ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1947
tal-10 ta’ Novembru 2021
dwar id-definizzjoni tat-territorju ġeografiku tal-Istati Membri għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ir-Regolament dwar id-DNG) u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/450/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-definizzjoni ta’ territorju ġeografiku hija waħda mill-kwistjonijiet definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 (2) dwar il-lista ta’ kwistjonijiet biex ikunu żgurati l-affidabbiltà, l-eżawrjenza u l-komparabbiltà tad-data dwar id-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (“DNG”) li jridu jiġu indirizzata f’kull ċiklu ta’ verifika. |
(2) |
Biex id-data dwar id-DNG tkun affidabbli, eżawrjenti u komparabbli, jeħtieġ tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ territorju ġeografiku tal-Istati Membri. |
(3) |
L-aggregati tad-DNG u l-komponenti tagħhom jenħtieġ li jkunu komparabbli fost l-Istati Membri u jenħtieġ li jikkonformaw mad-definizzjonijiet rilevanti u mar-regoli kontabilistiċi tas-sistema Ewropea tal-kontijiet tal-2010 (“ESA 2010”) (3). |
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/450/KEE, Euratom (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 (5) jenħtieġ li jitħassru. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/516, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ Regolament (UE) 2019/516, it-terminu “territorju ekonomiku” għandu jkollu t-tifsira stabbilita fil-paragrafi 2.05 u 2.06 tal-Kapitolu 2 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013, u t-terminu “territorju ġeografiku” użat f’dawk il-paragrafi għandu jinftiehem li tikkonsisti mit-territorji tal-Istati Membri mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/450/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 huma mħassra.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 tat-8 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddefinixxi l-lista ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika (ĠU L 428, 18.12.2020, p. 9).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/450/KEE, Euratom tas-26 ta’ Lulju 1991 li tiddefinixxi t-territorju tal-Istati Membri għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq (ĠU L 240, 29.8.1991, p. 36).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 tal-24 ta’ Jannar 2005 dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku tal-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skont il-prezzijiet tas-suq (ĠU L 21, 25.1.2005, p. 3).
ANNESS
It-territorju tal-Istati Membri:
— |
it-territorju tar-Renju tal-Belġju, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Ċeka, |
— |
it-territorju tar-Renju tad-Danimarka, għajr il-Gżejjer Faeroe u Greenland, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Estonja, |
— |
it-territorju tal-Irlanda, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Ellenika, |
— |
it-territorju tar-Renju ta’ Spanja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Franċiża, għajr il-pajjiżi u t-territorji barranin li fuqhom teżerċita s-sovranità, kif definit fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Taljana, |
— |
it-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Latvja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja, |
— |
it-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, |
— |
it-territorju tal-Ungerija, |
— |
it-territorju tar-Repubblika ta’ Malta, |
— |
it-territorju tar-Renju tan-Netherlands, għajr il-pajjiżi u t-territorji barranin li fuqhom jeżerċita s-sovranità, kif definit fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Awstrija, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Portugiża, |
— |
it-territorju tar-Rumanija, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Slovakka, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja, |
— |
it-territorju tar-Renju tal-Iżvezja. |
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1948
tal-10 ta’ Novembru 2021
dwar it-trattament tar-rimborż tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet eżentati tagħhom għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul (introjtu) nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (Regolament ING) u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 116/2005
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul (introjtu) nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (Regolament dwar id-DNG) (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-trattament tar-rimborżi tal-VAT huwa wieħed mill-affarijiet definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 (2) dwar il-lista ta’ kwistjonijiet biex jiġu żgurati l-affidabbiltà, l-eżawrjenza u l-komparabbiltà tad-data tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (“ING”) li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika. |
(2) |
Biex id-data dwar l-ING tkun affidabbli, eżawrjenti u komparabbli, jeħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni tat-trattament tar-rimborżi tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet eżentati tagħhom. |
(3) |
L-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom jenħtieġ li jkunu komparabbli fl-Istati Membri kollha u jenħtieġ li jikkonformaw mad-definizzjonijiet rilevanti u mar-regoli kontabilistiċi tas-Sistema Ewropea tal-kontijiet 2010 (“ESA 2010”) (3). |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 116/2005 (5) jitħassru. |
(5) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (6) tuża l-kunċetti ta’ persuna taxxabbli, ta’ persuna mhux taxxabbli u ta’ attivitajiet eżentati, li jenħtieġ jintużaw ukoll għall-finijiet ta’ dan l-att. |
(6) |
L-ESA 2010 ma tispeċifikax espliċitament it-trattament tar-rimborż tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet eżentati tagħhom. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/516, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fil-kumpilazzjoni tal-aggregati tal-kontijiet nazzjonali għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516, ir-rimborżi tal-VAT li ġġarrbet fuq xirjiet, lil persuni mhux taxxabbli jew lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet eżentati, għandhom jiġu trattati fl-ESA2010 bħala trasferimenti kurrenti oħra (D.7) jew trasferimenti kapitali (D.9) u mhux bħallikieku kienu VAT deduċibbli.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-terminu “persuna taxxabbli” għandu jkollu t-tifsira mogħtija lilu mill-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/112/KE, u “attivitajiet eżentati” għandu jinftiehem bħala l-attivitajiet elenkati fl-Artikoli 132 sa 137 ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 1999/622/KE, Euratom u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 116/2005 huma mħassra.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 tat-8 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddefinixxi l-lista ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika (ĠU L 428, 18.12.2020, p. 9).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom tat-8 ta’ Settembru 1999 fuq it-trattament ta’ pagamenti mill-ġdid tal-VAT għall-unitajiet mhux taxxabbli u għall-unitajiet taxxabbli fuq l-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-iskop li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni ta’ prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq. (ĠU L 245, 17.9.1999, p. 51).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 116/2005 tas-26 ta’ Jannar 2005 dwar it-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet li huma eżentati, għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1287/2003 (KE, Euratom) dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skont il-prezzijiet tas-suq (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 6).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1949
tal-10 ta’ Novembru 2021
dwar il-prinċipji għall-istima tas-servizzi tal-abitazzjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul (introjtu) nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (Regolament ING) u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/309/KE, Euratom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/2005
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul (introjtu) nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (Regolament dwar id-DNG) (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-prinċipji għall-istima tas-servizzi tal-abitazzjoni huma waħda mill-affarijiet definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 (2) dwar il-lista ta’ kwistjonijiet biex jiġu żgurati l-affidabbiltà, l-eżawrjenza u l-komparabbiltà tad-data tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (“ING”) li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika. |
(2) |
Biex id-data tal-ING tkun affidabbli, eżawrjenti u komparabbli, jeħtieġ li l-prinċipji għall-istima tas-servizzi tal-abitazzjoni jiġu ċċarati. |
(3) |
L-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom jenħtieġ li jkunu komparabbli fl-Istati Membri kollha u jenħtieġ li jikkonformaw mad-definizzjonijiet rilevanti u mar-regoli kontabilistiċi tas-Sistema Ewropea tal-kontijiet 2010 (“ESA 2010”) (3). |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/309/KE, Euratom (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/2005 (5) jitħassru. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/516, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 2019/516, għandhom japplikaw il-prinċipji għall-istima tas-servizzi tal-abitazzjoni kif stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq il-kirjiet effettivi sabiex jikkompilaw l-output tas-servizzi tal-abitazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jużaw analiżijiet tabulari jew tekniki statistiċi sabiex jidderivaw kriterji ta’ stratifikazzjoni pertinenti.
2. Biex jikkompilaw il-kirjiet imputati, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-kirjiet effettivi dovuti għad-dritt li tintuża abitazzjoni mingħajr għamara skont il-kuntratti relatati ma’ abitazzjonijiet proprjetà privata.
Jistgħu wkoll jagħmlu użu minn kirjiet għal abitazzjonijiet bl-għamara jekk jiġu dekalati sabiex jeskludu pagamenti għall-użu tal-għamara.
L-Istati Membri b’settur żgħir tal-kiri privat jistgħu eċċezzjonalment jagħmlu użu minn kirjiet pubbliċi debitament miżjuda sabiex ikabbru l-bażi għall-kirjiet imputati.
Artikolu 3
F’każijiet eċċezzjonali, u debitament ġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi oġġettivi oħrajn, bħall-metodu tal-kost tal-utent.
Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni għall-użu tal-metodu tal-kost tal-utent sabiex ikun ikkompilat l-output tal-abitazzjonijiet okkupati mill-proprjetarji, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) |
l-abitazzjonijiet privati mikrija jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-istokk tal-abitazzjonijiet; u |
(b) |
jekk (a) tiġi ssodisfata u s-sehem tat-total tal-abitazzjonijiet mikrija - tas-suq u mhux tas-suq - mit-total tal-istokk tal-abitazzjonijiet jeċċedi 10 %, l-ispariġġ bejn is-suq u kirjiet oħra mħallsa jrid jeċċedi fattur ta’ tlieta. |
Artikolu 4
L-Istati Membri li jużaw approċċ ta’ sena bażi għandhom jestrapolaw ċifra ta’ sena bażi deżinjata billi jużaw l-indikaturi xierqa tal-kwantità, tal-prezzijiet u tal-kwalità.
Artikolu 5
Għas-servizzi tal-abitazzjoni, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji dettaljati fl-Anness biex jistmaw l-output, il-konsum intermedju u t-tranżazzjonijiet mal-bqija tad-dinja.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 95/309/KE, Euratom u r-Regolament (KE) Nru 1722/2005 huma mħassra.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 tat-8 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddefinixxi l-lista ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika (ĠU L 428, 18.12.2020, p. 9).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/309/KE, Euratom tat-18 ta’ Lulju 1995 li tispeċifika l-prinċipji għal stima ta' servizzi ta' residenza għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 186, 5.8.1995, p. 59).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1722/2005 tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prinċipji biex ikunu stmati servizzi tal-abitazzjoni għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 5).
ANNESS
Il-prinċipji li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-istima tal-output, tal-konsum intermedju u tat-tranżazzjonijiet mal-bqija tad-dinja, fir-rigward tas-servizzi ta' abitazzjoni.
1. OUTPUT TAS-SERVIZZI TA' ABITAZZJONI
1.1. Metodi bażiċi
Konvenzjonalment, fil-kontijiet nazzjonali, l-output tas-servizzi ta' abitazzjoni jinkludi mhux biss is-servizzi prodotti mill-abitazzjonijiet mikrija iżda wkoll dawk ipprovduti mill-abitazzjonijiet okkupati mis-sid. Rigward il-valutazzjoni tal-output tas-servizzi ta' abitazzjoni, is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (ESA 2010) fil-paragrafu 3.75 tal-Anness A tistipula, li “l-output tas-servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid jiġi valutat bil-valur stmat tal-kiri (1) li kerrej iħallas għall-istess akkomodazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi bħal lokalità, kumditajiet tal-viċinat, eċċ, kif ukoll id-daqs u l-kwalità tal-abitazzjoni stess.” Fil-prinċipju, sabiex ikun stmat il-valur tas-servizzi prodotti minn abitazzjonijiet okkupati mis-sid huma disponibbli diversi metodi:
— |
il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq kirjiet effettivi, li jikkombina l-informazzjoni dwar l-istokk tal-abitazzjonijiet, analizzata skont id-diversi strati, mal-informazzjoni dwar il-kirjiet effettivi mħallsa f’kull strat, |
— |
il-metodu tal-kost tal-utent, fejn isiru stimi separati tal-konsum intermedju, tal-konsum tal-kapital fiss, ta’ taxxi oħrajn nieqes is-sussidji fuq il-produzzjoni u s-surplus operatorju nett. L-output tas-servizzi ta' abitazzjoni huwa t-total ta’ dawn il-komponenti, |
— |
il-metodu tal-awtovalutazzjoni, fejn l-okkupanti sidien jintalbu jistmaw kera potenzjali għall-proprjetà tagħhom, |
— |
metodi amministrattivi ta’ valutazzjoni, fejn kera potenzjali tiġi ddeterminata minn partijiet terzi, eż. mill-gvern għal finijiet fiskali. |
Il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq kirjiet effettivi huwa l-metodu ppreferut. Dan il-metodu jista’ jintuża wkoll biex ikun stmat il-valur tal-kirjiet effettivi kollha minn kampjun ta’ kirjiet effettivi u sabiex ikun stmat il-valur tas-servizzi ta' abitazzjoni minn abitazzjonijiet mikrija b’kera ta’ żero jew b’kera baxxa (ara t-taqsima 1.4.1 għal aktar dettalji).
Il-metodu tal-kost tal-utent jenħtieġ li jiġi applikat biss f’ċerti kundizzjonijiet u biss għal dawk l-istrati tal-istokk ta’ abitazzjonijiet fejn il-kirjiet effettivi jkunu neqsin jew statistikament inaffidabbli.
Il-metodu tal-awtovalutazzjoni ma jenħtieġx li jintuża minħabba influwenza fil-parti l-kbira suġġettiva fuq l-istima li twassal għal inċertezzi sostanzjali fir-riżultati.
Il-metodi ta’ valutazzjoni amministrattiva, speċjalment meta jkunu relatati mat-tassazzjoni, jistgħu jipproduċu riżultati preġudikati. Madankollu, għal uħud mill-istrati, xi drabi jistgħu jkunu disponibbli riżultati minn metodi ta’ valutazzjoni oġġettivi. Huwa aċċettabbli li jintużaw ir-riżultati meta l-oġġettività tal-metodu u l-komparabbiltà tar-riżultati jkunu jistgħu jintwerew.
Il-metodu ta’ stratifikazzjoni juża informazzjoni dwar kirjiet effettivi minn abitazzjonijiet mikrija sabiex jikseb stima tal-valur tal-kirjiet tal-istokk ta' abitazzjonijiet. Dan jista’ jkun interpretat bħala proċedura ta’ żieda bbażata fuq approċċ ta’ prezz immultiplikat bil-kwantità. Sabiex tinkiseb stima affidabbli u sabiex ikunu inklużi differenzi relattivi fil-prezzijiet b’mod xieraq, hemm bżonn li l-istokk ta' abitazzjonijiet jiġi stratifikat. Sussegwentement, il-kera medja effettiva għal kull strat tiġi applikata għall-abitazzjonijiet kollha f’dak l-istrat partikolari. Jekk l-informazzjoni disponibbli tkun derivata minn stħarriġ ta’ kampjuni, din iż-żieda tkun relatata kemm ma’ parti mill-abitazzjonijiet mikrija kif ukoll mill-abitazzjonijiet okkupati mis-sid kollha. Il-proċedura dettaljata sabiex tkun iddeterminata kera għal kull strat ġeneralment titwettaq għal sena bażi u mbagħad tiġi estrapolata għas-snin kurrenti.
