ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/1745
tat-23 ta’ Settembru 2021
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/3/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u varat operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI), taħt il-kmand tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall- EUNAVFOR MED IRINI (‘il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE’). |
(2) |
Fis-26 ta’ Awwissu 2021, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew li l-Viċi Ammirall Stefano TURCHETTO jieħu post il-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mill-1 ta’ Ottubru 2021. |
(3) |
Fil-31 ta’ Awwissu 2021, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni tal-awtoritajiet militari Taljani. |
(4) |
Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall Stefano TURCHETTO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta’ Ottubru 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2021.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1746
tat-28 ta’ Settembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2021 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2021/29) (1)
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Fl-2018, il-Banco de España għażel lill-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. |
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de España, l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 (2). |
(4) |
Il-Banco de España beħsiebu jestendi l-mandat tal-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Masars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. Din l-estensjoni hi possibbli skont l-arranġementi kuntrattwali bejn il-Banco de España u l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Masars, S.A. |
(5) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars S.A. jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca de España għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. |
(6) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (3) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars S.A. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca de España għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KUSTEC
(1) ĠU C 299, 27.7.2021, p. 2.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España (ĠU L 256, 12.10.2018, p. 63).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1747
tat-28 ta’ Settembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije (BĊE/2021/28) (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Banka Slovenije, Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021 ’il quddiem. |
(3) |
Banka Slovenije għażel lil PricewaterhouseCoopers podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d.o.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023. |
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d.o.o għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023. |
(5) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“13. PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d.o.o. huma b’dan maħtura bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KUSTEC
(1) ĠU C 299, 27.7.2021, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/1748
tat-28 ta’ Settembru 2021
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/561 (EUNAVFOR MED IRINI/4/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbilixxiet u varat operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI), taħt il-kmand tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
(2) |
Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI. |
(3) |
Fit-30 ta’ Marzu 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/561 (2) li taħtar il-Viċi Ammirall Stefano FRUMENTO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI. |
(4) |
Fl-1 ta’ Settembru 2021, l-awtoritajiet militari Elleniċi pproponew il-ħatra tal-Komodor Michail MAGKOS biex jieħu post il-Viċi Ammirall Stefano FRUMENTO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ Ottubru 2021. |
(5) |
Fis-7 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni li saret mill-awtoritajiet militari Elleniċi. |
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Michail MAGKOS. |
(7) |
Jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/561. |
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Komodor Michail MAGKOS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta’ Ottubru 2021.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/561 (EUNAVFOR MED IRINI/1/2021) hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2021.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/561 tat-30 ta’ Marzu 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/1/2021) (ĠU L 119, 7.4.2021, p. 1).
RAKKOMANDAZZJONIJIET
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/9 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1749
tat-28 ta’ Settembru 2021
dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel: minn prinċipji għall-prattika — Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (1), il-Kummissjoni għandha tressaq il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030, pjan komprensiv biex tiżdied il-mira tal-Unjoni Ewropea għal tnaqqis ta’ –55 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 (meta mqabbla mal-1990) b’mod responsabbli. |
(2) |
Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (2) tistabbilixxi li l-emissjonijiet u l-assorbimenti madwar l-Unjoni kollha ta’ gassijiet serra regolati fid-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu bbilanċjati mhux aktar tard mill-2050, u b’hekk l-emissjonijiet jitnaqqsu għal żero netti sa dik id-data. |
(3) |
Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (3) tiddikjara li l-effiċjenza enerġetika għandha tingħata prijorità u tidentifika l-effiċjenza enerġetika bħala waħda mis-soluzzjonijiet ewlenin fis-setturi kollha li se jgħinu biex tinkiseb in-newtralità klimatika bl-inqas kost possibbli. |
(4) |
Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” (EE1st) huwa definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika (4) li jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jqisu l-prinċipju fil-Pjanijiet Nazzjonali integrati għall-Enerġija u l-Klima (NECPs). Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (5) tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju, iżda ma fiha l-ebda rekwiżit speċifiku kif jenħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju. |
(5) |
L-Istrateġija tal-UE għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija (6) tpoġġi l-effiċjenza enerġetika bħala element ewlieni u tappella għall-applikazzjoni tal-prinċipju EE1st fis-sistema kollha tal-enerġija. Dan jinkludi l-għoti ta’ prijorità lil soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda kull meta dawn ikunu aktar kosteffettivi mill-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika u tiġi riflessa kif xieraq l-effiċjenza taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi tal-enerġija differenti, inklużi l-konverżjoni, it-trasformazzjoni, it-trażmissjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija, u s-sehem dejjem akbar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tal-elettriku. |
(6) |
L-EE1st huwa wkoll wieħed mill-prinċipji ewlenin fl-istrateġija Mewġa ta’ Rinnovazzjoni (7) u jenħtieġ li jkun parti mill-Istrateġiji Nazzjonali għar-Rinnovazzjoni fit-Tul. |
(7) |
L-EE1st, bħala prinċipju gwida orizzontali tal-governanza Ewropea dwar il-klima u l-enerġija u lil hinn minnha, jenħtieġ li jiżgura, filwaqt li jikkunsidra bis-sħiħ is-sigurtà tal-provvista u l-integrazzjoni tas-suq, li tiġi prodotta biss l-enerġija meħtieġa u li l-investimenti f’assi mhux rekuperabbli jiġu evitati fit-triq lejn il-kisba tal-għanijiet klimatiċi. Il-kundizzjonijiet li t-tibdil fil-klima x’aktarx iġib miegħu u l-impatti tiegħu fuq l-infrastruttura tal-enerġija u l-użu tal-materjal, jenħtieġ li jitqiesu wkoll fid-deċiżjonijiet meħuda għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika. |
(8) |
Il-prinċipju għandu l-għan li jittratta l-effiċjenza enerġetika bħala l-“ewwel fjuwil”, jiġifieri sors ta’ enerġija fih innifsu, li fih is-setturi pubbliċi u privati jistgħu jinvestu qabel sorsi oħra tal-enerġija aktar kumplessi jew li jiswew ħafna flus (“iffranka qabel ma tibni”). Dan jinvolvi bidla mill-mudell tradizzjonali tal-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija, abbażi ta’ fornituri kbar iddominati mill-fossili u konsumaturi passivi u li jaċċettaw il-prezzijiet, lejn sistema aktar flessibbli, li tinkorpora teknoloġiji rinnovabbli u tiffoka fuq konsumaturi tal-enerġija involuti b’mod attiv. |
(9) |
Il-prinċipju EE1st jimplika l-adozzjoni ta’ approċċ olistiku, li jqis l-effiċjenza ġenerali tas-sistema tal-enerġija integrata u jippromwovi l-aktar soluzzjonijiet effiċjenti għan-newtralità klimatika fil-katina tal-valur (mill-produzzjoni tal-enerġija, mit-trasport tan-network sal-konsum finali tal-enerġija) sabiex jinkisbu effiċjenzi kemm fil-konsum primarju kif ukoll f’dak finali tal-enerġija. Dan l-approċċ iħares lejn il-prestazzjoni tas-sistema u l-użu dinamiku tal-enerġija, fejn ir-riżorsi min-naħa tad-domanda u l-flessibbiltà tas-sistema huma kkunsidrati bħala soluzzjonijiet ta’ effiċjenza. Fl-istess ħin, il-prinċipju jista’ jiġi applikat ukoll f’livell aktar baxx ta’ assi meta għandha tiġi identifikata l-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika ta’ soluzzjonijiet speċifiċi u s-soluzzjonijiet jiġu adattati biex jippreferu dawk li jimplikaw proporzjon aħjar tal-enerġija. |
(10) |
L-analiżi xierqa tal-kostijiet u tal-benefiċċji hija element ewlieni tal-prinċipju. Filwaqt li jiġi applikat il-prinċipju, tittieħed perspettiva tas-soċjetà għall-valutazzjoni tal-impatti ta’ diversi alternattivi meta jiġu analizzati l-kosteffettività u l-benefiċċji usa’ tal-enerġija ffrankata. Madankollu, fil-livelli operazzjonali u sub-nazzjonali, id-deċiżjonijiet tal-implimentazzjoni jenħtieġ li jikkunsidraw il-kosteffettività tal-effiċjenza enerġetika mill-perspettiva tal-investitur u minn dik tal-utent finali. |
(11) |
Il-prinċipju ma jfissirx li l-effiċjenza enerġetika hija dejjem għażla ppreferuta. L-objettiv ewlieni tal-prinċipju EE1st huwa li l-azzjonijiet fil-ġestjoni tal-effiċjenza enerġetika u tad-domanda għall-enerġija jiġu kkunsidrati fuq l-istess livell ma’ azzjonijiet alternattivi biex tiġi indirizzata ħtieġa jew objettiv speċifiku, b’mod partikolari meta jkunu involuti investimenti fil-provvista tal-enerġija jew fl-infrastruttura tal-enerġija. Sussegwentement, il-prinċipju huwa mistenni li jwassal għall-identifikazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet kosteffettivi effiċjenza fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jintlaħqu l-objettivi maħsuba. |
(12) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju jenħtieġ li tappoġġa investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali elenkati fir-Regolament dwar it-Tassonomija (8). Dan ifisser li s-soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija kkunsidrati skont il-prinċipju EE1st jenħtieġ li jissodisfaw il-kriterji ta’ investiment ambjentalment sostenibbli fl-istadji kollha tal-katina tal-valur tal-enerġija. |
(13) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (9). Billi jikkunsidra l-effiċjenzi tal-enerġija primarja, il-prinċipju EE1st jappoġġa wkoll l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni effiċjenti tagħhom fis-sistema tal-enerġija. Hemm ukoll sinerġiji sinifikanti bejn l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fis-soluzzjonijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ rinnovabbli. |
(14) |
Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma rikonoxxuti bħala faċilitatur ewlieni biex jinħolqu u jiġu sfruttati sinerġiji ġodda fis-sistema tal-enerġija: it-triq lejn l-integrazzjoni tas-sistema, filwaqt li tibbaża ruħha fuq proċessi u għodod nodfa u innovattivi, se tagħti wkoll spinta lil investimenti, impjiegi u tkabbir ġodda, u ssaħħaħ it-tmexxija industrijali tal-UE fil-livell globali, u b’hekk tiffaċilita wkoll il-kisba tan-newtralità klimatika f’pajjiżi emerġenti. L-applikazzjoni tal-prinċipju EE1st għandha tkun konformi mal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-problemi tas-soċjetà u tappoġġahom. Il-“prinċipju tal-innovazzjoni” huwa għodda li tgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-UE billi tiżgura li l-leġiżlazzjoni tkun imfassla b’mod li toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-innovazzjoni biex tiffjorixxi (10) u jenħtieġ li tiġi applikata flimkien mal-prinċipju EE1st, fejn rilevanti. |
(15) |
Il-prinċipju jikkomplementa l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari (11). It-tfassil ta’ prodotti u ta’ infrastrutturi għal ħajja itwal, jew l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materja prima, iwassal għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tal-infrastrutturi. L-applikazzjoni tal-prinċipji taċ-ċirkolarità għar-rinnovazzjoni tal-bini tista’ twassal għal kobenefiċċji sinifikanti f’termini tal-effiċjenza enerġetika u fir-riżorsi, tad-dekarbonizzazzjoni u tat-tindif mit-tniġġis. |
(16) |
Irrispettivament minn jekk titteħidx azzjoni relatata mal-effiċjenza enerġetika, jenħtieġ li dejjem tintwera valutazzjoni bir-reqqa tas-soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija. It-tnaqqis tal-potenzjal sħiħ tal-implimentazzjoni tal-effiċjenza enerġetika bħala għażla jenħtieġ li jkun iġġustifikat. Ir-riskju li ma jiġix applikat il-prinċipju EE1st huwa impenn għal soluzzjonijiet aktar għaljin, b’esternalitajiet aktar negattivi. B’mod partikolari, meta d-domanda għall-enerġija tiġi stmata żżejjed, l-investimenti jistgħu jwasslu għal kapaċità mhux użata biżżejjed u għal assi mhux rekuperabbli. |
(17) |
Xprun ewlieni għall-prinċipju EE1st huma l-prezzijiet mingħajr distorsjoni għall-komoditajiet u t-trasport tal-enerġija, li jinternalizzaw kemm jista’ jkun il-kostijiet ambjentali u klimatiċi tal-alternattivi tal-enerġija. |
(18) |
Il-prinċipju japplika għad-deċiżjonijiet ta’ ppjanar, ta’ politika u ta’ investiment li jkollhom impatt fuq il-konsum tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija. Dan huwa rilevanti għal diversi deċiżjonijiet, f’setturi differenti, meħuda minn dawk li jfasslu l-politika, mir-regolaturi, mill-kumpaniji jew mill-investituri pubbliċi u privati. Dawk li jfasslu l-politika u r-regolaturi għandhom ukoll rwol partikolari fl-appoġġ u fl-iffaċilitar tal-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju. |
(19) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju se jkollha impatt pożittiv fuq l-indirizzar tal-faqar enerġetiku. It-titjib fl-effiċjenza enerġetika jista’ jnaqqas il-kontijiet tal-enerġija u jkollu l-aktar impatti pożittivi sinifikanti fuq is-saħħa u l-kumdità f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. |
(20) |
Il-livell ta’ sforzi meħtieġa biex jiġi applikat kif xieraq il-prinċipju EE1st fi proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari biex jiġu identifikati u analizzati l-għażliet tal-effiċjenza enerġetika, jiddependi primarjament mill-kuntest tad-deċiżjoni u s-sinifikat tal-impatti fuq il-konsum tal-enerġija. |
(21) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju EE1st jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-evidenza, li tirrikjedi verifika, monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa tal-impatti, b’mod partikolari fuq il-konsum tal-enerġija, tad-deċiżjonijiet meħuda. Dan jirrikjedi wkoll informazzjoni u data dettaljati u korretti. F’ħafna każijiet, l-informazzjoni relatata mal-enerġija ma hijiex disponibbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati aħjar. Jenħtieġ li jiġu ddedikati riżorsi xierqa għall-ġbir tad-data u l-kompilazzjoni tal-istatistika, li jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-entitajiet rilevanti. Id-deċiżjonijiet jenħtieġ li jiġu vvalutati wkoll fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi futuri u jenħtieġ li jinkoraġġixxu innovazzjonijiet li jgħinu fit-twettiq tal-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-UE. |
(22) |
Manwali aktar immirati fil-livell nazzjonali, lokali u settorjali jistgħu jikkomplementaw il-linji gwida rakkomandati. Dawn jenħtieġ li jiġu adattati għall-kuntesti klimatiċi u soċjali reġjonali (12). Il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet aktar dettaljati u speċifiċi fis-snin li ġejjin. |
(23) |
Il-Linji Gwida għandhom l-għan li jappoġġaw lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-prinċipju EE1st f’diversi proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mhux biss mas-sistemi tal-enerġija, iżda wkoll ma’ setturi oħra fejn il-konsum tal-enerġija jista’ jiġi affettwat. Dan jipprovdi diversi kjarifiki u rakkomandazzjonijiet għal soluzzjonijiet prattiċi li jenħtieġ li jgħinu biex il-prinċipju jsir aktar operattiv. Sussegwentement tista’ tiġi żviluppata gwida aktar speċifika għal kull settur, jekk ikun meħtieġ. |
B’DAN TIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI LI:
(1) |
Jiżguraw li l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jiġi applikat f’deċiżjonijiet ta’ politika, ta’ ppjanar u ta’ investiment f’diversi livelli ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, meta jiġu affettwati d-domanda jew il-provvista tal-enerġija. Il-prinċipju jrid jiġi applikat b’mod proporzjonali skont il-kuntest, l-objettivi u l-impatti tad-deċiżjoni kkonċernata. Il-modalitajiet eżistenti għall-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jenħtieġ li jingħataw prijorità u jenħtieġ li ma jiġux idduplikati. |
(2) |
Jittrattaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” bħala prinċipju ġenerali li għandu jiġi applikat f’kuntest ta’ politika usa’, aktar milli għan aħħari biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. Il-prinċipju għandu jiġi applikat flimkien u f’konformità ma’ objettivi ta’ politika oħrajn. Anke jekk ikun hemm objettivi ta’ politika oħrajn, dan ma għandux jiġi skwalifikat b’mod awtomatiku. |
(3) |
Jieħdu approċċ tas-sistema meta japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” filwaqt li jagħtu attenzjoni lis-sigurtà tal-provvista u lit-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika. Jivvalutaw il-kosteffettività u l-benefiċċji usa’ tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika minn perspettiva tas-soċjetà meta jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi, ifasslu oqfsa regolatorji u jippjanaw skemi futuri ta’ investiment. Ir-riżorsi min-naħa tad-domanda u l-flessibbiltà għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika minn perspettiva tal-effiċjenza tas-sistema. Fil-livell tal-assi, il-prinċipju għandu jwassal għall-għażla ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kull meta dawn jirrappreżentaw ukoll perkors ta’ dekarbonizzazzjoni kosteffettiv. |
(4) |
Jiżguraw li l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” tiġi vverifikata mill-entitajiet rilevanti f’dawk il-każijiet fejn id-deċiżjonijiet ta’ politika, ta’ ppjanar u ta’ investiment ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni u ta’ monitoraġġ. Jidentifikaw u jiddefinixxu l-kompetenzi ta’ dawn l-entitajiet rilevanti u jistabbilixxu modalitajiet għall-monitoraġġ tal-impatti tad-deċiżjonijiet ta’ politika u ta’ investiment fuq il-konsum tal-enerġija. Jekk ikun meħtieġ u mingħajr ma jsiru valutazzjonijiet eżistenti doppji, jiġu stabbiliti proċeduri ta’ verifika addizzjonali ġodda għal proġetti li x’aktarx ikollhom impatti sinifikanti fuq id-domanda jew il-provvista tal-enerġija bis-saħħa, b’mod partikolari tan-natura, id-daqs jew il-post tagħhom. |
(5) |
Jipprovdu l-kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu l-applikazzjoni tal-prinċipju u jneħħu l-ostakli għall-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” fl-oqsma u fis-setturi ta’ politika rilevanti kollha. L-applikazzjoni tal-prinċipju għandha tkun akkumpanjata b’inċentivi u b’miżuri adegwati li jindirizzaw l-impatti distributtivi u jiżguraw il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tas-soċjetà. |
(6) |
Jipprovdu informazzjoni, gwida u assistenza lill-entitajiet rilevanti, b’mod partikolari fil-livell lokali, dwar kif jenħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. F’dan il-kuntest, jekk ma jkun hemm l-ebda sistema stabbilita li tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju, l-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti għandha tiżviluppa, tipprovdi u tippromwovi l-applikazzjoni ta’ metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tippermetti l-istima tal-kobenefiċċji tal-iffrankar tal-enerġija. Il-metodoloġija jenħtieġ li tiġi adattata u tkun applikabbli għas-setturi relatati mal-enerġija, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni, it-trasformazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija (f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika), u s-setturi li jużaw l-enerġija, bħall-bini, l-industrija, it-trasport, is-servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) u l-agrikoltura. Il-valutazzjoni jenħtieġ li tqis l-impatti futuri tat-tibdil fil-klima fuq is-sistema tal-enerġija, inkluż fuq is-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika nfushom. Il-metodoloġija għandha ssir pubblika u disponibbli għall-entitajiet rilevanti kollha. |
(7) |
Jiżguraw li jiġu allokati riżorsi suffiċjenti għall-ġbir tad-data, għall-kompilazzjoni tal-istatistika u għall-monitoraġġ tal-iżviluppi fl-effiċjenza enerġetika. L-istatistika kollha li għandha x’taqsam mal-monitoraġġ tal-progress tal-effiċjenza enerġetika għandha ssir pubblika u disponibbli għall-entitajiet rilevanti kollha fir-rigward tal-prinċipji tal-kunfidenzjalità statistika. |
(8) |
Isegwu u jippromwovu l-linji gwida pprovduti fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, meta japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. |
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Kadri SIMSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030, COM (2020) 562 final.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(5) Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210), kif iddikjarat fl-Artikolu 1.
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Nixprunaw ekonomija newtrali għall-klima: Strateġija tal-UE għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija, COM(2020) 299.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa — l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja, COM(2020) 662 final.
(8) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(9) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(10) https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/law-and-regulations/innovation-friendly-legislation_mt
(11) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final).
(12) B’mod partikolari għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE kif rikonoxxuti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 349 tat-TFUE), li jipprevedi miżuri speċifiċi biex jiġu appoġġati dawn ir-reġjuni (il-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, il-Martinique u Saint-Martin, ir-Réunion u l-Mayotte, il-Gżejjer Kanarji, l-Azores u Madeira), inklużi kundizzjonijiet apposta għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’dawn ir-reġjuni.
ANNESS
LINJI GWIDA DWAR IL-PRINĊIPJU LI L-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TIĠI L-EWWEL
1. INTRODUZZJONI
Dawn il-linji gwida jispjegaw kif għandu jiġi applikat il-prinċipju tal-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel (fil-qosor, EE1st). Is-segwitu tal-linji gwida ma jfissirx awtomatikament li kwalunkwe rekwiżit legali qiegħed jiġi ssodisfat.
Il-linji gwida huma mmirati primarjament lejn dawk li jfasslu l-politika u lejn ir-regolaturi fil-livelli Ewropej, nazzjonali u lokali u, sa ċertu punt, lejn l-atturi tas-suq u l-investituri li jieħdu deċiżjonijiet dwar azzjonijiet sostenibbli u effiċjenti.
Dawn il-linji gwida huma bbażati fuq studju kkuntrattat mill-Kummissjoni “Analysis to support the implementation of the Energy Efficiency First principle in decision-making” (1) u riċerka addizzjonali li kellha l-għan li tagħmel il-prinċipju aktar operazzjonali, b’mod partikolari sejbiet preliminari tal-proġetti ENEFIRST (2) u sEEnergies (3) taħt Orizzont 2020. Skont l-approċċ tal-istudju ta’ appoġġ, il-gwida għandha l-intenzjoni li tagħti aktar għarfien dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu minn dawk li jfasslu l-politika u mir-regolaturi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet meta jiġi applikat il-prinċipju tal-EE1st (ara l-Illustrazzjoni 1). L-aħħar taqsima tagħti xi ftit aktar indikazzjoni dwar oqsma li għandhom jiġu eżaminati u eżempji ta’ applikazzjoni tal-prinċipju fil-kuntest ta’ diversi setturi.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażata fuq studju ta’ Ecorys.
2. DEFINIZZJONI U APPLIKAZZJONI FIL-LIVELL TAL-UE
2.1. Definizzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fil-livell tal-UE
L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel ġie rikonoxxut fil-livell tal-UE bħala prinċipju ewlieni għall-effiċjenza enerġetika, wieħed mill-ħames pilastri tal-Unjoni tal-Enerġija, bl-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija fi Frar 2015 (COM(2015) 80). Konsegwentement, u wkoll wara appoġġ qawwi għall-prinċipju mill-Parlament Ewropew, dan kien inkorporat fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (ir-Regolament (UE) 2018/1999) u fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika ((UE) 2018/2002) (EED).
Ir-Regolament dwar il-Governanza huwa l-ewwel att legali li jiddefinixxi l-prinċipju u jitlob l-applikazzjoni tiegħu fil-livell tal-UE. Fil-fatt, l-Artikolu 2(18) jgħid:
“ “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”” tfisser li fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ippjanar, il-politika u l-investimenti marbutin mal-enerġija, jitqiesu sew il-miżuri alternattivi ta’ kosteffiċjenza tal-effiċjenza enerġetika u ta’ provvista tal-enerġija aktar effiċjenti, b’mod partikolari permezz ta’ ffrankar enerġetiku kosteffikaċi fil-konsum finali, inizjattivi ta’ ġestjoni tad-domanda u konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-objettivi ta’ dawk id-deċiżjonijiet; ”
Barra minn hekk, il-Premessa (64) tispjega xi tfisser l-applikazzjoni tal-prinċipju:
“L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw il-prinċipju l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel, li jfisser li jikkunsidraw, qabel ma jagħmlu l- pjanijiet tal-enerġija, id-deċiżjonijiet ta’ politika u ta’ investiment , jekk miżuri alternattivi tal-effiċjenza enerġetika kosteffiċjenti u sodi mil-lat tekniku, ekonomiku u ambjentali jistgħux jissostitwixxu kompletament jew parzjalment il-miżuri ta’ ppjanar, ta’ politika u ta’ investiment previsti, filwaqt li xorta jintlaħqu l-objettivi tad-deċiżjonijiet rispettivi. Dan jinkludi b’mod partikolari t-trattament tal-effiċjenza enerġetika bħala element kruċjali u kunsiderazzjoni ewlenija fid-deċiżjonijiet futuri ta’ investiment dwar l-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni. Dawn l-alternattivi kosteffiċjenti jinkludu miżuri biex id-domanda u l-provvista tal-enerġija jsiru aktar effiċjenti, b’mod partikolari permezz ta’ ffrankar enerġetiku kosteffikaċi fil-konsum finali, ta’ inizjattivi ta’ rispons tad-domanda u ta’ konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija. L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu wkoll it-tixrid ta' dak il-prinċipju fl-amministrazzjoni reġjonali u lokali, kif ukoll fis-settur privat.”
Xi spjegazzjoni addizzjonali dwar kif jenħtieġ li jiġi segwit il-prinċipju ġiet inkluża fl-emenda tal-2018 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, li l-Premessa 2 tagħha taqra:
“ Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija, li taħtha l-effiċjenza fl-enerġija għandha tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha. Jenħtieġ li l-prinċipju li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi l-ewwel meta jiġu stabbiliti regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma ta’ politika oħra. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tan-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu fuq termini ekwi mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata kull meta jittieħdu deċiżjonijiet marbuta mal-ippjanar tas-sistema tal-enerġija jew dwar finanzjament. Irid isir titjib fl-effiċjenza fl-enerġija kull meta jkun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet mil-lat tal-provvista li jkunu ekwivalenti. Dan għandu jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji tal-effiċjenza fl-enerġija għall-Unjoni, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u għan-negozji. ”
Filwaqt li d-definizzjoni magħżula għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija waħda minn ħafna, u jistgħu jinstabu definizzjonijiet oħrajn fil-letteratura (4), dak li huwa importanti huwa li hi x’inhi d-definizzjoni eżatta, l-idea warajha hija li tingħata prijorità lill-effiċjenza enerġetika.
2.2. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fil-livell tal-UE
Minbarra l-miżuri u l-miri speċifiċi, l-EED tistabbilixxi wkoll rekwiżiti speċifiċi biex jitqiesu s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika f’ċerti kuntesti, u b’hekk diġà qed tipprevedi modi konkreti ta’ applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st. Pereżempju, l-Artikolu 6 jirrikjedi li l-Istati Membri jqisu prestazzjoni għolja fl-effiċjenza enerġetika meta jixtru prodotti, bini u servizzi. Bl-istess mod, l-Artikolu 19 jirrikjedi li l-Istati Membri jneħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji għax-xiri pubbliku, u l-ibbaġitjar u l-kontabbiltà annwali li jiskoraġġixxu lill-korpi pubbliċi milli jikkunsidraw l-effiċjenza enerġetika fid-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom (5). Għal dan il-għan, l-Artikolu 19 jipprevedi liema miżuri l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw biex ineħħu l-ostakli bħad-dispożizzjonijiet regolatorji jew l-emendi għall-qafas legali, il-proċeduri amministrattivi simplifikati jew il-miżuri ta’ appoġġ, pereżempju, il-linji gwida u l-assistenza teknika, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-inċentivi.
Barra minn hekk, l-Artikolu 14 jirrikjedi li l-Istati Membri jidentifikaw l-aktar soluzzjonijiet effiċjenti fir-riżorsi u kosteffiċjenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ u jikkunsidraw speċifikament il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja bħala soluzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija fil-valutazzjoni tagħhom tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet għal faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni ġodda u sostanzjalment rinnovati. L-Artikolu 15 jirrikjedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jqisu kif xieraq l-effiċjenza enerġetika fit-twettiq ta’ kompiti regolatorji relatati mal-operat tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku. Dan jeħtieġ ukoll il-forniment ta’ inċentivi għall-operaturi tal-grilja biex jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema lill-utenti tan-network li jippermettulhom jimplimentaw miżuri ta’ titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-kuntest tal-użu kontinwu tal-grilji intelliġenti.
Il-proposta għar-reviżjoni tal-EED (6) tintroduċi artikolu ġdid dwar il-prinċipju msejjaħ EE1st, li jistabbilixxi obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika jiġu kkunsidrati f’deċiżjonijiet dwar l-ippjanar, il-politika u l-investiment tas-sistemi tal-enerġija u tas-setturi mhux tal-enerġija. Dan jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jippromwovu u jiżguraw l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet li jippermettu valutazzjoni xierqa ta’ benefiċċji usa’ ta’ soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. Dan jipprevedi wkoll monitoraġġ xieraq tal-applikazzjoni tal-prinċipju minn entità ddedikata u rapportar.
Filwaqt li r-Regolament dwar il-Governanza jinkludi r-rispons tad-domanda skont il-prinċipju tal-EE1st, il-leġiżlazzjoni dwar id-disinn tas-suq tal-elettriku (7) tispjega kif ir-riżorsi tal-enerġija distribwiti għandhom jiġu ttrattati fl-ippjanar u fl-operat tan-network (ara wkoll it-taqsima 4.1.1.2.) Skont id-Direttiva dwar l-Elettriku, kull operatur tas-sistema tat-trażmissjoni (TSO) għandu “jqis b’mod sħiħ il-potenzjal għall-użu tar-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra bħala alternattivi għall-espansjoni tas-sistema, kif ukoll il-konsum mistenni, il-kummerċ ma’ pajjiżi oħra” fl-ippjanar tiegħu (l-Artikolu 51(3)). Il-pjanijiet tan-network ta’ distribuzzjoni għandhom jipprovdu “ trasparenza fuq is-servizzi meħtieġa ta’ flessibbiltà fuq terminu ta’ żmien medju u fit-tul (…). Il-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk għandu jinkludi wkoll l-użu tar-rispons tad-domanda, l-effiċjenza tal-enerġija, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra li l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu juża bħala alternattiva għall-espansjoni tas-sistema ” (l-Artikolu 13, 17, 32(1) u (3)).
