|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1428 tal-24 ta’ Frar 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 31662 — C/2011 (ex NN/2011) implimentata mir-Rumanija għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara — Wizz Air (notifikata bid-dokument C(2021) 1065) ( 1 ) |
|
|
|
|
REGOLI TA' PROĊEDURA |
|
|
|
* |
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
1.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1428
tal-24 ta’ Frar 2020
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 31662 — C/2011 (ex NN/2011) implimentata mir-Rumanija għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara — Wizz Air
(notifikata bid-dokument C(2021) 1065)
(Il-verżjoni Rumena biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Settembru 2010, Carpatair (2), kumpanija attiva fis-suq Ewropew tat-trasport bl-ajru (l-“Ilmentatur” jew “Carpatair”), ressqet ilment (l-“Ilment”) li allega għajnuna illegali mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Rumeni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara (“Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara” jew l-“Ajruport”) favur Wizz Air Hungarian Airlines Ltd (“Wizz Air”) (3). L-Ilment ġie rreġistrat taħt il-każ dwar għajnuna mill-Istat Nru SA.31662 (ex CP 237/2010). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni osservat li l-Ilment deher li kien marbut man-notifika tal-awtoritajiet Rumeni datata s-17 ta’ Mejju 2010 (in-“Notifika”) li tikkonċerna pjanijiet biex jingħata appoġġ pubbliku favur ajruporti reġjonali. In-Notifika ġiet irreġistrata taħt il-każ Nru N 185/2010. Fil-15 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Rumeni informaw lill-Kummissjoni li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara ma jaqax taħt l-ajruporti eliġibbli skont l-iskema notifikata. Madankollu, billi l-Kummissjoni kisbet informazzjoni dwar ċertu finanzjament pubbliku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara matul il-perjodu 2007 - 2009, il-finanzjament pubbliku għal dan il-perjodu qed jiġi analizzat fil-każ preżenti. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni bagħtet l-Ilment lir-Rumanija u talbet informazzjoni. L-awtoritajiet Rumeni wieġbu b’ittra datata l-15 ta’ Diċembru 2010. |
|
(4) |
L-Ilmentatur ipprovda informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri datati l-24 ta’ Novembru 2010, il-25 ta’ Novembru 2010, l-14 ta’ Jannar 2011 u t-3 ta’ Frar 2011. Permezz ta’ ittri datati d-9 ta’ Frar 2011 u t-2 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni informat lill-Ilmentatur dwar l-istat tal-każ u talbet informazzjoni addizzjonali. L-Ilmentatur wieġeb b’ittri datati t-22 ta’ Frar 2011, id-9 ta’ Marzu 2011 u t-28 ta’ Marzu 2011, u pprovda informazzjoni addizzjonali. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Rumeni permezz ta’ ittri datati s-16 ta’ Frar 2011, it-3 ta’ Marzu 2011 u s-16 ta’ Marzu 2011. L-awtoritajiet Rumeni wieġbu b’ittri datati l-10 ta’ Marzu 2011 u l-5 ta’ April 2011. Fis-16 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Rumeni li kienet għadha meħtieġa aktar informazzjoni u talbet li din tintbagħat sal-15 ta’ April 2011. L-awtoritajiet Rumeni wieġbu b’ittra datata l-21 ta’ April 2011. |
|
(6) |
Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Mejju 2011, l-Ilmentatur qabel li jiżvela l-identità tiegħu u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu u pprovda informazzjoni addizzjonali f’dan ir-rigward. |
|
(7) |
Permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija bid-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-finanzjament marbut mal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, il-ftehim tal-2008 bejn l-operatur ta’ dak l-ajruport u Wizz Air, in-nuqqas ta’ ħlas tal-imposti tal-ajruport minn Wizz Air kif ukoll l-iskontijiet u r-ribassi fl-iskeda tal-imposti tal-ajurport tal-2007, l-2008 u l-2010 (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”). |
|
(8) |
Permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Ġunju 2011, l-awtoritajiet Rumeni indikaw liema informazzjoni xtaqu li titneħħa mid-Deċiżjoni tal-Ftuħ qabel il-pubblikazzjoni tagħha. |
|
(9) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni bagħtet proposta għal verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ lir-Rumanija. Il-Kummissjoni indikat lir-Rumanija liema informazzjoni ma aċċettatx bħala kunfidenzjali. |
|
(10) |
Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ġunju 2011, ir-Rumanija wieġbet lill-Kummissjoni filwaqt li kkonfermat it-talba tagħha biex titħassar ċerta informazzjoni. |
|
(11) |
Abbażi tal-korrispondenza mar-Rumanija, il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni finali dwar it-test li hija kellha l-intenzjoni li tippubblika, skont il-punt 33 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-segretezza professjonali f’deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat (4). Permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni informat lir-Rumanija dwar id-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta t-talba tar-Rumanija biex titħassar ċerta informazzjoni. Ir-Rumanija ngħatat 15-il jum biex tirreaġixxi għal dik id-deċiżjoni u tipprovdi elementi addizzjonali biex tiġġustifika t-talba tagħha. |
|
(12) |
Permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Awwissu 2011, ir-Rumanija informat lill-Kummissjoni li hija tikkonferma l-pożizzjoni tagħha rigward it-tħassir ta’ ċerta informazzjoni iżda ma baqgħetx toġġezzjona għall-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) fit-13 ta’ Settembru 2011. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ mir-Rumanija permezz ta’ ittri datati s-27 ta’ Ġunju 2011 u l-14 ta’ Ottubru 2011. Ir-Rumanija ssottomettiet aktar informazzjoni fis-27 ta’ Lulju 2011 u fit-12 ta’ Ġunju 2012. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ minn Societatea Nationala Aeroportul International Timișoara – Traian Vuia – S. A. (“Il-Maniġer tal-Ajruport”) fis-27 ta’ Ottubru 2011, minn Carpatair fit-8 ta’ Awwissu 2011, u minn Wizz Air fl-24 ta’ Ġunju 2011 u fis-27 ta’ Ottubru 2011. Il-Kummissjoni rċiviet ukoll osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ mill-Assoċjazzjoni Rumena tal-Ajruport, l-ex direttur tal-Maniġer tal-Ajruport, Eurojet, Austrian Airlines u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-parti terza dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ lir-Rumanija fl-4 ta’ Settembru 2012 u fl-20 ta’ Settembru 2012. Hija rċiviet it-tweġiba tar-Rumanija għal dawn il-kummenti permezz ta’ ittri datati l-5 ta’ Ottubru 2012 u s-17 ta’ Ottubru 2012. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Rumeni permezz ta’ ittri datati t-12 ta’ Ottubru 2011, l-24 ta’ Frar 2012, is-27 ta’ Lulju 2012, id-9 ta’ Awwissu 2012, it-3 ta’ Novembru 2012, it-30 ta’ Ottubru 2014 u t-28 ta’ Lulju 2015. L-awtoritajiet Rumeni wieġbu b’ittri datati s-16 ta’ Novembru 2011, it-13 ta’ April 2012, it-3 ta’ Mejju 2012, it-3 ta’ Settembru 2012, il-5 ta’ Ottubru 2012, it-12 ta’ Diċembru 2012, it-2 ta’ Diċembru 2014, id-9 ta’ Diċembru 2014, u l-21 ta’ Settembru 2015 rispettivament. |
