp ZTT ma spjegax kif id-data finanzjarja ta’ kumpanija fl-Arġentina setgħet tiġi affettwata mid-dannu mġarrab minn kumpanija relatata fl-Italja. Din l-affermazzjoni hija purament spekulattiva peress li ma kienet sostnuta minn l-ebda evidenza ta’ sostenn. L-affermazzjoni li r-riżultat finanzjarju ta’ Prysmian Energia seta’ ġie affettwat mit-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-inputs fornuti minn partijiet relatati hija wkoll spekulattiva minħabba li għal darb’oħra ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza biex issostni din l-affermazzjoni. Dawn l-affermazzjonijiet ġew sempliċement miċħuda.

(279)

Il-grupp ZTT talab lill-Kummissjoni tipprovdi diżaggregazzjoni aktar dettaljata tal-kontenut tal-ispejjeż operatorji ta’ Prysmian Energia li kien disponibbli għall-Kummissjoni jew jekk ma kienx attwalment disponibbli biex jinkiseb u jiġi ddivulgat.

(280)

Il-Kummissjoni tikkonferma li hija ddivulgat lill-partijiet interessati l-informazzjoni finanzjarja rilevanti disponibbli fil-pront ta’ Prysmiam Energia minn Dun & Bradstreet fit-Tieni Nota.

(281)

Connect Com iddikjara li, bħal fil-każ tat-Turkija, ma jistax jiġi preżunt għall-Arġentina li kwantitajiet rappreżentattivi biżżejjed ta’ kejbils fibrottiċi huma prodotti fl-Arġentina biex jissodisfaw il-valur referenzjarju ta’ 5 % tal-produzzjoni fiċ-Ċina, kif previst fil-gwida tal-Kummissjoni għall-ilmenti (126). Skont din il-parti, il-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-OFC fl-Arġentina jaqa’ ferm lura mill-produzzjoni totali tal-manifatturi Ċiniżi.

(282)

Connect COM sostna wkoll li l-produtturi fl-Arġentina ma kellhomx aċċess għall-materja prima ewlenija bħall-fibri tal-ħġieġ, l-aramid jew il-polietilen u għall-kuntrarju tal-produtturi Ċiniżi, din il-materja prima trid tiġi importata b’mod relattivament kumpless u għali. Huwa bbaża fuq is-sentenza tal-QĠUE tal-Kawża C-16/90 tat-22 ta’ Ottubru 1991 (127) f’dan ir-rigward li tgħid li l-aċċess għall-materja prima jrid jitqies meta jintgħażel il-pajjiż ta’ referenza.

(283)

Bħala rimarka preliminari, għandu jiġi nnotat li l-argumenti ta’ Connect Com u r-riferiment għas-sentenza fil-Kawża C-16/90 huma żbaljati. Din il-kawża fil-Qorti ddiskutiet l-għażla tal-pajjiż analogu skont dak li kien l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku li speċifika li l-valur normali għal pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq jista’ jkun ibbażat fuq prezzijiet domestiċi attwali mitluba jew spejjeż attwali mġarrba minn produtturi domestiċi f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Skont din id-dispożizzjoni, fatturi bħall-aċċess għall-materja prima u l-volum ta’ produzzjoni mill-produtturi tal-pajjiż analogu jista’ jkollhom effett fuq l-għażla tal-pajjiż analogu minħabba li dawn jistgħu jinfluwenzaw il-prezzijiet u l-ispejjeż domestiċi tal-produtturi tal-pajjiż analogu għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott investigat. Bħala tali, kien raġonevoli li jintgħażel pajjiż analogu fejn fatturi bħal dawn kienu komparabbli ma’ dawk osservati f’ekonomija mhux tas-suq taħt investigazzjoni. Dawk il-kunsiderazzjonijiet normalment ma jibqgħux rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2 (6a). Dan għaliex, skont l-Artikolu 2 (6a), il-valur normali huwa bbażat fuq il-fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi investigati. Il-pajjiż ta’ referenza rappreżentattiv jintuża biss biex tinkiseb data mingħajr distorsjoni biex jiġu vvalutati l-fatturi tal-produzzjoni, f’dan il-każ, tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li qed jiġu investigati.

(284)

Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni nnotat dan li ġej.

(285)

Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li t-test imsemmi minn Connect Com huwa gwida ta’ spjegazzjoni għall-ilmentaturi li mhijiex legalment vinkolanti u hija maħsuba biss biex tipprovdi pariri ġenerali (128). Barra minn hekk, din il-gwida hija maħsuba biss biex tipprovdi gwida għall-ilmentaturi fl-istadju tal-ilment u ma tkoprix l-istadju tal-investigazzjoni, li huwa l-kuntest tal-affermazzjoni minn din il-parti. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li t-test ikkwotat kien żball minn verżjoni preċedenti li ddiskutiet l-għażla tal-pajjiż analogu skont dak li kien l-Artikolu 2(7) u li sadanittant il-gwida ġiet riveduta (129). Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(286)

Fir-rigward tat-talba dwar l-aċċess għall-materja prima, din hija kemm żbaljata kif ukoll purament spekulattiva. Abbażi tad-data rrapportata mill-GTA, il-kumpaniji fl-Arġentina qed jimportaw fibri tal-ħġieġ, aramid jew polietilen f’volumi sinifikanti. Barra minn hekk, Connect Com ma ssottometta l-ebda evidenza li turi l-mod allegatament kumpless u għali li bih il-kumpaniji tal-Arġentina jimportaw din il-materja prima. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(287)

Barra minn hekk, Connect Com iddikjara b’mod żbaljat li l-Kummissjoni eskludiet lill-Kolombja, lill-Malasja, lis-Serbja u lill-Afrika t’Isfel bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli abbażi ta’ analiżi tad-data dwar l-importazzjoni fil-livell ta’ 6 ċifri li saret fl-Ewwel Nota, filwaqt li għall-Arġentina wettqet analiżi fil-livell ta’ 8 ċifri.

(288)

Kif spjegat fil-premessa (238), il-Kummissjoni ma qisitx lill-Kolombja, lill-Malasja, lis-Serbja u lill-Afrika t’Isfel bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa peress li ma sabitx informazzjoni disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni dwar id-data finanzjarja għall-produtturi f’dawn il-pajjiżi. Għalhekk, ma twettqet l-ebda analiżi tad-data dwar l-importazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(289)

Connect Com iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma setgħetx teskludi lill-Brażil abbażi tal-fatt li proporzjon għoli ta’ wajers tal-azzar miksija bl-aluminju ġie importat miċ-Ċina peress li l-wajer tal-azzar miksi bl-aluminju ma kienx materja prima rilevanti li tkun meħtieġa għall-produzzjoni tal-OFC u li jekk din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina ta’ fatturi insinifikanti ta’ produzzjoni, allura anki l-Arġentina jenħtieġ li tiġi miċħuda bħala pajjiż rappreżentattiv bħal għal fatturi insinifikanti oħra tal-produzzjoni bħall-wajer tal-liga tal-azzar u tal-vireg tal-aluminju, l-Arġentina timporta volumi sinifikanti miċ-Ċina.

(290)

Connect Com fehem ħażin ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni ma qisitx lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Kif spjegat fil-premessa (242), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rappreżentattività ġenerali tal-importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fil-Brażil kienet baxxa peress li diversi materji primi, li ntużaw f’volumi sinifikanti fil-kost tal-produzzjoni tal-OFC, kienu prinċipalment importati miċ-Ċina. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni enfasizzat li r-rappreżentattività tal-fibri ottiċi u l-valur sottostanti tagħha kienu mminati b’mod sinifikanti peress li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet kienu ġejjin miċ-Ċina jew meta ġew ivvalutati fil-livell ta’ 6 ċifri jew fil-livell ta’ 8 ċifri. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (242), il-wajer tal-azzar miksi bl-aluminju jintuża minn produttur esportatur wieħed f’volumi sinifikanti fil-produzzjoni tal-OFC. Dan il-produttur jimmanifattura l-OFC li, minbarra għat-trażmissjoni tad-data, jintuża wkoll għat-trażmissjoni tal-enerġija u kif spjegat fil-premessa (59), dawn il-prodotti huma koperti wkoll mill-investigazzjoni attwali. Barra minn hekk, il-fibri tal-ħġieġ ġew importati wkoll prinċipalment miċ-Ċina. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(291)

Connect Com tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina jekk il-Messiku, il-Każakistan u l-Federazzjoni Russa jistgħux jitqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa peress li l-OFC ġie prodott fi kwantitajiet akbar f’dawn il-pajjiżi milli fl-Arġentina. Huwa ddikjara wkoll li abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (130), il-Kummissjoni ma setgħetx tiddependi mill-fatt li ma kinitx sabet manifattur b’ċifri disponibbli fil-pront iżda li trid tagħmel kull sforz biex issib manifattur fil-pajjiż terz ikkonċernat li kien lest jikkoopera fl-investigazzjoni.

(292)

Kif spjegat fil-premessa (212), il-Kummissjoni ma vvalutatx aktar il-Messiku, il-Każakistan u l-Federazzjoni Russa peress li ma setgħet issib l-ebda produttur tal-OFC f’dawn il-pajjiżi b’informazzjoni finanzjarja disponibbli fil-pront. Ta’ min jinnota wkoll li Connect Com ma ssottometta l-ebda informazzjoni ta’ dan it-tip lanqas. L-informazzjoni finanzjarja tal-kumpanija rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv hija bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fil-pront u l-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tfittex il-kooperazzjoni mill-kumpaniji fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.4.   Il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(293)

Wara li ġie stabbilit li l-Arġentina kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.5.   Konklużjoni

(294)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, l-Arġentina ssodisfat il-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.2.6.   Kummenti dwar l-iżvelar finali

(295)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT tenna l-argumenti tiegħu dwar l-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv billi sostna li l-Malasja kienet pajjiż rappreżentattiv aħjar mill-Arġentina. F’dan ir-rigward hija tenniet l-argumenti tagħha ddikjarati fil-premessi (265), (267) u (269) mingħajr ma pprovdiet elementi ġodda. Barra minn hekk, huwa ddikjara mingħajr ebda evidenza, li ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ fibra ottika fl-Arġentina u li l-importazzjonijiet ta’ fibri ottiċi ma kinux biżżejjed għall-ħtiġijiet normali tal-operat.

(296)

Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (266), (268) u (270) u n-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda.

(297)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, b’referenza għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv minn lista ta’ pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, Connect Com argumentat li għalkemm il-Kummissjoni użat pajjiżi kklassifikati fl-istess kategorija ta’ introjtu mill-Bank Dinji billi eżerċitat id-diskrezzjoni tagħha fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament bażiku, hija tqis li ma kienx jidher korrett li tagħżel pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku biss abbażi tal-kategorizzazzjoni ġenerali tal-Bank Dinji. Barra minn hekk, hija argumentat li l-qrati Ewropej ma kkonfermawx din il-prattika. Għalhekk, Connect Com sostniet li l-Kummissjoni ma kellhiex tiċħad bħala irrilevanti l-affermazzjonijiet ta’ Connect Com li l-Kummissjoni kellha tqis ukoll il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni fl-industrija u l-livell ta’ żvilupp teknoloġiku fil-pajjiżi rappreżentattivi, meta mqabbla maċ-Ċina.

(298)

Għar-raġunijiet elenkati fil-premessi (216) u (217), dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(299)

Connect Com sostniet ukoll li l-Kummissjoni għandha tiżvela għal liema mit-tliet kodiċijiet tal-prodotti Arġentini għall-fibri ottiċi l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina rrappreżenta 52 % u x’kien il-volum tal-importazzjonijiet għall-prodotti l-oħra.

(300)

Ta’ min jinnota li fit-12 ta’ Marzu 2021 il-Kummissjoni żiedet mal-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni l-estrazzjoni sħiħa tal-importazzjonijiet tal-fatturi tal-produzzjoni tal-Arġentina, il-Brażil, it-Tajlandja u t-Turkija. Fil-folja “sehem QTY”, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-volum totali tal-importazzjonijiet għall-kodiċi tal-prodott Arġentin 9001 10 20 kien ta’ 51,55 % (52 % arrotondat), għall-9001 10 19 kien 21,83 % u għall-9001 10 11 kien ta’ 1,55 %.

(301)

Connect Com iddikjarat ukoll b’mod żbaljat li l-Kummissjoni eskludiet lill-Kolombja, lill-Malasja, lis-Serbja u lill-Afrika t’Isfel bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa abbażi ta’ analiżi ta’ importazzjonijiet fil-livell ta’ sitt (6) ċifri, filwaqt li għall-Arġentina wettqet analiżi fil-livell ta’ tmien (8) ċifri.

(302)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-affermazzjoni. Kif dikjarat fil-premessa (238), il-Kolombja u l-Afrika t’Isfel ma tqisux bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa peress li l-Kummissjoni ma sabitx informazzjoni disponibbli fil-pront għall-perjodu ta’ investigazzjoni dwar id-data finanzjarja għall-produtturi f’dawn il-pajjiżi. Il-Malasja u s-Serbja wkoll ma tqisux bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa peress li l-Kummissjoni ma identifikatx produtturi profittabbli f’dawn il-pajjiżi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(303)

Connect Com sostniet ukoll li l-Brażil ma kellux jiġi eskluż bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba li volum għoli ta’ importazzjonijiet ta’ wajer tal-azzar miksi tal-aluminju fil-Brażil kien importat miċ-Ċina. Connect Com sostniet ukoll li l-wajer tal-azzar miksi tal-aluminju ma kienx materja prima rilevanti għall-produzzjoni tal-OFC. Connect Com talbet ukoll lill-Kummissjoni biex tiddivulga liema produttur esportatur Ċiniż allegatament uża wajer tal-azzar miksi tal-aluminju fil-produzzjoni tal-OFC.

(304)

Kif spjegat fil-premessa (242), ir-rappreżentattività ġenerali tal-importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fil-Brażil tqieset bħala baxxa u mhux biss għall-wajer tal-azzar tal-aluminju mgħotti. Il-wajer tal-azzar miksi tal-aluminju jintuża fil-produzzjoni tal-OPGW u tal-OPPC li huma koperti wkoll mill-investigazzjoni u li huma esportati lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun.

(305)

Connect Com tenniet ukoll id-dikjarazzjonijiet li qajmet is-CCCME kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħha fil-premessa (259) mingħajr ma pprovdiet elementi ġodda.

(306)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (260), dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(307)

Connect Com tenniet ukoll l-affermazzjonijiet tagħha fil-premessa (281) mingħajr ma ġabet elementi ġodda.

(308)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (283) sa (285), dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(309)

ConnecCom sostniet ukoll li peress li l-OPGW u l-OPPC huma koperti wkoll mill-investigazzjoni, il-produttur Arġentin magħżul għandu jimmanifattura wkoll dan it-tip ta’ OFC u l-Kummissjoni għandha tiżvela jekk dan huwiex il-każ.

(310)

Il-Kummissjoni tinnota li ma hemm l-ebda rekwiżit bħal dan li l-produttur magħżul minn pajjiż rappreżentattiv għandu jimmanifattura t-tip ta’ prodott esportat mill-produtturi Ċiniżi. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda bħala irrilevanti.

(311)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME tenniet l-affermazzjonijiet tagħha fil-premessa (259) li l-Arġentina ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-uniku produttur fl-Arġentina identifikat mill-Kummissjoni (jiġifieri Prysmian Energia) kien relatat ma’ wieħed mill-ilmentaturi u l-kumpanija kellha sehem kbir fis-suq tal-Arġentina. Hija rreferiet għal darb’oħra għall-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ glifosat miċ-Ċina (131) fejn l-Arġentina, l-Awstralja, l-Indja, u l-Malasja ġew miċħuda bħala pajjiżi analogi minħabba li s-swieq tagħhom kienu fil-biċċa l-kbira ddominati minn kumpaniji relatati mal-ilmentatur ewlieni tal-UE. Hija kompliet issostni li l-Kummissjoni ma indirizzatx id-dikjarazzjoni rigward l-investigazzjoni tal-glifosat u lanqas ma wriet li l-SG & A u d-data dwar il-profitt tal-produttur Arġentin setgħu jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali.

(312)

Kif dikjarat fil-premessa (260), il-fatt li l-kumpanija magħżula fil-pajjiż rappreżentattiv hija relatata ma’ produttur tal-Unjoni ma għandux effett fuq l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Is-CCCME tirreferi għal każ li kien jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7)(a) preċedenti tar-Regolament bażiku, li tħassar f’Diċembru 2017 (132). L-Artikolu 2(7)(a) kien jirrekjedi li ssir għażla ta’ pajjiż terz xieraq b’ekonomija tas-suq, magħruf ukoll bħala “pajjiż analogu” u l-għażla ta’ produttur li jkun ibbażat f’dak il-pajjiż. Skont l-Artikolu 2(6a), pjuttost milli tintalab u tiġi vverifikata d-data ta’ produttur mill-pajjiż analogu, il-Kummissjoni minflok tiddependi fuq informazzjoni disponibbli fil-pront li tkun relatata mal-PI. Bħala tali, il-proċedura skont l-Artikolu 2(6a) hija fundamentalment differenti u l-Kummissjoni ma tqisx li l-allegata relazzjoni f’dan il-każ jista’ jkollha xi effett fuq l-adegwatezza li wieħed jibbaża fuq id-data disponibbli fil-pront tal-produttur Arġentin. Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpanija għandha sehem kbir fis-suq tal-Arġentina ma jfissirx li ma hemm l-ebda kompetizzjoni fl-Arġentina. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(313)

Is-CCCME sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma speċifikatx l-istandard li rreferiet għalih meta ddeterminat jekk il-marġni ta’ profitt ta’ produttur f’pajjiż rappreżentattiv huwiex raġonevoli jew le. Hija sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex il-marġni ta’ profitt attwali ta’ produttur fis-suq li ma nstabx li kien distort ma jistax jintuża fil-kostruzzjoni tal-valur normali.

(314)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-affermazzjoni. Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew ipprovduti fil-premessi (258) u (294) fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Arġentina ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u għalhekk il-Kummissjoni kellha tuża l-profitt għal produttur mill-Arġentina. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.3.   Is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(315)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli fil-pront dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(316)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-istatistika tal-ILO u t-tariffi tal-elettriku ppubblikati minn żewġ distributuri tal-elettriku, jiġifieri Edenor u Edesur biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija mingħajr distorsjoni rispettivament, kif spjegat fil-premessa (348).

(317)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ħafna ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta, tista’ tiġbor fi grupp lil dawk li jirrappreżentaw piż negliġibbli tal-kost tal-manifattura taħt “oġġetti tal-konsum”. Fir-rigward tat-trattament tagħhom fil-kalkolu tal-valur normali, il-Kummissjoni infurmat li kienet se tikkalkula l-perċentwal tal-oġġett tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni segwiet dan l-approċċ kif spjegat aktar ’il quddiem fil-premessa (320).

3.4.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.4.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(318)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2 (6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni tal-OFC

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Merkanzija fl-Arġentina

Valur Mingħajr Distorsjoni

Unità tal-Kejl

Materja prima

Wajer bil-Liga tal-Aluminju

7605 29 90

32,60

CNY/kg

Azzar Miksi bl-Aluminju

7217 30 10 ,

7217 30 90

10,17

CNY/kg

Vireg tal-Aluminju

7605 21 10

7605 21 90

27,59

CNY/kg

Strixxa tal-Aluminju

7606 12 20 ,

7606 12 90

21,68

CNY/kg

Strixxa/żigarella tal-Aluminju

7606 91 00

29,03

CNY/kg

Ħajt tal-Aramid

5402 11 00

148,37

CNY/kg

Ġeli tal-Kejbil

4002 99 90

26,58

CNY/kg

Pejst tal-kejbil

2710 19 93 ,

2710 19 99

9,26

CNY/kg

Aċetat tal-Vinil-Etilene (EVA)

3905 29 00

15,93

CNY/kg

Ħabel li jimla

5607 49 00

33,44

CNY/kg

Materjal tal-Kisi b’Ritardant tal-Fjammi

3901 90 10 ,

3901 90 20 ,

3901 90 50 ,

3901 90 90

16,22

CNY/kg

Polimeru msaħħaħ b’fibra tal-ħġieġ

3921 90 19

25,31

CNY/kg

Polimeru msaħħaħ b’fibra tal-ħġieġ

3921 90 19

25,31

CNY/kg

Polimeru msaħħaħ b’fibra tal-ħġieġ miksi bil-kolla

3919 90 10 ,

3919 90 90

48,53

CNY/kg

Ħajt b’Fibra tal-Ħġieġ

7019 19 00

135,88

CNY/kg

Materjal tal-kisi konvenzjonali tal-polietilen b’densità baxxa

3901 20 19 ,

3901 20 29

7,81

CNY/kg

Polietilen b’Densità baxxa

3901 40 00

8,26

CNY/kg

Materjal tal-kisi konvenzjonali tal-polietilen b’densità baxxa

3901 10 10 ,

3901 10 91 ,

3901 10 92

7,88

CNY/kg

materjal tal-kisi b’żero aloġenu u bi ftit duħħan

3901 30 10 ,

3901 30 90

13,39

CNY/kg

Fibra ottika

9001 10 11 ,

660,5

CNY/kg

Wajer tal-azzar miksi bil-gomma — fosforizzat

7217 90 00

12,54

CNY/kg

Polibutilen tereftalat

3907 99 11 ,

3907 99 19

14,00

CNY/kg

Elastomeru tal-poljolefin

3901 90 10 ,

3901 90 20 ,

3901 90 50 ,

3901 90 90 ,

3902 90 00

19,06

CNY/kg

Unità Ottika tal-Azzar Inossidabbli

8544 70 90

114,79

CNY/kg

Strixxa tal-Azzar Inossidabbli

7219 32 00

16,63

CNY/kg

Strixxa/tejp tal-Azzar Inossidabbli

7220 20 10 ,

7220 20 90

17,03

CNY/kg

Ħajta tal-Azzar

7312 10 10 ,

7312 10 90

16,82

CNY/kg

Strixxa tal-Azzar

7212 50 90

26,16

CNY/kg

Wajer tal-azzar

7217 10 11 ,

7217 10 19 ,

7217 10 90

7,99

CNY/kg

Tejp

3919 10 20

66,66

CNY/kg

Ħajt

5402 20 00

16,01

CNY/kg

Manodopera

Pagi tal-ħaddiema fis-settur tal-produzzjoni

[MHUX APPLIKABBLI]

40,1

CNY/h

Enerġija

Elettriku

[MHUX APPLIKABBLI]

0,3390

CNY, kWh

Materja prima

(319)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrappurtat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni taċ-Ċina u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (69) ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li eskludiet l-importazzjonijiet lejn l-Arġentina miċ-Ċina u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi (aktar minn 70 % tal-volumi totali importati lejn l-Arġentina).

(320)

Fid-dawl tan-numru eċċezzjonalment għoli ta’ fatturi ta’ produzzjoni użati mill-produtturi esportaturi, għal numru minnhom, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum, peress li l-impatt fuq il-kalkolu tal-valur normali tqies limitat ħafna. Il-materja prima effettiva inkluża fl-oġġetti tal-konsum ġiet elenkata fid-divulgazzjoni speċifika għall-kumpanija. Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti.

(321)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv.

(322)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur inkluż fil-kampjun għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost effettiv ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

(323)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp FTT iddikjara li l-kodiċi tal-komodità fl-Arġentina għall-fibra ottika 9001 10 19 ma kienx għal fibri b’modalità waħda iżda għal fibra multimodali u fibri speċjali li ma ntużawx fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat. Dan kien minħabba l-fatt li l-fibri koperti mill-kodiċi kellhom dijametru ogħla minn 11-il micron li kien għall-fibra multimodali.

(324)

Din l-affermazzjoni nstabet li kienet ġustifikata u għalhekk il-Kummissjoni qablet li tirrevedi l-punt ta’ riferiment għal fibri ottiċi skont dan.

(325)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT sostna li l-Kummissjoni żbaljat meta ma inkludietx fil-kalkolu tal-punt ta’ riferiment għal fibri ottiċi l-importazzjonijiet permezz tal-kodiċi Arġentin tal-komodità 9001 10 20 minħabba li inkludiet kejbils ottiċi kif iddikjarat fil-premessa (274) peress li l-kejbils tal-fibra ottika ġew importati permezz tal-kodiċi Arġentin tal-komodità 8544 70 00. Madankollu, il-grupp FTT iddikjara li ma kellu l-ebda oġġezzjoni għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinjora dan il-kodiċi ta’ komodità Arġentin.

(326)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kodiċi HS 8544 70 huwa għal kejbils fibrottiċi b’modalità waħda, magħmulin minn fibra waħda jew aktar miksija individwalment, b’kejsing protettiv, kemm jekk fihom kondutturi elettriċi kif ukoll jekk le u teskludi l-kejbils li fihom il-fibri ottiċi kollha huma individwalment mgħammra b’konnetturi operattivi f’estremità waħda jew fiż-żewġ estremitajiet u kejbils iżolati tal-plastik għal użu taħt il-baħar li fihom konduttur tar-ram jew tal-aluminju li fih il-fibri jinsabu fil-modulu/i tal-metall. Min-naħa l-oħra l-intestatura 9001 hija għal fibri ottiċi u mazzi ta’ fibri ottiċi kif ukoll għal kejbils ta’ fibri ottiċi ħlief dawk tal-intestatura 8544. Id-deskrizzjoni tal-kodiċi doganali Arġentin 9001 10 20 taqra “mazzi u kejbils fibrottiċi”. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(327)

Il-grupp FTT iddikjara wkoll li d-data użata mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju għal fibra ottika tinkludi kemm fibri kkuluriti kif ukoll dawk mhux ikkuluriti u talab lill-Kummissjoni tnaqqas il-kost tal-kulur tal-fibra li ġarrbet mill-valur tal-parametru referenzjarju.

(328)

Il-Kummissjoni tinnota li l-evidenza ppreżentata minn FTT biss fil-verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjoni tagħha ma tistax tiġi vvalutata kif xieraq peress li kienet biss silta minn ċertu sett ta’ data. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li l-kalkolu tal-parametri referenzjarji jsir fuq data disponibbli fil-pront u jidher ċar li s-silta mill-informazzjoni pprovduta minn FTT f’dan ir-rigward mhijiex disponibbli fil-pront. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(329)

Il-grupp ZTT iddikjara li biex jinbena l-parametru referenzjarju għall-materja prima “cable jelly”, mill-erba’ kodiċijiet doganali użati mill-Kummissjoni, jiġifieri 4002 99 10, 4002 99 20, 4002 99 30, u 4002 99 90, għandu jintuża biss 4002 99 90. Il-grupp ZTT ressaq evidenza ta’ sostenn li t-tliet kodiċijiet doganali l-oħra ma ntużawx għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat.

(330)

Din l-affermazzjoni wkoll instabet li kienet ġustifikata u għalhekk il-Kummissjoni rrevediet il-punt ta’ riferiment għal fibri ottiċi skont dan.

(331)

Il-grupp ZTT sostna wkoll li l-kodiċi doganali għall-materja prima “vireg tal-aluminju” ma kienx korrett peress li skont in-nomenklatura Arġentina huma jirreferu għal hollows tal-aluminju u profili oħra, aktar milli għal biċċiet u vireg, li mhumiex użati għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat u għalhekk il-Kummissjoni għandha tidentifika kodiċi ieħor. Il-grupp ZTT ma ssuġġeriex kodiċi doganali alternattiv ieħor.

(332)

Il-Kummissjoni kkonfermat li l-kodiċi Arġentin kopra l-vojta tal-aluminju u profili oħra u mhux żbarri u vireg. Wara analiżi ulterjuri, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi l-kodiċi u minflok tuża l-kodiċi HS 7605 21, li jirrigwarda l-vireg tal-liga tal-aluminju li jintużaw għall-manifattura ta’ wajers tal-azzar miksijin tal-aluminju għal wajers tal-art ottiċi (OPGW) (133).

(333)

Il-grupp ZTT sostna wkoll li ma użax ħjut tal-fibra tal-ħġieġ għall-manifattura tal-OFC iżda ftietel tal-fibra tal-ħġieġ u għalhekk il-kodiċi HS korrett ikun 7019 12. Il-grupp ZTT iddikjara li l-fattur deċiżiv li jiddistingwi l-ħjut u l-ħjut mibruma kien jekk il-filamenti humiex mibrumin jew le. Il-grupp ZTT iddikjara li l-filamenti li uża ma kinux mibruma u għalhekk il-kodiċi HS korrett kien dak għall-ħjut mibruma, jiġifieri 7019 12.

(334)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-kodiċi HS 7019 12 huwa għal ftietel tal-fibra tal-ħġieġ li huma l-materja prima għall-manifattura tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni kkonfermaw li l-ftietel tal-fibra tal-ħġieġ huma materja prima użata mill-fornituri tal-ħjut tal-ħġieġ u vireg rinfurzati tal-ħġieġ tal-industrija tal-OFC. Għalhekk, il-kodiċi HS korrett huwa 7019 19.

(335)

Il-grupp FTT iddikjara li l-fattur tal-produzzjoni “ilma” ġie inkluż ħażin mill-Kummissjoni fl-“oġġetti konsumabbli” filwaqt li dan il-fattur ta’ produzzjoni ma kienx kost dirett tal-materja prima iżda kost dirett.

(336)

Il-Kummissjoni inkludiet il-fattur ta’ produzzjoni “ilma” fl-oġġetti konsumabbli peress li dan kien jirrappreżenta inqas minn 0,05 % tal-ispiża diretta totali u għalhekk l-impatt tiegħu fuq il-marġni tad-dumping kien negliġibbli.

(337)

Il-grupp FTT argumenta li l-Kummissjoni kienet meħtieġa tibni punt ta’ riferiment għal kull fattur ta’ produzzjoni peress li kkonkludiet li l-fatturi kollha tal-produzzjoni kienu distorti. Għalhekk, hija sostniet li l-Kummissjoni ma tħallietx tiġbor flimkien diversi fatturi tal-produzzjoni taħt oġġetti konsumabbli u tapplika l-metodoloġija tal-kalkolu spjegata fil-premessa (320) peress li dan joħloq distorsjoni fid-data. Il-grupp FTT talab lill-Kummissjoni biex tuża d-data rrapportata tal-grupp FTT għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni. Il-grupp ZTT ukoll ma qabilx mal-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-oġġetti konsumabbli u sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula parametru referenzjarju għall-oġġetti konsumabbli separatament minn inputs oħra.

(338)

Kif spjegat fil-premessa (320), minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni (pereżempju aktar minn 60 fattur ta’ produzzjoni għat-FTT), il-Kummissjoni inkludiet diversi fatturi ta’ produzzjoni (madwar 30 fattur ta’ produzzjoni għall-FTT) li kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni (madwar 4 % għat-FTT) fl-oġġetti konsumabbli. Il-Kummissjoni qieset li l-akkwist ta’ dawn il-fatturi kollha tal-produzzjoni kien jinvolvi piż amministrattiv sinifikanti, meta wieħed iqis ukoll li għal xi wħud minnhom il-valuri tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ma kinux rappreżentattivi, filwaqt li l-impatt fuq il-kalkolu tal-valur normali, li dawn il-fatturi tal-produzzjoni jirrappreżentaw biss parti minnhom, kien ikkunsidrat limitat ħafna. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat il-metodoloġija standard tagħha għall-kalkolu tal-valur bla distorsjoni tal-oġġetti tal-konsum, jiġifieri billi tikkalkula l-perċentwal ta’ oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti. Din il-metodoloġija, li tikkonċerna sehem tant żgħir tal-kost tal-manifattura u sehem saħansitra iżgħar tal-kalkoli tal-valur normali, titqies li twassal għal riżultati simili ħafna għall-metodoloġija bbażata fuq il-ksib ta’ kull fattur tal-produzzjoni. Fi kwalunkwe każ, din il-metodoloġija tista’ tirriżulta f’eżitu favorevoli għall-produtturi esportaturi, jekk il-valur reali sottostanti tal-inputs ikun ogħla minn dak ikkalkulat bħala perċentwal tal-kost totali tal-materja prima. L-ebda parti interessata ma pprovdiet evidenza li l-approċċ segwit mill-Kummissjoni jwassal għal riżultat inqas favorevoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li ġew stabbiliti distorsjonijiet sinifikanti fit-taqsima 3.1.1. hawn fuq. F’dak il-każ, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż domestiċi jistgħu jintużaw iżda biss sal-punt li huma stabbiliti pożittivament biex ma jiġux distorti, fuq il-bażi ta’ evidenza preċiża u xierqa. L-ebda evidenza bħal din fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni miġbura taħt oġġetti konsumabbli ma tressqet mill-produtturi esportaturi, u lanqas ma nstabet mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tuża d-data rrapportata mill-grupp FTT. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu ta’ valur mingħajr distorsjoni għall-oġġetti konsumabbli hija xierqa peress li ma hemmx informazzjoni aħjar disponibbli. Il-grupp ZTT ukoll ma ppruvax iressaq il-punt ta’ riferiment kif ikkalkulat bl-użu tal-valuri tal-importazzjoni tal-GTA fil-pajjiż rappreżentattiv, u lanqas ma ssuġġerixxa parametru referenzjarju alternattiv mingħajr distorsjoni għall-oġġetti konsumabbli. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(339)

Il-grupp ZTT sostna li s-sitt prodotti sekondarji/skart irrapportati bħala fatturi ta’ produzzjoni ma għandhomx jiġu inklużi fl-oġġetti konsumabbli u l-Kummissjoni għandha tibni parametru referenzjarju għal kull wieħed minnhom.

(340)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (320), fid-dawl tan-numru eċċezzjonalment għoli ta’ fatturi ta’ produzzjoni użati mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni inkludiet diversi fatturi ta’ produzzjoni li l-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fl-oġġetti tal-konsum. Is-sitt prodotti sekondarji/skart irrappurtati mill-grupp ZTT irrappreżentaw, skont il-prodotti sekondarji/l-iskart, bejn inqas minn 0,005 % u inqas minn 0,050 % tal-ispejjeż diretti totali u b’kollox inqas minn 0,10 % tal-ispejjeż diretti totali. Għalhekk, l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-valur normali kien immaterjali, u l-istess kunsiderazzjonijiet miġbura fil-qosor fil-premessa (338) huma rilevanti f’dan ir-rigward. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(341)

Il-grupp FTT iddikjara li billi tuża l-valuri CIF biex tibni parametri referenzjarji li jinkludu l-kostijiet tat-trasport barra mill-Arġentina, l-imposti fuq it-trasport bil-baħar u l-assigurazzjoni, il-Kummissjoni tinnega kwalunkwe vantaġġ komparattiv li l-produtturi jista’ jkollhom minħabba d-disponibbiltà ta’ ċerta materja prima fis-suq domestiku tagħhom.

(342)

L-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq “sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli fil-pront.” Il-Kummissjoni ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha data tal-fajl dwar il-prezzijiet domestiċi fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli. B’kuntrast ma’ dan, id-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni hija disponibbli fil-pront u l-Kummissjoni tuża l-GTA bħala s-sors ta’ din id-data. Din il-parti naqset ukoll milli tippreżenta data rilevanti possibbli mill-pajjiż rappreżentattiv li tista’ tintuża fl-investigazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(343)

Il-grupp ZTT ukoll ma qabilx mal-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu ta’ kost mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima spjegat fil-premessa (322). Il-gruppi ZTT ressqu l-argument li l-Kummissjoni għandha tikkalkula b’mod individwali l-ispiża tat-trasport għal kull materja prima. Ġie miżjud ukoll li l-ispiża tat-trasport tista’ tvarja b’mod sinifikanti minn fattur ta’ produzzjoni għall-ieħor.

(344)

Il-Kummissjoni tinnota li l-grupp ZTT u ssuġġeriex kif il-Kummissjoni għandha tikkalkula b’mod individwali l-ispiża tat-trasport għal kull materja prima. Kif spjegat fil-premessa (322), il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.1.1.   Manodopera

(345)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fl-Arġentina. L-istatistika tal-ILO tipprovdi informazzjoni dwar il-kost lavorattiv medju għall-2018 għal diversi okkupazzjonijiet. Madankollu, il-kost lavorattiv medju għas-settur tal-manifattura ma kienx disponibbli. Biex tistabbilixxi l-valur referenzjarju għall-kost lavorattiv, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO flimkien ma’ informazzjoni pubblikament disponibbli dwar il-kostijiet lavorattivi addizzjonali (bħal taxxi) imġarrba minn impjegatur fl-Arġentina (134). Il-Kummissjoni użat ukoll l-indiċi (135) biex taġġusta d-data tal-2018 għall-inflazzjoni.

(346)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-kost lavorattiv ta’ “operaturi u muntaturi ta’ impjanti u makkinarji” peress li kienu fil-biċċa l-kbira qrib it-tip ta’ forza tax-xogħol fl-OFC.

(347)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-grupp ZTT ma ppreżenta l-ebda evidenza li turi li l-biċċa l-kbira tal-impjegati tal-grupp ZTT kienu operaturi u muntaturi ta’ impjanti u makkinarji. Peress li l-industrija tal-OFC hija industrija tat-teknoloġija avvanzata, il-produtturi tal-OFC jimpjegaw ħafna inġiniera u tekniċi li huma kklassifikati mill-ILO fil-kategorija “professjonisti” kif ukoll tekniċi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li huma kklassifikati mill-ILO taħt “tekniċi u professjonisti assoċjati”. Il-kost lavorattiv medju ta’ dawn it-tliet okkupazzjonijiet huwa aktar minn 20 % ogħla mill-valur tal-kost lavorattiv totali użat mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur referenzjarju għax-xogħol. Peress li l-Kummissjoni m’għandhiex tqassim tal-proporzjon tan-numru ta’ impjegati f’dawn il-kategoriji ewlenin fin-numru totali ta’ impjegati, hija qieset xieraq li tintuża l-ispiża medja tax-xogħol ipprovduta mill-ILO. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.1.2.   Elettriku

(348)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fl-Arġentina huwa ppubblikat mid-distributuri tal-elettriku Edenor u Edesur (136) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-informazzjoni tippermetti li jiġi identifikat il-prezz tal-elettriku mħallas mill-utenti industrijali (Tarifa T3). Din tipprovdi wkoll dettalji dwar il-prezzijiet imħallsa mill-utenti industrijali li għażlu rati differenzjati bbażati fuq il-ħin tal-ġurnata meta jiġi kkonsmat l-elettriku u jintuża l-vultaġġ. Il-Kummissjoni użat dawn it-tariffi għall-kalkolu.

(349)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT iddikjara li kien hemm żball fil-formula għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju għall-elettriku.

(350)

Il-Kummissjoni kkoreġiet dan l-iżball, li l-impatt tiegħu kien minuri.

3.4.2.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(351)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq.

(352)

Il-kostijiet indiretti tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(353)

Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2019 għal Prysmian Energia Cables y Sistemas de Argentina S.A. kif estratta minn Dun and Bradstreet (D&B) (137). Il-Kummissjoni għamlet din id-data disponibbli għall-partijiet interessati fit-Tieni Nota.

(354)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp FTT ma qabilx mal-metodoloġija tal-kalkolu applikata għall-ispejjeż ġenerali spjegati fil-premessa (352) u argumenta li l-Kummissjoni bbażat “data distorta” biex tikkalkula mill-ġdid il-valur “distort” li kien kontradittorju għall-prinċipji legali u l-prattika tal-Kummissjoni u talab lill-Kummissjoni biex iżżomm id-data oriġinali rrapportata mill-grupp FTT. ZTT ukoll ma qabilx mal-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kostijiet indiretti u talab lill-Kummissjoni tikkalkula parametru referenzjarju għal dan, separatament minn inputs oħra.

(355)

Il-Kummissjoni nnotat li d-data tal-kostijiet indiretti ma kinitx disponibbli fil-pront separatament fir-rapporti finanzjarji tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, hekk kif jiġu stabbiliti distorsjonijiet sinifikanti, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż domestiċi jistgħu jintużaw iżda biss sal-punt li huma stabbiliti pożittivament biex ma jiġux distorti, fuq il-bażi ta’ evidenza preċiża u xierqa. L-ebda evidenza bħal din fir-rigward tal-kostijiet indiretti ma tressqet mill-produtturi esportaturi, u lanqas ma nstabet mill-Kummissjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu ta’ valur mingħajr distorsjoni għall-kostijiet indiretti xierqa peress li ma hemmx informazzjoni aħjar disponibbli. Lanqas il-grupp ZTT ma ssuġġerixxa xi parametru referenzjarju alternattiv mingħajr distorsjoni għall-kostijiet indiretti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(356)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT iddikjara li l-SG&A u l-profitt tiegħu stess ma għandhomx jiġu esklużi mill-kunsiderazzjoni peress li l-Kummissjoni ma tatx prova li dan kien distort.

(357)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (142), il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Għalhekk, f’dan il-każ, kif iddikjarat fil-premessa (158), il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tagħti prova li l-kostijiet reali SG&A tal-produtturi esportaturi kienu mingħajr distorsjoni.

3.4.3.   Il-kalkolu

(358)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(359)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-konsum tal-materja prima, tal-manodopera u tal-enerġija). Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fil-premessa (318).

(360)

It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet indiretti tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u l-oġġetti konsumabbli msemmija fil-premessa (317) u sussegwentement espressi bħala sehem tal-kostijiet tal-manifattura li fil-fatt ġew imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(361)

Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt kif innotat fil-premessi (351) sa (353). Dawn ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Prysmian Energia Cables y Sistemas de Argentina S.A kif spjegat fil-premessa (353).

(362)

Mal-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt ta’ Prysmian Energia Cables y Sistemas de Argentina S.A. L-SG&A espressi bħala perċentwal tal-kost tal-prodotti mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, kienu jammontaw għal 15 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 10,6 %.

(363)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.5.   Prezz tal-esportazzjoni

(364)

Il-grupp inkluż fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala negozjant jew importatur.

(365)

Il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ magħmul direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u permezz ta’ kumpaniji kummerċjali kien il-prezz effettivament imħallas jew li jrid jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(366)

Il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ permezz tal-importaturi relatati ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A u profitt raġonevoli.

(367)

Il-medja ponderata tal-profitti tal-importaturi li kkooperaw (ara l-premessa (28)) intużat bħala marġni ta’ profitt raġonevoli. Dan il-marġni ta’ profitt ivarja bejn 15 % u 25 %.

(368)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-gruppi ZTT u FTT iddikjaraw li kien hemm għadd doppju ta’ ċerti konċessjonijiet li tnaqqsu kemm mil-lista tal-bejgħ kif ukoll mill-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi.

(369)

Dawn l-affermazzjonijiet instab li huma ġustifikati u l-Kummissjoni rrevediet il-prezz tal-esportazzjoni skont dan. Il-valutazzjoni dettaljata ta’ din id-dikjarazzjoni ġiet ipprovduta liż-żewġ gruppi fid-divulgazzjoni speċifika peress li fiha informazzjoni kunfidenzjali.

(370)

Il-grupp FTT ddikjara li l-Kummissjoni ma għandhiex tnaqqas mill-prezz tal-esportazzjoni t-tariffa totali tal-aġent, li saret minn erba’ tipi differenti ta’ tariffi, iżda mit-tariffa tal-aġent tal-esportazzjoni biss.

