ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 356

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
8 ta' Ottubru 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/1767 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1768 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jemenda, għall-fini tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1769 tal-5 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1770 tal-5 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u inqas minn 18-il metru

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1771 tas-7 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-weraq tar-ravanell ( 1 )

30

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/1


REGOLAMENT (UE) 2021/1767 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Ottubru 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”) (3) tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE), kull wieħed bir-responsabbiltajiet u l-obbligi tiegħu, kif ukoll bir-responsabbiltajiet u l-obbligi kondiviżi skont dik il-Konvenzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie adottat biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligi skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus billi jistabbilixxi r-regoli dwar l-applikazzjoni tagħha għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE.

(3)

Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkunsidra li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 biex iżżid l-aċċess għar-rieżami amministrattiv u ġudizzjarju fil-livell tal-UE għaċ-ċittadini u għall-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi li jkollhom tħassib speċifiku dwar il-kompatibbiltà mal-liġi ambjentali ta’ atti amministrattivi li jkollhom effetti fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li tieħu azzjoni biex ittejjeb l-aċċess taċ-ċittadini u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-ġustizzja quddiem il-qrati nazzjonali fl-Istati Membri kollha. Għal dak il-għan ħarġet il-Komunikazzjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, li fiha tafferma li “l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, kemm permezz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) kif ukoll permezz tal-qrati nazzjonali bħala qrati tal-Unjoni, huwa miżura ta’ appoġġ importanti biex tgħin fit-twettiq tat-tranżizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mod kif jissaħħaħ ir-rwol li s-soċjetà ċivili tista’ taqdi bħala għassiesa fl-ispazju demokratiku”.

(4)

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattiva tal-QĠUE li tqassam l-ispejjeż, il-proċedimenti tal-qorti skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 ma għandhomx ikunu għaljin projbittivament, f’konformità mal-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Konsegwentement, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jagħmlu ħilithom biex l-ispejjeż li jġarrbu fi proċedimenti bħal dawn, u li għaldaqstant jitolbu rimborż għalihom, ikunu raġonevoli.

(5)

B’kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-konklużjonijiet u l-pariri tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fil-kawża ACCC/C/2008/32, jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tinġab konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali b’mod li jkun kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni u mas-sistema tagħha ta’ rieżami ġudizzjarju.

(6)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2018/881 (5) il-Kunsill talab studju dwar l-għażliet tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-konklużjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fil-kawża ACCC/C/2008/32, li għandu jiġi segwit, jekk ikun xieraq, bi proposta għall-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew talab l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar Pjan ta’ Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija (6), tas-16 ta’ Novembru 2017 dwar l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) tal-UE (7) u tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (8).

(7)

L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi li, fil-qafas tal-liġi nazzjonali tagħha, kull Parti għandha tiżgura li l-membri tal-pubbliku li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-liġi nazzjonali tagħha, ikollhom aċċess għal proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra ta’ rieżami biex jikkontestaw il-legalità sostantiva u proċedurali ta’ deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet li jiksru d-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali nazzjonali tagħha. Il-proċedura ta’ rieżami amministrattiv prevista fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tikkomplementa s-sistema ġenerali ta’ rieżami ġudizzjarju tal-Unjoni li tippermetti lill-membri tal-pubbliku jitolbu rieżami tal-atti amministrattivi permezz ta’ kontestazzjonijiet ġudizzjarji diretti fil-livell tal-Unjoni, jiġifieri skont l-Artikolu 263, ir-raba’ paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u, f’konformità mal-Artikolu 267 tat-TFUE, permezz tal-qrati nazzjonali. Id-dritt u l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jagħmlu talba lill-QĠUE għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 tat-TFUE huma elementi essenzjali ta’ dik is-sistema. Skont l-Artikolu 267 tat-TFUE, kif interpretat mill-QĠUE, il-qrati nazzjonali tal-Istati Membri jiffurmaw parti integrali mis-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni bħala qrati ordinarji tal-liġi tal-UE (9).

(8)

Il-limitazzjoni tar-rieżami intern għal atti amministrattivi ta’ ambitu individwali prevista fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 kienet ir-raġuni ewlenija tan-nonammissibbiltà tat-talbiet magħmula minn organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi għal rieżami intern skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, inkluż f’dak li jirrigwarda l-atti amministrattivi li jkollhom ambitu aktar wiesgħa. Għaldaqstant jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ rieżami intern stabbilita f’dak ir-Regolament jitwessa’ biex dan ikun jinkludi atti mhux leġiżlattivi ta’ ambitu ġenerali.

(9)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 ikopri atti adottati skont il-liġi ambjentali. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ikopri kontestazzjonijiet ta’ atti jew ommissjonijiet li “jiksru” liġi b’rabta mal-ambjent. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi ċċarat li hu meħtieġ rieżami intern biex jiġi vverifikat jekk att amministrattiv jiksirx il-liġi ambjentali.

(10)

Meta jkun qed jiġi vvalutat jekk att amministrattiv fihx dispożizzjonijiet li minħabba l-effetti tagħhom jistgħu jiksru l-liġi ambjentali, jenħtieġ li jitqies jekk dawk id-dispożizzjonijiet jistax ikollhom effett negattiv fuq il-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-TFUE. F’każ bħal dak, il-proċedura tar-rieżami intern ukoll jenħtieġ li jkopri l-atti adottati fl-implimentazzjoni ta’ politiki oħra tal-Unjoni għajr il-politika ambjentali.

(11)

Skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, kif interpretat mill-QĠUE, att jitqies li jkollu effetti esterni, u b’hekk li jkun jista’ jkun soġġett għal talba ta’ rieżami, jekk ikollu l-intenzjoni li jipproduċi effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi. Atti preparatorji, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet u atti oħrajn mhux vinkolanti li ma jipproduċux effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi u li għalhekk ma jistgħux jitqiesu li għandhom effetti esterni, f’konformità mal-każistika tal-QĠUE, jenħtieġ, għalhekk, li ma jitqisux li jikkostitwixxu atti amministrattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (10).

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza legali, att jitqies li għandu effetti legali, u għaldaqstant li jkun jista’ jkun soġġett għal talba ta’ rieżami, f’konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE, kif interpretat mill-QĠUE (11). Il-fatt li att jitqies legalment vinkolanti jimplika li l-att jista’ jkun soġġett għal talba ta’ rieżami, irrispettivament mill-forma tiegħu, peress li n-natura tiegħu titqies fir-rigward tal-effetti, l-objettiv u l-kontenut tiegħu (12).

(13)

Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex jitwettaq proċess tajjeb ta’ rieżami, jixraq li jiġu estiżi l-limiti taż-żmien stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 biex jintalab rieżami amministrattiv u l-limiti ta’ żmien applikabbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni biex iwieġbu għal talbiet bħal dawn.

(14)

F’konformità mal-każistika tal-QĠUE (13), organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi jew membri oħra tal-pubbliku li jitolbu rieżami intern ta’ att amministrattiv huma obbligati jressqu, meta jiddikjaraw ir-raġunijiet għat-talba ta’ rieżami tagħhom, il-fatti jew argumenti legali sostanzjali biżżejjed biex iqajmu dubji serji.

(15)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedimenti ta’ rieżami skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 jenħtieġ li jkopri kemm il-legalità sostantiva kif ukoll dik proċedurali tal-att ikkontestat. F’konformità mal-każistika tal-QĠUE, il-proċedimenti skont l-Artikolu 263, ir-raba’ paragrafu, tat-TFUE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 ma jistgħux ikunu msejsa fuq raġunijiet jew provi li ma jkunux jidhru fit-talba ta’ rieżami, inkella l-iskop tar-rekwiżit, fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, relatat mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ta’ rieżami għal talba bħal din jiġi mċaħħad mill-effett utli tiegħu u s-suġġett tal-proċedura mibdija mit-talba jinbidel (14).

(16)

F’konformità mat-Trattati u mal-prinċipju tal-awtonomija tal-qrati nazzjonali, atti adottati mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, inklużi l-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni mitluba minn att mhux leġiżlattiv adottat skont il-liġi tal-Unjoni, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

(17)

L-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi u membri oħra tal-pubbliku jenħtieġ li jkollhom id-dritt jitolbu rieżami intern ta’ atti u ommissjonijiet amministrattivi mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006, kif emendat b’dan ir-Regolament.

(18)

Meta jkunu qed juru li d-drittijiet tagħhom ikunu ġew preġudikati, il-membri tal-pubbliku għandhom jagħtu prova tal-ksur ta’ drittijiethom. Dan jista’ jinkludi restrizzjoni jew ostaklu mhux ġustifikat għall-eżerċizzju ta’ tali drittijiet.

