|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1840
tal-20 ta’ Ottubru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn ċerti pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2), it-tielet subparagrafu.
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 il-Kummissjoni hija meħtieġa li perjodikament taġġorna r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 (2) li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD (3) ma tapplikax. Il-Kummissjoni tagħmel dan abbażi ta’ informazzjoni ġdida rigward il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat fir-rigward tal-importazzjoni tal-iskart. |
|
(2) |
Fl-2019, il-Kummissjoni bagħtet talba bil-miktub lil ċerti pajjiżi li d-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax għalihom, fejn talbet konferma bil-miktub li l-iskart u t-taħlitiet ta’ skart elenkati fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, li l-esportazzjoni tagħhom mhijiex ipprojbita skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, jistgħu jiġu esportati mill-Unjoni għall-irkupru f’dawk il-pajjiżi. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-pajjiżi kkonċernati biex jindikaw kwalunkwe proċedura ta’ kontroll nazzjonali applikabbli. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet, inklużi talbiet għal kjarifika ulterjuri (4). |
|
(3) |
Fl-erbatax-il laqgħa tagħha li saret f’Mejju 2019, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta’ Riskju u d-Disponiment Minnhom (5) (il-“Konvenzjoni ta’ Basilea”) adottat id-Deċiżjoni BC-14/12. Din id-Deċiżjoni żiedet entrati ġodda għall-plastiks fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel, inkluża l-entrata B3011 fl-Anness IX dwar skart mhux perikoluż. Dawn l-emendi huma effettivi mill-1 ta’ Jannar 2021. Barra minn hekk, fis-7 ta’ Settembru 2020, il-Kumitat tal-Politika Ambjentali tal-OECD adotta emendi għall-Appendiċi 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD dwar l-iskart tal-plastik perikoluż, u għamel kjarifiki għall-Appendiċijiet 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD, b’effett mill-1 ta’Jannar 2021. |
|
(4) |
Skont dawk id-deċiżjonijiet, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/2174 (6) emenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitqiesu l-emendi relatati mal-entrati dwar l-iskart tal-plastik fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel u fid-Deċiżjoni tal-OECD. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2021, l-esportazzjonijiet ta’ skart tal-plastik mill-Unjoni lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-deċiżjoni tal-OECD huma permessi biss jekk dan l-iskart jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-entrata l-ġdida dwar l-iskart tal-plastik B3011, inkluża fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, u l-pajjiż ta’ destinazzjoni jippermetti l-importazzjoni ta’ dan l-iskart fit-territorju tiegħu. |
|
(5) |
Fl-2019 u l-2020, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-pajjiżi kkonċernati biex tfittex kjarifika dwar il-proċeduri nazzjonali fir-rigward tal-entrati ġodda tal-plastik skont il-Konvenzjoni ta’ Basel. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet minn 23 pajjiż u territorji doganali (7). |
|
(6) |
Ċerti pajjiżi kkomunikaw l-intenzjoni tagħhom li jsegwu proċeduri ta’ kontroll li huma distinti minn dawk stipulati fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. F’dawk il-każijiet, elenkati fil-kolonna (d) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, huwa preżunt li l-esportaturi huma konxji mir-rekwiżiti legali preċiżi imposti mill-pajjiż tad-destinazzjoni. |
|
(7) |
Fejn huwa indikat fl-Anness li pajjiż ma jipprojbixxix ċerti vjeġġi ta’ skart u lanqas ma japplika għalihom il-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel prevista fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li japplika mutatis mutandis għal tali vjeġġi. |
|
(8) |
Meta pajjiż ikun elenkat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru1418/2007, u l-Kummissjoni jkollha informazzjoni li kien hemm bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti iżda l-pajjiż ma ħariġx konferma bil-miktub bi tweġiba għat-talbiet għal informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni fl-2019 u fl-2020, il-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel tapplika skont l-Artikolu 37(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