|
(18) |
B’ittra datata s-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-Ilmentatur. Dan tal-aħħar wieġeb b’informazzjoni addizzjonali fit-3 ta’ Settembru 2012. L-Ilmentatur ipprovda wkoll informazzjoni fis-7 ta’ Ġunju 2011, fit-30 ta’ Ġunju 2011, fit-8 ta’ Awwissu 2011, fl-14 ta’ Ottubru 2011, fid-19 ta’ Marzu 2012, fl-14 ta’ Mejju 2012, fit-13 ta’ Lulju 2012, fid-19 ta’ Ottubru 2012, fit-3 ta’ Diċembru 2012, fl-1 ta’ Lulju 2013, fis-6 ta’ Ġunju 2014, fl-10 ta’ Lulju 2014, fl-10 ta’ Ottubru 2014, fil-15 u fis-16 ta’ Ottubru 2014, fl-10 ta’ Novembru 2014, fit-12 ta’ Novembru 2014, fl-14 ta’ Novembru 2014, fil-25 ta’ Frar 2015, fil-25 ta’ Mejju 2015, fit-28 ta’ Mejju 2015, fid-29 ta’ Settembru 2015, fl-10 ta’ Diċembru 2015, fit-22 ta’ Diċembru 2015, fit-13 ta’ April 2016, fit-28 ta’ April 2016, fis-27 ta’ Frar 2018 u fl-20 ta’ April 2018. |
|
(19) |
Wizz Air issottomettiet informazzjoni addizzjonali fil-11 ta’ Frar 2015 u fit-3 ta’ Lulju 2015, li kienet tinkludi rapport imħejji minn Oxera għal Wizz Air, li japplika l-prinċipju (l-“MEOP”) tal-operatur f’ekonomija tas-suq (l-“MEO”) għad-diversi ftehimiet bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport. Oxera ssottomettiet aġġornamenti tar-rapporti u noti ulterjuri fl-14 ta’ Mejju 2015, fl-10 ta’ Awwissu 2015, fil-21 ta’ Settembru 2015, fl-20 ta’ Ottubru 2015, fil-15 ta’ Settembru 2017 u fit-22 ta’ Settembru 2017. Fl-10 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni talbet verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet ta’ Oxera tal-15 u tat-22 ta’ Settembru 2017. Oxera informat lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2017 li Wizz Air ma talbet l-ebda editjar ta’ xi informazzjoni u wara kjarifika ulterjuri ma’ Oxera fit-23 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni bagħtet it-tweġibiet ta’ Oxera tal-15 u tat-22 ta’ Settembru 2017 lir-Rumanija fl-1 ta’ Diċembru 2017. L-awtoritajiet Rumeni ssottomettew il-kummenti tagħhom fir-rigward tal-istudju ta’ Oxera fl-1 ta’ Frar 2018. |
|
(20) |
Fl-14 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni informat lir-Rumanija u lill-partijiet interessati dwar l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni “Linji Gwida tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ajruporti u l-Linji tal-Ajru” (6) (“Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014”) u talbithom jipprovdu kummenti fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Fl-4 ta’ April 2014, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand Carpatair fil-25 ta’ Marzu 2014, minn Wizz Air fit-30 ta’ April 2014 u mingħand l-Operatur tal-Maniġer tal-Ajruport fit-8 ta’ Mejju 2014. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-partijiet terzi dwar il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 lir-Rumanija fit-28 ta’ Mejju 2014. Il-Kummissjoni rċiviet l-osservazzjonijiet tar-Rumanija dwar il-kummenti tal-partijiet interessati b’ittra datata t-3 ta’ Lulju 2014. |
|
(22) |
Il-Maniġer tal-Ajruport issottometta informazzjoni addizzjonali fil-11 ta’ Novembru 2011, fl-24 ta’ Novembru 2016 u fis-16 ta’ Diċembru 2016. Il-Kummissjoni rċiviet ukoll sottomissjonijiet addizzjonali mill-Maniġer tal-Ajruport fit-18 ta’ Jannar 2016, fil-31 ta’ Jannar 2016 u fis-7 ta’ Marzu 2016. Fil-11 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni bagħtet dawn is-sottomissjonijiet lir-Rumanija li ma kellha l-ebda kumment. |
|
(23) |
Permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni bagħtet aktar kummenti mill-Ilmentatur u minn Wizz Air lir-Rumanija, li kkummentat dwar dawn l-osservazzjonijiet fil-21 ta’ Settembru 2015. |
|
(24) |
Permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni bagħtet aktar sottomissjonijiet minn Oxera lir-Rumanija, li kkummentat dwar dawn is-sottomissjonijiet fil-15 ta’ April 2016. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Rumeni fit-30 ta’ Ottubru 2017. Il-verżjoni tradotta tat-talba bir-Rumen intbagħtet lill-awtoritajiet Rumeni fid-9 ta’ Novembru 2017. L-awtoritajiet Rumeni wieġbu wara żewġ estensjonijiet ta’ skadenza approvati fil-15 ta’ Jannar 2018. Il-Kummissjoni bagħtet talba għal aktar kjarifiki lill-awtoritajiet Rumeni fis-26 ta’ Marzu 2018 u fil-31 ta’ Ottubru 2018 li għalihom dawn tal-aħħar wieġbu fl-4 ta’ Ġunju 2018 u fil-21 ta’ Novembru 2018 rispettivament. Fit-8 ta’ April 2019, l-awtoritajiet Rumeni pprovdew it-traduzzjoni tat-tweġibiet tagħhom tal-4 ta’ Ġunju 2018. |
|
(26) |
Fis-17 ta’ Mejju 2019, Wizz Air bagħtet ittra lill-Kummissjoni fejn talbet id-dritt ta’ aċċess għall-fajl u d-dritt għal smigħ li għaliha l-Kummissjoni wieġbet fil-11 ta’ Ġunju 2019. |
2. L-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ TIMIȘOARA
2.1. L-Ajruport
|
(27) |
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara huwa ajruport internazzjonali li jinsab fil-parti tal-Punent tar-Rumanija. |
|
(28) |
L-Ajruport huwa mmexxi mill-Maniġer tal-Ajruport (il-premessa (15)), kumpanija b’ishma konġunti li fiha l-Istat Rumen għandu 80 % tal-ishma fid-data ta’ din id-Deċiżjoni (7). Il-bqija tal-ishma huma proprjetà ta’ Fondul Proprietatea (8). Qabel, l-istokk kapitali inizjali kien sottoskritt għalkollox mir-Rumanija u mħallas kompletament fid-data li fiha twaqqaf il-Maniġer tal-Ajruport (9). |
|
(29) |
Il-Maniġer tal-Ajruport huwa sid l-infrastruttura tal-ajruport, għajr ir-runway, it-taxiway u r-rampa li huma proprjetà tal-Istat Rumen. Din l-aħħar infrastruttura tingħata b’konċessjoni lill-Maniġer tal-Ajruport mill-Istat. |
|
(30) |
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara għandu runway waħda, li hija twila 3 500 metru u wiesgħa 45 metru. Ir-rampi jipprovdu 22 post ta’ parkeġġ. Il-kapaċità tal-ajruport tammonta għal 1 300 passiġġier internazzjonali fis-siegħa u 500 passiġġier domestiku fis-siegħa. L-ajruport għandu wkoll terminal tal-merkanzija. |
|
(31) |
Fis-snin 2007 sal-2009, jiġifieri l-perjodu li qed jiġi vvalutat, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kien it-tieni l-akbar ajruport fir-Rumanija f’termini ta’ traffiku (Table 1). Table 1 tinkludi wkoll l-evoluzzjoni sussegwenti tat-traffiku sal-2017. Tabella 1: Traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara bejn l-2007 u l-2018
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(32) |
Fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kellu servizzi skedati għall-passiġġieri bl-ajru minn diversi linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi. Wizz Air tkopri l-ogħla numru ta’ destinazzjonijiet Ewropej, b’Ryanair u Blue Air joffru offerta aktar limitata. L-Ajruport jintuża wkoll minn żewġ trasportaturi ta’ servizzi sħaħ: Tarom u Lufthansa. Hemm ukoll titjiriet noleġġati staġjonali u diversi operaturi tal-merkanzija. |
|
(33) |
Mill-2007 sal-2009, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kien hub reġjonali għal Carpatair, trasportatur reġjonali ta’ servizzi sħaħ li kien jopera madwar 32 destinazzjoni domestika u Ewropea. Linji tal-ajru oħra li kienu qed jaqdu l-ajruport matul dak il-perjodu kienu jinkludu Tarom, Lufthansa, Austrian Airlines, Malev, Alitalia u Moldavian Airlines. |