(19)

Il-membri tal-pubbliku mhumiex obbligati juru li huma kkonċernati direttament u individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 263, ir-raba paragrafu, tat-TFUE, kif interpretat mill-QĠUE (15). Madankollu, sabiex jiġi evitat li membri tal-pubbliku jkollhom dritt illimitat li jitolbu rieżami intern (“actio popularis”), li mhuwiex obbligatorju skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jenħtieġ li dawn jagħtu prova li jkunu affettwati direttament meta mqabbel mal-pubbliku inġenerali, pereżempju fil-każ ta’ theddida imminenti għas-saħħa u s-sikurezza tiegħu stess, jew ta’ preġudizzju kkawżat lil dritt li jkun intitolat għalih skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li tirriżulta mill-allegat ksur tal-liġi ambjentali, f’konformità mal-każistika tal-QĠUE (16).

(20)

Meta jkunu qed jagħtu prova ta’ interess pubbliku suffiċjenti, jenħtieġ li l-membri tal-pubbliku juru b’mod kollettiv kemm l-eżistenza ta’ interess pubbliku fil-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, jew fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u li t-talba ta’ rieżami tagħhom tkun appoġġata minn għadd suffiċjenti ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi madwar l-Unjoni billi jiġbru l-firem tagħhom b’mod fiżiku jew diġitali.

(21)

Sabiex jiġu żgurati proċeduri ta’ rieżami intern effettivi, u b’mod partikolari li t-talbiet ta’ rieżami jissodisfaw, fejn applikabbli, il-kriterji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u jitressqu fatti jew argumenti legali ta’ sustanza suffiċjenti biex jitqajmu dubji serji dwar il-valutazzjoni magħmula mill-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni (17), il-membri tal-pubbliku jenħtieġ li jkunu rappreżentati minn organizzazzjoni ambjentali mhux governattiva li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006, kif emendat b’dan ir-Regolament, jew minn avukat awtorizzat li jipprattika fil-qorti ta’ Stat Membru.

(22)

F’każ li istituzzjoni jew korp tal-Unjoni jirċievu aktar minn talba ta’ rieżami waħda għall-istess att jew ommissjoni u jikkombinaw tali talbiet biex jivvalutawhom fi proċedura unika, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni jenħtieġ li jikkunsidraw kull talba fuq il-merti proprji tagħha fir-risposta tagħhom. B’mod partikolari, jekk xi talba bħal din titqies inammissibbli għal raġunijiet proċedurali jew jekk tiġi miċħuda fuq il-mertu, dan jenħtieġ li ma jippreġudikax il-kunsiderazzjoni tat-talbiet l-oħra ta’ rieżami trattati fl-istess proċedura.

(23)

Sabiex jiġi żgurat li t-trattament tal-każijiet huwa effikaċi, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex japplikaw l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 b’mod konsistenti.

(24)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza u ġestjoni effikaċi tal-każijiet, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu sistemi online biex jirċievu talbiet ta’ rieżami intern.

(25)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għall-istituzzjonijiet u għall-korpi tal-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb biss fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(26)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji magħrufin mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-‘Karta’), b’mod partikolari l-bżonn li jiġi integrat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent fil-politiki tal-Unjoni (l-Artikolu 37), id-dritt għal amministrazzjoni tajba (l-Artikolu 41) u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust (l-Artikolu 47). Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-effikaċja tas-sistema tar-rieżami amministrattiv u tar-rieżami ġudizzjarju tal-Unjoni, u b’riżultat ta’ dan, isaħħaħ l-applikazzjoni tal-Artikoli 37, 41 u 47 tal-Karta u b’hekk jikkontribwixxi għall-istat tad-dritt minqux fl-Artikolu 2 TUE.

(27)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(1), il-punti (g) u (h) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

‘att amministrattiv’ tfisser kull att mhux leġiżlattiv li jiġi adottat minn istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, li jkollu effetti legali u esterni u li jkun fih dispożizzjonijiet li jistgħu jiksru l-liġijiet ambjentali skont it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 2(1);

(h)

‘ommissjoni amministrattiva’ tfisser kull nuqqas min-naħa ta’ istituzzjoni jew korp tal-Unjoni li tadotta att mhux leġiżlattiv li jkollu effetti legali u esterni, fejn tali nuqqas jista’ jikser il-liġijiet ambjentali skont it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 2(1).”;

(2)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Kull organizzazzjoni mhux governattiva jew membri oħra tal-pubbliku li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu talba ta’ rieżami intern lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni li adottaw l-att amministrattiv jew, fil-każ ta’ allegazzjoni ta’ ommissjoni amministrattiva, kellhom jadottaw tali att, għar-raġuni li tali att jew tali ommissjoni jiksru l-liġi ambjentali skont it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 2(1).

Tali talbiet għandhom isiru bil-miktub u f’limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx it-tmien ġimgħat wara li jkun ġie adottat, notifikat jew ippubblikat l-att amministrattiv, skont liema jkun l-aktar tard, jew, fil-każ ta’ allegazzjoni ta’ ommissjoni amministrattiva, tmien ġimgħat wara d-data li fiha kien meħtieġ l-att amministrattiv. It-talba għandha tinkludi r-raġunijiet għar-rieżami.

2.   L-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu kull tali talba, sakemm ma tkunx infondata manifestament jew mhux sostanzjata b’mod ċar. F’każ li istituzzjoni jew korp tal-Unjoni taslilhom aktar minn talba waħda ta’ rieżami tal-istess att amministrattiv jew ommissjoni amministrattiva, l-istituzzjoni jew il-korp jistgħu jgħaqqdu t-talbiet flimkien u jittrattawhom bħala talba waħda. L-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni għandhom jagħtu r-raġunijiet tagħhom fi tweġiba bil-miktub kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn 16-il ġimgħa wara l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni għandhom jaġixxu fi żmien 22 ġimgħa mill-iskadenza ta’ tmien ġimgħat stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(3)

l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.

Talba ta’ rieżami intern tista’ ssir ukoll minn membri oħra tal-pubbliku, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom juru t-tfixkil ta’ drittijiethom ikkawżat mill-allegat ksur tal-liġi ambjentali tal-Unjoni u li huma affettwati direttament minn tali tfixkil meta mqabbla mal-pubbliku inġenerali; jew

(b)

għandhom juru interess pubbliku suffiċjenti u li t-talba hija appoġġata minn tal-anqas 4 000 membru tal-pubbliku residenti jew stabbiliti f’mhux inqas minn ħames Stati Membri, b’tal-anqas 250 membru tal-pubbliku minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-membri tal-pubbliku għandhom ikunu rappreżentati minn organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew minn avukat awtorizzat li jipprattika f’qorti ta’ Stat Membru. Dik l-organizzazzjoni mhux governattiva jew dak l-avukat għandhom jikkooperaw mal-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni kkonċernati sabiex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kwantitattivi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huma ssodisfati, fejn applikabbli, u għandhom jipprovdu evidenza ulterjuri ta’ dan fuq talba.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiżgura li l-kriterji u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1a jiġu applikati b’mod trasparenti u konsistenti.”;

(4)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

Pubblikazzjoni ta’ talbiet u deċiżjonijiet finali, u sistemi online għar-riċeviment ta’ talbiet

1.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jippubblikaw it-talbiet kollha ta’ rieżami intern malajr kemm jista’ jkun wara li jirċevuhom, kif ukoll id-deċiżjonijiet finali kollha dwar dawk it-talbiet malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tagħhom.

2.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jistabbilixxu sistemi online biex jirċievu talbiet ta’ rieżami intern u jistgħu jirrikjedu li t-talbiet kollha ta’ rieżami intern jitressqu permezz tas-sistemi online tagħhom.”;

(5)

L-Artikolu 12(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni jonqsu milli jaġixxu f’konformità mal-Artikolu 10(2) jew (3), l-organizzazzjoni mhux governattiva jew membri oħra tal-pubbliku li jkunu għamlu t-talba ta’ rieżami intern skont l-Artikolu 10 jistgħu jiftħu kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat.”;

(6)

tul it-test tar-Regolament, ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat KE) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-TFUE u għandha ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa;

(7)

tul it-test tar-Regolament, anki fit-titolu, il-kelma “Komunità” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “Unjoni”, u għandha ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punt (3)(a), għandu japplika mid-29 ta’ April 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  ĠU C 123, 9.4.2021, p. 66.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/881 tat-18 ta’ Ġunju 2018 li titlob lill-Kummissjoni tippreżenta studju dwar l-opzjonijiet tal-Unjoni biex tindirizza l-konklużjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fil-kawża ACCC/C/2008/32 u, jekk adatt fid-dawl tar-riżultati tal-istudju, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 6).

(6)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 38.

(7)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 84.

(8)  ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.

(9)  L-Opinjoni tal-Qorti tat-8 ta’ Marzu 2011, Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi, 1/09, ECLI:EU:C:2011:123, paragrafu 80.

(10)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ottubru 2013, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-583/11 P, ECLI:EU:C:2013:625, paragrafu 56.

(11)  Ara s-sentenza fil-Kawża C-583/11 P, il-paragrafu 56.

