|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1888
tas-27 ta’ Ottubru 2021
li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħrajn
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta jkun rilevanti, ir-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u minn korpi konsultattivi oħrajn, kif ukoll pariri mogħtija minn kunsilli konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi rilevanti ta’ kompetenza u r-rakkomandazzjonijiet konġunti magħmula mill-Istati Membri. |
|
(2) |
Il-Kunsill ser jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kondizzjonijiet li jkunu marbuta b’mod funzjonali ma’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk jew tip ta’ sajd. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li sal-2015 tinkiseb ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (maximum sustainable yield — “MSY”) meta jkun possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. L-objettiv tal-perijodu tranżitorju sal-2020 kien li tiġi bbilanċjata l-kisba tal-MSY għall-istokkijiet kollha bl-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi possibbli tal-aġġustamenti possibbli tal-opportunitajiet tas-sajd relatati. |
|
(4) |
Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (total allowable catches — TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd u filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (il-“pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd ser jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawk il-pjanijiet pluriennali. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 4(1) tal-pjan, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 tal-pjan kellhom jiġu ffissati biex tinkiseb il-mortalità mis-sajd bl-MSY, espressa f’meded, mill-aktar fis possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, l-aktar tard sal-2020. Għalhekk, il-limiti tal-qbid applikabbli fl-2022 għall-istokkijiet rilevanti fil-Baħar Baltiku jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi tal-pjan. |
|
(7) |
Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (International Council for the Exploration of the Sea — ICES) ippubblika l-parir annwali tiegħu dwar l-istokkijiet tal-Baltiku fit-28 ta’ Mejju 2021. Dan indika li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjonijiet 20 sa 24 tal-ICES kienet biss 54 % tal-valur ta’ referenza ta’ limitu tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi (Blim), li taħtu huwa possibbli li l-kapaċità riproduttiva titnaqqas. Barra minn hekk, ir-reklutaġġ għadu f’livelli storikament baxxi. Għalhekk, l-ICES ippubblika għar-raba’ sena konsekuttiva parir għal qabdiet żero għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139, għalhekk jenħtieġ li jiġu adottati l-miżuri ta’ rimedju xierqa kollha biex jiġi żgurat li l-istokk ikkonċernat jirritorna malajr għal livelli ’l fuq mil-livell li kapaċi jipproduċi l-MSY. Barra minn hekk, dik id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu adottati aktar miżuri ta’ rimedju. Jekk l-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent jiġu ffissati fil-livell indikat fil-parir tal-ICES, l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha f’sajd imħallat b’qabdiet inċidentali tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent iwassal għall-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti”. Sabiex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn, minn naħa, il-kontinwazzjoni tas-sajd għal stokkijiet oħra fid-dawl tal-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment severi u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jinkiseb status bijoloġiku tajjeb għall-istokk, filwaqt li titqies id-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f’sajd imħallat b’MSY fl-istess ħin, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC speċifika għall-qabdiet inċidentali tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent. Madankollu, l-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kif ukoll sajjieda kostali fuq skala żgħira li jistadu b’ċertu irkaptu passiv, jenħtieġ li jitħallew jistadu għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent. Jenħtieġ li l-livell tat-TAC ikun tali li l-mortalità ma tiżdiedx u li dan jipprovdi inċentivi għal titjib fis-selettività u fl-evitar. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, l-ICES seta’ mill-2019 jibbaża l-parir ta’ prekawzjoni tiegħu fuq valutazzjoni aktar rikka fid-data. L-ICES iqis li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant għadha inqas mill-Blim u kompliet tonqos mill-2020. Għalhekk, l-ICES ippubblika għat-tielet sena konsekuttiva parir għal qabdiet żero għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. Mill-2019, ġew adottati miżuri ta’ konservazzjoni stretti fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139, is-sajd immirat tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant ingħalaq u t-TAC għall-qabdiet inċidentali inevitabbli tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant ġiet stabbilita f’livell baxx ħafna biex jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti” f’sajd ieħor. Barra minn hekk, aktar miżuri ta’ rimedju relatati b’mod funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd ġew adottati fil-forma ta’ għeluq fiż-żmien riproduttiv u tal-projbizzjoni tas-sajd rikreattiv fiż-żona ewlenija ta’ distribuzzjoni. Minħabba l-parir tal-ICES u s-sitwazzjoni tal-istokk li baqgħet kif inhi, huwa xieraq li l-livell tal-opportunitajiet tas-sajd u l-miżuri ta’ rimedju marbuta b’mod funzjonali jinżammu kif inhuma. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, l-estimi xjentifiċi kienu indikaw għal diversi snin li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv kienet taħt il-punt ta’ referenza, li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Għalhekk f’dawn l-aħħar snin ġew adottati miżuri ta’ ġestjoni dejjem aktar stretti. Fl-2021 l-ICES iddeċieda li jwettaq valutazzjoni aktar fil-fond tas-sitwazzjoni tal-istokk u b’hekk ippospona l-parir tiegħu għall-10 ta’ Settembru 2021. Dik il-valutazzjoni żvelat li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent kienet inqas minn nofs l-istima preċedenti u li għal aktar minn 10 snin fil-biċċa l-kbira kienet inqas mill-Blim. Huwa stmat li l-bijomassa attwali hija madwar nofs il-Blim. Ir-reklutaġġ ilu storikament baxx mill-2018. L-ICES iqis li bi probabbiltà ta’ 53 % l-bijomassa tal-istokk tista’ tiżdied ftit aktar mill-Blim fl-2023 anki b’xi qabdiet. F’tali sitwazzjoni, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jenħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ rimedju u li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu ffissati b’tali mod li jiġi żgurat li l-istokk jirritorna malajr għal livell ’il fuq mil-livell li kapaċi jipproduċi l-MSY. Il-livell ta’ qabdiet rakkomandati huwa tant baxx li ma jistax jiflaħ kemm sajd dirett kif ukoll il-qabdiet inċidentali inevitabbli f’sajd ieħor, b’mod partikolari fis-sajd demersali għall-ħut ċatt. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC limitata għall-qabdiet inċidentali inevitabbli f’sajd ieħor biex jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti”, b’eżenzjoni għall-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241. Barra minn hekk, aktar miżuri ta’ rimedju marbuta b’mod funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd ġew adottati preċedentement fil-forma ta’ għeluq fiż-żmien riproduttiv u limitazzjonijiet fuq is-sajd rikreattiv. Minħabba d-deterjorament serju ulterjuri tal-istokk, huwa xieraq li l-għeluq fiż-żmien riproduttiv jiġi estiż mill-15 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu sabiex jiġi kopert il-perijodu li matulu l-bakkaljaw jaggrega qabel ir-riproduzzjoni. Jenħtieġ li tiġi introdotta eżenzjoni addizzjonali mill-għeluq fiż-żmien riproduttiv għal bastimenti tas-sajd li jistadu bi xbieki tat-tħammil għal molluski bivalvi fis-suddiviżjoni 22 tal-ICES f’ilmijiet ta’ inqas minn 20 metru fond, peress li dak is-sajd iseħħ barra miż-żoni fejn ibid il-merluzz u għandu qabdiet aċċessorji baxxi ħafna ta’ merluzz. Fir-rigward tas-sajd rikreattiv, għall-kuntrarju tas-snin preċedenti, l-ICES ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi separazzjoni bejn il-qabdiet kummerċjali u dawk rikreattivi, minħabba l-livell baxx tal-qabdiet totali rakkomandati. Minħabba l-kundizzjoni tal-istokk, huwa meħtieġ li l-limitu tal-qabda jitnaqqas kemm jista’ jkun sabiex jibqa’ fil-livelli tal-qabdiet rakkomandati mill-ICES. Barra minn hekk, huwa xieraq li s-sajd rikreattiv ma jibqax ikun eżentat mill-perijodu tal-għeluq fiż-żmien riproduttiv. |
|
(10) |
Fl-2020, l-ICES qies li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali niżlet taħt il-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Fl-2021, l-ICES qies li l-bijomassa kompliet tonqos u issa tinsab qrib il-Blim. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139. |
|
(11) |
Skont il-parir tal-ICES, il-bakkaljaw jinqabad inċidentalment fis-sajd tal-barbun tat-tbajja’. Il-laċċ ikħal jinqabad f’sajd imħallat mal-aringa u huwa speċi ta’ priża għall-bakkaljaw. Huwa xieraq li jitqiesu dawk l-interazzjonijiet bejn id-diversi speċijiet meta jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ u l-laċċ ikħal. |
|
(12) |
Fir-rigward tas-salamun fis-suddiviżjonijiet 22 sa 31 tal-ICES, l-ICES kien preċedentement iddikjara għal diversi snin li l-istatus tal-istokkijiet tax-xmajjar kien eteroġenju ħafna. Sabiex l-esperti jingħataw aktar żmien biex iqisu aħjar dik id-diverġenza, l-ICES iddeċieda li jipposponi l-parir tiegħu għall-15 ta’ Settembru 2021. Skont il-parir tal-ICES, il-qabdiet kummerċjali u rikreattivi kollha fil-baċir ewlieni, li b’mod inerenti huma sajd imħallat li jaqbad is-salamun minn stokkijiet b’saħħithom u dgħajfa tax-xmajjar, jenħtieġ li jitwaqqfu sabiex jiġu protetti l-istokkijiet dgħajfa tax-xmajjar. Madankollu, l-ICES iqis li s-sajd dirett eżistenti fiż-żoni kostali tal-Golf ta’ Bothnia u l-Baħar Aland jista’ jkompli matul il-migrazzjoni fis-sajf tas-salamun. Sabiex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-kontinwazzjoni tas-sajd fid-dawl tal-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment severi, u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jinkiseb status bijoloġiku tajjeb għall-istokk, filwaqt li titqies id-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f’sajd imħallat b’MSY fl-istess ħin, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC speċifika għall-qabdiet inċidentali tas-salamun f’dawk iż-żoni, bl-eżenzjoni ta’ operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241, u s-sajd kostali fit-Tramuntana tal-latitudni 59°30′N matul il-perijodu mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu. Minħabba l-parir tal-ICES, huwa xieraq li jiġu adottati aktar miżuri ta’ rimedju marbuta b’mod funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd. Jenħtieġ li l-użu ta’ konzijiet lil hinn minn erba’ mili nawtiċi jiġi pprojbit peress li tipikament dan huwa rkaptu użat biex jaqbad is-salamun. Barra minn hekk, f’dawk iż-żoni fejn is-sajd kummerċjali mhuwiex permess, jenħtieġ li jkun permess li jinżamm kuljum salamun bil-pinen maqtugħin wieħed biss għal kull petriċa kbira fis-sajd rikreattiv. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi evitat rapportar ħażin, il-kampjuni kollha ta’ kwalunkwe speċi ta’ ħut miżmuma jenħtieġ li jinħattu l-art sħaħ sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar. |
|
(13) |
Sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali, fl-2019 ġiet introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun mis-suddiviżjonijiet 22 sa 31 tal-ICES sas-suddiviżjoni 32 tal-ICES. Minħabba l-bidliet fl-opportunitajiet tas-sajd għal dawn iż-żewġ stokkijiet, huwa xieraq li dik il-flessibbiltà titnaqqas. |
|
(14) |
L-introduzzjoni ta’ projbizzjoni tas-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi u ta’ limitazzjoni tal-qabdiet inċidentali tat-trota tal-baħar għal 3 % tal-qabda mħallta tat-trota tal-baħar u tas-salamun ikkontribwiet sa ċertu punt għat-tnaqqis sostanzjali ta’ rapportar ħażin tal-qabdiet fis-sajd għas-salamun li qabel kien sinifikanti, b’mod partikolari bħala qabdiet ta’ trota tal-baħar. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm dik id-dispożizzjoni biex jinżamm livell baxx ta’ rapportar ħażin. |
|
(15) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd iffissati f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 34 tiegħu rigward ir-reġistrar ta’ qabdiet u l-isforz tas-sajd, u t-trażmissjoni ta’ data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni. |
|
(16) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (5) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs inkluż, skont l-Artikoli tiegħu 3 u 4, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiffissa t-TACs, il-Kunsill ser jiddeċiedi għal liema stokkijiet ma għandhomx japplikaw l-Artikolu 3 jew 4, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 introduċa l-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li l-flessibbiltà eċċessiva, li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, tfixkel l-ilħuq tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd u tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw biss għat-TACs analitiċi meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(17) |
