ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
14 ta' Settembru 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1472 tat-13 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1472

tat-13 ta’ Settembru 2021

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003, skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi 28 entità mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“16.

ARAB WOOD MANUFACTURING COMPANY. Indirizz: P.O. Box 293, Ninevah, Ninevah, l-Iraq.”

“17.

ATH THAWRA HOUSE FOR PRESS AND PUBLISHING. Indirizz: P.O. Box 2009, Uqba Bin Nafia Square, Bagdad, l-Iraq.”

“20.

BABYLON PROJECT. Indirizz: Hashmiya District, Il-Babilonja, l-Iraq.”

“23.

CENTRAL PETROLEUM ENTERPRISE. Indirizz: P.O. Box 5271, Khulafa Street, Khuilani Square, Bagdad, l-Iraq.”

“26.

DIRECTORATE-GENERAL OF CONTRACTS AND PURCHASING. Indirizz: P.O. Box 552, Bagdad, l-Iraq.”

“52.

GENERAL ORGANISATION FOR AGRICULTURAL PRODUCE TRADING. Indirizz: P.O. Box 1033, Al-Tahreer Square, South Gate, Bagdad, l-Iraq.”

“72.

IRAQI TRADING STATE COMPANY (magħrufa ukoll bħala IRAQI TRADING STATE ESTABLISHMENT). Indirizz: P.O. Box 17, Al Masbah, Bagdad, l-Iraq.”

“85.

MOSUL BUILDING MATERIALS STATE COMPANY. Indirizz: P.O. Box 13, Mosul, l-Iraq.”

“92.

NATIONAL COMPANY FOR FOOD INDUSTRIES. Indirizz: P.O. Box 3210 Baghdad, Za’faraniya, Bagdad, l-Iraq.”

“95.

NATIONAL HOUSE FOR PUBLISHING, DISTRIBUTING AND ADVERTISING. Indirizz: Al Jamhuria Street, Bagdad, l-Iraq.”

“99.

NENAWA GENERAL STATE ENTERPRISE. Indirizz: P.O. Box 13, Mosul, l-Iraq.”

“105.

RAFIDAIN STATE ORGANISATION FOR IRRIGATION PROJECTS. Indirizz: (a) P.O. Box 14186, Baghdad-Bab-Al-Mu’adham, ħdejn l-Engineering College, Bagdad, l-Iraq.”

“117.

STATE COMPANY FOR FAIRS AND COMMERCIAL SERVICES. Indirizz: Baghdad Al Nidal Street, P.O. Box 5642-5760, Bagdad, l-Iraq.”

“122.

STATE CONTRACTING INDUSTRIAL PROJECTS COMPANY. Indirizz: P.O. Box 5784, Bagdad, l-Iraq.”

“123.

STATE CONTRACTING PILING AND FOUNDATIONS COMPANY (magħrufa ukoll bħala STATE CONTRACTING COMPANY FOR PILING AND FOUNDATIONS). Indirizz: P.O. Box 22072, Al-Nahtha, ħdejn Sharki Baghdad Station, Bagdad, l-Iraq.”

“143.

STATE ENTERPRISE FOR MARKETING EQUIPMENT AND MAINTENANCE. Indirizz: P.O. Box 12014, Bagdad, l-Iraq.”

“150.

STATE ENTERPRISE FOR SALTS. Indirizz: P.O. Box 2330 Aiwiya, is-Suldat mhux Magħruf, Bagdad, l-Iraq.”

“157.

STATE ESTABLISHMENT FOR HOUSING IMPLEMENTATION OF SOUTHERN AREA. Indirizz: P.O. Box 16, Misan, l-Iraq.”

“158.

STATE ESTABLISHMENT FOR IRAQI STORES. Indirizz: P.O. Box 26, Rashid Street, Bagdad, l-Iraq.”

“161.

STATE ESTABLISHMENT FOR PREFABRICATED BUILDINGS. Indirizz: P.O. Box 9129, Taji/Kadimiya, Bagdad, l-Iraq.”

“162.

STATE ESTABLISHMENT FOR SLAUGHTERING HOUSES. Indirizz: Dora, Bagdad, l-Iraq.”

“163.

STATE ESTABLISHMENT FOR THE MANAGEMENT OF TOURIST UTILITIES. Indirizz: P.O. Box 1113, Khalid Ibn Al-Waleed St., Bagdad, l-Iraq.”

“166.

STATE ESTABLISHMENT OF HOUSING IMPLEMENTATION. Indirizz: P.O. Box 7021, Karadt Mariam, Bagdad, l-Iraq.”

“167.

STATE ESTABLISHMENT OF HOUSING IMPLEMENTATION IN RURAL AREAS. Indirizz: P.O. Box 7041, Uqba Bin Nafia Square, Bagdad, l-Iraq.”

“168.

STATE ESTABLISHMENT OF HOUSING IMPLEMENTATION OF NORTHERN AREA. Indirizz: P.O. Box 265, Majzarah, Kirkuk, l-Iraq.”

“193.

STATE TRADE ORGANISATION FOR CAPITAL GOODS, D. Indirizzi: (a) Al Ljtimai Building, Jumhuriya St. (Al Khullani Square), P.O. Box 5948, Bagdad, l-Iraq; (b) 235/306 Husam Aldin St., ħdejn Al-Fateh Square, Bagdad, l-Iraq.”

“194.

STATE TRADE ORGANISATION FOR CONSUMER GOODS. Indirizzi: (a) Al Masbah Area, Aqaba Ibn Nafaa Square, Bagdad, l-Iraq; (b) P.O. Box 322, Al-Masbah, Bagdad, l-Iraq.”

“198.

STATE TRADING ENTERPRISE FOR PRECISION INSTRUMENTS (magħrufa ukoll bħala STATE ESTABLISHMENT FOR PRECISION INSTRUMENTS). Indirizz: Saadoun St., P.O. Box 3164, Bagdad, l-Iraq.”