|
(9) |
Meta pajjiż ma jkunx elenkat jew ma jkunx indikat skart jew taħlita ta’ skart partikolari għal pajjiż partikolari fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007, dan ifisser li l-pajjiż ma jkunx ħareġ konferma bil-miktub jew ma jkunx ħareġ konferma bil-miktub għal dan l-iskart jew taħlita ta’ skart, li jista’ jiġi esportat mill-Unjoni lejn tali pajjiż għall-irkupru. Skont l-Artikolu 37(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, għall-esportazzjonijiet għall-irkupru ta’ skart li mhuwiex ipprojbit skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament lejn dawk il-pajjiżi u fir-rigward ta’ dak l-iskart, tapplika l-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel. F’dawk il-każijiet, taħt il-kolonna (a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, fejn il-pajjiżi jkunu indikaw li jipprojbixxu l-importazzjonijiet tal-iskart kollu kopert mill-Annessi III u IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, iżda ma jkunux ipprovdew informazzjoni speċifika dwar il-proċeduri ta’ kontroll nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-iskart tal-plastik li jaqa’ taħt l-entrata B3011, il-projbizzjoni ġenerali tal-importazzjoni jenħtieġ li titqies li tkopri wkoll l-iskart tal-plastik skont l-entrata B3011. |
|
(10) |
F’dawk il-każijiet fejn il-pajjiżi jkunu indikaw li l-iskart kollu kopert mill-Annessi III u IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ma jkunx soġġett għal proċedura ta’ kontroll jew proċeduri oħra ta’ kontroll skont il-liġi nazzjonali, iżda ma jkunux ipprovdew informazzjoni speċifika dwar il-proċeduri ta’ kontroll nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-iskart tal-plastik li jaqa’ taħt l-entrata B3011, il-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel taħt il-kolonna (b) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies li tapplika fir-rigward tal-entrata B3011. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni ħassret ukoll għall-pajjiżi li ma weġbux għat-talba tagħha għal informazzjoni l-entrati B3010 u GH013 li ma għadhomx jeżistu. |
|
(12) |
Fil-25 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill tal-OECD approva l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Ambjentali rigward il-konformità tal-Costa Rica mad-Deċiżjoni tal-OECD. Konsegwentement, l-Artikolu 37(2) tar- Regolament (KE) Nru 1013/2006 ma jibqax japplika għal dan il-pajjiż u l-entrata għall-Costa Rica għalhekk titħassar mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007. |
|
(13) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament (KE) 1418/2007 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Destinat għal Operazzjonijiet ta’ Rkupru (OECD/LEGAL/02660.
(4) Tweġibiet mingħand: l-Albanija, l-Andorra, l-Anguilla, l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bahrain, il-Bangladesh, il-Belarussja, il-Benin, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Burkina Faso, il-Kambodja, il-Cape Verde, iċ-Chad, Taipei Ċiniż, il-Kolombja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kongo, il-Costa Rica, il-Kosta tal-Avorju, Kuba, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, l-Etjopja, il-Gabon, il-Georgia, il-Ghana, il-Gwatemala, il-Guinea, il-Guyana, il-Ħaiti, il-Ħonduras, Ħong Kong (Ċina), l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġamajka, il-Kosovo*, il-Kirgiżistan, il-Laos, il-Libanu , il-Liberja, il-Madagascar, il-Malasja, il-Mali, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, il-Marokk, il-Myanmar/Burma, in-Namibja, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, il-Paragwaj, il-Peru, il-Filippini, il-Qatar, ir-Rwanda, Saint Lucia, San Marino , São Tomé u Príncipe, is-Senegal, is-Serbja, Singapor, l-Afrika t’Isfel, is-Sri Lanka, is-Sudan, it-Tajlandja, Trinidad u Tobago, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, l-Użbekistan, il-Vjetnam u ż-Żambja.
*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
Il-Kolombja saret membru tal-OECD fit-28 ta’ April 2020. Ir-Regolament (KE) Nru 1418/2007 mhux se jibqa’ japplika għall-Kolombja ladarba l-korpi rilevanti tal-OECD ikunu stabbilixxew li l-Kolombja tikkonforma bis-sħiħ mad-Deċiżjoni tal-OECD.