Il-kirja li għandha tiġi applikata għal abitazzjonijiet okkupati mis-sid fil-metodu tal-istratifikazzjoni hi definita bħala l-kirja tas-suq privat dovuta għad-dritt tal-użu ta’ abitazzjoni mingħajr għamara. Il-kirjiet għal abitazzjonijiet mingħajr għamara mill-kuntratti kollha tas-suq privat jenħtieġ li jintużaw sabiex ikunu ddeterminati l-kirjiet attribwiti. Il-kirjiet tas-suq privat li jkunu fuq livell baxx minħabba r-regolamentazzjoni governattiva jenħtieġ li jiġu inklużi.
Jekk is-sors tal-informazzjoni jkun il-kerrej, jista’ jkun meħtieġ li tiġi kkoreġuta l-kera osservata billi tiġi miżjuda kwalunkwe konċessjoni speċifika tal-kera li titħallas direttament lil sid il-kera. Jekk id-daqs tal-kampjun għall-kirjiet osservati, kif ġew iddefiniti aktar ’il fuq, ma jkunx kbir biżżejjed, għal finijiet ta’ attribuzzjoni jistgħu jintużaw ukoll il-kirjiet osservati għal abitazzjonijiet bl-għamara, sakemm jiġu aġġustati għall-element tal-għamara. Eċċezzjonalment, jistgħu jintużaw ukoll kirjiet miżjuda għal abitazzjonijiet ta’ proprjetà pubblika. Jenħtieġ li ma jintużawx kirjiet baxxi għal abitazzjonijiet mikrija lil qraba jew lil impjegati (ara t-taqsimiet 1.2.3 u 1.4.1 għal aktar dettalji).
Il-metodu ta’ stratifikazzjoni jista’ jintuża wkoll għaż-żieda tal-abitazzjonijiet mikrija kollha. Il-kirja medja għall-imputazzjoni kif deskritt hawn fuq tista’ ma tkunx adatta għal ċerti segmenti tas-suq tal-kiri. Pereżempju, kirjiet imnaqqsa għal abitazzjonijiet bl-għamara jew żieda fil-kirjiet pubbliċi jistgħu ma jkunux xierqa għall-abitazzjonijiet rispettivi effettivament mikrija. Speċjalment, fil-każ tal-abitazzjonijiet effettivament mikrija li jiġu mgħammra, il-kost tal-għamara fil-fatt huwa parti mill-kiri u jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kalkoli għall-output. L-istrati separati għal abitazzjonijiet bl-għamara jew abitazzjonijiet soċjali effettivament mikrija kkombinati ma’ kirjiet medji xierqa jistgħu jegħlbu din il-problema.
Fil-prinċipju, il-kera jenħtieġ li teskludi l-addebiti għat-tisħin, għall-ilma, għall-elettriku, eċċ. Fejn s-sorsi tad-data ma jippermettux dan, trid tkun żgurata l-koerenza bejn il-kirjiet u l-konsum intermedju (ara t-taqsima 2 għal aktar dettalji).
Meta għal ċerti strati ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid, tkun nieqsa kera effettiva rappreżentattiva, fil-parti l-kbira tal-każijiet dan jista’ jingħeleb bl-applikazzjoni ta’ tekniki ta’ estrapolazzjoni jew ta’ rigressjoni.
Alternattiva għall-metodu ta’ stratifikazzjoni standard li jiddependi minn kirjiet medji li jestrapolaw għal kull strat hija l-użu ta’ metodi ta’ rigressjoni edonika. Fil-qosor, metodi bħal dawn jużaw id-data ta' kampjun għal abitazzjonijiet mikrija sabiex jiddeterminaw prezz għal kull karatteristika tal-abitazzjoni (id-daqs, il-lokalità, il-preżenza ta’ gallarija, eċċ.). L-output jinkiseb billi kull karatteristika (ta’ kampjun rappreżentattiv tal-)istokk ta' abitazzjonijiet tiġi mmultiplikat bil-prezz edoniku ta’ din il-karatteristika. Il-metodi ta’ rigressjoni jippermettu li jitqies numru usa' ta’ varjabbli u jistgħu jkunu partikolarment effettivi meta għal uħud mill-istrati osservati jkunu neqsin il-kirjiet.
Ovvjament, dan ma jsolvix il-problema fil-każ estrem li l-abitazzjonijiet kollha jkunu okkupati mis-sid jew fin-nuqqas ta’ suq żviluppat tal-kirjiet. Bħala valutazzjoni oġġettiva għal każijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun applikat il-metodu tal-kost tal-utent. Il-metodu tal-kost tal-utent jenħtieġ li jkun applikat biss għal abitazzjonijiet okkupati mis-sid.
Dettalji tal-metodu tal-kost tal-utent
Il-metodu tal-kost tal-utent jenħtieġ li jkun applikat biss meta l-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq kirjiet effettivi ma jkunx jista’ jintuża għaliex is-suq tal-kirjiet ma jkunx rappreżentattiv.
Konvenzjonalment, dan jitqies li jkun il-każ meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati: (1) il-kejl tal-volum (l-għadd ta’ abitazzjonijiet jew metri kwadri ta’ abitazzjonijiet) ta’ abitazzjonijiet mikrija privatament jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-kejl tal-volum totali (l-għadd ta’ abitazzjonijiet jew metri kwadri ta’ abitazzjonijiet) ta’ abitazzjonijiet u (2) jekk (1) jiġi ssodisfat u s-sehem tal-abitazzjonijiet mikrija totali - is-suq u mhux is-suq – fl-istokk ta' abitazzjonijiet totali jaqbeż l-10 %, id-diskrepanza bejn is-suq u kirjiet imħallsa oħra taqbeż fattur ta’ tlieta. Anki meta ż-żewġ kundizzjonijiet japplikaw, Stat Membru xorta jista’ jagħżel li juża l-metodu ta’ stratifikazzjoni sakemm ir-riżultati jkunu ta’ kwalità suffiċjenti. Meta l-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li jintuża l-metodu ta’ stratifikazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera li ma hemm disponibbli l-ebda kiri rappreżentattiv tas-suq għal partijiet sinifikanti tal-istokk ta' abitazzjonijiet u li l-metodu tal-kost tal-utent jipproduċi riżultati aktar komparabbli. Jekk ikun ġustifikat, il-metodu tal-kost tal-utent jista’ jiġi applikat għall-istokk ta' abitazzjonijiet kollu jew għal partijiet minnu. Meta tittieħed deċiżjoni dwar il-qasma tal-istokk ta' abitazzjonijiet fil-partijiet li għalihom jiġi applikat il-metodu tal-kost tal-utent jew il-metodu ta’ stratifikazzjoni, jenħtieġ li jitqiesu wkoll fatturi bħal-limitazzjonijiet tad-data u s-sitwazzjoni speċifika għall-pajjiż.
Skont il-metodu tal-kost tal-utent, l-output tas-servizzi ta' abitazzjoni huwa s-somma tal-konsum intermedju, il-konsum ta' kapital fiss (CFC), taxxi oħrajn nieqes is-sussidji fuq il-produzzjoni u s-surplus operatorju nett (NOS). Għal abitazzjonijiet okkupati mis-sid, ma jiġi rreġistrat l-ebda kontribut ta’ xogħol għax-xogħol li sar mis-sidien (2). L-esperjenza tissuġġerixxi li s-CFC u l-NOS huma l-akbar żewġ elementi, b’kull wieħed jirrappreżenta bejn 30 u 40 % tal-output.
Is-CFC jenħtieġ li jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ mudell ta’ inventarju perpetwu (PIM) jew ta’ metodi approvati oħrajn. Jenħtieġ li tkun disponibbli stima separata għall-binjiet residenzjali okkupati mis-sid.
Is-surplus operatorju nett jenħtieġ li jitkejjel bl-applikazzjoni ta’ rata ta’ redditu annwali reali kostanti ta’ 2,5 % għall-valur nett tal-istokk ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid bil-prezzijiet kurrenti (kostijiet ta’ sostituzzjoni). Ir-rata ta’ redditu reali ta’ 2,5 % tiġi applikata għall-valur tal-istokk ta' abitazzjonijiet bi prezzijiet kurrenti peress li ż-żieda fil-valur kurrenti tal-abitazzjonijiet diġà titqies fil-PIM. L-istess rata ta’ redditu jenħtieġ li tiġi applikata għall-valur tal-art bi prezzijiet kurrenti li fuqha jinsabu l-abitazzjonijiet okkupati mis-sid.
Il-valur tal-art bi prezzijiet kurrenti jista’ jkun diffiċli li jiġi osservat fuq bażi annwali.. Il-proporzjonijiet tal-valur tal-art kontra l-valur tal-binjiet fi strati differenti jistgħu jiġu derivati minn analiżi tal-kompożizzjoni tal-kostijiet tad-djar il-ġodda u tal-art assoċjata.
Prinċipju 1:
Sabiex jikkompilaw l-output tas-servizzi ta' abitazzjoni l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq il-kirjiet effettivi, jew b’estrapolazzjoni diretta jew permezz ta’ rigressjoni ekonometrika. Rigward l-abitazzjonijiet okkupati mis-sid, dan jimplika l-użu ta’ kirjiet effettivi għal abitazzjonijiet mikrija simili. Fil-każ iġġustifikat u eċċezzjonali fejn il-kirjiet effettivi jkunu neqsin jew statistikament inaffidabbli, jistgħu jintużaw metodi oġġettivi oħrajn, bħall-metodu tal-kost tal-utent. Sabiex ikun ikkompilat l-output tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sid bil-metodu tal-kost tal-utent ma hija meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni ulterjuri, sakemm żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfati: (1) l-abitazzjonijiet mikrija privatament jirrappreżentaw anqas minn 10 % tal-istokk ta' abitazzjonijiet u (2) jekk (1) jiġi ssodisfat u s-sehem tat-total tal-abitazzjonijiet mikrija - tas-suq u mhux tas-suq – fit-total tal-istokk tal-abitazzjonijiet jaqbeż l-10 %, l-ispariġġ bejn il-kirjiet tas-suq u kirjiet imħallsa oħra jaqbeż fattur ta’ tlieta.
1.2. Stratifikazzjoni tal-istokk ta’ abitazzjonijiet
1.2.1. Fatturi li jaffettwaw il-livell tal-kirjiet
L-ewwel sett ta’ varjabbli li jiddetermina l-livell tal-kirjiet jikkonċerna l-karatteristiċi tal-abitazzjoni u tal-bini. L-ewwel nett, id-daqs ta’ abitazzjoni se jkun importanti, kemm f’termini tal-erja kif ukoll tan-numru ta’ kmamar. Aktar ma tkun kbira l-abitazzjoni, aktar se tkun għolja l-kera. Fl-istess ħin, il-kera għal kull metru kwadru għandha t-tendenza li tonqos mad-daqs tal-abitazzjoni. Madankollu, għal uħud mill-kategoriji ta’ abitazzjonijiet (eż. il-flats fil-bliet kapitali), jista’ jkun hemm relazzjoni forma ta’ U bejn il-prezz kull metru kwadru u d-daqs tal-abitazzjoni. Fattur importanti ieħor se jikkonċerna l-faċilitajiet ta’ abitazzjoni. Dawn jistgħu jkopru varjabbli bħall-preżenza ta’ kamra tal-banju, gallarija/terrazzin, kisi speċjali tal-pavimenti u tal-ħitan, fuklar miftuħ, tisħin ċentrali, arja kundizzjonata, ħġieġ speċjali u miżuri oħra ta’ iżolament akustiku jew termali; it-tqassim tal-abitazzjoni huwa wkoll rilevanti. Rigward il-binja, ċerti amenitajiet jistgħu jħallu impatt, bħal garaxx, lift, pixxina, ġnien (fuq il-bejt) jew il-pożizzjoni ta’ abitazzjoni fil-binja. It-tip ta’ binja (dar ma tmissx ma' bini ieħor jew tmiss parzjalment, flat), l-arkitettura, meta nbena, jew in-numru ta’ abitazzjonijiet f’binja jistgħu jaffetwaw ukoll il-kera.
It-tieni sett ta’ varjabbli huwa relatat mal-karatteristiċi ambjentali. Fattur magħruf sew huwa d-differenza fil-kera bejn abitazzjoni kumparabbli f’belt u waħda f’lokalità mbiegħda. Id-distanza għal ċentru ekonomiku jew il-forma tal-pajsaġġ (art ċatta, muntanjuża) jistgħu ma jkunux fatturi negliġibbli. Barra minn hekk, fatturi fil-viċinat bħall-veduta, żoni ħodor fil-madwar, il-faċilitajiet tat-trasport u l-aċċess għalih, il-ħwienet u l-iskejjel jew ir-reputazzjoni u s-sigurtà ta’ distrett għandhom tendenza li jkollhom influwenza fuq il-kera effettiva.
Sett ieħor ta’ varjabbli jista’ jiġi jinġabar taħt fatturi soċjoekonomiċi. Pereżempju, fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, il-kirjiet ikunu influwenzati mir-regolamenti governattivi ġenerali bħar-restrizzjonijiet fil-kera jew is-sussidji għall-kera. Barra minn hekk, kemm ikun ilu fis-seħħ il-ftehim tal-kera, it-tip ta’ kuntratt (temporanju, permanenti), in-numru ta’ abitanti f’kull abitazzjoni (komunità ta’ kondiviżjoni ta’ flat), it-tip ta’ sid (il-gvern, assoċjazzjoni tal-akkomodazzjoni, persuna privata, impjegatur) jew il-politika tal-kera ta’ sid il-kera, jistgħu jaffetwaw ukoll il-kera.
Ovvjament, diversi varjabbli addizzjonali jista’ jkollhom influwenza fuq il-kirjiet. Iżda biex jinġabru l-fatturi kollha li ssemmew aktar ’il fuq jista’ jwassal għal kwestjonarji mgħobbija wisq. Għalhekk, jista’ jitqies l-użu tal-valuri kapitali għal finijiet ta’ stratifikazzjoni. Il-ħsieb wara l-użu tal-valur kapitali ta’ abitazzjoni huwa li dan jirrifletti l-karatteristiċi importanti kollha tagħha. Il-valur kapitali għalhekk jista’ jitqies bħala fattur impliċitu ta’ stratifikazzjoni. L-użu tal-proporzjon tal-valur kapitali mal-kera effettiva jista’ jitqies bħala approċċ fattibbli, speċjalment f’dawk l-Istati Membri fejn l-abitazzjonijiet mikrija jirrappreżentaw parti minuri tal-istokk ta' abitazzjonijiet. Sakemm il-proporzjon ikun stabbli, metodu bħal dan għandu jippermetti li jkun jista’ jiġi ddeterminat il-valur tal-kera għal dawk l-abitazzjonijiet li jaqgħu biss fis-settur tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sid. Barra minn hekk, il-valuri kapitali ma jeskludux l-użu ta’ kriterji “fiżiċi” ta’ stratifikazzjoni; dawn jistgħu jkunu kkombinati. F’din is-sitwazzjoni, wieħed jassumi li l-valuri kapitali jirriflettu l-kriterji “fiżiċi” ta’ stratifikazzjoni li jkunu neqsin. Ikun xi jkun il-każ, il-valuri kapitali li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-kirjiet iridu jkunu bbażati fuq valutazzjoni oġġettiva li tkun ġiet stabbilita għal sena ta’ referenza aġġornata.