Politiki oħrajn tal-UE jenfasizzaw ukoll direttament ir-rwol tal-effiċjenza enerġetika. L-istrateġija tal-UE għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija (COM(2020) 299) tpoġġi l-effiċjenza enerġetika bħala element ewlieni u tappella għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fis-sistema kollha tal-enerġija. Dan jinkludi li tingħata prijorità lis-soluzzjonijiet orjentati lejn id-domanda kull meta jkunu aktar kosteffettivi mill-investimenti fl-infrastruttura tal-provvista tal-enerġija biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika. Il-prinċipju huwa marbut maċ-ċirkolarità u l-użu mtejjeb tar-riżorsi, li jenħtieġ li jwassal għal tnaqqis tal-ħtiġijiet u l-kostijiet ġenerali tal-investiment assoċjati mal-produzzjoni, l-infrastruttura u l-użu tal-enerġija.
Fl-istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni (COM(2020) 662), “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” huwa enfasizzat bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin għar-rinnovazzjoni tal-bini lejn l-2030 u l-2050. Dan se jkun prinċipju ta’ gwida fl-implimentazzjoni tal-istrateġija inkluża r-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) prevista għal tmiem l-2021. Qabel dan, il-prinċipju tal-EE1st ġie enfasizzat ukoll fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/786 tat-8 ta’ Mejju 2019 dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini (8) li kienet dokument ta’ gwida għall-iżvilupp tal-Istrateġiji ta’ Rinnovazzjoni fit-Tul kif meħtieġ mill-EPBD.
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għar-reviżjoni tar-regolament TEN-E mill-15 ta’ Diċembru 2020 (9) issaħħaħ ukoll il-prinċipju bil-għan li jiġu żgurati l-konsistenza tal-politika u l-iżvilupp effiċjenti tal-infrastruttura. Il-proposta tintegra l-prinċipju tal-EE1st fil-proċess tal-ippjanar u tal-valutazzjoni tal-proġett billi tintroduċi dispożizzjonijiet obbligatorji. B’mod aktar speċifiku, il-proposta teħtieġ li l-ACER tinkludi l-prinċipju tal-EE1st fil-linji gwida qafas għax-xenarji konġunti li għandhom jiġu żviluppati min-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni (ENTSOs) tal-Gass u tal-Elettriku. L-ENTSOs għandhom jimplimentaw ukoll il-prinċipju tal-EE1st meta jivvalutaw in-nuqqasijiet fl-infrastruttura u jikkunsidraw bi prijorità s-soluzzjonijiet rilevanti kollha mhux relatati mal-infrastruttura.
3. L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJU TAL-EE1ST FIL-PROĊESS TAT-TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET
3.1. L-approċċ li għandu jittieħed
Filwaqt li l-politika dwar l-effiċjenza enerġetika hija dwar il-promozzjoni tal-ambizzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-istabbiliment ta’ miżuri li jwasslu direttament għall-iffrankar tal-enerġija, l-idea wara l-prinċipju tal-EE1st hija li jitqiesu bir-reqqa s-soluzzjonijiet speċifiċi tal-iffrankar tal-enerġija bħala alternattivi possibbli, inkluż iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet, it-tibdil fl-imġiba u l-konservazzjoni tal-enerġija. Dan ifisser li l-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija hija waħda mill-eżiti possibbli wara l-applikazzjoni tal-prinċipju, iżda mhux dejjem ikollha tkun il-każ, jekk il-valutazzjoni tal-għażliet turi dan.
Il-loġika wara l-prinċipju tal-EE1st hija li din jenħtieġ li twassal għall-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet vijabbli għall-effiċjenza enerġetika skont l-aktar teknoloġija riċenti, tippermetti l-applikazzjoni tagħhom u tiżgura implimentazzjoni xierqa, jekk tintgħażel bħala t-triq ’il quddiem. Barra minn hekk, il-prinċipju jeħtieġ li jitqiesu l-impatti negattivi potenzjali fuq l-effiċjenza enerġetika ta’ deċiżjonijiet speċifiċi (eż. it-tkabbir tal-infrastruttura tal-gass fossili b’perjodi ta’ deprezzament sa 50 sena) li jistgħu jipprevjenu l-effiċjenza enerġetika fit-tul.
L-EE1st, flimkien mal-effiċjenza fir-riżorsi, huma wkoll faċilitatur importanti fl-istrateġija tal-UE għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul, li jimplika li sa nofs is-seklu, is-sistema attwali tal-enerġija, ibbażata fil-biċċa l-kbira fuq il-fjuwils fossili, se jkollha tinbidel b’mod radikali bl-elettrifikazzjoni fuq skala kbira tas-sistema tal-enerġija xprunata mill-użu ta’ sorsi rinnovabbli, kemm jekk fil-livell tal-utenti finali kif ukoll jekk biex jiġu prodotti fjuwils u materja prima mingħajr karbonju għall-industrija.
Ta’ min jenfasizza wkoll li l-objettiv tal-EE1st ma huwiex biss li jitnaqqas il-konsum tal-fjuwils fossili. Is-suppożizzjoni sottostanti hija li l-aħjar enerġija hija dik li ma tiġix prodotta minħabba li ma hemmx bżonn li tintuża. Dan ifisser li t-tnaqqis fid-domanda jenħtieġ li jkun ippreferut ukoll mill-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi b’newtralità klimatika, anki minħabba li jgħin fil-kontroll tal-livell tal-investimenti meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn sorsi rinnovabbli u jappoġġa approċċ aktar sostenibbli għar-riżorsi li fi kwalunkwe każ huma limitati.
Sabiex jiġi deċiż jekk l-effiċjenza enerġetika jenħtieġx li tiġi pprijoritizzata fuq għażliet oħra jew le, analiżi sempliċi tal-kosteffettività ma hijiex biżżejjed u jeħtieġ li jiġu kkunsidrati diversi aspetti:
Kuntest usa’
Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jitqiesu f’kuntest usa’. L-effiċjenza enerġetika hija, b’mod partikolari, element kruċjali tal-bini tal-politika tal-UE dwar il-klima u l-enerġija fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan ifisser li l-prinċipju jenħtieġ li jappoġġa investimenti ambjentalment sostenibbli f’konformità mar-Regolament dwar it-Tassonomija (10). Prinċipji sottostanti oħrajn tat-tfassil tal-politika huma importanti wkoll, bħall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” jew il-“prinċipju tal-innovazzjoni”. Barra minn hekk, dawn il-prinċipji jenħtieġ li jitqiesu b’mod konġunt meta jiġu indirizzati teknoloġiji emerġenti u meta jiġu identifikati approċċi li huma validi għall-futur. Il-projezzjonijiet tas-swieq rilevanti u x-xejriet futuri huma elementi kritiċi li għandhom jitqiesu f’dan il-kuntest.
Perspettiva tas-soċjetà
Il-kosteffiċjenza, li hija fiċ-ċentru tal-prinċipju tal-EE1st, jenħtieġ li titqies primarjament minn perspettiva wiesgħa tas-soċjetà u mhux biss mill-perspettiva tal-kosteffiċjenza tal-investitur jew tal-utent. Dan jeħtieġ li jitqiesu l-benefiċċji multipli tal-effiċjenza enerġetika għas-soċjetà kollha kemm hi (11). Din il-perspettiva wiesgħa tas-soċjetà hija kruċjali f’valutazzjoni xierqa tal-għażliet tal-effiċjenza enerġetika. Barra minn hekk, il-kosteffiċjenza jeħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-perspettiva ta’ terminu qasir u twil, filwaqt li jitqiesu l-perjodi ta’ ammortizzament u ta’ deprezzament.
Approċċ tas-sistema
L-EE1st jenħtieġ li jħares lejn it-titjib fl-effiċjenza fil-livell tas-sistema. Dan ifisser li l-ottimizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-integrazzjoni effiċjenti ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija nadifa huma fiċ-ċentru tal-applikazzjoni tal-prinċipju. Dan jeħtieġ viżjoni usa’ fejn ir-riżorsi min-naħa tal-provvista (fjuwils fossili, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, infrastruttura) jiġu vvalutati kontra r-riżorsi min-naħa tad-domanda (flessibbiltà tad-domanda u rispons tad-domanda, prestazzjoni mtejba tal-enerġija ta’ soluzzjonijiet speċifiċi, suffiċjenza tal-enerġija) li tħares lejn il-kostijiet u l-benefiċċji minn perspettiva tas-soċjetà kif imsemmi hawn fuq. Approċċ bħal dan huwa elaborat fil-proġett ENEFIRST (12). Dan ifisser li l-katina kollha tal-enerġija jeħtieġ li titqies: il-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-konsum, it-tmiem tal-ħajja.
Livell tad-deċiżjoni meħuda
L-approċċ tas-sistema jirreferi għall-applikazzjoni tal-prinċipju għal deċiżjonijiet dwar id-disinn u l-ippjanar tal-assi. Dan l-approċċ jista’ jżid mal-kumplessità tal-prinċipju. F’livell aktar baxx tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, applikazzjoni aktar sempliċi tal-prinċipju hija xierqa wkoll, meta deċiżjoni tikkonċerna għażla ta’ assi speċifiċi. F’dan il-kuntest, l-enfasi hija fuq il-valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika (prestazzjoni enerġetika) tal-alternattivi. L-enfasi ta’ dan l-approċċ hija li jiġi żgurat titjib fl-effiċjenza min-naħa tal-provvista jew tnaqqis fid-domanda għall-enerġija billi jintgħażlu prodotti u servizzi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li jappoġġaw ukoll deċiżjonijiet orjentati lejn il-futur, favur l-innovazzjoni, li jkunu effiċjenti fir-riżorsi u ċ-ċirkolarità. Fi kliem ieħor, il-prinċipju jenħtieġ li jagħti spinta lill-investimenti fl-aktar alternattiva effiċjenti.
Inċentivi diverġenti
Il-benefiċċji soċjetali usa’ u l-effiċjenza tas-sistema tal-enerġija jenħtieġ li jingħataw prijorità ogħla u huwa meħtieġ li dawn jiġu kkunsidrati wkoll minn investituri individwali. Mill-perspettiva tal-investitur u tal-utent finali, il-benefiċċji individwali normalment ikunu akbar mill-impatti usa’ jekk dawn ma jkunux bi prezz adegwat, ikunu meħtieġa azzjonijiet u inċentivi ddedikati biex jiġi żgurat li l-effiċjenza tas-sistema tiġi kkunsidrata kif xieraq f’livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
It-tip ta’ deċiżjoni u dak li jieħu d-deċiżjonijiet
Il-mod kif jiġi applikat il-prinċipju jiddependi minn fejn, meta u minn min għandu jiġi applikat. Il-prinċipju japplika għal tipi differenti ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardjaw l-attivitajiet ta’ ppjanar, it-tfassil tal-politika, it-tħejjija ta’ proġetti ta’ investiment u l-finanzjament tagħhom. Dawn id-deċiżjonijiet ma humiex limitati għas-settur tal-enerġija, iżda l-effiċjenza enerġetika jista’ jkollha rwol partikolarment rilevanti fid-deċiżjonijiet dwar l-infrastruttura tal-enerġija, fejn is-soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda jistgħu jikkomplementaw jew jissostitwixxu l-investimenti min-naħa tal-provvista, meta soluzzjoni waħda tiġi pprijoritizzata minħabba l-effiċjenza ġenerali tagħha fuq alternattivi eżistenti, jew jekk jistgħux jiġu introdotti komponenti ġodda (eż. kompressuri li kapaċi jirkupraw is-sħana residwa/l-elettriku mill-iskart). Barra minn hekk, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet differenti jkollhom rwoli differenti fl-applikazzjoni tal-prinċipju, skont is-settur u l-kuntest tad-deċiżjonijiet.
Azzjonijiet eliġibbli
Il-prinċipju għandu l-għan li jqis spettru wiesa’ ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika min-naħa tad-domanda u tal-provvista. Filwaqt li s-soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda huma essenzjali għat-tnaqqis tal-ħtieġa għal jew għal użu aħjar tal-enerġija, meta tintuża infrastruttura tal-enerġija jew tagħmir li juża l-enerġija, huwa meħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji u l-modi kif jistgħu jiġu operati li jistgħu jwasslu għall-iffrankar tal-enerġija (13).
Kundizzjonijiet abilitanti
Filwaqt li l-applikazzjoni tal-prinċipju hija dwar il-kunsiderazzjoni ta’ elementi speċifiċi, l-objettiv ewlieni wara l-prinċipju huwa li jiġu implimentati soluzzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika kull meta jiġu identifikati bħala s-soluzzjonijiet ix-xierqa. Dan jimplika li l-inkorporazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fit-tfassil tal-politika jenħtieġ li twassal ukoll għat-tneħħija ta’ ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jfixklu l-vijabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika. Barra minn hekk, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu l-għażliet kollha effiċjenti fl-enerġija, diversi atturi jeħtieġ li jkollhom livell suffiċjenti ta’ informazzjoni dwar l-iffrankar tal-enerġija ta’ diversi soluzzjonijiet u modi ta’ kif jivvalutaw l-impatti, il-kostijiet u l-benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi tagħhom. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-impatti futuri tat-tibdil fil-klima fuq is-sistema tal-enerġija, inkluż fuq is-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika nfushom. Barra minn hekk, minħabba n-natura ta’ benefiċċji usa’ tal-iffrankar tal-enerġija li jistgħu jkunu akbar għas-soċjetà milli għall-investituri, jistgħu jkunu meħtieġa inċentivi jew rekwiżiti speċifiċi biex tingħata spinta għal imġiba u investimenti effiċjenti fl-enerġija.
3.2. Passi li għandhom jittieħdu
Kif indikat hawn fuq, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu meta jiġi applikat il-prinċipju jiddependu l-aktar fuq il-fażi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tipi ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-matriċi ta’ hawn taħt (ara t-Tabella 1) tassoċja passi differenti relatati mal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ma’ diversi fażijiet u tipi ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet (14).
Tabella 1
Azzjonijiet ta’ diversi persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet marbuta mal-prinċipju tal-EE1st fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
Fażi |
Dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika |
Awtoritajiet regolatorji |
Entitajiet tas-suq |
||||||||||||
Bidu |
|
|
|
||||||||||||
Preparazzjoni |
|
|
|
||||||||||||
Validazzjoni |
|
|
|
||||||||||||
Implimentazzjoni |
|
|
|
Sors: L-istudju Ecorys.
Abbażi ta’ din il-matriċi, ġiet imfassla għodda għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-forma ta’ dijagramma tad-deċiżjonijiet b’mistoqsijiet ta’ gwida għal kull wieħed mill-passi. L-għodda tipprovdi għarfien dwar il-passi differenti billi tidentifika diversi mistoqsijiet ta’ gwida li jindikaw kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi applikat il-prinċipju tal-EE1st. Sabiex tintwera aħjar l-applikabbiltà tal-għodda, l-istudju pprovda wkoll erba’ eżempji tal-ħajja reali (ippreżentati fit-taqsima 4).
Fir-rappreżentazzjoni skematika tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ hawn fuq, atturi differenti għandhom rwoli differenti. Il-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ politika u l-applikazzjonijiet tal-prinċipju tal-EE1st analizzati fl-istudju jinkludu entitajiet tas-suq bħala l-attur biex iħejji pjanijiet jew deċiżjonijiet ta’ investiment, u għalhekk din l-iskeda ta’ azzjonijiet hija xierqa għal dawn l-oqsma u l-applikazzjonijiet ta’ politika identifikati. Madankollu, hemm ukoll oqsma oħra fejn dawk li jfasslu l-politika (eż. l-iżvilupp tal-NECPs u ta’ deċiżjonijiet oħra ta’ tfassil tal-politika) jew ir-regolaturi (eż. (l-approvazzjoni) tat-tbassir jew tax-xenarji għall-pjan ta’ espansjoni tal-grilja) huma l-atturi ewlenin tal-anqas għall-valutazzjoni sistematika fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Dan ifisser li l-mod kif il-prinċipju tal-EE1st se jiġi applikat minn atturi differenti jiddependi ħafna fuq il-kuntest. Filwaqt li xi passi huma applikabbli għas-sitwazzjonijiet kollha, xi wħud jistgħu jkunu speċifiċi għas-settur u jimplikaw azzjonijiet differenti skont it-tip ta’ deċiżjoni, il-qasam ta’ politika jew l-atturi involuti. F’xi każijiet jista’ jkun hemm biss tip wieħed involut ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Irrispettivament mis-settur u t-tip ta’ deċiżjoni (politika, ippjanar jew investiment), l-approċċ ġenerali għall-applikazzjoni tal-prinċipju jibqa’ l-istess, iżda jeħtieġ li jiġu segwiti passi differenti minn atturi differenti.
Dawk li jfasslu l-politika u r-regolaturi għandhom rwol partikolari x’jaqdu biex jippermettu l-applikazzjoni tal-prinċipju, jistabbilixxu r-regoli t-tajba (il-fażi tal-bidu) u jivvalidaw l-applikazzjoni tiegħu. Dawn jistgħu jkunu wkoll l-atturi li japplikaw il-prinċipju direttament, billi jsegwu l-passi identifikati fil-fażi tat-tħejjija u tal-implimentazzjoni. Pereżempju, dawk li jfasslu l-politika jeħtieġ li japplikaw il-prinċipju tal-EE1st meta jkunu qed iħejju ppjanar strateġiku jew jistabbilixxu miri ta’ politika. Ir-regolaturi jkollhom japplikaw il-prinċipju meta jistabbilixxu r-regoli u r-regolamenti li jaffettwaw is-sistema tal-enerġija, b’mod partikolari r-regoli tad-disinn tas-suq, jew li jkollhom impatti fuq il-konsum tal-enerġija. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-tħejjija u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ikunu fil-livell tal-entitajiet tas-suq.
Peress li dawn il-linji gwida huma primarjament immirati lejn dawk li jfasslu l-politika u lejn ir-regolaturi, l-enfasi hija aktar fuq l-aspetti ġenerali u universali tal-applikazzjoni tal-prinċipju. Għal dan il-għan, abbażi tal-fażijiet u l-passi identifikati fl-istudju, ġew identifikati u spjegati azzjonijiet aktar speċifiċi li għandhom jiġu kkunsidrati minn dawk li jfasslu l-politika u mir-regolaturi fit-taqsimiet ta’ hawn taħt, prinċipalment fil-fażi tal-bidu li fiha jridu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ qafas it-tajbin u dwar il-fażi ta’ tħejjija u validazzjoni għar-regolaturi, peress li dawn l-azzjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll minn dawk li jfasslu l-politika. Tingħata attenzjoni speċifika lill-azzjonijiet relatati mal-monitoraġġ u r-rapportar, bħala segwitu tad-deċiżjonijiet u l-għażliet li jsiru.
Il-passi fil-fażi tat-tħejjija u tal-implimentazzjoni ta’ proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jiddependu ħafna wkoll fuq il-kuntest. Huwa possibbli li jiġu indikati xi azzjonijiet aktar speċifiċi u x’inhuma r-rekwiżiti għat-twettiq ta’ dawk l-azzjonijiet kif suppost. Madankollu, spjegazzjoni aktar dettaljata dwar kif jenħtieġ jitwettqu dawn l-azzjonijiet tmur lil hinn mill-iskop ta’ dan id-dokument. Dawn l-azzjonijiet normalment jitwettqu minn entitajiet tas-suq li joperaw taħt kundizzjonijiet differenti u jkunu meħtieġa manwali settorjali dettaljati biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet kollha. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet u l-prerekwiżiti tagħhom fir-rigward ta’ passi differenti ta’ fażi ta’ tħejjija u implimentazzjoni. L-eżempji tal-ħajja reali fl-istudju, li huma ppreżentati fit-taqsima 4, jidentifikaw azzjonijiet konkreti għall-atturi rilevanti fil-kuntest ta’ deċiżjoni speċifika fis-settur magħżul. Mill-perspettiva ta’ dawk li jfasslu l-politika, l-inkorporazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-EE1st fil-fażi tat-tħejjija u tal-implimentazzjoni jenħtieġ tiġi żgurata permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt xierqa.
Tabella 2
Passi, azzjonijiet u prerekwiżiti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st mill-implimentaturi
Pass |
Azzjoni |
Prerekwiżit |
||||||||||||||||
Definizzjoni tal-għan tal-attività/tal-proġett |
|
|
||||||||||||||||
Definizzjoni tal-metodoloġija tas-CBA |
|
|
||||||||||||||||
Ġbir tal-informazzjoni |
|
|
||||||||||||||||
Domanda prevista għas-servizzi tal-enerġija |
|
|
||||||||||||||||
Identifikazzjoni ta’ kostijiet u riskji oħrajn |
|
|
||||||||||||||||
Valutazzjoni tal-alternattivi |
|
|
||||||||||||||||
Implimentazzjoni |
|
|
||||||||||||||||
Monitoraġġ u evalwazzjoni |
|
|
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
3.3. Atturi ewlenin
Filwaqt li s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jiġu implimentati mis-settur pubbliku, mill-kumpaniji privati u mill-konsumaturi, l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st għandha wkoll xi implikazzjonijiet usa’ għal dawk li jfasslu l-politika u għall-awtoritajiet regolatorji, li jeħtieġ li jħejju t-triq għall-applikabbiltà ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija f’kuntesti differenti. Bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-prinċipju minn dawn l-atturi, l-entitajiet tas-suq u l-investituri jenħtieġ li jkollhom l-għodod u l-informazzjoni x-xierqa meħtieġa biex jivvalutaw u jimplimentaw b’mod xieraq soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Għalhekk, l-atturi ewlenin huma kif ġej:
Persuni li jfasslu l-politika
Dawn jinkludu:
(a) |
L-istituzzjonijiet tal-UE involuti fil-proċedura leġiżlattiva standard tal-UE, jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
(b) |
Gvernijiet, parlamenti nazzjonali u dipartimenti amministrattivi li l-kompetenza tagħhom testendi fuq it-territorju kollu ta’ Stat Membru; |
(c) |
Gvernijiet reġjonali, provinċjali u lokali, parlamenti u dipartimenti amministrattivi li l-kompetenza tagħhom testendi fuq ir-reġjuni, il-provinċji u l-muniċipalitajiet ta’ Stat Membru. |
Għal dawk li jfasslu l-politika, l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st hija relatata mal-aspetti kollha li jaffettwaw l-eliġibbiltà, il-fattibbiltà u l-appoġġ għall-effiċjenza enerġetika (inklużi miżuri li jistimulaw l-imġiba tal-iffrankar tal-enerġija), mhux l-inqas permezz ta’ finanzjament pubbliku u akkwist pubbliku. Billi jistabbilixxu l-qafas, dawk li jfasslu l-politika jenħtieġ li jidderieġu entitajiet oħrajn lejn soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Dan jinvolvi l-istabbiliment ta’ objettivi li ma jipprekludux alternattivi effiċjenti fl-enerġija, it-tneħħija ta’ ostakli legali u amministrattivi u t-twettiq ta’ valutazzjoni xierqa ta’ diversi inizjattivi ta’ politika, l-impatt tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija u l-kompromessi possibbli ta’ miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija, anke fil-perspettiva li tħares ’il quddiem.
Dawk li jfasslu l-politika jenħtieġ li jiżguraw ukoll li jiġu pprovduti inċentivi għal soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija biex jiġi indirizzat il-fatt li l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika mhux dejjem jitqiesu bħala kosteffettivi minn perspettiva individwali (eż. minħabba perjodi twal ta’ ħlas lura, riskji assoċjati jew għarfien baxx), iżda jkunu soluzzjonijiet mixtieqa mill-perspettiva tas-soċjetà. Sabiex jiġu koperti dawn l-aspetti kollha, l-effiċjenza enerġetika jeħtieġ li ssir prijorità politika kemm fil-livell strateġiku kif ukoll f’dak operazzjonali, inkluż l-involviment tal-istituzzjonijiet finanzjarji fejn xieraq.
Fil-livell lokali, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi normalment ikunu eqreb tal-implimentazzjoni u jistgħu jaffettwaw direttament l-għażla ta’ soluzzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar l-infiq speċifiku tal-fondi disponibbli, id-deċiżjonijiet dwar il-lokalizzazzjoni tal-investimenti, u l-ippjanar tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi huma eżempji fejn jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-prinċipju tal-EE1st, kull fejn ikun possibbli. Barra minn hekk, il-gvernijiet lokali jeħtieġu orizzont ta’ ppjanar fit-tul biex jimplimentaw il-prinċipju tal-EE1st meta jivvalutaw l-għażliet differenti u jevitaw lock-in f’ċerti teknoloġiji jew perkorsi, f’konformità maċ-ċikli ta’ ppjanar lokali.
Regolaturi
Dan il-grupp ikopri l-awtoritajiet regolatorji pubbliċi jew l-aġenziji maħtura fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex jistabbilixxu regoli u jiżguraw il-konformità, jissorveljaw il-funzjonament tas-swieq, u jikkontrollaw it-tariffi f’segmenti tas-suq regolati. B’mod partikolari, dawn ikopru r-regolaturi u l-aġenziji tal-enerġija bi rwoli regolatorji u ta’ superviżjoni.
Ir-regolaturi jenħtieġ li jissalvagwardjaw ir-regoli li jiżguraw l-aċċess għas-suq u jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Jenħtieġ li jipprovdu wkoll metodoloġiji u gwida dwar kif għandhom jiġu vvalutati diversi alternattivi fl-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet, filwaqt li jitqiesu benefiċċji usa’, u fl-aħħar nett jivverifikaw l-implimentazzjoni biex jaraw jekk il-prinċipju tal-EE1st ġiex applikat kif xieraq meta jkunu previsti l-approvazzjoni, il-verifika jew il-monitoraġġ tal-proġetti ppreżentati mill-kumpaniji tas-suq. Għal dan tal-aħħar, huwa importanti li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet u evalwazzjonijiet xierqa ta’ monitoraġġ biex tinġabar informazzjoni dwar kif taħdem fil-prattika l-effiċjenza enerġetika.
Entitajiet tas-suq
Dan il-grupp ikopri lill-kumpaniji, lill-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u lill-investituri, li huma responsabbli għad-deċiżjonijiet attwali fis-suq. Dan ikopri wkoll lill-awtoritajiet u lill-entitajiet kontraenti (15) kif definiti skont ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, sa fejn id-deċiżjonijiet tagħhom dwar ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi f’diversi swieq jaffettwaw il-konsum tal-enerġija. L-EE1st ikun applikabbli għal deċiżjonijiet dwar kriterji jew deċiżjonijiet ta’ offerta pubblika dwar xiri, lokazzjonijiet jew modernizzazzjoni ta’ bini li dawn l-awtoritajiet għandhom huma stess jew jokkupaw.
Fi ħdan is-settur tal-enerġija, l-enfasi ewlenija hija ovvjament fuq il-kumpaniji tas-suq tal-enerġija li huma soġġetti għal regolamenti dedikati, b’mod partikolari:
(a) |
Fornituri tal-enerġija: produtturi kummerċjali tal-elettriku, tas-sħana jew tal-kesħa, u komoditajiet oħra, kif ukoll l-entitajiet legali li jbigħu l-enerġija (eż. l-elettriku, is-sħana/il-kesħa, il-gass naturali) lill-konsumaturi; |
(b) |
Operaturi tan-network: entitajiet responsabbli għat-tħaddim, l-iżgurar tal-manutenzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni u, jekk ikun meħtieġ, l-iżvilupp tagħha f’żona partikolari biex tiġi żgurata l-kapaċità fit-tul tas-sistema biex tissodisfa d-domandi għall-elettriku, għas-sħana jew għall-kesħa, u għall-gass naturali; u |
(c) |
Fornituri ta’ servizzi tal-ġestjoni tad-domanda entitajiet li jappoġġaw lill-konsumaturi kemm fir-rispons imtejjeb għall-effiċjenza enerġetika kif ukoll fir-rispons tad-domanda, u li jżidu l-flessibbiltà tar-rispons tal-konsumaturi, inkluż pereżempju, l-aggregaturi fis-sistema tal-enerġija |
Meta mqabbla ma’ kumpaniji kummerċjali, li primarjament jimmiraw għall-massimizzazzjoni tal-profitt, il-kumpaniji tal-utilitajiet jista’ jkollhom objettivi differenti stabbiliti mir-regolamentazzjoni. Dawn jistgħu jkunu meħtieġa jsegwu objettivi ta’ sostenibbiltà jew japplikaw xi forma ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà fid-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-prinċipju tal-EE1st ikun applikabbli meta jiġu stabbiliti l-għanijiet tal-proġett, issir analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji, jiġu vvalutati l-impatti ta’ diversi alternattivi, jew tinstab is-soluzzjoni t-tajba għall-implimentazzjoni.
Il-grupp tal-entitajiet tas-suq ikopri wkoll investituri regolati, u istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati li se japplikaw il-prinċipju tal-EE1st bħala parti mill-attivitajiet tagħhom. Il-prinċipju tal-EE1st jenħtieġ li jgħin fit-tmexxija tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji lejn is-sostenibbiltà fit-tul tal-assi u tal-portafoll finanzjarju tagħhom. Billi tittieħed perspettiva li tħares ’il quddiem, il-prinċipju tal-EE1st jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ dħul innovattivi fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika (pereżempju l-effiċjenza enerġetika bħala servizz), u l-kundizzjonijiet li fuqhom jista’ jiġi żblukkat l-investiment privat.