Barra minn hekk, minħabba li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent u tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent hija inqas mill-Blim u li huwa permess biss sajd inċidentali, sajd xjentifiku u, fil-każ tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent, ċertu sajd kostali fuq skala żgħira fl-2022, l-Istati Membri li għandhom sehem ta’ kwota tat-TAC rilevanti impenjaw ruħhom li ma japplikawx il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal dawk l-istokkijiet fl-2022 sabiex il-qabdiet fl-2022 ma jaqbżux it-TAC stabbilita għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent u għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent. Barra minn hekk, minħabba li l-bijomassa tal-istokk tas-salamun tax-xmajjar ’l isfel mil-latitudni 59°30′N huma kważi kollha taħt il-limitu tal-punt ta’ referenza għall-produzzjoni tas-salamun żgħir (Rlim) u li f’dik iż-żona huwa permess biss sajd inċidentali u sajd xjentifiku fl-2022, l-Istati Membri rilevanti impenjaw ruħhom bl-istess mod rigward il-flessibbiltà minn sena għal oħra fir-rigward tal-qabdiet tas-salamun fil-baċir prinċipali fl-2022. |
|
(18) |
Is-sena tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES hija mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Ottubru. Sabiex ikun jista' jibda s-sajd fl-1 ta' Novembru 2021, u abbażi ta' parir xjentifiku ġdid u wara konsultazzjonijiet mar-Renju Unit, jeħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021. Jenħtieġ li dak it-TAC preliminari tiġi stabbilita f'konformità mal-parir tal-ICES ippubblikat fit-8 ta' Ottubru 2021. |
|
(19) |
Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 (6), it-tabella dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-kavall fil-Baħar tat-Tramuntana tirreferi għall-ilmijiet taż-żoni 3a u 4, l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a, l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3b, 3c u s-suddiviżjonijiet 22 sa 32 f’konformità mal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (7). Madankollu, fl-2021, il-konsultazzjonijiet dwar il-kavall bejn l-Istati kostali ma wasslux għal ftehim dwar l-arranġamenti ta’ aċċess bejn l-Unjoni, ir-Renju Unit u n-Norveġja. Għalhekk, l-Unjoni m’għandhiex aċċess biex tistad għall-kwota tagħha tal-kavall fl-ilmijiet Norveġiżi tal-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(20) |
Fl-2021, l-Unjoni kkonkludiet negozjati mar-Renju Unit dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-miżuri ta’ ġestjoni għal ċerti TACs għall-2021, inkluż għall-kavall, li jippermettu lill-Unjoni tistad għall-kwota tagħha tal-kavall fl-ilmijiet tar-Renju Unit. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li t-tabelli rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati skont dan biex jirriflettu d-delimitazzjonijiet taż-żona tas-sajd fl-ilmijiet tal-Baħar tat-Tramuntana għall-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni. |
|
(21) |
Fl-2021, l-Unjoni m’għandhiex aċċess biex tistad għall-kwota tagħha tal-kavall fl-ilmijiet Norveġiżi tal-Baħar tat-Tramuntana. Ir-Regolament (UE) 2021/92 jinkludi t-tabella dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-kavall fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a u jenħtieġ li jkun possibbli li l-kwota ta’ 13 359 tunnellata allokata lid-Danimarka tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tal-Baħar tat-Tramuntana. Jenħtieġ li tiddaħħal nota f’qiegħ il-paġna fit-tabella rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd biex id-Danimarka tkun tista’ tistad għal dik il-kwota fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tal-Baħar tat-Tramuntana. Ir-Renju Unit ġie ikkonsultat dwar dik il-possibbiltà u ma qajjem l-ebda oġġezzjoni dwar l-approċċ li jippermetti li dik il-kwota tiġi mistada f’dawk l-ilmijiet tar-Renju Unit mit-12 ta’ Ottubru 2021. |
|
(22) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (8), jipprevedu li l-Unjoni għandha tirċievi 7,7 % tat-TAC għall-kapelin li jinqabad fl-ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES. Fil-5 ta’ Ottubru 2021, l-Unjoni rċeviet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet ta’ Greenland li l-ICES ħareġ parir għall-kapelin għall-istaġun 2021/2022 fil-livell ta’ 904 200 tunnellata bħala TAC. Wara parir xjentifiku u abbażi tal-ftehim milħuq bejn Greenland, l-Iżlanda u n-Norveġja dwar il-kapelin, il-Gvern ta’ Greenland stabbilixxa kwota ta’ 135 630 tunnellata. F’konformità mal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni, Greenland tixtieq toffri lill-Unjoni 69 623 tunnellata ta’ kapelin, li jammontaw għal 7,7 % tat-TAC totali. Dik it-TAC issa għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ dak. Barra minn hekk, Greenland, l-Iżlanda u n-Norveġja qablu, bħala parti mill-arranġament qafas tagħhom dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-kapelin, dwar arranġamenti ġodda għall-istaġun tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ ukoll li l-bidla tiġi riflessa fl-istaġun tas-sajd, li issa għandu jirreferi għal perijodu mill-15 ta’ Ottubru 2021 sal-15 ta’ April 2022. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni tagħti awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Venezwela biex dawn ikunu jistgħu jistadu għall-isnapper fl-ilmijiet tal-Unjoni ’l barra mill-kosta tal-Guyana Franċiża. L-emenda proposta għandha l-għan li tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tas-sajd matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni bejn sentejn taħt ċerti kondizzjonijiet. |
|
(24) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2021/92 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(25) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward il-Baħar Baltiku jenħtieġ li jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. Il-limiti ta’ qbid previsti fir-Regolament (UE) 2021/92 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021. Id-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament li jirrigwardaw dawk il-limiti ta’ qbid jenħtieġ li għalhekk japplikaw ukoll mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit fid-diviżjoni 2a tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2022. Fid-dawl tal-ħtieġa li jitkomplew l-attivitajiet tas-sajd sostenibbli u li jibda s-sajd rilevanti fil-ħin għall-ftuħ tal-istaġun tas-sajd, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti ta’ qbid għall-kavall fl-ilmijiet tan-Norveġja tal-Baħar tat-Tramuntana u l-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES jenħtieġ li japplikaw mit-12 ta’ Ottubru 2021 u mill-15 ta’ Ottubru 2021 rispettivament. Minħabba li l-opportunitajiet ta’ sajd ikkonċernati jew għadhom ma ġewx eżawriti jew ser jinżdiedu permezz ta’ dan ir-Regolament, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u l-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi ma humiex affettwati mill-applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament. Għal raġunijiet urġenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar Baltiku għall-2022 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħrajn stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/92.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma’ b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“suddiviżjoni” tfisser suddiviżjoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) tal-Baħar Baltiku kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
|
(2) |
“qabda totali permissibbli” (total allowable catch -TAC) tfisser il-kwantità ta’ kull stokk li tista’ tinqabad f’perijodu ta’ sena; |
|
(3) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
|
(4) |
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbuta b’mod funzjonali magħhom, meta jkun xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stabbilit f’dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
l-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
it-tnaqqis u r-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew ittrasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(e) |
tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet inċidentali
L-istokkijiet ta’ speċijiet mhux fil-mira fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jikkwalifikaw għad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu mal-kwoti rilevanti huma identifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Għeluq biex jipproteġi l-bakkaljaw li jkun qed ibid
1. Għandu jiġi pprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu.
2. Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241; |
|
(b) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet f’erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; |
|
(c) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 25 għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkaptu b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 50 metru skont il-koordinati fuq il-mappa uffiċjali tal-baħar maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom. |
3. Għandu jiġi pprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 mill-15 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu u fis-suddiviżjoni 24 mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu.
4. Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 3 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241; |
|
(b) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet f’erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; |
|
(c) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 24 għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkaptu b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 40 metru skont il-koordinati fuq il-mappa uffiċjali tal-baħar maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom; |
|
(d) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu bil-gangmi għall-molluski bivalvi fis-suddiviżjoni 22, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fuq il-mappa uffiċjali tal-baħar maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd kif imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b) jew (c), u fil-paragrafu 4, il-punt (b), (c) jew (d), għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru.
Artikolu 8
Miżuri dwar is-sajd rikreattiv tal-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 22 sa 26
1. Fis-sajd rikreattiv, jista’ jinżamm mhux aktar minn kampjun wieħed ta’ bakkaljaw għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22 u 23, u fis-suddiviżjoni 24 sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, ħlief fil-perijodu mill-15 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu, meta s-sajd rikreattiv tal-bakkaljaw għandu jkun ipprojbit.
2. Is-sajd rikreattiv tal-bakkaljaw għandu jiġi pprojbit fis-suddiviżjoni 24 lil hinn mis-sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, u fis-suddiviżjonijiet 25 u 26.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 9
Miżuri dwar is-sajd rikreattiv tas-salamun fis-suddiviżjonijiet 22 sa 31
1. Is-sajd rikreattiv tas-salamun għandu jiġi ipprojbit fis-suddiviżjonijiet 22 sa 31. Kull kampjun ta’ salamun maqbud għandu jiġi rilaxxat minnufih lura fil-baħar.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, is-sajd rikreattiv tas-salamun għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
ma jistax jinżamm aktar minn kampjun wieħed ta’ salamun bil-pinen maqtugħin għal kull sajjied kuljum; |
|
(b) |
il-kampjuni kollha ta’ kull speċi ta’ ħut miżmuma għandhom jinħattu l-art sħaħ. |
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, is-sajd rikreattiv tas-salamun fit-Tramuntana tal-latitudni 59°30′N għandu jsir mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu mingħajr restrizzjonijiet f’żoni sa erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi.
4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 10
Miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tat-trota tal-baħar u tas-salamun fis-suddiviżjonijiet 22 sa 32
1. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd jistadu għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-suddiviżjonijiet 22-32 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022. Meta jsir is-sajd għas-salamun lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mil-linji bażi fis-suddiviżjoni 32, il-qabdiet inċidentali tat-trota tal-baħar ma għandhomx jaqbżu t-3 % tal-qabda totali tas-salamun u tat-trota tal-baħar fi kwalunkwe mument abbord jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.
2. Is-sajd bil-konzijiet lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-suddiviżjonijiet 22-31 għandu jkun ipprojbit.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 11
Flessibbiltà
1. Għajr meta jiġi speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.
2. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikawx meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 12
Trażmissjoni tad- data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data relatata mal-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art lill-Kummissjoni, dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/92
Ir-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness IA huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fl-Anness IB, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
fl-Anness V, Parti B, tiżdied in-nota segwenti ta qiegħ il-paġna relatata mal-Venezwela fit-tabella li tistabbilixxi l-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni:
|
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
B’deroga mit-tieni paragrafu:
|
(a) |
l-Artikolu 13, punti (1)(a), (1)(b) u (1)(e) u l-punt (3), għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021; |
|
(b) |
l-Artikolu 13, punt (1)(c), għandu japplika mit-12 ta’ Ottubru 2021; |
|
(c) |
l-Artikolu 13, punt (2), għandu japplika mill-15 ta’ Ottubru 2021 sal-15 ta’ April 2022; |
|
(d) |
l-Artikolu 13, punt (1)(d), għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2022. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).
(7) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.