(5) 1673 UNTS p. 57.
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2174 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 11).
(7) It-territorji doganali huma elenkati separatament fl-Anness, anki meta jappartjenu għall-istess pajjiż.
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-tabella għall-Albanija hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Albanija
|
|
(2) |
It-tabella għal Anguilla hija sostitwita b’dan li ġej: “ Anguilla
|
|
(3) |
It-tabella għall-Arġentina hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Arġentina
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
It-tabella għall-Armenja hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Armenja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
It-tabella għall-Ażerbajġan hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Ażerbajġan
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
It-tabella għall-Bahrain hija sostitwita b’dan li ġej: “ Il-Bahrain
|
|
(7) |
It-tabella għall-Bangladesh hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Bangladesh
|
|
(8) |
It-tabella għall-Belarussja hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Belarussja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9) |
It-tabella għall-Benin hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Benin
|
|
(10) |
It-tabella għall-Bożnija-Ħerzegovina hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Bożnija-Ħerzegovina
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11) |
It-tabella għall-Brażil hija sostitwita b’dan li ġej: “ Il-Brażil
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12) |
It-tabella għall-Burkina Faso hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Burkina Faso
|
|
(13) |
It-tabella għall-Kambodja hija sostitwita b’dan li ġej: “ Il-Kambodja
|
|
(14) |
It-tabella għall-Cabo Verde hija sostitwita b’dan li ġej: “ Cabo Verde
|
|
(15) |
It-tabella għaċ-Ċina titħassar. |
|
(16) |
It-tabella għat-Tajwan hija sostwita b’dan li ġej: “ It-Tajwan
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(17) |
It-tabella għall-Kolombja hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Kolombja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(18) |
It-tabella li ġejja għall-Kongo tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Il-Kongo
|
|
(19) |
It-tabella għall-Costa Rica titħassar. |
|
(20) |
It-tabella għal Kuba hija sostitwita b’dan li ġej: “ Kuba
|
|
(21) |
It-tabella għal Curaçao hija sostitwita b’dan li ġej: “ Curaçao
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(22) |
It-tabella għall-Ekwador hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Ekwador
|
|
(23) |
It-tabella għall-Eġittu hija sostwita b’dan li ġej: “ L-Eġittu
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(24) |
It-tabella għal El Salvador hija sostitwita b’dan li ġej: “ El Salvador
|
|
(25) |
It-tabella għall-Georgia hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Georgia
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(26) |
It-tabella għall-Ghana hija sostitwita b’dan li ġej: “ Il-Ghana
|
|
(27) |
It-tabella li ġejja għall-Haiti tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Il-Haiti
|
|
(28) |
It-tabella għal Hong Kong (iċ-Ċina) hija sostwita b’dan li ġej: “ Hong Kong (iċ-Ċina)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(29) |
It-tabella għall-Indja hija sostwita b’dan li ġej: “ L-Indja
|
|
(30) |
It-tabella għall-Indoneżja hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Indoneżja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(31) |
It-tabella għall-Iran (Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran) hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Iran (Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran)
|
|
(32) |
It-tabella li ġejja għall-Ġamajka tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Il-Ġamajka
|
|
(33) |
It-tabella għall-Każakistan hija sostwita kif ġej: “ Il-Każakistan
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(34) |
It-tabella li ġejja għall-Kosovo tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Il-Kosovo (*)
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.” " |
|
(35) |
It-tabella għall-Kuwajt hija sostitwita b’dan li ġej: “ Il-Kuwajt
|
|
(36) |
It-tabella għall-Kirgiżistan hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Kirgiżistan
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(37) |
It-tabella li ġejja għal-Laos tiddaħħal f’ordni alfabetiku: “ Il-Laos
|
|
(38) |
It-tabella għal-Libanu hija sostitwita b’dan li ġej: “ Il-Libanu
|
|
(39) |
It-tabella għal-Liberja hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Liberja
|
|
(40) |
It-tabella għall-Madagascar hija sostwita b’dan li ġej: “ Madagascar
|
|
(41) |
It-tabella għall-Malasja hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Malasja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(42) |