(371)

Il-Kummissjoni talbet lill-grupp FTT biex jissottometti informazzjoni addizzjonali dwar il-ħlas tat-tariffa tal-aġent lill-aġent relatat tiegħu. L-informazzjoni sottomessa mill-grupp FTT uriet li fil-fatt it-TTF ħallset lill-aġent relatat tiegħu l-ammont totali tat-tariffa tal-aġent u mhux biss it-tariffa tal-aġent tal-esportazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(372)

Il-grupp FTT iddikjara li l-Kummissjoni użat it-tariffa tal-aġent żbaljata għall-prodott ikkonċernat għall-2020 u naqqset darbtejn l-ispejjeż tat-trasport u tal-immaniġġjar bil-baħar; darba bħala konċessjoni fil-lista tal-bejgħ, u darba bħala parti mit-tariffa tal-aġent.

(373)

Dawn l-affermazzjonijiet instabu li kienu ġġustifikati u għalhekk ġew aċċettati. Il-kalkolu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ġie aġġustat skont dan.

(374)

Il-grupp FTT sostna wkoll li meta jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ tal-entità relatata tiegħu NW, il-Kummissjoni ma għandhiex tnaqqas it-tariffa tal-aġent applikata għall-bejgħ ta’ FTT peress li (1) ma kien hemm l-ebda ftehim bejn NW u FTT u lanqas mal-aġent tal-esportazzjoni ta’ FTT, (2) dawn it-tariffi kienu riflessi fi tranżazzjonijiet bejn FTT u l-aġent tagħha u (3) it-tranżazzjonijiet bejn NW u FTT kienu tranżazzjonijiet domestiċi espressi bil-valur tal-fattura tal-VAT.

(375)

Il-kuntratt bejn l-FTT u l-aġent relatat tagħha ma jispeċifikax li t-tariffa tal-aġent tapplika biss għall-bejgħ tal-OFC immanifatturat mill-FTT. Peress li t-TTF tesporta wkoll OFC immanifatturat minn NW, it-tariffa tal-aġent għandha titnaqqas għall-esportazzjonijiet kollha ta’ TTF irrispettivament mill-manifattur. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(376)

Il-grupp tat-FTT sostna wkoll li l-marġni ta’ profitt tal-importatur mhux relatat iddikjarat fil-premessa (367) mhuwiex rappreżentattiv u normalment ma jinkisibx mill-importaturi. Il-grupp tat-FTT iddikjara wkoll li l-importaturi magħżula mill-Kummissjoni għandhom ambitu kummerċjali differenti meta mqabbel mal-importaturi relatati li huma parti mill-grupp FTT.

(377)

Mill-bidu nett ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma għażlitx l-importaturi. Il-kooperazzjoni fl-investigazzjoni antidumping tal-importaturi hija fuq bażi volontarja. Kif spjegat fil-premessa (28), ħames importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni talbet lill-importaturi kollha li kkooperaw biex jibagħtu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Kif iddikjarat fil-premessa (42), il-Kummissjoni wettqet kontroverifika tal-informazzjoni ppreżentata mill-importaturi. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (367), il-marġni ta’ profitt użat huwa l-medja ponderata tal-profitti tal-importaturi li kkooperaw imsemmija fil-premessa (28) li setgħu jippreżentaw data għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dan il-marġni ta’ profitt kien rappreżentattiv u preċiż.

3.5.1.   Tqabbil

(378)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ex-works.

(379)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-ġarr u għat-tagħbija, għall-kostijiet ta’ kreditu, għall-imposti bankarji, għal imposti oħra fuq l-importazzjoni, għall-ispejjeż tal-imballaġġ, għall-kummissjonijiet u għar-ribassi ta’ tmiem is-sena.

(380)

Sar ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati. Instab li l-funzjonijiet tan-negozjanti fiċ-Ċina u f’Hong Kong kienu simili għal dawk ta’ aġent. Dawk in-negozjanti kienu qed ifittxu klijenti u stabbilew kuntatt magħhom. Huma refgħu r-responsabbiltà tal-proċess tal-bejgħ u rċevew mark-up għas-servizzi tagħhom. L-aġġustament kien jikkonsisti mill-SG&A tal-kumpaniji kummerċjali u profitt ta’ 10 %. Dan il-marġni ta’ profitt tqies bħala stima konservattiva tal-livell xieraq ta’ profitabbiltà fid-dawl tal-marġnijiet għoljin (tipikament fil-firxa ta’ 20 %) miksuba f’dan is-settur minn importaturi mhux relatati.

(381)

Il-grupp ZTT iddikjara li l-kumpaniji produtturi u tal-bejgħ tiegħu jiffurmaw entità ekonomika waħda fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-OFC.

(382)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Ta’ min jinnota li din l-affermazzjoni saret strettament għall-prodott taħt investigazzjoni u mhux għall-prodotti kollha mibjugħa mill-grupp ZTT. Kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali (138), l-eżami ta’ jekk kumpanija relatata tiffurmax entità ekonomika waħda mal-entitajiet produtturi jrid imur lil hinn mill-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Huwa meħtieġ eżami tar-rwol tal-entità produttur u tal-entità li tbigħ għall-prodotti kollha manifatturati jew mibjugħa mill-grupp. L-eżami tal-Kummissjoni żvela fost oħrajn li kien hemm bejgħ dirett sinjifikattiv u nuqqas ta’ kontroll ekonomiku. Għalhekk instab li l-kumpaniji tal-bejgħ tal-grupp ZTT ma setgħux jitqiesu li qed joperaw biss bħala dipartimenti tal-bejgħ interni. Id-dettalji ulterjuri tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni ġew żvelati lill-grupp ZTT fid-divulgazzjoni speċifika tagħhom peress li dawn jinkludu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(383)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-kumpaniji tal-bejgħ tal-grupp ZTT ma setgħux jitqiesu li qed joperaw biss bħala dipartimenti tal-bejgħ interni. Hija sostniet li anki jekk waħda mill-entitajiet produtturi ma kellhiex sjieda ta’ ishma jew kontroll ekonomiku fuq in-negozjant Ċiniż, kien hemm kontroll komuni għaż-żewġ kumpaniji.

(384)

Il-Kummissjoni nnutat li anke jekk dan huwa l-każ, din il-kundizzjoni hija biss prerekwiżit u mhijiex deċiżiva.

(385)

Barra minn hekk, il-grupp ZTT sostna li l-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza li l-kumpanija kummerċjali biegħet prodotti minn kumpaniji mhux relatati u li kien hemm kuntratt bil-miktub li jindika t-tranżazzjonijiet distakkati bejn il-produtturi u n-negozjant għall-bejgħ għall-esportazzjoni. Huwa ressaq ukoll l-argument li l-bejgħ tal-esportazzjoni biss kien rilevanti għal din il-valutazzjoni, filwaqt li l-bejgħ domestiku kien irrilevanti u li l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat biss għandu jiġi vvalutat. F’dan ir-rigward huwa sostna li kien irrelevanti jekk l-entitajiet produtturi bigħux prodotti oħra direttament peress li l-kumpanija kummerċjali ma ħadmitx bħala d-dipartiment intern tal-bejgħ għal dawk il-prodotti. Ġie ddikjarat li jista’ jkun hemm diversi dipartimenti tal-bejgħ f’kumpanija kull waħda speċifikata fi prodott partikolari. Ġie ddikjarat ukoll li l-ebda produttur ma kellu dipartiment tal-bejgħ għall-esportazzjoni u lanqas ma kellu persunal tal-bejgħ biex jimmaniġġja l-funzjonijiet tal-esportazzjoni. Il-grupp ZTT iddikjara wkoll li ma kienx rilevanti dak li ddikjarat il-liċenzja tan-negozju tan-negozjant, peress li dan kien jikkonċerna l-“forma” u mhux ir-realtà ekonomika.

(386)

Il-Kummissjoni ssostni l-konklużjonijiet tagħha li n-negozjant Ċiniż ma setax jitqies li qed jopera sempliċiment bħala dipartiment tal-bejgħ intern. L-eżami ta’ jekk kumpanija relatata tiffurmax entità ekonomika waħda mal-entitajiet produtturi jrid imur lil hinn mill-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni (139). Waħda mill-entitajiet produtturi kellha bejgħ dirett sinifikanti għall-esportazzjoni ta’ prodotti oħra li jvarja bejn 17 % u 22 % tal-bejgħ totali u għalhekk kellha bżonn li jkollha dipartiment tal-bejgħ għall-esportazzjoni u persunal tal-bejgħ minkejja dak li qal il-grupp ZTT. Fir-rigward tal-liċenzja tan-negozju tan-negozjant, ta’ min jinnota li l-evidenza dokumentarja dwar in-natura tal-funzjonijiet hija tabilħaqq rilevanti għall-valutazzjoni tar-rwol tan-negozjant.

(387)

Il-grupp ZTT tenna wkoll id-dikjarazzjoni tiegħu li l-importatur relatat fl-Unjoni kien jifforma entità ekonomika waħda.

(388)

Il-Kummissjoni żammet il-konklużjoni tagħha li fir-rigward tal-esportazzjonijiet permezz tal-importatur relatat fl-Unjoni, l-eżistenza jew le ta’ entità ekonomika waħda mhijiex rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Tali dispożizzjoni tapplika biex jiġi aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni f’każijiet fejn il-prezz tal-esportazzjoni ma jkunx affidabbli minħabba assoċjazzjoni jew arranġament ta’ kumpens bejn l-esportatur u l-importatur jew parti terza. F’dan il-każ, ma kienx ikkontestat li l-grupp ZTT ibigħ lill-UE permezz ta’ importatur relatat u għalhekk din id-dispożizzjoni hija applikabbli bis-sħiħ.

(389)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp FTT u s-CCCME sostnew li l-Kummissjoni ma spjegatx is-sors tal-marġni ta’ profitt ta’ 10 % u jekk dan l-ammont kienx raġonevoli u prevalenti fis-suq.

(390)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-affermazzjoni. Din l-informazzjoni hija pprovduta fil-premessa (380).

(391)

Il-grupp FTT u s-CCCME ddikjaraw ukoll li meta ġie stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni għal NW l-ebda aġġustament ma seta’ jsir għall-SG & A (minbarra l-ispejjeż tal-bejgħ dirett) u l-profitt imġarrab min-negozjanti relatati tiegħu fiċ-Ċina u f’Hong Kong peress li l-Kummissjoni ma kinitx uriet li l-funzjonijiet ta’ dawn in-negozjanti kienu simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni.

(392)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni ttenni l-valutazzjoni tagħha żviluppata fil-premessa (380). Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li kien hemm varjazzjoni sinifikanti fil-prezz meta jitqabblu t-taqsimiet differenti tal-fluss tal-bejgħ lejn l-Unjoni li jvarjaw bejn 18 % u 30 % skont it-taqsima. Għalhekk, kien ċar li kull negozjant irċieva mark-up li fil-fatt kien ogħla mill-profitt tal-kumpanija kummerċjali mhux relatata mnaqqas mill-Kummissjoni kif iddikjarat fil-premessa (380).

(393)

Il-grupp FTT iddikjara wkoll li jemmen li l-ammont ta’ SG&A ta’ Prysmian Energia Cables y Sistemas de Argentina S.A. kien fih l-ispejjeż kollha tiegħu mġarrba matul il-perjodu kontabilistiku. Il-grupp FTT talab lill-Kummissjoni biex tnaqqas l-ispejjeż tal-bejgħ dirett (bħal spejjeż ta’ trasport u ġestjoni) mill-ammont totali ta’ SG&A peress li t-tqabbil ta’ prezz tal-esportazzjoni nett mill-ispejjeż tal-bejgħ u dawk finanzjarji ma’ valur normali mingħajr tali tnaqqis ma kienx oġġettiv u ġust. Is-CCCME għamlet talba simili bl-argument li l-Kummissjoni dehret li aġġustat biss il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10) u mhux il-valur normali wkoll. Il-grupp ZTT iddikjara wkoll li d-data finanzjarja ta’ Prysmian Energia Cables y Sistemas de Argentina S.A. ma kinitx dettaljata biżżejjed biex tippermetti fehim sħiħ tal-entrati SG&A u l-ammonti korrispondenti tagħhom. Huwa ressaq l-argument li d-dettalji ulterjuri kienu kritiċi biex jiġi żgurat it-tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp ZTT u l-valur normali maħdum, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-profitt derivat mill-operazzjoni kummerċjali ewlenija (bħall-bejgħ ta’ kejbils), aktar milli minn attività kummerċjali oħra jew introjtu mhux operatorju. Dan id-dħul m’għandux jiġi inkluż fil-profitt użat biex jinħadem il-valur normali. Barra minn hekk, il-grupp ZTT iddikjara li jekk il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi divulgazzjoni aktar sinifikanti tad-data finanzjarja relatata ma’ Prysmian Energia Cables y Sistemas de Argentina S.A., il-Kummissjoni għandha tuża d-data tal-produtturi Malażjani li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tagħhom kienu disponibbli.

(394)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. L-SG&A ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn il-kost tal-oġġetti mibjugħa u l-ispejjeż operatorji l-oħra abbażi tal-informazzjoni faċilment disponibbli. Il-Kummissjoni nnutat li l-affermazzjoni li skontha tali spejjeż kienu inklużi fil-kostijiet SG&A rrapportati għall-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma pprovdew l-ebda kwantifikazzjoni għal dan l-aġġustament. Kif spjegat fil-premessa (280), il-Kummissjoni ddivulgat lill-partijiet interessati l-informazzjoni finanzjarja rilevanti disponibbli fil-pront ta’ Prysmiam Energia minn Dun & Bradstreet fit-Tieni Nota. L-ebda parti interessata ma pprovdiet data SG&A aktar xierqa għal produttur fl-Arġentina. Barra minn dan, peress li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-Arġentina ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq kif dikjarat fil-premessa (294), il-Kummissjoni għandha bżonn tuża l-SG&A għal produttur mill-Arġentina u mhux mill-Malasja. Peress li l-produttur Malażjan ma rreġistrax profitti raġonevoli, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża d-data finanzjarja tagħha. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.5.2.   Marġnijiet tad-dumping

(395)

Fil-każ tal-produttur esportatur li kkoopera inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(396)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet medji ponderati ta’ dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

44,0  %

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

19,7  %

(397)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(398)

Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhux inklużi fil-kampjun li jaqgħu barra mill-kampjun huwa ta’ 31,2 %.

(399)

Għall-marġni tal-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit b’kunsiderazzjoni tal-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produttur esportatur li kkoopera u l-volum totali abbażi tal-importazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjoni — miċ-Ċina.

(400)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli. Il-Kummissjoni qieset bħala xieraq li tibbaża l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun bl-ogħla marġini tad-dumping.

(401)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

44,0  %

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

19,8  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

31,2  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

44,0  %

4.   ID-DANNU

4.1.   Unità ta’ kejl

(402)

Għalkemm l-istatistika uffiċjali tal-importazzjoni hija rrappurtata f’kilogrammi, il-Kummissjoni qieset, f’konformità mal-kummenti mill-produtturi esportaturi u mill-industrija tal-Unjoni, li din l-unità ta’ kejl mhijiex adatta għal kejl xieraq tal-volumi kkonċernati. L-investigazzjoni turi li l-industrija komunement ma tużax il-piż iżda t-tul bħala indikatur ewlieni tal-volum. Dan jista’ jew ikejjel it-tul tal-kejbil (km ta’ kejbil), jew it-tul totali tal-fibri li jinsabu fih (km ta’ fibra). Minħabba li l-investigazzjoni attwali tikkonċerna l-kejbils, il-kilometri tal-kejbil huma meqjusa bħala l-aktar unità xierqa ta’ kejl, li se tintuża fid-determinazzjoni tal-ħsara ta’ hawn taħt.

(403)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME ddikjarat li l-volumi tal-importazzjoni jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi tal-kilometri tal-fibra minflok kilometri tal-kejbils peress li l-kilometri tal-fibra kienu l-istandard tal-industrija aċċettat u l-unika unità ta’ kejl li rriflettiet id-differenzi immensi fin-numri tal-fibri għal kull kejbil.

(404)

Il-Kummissjoni sostniet li l-kilometri bil-kejbil huma l-unità xierqa ta’ kejl peress li l-prodotti soġġetti għall-investigazzjoni huma kejbils u l-għadd ta’ fibri f’kejbil huwa karatteristika speċifika tal-kejbil li hija riflessa fil-PCN. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.2.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(405)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 29 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Bl-eċċezzjoni taż-żewġ kumpaniji msemmija fit-taqsima li jmiss, dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, id-determinazzjoni tad-dannu hija bbażata fuq data ta’ 27 Stat Membru (UE27) għall-perjodu kollu kkunsidrat.

(406)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal 1,2 miljun kilometru ta’ kejbil. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni diretta mid-9 partijiet — 6 ilmentaturi, 3 kumpaniji li jappoġġaw l-ilment — u informazzjoni dwar is-suq għall-bqija tal-produtturi. Kif indikat fil-premessa (26), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 52 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.1.   L-esklużjoni ta’ żewġ produtturi mill-industrija tal-Unjoni

(407)

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li huma relatati mal-esportaturi jew mal-importaturi Ċiniżi u/jew huma stess importaturi tal-prodott li allegatament huwa oġġett ta’ dumping jistgħu jiġu esklużi mill-industrija tal-Unjoni. L-Artikolu 4(2) jiddefinixxi meta l-produtturi għandhom jitqiesu relatati mal-esportaturi jew mal-importaturi.

(408)

Il-Kummissjoni investigat ir-relazzjonijiet eżistenti tal-industrija tal-Unjoni mal-esportaturi jew mal-importaturi tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li produttur wieħed tal-Unjoni inkluż fil-kampjun, importa volum marġinali ta’ kejbils fibrottiċi miċ-Ċina, u ieħor għandu sehem minoritarju fi produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun. Fid-dawl tal-volumi negliġibbli importati mill-ewwel produttur u tal-fatt li t-tieni wieħed wera li la jikkontrolla u lanqas huwa kkontrollat minn dan il-produttur esportatur u li l-effett ta’ din ir-relazzjoni ma kkawżax li jġib ruħu b’mod differenti mill-oħrajn, il-produtturi mhux relatati, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiġi eskluża kumpanija waħda jew oħra mill-industrija tal-Unjoni.

(409)

Fir-rigward tat-tielet produttur mhux inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni qieset, fid-dawl tar-relazzjoni tiegħu ma’ produttur esportatur Ċiniż (li huwa kkontrollat mill-istess entità) u l-kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, li kien xieraq li tali produttur jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, minkejja l-produzzjoni sinifikanti li għandha din il-kumpanija fl-Unjoni.

(410)

Bl-istess mod, fir-rigward ta’ produttur li ma jikkooperax fl-Unjoni, li ddikjara ammont sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Kummissjoni ddeċidiet li, filwaqt li qieset ir-relazzjoni ma’ produttur esportatur Ċiniż u l-ammonti sinifikanti ta’ importazzjonijiet, jenħtieġ li dan jiġi eskluż b’mod provviżorju mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(411)

Peress li l-investigazzjoni ma wrietx li xi produttur ieħor kien relatat mal-esportaturi Ċiniżi jew importat miċ-Ċina, ma kienet meħtieġa l-ebda esklużjoni ulterjuri mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(412)

Is-CCCME ressqet l-argument li għadd ta’ produtturi tal-Unjoni kellhom rabtiet ma’ produtturi Ċiniżi tal-OFC u talbet lill-Kummissjoni twettaq analiżi tad-dannu segmentata billi tanalizza b’mod separat dan il-fluss ta’ importazzjonijiet.

(413)

Fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar finali, is-CCME tenna l-affermazzjoni tiegħu rigward is-segregazzjoni u l-valutazzjoni separata tal-importazzjonijiet. Is-CCCME qieset ukoll li l-Kummissjoni għandha tiddivulga l-volum u l-perċentwal tal-importazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni minn produtturi Ċiniżi relatati u mhux relatati matul il-PI.

(414)

Kif stabbilit hawn fuq, il-Kummissjoni qieset kif xieraq ir-rabtiet tal-produtturi tal-Unjoni ma’ kumpaniji Ċiniżi billi eskludiet produtturi b’importazzjonijiet sinifikanti miċ-Ċina u qieset ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-esportaturi Ċiniżi. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun importaw kwantitajiet marġinali (inqas minn 1 % tal-produzzjoni tagħhom) tal-prodott ikkonċernat minn kumpaniji relatati fiċ-Ċina. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(415)

Connect Com ippreżenta wkoll lista ta’ produtturi oħrajn tal-Unjoni ta’ kejbils fibrottiċi li ma ġewx ikkunsidrati fl-ilment. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-kumpaniji ma kkooperawx mal-investigazzjoni u li l-istimi għall-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx ġew ipprovduti abbażi ta’ informazzjoni dwar is-suq affidabbli (140).

4.3.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(416)

Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija fl-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi, u sa liema punt.

4.4.   Użu ristrett

(417)

Il-Kummissjoni sabet li bejn 5,8 % u 4,4 % mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet maħsuba għal użu ristrett. F’dak il-każ, il-kejbils ġew ikkonsenjati fl-istess kumpanija jew fi gruppi ta’ kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream, b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ kejbils mgħammra b’konnetturi.

(418)

Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu ristrett mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast għal dan, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(419)

Biex tagħti stampa tal-industrija tal-Unjoni li kienet kompluta kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-fibri ottiċi u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles.

(420)

Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(421)

Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni (141). Dawn huma: il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità; l-investimenti; l-istokkijiet; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

(422)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME sostniet li s-suq ristrett ma għandux jiġi injorat meta tiġi analizzata l-pożizzjoni ġenerali tas-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(423)

F’dan ir-rigward, kif deskritt hawn taħt, il-Kummissjoni ma injoratx is-suq kaptiv, iżda pjuttost identifikatu u vvalutat l-evoluzzjoni tiegħu maż-żmien. Dan ipprovda stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Id-daqs żgħir u li qed jonqos ta’ suq bħal dan jenfasizza li dan ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-kejbils b’konnetturi mhumiex il-prodott ikkonċernat.

4.5.   Il-konsum tal-Unjoni

(424)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’ data dwar il-bejgħ kif iddeterminat mill-ilmentatur flimkien ma’ data dwar l-importazzjoni stabbilita f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa (427)–(432).

(425)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (km ta’ kejbil)

 

2017

2018

2019

PI

Il-konsum totali tas-suq ħieles fl-Unjoni

1 276 902

1 537 999

1 655 737

1 760 092

Indiċi

100

120

130

138

Suq kaptiv

61 505

59 802

62 710

54 205

Indiċi

100

97

102

88

Sors: Produtturi esportaturi li kkooperaw, awtoritajiet doganali tal-UE, Eurostat, ilmentaturi.

(426)

Il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni żdied bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabilħaqq, marbut mal-espansjoni diġitali wiesgħa fl-UE, dan huwa suq li t-tkabbir tiegħu huwa b’saħħtu u jinsab maħlul biex ikompli b’pass mgħaġġel (142). Il-konsum baqa’ jikber sal-PI, minkejja l-fatt li t-tieni parti tal-perjodu (jiġifieri l-ewwel nofs tal-2020) ħabtet mal-ewwel xhur tat-tfixkil marbut mal-pandemija tal-COVID-19. Is-sejbiet tal-investigazzjoni juru li l-pandemija li bdiet fl-aħħar xhur tal-PI u l-miżuri ta’ prevenzjoni relatati naqqsu fil-fatt ir-ritmu tat-tkabbir, iżda ma wasslux biex jonqos il-konsum tal-prodott taħt investigazzjoni fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala tali. Is-suq kaptiv huwa magħmul mill-użu ta’ kejbils fibrottiċi f’soluzzjonijiet ta’ konnettività offruti mill-kumpaniji, inklużi kejbils mgħammra b’konnetturi; il-volumi tiegħu, li huma limitati ħafna meta mqabbel mad-daqs kumplessiv tas-suq, kibru bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.6.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(427)

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta direttament mill-produtturi esportaturi Ċiniżi skont il-premessa (47). Dan kien rappreżentattiv ħafna, peress li l-volum tal-importazzjonijiet fil-PI kien jikkostitwixxi 89 % tal-importazzjonijiet totali ddikjarati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni fil-bidu tal-investigazzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet totali ġew stabbiliti għal 11 % aktar mill-kwantitajiet iddikjarati skont il-premessa (47).

(428)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-eżerċizzju dettaljat imsemmi fil-premessa (48), li identifika l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f’kg, u ġew ikkonvertiti f’km ta’ kejbil bl-użu tal-fatturi preċiżi ta’ konverżjoni ddikjarati minn produtturi esportaturi Ċiniżi fit-tweġibiet tagħhom għat-talba addizzjonali għal informazzjoni msemmija fil-premessa (47).

(429)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum ta’ importazzjoni meta mqabbel mal-volum ta’ konsum fis-suq ħieles muri fit-Tabella 2.

(430)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (kilometru tal-kejbil)

189 479

354 167

434 754

498 335

Indiċi

100

187

229

263

Sehem mis-suq (%)

14,8  %

23,0  %

26,3  %

28,3  %

Indiċi

100

155

177

191

Sors: Produtturi esportaturi li kkooperaw, Eurostat, l-awtoritajiet Doganali tal-UE.

(431)

Fi sfond ta’ kapaċità Ċiniża żejda sinifikanti (stmata li tammonta għal aktar mid-doppju tas-suq kollu tal-UE, abbażi ta’ informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq ipprovduta mill-ilmentaturi (143)), l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn madwar 190 000 km ta’ kejbil għal madwar 500 000 km ta’ kejbil matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, żieda malajr ħafna ta’ aktar minn darbtejn u nofs. Din iż-żieda ta’ 163 % hija aktar minn erba’ darbiet ogħla miż-żieda fil-konsum, li tenfasizza l-profondità u l-imbuttatura tal-penetrazzjoni Ċiniża ta’ dan is-suq.

(432)

Bħala konsegwenza, is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 14,8 % għal 28,3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, żieda massiva ta’ 91 %. Ta’ min jinnota li l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi wrew żieda f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, element li jenfasizza r-rapidità u l-kobor tal-penetrazzjoni tas-suq.

(433)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME argumentat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien sottovalutat u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien minfuħ. F’dan ir-rigward, is-CCCME affermat ukoll li d-data tas-suq jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kilometri ta’ fibra minflok kilometri ta’ kejbils li jirriżultaw f’sehem mis-suq aktar baxx tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(434)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li l-investigazzjoni żvelat li l-kilometri bil-kejbil kienu l-aktar unità ta’ kejl xierqa għall-prodott ikkonċernat kif spjegat fil-premessi minn (402) sa (404). Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.6.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, it-twaqqigħ tal-prezz u t-tnaqqis fil-prezzijiet

(435)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tat-tweġibiet għat-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-esportaturi li kkooperaw imsemmija fil-premessa (47).

(436)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)

 

2017

2018

2019

PI

Iċ-Ċina

452,9

401,9

468,5

349,1

Indiċi

100

89

103

77

Sors: Produtturi esportaturi li kkooperaw.

(437)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu minn EUR 452 għal EUR 349 kejbil/kg matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, tnaqqis ta’ 23 %. Dan l-iżvilupp jenħtieġ li jitqies fid-dawl taż-żieda fl-aggressività tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, li hija marbuta mal-kapaċità żejda f’dak il-pajjiż (ara l-premessa (431)). Dan l-indikatur għandu jitqies aktar fl-isfond ta’ varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz għal tul partikolari bejn tipi differenti ta’ prodotti kif ukoll differenzi kbar fit-taħlita tal-prodott minn sena għal sena. Il-varjazzjoni fil-prodott irriżultat kemm mill-varjabbiltà u għalhekk mill-prezz fit-tipi ta’ kejbils mibjugħa, kif ukoll mill-fatt li mhux it-tipi kollha ta’ prodotti ġew offruti jew mibjugħa kull sena.

(438)

Biex jiġu evitati l-varjazzjonijiet fit-taħlita tal-prodott inerenti fis-serje tal-prezzijiet matul il-perjodu kkonċernat, u biex tinkiseb data aktar preċiża u rappreżentattiva, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-informazzjoni komprensiva mill-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni bbażata fuq gruppi aktar aggregati ta’ prodotti direttament komparabbli. Dan wassal għall-identifikazzjoni ta’ 35 grupp identiku (li jaqbel) li jinbiegħu kemm mill-esportaturi Ċiniżi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni, u li għalihom kien hemm bejgħ f’kull waħda mis-snin eżaminati. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni kisbet serje sħiħa ta’ żmien bi prezz għal kull tip ta’ prodott għal kull sena fil-perjodu kkunsidrat. Dawn il-prezzijiet jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi globali matul il-perjodu, li jkopru 62 % tal-esportazzjonijiet mill-kumpaniji fil-kampjun matul il-PI. Is-serje temporali rappreżentattiva li rriżultat żviluppat kif ġej, fuq bażi aggregata ponderata:

Tabella 4-bis

Importazzjonijiet Ċiniżi (€ għal kull km ta’ kejbil)

 

2017

2018

2019

PI

Prezz medju

854

720

593

320

Indiċi

100

84

69

38

Rappreżentatittività

94  %

35  %

59  %

62  %

(439)

Dan juri tnaqqis sinifikanti u kontinwu fil-prezzijiet mill-esportazzjonijiet Ċiniżi. Fi kliem ieħor, meta l-bejgħ tal-istess tipi ta’ prodotti jitqabbel fuq bażi ta’ sena b’sena, hemm tnaqqis ċar u evidenti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi f’kull sena, li kienu ferm taħt il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu 2018-PI (Tabella 8-bis).

(440)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew iddebitati lill-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll

il-prezzijiet medji ppeżati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi ta' Spiża, assigurazzjoni u merkanzija (CIF).

(441)

Meta l-prezz tal-esportazzjoni jiġi aġġustat skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għall-kalkolu tad-dumping, għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-marġni tad-dannu fil-premessa (444), il-prezz tal-esportazzjoni (“CIF maħdum”) ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-valur tal-fattura lill-ewwel klijent indipendenti, li minnu tnaqqsu l-kwoti relatati mal-importazzjoni mal-punt CIF, kif ukoll l-SG & A u l-profitt tal-importatur relatat, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku b’analoġija.

(442)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT iddikjara li l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ġew ikkalkulati bħala perċentwal tal-valur CIF u ssuġġerixxa li l-Kummissjoni għandha attwalment tikkalkulahom bħala pro rata għal kull volum ta’ esportazzjonijiet biex tkun konsistenti mal-istess aġġustamenti li saru lill-prezz tal-esportazzjoni fil-kalkolu tad-dumping. Intqal li dawn l-ispejjeż kienu aktar rilevanti għall-volum milli għall-valur tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni.

(443)

Din id-dikjarazzjoni nstabet ġustifikata u għalhekk ġiet aċċettata.

(444)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar abbażi tat-tip ta’ prodott għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ negozjar, aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ta’ 30,0 % u 33,2 %, li jagħti marġni ġenerali ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 31,5 %. Kif deskritt fil-premessa (502), l-analiżi tal-offerti tikkonferma l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-livell tal-offerti.

(445)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT argumenta wkoll li l-Kummissjoni ma tat l-ebda spjegazzjoni dwar il-gruppi aggregati tal-PCN li għalhekk kienu arbitrarji. Is-CCCME tiddikjara li l-użu ta’ dawn il-gruppi jimplika li hemm problema ta’ tqabbil u komparabbiltà tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u dawk Ċiniżi.

(446)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, dawn il-gruppi ma ntużawx għall-fini tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. It-tieni, dawn intużaw preċiżament biex jiżguraw li x-xejriet tal-prezzijiet matul iż-żmien ma kinux imniġġsa minn bidliet sinifikanti fit-taħlita tal-prodott matul il-perjodu, biex b’hekk titjieb il-preċiżjoni tal-komparabbiltà matul iż-żmien, abbażi ta’ gruppi li kif spjegat hawn fuq kienu rappreżentattivi tal-prodott ikkonċernat. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li l-iggruppar kien manifestament mhux xieraq, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(447)

Il-grupp FTT ressaq l-argument wkoll li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx twaqqigħ tal-prezz għal madwar 30 % tal-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni peress li ma kienx hemm tqabbil mal-PCNs mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Il-grupp FTT ikkunsidra li l-Kummissjoni ma kinitx permessa tillimita l-analiżi tagħha biss għal dawk it-tipi ta’ prodotti jew segmenti tas-suq li għalihom kien hemm bejgħ attwali mill-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward hija rreferiet għal Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd. vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (144) li ddikjarat li l-marġni tad-dumping għandu jiġi kkalkulat għall-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni, u l-grupp FTT ressaq ukoll l-argument li dan ir-rekwiżit għandu japplika b’analoġija għat-twaqqigħ tal-prezz ukoll.

(448)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-interpretazzjoni tal-grupp FTT tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Changshu City. Ir-rekwiżit li jitqiesu l-esportazzjonijiet kollha japplika biss għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota li meta jiġu vvalutati l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’, il-mudelli esportati lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati jikkostitwixxu r-referenza għat-tqabbil. Huwa fin-natura tal-paragun tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li mhux il-mudelli kollha esportati bilfors jinbiegħu mill-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ preżenti, ir-rata ta’ tqabbil kienet ta’ 70 % għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha, li l-Kummissjoni kkunsidrat bħala suffiċjenti biex tiżgura paragun wiesa’ u ġust tal-mudelli esportati ma’ dawk mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. It-tielet, ir-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-Kummissjoni twettaq l-analiżi tal-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott b’mod separat. Pjuttost, ir-rekwiżit legali huwa li ssir determinazzjoni fil-livell tal-prodott simili. Fl-aħħar, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-PCNs kollha kienu parti mill-prodott ikkonċernat u kkompetew ma’ xulxin, għall-inqas sa ċertu punt. Għalhekk, il-perċentwal tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mhux mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni ma jikkostitwixxix kategorija separata tal-prodott ikkonċernat iżda jikkompeti b’mod sħiħ mal-gradi li jifdal li għalihom instab tqabbil.

(449)

Dan hu konformi mal-prezzijiet identifikati fil-premessi (438) u (439) hawn fuq.

4.7.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.7.1.   Kummenti ġenerali

(450)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kienu jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(451)

Il-Kummissjoni rċeviet diversi kummenti minn partijiet dwar id-dannu. Il-GTĊ iddikjara li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma kkawżawx dannu jew theddida ta’ dannu, minħabba li l-indikaturi wrew li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet tajba u li l-industrija tal-Unjoni xorta kellha pożizzjoni dominanti bis-sehem mis-suq tagħha. Connect Com innota li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien limitat ħafna u seħħ fil-kuntest ta’ suq possibbilment oligopolistiku.

(452)

Connect Com sostna li d-dannu, anki jekk kien hemm, kien insinifikanti jekk il-profitti kienu magħmula sa marġni ta’ profitt minimu ta’ 5 % u fakkar f’dan ir-rigward fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 1988 li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti radjutelefowns ċellulari mobbli li joriġinaw mill-Kanada, minn Hong Kong u mill-Ġappun (145), u s-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 1997, EFMA vs il-Kunsill (146). Madankollu, ta’ min ifakkar li d-Deċiżjoni dwar ir-radjutelefowns ikkunsidrat il-marġni ta’ profitt fid-dawl ta’ indikaturi oħra li qegħdin jitjiebu u li l-kawża tal-Qorti msemmija kienet tikkonċerna talba miċħuda mill-Qorti Ġenerali li l-qligħ fil-mira stabbilit mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni kellu jkun ogħla. Għalhekk, dawn il-preċedenti ma jappoġġawx il-fehma li d-dannu jkun insinifikanti meta l-marġnijiet tal-profitt ikunu ogħla minn 5 %. Id-dannu huwa stabbilit fuq valutazzjoni olistika tal-fatturi kollha msemmija fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, analizzati fil-kuntest tas-suq speċifiku u l-industrija kkonċernata. Barra minn hekk, il-profitt miksub mill-industrija kien taħt il-profitt fil-mira stabbilit b’kunsiderazzjoni tal-elementi kollha relatati mal-industrija kkonċernata, kif meħtieġ skont l-Artikolu 7 (2c) tar-Regolament bażiku.

(453)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju sottomess mill-ilmentatur li tkopri d-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(454)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(455)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.8.   L-indikaturi makroekonomiċi

4.8.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(456)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-produzzjoni (kilometri tal-kejbil)

1 062 482

1 195 017

1 250 881

1 229 252

Indiċi

100

112

118

116

Kapaċità tal-produzzjoni (kilometri tal-kejbil)

1 585 738

1 748 667

2 019 526

2 084 082

Indiċi

100

110

127

131

Użu tal-kapaċità (%)

67  %

68  %

62  %

59  %

Indiċi

100

102

92

88

(457)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni fl-industrija tal-Unjoni żdied b’16 %. Analiżi dettaljata turi li mill-2017 sal-2019 il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet bi 18 %, filwaqt li fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-produzzjoni tal-Unjoni naqset bi ftit b’2 punti perċentwali.

(458)

Iż-żieda ġenerali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet dovuta għat-tkabbir fid-domanda deskritta fit-Tabella 2. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-produzzjoni tagħha b’16 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’suq li kiber bi 38 %. L-industrija tal-Unjoni għalhekk ma setgħetx tibbenefika għalkollox mit-tkabbir tas-suq.

(459)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’31 %. Dan jirrifletti ż-żidiet magħmula minn xi produtturi tal-Unjoni biex jaqblu mal-potenzjal tat-tkabbir tas-suq. Dan it-tentattiv kien imfixkel miż-żieda fil-penetrazzjoni tal-prodotti Ċiniżi, li billi bbażaw ruħhom fuq strateġiji inġusti ta’ pprezzar assorbew dejjem aktar ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(460)

B’riżultat ta’ dan, l-użu tal-kapaċità naqas bi 12 %, u laħaq livell taħt is-60 % fil-PI: il-produtturi tal-Unjoni ma tħallewx iżidu l-produzzjoni f’konformità mat-tkabbir tas-suq.

4.8.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(461)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (kilometri tal-kejbil)

882 772

945 842

1 009 439

995 703

Indiċi

100

107

114

113

Suq kaptiv

61 505

59 802

62 710

54 205

Indiċi

100

97

102

88

Suq kaptiv bħala % tal-bejgħ tal-Unjoni

7,0  %

6,3  %

6,2  %

5,4  %

Indiċi

100

91

89

78

Bejgħ fis-suq ħieles

821 268

886 040

946 729

941 498

Indiċi

100

108

115

115

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles

64,3  %

57,6  %

57,2  %

53,5  %

Indiċi

100

90

89

83

Sors: L-industrija tal-Unjoni.

(462)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum totali tal-bejgħ tal-Unjoni fl-industrija tal-Unjoni żdied b’13 %. Madankollu, minħabba ż-żieda fil-konsum, is-sehem mis-suq fis-suq ħieles naqas matul il-perjodu kkonċernat minn 64,3 % għal 53,5 %, tnaqqis ta’ aktar minn 10 punti perċentwali (– 17 %).

(463)

Il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied ukoll bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-bejgħ tal-Unjoni segwa x-xejra tal-produzzjoni tal-Unjoni mill-qrib ħafna, minħabba li l-industrija fil-parti l-kbira tħaddem sistema ta’ produzzjoni skont l-ordnijiet.

(464)

Is-suq kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal fuq il-bejgħ totali fl-Unjoni) kien f’livelli baxxi ħafna matul il-perjodu kkunsidrat, b’xejra ta’ tnaqqis li rat il-perċentwal ta’ tnaqqis minn 7 % fl-2017 għal 5,4 % fil-PI. Dan kellu impatt marġinali minħabba d-daqs limitat ta’ dan is-suq.

4.8.3.   It-tkabbir

(465)

Dan jirriżulta mit-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-bejgħ tal-Unjoni li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tlaħħaq mat-tkabbir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.8.4.   L-impjiegi u l-produttività

(466)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati (FTE)

4 088

4 589

4 815

4 659

Indiċi

100

112

118

114

Produttività (kilometri tal-kejbil/FTE)

260

260

260

264

Indiċi

100

100

100

102

Sors: L-industrija tal-Unjoni.

(467)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 18 % mill-2017 sal-2019 fuq bażi FTE. Din iż-żieda kienet segwita minn tnaqqis ta’ 4 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan l-iżvilupp isegwi x-xejra fil-volum ta’ produzzjoni muri fit-Tabella 4.

(468)

Billi ċ-ċifri għall-produzzjoni u l-impjiegi kienu jirriflettu lil xulxin mill-qrib, il-produttività f’termini ta’ kilometri ta’ kejbil għal kull impjegat baqgħet fil-biċċa l-kbira stabbli.

4.8.5.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(469)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu konsiderevolment ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-kobor tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(470)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.9.   L-indikaturi mikroekonomiċi

4.9.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(471)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2017

2018

2019

PI

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni (EUR/kilometru tal-kejbil)

816

861

944

821

Indiċi

100

105

116

101

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/kilometru tal-kejbil)

756

785

860

758

Indiċi

100

104

114

100

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(472)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) żdiedu b’16 % fil-perjodu 2017-2019, u mbagħad fil-PI reġgħu naqsu, u laħqu livell simili bħal dak irreġistrat fl-2017 (+1 %). Madankollu, il-livell tal-prezzijiet jiddependi l-aktar mill-kumplessità tal-prodotti mibjugħa, minħabba li l-prezz jista’ jvarja ħafna abbażi tal-karatteristika tal-kejbil (inkluż in-numru ta’ fibri, in-numru u t-tip ta’ kisjiet, eċċ.).

(473)

Dan huwa evidenti meta wieħed iqabbel l-evoluzzjoni tal-prezzijiet mal-evoluzzjoni tal-kost tal-produzzjoni, minħabba li kejbils aktar kumplessi, li jistgħu jinbiegħu bi prezzijiet ogħla, jinvolvu wkoll kost ogħla tal-produzzjoni.

(474)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’14 % fil-perjodu 2017-2019, bejn wieħed u ieħor f’konformità mal-prezzijiet medji fis-suq ħieles tal-Unjoni (16 %). Sussegwentement, dan naqas b’14 %, ukoll, f’konformità mat-tnaqqis fil-prezzijiet fl-istess perjodu 2019-PI (15 %). Kif stabbilit fil-premessa (540), l-investigazzjoni kkonfermat li l-kost tal-materja prima ewlenija (fibri ottiċi), meta mixtrija minn kumpaniji relatati, irrifletta l-prezz tas-suq għal dan l-input.

(475)

Kif imsemmi fil-premessa (438) hawn fuq, biex jiġu evitati l-varjazzjonijiet fit-taħlita tal-prodott inerenti għas-serje tal-prezzijiet matul il-perjodu kkonċernat, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni komprensiva mill-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun u l-produtturi tal-Unjoni abbażi ta’ gruppi aktar aggregati ta’ prodotti direttament komparabbli. Dan wassal għall-identifikazzjoni ta’ 35 grupp identiku (li jaqbel) li jinbiegħu kemm mill-esportaturi Ċiniżi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni, u li għalihom kien hemm bejgħ f’kull waħda mis-snin eżaminati.

(476)

Dawn huma rappreżentattivi tal-bejgħ tal-industrija tal-UE matul il-perjodu, b’aktar minn 34 % tal-bejgħ ta’ tali prodotti korrispondenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-serje temporali rappreżentattiva li tirriżulta hija kif ġej:

Tabella 8-bis

Industrija tal-Unjoni (€ għal kull km ta’ kejbil)

 

2017

2018

2019

PI

Prezz medju

817

780

792

719

Indiċi

100

95

97

88

Rappreżentattività

42  %

38  %

35  %

34  %

(477)

Dan juri tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, simili għat-tnaqqis fil-prezz osservat għall-esportazzjonijiet Ċiniżi msemmija fil-premessa (438).