B’mod ġenerali, fil-livell tal-kumpaniji, is-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija, bħall-istandard ISO 50001, jekk jiġu segwiti kif xieraq, jenħtieġ li jwasslu għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija li jtejbu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-kumpaniji. Barra minn hekk, l-awditi tal-enerġija u s-segwitu tagħhom jenħtieġ li jwasslu għal sensibilizzazzjoni akbar u titjib fl-effiċjenza enerġetika, jekk dawn ikunu kosteffettivi mill-perspettiva tal-attività tal-kumpanija. Dan ma jfissirx li l-prinċipju tal-EE1st huwa kompletament irrilevanti. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st tista’ tgħin ukoll lill-kumpaniji kummerċjali jidentifikaw proġetti u investimenti effiċjenti fl-enerġija, jivvalutaw kif xieraq il-kostijiet u l-benefiċċji, inklużi benefiċċji usa’ għall-impjegati tagħhom, u jimplimentaw dawk il-proġetti u l-investimenti b’mod korrett.
3.4. Id-definizzjoni tal-miri ta’ politika
Huwa importanti li l-miri u l-objettivi ma jiddefinixxux minn qabel soluzzjonijiet li għandhom jintużaw biex jintlaħqu, sakemm ma jkunx meħtieġ. Jekk il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jkunu parti mis-soluzzjoni, l-objettivi tal-politika jenħtieġ li ma jipprekludux miżuri bħal dawn. Dan jeħtieġ l-istabbiliment ta’ objettivi bbażati fuq ir-riżultati u l-impatti mixtieqa aktar milli fuq l-inputs. Approċċ ovvju wieħed huwa li jiġu stabbiliti objettivi ġenerali bbażati fuq il-prestazzjoni tas-sistema aktar milli miri għal soluzzjonijiet speċifiċi, eż. il-provvista tal-enerġija li taqbel mad-domanda aktar milli żżid il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b’5 % biex tlaħħaq mat-tkabbir mistenni fid-domanda. Ovvjament, il-miri ta’ politika jista’ jkollhom bżonn ikunu pjuttost speċifiċi f’ċerti sitwazzjonijiet, iżda dan jenħtieġ li ma jipprevjenix il-kunsiderazzjoni ta’ kif soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija jistgħu jiġu appoġġati b’definizzjoni xierqa tal-miri. Huwa għalhekk li diġà fl-istadju tal-iffissar tal-miri, għal inizjattivi li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija, huwa importanti li jiġu kkunsidrati l-impatti fuq il-konsum tal-enerġija u l-kompromessi bejn diversi soluzzjonijiet li jistgħu jilħqu dawn il-miri.
F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġu ddefiniti kif xieraq l-indikaturi u l-metodoloġija għall-monitoraġġ tal-miri. Jekk tnaqqis fil-konsum tal-enerġija jista’ jikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti, jew jekk l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti jaffettwa l-konsum tal-enerġija, huwa meħtieġ li tiġi stmata r-relazzjoni bejn l-objettivi u l-livelli mistennija tal-konsum tal-enerġija. F’dan l-istadju bikri tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tali stimi jistgħu jkunu diffiċli, u hemm bżonn ta’ xi esperjenza u evidenza mill-passat. Għal din ir-raġuni, il-monitoraġġ tal-impatti reali fuq il-konsum tal-enerġija tal-azzjonijiet meħuda biex jintlaħqu dawn l-objettivi jeħtieġ li jitqies mill-bidu nett, inklużi l-protokolli ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
3.5. Id-definizzjoni tal-qafas regolatorju
3.5.1. L-istabbiliment tar-regoli u l-leġiżlazzjoni t-tajba
Kemm il-prinċipju tal-EE1st kif ukoll il-miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija jeħtieġu qafas legali abilitanti xieraq, sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati fil-prattika. Il-leġiżlazzjoni jeħtieġ li tidentifika l-effiċjenza enerġetika bħala soluzzjoni possibbli, tagħmilha possibbli li tiġi implimentata u tiżgura s-segwitu xieraq. Jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li tindirizza wkoll l-ostakli għal soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Sabiex jiġi vvalutat jekk il-prinċipju tal-EE1st jistax ikun applikabbli għal inizjattiva ta’ politika, għal regolament jew għal proġett speċifiku, jista’ jitwettaq skrinjar inizjali bbażat fuq sett ta’ mistoqsijiet (tliet gruppi ta’ tliet mistoqsijiet). L-ewwel grupp ta’ mistoqsijiet jgħin biex jiġi identifikat jekk l-effiċjenza enerġetika taqax fl-ambitu ta’ inizjattiva jew ta’ proġett li jkun imiss. It-tieni grupp jgħin biex jiġi ċċarat jekk l-effiċjenza enerġetika tistax tiġi applikata fil-prattika, u t-tielet grupp, jekk l-effiċjenza enerġetika tistax tiġi implimentata kif xieraq.
It-tliet gruppi ta’ mistoqsijiet huma kif ġej:
1. |
L-effiċjenza enerġetika hija għażla?
Dawn il-mistoqsijiet għandhom jitqiesu b’mod konġunt f’ordni ta’ prijorità. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsijiet kollha tkun IVA, jenħtieġ li jiġu esplorati aktar aspetti tal-prinċipju tal-EE1st koperti mill-mistoqsijiet ta’ hawn taħt (anki jekk it-tweġibiet ma jkunux ċerti). Tweġiba LE għall-ewwel mistoqsija tfisser li ma hemm l-ebda skop għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st. Tweġiba LE għat-tieni mistoqsija tfisser li l-effiċjenza enerġetika ma tkunx approċċ adegwat biex jintlaħqu l-objettivi f’kuntest partikolari u tweġiba negattiva għall-aħħar mistoqsija tindika li ma hemm l-ebda soluzzjoni vijabbli effiċjenti fl-użu tal-enerġija biex jintlaħqu dawk l-objettivi. Tweġiba(jiet) negattiva tfisser li ma hemmx bżonn li wieħed iħares lejn il-grupp ta’ mistoqsijiet li jifdal. |
2. |
L-għażla tal-effiċjenza enerġetika hija fattibbli biex tiġi implimentata?
Jekk it-tweġiba għal kwalunkwe mistoqsija tkun LE jew inċerta, hija meħtieġa azzjoni ulterjuri f’konformità mal-prinċipju tal-EE1st biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet. Tweġibiet pożittivi għall-mistoqsijiet kollha jfissru li f’kuntest partikolari dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw il-prinċipju tal-EE1st. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jiġi eżaminat ukoll it-tielet grupp ta’ mistoqsijiet. |
3. |
L-għażla tal-effiċjenza enerġetika tista’ tiġi implimentata kif xieraq?
Jekk it-tweġiba għal kwalunkwe mistoqsija tkun LE jew tkun inċerta, tkun meħtieġa azzjoni addizzjonali biex jiġi żgurat li l-prinċipju jkun jista’ jiġi segwit b’għażla xierqa tal-aħjar soluzzjonijiet. Tweġibiet pożittivi jikkonfermaw li hemm stabbiliti l-kundizzjonijiet ix-xierqa biex l-entitajiet rilevanti jieħdu deċiżjoni infurmata tajjeb, li tkun ottimali mill-perspettiva tal-objettivi tal-politika, meta jiġi applikat il-prinċipju fil-kuntest tal-inizjattiva ppjanata. |
Azzjoni ulterjuri mhux neċessarjament tfisser li dispożizzjonijiet speċifiċi jeħtieġ li jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni jew fir-regoli. Xi wħud mill-kwistjonijiet jistgħu jiġu indirizzati barra mill-qafas legali jew mir-rekwiżiti formali. Madankollu, huwa importanti li, f’każ li l-ewwel sett ta’ mistoqsijiet jindika li l-effiċjenza enerġetika tista’ tkun parti mis-soluzzjoni, id-dispożizzjonijiet jiġu stabbiliti bil-mod it-tajjeb. B’mod partikolari, dawn jenħtieġ li:
(1) |
Jindikaw b’mod espliċitu li l-effiċjenza enerġetika hija soluzzjoni possibbli li għandha tiġi eżaminata u pprijoritizzata jekk tkun kosteffiċjenti u adattata għall-iskop tagħha. |
(2) |
Jirrikonoxxu r-rwol tal-effiċjenza enerġetika fl-indirizzar ta’ objettivi oħrajn, bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, is-sustanzi niġġiesa u l-użu ta’ riżorsi mhux tal-enerġija, it-titjib tas-saħħa u l-kumdità, it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku. |
(3) |
Jiżguraw li r-rekwiżiti jippermettu l-effiċjenza enerġetika fil-provvista, fit-trażmissjoni, fid-distribuzzjoni u fil-konsum tal-enerġija, u b’mod partikolari għall-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda. Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jfixklux l-integrazzjoni tal-enerġija jew l-applikazzjoni tal-effiċjenza enerġetika. |
(4) |
Jiddefinixxu l-prestazzjoni aktar milli soluzzjoni konkreta li għandha tinkiseb. Ir-regolamentazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tippermetti l-effiċjenza enerġetika fuq l-istess livell ma’ alternattivi oħra. |
(5) |
Jispeċifikaw ir-rwoli u l-obbligi ta’ diversi atturi fil-valutazzjoni u l-verifika tas-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. |
(6) |
Jipprovdu kriterji u metodoloġija ċari għall-valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ soluzzjonijiet u impatti effiċjenti fl-użu tal-enerġija fuq il-konsum tal-enerġija. |
(7) |
Jirreferu għall-informazzjoni u d-data (li għandha tintuża) għall-valutazzjoni tal-potenzjal eżistenti tal-iffrankar tal-enerġija, tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika. |
(8) |
Jiżguraw li l-effiċjenza enerġetika tkun eliġibbli, u saħansitra preferibbli, għall-appoġġ u għall-finanzjament pubbliku. |
(9) |
Jinkludu l-monitoraġġ tal-impatti fuq il-konsum tal-enerġija u l-verifika ta’ impatti oħrajn ta’ soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. |
Aspett ewlieni marbut mar-regoli u r-rekwiżiti huwa s-sensibilizzazzjoni dwar miżuri possibbli għall-effiċjenza enerġetika, il-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom u l-modi tal-implimentazzjoni ottimali tagħhom. Jista’ jkun meħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet legali jindirizzaw l-ostakli għall-prinċipju tal-EE1st u soluzzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika. Dan jeħtieġ identifikazzjoni xierqa ta’ dawn l-ostakli.
3.5.2. L-identifikazzjoni tal-ostakli għall-EE1st
Meta tittieħed deċiżjoni dwar jekk soluzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija hijiex għażla vijabbli biex jintlaħqu l-miri stabbiliti, il-punt tat-tluq huwa li jiġi identifikat b’mod partikolari jekk hemmx azzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika li jistgħu jkunu alternattiva għall-espansjoni min-naħa tal-provvista f’sistema tal-enerġija jew li jistgħu jnaqqsu d-domanda għall-enerġija fis-setturi tal-użu aħħari. L-għarfien ta’ x’jista’ jsir potenzjalment jippermetti l-analiżi u t-tqabbil sussegwenti ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija ma’ alternattivi oħra.
Madankollu, din l-identifikazzjoni preliminari u l-għażla sussegwenti ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-prinċipju tal-EE1st jiffaċċjaw diversi ostakli. Il-proġett ENEFIRST (16), f’wieħed mill-oqsma ta’ ħidma tiegħu, identifika u qasam dawn l-ostakli potenzjali fil-kategoriji li ġejjin:
— |
Ostakli politiċi — marbuta mal-preġudizzju lejn ċerti soluzzjonijiet jew il-kontinwazzjoni tal-approċċ adottat qabel; |
— |
Ostakli regolatorji — meta r-regolamentazzjoni stabbilita tfixkel l-għażla ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija; |
— |
Ostakli għall-interazzjoni tal-politika (eż. objettivi jew prijoritajiet kunfliġġenti) — marbuta mal-fatt li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom it-tendenza li jħarsu lejn l-oqsma ta’ politika speċifiċi tagħhom u jista’ jkun hemm kompromessi mal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika; |
— |
Ostakli finanzjarji — fondi jew għajnuna finanzjarja insuffiċjenti għal soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija li jistgħu jkunu marbuta mal-mod kif jiġu vvalutati; |
— |
Ostakli tekniċi — is-soluzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija tista’ tkun teknikament aktar diffiċli biex tiġi vvalutata jew integrata f’għażla vijabbli; |
— |
Ostakli għall-informazzjoni — nuqqas ta’ informazzjoni u data disponibbli biex jiġu identifikati u stmati kif xieraq il-benefiċċji tas-soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika; |
— |
Ostakli kulturali u ta’ mġiba — imġiba u drawwiet li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għażliet ikkunsidrati; |
— |
Ostakli għall-komunikazzjoni/għas-sensibilizzazzjoni — nuqqas ta’ għarfien dwar l-għażliet għall-effiċjenza enerġetika; |
— |
Nuqqas ta’ għarfien espert — għarfien insuffiċjenti dwar kif għandhom jiġu implimentati soluzzjonijiet/ teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika u preġudizzju lejn ċerti soluzzjonijiet li jeskludu l-għażliet tal-effiċjenza enerġetika; |
— |
Preġudizzju ta’ influwenza marbut mal-piż tal-partijiet ikkonċernati min-naħa tal-provvista fit-teħid ta’ deċiżjonijiet jew fit-tfassil ta’ politika — dawk li jfasslu l-politika huma influwenzati mill-partijiet ikkonċernati min-naħa tal-provvista; |
— |
Ostakli tal-katina tal-provvista — is-swieq tal-enerġija tfasslu mil-lat tal-provvista, u għalhekk l-effiċjenza enerġetika tista’ tkun ta’ tfixkil għas-sistema eżistenti. |
L-ostakli jistgħu jvarjaw għal oqsma speċifiċi ta’ politika u huma elaborati fid-dettall fir-rapport tal-ENEFIRST.
L-ostakli elenkati hawn fuq huma l-aktar rilevanti għat-tfassil tal-politika, u konsegwentement jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġi ddefinit il-qafas ta’ politika t-tajjeb. Madankollu, dawn l-ostakli jistgħu jaffettwaw ukoll it-tfassil u l-approċċ fi proġetti speċifiċi ta’ investiment. Barra minn hekk, jistgħu jeżistu ostakli oħrajn aktar speċifiċi jew lokali skont it-tip u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura tal-effiċjenza enerġetika.
Fl-aħħar nett, xi wħud mill-ostakli jistgħu jkunu relatati mar-riżorsi ddedikati mill-awtoritajiet pubbliċi għall-effiċjenza enerġetika. Riżorsi u fondi amministrattivi insuffiċjenti ddedikati għall-appoġġ, il-valutazzjoni u l-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika huma ostaklu rrapportat ta’ spiss għall-applikazzjoni usa’ tal-prinċipju tal-EE1st. Għalhekk, rwol importanti ta’ dawk li jfasslu l-politika huwa li jibnu l-kapaċità amministrattiva meħtieġa u l-għarfien espert fl-effiċjenza enerġetika, u li jiżguraw li jkun hemm disponibbli riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-korpi pubbliċi biex jassistu lill-entitajiet tas-suq u lill-konsumaturi fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija u għall-monitoraġġ tal-impatti tal-politika.
3.5.3. L-integrazzjoni tal-prinċipju fil-politika u fil-qafas legali
Waħda mill-kunsiderazzjonijiet għall-qafas abilitanti għall-prinċipju tal-EE1st hija relatata ma’ kif ir-rakkomandazzjonijiet ta’ din il-gwida jistgħu jiġu infurzati.
L-indirizzar ta’ ostakli speċifiċi, l-istabbiliment ta’ rekwiżiti jew id-definizzjoni ta’ inċentivi speċifiċi għal soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija huma parti mill-politika dwar l-effiċjenza enerġetika. Huwa importanti li ż-żewġ aspetti jinżammu separati. Il-politika dwar l-effiċjenza enerġetika tiddefinixxi miżuri u objettivi speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ appoġġ u ta’ abilitazzjoni. Il-prinċipju tal-EE1st huwa dwar il-kunsiderazzjoni u l-analiżi ta’ alternattivi effiċjenti fl-użu tal-enerġija għal deċiżjonijiet li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija. L-applikazzjoni tal-prinċipju jenħtieġ li twassal ukoll għal azzjonijiet speċifiċi li jippermettu din l-analiżi u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. Il-forma ta’ dawn l-azzjonijiet normalment se tiġi ddefinita fil-miżuri ta’ politika dwar l-effiċjenza enerġetika. Konsegwentement, il-forma ġuridika ta’ dawn l-azzjonijiet tmur lil hinn mid-diskussjoni tal-prinċipju u hija aktar parti mill-iżvilupp tal-politika tal-enerġija. Pereżempju, sabiex tiġi mħeġġa l-effiċjenza enerġetika u jingħelbu l-ostakli indikati hawn fuq, spinta diretta għal soluzzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika tista’ tieħu l-forma ta’ miri speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika. Mod ieħor huwa li jiġu stabbiliti obbligi mandatorji għall-iffrankar tal-enerġija fuq il-fornituri tal-enerġija li jitolbuhom inaqqsu l-użu tal-enerġija tal-klijenti tagħhom (17).
Kwalunkwe mira vinkolanti u rekwiżit preskrittiv biex jintużaw soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija jilħaq l-objettivi tal-prinċipju tal-EE1st. Madankollu, il-forma ta’ tali rekwiżiti, l-istrettezza jew l-obbligu tagħhom li jimponu huma kwistjonijiet li għandhom jitqiesu bħala parti mill-politika relatata mal-enerġija. Mill-perspettiva tal-EE1st, huwa importanti li jitqiesu u li jiġu indirizzati diversi aspetti.
3.5.4. L-inċentivar tal-EE1st
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jkunu mod preferut ’il quddiem, jekk il-kunsiderazzjoni xierqa tal-benefiċċji usa’ tidentifika dawn bħala għażla kosteffettiva. Madankollu, il-benefiċċji mhux dejjem jikkonċernaw lill-attur li jenħtieġ li jieħu deċiżjoni ta’ investiment. Benefiċċji usa’ tal-effiċjenza enerġetika jistgħu japplikaw aktar għas-soċjetà (eż. arja nadifa), milli għall-investitur li jieħu d-deċiżjoni. Bl-istess mod, l-utent finali jista’ jibbenefika mill-iffrankar tal-enerġija, iżda dawn il-benefiċċji jistgħu jkunu ta’ importanza żgħira għas-sid ta’ assi (eż. inċentivi maqsuma fi proprjetajiet mikrija).
Barra minn hekk, speċjalment għall-utilitajiet, l-effiċjenza enerġetika ma hijiex triq ovvja li tittieħed minħabba li meta l-konsumaturi jiffrankaw l-enerġija, l-utilitajiet ibigħu inqas mill-prodott tagħhom. Għalhekk, huwa importanti li jinbidlu l-mudelli tal-operat tal-enerġija li jiffavorixxu bejgħ ogħla tal-enerġija għal mudelli ta' operat li jippremjaw is-servizzi tal-enerġija jew il-kisba ta’ ċertu livell ta’ kumdità, pereżempju l-mudell ta’ “effiċjenza enerġetika bħala servizz”. Diżinċentiv ieħor huwa l-fatt li x-xiri ta’ tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija jew ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini jeħtieġu kostijiet relattivament għoljin bil-quddiem filwaqt li l-perjodi ta’ ħlas lura jistgħu jkunu twal.
Għal dawn ir-raġunijiet, l-iffaċilitar tal-effiċjenza enerġetika spiss ma jkunx biżżejjed u huma meħtieġa inċentivi diretti jew indiretti, sabiex benefiċċji usa’ tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika għas-soċjetà jiġu kkunsidrati fit-teħid tad-deċiżjonijiet. B’mod partikolari, l-inċentivi jenħtieġ li jiżguraw li l-għażliet tal-individwi jiġu influwenzati sabiex ikunu tajbin għas-sistema kollha kemm hi.
3.5.5. Finanzjament u appoġġ finanzjarju
L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ vejikolu ddedikat għall-effiċjenza enerġetika
Huwa importanti li l-finanzjament iddedikat ikun immirat lejn l-appoġġ tal-effiċjenza enerġetika. Dan jenħtieġ li jippromwovi proġetti tal-effiċjenza enerġetika u jipprovdi ċarezza lill-investituri dwar l-appoġġ finanzjarju disponibbli. Filwaqt li l-effiċjenza fl-enerġija hija eliġibbli taħt diversi programmi ta’ finanzjament, bħalissa hemm skemi ta’ finanzjament pubbliku limitati li huma ring-fenced għal proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija.
L-istabbiliment ta’ fond jew skema ddedikata għall-effiċjenza enerġetika jista’ jipprovdi inċentivi aktar b’saħħithom għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika. Tali fond jgħin fil-ħolqien ta’ qafas eżemplari li taħtu l-prinċipju tal-EE1st jiġi applikat bis-sħiħ. Tipikament, is-soluzzjonijiet ta’ pakkett li jikkombinaw l-appoġġ ta’ finanzjament ma’ servizzi ta’ konsulenza għandhom rata ta’ assorbiment ogħla u jibbenefikaw minn ingranaġġ ogħla (18).
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st għall-oqsma rilevanti kollha tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE
Id-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ finanzjarju billi jiġu stabbiliti miri u parametri referenzjarji tal-effiċjenza enerġetika se tipprijoritizza proġetti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Kull meta jkun possibbli, il-fondi tal-UE jistgħu jistabbilixxu limiti (speċifiċi għas-settur jew għat-teknoloġija) għall-konsum tal-enerġija jew għat-titjib tal-effiċjenza abbażi tal-aqwa teknoloġiji disponibbli.
Fil-kuntest tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, l-awtoritajiet maniġerjali jenħtieġ li jiżguraw li l-Programmi jagħmlu referenza speċifika għall-promozzjoni tal-prinċipju tal-EE1st (19) fil-prijoritajiet u l-objettivi tagħhom, u jirriflettuha b’mod adegwat fil-grilja tal-eliġibbiltà, pereżempju billi joffru kopertura tal-kostijiet ogħla għall-proġetti li jissodisfaw il-prinċipju tal-EE1st. Il-programmi Interreg jenħtieġ li jikkunsidraw dawn l-azzjonijiet f’kuntest transfruntier jew tranżnazzjonali.
Barra minn hekk, l-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-awtoritajiet maniġerjali meta jistabbilixxu kriterji tal-għażla għal miżuri f’dawk is-setturi fejn jista’ jiġi implimentat il-prinċipju tal-EE1st (ara t-taqsima 4.2), sabiex il-proġetti li japplikaw il-prinċipju jkunu jistgħu jiġu prijoritizzati.
L-awtoritajiet maniġerjali jistgħu jikkunsidraw ukoll modulazzjoni tal-intensità tal-għajnuna, sabiex il-proġetti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika jew l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” ikunu jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ pubbliku preferenzjali (bonus).
Skont InvestEU, is-Sħab ta’ Implimentazzjoni huma mistiedna jinkludu taqsima tal-effiċjenza enerġetika fil-fajls tas-sottomissjoni tagħhom, li tikkostitwixxi element awtonomu tad-diliġenza dovuta tagħhom meta jivvalutaw il-proġetti. Tali taqsima tkun tapplika għall-proġetti kollha, lil hinn mit-Tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli (SIW).
Ir-rakkomandazzjoni li jiġu kkunsidrati kriterji tal-għażla relatati mal-effiċjenza enerġetika hija estiża wkoll għal programmi Ewropej, nazzjonali jew reġjonali mmexxija minn sejħiet għal proġetti.
Meta l-awtoritajiet pubbliċi u s-Sħab ta’ Implimentazzjoni tal-Fondi tal-UE jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri fejn l-effiċjenza enerġetika tkun l-objettiv primarju, huma mħeġġa jipprovdu ġustifikazzjoni solida dwar kif l-effiċjenza enerġetika hija ċentrali għall-proġett/programm/miżura, u kif ir-riskju ta’ greenwashing ma huwiex applikabbli għalihom.
L-għoti ta’ assistenza teknika biex il-maniġers tal-fondi u l-promoturi tal-proġetti jiġu megħjuna japplikaw il-prinċipju tal-EE1st
Minbarra l-fondi attwali disponibbli għall-effiċjenza enerġetika, l-indirizzar tal-perċezzjoni tar-riskju, l-iffaċilitar tal-aggregazzjoni u l-assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti jkomplu jinċentivaw soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Filwaqt li dawn l-azzjonijiet diġà huma parti mill-politiki ta’ finanzjament tal-enerġija, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jenħtieġ li jippromwovu l-għodod disponibbli għall-applikanti u għall-maniġers tal-fondi.
Il-Kummissjoni Ewropea tista’ toffri servizzi ta’ konsulenza lill-awtoritajiet maniġerjali biex tgħinhom joperazzjonalizzaw il-prinċipju tal-EE1st fil-programmi tagħhom, b’mod partikolari permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (20).
Servizzi konsultattivi ddedikati jistgħu jsiru disponibbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw minn programmi tal-UE, biex jirriflettu l-prinċipju tal-EE1st kemm matul il-fażi ta’ valutazzjoni (diliġenza dovuta) kif ukoll matul il-fażi ta’ implimentazzjoni (żvilupp tal-proġett). Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem fuq l-iżvilupp ta’ prodotti konsultattivi speċifiċi bħal dawn ibbażati fuq esperjenzi ta’ suċċess mill-Bank Ewropew tal-Investiment u sħab ta’ implimentazzjoni potenzjali oħra (banek promozzjonali nazzjonali, BERŻ, eċċ.).
Il-promoturi tal-proġetti li jkunu lesti jimplimentaw investimenti fl-effiċjenza enerġetika jew li jinkludu l-prinċipju tal-EE1st jistgħu jirċievu assistenza teknika ad hoc miċ-ċentru konsultattiv tal-UE, ELENA, programmi ta’ politika ta’ koeżjoni kif rilevanti u assistenza oħra għall-iżvilupp tal-proġetti skont il-programm LIFE għal Tranżizzjoni Enerġetika Nadifa. F’xi każijiet, il-kostijiet tal-awditjar tal-enerġija jistgħu jkunu (parzjalment) eliġibbli għall-appoġġ tal-UE.
L-assistenza teknika se tgħin lill-awtoritajiet maniġerjali, lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-promoturi tal-proġetti jużaw indikaturi u metodoloġiji adegwati li jkejlu l-iffrankar tal-enerġija, u tista’ tkopri parti mir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ bħall-awditi tal-enerġija għall-assi kkunsidrati.
Li jirrifletti l-EE1st fil-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat
L-effiċjenza enerġetika hija indirizzata kemm mil-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Enerġija u l-Ambjent kif ukoll mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, li t-tnejn li huma bħalissa qegħdin jiġu riveduti (21). Dan huwa rilevanti għall-PO li, peress li huma taħt ġestjoni kondiviża, ma huwiex eżentati mill-għajnuna mill-Istat b’mod awtomatiku. Dan jista’ japplika wkoll għal proġetti ffinanzjati taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
3.5.6. Għoti ta’ informazzjoni
In-nuqqas ta’ għarfien dwar il-potenzjali tal-iffrankar tal-enerġija, il-benefiċċji possibbli tiegħu u modi kif jiġi vvalutat huma wħud mill-ostakli għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st. Jekk dan in-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti jkun akkumpanjat minn drawwiet u preferenzi tal-passat, ma huwiex biżżejjed li l-informazzjoni ssir disponibbli biss. Huma meħtieġa kampanji edukattivi u ta’ informazzjoni ripetuti biex tinbidel kwalunkwe perċezzjoni negattiva tal-effiċjenza enerġetika bħala xi ħaġa li tirrikjedi ħafna sforz u flus biex twassal għall-iffrankar tal-enerġija u dan ukoll għad-detriment ta’ prestazzjoni mnaqqsa. Minflok, huwa importanti li l-effiċjenza enerġetika tiġi assoċjata maż-żieda fil-kumdità, fil-prestazzjoni u fil-kwalità. Hemm ukoll il-ħtieġa tas-sensibilizzazzjoni u tal-għarfien dwar il-potenzjali u l-impatti usa’ tal-effiċjenza enerġetika f’setturi differenti. Dan jinkludi l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-għażla tal-investiment fl-effiċjenza enerġetika, fejn fil-mument tad-deċiżjoni li jsir investiment, iċ-ċittadini jiġu pprovduti wkoll b’qafas ta’ informazzjoni li jdgħajjef l-influwenza negattiva tal-preġudizzji konjittivi, bħal billi tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-iffrankar futur tal-kostijiet, il-benefiċċji ambjentali u soċjali (22). Għalhekk, jeħtieġ li kampanji effettivi ta’ informazzjoni jindirizzaw l-għarfien tal-isfond, il-preferenzi u l-preġudizzji konjittivi li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet relatati mal-enerġija (23).
Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ data u metodoloġiji disponibbli tajbin biex jiġu vvalutati l-benefiċċji usa’ tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Dan jillimita l-possibbiltà li jiġu kkwantifikati dawk il-benefiċċji u li tiġi żgurata analiżi xierqa tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet. Fil-livell lokali, il-bliet u l-komunitajiet lokali b’mod ġenerali huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw miżuri għall-effiċjenza enerġetika, li jaħdmu mill-qrib maċ-ċittadini, mal-konsumaturi u mal-komunitajiet tal-enerġija. Madankollu, in-nuqqas ta’ data u l-kapaċità finanzjarja, teknika u ta’ ħiliet spiss limitata, jipprevjenu lill-ibliet u lill-komunitajiet lokali milli jfasslu pjanijiet robusti għat-tisħin u/jew għall-effiċjenza enerġetika, u milli jqisu l-effiċjenza enerġetika għal ippjanar spazjali u ta’ żvilupp. F’dan il-kuntest, mhux biss hemm il-ħtieġa li d-data rilevanti ssir disponibbli, iżda wkoll li tiġi żgurata l-kapaċità li jiġu analizzati l-informazzjoni u d-data disponibbli minn dawk li għandhom jużawha. Għalhekk, il-bini tal-kapaċità huwa qasam essenzjali li għandu jiġi indirizzat.