|
(34) |
L-eqreb ajruporti għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara huma:
|
|
(35) |
It-Table 2 tiġbor fil-qosor is-sitwazzjoni finanzjarja (10) tal-Maniġer tal-Ajruport fil-perjodu li qed jiġi vvalutat: Tabella 2: Indikaturi finanzjarji ewlenin (f’eluf ta’ RON)
|
2.2. Il-pjan ta’ żvilupp tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara 2006 - 2015
|
(36) |
Il-pjan ta’ żvilupp 2006-2015 (“Pjan ta’ Żvilupp”) ippreveda żieda fit-traffiku tal-passiġġieri minn 611 705 fl-2005 għal 1 661 332 fl-2010 u għal 2 565 494 passiġġier fl-2015. L-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE fl-2007 kienet mistennija żżid it-traffiku b’16-18 %. |
|
(37) |
Il-Pjan ta’ Żvilupp osserva li matul il-perjodu 2001-2005, it-traffiku tal-passiġġieri u l-għadd ta’ movimenti tal-inġenji tal-ajru żdiedu b’250 %. Huwa sab ukoll li fl-2006 il-kapaċità eżistenti laħqet livell kritiku rigward it-terminal tal-passiġġieri, ir-rampa, ir-runway, it-triq ta’ aċċess u l-parkeġġ, li pperikolaw il-possibbiltà li jinfetħu rotot ġodda u jiżdied l-għadd ta’ passiġġieri fuq rotot eżistenti. Ix-xogħlijiet bdew fl-2003 fir-rigward tal-estensjoni tat-terminal tal-passiġġieri u fl-2004 għall-estensjoni tar-rampa. Il-Pjan ta’ Żvilupp ikkonferma l-ħtieġa li l-estensjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura jitkomplew biex tiġi akkomodata ż-żieda fit-traffiku prevista. |
3. MIŻURI KKONTESTATI
3.1. Miżura 1 – Finanzjament annwali mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport
|
(38) |
Il-Maniġer tal-Ajruport irċieva għotjiet annwali mill-Istat (“Miżura 1”). Skont ir-Rumanija, il-finanzjament mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport fil-perjodu 2007 - 2009 kien relatat ma’ investimenti tat-tipi u l-ammonti li ġejjin (Table 3). Tabella 3: Finanzjament pubbliku mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport fl-2007 - 2009
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(39) |
Skont ir-Rumanija, il-finanzjament tal-investimenti kellu l-bażijiet ġuridiċi li ġejjin:
|
3.2. Miżura 2 – L-AIP tal-2007, tal-2008 u tal-2010
3.2.1. L-AIP tal-2007 u l-AIP tal-2008
|
(40) |
Abbażi tal-informazzjoni mir-Rumanija, kull maniġer tal-ajruport għandu s-setgħa, skont il-qafas legali nazzjonali applikabbli, li jistabbilixxi l-imposti tal-ajruport tiegħu. L-imposti stabbiliti mill-maniġer tal-ajruport huma soġġetti għall-pubblikazzjoni formali kif meħtieġ mir-regoli tal-avjazzjoni internazzjonali, fil-Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika (l-“AIP”). Għaldaqstant, il-politika dwar l-imposta għall-użu tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara ġiet stabbilita biss fir-rigward ta’ dak l-Ajruport u mhijiex applikabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe ajruport ieħor fit-territorju reġjonali jew nazzjonali. L-AIPs jiġu proposti mill-maniġment eżekuttiv tal-Maniġer tal-Ajruport, u jiġu approvati mill-Bord, f’konformità mal-prerogattivi inkarigati b’mod espliċitu skont l-istatut tal-kumpanija. |
|
(41) |
L-imposti applikabbli ġew ippubblikati fl-AIP fis-7 ta’ Ġunju 2007 bir-referenza GEN 4.1-17 (“AIP tal-2007”) kif ġej: Tabella 4: Imposti tal-ajruport tal-AIP tal-2007 (f’EUR)
|
|
(42) |
L-AIP tal-2007 tipprovdi għat-tnaqqis fuq l-imposti tal-inżul ibbażati fuq in-numru ta’ nżul kif miġbur fil-qosor fit-tabella li ġejja: Tabella 5: Tnaqqis tal-imposti tal-ajruport tal-AIP tal-2007
|
||||||||||||||||||||
|
(43) |