(478)

Barra minn hekk, minħabba li l-klijenti spiss jitolbu għal tipi ta’ OFC imfassla apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u li ċerti Stati Membri jiddefinixxu wkoll rekwiżiti tekniċi speċifiċi, it-tqabbil tal-prezzijiet maż-żmien għall-istess klijent u Stat Membru jiġġenera stampa aktar preċiża tal-iżviluppi fil-prezzijiet. L-industrija tal-Unjoni pprovdiet informazzjoni dettaljata addizzjonali f’dan ir-rigward. Ix-xejriet tal-prezzijiet għall-aktar għoxrin kombinazzjoni importanti ta’ gruppi ta’ prodotti bħal dawn bejn klijenti u Stati Membri huma kif ġej (147):

Tabella 8-ter

Industrija tal-Unjoni (€ għal kull km ta’ kejbil)

2017

2018

2019

PI

100

73

56

59

(479)

Dan juri għal darb’oħra tnaqqis ċar fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu, wara t-tnaqqis fil-prezzijiet mill-esportazzjonijiet Ċiniżi msemmija fil-premessi (435) sa (438).

4.9.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(480)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)

39 511

35 826

39 157

38 966

Indiċi

100

91

99

99

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(481)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat baqa’ relattivament stabbli fil-perjodu 2017-PI. It-tnaqqis żgħir fis-sena 2018 jikkorrispondi maż-żieda ta’ 13 % fl-għadd ta’ FTE, u jirrifletti l-kost ta’ din il-forza lavorattiva addizzjonali.

4.9.3.   L-inventarji

(482)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

L-inventarji

 

2017

2018

2019

PI

Stokks tal-għeluq (kilometru tal-kejbil)

134 925

161 561

161 878

171 058

Indiċi

100

120

120

127

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

12,7  %

13,5  %

12,9  %

13,9  %

Indiċi

100

106

102

110

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(483)

L-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’27 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li ż-żieda fl-istokks tfisser fatturat aktar bil-mod tal-bejgħ ta’ ċerti oġġetti rikorrenti u tista’ tkun marbuta mad-diffikultà dejjem akbar tal-industrija tal-Unjoni biex tbigħ il-prodotti tagħha minħabba kompetizzjoni aggressiva ħafna fil-prezzijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, iż-żieda fil-perjodu 2019-PI tista’ wkoll ikollha rabta ma’ effett staġjonali. Fi kwalunkwe każ, minħabba li l-maġġoranza tal-produzzjoni sseħħ abbażi tal-ordnijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti, l-inventarji ma jikkostitwixxux indikatur ewlieni tad-dannu.

4.9.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(484)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

PI

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

8,1

8,4

8,5

7,9

Indiċi

100

104

104

97

Il-fluss tal-flus (EUR)

33 254 746

48 644 480

41 707 715

39 805 852

Indiċi

100

146

125

120

Investimenti (EUR)

60 405 839

67 794 023

82 761 718

59 886 812

Indiċi

100

112

137

99

Redditu fuq l-investimenti (%)

34

36

24

20

Indiċi

100

105

70

58

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(485)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(486)

Il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun kienet pożittiva iżda baxxa b’mod anormali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u naqset minn 8,1 % fl-2017 għal 7,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(487)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp ZTT sostna li, permezz ta’ analiżi tal-inġinerija inversa, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitti għoljin ħafna billi pprezzat b’mod eċċessiv fis-suq tal-Unjoni li tefa’ dubju serju dwar l-istatus dannuż tal-industrija tal-Unjoni u li t-twaqqigħ tal-prezz kien dovut għal prezzijiet irraġonevoli tal-industrija tal-Unjoni u mhux għall-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina.

(488)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-affermazzjoni. L-analiżi tal-inġinerija inversa kienet parzjali u mhux ibbażata fuq valutazzjoni sħiħa tal-ispejjeż u l-prezzijiet. Il-Kummissjoni vverifikat il-marġnijiet tal-profitt fuq il-bażi ta’ analiżi komprensiva bħal din u sabithom kif għadhom kif ġew deskritti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(489)

L-ilmentaturi ddikjaraw li l-ħtieġa ta’ investimenti u riċerka fis-settur tkun tirrikjedi marġni ta’ profitt ta’ 15 %. L-investigazzjoni wriet li l-livell ta’ investiment diġà ppjanat li kien isir f’ċirkostanzi normali biex ilaħħaq mal-iżviluppi tas-suq ikun jeħtieġ li jiġi sostnut minn profitti ta’ medja ta’ 13,4 % fuq il-bażi tal-perjodu kkunsidrat. Dawn l-investimenti koprew il-kwistjonijiet li ġejjin: l-ispejjeż tat-tagħmir ġdid u tal-manutenzjoni biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-kapaċità eżistenti, l-adattament tal-kapaċità għat-taħlita tal-prodott li qed tinbidel; l-espansjoni tal-kapaċità; l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp (innovazzjoni tal-prodott u tal-proċess).

(490)

Il-Kummissjoni sabet li l-kobor imsemmi qabel huwa konformi mal-profitt storiku fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping, li kif enfasizzat fl-analiżi li saret fit-Tabella 11 -bis huwa fil-medda ta’ 12 %.

(491)

Dan jenfasizza li l-livell ta’ profitt fil-medda ta’ 8 % matul il-perjodu kkunsidrat mhuwiex biżżejjed biex isostni attività f’suq ta’ teknoloġija avvanzata li qed jespandi — u għalhekk huwa espressjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 11-bis

Profittabbiltà tal-Industrija tal-Unjoni qabel l-2017

 

2014

2015

2016

Marġini ta’ profitt (f’%)

10,4  %

12,6  %

12,4  %

(492)

Madankollu, dan ma deherx fil-każ preżenti. Tabilħaqq, il-profitabbiltà naqset meta mqabbla mal-perjodu 2014-2016. Dan il-livell anqas ta’ profitt matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni jirrifletti dannu sinifikanti fil-prezz matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (kemm f’termini ta’ volumi akbar kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi), l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet biex timminimizza l-kosti u bħala riżultat tilħaq il-livelli normali ta’ profitt miksuba qabel ma seħħet il-massimu tal-espansjoni — aħseb u ara kwalunkwe żieda.

(493)

Wara żieda fl-2018, il-fluss tal-flus naqas lejn it-tieni nofs tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(494)

B’riżultat tal-pressjoni mill-oġġetti importati, l-industrija tal-Unjoni kellha tipposponi l-investimenti, inklużi xi wħud li kienu diġà ppjanati u approvati. Dawn l-investimenti, li kellhom l-għan li jespandu l-kapaċità ta’ produzzjoni eżistenti tal-Unjoni, twaqqfu (anki meta l-eżekuzzjoni kienet diġà bdiet) matul il-perjodu kkunsidrat bħala effett dirett fuq iċ-ċirkustanzi tas-suq mibdula kkawżati mill-ipprezzar aggressiv tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Dan wassal biex l-investimenti naqsu drastikament lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat, b’kuntrast max-xejra tas-snin preċedenti u t-tkabbir ġenerali tas-suq.

(495)

Ir-redditu fuq l-investimenti mwettqa żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u fil-fatt naqas b’42 %. Dan l-iżvilupp negattiv juri li, għalkemm komplew isiru investimenti, sabiex jinżammu u jittejbu l-effiċjenza u l-kompetittività, ir-redditi fuq dawk l-investimenti naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minħabba l-impossibbiltà tal-industrija tal-Unjoni li ttejjeb ir-rata ta’ profittabbiltà.

(496)

Madankollu, b’redditi fuq l-investiment jonqsu daqshekk malajr, huwa ċar li l-kapaċità tal-entitajiet produtturi inklużi fil-kampjun biex jiġġeneraw il-kapital fil-futur tinsab f’periklu jekk ma jkunx hemm titjib fis-sitwazzjoni.

4.10.   Analiżi tal-bejgħ ibbażata fuq offerti

(497)

Il-maġġoranza l-kbira tal-OFC tinbiegħ permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti. Sabiex tikseb l-għarfien meħtieġ dwar dan l-aspett importanti tas-suq u biex tikkumplimenta l-bqija tal-analiżi tagħha tad-dannu, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dettaljata dwar l-offerti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-importaturi. Saru mistoqsijiet dwar in-natura, il-proċess, iż-żmien, u karatteristiċi rilevanti oħra, li jkopru kemm l-offerti konklużi kif ukoll dawk li għadhom għaddejjin. Min-naħa tal-offerent, il-Kummissjoni ftit li xejn sabet kooperazzjoni. L-ebda entità pubblika tal-offerti ma pparteċipat fl-investigazzjoni u Deutsche Telekom biss ipprovdiet informazzjoni dettaljata dwar l-offerti fost l-operaturi l-kbar tat-telekomunikazzjoni.

(498)

Wara n-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali u dettaljata mingħand il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun dwar l-offerti kollha li ħadu sehem fihom matul il-perjodu kkunsidrat inkluża informazzjoni dwar l-offerti, il-prezzijiet u l-kompetituri fejn disponibbli.

(499)

L-informazzjoni ppreżentata wriet stampa eteroġenja u frammentata ħafna b’għadd kbir ħafna ta’ offerti organizzati kull sena fi Stati Membri differenti, varjetà wiesgħa ta’ offerenti u offerenti u tul ta’ żmien u termini differenti. Min-naħa tal-offerent, l-offerti jistgħu jkunu pubbliċi, organizzati minn muniċipalitajiet jew entitajiet pubbliċi oħra, jew privati, organizzati minn operaturi kbar tat-telekomunikazzjoni jew tan-netwerk. Hemm ukoll ħafna tipi iżgħar oħra ta’ offerti, kwotazzjonijiet, irkanti elettroniċi u ammonti iżgħar jistgħu jinkisbu wkoll permezz ta’ kuntatt dirett mal-klijent. Kull proċess ta’ sejħa għall-offerti huwa speċifiku ħafna għall-entità li tagħmel is-sejħa għall-offerti, li tista’ tuża varjetà ta’ proċessi skont l-offerta speċifika inkwistjoni u l-iżviluppi tas-suq. Hemm ukoll varjetà wiesgħa ta’ atturi li jagħmlu offerti fl-offerti. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi jipparteċipaw direttament (anke permezz tas-sussidjarji tagħhom) u indirettament billi jissieħbu ma’ kumpaniji lokali fil-Membru differenti. L-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri jikkompetu wkoll mal-produtturi tal-Unjoni. Xi drabi jiġu involuti wkoll installaturi u l-bejgħ mill-fornituri rebbieħa lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jsir permezz ta’ dawn l-installaturi.

(500)

L-investigazzjoni wriet ukoll li n-numru ta’ offerti organizzati fl-UE huwa għoli ħafna. It-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrapportaw aktar minn 500 offerta flimkien li fihom ipparteċipaw direttament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Wieħed mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw ipparteċipa f’150-200 offerta fis-sena li jiffokaw fuq is-suq Ġermaniż biss.

(501)

It-tul ta’ żmien tal-offerti jvarja ħafna — minn kunsinna immedjata għal perjodu ta’ tliet snin. F’offerti itwal, filwaqt li l-prezzijiet huma miftiehma, il-volumi mhumiex fissi u għalhekk l-offerti jistgħu joħorġu aktar offerti li jissostitwixxu dawk eżistenti meta l-prezzijiet jonqsu. Għalhekk, filwaqt li l-offerti jipprovdu tip ta’ “limitu massimu” ġenerali għall-kundizzjonijiet tal-prezzijiet, il-prezzijiet jistgħu u jinbidlu b’mod dinamiku matul il-ħajja tal-offerta. B’riżultat ta’ dan, dawn għandhom it-tendenza li jaġġustaw u li fil-biċċa l-kbira jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq.

(502)

Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni dettaljata dwar l-offerti rrappurtati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bi tweġiba għat-talba tagħha. Mill-offerti rrapportati li fihom il-produtturi tal-Unjoni ppreżentaw offerta matul il-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni analizzat dawk li għalihom kien hemm evidenza konkreta ta’ parteċipazzjoni Ċiniża. Kien hemm 55 offerta ta’ dan it-tip matul il-perjodu kkunsidrat. L-offerti analizzati jammontaw għal 45 % tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, u għal 14 % tal-konsum totali tal-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għal dawn l-offerti, saret analiżi granulari tal-ħsara fil-prezz u l-volum għal kull offerta, li turi telf sinifikanti ta’ bejgħ (bejn 25 % u 100 %), u/jew tnaqqis fil-prezz (bejn 5 % u 55 %), u/jew tnaqqis fil-prezz (bejn 8 % u 39 %). Din l-analiżi speċifika għall-offerti kkonfermat ulterjorment it-tnaqqis fil-prezz u t-twaqqigħ tal-prezzijiet diġà stabbiliti hawn fuq matul il-perjodu.

(503)

Connect Com għamel kummenti fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u indika li l-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-ilmentatur ma tilfux għadd kbir ta’ offerti b’mod ġenerali, iżda offerta privata waħda jew ftit offerti kbar biss. Huwa ssottolinja li l-ilmentatur irrefera għal sejħa unika għal offerta privata u l-imġiba fl-ipprezzar ta’ produttur Ċiniż wieħed bħala evidenza tat-twaqqigħ tal-prezz. Connect Com ippreżenta avviż tal-kuntratti mogħtija f’distrett Ġermaniż, fejn il-prezzijiet tal-offerent rebbieħ ġew iddikjarati b’mod espliċitu. B’hekk huwa sostna li l-ilmentatur kien tħalla barra mis-segment kollu tas-suq tal-offerti pubbliċi mill-preżentazzjoni tiegħu. Skont Connect Com, il-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-ilmentatur ma kellhomx suċċess f’dawn l-offerti minħabba li ma ssodisfawx il-kriterji mitluba (eż. imħażen, stokk, firxa wiesgħa ta’ prodotti, kunċett loġistiku). B’mod partikolari, Connect Com issottolinja l-kapaċità ta’ ħżin baxxa ta’ Prysmian u Corning. Connect Com iddikjara li r-rifjut tal-eżistenza ta’ segment tas-suq tal-offerti pubbliċi jkun żbaljat, minħabba li l-prezzijiet fis-swieq pubbliċi u privati tas-sejħiet għall-offerti jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira jew huma interdipendenti b’mod reċiproku. Skont Connect Com, ma jkunx xieraq li jiġu imposti dazji anti-dumping f’suq sħiħ, li minflok jiġi segmentat f’offerti pubbliċi u privati. Saret referenza għall-premessa 42 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 1998 li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ossidu tungostiku u aċidu tungostiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (98/230/KE) (148). Abbażi ta’ dik id-deċiżjoni, Connect Com argumentat li fil-każ ta’ swieq segmentati, ma hemm l-ebda dannu ġenerali għall-industrija tal-Unjoni jekk, għalkemm hemm ċertu tnaqqis fil-bejgħ f’segment wieħed tas-suq (hawnhekk offerti privati), l-industrija tal-Unjoni għandha opportunitajiet ta’ bejgħ f’segment ieħor tas-suq (hawnhekk offerti pubbliċi) li jikkumpensaw għat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ.

(504)

L-argumenti u l-analiżi fil-premessa (502) jikkontradixxu dawk id-dikjarazzjonijiet. Minkejja sforzi sinifikanti mill-industrija tal-Unjoni biex iżżomm il-kompetittività tal-prezzijiet, sehem kbir mis-swieq inkiseb mill-esportaturi Ċiniżi, li l-offerti tagħhom ma setgħux jitqabblu mill-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ prezzijiet. Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1998 dwar l-importazzjonijiet ta’ ossidu tungostiku u aċidu tungostiku, il-Kummissjoni sabet f’dak il-każ li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq miftuħ għandu jitqies fid-dawl tat-tendenza tal-industrija tal-Unjoni li tuża proporzjon dejjem akbar tal-produzzjoni tagħha tal-prodott ikkonċernat biex tipproduċi prodotti downstream. Is-sitwazzjoni fattwali sottostanti rigward dawn iż-żewġ segmenti differenti tas-suq tal-industrija tal-Unjoni (suq miftuħ u użu ristrett) hija differenti mis-sitwazzjoni kompetittiva f’dan il-każ fejn id-daqs tas-suq magħluq qed jonqos ftit matul il-perjodu kkunsidrat u jirrappreżenta parti żgħira ħafna tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, dawk il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

(505)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com sostniet li l-Kummissjoni ma żvelatx informazzjoni dwar kemm mill-offerti ntrebħu minn produttur Ċiniż u għal liema raġuni u tenniet l-argument tagħha li l-prezz qatt ma kien l-uniku kriterju deċiżiv iżda pjuttost il-kwalità u l-loġistika. Barra minn hekk, Connect Com talbet id-divulgazzjoni tar-riżultati tal-analiżi fil-premessa (502).

(506)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni dettaljata dwar l-offerti matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni vverifikat u analizzat din l-informazzjoni li hija kunfidenzjali ħafna u għalhekk ma tistax tiġi żvelata lill-partijiet interessati lil hinn mis-sommarju pprovdut fil-premessi ta’ hawn fuq.

(507)

L-analiżi dwar l-offerti tindika proċess ta’ sostituzzjoni aċċellerata tal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni bi prodotti Ċiniżi, li huwa kkonfermat minn sejħiet għall-offerti fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan żvela erożjoni tal-prezzijiet u aktar telf sinifikanti ta’ volumi għall-industrija tal-Unjoni li huma konformi u jikkonfermaw l-istampa ġenerali tad-dannu.

4.11.   Konklużjoni dwar id-dannu

(508)

Diversi indikaturi wrew xejra pożittiva bħall-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni u l-impjiegi. Madankollu, l-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi ma kienx jikkorrispondi maż-żieda fil-konsum u, fil-fatt, dawn l-indikaturi kellhom jiżdiedu b’mod aktar b’saħħtu, li kieku l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni li tibbenefika għalkollox mis-suq dejjem jikber. Tabilħaqq, minkejja ż-żieda fil-volum tal-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni tilfet 10,8 punt perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 64,3 % għal 53,5 %) f’suq li qed jikber. Dan huwa marbut mal-pressjoni fuq il-prezzijiet iġġenerata mill-esportazzjonijiet Ċiniżi, bi twaqqigħ sinifikanti tal-prezz u tnaqqis fil-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(509)

Dan ta’ hawn fuq wassal għal dannu finanzjarju fil-forma ta’ profitti anqas u tnaqqis fl-investimenti u fuq ir-redditu minnhom.

(510)

Minbarra dan, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (502)), l-analiżi tal-bejgħ permezz ta’ offerti tindika li s-sehem mis-suq u l-erożjoni tal-prezzijiet qed jaċċelleraw u se jkomplu jagħmlu hekk minħabba l-imġiba estremament aggressiva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(511)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME sostniet li diversi indikaturi ewlenin ma wrewx li l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri minn dannu peress li l-volum tal-produzzjoni u l-impjiegi baqgħu stabbli, il-kapaċità tagħha żdiedet, il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baqgħu stabbli bi tnaqqis żgħir u l-profittabbiltà u l-investimenti tagħha baqgħu f’livelli għoljin.

(512)

Kif iddikjarat fil-premessa (508), dawn l-indikaturi jridu jiġu vvalutati kontra ż-żieda fil-konsum f’suq li qed jikber u din l-analiżi wriet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika b’mod adegwat minn suq li qed jespandi, u dan jenfasizza l-effetti negattivi reali fuq it-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(513)

Is-CCCME argumentat ukoll li l-kriterji tas-sehem mis-suq waħedhom ma setgħux ikunu l-bażi tas-sejbiet ta’ dannu materjali u, hekk kif żdiedet id-domanda, il-parteċipanti kollha fis-suq kisbu bejgħ li kien indikattiv ta’ suq miftuħ u kompetittiv. Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li d-deterjorament futur tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setax ikun il-bażi ta’ dannu materjali peress li din l-investigazzjoni ma vvalutatx it-theddida ta’ dannu, u lanqas ma ssodisfat l-istandard evidenzjarju meħtieġ għal każ bħal dan.

(514)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li s-sejba ta’ dannu materjali mhijiex ibbażata fuq l-ishma tas-suq biss, iżda fuq it-totalità ta’ bosta indikaturi ekonomiċi vvalutati fil-premessi (426), (431), (437), (444) u (490), li inkludew fost l-oħrajn l-impatti negattivi attwali fuq it-tkabbir, it-tnaqqis fil-prezzijiet, it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-bejgħ taħt il-prezz, u l-profitti mnaqqsa li jindikaw dannu materjali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(515)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   IL-KAWŻALITÀ

(516)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-bejgħ ristrett, u l-prezzijiet tal-materja prima.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping

(517)

Id-deterjorament fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien simultanju u marbut direttament ma’ penetrazzjoni sinifikanti tas-suq tal-Unjoni minn volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, fi kwalunkwe każ, kellhom effett ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz fuq il-bejgħ tal-Unjoni.

(518)

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied (kif muri fit-Tabella 3) minn madwar 189 000 km ta’ kejbil fl-2017 għal madwar 498 000 km ta’ kejbil fil-perjodu ta’ investigazzjoni, żieda ta’ darbtejn u nofs (+163 %). F’termini tas-sehem mis-suq, iż-żieda matul l-istess perjodu kienet minn 14,8 % għal 28,3 %, żieda ta’ +91 %. Matul l-istess perjodu (kif muri fit-Tabella 6), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied bi 14 % biss u s-sehem mis-suq tagħha naqas minn 64,3 % għal 53,5 %, tnaqqis ta’ 10,8 punt perċentwali (jew – 17 %). Il-bejgħ fis-suq kaptiv iżgħar wera tnaqqis moderat (– 12 %). L-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping żdiedu kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. Kif muri mit-Tabella 1, il-konsum fis-suq tal-Unjoni żdied bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u huwa evidenti li kienu prinċipalment l-importazzjonijiet miċ-Ċina li ħadu vantaġġ minn dan it-tkabbir.

(519)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, pereżempju b’62 % skont it-Tabella 4-bis. Il-prezzijiet tal-bejgħ komparabbli tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) naqsu b’mod ġenerali b’12 % matul il-perjodu fuq il-bażi tal-analiżi fit-Tabella 8-bis u b’41 % bl-analiżi aktar irfinuta fit-tabella 8-ter. Il-livell tal-prezzijiet jiddependi ħafna fuq il-kumplessità tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa, u tqabbil skont it-tip ta’ prodotti manifatturati domestikament u importati mill-pajjiż ikkonċernat (abbażi tal-kumpaniji fil-kampjun) huwa l-aktar għodda preċiża biex jiġu eżaminati x-xejriet tal-prezzijiet. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, dan juri marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz medji ponderati għaż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun ta’ bejn 30,0 % u 33,2 %.

(520)

Din l-imġiba aggressiva fl-ipprezzar bdiet tnaqqas is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni mill-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u matul il-PI, kompliet id-disponibbiltà fis-suq tal-prodott Ċiniż bi prezzijiet estremament baxxi (ferm taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni). Dan seħħ fost l-oħrajn permezz tal-mekkaniżmi deskritti hawn fuq fit-taqsima dwar l-offerti fil-premessi (499) sa (502) u dan iġġenera tnaqqis fil-prezzijiet, telf fil-bejgħ, tnaqqis fis-sehem mis-suq, u dannu finanzjarju kemm f’termini ta’ profittabbiltà mnaqqsa kif ukoll tnaqqis fl-investimenti — li jipperikolaw l-eżistenza tal-industrija tal-Unjoni.

(521)

Kif deskritt fil-premessa (494) hawn fuq, kien hemm ukoll evidenza li ċerti investimenti ppjanati u proġetti ta’ espansjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu ġew ikkanċellati jew sospiżi minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet aggressivi u t-telf konsegwenti fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(522)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 12

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-Korea

Volum (kilometru tal-kejbil)

20 450

51 339

44 405

45 908

 

Indiċi

100

251

217

224

 

Sehem mis-suq (%)

1,6  %

3,3  %

2,7  %

2,6  %

 

Prezz medju (EUR/kilometru tal-kejbil)

796

873

1 627

1 073

 

Indiċi

100

110

204

135

It-Turkija

Volum (kilometru tal-kejbil)

26 732

32 932

22 922

37 008

 

Indiċi

100

123

86

138

 

Sehem mis-suq (%)

2,1  %

2,1  %

1,4  %

2,1  %

 

Prezz medju (EUR/kilometru tal-kejbil)

428

501

776

594

 

Indiċi

100

117

181

139

In-Norveġja

Volum (kilometru tal-kejbil)

12 143

11 622

22 728

26 471

 

Indiċi

100

96

187

218

 

Sehem mis-suq (%)

1,0  %

0,8  %

1,4  %

1,5  %

 

Prezz medju (EUR/kilometru tal-kejbil)

330

271

279

261

 

Indiċi

100

82

85

79

Pajjiżi terzi oħra

Volum (kilometru tal-kejbil)

126 307

114 520

77 787

107 334

 

Indiċi

100

91

62

85

 

Sehem mis-suq (%)

9,9  %

7,4  %

4,7  %

6,1  %

 

Prezz medju (EUR/kilometru tal-kejbil)

1 631

1 728

2 447

1 218

 

Indiċi

100

106

150

75

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

Volum (kilometru tal-kejbil)

185 633

210 414

167 842

216 721

 

Indiċi

100

113

90

117

 

Sehem mis-suq (%)

14,5  %

13,7  %

10,1  %

12,3  %

 

Prezz medju (EUR/kilometru tal-kejbil)

1 280

1 247

1 708

964

 

Indiċi

100

97

133

75

Sors: Data mill-Awtoritajiet Doganali tal-UE, Comext (Eurostat).

(523)

L-importazzjonijiet mill-Korea żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn madwar 20 000 km ta’ kejbil fl-2017 għal madwar 45 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 1,6 % fl-2017 għal 2,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet medji min-Norveġja jidhru konsiderevolment aktar baxxi minn dawk kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, minħabba l-prezzijiet għoljin u l-volumi limitati, l-importazzjonijiet mill-Korea ma dehrux li kellhom rwol fid-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(524)

L-importazzjonijiet mit-Turkija jidhru li nbiegħu bi prezz baxx, għalkemm ogħla minn dawk Ċiniżi fil-perjodu 2018 — PI u żdiedu gradwalment. Is-sehem mis-suq tal-esportaturi Torok kien bażikament stabbli fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni f’livell ta’ ftit aktar minn 2 %. Dawn ix-xejriet huma bbażati fuq statistika li tinkludi ħafna tipi ta’ prodotti u għalhekk, meta jitqiesu l-volumi komplessivament limitati, il-Kummissjoni ma tistax tistma b’mod preċiż l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet mit-Turkija setgħu kienu ta’ kontribut għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volum relattiv tagħhom fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u s-sehem stabbli mis-suq matul il-perjodu, il-Kummissjoni kkonkludiet li, anki jekk dawn l-importazzjonijiet kellhom impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija, dawn ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġetti ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(525)

Fl-aħħar nett, l-importazzjonijiet min-Norveġja wkoll żdiedu fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet Norveġiżi, li diġà kienu baxxi fl-2017, komplew jonqsu fil-perjodu kkunsidrat (– 21 % fil-perjodu 2017-PI), f’livell ta’ prezz ferm anqas kemm minn dak tal-industrija tal-Unjoni kif dak tal-esportaturi Ċiniżi. Is-sehem mis-suq tal-esportaturi Norveġiżi żdied fl-istess perjodu minn 1 % għal 1,5 %. Dawn ix-xejriet huma bbażati fuq statistika li tinkludi ħafna tipi ta’ prodotti u għalhekk, meta jitqiesu l-volumi kumplessivament limitati, il-Kummissjoni ma tistax tistma b’mod preċiż l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet Norveġiżi setgħu kienu ta’ kontribut għad-dannu mħarrab mill-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volum relattiv tagħhom fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni kkonkludiet li, anki jekk dawn l-importazzjonijiet kellhom impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija, dawn ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġetti ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(526)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu bi ftit fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni f’termini assoluti, iżda tilfu sehem sinifikanti mis-suq fil-proċess. Il-prezzijiet medji kienu għoljin, u fl-istess livell tal-industrija tal-Unjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(527)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina kellhom impatt fuq l-industrija tal-Unjoni u argumenta, b’mod partikolari, li ż-żieda fl-inventarju u t-tnaqqis fir-rata tal-użu tal-kapaċità kienet ir-riżultat ta’ espansjoni mhux raġonevoli tal-kapaċità mill-industrija tal-Unjoni li rriżultat f’kapaċità żejda. Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, is-CCCME argumentat li fost l-akbar żieda fil-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2017 u l-2018, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profittabbiltà tagħha. Is-CCCME u l-GTĊ iddikjaraw ukoll li matul il-perjodu mill-2018 sal-2019 meta l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu u l-prezzijiet naqsu, il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom mingħajr ma tilfu s-sehem mis-suq.

(528)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-maġġoranza vasta tas-suq hija bbażata fuq kuntratti ta’ provvista fit-tul kif spjegat fil-premessi (497) sa (507). Barra minn hekk, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet taħt il-profitt fil-mira matul il-perjodu kkunsidrat li juri li kien hemm dannu matul dan il-perjodu. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti ta’ hawn fuq tas-CCCME u tal-GTĊ ma jindikawx in-nuqqas ta’ rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu. Tabilħaqq tikkonferma biss li kien hemm ċertu dewmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina u l-punt li fih id-dannu mmaterjalizza u seta’ jiġi aċċertat mix-xejriet rilevanti.

(529)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Eku Kabel sostniet li l-volumi tal-importazzjoni tal-OFC naqsu mill-2018 sal-2019 u li seta’ jiġi rreġistrat tnaqqis ulterjuri għall-2020 u li minħabba dawn l-importazzjonijiet li qed jonqsu ma għandu jiġi impost l-ebda dazju.

(530)

L-investigazzjoni żvelat żieda kostanti fil-volum tal-importazzjonijiet ta’ OFC mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-miżuri jistgħu jiġu riveduti skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(531)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina ma jikkawżawx id-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni, u fi kwalunkwe każ ma jnaqqsux ir-rabta kawżali bejn din tal-aħħar u l-penetrazzjoni tal-importazzjoni Ċiniżi.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(532)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjoni (kilometru tal-kejbil)

85 676

99 295

95 397

108 672

Indiċi

100

116

111

127

Prezz medju (EUR/kilometru tal-kejbil)

1 329

1 111

1 282

949

Indiċi

100

84

96

71

Sors: L-industrija tal-Unjoni.

(533)

L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 27 % matul il-perjodu kkunsidrat minn madwar 85 000 tunnellata fl-2017 għal madwar 108 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(534)

Il-prezz medju tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas b’29 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn EUR 1 329/km ta’ kejbil fl-2017 għal EUR 949/km ta’ kejbil fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-livelli tal-prezzijiet kienu ogħla minn dawk fl-Unjoni.

(535)

Fi sfond ta’ żieda fl-esportazzjonijiet u livelli ta’ prezzijiet relattivament għoljin, huwa ċar li dawn l-esportazzjonijiet ma kinux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Volum fis-suq magħluq

(536)

Kif muri fit-Tabella 5, fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lis-suq kaptiv żdied bi 12 %.

(537)

Meta wieħed iżomm f’moħħu d-daqs limitat tas-suq (stmat fil-livell ta’ anqas minn 5 % tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-PI), il-Kummissjoni sabet li ż-żieda żgħira fl-użu ristrett ma kkawżatx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Prezz tal-materja prima

(538)

Il-materja prima ewlenija użata mill-industrija tal-Unjoni hija l-fibri ottiċi, manifatturati fl-Unjoni jew importati. Diversi importaturi sostnew li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jixtru fibra ottika mill-kumpaniji relatati tagħhom barra mill-Unjoni bi prezzijiet ta’ trasferiment li ma jikkorrispondux għall-prezz tas-suq ta’ din il-materja prima. Fil-fatt, l-importaturi ssuspettaw li dan il-prezz ta’ trasferiment kien għoli wisq u għalhekk irriżulta f’rata ta’ profitt aktar baxxa għall-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun.

(539)

B’mod partikolari, Connect Com u Cable 77 qajmu tħassib dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment interni għat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-kumpanija li jseħħu fi fil-gruppi Prysmian u Corning.

(540)

Sabiex tinvestiga din id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-produtturi tal-UE fil-kampjun dwar ix-xiri tagħhom ta’ fibra ottika użata għall-produzzjoni ta’ kejbils fibrottiċi fil-PI. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar il-fibra ottika prodotta minn kumpaniji relatati tal-produtturi tal-UE fil-kampjun u dwar il-bejgħ ta’ dawn il-fibri (volum u kwantità) kemm lil klijenti relatati kif ukoll lil dawk mhux relatati ġewwa u barra l-UE. Billi tqabbel il-bejgħ tal-istess tipi ta’ prodotti tal-fibra lil partijiet relatati u mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi li l-prezzijiet kienu fl-istess ordni ta’ kobor u għalhekk il-bejgħ tal-fibra lil kumpaniji relatati twettaq skont il-prinċipju ta’ distakkament. Id-data dwar din l-attività hija speċifika għall-kumpanija u b’hekk ma tistax tiġi żvelata.

(541)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma kienx ikkawżat mill-impatt tal-prezzijiet ta’ trasferiment fir-rata ta’ profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(542)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping. L-ebda wieħed mill-fatturi l-oħrajn ma spjega l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ telf tas-sehem mis-suq, twaqqigħ tal-prezzijiet u livell baxx ta’ profittabbiltà, tnaqqis tal-livell ta’ investimenti u tar-redditu fuq l-investiment.

(543)

L-impatt negattiv fuq il-profittabbiltà kkawżat mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping u l-pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni twettaq l-investimenti meħtieġa għas-sopravivenza fit-tul tal-industrija. Dan huwa appoġġat mix-xejra ta’ tnaqqis kif deskritt fil-premessa (486) u l-kanċellazzjoni tal-investimenti ppjanati diskussi fil-premessa (494).

(544)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-fatturi l-oħra magħrufa, individwalment jew kollettivament, ma kinux kapaċi jnaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(545)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni.

(546)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”).

(547)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin:

il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni,

il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet u l-investimenti sħaħ, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u

il-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

Dan il-marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %.

(548)

L-Ilmentatur saħaq li f’din l-industrija kien meħtieġ profitt fil-mira ta’ mill-inqas 15 %, li hija partikolarment intensiva fil-kapital u tirrikjedi livelli għoljin ħafna ta’ investiment b’mod partikolari fid-dawl tar-rivoluzzjoni futura tal-5G.

(549)

Il-Kummissjoni eżaminat din l-affermazzjoni, flimkien mal-kummenti sottomessi u mad-data disponibbli fil-fajl tal-każ rilevanti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira.

(550)

Is-CCCME ssottomettiet li l-profitt fil-mira ta’ 15 % identifikat fl-ilment kien eċċessiv ħafna. L-ilmentatur wieġeb li dan il-profitt fil-mira kien sempliċement biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni tal-aġenda tad-diġitalizzazzjoni tal-Unjoni u t-tranżizzjoni tal-5G. Is-CCCME wieġbet li l-opportunitajiet ta’ investiment futuri ma jistgħux jiġġustifikaw ir-rikors għal marġni ta’ profitt għoli b’mod mhux realistiku u li mill-2016 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikseb żviluppi għat-teknoloġija 4G b’marġnijiet ta’ profitt aktar baxxi.

(551)

L-investigazzjoni turi li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni tnaqqsu matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, il-profitti matul dan il-perjodu ma tqisux bħala bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni abbażi tal-profitti miksuba qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(552)

Matul l-2015 u l-2016, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun setgħu jżommu profitti konsistenti ta’ 12,6 % u 12,4 % rispettivament. Dawn is-snin jirrappreżentaw il-perjodu eżatt qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u ż-żieda qawwija ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet dannużi miċ-Ċina fl-2017. Għaldaqstant, l-2016 kienet meqjusa bħala l-aktar sena rappreżentattiva għall-profittabbiltà f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni f’din l-industrija. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li profitt fil-mira ta’ 12,4 % ikun jirrifletti l-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(553)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni użat rata ta’ profitt fil-mira eċċessivament għolja. Barra minn hekk, is-CCCME kkontestat ukoll l-użu tal-marġni ta’ profitt ta’ 12,4 %, billi ddikjarat li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu simili fl-2016 u fl-2017, u li l-profitti fl-ilment għall-2016 kienu bejn 5 — 10 %. Għalhekk, is-CCCME qieset li jkun aktar adegwat li l-2017 tintuża bħala sena bażi għall-profitt fil-mira.

(554)

Iċ-ċifri tas-CCCME jirreferu għal żieda ta’ aktar minn 40 % bejn l-2016 u l-2017, li tindika li l-livelli ta’ importazzjoni mhumiex simili f’dawn is-sentejn. Minħabba din iż-żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet miċ-Ċina u l-volum daqstant sinifikanti tagħhom fl-2017, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni kienu affettwati mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping — bl-esklużjoni tal-użu ta’ dik is-sena bħala perjodu ta’ referenza għall-profittabbiltà. L-investigazzjoni kkonfermat 12,4 % bħala l-marġni ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun fl-2016 fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju minn partijiet bħal dawn, kif ivverifikat mill-Kummissjoni. Id-dikjarazzjonijiet mis-CCCME u l-GTĊ f’dan ir-rigward huma għalhekk miċħuda.

(555)

Il-GTĊ kompla jiddikjara li l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu kien inkonsistenti mas-sitwazzjoni tal-industrija.

(556)

Din l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata u għalhekk ma tistax tiġi aċċettata għal raġunijiet formali. Fi kwalunkwe każ, sostantivament dan il-livell jirriżulta direttament mill-analiżi tal-informazzjoni mill-partijiet kif spjegat hawn fuq, u għalhekk huwa kompletament konsistenti.

(557)

Dan il-livell ta’ profitt fil-mira jidher ukoll adegwat meta jitqabbel mal-profitt meħtieġ mill-industrija sabiex jinżamm il-livell ta’ investiment meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul, kif imsemmi fil-premessa (489).

(558)

F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Ma kien hemm l-ebda kost futur bħal dan irrapportat mill-industrija tal-Unjoni.

(559)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni.

(560)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, kif stabbilit għall-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(561)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-grupp FTT sostna li meta jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ taħt il-prezz, jenħtieġ li l-SG & A u l-profitt tal-importaturi relatati tiegħu fl-Unjoni ma jitnaqqsux. F’dan ir-rigward hija rreferiet għas-sentenzi tal-Qorti fis-sentenzi tal-Qorti f’Jindal u Hansol (il-Kawża T-301/16, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs il-Kummissjoni Ewropea u l-Kawża T-383/17, Hansol Paper Co. Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea). Dan għandu jkun partikolarment il-każ jekk il-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni ma jinkludux biss il-bejgħ dirett mill-entitajiet tal-produzzjoni iżda wkoll il-bejgħ permezz ta’ entitajiet tal-bejgħ relatati. Barra minn hekk, il-grupp ZTT, anki b’referenza għal Jindal, sostna li meta jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-Kummissjoni trid tiżgura li t-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jsir fl-istess livell ta’ kummerċ. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li anki jekk il-prezz fil-mira għall-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu ġie kkalkulat abbażi tal-kost tal-produzzjoni flimkien mal-profitt fil-mira, ma kienx ċar jekk il-kost kienx jinkludi wkoll l-SG&A jew il-profitt tal-entitajiet kummerċjali relatati tal-industrija tal-Unjoni. Ġie ddikjarat li peress li SG&A u l-profitt tnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp ta’ ZTT, bl-istess mod l-SG&A u l-profitt għandhom jitnaqqsu mill-entitajiet kummerċjali tal-produtturi tal-OFC tal-Unjoni.

(562)

Fir-rigward tal-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz (b’mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt li fih isseħħ (jew tista’ sseħħ) il-kompetizzjoni ma’ produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa fil-fatt il-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat għaliex il-kumpanija fil-prinċipju għandha l-għażla li tagħmel l-akkwist tagħha jew mill-industrija tal-Unjoni jew minn fornituri barranin. F’dan il-każ, il-prezz tal-importazzjoni għal xi bejgħ tal-esportazzjoni ma jistax jittieħed b’valur par minħabba li l-produttur esportatur u l-importatur huma relatati. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit prezz tal-importazzjoni affidabbli fuq bażi distakkata, dan il-prezz irid jinbena bl-użu tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti bħala l-punt ta’ tluq. Sabiex issir din ir-rikostruzzjoni, ir-regoli dwar il-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni kif jinsabu fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huma pertinenti, u huma applikati b’analoġija, bħalma huma pertinenti għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għal skopijiet ta’ dumping. L-applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku tippermetti l-istabbiliment ta’ prezz li jkun kompletament komparabbli mal-prezz li jintuża meta jiġi eżaminat il-bejgħ magħmul lil klijenti mhux relatati u wkoll komparabbli mal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ġust, hemm bżonn li l-kostijiet SG&A u l-profitt jitnaqqsu mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lil klijenti mhux relatati magħmula mill-importatur relatat sabiex wieħed jasal għal prezz affidabbli.

(563)

Dan it-tnaqqis irid jiġi applikat ukoll għall-kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz (149). Il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni huwa bbażat fuq il-kost tal-produzzjoni tagħha flimkien mal-profitt fil-mira, mingħajr ma jitqies jekk imbagħad jinbiegħx fl-Unjoni lil klijenti relatati jew mhux relatati, li b’definizzjoni ma jinkludix l-SG&A u l-profitt tal-importaturi relatati fl-Unjoni u għalhekk irid jitqabbel mal-prezz CIF (żbarkat) tal-esportazzjonijiet.

(564)

Kif iddikjarat fil-premessa (508), it-tnaqqis fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni ġie stabbilit b’mod ċar. Barra minn hekk, madwar 30 % biss tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun sar permezz ta’ importaturi relatati fl-Unjoni u għalhekk huwa xieraq li jsir tqabbil abbażi tal-prezz tal-ħatt fil-fruntiera tal-UE għall-importazzjonijiet kollha. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li s-sejba ta’ twaqqigħ tal-prezz ma tiddgħajjifx anki jekk il-kalkoli jiġu aġġustati għall-SG&A u l-profitt tan-negozjanti fl-Unjoni.

(565)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji. Il-marġnijiet ta’ ħsara li ġejjin instabu, li juru li kienu ogħla mill-marġnijiet tad-dumping u għalhekk il-livell tal-miżuri għandu jikkorrispondi mal-marġnijiet tad-dumping:

Kumpanija

Marġini tad-dumping

Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

44,0  %

61,3  %

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

19,7  %

42,0  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

31,2  %

52,7  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

44,0  %

61,3  %

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(566)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u ta’ operaturi ekonomiċi rilevanti oħra.

(567)

Ġew sottomessi diversi kummenti dwar l-interess tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-GTĊ iddikjara li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jippromwovu b’mod effettiv l-iżvilupp tat-teknoloġija fl-industrija u jrawmu l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Skont il-GTĊ, jekk tkun protetta żżejjed, l-industrija tal-kejbils fibrottiċi fl-Unjoni se tispiċċa taqa’ lura meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi, għalhekk ma hemm l-ebda interess tal-Unjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni anti-dumping fis-settur, li jista’ jagħmel ħsara lill-kooperazzjoni bilaterali bejn iċ-Ċina u l-Unjoni fil-qasam diġitali.

(568)

Connect Com iddikjara wkoll li l-miżuri anti-dumping ikunu ta’ detriment għall-industrija minħabba li l-importaturi miċ-Ċina ma jkunux jistgħu jibqgħu jissottomettu offerti attraenti fis-sejħiet għall-offerti. B’konsegwenza ta’ dan, il-livell tal-prezzijiet fil-proċeduri tal-offerti jiżdied b’eżitu negattiv għall-baġits pubbliċi.

(569)

Is-CCCME nnotat li l-aġenda tad-diġitalizzazzjoni tal-UE u t-tranżizzjoni tal-5G ikunu moqdija l-aħjar billi ma jiġux ristretti aktar il-provvisti ta’ kejbils fibrottiċi ta’ kwalità għolja miċ-Ċina.