Fil-kuntest tal-prinċipju tal-EE1st, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi pprovduta fil-mument it-tajjeb u fil-format it-tajjeb. L-informazzjoni dwar l-għażliet tal-effiċjenza enerġetika u l-benefiċċji potenzjali tagħhom jenħtieġ li tiġi pprovduta b’mod ċar lill-awtoritajiet u lill-entitajiet tas-suq biex jiġu ffaċilitati fl-għażla speċifika tagħhom fid-deċiżjonijiet ta’ ppjanar jew investiment tagħhom. Il-pubblikazzjoni sempliċi ta’ data jew gwida tista’ ma tkunx biżżejjed. L-informazzjoni dwar soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija jeħtieġ li tkun rilevanti u aġġustata għal kuntesti speċifiċi, jekk trid taffettwa b’mod pożittiv u xieraq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Jeħtieġ ukoll li tiġi promossa b’mod attiv.
Barra minn hekk, il-mod kif l-informazzjoni tiġi ppreżentata u promossa jaffettwa bil-kbir il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Ladarba jkun hemm għarfien bażiku, il-komunikazzjoni trid tiġi adattata wkoll għall-udjenza fil-mira u għall-kuntest speċifiku, sabiex tkun tista’ tinftiehem faċilment. L-informazzjoni pprovduta jenħtieġ li tiffaċilita teħid ta’ deċiżjonijiet konxju bbażat fuq evidenza u trasparenza. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-investituri jinvolvi analiżi tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi ta’ soluzzjonijiet differenti, u għalhekk messaġġi f’sens wieħed jistgħu jkunu insuffiċjenti. Komunikazzjoni li turi ż-żewġ naħat tista’ tkun aktar persważiva, minħabba li tista’ tindirizza l-mistoqsijiet li jkunu saru fl-analiżi ta’ qabel tittieħed id-deċiżjoni.
F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi ppreżentat l-iffrankar mistenni tal-enerġija ta’ azzjoni, teknoloġija jew soluzzjoni partikolari flimkien mal-informazzjoni dwar il-mod kif jenħtieġ li tiġi implimentata u użata. Huwa tajjeb ukoll li jiġu indikati l-effetti rebound possibbli, jiġifieri t-tnaqqis possibbli fl-iffrankar mistenni tal-enerġija minħabba żieda fil-konsum tal-enerġija wara miżuri ta’ effiċjenza enerġetika. Peress li l-“bejgħ żejjed” tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jista’ jkun kontroproduttiv, huwa essenzjali li dawn jiġu vvalutati kif xieraq qabel l-implimentazzjoni. Jekk il-valutazzjoni ma tkunx konformi mal-aspettattivi mqajma fl-informazzjoni pprovduta, din tista’ tiskoraġġixxi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet minn għażliet effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-finanzjament, huwa importanti li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom għarfien dwar ir-riskji u l-benefiċċji reali tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika. Għodda importanti li għandha tiġi kkunsidrata hija l-bażi tad-data tal-Pjattaforma għat-Tneħħija tar-Riskji mill-Effiċjenza Enerġetika (DEEP) b’data dwar il-prestazzjoni tal-enerġija u finanzjarja minn proġetti tal-effiċjenza enerġetika appoġġati minn finanzjament pubbliku tal-UE, nazzjonali u lokali. L-awtoritajiet pubbliċi, il-promoturi tal-proġetti u l-istituzzjonijiet finanzjarji jridu jkomplu jiġu mħeġġa bil-qawwa biex jimlew din il-bażi tad-data sabiex ikomplu jżidu u jespandu l-informazzjoni dwar il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika. Id-disponibbiltà usa’ tal-evidenza tas-suq u tar-rekords tal-investiment se tikkontribwixxi għat-tneħħija tar-riskji mill-effiċjenza enerġetika u se tgħin biex jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika.
3.5.7. Ir-rwol ewlieni tas-settur pubbliku
Il-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tpoġġi wkoll responsabbiltà fuq l-awtoritajiet pubbliċi biex imexxu bl-eżempju. Anke jekk l-impatt ġenerali jista’ ma jkunx sinifikanti f’termini assoluti, il-korpi pubbliċi għandhom rwol importanti fil-promozzjoni ta’ mġiba, prodotti u servizzi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Huwa vitali wkoll li l-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fis-settur pubbliku tiġi ppreżentata bħala eżempju ta’ ġestjoni sostenibbli u soda tal-fondi pubbliċi. L-għażla ta’ soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika u l-kombinazzjoni tagħhom ma’ sorsi rinnovabbli jistgħu jservu wkoll bħala proġetti ta’ dimostrazzjoni u reklamar ta’ approċċi mixtieqa.
Is-settur pubbliku jista’ jmexxi bl-eżempju b’diversi modi, b’mod partikolari billi:
(a) |
Jistabbilixxi objettivi speċifiċi għall-bini pubbliku f’termini tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jew tar-rati ta’ rinnovazzjoni. L-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 tal-EED huma eżempji ta’ approċċ bħal dan fil-livell tal-UE, iżda jista’ jissaħħaħ fil-livell nazzjonali. Il-bini pubbliku jenħtieġ li jmexxi bl-eżempju billi jimplimenta diversi soluzzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika biex juri l-fattibbiltà u l-benefiċċji tagħhom. B’mod partikolari, bini ġdid jenħtieġ li jgħaqqad il-funzjonalità, id-disinn u s-sostenibbiltà, l-inklużjoni u l-estetika f’konformità mal-Bauhaus Ewropew Ġdid (24) mal-aħjar prestazzjoni tal-enerġija possibbli u, jekk possibbli, jaqbeż ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija (NZEB) stabbiliti mill-Artikolu 9 tal-EPBD. L-objettivi ambizzjużi għall-bini pubbliku jenħtieġ li jkunu marbuta wkoll mal-komunikazzjoni. Ir-rinnovazzjonijiet enerġetiċi jenħtieġ li jsiru u jiġu ppreżentati b’mod li jassoċja prestazzjoni aħjar tal-enerġija ma’ aktar kumdità u tnaqqis tal-kostijiet. L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-klassi taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC) tal-bini tiġi kkomunikata b’mod ċar lill-pubbliku (skont l-Artikolu 13 tal-EPBD). Fl-EPCs, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll informazzjoni supplimentari li tista’ tippromwovi soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika, eż. benefiċċji usa’ mistennija f’termini ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. |
(b) |
It-tisħiħ tal-akkwist ta’ prodotti u servizzi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-akkwist pubbliku ekoloġiku u l-Artikolu 6 tal-EED diġà jħeġġu lill-awtoritajiet pubbliċi jixtru l-prodotti bl-aħjar prestazzjoni enerġetika. Madankollu, f’konformità mal-prinċipju tal-EE1st, il-kriterji tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jinfirxu fl-offerti pubbliċi u jkollhom piż sostanzjali fil-valutazzjoni u fl-għażla tal-offerti. Huwa meħtieġ ukoll li r-rendiment fl-użu tal-enerġija jintuża mhux bħala wieħed mill-kriterji awżiljarji, iżda bħala kundizzjoni ċentrali u/jew kriterji għall-għoti fl-offerti pubbliċi. Ix-xerrejja pubbliċi jenħtieġ li jivvalutaw kif il-prestazzjoni mixtieqa tal-prodotti offruti tista’ tintlaħaq f’konformità mal-objettivi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Jenħtieġ li tiġi analizzata kunsiderazzjoni speċifika tal-prestazzjoni ta’ għażliet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, fejn jeżistu. |
(c) |
L-użu tas-servizzi tal-enerġija u tal-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija (25), it-twettiq ta’ awditjar tal-enerġija u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija. B’mod simili għall-objettivi speċifiċi ta’ rinnovazzjoni, il-bini pubbliku jenħtieġ li jkun ukoll eżempju ta’ applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet disponibbli li jiffaċilitaw il-kisba tal-iffrankar tal-enerġija. Il-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ dawn is-soluzzjonijiet, b’mod partikolari fr-rigward tal-baġit pubbliku, jenħtieġ li jiġu promossi u kkomunikati lill-pubbliku. |
3.6. Analiżi tal-impatti u l-alternattivi tal-politika
Wara l-identifikazzjoni ta’ diversi għażliet biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa u jiġu żgurati kundizzjonijiet abilitanti stretti għal soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija, huwa importanti li dawn l-għażliet ta’ politika jiġu vvalutati b’mod xieraq filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-alternattivi min-naħa tad-domanda. Barra minn hekk, meta jiġu stabbiliti politiki strateġiċi fejn l-effiċjenza enerġetika titqies mill-bidu bħala parti mis-soluzzjoni, ta’ min jiġu esplorati azzjonijiet ambizzjużi għall-effiċjenza enerġetika, eż. billi jkun hemm xenarju ta’ effiċjenza enerġetika għolja fl-immudellar fejn l-effiċjenza enerġetika tiġi limitata għall-kosteffettività jew għall-fattibbiltà tagħha.
L-analiżi tal-għażliet vijabbli tista’ tkun parti mill-valutazzjonijiet tal-impatt regolatorji jew mill-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-kostijiet (CBA) qabel id-deċiżjonijiet politiċi, ta’ ppjanar jew ta’ investiment. Fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt, ir-riflessjoni sħiħa tal-prinċipju tal-EE1st teħtieġ li jitqiesu diversi elementi koperti f’dawn il-linji gwida. Dawn jinkludu:
— |
Kunsiderazzjoni tal-ostakli għall-applikazzjoni tal-effiċjenza enerġetika; |
— |
Definizzjoni tal-objettivi ta’ politika li jippermettu l-użu u l-prijorità ta’ soluzzjonijiet kosteffiċjenti għall-effiċjenza enerġetika; |
— |
Identifikazzjoni ta’ spettru wiesa’ ta’ għażliet, b’ħarsa speċifika lejn is-soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika; |
— |
Evalwazzjoni tal-impatti ta’ diversi għażliet fuq il-konsum tal-enerġija (preferibbilment kemm għall-konsum finali kif ukoll għall-konsum tal-enerġija primarja) u l-kunsiderazzjoni ta’ dawn l-impatti fi projezzjonijiet aġġornati għad-domanda għall-enerġija fil-valutazzjoni; |
— |
Evalwazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-għażliet mill-perspettivi ta’ (i) is-soċjetà, (ii) l-atturi tas-suq, li jimplimentaw il-pjanijiet għall-effiċjenza enerġetika, u (iii) il-konsumatur finali; |
— |
Impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, inklużi l-impatti distributtivi u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, jenħtieġ li jkunu parti mill-valutazzjoni, bl-applikazzjoni tal-approċċ ta’ Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja u s-suppożizzjonijiet xierqa tal-ipprezzar tal-karbonju; |
— |
Jekk tiġi applikata analiżi sħiħa tas-CBA, analiżi tas-sensittività għal rati ta’ skont differenti kkunsidrati fl-analiżi tas-CBA kif ukoll insistenza massima fuq il-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika; |
— |
Evalwazzjoni tal-koerenza tal-għażla ppreferuta mal-miri u l-azzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll ma’ objettivi u prinċipji strateġiċi oħra; |
— |
Identifikazzjoni ta’ passi u objettivi operazzjonali li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija; |
— |
Stabbiliment ta’ dispożizzjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-politika/investiment li jkunu jeħtieġu monitoraġġ tal-iffrankar tal-enerġija miksub b’mod trasparenti, eż. kif definit fil-metodoloġija għall-Artikolu 7 tal-EED. |
Meta wieħed iħares lejn l-impatti fuq il-konsum tal-enerġija, kemm l-enerġija primarja kif ukoll dik finali jistgħu jkunu rilevanti. L-enerġija finali tirrifletti aħjar il-bidliet fid-domanda u l-benefiċċji relatati mat-tnaqqis tagħha, filwaqt li l-enerġija primarja hija aktar rilevanti mill-perspettiva tal-objettivi klimatiċi u tal-benefiċċji ambjentali. Għalhekk, l-għażla tal-indikatur tiddependi fuq il-kuntest, iżda hija tajba biex jiġu indirizzati t-tnejn li huma f’valutazzjonijiet komprensivi.
Filwaqt li t-twettiq ta’ valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt normalment jintalab mil-liġi f’sitwazzjonijiet speċifiċi, f’konformità mal-prinċipju tal-EE1st, CBA xieraq (ara hawn taħt) jista’ jkun parti mit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment jew ta’ politika b’impatt fuq il-konsum tal-enerġija jew il-provvista tal-enerġija. L-applikazzjoni tal-prinċipju jenħtieġ li tieħu perspettiva tas-sistema u tas-soċjetà għal deċiżjonijiet strateġiċi ta’ ppjanar u investiment. Meta jintgħażlu assi u soluzzjonijiet speċifiċi taħt proġetti predefiniti, jenħtieġ li jiġu analizzati wkoll soluzzjonijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija bl-applikazzjoni tal-perspettiva tas-soċjetà, tal-entità ta’ implimentazzjoni jew tal-utent finali.
Tabella 3
Il-komponenti tal-benefiċċji u tal-kostijiet għall-valutazzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika minn perspettivi differenti
CBA għal miżura tal-effiċjenza enerġetika Perspettiva ta’ |
Soċjetà |
Atturi tas-suq li jimplimentaw il-miżuri, (eż. kumpanija tal-enerġija) |
Konsumatur finali |
Il-kostijiet evitati tas-sistema tal-provvista tal-enerġija (il-kostijiet tal-ġenerazzjoni u tal-kapaċità, it-telf mill-grilja, it-telf mit-trasformazzjoni u l-kostijiet tat-tisħiħ tal-grilja, eċċ.) |
Benefiċċju |
Benefiċċju |
|
Benefiċċji jew kobenefiċċji usa’ |
Benefiċċju |
Benefiċċju |
Benefiċċju |
Jgħaddu l-kostijiet permezz tat-tariffi tal-grilja jew il-prezzijiet tal-enerġija, jew introjti mis-servizzi tal-enerġija |
|
Benefiċċju |
|
Kumpens ta’ dħul nett mitluf għall-operaturi tan-network |
|
Benefiċċju |
|
Bonus għall-implimentazzjoni jew għall-iffrankar kondiviż |
|
Benefiċċju |
|
Kostijiet tat-teknoloġija inkrementali |
Kost |
|
Kost |
Kostijiet tal-implimentazzjoni tal-programm/miżura |
Kost |
Kost |
|
Pagamenti ta’ inċentivi |
|
Kost |
Benefiċċju |
Iffrankar fuq il-kontijiet tal-enerġija |
|
|
Benefiċċju |
Dħul marġinali mitluf |
|
Telf |
|
Sors: Abbażi tal-Istitut ta’ Wuppertal (2009) Measuring and reporting energy savings for the ESD – how it can be done, il-Kapitolu 2.10.
Barra minn hekk, huwa importanti li jiġu identifikati s-sorsi tad-data u l-indikaturi rilevanti għall-projezzjonijiet tad-domanda futura għall-enerġija, filwaqt li jitkejlu l-impatti fuq il-konservazzjoni tal-enerġija u jiġi mmonitorjat il-progress. Peress li d-disponibbiltà tad-data u l-prattiki nazzjonali jvarjaw, dawn is-sorsi differenti tad-data jistgħu jkunu ta’ rilevanza. Dak li huwa kruċjali huwa t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-indikaturi u tad-data użati.
Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-valorizzazzjoni preċiża tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda, fejn rilevanti. Dan jeħtieġ kunsiderazzjoni tat-tipi kollha ta’ utenti finali u tal-assi ta’ flessibbiltà distribwiti fis-sistema tal-enerġija integrata. Huwa importanti li wieħed iħares kemm lejn il-kostijiet tal-investiment kif ukoll dawk operatorji, filwaqt li jirrikonoxxi l-benefiċċji għall-utenti finali kollha.
3.7. Definizzjoni tas-CBA
CBA tista’ tkun analiżi awtonoma jew komponent ewlieni ta’ valutazzjoni tal-impatt aktar komprensiva. Is-CBAs kollha jenħtieġ li jużaw metodi ta’ Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja (26)u jqisu projezzjonijiet xierqa tal-ipprezzar tal-karbonju. Skont il-prinċipju tal-EE1st, huwa importanti li ssir CBA kull meta jkun possibbli mill-perspettiva tas-soċjetà meta jiġu evalwati l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ diversi għażliet. It-tqabbil u l-analiżi tal-għażliet għandhom iħarsu lejn l-impatti kollha tal-konservazzjoni tal-enerġija, li jmur lil hinn mill-konsum tal-enerġija bħala indikatur tal-impatt uniku. Mill-perspettiva tal-EE1st, it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija huwa ċertament benefiċċju fih innifsu, iżda minbarra l-iffrankar tal-enerġija, CBA jenħtieġ li tħares ukoll lejn benefiċċji usa’, inklużi dawk li ma jiġux ipprezzati faċilment.
Il-benefiċċji soċjali jinkludu livell aħjar ta’ benesseri u ta’ kumdità, pereżempju minħabba tisħin/tkessiħ xieraq u kwalità mtejba tal-arja interna fid-djar (27), li sussegwentement iwasslu għal saħħa mtejba, kemm fiżika kif ukoll mentali, inkluż f’kundizzjonijiet klimatiċi futuri. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, konsum aktar baxx ta’ fjuwils fossili jista’ jnaqqas l-emissjonijiet mill-impjanti tal-enerġija u mit-trasport, u b’hekk inaqqas l-impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja. Effiċjenza mtejba tnaqqas ukoll il-kont tal-enerġija u tista’ żżid l-introjtu tal-unitajiet domestiċi, li jista’ jintnefaq xi mkien ieħor. Benefiċċju importanti ieħor huwa t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, li għadu problema f’ħafna pajjiżi.
Benefiċċji usa’ tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jkunu numerużi, iżda spiss ikun diffiċli li dawn jiġu kkwantifikati jew monetizzati kif xieraq. Is-sejba tad-data x-xierqa u l-ġbir tar-rabtiet bejn l-effiċjenza enerġetika u l-indikaturi soċjali, ambjentali jew ekonomiċi jistgħu jkunu partikolarment ta’ sfida. In-nuqqas ta’ informazzjoni jista’ jkun kwistjoni speċjalment fil-livell lokali u huwa marbut ukoll mad-disponibbiltà ta’ data dwar l-iffrankar reali tal-enerġija miksub wara l-implimentazzjoni ta’ miżura. Konsegwentement, hemm metodoloġiji differenti użati biex jiġu koperti dawk l-impatti. Mingħajr preġudizzju għall-metodoloġiji tas-CBA fil-livell tal-UE pprovduti mir-Regolament TEN-E (28), biex jiġu żgurati CBAs robusti, ir-regolaturi, jenħtieġ li jiddefinixxu l-metodoloġiji rilevanti għat-twettiq tas-CBAs f’oqsma speċifiċi (29), u jekk ikun meħtieġ jakkumpanjawhom b’linji gwida addizzjonali.
Kwalunkwe metodoloġija tas-CBA jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-qafas regolatorju definit minn dawk li jfasslu l-politika u jenħtieġ li tqis il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika. Abbażi tal-metodu propost tas-CBA, l-entitajiet tas-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu jivvalutaw b’mod sistematiku l-għażliet ta’ investiment tagħhom. Il-linji gwida mħejjija mir-regolaturi jenħtieġ li jgħinu lill-entitajiet tas-suq jevalwaw il-kostijiet u l-benefiċċji ta’ diversi għażliet mill-perspettivi tas-soċjetà, tal-atturi tas-suq li jimplimentaw dan il-pjan u tal-konsumaturi.
Benefiċċji usa’ tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika ġew analizzati fil-proġett Odyssee-Mure (30). Xi dettalji addizzjonali jistgħu jinstabu wkoll fid-dokument imħejji mill-ECEEE (31) u fl-istudju akkwistat mill-Kummissjoni Ewropea (32). L-Illustrazzjoni 2 tippreżenta xi wħud mill-oqsma prinċipali affettwati mill-investimenti fl-effiċjenza enerġetika li jistgħu jiġu kkunsidrati f’CBA xierqa.
Abbażi tal-approċċ propost minn Odyssee-Mure, il-benefiċċji multipli tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jinqasmu f’dawk soċjali, ambjentali u ekonomiċi.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażata fuq Odyssee-Mure.
Il-benefiċċji ambjentali huma relatati ma’ impatti usa’ tal-konsum imnaqqas tal-enerġija, b’mod partikolari tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tnaqqis fit-tniġġis tal-arja relatati mal-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, domanda aktar baxxa għall-enerġija ttejjeb il-ġestjoni tas-sorsi tal-enerġija u ta’ riżorsi oħra. Dan iwassal direttament għall-iffrankar fuq l-enerġija li għandha tiġi prodotta (u b’hekk jiġu eliminati l-esternalitajiet negattivi relatati mal-provvista tal-enerġija), b’mod partikolari l-iffrankar tal-ammont ta’ fjuwils fossili kkunsmati. Dan inaqqas ukoll il-ħtiġijiet għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri stabbiliti tal-politika.
Il-benefiċċji ekonomiċi jistgħu jkunu fil-livell mikro u makro. Il-mikroimpatti huma marbuta ma’ żieda fil-produttività industrijali bħala riżultat ta’ nfiq aktar baxx fl-enerġija u żieda fil-valur tas-suq tal-assi bi prestazzjoni aħjar tal-enerġija. Il-makroimpatti jikkonċernaw bidliet fil-PDG u fl-impjiegi, u permezz ta’ impatt fuq il-prezzijiet tal-enerġija jikkonċernaw ukoll bidliet fil-baġits pubbliċi. L-impatti soċjali u ambjentali pożittivi jnaqqsu wkoll l-infiq fuq il-qgħad u l-protezzjoni soċjali. Impatti oħra li għandhom jiġu kkunsidrati huma relatati mal-innovazzjoni u mal-kompetittività (33), li jistgħu jittejbu b’teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif ukoll b’sigurtà mtejba tal-enerġija permezz ta’ dipendenza aktar baxxa fuq l-importazzjoni (34).
Dawn huma biss ftit mill-benefiċċji ġenerali li jirriżultaw minn żieda fl-effiċjenza enerġetika.
3.7.1. Għodod u metodoloġiji possibbli
Id-definizzjoni ta’ metodoloġija robusta għall-kwantifikazzjoni tal-benefiċċji usa’ tal-effiċjenza enerġetika hija ta’ sfida u għadha ma hijiex stabbilita sew. Għall-finijiet ta’ din il-Gwida, intużaw żewġ proġetti ta’ riċerka: (1) COMBI (Calculating and Operationalising the Multiple Benefits of Energy Efficiency in Europe), proġett taħt Orizzont 2020 (35), u (2) l-istudju mħejji għall-Kummissjoni Ewropea “The macro-level and sectoral impacts of Energy Efficiency policies” (36). Barra minn hekk, il-proġett ta’ riċerka tal-MICAT Orizzont 2020 (37) qed jiżviluppa metodoloġija u għodda li jistgħu jgħinu f’tali valutazzjoni.
It-titjib fl-effiċjenza enerġetika fit-trasport jista’ jnaqqas l-esternalitajiet relatati mat-trasport. Il-Manwal dwar il-Kost Estern tat-Trasport (38) jipprovdi għarfien u metodoloġiji dettaljati għall-istima tad-diversi impatti ambjentali.
(a) L-IMPATTI SOĊJALI
Is-saħħa u l-benesseri
Is-saħħa tal-bniedem hija waħda mill-kobenefiċċji l-aktar importanti tal-effiċjenza enerġetika. Sabiex jitkejlu u jiġu kkwantifikati l-impatti pożittivi u negattivi ewlenin fil-prestazzjoni mtejba tal-enerġija tal-bini, jistgħu jitqiesu l-aspetti li ġejjin li jaffettwaw is-saħħa:
— |
Il-kapaċità li d-djar jinżammu f’temperaturi adegwati, inkluż taħt kundizzjonijiet tal-klima tal-futur, hija relatata direttament mat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini; |
— |
Il-livelli tal-issiġillar tal-arja li ġeneralment jiżdiedu permezz ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika u ventilazzjoni adegwata li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati sew meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika; |
— |
Il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa, marbuta mal-konċentrazzjoni ta’ sustanzi ewlenin li jniġġsu l-arja ta’ ġewwa (sustanzi ta’ KOV bħall-benżen, ir-radon, il-monossidu tal-karbonju, l-NOx, il-partikolati ultrafini). Il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa tiddependi ħafna fuq l-effiċjenza enerġetika (39), anke jekk ir-rabtiet jistgħu jkunu pożittivi jew negattivi, skont il-livell ta’ ventilazzjoni li jirriżulta mit-titjib fl-effiċjenza; |
— |
Il-moffa u l-umdità, li ġeneralment jirriżultaw mil-livell tat-temperatura u mil-livell ta’ ventilazzjoni tal-bini; |
— |
Id-dawl ta’ ġewwa, li ħafna drabi jittejjeb b’soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija, għandu impatti kbar fuq is-saħħa u l-benesseri tal-okkupanti, (40) |
— |
Il-livell ta’ storbju — l-iżolament tal-involukru tal-bini, speċjalment it-twieqi, inaqqas l-esponiment għall-istorbju ta’ barra; |
— |
L-użu ta’ materjali tossiċi — ir-rinnovazzjonijiet iwasslu għat-tneħħija tal-asbestos u taċ-ċomb kif ukoll għall-installazzjoni ta’ salvagwardji kontra r-radon. |
L-impatti pożittivi tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika huma riflessi fit-tnaqqis tal-mard kardjovaskulari, tal-mard respiratorju (l-ażma, il-mard infettiv, l-allerġiji, eċċ.), tal-kanċers tal-pulmun, u tal-indeboliment tas-saħħa konjittiva u mentali. Kemm il-mard respiratorju kroniku kif ukoll dak akut jistgħu jseħħu minħabba l-esponiment għat-tniġġis tal-arja ta’ ġewwa minn sistemi u fjuwils tat-tisħin tal-post. L-ażma u l-allerġiji jirriżultaw minn moffa li tiffjorixxi fi djar umdi u mhux imsaħħna tajjeb, filwaqt li l-attakki ta’ puplesija u d-disturbi kardjovaskulari huma marbuta mal-esponiment għal temperaturi estremi (41).
L-eżiti speċifiċi tas-saħħa jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu identifikati, u għalhekk spiss jitkejlu f’termini ta’ mortalità jew ta’ morbidità globali, kif muri miż-żjarat tat-tobba, mill-ammissjonijiet fl-isptar u minn jiem lil hinn mix-xogħol jew mill-iskola, jew minn fatturi ta’ riskju, eż. kundizzjonijiet termali, storbju, eċċ.
L-użu ta’ approċċ ibbażat fuq il-koeffiċjenti, il-benefiċċji għas-saħħa tal-effiċjenza enerġetika u l-impatti f’termini ta’ kwalità tal-arja jistgħu jiġu tradotti f’termini ekonomiċi (eż. kostijiet tas-saħħa assoċjati mal-mard). Il-metodi użati għall-kejl ta’ dan l-indikatur tal-output huma ġeneralment ibbażati fuq il-valur medju tal-ħajja, miksub permezz ta’ studji ta’ valutazzjoni kontinġenti jew ir-rieda li jitħallsu stħarriġiet (42).
Il-proġett ta’ riċerka COMBI ffoka fuq il-kwantifikazzjoni tal-koimpatti fuq is-saħħa pubblika relatati mal-faqar enerġetiku. Il-proġett analizza tliet kategoriji ta’ koimpatti:
— |
Morbidità eċċessiva fix-xitwa minħabba l-kesħa ta’ ġewwa; |
— |
Morbidità tal-ażma minħabba l-umdità ta’ ġewwa. |
Il-metodoloġija għall-kwantifikazzjoni tal-impatt u l-monetizzazzjoni huma deskritti fir-rapport tekniku (43).
L-impatti tat-tnaqqis stmat f’tunnellati ta’ sustanzi li jniġġsu jistgħu jiġu tradotti fi tnaqqis fin-nefqa fuq il-kura tas-saħħa mill-mudell GAINS (44), li ntuża mill-Kummissjoni Ewropea għal diversi valutazzjonijiet tal-impatt. GAINS jeħtieġ data tal-input dettaljata dwar l-użu totali tal-enerġija għall-attivitajiet ewlenin kollha tat-tniġġis tal-arja u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, iżda l-lista ta’ riċetturi li għalihom jiġi vvalutat l-impatt tat-tniġġis tal-arja ma tinkludix l-ambjent mibni.
Ġiet żviluppata wkoll mill-BPIE metodoloġija dwar kif għandu jiġi ddefinit, imkejjel, ikkwantifikat u mmonetizzat l-impatt ta’ kwalità ambjentali interna mtejba (kumdità termali mtejba, kwalità tal-arja ta’ ġewwa, dawl u ħsejjes (45)) fl-iskejjel, fl-isptarijiet u fl-uffiċċji (46). L-approċċ ippreżentat jestrapola r-riżultati medji f’titjib f’perċentwali li jista’ jinkiseb fil-prestazzjoni/produttività.
Faqar enerġetiku
Il-faqar enerġetiku jista’ jinftiehem bħala stat ta’ deprivazzjoni tas-servizzi bażiċi tal-enerġija, li huwa manifestazzjoni relatata mal-enerġija ta’ faqar ġenerali u li ntwera li għandu r-riskju ta’ morbidità akbar jew saħansitra mortalità. Meta jiġu eżaminati l-benefiċċji tal-programmi tal-effiċjenza enerġetika li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, il-valutazzjonijiet tal-impatt jenħtieġ li jiffukaw fuq l-iffrankar miksub jew ipproġettat tal-kostijiet tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli jew żieda fil-livelli ta’ kumdità interna fl-abitazzjonijiet tagħhom. Il-kapaċità li t-temperatura ta’ ġewwa tinżamm f’livelli aktar komdi għandha diversi benefiċċji għas-saħħa, peress li l-għajxien fi djar b’nuqqas ta’ ventilazzjoni li huma kesħin fix-xitwa jew sħan wisq fis-sajf huwa marbut ma’ firxa ta’ problemi tas-saħħa. Modifiki retroattivi u titjib ieħor fl-effiċjenza enerġetika li jippermettu lill-unitajiet domestiċi foqra fl-enerġija jtejbu t-temperaturi ta’ ġewwa jista’ jkollhom impatti pożittivi fuq is-saħħa mentali u fuq l-inċidenza ta’ mard kardjorespiratorju, u b’hekk jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa.