(8) ĠU L 175, 18.5.2021, p. 3.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
ANNESS
TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIŻ-ŻONI LI GĦALIHOM JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U SKONT IŻ-ŻONA
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Clupea harengus |
HER |
Aringa |
|
Gadus morhua |
COD |
Bakkaljaw |
|
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja’ |
|
Salmo salar |
SAL |
Salamun tal-Atlantiku |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
Tabella 1
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 30-31 (HER/30/31.) |
|
|
Il-Finlandja |
91 287 |
|
TAC analitika |
|
|
L-Iżvezja |
20 058 |
|
||
|
L-Unjoni |
111 345 |
|
||
|
TAC |
111 345 |
|
||
|
|
||||
Tabella 2
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22 sa 24 (HER/3BC+24) |
|
|
Id-Danimarka |
110 |
(1) |
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
|
|
Il-Ġermanja |
435 |
(1) |
||
|
Il-Finlandja |
0 |
(1) |
||
|
Il-Polonja |
103 |
(1) |
||
|
L-Iżvezja |
140 |
(1) |
||
|
L-Unjoni |
788 |
(1) |
||
|
TAC |
788 |
(1) |
||
|
(1) |
Għall-qabdiet inċidentali biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota. B’deroga mill-ewwel paragrafu, attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-aringa sakemm dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241. B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd ta’ din il-kwota huwa permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil, bix-xlief, bix-xbieki mirfuda f’post fiss jew bi rkapti tat-trejjix. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata fi kwalunkwe ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru. |
|||
Tabella 3
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 (HER/3D-R30) |
|
|
Id-Danimarka |
1 180 |
|
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
|
|
Il-Ġermanja |
313 |
|
||
|
L-Estonja |
6 028 |
|
||
|
Il-Finlandja |
11 766 |
|
||
|
Il-Latvja |
1 488 |
|
||
|
Il-Litwanja |
1 566 |
|
||
|
Il-Polonja |
13 367 |
|
||
|
L-Iżvezja |
17 945 |
|
||
|
L-Unjoni |
53 653 |
|
||
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|||
Tabella 4
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Is-suddiviżjoni 28.1 (HER/03D.RG) |
|
|
L-Estonja |
22 026 |
|
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
|
|
Il-Latvja |
25 671 |
|
||
|
L-Unjoni |
47 697 |
|
||
|
TAC |
47 697 |
|
||
Tabella 5
|
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-32 (COD/3DX32.) |
|
|
Id-Danimarka |
137 |
(1) |
TAC prekawzjonarja L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
|
|
Il-Ġermanja |
54 |
(1) |
||
|
L-Estonja |
13 |
(1) |
||
|
Il-Finlandja |
10 |
(1) |
||
|
Il-Latvja |
51 |
(1) |
||
|
Il-Litwanja |
33 |
(1) |
||
|
Il-Polonja |
159 |
(1) |
||
|
L-Iżvezja |
138 |
(1) |
||
|
L-Unjoni |
595 |
(1) |
||
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|||
|
(1) |
Għall-qabdiet inċidentali biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota. B’deroga mill-ewwel paragrafu, attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw sakemm dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241. |
|||
Tabella 6
|
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22 sa 24 (COD/3BC+24) |
|
|
Id-Danimarka |
214 |
(1) |
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
|
|
Il-Ġermanja |
104 |
(1) |
||
|
L-Estonja |
5 |
(1) |
||
|
Il-Finlandja |
4 |
(1) |
||
|
Il-Latvja |
18 |
(1) |
||
|
Il-Litwanja |
11 |
(1) |
||
|
Il-Polonja |
57 |
(1) |
||
|
L-Iżvezja |
76 |
(1) |
||
|
L-Unjoni |
489 |
(1) |
||
|
TAC |
489 |
(1) |
||
|
(1) |
Għall-qabdiet inċidentali biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota. B’deroga mill-ewwel paragrafu, attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw sakemm dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241. |
|||
Tabella 7
|
Speċi: |
Barbun tat-tbajja’ Pleuronectes platessa |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22 sa 32 (PLE/3BCD-C) |
|
|
Id-Danimarka |
6 483 |
|
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
|
|
Il-Ġermanja |
720 |
|
||
|
Il-Polonja |
1 358 |
|
||
|
L-Iżvezja |
489 |
|
||
|
L-Unjoni |
9 050 |
|
||
|
TAC |
9 050 |
|
||
Tabella 8
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22 sa 31 (SAL/3BCD-F) |
|
|
Id-Danimarka |
13 223 |
(1)(2) |
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
|
|
Il-Ġermanja |
1 471 |
(1)(2) |
||
|
L-Estonja |
1 344 |
(1)(2)(3) |
||
|
Il-Finlandja |
16 488 |
(1)(2) |
||
|
Il-Latvja |
8 411 |
(1)(2) |
||
|
Il-Litwanja |
989 |
(1)(2) |
||
|
Il-Polonja |
4 011 |
(1)(2) |
||
|
L-Iżvezja |
17 874 |
(1)(2) |
||
|
L-Unjoni |
63 811 |
(1)(2) |
||
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|||
|
(1) |
Espress fl-għadd ta’ ħut individwali. |
|||
|
(2) |
Għall-qabdiet inċidentali biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota. B’deroga mill-ewwel paragrafu, attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għas-salamun sakemm dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241. B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd ta’ din il-kwota huwa permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fit-Tramuntana tal-latitudni 59°30′N f’żoni sa erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi matul il-perijodu mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu. |
|||
|
(3) |
Kondizzjoni speċjali: jista’ jsir sajd sa mhux aktar minn 450 kampjun ta’ din il-kwota fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/*3D32). |
|||
Tabella 9
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/3D32.) |
|
|
L-Estonja |
969 |
(1) |
TAC prekawzjonarja |
|
|
Il-Finlandja |
8 486 |
(1) |
||
|
L-Unjoni |
9 455 |
(1) |
||
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|||
|
(1) |
Espress fl-għadd ta’ ħut individwali. |
|||
Tabella 10
|
Speċi: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22 sa 32 (HER/3BCD-C) |
|
|
Id-Danimarka |
24 852 |
|
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
|
|
Il-Ġermanja |
15 745 |
|
||
|
L-Estonja |
28 859 |
|
||
|
Il-Finlandja |
13 010 |
|
||
|
Il-Latvja |
34 855 |
|
||
|
Il-Litwanja |
12 608 |
|
||
|
Il-Polonja |
73 969 |
|
||
|
L-Iżvezja |
48 045 |
|
||
|
L-Unjoni |
251 943 |
|
||
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|
||
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/20 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1889
tat-23 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tal-estensjoni ta’ miżuri għall-eżenzjoni temporanja mir-regoli dwar l-użu tas-slots minħabba l-kriżi tal-COVID-19
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-pandemija tal-COVID-19 għadha qed tikkawża tnaqqis fit-traffiku tal-ajru bħala riżultat ta’ tnaqqis sinifikanti fid-domanda għall-ivvjaġġar bl-ajru u minħabba miżuri diretti li ttieħdu mill-Istati Membri kif ukoll minn pajjiżi terzi biex jikkontrollaw it-tifrix tal-COVID-19. Il-Eurocontrol irrapportat li fl-ewwel nofs tal-2021, it-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru taż-ŻEE kien pjuttost stabbli u kien jammonta għal madwar 38 % tat-traffiku tal-ajru tal-2019 fil-perjodu korrispondenti b’xejra ’l fuq. Skont it-tbassir tal-Eurocontrol, it-traffiku medju annwali tal-ajru huwa mistenni li jilħaq 50 % u 72 % fl-2021 u fl-2022 rispettivament, abbażi tal-aktar xenarju realistiku ta’ tbassir. |
|
(2) |
Ċirkostanzi bħal dawn huma barra mill-kontroll tat-trasportaturi tal-ajru u l-kanċellazzjonijiet volontarji jew obbligatorji konsegwenti tas-servizzi tal-ajru mit-trasportaturi tal-ajru f’konformità mad-domanda li qed tevolvi huma rispons meħtieġ jew leġittimu għal dawk iċ-ċirkostanzi. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, interpretat flimkien mal-Artikolu 10(2), it-trasportaturi tal-ajru għandhom jużaw mill-anqas 80 % ta’ serje ta’ slots allokati lilhom, jew jitilfu l-preċedenza storika għal dawk is-slots, magħrufa bħala r-regola “tużah jew titilfu”. Fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19, u biex tiġi protetta s-saħħa finanzjarja tat-trasportaturi tal-ajru u jiġi evitat l-impatt ambjentali negattiv ta’ titjiriet vojta jew fil-biċċa l-kbira vojta operati biss għall-finijiet taż-żamma ta’ slots tal-ajruporti sottostanti, ir-regola “tużah jew titilfu” ġiet sospiża mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Marzu 2021. |
|
(4) |
Fis-16 ta’ Frar 2021, u minħabba l-impatt kontinwu tal-kriżi tal-COVID-19 fuq it-traffiku tal-ajru, l-Unjoni emendat ir-Regolament (KEE) Nru 95/93 biex tagħti aktar eżenzjonijiet lil-linji tal-ajru mir-regola “tużah jew titilfu” matul il-perjodu ta’ skedar tas-sajf tal-2021 billi ssospendiet ir-regola għal perjodu ulterjuri mit-28 ta’ Marzu 2021 sat-30 ta’ Ottubru 2021. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 10a(5) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-perjodu ta’ sospensjoni tar-regola “tużahjew titilfu” stabbilita fl-Artikolu 10a(3). |
|
(6) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 10a(5) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, fejn strettament meħtieġ sabiex tindirizza l-impatt li qed jevolvi tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-livelli tat-traffiku tal-ajru, atti delegati biex temenda r-rata tal-użu tas-slots f’medda ta’ bejn 30 % u 70 %. |
|
(7) |
Minkejja żieda gradwali, il-livelli tat-traffiku tal-ajru fl-ewwel nofs tal-2021 għadhom baxxi meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2019, b’medja ta’ madwar 38 % tat-traffiku tal-ajru tal-2019 fil-perjodu korrispondenti. Filwaqt li jiġu rikonoxxuti d-diffikultajiet fit-tbassir preċiż tal-perkors ta’ rkupru tal-livelli tat-traffiku tal-ajru, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li s-sitwazzjoni tippersisti fil-futur qarib bi tnaqqis kostanti tad-distakk bejn it-traffiku tal-ajru fl-2021 meta mqabbel mal-2019. Abbażi tat-tbassir ta’ erba’ snin tal-Eurocontrol tal-21 ta’ Mejju 2021, fl-aktar xenarju probabbli, li jassumi li t-tilqim jenħtieġ li jikseb l-effikaċja fl-2022, il-livelli annwali tat-traffiku jilħqu medja annwali ta’ 50 % sa 72 % tal-livelli korrispondenti tal-2019, fl-2021 u fl-2022 rispettivament. Abbażi tat-tbassir disponibbli ta’ kull xahar tal-Eurocontrol għall-2021 u l-medja annwali disponibbli tal-Eurocontrol għall-2022, it-traffiku tal-ajru matul il-perjodu ta’ skedar tax-xitwa 2021/2022 huwa mistenni li jkun ta’ 70 % tal-livelli tal-2019. |
|
(8) |
Id-data miġbura mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard turi li t-tnaqqis persistenti tat-traffiku tal-ajru huwa r-riżultat tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19. Id-data disponibbli turi korrelazzjoni bejn in-numri ta’ każijiet li qed jevolvu u r-risponsi tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi għal dawk in-numri li qed jevolvu, billi jadottaw miżuri li għandhom impatt fuq l-ivvjaġġar bl-ajru, u jirriżultaw fi tnaqqis fit-traffiku tal-ajru. Miżuri bħal dawn, li jistgħu jiġu implimentati jew jitneħħew fi żmien qasir ħafna, jikkontribwixxu għal atmosfera ta’ inċertezza u jħallu impatt negattiv fuq il-fiduċja tal-konsumatur u l-imġiba tal-prenotazzjonijiet. |
|
(9) |
Minħabba n-numri ta’ każijiet li qed jevolvu tal-COVID-19 u t-tixrid possibbli ta’ varjanti ġodda, huwa raġonevoli li wieħed jistenna għadd sinifikanti ta’ kanċellazzjonijiet bħala konsegwenza tal-kriżi tal-COVID-19 matul il-perjodu ta’ skedar tax-xitwa li ġej, mill-31 ta’ Ottubru 2021 sas-26 ta’ Marzu 2022, jekk il-linji tal-ajru jkunu meħtieġa joperaw il-portafolli tas-slots kollha tagħhom tal-2019 f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 95/93. |
|
(10) |
Għalhekk huwa meħtieġ li l-perjodu stabbilit fl-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 jiġi estiż mill-31 ta’ Ottubru 2021 sas-26 ta’ Marzu 2022. |
|
(11) |
Id-domanda għall-ivvjaġġar matul il-perjodu ta’ skedar tax-xitwa mill-31 ta’ Ottubru 2021 sas-26 ta’ Marzu 2022 xorta tista’ tibqa’ baxxa minkejja l-progress tal-kampanji ta’ tilqim, aktar sikurezza għall-ivvjaġġar, u t-tnaqqis gradwali fil-pajjiżi ta’ miżuri li għandhom impatt fuq l-ivvjaġġar. Domanda baxxa persistenti matul il-perjodu ta’ skedar tax-xitwa x’aktarx tista’ tkun indikazzjoni ta’ bidliet strutturali fit-tul fis-suq u fl-imġiba tal-konsumatur. Għalhekk, ir-rata tal-użu tas-slots jenħtieġ li, minn naħa, tevita konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-linji tal-ajru u impatti ambjentali negattivi minħabba titjiriet vojta jew fil-biċċa l-kbira vojta operati biss biex jinżammu d-drittijiet storiċi fuq is-slots, u min-naħa l-oħra, jew jinċentivaw lil-linji tal-ajru biex jagħmlu użu effiċjenti mill-kapaċità tal-ajruport, jew jirrilaxxaw is-slots fil-ġabra għal utenti oħra sabiex jiżguraw l-użu effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruport. |
|
(12) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rata tal-użu tas-slots tiġi stabbilita b’rata li tiggarantixxi ammont minimu ta’ servizzi sabiex tiżdied il-fiduċja tal-passiġġieri, l-użu effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruport matul il-perjodu ta’ skedar tax-xitwa 2021/2022 u konnettività affidabbli. |
|
(13) |
Jenħtieġ li r-rata tal-użu tas-slots tqis ukoll bidliet strutturali aktar fit-tul fl-imġiba tas-suq u tal-konsumatur, sabiex is-suq ikun jista’ jadatta gradwalment għad-domanda li qed tinbidel u jiftaħ l-aċċess għall-kapaċità għall-perjodu ta’ skedar tax-xitwa 2022/2023. B’mod partikolari, peress li xi linji tal-ajru għamlu użu minn slots ad hoc matul l-2020 u l-bidu tal-2021 mingħajr ma kisbu slots storiċi. |
|
(14) |
Għalhekk, ir-rata tal-użu tas-slots għall-perjodu ta’ skedar tax-xitwa 2021/2022 jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 50 %. |
|
(15) |
Filwaqt li huwa ġeneralment preżunt li t-trasportaturi tal-ajru joperaw malli terġa’ tiżdied id-domanda, limitu ta’ użu aktar baxx joħloq ir-riskju li xi trasportaturi jistgħu jillimitaw l-operazzjonijiet f’xi ajruporti għall-minimu meħtieġ biss għall-fini li jżommu d-drittijiet storiċi f’dawk is-slots għad-detriment tal-kompetituri, tal-operaturi tal-ajruporti u tal-konsumaturi. Ir-rilaxx possibbli ta’ xi kapaċità tal-ajruport minħabba din ir-rata ta’ użu ġdida x’aktarx li ma jikkawżax tfixkil serju fl-operazzjonijiet u n-networks tal-linji tal-ajru, mentri kieku rata ta’ użu ogħla tfixkilhom. |
|
(16) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, b’mod partikolari għall-koordinaturi tas-slots u l-operaturi tal-ajru, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Fir-rigward tas-slots li ma kinux saru disponibbli għall-koordinatur għar-riallokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2a), matul il-perjodu mit-28 ta’ Marzu 2021 sas-26 ta’ Marzu 2022 u għall-finijiet tal-Artikoli 8(2) u 10(2), jekk trasportatur tal-ajru juri, għas-sodisfazzjon tal-koordinatur, li s-serje ta’ slots inkwistjoni ġiet operata, kif awtorizzata mill-koordinatur, minn dak it-trasportatur tal-ajru għal mill-anqas 50 % tal-ħin matul il-perjodu ta’ skedar mit-28 ta’ Marzu 2021 sat-30 ta’ Ottubru 2021, u 50 % tal-ħin matul il-perjodu ta’ skedar mill-31 ta’ Ottubru 2021 sas-26 ta’ Marzu 2022, it-trasportatur tal-ajru għandu jkun intitolat għall-istess serje ta’ slots għall-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss.