(570)

Cable 77, minflok, enfasizza li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq kejbils fibrottiċi tinfluwenza wkoll industriji oħra u li, jekk jiġu imposti dazji fuq il-kejbils, dawn jenħtieġ li jiġu imposti wkoll fuq il-fibri minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jużaw ukoll fibri prodotti barra mill-Unjoni.

(571)

Madankollu, kif spjegat fil-premessi li ġejjin, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni konvinċenti biex tikkonkludi li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw miċ-Ċina.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(572)

Hemm 29 kumpanija li jipproduċu OFC fl-Unjoni, li jimpjegaw madwar 4700 impjegat. Il-produtturi huma mifruxin b’mod wiesa’ madwar l-Unjoni.

(573)

L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm pożizzjoni kompetittiva fis-suq u tirkupra sehem mis-suq mitluf, filwaqt li ttejjeb il-profittabbiltà tagħhom lejn livelli sostenibbli.

(574)

In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ aktar tnaqqis fil-prezzijiet u inqas bejgħ u produzzjoni, b’aktar deterjorament finanzjarju f’termini ta’ profittabbiltà u investimenti, li jipperikola l-futur tagħha.

7.2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(575)

Il-kooperazzjoni mis-settur tal-importazzjoni kienet relattivament limitata. Ħames importaturi mhux relatati ppreżentaw formola ta’ kampjunar sal-iskadenza. Minn dawn il-ħames importaturi, erbgħa ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Importatur ġdid ippreżenta ruħu wara l-bidu tal-investigazzjoni antisussidji dwar kejbils fibrottiċi miċ-Ċina u talab li jikkoopera wkoll f’din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tat status ta’ parti interessata lil dan l-importatur għal din l-investigazzjoni mill-jum li fih huwa ppreżenta ruħha, u biex tqis l-informazzjoni sottomessa għal din l-investigazzjoni mingħajr preġudizzju għall-passi proċedurali li diġà skadew.

(576)

Il-ħames importaturi li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 12 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Żewġ importaturi pprovdew informazzjoni kompluta fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju, filwaqt li tlieta oħra ma kinux f’pożizzjoni li jipprovdu data preċiża dwar il-profitt għall-prodott taħt investigazzjoni għall-PI. L-importaturi kollha li kkooperaw opponew il-miżuri.

(577)

L-importaturi li kkooperaw jinsabu f’erba’ Stati Membri differenti u jiffokaw l-aktar l-attività tagħhom hemmhekk. Huma jimportaw bejn 70 % u 90 % tax-xiri tagħhom tal-OFC miċ-Ċina u jiksbu l-parti li jifdal mill-produtturi tal-Unjoni u mill-produtturi ta’ pajjiżi terzi oħra. Huma jissottolinjaw l-importanza li jkun hemm sorsi differenti ta’ provvista. L-importazzjonijiet tal-OFC minn pajjiżi terzi mhumiex soġġetti għad-dazju doganali fl-Unjoni.

(578)

Parti importanti mill-attività tal-importaturi li kkooperaw hija li jagħmlu offerti għal proġetti iżgħar. Lil hinn minn dawn l-offerti, huma joffru wkoll prodotti addizzjonali (eż. kanali, konnetturi u kabinetti) u servizzi kumplessi lill-klijenti (eż. id-disinn u l-installazzjoni tan-network). Bħala medja, il-prodott ikkonċernat jammonta għal madwar terz tal-fatturat totali tiegħu.

(579)

L-ebda wieħed mill-importaturi ma ddikjara li l-pandemija tal-COVID-19 kien ikollha impatt kbir fuq l-attività kummerċjali tiegħu. Importatur wieħed sostna li kien hemm ċertu tnaqqis f’Marzu 2020 minħabba l-lockdown iżda saħaq li l-importanza tal-proġetti tal-fibra lejn id-djar (“FTTH”) ġiet amplifikata minn din il-kriżi.

(580)

L-importaturi jqisu li l-vantaġġ kompetittiv tagħhom fuq il-produtturi tal-Unjoni jinsab fl-istruttura tal-bejgħ u fil-loġistika effiċjenti tagħhom. Huma jqassru ż-żmien tal-konsenja tagħhom billi jżommu ammont kbir ta’ stokk fil-maħżen tagħhom u għandhom l-għan li jwieġbu b’mod rapidu u flessibbli għall-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom.

(581)

L-importaturi ddikjaraw li ma jistgħux jiksbu l-OFC kollha tagħhom mill-industrija tal-Unjoni minħabba li l-industrija ma tistax tforni l-kwantitajiet meħtieġa fl-iskadenzi meħtieġa. Huma allegaw li fl-2017-18 kien hemm nuqqas ta’ OFC u tal-materja prima ewlenija tagħha, il-fibra ottika fis-suq meta l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkopri d-domanda tagħha u għalhekk kellhom isibu fornituri oħra. Xi importaturi saħqu li bit-tnedija tan-networks tal-fibra ottika u tal-5G, id-domanda għall-OFC qed tiżdied u hija mistennija li tiżdied aktar. Huma sostnew li din iż-żieda fid-domanda, flimkien ma’ miżuri potenzjali għad-difiża tal-kummerċ, tista’ twassal għal nuqqas ġdid fis-suq u għal dewmien fl-espansjoni tan-network tal-fibra ottika u tal-5G.

(582)

L-industrija tal-Unjoni kkonfutat l-affermazzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-provvista billi ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ riżerva abbundanti. Tabilħaqq, l-investigazzjoni sabet li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 59 % matul il-PI u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-kejbils fibrottiċi hija ta’ aktar minn 2 miljun kilometru ta’ kejbil, ferm ogħla mill-konsum stmat tal-Unjoni tal-OFC għas-snin li ġejjin. L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-produtturi tal-Unjoni għandhom il-kapaċità li jipproduċu aktar OFC jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, f’pajjiżi terzi jeżistu sorsi alternattivi ta’ provvista.

(583)

L-importaturi ddikjaraw ukoll li għandhom kuntratti ta’ provvista fit-tul mal-klijenti tagħhom li fihom jiġu miftiehma prezzijiet fissi għat-terminu totali ta’ 2-4 snin u ma hemm l-ebda klawżola ta’ aġġustament tal-prezzijiet għal żidiet mhux previsti fil-prezzijiet tax-xiri tagħhom. Għalhekk ma jkunx possibbli li jgħaddu l-kostijiet miżjuda lill-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, l-importaturi sostnew li mhumiex kapaċi jagħmlu offerti f’sejħiet għal offerti li huma mħabbra matul din l-investigazzjoni peress li ma jafux liema prezz se jħallsu għall-OFC f’każ li jiġu imposti miżuri.

(584)

L-importaturi sostnew ukoll li ma jkunx possibbli li s-sors tal-provvista jinbidel għal pajjiżi terzi oħra fil-każ ta’ kuntratti attwali peress li l-kejbils ikunu għaddew minn proċessi kumplessi ta’ approvazzjoni, u għalhekk dewmien serju fiż-żmien u diffikultajiet konsiderevoli fil-proċess tal-infiħ li jrid jiġi adattat għar-riġidità tal-kejbil li tvarja minn fornitur għall-ieħor, anki għal prodotti tal-istess speċifikazzjoni teknika.

(585)

Barra minn hekk, xi importaturi ddikjaraw ukoll li l-kejbils Ċiniżi huma ta’ kwalità ogħla mill-kejbils prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Għalkemm l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma l-istess, huma jiddikjaraw li l-OFC Ċiniż huwa prodott fuq linji ta’ produzzjoni aktar ġodda u l-finitura, l-irrumblar u l-karatteristiċi tekniċi huma ta’ standard ogħla. Dawn l-importaturi sostnew ukoll li d-differenza fil-kwalità ma tikkonċernax biss il-prodott, iżda l-produtturi Ċiniżi jaqdu l-ħtiġijiet individwali tal-klijenti tagħhom b’mod aktar flessibbli u f’waqtu u jipprovdu servizzi aħjar wara l-bejgħ. Barra minn hekk, importatur wieħed iddikjara li d-differenza fil-prezz bejn il-kejbils fibrottiċi tal-Unjoni u dawk Ċiniżi hija aktar baxxa minn dik iddikjarata fl-ilment. Dan l-importatur iddikjara wkoll li l-produtturi tal-Unjoni jfornu prodotti oħra (kanali, toqob għall-idejn, għeluq) u jqis li l-miżuri jippermettu lill-produtturi tal-Unjoni jorbtu dawn il-prodotti l-oħrajn mal-OFC biex ibigħuhom bħala parti minn proġett. Huwa jqis ukoll li l-miżuri joħolqu diżinċentiv għall-produtturi tal-Unjoni biex jinnovaw peress li jipproteġuhom mill-kompetizzjoni. Fil-fehma tiegħu, dan iwassal għal dewmien fil-varar tan-networks.

(586)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, l-importaturi li kkooperaw sostnew li l-livell propost tad-dazji qabeż b’mod sinifikanti l-marġnijiet ikkalkulati tagħhom u dan jikkawża telf sostanzjali lilhom peress li ma jkunux jistgħu jgħaddu d-dazji fuq il-klijenti tagħhom li magħhom għandhom kuntratti eżistenti fit-tul bi prezzijiet fissi. Għalhekk id-dazji jistgħu eventwalment iwasslu għall-falliment tal-importaturi u d-distributuri. Huma sostnew ukoll li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux kapaċi jew lesti li jfornu l-OFC li jikkorrispondi mar-rekwiżiti tagħhom fil-ħin u li jkun hemm nuqqas ta’ OFC u dewmien konsiderevoli fiż-żminijiet ta’ tħejjija u fit-tifrix ta’ networks jekk jiġu introdotti l-miżuri. Importatur wieħed sostna wkoll li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux iżidu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħhom biex jikkumpensaw għat-telf ta’ prodotti ta’ kwalità mir-RPĊ. L-importatur li kkoopera esprima wkoll in-nuqqas ta’ qbil tiegħu mas-sejba li marġini ta’ 10 % ikun biżżejjed għal distributur u ddikjara li bl-ispejjeż tal-ħażna u tal-prefinanzjament, kien meħtieġ marġini ħafna ogħla ta’ 20-25 %. Xi wħud mill-importaturi li kkooperaw sostnew ukoll li jkunu mġiegħla jimportaw minn pajjiżi terzi oħra jekk jiġu imposti dazji għalkemm dan ikun jinvolvi diffikultajiet serji, dewmien u spejjeż addizzjonali u l-kwalità tal-prodott tkun aktar baxxa. Bosta importaturi li kkooperaw ikkunsidraw li r-rati ta’ dazju differenti proposti għall-produtturi Ċiniżi li kkooperaw ma kinux jiftiehmu għalihom u huma qisuh bħala trattament mhux ugwali. Barra minn hekk, intqal li l-miżuri jwasslu għal monopolju jew oligopolju fis-suq.

(587)

Il-Kummissjoni sabet li filwaqt li l-importaturi li kkooperaw għandhom rabtiet kummerċjali stabbli mal-fornituri tagħhom tal-OFC fiċ-Ċina, dawn ma għandhomx kuntratti fit-tul ma’ dawn il-fornituri li jistabbilixxu l-volumi jew il-prezzijiet tax-xiri. Fil-fatt, l-importaturi jagħmlu ordnijiet regolari għal volumi akbar ta’ OFC u jirċievu offerta ta’ prezz għal kull ordni mill-produtturi Ċiniżi. Għalkemm l-importaturi jiddikjaraw li jkun jiswa ħafna flus u jieħu ħafna ħin biex wieħed jibdel fornituri, ilkoll jixtru minn sorsi oħra wkoll (jiġifieri fl-Unjoni, fl-Istati Uniti, fl-Indja, fil-Każakistan, fil-Belarussja u fl-Ukrajna) u kienu sabu b’suċċess fornituri ġodda matul l-allegata skarsezza tal-2017-18. Dan jindika li, filwaqt li l-importaturi fil-fatt ikollhom iħallsu prezz ogħla għall-ordnijiet li diġà saru iżda li għadhom ma ġewx irċevuti qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, ma jkunx eċċessivament diffiċli għalihom li jaqilbu għal fornituri ġodda fi żmien relattivament qasir.

(588)

Filwaqt li l-miżuri anti-dumping x’aktarx li jkollhom ċertu impatt negattiv fuq l-importaturi u jistgħu jnaqqsu l-profittabbiltà tagħhom, l-importaturi se jkunu jistgħu jassorbu u/jew jgħaddu xi parti miż-żieda fil-kost ikkawżata mid-dazju lill-klijenti tagħhom minħabba l-marġnijiet ta’ profitt sinifikanti tagħhom ta’ aktar minn 20 %, li ġew ikkonfermati mill-kummenti msemmija fil-premessa (586). Għandhom ukoll il-possibbiltà li jsibu sorsi alternattivi ta’ provvista, inkluż minn pajjiżi terzi oħra u mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kombinament ta’ sorsi oħra ta’ provvista għall-prodott investigat u l-abbiltà li jassorbu u/jew parzjalment jgħaddu l-effett tad-dazji fuq il-klijenti tagħhom ikun ifisser li l-importaturi mhux relatati mhumiex sproporzjonalment affettwati mill-impożizzjoni tal-miżuri. Livelli differenti ta’ dazju jirriflettu differenzi fl-imġiba fost l-esportaturi u fl-impatt tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fuq l-industrija tal-Unjoni u mhux diskriminazzjoni.

(589)

Ta’ min jinnota wkoll li l-affermazzjonijiet rigward id-differenzi fil-kwalità, in-nuqqas ta’ provvista, l-inabbiltà jew in-nuqqas ta’ rieda tal-industrija tal-Unjoni li tforni s-suq, id-differenzi fil-prezzijiet, il-profittabbiltà tal-importaturi, ir-riskji ta’ monopolju jew oligopolju, l-inċentivi għall-innovazzjoni u l-iskjerament ta’ żmien għan-netwerks tat-telekomunikazzjoni ma kinux sostanzjati u għalhekk ma jistgħux jiġu aċċettati.

(590)

Ta’ min jinnota wkoll li l-investigazzjoni wriet li wieħed mill-aspetti importanti tad-dannu f’dan il-każ huwa preċiżament il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma tistax tikseb il-livell ta’ profitti li jippermettilha tkompli tinvesti fost l-oħrajn f’kapaċità ulterjuri biex tissodisfa d-domanda dejjem tikber fis-suq tal-Unjoni li qed jespandi. L-impatt mistenni tal-miżuri huwa preċiżament biex jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet ekwi u jippermettu li jsiru tali profitti, investiment u espansjoni tal-kapaċità.

(591)

Cable 77 tqis ukoll li jekk għandu jkun hemm dazju fuq il-kejbils, għandu jkun hemm ukoll dazju fuq il-fibri f’livell ħafna ogħla minn dak fuq il-kejbil. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li din l-investigazzjoni tkopri l-OFC u għalhekk il-miżuri jistgħu jiġu imposti biss fuq il-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, il-fibri huma input fl-OFC, iżda mhux il-prodott ikkonċernat.

(592)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com argumentat li l-kostijiet tal-materja prima kienu qed jiżdiedu b’mod sinifikanti fis-setturi kollha u li l-produzzjoni tal-kejbils tal-broadband kienet affettwata wkoll. F’dan ir-rigward, Connect Com tat eżempji ta’ żieda fil-prezz ta’ fornitur Ċiniż mhux żvelat mit-tieni trimestru tal-2020 għat-tieni trimestru tal-2021. F’dan ir-rigward, Connect Com argumentat li kien hemm ħtieġa urġenti li jiġu estiżi n-netwerks tal-kejbil broadband fl-Ewropa iżda d-domanda ma setgħetx tiġi ssodisfata mill-produtturi tal-Unjoni fi żmien qasir bi prezzijiet kompetittivi u aċċettabbli u għalhekk id-dazji ma għandhomx jiġu imposti jew tal-inqas għandhom jiġu sospiżi.

(593)

La r-rappreżentattività u lanqas l-effett ta’ din iż-żieda fil-prezz fuq l-utenti u l-importaturi ma ġew sostanzjati. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

7.3.   L-interess tal-utenti u tad-distributuri

(594)

Il-prodott taħt investigazzjoni jinkiseb minn diversi industriji, prinċipalment operaturi kbar tat-telekomunikazzjoni, korpi pubbliċi (bħal muniċipalitajiet) responsabbli għall-espansjoni tan-network tal-banda wiesgħa, installaturi u operaturi, u distributuri.

(595)

Għadd limitat ta’ utenti kkooperaw fl-investigazzjoni: żewġ operaturi kbar tat-telekomunikazzjoni (Deutsche Telekom fil-Ġermanja u Proximus fil-Belġju), ħames installaturi u operaturi tan-network, distributur wieħed u utent żgħir. Flimkien, l-utenti li kkooperaw jammontaw għal inqas minn 12 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet tal-OFC miċ-Ċina u għal inqas minn 9 % tal-volum totali tal-konsum tal-OFC fl-UE matul il-PI.

(596)

Ħafna mit-tweġibiet tal-utenti għall-kwestjonarji tal-utenti kienu neqsin ħafna u ma kien fihom l-ebda argument jew informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni. L-ebda wieħed mill-korpi pubbliċi li jakkwistaw l-OFC ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(597)

BYCN Axione u utent ieħor li jixtri OFC prinċipalment mill-produtturi tal-Unjoni ma esprimewx oppożizzjoni għall-miżuri. Deutsche Telekom u d-distributur Spanjol Comercial Electro Industrial S.A. (“Comel”) huma kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri.

(598)

Deutsche Telekom tistenna żieda fid-domanda għall-OFC minħabba t-tnedija enormi tal-5G u ssostni li l-OFC huwa suq dinji b’teknoloġija standardizzata, użu globali u fornituri. Hija ssostni li d-dazji anti-dumping fuq l-OFC miċ-Ċina jistgħu jwasslu għal kwistjonijiet sinifikanti biex jiġu żgurati d-domandi għall-kejbils tal-Unjoni u jirriskjaw li jfixklu jew idewmu t-trasferimenti tan-network u jwasslu għal żieda sinifikanti fl-ispejjeż għall-klijenti tal-UE. Hija ssostni wkoll li l-prezzijiet naqsu minħabba l-kapaċitajiet żejda eżistenti u l-atturi kollha investew f’żieda fil-kapaċità matul l-allegat nuqqas ta’ provvista ftit snin ilu.

(599)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien inevitabbli li d-dazji anti-dumping ikollhom implikazzjonijiet fuq il-kostijiet għall-utenti li jixtru l-OFC tagħhom miċ-Ċina, iżda li dan kien dovut għall-imġiba inġusta fl-esportazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li l-OFC jirrappreżenta biss sehem żgħir mill-kost totali tat-tnedija tal-proġetti tan-networks diġitali — fil-każ li l-5G tkun ħafna inqas minn 5 %. Ix-xiri tal-prodott taħt investigazzjoni mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni li kkooperaw jirrappreżenta perċentwal marġinali tal-fatturat tal-kumpanija, u d-ditta tixtri parti sinifikanti mill-OFC tagħha minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-utent l-ieħor li huwa diffiċli li wieħed jbiddel il-fornituri, kif spjegat fil-premessa (587), importaturi oħrajn instabu wkoll li jixtru minn sorsi differenti f’pajjiżi terzi. Bl-istess mod, l-utenti għandhom ukoll il-possibbiltà li jsibu sorsi alternattivi ta’ provvista, inklużi fornituri minn pajjiżi terzi oħra. Peress li fis-snin li ġejjin id-domanda għall-OFC hija mistennija li tikber, l-utenti u d-distributuri se jikkompetu f’suq akbar minn qabel. Din hija opportunità għalihom biex iżommu u jiżviluppaw in-negozju tagħhom anki jekk il-prezzijiet tagħhom jiżdiedu minħabba d-dazji anti-dumping.

(600)

Huwa ssottolinjat ukoll li l-eżistenza ta’ kapaċità żejda xprunata miċ-Ċina ma tiġġustifikax prattiki kummerċjali inġusti li d-dannu tagħhom lill-industrija tal-Unjoni jipperikola l-futur tagħha, kif ukoll id-diversità tal-provvista u b’hekk il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni.

(601)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-utenti u d-distributuri mhumiex affettwati b’mod sproporzjonat mill-impożizzjoni tal-miżuri.

7.4.   Fatturi oħrajn

(602)

Il-kejbils fibrottiċi huma meħtieġa biex jinbnew networks tal-banda wiesgħa veloċi u għalhekk huma ta’ importanza kbira għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-entitajiet pubbliċi madwar l-UE li jiddependu minn dawn in-networks għax-xogħol fid-dar, għall-apprendiment fid-dar, għat-tmexxija ta’ negozju jew għall-forniment ta’ servizzi. L-investiment permezz tal-programm NextGenerationEU (150) huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea li għandha wkoll l-għan li tuża infrastruttura tal-banda wiesgħa b’teknoloġija avvanzata biex tilħaq kull rokna tal-UE. Għalhekk, il-kejbils fibrottiċi huma kruċjali għad-Deċennju Diġitali tal-UE (151) u anki għas-sovranità diġitali tagħha.

(603)

Minħabba l-importanza tal-prodott taħt investigazzjoni fid-dawl tal-objettivi pubbliċi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-impatt ta’ miżuri potenzjali fuq it-tnedija ta’ proġetti tan-network tal-banda wiesgħa.

(604)

Diversi partijiet sostnew li l-konsumaturi u l-baġits pubbliċi fl-Unjoni jsofru dannu f’każ li jiġu imposti miżuri anti-dumping peress li jkun hemm żieda fil-prezz tal-OFC u b’hekk fil-prezz totali tal-proġetti tan-network.

(605)

Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-kost tal-OFC fil-kost totali tal-proġetti tan-network. L-investigazzjoni wriet li l-OFC jirrappreżenta biss sehem żgħir mill-kost totali tat-tnedija tan-networks diġitali. Fil-fatt, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni (jiġifieri t-tħaffir tal-art sabiex jitqiegħdu l-kejbils) huma l-aktar element ta’ kost sinifikanti f’dawn il-proġetti, li jammonta għal madwar 80 % tal-kostijiet. L-20 % li jifdal huwa magħmul minn kostijiet tal-materjal li jinkludu wkoll prodotti oħra bħal kanali, kabinetti u konnetturi. Il-Kummissjoni sabet li l-OFC jirrappreżenta proporzjon żgħir tal-kostijiet totali tal-proġett tan-network — fil-każ tal-5G inqas minn 5 % skont wieħed mill-utenti l-kbar. Il-produtturi tal-UE u l-importaturi li kkooperaw iddikjaraw ukoll li l-OFC jirrappreżenta madwar 5-10 % tal-kostijiet totali tal-proġetti tan-network.

(606)

Il-livell modest ta’ kooperazzjoni tal-operaturi ewlenin tan-network tal-UE u tal-korpi pubbliċi responsabbli għall-proġetti kbar tan-network jissuġġerixxi wkoll li miżuri possibbli fuq l-OFC ma jkollhomx impatt sostanzjali fuq l-ispiża u ż-żmien ta’ dawn il-proġetti.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(607)

L-investigazzjoni sabet li hemm kapaċità suffiċjenti fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi oħra biex jissostitwixxu l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tinvesti fis-siti ta’ produzzjoni tagħha tal-Unjoni u f’teknoloġiji ġodda għall-benefiċċju tal-industrija tal-utenti. Fl-istess ħin, il-miżuri ma jwaqqfux lill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (inkluża ċ-Ċina) milli jikkompetu b’mod ġust fis-suq tal-Unjoni. Anki jekk ikun hemm żieda fid-domanda għall-OFC fis-snin li ġejjin kif mistenni mill-atturi tas-suq, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat ma jkollhom l-ebda riskju notevoli ta’ nuqqas ta’ provvista u ma jkunx hemm dewmien fit-tnedija tan-network tal-banda wiesgħa tal-fibra ottika lejn id-djar u n-negozji.

(608)

B’mod ġenerali, filwaqt li fin-nuqqas ta’ miżuri, l-utenti, l-importaturi, il-klijenti finali u l-baġits pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn prodotti orħos fuq terminu qasir, l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping miċ-Ċina inevitabbilment igerrxu lill-produtturi tal-Unjoni mis-suq tal-Unjoni, u dan jirriżulta fit-telf għall-industrija tal-utenti ta’ sorsi ta’ provvista siewja u potenzjalment f’żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni mill-produtturi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, is-sopravivenza tal-produtturi tal-Unjoni hija kruċjali għas-sovranità diġitali tal-UE.

(609)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li f’dan l-istadju tal-investigazzjoni ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li juru li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ OFC li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

(610)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tar-rabta ta’ kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping.

(611)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

44,0  %

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

19,7  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

31,2  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

44,0  %

(612)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma kienu jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jiġu soġġetti għal ebda rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(613)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (152). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(614)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jiġi manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jiġu soġġetti għal ebda rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(615)

Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, ir-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li tapplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(616)

Fir-rapport tagħha ppreżentat wara n-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri, is-CCCME affermat li kien hemm korrelazzjoni ċara bejn it-tnaqqis fir-ritmu tal-bejgħ għall-industrija tal-OFC tal-Unjoni (u globali) u l-bidu tal-pandemija u li din is-sitwazzjoni tkun teħtieġ li tiġi indirizzata jew permezz ta’ sospensjoni tal-applikazzjoni tal-miżuri antidumping għal disa’ xhur jew billi jiġi ristrett it-tul ta’ żmien tal-miżuri għal sentejn. Barra minn hekk, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni definittiva tas-sejbiet, is-CCCME sostniet li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u li l-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li seħħ bil-pandemija kienu attribwiti b’mod falz għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, żewġ importaturi argumentaw ukoll li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod xieraq l-effetti tal-pandemija. Barra minn hekk, is-CCCME argumentat ukoll li fil-fażi ta’ rkupru ta’ wara l-COVID-19, prodotti bħall-OFC ikunu kruċjali għall-industriji fl-Unjoni b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-programm 5G. F’dan ir-rigward, is-CCCME sostniet li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping tirriżulta f’nuqqasijiet kritiċi tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u li l-prezz tiegħu jiżdied b’mod sinifikanti. Skont is-CCCME, dawn iċ-ċirkostanzi tal-aħħar jiġġustifikaw ukoll is-sospensjoni tal-applikazzjoni tad-dazji għal perjodu ta’ disa’ xhur jew, alternattivament, il-limitazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-miżuri għal sentejn. Connect Com sostniet ukoll li ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima u l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 ma tqisux kif xieraq u kienet teħtieġ is-sospensjoni tal-miżuri.

(617)

Fir-rigward ta’ dawn l-affermazzjonijiet, l-investigazzjoni żvelat li l-pandemija tal-COVID-19 kellha biss impatt limitat ħafna u temporanju fuq l-industrija (kif deskritt fil-premessi (426) u (579)), u ma waqqfitx iż-żieda sinifikanti fil-konsum fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tas-sospensjoni skont l-Artikolu 14(4), it-talba mill-partijiet kienet ġenerika u mhux sostanzjata. Jekk ikun hemm evidenza li l-kundizzjonijiet tas-suq inbidlu temporanjament b’mod li ma jkunx probabbli li terġa’ tibda l-ħsara, u biss jekk ikun fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk is-sospensjoni tkunx iġġustifikata fi żmien debitu. Fir-rigward tad-durata iqsar tal-miżuri, is-sejbiet dwar id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni kkonfermaw li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu mill-importazzjoni oġġett ta’ dumping mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u wkoll li ma hemm l-ebda kunsiderazzjonijiet konvinċenti dwar l-interess tal-Unjoni biex jiġi kkunsidrat perjodu iqsar tal-miżuri. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

9.   IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TA' DAZJI ANTIDUMPING

(618)

Kif imsemmi fil-premessa (4) hawn fuq, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li joriġina miċ-Ċina suġġetti għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni minħabba l-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva ta' xi miżura antidumping, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(619)

Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti b'mod retroattiv “fuq prodotti li ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 ġurnata qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji”.

(620)

Peress li ma ġewx imposti dazji provviżorji, ma setgħetx issir applikazzjoni retroattiva. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jenħtieġ li titwaqqaf.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(621)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (153), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(622)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat kif stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi b’modalità waħda, magħmula minn fibra waħda jew aktar miksija individwalment, b’kisi protettiv, kemm jekk fihom kondutturi elettriċi li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8544 70 00 (il-kodiċi TARIC 8544700010) kif ukoll jekk le u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

(i)

kejbils li fihom il-fibri ottiċi huma mgħammra individwalment b’konnetturi operazzjonali f’estremità waħda jew fiż-żewġ estremitajiet; kif ukoll

(ii)

kejbils għall-użu taħt il-baħar. Il-kejbils għall-użu taħt il-baħar huma kejbils fibrottiċi insulati bil-plastik, b’konduttur tar-ram jew tal-aluminju, li fihom il-fibri huma f’modulu/moduli tal-metall.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

44,0  %

C696

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

19,7  %

C697

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I

31,2  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

44,0  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

5.   Id-dikjarazzjoni doganali għandha tindika t-tul f’kilometri tal-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1), dment li din l-indikazzjoni tkun kompatibbli mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (154).

Artikolu 2

Meta produttur esportatur ġdid mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni, l-Anness jista’ jiġi emendat billi jiżdied dak il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta’ kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u, għalhekk, huma soġġetti għar-rata ta’ dazju medja ponderata xierqa ta’ anti-dumping, jiġifieri 31,2 %. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

ikun jew effettivament esporta l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali b’dan huma ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/548 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jagħmel importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ kejbils ta’ fibra ottika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 316, 24.9.2020, p. 10).

(3)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ kejbils ta’ fibra ottika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 442, 21.12.2020, p. 18).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/548 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jagħmel importazzjonijiet ta’ kejbils ta’ fibra ottika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 109, 30.3.2021, p. 71).

(5)  Ara, f’dan ir-rigward, WTO Panel Report, Mexico — Anti-Dumping Investigation of High Fructose Corn Syrup (HFCS) from the United States (WT/DS132/R), it-28 ta’ Jannar 2000, para. 7.73.

(6)  Is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2016, Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill, T-199/04 RENV, ECLI:EU:T:2016:740, para. 92-93.

(7)  Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il-Kunsill, T-67/14, EU:T:2017:481, il-para. 98.

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1693 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 259, 10.10.2019, p. 15).

(9)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2479

(10)  Avviż Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (2020/C 86/06) (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(11)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.

(12)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 6-7.

(13)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 10.

(14)  http://www.gov.cn/guoqing/2018-03/22/content_5276318.htm (ikkonsultata l-aħħar fis-17 ta’ Ġunju 2021).

(15)  Rapport — Kapitolu 2, p. 20-21.

(16)  Ir-Rapport — Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(17)  Rapport — Kapitolu 6, p. 120-121.

(18)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 122-135.

(19)  Rapport — Kapitolu 7, p. 167-168.

(20)  Rapport — Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(21)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport — Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport — Kapitolu 5, p. 108-109.

(22)  Rapport — Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.

(23)  Rapport — Kapitolu 5, p. 104-9.

(24)   “FTT” minn hawn ’il quddiem tirreferi għal FiberHome Telecommunication Technologies Co.. Il-“grupp FTT” huwa definit fil-premessa (42).

(25)  Ara r-Rapport Annwali tal-kumpanija għall-2019, p. 42. https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202004291379049397_1.pdf, (ikkonsultata l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(26)  23,73 % huwa ta’ China Huaxin Post and Telecommunications u 15,82 % huwa ta’ Yangtze Communication Industry Group (YCIG) — iż-żewġ kumpaniji huma kkontrollati minn SASAC (ara r-Rapport Annwali għall-2019 ta’ YCIG, p. 64. http://www.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/2020-04-30/600345_20200430_2.pdf (ikkonsultata l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(27)   “ZTT” minn hawn ’il quddiem tirreferi għal Jiangsu Zhongtian Technology Co. “Grupp ZTT” hija ddefinita fil-premessa (42).

(28)  Ara http://en.tayho.com.cn/about/companyprofile.htm (aċċessat fis-26 ta’ Marzu 2021) u https://www.businesswire.com/news/home/20170925005664/en/Global-and-China-Aramid-Fiber-Industry-Report-2017-2021---Research-and-Markets.

(29)  Ara: https://video.ceultimate.com/100009_2012105017/Wanhua_Annual_Report_of_2018.pdf, paġna 190 u nota 1 f’paġna 191. (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Marzu 2021).

(30)  Ara: https://www.fitchratings.com/research/international-public-finance/yantai-guofeng-investment-holdings-group-co-ltd-23-12-2020

(31)  Ara: https://www.prnewswire.com/news-releases/global-and-china-aramid-fiber-markets-2021-300532604.html

(32)  Ara: http://www.sinopec.com/listco/en/about_sinopec/our_company/company.shtml (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Marzu 2021).

(33)  Ara: http://www.sinochemintl.com/13873.html u http://www.sinochem.com/en/1250.html (ikkonsultati l-aħħar fis-26 ta’ Marzu 2021).

(34)   Data għall-2015 abbażi tal-Yearbook Statistiku taċ-Ċina tal-2016, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika taċ-Ċina.

(35)  Ara: https://www.radiantinsights.com/research/high-density-polyethylene-hdpe-market-in-china

(36)  Rapport — Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.

(37)  Sors: www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (l-aħħar imfittxija fit-12 ta’ April 2021), https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steelenterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (l-aħħar imfittxija fit-2 ta’ Marzu 2020), u www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (l-aħħar imfittxija fit-12 ta’ April 2021).

(38)  Disponibbli fi http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(39)  Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009 (Ara: https://www.steelonthenet.com/kb/history-rizhao.html (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021), u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(40)  Ara China’s Baosteel’s takeover of Wuhan to create world’s No 2 steelmaker, Reuters, https://www.reuters.com/article/us-china-baosteel-mergers-idUSKCN11Q0U3 (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(41)  Rapport — Kapitolu 5, p. 100-101.

(42)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 26.

(43)  Rapport — Kapitolu 2, p. 31-32.

(44)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020).

(45)  Disponibbli fuq www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2021)

(46)  Financial Times (2020) “Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise”, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j.

(47)  Ara s-sit web tal-kumpanija: https://www.cict.com/portal/list/index/cid/8.html#about_1 (ikkonsultat l-aħħar fil-31 ta’ Marzu 2021).

(48)  Ara http://www.wehdz.gov.cn/ggdj/djdt/202001/t20200116_875063.shtml (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(49)  https://asiatimes.com/tag/donghu-high-tech-zone/

(50)  http://www.fiberhome.com/en/about/61.aspx.

(51)  Ara l-artiklu Revisiting the spirit of General Secretary Xi Jinping’s important speech during his visit to Hubei — Employees of the Optics Valley Construction visited Fiberhome Technology Group. Is-sit web tal-kumpanija Wuhan Optics Valley Construction. is-17 ta’ Mejju 2018. http://ggjstz.cn/lzjs/6372.jhtml (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(52)  https://www.zttcable.com/leadership.html

(53)  Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ ZTT tal-31 ta’ Ottubru 2018: https://www.chinaztt.cn/news/show-48021.html (ikkonsultat l-aħħar fil-31 ta’ Marzu 2021).

(54)  Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ ZTT tat-2 ta’ Lulju 2019: https://www.chinaztt.cn/news/show-48431.html

(55)  Ara l-artiklu Advanced Grassroot Party organization in Jiangsu Province: Party Committee of Hengtong Group Co., Ltd. Sit web tas-CCP tal-Provinċja ta’ Jiangsu. it-3 ta’ Lulju 2019. http://www.jszzb.gov.cn/zzjs/info_15.aspx?itemid=27375 (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(56)  Ara l-artiklu fuq is-sit web tal-kumpanija, ippubblikat fit-28 ta’ Ġunju 2018: https://www.yofc.com/view/580.html (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(57)  Ara l-artiklu fuq is-sit web tal-kumpanija, ippubblikat fid-29 ta’ Ġunju 2019 https://www.yofc.com/view/2480.html

(58)  https://baike.baidu.com/item/E8%9%6%9B%E6%B5%8E%E8%90%8D (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021).

(59)  https://stock.qianzhan.com/item/geren-43059620fb44.html (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(60)  http://www.fiberhome.com/invest/default.aspx#glc (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(61)  http://zmfdz.news.cn/345/index.html (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(62)  https://baike.baidu.com/item/%E9%A9%AC%E6%9D%B0/53398702 (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021)

(63)  Rapport — Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(64)  Rapport — Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(65)  Ara l-Katalogu ta’ Gwida ta’ prodotti u servizzi ewlenin f’industriji emerġenti strateġiċi. http://www.gov.cn/xinwen/2018-09/22/5324533/files/dcf470fe4eac413cabb686a51d080eec.pdf u l-Katalogu Made in China 2025 tal-“Erba’ Elementi Essenzjali”. http://www.cm2025.org/show-14-126-1.html u http://www.cm2025.org/uploadfile/2016/1122/20161122053929266.pdf.

(66)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 17.

(67)  Ara b’mod partikolari l-Kapitolu 25 — taqsimiet 1 u 4; il-Kapitolu 26; u l-miri ta’ penetrazzjoni tal-internet fil-Kapitolu 3 — il-kaxxa 2 tal-FYP. https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf.

(68)  Fit-Taqsima 2.1 tiegħu, it-13-il FYP għall-SEI jagħti struzzjonijiet b’mod partikolari biex: “ 1) Tinbena l-infrastruttura ta’ pajjiż b’network b’saħħtu. Tiġi promossa b’mod qawwi l-istrateġija “Broadband China”. […] Jiġi promoss b’mod vigoruż il-bini ta’ networks tal-fibra ottika b’veloċità għolja. Jiġu żviluppati proġetti pilota għall-applikazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji tan-network intelliġenti ġodda, u jiġi promoss l-aġġornament tan-networks ewlenin nazzjonali lejn trażmissjoni b’veloċità għolja, aġġustament flessibbli u adattament intelliġenti. Titwettaq bis-sħiħ il-qabża għal networks totalment ottiċi, titħaffef il-promozzjoni tal-kopertura tan-network ottiku fiż-żoni urbani, jiġu pprovduti servizzi ta’ aċċess ta’ aktar minn 1000 megabit fis-sekonda (1000Mbps), u jittieħdu għażliet flessibbli ta’ meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 100Mbps għall-utenti domestiċi fi bliet kbar u medji; il-kollaborazzjoni multipartitika għandha sseddaq it-titjib tal-kopertura rurali tal-fibra ottika. Aktar minn 98 % tal-irħula amministrattivi għandu jkollhom aċċess għall-fibra ottika, iż-żoni eliġibbli għandhom jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ aktar minn 100Mbps, u aktar minn nofs l-utenti domestiċi rurali għandu jkollhom għażla flessibbli ta’ meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 50Mbps. Jiġi promoss l-iżvilupp ta’ infrastruttura bi tliet tipi ta’ teknoloġija tat-telekomunikazzjoni. ” http://www.gov.cn/zhengce/content/2016-12/19/content_5150090.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ April 2021).

(69)  Ara b’mod partikolari t-Taqsima 3.2: “ Jissaħħaħ il-bini tal-infrastruttura tal-Internet. Jissaħħaħ l-ippjanar u t-tqassim tal-bini tal-infrastruttura tal-Internet industrijali, u jinbena Internet industrijali b’latenza baxxa, b’affidabbiltà għolja u b’kopertura wiesgħa. Jitħaffef il-varar u l-bini ta’ networks tal-fibra ottika, networks tal-komunikazzjoni mobbli u networks taż-żona lokali bla fili fir-raggruppamenti tal-manifattura, jiġi implimentat titjib fil-banda wiesgħa tan-networks tal-informazzjoni, u jittejbu l-kapaċitajiet ta’ aċċess għall-banda wiesgħa mill-intrapriżi.” http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/19/content_9784.htm.

(70)  Rapport — Kapitolu 4, p. 56 u l-informazzjoni uffiċjali li ġejja tal-4 ta’ Lulju 2015: http://english.gov.cn/policies/latest_releases/2015/07/04/content_281475140165588.htm

(71)  Ara: http://www.gov.cn/zwgk/2013-08/17/content_2468348.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-30 ta’ Marzu 2021).

(72)  http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/20/content_9789.htm (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Marzu 2021).

(73)  Ara: http://www.gov.cn/xinwen/2017-01/12/content_5159124.htm u http://www.gov.cn/xinwen/2017-01/12/5159124/files/05242d361d164de587440d7e849f992e.pdf (ikkonsultati l-aħħar fit-30 ta’ Marzu 2021). B’mod partikolari, fit-Taqsima 2, il-Pjan ta’ Azzjoni jagħti struzzjonijiet biex: “ 1) Jitħaffef it-titjib ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ network tal-fibra ottika b’veloċità għolja. […] Jingħata appoġġ fil-prijorità tal-espansjoni tal-kopertura effettiva tan-networks tal-banda wiesgħa tal-fibra ottika fiż-żoni rurali. Għan: Sal-2018 se jiżdiedu 90 000 kilometru ta’ kejbils ottiċi prinċipali kif ukoll 200 miljun port ta’ fibra sad-djar, u se tinkiseb kopertura ottika tan-network f’żoni urbani, billi jiġu pprovduti kapaċitajiet ta’ servizz ta’ aċċess li jaqbżu l-1 000 megabit fis-sekonda, kif ukoll għażla flessibbli li taqbeż il-100 megabit fis-sekonda għall-utenti tal-banda wiesgħa fid-djar fi bliet kbar u medji; il-proporzjon ta’ fibra ottika fl-irħula amministrattivi għandu jiżdied minn 75% għal 90%” ; fit-Taqsima 4: “Jissaħħaħ l-appoġġ finanzjarju. […] Jintużaw investimenti fil-baġit ċentrali biex ikompli jiġi appoġġat il-bini tal-infrastruttura tal-informazzjoni fiż-żoni rurali, tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni ta’ programm pilota għall-mekkaniżmi ta’ kumpens tas-servizz tat-telekomunikazzjoni universali li jiffoka fuq in-networks tal-banda wiesgħa, u jiġi promoss it-twettiq tal-għanijiet relatati man-network rurali stabbiliti fit-“13-il Pjan ta’ Ħames Snin” mill-aktar fis possibbli. Jissaħħaħ l-appoġġ finanzjarju għal proġetti ewlenin. […]’.

(74)  Ir-Rapport — Kapitolu 4, p. 47.

(75)  Ir-Rapport — Kapitolu 4, p. 67.