L-iffrankar tan-nefqa fuq l-enerġija u l-kapaċità li tinżamm temperatura interna aktar komda jista’ jkollhom benefiċċji oħra, li jistgħu jsaħħu l-effett pożittiv fuq il-baġits tal-unitajiet domestiċi. Pereżempju, l-akbar benefiċċji għas-saħħa tal-modifiki retroattivi tal-effiċjenza enerġetika nstabu fost unitajiet domestiċi li, qabel l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika, ma kinux jużaw biżżejjed is-servizzi tal-enerġija tat-tisħin jew tat-tkessiħ minħabba restrizzjonijiet baġitarji. Il-benesseri fiżiku u mentali mtejjeb minħabba livelli klimatiċi interni aħjar jista’ jaffettwa wkoll b’mod pożittiv il-kisba edukattiva jew il-prestazzjoni tax-xogħol, iżid il-parteċipazzjoni u l-produttività fis-suq tax-xogħol u jippermetti l-adozzjoni ta’ perkorsi tal-karriera finanzjarjament aktar attraenti. F’pajjiżi fejn il-kostijiet tal-kura tas-saħħa huma għoljin, it-titjib fis-saħħa minħabba kundizzjonijiet imtejba tal-akkomodazzjoni jista’ wkoll iżid l-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli minħabba tnaqqis fl-infiq mediku. Minbarra l-impatt finanzjarju li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar, il-modifiki retroattivi tal-effiċjenza enerġetika jew ir-rilokazzjoni lejn bini ġdid u effiċjenti fl-użu tal-enerġija jista’ jkollhom benefiċċju soċjali potenzjali ieħor relatat ma’ integrazzjoni soċjali mtejba ta’ unitajiet domestiċi sottoprivileġġati billi jitnaqqas l-iżolament soċjali kkawżat minn sentimenti ta’ mistħija fir-rigward tal-kundizzjonijiet li wieħed jgħix fihom (47).
(b) IMPATTI AMBJENTALI
It-titjib fl-effiċjenza enerġetika jista’ jaffettwa b’mod pożittiv l-ambjent f’diversi aspetti pjuttost differenti:
— |
L-enerġija u t-tibdil fil-klima — Miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika naturalment iwasslu għal tnaqqis fid-domanda għall-enerġija u sussegwentement għal użu aktar baxx tar-riżorsi relatati magħha, b’mod partikolari l-fjuwils fossili. Il-konsum imnaqqas ta’ fjuwils fossili jimplika tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. |
— |
Konsum u produzzjoni sostenibbli (SCP) — Din il-kategorija tkopri l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja lokali u l-konsum tal-materjali. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-livell tal-emissjonijiet tal-kubrit, tal-partikolati u ta’ sustanzi oħra li jniġġsu li huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Min-naħa l-oħra, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jimplikaw ukoll żidiet fl-użu tal-materjali, pereżempju fil-każ ta’ modifiki retroattivi tal-bini. |
— |
Ekosistemi — Effiċjenza enerġetika mtejba li twassal għal domanda għall-enerġija mnaqqsa tista’ twassal għal tnaqqis fid-domanda għall-ilma u fl-użu tal-art mis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Ir-rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-bini li jagħmlu użu minn ħitan u soqfa ekoloġiċi jipprovdu ħabitat għall-pjanti u għall-annimali f’ambjent urban. |
L-indikaturi speċifiċi li għandhom jintużaw biex jitkejlu dawk l-impatti jinkludu:
Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
Ir-relazzjoni bejn l-iffrankar tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 hija relattivament sempliċi meta wieħed iħares lejn it-trasportaturi tal-enerġija. Normalment jiġi applikat approċċ lineari bl-użu ta’ fatturi fissi ta’ emissjonijiet ta’ unitajiet ta’ CO2 għal kull unità ta’ konsum tal-fjuwil. Hemm żewġ modi kif dan isir: jew jinkisbu l-fatturi ta’ emissjoni minn data storika jew jintużaw fatturi ta’ emissjoni ppubblikati (eż. mill-IPCC).
Tabella 4
Fatturi medji ta’ emissjoni fl-UE relatati mal-valur kalorifiku nett (NCV)
|
Fatturi medji tal-emissjonijiet (t CO2 / TJ) |
Fatturi medji tal-emissjonijiet (t CO2 / toe) |
Żejt grezz |
73,3 |
3,07 |
Likwidi tal-gass naturali |
64,2 |
2,69 |
Petrol tal-magni |
69,3 |
2,90 |
Żejt tal-Gass/Diżil |
74,1 |
3,10 |
Antraċite |
98,3 |
4,12 |
Faħam għal kokkjar |
94,6 |
3,96 |
Linjite |
101 |
4,23 |
Gass naturali |
56,1 |
2,35 |
Pit |
106 |
4,44 |
Sors: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, l-Anness VI (48).
Fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija tal-elettriku, ir-relazzjoni bejn l-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tista’ tiġi stmata abbażi tal-intensità tal-gassijiet serra tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, li abbażi tad-data tal-2018 kienet stmata għal 287 g CO2 eq./kWh (3,34 t CO2 eq./toe) għall-UE (49). L-intensitajiet nazzjonali jvarjaw skont is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u tat-taħlita tal-fjuwils użati għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u kwalunkwe CBA għall-investiment fl-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jqis l-intensità tal-gassijiet serra tal-grilja lokali. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-intensità tal-gassijiet serra tal-bidliet fl-elettriku maż-żmien u, biż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, se tonqos. Għalhekk, il-projezzjonijiet futuri jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta wieħed iħares lejn l-impatti tal-iffrankar tal-enerġija fit-tul. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tippubblika data storika u indikaturi ta’ terminu qasir għall-intensità tal-gassijiet serra tal-elettriku fl-Istati Membri (50).
Bl-istess mod, f’ħafna applikazzjonijiet tista’ tiġi kkalkolata l-intensità tal-gassijiet serra tal-produzzjoni tas-sħana derivata: 253g CO2 eq. /kWh (2,95 t CO2 eq. /toe) għall-UE abbażi tad-data tal-Eurostat tal-2018 (51) . Għal darb’oħra, għandhom jiġu kkunsidrati l-kuntest tal-Istati Membri u l-iżviluppi futuri.
Jista’ jkun interessanti wkoll li jkun hemm stimi tal-impatti tal-gassijiet serra tal-iffrankar finali tal-enerġija miksub fis-settur tal-bini. Għal darb’oħra, dan jista’ jiġi derivat mill-intensità tal-gassijiet serra tal-bini (52), li fl-2018 fil-livell tal-EU27 kienet ta’ madwar 222 g CO2 eq. /kWh (jew 2,58 t CO2 eq. /toe). Għalhekk, l-iffrankar ta’ 1 kWh ta’ enerġija finali jista’ jiġi tradott f’ekwivalenti ta’ 222 g CO2. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ffrankati. Għal darba oħra, il-valuri jkunu differenti fil-livell nazzjonali u maż-żmien.
Għat-teknoloġiji ta’ koġenerazzjoni li jgħaqqdu s-sħana u l-elettriku, jenħtieġ li titqies it-taħlita tal-enerġija “marġinali”, li tirrifletti b’mod aktar realistiku l-kompożizzjoni tal-unitajiet rilevanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tistma b’mod aktar preċiż il-PEF (fattur tal-enerġija primarja) u s-CEEF (fattur tal-emissjoni ekwivalenti għas-CO2). Metodoloġija u stima possibbli tal-effiċjenza “marġinali” u l-fatturi tal-karbonju jistgħu jinstabu fi studju ddedikat għal dan is-suġġett (53).
Meta titqabbel il-kosteffettività tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, huwa utli wkoll li wieħed iħares lejn il-proporzjon ta’ EUR investiti/tunnellata ta’ CO2 iffrankata. Dan il-proporzjon jenħtieġ li jqis iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi kkunsidrat, b’azzjonijiet ulterjuri jew futuri li għandhom isiru fi stadju aktar tard (eż. rinnovazzjoni fi stadji, miżuri suċċessivi fuq is-sistemi tat-tisħin, l-involukru tal-bini), biex jiġu evitati l-effetti ta’ lock-in u l-azzjonijiet l-aktar sempliċi u faċli. Għal darb’oħra, dan it-tqabbil jenħtieġ li jħares lejn il-kostijiet indiretti u l-benefiċċji usa’ ta’ diversi għażliet.
Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja lokali u ta’ gassijiet serra oħrajn
It-tniġġis evitat tal-arja (Diossidu tal-kubrit — SO2, Ossidi tan-nitroġenu — NOx, Komposti organiċi volatili — KOV, Materja partikolata b’dijametru ta’ anqas minn 10 μm — PM10, Materja partikolata b’dijametru ta’ anqas minn 2,5 μm — PM2,5) u emissjonijiet oħra ta’ gassijiet serra (ossidu nitruż — N2O, metan — CH4) jiddependi fuq l-iskala tal-iffrankar tal-enerġija, it-tip ta’ fjuwil iffrankat, it-teknoloġija, it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.
Il-mudell GAINS tat-tniġġis tal-arja u tal-gassijiet serra (54) huwa mudell iddedikat li jista’ jintuża għall-valutazzjoni tal-impatti fuq it-tniġġis tal-arja lokali. Hija għodda avvanzata għall-immudellar, li tista’ tintuża biex jitwettqu valutazzjonijiet fuq l-iskala tal-UE kif ukoll għal Stati Membri separati. Il-mudell GAINS intuża ħafna biex tiġi vvalutata l-politika tal-UE dwar il-klima u l-enerġija.
Huwa pjuttost komuni li l-emissjonijiet ta’ SO2 u NOx jiġu kkonvertiti f’termini monetarji. Normalment, il-biċċa l-kbira tal-kostijiet huma marbuta mad-danni għas-saħħa u mat-telf tal-produttività. Meta jiġu mmonetizzati l-kostijiet u l-benefiċċji kollha, huwa importanti li jiġi evitat għadd doppju tal-benefiċċji ta’ kwalità mtejba tal-arja taħt l-impatti fuq is-saħħa relatati mat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja.
Impatti fuq l-ekosistemi (inklużi l-impatti fuq il-konsum tal-ilma)
L-ekosistemi jistgħu jbatu minn impatti negattivi f’każ li jinqabżu t-tagħbijiet kritiċi għall-kapaċitajiet ta’ assorbiment tas-sustanzi li jniġġsu, bħat-tkabbir imnaqqas tal-veġetazzjoni, it-tibdil fil-proprjetajiet tal-korpi tal-ilma, it-tibdil fil-kompożizzjoni minerali tal-ħamrija, it-tnaqqis fil-ħsad agrikolu. Il-mudell GAINS iħares lejn żewġ tipi ta’ impatti tal-ekosistema — aċidifikazzjoni minħabba d-depożizzjoni tal-kubrit u l-ewtrofikazzjoni minħabba d-depożizzjoni tan-nitroġenu.
Il-ġenerazzjoni tal-enerġija għandha impatti fuq il-konsum tal-ilma, li jintuża l-aktar għat-tkessiħ. Huwa possibbli li jiġi stmat il-konsum tal-ilma mis-settur tal-enerġija billi ssir konverżjoni mill-ġenerazzjoni f’GWh għal metri kubi ta’ ilma. L-ammont ta’ ilma tat-tkessiħ li jintuża u li jiġi kkunsmat minn impjant tal-enerġija jiġi ddeterminat l-aktar mill-effiċjenza termali tiegħu. Effiċjenza termali ogħla tindika li inqas sħana għandha tinħela għal kull MWh iġġenerat mill-impjant. Is-sistema tat-tkessiħ hija influwenzata wkoll mill-fjuwil użat fl-impjant tal-enerġija. It-teknoloġiji rinnovabbli mix-xemx u mir-riħ normalment jiġu allokati valuri ta’ żero minħabba li ma jużawx l-ilma fil-ġenerazzjoni, iżda l-ilma jista’ jintuża fil-produzzjoni tagħhom. L-istudju tal-JRC jipprovdi analiżi aktar dettaljata tal-użu tal-ilma fis-sistema tal-enerġija fl-UE (55).
Tabella 5
L-irtirar tal-ilma skont it-teknoloġija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija (m3/MWh)
Tip ta’ fjuwil |
Tkessiħ |
Teknoloġija |
Medjana |
Min. |
Mass. |
Nukleari |
Torri (Tower) |
Fwar |
4,17 |
3,03 |
9,84 |
Nukleari |
Ta’ darba |
Fwar |
167,86 |
94,63 |
227,10 |
Nukleari |
Vaska |
Fwar |
26,68 |
1,89 |
49,21 |
Gass/ żejt |
Torri (Tower) |
Ċiklu kkombinat |
0,97 |
0,57 |
1,07 |
Gass/ żejt |
Torri (Tower) |
Fwar |
4,55 |
3,60 |
5,53 |
Gass/ żejt |
Ta’ darba |
Ċiklu kkombinat |
43,07 |
28,39 |
75,70 |
Gass/ żejt |
Ta’ darba |
Fwar |
132,48 |
37,85 |
227,10 |
Gass/ żejt |
Vaska |
Ċiklu kkombinat |
22,52 |
22,52 |
22,52 |
Gass/ żejt |
Xotti |
Ċiklu kkombinat |
0,01 |
0,00 |
0,02 |
Faħam/ solidi |
Torri (Tower) |
Fwar |
3,80 |
1,89 |
4,54 |
Faħam/ solidi |
Torri (Tower) |
Fwar (Subkritiku) |
2,22 |
1,75 |
2,70 |
Faħam/ solidi |
Torri (Tower) |
Fwar (Superkritiku) |
2,40 |
2,20 |
2,54 |
Faħam/ solidi |
Torri (Tower) |
IGCC |
1,49 |
1,36 |
2,29 |
Faħam/ solidi |
Ta’ darba |
Fwar |
137,58 |
75,70 |
189,25 |
Faħam/ solidi |
Ta’ darba |
Fwar (Subkritiku) |
102,53 |
102,37 |
102,62 |
Faħam/ solidi |
Ta’ darba |
Fwar (Superkritiku) |
85,50 |
85,36 |
85,58 |
Faħam/ solidi |
Vaska |
Fwar |
46,27 |
1,14 |
90,84 |
Faħam/ solidi |
Vaska |
Fwar (Subkritiku) |
67,80 |
67,60 |
67,85 |
Faħam/ solidi |
Vaska |
Fwar (Superkritiku) |
56,95 |
56,76 |
56,99 |
Bijoenerġija |
Torri (Tower) |
Fwar |
3,32 |
1,89 |
5,53 |
Bijoenerġija |
Ta’ darba |
Fwar |
132,48 |
75,70 |
189,25 |
Bijoenerġija |
Vaska |
Fwar |
1,70 |
1,14 |
2,27 |
Enerġija ġeotermali |
Torri (Tower) |
Flash |
0,06 |
0,02 |
1,37 |
Enerġija ġeotermali |
Xotti |
Flash |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
Enerġija ġeotermali |
Xotti |
Binarju |
1,02 |
1,02 |
1,02 |
Enerġija ġeotermali |
Xotti |
EGS |
1,91 |
1,10 |
2,73 |
Enerġija ġeotermali |
Ibrida |
Binarju |
1,74 |
0,84 |
2,65 |
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (Rapport tal-JRC).
Huwa possibbli wkoll li jiġu stmati l-impatti fuq ir-rekwiżiti tal-użu tal-art mis-settur tal-enerġija, f’termini ta’ għadd ta’ kilometri kwadri meħtieġa għal kull GW ta’ kapaċità, jew GWh ta’ ġenerazzjoni. Madankollu, ir-riżultati għandhom it-tendenza li jkunu ddominati minn bidliet fl-użu tal-bijomassa (li għandhom rekwiżit tal-art ferm akbar minn kwalunkwe teknoloġija ta’ ġenerazzjoni oħra (56).
Ma hemm l-ebda metodoloġija aċċettata biex jiġu kkwantifikati l-benefiċċji ta’ soqfa u ħitan ekoloġiċi li jipprovdu ħabitat għall-ispeċijiet ta’ pjanti u annimali, u għalhekk dawn jenħtieġ li jiġu ttrattati fuq bażi kwalitattiva fis-CBA.
Impatti fuq il-konsum tal-materjal
Ir-rabtiet bejn il-konsum tal-enerġija u l-konsum tal-materjal huma kumplessi ħafna u relattivament mhux esplorati. Mhux dejjem ikun ċar mil-letteratura jekk ir-relazzjoni jenħtieġx li tkun pożittiva jew negattiva; minn naħa waħda hemm rabtiet ċari bejn xi estrazzjoni/produzzjoni tal-materjal u l-konsum tal-enerġija (eż. l-azzar u s-siment huma intensivi fl-enerġija), iżda oġġetti effiċjenti fl-użu tal-enerġija intensivi fil-kapital spiss ikunu ta’ natura pjuttost intensiva fil-materjali.
L-Analiżi tal-Flussi ta’ Materjali (MFA) tipikament użat analiżi tal-input-output biex tifhem id-domanda eżistenti għall-materjali, iżda n-natura fissa tal-analiżi tal-input-output ippreveniet analiżi ta’ xenarji sofistikati. Xi mudelli makroekonomiċi (E3ME (57), EXIOMOD (58), GINFORS (59)) jinkorporaw l-MFA fl-istruttura ewlenija tagħhom, iżda jinkludu bħala endoġeni ħafna mir-relazzjonijiet li huma fissi fl-analiżi tal-input-output.
(c) IMPATTI EKONOMIĊI
L-impatti ekonomiċi tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika normalment jiġu vvalutati b’għajnuna ta’ mudelli makroekonomiċi, li jeħtieġ li jagħmlu xi suppożizzjonijiet dwar il-mod kif taħdem l-ekonomija. L-ixprunaturi ewlenin li jiddeterminaw l-effetti makroekonomiċi tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jiġu minn investimenti fit-teknoloġiji u s-servizzi tal-effiċjenza enerġetika minn naħa u mit-tnaqqis tal-kost tal-enerġija (60) min-naħa l-oħra.
L-investimenti meħtieġa biex jinkiseb titjib fl-effiċjenza enerġetika jagħtu spinta lill-impjiegi (61) u lill-attività ekonomika fuq medda qasira ta’ żmien, jekk jitwettqu meta l-ekonomija topera b’kapaċità anqas minn sħiħa. Madankollu, ta’ min iqis li l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika jistgħu jissostitwixxu l-infiq minn partijiet oħra tal-ekonomija (effett ta’ esklużjoni), li tal-anqas parzjalment imur kontra l-effetti pożittivi. Barra minn hekk, l-effetti ta’ rebound, li jwasslu għal żidiet fid-domanda għall-enerġija minħabba l-impatti ekonomiċi pożittivi tal-implimentazzjoni tal-effiċjenza enerġetika, ifissru li l-iffrankar tal-enerġija u l-impatti ekonomiċi mistennija ma huwiex realizzati bis-sħiħ (62).
Filwaqt li l-kostijiet kapitali tal-effiċjenza enerġetika jistgħu jkunu pjuttost għoljin, dawn jistgħu jiġu koperti minn sorsi esterni u normalment iħallsu lura fit-tul. It-tnaqqis fil-kost tal-enerġija jirriżulta mill-fatt li l-iffrankar tal-enerġija jnaqqas l-infiq fuq l-enerġija u jżid l-introjtu diskrezzjonali tal-unitajiet domestiċi jew il-profitti tal-kumpaniji. Dawn jistgħu jżidu l-konsum jew jistgħu jerġgħu jiġu investiti biex jistimulaw żieda fl-attività ekonomika. Barra minn hekk, tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-enerġija jista’ jagħti spinta lid-domanda lokali billi jżid l-infiq fuq il-prodotti u s-servizzi li jiġu prodotti domestikament (63). Dan itejjeb ukoll is-sigurtà tal-enerġija u l-indipendenza ekonomika.
It-titjib fl-effiċjenza enerġetika għandu wkoll effetti fuq il-baġits pubbliċi. Filwaqt li l-investiment pubbliku jew is-sussidji għall-effiċjenza enerġetika jimplikaw infiq pubbliku ogħla, hemm ukoll potenzjal għall-iffrankar tal-kostijiet fit-tul b’prestazzjoni enerġetika mtejba fis-settur pubbliku. Barra minn hekk, l-effetti pożittivi fuq l-impjiegi u l-output jirriżultaw f’żieda fid-dħul mit-taxxa. Bidliet oħra, bħat-taxxi fuq l-enerġija mitlufa (li kieku kienu jitħallsu mis-settur pubbliku) permezz ta’ ffrankar tal-enerġija jew skemi ta’ qgħad aktar baxxi (minħabba impatti pożittivi fuq l-impjiegi tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika), jistgħu jitqiesu bħala fatturi li jaffettwaw l-ispejjeż pubbliċi (64).
Barra minn hekk, ta’ min iqis l-impatti indiretti pożittivi fuq il-produttività li ġejjin mill-impatti soċjali jew ambjentali tal-effiċjenza enerġetika, eż. permezz ta’ saħħa mtejba. Dawn jaffettwaw ukoll l-impjiegi u l-output fl-impjiegi fit-tul (65).
Kif indikat qabel, il-kumplessità tal-impatti multipli fuq il-PDG hija koperta bl-aħjar mod minn mudelli ekonomiċi. L-għodod għandhom xi limitazzjonijiet u japplikaw diversi teoriji ekonomiċi biex ikopru l-impatti ta’ investimenti addizzjonali fuq il-PDG. L-eżempji tal-għodod li jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi jinkludu:
— |
GEM-E3 — mudell ta’ ekwilibriju ġenerali applikat li jkopri l-interazzjonijiet bejn l-ekonomija, is-sistema tal-enerġija u l-ambjent. |
— |
E3ME — mudell makroekonometriku globali mfassal biex jindirizza l-isfidi ewlenin tal-politika ekonomika u ambjentali. |
— |
ASTRA-EC — mudell makroekonomiku dinamiku bbażat fuq l-input-output li jippermetti żbilanċi espliċiti tan-naħa tal-provvista u tad-domanda. |
— |
EXIMOD (EXtended Input-Output MODel) — mudell ta’ ekwilibriju ġenerali komputazzjonali, multisettur u multireġjun li jista’ jkejjel l-impatti ambjentali u ekonomiċi tal-politiki. |
3.7.2. Perspettiva tas-soċjetà u rati ta’ skont
Huwa importanti li l-metodoloġija tas-CBA definita mill-awtoritajiet regolatorji għall-analiżi tal-għażliet ta’ politika relatati mal-effiċjenza enerġetika tqis kemm il-perspettiva tas-soċjetà kif ukoll tal-investituri fl-għażla tar-rata ta’ skont applikata għall-analiżi tas-CBA. Tipikament, il-proġetti jiġu vvalutati b’żewġ modi: (i) kalkolu ekonomiku li jistaqsi jekk il-proġett ikunx ta’ benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi. Għal dan il-kalkolu, jenħtieġ li tintuża rata ta’ skont baxxa; u (ii) kalkolu finanzjarju li jistaqsi jekk investitur privat kienx jidħol fil-proġett meta jħares biss lejn redditi privati. F’dan l-aħħar każ, jenħtieġ li tintuża rata tal-imgħax li tirrifletti r-rati tal-imgħax tas-suq bħala indikatur għall-kost tal-kapital. Din ir-rata tal-imgħax jenħtieġ li tirrifletti l-kost reali tal-kisba tal-kapital għall-persuna jew għall-entità li tagħmel l-investiment.
Is-CBA applikata għall-istrumenti tal-politika pubblika li jaffettwaw lill-individwi u lill-konsumaturi privati, bħall-istandards tal-effiċjenza, jenħtieġ li tapplika kemm ir-rata ta’ skont tas-soċjetà (aktar baxxa) kif ukoll ir-rata ta’ skont tal-investitur (ogħla) biex tirrifletti l-impatt miż-żewġ perspettivi. Id-deċiżjonijiet dwar l-investiment pubbliku jenħtieġ li prinċipalment jikkunsidraw perspettiva tas-soċjetà, u għalhekk rata ta’ skont aktar baxxa.
Fis-sistemi tal-enerġija bbażati fuq is-suq, huwa importanti li l-perspettiva tas-soċjetà u tal-konsumatur finali tiġi inkluża fil-metodoloġija tas-CBA definita mill-awtoritajiet regolatorji, peress li normalment l-entitajiet tas-suq japplikaw is-CBA mill-perspettiva tar-redditi tagħhom u mhux benefiċċji usa’. Il-perspettiva tas-soċjetà għandha implikazzjonijiet għall-kalkolu tal-kostijiet u l-benefiċċji futuri tal-investimenti li huma mmudellati bl-użu tar-rati ta’ skont. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika tipikament ikollhom kostijiet bil-quddiem relattivament għoljin, li jeħtieġ li jiġu rkuprati mill-iffrankar tal-enerġija fuq perjodi itwal ta’ żmien. Fl-immudellar, jintużaw rati ta’ skont biex jiġi attribwit valur għall-flussi futuri ta’ flus. Aktar ma tkun għolja r-rata ta’ skont, aktar ikun baxx il-valur li nassenjaw għall-iffrankar futur tal-enerġija fid-deċiżjonijiet tal-lum. Konsegwentement, ir-rati għoljin ta’ skont jagħmlu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-politiki ta’ appoġġ anqas attraenti (66).
Huwa rrakkomandat li r-rati ta’ skont użati fl-immudellar għall-valutazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment individwali u għall-evalwazzjoni tal-kostijiet tas-sistema tal-enerġija jinżammu separati minn perspettiva tas-soċjetà. Għalhekk, l-immudellar għall-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ li jsir f’żewġ stadji. Jenħtieġ li tintuża rata ogħla ta’ skont ta’ “stadju wieħed” biex tiġi mmudellata l-imġiba tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-aġenti ekonomiċi, u rata aktar baxxa ta’ “stadju tnejn” — tipikament rata soċjali — biex jiġu evalwati l-kostijiet u l-benefiċċji (67). Ir-rata ta’ skont tista’ tinbidel ukoll għall-finijiet ta’ analiżi tas-sensittività.
Filwaqt li rata ta’ skont armonizzata waħda għall-investimenti kollha tista’ ma tkunx l-approċċ it-tajjeb, huwa meħtieġ li l-kost reali tal-kapital għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika tiġi kkunsidrata kif xieraq. Pereżempju, il-kunsiderazzjoni ta’ rati tal-imgħax tas-suq kważi żero għall-ipoteki tista’ taffettwa b’mod sostanzjali r-riżultati tas-CBA għas-sidien tal-bini. Għall-iskemi ta’ appoġġ pubbliku għall-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jistgħu jistmaw b’mod ċar il-kost tad-dejn tagħhom stess billi jiksbu rata tal-imgħax mill-kurva tar-rendiment għad-dejn tal-gvern tat-teżor jew tal-bank ċentrali tagħhom.
3.7.3. L-EE1st għall-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija
Il-proposta tar-regolament TEN-E tinkludi l-prinċipju tal-EE1st fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-Pjanijiet Ewropej ta’ Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Network, b’mod aktar speċifiku fl-iżvilupp tax-xenarju, fl-identifikazzjoni tal-lakuni fl-infrastruttura u fil-valutazzjoni tal-proġetti. L-istess stadji ta’ ppjanar jintużaw għall-proġetti infrastrutturali nazzjonali. L-implikazzjoni prattika tal-prinċipju tal-EE1st fl-ippjanar tfisser li l-iżvilupp tal-infrastruttura jrid jinkludi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għażliet biex tintuża aħjar l-infrastruttura eżistenti (permezz ta’ mekkaniżmi operazzjonali), jimplimenta teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u jagħmel użu aħjar mill-mekkaniżmi tas-suq bħal, iżda mhux biss, ir-rispons min-naħa tad-domanda. Peress li s-soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda ma huwiex taħt il-kontroll tad-DSO/tat-TSOs, l-implimentazzjoni u l-effettività tagħhom jeħtieġ li jiġu żgurati minn atturi oħra (kumpaniji tal-enerġija, ESCOs, eċċ.). Għalhekk, huwa importanti li jinstabu modi kif tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn il-miżuri għal żmien qasir u l-investimenti fit-tul, kif ukoll l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi li jistgħu jiggarantixxu l-affidabbiltà ta’ miżuri kuntrattati fil-perspettiva ta’ żmien itwal.
Meta jiġi implimentat il-prinċipju tal-EE1st, wieħed irid jagħmel ħiltu biex jilħaq il-bilanċ bejn il-provvista tal-enerġija sikura u affidabbli, il-kwalità tal-enerġija fornuta u l-kostijiet assoċjati ġenerali filwaqt li jiggarantixxi li l-operat tat-TSO u tad-DSO jibqa’ finanzjarjament vijabbli u jikseb redditi adegwati.
Għal Proġetti ta’ Interess Komuni magħżula skont il-politika tat-TEN-E, l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st jenħtieġ li tkun parti mill-approċċ inkluż fil-metodoloġija tas-CBA li għandha tiġi żviluppata mill-ENTSOs u approvata mill-Kummissjoni.
Għall-proġetti l-oħra kollha, l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st mit-TSOs u mid-DSOs jenħtieġ li tkun parti mir-rakkomandazzjonijiet tal-NRAs żviluppati għal dawn l-għanijiet. Dan jista’ jsir parti intrinsika mill-valutazzjoni tal-proġetti ta’ ppjanar tan-network u l-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi skrutinizzata mir-regolaturi nazzjonali.