Fir-rigward tal-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-valuri perċentwali msemmija fl-Artikolu 10(4) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(6) għandhom ikunu ta’ 50 % għall-perjodu ta’ skedar mit-28 ta’ Marzu 2021 sat-30 ta’ Ottubru 2021, u 50 % għall-perjodu ta’ skedar mill-31 ta’ Ottubru 2021 sas-26 ta’ Marzu 2022.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/23 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1890
tat-2 ta’ Awwissu 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi regoli dettaljati dwar standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħaxix. |
|
(2) |
Mill-2018 sal-2020, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandards tal-Kwalità Agrikola tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) irreveda l-istandards tal-UNECE għall-bżar ħelu (2018 & 2020), l-għeneb tal-mejda (2019 & 2020), it-tuffieħ u l-lanġas (2020). Sabiex jiġu evitati ostakli għall-kummerċ li mhumiex neċessarji, l-istandards speċifiċi u ġenerali għal dawk il-frott u l-ħaxix ipprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jeħtieġ li jinġiebu konformi mal-istandards ġodda tal-UNECE. |
|
(3) |
Meta jitqies li dawk l-istandards riveduti tal-UNECE ġew ippreżentati b’suċċess għall-approvazzjoni tal-Istati Membri skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2104 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-UNECE dwar l-Istandards tal-Kwalità Agrikola (UNECE-WP.7) (3). |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2104 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta' Ħidma dwar Standards ta' Kwalità Agrikoli tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE-WP.7) fir-rigward ta' proposti dwar standards ta' kwalità għal frott u ħaxix (ĠU L 303, 18.11.2017, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3
PARTI A
Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni
L-għan ta’ dan l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità tal-frott u l-ħaxix, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru. |
1. Rekwiżiti minimi
Bla preġudizzju għat-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:
|
— |
intatti, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi, |
|
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:
|
— |
jifilħu għat-trasport u l-ġarr, |
|
— |
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
2. Rekwiżiti minimi tal-maturità
Il-prodotti jridu ikunu żviluppati biżżejjed iżda mhux iżżejjed, u l-frott irid ikun jidher li sar b'mod sodisfaċenti u ma għandux ikun misjur iżżejjed.
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-prodotti jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.
3. Tolleranza
F’kull lot għandha tiġi permessa tolleranza ta’ 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità. F’din it-tolleranza ma għandux ikun hemm iktar minn 2% mit-total li jkun jikkonsisti fi prodott li beda jitħassar.
4. Marka
Kull pakkett (1) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz fiżiku ta’ min jippakkja u/jew l-ispeditur (pereżempju: triq/belt/reġjun/kodiċi postali u, jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Oriġini
L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini (2). Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż tad-destinazzjoni.
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI B
L-Istandards Speċifiċi tal-Kummerċjalizzazzjoni
PARTI 1: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għat-tuffieħ ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tuffieħ għandu jkun:
|
— |
intatt, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
ħieles minn taħsir fuq ġewwa (watercore), ħlief għall-varjetajiet immarkati b’“V” elenkati fl-appendiċi ta’ dan l-istandard, |
|
— |
ħieles minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:
|
— |
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Rekwiżiti tal-maturità
It-tuffieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b'mod sodisfaċenti.
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tuffieħ iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.
Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi ta' maturità, jistgħu jitqiesu għadd ta' parametri (pereżempju l-aspett morfoloġiku, it-togħma, kemm hu sod il-prodott u l-indiċi refrattometriku tiegħu).
C. Klassifikazzjoni
It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.
(i) Klassi "Extra"
It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (3) u z-zokk irid ikun intatt.
It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:
|
— |
3/4 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A, |
|
— |
1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B, |
|
— |
1/3 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C, |
|
— |
l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D. |
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difetti żgħar ħafna fil-qoxra, |
|
— |
b'qoxra li hija kemxejn ħoxna u ħamra samranija (russeting) (4) bħal pereżempju:
|
(ii) Klassi I
It-tuffieħ f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (5).
It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:
|
— |
1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A, |
|
— |
1/3 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B, |
|
— |
1/10 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C, |
|
— |
l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D. |
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma, |
|
— |
difett żgħir fl-iżvilupp, |
|
— |
difett żgħir fil-kulur, |
|
— |
dbabar ħfief li mhumiex ikbar minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-kulur, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
|
|
— |
b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (6) bħal pereżempju:
|
Iz-zokk jista' jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra ta' maġenbha ma tkunx imħassra.
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm it-tuffieħ iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
difetti fl-iżvilupp, |
|
— |
difetti fil-kulur, |
|
— |
dbabar ħfief li ma jaqbżux il-1.5 cm2 tal-erja tal-wiċċ li tista' tkun tilfet kemxejn il-kulur, |
|
— |
difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:
|
|
— |
b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (7) bħal pereżempju
|
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi stabbilit jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.
Id-daqs minimu għandu jkun ta' 60 mm, jekk jitkejjel skont id-dijametru jew 90 g jekk jiġi mkejjel skont il-piż. Frott ta' daqs iżgħar jista' jiġi aċċettat, jekk il-livell Brix (8) tal-prodott ikun ta' 10.5° Brix jew akbar u d-daqs ma jkunx iżgħar minn 50 mm jew 70 g.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
|
|
(b) |
għall-frott imkejjel skont il-piż:
|
M’hemmx rekwiżit dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.
Varjetajiet ta’ tuffieħ ċkejken, immarkati b’“M” fl-appendiċi għal dan l-istandard, huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar id-daqs. Dawk il-varjetajiet ċkejknin għandu jkollhom livell Brix (9) minimu ta’ 12°.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta' :
|
— |
5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu, |
|
— |
10 g jew iktar inqas mill-piż minimu. |
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta' sajran.
Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.
Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. B'mod partikolari, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta' aktar minn 3 kg għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, partikolarment karti jew bolol li fihom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess, sakemm l-istampar jew it-tabellar ikun sar b' inka jew kolla mhux tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (10) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
“Tuffieħ” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti. |
|
— |
L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (11) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu. |
|
— |
Fil-każ ta’ mutazzjonijiet bi protezzjoni varjetali, l-isem tal-varjetà bażika jista’ jinbidel b’dan l-isem tal-varjetà. Fil-każ ta’ mutazzjonjiet mingħajr protezzjoni varjetali, dan l-isem tal-mutazzjoni jista’ jiġi indikat biss flimkien mal-isem tal-varjetà bażika. |
|
— |
“Varjetà ċkejkna”, fejn xieraq. |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini (12) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi |
|
— |
Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi. |
Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:
|
(a) |
għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu; |
|
(b) |
b’mod fakultattiv, għall-prodotti mhux suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u iktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, segwiti bid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett. |
E. Marka tal-kontroll uffiċjali (opzjonali)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Appendiċi
Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet tat-tuffieħ
Frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.
Uħud mill-varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tal-marka kummerċjali f’pajjiż wieħed jew aktar. L-ewwel tliet kolonni tat-tabella t'hawn taħt ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Referenzi għal marki kummerċjali magħrufa ġew inklużi fir-raba’ kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.
Didaskalija:
|
M |
= |
varjetà ċkejkna |
|
R |
= |
varjetà b’qoxra ħoxna u ħamra samranija |
|
V |
= |
soluzzjoni ta' ilma u zokkor (watercore) |
|
* |
= |
mutazzjoni mingħajr protezzjoni varjetali iżda li hi marbuta ma’ marka kummerċjali reġistrata/protetta; mutazzjonijiet mhux immarkati bl-asterisk huma varjetajiet protetti |
|
Varjetajiet |
Mutazzjoni |
Sinonimi |
Il-Marki kummerċjali |
Grupp ta’ kulur |
Speċifikazzjonijiet addizzjonali |
|
African Red |
|
|
African Carmine ™ |
B |
|
|
Akane |
|
Tohoku 3, Primerouge |
|
B |
|
|
Alkmene |
|
Early Windsor |
|
C |
|
|
Alwa |
|
|
|
B |
|
|
Amasya |
|
|
|
B |
|
|
Ambrosia |
|
|
Ambrosia ® |
B |
|
|
Annurca |
|
|
|
B |
|
|
Ariane |
|
|
Les Naturianes ® |
B |
|
|
Arlet |
|
Swiss Gourmet |
|
B |
R |
|
AW 106 |
|
|
Sapora ® |
C |
|
|
Belgica |
|
|
|
B |
|
|
Belle de Boskoop |
|
Schone van Boskoop, Goudreinette |
|
D |
R |
|
|
Boskoop rouge |
Red Boskoop, Roter Boskoop, Rode Boskoop |
|
B |
R |
|
|
Boskoop Valastrid |
|
|
B |
R |
|
Berlepsch |
|
Freiherr von Berlepsch |
|
C |
|
|
|
Berlepsch rouge |
Red Berlepsch, Roter Berlepsch |
|
B |
|
|
Bonita |
|
|
|
A |
|
|
Braeburn |
|
|
|
B |
|
|
|
Hidala |
|
Hillwell ® |
A |
|
|
|
Joburn |
|
Aurora ™, Red Braeburn ™, Southern Rose ™ |
A |
|
|
|
Lochbuie Red Braeburn |
|
|
A |
|
|
|
Mahana Red Braeburn |
|
Redfield ® |
A |
|
|
|
Mariri Red |
|
Eve ™, Aporo ® |
A |
|
|
|
Royal Braeburn |
|
|
A |
|
|
Bramley's Seedling |
|
Bramley, Triomphe de Kiel |
|
D |
|
|
Cardinal |
|
|
|
B |
|
|
Caudle |
|
|
Cameo ®, Camela® |
B |
|
|
|
Cauflight |
|
Cameo ®, Camela® |
A |
|
|
CIV323 |
|
|
Isaaq ® |
B |
|
|
CIVG198 |
|
|
Modi ® |
A |
|
|
Civni |
|
|
Rubens ® |
B |
|
|
Collina |
|
|
|
C |
|
|
Coop 38 |
|
|
Goldrush ®, Delisdor ® |
D |
R |
|
Coop 39 |
|
|
Crimson Crisp ® |
A |
|
|
Coop 43 |
|
|
Juliet ® |
B |
|
|
Coromandel Red |
|
Corodel |
|
A |
|
|
Cortland |
|
|
|
B |
|
|
Cox's Orange Pippin |
|
Cox orange, Cox's O.P. |
|
C |
R |
|
Cripps Pink |
|
|
Pink Lady ®, Flavor Rose ® |
C |
|
|
|
Lady in Red |
|
Pink Lady ® |
B |
|
|
|
Rosy Glow |
|
Pink Lady ® |
B |
|
|
|