It-tabella għall-Moldova (Ir-Repubblika tal-Moldova) hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Moldova (Ir-Repubblika tal-Moldova)
|
||||||||||||||||||||||||
|
(43) |
It-tabella li ġejja għal Monaco tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Monaco
|
|
(44) |
It-tabella għall-Montenegro hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Montenegro
|
|
(45) |
It-tabella għall-Marokk hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Marokk
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(46) |
It-tabella li ġejja għall-Myanmar/Burma tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Il-Myanmar/Burma
|
|
(47) |
It-tabella għan-Nepal hija sostwita b’dan li ġej: “ In-Nepal
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(48) |
It-tabella li ġejja għan-Nikaragwa tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ In-Nikaragwa
|
|
(49) |
It-tabella għan-Niġer hija sostitwita b’dan li ġej: “ In-Niġer
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(50) |
It-tabella li ġejja għan-Niġerja tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ In-Niġerja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(51) |
It-tabella għall-Oman hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Oman
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(52) |
It-tabella għall-Pakistan hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Pakistan
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(53) |
It-tabella li ġejja għall-Panama tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Il-Panama
|
|
(54) |
It-tabella għall-Paragwaj hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Paragwaj
|
|
(55) |
It-tabella għall-Perù hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Perù
|
|
(56) |
It-tabella għall-Filippini hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Filippini
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
It-tabella għar-Russja (Il-Federazzjoni Russa) hija sostwita b’dan li ġej: “ Ir-Russja (Il-Federazzjoni Russa)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(58) |
It-tabella li ġejja għal San Marino tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ San Marino
|
|
(59) |
It-tabella li ġejja għal São Tomé u Príncipe tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ São Tomé u Príncipe
|
|
(60) |
It-tabella għas-Senegal hija sostwita b’dan li ġej: “ Is-Senegal
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(61) |
It-tabella għas-Serbja hija sostwita b’dan li ġej: “ Is-Serbja
|
|
(62) |
It-tabella għal Singapore hija sostwita b’dan li ġej: “ Singapore
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(63) |
It-tabella għat-Taġikistan hija sostwita b’dan li ġej: “ It-Taġikistan
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(64) |
It-tabella li ġejja għas-Sudan tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ Is-Sudan
|
|
(65) |
It-tabella għat-Tajlanda hija sostwita b’dan li ġej: “ It-Tajlandja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(66) |
It-tabella għal Trinidad u Tobago hija sostitwita b’dan li ġej: “ Trinidad u Tobago
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
(67) |
It-tabella għat-Tuneżija hija sostwita b’dan li ġej: “ It-Tuneżija
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(68) |
It-tabella li ġejja għat-Turkmenistan tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ It-Turkmenistan
|
|
(69) |
It-tabella għall-Ukrajna hija sostwita b’dan li ġej: “ L-Ukrajna
|
|
(70) |
It-tabella li ġejja għall-Urugwaj tiddaħħal f’ordni alfabetika: “ L-Urugwaj
|
|
(71) |
It-tabella għall-Użbekistan hija sostitwita b’dan li ġej: “ L-Użbekistan
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(72) |
It-tabella għall-Vjetnam hija sostwita b’dan li ġej: “ Il-Vjetnam
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(73) |
It-tabella għaż-Żambja hija sostitwita b’dan li ġej: “ Iż-Żambja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.” ”
|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/63 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1841
tal-20 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal 6-benzyladenine u aminopyralid f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (l-MRLs) għal aminopyralid ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għal 6-benzyladenine mhu stabbilit l-ebda MRL fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u peress li dik is-sustanza attiva mhux inkluża fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għal 6-benzyladenine f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija rrakkomandat li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ detezzjoni (“LOD”). Dawk l-MRLs jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(3) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għal aminopyralid, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). L-Awtorità pproponiet li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Irrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għax-xaħam tal-pollam. Għal prodotti oħrajn irrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet raġunati tal-Awtorità tqiesu l-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs). Is-CXLs, meqjusin sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni, tqiesu biex jiġu stabbiliti l-MRLs. |