Fil-prattika, l-istratifikazzjoni tvarja minn Stat Membru għall-ieħor fir-rigward ta’ kemm in-numru ta’ strati kif ukoll tal-kriterji preċiżi li jintużaw biex dawn jiġu definiti. Għalkemm, mal-ewwel daqqa t’għajn, dan jista’ jikkawża xi tħassib, jenħtieġ li jkun enfasizzat li ċerti kriterji bażiċi, bħad-daqs u l-lokalità (ġeografika) ta’ abitazzjoni, jintużaw kważi kullimkien. Barra minn hekk, kemm ikunu adattati l-karatteristiċi l-oħrajn se jvarja minn Stat Membru għal ieħor u l-Istati Membri nfushom qegħdin fl-aħjar pożizzjoni li jiddeterminaw il-kriterji sinifikanti.
Prinċipju 2:
Għal finijiet ta’ stratifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-karatteristiċi importanti tal-abitazzjonijiet. Dawn jistgħu jkunu relatati mal-karatteristiċi tal-abitazzjoni u tal-binjiet, ma' karatteristiċi ambjentali tal-abitazzjoni jew ma' fatturi soċjoekonomiċi. Barra minn hekk, l-użu ta’ valuri kapitali aġġornati jkun aċċettabbli għal finijiet ta’ stratifikazzjoni, jekk dawn ikunu bbażati fuq valutazzjoni oġġettiva.
1.2.2. Għażla tal-kriterji ta’ stratifikazzjoni
Meta jitqiesu d-diversi karatteristiċi li jaffetwaw il-kera ta’ abitazzjoni, l-ewwel kompitu huwa li jiġu investigati dawk il-varjabbli li jkollhom impatt sinifikanti. Mod wieħed kif jiġu skoperti varjabbli sinifikanti huwa li ssir analiżi tabulari tal-informazzjoni statistika disponibbli. Sabiex jinkiseb kejl oġġettiv tal-valutazzjoni, il-varjanza tal-kirjiet effettivi fi strat jidher li tkun utli. Dan joħloq inċentiv għal titjib possibbli fl-istratifikazzjoni billi jintgħażlu strati sabiex tiġi minimizzata l-varjanza fl-istrat. Għalhekk qiegħed jiġi rrakkomandat li l-varjanza għal kull strat tiġi kkalkulata tal-anqas f’dawk il-każijiet fejn l-istratifikazzjoni taffettwa l-livell kemm tal-kirjiet effettivi kif ukoll tal-kirjiet imputati.
Approċċ aktar sofistikat qiegħed jiġi offrut minn tekniki statistiċi avvanzati bħall-analiżi ta’ rigressjoni (multipla). Teknika bħal din tippermetti li tiġi vvalutata l-influwenza ta’ varjabbli individwali, sabiex il-varjazzjoni fil-kirjiet tkun tista’ tiġi assenjata lil ċerti karatteristiċi. Fil-qosor, is-setgħa spjegattiva ta’ varjabbli tista’ tiġi kkwantifikata permezz tal-koeffiċjent tal-korrelazzjoni. Bħala prodott sekondarju, din tippermetti li l-karatteristiċi jiġu kklassifikati skont l-importanza li jkollhom. Dan jgħin sabiex ikun iddeterminat fejn issir stratifikazzjoni f’aktar dettall. Il-kombinament tal-aktar varjabbli importanti, billi jintużaw tekniki ta’ rigressjoni multipli, juri s-setgħa spjegattiva kumplessiva tagħhom. L-użu ta’ tekniki statistiċi avvanzati sabiex jintgħażlu varjabbli importanti titqies bħala mod effiċjenti kif jiġi stratifikat l-istokk ta' abitazzjonijiet. Barra minn hekk, l-analiżi ta’ rigressjoni tista’ tintuża direttament biex jiġu stmati l-kirjiet, eż. fil-forma ta’ mudelli edoniċi. It-teknika hija wkoll għodda utli biex tkun stmata l-kera medja għall-istrati fejn ma jkun hemm l-ebda osservazzjoni korrispondenti fis-setturi tal-abitazzjonijiet mikrija (strati battala).
Vantaġġ ieħor li jintgħażlu l-kriterji ta’ stratifikazzjoni fuq il-bażi ta’ teknika statistika avvanzata huwa li dan jevita l-ħtieġa li jiġu preskritti kriterji uniformi għall-Istati Membri kollha. Sabiex jinkiseb riżultat kumparabbli, ikun biżżejjed li tkun stabbilita klassifikazzjoni tal-aktar kriterji importanti f’kull Stat Membru u li jkun stipulat il-livell kumplessi meħtieġ ta’ setgħa spjegattiva. Ovvjament, tali analiżi ta’ rigressjoni, fil-parti l-kbira, tiddependi mill-informazzjoni statistika disponibbli. Madankollu, anki f’sitwazzjoni ta’ informazzjoni statistika ristretta, dan jista’ jkun inċentiv għal titjib futur.
Billi l-informazzjoni dwar il-varjabbli differenti li jaffetwaw il-kirjiet tiddependi prinċipalment mill-iżvilupp ta’ statistika bażika, bħalissa, il-possibbiltà li jintużaw tekniki statistiċi avvanzati tista’ tkun ristretta. Għalhekk, qiegħed jiġi rrakkomandat metodu standard, jiġifieri l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji sinifikanti kollha kif ġew derivati mill-analiżijiet tabulari. Bħala minimu, id-daqs, il-lokalità u tal-anqas karatteristika importanti waħda oħra ta’ abitazzjoni jridu jintużaw sabiex ikun stratifikat l-istokk ta' abitazzjonijiet; din l-istratifikazzjoni jenħtieġ li tipproduċi minimu ta’ 30 ċellola. Id-dekompożizzjoni tal-istokk ta' abitazzjonijiet trid tkun sinifikattiva u rappreżentattiva tal-istokk ta' abitazzjonijiet. Tista’ tintuża teknika statistika avvanzata għad-determinazzjoni tal-varjabbli importanti ta’ spjegazzjoni biex jintgħażlu l-istrati.
Fil-prattika, madankollu, Stat Membru jista’ jippreferi li juża anqas varjabbli jew li juża varjabbli differenti minn dawk preskritti mill-metodu standard. Dan huwa aċċettabbli, sakemm analiżi ta’ rigressjoni (multipla) tagħti prova ta' livell aċċettabbli ta’ setgħa spjegattiva. Biex ikunu garantiti riżultati komparabbli, huwa rakkomandat koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ tal-anqas 70 % bħala soll. Dan il-valur tas-soll ikun aċċettabbli fil-kuntest ta’ kampjun kbir, b’kirjiet żero u b’kirjiet irħisa kif ukoll bit-tneħħija tal-eċċentriċi.
Prinċipju 3:
L-Istati Membri għandhom jużaw analiżijiet tabulari jew tekniki statistiċi sabiex jidderivaw kriterji ta’ stratifikazzjoni sinifikanti. Bħala minimu, iridu jintużaw id-daqs, il-lokalità u tal-anqas karatteristika importanti waħda oħra ta’ abitazzjoni. Għandhom jiġu prodotti minimu ta’ 30 ċellola u għandha ssir distinzjoni tal-anqas bejn tliet klassijiet ta’ daqs u żewġ tipi ta’ lokalità. L-użu ta’ anqas varjabbli jew ta’ varjabbli oħrajn huwa aċċettabbli jekk tkun ingħatat prova qabel li l-koeffiċjent tal-korrelazzjoni (multiplu) jilħaq 70 %.
1.2.3. Kirjiet effettivi u imputati
Il-kirjiet imputati jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kirjiet effettivi osservati. Għal finijiet ta’ imputazzjoni, il-kera tiġi ddefinita bħala l-prezz dovut għad-dritt li tintuża abitazzjoni bla għamara. Sabiex din id-definizzjoni tkun issodisfata, il-kirjiet osservati jista’ jkollhom jiġu aġġustati.
L-addebiti għat-tisħin, għall-ilma, għall-elettriku, eċċ., jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kirjiet, għalkemm fil-prattika xi drabi jista’ jkun diffiċli li jiġu sseparati. Sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tal-valutazzjoni tal-ESA 2010, l-output tas-servizzi ta' abitazzjoni jenħtieġ li jkun bi prezzijiet bażiċi.
Rigward il-kirjiet osservati, ċerti appoġġi pubbliċi probabbilment ikunu importanti. Pereżempju, unità domestika speċifika bħala konsumatur hija intitolata għal trasferiment governattiv ġenerali (eż. benefiċċju għad-dar) iżda li, għal raġunijiet amministrattivi, dan jitħallas direttament lil sid il-kera. Skont is-sors tal-informazzjoni, il-kera osservata tista’ tvarja. Jekk is-sors tal-informazzjoni jkun il-kerrej, jista’ jkun meħtieġ li tiġi korretta l-kera osservata billi tiġi miżjuda lura kwalunkwe gratifika speċifika tal-kera.
Barra minn hekk, l-użu tal-kirjiet effettivi għal finijiet ta’ imputazzjoni jeħtieġ il-kjarifika ta’ diversi kwistjonijiet fundamentali li jkollhom impatt fuq l-armonizzazzjoni tad-data. Għall-proċedura tal-imputazzjoni, l-ewwel punt huwa relatat mal-kwistjoni ta’ jekk jenħtieġx li jsir użu mill-kirjiet effettivi kollha jew minn dawk mill-kuntratti l-ġodda biss. Skont il-fini, jistgħu jitressqu argumenti teoretiċi differenti li jappoġġaw kirjiet effettivi imħallsa skont il-kuntratti l-ġodda, il-kuntratti ffirmati fis-sena ta’ kostruzzjoni jew il-kuntratti “medji”. Jekk tiġi applikata r-regola ġenerali, jiġifieri li jintużaw kirjiet ta’ abitazzjonijiet simili, ma jidhirx aċċettabbli li l-bażi tal-imputazzjoni tiġi limitata għall-kirjiet mill-kuntratti l-ġodda. Meta jitqies li għas-setturi tal-abitazzjonijiet mikrija jintużaw kirjiet “medji”, l-istess jenħtieġ li japplika għall-abitazzjonijiet okkupati mis-sid. Barra minn hekk, soluzzjoni differenti probabbilment taqla’ diffikultajiet kbar f’bosta Stati Membri meta jiġi applikat il-metodu ta’ stratifikazzjoni. Fil-qosor, il-konklużjoni hija li, sabiex jiġu kkalkulati l-kirjiet imputati jenħtieġ li jintużaw il-kirjiet medji effettivi mill-kuntratti kollha. Konsegwentement, meta jiġu kkalkulati l-kirjiet medji jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll il-kirjiet tas-suq privat li jkunu fuq livell baxx minħabba regolamentazzjoni governattiva.
It-tieni kwistjoni tikkonċerna l-problema dwar jekk il-kirjiet ta’ abitazzjonijiet li jkunu proprjetajiet pubbliċi jistgħux jintużaw għal finijiet ta’ imputazzjoni. Billi l-abitazzjonijiet okkupati mis-sid fil-parti l-kbira jkunu proprjetà ta’ persuni privati, fil-prinċipju, il-kirjiet effettivi mis-settur privat biss jenħtieġ li jintużaw għal finijiet ta’ imputazzjoni. Madankollu, jekk ma jkunx hemm disponibbli biżżejjed osservazzjonijiet ta’ kirjiet effettivi ta’ abitazzjonijiet li jkunu proprjetà ta’ persuni privati biex tkun ikkostitwita bażi biżżejjed għall-imputazzjoni, eċċezzjonalment, jistgħu jintużaw il-kirjiet tal-abitazzjonijiet li jkunu proprjetà pubblika, diment li dawn ikunu miżjuda kif xieraq sabiex iservu ta’ indikaturi għall-kirjiet tas-suq privat.
Kwistjoni oħra hija relatata mal-użu tal-kirjiet minn abitazzjonijiet bl-għamara sabiex titwessa' l-bażi għall-kirjiet imputati. Fil-prinċipju, il-bażi biex ikun imputat valur ta’ kera għal abitazzjonijiet okkupati mis-sid hija l-kirjiet ta’ abitazzjonijiet bla għamara. Għalhekk, il-kirjiet għal abitazzjonijiet bl-għamara ma jistgħux jintużaw direttament. Sabiex ikun evitat li jiġi imputat il-livell ħażin ta’ kera, dawn jenħtieġ li jitnaqqsu sabiex ikun eskluż il-pagament għall-użu tal-għamara.
Prinċipju 4:
Għal finijiet ta’ imputazzjoni, kera għandha tinftiehem bħala l-kera dovuta għad-dritt li tintuża abitazzjoni bla għamara. Jekk is-sors tal-informazzjoni jkun il-kerrej, għalhekk jista’ jkun meħtieġ li tiġi korretta l-kera osservata billi tiġi miżjuda lura kwalunkwe konċessjoni speċifika tal-kera, li għal raġunijiet amministrattivi titħallas direttament lil sid il-kera. Sabiex ikunu kkompilati l-kirjiet imputat, għandhom jintużaw il-kirjiet effettivi mill-kuntratti kollha relatati ma’ abitazzjonijiet bla għamara li jkunu proprjetà ta’ persuni privati. Jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet statistiċi, b’mod eċċezzjonali, jistgħu jintużaw il-kirjiet ta’ abitazzjonijiet li jkunu proprjetà pubblika, sakemm jiġu miżjuda b’mod xieraq sabiex jagħmluha ta’ indikaturi għall-kirjiet tas-suq privat. B’mod simili, il-kirjiet minn abitazzjonijiet bl-għamara jistgħu jiġu inklużi fil-bażi tal-imputazzjoni wara t-tnaqqis tad-differenzjal tal-kirjiet bejn l-abitazzjonijiet bl-għamara u dawk bla għamara.