3.8. Il-verifika tal-pjan ta’ implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ segwitu
3.8.1. Id-definizzjoni tal-kompetenzi superviżorji
L-istabbiliment ta’ obbligi u l-għoti ta’ gwida u inċentivi jenħtieġ li jgħinu biex tingħata prijorità lill-effiċjenza enerġetika. Madankollu, kif inhu l-każ b’politiki u objettivi oħra, huwa importanti li jkun hemm verifika sussegwenti tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fejn seta’ jiġi applikat il-prinċipju tal-EE1st. B’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm rekwiżiti stretti jew fejn l-effiċjenza enerġetika tkun approċċ ippreferut, jenħtieġ li tiġi prevista approvazzjoni jew verifika formali ta’ proġetti jew investimenti ta’ entitajiet tas-suq filwaqt li jitqiesu l-kriterji tal-effiċjenza enerġetika. L-għan ikun li jiġi vverifikat jekk il-proċessi tal-ippjanar u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-entitajiet tas-suq inkorporawx kif xieraq diversi passi tal-prinċipju tal-EE1st, b’mod partikolari fir-rigward tal-metodoloġija għas-CBA. Din il-verifika tal-konformità jenħtieġ li tevalwa wkoll jekk hemmx kunflitti potenzjali bejn il-proġetti maħsuba u l-inkorporazzjoni possibbli tal-prinċipju tal-EE1st u kif dawn il-proġetti jikkontribwixxu għall-miri ta’ politika. Il-verifika finali jenħtieġ li tivverifika wkoll jekk intgħażlitx l-aħjar għażla mill-perspettiva tas-soċjetà.
Għas-swieq tal-enerġija, huwa rrakkomandat li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st tiġi vverifikata minn struttura ddedikata b’kompetenzi u b’setgħat definiti b’mod ċar. Peress li r-regolaturi tal-enerġija huma entitajiet ewlenin li jissorveljaw is-swieq tal-enerġija u l-investimenti fl-infrastruttura u jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, huma kandidati naturali biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st. Dan ir-rwol jista’ jiġi kondiviż ma’ aġenziji tal-enerġija jew ma’ entitajiet oħra għal setturi oħra. Minħabba li l-prinċipju tal-EE1st jenħtieġ li jiġi integrat fl-ippjanar eżistenti tal-infrastruttura u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mas-sistema tal-enerġija, ma hemmx bżonn ta’ korp superviżorju ġdid, iżda pjuttost ta' definizzjoni ċara ta’ kompetenzi fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st minn superviżuri eżistenti tas-suq tal-enerġija.
Il-verifika jenħtieġ li tħares lejn il-mod kif jiġu applikati l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-metodoloġija tas-CBA, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ benefiċċji usa’ tal-iffrankar tal-enerġija, l-applikazzjoni tat-testijiet tal-EE1st għall-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija, jekk ikunu preskritti, il-kwalità tad-data użata u tal-indikaturi użati, l-ostakli u l-limitazzjonijiet li jifdal.
3.8.2. Monitoraġġ tal-implimentazzjoni
Il-modalitajiet għall-monitoraġġ jenħtieġ li jiġu definiti meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għal proġetti speċifiċi, l-għażla u l-approvazzjoni tagħhom. L-investimenti kollha li għandhom impatt fuq id-domanda għall-enerġija, huma appoġġati b’fondi pubbliċi jew regolati skont il-liġi jenħtieġ li jkollhom indikaturi definiti b’mod ċar u metodoloġija għall-valutazzjoni ex ante tal-impatti fuq il-konsum tal-enerġija u l-evalwazzjoni ex post tar-riżultati u l-impatti wara l-implimentazzjoni tagħhom. L-istabbiliment ta’ struttura ddedikata responsabbli għall-applikazzjoni tal-EE1st jista’ jgħin ukoll biex jiġu mmonitorjati u evalwati aħjar il-politiki implimentati.
Indikaturi
Meta jiġu ddefiniti l-indikaturi ta’ monitoraġġ, huwa kruċjali li jiġu kkunsidrati:
— |
L-azzjonijiet jew il-programmi individwali jenħtieġ li jiġu mmonitorjati b’indikaturi tar-riżultati dettaljati f’termini ta’ ffrankar tal-enerġija miksub. Il-kontribut għal mira ġenerali għall-konsum tal-enerġija huwa indikatur awżiljarju mixtieq, iżda jeħtieġ informazzjoni addizzjonali kif ġie kkalkolat; |
— |
L-iffrankar tal-enerġija jenħtieġ li jiġi speċifikat f’termini assoluti għall-perjodu kopert jew għall-aħħar sena tat-tul tal-azzjoni; |
— |
L-iffrankar tal-enerġija jenħtieġ li jiġi mmonitorjat bħala ffrankar kumulattiv jew totali flimkien mal-impatt tiegħu fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija; |
— |
L-addizzjonalità tal-impatti tal-miżuri proposti minbarra l-impatti tal-miżuri diġà fis-seħħ jenħtieġ li dejjem titqies meta jiġu stmati l-impatti f’termini ta’ ffrankar tal-enerġija; |
— |
L-istimi tal-iffrankar mistenni tal-enerġija jenħtieġ li preferibbilment isegwu l-metodi ta’ kejl stabbiliti skont l-Artikolu 7 (ara t-taqsima 7.1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1658 (68)); |
— |
L-identifikazzjoni tal-kostijiet tal-investiment flimkien mal-indikazzjoni tal-kostijiet tal-investiment għal kull enerġija ffrankata. |
Rapportar
Rapportar iddedikat dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki jkomplu jippromwovu soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-għan huwa li jiġi żgurat is-segwiment tal-implimentazzjoni tal-prinċipju.
Kwalunkwe deċiżjoni ewlenija li taffettwa b’mod sinifikanti l-konsum tal-enerġija jenħtieġ li tiġi mmonitorjata kif xieraq minn entità kompetenti. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-applikazzjoni possibbli tal-EE1st, huwa utli li jiġu stabbiliti xi limiti indikattivi li jgħinu biex jiġi identifikat liema deċiżjonijiet u proġetti ewlenin jenħtieġ li jiġu mmonitorjati mill-qrib permezz ta’ rapportar speċifiku tal-EE1st. Fil-livell nazzjonali, dawn il-limiti jistgħu jiġu stabbiliti b’ħarsa lejn il-konsum tal-enerġija nazzjonali jew settorjali jew il-livell ta’ finanzjament pubbliku involut. Dan il-limitu jista’ jiġi stabbilit f’termini assoluti jew relattivi kemm għall-inputs kif ukoll għall-outputs ta’ deċiżjoni.
Għalhekk, fil-kuntest tar-rapportar tal-prinċipju tal-EE1st, deċiżjoni ewlenija tista’ titqies bħala:
— |
Kwalunkwe deċiżjoni li matul il-ħajja tagħha twassal għal bidla ta’ aktar minn 1 % fil-konsum tal-enerġija tas-settur (fil-livell 2 tal-klassifikazzjoni NACE) jew fl-enerġija pprovduta f’territorju tad-DSO/TSO. |
— |
Kwalunkwe skema ta’ investiment jew ta’ finanzjament b’fondi pubbliċi ta’ aktar minn EUR 50 miljun (69). |
— |
Kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-kombustjoni b’input termiku nominali totali ta’ 50 MW jew aktar (70). |
Ovvjament, jistgħu jintużaw kriterji oħrajn jekk ikun meħtieġ u aktar rilevanti. B’mod ġenerali, madankollu, l-impatti fuq il-konsum tal-enerġija jenħtieġ li, fejn rilevanti u mhux ta’ piż żejjed, jiġu mmonitorjati għal deċiżjonijiet u investimenti, fejn diġà jkun hemm fis-seħħ rapportar, awditjar jew monitoraġġ formali.
Evalwazzjoni
Huwa utli li tingħata attenzjoni lill-evalwazzjonijiet ex post tal-impatti reali fuq il-konsum tal-enerġija, minħabba li dawn jaffettwaw ukoll l-applikabbiltà tas-soluzzjonijiet proposti fil-futur. Hemm ħafna impatti li jaffettwaw il-fattibbiltà tat-tħaddim tas-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. Dawn huma marbuta ma’ fatturi esterni, iżda wkoll mal-imġiba jew mal-effetti ta’ rkupru. Mingħajr analiżi xierqa ta’ dawk il-fatturi, huwa diffiċli li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika. Dan iwassal għal distakk bejn l-iffrankar reali u osservat u konsegwentement jaffettwa l-perċezzjoni tal-effiċjenza enerġetika bħala soluzzjoni vijabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kosteffettività tagħha. L-evalwazzjoni ex post b’kamp ta’ applikazzjoni definit kif xieraq, b’ħarsa lejn l-impatti reali fuq id-domanda għall-enerġija, il-benefiċċji usa’ u l-fatturi possibbli li jaffettwawhom jenħtieġ li jiġu previsti mill-bidu nett meta jitħejjew u jiġu approvati deċiżjonijiet relatati mal-enerġija.
4. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PRINĊIPJU TAL-EE1ST F’SETTURI U F’OQSMA TA’ POLITIKA SPEĊIFIĊI
4.1. Is-swieq tal-elettriku
Il-parteċipazzjoni tar-rispons tad-domanda u ta’ riżorsi oħra min-naħa tad-domanda fis-suq tal-enerġija tista’ tipprovdi flessibbiltà siewja għas-sistema tal-enerġija u tikkomplementa jew saħansitra tnaqqas il-ħtieġa għall-espansjoni tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni, tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-adegwatezza u għas-sigurtà tal-provvista.
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st timplika li jitneħħew l-ostakli regolatorji kollha biex jippermettu l-aċċess għas-suq tar-riżorsi min-naħa tad-domanda. Għas-swieq tal-elettriku, dan jimplika l-ewwel nett l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar l-Elettriku (71) u tar-Regolament dwar l-Elettriku (72).
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li r-rispons tad-domanda jkun jista’ jikkompeti fuq l-istess livell mal-ġenerazzjoni u jiġi promoss aktar billi jiġu stabbiliti l-inċentivi jew ir-rekwiżiti t-tajba fis-swieq tal-enerġija.
Oqsma li għandhom jiġu eżaminati:
— |
L-inkoraġġiment tar-rispons tad-domanda u l-iffaċilitar effettiv tal-parteċipazzjoni tat-tagħbija tal-konsumatur flimkien mal-ġenerazzjoni direttament jew permezz tal-aggregazzjoni fis-swieq tal-ingrossa, tal-ibbilanċjar u ta’ servizzi anċillari kif ukoll fil-ġestjoni tal-konġestjoni. |
— |
Id-definizzjoni ta’ modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni fis-swieq tal-elettriku abbażi tal-kapaċitajiet tal-parteċipanti u r-rekwiżiti tas-suq (73). |
Eżempji ta’ miżuri:
— |
Prezzijiet dinamiċi, inklużi:
|
— |
Appoġġ għall-installazzjoni ta’ tagħmir intelliġenti li kapaċi jwieġeb għas-sinjal tal-grilja bħall-mikrokoġenerazzjoni jew apparat ibridu ieħor li juża l-gass rinnovabbli u l-elettriku. Tali appoġġ jenħtieġ li tipikament jingħata permezz ta’ proċessi trasparenti, kompetittivi u mhux diskriminatorji. |
— |
It-tariffi tan-network differenzjati skont il-ħin jew flessibbli bbażati fuq il-livelli ta’ konġestjoni — jippermettu rispons tad-domanda billi jinċentivaw lill-klijenti biex iċaqilqu d-domanda tagħhom għall-elettriku minn ħinijiet tal-użu għoljin tal-grilja għal ħin tal-użu baxx tal-grilja. |
— |
Il-faċilitazzjoni u l-appoġġ tal-parteċipazzjoni reali u effettiva tar-rispons tad-domanda fil-mekkaniżmi tal-kapaċità, fejn dawn jiġu introdotti f’konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/943. Meta l-klijenti jimpenjaw ruħhom li jipprovdu tnaqqis fit-tagħbija speċifikat minn qabel u jirċievu pagamenti garantiti, dan jista’ jevita investimenti ta’ ġenerazzjoni. Meta jinħolqu kontinġenzi tas-sistema, dawn ikunu soġġetti għal penali jekk jikkunsmaw meta jkunu diretti biex ma jużawx aktar minn limitu partikolari. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat li dan ma jinċentivizzax lill-konsumaturi biex iżidu b’mod artifiċjali l-konsum tagħhom sabiex ikunu disponibbli għat-tnaqqis (li jmur kontra l-ewwel approċċ tal-effiċjenza enerġetika). |
— |
L-aċċellerazzjoni tal-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti. |
— |
It-tneħħija ta’ kwalunkwe inċentiv għall-konsum ta’ aktar elettriku milli meħtieġ fi skemi ta’ tariffi u sussidji tan-network (eż. ribassi tat-tariffi tan-network għal “profili ta’ konsum fiss” ta’ industrija intensiva fl-enerġija jew għal profili minimi ta’ konsum annwali totali) filwaqt li tiġi riflessa l-iskarsezza varjabbli tan-network maż-żmien fit-tariffi tan-network tal-elettriku. |
— |
Inċentivi regolatorji ġodda għar-riċerka u l-investiment f’soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika, eż. fattur ta’ bonus li għandu jingħata lit-TSOs u lid-DSOs fl-iżvilupp tan-network (jekk it-TSO iġarrab kostijiet addizzjonali fuq perjodu qasir mill-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika li jistgħu jkunu mistennija li jkunu kosteffettivi fuq perjodu itwal ta’ żmien, l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali jistgħu jipprovdu inċentivi mmirati fl-approvazzjoni tat-tariffi/fil-limitu massimu tal-prezzijiet). |
— |
Il-faċilitazzjoni tal-konnessjoni mal-grilja u t-tħaddim flessibbli ta’ CHP b’effiċjenza għolja, speċjalment f’sistemi b’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għolja. |
— |
Jottimizzaw l-effiċjenza tas-sistema tal-enerġija lokali (integrazzjoni tas-settur lokali), u jippjanaw l-iżvilupp tagħha mal-partijiet ikkonċernati lokali (awtoritajiet pubbliċi, DSO, komunitajiet lokali tal-enerġija, eċċ.), inklużi elementi ewlenin tal-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni jew l-iżvilupp ta’ riżorsi rinnovabbli lokali (eż. riħ, xemx, bijomassa, bijometan). |
— |
L-iffaċilitar tal-aċċess għas-swieq tal-enerġija għall-aggregaturi ta’ utenti finali iżgħar (pereżempju utenti finali residenzjali). |
Kaxxa 1 L-EE1st fl-ippjanar tar-rispons tad-domanda L-istudju ta’ appoġġ (75) jipprovdi eżempju tal-ħajja reali ta’ liema passi għandhom jittieħdu mill-atturi rilevanti fid-deċiżjoni dwar ir-rispons tad-domanda għall-ippjanar f’konformità mal-prinċipju tal-EE1st. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st li jikkonċerna l-ġestjoni tad-domanda (DSM) fis-settur tal-enerġija tista’ tkopri diversi sitwazzjonijiet, bi rwoli differenti għal dak li jieħu d-deċiżjonijiet ċentrali, li jissejjaħ “fornitur tas-servizz tad-DSM”. Is-soluzzjonijiet tad-DSM jinkludu żewġ partijiet: l-effiċjenza enerġetika u r-rispons tad-domanda. Għall-miżuri dwar l-effiċjenza enerġetika, il-fornitur tas-servizz tad-DSM jista’ jkun l-istat (aġenziji tal-enerġija, eċċ.), il-fornituri tal-enerġija jew il-fornituri privati speċjalizzati tas-servizz tad-DSM (skont l-iskema tal-obbligu tal-effiċjenza enerġetika). L-operaturi tas-sistemi (b’mod partikolari l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni) jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni biex iwasslu għal titjib fl-effiċjenza enerġetika jew jimmotivaw lill-klijenti biex jipprovdu servizzi ta’ rispons tad-domanda. Dwar ir-rispons tad-domanda għas-swieq ta’ bbilanċjar, il-fornituri tas-servizz tad-DSM jirreferu għal konsumaturi kbar, jew aggregaturi (ESCOs, operaturi ta’ impjanti tal-enerġija virtwali), li jistgħu jagħmlu offerti f’dawn is-swieq. Fis-swieq liberalizzati tal-enerġija tal-UE, japplikaw ir-regoli ta’ separazzjoni. Għalhekk hija r-responsabbiltà tal-istat, aktar milli ta’ monopolji li qabel kienu integrati vertikalment, li jagħmel il-verifika tal-prinċipju tal-EE1st, li storikament jissejjaħ ippjanar integrat tar-riżorsi (IRP). Meta s-swieq tal-kapaċità jiġu introdotti f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/943, dawk li jfasslu l-politika u r-regolaturi għandhom jiżguraw li r-rispons tad-domanda jkun permess u jkun jista’ jipparteċipa f’dawn is-swieq fuq l-istess livell tal-ġenerazzjoni. Fl-eżempju ta’ hawn taħt, il-fornitur tas-servizz tad-DSM jirreferi għal aggregatur, li jikkombina tagħbijiet multipli ta’ konsumaturi finali mis-setturi kollha għall-bejgħ jew għall-irkant tar-rispons tad-domanda aggregata tagħhom fi kwalunkwe suq tal-elettriku. Jenħtieġ li min ifassal il-politika jiddefinixxi l-miri (filwaqt li jqis il-kosteffettività) għall-implimentazzjoni tal-ippjanar tar-rispons tad-domanda. Abbażi tal-miri definiti fl-ewwel pass, jenħtieġ li dak li jfassal il-politika u/jew l-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn tkun kompetenti, jiddefinixxu l-qafas regolatorju għall-ippjanar tal-implimentazzjoni tad-DSM, li fih jistgħu jiġu integrati diversi strumenti ta’ politika. Abbażi tal-miri ta’ politika pprovduti minn min ifassal il-politika, l-awtorità regolatorja jenħtieġ li tivverifika l-għan tal-ippjanar propost mill-fornitur tas-servizz tad-DSM. Dan huwa proċess iterattiv u se jwassal għal proċessi ulterjuri sakemm il-pjan jikkonforma mal-miri. L-awtorità regolatorja jenħtieġ li tipprovdi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq, tiddefinixxi l-metodu tas-CBA għall-fornitur tad-DSM biex jivvaluta sistematikament l-għażliet ta’ investiment tagħhom u jivverifika l-pjan propost.
|
4.2. Il-provvista u d-distribuzzjoni tal-enerġija
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st prinċipalment tirreferi għall-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fuq l-investimenti fl-infrastrutturi tal-enerġija u/jew għall-ottimizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti, inkluż bejn il-fruntieri. Minbarra s-sinjali tal-prezzijiet, dan jista’ jinkiseb b’kunsiderazzjoni jew b’analiżi tar-riżorsi min-naħa tad-domanda jew tat-teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija bħala alternattivi, b’mod partikolari fl-ippjanar tal-ġenerazzjoni, tal-ħżin, tat-trażmissjoni u tal-infrastruttura tan-network tad-distribuzzjoni (76). Barra minn hekk, jekk tkun meħtieġa deċiżjoni min-naħa tal-provvista, l-EE1st jenħtieġ li jiġi applikat sabiex tintgħażel l-aktar alternattiva effiċjenti għall-ottimizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija. Dan huwa konformi mal-istrateġija għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija li teħtieġ kunsiderazzjoni xierqa tal-effiċjenza enerġetika min-naħa tal-provvista tal-enerġija. Id-deċiżjonijiet għall-iffrankar, għall-bidla jew għall-kondiviżjoni tal-enerġija jenħtieġ li jirriflettu kif xieraq l-użu tal-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-trasportaturi differenti tal-enerġija, inklużi l-estrazzjoni, il-produzzjoni u l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima, il-konverżjoni, it-trasformazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija, u s-sehem dejjem jikber tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-provvista tal-elettriku.
Oqsma li għandhom jiġu eżaminati:
— |
Il-kunsiderazzjoni tar-riżorsi min-naħa tad-domanda meta jiġu evalwati l-ħtiġijiet ta’ investiment għall-kapaċità ta’ ġenerazzjoni (elettriku jew sħana) għall-kosteffettività fil-livell tas-sistema. |
— |
Il-kunsiderazzjoni għall-bidliet u l-iżvilupp ippjanati ta’ xenarji konġunti min-networks tal-enerġija oħrajn għall-ippjanar tal-infrastruttura. |
— |
Ir-rekwiżit li tintuża analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji fl-ippjanar ta’ networks reġjonali (77) tal-elettriku, tal-gass (ukoll tal-idroġenu) u tat-tisħin distrettwali, inklużi unitajiet ta’ koġenerazzjoni u l-irkupru tas-sħana mormija, u fl-ippjanar taċ-ċikli tal-ilma industrijali u residenzjali għal diversi siti tal-bini (eż. il-kampusijiet, l-isptarijiet, il-kumplessi sportivi) biex jiġu identifikati l-aktar għażliet kosteffettivi u effiċjenti għall-provvista tas-sħana u biex dawn jiġu vvalutati kontra t-tnaqqis tad-domanda għas-sħana permezz tal-effiċjenza enerġetika fil-bini u fil-proċessi. |
— |
L-integrazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ fl-ippjanar taż-żoni urbani, rurali jew industrijali. |
— |
Il-forniment ta’ użu kostottimali tal-infrastrutturi tal-idroġenu. |
— |
Il-kunsiderazzjoni ta’ miżuri alternattivi ta’ effiċjenza fl-użu finali permezz tad-disinn u r-regolamentazzjoni tas-suq. |
— |
Evalwazzjoni tal-kompromess bejn il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija fuq skala ta’ utilità u dawk wara l-miter tad-dawl vs. l-adozzjoni ta’ apparat/tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija u skemi ta’ rispons tad-domanda. |
— |
It-trasparenza u l-konsistenza fis-suppożizzjonijiet użati fl-ippjanar tal-infrastruttura u tal-investiment rigward l-evoluzzjoni tad-domanda għall-enerġija sal-2030 u l-2050 u l-objettivi klimatiċi sal-2030 u l-2050. |
— |
L-użu mill-ġdid tas-sħana mormija (78) u l-integrazzjoni tagħha fin-networks tat-tisħin distrettwali. |
Eżempji ta’ miżuri:
— |
L-offerti li għandhom jiġu organizzati biex jissostitwixxu l-impjanti tal-fjuwils fossili bl-ogħla ġenerazzjoni nadifa ta’ sħana u enerġija u riżorsi min-naħa tad-domanda. |
— |
Xenarji infrastrutturali konġunti li jibnu u jippjanaw li jintegraw suppożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tan-networks tal-gass, tal-elettriku, tal-idroġenu u tas-sħana flimkien mal-objettivi għall-operat tan-network effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-ippjanar tal-infrastruttura jenħtieġ li jqis il-valutazzjonijiet komprensivi dwar it-tisħin u t-tkessiħ skont l-Anness VIII tal-EED bħala fattibbli. |
— |
L-ippjanar integrat tas-sistema ta’ distribuzzjoni (li jkopri wkoll vetturi tal-enerġija oħrajn minn dak li qed jiġi eżaminat mill-perspettiva tas-sistema ta’ distribuzzjoni) biex jiġi mmassimizzat l-użu ta’ riżorsi tal-enerġija distribwiti, inkluż ir-rispons tal-effiċjenza enerġetika u tad-domanda, u l-antiċipazzjoni tal-impatt ta’ dawn ir-riżorsi fuq il-ħtiġijiet tal-grilja. |
— |
L-iżvilupp ta’ metodoloġiji xierqa għal CBA ta’ riżorsi tal-enerġija distribwiti bħall-fotovoltajċi solari, il-ħżin tal-enerġija, is-CHP b’effiċjenza għolja, it-tisħin distrettwali, l-elettrifikazzjoni diretta u r-rispons tad-domanda (li jippermettu tqabbil fuq kundizzjonijiet ekwi ma’ xulxin u ma’ riżorsi konvenzjonali min-naħa tal-provvista). |
— |
Rekwiżit għall-użu ta’ analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-kostijiet fl-ippjanar ta’ unitajiet ta’ koġenerazzjoni effiċjenti għolja u għall-irkupru tas-sħana mormija, fuq is-sistemi alternattivi ta’ enerġija biss inqas effiċjenti u ta’ tisħin biss, fejn l-elettrifikazzjoni tas-sħana ma tkunx kosteffettiva jew teknikament fattibbli. |
— |
L-ippjanar tal-infrastrutturi tat-trasport tal-idroġenu u l-post tal-elettrolizzaturi b’mod konġunt mal-effiċjenza alternattiva tan-naħa tal-provvista, bħas-CHP u d-DHC fuq skala kbira, u l-miżuri tal-effiċjenza fl-użu finali, bħall-mikro-CHP, inklużi ċ-ċelloli tal-fjuwil stazzjonarji. |
— |
Test tal-effiċjenza enerġetika għall-proġetti kollha tal-infrastruttura tal-enerġija — riżorsi kosteffettivi min-naħa tad-domanda li għandhom jiġu evalwati flimkien mar-riżorsi min-naħa tal-provvista fil-ħtiġijiet tal-enerġija. |
— |
Metodoloġiji li jistabbilixxu analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż tas-sistema tal-enerġija kollha li tkopri vetturi tal-enerġija differenti u li jqisu r-riżorsi min-naħa tad-domanda flimkien mal-provvista fid-determinazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment. |
— |
Rapport mingħand ir-regolaturi dwar kif jintegraw u jimplimentaw l-objettivi tal-effiċjenza tan-network fil-pjanijiet nazzjonali rilevanti tagħhom. |
Kaxxa 2 L-EE1st fid-deċiżjonijiet ta’ ppjanar min-naħa tal-provvista L-istudju ta’ appoġġ jipprovdi żewġ eżempji tal-ħajja reali ta’ x’passi għandhom jittieħdu meta jiġi implimentat il-prinċipju tal-EE1st fl-ippjanar ta’ deċiżjonijiet fuq in-naħa tal-provvista tal-enerġija. Wieħed jikkonċerna l-ippjanar tan-network tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, it-tieni l-ippjanar tat-tisħin distrettwali. L-ippjanar tan-network tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fl-ippjanar tan-network tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tikkonċerna l-verifika jekk il-kostruzzjoni ta’ parti minn dawn l-infrastrutturi tistax tiġi sostitwita, jew mill-inqas ittardjata, permezz ta’ miżuri aktar kosteffettivi għall-effiċjenza enerġetika u programmi ta’ rispons tad-domanda li jnaqqsu l-kargi massimi u l-użu ġenerali tal-elettriku u b’hekk jipprovdu servizzi tan-network bl-aktar mod kosteffettiv filwaqt li jiżguraw l-istess livell ta’ sigurtà tal-provvista wkoll fid-dawl ta’ sehem ogħla ta’ sorsi varjabbli ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija. L-operaturi tan-network taħt is-superviżjoni tar-regolaturi huma l-attur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-prinċipju. Dawk li jfasslu l-politika jenħtieġ li jiddefinixxu l-miri u l-qafas ta’ politika li jqisu l-kompromessi bejn l-effiċjenza ekonomika minn naħa, u l-affidabbiltà tas-sistema min-naħa l-oħra. Ir-regoli fis-seħħ jenħtieġ li jirrikjedu lid-DSOs u lit-TSOs jippjanaw għall-portafoll l-aktar kosteffettiv tar-riżorsi min-naħa tad-domanda u tal-provvista, u jipprovdu lir-regolaturi nazzjonali bi rwol attiv għall-monitoraġġ u l-infurzar. L-awtorità regolatorja, jew il-Kummissjoni meta speċifikament iddikjarat fil-leġiżlazzjoni tal-UE (jiġifieri TEN-E) jenħtieġ li tivverifika jekk il-metodoloġija tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji proposta mill-operatur tan-network tikkonformax mal-qafas ta’ politika u regolatorju u tivvaluta l-investimenti ppjanati ssuġġeriti mill-operatur tan-network.
|
L-ippjanar tat-tisħin distrettwali Sistema ta’ tisħin distrettwali hija sistema integrata vertikalment, jiġifieri l-operatur tas-sistema huwa responsabbli kemm għall-produzzjoni tas-sħana kif ukoll għall-operat tan-network u għall-provvista tas-sħana, kif ukoll għat-teħid ta’ deċiżjonijiet rilevanti dwar l-investiment. Għalhekk, l-attur ewlieni biex japplika l-prinċipju huwa l-operatur tas-sistema. Ir-rwol ta’ dawk li jfasslu l-politika biex jipprovdu l-qafas abilitanti huwa li jiġu ddefiniti l-objettivi ta’ prestazzjoni għas-sistemi tat-tisħin distrettwali effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inklużi l-miri għall-fjuwils rinnovabbli li għandhom jintużaw u li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sħana mormija mill-faċilitajiet industrijali esterni fin-network. Dawk li jfasslu l-politika jenħtieġ li jiddefinixxu b’mod ċar ukoll ir-rwol tat-tisħin distrettwali fl-ilħuq ta’ objettivi usa’, filwaqt li jikkunsidraw soluzzjonijiet alternattivi oħra effiċjenti fl-enerġija bħall-pompi tas-sħana. L-awtoritajiet lokali jeħtieġ li jħarsu lejn l-ostakli għall-estensjoni tan-network tat-tisħin distrettwali. Ir-rwol ewlieni tal-awtorità regolatorja huwa li tivverifika l-għanijiet tal-ippjanar tal-operatur tas-sistema, tiddefinixxi l-metodoloġija tas-CBA u tiddefinixxi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq għall-operatur tas-sistema, kif ukoll il-produtturi potenzjali tas-sħana minn setturi oħra. L-awtorità regolatorja jenħtieġ li tipprovdi wkoll ġestjoni tat-territorju għall-operatur tas-sistema biex jivvaluta sistematikament l-għażliet kollha min-naħa tal-provvista, in-network, u min-naħa tad-domanda u jivverifika l-pjan propost mill-operatur tas-sistema. jew |
4.3. Domanda għall-enerġija (industrija u servizzi)
Filwaqt li l-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda li jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa għal żieda fil-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija hija fil-qalba tal-prinċipju tal-EE1st, il-prinċipju huwa applikabbli wkoll fis-setturi tal-użu finali tal-enerġija, bħall-unitajiet domestiċi, is-servizzi, l-industrija u t-trasport. L-evalwazzjoni tal-kompromessi tat-teknoloġija u tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ soluzzjonijiet differenti jenħtieġ li ssir ukoll bl-applikazzjoni tal-approċċ olistiku intrinsiku għall-prinċipju tal-EE1st biex jiġi żgurat li l-impatti ta’ bidliet f’komponent ta’ sistema waħda fuq l-effiċjenza ġenerali tal-proċess tal-attività jiġu vvalutati kif xieraq. Il-prinċipju jeħtieġ li jwassal għall-promozzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji u tekniki effiċjenti fl-użu tal-enerġija (eż. il-ġestjoni tal-enerġija) biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika ġenerali ta’ proċess sħiħ jew saħansitra tas-sistema li hija inkorporata fiha.