(76)  Ara In-depth report on optical fiber and cable industry. Analysis of demand for optical fiber and cable in 2019. Sit web ta’ Communication World. id-9 ta’ April 2018. http://www.cww.net.cn/article?id=429906 (ikkonsultat l-aħħar fit 30 ta’ Marzu 2021). Ara b’mod partikolari s-siltiet: “ Storikament, it-tipi kollha ta’ politiki favorevoli bħall-istrateġija “Broadband China” kienu l-forza mexxejja diretta tal-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet ottiċi taċ-Ċina. Xprunat mill-istrateġiji “Broadband China” u “Internet+”, kif ukoll mill-politika “inżidu l-veloċità u nnaqqsu t-tariffi” u politiki oħra, il-bini tan-network tal-fibra ottika taċ-Ċina għamel progress konsiderevoli, u r-rata ta’ penetrazzjoni tal-FTTH żdiedet għal aktar minn 80 %. Meta wieħed iħares lejn il-futur, din it-tip ta’ promozzjoni tal-politika hija mistennija li tkompli fuq terminu twil. [...] Fl-2017, l-Istat ħareġ erba’ politiki ġodda wara xulxin biex jippromwovi l-iżvilupp tal-industrija tal-informazzjoni, l-industrija tal-big data, il-cloud computing, u l-Internet tal-Oġġetti, li eventwalment kollha se jilħqu l-industrija tal-komunikazzjoni ottika bażika. […] L-industriji kkonċernati mill-erba’ politiki ta’ hawn fuq huma l-bażi għall-iżvilupp ta’ networks ta’ komunikazzjoni ottika: il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ dawn l-industriji tipprovdi b’mod effettiv ambjent tajjeb ta’ politika u żvilupp għall-industrija tal-komunikazzjoni ottika taċ-Ċina. Min-naħa tal-provvista, il-politika tal-protezzjoni tal-industrija tal-komunikazzjoni ottika hija mistennija li tkompli. Mill-2015, il-politika anti-dumping dwar il-komunikazzjoni ottika pproteġiet b’mod effettiv l-iżvilupp tal-industrija domestika tal-kejbils ta' fibra ottika. Fir-rigward tal-pożizzjoni importanti tal-industrija tal-komunikazzjoni ottika, fil-kuntest tal-intensifikazzjoni tal-kunflitti kummerċjali globali, il-politiki ta’ protezzjoni rilevanti huma mistennija li jibqgħu għaddejjin. Il-Ministeru tal-Kummerċ applika tliet miżuri anti-dumping kontra kejbils ta' fibra ottika importati fl-2017 u se jkompli jżomm xejra ta’ provvista tajba fis-suq tal-fibra ottika tal-kejbil. […] Bis-saħħa tal-appoġġ għall-politika industrijali downstream minn naħa waħda u l-miżuri anti-dumping min-naħa tal-provvista min-naħa l-oħra, il-vantaġġi għall-politika tal-industrija tal-fibra ottika u tal-kejbils ottiċi taċ-Ċina se jkomplu saħansitra jsiru aktar b’saħħithom.

(77)  Ara l-artiklu China’s government guidance funds explore the way to support SME’s transformation and upgrade. Is-sit web ta’ Xinye Capital. l-14 ta’ Ġunju 2019. http://www.sinye.club/a/changjingsheying/2019/0614/247.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ April 2021).

(78)  Ara l-artiklu dwar il-kumpanija Zhiguang Communication fuq is-sit web uffiċjali ta’ Shandong Dazhong tas-7 ta’ Awwissu 2019: https://sd.dzwww.com/sdnews/201908/t20190807_19032401.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021).

(79)  Ara l-artikli li ġejjin: Il-kumpanija sussidjarja Tongding Internet introduċiet investiment estern ta’ RMB 500 miljun biex issaħħaħ il-kompetittività tal-vireg tad-dawl. Is-sit web ta’ SINA. id-29 ta’ April 2020. https://tech.sina.com.cn/roll/2020-04-29/doc-iircuyvi0538406.shtml (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ April 2021), u Listing and Development Guiding Fund set up by Suzhou Municipality (limited partnership) and related capital participate in the establishment of a specific fund not exceeding RMB 1 billion. Chipingnews. it-3 ta’ Frar 2020. http://www.chipingnews.com.cn/system/2020/0203/content_945.html (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ April 2021). Ara s-silta f’din tal-aħħar: [il-fond] għandu jtaffi l-pressjoni fuq l-operat u n-negozju tal-azzjonist li jikkontrolla Tongding Group u jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli tat-Tongding Interconnection Information; [...] L-objettiv ta’ Suzhou Wujiang Distrcit li jappoġġa l-fond speċifiku għall-iżvilupp tal-intrapriża privata huwa li jnaqqas il-proporzjon ta’ rahan ta’ azzjonisti ewlenin li għandhom intrapriżi elenkati li jinsabu fid-distrett ta’ Suzhou Wujiang u li jibbenefika għall-iżvilupp sostenibbli tal-intrapriżi.

(80)  Ara l-artikolu Wuhan East Lake: a National High Tech Zone mixing investment and tax benefit policies. Is-sit web ta’ Pedata. is-27 ta’ Frar 2013. https://free.pedata.cn/755314.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ April 2021). Ara s-silta: “ Ġew elenkati għaxar kumpaniji fin-“New Third Board” u rċevew is-sussidji korrispondenti mill-gvern; […] Fir-rigward tal-attirar ta’ istituzzjonijiet ta’ investiment fl-ekwità biex jistabbilixxu ruħhom fil-park jew jinvestu f’intrapriżi li jinsabu fil-park, id-dipartimenti rilevanti tal-Provinċja ta’ Hubei, il-Muniċipalità ta’ Wuhan, u ż-Żona ta’ Teknoloġija Avvanzata ta’ East Lake stabbilew rispettivament fondi ta’ gwida għall-kapital ta’ riskju. Meta mqabbla maż-żoni ta’ teknoloġija avvanzata fiż-żoni kostali, għalkemm l-industrija tal-investiment fl-ekwità fiż-Żona ta’ Teknoloġija Avvanzata interna ta’ East Lake bdiet aktar tard, l-attraenza tagħha għall-istituzzjonijiet tal-VC/PE hija relattivament sinifikanti minħabba l-ostaklu limitat tagħha għar-reġistrazzjoni tan-negozju, l-appoġġ qawwi tal-politika ta’ inċentiv, u għadd kbir ta’ fondi ta’ gwida tal-gvern.”

(81)  https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202004291379049397_1.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021), p. 133, 138-139.

(82)  https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202004291379029468_1.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021), p. 205, 215.

(83)  http://download.hexun.com/ftp/all_stockdata_2009/all/120/769/1207690337.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ April 2021), p. 238, 249.

(84)  Ara t-Taqsima 3.3.1 tal-Katalogu.

http://www.gov.cn/xinwen/2018-09/22/5324533/files/dcf470fe4eac413cabb686a51d080eec.pdf.

(85)  Ara t-Taqsima 2.3 tal-Pjan: “ Fibra bi prestazzjoni għolja: Jitħaffef l-iżvilupp ta’ film ta’ saħħa kbira ħafna, ta’ fibri ta’ prestazzjoni għolja reżistenti għall-aċidu, reżistenti għall-alkali, u reżistenti għall-korrużjoni, fokus fuq il-promozzjoni tal-produzzjoni tas-serje ta’ varjetajiet ta’ prodotti tal-fibra bi prestazzjoni għolja bħall-fibra tal-karbonju, il-fibra tal-bażalt kontinwa, u l-aramid, u tiġi żviluppata b’mod vigoruż il-fibra tas-sulfur tal-polifenilen u l-fibra tal-poliimmid u l-fibra tal-PTFE u prodotti oħra biex jittejjeb aktar l-indiċi tal-prestazzjoni tal-fibra ”. https://weixin.87188718.com/FourFlat/PeiXun.aspx?id=194161 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ April 2021).

(86)  Ir-Rapport — Kapitolu 12, p. 294.

(87)  Ara l-Avviż tal-Gvern tal-Poplu tal-Provinċja ta’ Zhejiang dwar il-Ħruġ tal-“Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang għat-Trasformazzjoni Komprensiva u t-Titjib tal-Industriji tal-Manifattura Tradizzjonali (2017-2020)”. http://jxt.zj.gov.cn/art/2017/6/4/art_1657971_35695741.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ April 2021).

(88)  Rapport — Kapitolu 16, p. 419-420.

(89)  Ir-Rapport — Kapitolu 8, p. 177.

(90)  Rapport — Kapitolu 16, p. 406-424.

(91)  Rapport — Kapitolu 12, p. 283, 285.

(92)  Rapport — Kapitolu 10, p. 221-230.

(93)  Rapport — Kapitolu 6, p. 138-149.

(94)  Ir-Rapport — Kapitolu 9, p. 216.

(95)  Rapport — Kapitolu 9, p. 213-215.

(96)  Rapport — Kapitolu 9, p. 209-211.

(97)  Rapport — Kapitolu 13, p. 332-337.

(98)  Ir-Rapport — Kapitolu 13, p. 336.

(99)  Rapport — Kapitolu 13, p. 337-341.

(100)  Rapport — Kapitolu 6, p. 114-117.

(101)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 119.

(102)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 120.

(103)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(104)  Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni (CBIRC) tat-28 ta’ Awwissu 2020: Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020-2022). http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2021). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ jiġi implimentat aktar l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju ”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “ għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”

(105)  Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(106)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan Yu u Longmei Zhang, Ottubru 2016, WP/16/203.

(107)  Rapport — Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(108)  Ara OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi, p. 29.

https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en.

(109)  Ara: http://www.xinhuanet.com/fortune/2020-04/20/c_1125877816.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(110)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1).

(111)  Rapport — Kapitolu 5, p. 90-92.

(112)  Ara wkoll ir-Rapport — Kapitolu 5, p. 100-103.

(113)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2020) 242 final, 22 ta’ Ottubru 2020, disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/october/tradoc_158997.pdf

(114)  Ara r-Rapport — Kapitolu 4.

(115)   Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income

(116)  https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/sites/near/files/turkey_report_2020.pdf.

(117)  Ara, pereżempju, is-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża HEG u Graphite India vs Il-Kunsill T-462/04, EU:T:2008:586, para. 68 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(118)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267 tas-26 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 200, 29.7.2019, p. 4).

(119)  https://www.gtis.com/gta/

(120)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(121)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 368/98 tas-16 ta’ Frar 1998 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ glifosat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost (ĠU L 47, 18.2.98, p. 1), premessa (15).

(122)  Is-sentenza tat-22 ta’ Ottubru 1991, Nölle v Hauptzollamt Bremen-Freihafen, C-16/90, EU:C:1991:402, para. 27.

(123)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L129, 15.4.2021, p. 73).

(124)  https://your.fitch.group/rs/732-CKH-767/images/Fitch_10069753.pdf?mkt_tok=eyJpIjoiWmpSa1pXWTROREJpWkRVMCIsInQiOiJ1NnhzNGptTmpwaUQrcUNiM2ZERDAycU1UV3dwcEQzaG5ORGNIUVFHTlBLZTduYXhPS1BhaHNaQVdQUzVUTmFkRzRBQk9PQ2pkSFR3V1c0Y24wMEZPdz09In0%3D

(125)  https://ar.prysmiangroup.com/en.

(126)  Gwida “How to make an anti-dumping complaint”, p. 17.

(127)  C-16/90, Nölle v Hauptzollamt Bremen-Freihafen , para. 20.

(128)  Iċ-ċaħda legali tal-Gwida hija kif ġej: “Din il-Gwida mhijiex dokument legalment vinkolanti. Il-kontenut tagħha mhuwiex obbligatorju. L-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi tista’ tvarja skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Din il-Gwida hija maħsuba biss biex tipprovdi parir ġenerali. Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn approċċ ieħor jista’ jkun raġonevoli minħabba n-natura partikolari tal-każ. Minn dan joħroġ ukoll li ma tista’ tinħareġ l-ebda konklużjoni minn din il-Gwida dwar x’jikkostitwixxi standards ta’ aċċettabbiltà fl-ilmenti anti-dumping. Bl-istess mod, l-użu ta’ din il-Gwida ma jimplikax l-aċċettazzjoni awtomatika tal-ilment: Kull każ jiġi analizzat fuq il-merti tiegħu stess.”

(129)  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2006/december/tradoc_112295.pdf

(130)  Sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012 GLS, C-338/10, EU:C:2012:158, para. 34.

(131)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 368/98 tas-16 ta’ Frar 1998 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ glifosat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost (ĠU L 47, 18.2.98, p. 1), premessa (15).

(132)  L-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21) ġie sostitwit bit-test attwali tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2017.

(133)  https://www.prysmiangroup.com/sites/default/files/business_markets/markets/downloads/datasheets/OPGW-TUBAL_1.pdf

(134)  https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/a/argentina/ARG.pdf (paġna 44); https://www.argentina.gob.ar/trabajo/casasparticulares/empleador/remuneracionesyrecibos/aguinaldo; https://www.mondaq.com/argentina/employee-rights-labour-relations/536000/labor-costs-in-argentina.

(135)  https://www.indec.gob.ar/indec/web/Nivel4-Tema-4-31-61

(136)  https://www.argentina.gob.ar/enre/cuadros_tarifarios

(137)  https://globalfinancials.com/index-admin.html

(138)  Ara s-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2015, PT Musim Mas vs il-Kunsill, T-26/12, EU:T:2015:437, para. 53.

(139)  Is-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2016, PT Musim Mas vs Il-Kunsill, C-468/15 P, EU: C:2016:803, para. 46.

(140)  CRU Cable market outlook (Awwissu 2020), ikkomplementat minn informazzjoni dwar is-suq tal-ilmentaturi.

(141)  Dawn l-indikaturi kienu bbażati fuq data diretta miġbura mill-ilmentatur dwar it-8 produtturi tal-Unjoni li lmentaw jew li jappoġġaw (minbarra kumpanija waħda għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (409)), li jirrappreżentaw kważi 80 % tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-PI, flimkien ma’ stima għall-bqija tal-produtturi tal-Unjoni bbażata fuq ir-riċerka u l-informazzjoni dwar is-suq.

(142)  Rapport ta’ prospettiva tas-suq tal-kejbils CRU, Awwissu 2020, paġna 29, u Sommarju tas-Suq Dinji tal-Kejbil tas-CRU skont l-Applikazzjoni u r-Reġjun, Frar 2021.

(143)  Stimi bbażati fuq sorsi pubbliċi (artiklu tas-CRU tal-10 ta’ Jannar 2020 “Further instability on the horizon as tumultuous year ends”) u slajds mis-CRU Wire Cable Conference, Ġunju 2019), elaborati mill-ilmentaturi (Ilment, nota f’qiegħ il-paġna 36).

(144)  Sentenza tal-5 ta’ April 2017, Changshu City Standard Parts Factory and Ningbo Jinding Fastener v. Council, C-376/15 P u C-377/15 P, EU:C:2017:269, para. 58-60.

(145)   ĠU 1988, Nru L 362/59, para. 7.

(146)  Sentenza tas-17 ta’ Diċembru 1997, EFMA v il-Kunsill, T-121/95, EU:T:1997:198, paras. 105 et seq.

(147)  Dawn huma rappreżentattivi, u jkopru 36 % tal-bejgħ tal-industrija tal-UE fil-PI.

(148)   ĠU L 87, 21.3.1998, p. 24.

(149)  Ara wkoll is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2021, T-753/16, PAO Severstal, ECLI:EU:T:2021:612, para. 260–273.

(150)  Fl-indirizz tagħha tal-2020 dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen stqarret: “L-imbuttatura għall-investiment permezz ta’ NextGenerationEU hija opportunità unika biex immexxu l-espansjoni lejn kull raħal. Huwa għal dan l-iskop li rridu niffukaw l-investimenti tagħna biex ikollna konnessjonijiet siguri, u fuq l-espansjoni tal-5G, 6G u l-fibra. NextGenerationEU hija wkoll opportunità unika fl-iżvilupp ta’ approċċ Ewropew aktar koerenti lejn il-konnettività u l-iskjerament tal-infrastruttura diġitali.” https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/SPEECH_20_1655

(151)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: It-triq Ewropea għad-Deċennju Diġitali 2030, Brussell, 9.3.2021 COM(2021)118 final.

(152)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1049 Brussell, il-Belġju.

(153)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(154)  L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkooperaw

Isem

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Anhui Tianji Information Technology Co., Ltd

C698

Dongjie Optical Technology (Suzhou) Co., Ltd

C700

Il-Grupp Fasten:

Jiangsu Fasten Optical Communication Technology Co., Ltd

Jiangsu Fasten Optical Cable Co., Ltd

C701

Hangzhou Futong Communication Technology Co., Ltd

C702

Hangzhou Tuolima Network Technologies Co., Ltd

C703

Jiangsu Etern Company Limited

C704

Jiangsu Hengtong Group:

Hengtong Optic-Electric Co., Ltd

Guangdong Hengtong Optic-electronical Technology Co., Ltd

Jiangsu Hengtong Smart Grids Co., Ltd

Zhejiang Dongtong Optical Network and IOT Technology Co., Ltd

C705

Jiangsu Tongguang Optical Fiber Cable Co., Ltd

C706

LEONI Cable (China) Co., Ltd

C707

Liangang Optoelectronic Technology Co., Ltd

C724

Nanjing Huamai Technology Co., Ltd

C708

Ningbo Geyida Cable Technology Co., Ltd

C709

Prysmian Wuxi Cable Co., Ltd

C710

Il-Grupp SDG:

Shenzhen SDG Information Co., Ltd

Shenzhen SDGI Optical Network Technologies co., Ltd

C711

Shanghai Qishen International Trade Co., Ltd

C712

Shenzhen WanBao Optical Fiber Communication Co., Ltd

C713

Sichuan Huiyuan Optical Communications Co., Ltd

C714

Suzhou Furukawa Power Optic Cable Co., Ltd

C715

Suzhou Torres Optic-electric Technology Co., Ltd

C716

Twentsche (Nanjing) Fibre Optics Ltd

C717

XDK Communication Equipment (Huizhou) Ltd

C718

YOFC Group:

Yangtze Optical Fibre and Cable Joint Stock Limited Company

Yangtze Optical Fibre and Cable (Shanghai) Company Ltd.,

Yangtze Zhongli Optical Fibre and Cable (Jiangsu) Co., Ltd.,

Sichuan Lefei Optoelectronic Technology Company Limited,

Everpro Technology Company Limited

C719


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/153


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2012

tas-17 ta’ Novembru 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ (“SSCR” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Avviż ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“l-Avviż ta’ Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“l-Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (“l-investigazzjoni antisussidji”) (3).

1.2.   Reġistrazzjoni

(4)

Wara talba mill-ilmentatur appoġġata mill-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/370 (4) (“ir-Regolament ta’ reġistrazzjoni”) skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

1.3.   Miżuri provviżorji

(5)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fit-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji provviżorji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u l-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (210) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset il-kummenti li kienu kkunsidrati ta’ natura klerikali u, fejn kien hemm bżonn, ikkoreġiet il-marġnijiet kif xieraq.

(6)

Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping provviżorju permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/854 (5) (“ir-Regolament provviżorju”).

1.4.   Proċedura sussegwenti

(7)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie impost id-dazju anti-dumping provviżorju (“divulgazzjoni provviżorja”), l-ilmentatur, konsorzju ta’ importaturi u distributuri (“Euranimi” (6)), importatur mhux relatat wieħed, utent wieħed, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u l-Gvernijiet tal-Indja (“GOI”) u tal-Indoneżja (“GOIS”) għamlu sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji.

(8)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ mal-ilmentatur, mal-konsorzju ta’ importaturi u distributuri, ma’ importatur mhux relatat wieħed, ma’ utent wieħed u ma’ żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(9)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta kien xieraq.

(10)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Ġew riċevuti kummenti għad-divulgazzjoni finali mingħand l-Eurofer, il-produttur u l-utent tal-Unjoni Arinox, il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri Euranimi, l-importatur mhux relatat LSI, u l-produtturi esportaturi li kkooperaw. Barra minn hekk, IRNC (produttur esportatur li kkoopera) ta kummenti għall-kummenti li saru mill-Eurofer rigward l-approċċ tal-Kummissjoni għax-xiri tiegħu (ara l-premessi minn (71) sa (74)).

(11)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll din l-opportunità. Saru seduti ta’smigħ mal-ilmentatur, ma’ Euranimi, ma’ importatur relatat wieħed, ma’ utent wieħed li ta provi li huwa produttur tal-Unjoni, u ma’ wieħed mill-produtturi esportaturi. Fid-dawl tal-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, saret divulgazzjoni finali addizzjonali limitata għall-aġġustamenti li saru għal xi prezzijiet tal-bejgħ mill-esportazzjoni lill-produttur esportatur IRNC. Il-Kummissjoni tat l-opportunità lil IRNC li jikkummenta dwar dik id-divulgazzjoni finali addizzjonali, iżda IRNC ma weġibx.

(12)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn xieraq f’dan ir-Regolament.

1.5.   Kampjunar

(13)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi minn (6) sa (14) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

1.6.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(14)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri u importatur mhux relatat wieħed iddikjaraw li l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 kellhom jiġu investigati sew għax il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”) kien jinkludi perjodu straordinarju ta’ pandemija.

(15)

Il-Kummissjoni ma qisitx il-fatt li l-PI kien jinkludi xi xhur li fihom kien hemm il-pandemija tal-COVID-19. Il-Kummissjoni identifikat u analizzat sew l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u kkonkludiet li kien hemm dumping dannuż fis-suq tal-Unjoni li ma kienx dovut għall-effetti tal-pandemija.

(16)

Fin-nuqqas ta’ kummenti addizzjonali dwar il-PI u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-premessa (21) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(17)

Fl-istadju provviżorju, utent wieħed tal-Unjoni, Arinox, talab l-esklużjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ bil-grad tal-azzar 200 u 201 mill-ambitu tal-prodott. Il-Kummissjoni ċaħdet it-talba b’mod provviżorju kif spjegat fil-premessi minn (25) sa (27) tar-Regolament provviżorju.

(18)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-parti naqqset it-talba ta’ esklużjoni tagħha għal prodotti bi grad tal-azzar 200 ekwivalenti għal Jindal J4 jew JSLU DD (grad ta’ nikil ta’ 1 %) bi ħxuna ta’ 0,90 + 0/-0,060 mm għall-użu fil-produzzjoni ta’ strixxi ta’ preċiżjoni tal-azzar inossidabbli. Hija ddikjarat li l-prodott huwa faċilment identifikabbli, u għalhekk ma hemm l-ebda riskju ta’ ċirkomvenzjoni, ma hemm l-ebda interkambjabbiltà ma’ tipi oħra ta’ prodotti, u l-prodott ma jiġix manifatturat mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, skont il-kumpanija, l-użu finali huwa faċilment verifikabbli.

(19)

It-talba aġġornata għall-esklużjoni mill-ambitu tal-prodott ġiet ikkontestata mill-ilmentatur. L-Eurofer saħqet li l-gradi indikati mill-utent tal-Unjoni huma ta’ denominazzjoni kummerċjali u ma huma definiti minn l-ebda standard internazzjonali. Għalhekk, mhuwiex possibbli għall-awtoritajiet doganali li jistabbilixxu xi referenza u jinfurzaw xi kontroll fuq il-kompożizzjoni kimika tal-prodott eskluż. Barra minn hekk, il-kontroll tal-użu finali jimponi piż irraġonevoli fuq l-awtoritajiet doganali. Barra minn hekk, l-eżenzjoni ta’ dawn il-prodotti li jiġu manifatturati biss minn Jindal toħloq riskju ta’ kumpens trażversali li jaffettwa l-effett korrettiv tal-miżuri.

(20)

L-investigazzjoni stabbiliet li tali prodotti huma interkambjabbli f’dak li jirrigwarda l-karatteristiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li jekk din it-talba għall-esklużjoni tintlaqa’, dan joħloq fil-fatt piż irraġonevoli għall-awtoritajiet doganali, li jkollhom iwettqu test tal-laboratorju u jivverifikaw l-użu finali għal kull konsenja. Barra minn hekk, billi l-prodott huwa relatat ma’ produttur esportatur speċifiku wieħed, ir-riskju ta’ kumpens trażversali ma jistax jiġi eskluż.

(21)

Wara d-divulgazzjoni finali, Arinox tenna t-talba inizjali tiegħu ta’ esklużjoni tal-prodott, jiġifieri li jiġu esklużi prodotti tal-azzar bi grad ta’ nikil baxx ta’ 200 u prodotti bi grad tal-azzar ta’ 201 mill-ambitu tal-prodott. Arinox argumenta li l-prodotti tal-azzar bi grad ta’ nikil baxx ta’ 200 u prodotti bi grad tal-azzar ta’ 201 huma sostanzjalment mhux disponibbli fis-suq tal-Unjoni u ma hemmx interess mill-produtturi tal-Unjoni li jimmanifatturaw dawn il-prodotti. Huwa spjega li wara d-divulgazzjoni provviżorja, ix-xiri ta’ prodotti bi grad tal-azzar ta’ 201 mill-industrija tal-Unjoni sar mhux vijabbli ekonomikament u li produttur wieħed biss fl-Unjoni seta’ jipproduċi strixxi ta’ preċiżjoni tal-azzar inossidabbli b’livell baxx ta’ nikil ta’ 200. Iddikjara wkoll li kien diġà ġarrab dannu ekonomiku b’riżultat tal-inklużjoni ta’ dawn il-prodotti fl-investigazzjoni attwali billi, minħabba s-sensittività tal-prezz tal-prodott, ma setax ipoġġu l-oneru tad-dazju anti-dumping fuq il-klijenti tiegħu, u li f’każ riċenti l-Kummissjoni kienet ikkonċediet esklużjoni tal-prodott f’sitwazzjoni simili.

(22)

Barra minn hekk, il-kumpanija tenniet li kien hemm differenzi sinifikanti f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bejn il-prodotti bi grad tal-azzar ta’ 200 u 201 u tipi oħra ta’ azzar li jaqgħu taħt il-prodott li qed jiġi investigat, speċjalment il-prodotti bi grad tal-azzar ta’ 300 u li l-kompożizzjoni kimika tal-prodotti bi grad tal-azzar ta’ 200 u 201 jistgħu sempliċiment jiġu verifikati mill-awtoritajiet doganali billi jużaw strumenti disponibbli immedjatament u ċ-ċertifikati tat-test tal-mitħna. Il-kumpanija kompliet tiddikjara li t-talba ta’ esklużjoni hija marbuta ma’ użu finali wieħed u l-kumpanija aktarx li tkun l-uniku utent tat-talba ta’ esklużjoni.

(23)

Il-kumpanija argumentat li r-riskju ta’ kumpens trażversali huwa limitat, billi din tixtri prinċipalment gradi ta’ azzar ta’ 200 u 201 mill-pajjiżi kkonċernati u tforni ruħha minn diversi produtturi minn dawn il-pajjiżi.

(24)

Arinox ma tax aktar evidenza dwar l-impossibbiltà li prodotti bi grad tal-azzar ta’ 200 u 201 jiġu skambjati b’tipi oħra ta’ azzar, ħlief li ddikjara l-irrazzjonalità ekonomika li jagħmel dan. Kif diġà ġie ppreżentat fil-premessa (20) hawn fuq, il-verifika tal-kompożizzjoni kimika mill-awtoritajiet doganali tirrikjedi test fil-laboratorju, li jpoġġi piż kbir fuq l-awtoritajiet doganali, speċjalment billi dan ikun meħtieġ għal kull konsenja tal-prodott eskluż rikjest. Ir-riskju ta’ kumpens trażversali huwa valutazzjoni oġġettiva, u d-data li l-kumpanija pprovdiet fir-rigward tax-xiri tagħha ta’ prodotti bi grad tal-azzar ta’ 200 u 201 u prodotti oħra mill-pajjiżi kkonċernati uriet li ma xtratx prodotti oħra li jaqgħu taħt l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni attwali minn dawk il-pajjiżi, li b’mod inerenti għandha r-riskju ta’ kumpens trażversali. Barra minn hekk, għalkemm il-kumpanija tiddikjara li dawn il-gradi tal-azzar għandhom biss użu finali wieħed, ma jistax jiġi eskluż li dawn il-gradi tal-azzar jista’ jkollhom użi oħra.

(25)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma jkunx xieraq li tilqa’ din it-talba għall-esklużjoni tal-prodott u b’hekk ġiet miċħuda.

2.2.   Konklużjoni

(26)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (22) sa (27) tar-Regolament provviżorju.

3.   DUMPING

3.1.   L-Indja

3.1.1.   Kooperazzjoni u applikazzjoni parzjali tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku

(27)

Fil-premessi minn (29) sa (57) tar-Regolament provviżorju, l-entitajiet Indjani Jindal involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat jissejħu “il-Grupp Jindal”. F’dan ir-Regolament, dawn l-entitajiet se jissejħu “Jindal India” filwaqt li “l-Grupp Jindal” jirreferi għal Jindal India, Jindal Indonesia u entitajiet rilevanti ta’ Jindal f’pajjiżi terzi.

(28)

Kif spjegat fil-premessi minn (32) sa (35) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fl-istadju provviżorju u tuża l-fatti disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni li ma kinitx ġiet iddivulgata b’rabta mar-rwol ta’ kumpanija relatata tal-Grupp Jindal.

(29)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Grupp Jindal ikkontesta dik l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Huwa qies li ma rrifjutax l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti jew li ma naqasx milli jipprovdiha, u kien aġixxa bl-aħjar mod li seta’. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija. Il-Kummissjoni vvalutat dawn il-kummenti kif xieraq. Kif imsemmi fil-premessa (33) tar-Regolament provviżorju, il-Grupp Jindal diġà kellu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta dwar din il-kwistjoni fis-16 ta’ April 2021. F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta wara dik is-seduta ta’ smigħ, il-Kummissjoni vvalutat ukoll bis-sħiħ l-informazzjoni li rċeviet mill-Grupp Jindal, fid-29 ta’ Marzu 2021, bi tweġiba għall-ittra dwar l-Artikolu 18.

(30)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta minn dan il-produttur esportatur u aċċettat parzjalment id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tal-analiżi ulterjuri tal-informazzjoni pprovduta fid-29 ta’ Marzu 2021, tqies xieraq li jsir aġġustament ulterjuri. Billi l-kummenti tal-Grupp Jindal kienu mmarkati bħala sensittivi, il-valutazzjoni dettaljata tal-pretensjoni ġiet żvelata biss lill-parti kkonċernata.

3.1.2.   Valur normali

(31)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi minn (36) sa (47) tar-Regolament provviżorju.

(32)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Jindal India u Jindal Indonesia tennew id-dikjarazzjonijet tagħhom b’referenza għas-subparagrafi 3 u 4 tal-Artikolu 2(5), u l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, li jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta l-valur normali għall-kostijiet relatati mal-lockdowns tal-COVID-19 applikati fl-Indja u fl-Indoneżja matul parti mill-perjodu ta’ investigazzjoni.

(33)

Dawn id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda.

(34)

Fir-rigward tat-talbiet skont l-Artikolu 2(5), is-subparagrafu (3), il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel, li s-subparagrafu 3 jiddiskuti l-allokazzjoni xierqa tal-kostijiet u l-użu storiku ta’ tali allokazzjoni, filwaqt li jesprimi preferenza għall-allokazzjoni tal-kostijiet abbażi tal-fatturat. Hija żżid li “sakemm mhux diġà riflessi fl-allokazzjonijiet tal-ispejjeż taħt dan is-subparagrafu, il-kostijiet għandhom jiġu aġġustati adegwatament għal dawk il-partiti ta’ kostijiet mhux rikorrenti li jibbenefikaw lill-produzzjoni futura u/jew kurrenti.” Madankollu, f’dan il-każ, il-“kostijiet tal-COVID-19” iddikjarati ma jikkostitwux partita separata tal-kost li tista’ tiġi aġġustata fir-rigward tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kostijiet iddikjarati huma l-kostijiet fissi tas-soltu mġarrba u rikorrenti għal Jindal fuq bażi regolari. Huma japplikaw biss għal kwantità ta’ produzzjoni aktar baxxa minħabba l-COVID-19. Iżda dan ix-xenarju mhuwiex kopert mill-aħħar sentenza kkwotata tas-subparagrafu 3. Għalhekk, ma jista’ jingħata l-ebda aġġustament skont l-Artikolu 2(5), is-subparagrafu (3).

(35)

It-tieni, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 2(5), is-subparagrafu (4), il-Kummissjoni tinnota li, kif previst fl-Artikolu 2(5), is-subparagrafu (4), deroga mill-kostijiet unitarji normalment imġarrba minn kumpanija tista’ tingħata biss f’każ li l-użu ta’ faċilitajiet ġodda ta’ produzzjoni jkun jirrikjedi investiment addizzjonali sostanzjali u meta r-rati ta’ utilizzazzjoni ta’ volum baxx, ikunu r-riżultat ta’ operazzjonijiet tal-bidu li jseħħu fi ħdan jew matul parti mill-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan il-każ, ir-rati ta’ utilizzazzjoni ta’ volum baxx, jekk hemm, huma r-riżultat ta’ għeluq temporanju tal-produzzjoni minħabba l-COVID-19. Għalhekk, l-Artikolu 2(5), is-subparagrafu (4) ma japplikax.

(36)

It-tielet, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 2(10)(k), il-Kummissjoni tinnota li skont l-Artikolu 2(10) jista’ jsir aġġustament “għal differenzi fil-fatturi jekk jiġi ppruvat li dawn jaffettwaw il-komparabilità fil-prezzijiet kif meħtieġ taħt dan il-paragrafu, b’mod partikolari jekk ix-xerrejja konsistentement iħallsu prezzijiet differenti fis-suq domestiku minħabba d-differenza f’tali fatturi.” Jindal India u Jindal Indonesia argumentaw li kellu jsir aġġustament minħabba l-impatt tal-lockdowns tal-COVID-19 fuq il-kost tal-produzzjoni iżda naqsu milli juru ebda impatt fuq il-komparabbiltà tal-prezzijiet. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni rigward l-Artikolu 2(10)(k) ma tistax tiġi aċċettata.

(37)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Grupp Jindal tenna d-dikjarazzjonijiet dwar aġġustament għall-kostijiet relatati mal-COVID-19. Fir-rigward ta’ aġġustament possibbli skont l-Artikolu 2(5), is-subparagrafi 3 u 4, il-Grupp Jindal indika kostijiet “għoljin b’mod mhux tas-soltu” (7) li jenħtieġ li ma jiġux attribwiti kompletament għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda li, minflok, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkalkola kost tal-produzzjoni rappreżentattiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(38)

Id-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda. Il-kostijiet inkwistjoni huma mġarrba matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u jikkonċernaw il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Fid-dawl tar-rapport tal-panel Salmon lill-Grupp Jindal iċċitat, u f’konformità mat-tielet sentenza tal-Artikolu 2(5), is-subparagrafu 3 tar-Regolament bażiku, il-kostijiet għandhom jiġu aġġustati kif xieraq għal dawk il-partiti ta’ kost mhux rikorrenti li jkunu ta’ benefiċċju għall-produzzjoni futura u/jew attwali. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kostijiet iddikjarati relatati mal-lockdown tal-COVID-19 huma ta’ natura mhux rikorrenti. Madankollu, il-kostijiet speċifiċi mġarrba matul il-lockdown tal-COVID-19 huma kostijiet fissi biss u sempliċiment jirriżultaw minn nuqqas ta’ użu ta’ kapaċità disponibbli u użata mod ieħor. Min-natura tagħhom, dawn ma jistgħux ikunu ta’ benefiċċju għall-produzzjoni futura bħal kif, pereżempju, jistgħu jkunu l-kostijiet ta’ investiment. Lanqas ma jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-produzzjoni attwali billi jirriżultaw direttament minn avveniment ta’ forza maġġuri ta’ darba, il-lockdown tal-COVID-19.

(39)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, il-Grupp Jindal irrefera għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni skont il-premessa (36) u żied li huwa ċar mill-komunikazzjoni chapeau tal-Artikolu 2(10) li r-referenza għall-kumparabbiltà tal-prezzijiet tkopri l-kumparabbiltà bejn il-valur normali (irrispettivament minn kif jiġi determinat) u l-prezz tal-esportazzjoni.

(40)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-komunikazzjoni chapeau tal-Artikolu 2(10) tirreferi għall-kumparabbiltà tal-prezzijiet. Bl-istess mod, huwa minnu li xi aġġustamenti elenkati mill-Artikolu 2(10)(a) sa (k) jistgħu jiġu applikati b’mod ugwali għal valur normali bbażat fuq prezzijiet domestiċi, u għal valur normali maħdum. Madankollu, l-Artikolu 2(10)(k) fih kundizzjoni espliċita li tirreferi għal differenzi fil-prezzijiet imħallsa fis-suq domestiku, li jridu jiġu ssodisfati qabel ma jsir aġġustament. Il-grupp Jindal ma setax jissostanzja dawn id-differenzi iżda seta’ sempliċiment juri l-effett fuq il-kostijiet. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe żieda fil-kostijiet taffettwa b’mod ugwali l-prezzijiet domestiċi u tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni l-ġdida rigward l-Artikolu 2(10)(k) kellha ma tiġix aċċettata.

(41)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Chromeni kkontestat l-aġġustamenti tal-Kummissjoni għall-ispiża tal-materja prima. Fid-determinazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni fit-tabella ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni tax-xiri ta’ kojls illaminati bis-sħana tal-azzar inossidabbli (“SSHR”) kienet sabet li l-prezzijiet tax-xiri ta’ SSHR minn partijiet relatati kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-istess materjal minn partijiet mhux relatati. Għaldaqstant, ma setgħux jiġu kkunsidrati fuq bażi distakkata u l-Kummissjoni aġġustat dawn il-prezzijiet. Fil-kummenti tagħha għad-divulgazzjoni provviżorja, Chromeni ddikjarat li l-kwalità tal-kojls użati għat-tqabbil ma kenitx dejjem l-istess u li dan jenħtieġ li jitqies meta jsir it-tqabbil. Id-dikjarazzjoni ġiet issostanzjata b’kuntratti ta’ xiri, bi ftehim ta’ skont tal-kwalità, b’noti ta’ kreditu, b’rapport ta’ spezzjoni tal-kwalità kif ukoll bl-entrati kontabilistiċi għad-dikjarazzjoni dwar il-kwalità. Il-Kummissjoni vvalutat id-dikjarazzjoni u qieset li din kienet iġġustifikata. Konsegwentement, il-Kummissjoni ssostitwiet il-prezz medju tax-xiri ta’ SSHR minn partijiet relatati fir-rekords tal-kumpanija bil-prezz medju ponderat tax-xiri minn fornituri mhux relatati, immultiplikat bil-kwantitajiet użati.

(42)

Fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni kienet ikkalkulat mill-ġdid il-kostijiet ta’ deprezzament fil-valur normali ta’ Chromeni billi ġie stabbilit li d-deprezzament ta’ ċertu tagħmir tal-produzzjoni ma kienx ġie rrapportat meta kien diġà qed jintuża għall-produzzjoni kummerċjali. Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Chromeni kkontestat dak l-aġġustament għall-kostijiet ta’ deprezzament irrapportati, billi argumentat li dawn il-kostijiet kienu ġew irreġistrati f’konformità sħiħa mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati fl-Indja u li għaldaqstant jenħtieġ li jiġu aċċettati. Il-Kummissjoni sostniet li kien xieraq u raġonevoli li ġġib il-bidu tal-perjodu ta’ deprezzament għall-makkinarju konformi mal-bidu tal-produzzjoni u tal-bejgħ reali tal-prodott li qed jiġi investigat. F’dan ir-rigward, ir-rekords ta’ Chromeni ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat u b’hekk kellhom jiġu aġġustati.

(43)

Finalment, wara d-divulgazzjoni provviżorja, Chromeni kkontestat it-trattament tal-Kummissjoni tal-aġġustamenti tal-kostijiet tal-bidu ddikjarati, li kienu jikkonċernaw il-kostijiet ta’ deprezzament u l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A). Il-Kummissjoni kienet illimitat il-perjodu li għalih jista’ jsir aġġustament għall-kostijiet ta’ deprezzament għal tliet xhur u ċaħdet l-aġġustament tal-bidu tal-ispejjeż SG&A. Chromeni sostniet li l-fażi tal-bidu ta’ linja tal-produzzjoni tal-azzar hija ħafna itwal minn tliet xhur, u b’dan indikat id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ aċċettazzjoni finali. Madankollu, il-Kummissjoni kienet stabbiliet li l-produzzjoni kummerċjali kienet diġà bdiet sew qabel dik id-data. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku fejn huwa stipulat fost l-oħrajn li t-tul ta’ fażi tal-bidu ma għandux jaqbeż porzjon inizjali adegwat tal-perjodu għall-irkupru tal-kostijiet, hija l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tillimita t-tul ta’ żmien ta’ fażi tal-bidu għal tliet xhur. Wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni għalhekk iddeterminat li tliet xhur kienu perjodu ta’ żmien xieraq. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi, Chromeni ma pprovdiet l-ebda evidenza li dawnil-kostijiet huma marbuta mal-produzzjoni u għaldaqstant mhumiex affettwati mill-użu ta’ faċilitajiet ġodda tal-produzzjoni li jirrikjedi investiment addizzjonali sostanzjali u minn rati ta’ użu ta’ kapaċità baxxa, li huma r-riżultat ta’ operazzjonijiet ta’ bidu, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(5), ir-raba’ paragrafu tar-Regolament bażiku.

(44)

Wara d-divulgazzjoni finali, Chromeni sempliċiment tenniet l-istess dikjarazzjonijiet u argumentazzjoni, mingħajr ma tat evidenza jew argumenti ġodda. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet ta’ Chromeni fir-rigward tad-deprezzament u l-aġġustament tal-kostijiet tal-bidu ġew miċħuda.

(45)

Fil-premessa (175) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonfermat id-distorsjonijiet tal-materja prima fl-Indja u fl-Indoneżja allegati fl-ilment. Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-Eurofer sostniet li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern fis-swieq tal-materja prima fl-Indja u fl-Indoneżja, jenħtieġ li l-kostijiet tal-kumpaniji jiġu aġġustati skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-Eurofer sostniet li, fid-dawl tad-distorsjonijiet, il-kostijiet fir-rekords tal-produtturi esportaturi ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, u, barra minn hekk, li d-distorsjonijiet tal-materja prima kienu rriżultaw f’sitwazzjoni anormali.

(46)

Il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni billi sabet li l-Eurofer ma pprovdietx biżżejjed evidenza biex tapplika bis-sħiħ l-aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku f’dan il-każ. Wara d-divulgazzjoni finali, l-Eurofer ma qablitx, u insistiet li fl-ilment u f’diversi sottomissjonijiet qabel u wara d-divulgazzjoni provviżorja kienet ipprovdiet biżżejjed evidenza li tappoġġa d-dikjarazzjoni fl-ilment. Il-Kummissjoni ma qisitx li huwa xieraq li tkompli teżamina l-aġġustament potenzjali skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Irrispettivament minn jekk l-evidenza ppreżentata matul dan il-proċediment kenitx tikkostitwixxi biżżejjed evidenza ta’ sostenn biex it-talba tiġi analizzata fis-sostanza tagħha, il-Kummissjoni nnutat li kienet qed tiġi eżaminata talba simili dwar l-impatt tad-distorsjonijiet tal-materja prima fil-provvediment ta’ oġġetti fil-kuntest tal-investigazzjoni antisussidji.

3.1.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(47)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi minn (48) sa (50) tar-Regolament provviżorju.

(48)

Wara divulgazzjoni provviżorja kif ukoll wara d-divulgazzjoni finali, Jindal India u Jindal Indonesia kkontestaw l-approċċ li l-Kummissjoni kienet applikat biex tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni ta’ xi bejgħ tagħha permezz ta’ Iberjindal S.L. (“IBJ”), negozjant relatat li jinsab fi Spanja. Id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda fil-biċċa l-kbira tagħha. Billi dawn il-kummenti tqiesu bħala sensittivi, ir-raġunijiet sottostanti għad-determinazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dikjarazzjoni ġew iddivulgati biss lill-parti kkonċernata.

(49)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-grupp Jindal issottometta li, fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni, kien hemm żball fil-formula fir-rigward tal-kostijiet tal-merkanzija li affettwa l-prezzijiet ta’ ċertu bejgħ fl-Unjoni. Il-Kummissjoni vverifikat il-kwistjoni, u fil-fatt sabet li kien hemm żball klerikali f’formula, li kkoreġiet.

(50)

Ma waslet l-ebda dikjarazzjoni oħra fir-rigward tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, il-premessi minn (48) sa (50) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.1.4.   Tqabbil

(51)

Id-dettalji dwar it-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi minn (51) sa (54) tar-Regolament provviżorju.