1.3. Sorsi għall-istima tas-sena bażi u l-metodi ta’ estrapolazzjoni
1.3.1. Stokk ta' abitazzjonijiet
Skont il-metodu ta’ stratifikazzjoni, element essenzjali tal-kalkolu huwa l-informazzjoni dwar l-istokk ta' abitazzjonijiet. Din l-informazzjoni tagħmilha ta’ univers ta’ referenza għall-proċeduri ta’ estrapolazzjoni. F’termini ġenerali, l-istokk ta' abitazzjonijiet jikkonsisti fil-binjiet kollha jew fil-partijiet minnu kollha li jintużaw bħala abitazzjonijiet. Fit-taqsima dwar il-problemi speċjali qegħdin jingħataw aktar dettalji. Is-sorsi ewlenin li ntużaw sabiex ikun stabbilit stokk ta' abitazzjonijiet bħal dan huma ċ-ċensimenti tal-akkomodazzjoni, ir-reġistri tal-binjiet amministrattivi jew iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni. Iċ-ċifra tas-sena bażi mbagħad tiġi aġġornata sabiex tinħareġ l-istima tas-sena kurrenti.
Rigward l-istokk ta' abitazzjonijiet tas-sena bażi, iċ-ċensimenti tal-akkomodazzjoni jidher li huma l-anqas problematiċi u l-aktar kompluti, speċjalment meta jitwettqu flimkien ma’ ċensiment tal-popolazzjoni. Ir-reġistri tal-binjiet amministrattiv, fil-parti l-kbira, jiddependu minn proċeduri ġuridiċi li jistgħu jikkawżaw inċertezzi, pereżempju, dwar jekk l-estensjonijiet, it-titjib, il-konverżjonijiet u l-ħatt ta' abitazzjonijiet ġewx irreġistrati kif dovut. L-użu ta’ informazzjoni pprovduta mill-unitajiet domestiċi f’ċensiment tal-popolazzjoni bħala l-bażi tal-istokk ta' abitazzjonijiet, jista’ jikkawża l-problemi għaliex ir-riżultati għandhom it-tendenza li jistmaw b’anqas milli effettivament ikunu djar sekondarji li ma jkunux okkupati fid-data taċ-ċensiment.
Prinċipju 5:
Għall-kompilazzjoni tal-istokk ta' abitazzjonijiet tas-sena bażi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu jew minn ċensiment tal-akkomodazzjoni jew minn ċensiment tal-popolazzjoni jew minn reġistru tal-binjiet amministrattivi bħala bażi inizjali. Peress li ċensiment tal-akkomodazzjoni ġeneralment jipprovdi l-ogħla grad ta’ kompletezza, l-użu tar-reġistri tal-binjiet amministrattivi u taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni jeħtieġ kontrolli intensivi u bir-reqqa għall-finijiet ta' eżawrijenza.
1.3.2. Kirjiet effettivi
Skont il-metodu ta’ stratifikazzjoni, it-tieni element fundamentali għall-kalkolu tal-output tas-servizzi ta' abitazzjoni jikkonċerna l-kirjiet effettivi li jitħallsu fis-settur tal-abitazzjonijiet mikrija. L-informazzjoni dwar il-kirjiet effettivi fis-sena bażi tista’ tkun derivata minn ċensiment (eż. ċensiment tal-popolazzjoni) jew minn stħarriġ ta’ kampjun bħal stħarriġ tal-baġits tal-unitajiet domestiċi jew stħarriġ speċifiku tal-kirjiet. Fl-ewwel każ, il-kirjiet effettivi probabbilment ikunu koperti totalment u l-kalkoli jkollhom impatt biss fuq il-livell tal-kirjiet imputati. Fil-każ tal-istħarriġ ta’ kampjun, il-kalkoli jaffetwaw il-livell kemm tal-kirjiet effettivi kif ukoll tal-kirjiet imputati. Ovvjament, ċensiment jagħti bażi wiesgħa għal informazzjoni affidabbli. Iżda l-istħarriġ tal-baġits tal-unitajiet domestiċi normalment jitqies ukoll bħala pjuttost affidabbli, speċjalment fir-rigward tal-oġġetti essenzjali. Madankollu, huwa magħruf li l-assenza ta' rispons differenzjali hija problema ġenerali b’dan it-tip ta’ stħarriġ. Jekk l-akkomodazzjoni titqies aktar bħala xi ħaġa ta’ lussu milli xi ħaġa essenzjali, din il-problema jkollha impatt mhux mixtieq fuq ir-riżultati tal-kalkolu, u jenħtieġ li trid titpaċa. Problema oħra ta’ stħarriġ tal-baġits tal-unitajiet domestiċi, tal-anqas f’uħud mill-Istati Membri, tikkonċerna d-daqs żgħir tal-kampjun tiegħu li jista’ jirrestrinġi l-possibbiltà ta' stratifikazzjoni tal-kirjiet. Ikun xi jkun il-każ, sa fejn possibbli, jenħtieġ li jiġu sfruttati s-sorsi supplimentari disponibbli. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ fi Stati Membri fejn proporzjon kbir tal-akkomodazzjoni ikun taħt kontroll pubbliku u l-aġenziji tal-akkomodazzjoni ikollhom jippreżentaw il-kontijiet tagħhom. Barra minn hekk, bħala kompitu kontinwu sabiex jittejbu r-riżultati, jenħtieġ li jiġu investigati sorsi alternattivi, bħal stħarriġ tal-kirjiet speċjalizzat.
Prinċipju 6:
L-Istati Membri għandhom jisfruttaw l-aktar sorsi wiesa' u affidabbli sabiex jidderivaw il-kirjiet effettivi għal kull strat, pereżempju, ċensiment tal-popolazzjoni jew stħarriġ tal-unitajiet domestiċi. Jenħtieġ li jiġu vvalutati sorsi alternattivi sabiex jittejbu l-affidabbiltà u l-eżawrijenza, u partikolarment l-istratifikazzjoni.
1.3.3. Estrapolazzjoni tar-riżultati tas-sena bażi
Ftit Stati Membri biss għandhom l-informazzjoni annwali meħtieġa sabiex kull sena jagħmlu rikalkolazzjoni sħiħa tal-output tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sid. Fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, ir-riżultati għal sena partikolari jitqiesu bħala livell ta’ referenza u sussegwentement jiġu aġġornati sabiex iċ-ċifra tas-sena kurrenti tiġi stmata permezz ta' indikaturi. L-aġġornament jista’ jsir billi jiġi applikat indikatur ikkombinat għall-output (totali) tas-sena bażi, jew billi l-istokk ta' abitazzjonijiet u l-kera għal kull strat jiġu estrapolati separatament. Għalkemm, b’mod ġenerali, jistgħu jiġu mistennija riżultati simili, iċ-ċaqliq strutturali, eż. fir-relazzjoni bejn l-abitazzjonijiet mikrija u dawk okkupati mis-sid, jista’ jikkawża xi differenzi. Barra minn hekk, kalkolu separat għandu jippermetti li tiġi ċċekkjata il-plawżibbiltà.
Rigward l-indikaturi li ntużaw, l-indiċi tal-kwantità fil-parti l-kbira jkun derivat mill-output tal-industrija tal-kostruzzjoni. L-indikatur tal-prezzijiet, fuq in-naħa l-oħra, ta’ spiss ikun ibbażat fuq l-indiċi tal-prezzijiet tal-kirjiet imħallsa, mill-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur. Dan jista’ jikkawża distorsjonijiet f’dawk il-każijiet fejn is-suppożizzjoni li l-kirjiet imputati jsegwu l-moviment tat-total ma tkunx ġustifikata, pereżempju, minħabba l-kontrolli tal-kirjiet pubbliċi. Għall-estrapolazzjoni tal-kirjiet imputati, għalhekk, jidher li huwa preferibbli li jintuża, bħal fis-sena bażi, indiċi ta’ prezzijiet li jirrifletti l-moviment tal-abitazzjonijiet mikrija privatament. Barra minn hekk, trid tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-indiċijiet tal-prezzijiet normalment se jeskludu ż-żidiet fil-prezzijiet minħabba bidliet fil-kwalità. Għalhekk, l-indiċijiet tal-prezzijiet iridu jiġu ssupplimentati minn indikatur tal-kwalità li jirrifletti t-titjib.
Fl-aħħar nett, jidher li huwa utli li jiġi minimizzat l-impatt tal-bidliet strutturali fuq ir-riżultati billi jiġi ristrett il-perjodu ta’ estrapolazzjoni. F’dan ir-rigward, jekk titqies il-perjodiċità tal-istatistiċi bażiċi rilevanti, jidher li huwa xieraq li l-istokk ta' abitazzjonijiet jiġi komparat ma’ livell ta’ referenza kull 10 snin, jiġifieri l-intervall normali għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, il-valutazzjoni komparattiva tal-element tal-prezz (il-kera għal kull strat) jenħtieġ li jitwettaq mill-anqas kull ħames snin, jiġifieri l-perjodiċità normali għall-istħarriġ tal-baġits tal-unitajiet domestiċi.
Prinċipju 7:
Jekk ma jkunx possibbli li kull sena ssir riestimazzjoni kompluta tal-output tas-servizzi ta' abitazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jestrapolaw ċifra partikolari ta’ sena bażi billi jużaw l-indikaturi xierqa tal-kwantità, tal-prezzijiet u tal-kwalità. L-estrapolazzjoni tal-istokk ta' abitazzjonijiet u l-kera medja għandhom jitwettqu separatament għal kull strat. Il-proċedura ta’ estrapolazzjoni għandha tagħmel distinzjoni bejn il-kalkoli għall-kirjiet effettivi u dawk għall-kirjiet imputati. Jekk ikun meħtieġ, in-numru ta’ strati li jintużaw għall-estrapolazzjoni jista’ jkun anqas minn dak użat għall-kalkolu tas-sena bażi. Sabiex tkun estrapolata l-kera imputata għall-abitazzjonijiet okkupati mis-sid, b’mod ġenerali, għandu jiġi applikat indiċi tal-prezzijiet li jirrifletti l-kirjiet privati. Ikun xi jkun il-każ, il-valutazzjoni komparattiva tal-istokk ta' abitazzjonijiet ma jenħtieġx li taqbeż l-10 snin u dak tal-element tal-prezz ma jenħtieġx li jaqbeż il-ħames snin, jew jenħtieġ li tinkiseb kwalità simili permezz ta’ metodi xierqa oħrajn.
1.4. Problemi speċjali
1.4.1. Abitazzjonijiet bla kera u dawk b’kera rħisa
Meta tinġabar data dwar kirjiet effettivi, xi drabi se jkunu osservati valuri ta’ żero jew valuri ferm baxxi. Fil-każ ta’ abitazzjonijiet bla kera, dan iwassal għas-sitwazzjoni stramba li s-servizz tal-abitazzjoni jiġi effettivament ipprovdut mingħajr pagament (viżibbli). Jidher xieraq li f’każijiet bħal dawn, tiġi adotta s-soluzzjoni li l-kera effettiva osservata ta’ żero tiġi kkoreġuta. Soluzzjoni analoga tidher loġika għal abitazzjonijiet b’kera rħisa.
Minbarra l-interventi tal-gvern estiż, hemm raġunijiet oħrajn għaliex abitazzjonijiet bla kera jew b’kera rħisa jistgħu jiġu osservati. Eżempju wieħed huwa impjegat li jokkupa abitazzjoni li tkun proprjetà tal-impjegatur b’kera mnaqqsa jew b’kera ta’ żero. Dan jista’ jikkonċerna t-tipi kollha ta’ impjegati, inklużi fattigi jew kustodji. F’dan il-każ, il-kera effettiva trid tiġi kkoreġuta u d-differenza bejn il-kera effettiva u komparabbli se tiġi trattata bħal remunerazzjoni in natura (ara l-paragrafi 4.04 sa 4.06 tal-Anness A tal-ESA 2010). Possibbiltà oħra hija li l-abitazzjonijiet jinkrew b’kera ta’ żero jew b’kera ferm baxxa lil qraba jew ħbieb. F’dan il-każ, il-korrezzjoni tista’ ssir billi dawk l-abitazzjonijiet jiġu sempliċement riklassifikati mis-setturi tal-abitazzjonijiet mikrija għas-settur tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sid. Barra minn hekk, korrezzjoni simili jidher li tkun xierqa fil-każ ta’ pagamenti f’somma f'daqqa min-naħa tal-kerrejja, jiġifieri fejn il-kerrej jagħmel prepagament tal-kera għal perjodu itwal min-normal.
Prinċipju 8:
Il-kera effettiva osservata fil-każ ta’ abitazzjonijiet bla kera u b’kera rħisa għandha tiġi kkoreġuta biex tinkludi s-servizz sħiħ tal-abitazzjoni. La l-kirjiet ta’ żero u lanqas il-kirjiet irħas ma għandhom jintużaw sabiex ikunu kkalkulati l-kirjiet imputati, fuq bażi mhux ikkoreġuta. Għalhekk, biex jiġu kkalkolati kemm il-kirjiet effettivi kif ukoll dawk imputati, jenħtieġ li jsiru korrezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-valur tal-output jirrifletti s-servizz ta’ abitazzjoni sħiħa pprovdut.
1.4.2. Djar ta’ villeġġjatura
Id-djar ta’ villeġġjatura jkopru t-tipi kollha ta’ abitazzjonijiet għall-btala bħal villeġġjatura fil-qrib għal tmiem il-ġimgħa li tintuża għal perjodi qosra bosta drabi fis-sena jew id-dar ta’ villeġġjatura aktar imbiegħda li tintuża għal perjodi itwal iżda ftit drabi biss fis-sena. Mal-ewwel daqqa t’għajn, il-każ tad-djar ta’ villeġġjatura mikrija jidher li ma huwiex problema, peress li l-kera effettiva mħallsa titqies bħala kriterju tal-output. Madankollu, jekk il-kirjiet effettivi miġbura jkunu fuq bażi mensili, l-estrapolazzjoni għat-total annwali tista’ twassal għal sovrastimi jekk ma tkun inkluża l-ebda informazzjoni supplimentari dwar iż-żmien medju ta’ okkupanza.
Biex tkun ikkalkulata l-kera imputata għal djar ta’ villeġġjatura okkupati mis-sid, l-aktar approċċ loġiku huwa li dawn il-proprjetajiet jiġu stratifikati u tiġi applikata l-kera annwali medja xierqa għal akkomodazzjoni simili effettivament mikrija. Il-kera annwali tirrifletti impliċitament iż-żmien medju ta’ okkupanza. Fil-każ ta’ diffikultajiet, jista’ jiġi applikat metodu sostitut, jiġifieri li tinġabar informazzjoni dwar id-djar ta’ villeġġjatura fi strat wieħed u li tiġi applikata l-kera annwali medja għad-djar ta’ villeġġjatura effettivament mikrija lil dawk li jkunu okkupati mis-sid. It-tielet, huwa aċċettabbli li tintuża l-kera annwali sħiħa għall-abitazzjonijiet ordinarji, fl-istess strat tal-lokalità, fejn id-djar ta’ villeġġjatura jammontaw għal parti ferm minuri tal-istokk ta' abitazzjonijiet jew fejn ma jistgħux jiġu sseparati minn abitazzjonijiet oħrajn. Anki fil-każ ta’ djar ta’ villeġġjatura, dawn il-proċeduri jidhru raġonevoli meta jitqies li dawn dejjem ikunu disponibbli għas-sid u se jintużaw ukoll bla ħlas minn ħbiebu jew qrabatu.