Ruby Pink |
|
|
B |
|
|
Cripps Red |
|
|
Sundowner ™, Joya ® |
B |
|
|
Dalinbel |
|
|
Antares ® |
B |
R |
|
Dalitron |
|
|
Altess ® |
D |
|
|
Delblush |
|
|
Tentation ® |
D |
|
|
Delcorf |
|
|
Delbarestivale ® |
C |
|
|
|
Celeste |
|
|
B |
|
|
|
Bruggers Festivale |
|
Sissired ® |
A |
|
|
|
Dalili |
|
Ambassy ® |
A |
|
|
|
Wonik* |
|
Appache ® |
A |
|
|
Delcoros |
|
|
Autento ® |
A |
|
|
Delgollune |
|
|
Delbard Jubilé ® |
B |
|
|
Delicious ordinaire |
|
Ordinary Delicious |
|
B |
|
|
Discovery |
|
|
|
C |
|
|
Dykmanns Zoet |
|
|
|
C |
|
|
Egremont Russet |
|
|
|
D |
R |
|
Elise |
|
De Roblos, Red Delight |
|
A |
|
|
Elstar |
|
|
|
C |
|
|
|
Bel-El |
|
Red Elswout ® |
C |
|
|
|
Daliest |
|
Elista ® |
C |
|
|
|
Daliter |
|
Elton ™ |
C |
|
|
|
Elshof |
|
|
C |
|
|
|
Elstar Boerekamp |
|
Excellent Star ® |
C |
|
|
|
Elstar Palm |
|
Elstar PCP ® |
C |
|
|
|
Goedhof |
|
Elnica ® |
C |
|
|
|
Red Elstar |
|
|
C |
|
|
|
RNA9842 |
|
Red Flame ® |
C |
|
|
|
Valstar |
|
|
C |
|
|
|
Vermuel |
|
Elrosa ® |
C |
|
|
Empire |
|
|
|
A |
|
|
Fengapi |
|
|
Tessa ® |
B |
|
|
Fiesta |
|
Red Pippin |
|
C |
|
|
Fresco |
|
|
Wellant ® |
B |
R |
|
Fuji |
|
|
|
B |
V |
|
|
Aztec |
|
Fuji Zhen ® |
A |
V |
|
|
Brak |
|
Fuji Kiku ® 8 |
B |
V |
|
|
FUCIV51 |
|
SAN-CIV ® |
A |
V |
|
|
Fuji Fubrax |
|
Fuji Kiku ® Fubrax |
B |
V |
|
|
Fuji Supreme |
|
|
A |
V |
|
|
Fuji VW |
|
King Fuji ® |
A |
V |
|
|
Heisei Fuji |
|
Beni Shogun ® |
A |
V |
|
|
Raku-Raku |
|
|
B |
V |
|
Gala |
|
|
|
C |
|
|
|
Alvina |
|
|
A |
|
|
|
ANABP 01 |
|
Bravo ™ |
A |
|
|
|
Baigent |
|
Brookfield ® |
A |
|
|
|
Bigigalaprim |
|
Early Red Gala ® |
A |
|
|
|
Devil Gala |
|
|
A |
|
|
|
Fengal |
|
Gala Venus |
A |
|
|
|
Gala Schnico |
|
Schniga ® |
A |
|
|
|
Gala Schnico Red |
|
Schniga ® |
A |
|
|
|
Galafresh |
|
Breeze ® |
A |
|
|
|
Galaval |
|
|
A |
|
|
|
Galaxy |
|
Selekta ® |
B |
|
|
|
Gilmac |
|
Neon ® |
A |
|
|
|
Imperial Gala |
|
|
B |
|
|
|
Jugala |
|
|
B |
|
|
|
Mitchgla |
|
Mondial Gala ® |
B |
|
|
|
Natali Gala |
|
|
B |
|
|
|
Regal Prince |
|
Gala Must ® |
B |
|
|
|
Royal Beaut |
|
|
A |
|
|
|
Simmons |
|
Buckeye ® Gala |
A |
|
|
|
Tenroy |
|
Royal Gala ® |
B |
|
|
|
ZoukG1 |
|
Gala One® |
A |
|
|
Galmac |
|
|
Camelot ® |
B |
|
|
Gloster |
|
|
|
B |
|
|
Golden 972 |
|
|
|
D |
|
|
Golden Delicious |
|
Golden |
|
D |
|
|
|
CG10 Yellow Delicious |
|
Smothee ® |
D |
|
|
|
Golden Delicious Reinders |
|
Reinders ® |
D |
|
|
|
Golden Parsi |
|
Da Rosa ® |
D |
|
|
|
Leratess |
|
Pink Gold ® |
D |
|
|
|
Quemoni |
|
Rosagold ® |
D |
|
|
Goldstar |
|
|
Rezista Gold Granny ® |
D |
|
|
Gradigold |
|
|
Golden Supreme ™, Golden Extreme ™ |
D |
|
|
Gradiyel |
|
|
Goldkiss ® |
D |
|
|
Granny Smith |
|
|
|
D |
|
|
|
Dalivair |
|
Challenger ® |
D |
|
|
Gravensteiner |
|
Gravenstein |
|
D |
|
|
GS 66 |
|
|
Fräulein ® |
B |
|
|
HC2-1 |
|
|
Easy pep’s! Zingy ® |
A |
|
|
Hokuto |
|
|
|
C |
|
|
Holsteiner Cox |
|
Holstein |
|
C |
R |
|
Honeycrisp |
|
|
Honeycrunch ® |
C |
|
|
Horneburger |
|
|
|
D |
|
|
Idared |
|
|
|
B |
|
|
|
Idaredest |
|
|
B |
|
|
|
Najdared |
|
|
B |
|
|
Ingrid Marie |
|
|
|
B |
R |
|
Inored |
|
|
Story ®, LoliPop ® |
A |
|
|
James Grieve |
|
|
|
D |
|
|
Jonagold |
|
|
|
C |
|
|
|
Early Jonagold |
|
Milenga ® |
C |
|
|
|
Dalyrian |
|
|
C |
|
|
|
Decosta |
|
|
C |
|
|
|
Jonagold Boerekamp |
|
Early Queen ® |
C |
|
|
|
Jonagold Novajo |
Veulemanns |
|
C |
|
|
|
Jonagored |
|
Morren’s Jonagored ® |
C |
|
|
|
Jonagored Supra |
|
Morren’s Jonagored ® Supra ® |
C |
|
|
|
Red Jonaprince |
|
Wilton’s ®, Red Prince ® |
C |
|
|
|
Rubinstar |
|
|
C |
|
|
|
Schneica |
Jonica |
|
C |
|
|
|
Vivista |
|
|
C |
|
|
Jonathan |
|
|
|
B |
|
|
Karmijn de Sonnaville |
|
|
|
C |
R |
|
Kizuri |
|
|
Morgana ® |
B |
|
|
Ladina |
|
|
|
B |
|
|
La Flamboyante |
|
|
Mairac ® |
B |
|
|
Laxton's Superb |
|
|
|
C |
R |
|
Ligol |
|
|
|
B |
|
|
Lobo |
|
|
|
B |
|
|
Lurefresh |
|
|
Redlove ® Era ® |
A |
|
|
Lureprec |
|
|
Redlove ® Circe ® |
A |
|
|
Luregust |
|
|
Redlove ® Calypso ® |
A |
|
|
Luresweet |
|
|
Redlove ® Odysso ® |
A |
|
|
Maigold |
|
|
|
B |
|
|
Maribelle |
|
|
Lola ® |
B |
|
|
MC38 |
|
|
Crimson Snow ® |
A |
|
|
McIntosh |
|
|
|
B |
|
|
Melrose |
|
|
|
C |
|
|
Milwa |
|
|
Diwa ®, Junami ® |
B |
|
|
Minneiska |
|
|
SweeTango ® |
B |
|
|
Moonglo |
|
|
|
C |
|
|
Morgenduft |
|
Imperatore |
|
B |
|
|
Mountain Cove |
|
|
Ginger Gold ™ |
D |
|
|
Mored |
|
|
Joly Red ® |
A |
|
|
Mutsu |
|
Crispin |
|
D |
|
|
Newton |
|
|
|
C |
|
|
Nicogreen |
|
|
Greenstar ® |
D |
|
|
Nicoter |
|
|
Kanzi ® |
B |
|
|
Northern Spy |
|
|
|
C |
|
|
Ohrin |
|
Orin |
|
D |
|
|
Paula Red |
|
|
|
B |
|
|
Pinova |
|
|
Corail ® |
C |
|
|
|
RoHo 3615 |
|
Evelina ® |
B |
|
|
Piros |
|
|
|
C |
|
|
Plumac |
|
|
Koru ® |
B |
|
|
Prem A153 |
|
|
Lemonade ®, Honeymoon ® |
C |
|
|
Prem A17 |
|
|
Smitten ® |
C |
|
|
Prem A280 |
|
|
Sweetie™ |
B |
|
|
Prem A96 |
|
|
Rockit ™ |
B |
M |
|
R201 |
|
|
Kissabel ® Rouge |
A |
|
|
Rafzubin |
|
|
Rubinette ® |
C |
|
|
|
Frubaur |
|
Rubinette ® Rossina |
A |
|
|
|
Rafzubex |
|
Rubinette ® Rosso |
A |
|
|
Rajka |
|
|
Rezista Romelike ® |
B |
|
|
Regalyou |
|
|
Candine ® |
A |
|
|
Red Delicious |
|
Rouge américaine |
|
A |
|
|
|
Campsur |
|
Red Chief ® |
A |
|
|
|
Erovan |
|
Early Red One ® |
A |
|
|
|
Evasni |
|
Scarlet Spur ® |
A |
|
|
|
Stark Delicious |
|
|
A |
|
|
|
Starking |
|
|
C |
|
|
|
Starkrimson |
|
|
A |
|
|
|
Starkspur |
|
|
A |
|
|
|
Topred |
|
|
A |
|
|
|
Trumdor |
|
Oregon Spur Delicious ® |
A |
|
|
Reine des Reinettes |
|
Gold Parmoné, Goldparmäne |
|
C |
V |
|
Reinette grise du Canada |
|
Graue Kanadarenette, Renetta Canada |
|
D |
R |
|
RM1 |
|
|
Red Moon ® |
A |
|
|
Rome Beauty |
|
Belle de Rome, Rome, Rome Sport |
|
B |
|
|
RS1 |
|
|
Red Moon ® |
A |
|
|
Rubelit |
|
|
|
A |
|
|
Rubin |
|
|
|
C |
|
|
Rubinola |
|
|
|
B |
|
|
Šampion |
|
Shampion, Champion, Szampion |
|
B |
|
|
|
Reno 2 |
|
|
A |
|
|
|
Šampion Arno |
Szampion Arno |
|
A |
|
|
Santana |
|
|
|
B |
|
|
Sciearly |
|
|
Pacific Beauty ™, NZ Beauty |
A |
|
|
Scifresh |
|
|
Jazz ™ |
B |
|
|
Sciglo |
|
|
Southern Snap ™ |
A |
|
|
Scilate |
|
|
Envy ® |
B |
|
|
Sciray |
|
GS48 |
|
A |
|
|
Scired |
|
|
NZ Queen |
A |
R |
|
Sciros |
|
|
Pacific Rose ™,NZ Rose |
A |
|
|
Senshu |
|
|
|
C |
|
|
Shinano Gold |
|
|
Yello ® |
D |
|
|
Spartan |
|
|
|
A |
|
|
SQ 159 |
|
|
Natyra ®, Magic Star ® |
A |
|
|
Stayman |
|
|
|
B |
|
|
Summerred |
|
|
|
B |
|
|
Sunrise |
|
|
|
A |
|
|
Sunset |
|
|
|
D |
R |
|
Suntan |
|
|
|
D |
R |
|
Sweet Caroline |
|
|
|
C |
|
|
TCL3 |
|
|
Posy ® |
A |
|
|
Topaz |
|
|
|
B |
|
|
Tydeman's Early Worcester |
|
Tydeman's Early |
|
B |
|
|
Tsugaru |
|
|
|
C |
|
|
UEB32642 |
|
|
Opal ® |
D |
|
|
WA 2 |
|
|
Sunrise Magic ™ |
A |
|
|
WA 38 |
|
|
Cosmic Crisp ™ |
A |
|
|
Worcester Pearmain |
|
|
|
B |
|
|
Xeleven |
|
|
Swing ® natural more |
A |
|
|
York |
|
|
|
B |
|
|
Zari |
|
|
|
B |
|
|
Zouk 16 |
|
|
Flanders Pink ®, Mariposa ® |
B |
|
|
Zouk 31 |
|
|
Rubisgold ® |
D |
|
|
Zouk 32 |
|
|
Coryphée ® |
A |
|
PARTI 2: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frott taċ-ċitru tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-ispeċi li ġejjin, li għandu jkun fornit frisk lill-konsumatur, u eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali:
|
— |
lumi mkabbar mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f. u ibridi tagħha, |
|
— |
mandolin imkabbar mill-ispeċi Citrus reticulata Blanco, li jinkludi l-varjetajiet magħrufa bħala satsumas (Citrus unshiu Marcow), klementini (Citrus clementina hort. ex Tanaka), mandolin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u varjetà oħra ta' mandolin (Citrus tangerina Tanaka) li jitkabbru minn dawn l-ispeċijiet u l-ibridi tagħhom, |
|
— |
larinġ imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck u ibridi tagħha. |
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru jrid ikun:
|
— |
intatti, |
|
— |
ħieles mid-dbabar u/jew qtugħ imfejjaq b'mod estensiv, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
ħieles minn sinjali ta' tikmix jew deidrazzjoni, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott taċ-ċitru jridu jkunu tali li jippermettulu:
|
— |
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Rekwiżiti tal-maturità
Il-frott taċ-ċitru jrid ikun laħaq grad xieraq ta' żvilupp u ta' sajran, b'kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.
Il-maturità taċ-ċitru hija ddefinita mill-parametri li ġejjin speċifikati għal kull speċi hawn taħt:
|
— |
kontenut minimu ta' meraq, |
|
— |
proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità (13), |
|
— |
kulur. |
Il-grad tal-kulur għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.
|
|
Kontenut minimu tal-meraq (perċentwal) |
Proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità |
Tilwin |
|
Lumi |
20 |
|
Irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott ta' kulur aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq |
|
Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom |
|||
|
Satsumas |
33 |
6,5 :1 |
Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta |
|
Klementini |
40 |
7,0 :1 |
|
|
Varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom |
33 |
7,5 :1 (14) |
|
|
Larinġ |
|||
|
Larinġ tad-demm |
30 |
6,5 :1 |
Irid ikun tipiku tal-varjetà. Madankollu, frott ta' kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq. Larinġ imkabbar f'żoni b'temperaturi għoljin u b'kundizzjonijiet ta' umdità relattivament għolja matul il-perjodu tal-iżvilupp, b'kulur aħdar li jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ, huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq. |
|
Grupp taż-żokra |
33 |
6,5 :1 |
|
|
Varjetajiet oħrajn |
35 |
6,5 :1 |
|
|
Mosambi, Sathgudi u Pacitan b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta' kulur aħdar |
33 |
|
|
|
Varjetajiet oħrajn b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar |
45 |
|
|
Il-frott taċ-ċitru li jissodisfa r-rekwiżiti tal-maturità jista' jieħu l-kulur karatteristiku tal-frott misjur (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi naturali u organolettiċi l-oħrajn ma jkunux tbiddlu.
C. Klassifikazzjoni
Il-frott taċ-ċitru huwa kkassifikat fi tlett klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:
(i) Klassi "Extra"
Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Klassi I
Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma, |
|
— |
difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq ħafif tax-xemx, |
|
— |
difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess l-iffurmar tal-frott, bħalma huma qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija jew ħsara mill-pesti, |
|
— |
difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor jew ħsara mill-immaniġġar, |
|
— |
qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin. |
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fl-ogħla klassijiet, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm il-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq tax-xemx, |
|
— |
difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess tal-iffurmar tal-frott, bħal qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija, jew ħsara mill-pesti, |
|
— |
difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott jew ħsara mill-immaniġġar, |
|
— |
alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu fiequ, |
|
— |
qoxra raffa, |
|
— |
qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra għal-larinġ u qlugħ parzjali tal-qoxra għall-frott kollu tal-grupp tal-mandolin. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta jew skont l-għadd.