|
(5) |
Fir-rigward ta’ prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma teżisti l-ebda tolleranza tal-importazzjoni jew CXL, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ detezzjoni speċifiku jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta’ determinazzjoni. Fir-rigward ta’ bosta sustanzi kkonċernati minn dan ir-Regolament, il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġi stabbilit LODs speċifiċi. |
|
(7) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tal-kwistjoni kkunsidrata, l-emendi x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li qed jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(11) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel l-10 ta’ Mejju 2022.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Mejju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for 6-benzyladenine according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(7): 6220.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for aminopyralid according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(8): 6229.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal 6-benzyladenine u aminopyralid: "Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, titħassar il-kolonna għal aminopyralid. |
(*1) Tindika l-limitu tal-kwantifikazzjoni analitika l-aktar baxx
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I."
|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/76 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1842
tal-20 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal flupyradifurone u l-aċidu difluworoaċetiku f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-flupyradifurone u għall-aċidu difluworoaċetiku ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva flupyradifurone fuq il-frawli, iż-żebbuġ tal-mejda, il-bamja, il-pastard, il-brokkoli, il-kaboċċi ta’Brussell, il-kaboċċi kkapoċċati, il-kales, il-ġdur, “il-ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata”, “l-ispinaċi u weraq simili”, “il-ħxejjex aromatiċi u l-fjuri li jittieklu”, il-fażola, il-piżelli, iż-żerriegħa tal-lift, iż-żerriegħa tal-mustarda u ż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, inbagħtet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifika tal-MRLs eżistenti għall-flupyradifurone u għall-prodott metaboliku ewlieni tiegħu, l-aċidu difluworaċetiku. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni għat-tolleranzi għall-importazzjoni tal-flupyradifurone użat fl-Istati Uniti fuq il-frott taċ-ċitru, il-bajtar tax-xewk, iż-żerriegħa tal-qoton, il-qamħirrum ħelu, ix-xgħir, il-qamħirrum, is-sorgu u l-qamħ, fl-Istati Uniti u fil-Kanada fuq il-ġewż tas-siġar, il-frott taż-żerriegħa, l-għeneb, il-mirtilli, “il-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi”, it-tadam, il-bżar ħelu, il-brunġiel, il-bettieħ, il-krafes, l-għads, il-karawett, il-fażola tas-sojja u l-ħops, fil-Brażil fuq il-kafena, u fil-Ghana u fil-Kosta tal-Avorju fuq iż-żerriegħa tal-kawkaw. L-applikanti jistqarru li l-użi awtorizzati ta’ dik is-sustanza fuq dawn l-għelejjel f’dawk il-pajjiżi jwasslu għal residwi li jeċċedu l-MRLs li hemm fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-flupyradifurone u għall-aċidu difluworoaċetiku u li hemm bżonn ta’ MRLs ogħla biex ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fl-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel. |
|
(4) |
Fil-kuntest ta’ dawn l-applikazzjonijiet, l-applikant issottometta lill-Istat Membru relatur, in-Netherlands, l-istudji addizzjonali fuq il-post tal-għelejjel tan-newba u l-istudji dwar l-għalf tal-bhejjem sad-data ta’ skadenza stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/486 (2). |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati min-Netherlands u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (3). L-Awtorità għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u poġġiethom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-flupyradifurone fil-bajtar tax-xewk, fil-bettieħ, fit-tadam u fil-ħops, l-Awtorità kkonkludiet li d-data mressqa ma kinitx biżżejjed biex jiġu stabbiliti MRLs ġodda. Fir-rigward tal-flupyradifurone fil-krafes, ma setax jiġi eskluż tħassib dwar il-konsum akut. Fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha l-oħra, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-data ġew issodisfati, u li abbażi tal-valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi, il-modifiki lill-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum kbir tal-prodotti rilevanti ma wrew li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(8) |