(12)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Diċembru 1957, Usines à tubes de la Sarre vs L-Awtorità l-Għolja, 1/57 u 14/57, ECLI:EU:C:1957:13, p. 114; tal-31 ta’ Marzu 1971, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, 22/70, ECLI:EU:C:1971:32, paragrafu 42; tas-16 ta’ Ġunju 1993, Franza vs Il-Kummissjoni, C-325/91, ECLI:EU:C:1993:245, paragrafu 9; tal-20 ta’ Marzu 1997, Franza vs Il-Kummissjoni, C-57/95, ECLI:EU:C:1997:164, paragrafu 22; u tat-13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u l-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-463/10 P u C-475/10 P, ECLI:EU:C:2011:656, paragrafu 36.

(13)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2019, TestBioTech vs il-Kummissjoni, C-82/17 P, ECLI:EU:C:2019:719, paragrafu 69.

(14)  Ara s-sentenza fil-Kawża C-82/17 P, paragrafu 39.

(15)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 1963, Plaumann vs il-Kummissjoni, Kawża 25/62, ECLI:EU:C:1963:17.

(16)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2008, Janecek, C-237/07, ECLI:EU:C:2008:447; tal-1 ta’ Ġunju 2017, Folk, C-529/15, ECLI:EU:C:2017:419, u tat-3 ta’ Ottubru 2019, Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland et, C-197/18, ECLI:EU:C:2019:824.

(17)  Ara s-sentenza fil-Kawża C-82/17 P, paragrafu 69.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1768

tat-23 ta’ Ġunju 2021

li jemenda, għall-fini tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Prodott fertilizzanti, li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/1009 għall-kategorija funzjonali tal-prodott (“PFC”) u għall-kategorija tal-materjal komponent (“CMC”) rilevanti rispettivament, ikun ittikkettat f’konformità mal-Anness III ta’ dak ir-Regolament u jkun għadda b’suċċess mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009, wara jkun jista’ jiġi mmarkat CE u jkun jista’ jiċċaqlaq liberament fis-suq intern bħala prodott fertilizzanti tal-UE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I (parzjalment), II, III u IV tiegħu.

(3)

Filwaqt li kienu qed iħejju għat-tranżizzjoni lejn regoli ġodda ta’ armonizzazzjoni, kemm l-Istati Membri kif ukoll il-partijiet ikkonċernati interessati infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġu adattati xi wħud mid-dispożizzjonijiet tekniċi fl-Annessi tar-Regolament (UE) 2019/1009. Uħud minn dawk l-emendi huma meħtieġa sabiex tittejjeb il-konsistenza ma’ partijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u dan jiffaċilita l-aċċess għas-suq intern u l-moviment liberu ta’ prodotti fertilizzanti sikuri u agronomikament effiċjenti. Huma meħtieġa xi emendi biex jiġi żgurat il-livell għoli ta’ protezzjoni li r-Regolament (UE) 2019/1009 għandu l-għan li jikseb, u b’hekk jiġi żgurat li l-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkollhom aċċess għas-suq intern bis-saħħa ta’ dak ir-Regolament ma jkunux ta’ riskju għas-saħħa, għas-sikurezza jew għall-ambjent. Huma meħtieġa emendi oħra sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn kategoriji sinifikanti ta’ prodotti fertilizzanti jiġu esklużi b’mod involontarju mir-regoli ta’ armonizzazzjoni. Dawk l-emendi se jiżguraw l-aċċess għas-suq intern għall-prodotti fertilizzanti li jkunu agronomikament effiċjenti, sikuri, u diġà nnegozjati b’mod wiesa’ fis-suq.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli għall-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkun fihom sustanza b’valuri tal-limitu massimu ta’ residwi għall-ikel u għall-għalf stabbiliti f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (2), fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-manifattur huwa obbligat jagħti struzzjonijiet dwar l-użu biex jiġi żgurat li l-użu maħsub tal-prodott fertilizzanti tal-UE ma jwassalx għall-qbiż tal-valuri tal-limitu massimu għall-ikel u għall-għalf. Barra minn hekk, il-manifattur għandu jinkludi fid-dokumentazzjoni teknika r-riżultati tal-kalkoli li jagħtu prova tal-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Fid-diskussjonijiet dwar kif għandu jiġi implimentat dan l-obbligu, jidher ċar li huwa impossibbli għall-manifatturi li jikkonformaw miegħu, u b’hekk il-prodotti fertilizzanti agronomikament effiċjenti, sikuri u diġà nnegozjati b’mod wiesa’ ma jistgħux jgħaddu mill-valutazzjoni tal-konformità u jaċċessaw is-suq intern skont ir-Regolament (UE) 2019/1009. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-obbligi jiġu sostitwiti b’obbligi li jkunu aktar proporzjonati u li jistgħu jiġu implimentati f’żewġ aspetti.

(5)

L-ewwel nett, il-qbiż ta’ dawk il-limiti jew il-livelli massimi fl-għelejjel jista’ jiġi evitat billi tingħata informazzjoni korretta lill-utent aħħari fuq it-tikketta. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2019/1009 sabiex jiġi impost obbligu fuq il-manifattur li jinforma lill-utent aħħari kull meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih materjal komponent li, jekk jitqiegħed fis-suq bħala ikel jew għalf, jaqbeż il-limiti jew il-livelli massimi stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 470/2009 jew (KE) Nru 396/2005, f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 315/93, jew fid-Direttiva 2002/32/KE. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa tal-annimali u tal-ambjent fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, jenħtieġ li jiżdied ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). B’dan il-mod, l-utent aħħari jkun f’pożizzjoni li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-għalla tkun konformi mar-regoli dwar l-ikel u l-għalf.

(6)

It-tieni nett, huma meħtieġa miżuri addizzjonali fir-rigward ta’ xi sustanzi farmakoloġikament attivi diġà koperti bir-Regolament (KE) Nru 470/2009. Jenħtieġ li l-approċċ ikun differenti skont jekk din tkunx sustanza permessa elenkata fit-Tabella 1 fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (7), u li għaliha seta’ ġie stabbilit limitu massimu ta’ residwi, jew sustanza mhux permessa b’punt ta’ referenza għall-azzjoni stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 (8). Ir-residwi ta’ sustanza permessa jistgħu jkunu preżenti fi prodott fertilizzanti tal-UE biss jekk l-imsemmija sustanza tkun elenkata fit-Tabella 1 fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010. Madankollu, sustanza farmakoloġikament attiva mhux permessa, li hija aktar perikoluża għas-saħħa tal-konsumatur meta tkun preżenti fl-oġġett tal-ikel, jenħtieġ li lanqas ma tkun preżenti ’l fuq mill-punt ta’ referenza għall-azzjoni tagħha fi prodott fertilizzanti tal-UE.

(7)

Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih ukoll sustanzi attivi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Peress li r-Regolament (UE) 2019/1009 ma jkoprix prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jenħtieġ li jiġi ċċarat fit-test ta’ dak ir-Regolament li prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih sustanza attiva ma jridx ikollu funzjoni ta’ protezzjoni tal-pjanti skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Din il-kjarifika hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li se jiffaċilita l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni kemm mill-operaturi ekonomiċi kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali, u b’hekk jiffaċilita l-aċċess għas-suq intern abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009.