F’każijiet eċċezzjonali ta’ kirjiet effettivi neqsin jew statistikament inaffidabbli għal ċerti strati ta’ djar ta’ villeġġjatura, jistgħu jintużaw metodi oġġettivi oħrajn, bħall-metodu tal-kost tal-utent. Fil-każijiet fejn il-metodu tal-kost tal-utent jintuża kompletament bħala l-uniku metodu fattibbli għal dan it-tip ta’ abitazzjoni, għandha tiġi applikata suppożizzjoni ġġustifikata fuq iż-żmien medju ta’ okkupanza sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, sakemm ma jkunx jista’ jitqies li d-djar ta’ villeġġjatura huma dejjem disponibbli għas-sid matul is-sena kollha. Fil-każ fejn suppożizzjoni dwar iż-żmien medju tal-okkupazzjoni tkun iġġustifikata, għandha tinġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu żgurati riżultati plawżibbli fis-sens li l-kostijiet kollha jkunu koperti mill-output skont il-metodu tal-kost tal-utent. Dan jista’ jinkiseb billi jsir aġġustament biex jiġi rifless iż-żmien medju ta’ okkupanza biss għas-surplus operatorju nett.
Prinċipju 9:
Id-djar ta’ villeġġjatura jkopru t-tipi kollha ta’ abitazzjonijiet għall-ħin ħieles bħad-dar għal tmiem il-ġimgħa fil-qrib jew id-dar ta’ villeġġjatura aktar imbiegħda. Sabiex ikun stmat l-output tad-djar ta’ villeġġjatura, preferibbilment għandhom jintużaw il-kirjiet annwali medji ta’ faċilitajiet simili. Il-kera annwali tirrifletti impliċitament iż-żmien medju ta’ okkupanza. Għalkemm l-istratifikazzjoni tidher attraenti, id-djar ta’ villeġġjatura jistgħu jiġu raggruppati fi strat wieħed. Jekk id-djar ta’ villeġġjatura jammontaw għal parti ferm minuri tal-istokk ta' abitazzjonijiet, tista’ tintuża l-kera annwali sħiħa tal-abitazzjonijiet ordinarji, fl-istess strat tal-lokalità. Fil-każ eċċezzjonali ġġustifikat ta’ kirjiet effettivi neqsin jew statistikament mhux affidabbli għal ċerti strati ta’ djar ta’ villeġġjatura, jistgħu jintużaw metodi oġġettivi oħrajn, bħall-metodu tal-kost tal-utent.
1.4.3. Akkomodazzjoni ta’ time-share
Fil-każ ta’ akkomodazzjoni ta’ time-share, aġent immobiljari jbigħ id-dritt li wieħed joqgħod għal perjodu fiss kull sena f’ċerta abitazzjoni li tkun tinstab f’żona turistika u jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta’ din il-proprjetà. Id-dritt ikun iggarantit minn ċertifikat, li jinħareġ wara l-pagament inizjali. Dan iċ-ċertifikat jista’ jinbiegħ bil-prezz kurrenti. Ikunu dovuti wkoll pagamenti perjodiċi sabiex ikunu koperti l-kostijiet amministrattivi.
Minn din id-deskrizzjoni jirriżulta li l-pagament inizjali jenħtieġ li jkun ittrattat bħala investiment peress li ċ-ċertifikat maħruġ ikun simili għal sehem. Dan huwa sostnut mill-fatt li mill-anqas fil-liġi ta’ Stat Membru wieħed, ix-xerrej jakkwista dritt reali. B’hekk, jidher li jkun utli li, fil-kontijiet nazzjonali, il-pagament inizjali jiġi inkluż taħt l-assi intanġibbli. Barra minn hekk, jidher loġiku li s-servizz ta’ akkomodazzjoni bla kera jitqies bħala dividend mhux fi flus imħallas mill-aġent immobiljari.
Il-problema fundamentali hija li servizz huwa effettivament ipprovdut mill-akkomodazzjoni ta' time-share li ma tkunx inkluża fl-output tal-ekonomija. Loġikament dan jeħtieġ li jiġi korrett. L-ewwel nett, il-proposta li jiġi aċċettat pagament perjodiku bħala prokura impliċitament tfisser li ma ssir l-ebda korrezzjoni għas-servizz ta’ akkomodazzjoni, peress li l-pagament perjodiku jkopri servizz differenti, jiġifieri l-kostijiet ta’ ġestjoni. Possibbiltà teoretika oħra hija dik li l-pagament inizjali jitqies bħala prepagament tas-servizz ipprovdut u dan jiġi distribwit tul il-perjodi rilevanti tal-okkupazzjoni. Minbarra l-problemi statistiċi biex dan il-mudell jitwettaq fil-prattika, jidher li hemm kontradizzjoni f’termini legali peress li l-interpretazzjoni impliċita hija xirja ta’ servizz u mhux l-akkwiżizzjoni ta’ assi.
Possibbiltà oħra tikkonsisti fid-derivazzjoni ta’ prokura mill-kirjiet annwali effettivi għal faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni (self-catering) simili. Din is-soluzzjoni hija sostnuta mill-fatt li l-akkomodazzjonijiet ta' time-share jinsabu f’żoni turistiċi u jikkoeżistu ma’ appartamenti għall-btajjel mikrija effettivament. Fil-każ ta’ diffikultajiet, iż-żewġ metodi l-oħrajn proposti għad-djar ta’ villeġġjatura huma aċċettabbli wkoll għall-proprjetajiet ta' time-share. Il-kera imputata jenħtieġ li tkun fuq bażi netta, sabiex ikunu evitati addebiti ta’ għadd duplikat koperti mill-pagament perjodiku.
Prinċipju 10:
Fir-rigward ta’ akkomodazzjoni ta' time-share, għandhom jiġu applikati l-istess proċeduri kif isir għad-djar ta’ villeġġjatura.
1.4.4. Lokatarji ta' kmamar liberi
Fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, numru kbir ta’ studenti jiġu akkomodati fi kmamar liberi. Ta’ spiss dan jestendi għal żgħażagħ oħrajn jew għal dawk impjegati f’xogħol li jfisser li jgħixu ’l bogħod minn darhom. Jekk il-kamra tkun parti minn abitazzjoni mikrija, jiġifieri tkun sullokata, ma jidher li jkun hemm l-ebda problema kbira. Il-kera tal-kamra libera tista’ titqies bħala kontribut għall-kera effettiva ewlenija, jiġifieri trasferiment bejn unitajiet domestiċi. Madankollu, jekk il-kamra tkun parti minn abitazzjoni okkupata mis-sid, il-fatt li tkun inkluża kemm il-kera li jħallas il-lokatarji kif ukoll il-kera imputata fl-intier tagħha jitqies bħala għadd duplikat. Probabbilment is-soluzzjoni korretta tkun li l-kera effettiva mħallsa mil-lokatarju titqies għall-perċentwali tal-abitazzjoni li jokkupa u li tkun imputata kera għall-bqija. Madankollu, dan jista’ ma jkunx prattiku biex jiġi implimentat. Minflok, wieħed jista’ jqis il-kera bħal trasferiment li jinvolvi l-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-abitazzjoni. Dan ikun simili għall-ewwel każ sakemm il-kera effettiva tal-kamra libera titqies bħala kontribut għall-kera ewlenija imputata. B'konsegwenza ta’ dan it-trattament, ikollha ssir korrezzjoni jekk is-settur tal-unitajiet domestiċi jiġi dekompost fi gruppi.
Punt ieħor huwa kif tiġi ttrattata s-sullokazzjoni ta’ diversi kmamar. F’dan il-każ, qiegħed jiġi ssuġġerit li t-terminu ta' lokatarji ta' kmamar liberi japplika biss meta s-sid jew il-kerrej ewlieni nnifsu jkompli jokkupa l-abitazzjoni wkoll. Inkella, is-sullokazzjoni jenħtieġ li titqies bħala attività ekonomika separata (servizz ta’ abitazzjoni jew pensjoni).
Prinċipju 11:
Il-kirjiet imħallsa għall-kmamar awżiljari f’abitazzjoni għandhom jitqiesu bħala kontribut għall-kera ewlenija sakemm is-sid jew il-kerrej ewlieni jkompli jokkupa l-abitazzjoni.
1.4.5. Abitazzjonijiet battala
L-ewwel nett, abitazzjoni mikrija dejjem titqies bħala okkupata anki jekk il-kerrej jagħżel li jgħix f'post ieħor. It-tieni nett, skont is-soluzzjoni ġenerali miftiehma għad-djar ta’ villeġġjatura u għall-akkomodazzjoni ta' time-share, il-kera annwali tirrifletti impliċitament iż-żmien medju ta’ okkupanza. Għalhekk, il-problema ta’ abitazzjonijiet battala hija ristretta għal abitazzjonijiet mhux mikrija li ma jintużawx mis-sid, jiġifieri li jkunu disponibbli biex jinbiegħu jew jinkrew. F’każijiet bħal dawn, ma jiġi pprovdut l-ebda servizz ta’ abitazzjoni, għalhekk jenħtieġ li titniżżel kera ta’ żero.
L-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun iddeterminat jekk proprjetà mhux mikrija tkunx battala jew le tista’ tkun ibbażata fuq id-dikjarazzjoni tas-sid jew tal-ġirien. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni bħal din, l-eżistenza tal-għamara tista’ tintuża bħala indikazzjoni li l-proprjetà tkun okkupata. B’kuntrast, abitazzjonijiet bla għamara jistgħu jitqiesu bħala battala, peress li huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li qiegħed jiġi pprovdut servizz ta’ abitazzjoni. L-abitazzjonijiet battala jenħtieġ li jinkludu wkoll l-abitazzjonijiet li jerġgħu jiġu possessati wara inadempjenzi fil-ħlas, jew li jkunu battala għal perjodu qasir ta’ żmien peress li aġenzija tal-akkomodazzjoni ma ssibx kerrej ġdid immedjatament. Każ problematiku huwa abitazzjoni battala li tkun mgħammra għal kollox u tista’ tintuża immedjatament mis-sid. Hawnhekk wieħed jista’ jargumenta li ma huwa qiegħed jiġi pprovdut l-ebda servizz ta’ abitazzjoni sakemm din ma tkunx effettivament okkupata mis-sid. Iżda peress li dan huwa paragunabbli mal-każ ta’ abitazzjoni mikrija iżda battala, jidher xieraq li l-abitazzjoni titniżżel bħala kera. Għalhekk, l-abitazzjonijiet bl-għamara okkupati mis-sid ġeneralment jitqiesu bħala okkupati.
Abitazzjoni battala xorta tista’ ġġarrab il-kostijiet, bħan-nefqa kurrenti fuq manutenzjoni, elettriku, primiums tal-assigurazzjoni, taxxi, eċċ. Dawn jenħtieġ li jkunu inklużi taħt il-konsum intermedju, taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni, eċċ. Bħal fil-każ ta’ intrapriża li ma tkun qiegħda tipproduċi l-ebda servizz, dan jista’ jwassal għal valur miżjud negattiv.
Fil-każijiet fejn jintuża l-metodu tal-kost tal-utent, abitazzjonijiet vojta jenħtieġ li jiġu distinti korrettament mill-bqija tal-istokk tal-abitazzjoni sabiex il-valur tal-output ma jiġix affettwat impliċitament fil-kalkoli billi jitqiesu l-komponenti kollha tal-kost bħall-konsum tal-kapital fiss u s-surplus operatorju nett. Mal-ewwel daqqa t’għajn, il-każ ta’ abitazzjonijiet vojta fil-kuntest tal-akkomodazzjoni soċjali jista’ jikkawża xi tħassib minħabba l-effett impliċitu simili fuq l-output permezz tal-approċċ tas-somma tal-kostijiet li huwa rilevanti għas-setturi mhux tas-suq li jipprovdu akkomodazzjoni soċjali. Madankollu, l-impatt f’dan il-każ huwa mistenni li jkun insinifikanti ħafna. Barra minn hekk, l-abitazzjoni vojta fil-kuntest tal-akkomodazzjoni soċjali dejjem tista’ titqies bħala okkupata peress li hija disponibbli biex tintuża mis-sid (gvern estiż jew istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi) għall-fini li tiġi pprovduta l-funzjoni tal-protezzjoni soċjali.
Prinċipju 12:
Għal abitazzjoni mhux mikrija, li tkun disponibbli biex tinbiegħ jew tinkera, għandha titniżżel kera ta’ żero. B’mod ġenerali, abitazzjoni bl-għamara okkupata mis-sid għandha tiġi ttrattata bħal abitazzjoni okkupata.
1.4.6. Garaxxijiet
Peress li l-garaxxijiet huma parti mill-formazzjoni ta’ kapital gross fiss, huwa xieraq mhux biss li fl-output tal-ekonomija jiġi inkluż is-servizz ta’ dawk mikrija iżda anki li jiġi kkalkulat l-output imputat għall-garaxxijiet okkupati mis-sid. Fiż-żewġ każijiet, il-garaxx jirrappreżenta element ta’ kumdità tal-abitazzjoni bħal kwalunkwe faċilità oħra. Dan jenħtieġ li jinkludi tined ta' parkeġġ (car ports) u l-posti ta' parkeġġ peress li probabbilment dawn għandhom l-istess funzjoni.
Il-paragrafu 3.75 tal-Anness A tal-ESA 2010 jiddikjara li “għall-garaxxijiet li jinsabu separati mill-abitazzjonijiet, li jintużaw mis-sid għall-konsum finali b’rabta mal-użu tal-abitazzjoni, trid issir imputazzjoni simili.”
Ġeneralment, ikun hemm aktar abitazzjonijiet okkupati mis-sid minn abitazzjonijiet mikrija b’garaxx. Sabiex din id-differenza strutturali tkun inkluża kif dovut, l-aħjar mod jidher li huwa li tintuża l-eżistenza ta’ garaxx bħala kriterju ta’ stratifikazzjoni.
Prinċipju 13:
Il-garaxxijiet u l-posti ta’ parkeġġ li jintużaw għal finijiet ta’ konsum finali jipprovdu servizzi li għandhom jiġu inklużi fis-servizzi ta' abitazzjoni.