Wara l-valutazzjoni tal-istudji addizzjonali fuq il-post tal-għelejjel tan-newba u l-istudji dwar l-għalf tal-bhejjem, l-Awtorità rrakkomandat li l-MRLs eżistenti għall-flupyradifurone u għall-aċidu difluworoaċetiku fl-għelejjel tan-newba u fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali jiżdiedu, jitbaxxew jew jibqgħu l-istess. B’mod partikolari, l-Awtorità ssuġġeriet li jitbaxxew l-MRLs għall-flupyradifurone fil-weraq tal-dwieli u għall-aċidu difluworoaċetiku fil-qamħirrum, fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-fwied tal-ħnieżer. Dawn l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livelli eżistenti jew fil-livelli identifikati mill-Awtorità. |
|
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki rispettivi tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Biex ikunu jistgħu jkomplu jsiru l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi miżura tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti qabel ma ġew immodifikati l-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(13) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-flupyradifurone fil-weraq tad-dwieli u għall-aċidu difluworoaċetiku fil-qamħirrum, fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-fwied tal-ħnieżer, għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel l-10 ta’ Mejju 2022.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Mejju 2022 fir-rigward tal-MRLs għall-flupyradifurone fil-weraq tad-dwieli u għall-aċidu difluworoaċetiku fil-qamħirrum, fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-fwied tal-ħnieżer.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/486 tad-29 ta’ Marzu 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’residwi għaċ-ċjażofammid, għaċ-ċiklossidim, għall-aċidu diflworoaċetiku, għall-fenossikarb, għall-flumetralin, għall-fluwopikolid, għall-flupiradifuron, għall-flussapirossad, għall-kreżoksim-metil, għall-mandestrobin, għall-mepanipirim, għall-metalassil-M, għall-pendimetalin, u għat-teflutrina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 90, 6.4.2016, p. 1).
(3) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:
Reasoned opinion on the setting of import tolerances, modification of existing maximum residue levels and evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for flupyradifurone and DFA. EFSA Journal 2020;18(6):6133.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for flupyradifurone and DFA in rapeseeds/canola seeds and mustard seeds. EFSA Journal 2020;18(11):6298.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for flupyradifurone and DFA in okra/lady’s finger. EFSA Journal 2021;19(5):6581.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-aċidu difluworoaċetiku u għal flupyradifurone: "Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, jitħassru l-kolonni għall-aċidu difluworoaċetiku u għal flupyradifurone. |
(*1) Tindika l-limitu l-aktar baxx tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I"
DEĊIŻJONIJIET
|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1843
tal-15 ta’ Ottubru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 (1) (“l-ISA”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993. L-ISA ġie konkluż għal perijodu ta’ tliet snin, sal-31 ta’ Diċembru 1995. |
|
(2) |
Il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor (“l-ISC”), stabbilit skont l-Artikolu 3 tal-ISA, għandu s-setgħa, skont l-Artikolu 45(2) tal-ISA, li jestendi l-ISA, permezz ta’ vot speċjali, għal perjodi suċċessivi ta’ mhux aktar minn sentejn kull darba. Mill-konklużjoni tiegħu ’l hawn, l-ISA ġie estiż regolarment għal perjodi ulterjuri ta’ sentejn. L-ISA ġie estiż l-aħħar b’deċiżjoni l-ISC f’Lulju 2019 u ser jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2021. |
|
(3) |
Matul id-59 sessjoni tiegħu li ser issir fis-26 ta’ Novembru 2021, l-ISC irid jadotta deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-ISA għal perijodu ulterjuri ta’ sentejn, sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan fl-ISC, matul id-59 sessjoni tiegħu, fir-rigward tal-estensjoni tal-ISA. Estensjoni ulterjuri tal-ISA hija fl-interess tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, matul id-59 sessjoni tiegħu, għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 għal perijodu ulterjuri ta’ sentejn sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. CIGLER KRALJ
(1) Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 (ĠU L 379, 23.12.1992, p. 16).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE tat-13 ta’ Novembru 1992 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 (ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15).