(8)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 fih lista eżawrjenti ta’ tipoloġiji għal fertilizzant inorganiku sempliċi bil-mikronutrijenti, kif ukoll id-deskrizzjonijiet korrispondenti u l-kontenut minimu ta’ mikronutrijenti tagħhom. Għall-fertilizzant abbażi ta’ mikronutrijenti fil-forma ta’ mlieħ, 10 % skont il-massa tal-fertilizzant jikkonsisti f’mikronutrijenti li jinħallu fl-ilma. Madankollu, hemm fertilizzanti bbażati fuq l-imlieħ tal-karbonat jew tal-fosfat li għandhom mikronutrijenti li ma jinħallux fl-ilma. Dan ma jaffettwax il-prestazzjoni tagħhom bħala fertilizzanti jew l-assorbiment tan-nutrijenti fl-għalla. Għalhekk, dawn il-fertilizzant abbażi ta’ mikronutrijenti fil-forma ta’ mlieħ jenħtieġ li jitħallew jaċċessaw is-suq intern billi titneħħa l-kundizzjoni dwar it-taħlil fl-ilma. Għall-kelati UVCB (10), huma elenkati biss il-kelati tal-ħadid. Madankollu, mikronutrijenti oħra jistgħu jkunu wkoll kelati UVCB u jistgħu jiġu rilaxxati bil-mod fil-pjanti. Il-fertilizzanti b’rilaxx bil-mod huma utli biex jipprevjenu t-tniġġis tan-nutrijenti fil-ħamrija, billi jirrilaxxaw bil-mod il-mikronutrijenti u b’hekk iżidu l-possibbiltajiet tal-assorbiment tagħhom mill-pjanti. Għalhekk, huwa xieraq li dawn il-prodotti niċċa jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni u li jiġi promoss il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi valuri tal-limitu għall-kontaminanti, inkluż in-nikil, f’materjal għat-tkabbir li jkun prodott fertilizzanti tal-UE, għajr ħamrija in situ, b’funzjoni ta’ tkabbir tal-pjanti jew tal-faqqiegħ. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli ta’ armonizzazzjoni għal dan it-tip ta’ prodott fertilizzanti. Diġà hemm diversi tipi ta’ materjali għat-tkabbir fis-suq, abbażi ta’ regoli nazzjonali u b’karatteristiċi diversi ħafna, li jistgħu jkunu kandidati biex isiru prodotti fertilizzanti tal-UE. Madankollu, il-valur tal-limitu għan-nikil stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1009 għat-tipi kollha ta’ materjali għat-tkabbir joħloq diffikultajiet għal xi materjali għat-tkabbir li jkun fihom biss kostitwenti ta’ oriġini minerali. Dawn il-prodotti huma prodotti niċċa li jikkonformaw mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u diġà jissodisfaw il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE stabbiliti għall-materjali għat-tkabbir bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 (11). F’din id-Deċiżjoni, issir distinzjoni bejn il-materjali minerali għat-tkabbir u kategoriji oħrajn ta’ materjali għat-tkabbir fir-rigward tal-metodi tad-determinazzjoni tal-kontenut tal-kontaminanti, inkluż in-nikil. Għalhekk, għall-materjali kollha għat-tkabbir minbarra l-materjali minerali għat-tkabbir, għandu jiġi ddeterminat il-kontenut totali tal-kontaminant, filwaqt li għall-materjali minerali għat-tkabbir għandu jiġi ddeterminat biss il-kontenut bijodisponibbli. Din id-distinzjoni hija ġġustifikata mill-fatt li l-materjali minerali għat-tkabbir normalment jiġu manifatturati f’temperaturi għoljin, u dan jipproduċi rabta kimika b’saħħitha ta’ kontaminanti mal-istruttura tal-kostitwenti minerali, li tillimita kemm dawn il-kontaminanti jkunu bijoloġikament disponibbli. Madankollu, din id-distinzjoni ma ssirx fir-Regolament (UE) 2019/1009. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, filwaqt li l-materjali minerali għat-tkabbir disponibbli fis-suq ikunu konformi mal-valur tal-limitu stabbilit għan-nikil fir-Regolament (UE) 2019/1009 jekk jiġi ddeterminat biss il-kontenut bijodisponibbli tal-kontaminant, dawn ma jistgħux jikkonformaw mal-istess limitu jekk għandu jiġi ddeterminat il-kontenut totali, kif inhu meħtieġ bħalissa. Għalhekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti għall-markatura CE ta’ dawk il-prodotti abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009 u l-applikazzjoni tal-Ekotikketta, sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni mhux intenzjonata fejn prodotti sikuri għall-ambjent, u li għalhekk ikollhom Ekotikketta, ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni. Għalhekk, il-valur tal-limitu għan-nikil stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009, jenħtieġ li japplika biss għall-kontenut bijodisponibbli għall-materjali minerali għat-tkabbir.

(10)

Bħala miżura ta’ salvagwardja, jenħtieġ li dik ir-regola tapplika biss meta l-użu ta’ dawk il-prodotti jkun limitat għal użu professjonali f’applikazzjonijiet ortikulturali, f’soqfa ħodor jew f’ħitan ħodor. Dan jiżgura trattament aħjar u rata ogħla ta’ rkupru tal-materjali għat-tkabbir użati, b’possibbiltajiet reali ta’ riċiklaġġ tal-materjali wara l-użu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-manifattur jikkollabora wkoll mal-utent biex jiġi żgurat ir-rimi sikur tal-prodotti ladarba dawn ma jibqgħux jintużaw. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-prodott ma jkollux kuntatt dirett mal-ħamrija, sabiex ma jikkontribwixxix għall-akkumulazzjoni ta’ kontaminanti fiha.

(11)

Il-prodotti fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fihom biss materjali komponenti konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għal waħda mill-kategoriji tal-materjali komponenti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009. Il-prodotti fertilizzanti, b’mod partikolari l-fertilizzanti, spiss ikun fihom addittivi tekniċi bbażati fuq il-polimeri, li huma importanti biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-użu sikur tagħhom. Dawk l-addittivi mhuma koperti mill-ebda waħda mill-kategoriji eżistenti tal-materjali komponenti. Madankollu, il-fertilizzanti li jkun fihom dawn l-addittivi huma koperti mir-regoli ta’ armonizzazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Dawn l-addittivi tekniċi huma, pereżempju, antiagglomeranti li jipprevjenu l-formazzjoni taċ-ċapep, u aġenti għal kontra l-formazzjoni tat-trab li jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trab mill-prodott fertilizzanti matul l-applikazzjoni tiegħu. L-antiagglomeranti huma essenzjali għall-effiċjenza fl-użu tan-nutrijenti peress li mingħajr dawn l-aġenti, il-fertilizzant ma jinfirixx b’mod ugwali u għalhekk l-utent aħħari japplika aktar fertilizzant biex jiżgura li dan jilħaq lill-pjanti kollha. L-aġenti għal kontra l-formazzjoni tat-trab huma importanti ħafna wkoll għall-protezzjoni tas-saħħa tal-utenti. Għalhekk, il-polimeri li ma jikkawżaw l-ebda tħassib ambjentali jenħtieġ li jiġu inklużi fost il-materjali komponenti permessi fil-prodotti fertilizzanti skont ir-Regolament (UE) 2019/1009. Dan jiżgura li l-kategoriji sinifikanti ta’ prodotti b’effiċjenza agronomika u sikurezza mtejba jibqa’ jkollhom aċċess għas-suq intern.

(12)

Sabiex jiġi identifikat liema polimeri ma jikkawżaw l-ebda tħassib ambjentali, huwa xieraq li ssir referenza għall-opinjonijiet xjentifiċi maħruġa mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji (13) u mill-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), dwar partikoli mikroplastiċi miżjuda intenzjonalment ma’ prodotti għall-użu mill-konsumatur jew dak professjonali ta’ kwalunkwe tip.

(13)

Bl-inklużjoni ta’ dawn il-kategoriji tal-polimeri fis-CMC 1 (Sustanzi u taħlitiet minn materjal verġni) u fis-CMC 11 (Prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)), jiġi żgurat ukoll li dawk il-polimeri se jiġu rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b’fajl li jinkludi rapport ta’ sikurezza għall-użu tagħhom bħala prodott fertilizzanti. Dan jiżgura li titwettaq valutazzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe riskju mill-użu ta’ dawn l-addittivi fil-prodotti fertilizzanti, u li l-prodotti fertilizzanti mogħtija aċċess għas-suq intern skont din l-emenda b’hekk ikunu sikuri għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

(14)

Il-fertilizzanti bil-mikronutrijenti jista’ jkun fihom aġenti kelanti jew kumplessanti, li huma sustanzi maħsuba biex itejbu d-disponibbiltà fit-tul tal-mikronutrijenti għall-pjanti.

(15)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jirrikjedi li l-prodotti fertilizzanti li jkun fihom aġenti kelanti jibqgħu stabbli f’soluzzjoni standard ta’ Hoagland f’pH 7 u 8 għal mill-inqas tliet ijiem, biex jiġi żgurat li l-mikronutrijenti jiġu rilaxxati bil-mod fil-pjanti. Il-kompożizzjoni tal-ħamrija agrikola u l-varjazzjonijiet fil-pH jistgħu jfixklu l-istabbiltà ta’ dawn il-prodotti. Progress tekniku ġdid jippermetti li jiġu vvalutati l-interferenzi potenzjali u li tiġi stabbilita firxa tal-pH fejn il-prodotti jkunu stabbli għal finijiet agrikoli. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, prodott jista’ jkun stabbli f’firxa tal-pH għajr il-pH 7 u 8, u xorta jissodisfa l-iskop tiegħu li tiġi żgurata d-disponibbiltà fit-tul tal-mikronutrijenti. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat biex jippermetti li dawn il-prodotti jkunu stabbli f’firxa tal-pH differenti. B’dan il-mod, ir-regoli ta’ armonizzazzjoni japplikaw għal aktar prodotti, li jirrilaxxaw bil-mod il-mikronutrijenti fil-pjanti u b’hekk titnaqqas il-lissija tan-nutrijenti fil-ħamrija. Bħala miżura addizzjonali, il-firxa tal-pH li fiha l-prodotti fertilizzanti tal-UE jkunu stabbli, jenħtieġ li tiġi indikata fuq it-tikketta biex jiġi żgurat li tingħata informazzjoni korretta lill-utent aħħari.