(52)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Jindal India u Jindal Indonesia sostnew li l-Kummissjoni ma kellhiex tnaqqas l-ispejjeż SG&A u l-profitt (“kummissjoni nozzjonali”) mill-prezz tal-esportazzjoni tal-bejgħ fl-UE mgħoddi min-negozjant relatat tagħha f’pajjiż terz, kif spjegat fil-premessi (52) u (81) tar-Regolament provviżorju. Id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. Billi dawn il-kummenti tqiesu bħala sensittivi, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tad-dikjarazzjoni ġew iddivulgati biss lill-parti kkonċernata.

(53)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-grupp Jindal ippreżenta dikjarazzjonijiet addizzjonali dwar il-valutazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni fir-rigward ta’ dak in-negozjant relatat. Għal darba oħra dawn il-kummenti tqiesu bħala sensittivi u, għaldaqstant, Jindal ġie infurmat dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet fuq bażi individwali.

(54)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-grupp Jindal iddikjara li jenħtieġ li l-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ tal-UE li jgħaddi minn JSL Global Commodities Pte. Ltd. (“JGC”) ma jaqbiżx l-ispejjeż SG&A, għax skont il-prattika tal-istituzzjonijiet fil-passat u kif sanzjonat mill-Qorti Ġenerali, ikun raġonevoli li jitnaqqsu biss l-ispejjeż SG&A (8). Jekk il-Kummissjoni tinsisti (għalkemm ma għandhiex) li tinkludi profitt, jenħtieġ li dak il-profitt ikun ibbażat fuq id-data tal-JGC. Skont il-Grupp Jindal, dan ikun konformi mal-prattika riċenti tal-Kummissjoni u l-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali li huwa “raġonevoli” li tintuża “informazzjoni reali” (9).

(55)

Id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda. L-ewwel nett, it-tnaqqis tal-ispejjeż SG&A biss ma jqisx il-valur sħiħ ta’ marġni kummerċjali li tipikament tikkonsisti fl-ispejjeż SG&A flimkien mal-profitt. Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ dan il-profitt, il-Kummissjoni tinsisti li dan il-profitt kellu jiġi realizzat b’kundizzjonijiet distakkati u għaldaqstant ma jistax jiddependi fuq profitt li jirriżulta minn remunerazzjoni maqbula mill-partijiet relatati. Rigward is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, dik is-sentenza approvat it-tnaqqis tal-ispejjeż SG&A iżda huwa ċar li ma wrietx disapprovazzjoni għat-tnaqqis simultanju tal-profitti, li ma kienx inkwistjoni f’dak il-każ. Barra minn hekk, f’konformità ma’ dak il-każ, f’din l-investigazzjoni, l-ispejjeż SG&A tnaqqsu abbażi tal-informazzjoni reali tan-negozjant relatat, billi l-ispejjeż SG&A irrapportati ma ġewx affettwati mir-relazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet. Fir-rigward tal-prattika tal-Kummissjoni, meta l-marġni tal-profitt jidher li jkun affettwat mir-relazzjoni bejn in-negozjant u l-produttur esportatur, il-prattika hija li jitnaqqas il-marġni tal-profitt nominali, abbażi tad-data pprovduta mill-importaturi mhux relatati li jikkooperaw fl-istess investigazzjoni, bħala indikatur raġonevoli. Iżda fil-każ riċenti msemmi mill-Grupp Jindal, il-marġni ta’ profitt attwali kien ikkunsidrat raġonevoli fid-dawl tal-fatti ta’ dak il-każ u l-funzjonijiet imwettqa min-negozjant relatat. Għaldaqstant, il-marġni tal-profitt attwali tnaqqas.

(56)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Jindal India tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li jenħtieġ li l-valur normali jiġi aġġustat għar-restituzzjonijiet tad-dazju. B’mod partikolari, huwa ddikjara li l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku jistipula li jenħtieġ li d-differenzi kollha li jaffettwaw il-kumparabbiltà tal-prezzijiet jiġu kkunsidrati u li għalhekk jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tintlaqa’.

(57)

Din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. Jindal India ma rnexxilux juri li l-allegata restituzzjoni tad-dazju affettwat il-kumparabbiltà tal-prezzijiet. B’mod partikolari, Jindal India ma setax juri li r-rifużjoni tad-dazju rriżultat fi prezzijiet domestiċi konsistentement ogħla.

(58)

Wara d-divulgazzjoni finali, Jindal India ddikjara li jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li r-restituzzjonijiet tad-dazji ma jingħaddux doppju u li t-tpaċija tal-istess sussidju darbtejn billi jiġu imposti dazji anti-dumping u antisussidji paralleli (speċjalment fil-każ tas-sussidji tal-esportazzjoni) tikser il-liġi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (10). Billi qed jiġu investigati xi restituzzjonijiet tad-dazji ta’ xi entitajiet tal-grupp Jindal fl-investigazzjoni antisussidji bħala sussidji kumpensabbli potenzjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawn ir-restituzzjonijiet tad-dazji jiġu aġġustati f’dan il-każ jew ma jiġux ikkumpensati fil-każ antisussidji.

(59)

Fir-rigward ta’ din it-talba, il-Kummissjoni ċċarat li minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-premessa (53) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (57) ta’ dan ir-Regolament, l-iskema użata minn Jindal India fir-rigward tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu fl-Unjoni ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ebda aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) jew (k) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, Jindal India naqas milli juri li l-klijenti fis-suq domestiku ħallsu konsistentement prezzijiet differenti fid-dawl tal-iskema sottostanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li d-dikjarazzjonijiet ta’ aġġustament mhumiex sostanzjati u sussegwentement ġew miċħuda.

(60)

Ma waslet l-ebda dikjarazzjoni oħra fir-rigward tat-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, il-premessi minn (51) sa (54) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.1.5.   Marġnijiet tad-dumping

(61)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-grupp Jindal iddikjara li fil-kalkolu tad-dumping, il-Kummissjoni kienet użat valuri CIF inkorretti għal ċertu bejgħ tagħha fl-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-allegat żball klerikali kien sar mill-grupp Jindal stess fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, u l-Kummissjoni ma kinitx infurmata dwaru qabel jew waqt l-RCC. Barra minn hekk, fil-kummenti ta’ qabel id-divulgazzjoni u fil-kummenti għad-divulgazzjoni provviżorja, il-grupp Jindal ma qajjimx din il-kwistjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li fiż-żmien meta ġiet introdotta d-dikjarazzjoni, ma setgħetx tkompli tiġi kontroverifikata b’mod remot u għaldaqstant, id-dikjarazzjoni dwar l-allegat żball ġiet miċħuda.

(62)

Kif spjegat fil-premessi minn (27) sa (60) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset il-kummenti tal-partijiet interessati ppreżentati wara d-divulgazzjoni provviżorja u d-divulgazzjoni finali. Il-kalkolu ta’ Jindal India ġie aġġornat ukoll sabiex jiġi kkoreġut żball klerikali relatat mal-prezz tal-esportazzjoni (ara l-premessa (49)).

(63)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Jindal India

13,9  %

Chromeni

45,1  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

45,1  %

3.2.   L-Indoneżja

3.2.1.   Kumment preliminari

(64)

Fil-premessi minn (58) sa (86) tar-Regolament provviżorju, l-entitajiet Indoneżjani Jindal involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat jissejħu “il-Grupp Jindal Indonesia” jew “il-Grupp Jindal”. F’dan ir-Regolament, dawn l-entitajiet se jissejħu “Jindal Indonesia” filwaqt li “l-Grupp Jindal” jirreferi għal Jindal India, Jindal Indonesia u entitajiet rilevanti Jindal f’pajjiżi terzi.

3.2.2.   Valur normali

(65)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi minn (65) sa (76) tar-Regolament provviżorju.

(66)

Fis-sottomissjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2021, il-GOIS fakkar li l-produtturi esportaturi Indoneżjani inklużi fil-kampjun kienu qed jikkooperaw bis-sħiħ u li l-Kummissjoni jeħtiġilha tuża l-informazzjoni reali tagħha fil-kalkolu tal-valur normali.

(67)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Jindal Indonesia, flimkien ma’ Jindal India, tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta l-valur normali għall-ispejjeż relatati mal-lockdown tal-COVID-19. Din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. Ġiet indirizzata fil-premessi minn (32) sa (36) ta’ hawn fuq.

(68)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, IRNC ikkontestat l-approċċ tal-Kummissjoni li tissostitwixxi l-prezz tax-xiri tal-kojls bojod SSHR bi prezz tas-suq maħdum jekk dan il-prodott intermedju importanti nxtara minn fornituri relatati. Fit-tweġiba tal-kumpanija għall-kwestjonarju u waqt l-RCC, il-Kummissjoni kienet sabet li dawn il-prodotti kienu ġejjin minn fornituri relatati bi prezz ta’ trasferiment taħt il-kost tal-produzzjoni tagħha. Fil-kalkolu provviżorju, il-Kummissjoni għalhekk kienet issostitwiet dawn il-prezzijiet bi prezz tas-suq maħdum li jikkonsisti mill-kost tal-manifattura tal-prodotti, l-ispejjeż SG&A u l-profitt. Il-kumpanija sostniet li l-prezzijiet tat-trasferiment kienu prezzijiet distakkati, u kkritikat in-nuqqas ta’ analiżi f’dan ir-rigward.

(69)

Il-Kummissjoni analizzat l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti u kkonkludiet li l-approċċ inizjali fir-rigward tax-xiri tal-kojls bojod SSHR minn fornituri relatati kien jeħtieġ li jiġi aġġustat. Fil-fatt, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-fornituri tal-kojls bojod SSHR relatati ma’ IRNC kienu kumparabbli mal-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ta’ SSHR mal-klijenti mhux relatati. Għaldaqstant, qieset li kien xieraq li jiġi aċċettat il-prezz tax-xiri ta’ IRNC ta’ dawn il-prodotti meta dak il-prezz kien daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni ta’ dawn il-fornituri u li dan jiġi ssostitwit bil-kost tal-produzzjoni tagħhom meta l-prezz tax-xiri tat-trasferiment kien jinstab li kien aktar baxx.

(70)

Fil-kummenti tagħha għad-divulgazzjoni finali, l-Eurofer ikkontestat l-approċċ rivedut tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kostijiet tal-kojls bojod SSHR ta’ IRNC, kif spjegat fil-premessa (69). L-ewwel, l-Eurofer iddikjarat li l-Kummissjoni ma kellhiex tuża l-prezzijiet tax-xiri ta’ IRNC ta’ SSHR minn partijiet billi dawn il-prezzijiet ma kinux ikunu prezzijiet distakkati. It-tieni, l-Eurofer sabet li l-approċċ tal-Kummissjoni kien jikkontradixxi s-sejbiet f’investigazzjoni konkluża dan l-aħħar li kienet tinvolvi l-istess grupp ta’ kumpaniji (11). F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ċaħdet il-kost tal-produzzjoni ta’ komponent ewlieni għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat. It-tielet, hija ddikjarat li jekk il-Kummissjoni tippersisti fl-approċċ tagħha, jenħtieġ li hi żżid profitt raġonevoli għall-prezz tax-xiri ta’ SSHR meta taġġusta l-valur tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet relatati, skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, jew iżżid il-profitt ta’ IRNC fuq l-SSCR użat fil-kalkolu tal-valur normali biex jikkompensa għat-tranżazzjonijiet skont il-kost jew bi profitt baxx b’mod anormali, f’konformità mal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(71)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjonijiet. Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni pprovduta mill-fornituri relatati ta’ IRNC ta’ SSHR kienet kompluta u biżżejjed biex jiġi vvalutat jekk il-prezzijiet tax-xiri ta’ SSHR kinux affettwati mir-relazzjoni bejn IRNCC u dawn il-fornituri. Il-Kummissjoni sabet li l-fornituri relatati biegħu SSHR mhux biss lill-klijent relatat tagħhom IRNC matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda anki lil għadd ta’ klijenti domestiċi mhux relatati u li l-prezzijiet tal-bejgħ lil IRNC u dawk lill-klijenti mhux relatati kienu distakkati. Għaldaqstant, dawn il-prezzijiet ġew ikkunsidrati li ma ġewx affettwati mir-relazzjoni bejn IRNC u l-fornitur mhux relatat tagħhom skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku u ma hemm l-ebda bażi biex jiġu injorati b’mod ġenerali. It-tieni, mingħajr ma tieħu l-ebda pożizzjoni dwar il-fatti u l-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-investigazzjoni SSHR imsemmija mill-Eurofer, il-Kummissjoni fakkret li kull każ jiġi vvalutat u analizzat fuq il-merti tiegħu stess u jekk il-fatti stabbiliti f’investigazzjoni waħda jkunu differenti mill-fatti stabbiliti f’investigazzjoni preċedenti, anki jekk tkun investigazzjoni riċenti li tikkonċerna l-istess grupp ta’ kumpaniji, dan jista’ jwassal għal konklużjoni differenti.

(72)

Id-dikjarazzjoni li jiżdied profitt raġonevoli għall-prezz tax-xiri ta’ SSHR ġiet miċħuda billi l-Artikolu 2(5) fil-fatt jippermetti dan l-aġġustament jekk il-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat ma jkunux riflessi fir-rekords tal-parti kkonċernata. Madankollu, fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni ma stabbilietx li dan huwa l-każ. Fir-rigward ta-tieni parti tat-tielet dikjarazzjoni, il-Kummissjoni fakkret li l-prodott li qed jiġi investigat huwa prodott bl-użu ta’ SSHR fornut biss mingħand il-fornituri relatati fl-istess żona industrijali u l-aħħar parti tal-produzzjoni ssir minn IRNC. L-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku jiddikjara b’mod ċar li l-profitti “għandhom jiġu bbażati fuq data attwali relattivi għall-produzzjoni u l-bejgħ, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott simili mill-esportatur jew produttur taħt investigazzjoni.” Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tkopri biss id-determinazzjoni tal-marġni ta’ profitt għall-bejgħ tal-prodott simili u ma tapplikax għall-istabbiliment tal-prezz distakkat fil-bejgħ tal-materja prima.

(73)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet tal-Eurofer ġew miċħuda.

(74)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-Eurofer iddikjarat li kellu jsir aġġustament tal-valur normali skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku minħabba d-distorsjonijiet tal-materja prima li nstabu fl-Indoneżja. Din il-kwistjoni hija indirizzata fil-premessi (45) u (46) ta’ hawn fuq.

3.2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(75)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi minn (77) sa (79) tar-Regolament provviżorju.

(76)

Kif spjegat fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju, għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Kif stipulat fil-premessa (64) tar-Regolament provviżorju, Jindal Indonesia għamel ċertu bejgħ permezz ta’ IBJ fi Spanja.

(77)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Jindal Indonesia għamel l-istess kummenti bħal dawk li għamel Jindal India u li huma msemmija fil-premessa (48) ta’ hawn fuq, fir-rigward ta’ dak il-bejgħ. Id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tad-dikjarazzjoni ġew iddivulgati biss lill-parti kkonċernata għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (48).

3.2.4.   Tqabbil

(78)

Id-dettalji dwar it-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi minn (80) sa (83) tar-Regolament provviżorju.

(79)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Jindal Indonesia għamel l-istess kummenti bħal dawk li għamel Jindal India u li huma msemmija fil-premessa (52) ta’ hawn fuq, fir-rigward tal-aġġustament għall-kummissjoni nozzjonali. Id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tad-dikjarazzjoni ġew iddivulgati biss lill-parti kkonċernata għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (52).

(80)

Jindal Indonesia sostna li l-Kummissjoni kellha tuża r-rati tal-imgħax fuq terminu qasir ippubblikati mill-Bank tal-Indoneżja għas-self f’USD u f’IDR għall-komputazzjoni tal-kostijiet ta’ kreditu minflok ir-rati tal-imgħax interbankarji fuq terminu qasir ippubblikati mis-CEIC.

(81)

Il-Kummissjoni analizzat l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti u qieset li kien iġġustifikat li jinbidel is-sors tad-data kif iddikjarat minn Jindal Indonesia. Madankollu, fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ rati tal-imgħax differenti għall-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni, l-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-possibbiltà ta’ aġġustament għad-differenzi fil-kost ta’ kwalunkwe kreditu mogħti għall-bejgħ taħt kunsiderazzjoni, sakemm dan ikun fattur ikkunsidrat fid-determinazzjoni tal-prezzijiet imposti. Waqt l-RCC, il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija qed tiffinanzja kemm l-operazzjonijiet domestiċi kif ukoll dawk tal-esportazzjoni tagħha permezz ta’ self fuq terminu qasir u faċilitajiet kummerċjali omnibus prinċipalment f’USD. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza fir-rekords tal-kumpanija li tiġġustifika l-użu ta’ rata tal-imgħax differenti għas-self f’IDR għall-bejgħ domestiku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni li tuża r-rata tal-imgħax għas-self f’IDR għall-finanzjament tal-bejgħ domestiku.

(82)

Il-grupp IRNC sostna li l-Kummissjoni kienet inkonsistenti billi aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku għal ċerti kostijiet tat-trasport filwaqt li d-dikjarazzjonijiet għall-aġġustament tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku għal ċerti kostijiet tat-trasport u kostijiet assoċjati oħra relatati, b’mod partikolari l-kostijiet imġarrba għat-trasferiment tal-prodott ikkonċernat mill-fabbrika għall-maħżen domestiku, kienu ġew miċħuda.

(83)

Il-Kummissjoni nnutat li l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli għall-kostijiet tat-trasport imġarrba, sussegwenti għall-bejgħ li jkun sar, għaċ-ċaqliq tal-oġġetti mill-post tal-esportatur lejn l-ewwel xerrej indipendenti. Il-maħżen domestiku ta’ IRNC huwa parti mill-post tiegħu u l-kostijiet imġarrba għaċ-ċaqliq tal-oġġetti mill-fabbrika għal-maħżen domestiku ġew imġarrba qabel il-bejgħ.

(84)

Il-grupp IRNC iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma kenitx spjegat għaliex spejjeż ta’ imposti assoċjati simili tat-trasport u tal-port imġarrba għall-oġġetti trasbordati permezz taż-żona ta’ depost Ċiniża ma kellhomx jiġu miċħuda b’mod ugwali. Il-Kummissjoni analizzat il-kummenti u l-evidenza fil-fajl, b’mod partikolari l-kuntratt ta’ bejgħ bejn il-produttur u n-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ bl-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li fil-kuntratt ta’ bejgħ il-port tal-ħatt huwa identifikat b’mod ċar li jinsab fl-Unjoni u li t-trasbord tal-oġġetti huwa permess. Barra minn hekk, għall-bejgħ bl-esportazzjoni l-ispejjeż tat-trasport huma mġarrba direttament min-negozjant u għaldaqstant qed jaffettwaw il-kumparabbiltà tal-prezzijiet filwaqt li fl-ispejjeż tal-ħżin għall-bejgħ domestiku l-kost għat-trasferiment tal-oġġetti lejn il-maħżen jitħallsu mill-produttur u jiġġarrbu qabel il-bejgħ. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(85)

Wara d-divulgazzjoni finali, IRNC iddikjara wkoll li l-Kummissjoni kienet segwiet approċċ inkonsistenti billi ma wettqitx aġġustament għall-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(i), b’hekk tirrifletti l-aġġustamenti li wettqet skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ bl-esportazzjoni li sar permezz ta’ negozjanti relatati.

(86)

Il-Kummissjoni fakkret li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (12) tistabbilixxi b’mod ċar li “(…) jekk parti titlob, skont l-Artikolu 2(10) tar-regolament bażiku, aġġustamenti intiżi sabiex isiru paragunabbli l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni bil-għan li tiġi ddeterminata l-marġni ta’ dumping, din il-parti għandha tipproduċi l-prova li t-talba tagħha hija ġustifikata (…)”. Is-sottomissjoni li saret fir-rigward ta’ IRNC hija sempliċi dikjarazzjoni li titlob aġġustament għall-valur normali iżda jonqosha kwalunkwe ġustifikazzjoni sostantiva jew spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni kompliet tfakkar li aġġustament għall-prezz tal-esportazzjoni ma jinkludix awtomatikament aġġustament għall-valur normali, u li dan l-aġġustament għall-valur normali irid ikun debitament ġustifikat, abbażi ta’ fatti u evidenza, mill-parti li titolbu.

(87)

Skont dan, il-Kummissjoni stabbiliet li sempliċi dikjarazzjoni li titlob aġġustament mingħajr ma tipprovdi ebda talba sostanzjata bħala sostenn ċarament ma tilħaqx l-istandard legali stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja. B’hekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata.

(88)

IRNC sostna wkoll li l-Kummissjoni għandha l-oneru li tissostanzja d-deċiżjoni tagħha b’evidenza biex taġġusta l-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10(i) u li naqset milli tiddikjara raġunijiet suffiċjenti fid-dokumenti ta’ divulgazzjoni provviżorja u finali tagħha.

(89)

Wara l-kummenti li rċeviet mill-kumpanija wara d-divulgazzjoni finali, fis-16 ta’ Settembru 2021 il-Kummissjoni pprovdiet divulgazzjoni addizzjonali speċifika għall-kumpanija u spjegat f’aktar dettall ir-raġunijiet u l-evidenza li tirfed dan l-aġġustament għall-prezz tal-esportazzjoni. Il-kumpanija ma ppreżentat l-ebda kumment b’reazzjoni għal din id-divulgazzjoni speċifika.

3.2.5.   Marġnijiet tad-dumping

(90)

Kif spjegat fil-premessi minn (65) sa (89) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset il-kummenti tal-partijiet interessati ppreżentati wara d-divulgazzjoni provviżorja u kkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping kif xieraq.

(91)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Jindal Indonesia

20,2  %

Grupp IRNC

10,2  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(92)

Wara d-divulgazzjoni finali, Arinox, parti interessata li kienet ikkwalifikata b’mod provviżorju bħala utent, argumentat li kellha tiġi kkunsidrata bħala produttur tal-Unjoni. Ta’ min jinnota li d-data tal-kumpanija ġiet inkluża fl-indikaturi makroekonomiċi, kif ippreżentata mill-Eurofer u kontroverifikata mill-Kummissjoni u b’hekk il-Kummissjoni ma qesitx lil din il-kumpanija bħala parti mill-industrija tal-Unjoni deskritta fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li Arinox identifikat lilha nnifisha bħala utent finali u importatur fit-talba inizjali ta’ esklużjoni tal-prodott u t-talbiet tal-kumpanija li saru fl-istadju provviżorju kienu relatati mal-attivitajiet li wettqet bħala utent fis-suq tal-Unjoni.

(93)

Arinox, Euranimi, u importatur relatat wieħed talbu l-identità tat-13-il-produttur tal-Unjoni li kienu jagħmlu parti mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Apparti mit-tliet produtturi inklużi fil-kampjun u l-kumpaniji li appoġġaw l-ilment (jiġifieri Acerinox, Outokumpu Nirosta GmbH, Outokumpu Stainless AB), dawn huma Acroni, Arinox, Otelinox, u tliet rilamninaturi bbażati fil-Ġermanja (jiġifieri SAP Precision Metal, BWS, u Waelzholz).

(94)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ulterjuri fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (87) sa (89) tar-Regolament provviżorju.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(95)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (90) sa (92) tar-Regolament provviżorju.

4.2.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(96)

Il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri u importatur mhux relatat wieħed ikkontestaw il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-Indja u mill-Indoneżja fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati argumentaw li l-volumi tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi huma baxxi, ix-xejra fl-importazzjonijiet mill-Indja li (naqsu ftit) u mill-Indoneżja (li żdiedu malajr) matul il-perjodu kkonċernat hija differenti u ma saret l-ebda valutazzjoni xierqa tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u bejn il-prodotti importati u l-prodotti simili tal-Unjoni kif mitlub mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(97)

Fil-kummenti tiegħu ppreżentati wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-ilmentatur oppona d-dikjarazzjoni li saret mill-konsorzju u mill-importatur mhux relatat li tistabbilixxi li x-xejriet tal-importazzjoni huma irrilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ġew ivvalutati kif xieraq, u li valutazzjoni kumulattiva tiżgura applikazzjoni mhux diskriminatorja tad-dazji.

(98)

Il-Kummissjoni sabet li r-rekwiżiti biex tivvaluta b’mod kumulattiv l-importazzjonijiet ġew issodisfati. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli, jiġifieri aktar minn 1 % tas-sehem mis-suq kull wieħed, u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni kienu jiġġustifikaw valutazzjoni kumulattiva, billi l-prodotti importati għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħall-prodotti mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni u għandhom l-istess użi bażiċi. Dan huwa rifless fil-livell għoli ta’ tqabbil tat-tipi ta’ prodotti importati mill-Indja u mill-Indoneżja mat-tipi ta’ prodotti mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni.

(99)

Barra minn hekk, ġie stabbilit li t-tipi ta’ prodotti importati mill-Indja u mill-Indoneżja huma fil-biċċa l-kbira simili għal xulxin u l-livell tal-prezzijiet rispettivi tagħhom huwa komparabbli.

(100)

Barra minn hekk, bħalma rrimarka l-ilmentatur, l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ma jirrikjedix tqabbil tax-xejriet tal-importazzjoni bejn il-pajjiżi kkonċernati.

(101)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-konsorzju u importatur relatat wieħed talbu d-divulgazzjoni tal-mudelli teoretiċi użati biex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat u l-pajjiżi kkonċernati, u l-konferma li s-servizzi tal-kompetizzjoni u tal-analiżi ekonomika tal-Kummissjoni ġew ikkonsultati fuq dawn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

(102)

Iddikjaraw ukoll li ma ngħatat l-ebda analiżi statistika biex jiġu appoġġati s-sejbiet fil-premessi (99) u (100) hawn fuq, u argumentaw li l-volum tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja u mill-Indoneżja kien baxx meta mqabbel mas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-Indja, il-volumi tal-importazzjonijiet matul il-PI kienu aktar baxxi minn dawk fl-2017 u fl-2018 u simili għall-importazzjonijiet fl-2019. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja huma limitati mill-kwota tal-pajjiż stabbilita mill-miżuri ta’ salvagwardja fuq l-azzar. Għaldaqstant, il-konsorzju u l-importatur mhux relatat sabu li ma kienx xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(103)

Il-Kummissjoni wettqet analiżi teoretika li fiha qabblet it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi esportaturi u l-prodott mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni, abbażi tan-numri ta’ kontroll tal-prodott (PCNs) mogħtija mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-analiżi wriet livell għoli ta’ tqabbil. Il-livell ta’ tqabbil bejn kull wieħed mill-produtturi esportaturi u l-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni ngħata lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fid-divulgazzjoni speċifika tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet ukoll livell sinifikanti ta’ similarità fit-tipi ta’ prodotti mibjugħin mill-produtturi esportaturi mill-Indoneżja meta mqabblin mat-tipi ta’ prodotti mibjugħin mill-produtturi esportaturi mill-Indja. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodotti importati mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodotti tal-Unjoni kienu f’kompetizzjoni ċara ma’ xulxin u li valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa. Il-konsorzju u importatur mhux relatat wieħed ma taw l-ebda evidenza sostanzjata għaliex l-analiżi li saret mill-Kummissjoni tkun inkorretta jew insuffiċjenti. Il-fatt li l-Indja għandha kwota speċifika tal-pajjiż fil-miżuri ta’ salvagwardja ma jaffettwax din l-analiżi fid-dawl tal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(4). Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(104)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet l-oħrajn kollha stabbiliti fil-premessi minn (93) sa (98) tar-Regolament provviżorju.

4.2.2.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(105)

Il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri u importatur mhux relatat wieħed sostnew li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja żdiedu minħabba li dan il-pajjiż huwa esportatur ġdid tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni u li l-importazzjonijiet mill-Indja ma żdidux matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għaldaqstant żieda potenzjali fis-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati ma kellha l-ebda impatt fuq is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, iżda ssostitwiet l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn.

(106)

Kif stabbilit fil-premessi minn (97) sa (105) hawn fuq, il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet b’mod kumulattiv u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati wrew żieda fix-xejra matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-fatt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat u li l-Indoneżja kienet għadha kif bdiet tesporta lejn l-Unjoni fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma bidilx il-fatt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(107)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-ishma mis-suq tagħhom, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet l-oħrajn kollha stabbiliti fil-premessi minn (99) sa (101) tar-Regolament provviżorju.

4.2.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz

(108)

Fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddikjarat li hija sabet marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 4,8 % u 13,4 % għall-produtturi esportaturi Indjani.

(109)

Madankollu, dawn il-marġnijiet kien fihom żball klerikali u jenħtieġ li jiġu kkoreġuti għall-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 5,8 % u 13,4 %.

(110)

Wara d-divulgazzjoni finali, Euranimi u importatur mhux relatat wieħed argumentaw li ma setgħux jirrikostitwixxu kif il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat ġew determinati u kif il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, inkluż l-aġġustamenti tiegħu, kienu kkalkulati.

(111)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, kif mogħtija fit-Tabella 3 tar-Regolament provviżorju, huma bbażati fuq l-Eurostat. Din l-informazzjoni hija disponibbli pubblikament. Kif spjegat fil-premessa (104) tar-Regolament provviżorju, il-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet kien ibbażat fuq tqabbil bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun imposti fuq klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet korrispondenti tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, differenzjati għal kull tip ta’ prodott u aġġustati biex ikunu f’termini ugwali ta’ bejgħ. Billi l-prezzijiet dettaljati tal-bejgħ għal kull kumpanija huma min-natura tagħhom kunfidenzjali għan-negozju, dawn ngħataw biss lill-kumpaniji kkonċernati fid-divulgazzjonijiet speċifiċi rispettivi tagħhom.

(112)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ulterjuri fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet kollha stabbiliti fil-premessi minn (102) sa (105) tar-Regolament provviżorju, bil-korrezzjoni magħmula kif spjegat fil-premessa (71) ta’ hawn fuq.

4.3.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.3.1.   Kummenti ġenerali

(113)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi min (106) sa (110) tar-Regolament provviżorju.

4.3.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(114)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-Eurofer sostniet li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minflok żdied kif konkluż fil-premessa (116) tar-Regolament provviżorju.

(115)

Madankollu, din id-dikjarazzjoni tkun korretta biss jekk l-osservazzjoni tal-Eurofer dwar l-allegata inflazzjoni tal-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi kienet fattwalment korretta. Kif spjegat fil-premessa (135) ta’ hawn taħt, ir-Regolament provviżorju pprovda ċifri korretti dwar il-volumi tal-importazzjoni. B’hekk, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien korrett ukoll.

(116)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri u importatur mhux relatat wieħed irrimarkaw li r-Regolament provviżorju wera diskrepanza ta’ bejn 300 elf u 400 elf tunnellata bejn iċ-ċifri tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, irrapportati fil-premessa (111) tar-Regolament provviżorju, u ċ-ċifri korrispondenti dwar il-bejgħ, l-istokkijiet u l-esportazzjoni rrapportati fil-premessi (114), (126) u (152) tar-Regolament provviżorju. Wara d-divulgazzjoni finali, dawn ikkontestaw il-livell ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u talbu evidenza tal-kapaċità tal-produzzjoni nominali, attwali u effettivament użata u l-kwantità attwalment prodotta minn kull produttur individwali, id-data tal-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-produtturi Ewropej individwali, u l-volumi tal-importazzjonijiet ta’ kull produttur tal-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati.

(117)

Madankollu, iċ-ċifri ta’ hawn fuq ma jistgħux jitqabblu bis-sħiħ billi l-volumi tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-esportazzjoni jirreferu għall-industrija totali tal-Unjoni filwaqt li ċ-ċifri tal-inventarju, irrapportati fil-premessa (126) tar-Regolament provviżorju, huma indikatur mikroekonomiku, li jirreferi biss għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iċ-ċifri kollha ġew kontroverifikati mill-Kummissjoni u nstab li kienu affidabbli. Billi ċ-ċifri individwali għal kull produttur huma kunfidenzjali għan-negozju, il-Kummissjoni pprovdiet biss l-informazzjoni aggregata fir-Regolament provviżorju.

(118)

Barra minn hekk, kważi nofs l-allegata diskrepanza hija relatata mal-bejgħ ristrett tal-industrija tal-Unjoni lill-utenti relatati. Dawk il-volumi ġew inklużi fiċ-ċifri tal-produzzjoni rrapportati fil-premessa (111) tar-Regolament provviżorju iżda ma ġewx inklużi fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni rrapportati fil-premessa (114) tar-Regolament provviżorju. Il-bejgħ ristrett tal-industrija tal-Unjoni kien jammonta għal madwar 5 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni u dan il-proporzjon kien stabbli matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni.

(119)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri u importatur mhux relatat wieħed argumentaw li ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni indikat nuqqas ta’ dannu u li ż-żieda tas-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati ma affettwax b’mod negattiv is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(120)

Kif spjegat fil-premessa (107), iż-żieda żgħira fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma biddilx il-fatt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati wrew żieda ta’ 86 % u saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li kkawżaw dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(121)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (111) sa (121) tar-Regolament provviżorju.

4.3.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(122)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri u importatur mhux relatat wieħed argumentaw li x-xejra tal-profittabbiltà negattiva tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkun marbuta mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, billi l-volumi tagħhom huma baxxi u ma setgħux influwenzaw is-suq b’mod daqstant notevoli. Il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri u l-importatur mhux relatat iddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni kellha żieda fil-profitti mill-PI.

(123)

Il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi kienu ogħla mil-livell de minimis u l-prezzijiet baxxi tagħhom, li nstab li kienu oġġett ta’ dumping, ikkawżaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (141) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant. il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati setgħu jiġu marbuta max-xejra ta’ profittabbiltà negattiva tal-industrija tal-Unjoni. Żieda eventwali fil-livell ta’ profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni wara l-PI ma tbiddilx din il-konklużjoni, billi l-investigazzjoni hija limitata għall-PI.

(124)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (122) sa (133) tar-Regolament provviżorju.

4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(125)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-konsorzju ta’ importaturi, importatur mhux relatat wieħed, kif ukoll il-GOIS sostnew li xi indikaturi tad-dannu żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’enfasi fuq iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda fl-impjiegi u t-tnaqqis fl-istokkijiet.

(126)

Il-livell tal-istokkijiet baqa’ kostanti bħala perċentwal tal-volumi tal-bejgħ u għalhekk ma kienx jikkostitwixxi indikatur ċar tad-dannu. Iż-żewġ indikaturi l-oħra inkwistjoni tabilħaqq żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, iż-żieda fis-sehem mis-suq seħħet għad-detriment tal-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (134) tar-Regolament provviżorju. L-impjiegi żdiedu bi ftit għalkemm il-kostijiet lavorattivi xorta waħda tnaqqsu. Madankollu, dawn is-sejbiet ma invalidawx is-sejbiet ewlenin dwar id-dannu, jiġifieri l-iżvilupp negattiv tal-profittabbiltà u l-indikaturi finanzjarji kollha tal-industrija tal-Unjoni.

(127)

Il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri, u l-importatur mhux relatat argumentaw ukoll li skont id-data disponibbli għall-ewwel trimestru tas-sena 2021, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun qed titjieb u għalhekk l-industrija ma teħtieġx aktar protezzjoni.

(128)

L-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet ibbażata fuq il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li ntemm f’Ġunju 2020. Kif indikat fil-premessi minn (128) sa (133) tar-Regolament provviżorju, l-indikaturi finanzjarji kollha tal-produtturi tal-Unjoni marru għall-agħar fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-konklużjoni f’dan ir-rigward ma tistax tiġi invalidata mill-allegat titjib fuq terminu qasir tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni wara l-perjodu taħt kunsiderazzjoni, appoġġat minn rapporti mhux awditjati li jirreferu għall-ewwel trimestru tal-2021.

(129)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet definittivament li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(130)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GOIS sostna li d-dannu ma setax ġie kkawżat mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja minħabba s-sehem baxx tas-suq tagħha u l-fatt li l-prezzijiet tagħha kienu qed jiżdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(131)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u s-sehem mis-suq tagħhom ġew ivvalutati b’mod kumulattiv mal-importazzjonijiet mill-Indja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-sehem mis-suq tal-Indoneżja fi kwalunkwe każ kien qed jiżdied b’mod rapidu fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 0,4 % fl-2017 għal 2,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-prezzijiet, minkejja li żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet Indoneżjani dejjem kienu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(132)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja u mill-Indoneżja u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (141) sa (143) tar-Regolament provviżorju.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

(133)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-Eurofer indikat diskrepanza bejn iċ-ċifri li jikkonċernaw il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi pprovduti fit-Tabella 11 tar-Regolament provviżorju u d-data tal-Eurostat.

(134)

Madankollu, iċ-ċifri msemmija mill-Eurofer ma fihomx importazzjonijiet irrapportati fil-Eurostat skont is-sistemi doganali tal-ipproċessar attiv u passiv, li tqiesu fit-Tabella 11 tar-Regolament provviżorju.

(135)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-Eurofer kellha dubji dwar l-akkuratezza tal-volumi tal-importazzjonijiet li użat il-Kummissjoni u argumentat li l-approċċ, kif stabbilit fil-premessa (99) hawn fuq, titbiegħed mill-prattika ugwali tal-Kummissjoni u hija konsistenti mal-objettiv tad-dannu u l-valutazzjoni tar-rabta kawżali fl-investigazzjoni. L-Eurofer iddikjarat li l-importazzjonijiet skont ir-reġimi doganali ta’ proċessar attiv u passiv mhumiex soġġetti għad-dazji anti-dumping u ma jikkompetux mal-oġġetti tal-industrija tal-Unjoni.

(136)

Il-Kummissjoni qieset li l-oġġetti importati skont ir-reġimi ta’ proċessar attiv u passiv mhux biss jagħmlu tranżitu minn ġo l-Unjoni, iżda jgħaddu wkoll minn operazzjonijiet ta’ proċessar ta’ valur miżjud, bħall-assemblaġġ u t-trasformazzjoni, fl-Unjoni. Konsegwentement, dawn l-importazzjonijiet jikkompetu b’mod ċar mal-prodotti manifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Pereżempju, kumpanija li tinsab fl-Unjoni li l-attività tagħha tkun preċiżament li twettaq dawn l-operazzjonijiet ta’ proċessar, għandha l-possibbiltà li tixtri l-prodott mill-industrija tal-Unjoni jew li timportah skont ir-reġim ta’ proċessar attiv. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-importazzjonijiet skont dawn ir-reġimi doganali speċjali jitqiesu għall-valutazzjoni tad-dannu. Fil-fatt, huma wkoll soġġetti għall-ġbir ta’ dazji f’konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (13).

(137)

Barra minn hekk, l-Eurofer argumentat li l-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi differenti ma kinux konsistenti billi l-volumi ta’ importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi ma kinux jinkludu r-reġimi doganali ta’ proċessar attiv u passiv.

(138)

Il-volumi tal-importazzjoni kienu ċ-ċifri uffiċjali mill-Eurostat u, kemm għall-pajjiżi kkonċernati kif ukoll għall-pajjiżi terzi l-oħra, kienu jinkludu r-reġim doganali normali u r-reġimi doganali ta’ proċessar attiv u passiv.

(139)

Barra minn hekk, l-Eurofer irreferiet għall-volumi ta’ importazzjoni fir-reviżjoni ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet tal-istess prodott miċ-Ċina u mit-Tajwan bl-istess perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni, fejn il-Kummissjoni kienet ivvalutat il-konsum tal-Unjoni u l-ishma mis-suq mingħajr ma qieset l-importazzjonijiet skont ir-reġimi doganali ta’ proċessar attiv u passiv. Għaldaqstant, iċ-ċifri bejn ir-reviżjoni ta’ skadenza u l-investigazzjoni attwali dwar l-importazzjonijiet, il-konsum, u s-sehem mis-suq huma differenti, u jirriżultaw fi żball evidenti f’wieħed miż-żewġ investigazzjonijiet.

(140)

Ir-reviżjoni ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ SSCR miċ-Ċina u mit-Tajwan fil-fatt għandhom l-istess perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni għall-analiżi tad-dannu. Madankollu, l-analiżi li saret f’dik l-investigazzjoni hija ta’ natura differenti, jiġifieri l-kontinwazzjoni jew il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, u kwalunkwe konklużjoni li tittieħed minn dik l-investigazzjoni ma tkunx valida awtomatikament fl-investigazzjoni inkwistjoni. B’hekk, għalkemm iċ-ċifri tal-importazzjoni f’dik ir-reviżjoni ta’ skadenza ma kinux jinkludu l-importazzjonijiet skont ir-reġimi ta’ proċessar attiv u passiv, il-konklużjonijiet li ttieħdu minn dik l-investigazzjoni għadhom validi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma qisitx li din id-differenza fid-data tikkostitwixxi żball evidenti.

(141)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-konsorzju ta’ importaturi u distributuri, u importatur mhux relatat wieħed iddikjaraw li l-indikaturi finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni ma kinux qed jiddeterjoraw minħabba importazzjonijiet oġġett ta’ dumping iżda minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Fil-kummenti li ppreżenta wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-ilmentatur oppona din id-dikjarazzjoni billi qal li x-xejra tad-dannu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni wriet l-oppost.

(142)

Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati influwenzaw bil-kbir il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-indikaturi finanzjarji tagħha. Kif stabbilit fil-premessa (103) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kkonċernati kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, qabel il-pandemija tal-COVID-19. Il-pandemija setgħet potenzjalment affettwat il-konsum fis-suq tal-Unjoni iżda impatt bħal dan seta’ mmaterjalizza biss fl-aħħar trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni (April-Ġunju 2020), filwaqt li fl-2019 kien diġà ġie nnotat tnaqqis sostanzjali fil-konsum.

(143)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat it-tnaqqis fil-konsum (kemm jekk parzjalment relatat mal-COVID-19 kif ukoll jekk le) bħala fattur potenzjali ieħor li seta’ kkawża dannu fil-premessi minn (150) sa (151) tar-Regolament provviżorju u kkonkludiet b’mod provviżorju li dan ma mmitigax ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Din il-konklużjoni hija kkonfermata.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(144)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-fatturi, analizzati b’mod individwali jew kollettiv, ma naqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni bl-effett li tali rabta ma tibqax ġenwina u sostanzjali, li jikkonferma l-konklużjoni fil-premessi minn (160) sa (163) tar-Regolament provviżorju.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

6.1.   Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

(145)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, l-ilmentatur qajjem żewġ kwistjonijiet tekniċi fir-rigward tal-kalkolu tal-marġni tad-dannu, li jikkonċernaw id-deprezzament tal-investimenti stmati mitlufa u l-konformità futura mal-kostijiet ambjentali għal wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Sabiex tikkalkula l-investimenti mitlufa, il-Kummissjoni qieset li huwa raġonevoli li tibbaża ruħha fuq id-deprezzament tal-investimenti mitlufa fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif ipprovdut mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-ilmentatur ma pprovda l-ebda evidenza ta’ sostenn li turi li approċċ bħal dan ma jkunx raġonevoli. Abbażi tad-data u l-informazzjoni ta’ sostenn ippreżentati mill-ilmentatur, il-Kummissjoni aċċettat id-dikjarazzjoni dwar il-konformità futura mal-kostijiet ambjentali li wasslet għal żieda żgħira fil-marġnijiet ta’ dannu definittivi.