|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/91 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1844
tat-18 ta’ Ottubru 2021
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ emenda tal-Protokoll 3 għal dak il-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/357/KE, KEFA (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002. |
|
(2) |
Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (Protokoll 3). Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll 3, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 89 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3. |
|
(3) |
Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni PEM”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni PEM, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali. |
|
(4) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2067 (3) rigward il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tal- emenda għall-Ftehim billi jiġi ssotitwit il-Protokoll 3, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2021 (4) li tissostitwixxi l-Protokoll 3 b’test ġdid. |
|
(5) |
Il-Protokoll 3 fih, min-naħa, referenza dinamika għall-Konvenzjoni PEM, li tagħmel il-Konvenzjoni PEM applikabbli bejn l-Unjoni u l-Ġordan, u, min-naħa l-oħra, ir-regoli tranżitorji li kienu applikabbli bħala sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni PEM attwali mill-1 ta’ Settembru 2021. |
|
(6) |
Bħala parti mill-appoġġ tal-Unjoni għall-Ġordan fil-kuntest tal-kriżi tar-refuġjati Sirjani, f’Lulju 2016 l-Unjoni u l-Ġordan qablu li temporanjament jirrilassaw ir-regoli tal-oriġini li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ prodotti Ġordaniżi lejn l-Unjoni skont il-Ftehim. |
|
(7) |
Konsegwentement, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2016 (5) sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u sabiex tiġi ssupplimentata l-lista ta’ ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jsir fuq materjali mhux oriġinarji sabiex ċerti kategoriji ta’ prodotti, manifatturati fit-territorju tal-Ġordan, u konnessi mal-ġenerazzjoni ta’ impjiegi għar-refuġjati Sirjani u l-Ġordaniżi, jiksbu status oriġinarju. |
|
(8) |
Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan adotta Deċiżjoni Nru 1/2018 (6) sabiex jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 billi jirrilassa r-regoli tal-iskema oriġinali ulterjorment u jestendi d-durata tal-iskema stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 1/2016 sal-31 ta’ Diċembru 2030. Id-Deċiżjoni Nru 1/2018 daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ Diċembru 2018. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni kontinwa tad-Deċiżjonijiet Nru 1/2016 u Nru 1/2018, huwa meħtieġ li dawn jintrabtu mar-regoli tranżitorji li kienu applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2021. Dan jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Protokoll 3 billi jiżdied Appendiċi B tiegħu sabiex il-faċilitajiet imsemmija fid-Deċiżjonijiet Nru 1/2016 u Nru 1/2018 jibqgħu applikabbli. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta tali deċiżjoni emendatorja. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni rigward l-emendar tal-Protokoll 3. |
|
(10) |
L-applikazzjoni tal-Appendiċi B tal-Protokoll 3 jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn obbligi xierqa rigward monitoraġġ u rapportar. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-Appendiċi B tal-Protokoll 3 jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha ma jibqgħux jiġu ssodisfati jew jekk il-kundizzjonijiet għall-miżuri ta’ salvagwardja jiġu ssodisfati. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet Nru 1/2016 u Nru 1/2018, inkluż id-derogi pprovduti fihom, u biex b’hekk tippermetti li esportaturi awtorizzati jevitaw li jġarrbu telf ekonomiku skont id-Deċiżjoni Nru 1/2016, id-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jenħtieġ li tinkludi klawżola ta’ retroattività. |
|
(12) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jenħtieġ għaldaqstant li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ emenda tal-Protokoll 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (7).