(16)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jirrikjedi d-dikjarazzjoni tal-perċentwal ta’ kull mikronutrijent kelat minn kull aġent kelanti u ta’ kull mikronutrijent kumplessat minn kull aġent kumplessanti, kif ikun applikabbli. Il-prodotti bil-mikronutrijenti jista’ jkun fihom taħlita ta’ aġenti kelanti, jew ta’ aġenti kumplessanti, jew tat-tnejn. F’każijiet bħal dawn, il-metodi analitiċi disponibbli ma jistgħux jappoġġaw id-determinazzjoni tal-perċentwal eżatt ta’ kull mikronutrijent kelat jew kumplessat minn kull aġent individwali. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat sabiex il-manifattur ikun jista’ jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti tat-tikkettar, u b’hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess tiegħu għas-suq intern.

(17)

Xi prodotti fertilizzanti, bħall-materjali għat-tkabbir, jużaw il-pit bħala komponent ewlieni. L-inkoraġġiment tal-użu ta’ alternattivi għall-pit huwa importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, speċjalment għall-prevenzjoni tat-telfien tal-karbonju u tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif ukoll għall-konservazzjoni tal-ekosistemi fraġli. Il-fibri tal-pjanti jistgħu jintużaw biex jissostitwixxu parzjalment il-pit fil-materjali għat-tkabbir. Madankollu, biex jittejjeb il-potenzjal tal-fibri tal-pjanti mhux ittrattati, dawn għandhom jiġu ttrasformati f’fibri ta’ partikoli aktar fini peress li dan itejjeb il-grad ta’ bijodegrabbiltà tagħhom, l-interazzjoni tagħhom man-nutrijenti u ż-żamma tal-ilma. Il-kundizzjonament tal-fibri tal-pjanti mhux ipproċessati bl-użu ta’ pretrattamenti fiżiċi differenti għall-fini tal-isfibratura jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista eżawrjenti ta’ trattamenti fis-CMC 2 (Pjanti, partijiet tal-pjanti u estratti tal-pjanti). Bħala miżura ta’ salvagwardja, jenħtieġ li jiżdiedu ċerti restrizzjonijiet mal-metodi tal-ipproċessar, bħat-temperatura massima u l-projbizzjoni tal-addittivi għajr l-ilma.

(18)

Is-CMC 3 (Kompost) u s-CMC 5 (Diġestat għajr diġestat tal-għelejjel friski) jistabbilixxu lista eżawrjenti ta’ materjali ta’ input li jistgħu jintużaw. Dik il-lista tinkludi prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u prodotti sekondarji mill-annimali li jistgħu jitqiesu bħala organiżmi mejta, f’każijiet fejn punt tat-tmiem fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.

(19)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi għall-ewwel darba regoli ta’ armonizzazzjoni għall-kompost u għad-diġestat bħala materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE. Madankollu, dawn il-materjali huma preżenti fis-suq, abbażi tar-regoli nazzjonali. Bħalissa, il-prodotti sekondarji mill-annimali li ma jistgħux jitqiesu bħala organiżmi mejta (speċjalment id-demel mhux ipproċessat) spiss jintużaw bħala materjali ta’ input għall-kompost u għad-diġestat. B’dan il-mod, dawn il-materjali jiġu ttrasformati fi prodotti fertilizzanti b’valur miżjud ekonomiku u ambjentali nett. L-użu tal-eskrement kompost tal-annimali, inkluż id-demel tat-tjur tat-trobbija u d-demel kompost tal-bhejjem, kif ukoll id-diġestat li jkun fih prodotti sekondarji mill-annimali kodiġeriti ma’ materjal ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali, huwa inkluż fil-lista eżawrjenti ta’ fertilizzanti, kundizzjonaturi tal-ħamrija u nutrijenti permessi fil-biedja organika fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (17). Għalhekk, huwa xieraq li jingħata aċċess għas-suq intern lil prodotti fertilizzanti li jkun fihom il-kompost jew id-diġestat b’dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala materjali ta’ input. Dan jiżgura wkoll konsistenza mal-materjali ta’ input permessi fis-CMC 12 (Imlieħ tal-fosfat preċipitati u d-derivati tagħhom), fis-CMC 13 (Materjali tal-ossidazzjoni termali u d-derivati tagħhom), kif ukoll fis-CMC 14 (Materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni), li ġew introdotti reċentement.

(20)

Is-CMCs 3 u 5 jeskludu wkoll mill-materjali ta’ input tagħhom l-organiżmi ħajjin jew mejtin mill-frazzjoni organika tal-iskart muniċipali domestiku mħallat. Għall-kuntrarju, is-CMCs 12, 13 u 14 jeskludu mill-materjali ta’ input tagħhom l-organiżmi ħajjin jew mejtin mill-materjali mill-iskart muniċipali mħallat, u mhux biss mill-iskart domestiku. L-objettiv ta’ dawk id-dispożizzjonijiet huwa li jitħeġġeġ il-ġbir separat tal-iskart fil-muniċipalitajiet, billi ma jingħatawx opportunitajiet għall-użu tal-iskart imħallat. Ir-raġunament huwa l-istess kemm jekk l-iskart jiġi ġġenerat mill-unitajiet domestiċi kif ukoll minn ristoranti jew minn operaturi oħrajn fil-muniċipalitajiet. Ma hemm l-ebda raġuni biex jiġi pprojbit l-użu tal-iskart domestiku imħallat biss bħala materjal ta’ input fil-kompost u fid-diġestat. Għalhekk, biex jiġi żgurat approċċ koerenti u strett lejn l-irkupru tal-iskart muniċipali mħallat u għaldaqstant biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet fis-CMCs 3 u 5 jiġu allinjati ma’ dawk fis-CMCs 12, 13 u 14, li ġew introdotti reċentement.

(21)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi obbligu għall-manifattur li jelenka fuq it-tikketta l-ingredjenti kollha ta’ aktar minn 5 % skont il-piż tal-prodott. Madankollu, l-element li fuqu jiġi applikat il-limitu ta’ 5 % jenħtieġ li jiġi adattat għall-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott fertilizzanti kkonċernat u għalhekk jenħtieġ li tkun permessa dikjarazzjoni tal-ingredjenti li jirrappreżentaw 5 % tal-volum. Speċjalment fil-każ ta’ prodotti fejn il-kwantità tkun indikata skont il-volum, l-elenkar tal-ingredjenti li jirrappreżentaw 5 % tal-volum huwa preferibbli peress li l-piż tal-ingredjenti relattivi skont il-piż tal-prodotti mhux dejjem ikun magħruf. Dan jiffaċilita l-aċċess ta’ dawn il-prodotti għas-suq intern. Fir-rigward tal-prodott fertilizzanti tal-UE f’forma likwida, huwa xieraq li jiġu ttikkettati l-ingredjenti ta’ aktar minn 5 % skont il-piż xott peress li inkella jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-ilma biss jiġi elenkat bħala ingredjent. Dan jiżgura li l-prodotti jkollhom aċċess għas-suq intern abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009 biss jekk l-utenti jkunu infurmati bix-xieraq dwar l-ingredjenti tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jużaw il-prodotti b’mod sikur.

(22)

It-tikketta ta’ fertilizzant organominerali, ta’ fertilizzant inorganiku solidu jew likwidu bil-makronutrijenti u ta’ fertilizzant inorganiku bil-mikronutrijenti għandha telenka l-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti ddikjarati, segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom. F’xi każijiet, il-livell dikjarabbli tal-mikronutrijenti jista’ jkun preżenti b’mod naturali fil-materjali komponenti tal-prodotti fertilizzanti tal-UE. Dan huwa partikolarment il-każ għall-fertilizzanti minn materjali arrikkiti. Minħabba l-oriġini naturali tagħhom, l-ismijiet tal-kontrojoni għal dawk il-mikronutrijenti mhux dejjem jistgħu jiġu ddeterminati minħabba limitazzjonijiet analitiċi jew tekniċi. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi permessa d-dikjarazzjoni tal-mikronutrijenti li ma jiġux miżjuda intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti tal-UE, anke jekk il-kontrojoni korrispondenti ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati. Inkella, il-fertilizzanti inorganiċi bil-mikronutrijenti minn materjali arrikkiti ma jkunux jistgħu jiġu kkummerċjalizzati skont ir-Regolament (UE) 2019/1009, peress li l-manifattur ma jkunx jista’ jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit tat-tikkettar. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-kontenut ta’ mikronutrijenti f’fertilizzanti organominerali u inorganiċi bil-makronutrijenti mingħajr il-kontrojoni korrispondenti hija ta’ benefiċċju kemm għall-utent aħħari, li jista’ jadatta pjan ta’ fertilizzazzjoni billi jqis ukoll il-kontenut ta’ mikronutrijenti, kif ukoll għall-ambjent, peress li tista’ tiġi evitata il-fertilizzazzjoni żejda. L-effiċjenza jew is-sikurezza tal-fertilizzant ma tiġix affettwata mill-esklużjoni tal-kontrojoni mit-tikketta.