Oqsma li għandhom jiġu eżaminati:
— |
Strumenti ta’ akkwist pubbliku u għodod ta’ appoġġ biex jirrikjedu jew jinkoraġġixxu l-akkwist ta’ prodotti u servizzi effiċjenti fl-użu tal-enerġija (b’kapaċitajiet ta’ rispons tad-domanda fejn rilevanti) fis-settur pubbliku, abbażi ta’ valutazzjonijiet integrati tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet u analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-effiċjenza tal-materjali. |
— |
It-tisħiħ tal-effiċjenza tal-materjali, taċ-ċirkolarità u tat-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija bħala kontropartijiet għall-produzzjoni tal-materjali u tal-provvista tal-enerġija. |
— |
Il-promozzjoni ta’ integrazzjoni effiċjenti tas-settur fil-livell lokali permezz ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja fuq il-post kemm fl-industrija kif ukoll fil-bini, bħala alternattivi għall-ġenerazzjoni ta’ tisħin biss inqas effiċjenti. |
— |
It-trawwim ta’ operazzjoni flessibbli permezz tar-rispons tad-domanda u l-awtokonsum biex tittaffa l-pressjoni fuq il-grilji lokali u tittejjeb ir-reżiljenza tal-użu aħħari. |
— |
L-użu mill-ġdid tas-sħana u l-kesħa residwi. |
— |
L-imġiba tal-utenti finali tal-enerġija (l-organizzazzjonijiet). |
— |
L-inċentivi ta’ investiment. |
— |
Il-kwalità tas-servizzi ta’ konsulenza. |
Eżempji ta’ miżuri:
— |
Ir-rabta tal-permessi tal-lokalizzazzjoni tal-faċilitajiet industrijali li jiġġeneraw is-sħana mormija mal-possibbiltà ta’ konnessjoni man-networks lokali tas-sħana. |
— |
Il-kunsiderazzjoni tal-użu mill-ġdid tas-sħana mormija meta jingħataw permessi lil installazzjonijiet li jiġġeneraw ammonti kbar ta’ sħana mormija. |
— |
L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti għax-xiri ta’ prodotti tal-ogħla klassi tal-prestazzjoni enerġetika. |
— |
L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti għall-kapaċitajiet ta’ rispons tad-domanda. |
— |
L-iżvilupp ta’ kriterji għall-assistenza finanzjarja tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika biex jiġu evalwati l-kisbiet fl-effiċjenza fi proċess jew f’sistema sħiħa |
— |
L-introduzzjoni ta’ deprezzament tat-taxxa awmentata jew regoli ta’ deprezzament temporanju. |
— |
It-tisħiħ jew l-impożizzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija. |
— |
Id-definizzjoni tal-profili ta’ kwalifika tal-konsulenti għall-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni. |
— |
Il-promozzjoni ta’ materjali li jippermettu effiċjenza ogħla fl-użu tal-enerġija tal-proċessi tal-produzzjoni u tal-operat. |
4.4. Bini
B’mod kumplessiv, il-binjiet huma responsabbli għal madwar 40 % tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE, u għal 36 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-enerġija (79). Barra minn hekk, il-bini huwa s-settur bl-ogħla emissjonijiet tal-karbonju inkorporati fis-soċjetà tagħna, globalment dan huwa stmat għal madwar 10 % tal-emissjonijiet annwali totali ta’ gassijiet serra. Kif indikat fl-istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-EE1st huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin li għandhom jiġu applikati fl-ippjanar tar-rinnovazzjoni tal-bini u fl-operazzjonijiet fil-prattika. L-istrateġija fl-istess ħin tindika l-importanza ta’ approċċ olistiku taċ-ċiklu tal-ħajja, li jibbenefika miċ-ċirkolarità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja.
It-titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini għandu t-tendenza li jkun relattivament sempliċi mil-lat tekniku. Meta mqabbel ma’ setturi oħrajn, jista’ jkun kosteffettiv li jitnaqqas ammont sostanzjali ta’ konsum tal-enerġija. Ir-rinnovazzjonijiet tal-bini fuq skala kbira jistgħu jnaqqsu d-domanda tal-utent finali u l-ħtieġa għal kapaċitajiet addizzjonali tal-produzzjoni, tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija, kif ukoll għas-sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ fil-bini nnifsu. Ir-rinnovazzjonijiet tal-bini jġibu wkoll diversi benefiċċji għall-ekonomija, għas-soċjetà u għall-ambjent, meta jitwettqu bil-ħsieb taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja. Ir-rekwiżit u l-għodod eżistenti tal-EED, tal-EPBD, tal-istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini u l-modernizzazzjoni tal-bini diġà jipprovdu sett ta’ miżuri konkreti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st, u l-implimentazzjoni tagħhom tista’ tiġi ffaċilitata aktar bl-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida.
Għalhekk huwa kruċjali li l-programmi integrati ta’ rinnovazzjoni tal-bini jitqiesu fil-politiki u fid-deċiżjoni dwar l-investiment li għandhom l-għan li jipprovdu l-adegwatezza u l-istabbiltà tan-networks ta’ distribuzzjoni. Filwaqt li r-rinnovazzjoni fi stadji tista’ tkun xierqa f’xi kundizzjonijiet, huwa importanti li jsir sforz għall-koordinazzjoni biex tiżdied il-profondità tar-rinnovazzjonijiet u jsir użu minn opportunità ekonomika u soċjetali. Jekk jittieħed approċċ pass pass, dan għandu jkun dettaljat mill-bidu, pereżempju billi jsir użu mill-Passaport ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini (80), li jiffoka fuq il-potenzjal li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tul il-ħajja kollha.
F’dan ir-rigward, il-bini huwa parti ċentrali mis-sistema tal-enerġija tal-lum: dan jista’ jipparteċipa b’mod attiv fl-iskema ta’ rispons tad-domanda fil-kapaċità tiegħu ta’ ħżin tas-sħana u tal-kesħa u fl-użu differit tal-ħin ta’ ċerti apparati. Fl-aħħar nett, il-bini huwa dispost tajjeb għall-produzzjoni u għall-ħżin deċentralizzati tal-enerġija rinnovabbli. L-Indikatur tal-Potenzjal ta’ Intelliġenza għall-bini stabbilit fl-EPBD jippermetti l-klassifikazzjoni tal-kapaċità tal-bini (jew tal-unitajiet tal-bini) biex jadatta l-operat tiegħu għall-ħtiġijiet tal-okkupant, kif ukoll jottimizza l-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni ġenerali, u biex jadatta l-operat tiegħu b’reazzjoni għas-sinjali mill-grilja (flessibbiltà tal-enerġija). Għalhekk, hija għodda li tista’ tappoġġa u tqajjem kuxjenza dwar l-iffrankar attwali ta’ dawk il-funzjonalitajiet imtejba ġodda.
Huwa importanti li l-prinċipju tal-EE1st jenħtieġ li japplika għas-settur tal-bini mhux biss fil-fażi tal-użu, inklużi r-rinnovazzjonijiet, iżda wkoll matul iċ-ċiklu tal-ħajja ċirkolari kollu u l-kostruzzjoni l-ġdida. B’mod partikolari, il-kostruzzjoni l-ġdida, iżda wkoll il-proġetti ta’ rinnovazzjoni, għandhom potenzjal kbir li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet totali tal-karbonju matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja billi japplikaw disinn u kostruzzjoni ċirkolari, flimkien mal-enfasi fuq il-prinċipju tal-EE1st għall-fażi tal-użu. Għal kostruzzjonijiet ġodda, huwa importanti wkoll li wieħed iħares lejn l-iżvilupp ta’ distretti ta’ bliet ġodda fejn l-ippjanar u l-lokalizzazzjoni tad-djar, tas-servizzi, tal-infrastruttura tal-mobbiltà eċċ. huma kruċjali għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-karbonju (u għall-adattament għat-tibdil fil-klima).
Barra minn hekk, huwa meħtieġ approċċ iċċentrat fuq l-utent. Dan jeħtieġ sforzi addizzjonali biex l-okkupanti tal-bini jiġu ffaċilitati japplikaw il-prinċipju tal-EE1st fuq bażi ta’ kuljum. Dan ifisser ukoll li s-servizzi pprovduti (tisħin, kumdità, eċċ.) jużaw teknoloġiji u huma mfassla bl-aktar mod effiċjenti fl-użu tal-enerġija possibbli.
Oqsma li għandhom jiġu eżaminati:
— |
Id-disponibbiltà tal-finanzjament għall-programmi ta’ rinnovazzjoni tal-bini mill-istrumenti tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni, tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ħżin. |
— |
Jitħeġġu r-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għodod ta’ appoġġ għax-xiri, il-kostruzzjoni u l-kiri ta’ bini, ta’ oġġetti u ta’ servizzi effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-settur pubbliku, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom u abbażi ta’ valutazzjonijiet integrati tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet. |
— |
L-inklużjoni fil-programmi ta’ rinnovazzjoni tal-ispettru sħiħ ta’ modifika retroattiva tal-bini (mit-titjib tal-integrità termali tal-qoxra tal-bini sal-aġġornament u l-ottimizzazzjoni tas-sistemi tekniċi tal-bini permezz ta’ teknoloġiji diġitali, l-integrazzjoni ta’ riżorsi tal-enerġija rinnovabbli distribwiti u deċentralizzati) biex tiġi ottimizzata l-effiċjenza ġenerali tas-sistema. |
— |
L-integrazzjoni tal-elementi tal-effiċjenza enerġetika fil-ġestjoni tat-territorju lokali u l-permessi urbani. Dan jinkludi l-faċilitazzjoni tat-trasport effiċjenti fl-użu tal-enerġija, eż. permezz tal-provvista ta’ spazju għall-parkeġġ u punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, roti, roti elettroniċi u roti tal-merkanzija u l-prossimità għan-networks tat-trasport pubbliku. |
— |
It-tnaqqis tal-kumplessità relatata mal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija billi jiġi ssimplifikat il-proċess amministrattiv għall-individwi. |
— |
It-tisħiħ taċ-ċirkolarità, tal-effiċjenza tal-materjali u tat-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija fil-bini. |
— |
Standards tal-bini, modernizzazzjoni u rinnovazzjoni sostenibbli komprensiva tal-istokk tal-bini. |
— |
Id-diġitalizzazzjoni tal-bini permezz ta’ inċentivi u l-użu ta’ teknoloġiji intelliġenti. |
— |
It-tisħiħ tal-koordinazzjoni lokali tal-integrazzjoni tas-settur fil-livell lokali u r-rinnovazzjoni tal-bini, biex tiġi ottimizzata l-kapaċità tal-produzzjoni rinnovabbli lokali u l-kapaċità lokali ta’ rispons tad-domanda. |
— |
L-identifikazzjoni tal-kompromessi u t-trawwim ta’ sinerġiji bejn l-elettrifikazzjoni diretta u indiretta f’termini tal-effiċjenza u l-kost ġenerali tas-sistema, għall-promozzjoni tal-użu ottimali tal-enerġija rinnovabbli, inkluż fil-pompi tas-sħana u CHP effiċjenti skont iċ-ċirkostanzi lokali (disponibbiltà u reżiljenza tal-provvista). |
— |
L-integrazzjoni tal-ippjanar tal-effiċjenza enerġetika (inklużi ċ-ċikli tal-ilma industrijali u residenzjali) għal diversi siti tal-bini bħall-kampusijiet, l-isptarijiet, il-kumplessi sportivi, bħala żoni maturi għall-integrazzjoni intelliġenti tas-sistemi tal-enerġija. |
— |
Jinstabu sinerġiji bejn il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ proġetti rinnovabbli awtonomi fuq skala żgħira fil-bini, speċjalment meta jkunu qed jintużaw inċentivi finanzjarji pubbliċi. |
— |
Promozzjoni ta’ miżuri ta’ mġiba biex jiġi evitat konsum żejjed. |
Eżempji ta’ miżuri:
— |
L-inklużjoni ta’ rinnovazzjoni tal-bini fl-irkant ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. |
— |
Skemi innovattivi ta’ finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-bini, inklużi ipoteki għall-effiċjenza enerġetika (81). |
— |
Ir-rabta tal-finanzjament mal-implimentazzjoni tal-Indikatur tal-Prontezza Intelliġenti. |
— |
Ir-rabta tal-finanzjament mal-awditi post ante biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet użati kellhom impatt sinifikanti fuq l-effiċjenza enerġetika tal-bini, kif jindika wieħed mill-kriterji fl-Artikolu 2a tal-EPBD, biex il-miżuri finanzjarji għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fir-rinnovazzjoni tal-bini jintrabtu mal-iffrankar tal-enerġija mmirat jew miksub. |
— |
L-iffaċilitar tal-aċċess tal-bini u tal-aggregaturi għas-suq tal-mekkaniżmu tal-kapaċità u għas-suq tal-adegwatezza tal-provvista, speċjalment għall-bini mgħammar b’unitajiet tas-CHP. |
— |
Il-modulazzjoni tal-prezz tal-elettriku, tal-prezz tad-distribuzzjoni u ta’ imposti oħra biex jiġu stimolati r-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-elettriku (inkluż f’forma ta’ sħana) fil-bini. |
— |
Ir-rabta tal-permessi tal-lokalizzazzjoni tal-bini mal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli (orjentazzjoni għall-enerġija solari, spazju għall-pompi ġeotermali u tas-sħana, prossimità tal-komunitajiet lokali tar-RES u produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż tisħin distrettwali rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju) u networks tat-trasport pubbliku. |
— |
Il-massimizzazzjoni tat-tnaqqis fid-domanda ġenerali għall-enerġija li għandha tinkiseb permezz ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, eż. billi l-ewwel tittejjeb il-prestazzjoni tal-involukru tal-bini qabel ma jiġu applikati miżuri oħra, bħal sostituzzjonijiet ta’ sistemi tat-tisħin (jew jiġi żgurat li tali sostituzzjonijiet ikunu kundizzjonali għal aktar titjib fl-effiċjenza enerġetika). |
— |
L-obbligi li jiġu pprovduti punti għall-parkeġġ tar-roti u għall-iċċarġjar tar-roti elettroniċi permezz ta’ kodiċijiet tal-bini. |
— |
L-apparat għall-kontroll tal-klima (arja kondizzjonata, tisħin, tkessiħ) u s-soluzzjonijiet (tisħin u tkessiħ passiv permezz tal-orjentazzjoni tal-bini, soqfa/ħitan ekoloġiċi, eċċ.) jagħmlu element tad-disinn tekniku. Dan jinkludi wkoll l-għoti ta’ għarfien espert tekniku li jidentifika d-disinn meħtieġ tal-iżolament tal-involukru tal-bini, tas-sistema tal-arja kondizzjonata, jew ta’ radjatur/ħiter li għandu jinxtara abbażi tal-karatteristiċi tal-bini (iż-żona ġeografika, l-iżolament tal-bini, l-orjentazzjoni…). |
— |
Il-kunsiderazzjoni tal-infrastruttura ekoloġika u blu fil-ġestjoni tat-territorju lokali li tipprovdi sinerġiji bejn it-titjib fl-effiċjenza enerġetika f’bini individwali permezz tal-applikazzjoni ta’ ventilazzjoni naturali, soqfa u ħitan ekoloġiċi, u tnaqqis fil-livell distrettwali tal-effett tal-gżira tas-sħana. |
— |
L-użu ta’ Kuntratti tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija biex jiġu żgurati kisbiet garantiti, li jistgħu jitkejlu u li jistgħu jiġu previsti fl-effiċjenza enerġetika (f’termini ta’ enerġija finali kif ukoll primarja). |
— |
L-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija, b’deskrizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u tal-miżuri li għandhom jittieħdu. |
— |
L-użu ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija ġestiti minn interfaċċi diġitali biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika filwaqt li jiġu integrati r-riżorsi tal-enerġija distribwiti. |
— |
L-użu ta’ teknoloġiji attivi/passivi tal-effiċjenza enerġetika biex jiġu ottimizzati l-manutenzjoni u t-tħaddim tal-bini. |
— |
Il-monitoraġġ, l-analiżi u r-rapportar kontinwi tal-effiċjenza enerġetika fil-bini. |
— |
L-installazzjoni ta’ sistema ta’ feedback dwar il-konsum tal-enerġija permezz ta’ miter intelliġenti u apparat intelliġenti. |
4.5. Trasport
It-trasport sostenibbli huwa fil-qalba tal-“Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti” adottata reċentement mill-Kummissjoni (82). L-istrateġija tqiegħed ukoll ħafna enfasi fuq l-effiċjenza tat-trasport li tista’ tinkiseb permezz ta’ tibdil fil-fjuwil, vetturi b’emissjonijiet żero, bidla modali jew titjib fis-sistema tat-trasport. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija huwa marbut direttament mal-objettiv tan-newtralità klimatika, u huwa importanti li l-konsum tal-enerġija jitqies b’mod espliċitu fl-ippjanar u l-ġestjoni tat-trasport.
L-effiċjenza enerġetika hija komponent vitali biex tgħin biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tal-grilji li għandhom iservu l-mobbiltà elettrifikata. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st jenħtieġ li tiżgura li filwaqt li l-enfasi tkun fuq il-bidla tal-fjuwil, l-iffrankar possibbli tal-enerġija ma jiġix injorat.
Oqsma li għandhom jiġu eżaminati:
— |
L-iżgurar li l-vetturi jkunu ddisinjati u użati b’mod li jkun effiċjenti kemm jista’ jkun fl-użu tal-enerġija, sabiex tintuża enerġija minima għal diversi attivitajiet ta’ mobbiltà u għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi. |
— |
Il-valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika ta’ modi differenti ta’ trasport u teknoloġiji diġitali f’inizjattivi ta’ riċerka, u pjanijiet ta’ mobilità urbana sostenibbli (SUMPs) |
— |
L-iżgurar tad-disinn u t-tħaddim tan-network nazzjonali tat-toroq u tal-ferroviji ottimizzati fl-użu tal-enerġija u fil-kostijiet fl-ippjanar u fil-ġestjoni tal-mobbiltà urbana u fit-tul; |
— |
L-inkoraġġiment tal-użu ta’ mezzi tat-trasport ibbażati fuq il-potenzjal/għażliet ta’ effiċjenza u ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għat-trasport tal-merkanzija. |
— |
L-iżgurar tal-iċċarġjar intelliġenti tal-vetturi elettriċi sabiex ikunu jistgħu jkunu parti mill-ġestjoni tan-naħa tad-domanda. |
— |
L-inkoraġġiment tal-mixi u ċ-ċikliżmu fiż-żoni urbani. |
— |
L-introduzzjoni ta’ taxxi fuq it-toroq li jirriflettu l-konsum reali tal-enerġija tal-karozzi u t-tneħħija ta’ reġimi ta’ sussidji/tassazzjoni li jmorru kontra l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. |
Eżempji ta’ miżuri:
— |
L-inkorporazzjoni tal-ippjanar tal-konsum tal-enerġija tat-trasport u miżuri biex dan jitnaqqas fis-SUMPs u l-kunsiderazzjoni tagħhom fil-ġestjoni tat-territorju. |
— |
L-istabbiliment ta’ miżuri li jappoġġaw użu usa’ tat-trasport pubbliku, taċ-ċikliżmu u tal-mixi. |
— |
L-għoti ta’ inċentivi għax-xiri u l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u l-promozzjoni ta’ vetturi personali ta’ piż baxx. |
— |
Il-promozzjoni tat-trasport kollettiv b’mod li jwassal għal bidla mit-trasport individwali u żieda fir-rati ta’ okkupazzjoni tal-vetturi. |
— |
Il-kunsiderazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fit-tfassil tar-regoli dwar is-sigurtà tat-traffiku u tal-oġġetti tal-infrastruttura. |
— |
Jitqiesu l-benefiċċji tas-soċjetà mill-effiċjenza enerġetika meta tiġi ddisinjata l-infrastruttura tat-trasport (eż. meta tiġi livellata topografija raffa, jinbnew pontijiet u mini). |
Kaxxa 3 L-EE1st fid-deċiżjoni dwar l-ippjanar tat-trasport lokali L-istudju ta’ appoġġ jipprovdi eżempji tal-ħajja reali ta’ liema passi għandhom jittieħdu meta jiġi implimentat il-prinċipju tal-EE1st f’deċiżjonijiet ta’ investiment fl-ippjanar u l-ġestjoni tat-trasport lokali. L-applikazzjoni tal-prinċipju hija prinċipalment tal-pjanifikatur tat-trasport li huwa responsabbli għall-ippjanar u l-ġestjoni tan-networks tat-trasport pubbliku, tas-servizzi tat-trasport u tal-infrastruttura. L-amministrazzjoni muniċipali għandha rwol tar-regolatur li jiddefinixxi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq, jiddefinixxi l-metodoloġija tas-CBA u l-kontroll tal-konformità. Dawk li jfasslu l-politika jenħtieġ li jiddefinixxu l-miri u l-qafas regolatorju għall-investimenti fl-ippjanar u l-ġestjoni tat-trasport lokali. Huma jenħtieġ li jiżguraw li t-tisħiħ tal-effiċjenza enerġetika jitqies bħala parti mis-soluzzjoni biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mat-trasport u jiġi integrat fil-pjanijiet ta’ mobbiltà sostenibbli.
|
4.6. Ilma
L-enerġija u l-ilma jikkorrelataw mill-qrib fil-ħajja ekonomika u f’ħafna livelli (“ir-rabta bejn l-enerġija u l-ilma”). L-ilma huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ enerġija, eż. għat-tkessiħ, għat-tisħin, għall-ħżin, għall-bijofjuwils, għall-ipproċessar ta’ materja prima, għall-produzzjoni tal-idroġenu u tal-fjuwils elettroniċi jew għall-enerġija idroelettrika. L-enerġija hija meħtieġa għall-finijiet tal-ilma, eż. għall-astrazzjoni, għall-ippumpjar, għat-tisħin, għat-tkessiħ, għat-tindif, għat-trattament u għad-desalinazzjoni (83). L-iffrankar tal-enerġija jista’ jseħħ f’ħafna livelli, inkluż l-astrazzjoni tal-ilma, id-distribuzzjoni tal-ilma, il-produzzjoni tal-enerġija (it-tisħin u t-tkessiħ), it-trattament tal-ilma, l-użu tal-enerġija fil-proċessi industrijali, l-agrikoltura u l-unitajiet domestiċi, il-ġestjoni tal-ilma tal-maltemp, u l-użu mill-ġdid tal-ilma. L-applikazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” fis-settur tal-ilma u fiċ-ċikli tal-ilma industrijali, tal-bini u agrikolu jfisser li jiġu vvalutati soluzzjonijiet biex tinqata’ r-rabta bejn il-konsum tal-enerġija u l-konsum tal-ilma. L-impjanti Ewropej għat-trattament tal-ilma mormi llum jikkunsmaw aktar mill-enerġija li jipproduċu żewġ impjanti tal-enerġija kull sena u jikkunsmaw l-akbar parti (wieħed minn ħamsa) mill-kontijiet tal-elettriku tal-muniċipalitajiet. Dawn jiswew lis-soċjetà madwar EUR 2 biljun fis-sena. Minflok, jistgħu jkunu qed jipproduċu kemm jifilħu jipproduċu sa tnax-il impjant tal-enerġija ta’ enerġija effiċjenti, rinnovabbli u flessibbli li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ċirkolari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tal-ekonomija Ewropea (84).
Is-soluzzjonijiet għat-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija fis-settur tal-ilma u permezz tal-ilma jenħtieġ li japplikaw għat-tipi kollha ta’ proġetti, fl-istadji kollha, tul il-katina tal-provvista kollha, u meta jiġu stabbiliti l-oqfsa finanzjarji annwali (pluriennali) fil-livell reġjonali u lokali.
L-impatti tal-EE1st fuq id-domanda għall-ilma fis-setturi kollha jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll meta jiġi vvalutat kif il-baġits tal-muniċipalitajiet jistgħu jiġu rilaxxati. Speċjalment meta l-muniċipalitajiet ikunu sidien tal-utilità tal-ilma, il-konsum tal-elettriku tal-impjanti tal-ilma (mormi) jista’ jirrappreżenta sehem sinifikanti mill-kontijiet tal-elettriku tagħhom. Billi, pereżempju, is-sensibilizzazzjoni, l-esperjenza, il-kapaċitajiet jistgħu jvarjaw l-aktar minn muniċipalità għal oħra, l-azzjonijiet reġjonali jew nazzjonali permezz tal-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jistgħu jiffaċilitaw l-investimenti fil-miżuri dwar l-effiċjenza fl-użu tal-ilma.
L-EE1st fiċ-ċikli industrijali u f’ċikli oħra tal-ilma jinvolvi l-kejl u l-valutazzjoni tal-konsum tal-ilma permezz ta’ proċessi industrijali, bħat-tisħin u t-tkessiħ u l-effluwenti tal-iskart. F’ħafna każijiet, l-investimenti fit-teknoloġiji tal-ilma u fl-effiċjenzi tal-proċess tal-ilma jistgħu jwasslu għal redditi fuq l-investiment fuq perjodi qosra ta’ żmien bi tnaqqis fl-ilma li jwassal direttament għall-iffrankar tal-enerġija u għat-tnaqqis fl-emissjonijiet.
Oqsma li għandhom jiġu eżaminati:
— |
It-tnaqqis tal-ammont ta’ enerġija użata għall-produzzjoni u għat-trattament ta’ tipi differenti ta’ ilma. |
— |
It-tnaqqis tad-domanda għall-ilma u tat-telf fin-network, li jissarraf f’rekwiżiti aktar baxxi ta’ enerġija għall-ippompjar u t-trattament. |
— |
L-użu ta’ stħarriġ dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-ilma biex tiġi edukata l-industrija dwar l-opportunitajiet ta’ ffrankar fiċ-ċiklu tal-ilma. |
— |
L-użu ta’ teknoloġiji u proċessi intelliġenti. |
— |
Meta wieħed iqis l-użu u d-disponibbiltà tal-ilma fil-post tal-impjanti tal-produzzjoni tal-idroġenu u tal-fjuwils elettroniċi u l-impatt tagħhom fuq is-sistema lokali tal-ilma. |
— |
It-tibdil tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi f’ġeneraturi effiċjenti tal-enerġija rinnovabbli |
— |
Fl-oqsma elenkati hawn fuq jistgħu jiġu kkunsidrati s-soluzzjonijiet li ġejjin:
|
Eżempji ta’ miżuri:
— |
Il-kunsiderazzjoni tal-infrastruttura tal-ilma tax-xorb u tal-ilma mormi biex jitnaqqsu l-kargi massimi fil-grilja tal-elettriku, pereżempju billi jiġi ppumpjat l-ilma tax-xorb meta d-domanda għall-elettriku tkun baxxa. |
— |
L-użu tal-bijogass iġġenerat fuq il-post fit-trattament tal-ilma mormi għall-produzzjoni tal-bijometan għall-użi lokali. Dan il-bijometan jista’ jintuża għall-ġenerazzjoni ta’ sħana u enerġija kkombinati, għat-tmigħ tal-elettriku u tas-sħana awtoġġenerati lill-grilji tal-elettriku u tat-tisħin distrettwali fil-qrib, meta disponibbli. |
— |
L-użu ta’ tekniki ta’ kontroll tal-proċess fis-sistemi tal-ilma biex jitnaqqsu l-volumi tat-tkessiħ tal-ilma għall-produzzjoni tal-enerġija, inklużi żoni ta’ domanda għall-enerġija li qed tiżdied bħaċ-ċentri tad-data. |
— |
L-implimentazzjoni ta’ prattiki ta’ infrastruttura ekoloġika, bħal soqfa ekoloġiċi, li jistgħu jżommu ammont kbir ta’ ilma tax-xita u konsegwentement inaqqsu r-rata tal-volum tal-ilma tal-maltemp ta’ ilma tax-xeba’ li jidħol fis-sistema tad-drenaġġ. |
— |
Il-promozzjoni ta’/L-inċentivi għaż-żamma tal-ilma tax-xita u — l-użu għall-unitajiet domestiċi (għall-magni tal-ħasil, għat-tojlits u għat-tisqija) biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija għall-ilma tax-xorb. |
Il-proġett ENERWATER jipprovdi metodu standard u għodda online għall-valutazzjoni u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi (WWTP). Ir-rapport dwar il-metodoloġija jippreżenta passi dettaljati biex jiggwida lill-esperti tal-ilma u lill-awdituri dwar kif tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-enerġija ta’ WWTP (86).
Il-proġett POWERSTEP (87) jipprovdi kunċett interessanti biex l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali eżistenti jiġu ttrasformati minn konsumaturi tal-enerġija netti f’servizz newtrali għall-enerġija jew saħansitra pożittiv għall-enerġija, li jista’ jkun sors ta’ flessibbiltà fis-sistema tal-enerġija, jagħti s-setgħa lill-ibliet u lir-reġjuni, u jiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni tat-tkessiħ u tat-tisħin, u tas-setturi tat-trasport.