2. KONSUM INTERMEDJU
Il-konsum intermedju jrid ikun konsistenti mal-output. F’konformità mal-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-iskop (classification of individual consumption according to purpose, COICOP), l-addebiti għat-tisħin, għall-ilma, għall-elettriku, eċċ, kif ukoll il-parti l-kbira tal-manutenzjoni u tat-tiswijiet assoċjati mal-akkomodazzjoni jenħtieġ li jkunu rreġistrati separatament u b’hekk esklużi mill-output tas-servizzi ta' abitazzjoni.
Fil-prattika, madankollu, diversi addebiti kif ukoll il-manutenzjoni u t-tiswijiet jista’ jkollhom jitqiesu bħala parti mis-servizz tal-kera minħabba li ma jistgħux jiġu sseparati. Il-livell tal-ING ma jenħtieġx li jkun affettwat, jekk, għall-konsum intermedju u għall-output, it-trattament gross jitwettaq konsistentement.
Rigward it-tiswijiet u l-manutenzjoni, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn tliet kategoriji. L-ewwel nett, it-titjib fl-assi fissi eżistenti li jmur ferm lil hinn mir-rekwiżiti tal-manutenzjoni u tat-tiswijiet ordinarji jiġi inkluż fil-formazzjoni tal-kapital gross fiss (il-paragrafu 3.129 tal-Anness A tal-ESA 2010).
It-tieni nett, in-nefqa fuq il-manutenzjoni u t-tiswijiet ordinarji li jġarrab okkupant sid fuq id-dekorazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-abitazzjoni li tipikament ma jitwettqux mill-kerrejja tiġi ttrattata bħala konsum intermedju biex jiġu prodotti s-servizzi ta' abitazzjoni (il-paragrafu 3.96 tal-Anness A tal-ESA 2010).
Fl-aħħar nett, it-tindif, id-dekorazzjoni u l-manutenzjoni tal-abitazzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet ikunu komuni wkoll għall-kerrejja, jiġu esklużi mill-produzzjoni (il-paragrafu 3.09 tal-Anness A tal-ESA 2010). L-ispejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu rreġistrati direttament bħala konsum finali tal-unitajiet domestiċi. Il-paragrafu 3.95 tal-Anness A tal-ESA 2010 jgħid li n-nefqa għall-konsum finali ta’ unità domestika tinkludi l-materjali għat-tiswijiet iż-żgħar fl-abitazzjonijiet u għad-dekorazzjoni interna tagħhom ta’ tip li tipikament jitwettqu mill-kerrejja kif ukoll mis-sidien.
Dan ifisser li, għall-abitazzjonijiet okkupati mis-sid, il-konsum intermedju jenħtieġ li jkopri l-istess tipi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswijiet ordinarji kif normalment jitqiesu bħala konsum intermedju minn sid il-kera għal abitazzjonijiet mikrija simili. In-nefqa fuq it-tiswijiet u l-manutenzjoni ta’ tip li tipikament jitwettqu mill-kerrejja pjuttost milli minn sidien il-kera, jenħtieġ li tkun ittrattata bħala nefqa għall-konsum finali ta’ unità domestika kemm għall-kerrejja kif ukoll għas-sidien okkupanti.
Il-konsum intermedju tal-manutenzjoni u tat-tiswijiet ordinarji relatati ma’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid jista’ jkun derivat minn sorsi statistiċi diretti bħal stħarriġ tal-baġits tal-unitajiet domestiċi. Meta l-proporzjon tal-konsum intermedju mal-output għall-abitazzjonijiet okkupati mis-sid ikun ferm differenti mill-proporzjon għas-settur tal-abitazzjonijiet mikrija, ir-raġunijiet għal dan jenħtieġ li jiġu investigati. Meta d-differenza tkun ikkawżata minn differenzi fil-kwalità, pereżempju livell differenti ta’ manutenzjoni ordinarja għal abitazzjonijiet li mill-bqija jkunu simili, il-kirjiet imputati jenħtieġ li jiġu aġġustati kif dovut.
Il-konsum intermedju jenħtieġ li jinkludi servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (FISIM) f’konformità mal-Kapitolu 14 tal-Anness A tal-ESA 2010. Dan jinkludi l-konsum intermedju tal-unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom bħala sidien tal-abitazzjonijiet fir-rigward ta’ selfiet għal abitazzjonijiet.
Kif iddikjarat fit-taqsima 1.4.5, abitazzjonijiet vojta jistgħu jwasslu għal konsum intermedju. Bħala punt ġenerali, qiegħed jiġi enfasizzat li l-għadd duplikat tal-konsum intermedju fil-każ ta’ abitazzjonijiet proprjetà ta’ impjegatur jenħtieġ li jiġi evitat.
Prinċipju 14:
Il-konsum intermedju għandu jkun stabbilit skont id-definizzjoni ta’ output ta’ servizzi ta' abitazzjoni. B’mod ġenerali iż-żewġ affarijiet jenħtieġ li jeskludu addebiti għal tisħin, ilma, elettriku eċċ. Jekk għal raġunijiet prattiċi jkun ippreferut trattament differenti, dan huwa aċċettabbli sakemm il-livelli tal-PDG u l-ING ma jkunux affettwati.
3. TRANŻAZZJONIJIET MAL-BQIJA TAD-DINJA
Skont l-ESA 2010 (il-paragrafi 1.63 u 2.29 tal-Anness A) l-unitajiet mhux residenti jitqiesu bħala unitajiet residenti nozzjonali fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien ta’ art jew ta’ binjiet fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż, iżda biss fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jaffetwaw tali art jew bini.
Dan ifisser li s-servizz ipprovdut minn abitazzjoni li tkun proprjetà ta’ mhux residenti jkun inkluż fl-output tal-ekonomija fejn tinsab l-abitazzjoni. Fil-każ ta’ abitazzjoni okkupata mis-sid mhux residenti, imbagħad trid tiġi rreġistrata esportazzjoni ta’ servizzi ta' abitazzjoni, u s-surplus operatorju nett korrispondenti jiġi rreġistrat bħala introjtu primarju mħallas lill-bqija tad-dinja (il-paragrafi 3.173 u 4.60 tal-Anness A tal-ESA 2010).
Fir-rigward tar-residenti li għandhom abitazzjonijiet barra mill-pajjiż, il-paragrafu 3.75 tal-Anness A tal-ESA 2010 jiddikjara li “l-valur tal-kiri ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid li jinsabu barra mill-pajjiż, pereżempju djar tal-vaganzi, m’għandhomx jiġu rreġistrati bħala parti tal-produzzjoni domestika, iżda bħala importazzjonijiet tas-servizzi u l-bilanċ pożittiv operattiv [surplus operatorju] nett korrispondenti bħala introjtu primarju rċevut mill-Bqija tad-Dinja.”
Ġeneralment, jinqalgħu ftit problemi jekk il-proprjetà li s-sid tagħha jkun mhux residenti tkun effettivament mikrija lil resident, peress li se jkun osservat fluss monetarju u inkluż fil-bilanċ tal-pagamenti. L-abitazzjonijiet li jkunu proprjetà ta’ residenti barranin u okkupati minnhom ikollhom jiġu identifikati separatament. In-nazzjonalità ta’ sid okkupanti ma hijiex biżżejjed biex tissepara resident minn mhux resident. Id-djar ta’ villeġġjatura li jkunu proprjetà ta’ residenti barranin probabbilment se jkollhom l-akbar importanza u jkun utli li jintlaħaq ftehim dwar in-numru ta’ sidien mhux residenti bejn l-Istati Membri kkonċernati. Madankollu, hemm nuqqas ġenerali ta’ informazzjoni dwar is-sidien okkupanti mhux residenti. L-informazzjoni dwar ir-residenti li jkollhom djar ta’ villeġġjatura barra mill-pajjiż hija saħansitra aktar skarsa. Sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi, Stat Membru li jnaqqas introjtu primarju għal abitazzjonijiet okkupati minn sidien mhux residenti fl-istess ħin jenħtieġ li jżid introjtu primarju għal abitazzjonijiet barra mill-pajjiż li jkunu proprjetà ta’ u okkupati minn residenti.
Kwistjoni speċjali f’dan ir-rigward hija relatata ma’ proprjetajiet ta’ time-share. Peress li għall-istess perjodu kontabilistiku, proprjetà bħal din tista’ tkun okkupata minn residenti ta’ pajjiżi differenti, allokazzjoni diretta lill-pajjiż tal-oriġini tidher kważi impossibbli. Jistgħu jinkisbu riżultati kumparabbli billi jintuża approċċ aktar fattibbli. L-ewwel nett, il-valur (imputat) miżjud iġġenerat minn akkomodazzjoni ta’ time-share jiġi allokat lill-pajjiż tal-oriġini tal-kumpanija proprjetarja. Sussegwentement, il-kumpanija proprjetarja tista’ tintalab tipprovdi informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini tas-sidien tal-akkomodazzjonijiet ta’ time-share, u dan jista’ jservi ta’ koeffiċjent tad-distribuzzjoni.
Prinċipju 15:
Skont ESA 2010, l-abitazzjonijiet kollha fit-territorju ekonomiku ta’ Stat Membru jikkontribwixxu għall-PDG. Is-surplus operatorju nett riċevut minn dawk li ma humiex residenti bħala sidien ta’ art u binjiet f’dak l-Istat Membru għandu jiġi rreġistrat bħala introjtu mill-proprjetà għall-bqija tad-dinja u għalhekk jitnaqqas mill-PDG matul it-tranżizzjoni lejn l-ING (u bil-kontra). Dan is-surplus operatorju nett għandu jinftiehem bħala s-surplus operatorju nett mill-kiri effettiv u imputat tal-abitazzjonijiet. Stat Membru li jnaqqas introjtu mill-proprjetà għal abitazzjonijiet okkupati minn sidien mhux residenti fl-istess ħin jenħtieġ li jżid introjtu mill-proprjetà għal abitazzjonijiet barra mill-pajjiż li jkunu proprjetà ta’ residenti u okkupati minnhom.
(1) Għal finijiet ta’ konsistenza mal-ESA 2010, it-terminu “kera” qiegħed jintuża tul dan it-test kollu.
(2) Huwa kunċettwalment possibbli li s-sidien okkupanti, individwalment jew kollettivament, jimpjegaw lil persuni li jieħdu ħsieb id-dar mingħajr ma jinvolvu unitajiet statistiċi oħrajn bħal korporazzjonijiet jew kumpaniji ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-akkomodazzjoni. Fejn ikun hemm dis-sitwazzjoni, l-output skont il-metodu tal-kost tal-utent jenħtieġ li jinkludi konċessjoni għall-kumpens tal-impjegati.