(23)

Il-manifattur ta’ fertilizzant inorganiku solidu bil-makronutrijenti huwa obbligat isemmi fuq it-tikketta l-forma tal-unità fiżika, b’referenza għal waħda mill-erba’ forom differenti elenkati fir-Regolament, jiġifieri trab, granuli, prilli u pellets. Madankollu, f’xi każijiet, l-użu ta’ waħda biss mill-forom speċifiċi ta’ hawn fuq ma jkunx possibbli, peress li l-forma fiżika tal-prodott tgħaqqad flimkien tnejn mill-erba’ forom. Għalhekk, sabiex il-manifattur ikun jista’ jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit tat-tikkettar, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-unità fiżika ma tkunx limitata għal forma waħda possibbli biss, iżda jenħtieġ li tippermetti wkoll l-użu ta’ taħlita ta’ formoli. Jenħtieġ li d-definizzjonijiet ta’ unità fiżika jkopru t-tipi kollha ta’ fertilizzanti u jenħtieġ li ma jirrestrinġux it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jikkonformaw b’mod ieħor mar-rekwiżiti fir-Regolament (UE) 2019/1009.

(24)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli ta’ tolleranza għal kull PFC għall-valuri differenti ddikjarati fuq it-tikketta. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi kemm tolleranzi negattivi (jenħtieġ li l-valur attwali ma jkunx anqas mill-valur iddikjarat imnaqqas bit-tolleranza negattiva) kif ukoll tolleranzi pożittivi (jiġifieri li l-valur attwali ma jistax ikun ogħla mill-valur iddikjarat miżjud bit-tolleranza rispettiva). Dan huwa partikolarment importanti għad-dikjarazzjoni tan-nutrijenti fejn, sabiex tiġi evitata fertilizzazzjoni baxxa u żejda, il-manifattur irid jiżgura li l-kontenut ta’ nutrijenti ddikjarat la jkun anqas u lanqas ogħla mill-valur iddikjarat miżjud bit-tolleranzi.

(25)

Uħud mit-tolleranzi stabbiliti għall-fertilizzanti inorganiċi huma dojoq ħafna minħabba l-kapaċitajiet tekniċi eżistenti. Dan huwa speċjalment il-każ għan-nutrijenti ddikjarati fejn il-kontenut tan-nutrijent jista’ jkun relattivament baxx meta mqabbel mal-prodott kollu. Kontenut baxx ta’ nutrijenti jfisser li d-devjazzjoni tal-valur iddikjarat tiegħu hija żgħira wkoll, peress li hija ddikjarata bħala perċentwal tal-kontenut tan-nutrijenti. Għalhekk, it-tolleranzi għal xi wħud mir-rekwiżiti għall-fertilizzanti inorganiċi jenħtieġ li jitwessgħu biex jiġi żgurat bilanċ ġust bejn il-kapaċitajiet tekniċi tal-manifattur u l-ħtieġa li tingħata informazzjoni korretta lill-utent aħħari.

(26)

Barra minn hekk, it-tolleranza f’termini assoluti għall-kontenut ta’ karbonju organiku fit-tejjieb tal-ħamrija jenħtieġ li titwessa’ wkoll. It-tejjieba tal-ħamrija jista’ jkollhom kontenut sinifikanti ta’ karbonju organiku, li minnu nnifsu mhuwiex problematiku, peress li fil-fatt il-karbonju organiku jtejjeb il-kwalità tal-ħamrija billi jarrikkixxi l-kontenut ta’ materjal organiku tagħha. F’każijiet bħal dawn, il-possibbiltà ta’ devjazzjoni f’termini assoluti ta’ punt perċentwali wieħed biss hija restrittiva ħafna. Għalhekk, huwa xieraq li tkun permessa devjazzjoni akbar f’termini assoluti filwaqt li tinżamm id-devjazzjoni relattiva eżistenti.

(27)

Jenħtieġ li jiżdiedu t-tolleranzi għall-kwantità ta’ bijostimulant tal-pjanti u ta’ taħlita ta’ prodotti fertilizzanti, peress li din l-informazzjoni hija meħtieġa li tingħata fuq it-tikketta. Għal taħlita ta’ prodotti fertilizzanti, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn it-taħlita li tħallat żewġ prodotti fertilizzanti tal-UE, meta l-proporzjon ta’ kull wieħed minnhom fit-taħlita jkun jista’ jiġi ddeterminat, u għalhekk medja tat-tolleranzi diġà stabbiliti għal kull wieħed skont il-proporzjon tagħhom fit-taħlita tkun tista’ tiġi kkalkolata u applikata għat-taħlita kollha u għat-taħlita funzjonali, u meta l-istess materjal jgħaddi mill-valutazzjoni tal-konformità għal żewġ prodotti fertilizzanti tal-UE li jappartjenu għal żewġ PFCs differenti u ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat b’mod oġġettiv il-proporzjon ta’ kull wieħed fit-taħlita. Fil-każ ta’ dan tal-aħħar, it-tolleranza aktar stretta għall-kwantità tal-PFCs komponenti jenħtieġ li tiġi applikata għat-taħlita kollha. Fil-fatt, il-manifattur irid jagħti prova tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ kull PFC u dan jinkludi indikazzjoni tal-kwantità ta’ kull PFC f’konformità mat-tolleranza korrispondenti tagħha. Peress li kull PFC tirrappreżenta 100 % tat-taħlita f’dan il-każ partikolari, allura t-taħlita kollha kemm hi se jkollha tirrispetta t-tolleranza aktar stretta.

(28)

Abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009, hemm erba’ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-prodotti fertilizzanti tal-UE, b’livelli differenti ta’ kumplessità skont is-CMC(s) tagħhom u l-PFC: il-Moduli A, A1, B+C u D1.

(29)

Il-Modulu D1 ġie adattat sabiex jirrifletti l-aspetti speċifiċi tal-prodotti fertilizzanti tal-UE derivati mill-iskart. Manifattur jista’ japplika l-Moduli B+C meta jivvaluta l-konformità ta’ inibitur (PFC 5) jew ta’ bijostimulant tal-pjanti (PFC 6), irrispettivament mill-materjali komponenti tagħhom. Għalhekk, bħala effett involontarju tal-abbozzar tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009, xejn ma jista’ jipprevjeni l-applikazzjoni tal-Moduli B+C, anke fil-każ tal-valutazzjoni ta’ inibitur jew ta’ bijostimulant tal-pjanti li jkun fih materjali komponenti li għalihom il-Modulu D1 aktar strett ikun obbligatorju. Huwa xieraq li tiġi applikata proċedura stretta ta’ valutazzjoni tal-konformità kull meta prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih materjali komponenti dderivati mill-iskart, irrispettivament mill-PFC tiegħu. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli u konsistenti ta’ protezzjoni, jenħtieġ li l-Moduli B+C jitħallew għall-inibituri u għall-bijostimulanti tal-pjanti biss meta dawn ma jkunx fihom dawn il-materjali komponenti.

(30)

Meta jsegwi l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-manifattur għandu jagħti informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika dwar, fost affarijiet oħra, il-kromu totali kull meta dan ikun ogħla minn 200 mg/kg. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 ma jindikax jekk dan il-limitu għandux jiġi applikat għall-materja niexfa jew għall-materja friska. Dan l-obbligu ma jistax jiġi ssodisfat b’mod uniformi fl-Unjoni jekk ma jkunx ċar kif jenħtieġ li jiġu kkalkolati l-200 mg/kg. Meta jistabbilixxi l-valuri tal-limitu għall-kontaminanti, inkluż il-kromu eżavalenti (Cr VI), ir-Regolament (UE) 2019/1009 iqis il-materja niexfa. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ koerenza, jenħtieġ li l-kontenut ta’ kromu totali jiġi kkalkolat b’referenza għall-materja niexfa.

(31)

Saru konsultazzjonijiet dwar l-emendi fir-Regolament (UE) 2019/1009 f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). Ġie kkonsultat il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-prodotti fertilizzanti.

(32)

Minħabba li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 għandhom japplikaw b’effett mis-16 ta’ Lulju 2022, jeħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi ddifferita għall-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(4)

l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(5)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 41).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(10)  UVCB: Sustanzi b’kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti b’reazzjoni kumplessa jew materjali bijoloġiċi.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 tat-18 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief (ĠU L 303, 20.11.2015, p. 75).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1).

(13)  RAC ECHA. 2020. Opinjoni dwar fajl tal-Anness XV li tipproponi restrizzjonijiet fuq il-mikroplastiks miżjuda intenzjonalment (ECHA/RAC/RES-O -0000006790-71-01/F).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(18)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).


ANNESS I

Il-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009 hija emendata kif ġej:

(1)

il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Ir-residwi ta’ sustanza farmakoloġikament attiva fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jistgħu jkunu preżenti fi prodott fertilizzanti tal-UE biss jekk dik is-sustanza tkun jew:

inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (**), jew

kellha punt ta’ referenza għal azzjoni stabbilit f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 (***), u s-sustanza jew ir-residwi tagħha jkunu preżenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE f’livell taħt dak il-punt ta’ referenza.’;

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11)."

(**)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1)."