A. Daqs minimu
Il-daqsijiet minimi li ġejjin japplikaw:
|
Frott |
Dijametru (mm) |
|
Lumi |
45 |
|
Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom |
45 |
|
Klementini |
35 |
|
Larinġ |
53 |
B. Uniformità
Il-frott taċ-ċitru jista' jitkejjel skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:
|
(a) |
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
|
|
(b) |
Meta jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, iridu jiġu rrispettati il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabelli li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta' daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:
Għall-frott fi bramel kbar u frott f'pakketti għall-bejgħ b'piż nett massimu ta' 5 kg, id-differenza massima ma tridx taqbeż il-firxa miksuba permezz tal-ġbir fi tliet daqsijiet konsekuttivi fl-iskala tad-daqsijiet.
|
(c) |
Għall-frott imkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a). |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru ta' daqs eżatt taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta' tliet daqsijiet) imsemmija fuq il-pakketti.
F'kull każ, it-tolleranza ta' 10 % tapplika biss għall-frott mhux iżgħar mill-valuri minimi li ġejjin:
|
Frott |
Dijametru (mm) |
|
Lumi |
43 |
|
Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom |
43 |
|
Klementini |
34 |
|
Larinġ |
50 |
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta' sajran u żvilupp.
Barra minn hekk, għall-Klassi “Extra”, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.
Madankollu, taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fil-varjetà jew tip kummerċjali u fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Jekk il-frott ikun imkebbeb, trid tintuża karta rqiqa, niexfa, ġdida u mingħajr riħa (16).
L-użu ta' kwalunkwe sustanza li għandha t-tendenza li timmodifika l-karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu (17), huwa pprojbit.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor. Madankollu, il-preżentazzjoni ta' fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (18) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
“Lumi”, “Mandolin” jew “Larinġ” jekk il-prodott ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
“Taħlita ta' frott taċ-ċitru” jew denominazzjoni ekwivalenti u ismijiet komuni tal-ispeċijiet differenti, fil-każ ta' taħlita ta' frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti. |
|
— |
Għal-larinġ, isem il-varjetà, u/jew il-grupp rispettiv tal-varjetà fil-każ ta’ “Navels” u “Valencias”. |
|
— |
Għal “Satsumas” u “Klementini”, l-isem komuni tal-ispeċi huwa meħtieġ u l-isem tal-varjetà mhuwiex obbligatorju. |
|
— |
Għal varjetajiet oħrajn ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom, isem il-varjetà huwa meħtieġ. |
|
— |
Għal-lumi: isem il-varjetà mhux obbligatorju. |
|
— |
“Biż-żerriegħa” fil-każ ta’ klementini b’aktar minn 10 żrieragħ. |
|
— |
“Bla żerriegħa” (fakultattiva, frott taċ-ċitru ta' bla żerriegħa jista' xi drabi jkollu ż-żerriegħa) |
C. L-oriġini tal-prodott
|
— |
Il-pajjiż tal-oriġini (19) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali. |
|
— |
Fil-każ ta' taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata. |
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
|
— |
Id-daqs espress bħala:
|
|
— |
Meta jintużaw, għandhom jissemmew l-aġent ta’ preservazzjoni jew sustanzi kimiċi oħra wara l-istadju tal-ħsad. |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 3: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala Actinidia jew kiwi) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Actinidia chinensis Planch. u Actinidia deliciosa (A. Chev.), C.F. Liang u A.R. Ferguson, li għandhom jiġu fornuti friski lill-konsumatur, bil-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali jkun eskluż.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalitá tal-frott tal-kiwi, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:
|
— |
intatt (iżda mingħajr pedunkulu), |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
adegwatament sod; mhux artab, imkemmex jew imxarrab, |
|
— |
iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jridu jkunu tali li jippermettulu:
|
— |
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Rekwiżiti minimi tal-maturità
Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u jkun misjur b'mod sodisfaċenti.
Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, meta jiġi ppakkjat, il-frott irid ikun laħaq grad ta' sajran ta' mill-inqas 6.2° Brix (20) jew medja ta' kontenut ta' materja xotta ta' 15%, li għandha twassal għal 9.5° Brix21 meta jidħol fil-katina tad-distribuzzjoni.
C. Klassifikazzjoni
Il-frott tal-kiwi huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt.
(i) Klassi "Extra"
|
Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà. |
|
Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox. |
|
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett. |
|
Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.8 jew akbar. |
(ii) Klassi I
Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.
Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew deformazzjonijiet), |
|
— |
difetti żgħar fil-lewn, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx 1 cm2, |
|
— |
"Hayward mark" żgħira qisha linja lonġitudinali u mhux imqabbża ’l barra. |
Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,7 jew akbar.
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Il-frott għandu jkun raġjonevolment sod u l-laħam ma għandux juri difetti serji.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
difetti fil-kulur, |
|
— |
difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir imfejjaq jew tessut mibrux/immarkat, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx iż-2 cm2, |
|
— |
għadd ta’ “Hayward marks” li jidhru ħafna iktar u kemxejn imqabbżin ’il barra, |
|
— |
dbabar ħfief. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi stabbilit skont il-piż tal-frott.
Il-piż minimu għall-Klassi “Extra” huwa ta' 90 g, għall-Klassi I huwa ta' 70 g u għall-Klassi II huwa ta' 65 g.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
|
— |
10 gm għall-frott b'piż sa 85 gm, |
|
— |
15 gm għall-frott b'piż bejn 85 gm u 120 gm, |
|
— |
20 gm għall-frott b'piż bejn 120 gm u 150 gm, |
|
— |
40 g għall-frott li jiżen 150 g jew aktar. |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
Madankollu, il-frott tal-kiwi ma jridx ikun ta' piż inqas minn 85 gm għall-Klassi "Extra", 67 gm għall-Klassi I u 62 gm għall-Klassi II.
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (21) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
'Frott tal-kiwi' u/jew 'Actinidia', fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
Isem il-varjetà (fakultattiv). |
|
— |
Kulur tal-laħam jew indikazzjoni ekwivalenti, jekk mhux aħdar. |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini (22) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
|
— |
Daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott. |
|
— |
Għadd ta' frottiet (fakultattiv). |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 4: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA' (BATAVIAN)
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal
|
— |
ħass ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn:
|
|
— |
indivja bil-weraq mibrum ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. crispum Lam. u |
|
— |
indivja (escaroles) bil-weraq wiesa' (Batavian) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. latifolium Lam. |
li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur.
Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati bħala weraq, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tagħhom.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:
|
— |
intatti, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nodfa u mirquma, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli, |
|
— |
jidhru friski, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
|
— |
weqfin friski, |
|
— |
mhux fi stat li jkun qed jagħmel iż-żerriegħa, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.
L-għeruq għandhom jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.
Il-prodotti għandhom ikunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:
|
— |
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Klassifikazzjoni
Il-prodotti huma kklassifikati f’żewġ klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:
(i) Klassi I
Prodotti f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:
|
— |
iffurmati tajjeb, |
|
— |
sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta’ prodott, |
|
— |
ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jħalluhx tajjeb għall-ikel, |
|
— |
minn ħsara mill-ġlata. |
Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass ikkaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, il-qalba tista’ tkun żgħira.
Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira.
Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) trid tkun ta' kulur isfar.
(ii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.
Il-prodotti għandhom ikunu:
|
— |
raġonevolment iffurmati sew, |
|
— |
ħielsa minn ħsara u deterjorament li jistgħu jfixklu serjament l-edibilità tiegħu. |
Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
|
— |
telf ħafif mill-kulur, |
|
— |
ħsara ħafifa kkważata mill-pesti. |
Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.
Il-ħass Cos jista’ ma jurix qalba.
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż ta' unità waħda.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
(a) Ħass
|
— |
40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità, |
|
— |
100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità, |
|
— |
150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità, |
|
— |
300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità. |
(b) Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian)
|
— |
300g. |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(ii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.
Madankollu, taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fit-tip kummerċjali u/jew fil-kulur, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b’mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b’mod raġjonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (23) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
"Ħass", "ħass butterhead", "batavia", "ħass crisphead (Iceberg)", "ħass Cos", "ħass tal-weraq" (jew, pereżempju u jekk xieraq, "Oak Leaf", "Lollo bionda", "Lollo rossa"), "indivja bil-weraq mibrum" jew "indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)" jew denominazzjoni ekwivalenti jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
"Imkabbar taħt għata" jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq. |
|
— |
Isem il-varjetà (fakultattiv). |
|
— |
"Taħlita ta' ħass/indivja", jew denominazzjoni ekwivalenti fil-każ ta' taħlita ta' ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-varjetjajiet, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati. |
C. L-oriġini tal-prodott
|
— |
Il-pajjiż tal-oriġini (24) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali. |
|
— |
Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati. |
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi |
|
— |
Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 5: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-ĦAWĦ U N-NUĊIPRISK
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-ħawħ u n-nuċiprisk ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Prunus persica Sieb. u Zucc., li jkunu se jiġu pprovduti friski lill-konsumatur; il-ħawħ u n-nuċiprisk għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità għal ħawħ u nuċiprisk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-kategoriji kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċiprisk għandhom ikunu:
|
— |
intatti, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
ma jkunux maqsumin fil-ħofra ta' maz-zokk, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
L-iżvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċiprisk jridu jkunu tali li jippermettulhom:
|
— |
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Rekwiżiti tal-maturità
Il-frott irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-indiċi refrattometriku minimu tal-laħam għandu jkun ta' 8° Brix (25). jew aktar.
C. Klassifikazzjoni
Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:
(i) Klassi "Extra"
Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Klassi I
Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma, |
|
— |
difett żgħir fl-iżvilupp, |
|
— |
difetti żgħar fil-lewn, |
|
— |
marki ħfief ikkawżati minn pressjoni li ma jaqbżux 1cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
|
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċiprisk li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-ħawħ u n-nuċiprisk iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
difetti fl-iżvilupp, li jinkludu għadam maqsum, sakemm il-frott ikun magħluq u l-laħam ikun f'kundizzjoni tajba, |
|
— |
difetti fil-kulur, |
|
— |
dbabar li jistgħu ikunu tilfu kemxejn il-kulur u li ma jaqbżux 2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ, |
|
— |
difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn
|
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.
Id-daqs minimu għandu jkun:
|
— |
56 mm jew 85 g fil-Klassi “Extra”, |
|
— |
51 mm jew 65 g fil-Klassijiet I u II. |
Madankollu, frott li huwa iżgħar minn 56 mm jew 85 g ma jiġix ikkummerċjalizzat fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru (emisferu tat-Tramuntana) u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April (emisferu ta' Nofsinhar).
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma fakultattivi għall-Klassi II.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
|
|
(b) |
Għall-frott imkejjel skont il-piż:
|
|
(c) |
Għall-frott li jitkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a) jew (b). |
Jekk jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jiġu rrispettati dawn tat-tabella ta' hawn taħt.
|
|
|
Dijametru |
jew |
piż |
||
|
|
il-kodiċi |
mis- |
Sa |
mis- |
sa |
|
|
|
|
(mm) |
(mm) |
(g) |
(g) |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
1 |
D |
51 |
56 |
65 |
85 |
|
|
2 |
C |
56 |
61 |
85 |
105 |
|
|
3 |
B |
61 |
67 |
105 |
135 |
|
|
4 |
A |
67 |
73 |
135 |
180 |
|
|
5 |
AA |
73 |
80 |
180 |
220 |
|
|
6 |
AAA |
80 |
90 |
220 |
300 |
|
|
7 |
AAAA |
> 90 |
> 300 |
|||
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta' sajran u daqs (jekk imkejjel), u għall-Klassi “Extra”, il-kontenut irid ikun uniformi fil-kulur.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikun ppakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (26) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
“Ħawħ” jew “Nuċiprisk”, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
Kulur tal-laħam. |
|
— |
Isem il-varjetà (fakultattiv). |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini (27) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
|
— |
Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi (f’mm), jew f'piż massimu u minimu (fi g) jew bħala kodiċi tad-daqs. |
|
— |
Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv). |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 6: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZZJONI TAL-LANĠAS
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, lanġas għall-ipproċessar industrijali eskluż.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għal-lanġas, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:
|
— |
intatt, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulu:
|
— |
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Rekwiżiti tal-maturità
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-lanġas iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.
C. Klassifikazzjoni
Il-lanġas huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:
(i) Klassi "Extra"
Il-lanġas f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (28).
Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.
Għandu jkun ħieles minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
Iz-zokk irid ikun intatt.
Il-lanġas ma għandux ikun imrammel.
(ii) Klassi I
Il-lanġas ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. (29)
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma, |
|
— |
difett żgħir fl-iżvilupp, |
|
— |
difetti żgħar fil-lewn, |
|
— |
b'qoxra kemxejn raffa, ħoxna u ħamra samranija, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
|
|
— |
dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 1 cm2. |
Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.
Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-lanġas iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni.
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
difetti fl-iżvilupp, |
|
— |
difetti fil-kulur, |
|
— |
ftit ħmura samranija raffa, |
|
— |
difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:
|
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż.
Id-daqs minimu għandu jkun:
|
(a) |
Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
|
|
(b) |
Għall-frott imkejjel skont il-piż:
|
Il-lanġas tas-sajf inkluż fl-appendiċi għal dan l-istandard ma għandux jissodisfa d-daqs minimu.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
|
|
(b) |
Għall-frott imkejjel skont il-piż:
|
Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta' :
|
— |
5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu |
|
— |
10 g jew iktar inqas mill-piż minimu. |
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontentut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta' sajran.
Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.
Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
Il-lanġas għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla non-tossika.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (30) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
“Lanġas” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti. |
L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (31) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini (32) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
|
— |
Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi. |
Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:
|
(a) |
għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu, |
|
(b) |
b’mod fakultattiv, għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u aktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett. |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Appendiċi
Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf
Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fit-tabella jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritt fit-Taqsima III tal-istandard.