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/19 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1950
tal-10 ta’ Novembru 2021
li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti minimi għall-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim emendat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti stipulati fih (“il-limiti”) u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) huwa li jippermettu lill-entitajiet kontraenti u lill-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva, jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/25/UE, kull sentejn (2) il-Kummissjoni trid tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15, ta’ dik id-Direttiva, jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim u fejn dan ikun neċessarju, trid tirrevedihom. |
(3) |
Il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/25/UE ġew riveduti. F’konformità mal-Artikolu 68(1) tad-Direttiva 2009/81/KE, il-limiti minimi stabbiliti f’dik id-Direttiva jridu jiġu allinjati mal-limiti stabbiliti riveduti fid-Direttiva 2014/25/UE. |
(4) |
Skont l-Artikolu 68(1) tad-Direttiva 2009/81/KE, il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll il-limiti minimi previsti fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva fl-istess waqt meta ssir ir-reviżjoni tal-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, li ħassret id-Direttiva 2004/17/KE, jeħtieġ li kull sentejn il-Kummissjoni trid tirrevedi l-limiti b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għalhekk jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2022–2023 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2009/81/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt (a), “EUR 428 000” huwa sostitwit b’“EUR 431 000”; |
(2) |
fil-punt (b), “EUR 5 350 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 382 000”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)
(5) Id-Direttiva 2004/17/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/21 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1951
tal-10 ta’ Novembru 2021
li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-konċessjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern emendat (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fih u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/23/UE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Sabiex ikun żgurat li l-limitu għall-konċessjonijiet stipulat fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE jikkorrispondi għal-limitu għall-konċessjonjiet stabbilit fil-Ftehim, jeħtieġ li l-limitu stipulat f’dik id-Direttiva jiġi rivedut. |
(3) |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/23/UE jeħtieġ li kull sentejn il-limiti jiġu riveduti mill-Kummissjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għalhekk, jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2022-2023 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/23/UE tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, “EUR 5 350 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 382 000”,
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/23 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1952
tal-10 ta’ Novembru 2021
li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern emendat (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti stabbiliti”) stipulati fih u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/24/UE huwa li l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Sabiex ikun żgurat li l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim, jeħtieġ li l-limitu stipulat f’dik id-Direttiva jiġi rivedut. F’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’dik id-Direttiva jridu jiġu allinjati mal-limiti stabbiliti stipulati fil-punti (a), (b) u (c), tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jeħtieġ li kull sentejn il-limiti stabbiliti jiġu riveduti mill-Kummissjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għalhekk, jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2022–2023 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/24/UE tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2014/24/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/25 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1953
tal-10 ta’ Novembru 2021
li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern emendat (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti stabbiliti”) stipulati fih u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/25/UE huwa li l-entitajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, kull sentejn (2) il-Kummissjoni trid tivverifika li l-limiti stabbiliti għall-kuntratti ta’ kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva, jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim. Billi l-valur tal-limiti stabbiliti kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE huwa differenti mill-valur tal-limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva, jeħtieġ li dawn il-limiti jiġu riveduti. |
(3) |
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jeħtieġ li kull sentejn il-limiti stabbiliti jiġu riveduti mill-Kummissjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għalhekk, jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2022–2023 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/25/UE tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt (a), “EUR 428 000” huwa sostitwit b’“EUR 431 000”; |
(2) |
fil-punt (b), “EUR 5 350 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 382 000”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1954
tad-9 ta’ Novembru 2021
li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. |
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Sophie GRENADE, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(4) |
Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sa Miranda ULENS,Secrétaire générale de l’ABVV-FGTB, Federation Générale du Travail de Belgique(Segretarju Ġenerali tat-trade union ABVV-FGTB), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Miranda ULENS, Secrétaire générale de l’ABVV-FGTB, Fédération Générale du Travail de Belgique(Segretarju Ġenerali tat-trade union ABVV-FGTB) hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1955
tad-9 ta’ Novembru 2021
li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijakk,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2) , li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġie propost għall-ħatra s-Sur Markus LINHART. |
(4) |
Il-Gvern Awstrijak ippropona lis-Sur Bernhard BAIER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Gemeinderat der Stadt Linz (Kunsill Muniċipali tal-Belt ta’ Linz), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Bernhard BAIER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li għandu mandat elettorali, Gemeinderat der Stadt Linz (Kunsill Muniċipali tal-Belt ta’ Linz), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
Rettifika
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/29 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 325 tat-16 ta’ Diċembru 2019 )
1. |
Fil-paġna 19, l-Anness I, fil-kolonna “Suġġett”, ir-ringiela 48 taħt “Numru tar-Regolament tan-NU”, |
minflok:
“Installazzjoni ta’ dwal u tagħmir ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq il-vetturi bil-mutur”,
aqra:
“Installazzjoni ta’ dwal u tagħmir ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi”;
2. |
Fil-paġna 25, l-Anness II, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi addizzjonali”, ir-ringiela “A20 Impatt frontali mhux iċċentrat”, |
minflok:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 b’massa massima ≤ 3 500 kg u N1 b’massa massima ...”,
aqra:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 b’massa massima ≤ 3 500 kg u N1 b’massa massima ...”;
3. |
Fil-paġna 25, l-Anness II, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi addizzjonali”, ir-ringiela “A25 Impatt fil-ġenb”, |
minflok:
“Dan japplika għall-vetturi kollha tal-kategoriji M1 u N1, inklużi ...”,
aqra:
“Dan japplika għall-vetturi kollha tal-kategoriji M1 u N1, inklużi ...”;
4. |
Fil-paġna 26, l-Anness II, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi addizzjonali”, ir-ringiela “A27 Impatt minn wara”, |
minflok:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 b’massa massima ≤ 3 500 kg u N1. Għandhom ...”,
aqra:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 b’massa massima ≤ 3 500 kg u N1. Għandhom ...”;
5. |
Fil-paġna 26, l-Anness II, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi addizzjonali”, ir-ringiela “B8 Viżjoni ‘l quddiem”, |
minflok:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 u N1.”,
aqra:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 u N1.”;
6. |
Fil-paġna 28, l-Anness II, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi addizzjonali”, ir-ringiela “C13 Monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi ħfief”, |
minflok:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 b’massa massima ≤ 3 500 kg u N1.”,
aqra:
“Dan japplika għall-kategoriji ta’ vettura M1 b’massa massima ≤ 3 500 kg u N1.”;
7. |
Fil-paġna 32, l-Anness II, in-nota (4) fil-qiegħ tal-paġna, |
minflok:
“(4) |
Il-vetturi li ġejjin huma eżentati:
|
aqra:
“(4) |
Il-vetturi li ġejjin huma eżentati:
|
8. |
Fil-paġna 35, l-Anness III, il-punt (f)(i) tal-punt (2), |
minflok:
“(i) |
it-tabella “Parti I: Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M1” hija emendata kif ġej:”, |
aqra:
“(i) |
it-tabella “Parti I: Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M1” hija emendata kif ġej:”; |
9. |
Fil-paġna 36, l-Anness III, il-punt (f)(ii) tal-punt (2), |
minflok:
“(ii) |
it-tabella “Parti II: Vetturi li jappartjenu għall-kategorija N1” hija emendata kif ġej:”, |
aqra:
“(ii) |
it-tabella “Parti II: Vetturi li jappartjenu għall-kategorija N1” hija emendata kif ġej:”; |
10. |
Fil-paġna 37, l-Anness III, il-punt (iv) tal-punt (4)(c), |
minflok:
“(iv) |
jiżdied il-punt li ġej: 5. Il-punti 1 sa 4 japplikaw ukoll għall-vetturi tal-kategorija M1 li mhumiex kategorizzati bħala vetturi għal skopijiet speċjali iżda li huma vetturi aċċessibbli għas-siġġu tar-roti.”, |
aqra:
“(iv) |
jiżdied il-punt li ġej: 5. Il-punti 1 sa 4 japplikaw ukoll għall-vetturi tal-kategorija M1 li mhumiex kategorizzati bħala vetturi għal skopijiet speċjali iżda li huma vetturi aċċessibbli għas-siġġu tar-roti.”. |
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/32 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tas-7 ta’ Ġunju 2019 )
(1) |
Fil-paġna 18, l-Artikolu 6, il-paragrafu l-ġdid 1a, l-ewwel subparagrafu, |
minflok:
“1a. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, li huma wkoll G-SIIs jew li huma parti minn G-SII, u li ma għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.”,
aqra:
“1a. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, li huma wkoll entitajiet G-SII u li ma għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.”;
(2) |
Fil-paġna 20, l-Artikolu 11, il-paragrafu l-ġdid 3a, l-ewwel subparagrafu, |
minflok:
“3a. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, li huma G-SIIs, parti minn G-SII jew parti minn G-SII mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.”,
aqra:
“3a. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, li huma entitajiet G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.”;
(3) |
Fil-paġna 21, l-Artikolu l-ġdid 12a, it-tieni u t-tielet paragrafi, |
minflok:
“Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1)(a) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”,
aqra:
“Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(4) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(4) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”;
(4) |
Fil-paġna 21, l-Artikolu 13 issostitwit, il-paragrafu 2, |
minflok:
“2. L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma parti minn G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħhom.”,
aqra:
“2. L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma entitajiet G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħhom.”;
(5) |
Fil-paġna 23, l-Artikolu 22 issostitwit |
minflok:
“Artikolu 22
Subkonsolidazzjoni fil-każ ta’ entitajiet f’pajjiżi terzi
1. L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta’ rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f’tali impriża.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx irrekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta’ rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji tagħhom jew parteċipazzjonijiet f’pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja.”,
aqra:
“Artikolu 22
Subkonsolidazzjoni fil-każ ta’ entitajiet f’pajjiżi terzi
1. L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta’ rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali tagħhom fejn l-impriża prinċipali hija kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f’tali impriża.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta’ rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji u l-parteċipazzjonijiet f’pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja.”;
(6) |
Fil-paġna 34, l-Artikolu 72e ġdid, il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, definizzjonijiet |
minflok:
“LPi |
= |
l-ammont ta’ elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali; |
β |
= |
perċentwali ta’ strumenti ta’ fondi proprji u elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-impriża prinċipali; |
Oi |
= |
l-ammont ta’ fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu; |
Li |
= |
l-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu; |
ri |
= |
il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 45d tad-Direttiva 2014/59/UE; u”, |
aqra:
“LPi |
= |
l-ammont ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali; |
β |
= |
perċentwali ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-impriża prinċipali, ikkalkulat bħala:
|
Oi |
= |
l-ammont ta’ fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu; |
Li |
= |
l-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu; |
ri |
= |
il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) tad-Direttiva 2014/59/UE; u”; |
(7) |
Fil-paġna 37, l-Artikolu 1, il-punt (35), |
minflok:
“(35) |
fl-Artikolu 76, il-paragrafi 1, 2 u 3 jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69 u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta’ indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: (…) 2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista’ tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f’wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin: (...)””, |
aqra:
“(35) |
fl-Artikolu 76, it-titolu u l-paragrafi 1, 2 u 3 jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 76 Holdings tal-indiċi ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet 1. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69, tal-punt (a) tal-Artikolu 72f u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ pożizzjoni twila fi strument kapitali jew f’obbligazzjoni bil-porzjon ta’ indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: (…) 2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista’ tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti kapitali jew għall-obbligazzjonijiet inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f’wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin: (...)””; |
(8) |
Fil-paġna 38, l-Artikolu 78 issostitwit, il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ir-raba’ sentenza |
minflok:
“Fil-każ ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b’marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.”,
aqra:
“Fil-każ ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE u marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.”;
(9) |
Fil-paġna 42, l-Artikolu 82 issostitwit, |
minflok:
“Artikolu 82
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-profitt miżmum u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(…)
(c) |
dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.”, |
aqra:
“Artikolu 82
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(…)
(c) |
l-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, l-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali u l-elementi ta’ Grad 2 imsemmija fil-parti introduttorju ta’ dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.”; |
(10) |
Fil-paġna 43, l-Artikolu 92a l-ġdid, il-paragrafu 1, il-parti introduttorja |
minflok:
“1. Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni u li huma G-SII jew huma parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”,
aqra:
“1. Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni u li huma entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”;
(11) |
Fil-paġna 44, l-Artikolu 92a l-ġdid, il-paragrafu 3, |
minflok:
“3. Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l- Artikolu għal kull entità ta’ riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12a ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista’, wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikolu 45d(4) jew 45h(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.”,
aqra:
“3. Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l- Artikolu għal kull entità ta’ riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12a ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista’, wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikolu 45d(4) jew 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”;
(12) |
Fil-paġna 68, l-Artikolu 279a l-ġdid, il-paragrafu 1, il-punt (a), definizzjonijiet, |
minflok:
“T |
= |
id-data tal-iskadenza tal-opzjoni; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’data futura waħda biss, id- data tal-iskadenza hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’dati multipli futuri, id-data tal-iskadenza hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; id-data ta’ skadenza għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u”, |
aqra:
“T |
= |
il-perijodu bejn id-data tal-iskadenza tal-opzjoni (Texp) u d-data tal-irrappurtar; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’data futura waħda biss, Texp hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’dati multipli futuri, Texp hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; T għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u”; |
(13) |
Fil-paġna 70, l-Artikolu 279b l-ġdid, il-paragrafu 1, il-punt (a), il-formula, |
minflok:
“
fejn:
R |
= |
ir-rata ta’ skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %; |
S |
= |
il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u |
E |
= |
il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol.”, |
aqra:
“
fejn:
R |
= |
ir-rata ta’ skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %; |
S |
= |
il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; |
E |
= |
il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u |
SenaNegozju |
= |
sena waħda espressa f’jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax- xogħol.”; |
(14) |
Fil-paġna 73, l-Artikolu 280a l-ġdid, il-paragrafu 3, il-formula, |
minflok:
“”,
aqra:
“”;
(15) |
Fil-paġna 75, l-Artikolu 280c il-ġdid, il-paragrafu 3, il-formula, |
minflok:
“”,
aqra:
“”;
(16) |
Fil-paġna 77, l-Artikolu 280d il-ġdid, il-paragrafu 3, il-formula, |
minflok:
“”,
aqra:
“”;
(17) |
Fil-paġna 77, l-Artikolu 280d il-ġdid, il-paragrafu 4, il-formula, |
minflok:
“”,
aqra:
“”;
(18) |
Fil-paġna 78, l-Artikolu 280e l-ġdid, il-paragrafu 1, il-formula, |
minflok:
““,
aqra:
“”;
(19) |
Fil-paġna 78, l-Artikolu 280e l-ġdid, il-paragrafu 4, il-formula, |
minflok:
““,
aqra:
“”;
(20) |
Fil-paġna 78, l-Artikolu 280e l-ġdid, il-paragrafu 5, definizzjonijiet, |
minflok:
“
|
= |
il-fattur ta’ superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta’ hedging imsemmi fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, ; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, ;”, |
aqra:
“
|
= |
il-fattur ta’ superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta’ hedging imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku ; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, ;”; |
(21) |
Fil-paġna 89, l-Artikolu 325a l-ġdid, il-paragrafu 2, il-punt (c), |
minflok:
“(c) |
il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f’dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni ma jkunx disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni f’dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni ma jkunux disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il- valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;”, |
aqra:
“(c) |
il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f’dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunx disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar f’dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;”; |
(22) |
Fil-paġna 93, l-Artikolu 325f il-ġdid, il-paragrafu 8, definizzjonijiet, |
minflok:
“Sb =∑ k WSk għall-fatturi ta’ riskju kollha fil-bucket b u Sc=∑k WSk fil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal Sb u Sc jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta’ , l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-klassi ta’ riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta’ speċifikazzjoni alternattiva fejn”,
aqra:
“Sb = ∑ k WSk għall-fatturi ta’ riskju kollha fil-bucket b u Sc = ∑ k WSk fil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal Sb u Sc jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta’ , l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-klassi ta’ riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta’ speċifikazzjoni alternattiva fejn”;
(23) |
Fil-paġna 100, l-Artikolu 325r il-ġdid, il-paragrafu 4, definizzjonijiet, |
minflok:
“Vi (.) |
= |
il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta’ riskju k; u”, |
aqra:
“Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u”; |
(24) |
Fil-paġna 100, l-Artikolu 325r il-ġdid, il-paragrafu 5, definizzjonijiet, |
minflok:
“Vi (.) |
= |
il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta’ riskju k; u”, |
aqra:
“Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u”; |
(25) |
Fil-paġna 101, l-Artikolu 325s il-ġdid, il-paragrafu 1, il-formula, |
minflok:
“”,
aqra:
“”;
(26) |
Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 1, definizzjonijiet, |
minflok:
“Vnotional |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument; |
P&Ltwil |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil- valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf b’sinjal negattiv; u |
Aġġustamenttwil |
= |
l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fl-Aġġustamenttwil b’sinjal pożittiv u t-tnaqqis b’sinjal negattiv.” |
aqra:
“Vnozzjonali |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura; |
P&Ltwil |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil- valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv; u |
Aġġustamenttwil |
= |
fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formula b’sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv.”; |
(27) |
Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 2, definizzjonijiet, |
minflok:
“Vnotional |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument li għandu jidħol fil-formula b’sinjal negattiv; (...) |
Aġġustamentqasir |
= |
l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fl-Aġġustamentqasir b’sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fl-Aġġustamentqasir b’sinjal negattiv.”, |
aqra:
“Vnozzjonali |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura li għandu jidħol fil-formula b’sinjal negattiv; (...) |
Aġġustamentqasir |
= |
fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal negattiv.”; |
(28) |
Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 4, |
minflok:
“4. Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:
(a) |
fil-każ ta’ strumenti ta’ dejn, l-ammont nozzjonali huwa l-valur nominali tal-istrument tad-dejn; |
(b) |
fil-każ ta’ strumenti derivattivi fuq sottostanti tat-titolu tad-dejn, l-ammont nozzjonali huwa l-ammont nozzjonali tal-istrument derivattiv.”, |
aqra:
“4. Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:
(a) |
fil-każ ta’ bond, l-ammont nozzjonali huwa l-valur nominali tal-bond; |
(b) |
fil-każ ta’ opzjoni ta’ put mibjugħa fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa l-ammont nozzjonali tal-opzjoni; fil-każ ta’ opzjoni ta’ call mixtrija fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa ta’ 0.”; |
(29) |
Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 5, |
minflok:
“5. Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta’ JTD kif ġej, minflok jużaw il-formuli msemmija fil-paragrafi 1 u 2:
|
JTDtwila = massimu{LGD · V + P&Ltwila + Aġġustamenttwila; 0} |
|
JTDqasir = minimu{LGD · V + P&Lqasir + Aġġustamentqasir; 0} |
fejn:
JTDtwil |
= |
l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura twila; |
JTDqasir |
= |
l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura qasira; u |
V |
= |
il-valur ġust tal-ekwità jew, fil-każ ta’ strumenti derivattivi b’ekwitajiet sottostanti, il-valur ġust tal-ekwità sottostanti.”, |
aqra:
“5. Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta’ JTD kif ġej:
|
JTDtwil = massimu {LGD · Vnozzjonali + P&Ltwil + Adjustmenttwil; 0} |
|
JTDqasir = minimu {LGD · Vnozzjonali + P&Lqasir + Adjustmentqasir; 0} |
fejn:
JTDtwil |
= |
l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura twila; |
Vnozzjonali |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-espożizzjoni; l-ammont nozzjonali huwa l-valur ġust tal-ekwità għal strumenti tal-ekwità ta’ flus; għall-formola JTDqasir, l-ammont nozzjonali tal-istrument għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv; |
P&Ltwil |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf b’sinjal negattiv; |
Aġġustamenttwil |
= |
l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv; |
JTDqasir |
= |
l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura qasira; |
P&Lqasir |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formula b’sinjal negattiv; u |
Aġġustamentqasir |
= |
l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal negattiv.”; |
(30) |
Fil-paġna 105, l-Artikolu 325w l-ġdid, il-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), |
minflok:
“(a) |
kif l-istituzzjonijiet iridu jikkalkulaw l-ammonti ta’ JTD għat-tipi differenti ta’ strumenti f’konformità ma’ dan l-Artikolu;”, |
aqra:
“(a) |
kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-komponenti P&Ltwil, P&Lqasir, Aġġustamenttwil u Aġġustamentqasir meta jikkalkulaw l-ammonti ta’ JTD għat-tipi differenti ta’ strumenti f’konformità ma’ dan l-Artikolu;”; |
(31) |
Fil-paġna 109, l-Artikolu 325ad l-ġdid, il-paragrafu 4, il-formula |
minflok:
“”,
aqra:
“”;
(32) |
Fil-paġna 121, l-Artikolu 325ay, il-paragrafu 1, il-parti introduttorja, |
minflok:
“1. Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi tar-riskju ġenerali tar-rata ta’ imgħax (GIRR), il-parametru ta’ korrelazzjoni rkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:”,
aqra:
“1. Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi tar-riskju ġenerali tar-rata ta’ imgħax (GIRR), il-parametru ta’ korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:”;
(33) |
Fil-paġna 124, l-Artikolu 325bb il-ġdid, il-paragrafu 1, il-parti introduttorja |
minflok:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni imsemmija fil-punt (a) tal- Artikolu 325ba(1) għal kwalunkwe data partikolari “t” u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ġej:”,
aqra:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1) għal kwalunkwe data partikolari “t” u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet kif ġej:”;
(34) |
Fil-paġna 125, l-Artikolu 325bc il-ġdid, il-paragrafu 1, il-parti introduttorja, |
minflok:
“(c) |
għal portafoll partikolari ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien ‘t’ f’konformità mal-formula li ġejja: ”, |
aqra:
“(c) |
għal portafoll partikolari ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien ‘t’ f’konformità mal-formula li ġejja: ”; |
(35) |
Fil-paġna 127, l-Artikolu 325bd, il-paragrafu 4, il-parti introduttorja, |
minflok:
“4. Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f’konformità mal-punt (c) tal- Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta’ likwidità effettiv ta’ fattur ta’ riskju mudellabbli partikolari ta’ pożizzjoni partikolari fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi kkalkulat kif ġej:”,
aqra:
“4. Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta’ likwidità effettiv ta’ fattur ta’ riskju mudellabbli partikolari ta’ pożizzjoni partikolari tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:”;
(36) |
Fil-paġna 148, l-Artikolu 411 issostitwit, il-punt (4), |
minflok:
“(4) “sensar għad-depożiti” tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta’ konsumatur u depożiti ta’ kumpanniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji, ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;”,
aqra:
“(4) “sensar għad-depożiti” tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta’ konsumatur u depożiti ta’ kumpanniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn klijenti finanzjarji, ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;”;
(37) |
Fil-paġna 158, l-Artikolu 428k il-ġdid, il-paragrafu 3, il-parti introduttorja, |
minflok:
“3. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”,
aqra:
“3. L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”;
(38) |
Fil-paġna 159, l-Artikolu 428l il-ġdid, il-parti introduttorja, |
minflok:
“L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”
aqra:
“L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”;
(39) |
Fil-paġna 159, l-Artikolu 428l il-ġdid, il-punt (d), |
minflok:
“(d) |
kwalunkwe obbligazzjoni oħra b’maturità residwa ta’ minimu ta’ sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.”, |
aqra:
“(d) |
kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital oħra b’maturità residwa ta’ minimu ta’ sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.”; |
(40) |
Fil-paġna 169, l-Artikolu 428al il-ġdid, il-paragrafu 3, il-parti introduttorju |
minflok:
“3. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”,
aqra:
“3. L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”;
(41) |
Fil-paġna 169, l-Artikolu 428am il-ġdid, il-parti introduttorju, |
minflok:
“L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”,
aqra:
“L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:”;
(42) |
Fil-paġna 169, l-Artikolu 428am il-ġdid, il-punt (b), |
minflok:
“(b) |
obbligazzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn sena pprovduti minn:”, |
aqra:
“(b) |
obbligazzjonijiet u elementi jew strumenti tal-kapital b’maturità residwa ta’ inqas minn sena pprovduti minn:”; |
(43) |
Fil-paġna 175, l-Artikolu 429 issostitwit, il-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), |
minflok:
“(a) |
strument derivattiv li jkun kunsidrat bħala element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal- paragrafu 4, iżda huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat f’dak il-punt;”, |
aqra:
“(a) |
element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal-paragrafu 4 li huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu;”; |
(44) |
Fil-paġna 176, l-Artikolu 429a l-ġdid, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), |
minflok:
“(d) |
meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta’ investimenti fis-settur pubbliku u self promozzjonali;”, |
aqra:
“(d) |
meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta’ investimenti, u self promozzjonali;”; |
(45) |
Fil-paġna 178, l-Artikolu 429a l-ġdid, il-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, |
minflok:
“Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l- għajnuna mill-Istat u (…)”,
aqra:
“Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u (…)”;
(46) |
Fil-paġna 201, l-Artikolu 449a l-ġdid, it-tieni paragrafu, |
minflok:
“L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata fuq bażi annwali għall-ewwel sena u kull sentejn minn hemm ‘il quddiem.”,
aqra:
“L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata fuq bażi annwali għall-ewwel sena u darbtejn fis-sena minn hemm ‘il quddiem.”;
(47) |
Fil-paġna 209, l-Artikolu 461a l-ġdid, l-ewwel paragrafu, |
minflok:
“Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rappurtar previsti fl-Artikolu 430b(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 462, biex temenda dan ir-Regolament billi twettaq aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 325e, 325g sa 325j, 325p, 325q, 325ae, 325ak, 325am, 325ap sa 325at, 325av, 325ax, u tispeċifika (…)”,
aqra:
“Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rappurtar previsti fl-Artikolu 430b(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 462, biex temenda dan ir-Regolament billi twettaq aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 325e, 325g sa 325j, 325p, 325q, 325ae, 325ai, 325ak, 325am, 325ap sa 325at, 325av, 325ax, u tispeċifika (…)”;
(48) |
Fil-paġna 209, l-Artikolu 462 issostitwit, |
minflok:
“(…)
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mit-28 ta’ Ġunju 2013.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
(…)
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), u l-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandu jidħol biss fis-seħħ (…)”,
aqra:
“(…)
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), fl-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mit-28 ta’ Ġunju 2013.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), fl-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
(…)
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), l-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a għandu jidħol fis-seħħ (…)”;
(49) |
Fil-paġna 210, l-Artikolu 494 issostitwit, il-paragrafu 1, il-parti introduttorja, |
minflok:
“1. B’deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta’ Ġunju 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li jkunu G-SIIs jew parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”,
aqra:
“1. B’deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta’ Ġunju 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li jkunu entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”;
(50) |
Fil-paġna 211, l-Artikolu 494a l-ġdid, il-paragrafu 2, il-punt (a), |
minflok:
“(a) |
il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63(1), ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;”, |
aqra:
“(a) |
il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63, ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;”; |
(51) |
Fil-paġna 211, l-Artikolu 494b l-ġdid, il-paragrafu 3, |
minflok:
“3. B’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 72a(1), l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli meta jilħqu (…).”;
aqra:
“3. B’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 72a(1), l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli meta jilħqu (…).”;
(52) |
Fil-paġna 213, l-Artikolu 500 issostitwit, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), |
minflok:
“(c) |
l-ammont kumulattiv ta’ skoperturi inadempjenti disposti minn wara d- data tal-ewwel disponiment f’konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont kumulattiv tal-inadempjenzi kollha osservati sad-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).”, |
aqra:
“(c) |
l-ammont kumulattiv tal-iskoperturi inadempjenti disposti minn wara d-data tal-ewwel disponiment f’konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi inadempjenti kollha mid-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).”; |
(53) |
Fil-paġna 213, l-Artikolu 501 issostitwit, il-paragrafu 1, definizzjonijiet, |
minflok:
“E* |
= |
l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, is-sussidjarji tagħha, l-impriżi prinċipali tagħha u sussidjarji oħra ta’ dawk l-impriżi prinċipali, inkluż kwalunkwe skopertura inadempjenti, iżda bl-esklużjoni ta’ pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti żgurati fuq kollateral ta’ proprjetà, mill-SME jew il- grupp ta’ klijenti konnessi tal-SME.”, |
aqra:
“E* hija waħda mis-segwenti:
(a) |
l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, is-sussidjarji tagħha, l-impriżi prinċipali tagħha u sussidjarji oħra ta’ dawk l-impriżi prinċipali, inkluż kwalunkwe skopertura inadempjenti, iżda bl-esklużjoni ta’ pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti ggarantiti fuq kollateral ta’ proprjetà, mill-SME jew il-grupp ta’ klijenti konnessi tal-SME; |
(b) |
fejn l-ammont totali msemmi fil-punt (a) huwa ugwali għal 0, l-ammont tal-pretensjonijiet jew tal-pretensjonijiet kontinġenti kontra l-SME jew il-grupp ta’ klijenti konnessi tal-SME li huma ggarantiti fuq kollateral ta’ proprjetà residenzjali u li huma esklużi mill-kalkolu tal-ammont totali msemmi f’dak il-punt.”; |
(54) |
Fil-paġna 218, l-Artikolu 510, il-paragrafu 8 l-ġdid, |
minflok:
“8. Sat-28 ta’ Ġunju 2025, il-fatturi ta’ finanzjament stabbli meħtieġ applikati għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 428s(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 428v, għandhom jiżdiedu (…)”,
aqra:
“8. Sat-28 ta’ Ġunju 2025, il-fatturi ta’ finanzjament stabbli meħtieġ applikati għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 428s(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 428v, għandhom jiżdiedu (…)”.
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/48 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/955 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli, il-proċeduri u l-arranġamenti tekniċi għall-pubblikazzjonijiet u n-notifiki ta’ regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, tariffi u imposti, u li jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata għall-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS, kif ukoll il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 211 tal-15 ta’ Ġunju 2021 )
F’paġna 31, l-Artikolu 1,
minflok:
“Artikolu 1
Pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti, jew b’mod sħiħ fuq paġna web unika ddedikata tas-siti web tagħhom, jew fuq paġni web separati, li jistabbilixxu rispettivament l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għal fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) u għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS).
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw sommarji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’ mod ċar, konċiż u li jinftiehem faċilment, bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawk is-sommarji għandhom jiġu ppubblikati fuq l-istess paġna web bħall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew fin-naħa ta’ fuq jew fil-qiegħ ta’ dik il-paġna web.”,
aqra:
“Artikolu 1
Pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti, jew b’mod sħiħ fuq paġna web unika ddedikata tas-siti web tagħhom, jew fuq paġni web separati, li jistabbilixxu rispettivament l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għal fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) u għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS).
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw sommarji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’ mod ċar, konċiż u li jinftiehem faċilment, bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawk is-sommarji għandhom jiġu ppubblikati fuq l-istess paġna web bħall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew fin-naħa ta’ fuq jew fil-qiegħ ta’ dik il-paġna web.”;
F’paġna 35, fl-Anness I, it-tielet ċaħda ta’ responsabbiltà,
minflok:
“Ċaħda ta’ responsabbiltà: Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta’ liġijiet nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli u [Isem l-awtorità kompetenti] mhix responsabbli għal xi ommissjoni f’dik il-lista. Is-superviżjoni tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawn il-liġijiet mhijiex taħt is-superviżjoni ta’ [Isem l-awtorità kompetenti]. L-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti, u kwalunkwe rekwiżiti legali oħra, għandhom jiġu vvalutati qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew l-investiment f’[UCITS/AIF/UCITS jew AIF]. Fejn teżisti inċertezza, dawk li jikkummerċjalizzaw jew jinvestu f’UCITS jew AIFs għandhom jiksbu parir indipendenti dwar ir-rekwiżiti applikabbli għas-sitwazzjoni individwali tagħhom. ”,
aqra:
“Ċaħda ta’ responsabbiltà: Il-lista f’dan il-mudell hija lista mhux eżawrjenti ta’ liġijiet nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli u [Isem l-awtorità kompetenti] mhix responsabbli għal xi ommissjoni f’dik il-lista. Is-superviżjoni tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawn il-liġijiet mhijiex taħt is-superviżjoni ta’ [Isem l-awtorità kompetenti]. L-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti, u kwalunkwe rekwiżiti legali oħra, għandhom jiġu vvalutati qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew l-investiment f’[UCITS/AIF/UCITS jew AIF]. Fejn teżisti inċertezza, dawk li jikkummerċjalizzaw jew jinvestu f’UCITS jew AIFs għandhom jiksbu parir indipendenti dwar ir-rekwiżiti applikabbli għas-sitwazzjoni individwali tagħhom.”.
11.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/50 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1372 tas-17 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni fuq it-tagħlif ta’ annimali mrobbija li mhumiex ruminanti, għajr l-annimali bil-pil, bi proteina dderivata mill-annimali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 295 tat-18 ta’ Awwissu 2021 )
F’paġna 15, l-Anness, il-punt (5)(a), it-Taqsima A sostitwita fil-Kapitolu V tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-paragrafu 1, il-punti (m) u (n):
minflok:
“(m) |
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (b) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV, jipproduċu għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, maħsub għat-tjur tat-trobbija; |
(n) |
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (b) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV, jipproduċu għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, maħsub għall-annimali porċini;” |
aqra:
“(m) |
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (d) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV, jipproduċu għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, maħsub għat-tjur tat-trobbija; |
(n) |
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (d) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV, jipproduċu għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, maħsub għall-annimali porċini;”. |