(146)

Wara d-divulgazzjoni finali, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi ddikjara li jenħtieġ li l-kostijiet ikkawżati mil-lockdown tal-COVID-19 imġarrba mill-industrija tal-Unjoni jiġu injorati fil-kalkolu tal-prezz mhux dannuż għad-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu, għax dawn il-kostijiet żiedu eċċezzjonalment il-kost għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni u ma jirriflettux il-kost normali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(147)

Il-Kummissjoni talbet lill-industrija tal-Unjoni biex taqsam id-data kollha mitluba fit-tweġiba għall-kwestjonarju tagħhom għaż-żewġ semestri fil-PI, biex tara jekk hemmx effetti possibbli tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-bejgħ u d-data tal-kostijiet tagħhom. Madankollu, id-data kontroverifikata ma wriet l-ebda kost addizzjonali kkawżat mil-lockdown tal-COVID-19 li jiġġustifika l-aġġustament mitlub. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(148)

Euranimi u importatur mhux relatat wieħed ikkontestaw il-marġni ta’ dannu ogħla applikat għall-produtturi esportaturi Indjani, filwaqt li kellhom prezzijiet ta’ bejgħ ogħla għas-suq tal-Unjoni.

(149)

Il-marġni ta’ dannu huwa kkalkulat abbażi tat-tipi ta’ prodotti mibjugħin mill-produtturi esportaturi. Billi t-tipi ta’ prodotti bejn il-produtturi jistgħu jvarjaw fil-prezz, ma hemmx għalfejn ikun hemm korrelazzjoni bejn il-livell ġenerali tal-prezzijiet tal-importazzjoni u l-livelli tal-marġni ta’ dannu kkalkulat għal kull produttur esportatur speċifikament.

(150)

Ir-riżultat tal-kalkoli riveduti jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping

Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

L-Indja

Jindal Stainless Limited u Jindal Stainless Hisar Limited

13,9  %

25,2  %

 

Chromeni Steels Private Limited

45,1  %

35,3  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

45,1  %

35,3  %

L-Indoneżja

 

IRNC

10,2  %

32,4  %

 

Jindal Stainless Indonesia

20,2  %

33,1  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2  %

33,1  %

(151)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (165) sa (173) tar-Regolament provviżorju kif modifikati fit-tabella ta’ hawn fuq.

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni

(152)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-Eurofer ippreżentat li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet b’mod żbaljat li Chromeni ma użatx materja prima soġġetta għal distorsjonijiet. Hija argumentat li kien “ċar ħafna” li Chromeni tiddependi minn inputs intermedji affettwati mid-distorsjonijiet tal-materja prima jew fl-Indja jew fl-Indoneżja u li għalhekk jenħtieġ li dan jitqies. Hija sostniet li għal dan il-għan jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-kooperazzjoni f’din l-investigazzjoni ta’ allegat fornitur tal-azzar inossidabbli llaminat bis-sħana fl-Indoneżja jew sejbiet reċenti dwar il-materja prima fir-rigward ta’ dik il-materja prima (14).

(153)

L-Eurofer argumentat ukoll li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 7(2a) tillimita ferm il-possibbiltà li jiġi indirizzat l-impatt tad-distorsjonijiet tal-materja prima fuq is-setturi downstream u li dan ma jippermettix lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tad-distorsjonijiet tal-materja prima fi grupp korporattiv (bħall-Grupp Jindal). Bl-istess mod, hija indikat ukoll ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni permezz tal-kumpanija bid-dazju aktar baxx (f’dan il-każ, jew dik fl-Indja jew dik fl-Indoneżja) u għaldaqstant sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni testendi l-ogħla livell ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji kollha tal-grupp, irrispettivament mill-pajjiż tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(154)

Kif spjegat fil-premessa (176) tar-Regolament provviżorju, Chromeni ma użatx il-materja prima soġġetta għad-distorsjoni li nstabet fl-Indja, jiġifieri l-mineral tal-kromu u r-ruttam tal-azzar inossidabbli. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv, mhuwiex possibbli li tiġi indirizzata ċirkomvenzjoni futura potenzjali billi l-anti-dumping li nstab għal produttur relatat wieħed jiġi estiż għal produtturi relatati f’pajjiż ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-premessi minn (175) sa (177) ta’ hawn taħt.

(155)

Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-Eurofer kellhom jiġu miċħuda.

(156)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (174) sa (178) tar-Regolament provviżorju.

6.3.   Konklużjoni

(157)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa xieraq li tiddetermina l-ammont ta’ dazji definittivi f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament bażiku. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping definittivi jiġu stabbiliti kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

L-Indja

Jindal Stainless Limited u Jindal Stainless Hisar Limited

13,9  %

 

Chromeni Steels Private Limited

35,3  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,3  %

L-Indoneżja

 

IRNC

10,2  %

 

Jindal Stainless Indonesia

20,2  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2  %

7.   INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(158)

L-ebda parti ma kkontestat li l-miżuri jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (181) sa (183) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

7.2.   Interess ta’ importaturi u utenti mhux relatati

(159)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Euranimi u importatur mhux relatat wieħed sostnew li l-impożizzjoni tal-miżuri mill-Unjoni fuq l-Indja u l-Indoneżja toħloq nuqqas ta’ SSCR fis-suq tal-Unjoni billi l-produzzjoni tal-Unjoni ma tkunx biżżejjed biex tforni lis-suq kollu u sorsi oħra ta’ provvista huma limitati, prinċipalment minħabba l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Tajwan. Skont il-partijiet, dan in-nuqqas u dan id-dewmien fil-provvisti diġà jistgħu jiġu osservati fis-suq tal-Unjoni.

(160)

Il-partijiet allegaw li xi sorsi potenzjali oħra ta’ importazzjonijiet, jiġifieri l-Brażil, il-Malażja u l-Afrika t’Isfel, huma kkontrollati mill-produtturi tal-Unjoni li huma s-sidien tal-kumpaniji f’dawn il-pajjiżi li jimmanifatturaw l-SSCR. Skont il-partijiet, dan wassal għal abbuż ta’ protezzjoni mill-produtturi tal-Unjoni u se jirriżulta fi prezzijiet għoljin fis-suq tal-Unjoni.

(161)

Barra minn hekk, il-partijiet sostnew li ma għandhomx il-possibbiltà li jgħaddu l-prezzijiet lill-klijenti tagħhom u għalhekk il-profittabbiltà tagħhom tkun affettwata b’mod negattiv.

(162)

Euranimi u l-importatur mhux relatat tennew dawn id-dikjarazzjonijiet wara d-divulgazzjoni finali.

(163)

L-Eurofer opponiet dawk id-dikjarazzjonijiet, billi argumentat li l-allegata żieda fil-ħin meħtieġ irriżultat minn bidliet fid-domanda u tfixkil fil-ktajjen tal-provvista globali mill-pandemija tal-COVID-19, li mhijiex speċifika għall-katina tal-provvista tal-SSCR. L-Eurofer iddikjarat li f’kundizzjonijiet normali, l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità biex takkomoda kważi 150 % tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, l-Eurofer argumentat li ż-żieda fil-prezz tal-materja prima li seħħet wara l-perjodu ta’ investigazzjoni kienet riflessjoni ta’ żieda kbira fil-kostijiet tal-materja prima madwar id-dinja, li ma affettwatx biss il-prezzijiet fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-Eurofer sostniet li l-SSCR jista’ jinkiseb minn pajjiżi terzi b’kapaċitajiet sinifikanti ta’ SSCR li ma ġewx limitati mill-miżuri ta’ salvagwardja fuq l-azzar.

(164)

Kif indikat fir-Regolament provviżorju, tabilħaqq hemm sorsi ta’ provvista ta’ SSCR minn pajjiżi terzi oħra, bl-akbar fosthom ikunu t-Tajwan u l-Korea. L-importazzjonijiet mit-Tajwan, b’dazji anti-dumping relattivament baxxi, għadhom qed jidħlu fl-Unjoni. Il-Korea rnexxielha żżid l-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi. L-Afrika t’Isfel ukoll baqgħet preżenti fis-suq tal-Unjoni minkejja l-allegat kontroll tal-kumpaniji Ewropej fuq il-produzzjoni ta’ SSCR tagħha. Barra minn hekk, id-dazji anti-dumping imposti fuq l-Indja u l-Indoneżja mhumiex immirati biex jagħlqu s-suq tal-Unjoni għall-pajjiżi kkonċernati, iżda huma mmirati biex jgħollu l-prezzijiet għal livell ġust.

(165)

Iż-żidiet fil-prezzijiet normalment ikunu xprunati miż-żieda fil-kost tal-materja prima u ġew osservati wkoll fi swieq terzi. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda element ta’ abbuż tal-protezzjoni tas-suq mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, bi 13-il produttur tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, hemm kompetizzjoni interna b’saħħitha fis-suq tal-Unjoni.

(166)

Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet interessati fir-rigward tan-nuqqas ta’ possibbiltà li jgħaddu l-prezzijiet lill-klijenti tagħhom u n-nuqqas ta’ possibbiltà li jissostitwixxu l-prodotti importati ma jistgħux jiġu vvalutati kif xieraq mill-Kummissjoni fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni xierqa tal-partijiet inkwistjoni f’din l-investigazzjoni. Għall-kuntrarju taż-żewġ importaturi mhux relatati msemmija fil-premessi minn (184) sa (193) tar-Regolament provviżorju, il-partijiet inkwistjoni ġew bit-talbiet tagħhom wara d-divulgazzjoni, mingħajr ma ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Minħabba dan il-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel valutazzjoni aktar bir-reqqa billi tivverifika l-kanali tax-xiri u tal-bejgħ, it-tipi ta’ prodotti nnegozjati, il-kostijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(167)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni li l-effetti ta’ impożizzjoni potenzjali ta’ dazji fuq l-importaturi u l-utenti ma jegħlbux l-effetti pożittivi tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

(168)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (184) sa (195) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(169)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (196) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

8.1.   Miżuri definittivi

(170)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. Għar-raġunijiet stabbiliti fit-Taqsima 6, u b’mod partikolari s-Sottotaqsima 6.2, ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping jiġu stabbiliti f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri.

(171)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

L-Indja

Jindal Stainless Limited u Jindal Stainless Hisar Limited

13,9  %

Chromeni Steels Private Limited

35,3  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,3  %

L-Indoneżja

IRNC

10,2  %

Jindal Stainless Indonesia

20,2  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2  %

(172)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għal ebda rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(173)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (15). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(174)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(175)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(176)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(177)

Biex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

8.2.   Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji

(178)

Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, imposti mir-Regolament provviżorju, jinġabru b’mod definittiv.

(179)

Billi wħud mir-rati tad-dazju definittiv huma aktar baxxi mir-rati tad-dazju provviżorju, jenħtieġ li l-ammonti garantiti li jaqbżu r-rati definittivi tad-dazju anti-dumping jiġu rilaxxati.

8.3.   Retroattività

(180)

Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2, wara talba mill-ilmentatur, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(181)

Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku għall-ġbir retroattiv ta’ dazji definittivi kinux issodisfati.

(182)

L-analiżi tal-Kummissjoni ma wriet l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif preskritt mill-Artikolu 10(4d) tar-Regolament bażiku. Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni qabblet il-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar matul il-perjodu mill-bidu ta’ din l-investigazzjoni sal-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, u ma setgħet tiġi osservata l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri:

 

Perjodu ta’ investigazzjoni (tunnellati/xahar)

Perjodu ta’ wara l-PI, jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-28 ta’ Mejju 2021 (tunnellati/xahar)

Żieda fl-importazzjonijiet (%)

Importazzjonijiet ta’ SSCR mill-Indja

8 956

6 036

-33  %

Importazzjonijiet ta’ SSCR mill-Indoneżja

7 353

8 439

15  %

Importazzjonijiet totali ta’ SSCR mill-pajjiżi kkonċernati

16 308

14 475

-11  %

Sors: Surveillance 2 (EU 27).

(183)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi għall-perjodu li matulu l-importazzjonijiet ġew irreġistrati ma kienx iġġustifikat f’dan il-każ.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(184)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), meta ammont ikun irid jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(185)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (17), il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 (18), il-miżura ta’ salvagwardja ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2024. Il-prodott taħt rieżami huwa waħda mill-kategoriji ta’ prodotti koperti mill-miżura ta’ salvagwardja. Konsegwentement, ladarba jinqabżu l-kwoti tariffarji stabbiliti taħt il-miżura ta’ salvagwardja, kemm id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota kif ukoll id-dazju anti-dumping isiru pagabbli fuq l-istess importazzjonijiet. Billi din l-akkumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma’ miżuri ta’ salvagwardja tista’ twassal għal effett fuq il-kummerċ akbar milli mixtieq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipprevjeni l-applikazzjoni simultanja tad-dazju anti-dumping mad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota għall-prodott taħt rieżami għad-durata tal-impożizzjoni tad-dazju ta’ salvagwardja.

(186)

Dan ifisser li meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami u jaqbeż il-livell tad-dazji anti-dumping skont dan ir-Regolament, għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni simultanja tad-dazji ta’ salvagwardja u ta’ dawk anti-dumping, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż. Meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami u jiġi stabbilit f’livell aktar baxx mil-livell tad-dazji anti-dumping f’dan ir-Regolament, id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u l-ogħla livell tad-dazji anti-dumping imposti skont dan ir-Regolament. Il-parti tal-ammont ta’ dazji anti-dumping mhux miġbura għandha tiġi sospiża.

(187)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv qed jiġi impost fuq importazzjonijiet ta’ prodotti llaminati ċatti tal-azzar inossidabbli, mhux maħdumin aktar ħlief illaminati fil-kiesaħ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80 u li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Jindal Stainless Limited

13,9  %

C654

Jindal Stainless Hisar Limited

13,9  %

C655

Chromeni Steels Private Limited

35,3  %

C656

Il-kumpaniji Indjani l-oħra kollha

35,3  %

C999

L-Indoneżja

IRNC

10,2  %

C657

Jindal Stainless Indonesia

20,2  %

C658

Il-kumpaniji Indoneżjani l-oħrajn kollha

20,2  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għal prodotti llaminati ċatti tal-azzar inossidabbli, mhux maħdumin aktar ħlief illaminati fil-kiesaħ, imsemmija fl-Artikolu 1(1), u jaqbeż il-livell ekwivalenti ad valorem tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159.

2.   Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż.

3.   Fejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għal prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief illamnati fil-kiesaħ, imsemmija fl-Artikolu 1(1), u jiġi stabbilit f’livell aktar baxx mil-livell ekwivalenti ad valorem tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u l-ogħla livell ekwivalenti ad valorem tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2).

4.   Il-parti tal-ammont ta’ dazju anti-dumping li ma tinġabarx skont il-paragrafu 3 għandha tiġi sospiża.

5.   Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu limitati fiż-żmien għall-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159.

Artikolu 3

L-ammonti garantiti bid-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/854 għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti garantiti li jaqbżu r-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 4

L-ebda dazju anti-dumping definittiv mhu se jiġi impost b’mod retroattiv għall-importazzjonijiet irreġistrati. Id-data miġbura f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/370 ma għandhiex tibqa’ tinżamm. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/370 jitħassar b’dan.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  L-Avviż ta’ Bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU C 322, 30.9.2020, p. 17).

(3)  In-Notifika ta’ Bidu ta’ proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU C 57, 17.2.2021, p. 16).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/370 tal-1 ta’ Marzu 2021 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja soġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 71, 2.3.2021, p. 18).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/854 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 61).

(6)  L-Assoċjazzjoni ta’ Importaturi u Distributuri tal-Metall Mhux Integrati.

(7)  Rapport tal-Panel, EC – Salmon (Norway), WT/DS337/R, il-paragrafi 7.256, 7.257 u 7.273.

(8)  Is-Sentenza tat-18 ta’ Marzu 2009, Shanghai Excell M&E Enterprise, T-299/05, EU:T:2009:72, il-paragrafu 288.

(9)  Ara, pereżempju, il-premessa 283 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 tad-9 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 124, 12.4.2021, p. 40 (bl-użu tal-profitt tan-“negozjant” inkwistjoni); is-sentenza tat-18 ta’ Marzu 2009 Shanghai Excell M&E Enterprise, T-299/05, EU:T:2009:72, il-paragrafu 287.

(10)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), WT/DS379/AB/R, il-paragrafi 567, 568 u 583.

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana(“SSHR”) li joriġinaw, fost oħrajn, mill-Indoneżja (ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26)

(12)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2012, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea vs Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), C-191/09 P u C-200/09 P, il-paragrafu 58.

(13)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26).

(15)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussels, Belgium.

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225I, 25.6.2021, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/178


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2013

tal-15 ta’ Novembru 2021

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/731 (2), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġie propost għall-ħatra s-Sur Bernat SOLÉ BARRIL.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Elisabet NEBREDA VILA.

(5)

Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sa Victòria ALSINA I BURGUÉS, rappreżentanta ta’ korp reġjonali jew lokali li hija politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Consejera de Acción Exterior y Gobierno Abierto, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Ministru Reġjonali għall-Azzjoni Barranija u Gvern Miftuħ, Gvern tal-Katalonja), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(6)

Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Gerard Martí FIGUERAS I ALBA, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Secretario de Acción Exterior del Gobierno, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Segretarju għall-Azzjoni Barranija tal-Gvern, Gvern tal-Katalonja), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korp reġjonali jew lokali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

Is-Sa Victòria ALSINA I BURGUÉS, Consejera de Acción Exterior y Gobierno Abierto, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Ministru Reġjonali għall-Azzjoni Barranija u Gvern Miftuħ, Gvern tal-Katalonja),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Gerard Martí FIGUERAS I ALBA, Secretario de Acción Exterior del Gobierno, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Segretarju għall-Azzjoni Barranija tal-Gvern, Gvern tal-Katalonja).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/731 tat-28 ta’ Mejju 2020 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 172 I, 3.6.2020, p. 3).


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/180


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2014

tas-17 ta’ Novembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li l-iskop tiegħu huwa li jservi ta’ prova li persuna tkun irċeviet tilqima kontra l-COVID-19, ta’ riżultat ta’ test negattiv, jew li tkun irkuprat minn infezzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu tal-persuna li jkollha ċ-ċertifikat tul il-pandemija tal-COVID-19.

(2)

Biex iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkun jista’ jintuża madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 (2), li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli biex iċ-Ċertifikati tal-COVID Diġitali jimtlew, jinħarġu u jiġu verifikati b’mod sigur, biex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data personali, biex tiġi stabbilita l-istruttura komuni tal-identifikatur uniku taċ-ċertifikat, u biex jinħareġ barcode validu, sigur u interoperabbli.

(3)

Ħafna Stati Membri diġà ħabbru jew diġà bdew bl-għoti ta’ dożi addizzjonali tat-tilqima kontra l-COVID-19 minbarra s-sensiela ta’ tilqim primarju, jiġifieri s-sensiela tat-tilqim maħsuba biex tagħti biżżejjed protezzjoni biżżejjed fl-istadju inizjali, b’mod partikolari lill-persuni li jista’ jkun ma rrispondewx b’mod adegwat għas-sensiela ta’ tilqim primarju, u qed jikkunsidraw dożi “booster” għan-nies li rrispondew b’mod adegwat għat-tilqim primarju. F’dan il-kuntest, fl-1 ta’ Settembru 2021 iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ippubblika konsiderazzjonijiet interim dwar is-saħħa pubblika dwar l-għoti ta’ dożi addizzjonali tat-tilqima kontra l-COVID-19 (3).

(4)

Fl-4 ta’ Ottubru 2021, il-Kumitat dwar Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kkonkluda li doża addizzjonali tat-tilqimiet kontra l-COVID-19 Comirnaty u Spikevax jistgħu jingħataw lin-nies b’sistemi immunitarji mdgħajfa ħafna, mhux inqas minn 28 jum wara t-tieni doża tagħhom (4). Il-Kumitat evalwa wkoll id-data għall-Comirnaty li turi żieda fil-livelli tal-antikorpi meta tingħata doża booster madwar sitt (6) xhur wara t-tieni doża f’persuni ta’ età bejn 18 u 55 sena. Abbażi ta’ din id-data, il-Kumitat ikkonkluda li d-dożi booster għall-Comirnaty jistgħu jitqiesu mhux inqas minn sitt (6) xhur wara t-tieni doża għal persuni ta’ 18-il sena jew aktar. Kif qalet l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-korpi tas-saħħa pubblika fil-livell nazzjonali jistgħu joħorġu rakkomandazzjonijiet uffiċjali dwar l-użu ta’ dożi booster, huma u jqisu d-data emerġenti dwar l-effettività u d-data limitata dwar is-sikurezza. L-informazzjoni rispettiva dwar il-prodott ta’ Comirnaty (5) u Spikevax (6) ġiet aġġornata biex tinkludi dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

(5)

Biex jiġu evitati approċċi diverġenti, konfondenti, jew teknikament inkompatibbli bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli uniformi dwar kif jimtlew iċ-ċertifikati tat-tilqim msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 maħruġ wara li jingħataw tali dożi.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/953, irid jinħareġ ċertifikat tat-tilqim wara l-għoti ta’ kull doża, għandu jindika l-kors ta’ tilqim tlestiex jew le, u għandu jkun fih l-għadd ta’ dożi li ngħataw lid-detentur. Skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament, ċertifikat tat-tilqim irid jinkludi, bħala kampijiet tad-data, in-numru f’sensiela ta’ dożi kif ukoll l-għadd kumplessiv ta’ dożi f’sensiela. Kwalunkwe regoli dwar kif jimtlew iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa wara l-għoti ta’dożi addizzjonali, adottati permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, iridu jimxu mar-rekwiżiti stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/953.

(7)

Iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa għal dożi tas-sensiela ta’ tilqim primarju jenħtieġ li jindikaw tilqim komplut wara li titlesta s-sensiela primarja saħansitra f’każijiet fejn ikun irrakkomandat l-għoti ta’ dożi addizzjonali aktar tard. Iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa għal dożi addizzjonali amministrati wara s-sensiela ta’ tilqim primarju jenħtieġ li jindikaw l-għadd ta’ dożi mogħtija lid-detentur, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/953, kif ukoll l-għadd kumplessiv ta’ dożi fis-sensiela, li jinkludi d-dożi tat-tilqim primarju kif ukoll kwalunkwe doża addizzjonali.

(8)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli li jistgħu jirċievu dożi addizzjonali bħala kwistjoni ta’ prijorità. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jagħti dożi addizzjonali biss lil gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, jista’ jikkunsidra li joħroġ ċertifikati tat-tilqim li jindikaw l-għoti ta’ tali dożi addizzjonali b’talba biss u mhux awtomatikament, ladarba l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 joffri l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħżlu bejn dawn iż-żewġ għażliet. Dment li d-dożi addizzjonali jingħataw biss lil grupp speċifiku tal-popolazzjoni, jenħtieġ li l-persuni li jappartjenu għal dan il-grupp ma jkunux meħtieġa juru ċ-ċertifikat li jindika l-għoti ta’ doża addizzjonali meta jkunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19, u minflok ikunu jistgħu jużaw iċ-ċertifikat li jkunu rċevew wara li lestew l-ewwel sensiela ta’ tilqim primarju.

(9)

Fl-istess ħin, huwa importanti li ċ-ċertifikat tat-tilqim maħruġ lil nies li jappartjenu għal tali gruppi wara li jingħataw id-dożi addizzjonali wkoll jirrifletti korrettament l-għadd ta’ dożi li jkunu ngħataw. L-ewwel nett, ir-Regolament (UE) 2021/953 jagħti d-dritt lil kull persuna li tirċievi ċertifikat tat-tilqim, li jindika l-għadd ta’ dożi li jkunu ngħatawlha, wara l-għoti ta’ kull doża. It-tieni, l-Istati Membri jistgħu eventwalment jillimitaw id-durata tal-aċċettazzjoni, għall-finijiet tal-moviment liberu, ta’ ċertifikati tat-tilqim maħruġa wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju, jekk issir disponibbli evidenza xjentifika li l-protezzjoni mogħtija mis-sensiela tat-tilqim primarju tbatti għal anqas minn ċertu livell wara ċertu perjodu. Jekk il-gruppi vulnerabbli ma jingħatawx l-opportunità li jiksbu ċertifikati tat-tilqim wara l-għoti ta’ doża addizzjonali, dan ikun jeħtieġ aktar passi amministrattivi biex jiksbuhom meta jsiru aktar importanti għal-libertà ta’ moviment tagħhom, u għalhekk jista’ jirriżulta f’ostakli għaliha.

(10)

Barra minn hekk, ir-regoli għall-mili taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar. Jenħtieġ li ċerti settijiet ta’ valuri speċifiċi li japplikaw ir-regoli ta’ kodifikazzjoni stabbiliti jkunu disponibbli pubblikament.

(11)

Biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li tiġi definita struttura komuni koordinata għad-data li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 permezz tal-użu ta’ skema tal-JavaScript Object Notation (JSON).

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u ta kummenti formali fit-18 ta’ Ottubru 2021 (8).

(14)

Fid-dawl tal-ħtieġa tal-implimentazzjoni rapida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi emendati fiċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Ir-regoli ta’ governanza applikabbli għaċ-ċertifikat tal-kjavi pubblika fir-rigward tal-gateway taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li jappoġġaw l-aspetti tal-interoperabbiltà tal-qafas ta’ fiduċja, huma stabbiliti fl-Anness IV.”;

(2)

jiżdiedu l-Artikoli 5 u 6 li ġejjin:

“Artikolu 5

Struttura komuni koordinata tad-data għad-data li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953, bl-użu ta’ skema tal-JavaScript Object Notation (JSON), hija stabbilita fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”;

(3)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(4)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(5)

it-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”;

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 30.6.2021, p. 32).

(3)  https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/covid-19-public-health-considerations-additional-vaccine-doses

(4)  https://www.ema.europa.eu/en/news/comirnaty-spikevax-ema-recommendations-extra-doses-boosters

(5)  https://www.ema.europa.eu/en/documents/product-information/comirnaty-epar-product-information_en.pdf

(6)  https://www.ema.europa.eu/en/documents/product-information/spikevax-previously-covid-19-vaccine-moderna-epar-product-information_en.pdf

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)  https://edps.europa.eu/system/files/2021-10/2021-0943%20Formal_comments_EUDCC_en.pdf


ANNESS I

“ANNESS II

REGOLI GĦALL-FINI TAL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT COVID DIĠITALI TAL-UE

Ir-regoli ġenerali li jikkonċernaw is-settijiet ta’ valuri stabbiliti f’dan l-Anness għandhom l-għan li jiżguraw l-interoperabbiltà fil-livell semantiku u għandhom jippermettu implimentazzjonijiet tekniċi uniformi għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. L-elementi li jinsabu f’dan l-Anness jistgħu jintużaw għat-tliet xenarji differenti (tilqim/ittestjar/fejqan), kif previst fir-Regolament (UE) 2021/953. F’dan l-Anness jiġu elenkati biss l-elementi bil-ħtieġa ta’ standardizzazzjoni semantika b’settijiet ta’ valur kodifikati.

It-traduzzjoni tal-elementi kodifikati bil-lingwa nazzjonali hi fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Għall-entrati kollha tad-data mhux imsemmija fid-deskrizzjonijiet tas-sett ta’ valuri li ġejjin, l-ikkowdjar huwa deskritt fl-Anness V.

Jekk għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jintużaw is-sistemi tal-kodiċi preferuti elenkati hawn taħt, jistgħu jintużaw sistemi tal-kodiċi internazzjonali oħra u għandu jiġi stabbilit parir dwar kif iridu jiġu mmappjati l-kodiċijiet mis-sistema tal-kodiċi l-oħra għas-sistema tal-kodiċi preferuta. It-test (wiri ta’ ismijiet) jista’ jintuża f’każijiet eċċezzjonali bħala mekkaniżmu ta’ riżerva meta kodiċi xieraq ma jkunx disponibbli fis-settijiet ta’ valur definit.

L-Istati Membri li jużaw ikkowdjar ieħor fis-sistemi tagħhom, għandhom jimmappjaw dawn il-kodiċijiet mas-settijiet ta’ valur deskritti. L-Istati Membri huma responsabbli għal kull immappjar bħal dan.

Minħabba li xi settijiet ta’ valuri bbażati fuq is-sistemi tal-ikkowdjar previsti f’dan l-Anness, bħal dawk għall-ikkowdjar tat-tilqim u tat-testijiet rapidi tal-antiġeni, qed jinbidlu ta’ spiss, dawn għandhom jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tas-Servizzi Elettroniċi tas-Saħħa u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa. Is-settijiet ta’ valur aġġornati għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web rilevanti tal-Kummissjoni u fuq il-paġna web tan-Network tal-e-Saħħa. Għandha tiġi pprovduta l-istorja tat-tibdil li jkun sar.

1.   Marda jew aġent fil-mira/Marda jew aġent li d-detentur irkupra minnha/u: COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Għall-użu fiċ-ċertifikati 1, 2 u 3.

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

Kodiċi

Wiri

Isem tas-Sistema tal-Kodiċi

URL tas-Sistema tal-Kodiċi

OID tas-Sistema tal-Kodiċi

Verżjoni tas-Sistema tal-Kodiċi

840539006

COVID-19

SNOMED CT

http://snomed.info/sct

2.16.840.1.113883.6.96

2021-01-31

2.   Tilqima jew profilassi tal-COVID-19

Sistema ta’ Kodiċi Preferuta: SNOMED CT jew Klassifikazzjoni ATC.

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Eżempji ta’ kodiċijiet li għandhom jintużaw mis-sistemi tal-kodiċi ppreferuti huma l-kodiċi SNOMED CT 1119305005 (it-tilqima antiġene SARS-CoV-2), 1119349007 (it-tilqima SARS-CoV-2 mRNA) jew J07BX03 (tilqimiet kontra l-COVID-19).

Sett ta’ valuri li jistabbilixxi l-kodiċijiet li għandhom jintużaw skont is-sistemi ta’ kodiċijiet stabbiliti f’din it-taqsima għandu jkun ippubblikat u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġ tan-Network tal-e-Saħħa. Is-sett ta’ valur għandu jiġi estiż meta jiġu żviluppati tipi ġodda ta’ tilqimiet u jibdew jintużaw.

3.   Prodott mediċinali tat-tilqim kontra l-COVID-19

Sistemi tal-Kodiċi Preferuti (fl-ordni ta’ preferenza):

Reġistru tal-Unjoni tal-prodotti mediċinali għat-tilqim b’awtorizzazzjoni madwar l-UE (numri ta’ awtorizzazzjoni)

Reġistru dinji tat-tilqim bħal dak li jista’ jiġi stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

L-isem tal-prodott mediċinali tat-tilqim f’każijiet oħra. Jekk l-isem jinkludi spazji bojod, dawn għandhom jiġu sostitwiti b’sing (-).

Isem is-Sett ta’ Valuri: Tilqima.

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Eżempju ta’ kodiċi li għandu jintuża mis-sistemi tal-kodiċi preferuti hu EU/1/20/1528 (Comirnaty). Eżempju tal-isem tat-tilqima li għandu jintuża bħala kodiċi: Sputnik-V (li jfisser Sputnik V).

Sett ta’ valuri li jistabbilixxi l-kodiċijiet li għandhom jintużaw skont is-sistemi ta’ kodiċijiet stabbiliti f’din it-taqsima għandu jkun ippubblikat u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tal-e-Saħħa.

It-tilqimiet għandhom jiġu kkodifikati bl-użu ta’ kodiċi eżistenti fis-sett ta’ valuri ppubblikat, saħansitra jekk ikollhom ismijiet differenti f’pajjiżi differenti. Ir-raġuni hi li għad ma hemmx reġistru globali tat-tilqim li jkopri t-tilqimiet kollha li qed jintużaw. Pereżempju:

Għat-tilqima “COVID-19 Vaccine Moderna Intramuscular Injection”, li huwa l-isem tat-tilqima Spikevax fil-Ġappun, uża l-kodiċi EU/1/20/1507, għax dan huwa l-isem ta’ din it-tilqima fl-UE.

Jekk dan mhuwiex possibbli jew rakkomandabbli f’każ speċifiku, jiġi pprovdut kodiċi speċifiku fis-sett ta’ valuri ppubblikat.

4.   Detentur jew manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tilqima kontra l-COVID-19

Sistema ta’ Kodiċi Preferuta:

Kodiċi tal-organizzazzjoni mill-EMA (sistema SPOR għall-ISO IDMP)

Reġistru tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (marketing authorisation holder, MAH) jew tal-manifatturi tat-tilqim fil-livell dinji, bħal dak li jista’ jiġi stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

L-isem tal-organizzazzjoni f’każijiet oħra. Jekk l-isem jinkludi spazji bojod, dawn għandhom jiġu sostitwiti b’sing (-).

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Eżempju ta’ kodiċi li għandu jintuża mis-sistema tal-kodiċijiet preferuta hu ORG-100001699 (AstraZeneca AB). Eżempju tal-isem tal-organizzazzjoni li għandu jintuża bħala kodiċi: Sinovac-Biotech (li jfisser Sinovac Biotech).

Sett ta’ valuri li jistabbilixxi l-kodiċijiet li għandhom jintużaw skont is-sistemi ta’ kodiċijiet stabbiliti f’din it-taqsima għandu jkun ippubblikat u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tal-e-Saħħa.

Fergħat differenti tal-istess Detentur tal-Awtorizzazzjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni jew l-istess manifattur għandhom jużaw kodiċi eżistenti fis-sett ta’ valuri ppubblikat.

Bħala regola ġenerali, għall-istess prodott tat-tilqim, għandu jintuża l-kodiċi li jirreferi għad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-UE, minħabba li sa issa għad ma hemmx reġistru ta’ manifatturi tat-tilqim jew detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maqbul internazzjonalment. Eżempji:

Għall-organizzazzjoni “Pfizer AG”, li hija l-MAH għat-tilqima “Comirnaty” użata fl-Iżvizzera, uża l-kodiċi ORG-100030215 li jirreferi għal BioNTech Manufacturing GmbH, minħabba li din hija l-MAH ta’ Comirnaty fl-UE.

Għall-organizzazzjoni “Zuellig Pharma”, li hija l-MAH għat-tilqima Covid-19 Vaccine Moderna (Spikevax) użata fil-Filippini, uża l-kodiċi ORG-100031184 li jirreferi għal Moderna Biotech Spain S.L., minħabba li li hija l-MAH ta’ Spikevax fl-UE.

Jekk dan mhuwiex possibbli jew rakkomandabbli f’każ speċifiku, jiġi pprovdut kodiċi speċifiku fis-sett ta’ valuri ppubblikat.

5.   Numru f’serje ta’ dożi u n-numru dinji ta’ dożi fis-serje

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Żewġ entrati:

(1)

Numru f’sensiela ta’ dożi ta’ tilqima kontra l-COVID-19 (N);

(2)

Numru kumplessiv ta’ dożi fis-sensiela ta’ tilqim (C).

5.1.   Sensiela ta’ tilqim primarju

Meta l-persuna tkun qed tirċievi dożi fis-sensiela ta’ tilqim primarju, jiġifieri, is-sensiela ta’ tilqim maħsuba biex tipprovdi biżżejjed protezzjoni fl-istadju inizjali, (C) għandha tirrifletti l-għadd kumplessiv ta’ dożi tas-sensiela standard ta’ tilqim primarju (jiġifieri 1 jew 2, skont it-tip ta’ tilqima mogħtija). Dan jinkludi l-għażla li tintuża sensiela iqsar (C=1) meta l-protokoll tat-tilqim applikat minn Stat Membru jipprevedi l-għoti ta’ doża waħda ta’ tilqima b’2 dożi lil persuni li diġà kienu ġew infettati bis-SARS-CoV-2. Għalhekk, sensiela ta’ tilqim primarju kompluta għandha tiġi indikata b’N/C = 1. Pereżempju:

1/1 tkun tindika t-tlestija ta’ kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda, jew it-tlestija ta’ kors primarju li jikkonsisti minn doża waħda ta’ tilqima ta’ 2 dożi mogħti lil persuna mfejqa f’konformità mal-protokoll ta’ tilqim applikat minn Stat Membru;

2/2 tkun tindika t-tlestija ta’ sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi.

Meta s-sensiela ta’ tilqim primarju tiġi estiża, pereżempju għal persuni b’sistemi immunitarji mdgħajfin ħafna jew meta l-intervall rakkomandat bejn id-dożi primarji ma jkunx ġie rrispettat, kwalunkwe doża bħal din għandha tiġi kkodifikata bħala doża addizzjonali li taqa’ taħt it-Taqsima 5.2.

5.2.   Dożi addizzjonali

Meta l-persuna tirċievi dożi wara s-sensiela ta’ tilqim primarju, tali dożi addizzjonali (X) għandhom jiġu riflessi fiċ-ċertifikati korrespondenti b’żidiet fl-għadd ta’ dożi amministrati (N) u l-għadd kumplessiv ta’ dożi (C) (li jirriżultaw f’(N+X)/C+X)). Pereżempju:

2/2 tkun tindika l-għoti ta’ dożi addizzjonali wara kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda, jew l-għoti ta’ doża addizzjonali wara t-tlestija ta’ kors primarju li jikkonsisti minn doża waħda ta’ tilqima b’2 dożi mogħti lil persuna mfejqa f’konformità mal-protokoll ta’ tilqim applikat minn Stat Membru;

3/3 tkun tindika l-għoti ta’ doża addizzjonali wara sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi.

Id-dożi addizzjonali mogħtija wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju għalhekk għandhom jiġu indikati permezz ta’ (N+X)/(C+X) = 1.

Iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa sal-31 ta’ Diċembru 2021 għandhom jibqgħu jiġu aċċettati anke jekk dawn iċ-ċertifikati jsegwu regola differenti għall-kodifikazzjoni tan-numru f’sensiela ta’ dożi jew in-numru totali ta’ dożi fis-sensiela. Biex dan jiġi żgurat, jistgħu jittieħdu miżuri tekniċi.

Fi ħdan il-qafas legali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli li jistgħu jirċievu dożi addizzjonali bħala kwistjoni ta’ prijorità. Pereżempju, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jagħti dożi addizzjonali biss lil gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, huwa jista’ jagħżel, skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/953, li joħroġ ċertifikati tat-tilqim li jindikaw l-għoti ta’ tali dożi addizzjonali biss fuq talba u mhux awtomatikament. Fejn jittieħdu miżuri bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-persuni kkonċernati b’dan, kif ukoll li huma jistgħu jkomplu jagħmlu użu miċ-ċertifikat li jkunu rċevew wara t-tlestija tas-sensiela tat-tilqim primarju standard.

6.   Stat Membru jew pajjiż terz fejn ingħatat it-tilqima/sar it-test

Sistema ta’ Kodiċi Preferuta: Kodiċijiet tal-Pajjiżi ISO 3166.

Għall-użu fiċ-ċertifikati 1, 2 u 3.

Kontenut tas-sett ta’ valur: il-lista sħiħa ta’ kodiċijiet b’2 ittri, disponibbli bħala sett ta’ valuri definit fl-FHIR (http://hl7.org/fhir/ValueSet/iso3166-1-2) Jekk tkun organizzazzjoni internazzjonali (bħall-UNHCR jew id-WHO) li twettaq it-tilqima jew it-test u ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-pajjiż, għandu jintuża kodiċi għall-organizzazzjoni. Tali kodiċijiet addizzjonali għandhom jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tal-e-Saħħa.

7.   It-tip ta’ test

Għall-użu fiċ-ċertifikat 2, u fiċ-ċertifikat 3 jekk b’att delegat jiġi introdott appoġġ għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi tat-tipi ta’ test, għajr l-NAAT.

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin.

Kodiċi

Wiri

Isem tas-Sistema tal-Kodiċi

URL tas-Sistema tal-Kodiċi

OID tas-Sistema tal-Kodiċi

Verżjoni tas-Sistema tal-Kodiċi

LP6464-4

Amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku b’detezzjoni bis-sonda

LOINC

http://loinc.org

2.16.840.1.113883.6.1

2.69

LP217198-3

Immunoassaġġ rapidu

LOINC

http://loinc.org

2.16.840.1.113883.6.1

2.69

8.   Manifattur u isem kummerċjali tat-test użat (fakultattiv għat-test tal-NAAT)

Għall-użu fiċ-ċertifikat 2.

Il-kontenut tas-sett ta’ valuri għandu jinkludi l-għażla tat-test rapidu tal-antiġeni kif elenkat fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19, stabbilita fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01 u maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa. Il-lista tinżamm mill-JRC fil-Bażi tad-Data ta’ Tagħmir Dijanjostiku in vitro u tal-Metodi ta’ Ttestjar tal-COVID-19 fuq: https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices/hsc-common-recognition-rat

Għal din is-sistema ta’ kodiċijiet, għandhom jintużaw entrati rilevanti bħall-identifikatur tal-apparat tat-test, l-isem tat-test u tal-manifattur, bil-format strutturat tal-JRC disponibbli fuq: https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices

9.   Riżultat tat-test

Għall-użu fiċ-ċertifikat 2.

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin.

Kodiċi

Wiri

Isem tas-Sistema tal-Kodiċi

URL tas-Sistema tal-Kodiċi

OID tas-Sistema tal-Kodiċi

Verżjoni tas-Sistema tal-Kodiċi

260415000

Mhux rilevat

SNOMED CT

http://snomed.info/sct

2.16.840.1.113883.6.96

2021-01-31

260373001

Rilevat

SNOMED CT

http://snomed.info/sct

2.16.840.1.113883.6.96

2021-01-31


ANNESS II

It-Taqsima 3 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   Rekwiżiti ġenerali

Ir-rekwiżiti ġenerali li ġejjin jenħtieġ jiġu ssodisfati fir-rigward tal-UCI:

(1)

Charset: Huma permessi biss karattri alfanumeriċi kapitali US-ASCII alfa (minn “A” sa “Z”, minn “0” sa “9”); b’karattri speċjali addizzjonali għas-separazzjoni mill-RFC3986 (1), jiġifieri {'/','#',':'};

(2)

Tul massimu: id-disinjaturi jenħtieġ jipprovaw jimmiraw għal tul ta’ 27-30 karattru (2);

(3)

Prefiss tal-verżjoni: dan jirreferi għall-verżjoni tal-iskema tal-UCI. Il-prefiss tal-verżjoni hu “01” għal din il-verżjoni tad-dokument; il-prefiss tal-verżjoni hu magħmul minn żewġ ċifri;

(4)

Prefiss tal-pajjiż: il-kodiċi tal-pajjiż hu speċifikat mill-ISO 3166-1. Kodiċijiet itwal (eż. 3 karattri u aktar (pereżempju, “UNHCR”) huma riżervati għall-użu futur;

(5)

Suffiss tal-kodiċi / Checksum:

5.1

L-Istati Membri għandhom jużaw checksum meta aktarx isseħħ trażmissjoni, traskrizzjoni (umana) jew korruzzjoni oħra (jiġifieri meta tintuża fl-istampar).

5.2

Wieħed ma għandux jibbaża fuq iċ-checksum għall-validazzjoni taċ-ċertifikat u ċ-checksum mhix teknikament parti mill-identifikatur iżda tintuża biex tiġi vverifikata l-integrità tal-kodiċi. Din iċ-checksum għandha tkun is-sommarju ISO-7812-1 (LUHN-10) (3) tal-UCI kollu b’format ta’ trasport diġitali/bil-wire. Iċ-checksum hi separata mill-bqija tal-UCI bil-karattru “#”.

Għandha tiġi żgurata r-retrokompatibilità: L-Istati Membri li maż-żmien jibdlu l-istruttura tal-identifikaturi tagħhom (fil-verżjoni ewlenija, attwalment stabbilita għal v1) għandhom jiżguraw li kwalunkwe żewġ identifikaturi li jkunu identiċi jirrappreżentaw l-istess ċertifikat/dikjarazzjoni tat-tilqim. Jew, fi kliem ieħor, l-Istati Membri ma jistgħux jirriċiklaw l-identifikaturi.