(***)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 41)."

(2)

jiddaħħal il-punt 5a li ġej:

“5a.

Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih sustanza attiva fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biss jekk dak il-prodott fertilizzanti tal-UE ma jkollux funzjoni ta’ protezzjoni tal-pjanti fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament.’;

(3)

fit-tabella tal-punt 2 ta’ PFC 1(C)(II)(a):

(a)

ir-ringiela li tikkonċerna t-tipoloġija “Fertilizzant b’mikronutrijenti fil-forma ta’ melħ” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fertilizzant b’mikronutrijenti fil-forma ta’ melħ

Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b’mikronutrijenti li jkun inkiseb b’mezzi kimiċi u li jkollu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu melħ minerali f’forma jonika

10 % skont il-massa ta’ fertilizzant b’mikronutrijenti fil-forma ta’ melħ għandu jikkonsisti minn mikronutrijent”

(b)

ir-ringiela li tikkonċerna t-tipoloġija “Kelati ta’ ħadid UVCB” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mikronutrijenti kelati UVCB ((5))

Fertilizzant inorganiku sempliċi b’mikronutrijenti solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutrijent dikjarat ikkombinat b’mod kimiku ma’ aġent(i) kelanti li jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta’ CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

5 % skont il-massa ta’ mikronutrijenti kelati UVCB għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u tal-anqas 80 % tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkun kelat (frazzjoni kelata) u tal-anqas 50 % tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkun kelat permezz ta’ aġenti kelanti speċifiċi li jissodisfaw r-rekwiżiti ta’ CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

(4)

f’PFC 3(B), jiżdied il-punt 4 li ġej:

“4.

Il-patoġeni f’tejjieb inorganiku tal-ħamrija li jkun fih aktar minn 1 % skont il-massa ta’ karbonju organiku (Corg) ma jridux jaqbżu l-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f’25 g jew f’25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f’1 g jew f’1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta’ kampjuni fejn l-għadd ta’ batterji espress f’CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta’ batterji espress f’CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji espress f’CFU.”;

(5)

f’PFC 4, jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

B’deroga mill-punt 2(d), il-valur ta’ limitu għan-nikil (Ni) f’materjal għat-tkabbir magħmul totalment minn kostitwenti minerali u offrut għall-użu professjonali fl-ortikultura, fis-soqfa ħodor jew fil-ħitan ħodor, għandu japplika għall-kontenut bijodisponibbli tal-kontaminant.”.


(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(**)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

(***)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 41).’


((5))  (5) UVCB: Sustanza b’kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti b’reazzjoni kumplessa jew materjali bijoloġiċi.”;


ANNESS II

Il-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 hija emendata kif ġej:

(1)

CMC 1 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1(f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

polimeri, għajr:

polimeri li jkunu r-riżultat ta’ proċess ta’ polimerizzazzjoni li jkun seħħ fin-natura, indipendentement mill-proċess ta’ estrazzjoni li bih dawn ikunu ġew estratti, u li ma jkunux ġew immodifikati b’mod kimiku fis-sens tal-Artikolu 3(40) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

polimeri bijodegradabbli, jew

polimeri b’solubbiltà fl-ilma ogħla minn 2 g/L fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

temperatura ta’ 200 C

pH 7

tagħbija: 10 g/1 000 mL

żmien tat-test: 24 siegħa,”;

(b)

fil-punt 3(a), l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-prodott fertilizzanti tal-UE għandu jibqa’ stabbli għal mill-inqas tlett ijiem f’soluzzjoni li jkollha kwalunkwe pH fil-firxa dikjarata bħala li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli.”;

(2)

f’CMC 2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li ma jkunu għaddew minn ebda proċess ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, il-maċinazzjoni, it-tgħarbil, it-tnaqqih, iċ-ċentrifugazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, it-trattament bl-iffriżar, il-lijofilizzazzjoni, l-estrazzjoni bl-ilma, l-estrazzjoni superkritika ta’ CO2, jew l-isfibratura f’temperatura ta’ mhux aktar minn 100 °C u mingħajr ebda addittiv għajr l-ilma.”;

(3)

CMC 3 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1(b) jitħassar;

(b)

il-punt 1(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux ipproċessati jew li jkunu pproċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief:

(i)

materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,”;

(ii)

ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u

(iii)

prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.”;

(c)

fil-punt 1(e), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a) jew (c) jew fil-punt 1a li:”;

(d)

jiddaħħal il-punt 1a li ġej:

“1a.

Minkejja l-punt 1, prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih kompost miksub permezz ta’ kompostjar aerobiku tal-materjali fil-Kategorija 2 jew fil-Kategorija 3 jew ta’ prodotti dderivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, waħdu jew imħallat mal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1, sakemm:

(a)

il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u

(b)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti 2 u 3.”;

(e)

il-punt 2(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fejn il-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input imsemmija fil-punti 1 u 1a huma sseparati b’mod ċar mil-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input għajr dawk imsemmija fil-punti 1 u 1a, u”;

(4)

CMC 5 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1(b) jitħassar;

(b)

il-punt 1(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom li ma jkunux proċessati jew li jkunu pproċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief:

(i)

materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,”;

(ii)

ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil,

(iii)

prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.”;

(c)

fil-punt 1(e), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a) jew (c) jew fil-punt 1a li:”;

(d)

jiddaħħal il-punt 1a li ġej:

“1a.

Minkejja l-punt 1, prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih diġestat miksub permezz ta’ diġestjoni anaerobika tal-materjali fil-Kategorija 2 jew fil-Kategorija 3 jew ta’ prodotti dderivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, waħdu jew imħallat mal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1, sakemm:

(a)

il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u

(b)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti 2 u 3.”;

(e)

il-punt 2(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fejn il-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input imsemmija fil-punti 1 u 1a huma sseparati b’mod ċar mil-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input għajr dawk imsemmija fil-punti 1 u 1a, u”;

(5)

f’CMC 11, il-punt 1(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

polimeri, għajr:

polimeri li jkunu r-riżultat ta’ proċess ta’ polimerizzazzjoni li jkun seħħ fin-natura, indipendentement mill-proċess ta’ estrazzjoni li bih dawn ikunu ġew estratti, u li ma jkunux ġew immodifikati b’mod kimiku fis-sens tal-Artikolu 3(40) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

polimeri bijodegradabbli, jew

polimeri b’solubbiltà fl-ilma ogħla minn 2 g/L fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

temperatura ta’ 200 C

pH 7

tagħbija: 10 g/1 000 mL

żmien tat-test: 24 siegħa,”.


ANNESS III

L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1(h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

lista tal-ingredjenti kollha ta’ aktar minn 5 % skont il-piż jew il-volum tal-prodott, jew fil-każ tal-prodotti f’forma likwida skont il-piż niexef, f’ordni dekrexxenti ta’ kobor, inkluż id-deżinjazzjonijiet tas-CMCs rilevanti kif imsemmi fil-Parti I tal-Anness II għal dan ir-Regolament. Meta l-ingredjent ikun sustanza jew taħlita, dan għandu jiġi identifikat f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Is-sustanzi li jseħħu fin-natura jistgħu jiġu identifikati mill-ismijiet tal-minerali tagħhom.”;

(b)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkollu fih materjal komponent li, kieku tqiegħed fis-suq bħala ikel jew għalf, kien ikun soġġett għal limiti massimi ta’ residwi stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għal livelli massimi ta’ residwi stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), jew għal livelli massimi stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (***) jew id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****), u dak il-materjal komponent ikollu fih sustanza li taqbeż il-valur(i) limitu korrispondenti (jew wieħed minnhom), għandha tiġi indikata l-konċentrazzjoni massima ta’ dik is-sustanza fil-prodott fertilizzanti tal-UE, flimkien ma’ twissija li l-prodott fertilizzanti tal-UE ma jridx jintuża b’tali mod li jirriskja li jwassal għall-qbiż ta’ dak il-limitu fl-ikel jew fl-għalf.;

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29)."

(**)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1)."

(***)  Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1)."

(****)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 fuq sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10)”."