Xi varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet il-protezzjoni tal-marka kummerċjali f'wieħed mill-pajjiżi jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonni tat-tabella ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Ir-referenzi għal marki kummerċjali magħrufa li ġew inklużi fit-tielet kolonna huma għal skop ta' informazzjoni biss.
Didaskalija:
|
L |
= |
Varjetà ta' frott kbir |
|
LS |
= |
Lanġas tas-sajf, li għalih ma huwa meħtieġ ebda daqs minimu. |
|
Varjetà |
Sinonimi |
Trademarks/Ismijiet kummerċjali |
Daqs |
|
Abbé Fétel |
Abate Fetel |
|
L |
|
Abugo o Siete en Boca |
|
|
LS |
|
Akςa |
|
|
LS |
|
Alka |
|
|
L |
|
Alsa |
|
|
L |
|
Alexandrine Douillard |
|
|
L |
|
Amfora |
|
|
L |
|
Angelys |
|
Angys ® |
L |
|
Bambinella |
|
|
LS |
|
Bay 6474 |
|
Alessia ® |
L |
|
Bergamotten |
|
|
LS |
|
Beurré Alexandre Lucas |
Lucas |
|
L |
|
Beurré Bosc |
Bosc, Beurré d’Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander |
|
L |
|
Beurré Clairgeau |
|
|
L |
|
Beurré d'Arenberg |
Hardenpont |
|
L |
|
Beurré Giffard |
|
|
LS |
|
Beurré précoce Morettini |
Morettini |
|
LS |
|
Blanca de Aranjuez |
Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla |
|
LS |
|
Bon Rouge |
|
Victoria Blush |
L |
|
Cape Rose |
|
Cheeky ® |
L |
|
Carusella |
|
|
LS |
|
Castell |
Castell de Verano |
|
LS |
|
Celina |
|
QTee ® |
L |
|
Cepuna |
|
Migo ® |
L |
|
CH201 |
|
Fred ® |
L |
|
Colorée de Juillet |
Bunte Juli |
|
LS |
|
Comice rouge |
|
|
L |
|
Concorde |
|
|
L |
|
Condoula |
|
|
LS |
|
Coscia |
Ercolini |
|
LS |
|
Curé |
Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana |
|
L |
|
D'Anjou |
|
|
L |
|
Deveci |
|
|
L |
|
Dita |
|
|
L |
|
D. Joaquina |
Doyenné de Juillet |
|
LS |
|
Doyenné d'hiver |
Winterdechant |
|
L |
|
Doyenné du Comice |
Comice, Vereinsdechant |
|
L |
|
Dpp1 |
|
Flare ™, Cape Fire ® |
L |
|
Erika |
|
|
L |
|
Etrusca |
|
|
LS |
|
Falstaff |
|
|
L |
|
Flamingo |
|
|
L |
|
Forelle |
|
Vermont Beauty |
L |
|
Général Leclerc |
|
Amber Grace ™ |
L |
|
Gentile |
|
|
LS |
|
Golden Russet Bosc |
|
|
L |
|
Gräfin Gepa |
|
Saxonia ®, Early Desire ® |
L |
|
Grand Champion |
|
|
L |
|
H2-169 |
|
Ambrosia ® |
L |
|
Harovin Sundown |
|
Cold Snap ® |
L |
|
Harrow Delight |
|
|
L |
|
Jeanne d'Arc |
|
|
L |
|
Joséphine |
|
|
L |
|
Kieffer |
|
|
L |
|
Klapa Mīlule |
|
|
L |
|
Leonardeta |
Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon |
|
LS |
|
Lombacad |
|
Cascade ® |
L |
|
Moscatella |
|
|
LS |
|
Mramornaja |
|
|
L |
|
Mustafabey |
|
|
LS |
|
Nojabrskaja |
Novemberbirne |
Xenia ®, Novembra ® |
L |
|
Packham's Triumph |
Williams d'Automne |
|
L |
|
Passe Crassane |
Passa Crassana |
|
L |
|
PE2UNIBO |
|
Early Giulia ® |
L |
|
PE3UNIBO |
|
Debby Green ® |
L |
|
Perita de San Juan |
|
|
LS |
|
Pérola |
|
|
LS |
|
Pitmaston |
Williams Duchesse |
|
L |
|
Précoce de Trévoux |
Trévoux |
|
LS |
|
Président Drouard |
|
|
L |
|
Rode Doyenne van Doorn |
|
Sweet Sensation ®, Sweet Dored ® |
L |
|
Rosemarie |
|
Sempre |
L |
|
Santa Maria |
Santa Maria Morettini |
|
L |
|
Spadoncina |
Agua de Verano, Agua de Agosto |
|
LS |
|
Suvenirs |
|
|
L |
|
Taylors Gold |
|
|
L |
|
Thimo |
|
Saxonia ®, Queens Forelle ™ |
L |
|
Triomphe de Vienne |
|
|
L |
|
Uta |
|
Dazzling Gold ® |
L |
|
Vasarine Sviestine |
|
|
L |
|
Williams Bon Chrétien |
Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett |
|
L |
PARTI 7: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-FRAWLI
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frawli ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mill-ġenus Fragaria L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; il-frawli għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frawli, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:
|
— |
intatt, bla ħsara, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
frisk fid-dehra, iżda mhux maħsul, |
|
— |
prattikament ħieles mill-pesti, |
|
— |
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
|
— |
bil-berkun (ħlief fil-każ ta' frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) iridu jkunu friski u ħodor, |
|
— |
ħieles minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħieles minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
Il-frawli jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jridu jkunu tali li jippermettulu:
|
— |
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Klassifikazzjoni
Il-frawli huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefinit hawn taħt:
(i) Klassi "Extra"
Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Irid ikun ukoll:
|
— |
ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà, |
|
— |
ħieles mill-ħamrija. |
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Klassi I
Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma, |
|
— |
preżenza ta' roqgħa bajda żgħira, li ma taqbiżx parti waħda minn għaxra tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta, |
|
— |
marki ħfief ta' pressjoni fuq il-wiċċ. |
Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
roqgħa bajda li ma taqbiżx parti waħda minn ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta, |
|
— |
dbabar ħfief u xotti li x’aktarx ma jinfirxux, |
|
— |
traċċi żgħar ta' ħamrija. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.
Id-daqs minimu għandu jkun:
|
— |
25 mm fil-Klassi “Extra”, |
|
— |
18 mm fil-Klassijiet I u II. |
Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 2 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs minimu.
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.
Fil-każ tal-Klassi 'Extra', il-frawli, bl-eċċezzjoni tal-frawli selvaġġ, irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, kulur u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jista' jkun anqas uniformi fid-daqs.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
Il-frawli jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (33) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
“Frawli” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
Isem il-varjetà (fakultattiv). |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini (34) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 8: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-bżar ħelu ta’ varjetajiet (35) (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Capsicum annuum L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, bżar ħelu għall-ipproċessar industrijali eskluż.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bżar ħelu, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:
|
— |
intatt, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
jidhru friski, |
|
— |
sodi, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata, |
|
— |
bil-pedunkuli mwaħħla; il-pedunkulu jrid ikun maqtugħ pulit u bil-berkun intatt, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jridu jkunu tali li jippermettulu:
|
— |
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Klassifikazzjoni
Il-bżar ħelu huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:
(i) Klassi "Extra"
Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.
(ii) Klassi I
Il-bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma, |
|
— |
tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra, bħal:
|
|
— |
pedunkulu kemxejn imħassar. |
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-bżar ħelu jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 2/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ, |
|
— |
difetti fil-qoxra, bħal:
|
|
— |
deterjorament tat-tarf taż-żahra li ma jaqbiżx 1 cm2, |
|
— |
tikmix li ma jaqbiżx 1/3 tal-wiċċ, |
|
— |
pedunkulu u berkun imħassrin, sakemm il-laħam tal-madwar jibqa' intatt. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż. Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
Għall-bżar ħelu mkejjel skont id-dijametru:
|
|
(b) |
Għall-bżar ħelu mkejjel skont il-piż:
|
Bżar ħelu li huwa tawwali għandu jkun uniformi biżżejjed fit-tul.
L-uniformità fid-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi II.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss bżar ħelu tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk jiġi mkejjel) u, fil-każ tal-Klassi "Extra" u l-Klassi I, b'mod apprezzabbli tal-istess grad ta' sajran u kulur.
Madankollu, taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip kummerċjali u/jew kulur ikkonċernat, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (36) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
“Bżar ħelu” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
"Taħlita ta' bżar ħelu", jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' bżar ħelu distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, it-tipi kummerċjali u/jew il-kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati. |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini (37) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta' taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti u ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernat.
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
|
— |
Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi, jew f'piżijiet massimu u minimu. |
|
— |
Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv). |
|
— |
“(L-isem tat-tip jew tal-varjetà) jista’ jkollu togħma kemxejn taħraq” jew denominazzjoni ekwivalenti, fejn xieraq. |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 9: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB TAL-MEJDA
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Vitis vinifera L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, l-għeneb tal-mejda għall-ipproċessar eskluż.
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-għeneb tal-mejda, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet iridu jkunu:
|
— |
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi, |
|
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
Barra minn hekk, l-għenbiet iridu jkunu:
|
— |
intatti, |
|
— |
iffurmati tajjeb, |
|
— |
żviluppati b'mod normali. |
It-tilwin minħabba x-xemx mhux difett.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:
|
— |
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Rekwiżiti tal-maturità
Il-meraq tal-frott għandu jkollu indiċi refrattometriku (38) tal-anqas:
|
— |
12 ° Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria, |
|
— |
13 ° Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa, |
|
— |
14 ° Brix għall-varjetajiet kollha li ma għandhomx żerriegħa. |
Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta' proporzjon sodisfaċenti ta' zokkor/aċidità.
C. Klassifikazzjoni
L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:
(i) Klassi "Extra"
L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.
L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħlin sew, imqassma b'mod ugwali maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.
Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.
(ii) Klassi I
L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.
L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jistgħu jkunu inqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi 'Extra'.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma, |
|
— |
difetti żgħar fil-lewn, |
|
— |
skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra. |
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
L-għenieqed jista' jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, b’kunsiderazzjoni tad-distrett li fih ikunu tkabbru.
L-għenbiet iridu jkunu sodi biżżejjed u mwaħħlin b'mod ferm, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bl-għabra fuqhom. Jista' jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi I.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma, |
|
— |
difetti fil-kulur, |
|
— |
skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra, |
|
— |
tbenġil żgħir, |
|
— |
difetti fil-qoxra. |
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud.
Il-piż minimu tal-għanqud għandu jkun ta’ 75 g għall-Klassi “Extra” u l-Klassi I. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-pakketti maħsuba għal porzjonijiet singoli fil-klassijiet kollha.
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.
iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta’ għenieqed, li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. F'kull pakkett għall-bejgħ (ħlief għal porzjonijiet singoli), għanqud wieħed li jiżen anqas minn 75 g huwa permess biex jaġġusta l-piż, sakemm l-għanqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u l-istess grad ta' sajran.
Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-għenieqed iridu jkunu bejn wieħed u ieħor tal-istess daqs u kulur.
Madankollu, taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.
Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 cm jista' jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta' preżentazzjoni speċjali.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (39) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
"Għeneb tal-mejda" jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti. |
L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (40) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.
C. L-oriġini tal-prodott
|
— |
Il-pajjiż tal-oriġini (41) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali. |
|
— |
Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda minn varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata. |
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
|
— |
“Għenieqed ta' inqas minn 75 g intiżi għall-porzjon wieħed” jew denominazzjoijiet ekwivalenti, jekk ikun il-każ. |
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 10: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAT-TADAM
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal tadam ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mis-Solanum lycopersicum L. li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; tadam għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.
It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:
|
— |
“tond”, |
|
— |
“ċatt (imfellel)”, |
|
— |
“żenguli” jew “tawwali”, |
|
— |
“tadam miż-żgħir” (“cherry/cocktail”) ta’ kull forma. |
II. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
|
— |
ikunu ħarira inqas friski u weqfin, |
|
— |
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr. |
A. Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam għandu jkun:
|
— |
intatti, |
|
— |
f'kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi, |
|
— |
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli, |
|
— |
jidhru friski, |
|
— |
prattikament ħielsa mill-pesti, |
|
— |
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam, |
|
— |
ħielsa minn umdità esterna mhux normali, |
|
— |
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija. |
Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b'saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollu u minn kull materjal barrani viżibbli.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:
|
— |
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u |
|
— |
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti. |
B. Rekwiżiti tal-maturità
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tadam jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.
C. Klassifikazzjoni
It-tadam huwa kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:
(i) Klassi "Extra"
It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun sod u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.
Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħrajn, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii) Klassi I
It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun sod u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.
Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
|
— |
difett żgħir fil-forma u fl-iżvilupp, |
|
— |
difetti żgħar fil-lewn, |
|
— |
difetti żgħar fil-qoxra, |
|
— |
brix ħafif ħafna. |
Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:
|
— |
xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 cm, |
|
— |
mingħajr protuberanzi eċċessivi, |
|
— |
żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra), |
|
— |
it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 cm2, |
|
— |
barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta. |
(iii) Klassi II
Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.
Irid jkun raġjonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma fiqux.
Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
|
— |
difetti fil-forma u fl-iżvilupp, |
|
— |
difetti fil-kulur, |
|
— |
difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat b'mod serju, |
|
— |
xquq niexfa ta’ mhux aktar minn 3 cm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli. |
Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:
|
— |
protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-forma tagħhom, |
|
— |
żokra, |
|
— |
tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 cm2, |
|
— |
barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata). |
III. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għal:
|
— |
“tadam miż-żgħir” (“cherry” u “cocktail”) b’dijametru anqas minn 40 mm; |
|
— |
tadam ċatt (imfellel) ta’ forma irregolari; u |
|
— |
Klassi II. |
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
Għat-tadam imkejjel skont id-dijametru:
|
Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:
|
Kodiċi tad-daqs |
Dijametru (mm) |
|
0 |
≤ 20 |
|
1 |
> 20 ≤ 25 |
|
2 |
> 25 ≤ 30 |
|
3 |
> 30 ≤ 35 |
|
4 |
> 35 ≤ 40 |
|
5 |
> 40 ≤ 47 |
|
6 |
> 47 ≤ 57 |
|
7 |
> 57 ≤ 67 |
|
8 |
> 67 ≤ 82 |
|
9 |
> 82 ≤ 102 |
|
10 |
> 102 |
|
(b) |
Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ kif indikat fil-punt (a). |
IV. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A. Tolleranzi għall-kwalità
(i) Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii) Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw r-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.
(iii) Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.
B. Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs.
V. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Uniformità
Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).
Is-sajran u l-kulur tat-tadam tal-Klassi “Extra” u tal-Klassi I iridu jkunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.
Madankollu, taħlita ta' tadam ta' kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull kulur, varjetà u/jew tip kummerċjali kkonċernati, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B. Imballaġġ
It-tadam irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett (42) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:
A. Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:
|
— |
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini; |
|
— |
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi. |
B. Natura tal-prodott
|
— |
“Tadam” jew “għenieqed tat-tadam” u t-tip kummerċjali, jew tadam miż-żgħir (“cherry/cocktail”) jew “għenieqed ta' tadam miż-żgħir” jew denominazzjoni ekwivalenti għal varjetajiet żgħar oħra jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. |
|
— |
“Taħlita ta' tadam”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' taħlita ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet u t-tipi kummerċjali u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati. |
|
— |
Isem il-varjetà (fakultattiv). |
C. L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini (43) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.
D. Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
|
— |
Klassi. |
|
— |
Daqs (jekk mogħti) espress bħala
|
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.”
(1) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(2) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(3) Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-
appendiċi għal dan l-istandard.
(4) Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.
(5) Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-
appendiċi għal dan l-istandard.
(6) Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.
(7) Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.
(8) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.
(9) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.
(10) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(11) Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.
(12) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(13) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.
(14) Għall-varjetajiet Mandora u Minneola li proporzjon minimu taz-zokkor/l-aċidità huwa 6.0:1 sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta' Jannar 2023.
(15) Daqsijiet taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementini.
(16) L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.
(17) L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.
(18) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(19) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(20) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.
(21) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(22) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(23) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(24) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(25) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.
(26) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(27) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(28) Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.
(29) Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.
(30) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(31) Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.
(32) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(33) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(34) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(35) Xi varjetajiet tal-bżar ħelu jista' jkollhom togħma taħraq. Eżempji ta’ varjetajiet kummerċjali ta’ bżar ħelu b’togħma kemxejn taħraq huma Sivri, Padron, u Somborka.
(36) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(37) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(38) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.
(39) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(40) Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.
(41) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
(42) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.
(43) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/84 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1891
tas-26 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-Annessi XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 41(3), u il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għar-regoli dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inkluż mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa u l-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati. |
|
(2) |
B’mod partikolari, il-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u għat-tranżitu minnha ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet għajr l-annimali mrobbija għall-pil. Tali konsenji huma meħtieġa jikkonformaw ma’, inter alia, ir-regoli stabbiliti fit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 ta’ dak il-Kapitolu. |
|
(3) |
B’mod aktar speċifiku, il-filliera 14 tat-Tabella 2 tistabbilixxi, inter alia, il-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u għat-tranżitu minnha ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf, inkluż konsenji ta’ pil għall-manifattura ta’ prodotti derivati, materjali tal-kategorija 3, imsemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Ċerti Stati Membri talbu li l-filliera 14 tat-Tabella 2 tiġi emendata sabiex tinkludi lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ pil għall-manifattura ta’ prodotti derivati. Ma hemmx lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-annimali mrobbija għall-pil, iżda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati. Wara evalwazzjoni tat-talba tal-Istati Membri, jixraq li fil-filliera 14 tat-Tabella 2 tiġi inkluża lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jista’ jiġi importat fl-Unjoni pil għall-manifattura ta’ prodotti derivati. Peress li l-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ungulati joffru livell għoli ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali, huwa xieraq li jiġu permessi l-importazzjonijiet tal-pil għall-manifattura ta’ prodotti derivati minn dawk il-pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Kapitolu 3(F) u l-Kapitolu 8 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxu l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura tal-ikel għall-annimali domestiċi u għal dawk li jintużaw għal skopijiet barra mill-katina tal-għalf jew għall-kampjuni tal-kummerċ, rispettivament. Dawk il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa jinkludu, fost l-oħrajn, ir-rekwiżit li l-annimali li minnhom jiġu derivati l-prodotti sekondarji tal-annimali jridu jkunu qagħdu f’azjenda waħda għal 40 jum qabel it-tbiċċir. Mill-perspettiva tas-saħħa tal-annimali, tali perjodu ta’ residenza ta’ qabel it-tbiċċir ta’ 40 jum jiżgura s-sikurezza tal-prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati meta jiġu importati fl-Unjoni. Il-ħelsien mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim huwa l-aktar status favorevoli tas-saħħa tal-annimali skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), u l-pajjiżi terzi b’dak l-istatus tas-saħħa tal-annimali huma awtorizzati għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u għat-tranżitu minnha ta’ konsenji ta’ laħam frisk mingħajr dan il-perjodu ta’ residenza ta’ 40 jum, sakemm jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha tas-saħħa tal-annimali. Ċerti pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim talbu lill-Kummissjoni li jkunu awtorizzati għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati mingħajr il-perjodu ta’ residenza ta’ qabel it-tbiċċir ta’ 40 jum. Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jenħtieġ li jiġu allinjati mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, stabbiliti fil-Kapitolu 3(F) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, u għall-prodotti sekondarji tal-annimali biex jintużaw għal skopijiet barra mill-katina tal-għalf jew għall-kampjuni tal-kummerċ, stabbiliti fil-Kapitolu 8 tal-Anness XV ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-Kapitolu V tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistipula li l-prodotti derivati ta’ materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 jenħtieġ li jiġu mmarkati b’mod permanenti b’markatur kimiku biex jiġi evitat id-dħul tagħhom fil-katina tal-għalf u biex jiġu żgurati l-kontrolli uffiċjali tal-għalf. L-immarkar b’markatur kimiku mhuwiex meħtieġ għax-xaħmijiet imdewba tal-Kategorija 3. Għalhekk jeħtieġ li jiġi kkoreġut il-kliem żbaljat fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu 10(B) tal-Anness XV ta’ dak ir-Regolament għall-importazzjonijiet tax-xaħmijiet imdewba mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw għal ċerti skopijiet barra mill-katina tal-għalf, maħsuba għad-dispaċċ fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil tal-kummerċ, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi perjodu tranżitorju li matulu l-prodotti kkonċernati mill-emendi li saru lir-Regolament (UE) Nru 142/2011, permezz ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ ikomplu jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u għat-tranżitu minnha, dejjem jekk dawk il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011 qabel l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Mejju 2022, il-konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mimli u ffirmat kif xieraq skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu 3(F), fil-Kapitolu 8 u fil-Kapitolu 10(B) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, fil-verżjoni li tapplika qabel l-emendi previsti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni jew għat-tranżitu minnha, sakemm tali ċertifikati tas-saħħa jkunu mtlew u ġew iffirmati kif xieraq mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2022.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fil-kolonna “Lista ta’ pajjiżi terzi” fil-filliera 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV jiżdied il-punt (d) li ġej:
Il-pajjiż terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (*1) li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ungulati. (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).”." |
|
2. |
L-Anness XV huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).”.”
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/105 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1892
tas-27 ta’ Ottubru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Minn kontroll regolari tad-data, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Wolfgang BURTSCHER
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Prezz rappreżentattiv (f’EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f’EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 14 10 |
Qatgħat bla għadam ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati |
188,8 |
36 |
BR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).
DEĊIŻJONIJIET
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/108 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1893
tat-28 ta’ Ottubru 2021
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova. |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova jenħtieġ li jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2022. Wara sitt xhur il-Kunsill ser jagħmel rieżami tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2022. Għandha tiġi rieżaminata b'mod kostanti. Għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li ma ntlaħqux l-objettivi tagħha.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/109 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1894
tat-28 ta’ Ottubru 2021
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ Lulju 2021, ir-Repubblika tal-Armenja pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “ArMed, national e-health system”. Ir-Repubblika tal-Armenja infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika li jkunu interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Armenja infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja f’konformità mas-sistema “ArMed, national e-health system” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(4) |
Ir-Repubblika tal-Armenja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(5) |
Fit-30 ta’ Settembru 2021, wara talba mir-Repubblika tal-Armenja, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan huma maħruġa mir-Repubblika tat-Togo f’konformità ma’ sistema, l-“ArMed, national e-health system” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja f’konformità mas-sistema “ArMed, national e-health system” fihom id-data meħtieġa. |
|
(6) |
Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Armenja infurmat lill-Kummissjoni li se toħroġ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn il-vaċċini bħalissa jinkludu CoronaVac, Sputnik V, Covishield, Vaxzevria. |
|
(7) |
Ir-Repubblika tal-Armenja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli biss għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku, iżda mhux għal testijiet rapidi tal-antiġeni. |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Armenja infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. Dawn iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv. |
|
(9) |
Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Armenja infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fl-Armenja jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u wara ma tibqax tinżamm. |
|
(10) |
L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja f’konformità mal-“ArMed, national e-health system” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma ssodisfati. |
|
(11) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja f’konformità mal-“ArMed, national e-health system” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tal-Armenja tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi jew ittemm din id-Deċiżjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
|
(14) |
Sabiex ir-Repubblika tal-Armenja tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2021/953, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Armenja f’konformità mal-“ArMed, national e-health system” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
Ir-Repubblika tal-Armenja għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 384/112 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1895
tat-28 ta’ Ottubru 2021
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (‘Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE’) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Lulju 2021, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ipprovda lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont sistema unika intitolata ‘UK COVID Certificates’. Din is-sistema tinkludi erba’ komponenti għall-Ingilterra, Wales u l-Isle of Man; Jersey u Guernsey; l-Iskozja; u l-Irlanda ta’ Fuq, rispettivament intitolati ‘Covid Pass’, ‘2D Barcode API’, ‘NHS Scotland Covid Status’ u ‘COVIDCert’. Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa lill-Kummissjoni li huwa jqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tiegħu qed jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f'konformità mas-sistema intitolata “UK COVID Certificates” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa wkoll lill-Kummissjoni li jaċċetta ċertifikati tat-tilqim maħruġa mill-Istati Membri u l-pajjiżi taż-ŻEE f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. Barra minn hekk, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa lill-Kummissjoni li se jittratta lid-detenturi taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan bl-istess mod bħad-detenturi taċ-ċertifikati maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq irrimarka li l-vjaġġaturi kollha mlaqqma kompletament b’vaċċin rikonoxxut mir-Renju Unit jew b’vaċċin li rċieva awtorizzazzjoni għall-UE kollha huma eżentati mill-kwarantina u milli jagħmlu test fit-tmien jum, jekk jaslu minn pajjiżi kklassifikati bl-użu tal-kodiċi “isfar” skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika tagħhom. Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq speċifika wkoll li t-testijiet negattivi u l-immunità naturali wara test pożittiv mhumiex parti mill-politika tiegħu li teżenta lin-nies mill-kwarantina. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Ottubru 2021, wara talba mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan qed jinħarġu mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mas-sistema intitolata ‘UK COVID Certificates’, li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953, u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f'konformità ma’ kull komponent mas-sistema intitolata ‘UK COVID Certificates’ fihom id-data meħtieġa. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija kkonfermata wara n-notifika addizzjonali ppreżentata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fl-14 ta’ Ottubru 2021. |
|
(6) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa lill-Kummissjoni li qed joħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawk il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Covid-19 Vaccine Janssen, Spikevax u Vaxzevria. Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq indika wkoll li huwa joħroġ ċertifikati tat-tilqim għall-kandidati għall-vaċċini li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi lill-parteċipanti tal-provi li jkunu rċevew il-kandidati għall-vaċċini. Bħalissa dak japplika għall-kandidat għall-vaċċini żviluppat minn Novavax CZ AS. |
|
(7) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa wkoll lill-Kummissjoni li se joħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku biss, iżda mhux għal testijiet rapidi tal-antiġeni. |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa lill-Kummissjoni li huwa joħroġ ċertifikati tal-fejqan interoperabbli. Dawk iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv. |
|
(9) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq informa lill-Kummissjoni li meta verifikaturi fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom se tiġi pproċessata biss biex tivverifika u tikkonferma t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara. |
|
(10) |
L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f'konformità mas-sistema intitolata “UK COVID Certificates” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2021/953 huma għalhekk issodisfati. |
|
(11) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f'konformità mas-sistema intitolata ‘UK COVID Certificates’ jenħtieġ li jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jenħtieġ li jkun konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi jew ittemm din id-Deċiżjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
|
(14) |
Sabiex ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jiġi konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f'konformità mas-sistema intitolata ‘UK COVID Certificates’ għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jkun konness mal-qafas fiduċjarju taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.