(1)  rfc3986 (ietf.org)

(2)  Għall-implimentazzjoni bil-kodiċijiet QR, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jintuża sett addizzjonali ta’ karattri b’tul totali sa 72 karattru (inklużi s-27-30 tal-identifikatur innifsu) biex iwasslu informazzjoni oħra. L-ispeċifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni hi f’idejn l-Istati Membri biex jiddefinixxuha.

(3)  L-algoritmu Luhn mod N hu estensjoni għall-algoritmu Luhn (magħruf ukoll bħala algoritmu mod 10) li jaħdem għal kodiċijiet numeriċi u jintuża pereżempju għall-kalkolu taċ-checksums tal-karti ta’ kreditu. L-estensjoni tippermetti lill-algoritmu jaħdem b’sekwenzi ta’ valuri fi kwalunkwe bażi (karattri alfa fil-każ tagħna).” ”


ANNESS III

“ANNESS V

SKEMA TAL-JAVASCRIPT OBJECT NOTATION (JSON)

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi l-istruttura teknika tad-data għaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE (EUDCC), irrappreżentata bħala skema JSON. Id-dokument jipprovdi struzzjonijiet speċifiċi relatati mal-kampijiet tad-data individwali.

2.   Post u verżjonijiet tal-Iskema JSON

L-iskema uffiċjali awtoritattiva tal-JSON għall-EUDCC hija disponibbli fuq https://github.com/ehn-dcc-development/ehn-dcc-schema. Lokazzjonijiet oħra mhumiex awtoritattivi, iżda jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta’ reviżjonijiet li ġejjin.

Awtomatikament, il-verżjoni attwali kif stipulata f’dan l-Anness u appoġġata mill-pajjiżi kollha li bħalissa qiegħda fil-produzzjoni qed tintwera taħt il-URL indikat.

Il-verżjoni sussegwenti li jmiss, li għandha tiġi appoġġata sa data definita mill-pajjiżi kollha, tintwera taħt il-URL indikat permezz tal-ittaggjar tal-verżjonijiet, deskritt b’mod aktar speċifiku fil-fajl Readme.

3.   Strutturi komuni u rekwiżiti ġenerali

Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma għandux jinħareġ jekk l-oqsma tad-data kollha ma jkunux jistgħu jiġu popolati f'konformità ma’ din l-ispeċifikazzjoni minħabba informazzjoni nieqsa. Dan ma għandux jinftiehem li jaffettwa l-obbligu li l-Istati Membri joħorġu ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE.

L-informazzjoni fl-oqsma kollha tista’ tiġi pprovduta bl-użu tas-sett sħiħ tal-karattri UNICODE 13.0 kodifikati permezz tal-UTF-8, sakemm ma jkunx hemm restrizzjoni speċifika għal settijiet ta’ valuri jew settijiet aktar dojoq ta’ karattri.

L-istruttura komuni għandha tkun kif ġej:

"JSON": {

"ver": <informazzjoni dwar il-verżjoni>,

"nam": {

<informazzjoni dwar isem il-persuna>

},

"dob": <data tat-twelid>,

"v" or "t" or "r": [

{<informazzjoni dwar id-doża tat-tilqima jew dwar it-test jew il-fejqan, entrata waħda>}

]

}

L-informazzjoni dettaljata dwar il-gruppi u l-oqsma individwali tingħata fit-taqsimiet li jmiss.

3.1.   Verżjoni

Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-verżjoni. Il-verżjonijiet isegwu s-Semantic Versioning (semver: https://semver.org). Fil-produzzjoni, għandha tkun wħada mill-verżjonijiet maħruġa uffiċjalment (dik attwali jew waħda uffiċjalment maħruġa preċedentement). Ara t-Taqsima JSON Schema location għal aktar dettalji.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

ver

Verżjoni tal-iskema

Għandha tkun taqbel mal-identifikatur tal-verżjoni tal-iskema użata għall-produzzjoni tal-EUDCC.

Pereżempju:

"ver": "1.3.0"

3.2.   L-isem tal-persuna u d-data tat-twelid

L-isem tal-persuna huwa l-isem uffiċjali sħiħ tal-persuna, li jikkorrespondi għal dak indikat fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar. L-identifikatur tal-istruttura huwa nam Għandu jiġi mogħti isem ta’ persuna eżattament wieħed (1).

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

nam/fn

Kunjom(ijiet)

Kunjom(ijiet) id-detentur

Għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, bil-kunjomijiet kollha inklużi fih. Fil-każ ta’ aktar minn kunjom wieħed, dawn għandhom jiġu mifrudin bi spazju. L-ismijiet ikkombinati, li jinkludu singijiet jew karattri simili għandhom madankollu jibqgħu l-istess.

Eżempji:

"fn": "Musterfrau-Gößinger"

"fn": "Musterfrau-Gößinger Müller"

nam/fnt

Kunjom(ijiet) standardizzat(i)

Il-kunjom(ijiet) tad-detentur trażlitterat(i) bl-użu tal-istess konvenzjoni bħal dik użata fid-dokument tal-ivvjaġġar li jinqraw minn magna (bħar-regoli definiti fl-ICAO Doc 9303 Parti 3).

Għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, li jinkludi biss il-karattri A-Z u <. Tul massimu: 80 karattru (skont l-ispeċifikazzjoni 9303 tal-ICAO).

Eżempji:

"fnt": "MUSTERFRAU<GOESSINGER"

"fnt": "MUSTERFRAU<GOESSINGER<MUELLER"

nam/gn

Isem/ismijiet

Isem/ismijiet tad-detentur.

Jekk id-detentur ma jkollu l-ebda isem, dan il-kamp jinqabeż.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn, għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, bl-ismijiet kollha inklużi fih. Fil-każ ta’ aktar minn isem wieħed, dawn għandhom jiġu mifrudin bi spazju.

Pereżempju:

"gn": "Isolde Erika"

nam/gnt

Isem/ismijiet standardizzat(i)

L-isem/ismijiet tad-detentur trażlitterat(i) bl-użu tal-istess konvenzjoni bħal dik użata fid-dokument tal-ivvjaġġar li jinqraw minn magna (bħar-regoli definiti fl-ICAO Doc 9303 Parti 3).

Jekk id-detentur ma jkollu l-ebda isem, dan il-kamp jinqabeż.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, li jinkludi biss il-karattri A-Z u <. Tul massimu: 80 karattru.

Pereżempju:

"gnt": "ISOLDE<ERIKA"

dob

Data tat-twelid

Data tat-twelid tad-detentur tal-EUDCC.

Data sħiħa jew parzjali mingħajr ħin, ristretta għall-medda bejn 1900-01-01 u 2099-12-31.

Għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt jekk id-data tat-twelid sħiħa jew parzjali tkun magħrufa. Jekk id-data tat-twelid ma tkunx magħrufa lanqas parzjalment, fil-kamp għandu jitqiegħed string vojt "". Din għandha tkun taqbel mal-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti tal-ivvjaġġar.

Għandhom jintużaw il-formati ISO 8601 li ġejjin jekk l-informazzjoni dwar id-data tat-twelid tkun disponibbli. Għażliet oħra mhumiex appoġġati.

YYYY-MM-DD

SSSS-XX

SSSS

(L-app għall-verifika tista’ turi partijiet neqsin tad-data tat-twelid bl-użu tal-konvenzjoni XX bħal dik użata fid-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw minn magna, pereżempju 1990-XX-XX.)

Eżempji:

"dob": "1979-04-14"

"dob": "1901-08"

"dob": "1939"

"dob": ""

3.3.   Gruppi għal informazzjoni speċifika għat-tip ta’ ċertifikat

L-iskema JSON jappoġġa tliet gruppi ta’ entrati li jiġbru informazzjoni speċifika għat-tip ta’ ċertifikat. Kull EUDCC għandu jkun fih eżattament grupp wieħed (1). Il-gruppi vojta mhumiex permessi.

Identifikatur tal-grupp

Isem il-Grupp

Entrati

v

Grupp tat-tilqim

Jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament doża waħda (1) ta’ vaċċin (doża waħda).

t

Grupp tat-testijiet

Jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament riżultat wieħed (1) ta’ test.

r

Grupp tal-fejqan

Jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament dikjarazzjoni waħda (1) ta’ fejqan.

4.   Informazzjoni speċifika għat-tip ta’ ċertifikat

4.1.   Ċertifikat tat-tilqim

Il-grupp tal-vaċċinazzjoni, jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda li tiddeskrivi eżattament avveniment wieħed ta’ tilqim (doża waħda). L-elementi kollha tal-grupp tat-tilqim huma obbligatorji, u l-valuri vojta mhumiex appoġġati.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

v/tg

Marda jew aġent fil-mira: COVID-19 (SARS-CoV jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

disease-agent-targeted.json.

Dan is-sett ta’ valuri għandu entrata waħda 840539006, li hija l-kodiċi għall-COVID-19 minn SNOMED CT (GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tg": "840539006"

v/vp

Tilqima jew profilassi tal-COVID-19

Tip ta’ tilqima jew profilassi użat

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

vaccine-prophylaxis.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"vp": "1119349007" (tilqima fuq il-bażi tal-mRNA kontra s-SARS-CoV-2)

v/mp

Prodott ta’ tilqim kontra l-COVID-19

Prodott mediċinali użat għal din id-doża speċifika ta’ tilqima. Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

vaccine-medicinal-product.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"mp": "EU/1/20/1528" (Comirnaty)

v/ma

Detentur jew manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tilqima kontra l-COVID-19

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq jew manifattur, jekk ma jkun hemm l-ebda detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq preżenti. Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

vaccine-mah-manf.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"ma": "ORG-100030215" (Biontech Manufacturing GmbH)

v/dn

Numru f’sensiela ta’ dożi

Numru tas-sekwenza (integru pożittiv) tad-doża mogħtija tul l-avveniment ta’ tilqim. 1 għall-ewwel doża, 2 għat-tieni doża eċċ. Aktar regoli speċifiċi huma previsti fit-Taqsima 5 tal-Anness II.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"dn": "1" (l-ewwel doża)

"dn": "2" (it-tieni doża))

"dn": "3" (it-tielet doża)

v/sd

Numru kumplessiv ta’ dożi fis-sensiela

Numru kumplessiv ta’ dożi (integru) fis-sensiela ta’ tilqim. Regoli aktar speċifiċi huma pprovduti fit-Taqsima 5 tal-Anness II.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"sd": "1" (fil-każ ta’ kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda (1))

"sd": "2" (fil-każ ta’ sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi jew għal doża addizzjonali wara kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda (1))

"sd": "3" (pereżempju fil-każ ta’ dożi addizzjonali wara sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi)

v/dt

Data tat-tilqima

Id-data meta ġiet amministrata d-doża deskritta, fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"dt": "2021-03-28"

v/co

Stat Membru jew pajjiż terz li fih saret it-tilqima

Il-pajjiż espress bħala kodiċi b’2 ittri skont l-ISO3166 ittri (RAKKOMANDAT) jew referenza għal organizzazzjoni internazzjonali responsabbli għall-avveniment ta’ tilqim (bħall-UNHCR jew id-WHO). Valur kodifikat mis-sett ta’ valuri country-2-codes.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp tad-data wieħed (1)

Pereżempju:

"co": "CZ"

"co": "UNHCR"

v/is

Emittent taċ-ċertifikat

Isem l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"is": "Ministry of Health of the Czech Republic"

"is": "Vaccination Centre South District 3"

v/ci

Identifikatur uniku taċ-ċertifikat

identifikatur uniku taċ-ċertifikat (UVCI) kif speċifikat fi https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf

Iċ-checksum mhux bilfors jiġi inkluż. Il-prefiss "URN:UVCI:" jista jinżied.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"ci": "URN:UVCI:01:NL:187/37512422923"

"ci": "URN:UVCI:01:AT:10807843F94AEE0EE5093FBC254BD813#B"

4.2.   Ċertifikat tat-test

Grupp tat-testijiet, jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament riżultat wieħed ta’ test.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

t/tg

Marda jew aġent fil-mira: COVID-19 (SARS-CoV jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri disease-agent-targeted.json.

Dan is-sett ta’ valuri għandu entrata waħda 840539006, li hija l-kodiċi għall-COVID-19 minn SNOMED CT (GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tg": "840539006"

t/tt

It-tip ta’ test

It-tip ta’ test użat, fuq il-bażi tal-materjal fil-mira tat-test. Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri test-type.json (skont il-LOINC). Valuri barra mis-sett ta’ valuri humiex permessi.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tt": "LP6464-4" (Amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku b’detezzjoni bis-sonda)

"tt": "LP217198-3" (Immunoassaġġ rapidu)

t/nm

Isem tat-test (testijiet bl-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejiku biss)

L-isem tat-test bl-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejiku (NAAT) użat. L-isem jenħtieġ li jinkludi l-isem tal-manifattur tat-test u l-isem kummerċjali tat-test, mifrudin b’virgola.

Għal NAAT: dan il-kamp tad-data huwa fakultattiv.

Għal RAT: dan il-kamp tad-data ma għandux jintuża, minħabba li l-isem tat-test jingħata indirettament peremezz tal-indikatur tal-apparat użat għat-test (t/ma).

Meta jingħata, il-kamp tad-data ma għandux ikun vojt.

Pereżempju:

"nm": "ELITechGroup, SARS-CoV-2 ELITe MGB® Kit"

t/ma

Identifikatur tal-apparat tat-test (testijiet rapidi tal-antiġeni biss)

Identifikatur tal-apparat tat-test rapidu tal-antiġeni (RAT) mill-bażi ta’ data tal-JRC. Sett ta’ valuri (lista komuni tal-HSC):

It-testijiet rapidi tal-antiġeni kollha fil-lista komuni tal-HSC (tinqara mill-bnedmin).

https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices/hsc-common-recognition-rat (tinqara mill-magni, il-valuri tal-kamp tad-data id_device inklużi fil-lista jiffurmaw is-sett ta’ valuri).

Fil-pajjiżi tal-UE/ŻEE, l-emittenti għandhom joħorġu ċertifikati biss għat-testijiet li jappartjenu għas-sett ta’ valuri attwalment validu. Is-sett ta’ valuri għandu jiġi aġġornat kull 24 siegħa.

Il-valuri li mhumiex fis-sett ta’ valuri jistgħu jintużaw f’ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi madankollu l-identifikaturi għandhom xorta jkunu dawk mill-bażi ta’ data tal-JRC. L-użu ta’ identifikaturi oħra bħal dawk ipprovduti direttament mill-manifatturi tat-testijiet mhuwiex permess.

Il-verifikaturi għandhom jaqbdu l-valuri li ma jappartjenux għas-sett ta’ valuri aġġornat, u juru li ċ-ċertifikati li jkollhom tali valuri huma invalidi. Jekk identifikatur jitneħħa mis-sett ta’ valuri, iċ-ċertifikati li jkunu jinkluduh jistgħu jiġu aċċettati għal massimu ta’ 72 siegħa mid-data ta’ tneħħija.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għal RAT: għandu jiġi pprovdut eżattament kamp tad-data wieħed (1) mhux vojt.

Għal NAAT: il-kamp tad-data ma għandux jintuża, anke jekk l-identifikatur tat-test tal-NAA jkun disponibbli fil-bażi ta’ data tal-JRC.

Pereżempju:

"ma": "344" (SD BIOSENSOR Inc, STANDARD F COVID-19 Ag FIA)

t/sc

Data u ħin tal-ġbir tal-kampjun għat-test

Id-data u l-ħin li fih inġabar il-kampjun għat-test. Il-ħin għandu jinkludi informazzjoni dwar iż-żona tal-ħin. Il-valur ma għandux jagħti l-ħin li fih ġie prodott ir-riżultat tat-test.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Għandu jintuża wieħed mill-formati ISO 8601 li ġejjin. Għażliet oħra mhumiex appoġġjati.

YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

YYYY-MM-DDThh:mm:ss[+-]hh

YYYY-MM-DDThh:mm:ss[+-]hhmm

YYYY-MM-DDThh:mm:ss[+-]hh:mm

Eżempji:

"sc": "2021-08-20T10:03:12Z" (Ħin UTC)

"sc": "2021-08-20T12:03:12+02" (Ħin CEST)

"sc": "2021-08-20T12:03:12+0200" (Ħin CEST)

"sc": "2021-08-20T12:03:12+02:00" (Ħin CEST)

t/tr

Riżultat tat-test

Ir-riżultat tat-test. Valur kodifikat mis-sett ta’ valuri test-result.json (fuq il-bażi ta’ SNOMED CT, GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tr": "260415000" (Mhux rilevat)

t/tc

Ċentru jew faċilità tal-ittestjar

Isem tal-attur li wettaq it-test. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8. Jekk ikun hemm xi karattri oħra dawn jenħtieġ li jiġu tronkati. L-isem mhuwiex imfassal għall-verifika awtomatizzata.

Għat-testijiet NAAT: għandu jiġi pprovdut eżattament kamp tad-data wieħed (1) mhux vojt.

Għat-testijiet RAT: dan il-kamp tad-data huwa fakultattiv. Jekk ipprovdut, ma għandux ikun vojt.

Pereżempju:

"tc": "Test centre west region 245"

t/co

Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test;

Il-pajjiż espress bħala kodiċi b’2 ittri skont l-ISO3166 (RAKKOMANDAT) jew referenza għal organizzazzjoni internazzjonali responsabbli għat-twettiq tat-test (bħall-UNHCR jew id-WHO). Dan għandu jkun valur kodifikat mis-sett ta’ valuri country-2-codes.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp tad-data wieħed (1)

Eżempji:

"co": "CZ"

"co": "UNHCR"

t/is

Emittent taċ-ċertifikat

Isem l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"is": "Ministry of Health of the Czech Republic"

"is": "North-West region health authority"

t/ci

Identifikatur uniku taċ-ċertifikat

identifikatur uniku taċ-ċertifikat (unique certificate identifier, UVCI) kif speċifikat fi https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf

Iċ-checksum mhux bilfors jiġi inkluż. Il-prefiss "URN:UVCI:" jista jinżied.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"ci": "URN:UVCI:01:NL:187/37512422923"

"ci": "URN:UVCI:01:AT:10807843F94AEE0EE5093FBC254BD813#B"

4.3.   Ċertifikat ta’ fejqan

Grupp tal-fejqan, jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament dikjarazzjoni waħda ta’ rikoveru. L-elementi kollha tal-grupp tal-fejqan huma obbligatorji, u l-valuri vojta mhumiex appoġġati.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

r/tg

Il-marda jew l-aġent li minnha/minnu jkun rikoverat id-detentur: COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

disease-agent-targeted.json.

Dan is-sett ta’ valuri għandu entrata waħda 840539006, li hija l-kodiċi għall-COVID-19 minn SNOMED CT (GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tg": "840539006"

r/fr

Data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test NAAT tad-detentur

Id-data li fiha jkun inġabar il-kampjun għat-test NAAT li ta riżultat pożittiv, fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr il-ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"fr": "2021-05-18"

r/co

Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test

Il-pajjiż espress bħala kodiċi b’2 ittri skont l-ISO3166 (RAKKOMANDAT) jew referenza għal organizzazzjoni internazzjonali responsabbli għat-twettiq tat-test (bħall-UNHCR jew id-WHO). Dan għandu jkun valur kodifikat mis-sett

ta’ valuri country-2-codes.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp tad-data wieħed (1)

Eżempji:

"co": "CZ"

"co": "UNHCR"

r/is

Emittent taċ-ċertifikat

Isem l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"is": "Ministry of Health of the Czech Republic"

"is": "Central University Hospital"

r/df

Ċertifikat validu minn

L-ewwel data li minnha ċ-ċertifikat jitqies validu. Id-data ma għandhiex tkun aktar kmieni mid-data kkalkulata permezz ta’ r/fr + 11 days.

Id-data għandha tingħata fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"df": "2021-05-29"

r/du

Ċertifikat validu sa

L-aħħar data li fiha ċ-ċertifikat huwa meqjus li jkun validu, assenjata mill-emittent taċ-ċertifikat. Id-data ma għandhiex tkun aktar tard mid-data kkalkulata permezz ta’ r/fr + 180 days.

Id-data għandha tingħata fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"du": "2021-11-14"

r/ci

Identifikatur uniku taċ-ċertifikat

identifikatur uniku taċ-ċertifikat (UVCI) kif speċifikat fi https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf

Iċ-checksum mhux bilfors jiġi inkluż. Il-prefiss "URN:UVCI:" jista’ jinżied.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"ci": "URN:UVCI:01:NL:187/37512422923"

"ci": "URN:UVCI:01:AT:10807843F94AEE0EE5093FBC254BD813#B"


Rettifika

18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/197


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 57 tat-18 ta' Frar 2021 )

Fil-paġna 56, it-titolu,

minflok:

“ANNESS VI

Linji gwida tal-valutazzjoni għall-Faċilità”,

aqra:

“ANNESS V

Linji gwida tal-valutazzjoni għall-Faċilità”;

Fil-paġna 62, l-Anness V, il-punt 3, l-ewwel paragrafu, wara l-punt (c),

minflok:

“[…]

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan is-subparagrafu, il-formuli li ġejjin għandhom japplikaw:

għal (a) hawn fuq: If i ≥ MFCi the Member State i receives MFCi

għal (b) hawn fuq: If Ci ≥ MFCi the Member State i receives Ci

fejn:

i tirreferi għall-Istat Membru kkonċernat

MFC hija l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Istat Membru kkonċernat

C huwa l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza”,

aqra:

“[…]

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw il-formoli li ġejjin:

għal (a) hawn fuq: Jekk Ci ≥ MFCi l-Istat Membru i jirċievi MFCi

għal (b) hawn fuq: Jekk Ci < MFCi l-Istat Membru i jirċievi Ci

fejn:

i tirreferi għall-Istat Membru kkonċernat

MFC hija l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Istat Membru kkonċernat

C huwa l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.”.


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/198


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/771 tal-21 ta’ Jannar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-verifiki tal-kontijiet dokumentarji fil-qafas tal-kontrolli uffiċjali fil-produzzjoni organika u l-kontrolli uffiċjali tal-gruppi ta’ operaturi

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L 165 tal-11 ta’ Mejju 2021 )

F’paġna 26, fl-Artikolu 1(4), il-punt (d),

minflok:

“(d)

l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-punt 2.1 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848;”,

aqra:

“(d)

l-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1.1 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848;”.


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/199


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tas-6 ta’ Lulju 2021 )

F’paġna 76, fl-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħadid irromblati ċatti, azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor, kemm jekk ikunu f’koljaturi u kemm jekk ma jkunux (inklużi ‘prodotti maqtugħa skont id-daqs’ u ‘li jkunu strixxi dojoq’), mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana, mhux magħqudin flimkien, indurati jew miksijin, li joriġinaw mit-Turkija, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 00, 7208 54 00, ex 7211 13 00 (il-kodiċi TARIC 7211130019), ex 7211 14 00 (il-kodiċi TARIC 7211140095), ex 7211 19 00 (il-kodiċi TARIC 7211190095), ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċi TARIC 7226191095), ex 7226 91 91 (il-kodiċi TARIC 7226919119) u 7226 91 99.”,

aqra:

“1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħadid irromblati ċatti, azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor, kemm jekk ikunu f’koljaturi u kemm jekk ma jkunux (inklużi ‘prodotti maqtugħa skont id-daqs’ u ‘li jkunu strixxi dojoq’), mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana, mhux magħqudin flimkien, indurati jew miksijin, li joriġinaw mit-Turkija, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 00, 7208 54 00, ex 7211 13 00 (il-kodiċi TARIC 7211130019), ex 7211 14 00 (il-kodiċijiet TARIC 7211140010, 7211140095), ex 7211 19 00 (il-kodiċijiet TARIC 7211190010, 7211190095), ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċi TARIC 7226191095), ex 7226 91 91 (il-kodiċi TARIC 7226919119) u 7226 91 99.”.


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/200


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 tal-5 ta’ Awwissu 2020 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 257 tas-6 ta’ Awwissu 2020 )

F’paġna 12, fl-Anness IV, fil-Parti I, fil-kaxxa I.11, fit-tieni paragrafu, it-tieni sentenza,

minflok:

“Irid jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti bil-baħar.”,

aqra:

“Irid jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti.”.


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/201


Rettifika tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tal-12 ta’ Ġunju 2014 )

It-termini “li jinnegozjaw f’isimhom stess”, “jinnegozjaw f’isimhom stess” u “in-negozjar f’isimhom stess” għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu “negozjar akkont proprju” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.

It-termini “negozjar fuq kont proprju”, “jinnegozja fuq il-kont proprju” u “tinnegozja fuq kont proprju” għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu “negozjar akkont proprju” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.

It-termini “kummerċ b’‘matched principle’ ”, “negozjar b’‘matched prinċipal’ ”, “negozjar b’‘matched principle’ ” u “negozjar prinċipali mqabbel” għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu “negozjar matched principal” fid-Direttiva kollha.

F’paġna 352, il-premessa (24),

minflok:

“(24)

In-negozjar fuq il-kont proprju meta jiġu eżegwiti l-ordnijiet tal-klijenti għandu jinkludi ditti li jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti differenti billi tqabbilhom fuq bażi mqabbel ta’ prinċipal (negozjar dahar ma’ dahar - back to back), li għandu jitqies bħala aġir bħala prinċipal u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tkopri kemm l-eżekuzzjonijiet ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti kif ukoll l-ittrattar minn persuni għal rashom.”,

aqra:

“(24)

In-negozjar akkont proprju meta jiġu eżegwiti l-ordnijiet tal-klijenti għandu jinkludi ditti li jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti differenti billi tqabbilhom fuq bażi matched principal (negozjar dahar ma’ dahar — back to back), li għandu jitqies bħala aġir bħala prinċipal u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tkopri kemm l-eżekuzzjonijiet ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti kif ukoll in-negozjar akkont proprju.”;

F’paġna 352, il-premessa (25),

minflok:

“(25)

L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ strumenti finanzjarji bħala attività anċillari bejn żewġ persuni li l-kummerċ tagħhom, fuq bażi ta’ grupp, la huwa l-provvista ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva u lanqas ta’ attivitajiet bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE ma għandux jitqies bħala negozjar ta’ persuna f’isimha stess meta teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti.”,

aqra:

“(25)

L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ strumenti finanzjarji bħala attività anċillari bejn żewġ persuni li l-kummerċ tagħhom, fuq bażi ta’ grupp, la huwa l-provvista ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva u lanqas ta’ attivitajiet bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE ma għandux jitqies bħala negozjar akkont proprju meta teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti.”;

F’paġna 381, l-Artikolu 4(1)(6),

minflok:

“(6)

‘negozjar akkont tagħhom infushom’ tfisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;”,

aqra:

“(6)

‘negozjar akkont proprju’ tfisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;”;

F’paġna 403, l-Artikolu 20(3),

minflok:

“3.

L-Istati Membri għandhom jippermettu li ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF jinnegozjaw għal rashom, u mhux biss f’kummerċ b’ ‘matched principle’, b’rabta ma’ strumenti ta’ dejn sovran li għalihom mhemmx suq likwidu.”,

aqra:

“3.

L-Istati Membri għandhom jippermettu li ditti ta’ investiment jew operaturi tas-suq li jħaddmu OTF jinnegozjaw akkont proprju, għajr negozjar matched principal, b’rabta biss ma’ strumenti ta’ dejn sovran li għalihom ma hemmx suq likwidu.”.

18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/203


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/419 tad-9 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Jasminum polyanthum Franchet li toriġina f’Iżrael, u li jadatta l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-Ullucus tuberosus u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 83 tal-10 ta’ Marzu 2021 )

F’paġna 6, fil-premessa (6), l-ewwel sentenza,

minflok:

“pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq”,

aqra:

“biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil”;

F’paġna 7, fil-premessa (8),

minflok:

“pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq”,

aqra:

“biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil”;

F’paġna 7, fil-premessa (9), it-tieni sentenza,

minflok:

“l-pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq”,

aqra:

“l-biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil”;

F’paġna 9, fl-Anness I, il-punt (a), fl-emenda għall-punt 1, it-tabella, it-tieni kolonna “Deskrizzjoni” tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019,

minflok:

“il-pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq”,

aqra:

“il-biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil”;

F’paġna 13, fl-Anness II li jissostitwixxi l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213, fit-tabella, fil-kolonna “Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra”, it-tieni ringiela,

minflok:

“il-pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq”,

aqra:

“il-biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil”.


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/204


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 352 tal-24 ta’ Diċembru 2013 )

F’paġna 3, fil-premessa 14, l-ewwel sentenza:

minflok:

“Għall-iskopijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (‘għajnuna trasparenti’).”,

aqra:

“Għall-iskopijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li jiġi kkalkulat bi preċiżjoni l-ekwivalenti tal-għotja gross ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (‘għajnuna trasparenti’).”.

F’paġna 3, fil-premessa 15, it-tieni u t-tielet sentenza:

minflok:

“Biex jiġi ffaċilitat dak il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammonti tal-għajnuniet mogħtija mhux fil-forma ta’ għotja ta’ flus kontanti jkunu konvertiti fl-ekwivalenti ta’ għotja grossa. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta’ tipi trasparenti ta’ għajnuna barra minn għotjiet, jew ta’ għajnuna li tkun pagabbli f’għadd ta’ pagamenti jeħtieġ li jiġu użati r-rati ta’ imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat dik l-għajnuna.”,

aqra:

“Biex jiġi ffaċilitat dak il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammonti tal-għajnuniet mogħtija mhux fil-forma ta’ għotja ta’ flus kontanti jkunu konvertiti fl-ekwivalenti tal-għotja gross. Il-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross fir-rigward ta’ tipi trasparenti ta’ għajnuna barra minn għotjiet, jew ta’ għajnuna li tkun pagabbli f’għadd ta’ pagamenti jeħtieġ li jiġu użati r-rati ta’ imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat dik l-għajnuna.”.

F’paġna 3, fil-premessa 16:

minflok:

“(16)

Għajnuna li tikkonsisti f’self, inkluża għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju de minimis li tieħu l-forma ta’ self, għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ rati attwali ta’ imgħax tas-suq fil-mument tal-għotja. Bil-għan li l-ipproċessar ta’ self żgħir fuq tul ta’ żmien qasir jiġi ssimplifikat, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tas-self kif ukoll it-tul ta’ żmien tiegħu. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn ’ EUR 1 000 000 fuq perjodu ta’ ħames snin jew EUR 500 000 fuq perjodu ta’ għaxar snin, jista’ jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tiegħu ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”,

aqra:

“(16)

Għajnuna li tikkonsisti f’self, inkluża għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju de minimis li tieħu l-forma ta’ self, għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ rati attwali ta’ imgħax tas-suq fil-mument tal-għotja. Bil-għan li l-ipproċessar ta’ self żgħir fuq tul ta’ żmien qasir jiġi ssimplifikat, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tas-self kif ukoll it-tul ta’ żmien tiegħu. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn EUR 1 000 000 fuq perjodu ta’ ħames snin jew EUR 500 000 fuq perjodu ta’ għaxar snin, jista’ jitqies li l-ekwivalenti tal-għotja gross tiegħu ma jkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”.

F’paġna 3, fil-premessa 17:

minflok:

“(17)

L-għajnuna li tikkonsisti f’injezzjonijiet ta’ kapital ma għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk l-ammont totali ta’ injezzjoni pubblika ma jaqbiżx il-limitu de minimis. Għajnuna inkluża f’miżuri ta’ finanzjament tar-riskju li tieħu l-forma ta’ investimenti f’ishma jew fi quasi-ishma, kif imsemmi fil-linji gwida dwar il-finanzjament tar-riskju (2), ma għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk il-kapital ipprovdut mill-miżura kkonċernata ma jaqbiżx il-limitu de minimis.”,

aqra:

“(17)

L-għajnuna li tikkonsisti f’injezzjonijiet ta’ kapital ma għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk l-ammont totali ta’ injezzjoni pubblika ma jaqbiżx il-limitu de minimis. Għajnuna inkluża f’miżuri ta’ finanzjament tar-riskju li tieħu l-forma ta’ investimenti f’ishma jew fi kważi-ishma, kif imsemmi fil-linji gwida dwar il-finanzjament tar-riskju (2), ma għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk il-kapital ipprovdut mill-miżura kkonċernata ma jaqbiżx il-limitu de minimis.”.

F’paġna 3, fil-premessa 18:

minflok:

“(18)

Għajnuna li tikkonsisti f’garanziji, inkluża għajnuna de minimis ta’ finanzjament ta’ riskju li tieħu l-forma ta’ garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ primjums eżentati, stipulati f’avviż tal-Kummissjoni għat-tip ta’ impriża kkonċernata (3). Bil-għan li jiġi ssimplifikat l-ipproċessar ta’ garanziji fuq tul ta’ żmien qasir li jassiguraw sa 80 % ta’ self relattivament żgħir, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tas-self sottostanti kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-garanzija. Dik ir-regola m’għandhiex tapplika għal garanziji fuq tranżazzjonijiet sottostanti li ma jkunux self, bħal garanziji fuq tranzazzjonijiet relatati mal-ishma. Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jkunx iktar minn EUR 1 500 000 u l-perjodu tal-garanzija ma jkunx iktar minn ħames snin, jista’ jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. L-istess sitwazzjoni tapplika fil-każ fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont iggarantit ma jkunx iktar minn EUR 750 000 u l-garanzija ma tkunx għal iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanziji li tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien, u li l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”,

aqra:

“(18)

Għajnuna li tikkonsisti f’garanziji, inkluża għajnuna de minimis ta’ finanzjament ta’ riskju li tieħu l-forma ta’ garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ primjums eżentati, stipulati f’avviż tal-Kummissjoni għat-tip ta’ impriża kkonċernata (3). Bil-għan li jiġi ssimplifikat l-ipproċessar ta’ garanziji fuq tul ta’ żmien qasir li jassiguraw sa 80 % ta’ self relattivament żgħir, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tas-self sottostanti kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-garanzija. Dik ir-regola m’għandhiex tapplika għal garanziji fuq tranżazzjonijiet sottostanti li ma jkunux self, bħal garanziji fuq tranzazzjonijiet relatati mal-ishma. Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jkunx iktar minn EUR 1 500 000 u l-perjodu tal-garanzija ma jkunx iktar minn ħames snin, jista’ jitqies li l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija ma jkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. L-istess sitwazzjoni tapplika fil-każ fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont iggarantit ma jkunx iktar minn EUR 750 000 u l-garanzija ma tkunx għal iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanziji li tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien, u li l-Kummissjoni tkun aċċettat bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”.

F’paġna 4, fil-premessa 20:

minflok:

“(20)

Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix f’għotja, self, garanzija, injezzjoni ta’ kapital jew miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ investiment f’ishma jew fi quasi-ishma, twassalx għal għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis u tista’ għalhekk tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”,

aqra:

“(20)

Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix f’għotja, self, garanzija, injezzjoni ta’ kapital jew miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ investiment f’ishma jew fi kważi-ishma, twassalx għal ekwivalenti tal-għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis u tista’ għalhekk tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”.

F’paġna 5, fl-Artikolu 3(6), fl-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza:

minflok:

“Fejn għajnuna tingħata f’forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għajnuna bħala għotja grossa.”,

aqra:

“Fejn għajnuna tingħata f’forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna.”.

F’paġna 6, fl-Artikolu 4, it-titolu:

minflok:

Kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti ”,

aqra:

Kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross ”.

F’paġna 6, fl-Artikolu 4(1):

minflok:

“1.   Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tiġi kkalkulata b’mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju (‘għajnuna trasparenti’).”,

aqra:

“1.   Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jiġi kkalkulat b’mod preċiż l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju (‘għajnuna trasparenti’).”.

F’paġna 6, fl-Artikolu 4(3), il-punti (b) u (c):

minflok:

“(b)

is-self ikun assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta’ EUR 1 000 000 (jew EUR 500 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq t-tul ta’ żmien ta’ ħames snin jew EUR 500 000 (jew EUR 250 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq tul ta’ żmien ta’ għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta’ dak is-self tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.”,

aqra:

“(b)

is-self ikun assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta’ EUR 1 000 000 (jew EUR 500 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq t-tul ta’ żmien ta’ ħames snin jew EUR 500 000 (jew EUR 250 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq tul ta’ żmien ta’ għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti tal-għotja gross ta’ dak is-self jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.”.

F’paġna 6, fl-Artikolu 4(5):

minflok:

“5.   Għajnuna li tikkonsisti f’miżuri ta’ finanzjament tar-riskju li tieħu l-forma ta’ investimenti f’ishma jewjew fi quasi-ishma, titqies li tkun għajnuna de minimis trasparenti biss jekk il-kapital ipprovdut għal impriża waħda ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis.”,

aqra:

“5.   Għajnuna li tikkonsisti f’miżuri ta’ finanzjament tar-riskju li tieħu l-forma ta’ investimenti f’ishma jew fi kważi-ishma, titqies li tkun għajnuna de minimis trasparenti biss jekk il-kapital ipprovdut għal impriża waħda ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis.”.

F’paġna 6, fl-Artikolu 4(6), il-punti (b) u (c):

minflok:

“(b)

il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti u l-ammont iggarantit ikun EUR 1 500 000 (jew EUR 750 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun ħames snin jew l-ammont iggarantit ikun EUR 750 000 (jew EUR 375 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun għaxar snin; jekk l-ammont iggarantit ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew il-garanzija tkun għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta’ dik il-garanzija tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ primjums eżentati stipulati f’avviż tal-Kummissjoni; jew”,

aqra:

“(b)

il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti u l-ammont iggarantit ikun EUR 1 500 000 (jew EUR 750 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun ħames snin jew l-ammont iggarantit ikun EUR 750 000 (jew EUR 375 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun għaxar snin; jekk l-ammont iggarantit ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew il-garanzija tkun għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti tal-għotja gross ta’ dik il-garanzija jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ primjums eżentati stipulati f’avviż tal-Kummissjoni; jew”.

F’paġna 6, fl-Artikolu 4(6), fil-punt (d), is-subpunt (i):

minflok:

“(i)

il-metodoloġija użata biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament tal-Kummissjoni ieħor fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien u l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew ma’ kwalunkwe Avviż suċċessiv, u”,

aqra:

“(i)

il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament tal-Kummissjoni ieħor fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien u l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew ma’ kwalunkwe Avviż suċċessiv, u”.

F’paġna 7, fl-Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza:

minflok:

“Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”,

aqra:

“Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espress bħala ekwivalenti tal-għotja gross u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”.


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/209


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta’ notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f’dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 156 tal-20 ta’ Ġunju 2017 )

F’paġna 14, fl-Artikolu 1(23), fil-punt (b), fl-emenda tal-ewwel sentenza tan-nota f’qiegħ il-paġna 3 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 651/2014:

minflok:

“ ‘L-ekwivalenti gross tas-sovvenzjoni, jew għal miżuri skont l-Artikoli 16, 21, 22 jew 39 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont ta’ investiment.’ ”;

aqra:

“ ‘L-ekwivalenti tal-għotja gross, jew għal miżuri skont l-Artikoli 16, 21, 22 jew 39 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont ta’ investiment.’ ”.


18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/210


Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 230 tat-30 ta’ Ġunju 2021 )

F’paġna 35, fl-Anness I, fil-punt 1, it-tielet sentenza,

minflok:

“Il-formati elettroniċi tal-kontenitur taċ-ċertifikat tas-saħħa b’dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma ġeneriċi, iżda f’dan il-kuntest jintużaw biex iġorru d-DCC.”,

aqra:

“Il-formati ta’ kontenitur taċ-ċertifikati tas-saħħa elettroniċi b’dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma ġeneriċi, iżda f’dan il-kuntest jintużaw biex iġorru d-DCC.”;

F’paġna 35, fl-Anness I, it-titolu tal-punt 3,

minflok:

Il-Format Elettroniku tal-Kontenitur taċ-Ċertifikat tas-Saħħa ”,

aqra:

Format ta’ Kontenitur taċ-Ċertifikat tas-Saħħa Elettroniku ”;

F’paġna 35, fl-Anness I, fil-punt 3, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Il-Format Elettroniku tal-Kontenitur taċ-Ċertifikat tas-Saħħa (‘HCERT’) tfassal biex jipprovdi mezz uniformi u standardizzat għaċ-ċertifikati tas-saħħa mill-emittenti differenti tagħhom (‘emittenti’).”,

aqra:

“Il-Format ta’ Kontenitur taċ-Ċertifikat tas-Saħħa Elettroniku (‘HCERT’) tfassal biex jipprovdi mezz uniformi u standardizzat għaċ-ċertifikati tas-saħħa mill-emittenti differenti tagħhom (‘emittenti’).”;

F’paġna 36, fl-Anness I, fil-punt 3.2.2, ir-raba’ paragrafu, l-ewwel inċiż,

minflok:

 

“— L-Algoritmu Primarju: L-algoritmu primarju hu Algoritmu tal-Firma Diġitali b’Kurva Ellittika (ECDSA) kif definit fit-taqsima 2.3 (ISO/IEC 14888–3:2006), bl-użu tal-parametri P–256 kif definit fl-appendiċi D (D.1.2.3) ta’ (FIPS PUB 186–4) flimkien mal-algoritmu SHA–256 hash kif definit fil-funzjoni 4 (ISO/IEC 10118–3:2004).”,

aqra:

 

“— L-Algoritmu Primarju: L-algoritmu primarju hu Algoritmu tal-Firma Diġitali b’Kurva Ellittika (ECDSA) kif definit fit-taqsima 2.3 (ISO/IEC 14888–3:2006), bl-użu tal-parametri P–256 kif definit fl-appendiċi D (D.1.2.3) ta’ (FIPS PUB 186–4) flimkien mal-algoritmu ta’ hash SHA–256 kif definit fil-funzjoni 4 (ISO/IEC 10118–3:2004).”;

F’paġna 36, fl-Anness I, fil-punt 3.2.2, ir-raba’ paragrafu, it-tieni inċiż,

minflok:

 

“— Algoritmu Sekondarju: L-algoritmu sekondarju hu RSASSA-PSS kif definit f’(RFC 8230 (3)) b’modulus ta’ 2048 bits flimkien mal-algoritmu SHA-256 hash kif definit fil-funzjoni 4 (ISO/IEC 10118-3:2004).”,

aqra:

 

“— Algoritmu Sekondarju: L-algoritmu sekondarju hu RSASSA-PSS kif definit f’(RFC 8230 (3)) b’modulus ta’ 2048 bits flimkien mal-algoritmu ta’ hash SHA-256 kif definit fil-funzjoni 4 (ISO/IEC 10118-3:2004).”;

F’paġna 48, fl-Anness IV, fil-punt 3.2, ir-raba’ paragrafu, it-tielet sentenza,

minflok:

“Il-mudell ta’ verifika fid-DCC PKI hu l-mudell primarju, li jiddikjara li ċ-ċertifikati kollha fil-validazzjoni tal-mogħdija taċ-ċertifikat iridu jkunu validi fi żmien partikolari (jiġifieri l-ħin tal-validazzjoni tal-firma).”,

aqra:

“Il-mudell ta’ verifika fid-DCC PKI hu l-mudell shell, li jiddikjara li ċ-ċertifikati kollha fil-validazzjoni tal-mogħdija taċ-ċertifikat iridu jkunu validi fi żmien partikolari (jiġifieri l-ħin tal-validazzjoni tal-firma).”;

F’paġna 49, fl-Anness IV, fil-punt 4.2, l-ewwel paragrafu, l-aħħar sentenza,

minflok:

“Japplika l-mudell primarju (ara t-Taqsima 3.2).”,

aqra:

“Japplika l-mudell shell (ara t-Taqsima 3.2).”.