(c)

il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih materjal għat-tkabbir kif imsemmi fil-punt 2a ta’ PFC 4 fil-Parti II tal-Anness I, jew ikun fih polimeru bl-iskop ta’ materjal li jorbot fil-prodott kif imsemmi fil-punt 1(c) ta’ CMC 9 fil-Parti II tal-Anness II, l-utent għandu jingħata struzzjoni biex ma jużax il-prodott f’kuntatt mal-ħamrija u, f’kollaborazzjoni mal-manifattur, biex jiżgura r-rimi kif xieraq tal-prodotti wara li jintemm l-użu.”;

(2)

il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 5 ta’ PFC 1(B):

(i)

is-subpunt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

indikazzjoni tal-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment;”;

(ii)

is-subpunt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti jew kumplessati b’aġent(i) kumplessanti:

il-kwalifikatur li ġej, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”;

l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;”;

(iii)

jiddaħħal is-subpunt (ca) li ġej:

“(ca)

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, il-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli;”;

(iv)

is-subpunt (d) jitħassar;

(b)

f’PFC 1(C)(I)(a):

(i)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Il-forma tal-unità fiżika tal-prodott għandha tiġi indikata b’waħda, jew b’taħlita ta’ tnejn jew aktar, minn dawn:

(a)

granuli,

(b)

griebeb,

(c)

trab, fejn tal-anqas 90 % skont il-massa tal-prodott ikun jista’ jgħaddi minn għarbiel b’malja ta’ 1 mm, jew

(d)

prilli,”;

(ii)

fil-punt 8:

is-subpunt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

indikazzjoni tal-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment;”;

is-subpunt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti jew kumplessati b’aġent(i) kumplessanti:

il-kwalifikatur li ġej, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”;

l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;”;

jiddaħħal is-subpunt (ca) li ġej:

“(ca)

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, il-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli;”;

jitħassar is-subpunt (d);

(c)

fil-punt 6 ta’ PFC 1(C)(I)(b):

(i)

is-subpunt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

indikazzjoni tal-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment;”;

(ii)

is-subpunt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti jew kumplessati b’aġent(i) kumplessanti:

il-kwalifikatur li ġej, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”;

l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;”;

(iii)

jiddaħħal is-subpunt (ca) li ġej:

“(ca)

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, il-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli;”;

(iv)

is-subpunt (d) jitħassar;

(d)

f’PFC 1(C)(II):

(i)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Il-mikronutrijenti dikjarati fil-fertilizzant inorganiku b’mikronutrijenti għandhom ikunu elenkati skont l-ismijiet tagħhom u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment.”;

(ii)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati minn aġent(i) kelanti u kull aġent kelanti jkun jista’ jiġi identifikat u kwantifikat u jikkela tal-anqas 1 % ta’ mikronutrijent solubbli fl-ilma, jew il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kumplessati minn aġent(i) kumplessanti, il-kwalifikanti li ġejjin għandhom jiżdiedu, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”,

l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;”;

(iii)

jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, għandha tiġi indikata l-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli.”;

(iv)

jitħassar il-punt 3;

(3)

il-Parti III hija emendata kif ġej:

(a)

f’PFC 1(C):

(i)

l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

Forom tan-nutrijent dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Tolleranza permissibbli għall-kontenut tal-makronutrijenti dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Forom dikjarati ta’ nitroġenu (N)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 2 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ pentossidu tal-fosforu (P2O5)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 2 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ ossidu tal-potassju (K2O)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 2 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O) f’fertilizzanti binarji

± 1,5 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O) f’fertilizzanti terzjarji

± 1,9 punti perċentwali f’termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) totali u solubbli fl-ilma

- 50 u + 100 % devjazzjoni relattiva tal-kontenut dikjarat ta’ dawk in-nutrijenti sa massimu ta’ - 2 u + 4 punti perċentwali f’termini assoluti

Ossidu tas-sodju totali u solubbli fl-ilma (Na2O)

– 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta’ 0,9 punt perċentwali f’termini assoluti + 50 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta’ 1,8 punti perċentwali f’termini assoluti

Granulometrija

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-perċentwal dikjarat ta’ materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku

Kwantità

± 1 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat”

(ii)

it-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

Mikronutrijent

Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat ta’ forom ta’ mikronutrijent

Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %

± 50 % tal-valur dikjarat

Konċentrazzjoni ta’ aktar minn 2 % u inqas minn jew daqs 10 %

± 50 % tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 1,0 punt perċentwali f’termini assoluti

Konċentrazzjoni ta’ iktar minn 10 %

± 1,0 punt perċentwali f’termini assoluti”

(b)

f’PFC 3, it-tieni ringiela li tistabbilixxi t-tolleranza għall-karbonju organiku hija sostitwita b’dan li ġej:

“Karbonju organiku (Corg)

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 3,0 punt perċentwali f’termini assoluti”

(c)

tiddaħħal it-taqsima li ġejja wara “PFC 5: INIBITUR”:

PFC 6: BIJOSTIMULANT TAL-PJANTI

Il-kwantità ta’ bijostimulant tal-pjanti tista’ tiddevja b’± 5 % mill-valur dikjarat.”;

(d)

tiddaħħal it-tabella li ġejja fil-bidu ta’ PFC 7:

Parametru dikjarat

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Kwantità

it-tolleranza hija s-somma tal-proporzjon relattiv ta’ kull prodott fertilizzanti komponent tal-UE mmultiplikata bit-tolleranza għall-PFC għal dak il-prodott fertilizzanti. Jekk il-proporzjon ta’ kull prodott fertilizzanti tal-UE fit-taħlita ta’ prodotti fertilizzanti ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, it-tolleranza hija dik tal-PFC bl-aktar valur tat-tolleranza għall-kwantità strett.


(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(**)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(***)  Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

(****)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 fuq sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10)”.”


ANNESS IV

L-Anness IV tar-Regolament 2019/1009/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti I, il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2

Il-Modulu B segwit mill-Modulu C jista’ jintuża wkoll għal taħlita ta’ prodotti fertilizzanti kif speċifikat f’PFC 7.”;

(2)

il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 2.2 tal-Modulu A:

(i)

is-subpunt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,”;

(ii)

is-subpunt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih total ta’ kromu (Cr) ogħla minn 200 mg/kg materja niexfa, informazzjoni dwar il-kwantità massima u s-sors eżatt tal-kromu totali (Cr).”;

(b)

fil-Modulu A1, is-subpunt 2.2(h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,”;

(c)

fil-punt 2.2 tal-Modulu B:

(i)

is-subpunt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,”;

(ii)

is-subpunt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(k)

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih total ta’ kromu (Cr) ogħla minn 200 mg/kg materja niexfa, informazzjoni dwar il-kwantità massima u s-sors eżatt ta’ kromu totali (Cr).”;

(d)

fil-punt 2.2 tal-Modulu D1:

(i)

is-subpunt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,”;

(ii)

is-subpunt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(k)

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih total ta’ kromu (Cr) ogħla minn 200 mg/kg materja niexfa, informazzjoni dwar il-kwantità massima u s-sors eżatt ta’ kromu totali (Cr).”


8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1769

tal-5 ta’ Ottubru 2021

li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) u applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru, jitqies li ntlaħaq għall-2021.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-isforz

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2021 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-grupp ta’ stokkijiet imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).


ANNESS

Nru

16/TQ90

Stat Membru

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

EFF2/MED2_TR3

Grupp ta’ stokkijiet

Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11

Tul totali tal-bastimenti kkonċernati

≥ 18 m u < 24 m

Data tal-għeluq

15.8.2021


8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1770

tal-5 ta’ Ottubru 2021

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u inqas minn 18-il metru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) u applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u inqas minn 18-il metru, jitqies li ntlaħaq għall-2021.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-isforz

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2021 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-grupp ta’ stokkijiet imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u inqas minn 18-il metru, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).


ANNESS

Nru

15/TQ90

Stat Membru

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

EFF2/MED2_TR2

Grupp ta’ stokkijiet

Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11

Tul totali tal-bastimenti kkonċernati

≥ 12 m u < 18 m

Data tal-għeluq

15.8.2021


8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1771

tas-7 ta’ Ottubru 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-weraq tar-ravanell

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi (“l-MRLs”) stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, huma elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/62 (2) introduċa, inter alia, il-komodità “weraq tar-ravanell” fil-Parti B tal-Anness I u rabtu mal-komodità “kaboċċi” (“kales”) fil-Parti A ta’ dak l-Anness. Għaldaqstant, l-MRLs għall-kaboċċi (“kales”) japplikaw ukoll għall-weraq tar-ravanell.

(3)

Peress li fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/62 ma kienx hemm data tal-prova tar-residwi disponibbli biex tikkonferma jekk din il-klassifikazzjoni tkunx xierqa, ġie stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1049 (3). Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġġeneraw din id-data, ġiet introdotta nota f’qiegħ il-paġna mal-komodità “weraq tar-ravanell”, filwaqt li din il-komodità ġiet eżentata mill-applikazzjoni tal-MRL għall-kaboċċi (“kales”) sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Peress li l-Istati Membri li jiġġeneraw din id-data reċentement infurmaw lill-Kummissjoni li l-ġenerazzjoni tad-data ittardjat, jenħtieġ li l-perjodu ta’ tranżizzjoni kkonċernat jiġi estiż għal tliet snin oħra biex jippermetti l-finalizzazzjoni tal-provi u tal-valutazzjoni tagħhom.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li n-nota f’qiegħ il-paġna fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, in-nota f’qiegħ il-paġna (3) tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(3)

L-MRLs għandhom japplikaw għall-weraq tar-ravanell mill-1 ta’ Jannar 2025”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/62 tas-17 ta’ Jannar 2018 li jibdel l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 23.1.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1049 tal-25 ta’ Lulju 2018 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 26.7.2018, p. 9).