2. Bidliet tekniċi minuri għall-pożizzjoni stipulata fil-paragrafu 1, jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/357/KE, KEFA tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 129, 15.5.2002, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2067 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 37).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 1/2021 tal-Kunsill Assoċjazzjoni UE-Ġordan tal-15 ta’ April 2021 li temenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, billi tissostitwixxi l-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva [2021/742] (ĠU L 164, 10.5.2021, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tad-19 ta’ Lulju 2016 li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-lista ta’ ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jrid jitwettaq fuq materjali mhux oriġinarji sabiex ċerti kategoriji ta’ prodotti, manifatturati f’żoni ddedikati għall-iżvilupp u marbuta ma’ żoni industrijali, u l-ħolqien ta’ impjiegi għal refuġjati Sirjani u Ġordaniżi, jikseb status oriġinarju [2016/1436] (ĠU L 233, 30.8.2016, p. 6).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tal-4 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji” u l-lista ta’ ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jrid jitwettaq fuq materjali mhux oriġinarji sabiex ċerti kategoriji ta’ prodotti, manifatturati fit-territorju tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, u marbuta mal-ħolqien ta’ impjiegi għal refuġjati Sirjani u Ġordaniżi, jiksbu status oriġinarju [2019/42] (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 147).
(7) Ara d-dokument ST 11793/21 fuq http://register.consilium.europa.eu
Rettifika
|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/94 |
Rettifika għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 433I tat-22 ta’ Diċembru 2020 )
|
1. |
Fil-paġna 4, fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-premessa (19): |
minflok:
“Jenħtieġ li l-Kummissjoni ssegwi din l-informazzjoni biex tivverifika jekk ir-regoli applikabbli ġewx rispettati, b’mod partikolari l-Artikolu 63, il-punt (b) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (1)
aqra:
“Jenħtieġ li l-Kummissjoni ssegwi din l-informazzjoni biex tivverifika jekk ir-regoli applikabbli ġewx rispettati, b’mod partikolari l-Artikolu 69, il-punt (b) tal-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
|
2. |
Fil-paġna 8, fl-Artikolu 5(5): |
minflok:
|
“5. |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha kollu biex tiżgura li kwalunkwe ammont dovut mill-entitajiet tal-gvern jew mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu effettivament jitħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 63, il-punt (b) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi.”, |
aqra:
|
“5. |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha kollu biex tiżgura li kwalunkwe ammont dovut mill-entitajiet tal-gvern jew mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu effettivament jitħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 69, il-punt (b) tal-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) 2021/1060.”. |
(1) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali.”,
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).”.
|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/95 |
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew L 315 tal-5 ta’ Diċembru 2019)
Fil-paġna 174, fl-Anness IV, fit-Tabella 4, it-taqsima (a) Kabinetti tas-supermarkets, tinbidel b’dan li ġej:
|
|||||||
|
Kategorija |
Klassi tat-temperatura |
L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C) |
L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C) |
L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C) |
Valur għal C |
||
|
Kabinetti refriġeranti vertikali, ikkombinati tas-supermarkets |
M2 |
≤ +7 |
≥ –1 |
m.a. |
1,00 |
||
|
H1 u H2 |
≤ +10 |
≥ –1 |
m.a. |
0,82 |
|||
|
M1 |
≤ +5 |
≥ –1 |
m.a. |
1,15 |
|||
|
Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets |
M2 |
≤ +7 |
≥ –1 |
m.a. |
1,00 |
||
|
H1 u H2 |
≤ +10 |
≥ –1 |
m.a. |
0,92 |
|||
|
M1 |
≤ +5 |
≥ –1 |
m.a. |
1,08 |
|||
|
Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets |
L1 |
≤ –15 |
m.a. |
≤ –18 |
1,00 |
||
|
L2 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –18 |
0,90 |
|||
|
L3 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –15 |
0,90 |
|||
|
Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets |
L1 |
≤ –15 |
m.a. |
≤ –18 |
1,00 |
||
|
L2 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –18 |
0,92 |
|||
|
L3 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –15 |
0,92 |
|||