4.7. Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT)
Filwaqt li d-diġitalizzazzjoni tipikament titqies bħala mezz għall-ġestjoni u t-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija, it-tkabbir rapidu fit-tagħmir u s-servizzi tal-ICT jirriżulta f’konsum ogħla tal-enerġija tas-settur innifsu. B’mod partikolari, il-kostruzzjoni ta’ ċentri ġodda tad-data hija mistennija li żżid il-konsum tal-enerġija (88). L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st tirreferi f’dan il-każ għall-għażla u l-implimentazzjoni ta’ portafoll ta’ riżorsi li jista’ jwassal is-servizz tal-enerġija dejjem aktar kritiku tat-trasferiment tad-data bl-inqas kost possibbli minn perspettiva tas-soċjetà. Barra minn hekk, id-disinn u l-post tal-infrastruttura tal-ICT jenħtieġ li jkunu soġġetti għal valutazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija.
Bl-istess mod, l-introduzzjoni tan-networks 5G hija mistennija li tippermetti żieda sinifikanti fil-kapaċità tal-komunikazzjonijiet bla fili u tippermetti teknoloġiji bħall-mobbiltà konnessa u awtonoma. Għalkemm il-5G hija teknoloġija aktar ekoloġika mis-sistemi 4G eżistenti, ħafna jiddependi fuq id-disinn u l-użu eżatti tan-network (89). L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st f’dan il-każ tirreferi għal approċċ li jqis s-sistema kollha u jindirizza fl-istess waqt l-arkitettura tan-network, l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir u tas-software kif ukoll l-operat tan-network.
Oqsma li għandhom jiġu kkunsidrati:
— |
Il-promozzjoni tat-tixrid ta’ faċilitajiet taċ-ċentru tad-data effiċjenti fl-użu tal-enerġija, l-użu mill-ġdid tas-sħana mormija, u l-adozzjoni ta’ sistemi ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli bl-awtoużu; |
— |
L-evalwazzjoni tal-effiċjenza tan-network 5G matul id-disinn, il-kostruzzjoni u l-użu tiegħu u t-titjib tiegħu abbażi tat-teknoloġiji disponibbli. |
— |
L-evalwazzjoni tal-impatt globali tal-effiċjenza enerġetika tat-teknoloġiji l-ġodda li jeħtieġu volumi għoljin ta’ trażmissjoni u elaborazzjoni tad-data. |
Eżempji ta’ miżuri:
— |
L-inkoraġġiment tal-lokalizzazzjoni taċ-ċentri tad-data qrib in-networks tas-sħana. |
— |
L-istabbiliment ta’ standards u rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema tal-ICT. |
— |
Il-promozzjoni tal-użu ta’ ħżin tal-batteriji fuq is-sit tal-utent tal-enerġija għar-rispons tad-domanda f’makrositi tal-5G li jippermettu li jiġu ċċarġjati meta d-domanda għas-servizz ta’ konnessjoni tal-internet tkun baxxa u skarikati meta tkun għolja. |
— |
L-iffaċilitar tal-attivazzjoni ta’ Modalitajiet Rieqed aktar avvanzati u aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. |
— |
Il-promozzjoni tas-soluzzjonijiet bl-aktar impatt baxx fuq is-sistema bejn funzjonijiet ta’ mobbiltà abbord u mhux abbord konnessi u awtomatizzati, jew bejn soluzzjonijiet ta’ trażmissjoni bil-vidjow b’riżoluzzjoni għolja ħafna. |
— |
L-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-varjazzjonijiet fil-konsum tal-enerġija tal-għażliet ta’ streaming, jew saħansitra bejn teknoloġiji differenti. |
4.8. Settur finanzjarju
Il-finanzjament sostenibbli qed jikseb momentum, b’ħafna istituzzjonijiet finanzjarji jantiċipaw it-tassonomija ta’ gwida tal-investimenti sostenibbli li l-Kummissjoni Ewropea qed tiffinalizza bħala parti mill-Istrateġija għall-Finanzi Sostenibbli Mġedda adottata reċentement mill-Kummissjoni (90).
Madankollu, minkejja evidenza ta’ interess u attività akbar fil-finanzjament tal-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza enerġetika rari tkun prijorità speċifika għall-istituzzjonijiet finanzjarji, li spiss tkun element fil-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-finanzjament sostenibbli. Barra minn hekk, ħafna tranżazzjonijiet u proġetti b’potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija jintilfu peress li ħafna drabi ma jkun hemm l-ebda sett orizzontali ta’ salvagwardji fid-diliġenza dovuta tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex dan jiġi evitat. Għalhekk hemm bżonn li jiżdiedu l-viżibbiltà u l-prijorità tal-effiċjenza enerġetika fis-settur finanzjarju permezz tal-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st mill-banek, mill-maniġers tal-assi u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
Id-diliġenza dovuta tat-tranżazzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-investimenti fl-industrija jew fil-bini attwalment tista’ ma tkoprix bis-sħiħ il-potenzjal għal effiċjenza enerġetika mtejba. Jekk jintilfu opportunitajiet għall-effiċjenza enerġetika, matul proċess ta’ kostruzzjoni, żvilupp taż-żona urbana jew industrijali, rinnovazzjoni jew modernizzazzjoni industrijali, l-iffrankar potenzjali tal-enerġija jista’ jiġi mħolli barra għal snin sħaħ peress li jista’ ma jkunx hemm disponibbli mill-ġdid rinnovazzjonijiet bi tfixkil għoli jew perjodu ta’ qtugħ industrijali għal għaxar snin jew aktar.
Il-prinċipju tal-EE1st, jekk jiġi implimentat kif xieraq, jista’ jiżgura li l-opportunitajiet kollha ta’ ffrankar tal-enerġija jiġu identifikati u b’hekk titħaffef l-ekoloġizzazzjoni tal-portafolli tal-assi. Kriterji sempliċi u standardizzati ta’ diliġenza dovuta — li wħud minnhom diġà ġew żviluppati — jistgħu jkunu applikabbli għall-finanzjament ta’ proġetti f’diversi setturi. Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-ipprezzar tal-karbonju meta tiġi vvalutata l-bankabbiltà tal-investimenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assi.
Enfasi akbar fuq l-EE1st tista’ żżid is-self, tnaqqas ir-riskji ta’ inadempjenza u ta’ assi mhux rekuperabbli; tgħin biex jintlaħqu l-objettivi tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva; u tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti finanzjarji aktar stretti dwar is-sostenibbiltà. L-assistenza teknika mmirata lejn l-istituzzjonijiet finanzjarji tista’ tħalli impatt pożittiv fuq il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta, b’mod partikolari billi tippromwovi l-użu ta’ mudelli sħaħ tal-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja fil-valutazzjoni tal-proġetti.
L-użu ta’ investimenti kosteffettivi fl-effiċjenza enerġetika madwar l-ekonomija jista’ jittejjeb permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st mill-istituzzjonijiet finanzjarji f’diversi proċessi, pereżempju:
— |
Investimenti purament fl-effiċjenza enerġetika (dawk fejn il-benefiċċji multipli tal-investiment jirritornaw il-kapital investit b’rata ta’ redditu partikolari). L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st tindika l-ħtieġa li jiġu identifikati, ikkwantifikati u rrapportati l-benefiċċji lis-sid finali. |
— |
Titjib u rinnovazzjonijiet sinifikanti (fejn il-kapital jiġi investit l-aktar għat-titjib u l-modernizzazzjoni, bl-enerġija tkun biss komponent). Il-prinċipju tal-EE1st fid-diliġenza dovuta jiżgura li l-kunsiderazzjoni dovuta kollha tal-implikazzjonijiet tad-domanda għall-enerġija tad-disinn u l-aġġornament tal-assi tkun ġiet ottimizzata abbażi tal-aħjar teknoloġiji u metodi disponibbli fiż-żmien tal-għeluq finanzjarju. |
— |
Finanzjament għall-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta’ bini wieħed, impjant industrijali, stazzjon tal-metro jew ġeneratur tal-enerġija. Il-prinċipju tal-EE1st jagħti twissijiet ta’ allarm aħmar kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess tal-iżvilupp u tat-tfassil għall-istituzzjoni finanzjarja. Id-diliġenza dovuta tinkludi analiżi tal-ħajja sħiħa tal-assi tal-impronta enerġetika tal-investiment matul il-ħajja kollha tiegħu. |
— |
Fil-qasam tal-proċessi tal-produzzjoni, l-analiżi tal-investiment normalment jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni ta’ diversi alternattivi. Fejn alternattiva effettiva tista’ tnaqqas il-ħtiġijiet tal-enerġija, il-prinċipju tal-EE1st jenħtieġ li jippromwovi l-kunsiderazzjoni tagħha qabel soluzzjonijiet alternattivi, speċjalment f’assi greenfield. Id-diliġenza dovuta tinkludi analiżi tal-ħajja sħiħa tal-assi tal-impronta enerġetika tal-investiment matul il-ħajja kollha tiegħu. |
— |
Investimenti strutturali jew fil-livell tas-sistema bħal grilji, sistemi ferrovjarji jew tal-karozzi tal-linja, metros, infrastruttura tal-vetturi elettriċi, faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, jew infrastruttura ġdida tal-port. Dawn jistgħu jiffissaw il-mudelli tradizzjonali tal-enerġija (jew jipprevjenu t-tkabbir ta’ oħrajn ġodda). Il-prinċipju tal-EE1st ikun jeħtieġ li l-finanzjaturi jistaqsu lill-pjanifikaturi biex jiżguraw kunsiderazzjoni xierqa tal-impatt tal-istruttura l-ġdida fuq id-domanda għall-enerġija u jeħtieġu analiżi tax-xenarju fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tal-enerġija u tal-emissjonijiet makro matul il-ħajja tal-assi f’konformità mal-Ftehimiet ta’ Pariġi, biex jiġi assigurat lill-investituri li l-infrastruttura l-ġdida mhux tkun iżolata f’dinja b’emissjonijiet netti żero. |
Il-prinċipju tal-EE1st se jirrikjedi reġim ta’ konformità biex jivverifika li l-assi jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija kif ukoll mal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika. Dawn ir-rekwiżiti se jevolvu u jsiru aktar stretti maż-żmien, għalhekk l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jinkludu awditi tal-enerġija sabiex jivvalutaw il-kunsiderazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-enerġija matul il-ħajja utli tal-assi. Jekk ikun hemm titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija lil hinn mill-minimu legali, il-proċessi tad-diliġenza finanzjarja jeħtieġ li jagħmlu dan viżibbli u responsabbli.
L-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jżidu l-kapaċità teknika tagħhom biex jiżviluppaw strumenti finanzjarji ekoloġiċi ddedikati (ipoteki jew self ekoloġiċi), sabiex ikunu jistgħu joffru soluzzjonijiet ottimizzati biex ikopru l-potenzjal sħiħ tal-effiċjenza enerġetika identifikat fil-fajls tas-sottomissjoni.
Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet finanzjarji jridu jiżguraw li l-portafolli ta’ investiment tagħhom jikkonformaw mal-istandards tal-effiċjenza enerġetika maż-żmien. In-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-opportunitajiet għall-effiċjenza enerġetika jesponi lill-istituzzjonijiet finanzjarji, u lill-klijenti tagħhom għal riskji sinifikanti ta’ tranżizzjoni li assi bħal dawn ma jistgħux jiġu sseparati peress li jsiru inkompatibbli mal-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija u n-newtralità tal-karbonju. Id-definizzjoni ta’ indikaturi biex jitqabblu l-miri tal-proġetti mar-rekwiżiti minimi (li jirriżultaw minn eż. l-EPBD jew ir-regolamenti dwar l-ekodisinn) tgħin fl-identifikazzjoni ta’ proġetti konformi mal-EE1st. Il-Kummissjoni se trawwem l-użu taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u tiffaċilita l-għodod tal-ġbir tad-data għall-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st se tallinja l-interessi u tiżgura l-ġbir u r-rapportar affidabbli tad-data, u tiżviluppa divulgazzjoni u monitoraġġ standardizzati tal-indikaturi finanzjarji relatati mal-enerġija. Hija meħtieġa kunsiderazzjoni xierqa tar-rati ta’ skont implikati, li jista’ jkollhom impatt fuq il-prestazzjoni u l-marġnijiet mistennija li l-istituzzjonijiet finanzjarji jantiċipaw għall-assi ffinanzjati tagħhom. Is-soluzzjonijiet diġitali jgħinu biex jittejbu l-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-proġetti. Dawn se jgħinu wkoll biex jiġu evalwati aħjar il-proġetti u eventwalment tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni tal-kreditu għall-klijenti.
Oqsma li għandhom jiġu kkunsidrati:
— |
L-adattament u l-inkorporazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fi proċessi ta’ finanzjament differenti biex jiġi żgurat li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-miżuri kollha tal-effiċjenza enerġetika. |
— |
L-iżgurar tal-kapaċità teknika fost l-iżviluppaturi tal-proġetti, il-banek u s-sidien tal-assi sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw il-potenzjal kollu tal-iffrankar tal-enerġija u jmorru lil hinn mir-regolamenti jew mid-disinni ta’ żamma tal-istatus quo. |
— |
L-allinjament tal-interessi tas-sidien tal-proġetti fl-identifikazzjoni tat-titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija permezz ta’ twissijiet ta’ diliġenza dovuta tekniċi u relatati mal-enerġija. |
— |
L-użu tal-prinċipju tal-EE1st biex jiġi indikat ir-riskju ta’ assi mhux rekuperabbli f’installazzjonijiet, f’faċilitajiet u f’networks li jkunu għaddejjin minn aġġornamenti sinifikanti. |
— |
L-iżvilupp ta’ prodotti finanzjarji ġodda għas-settur tal-bini, li diġà jinkorporaw il-prinċipju tal-EE1st u jkopru l-aħjar investimenti fl-effiċjenza enerġetika. |
— |
Il-promozzjoni ta’ aktar integrazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija u tal-karbonju fil-valutazzjoni tar-riskju tal-assi, speċjalment għal proġetti ta’ assi f’żona ġdida. |
— |
Meta jitqiesu l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika, biex l-iżviluppaturi u s-sidien tal-proġetti kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji jiġu megħjuna jidentifikaw proġetti li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-objettivi klimatiċi u ambjentali oħrajn. |
— |
Trasparenza dwar ir-rati ta’ skont tal-benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika applikati u implikati fl-istabbiliment tal-ispeċifikazzjoni teknika għal titjib u għal bini ġdid. |
Eżempji ta’ miżuri:
— |
L-applikazzjoni ta’ analiżi sħiħa tal-ħajja tal-assi tal-impronta tal-enerġija u tal-karbonju tal-investiment matul il-ħajja kollha tiegħu. |
— |
L-iżvilupp ta’ għodod ta’ applikazzjoni tal-EE1st (91) biex jgħinu lill-iżviluppaturi u lis-sidien tal-proġetti jivvalutaw bis-sħiħ l-opportunitajiet potenzjali għal effiċjenza enerġetika mtejba. |
— |
L-evalwazzjoni u d-disinn ta’ komponenti ekoloġiċi għal self ipotekarju tradizzjonali b’valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija fi proċessi ta’ diliġenza dovuta. |
— |
Il-promozzjoni tal-użu ta’ data minn arloġġi intelliġenti fil-proċess ta’ finanzjament tal-assi produttivi, tan-networks u tal-assi tal-proprjetà immobbli. |
5. ŻVILUPP ULTERJURI TA’ DIN IL-GWIDA DWAR L-EE1ST
Din il-Gwida hija l-ewwel pass fil-promozzjoni u fl-operazzjonalizzazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st.
Il-kamp ta’ applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju huwa wiesa’ ħafna u jistgħu jkunu meħtieġa manwali jew gwida aktar dettaljati biex jgħinu lill-entitajiet rilevanti japplikaw il-prinċipju b’mod aktar sempliċi, preċiż u speċifiku għas-settur. Barra minn hekk, il-metodoloġija proposta għall-valutazzjoni ta’ benefiċċji usa’ għadha ma hijiex kompluta u teħtieġ aktar żvilupp.
Il-Gwida jenħtieġ li twassal għal diskussjonijiet ta’ segwitu u għal tentattivi oħra biex tiġi pprovduta assistenza fl-applikazzjoni tal-prinċipju f’diversi setturi tal-ekonomija. L-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra huma mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fl-applikazzjoni tal-gwida li twassal għall-iżvilupp ulterjuri tagħha. Huwa partikolarment importanti li l-prinċipju tal-EE1st jiġi applikat fl-oqsma lil hinn mis-settur tal-enerġija, bħall-ICT, it-trasport, l-agrikoltura u l-ilma, fejn il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika ma huwiex fil-qalba tal-kunsiderazzjonijiet ta’ politika, iżda fejn l-konservazzjoni tal-enerġija hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Barra minn hekk, wara l-proposta tar-regolament TEN-E, se tkun meħtieġa aktar ħidma biex jiġi żgurat li l-prinċipju jiġi applikat kif previst fil-proposta legali, possibbilment billi jiġu żviluppati testijiet dedikati tal-EE1st għall-ippjanar tal-infrastruttura.
Meta jitqies il-potenzjal li jeżisti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-EE1st fis-settur finanzjarju, il-Kummissjoni stabbilixxiet Grupp ta’ Ħidma fil-kuntest tal-Grupp tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji għall-Effiċjenza Enerġetika (EEFG), b’rappreżentanza sinifikanti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, bil-għan li jiġu analizzati l-prattiki attwali fis-settur finanzjarju, kif it-tipi differenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jqisu l-kriterji ta’ sostenibbiltà fl-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom, u kemm jagħtu importanza lill-effiċjenza enerġetika. Il-Grupp ta’ Ħidma se jiffoka fuq l-użu attwali u potenzjali tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” fis-settur finanzjarju fil-kuntest ta’ finanzjament sostenibbli. Sal-2023, se jifformula rakkomandazzjonijiet biex jippromwovi l-użu tal-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel fis-settur finanzjarju, għal deċiżjonijiet ta’ finanzjament u investiment.
Din il-Gwida se tiġi riveduta wara l-ġbir ta’ data u esperjenza ġodda tal-applikazzjoni tagħha, u mhux aktar tard minn ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha.
(1) Ecorys, Fraunhofer ISI, l-Istitut ta’ Wuppertal (2021), Analysis to support the implementation of the Energy Efficiency First principle in decision-making.
(2) https://enefirst.eu/
(3) https://www.seenergies.eu/
(4) Il-proġett ENEFIRST ippreżenta ħarsa ġenerali lejn diversi approċċi għad-definizzjoni tal-prinċipju tal-EE1st li jistgħu jgħinu biex dan jieħu forma aħjar ta’ kunċett. https://enefirst.eu/wp-content/uploads/D2-1-defining-and-contextualizing-the-E1st-principle-FINAL-CLEAN.pdf
(5) Ara Marina Economidou u Tiago Serrenho (2019), Assessment of progress made by Member States in relation to Article 19(1) of the Directive 2012/27/EU — Actions taken to remove barrier of split incentives and boost green procurement, Rapport Science for Policy tal-JRC.
(6) COM(2021) 558 final.
(7) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125) (Id-Direttiva dwar l-Elettriku).
(8) ĠU L 127, 16.5.2019, p. 34.
(9) COM(2020) 824 final.
(10) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(11) Ara Sophie Shnapp, Daniele Paci, Paolo Bertoldi (2020), Untapping multiple benefits: hidden values in environmental and building policies. Rapport Tekniku tal-JRC.
(12) https://enefirst.eu/wp-content/uploads/D2-1-defining-and-contextualizing-the-E1st-principle-FINAL-CLEAN.pdf
(13) Ara Dokument ta’ Referenza dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli għall-Effiċjenza Enerġetika, 2009.
(14) Ecorys, Fraunhofer ISI, Wuppertal Institute (2021), Analysis to support… op. cit.
(15) “Awtoritajiet kontraenti” huma l-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, korpi regolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar, jew tali korp wieħed jew aktar regolat mil-liġi pubblika. “Entitajiet kontraenti” tista’ tkun awtoritajiet kontraenti, impriżi pubbliċi jew ma jaqgħu fl-ebda definizzjoni. Id-definizzjonijiet legalment vinkolanti jinsabu fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/24/UE, l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2014/25/UE.
(16) Senta Schmatzberger, Janne Rieke Boll (2020), Report on barriers to implementing EE1st in the EU-28.
(17) Ara Stephanede la Rue du Can et al. (2014), Design of incentive programs for accelerating penetration of energy-efficient appliances.
(18) Ara Paolo Bertoldi et al. (2020), How to finance energy renovation of residential buildings: Review of current and emerging financing instruments in the EU.
(19) Skont il-premessa 60 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(20) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(21) Ġie ppubblikat abbozz tal-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna għall-Klima, l-Enerġija u l-Ambjent (CEEAG) għall-konsultazzjoni pubblika: https://ec.europa.eu/competition-policy/public-consultations/2021-ceeag_en
(22) Ara Nives Della Valle u Paolo Bertoldi. Mobilizing citizens to invest in energy efficiency, Rapport Science for Policy tal-JRC, Għadu se joħroġ.
(23) Silvia Rivas et al. (2016), Effective information measures to promote energy use reduction in EU Member States, Rapport Science for Policy tal-JRC.
(24) https://europa.eu/new-european-bauhaus/index_mt
(25) Sergi Moles-Grueso et al. (2021), Energy Performance Contracting in the Public Sector of the EU, Rapport Science for Policy tal-JRC.
(26) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/
(27) Ara l-Kummissjoni Ewropea (2017), Il-promozzjoni ta’ bini b’saħħtu u bi prestazzjoni għolja fl-enerġija fl-Unjoni Ewropea , iċ-Ċentru tax-Xjenza tal-JRC.
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
(29) Ara Sophie Shnapp, Daniele Paci, Paolo Bertoldi (2020), Untapping multiple benefits… op. cit.
(30) https://www.odyssee-mure.eu/data-tools/multiple-benefits-energy-efficiency.html
(31) https://www.eceee.org/library/conference_proceedings/eceee_Summer_Studies/2015/1-foundations-of-future-energy-policy/capturing-the-8220multiple-benefits8221-of-energy-efficiency-in-practice-the-uk-example/2015/1-424-15_Payne_pre.pdf/
(32) Ara Eva Alexandri et al. (2016), The Macroeconomic and Other Benefits of Energy Efficiency.
(33) https://ec.europa.eu/info/files/better-regulation-toolbox-21_en
(34) Ara E3G (2016), More Security, Lower Cost A Smarter Approach To Gas Infrastructure In Europe,
(35) https://combi-project.eu/
(36) https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/the_macro- level_and_sectoral_impacts_of_energy_efficiency_policies.pdf
(37) https://cordis.europa.eu/project/id/101000132
(38) https://op.europa.eu/de/publication-detail/-/publication/9781f65f-8448-11ea-bf12-01aa75ed71a1
(39) Pereżempju, għat-tisħin ta’ ġewwa u għat-tisjir, apparat li jaħdem bl-elettriku li jkun effiċjenti ħafna u li jissostitwixxi l-ħruq tal-gass jew tal-injam iwassal għal tnaqqis qawwi fis-sustanzi li jniġġsu ta’ ġewwa u ta’ barra.
(40) Hector Pollitt, Eva Alexandri et al. (2017), The macro-level and sectoral impacts of Energy Efficiency policies.
(41) WHO (2011), Saħħa fl-ekonomija ekoloġika : il-kobenefiċċji tas-saħħa tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — is-settur tal-akkomodazzjoni, https://www.who.int/publications/i/item/9789241501712
(42) Ara Hector Pollitt, Eva Alexandri et al. (2017), op. cit., paġni 32-33.
(43) Nora Mzavanadze (2018), Final report: quantifying energy poverty related health impacts of energy efficiency, Paġni 17-24.
(44) https://gains.iiasa.ac.at/models/index.html
(45) Għal eżempji ta’ kif għandu jiġi vvalutat l-istorbju mnaqqas ara: Ståle Navrud (2002), The State-Of-The-Art on Economic Valuation of Noise.
(46) BPIE (2018), Building 4 People – Quantifying the benefits of energy renovation investments in schools, offices and hospitals.
(47) Ara Hector Pollitt, Eva Alexandri et al. (2017), op. cit.
(48) ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30.
(49) Bl-użu tal-metodoloġija taż-ŻEE u l-inventarji tal-karbonju tal-UNFCCC. Abbażi tad-data tal-2018.
(50) https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/daviz/co2-emission-intensity-6
(51) Bl-użu tal-metodoloġija taż-ŻEE u l-inventarji tal-karbonju tal-UNFCCC.
(52) Bl-użu tal-metodoloġija taż-ŻEE u l-inventarji tal-karbonju tal-UNFCCC.
(53) FfE Iċ-Ċentru tar-Riċerka għall-Ekonomija tal-Enerġija (2018), EU Displacement Mix. A Simplified Marginal Method to Determine Environmental Factors for Technologies Coupling Heat and Power in the European Union.
(54) https://gains.iiasa.ac.at/models/index.html
(55) Ara JRC (2018), Projected fresh water use from the European energy sector Disaggregated fresh water withdrawal and consumption in the EU up to 2050. Rapport Tekniku tal-JRC.
(56) Ara Vasilis Fthenakis, Hyung Chu Kim (2009), Land use and electricity generation: A life-cycle analysis,
(57) https://www.e3me.com/
(58) https://repository.tno.nl/islandora/object/uuid%3A3c658012-966f-4e7a-8cfe-d92f258e109b
(59) https://www.gws-os.com/de/index.php/energy-and-climate/models/model-details/ginfors-e.html
(60) Hemm ukoll impatt kbir għas-sid tal-bini residenzjali u kummerċjali fil-forma ta’ valur miżjud tal-proprjetà, kostijiet imnaqqsa tal-manutenzjoni u kapaċità ogħla li jitħallsu l-ipoteki. Ara Paolo Zancanella et al. (2018), Energy efficiency, the value of buildings and the payment default risk, Rapport Science for Policy tal-JRC.
(61) Ir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija tal-bini jirrikjedu b’mod partikolari ħafna ħaddiema u jinvolvu l-aktar lill-SMEs, ara: https://www.iea.org/articles/energy-efficiency-and-economic-stimulus
(62) Hector Pollitt, Eva Alexandri et al. (2017), op. cit.
(63) Sibylle Braungardt, Johannes Hartwig et al. (2015), The macroeconomic benefits of ambitious energy efficiency policy – a case study for Germany.
(64) Helge Sigurd, Næss-Schmidt et al. (2018), Macro-economic impacts of energy efficiency. COMBI, WP6 Macro-economy. Rapport finali.
(65) Ibid.
(66) https://www.eceee.org/static/media/uploads/site-2/policy-areas/discount-rates/evaluating-our-future-report.pdf
(67) Hector Pollit, Sophie Billington (2015), The Use of Discount Rates in Policy Modelling.
(68) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1658 tal-25 ta’ Settembru 2019 dwar it-traspożizzjoni tal-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (ĠU L 275, 28.10.2019, p. 1).
(69) B’riflessjoni mad-deżinjazzjoni ta’ proġetti ewlenin għall-appoġġ tal-fondi strutturali, jiġifieri investimenti fuq skala kbira b’kostijiet eliġibbli totali ta’ aktar minn EUR 50 miljun.
(70) Li jirrifletti l-Artikolu 15(9) tal-EED.
(71) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(72) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(73) Ara: JRC (2016), Demand Response status in EU Member States, Rapport Science for Policy tal-JRC
(74) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 6).
(75) Ecorys, Fraunhofer ISI, Wuppertal Institute (2021), Analysis to support… op. cit.
(76) Ara Ettore Bompard et al. (2020), Improving Energy Efficiency in Electricity Networks, Rapport Tekniku tal-JRC u Sergio Ascari et al. (2020), Towards a Regulatory Methodology for Energy Efficiency in Gas Networks, Rapport Tekniku tal-JRC.
(77) Inklużi r-reġjuni transfruntiera.
(78) Ara Lorcan Lyons et al. (2021), Defining and accounting for waste heat and cold, il-Kummissjoni Ewropea, Petten.
(79) Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-użu u għat-tħaddim tal-binjiet, inkluż l-emissjonijiet indiretti fis-settur tal-enerġija u tat-tisħin, mhux iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Huwa stmat li l-karbonju inkorporat fil-kostruzzjoni jammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet annwali totali ta’ gassijiet serra fid-dinja kollha, ara IRP, Resource Efficiency and Climate Change (L-Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi u t-Tibdil fil-Klima), 2020, u l-UN Enviroment Emissions Gap Report 2019 (Ir-Rapport tan-NU dwar id-Diskrepanzi fl-Emissjonijiet Ambjentali tal-2019).
(80) BPIE, INIVE (2020), Technical study on the possible introduction of optional building renovation passports.
(81) Ara Paolo Bertoldi et al. (2020), How to finance… op. cit
(82) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti — inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur, COM(2020) 789 final.
(83) Ara Magagna D., Hidalgo González I., et al. (2019) Water — Energy Nexus in Europe, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(84) http://powerstep.eu/system/files/generated/files/resource/policy-brief.pdf
(85) Ara Level(s), il-qafas tal-UE għall-bini sostenibbli: https://ec.europa.eu/environment/topics/circular-economy/levels_en
https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents
(86) https://www.enerwater.eu/wp-content/uploads/2015/10/D3.4-ENERWATER-Oct18-1.pdf
(87) Dimostrazzjoni fuq skala sħiħa tal-kunċetti tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ li huma pożittivi għall-enerġija lejn il-penetrazzjoni tas-suq (POWERSTEP, http://powerstep.eu/).
(88) L-istudju Energy-efficient Cloud Computing Technologies and Policies for an Eco-friendly Cloud Market juri li fl-UE, iċ-ċentri tad-data kienu jirrappreżentaw 2,7 % tad-domanda għall-elettriku fl-2018, u se jilħqu 3,21 % sal-2030 jekk l-iżvilupp ikompli fit-trajettorja attwali.
(89) Ara Paolo Bertoldi (2017), Code of Conduct for Broadband equipment, ir-Rapporti Tekniċi tal-JRC u https://e3p.jrc.ec.europa.eu/communities/ict-code-conduct-energy-consumption-broadband-communication-equipment
(90) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni għal Ekonomija Sostenibbli, SWD(2021) 180 final.
(91) Ara Smart Financing for Smart Buildings — Technical Assistance and IT Tools, JRC, 2021.