Barra minn hekk, jingħata skont ta’ 50 % fuq l-imposti tal-inżul għal perjodu ta’ sitt xhur għal operaturi tal-ajru ġodda li jwettqu mill-inqas żewġ titjiriet fil-ġimgħa u għal destinazzjonijiet ġodda li għadhom mhumiex konnessi mal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. |
|
(44) |
L-imposti tal-ajruport applikabbli tal-2008 ġew ippubblikati fl-AIP fit-23 ta’ Ottubru 2008 taħt ir-referenza GEN 4.1-17 (“AIP tal-2008”) kif ġej: Tabella 6: Imposti tal-ajruport applikabbli (AIP tal-2008) f’EUR
|
|
(45) |
L-AIP tal-2008 żiedet l-imposti tas-sigurtà tal-passiġġieri minn EUR 7 fl-2007 għal EUR 10 għal kull passiġġier. It-tariffa tal-passiġġieri għall-passiġġieri fi tranżitu jew fi trasferiment tnaqqset minn EUR 5 għal kull passiġġier għal EUR 1,50. Barra minn hekk, il-Maniġer tal-Ajruport introduċa imposta li tammonta għal EUR 0,20 għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa. |
|
(46) |
L-AIP tal-2008 tipprovdi għat-tnaqqis fuq l-imposti tal-inżul ibbażati fuq in-numru ta’ nżul tas-sena ta’ qabel kif ġej: Tabella 7: Tnaqqis fl-imposti tal-ajruport (AIP tal-2008)
|
||||||||||||||||||
|
(47) |
L-AIP tal-2008 tipprovdi wkoll għal skont ta’ 50 % fuq l-imposti tal-inżul għal perjodu ta’ 12-il xahar għal operaturi tal-ajru ġodda fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara li jwettqu mill-inqas tliet titjiriet fil-ġimgħa minn inġenju tal-ajru ta’ mill-inqas 70 sit. Għal kull destinazzjoni miftuħa ġdida, l-iskont applikat fuq l-imposti tal-inżul huwa ta’ 50 % għal perjodu ta’ sitt xhur. |
|
(48) |
Minbarra l-iskontijiet u t-tnaqqis preċedenti, il-Maniġer tal-Ajruport jagħti wkoll rimborż parzjali tal-ħlasijiet li jirċievi li oriġinaw mill-imposta tal-imbarkazzjoni (Table 8). Tabella 8: Ir-rimborż tad-dħul oriġina mill-imposta tal-imbarkazzjoni skont l-AIP tal-2008
|
3.2.2. L-AIP tal-2010
|
(49) |
Fis-26 ta’ Awwissu 2010, ġiet ippubblikata emenda għall-imposti tal-ajruport fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara (l-“AIP tal-2010”). Il-Maniġer tal-Ajruport introduċa kategorija ġdida ta’ skontijiet għall-inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 70 tunnellata ta’ piż massimu meħud (maximum takeover weight “MTOW”): Tabella 9: L-iskontijiet tal-AIP tal-2010 għall-inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 70 tunnellata MTOW
|
3.3. Miżura 3 – Il-Ftehimiet tal-2008 bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air
|
(50) |
F’nofs l-2008, il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air iffirmaw sensiela ta’ ftehimiet, li jiddeterminaw il-prinċipji tal-kooperazzjoni tagħhom kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-infrastruttura u tas-servizzi tal-ajruport mil-linja tal-ajru. Il-ftehimiet iffirmati kienu jikkonsistu f’(i) memorandum ta’ qbil, (ii) ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni, (iii) ftehim operazzjonali, u (iv) ftehim ta’ groundhandling (flimkien il- “Ftehimiet tal-2008”). Abbażi tal-Ftehimiet tal-2008, Wizz Air bdiet l-operazzjonijiet tagħha mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara fi tmiem l-2008. Fl-2009, il-kumpanija gradwalment żiedet l-għadd ta’ destinazzjonijiet internazzjonali moqdija b’inġenji tal-ajru tat-tip A320 (280 sit). |
3.3.1. Il-Memorandum ta’ Qbil tal-25 ta’ Ġunju 2008
|
(51) |
Il-memorandum ta’ qbil (“Memorandum ta’ Qbil” jew “MtQ”) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2008 mill-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air. Dan ġie ffirmat għal perjodu inizjali ta’ tliet snin u sena li matulha l-partijiet setgħu jitterminawh għal ksur ta’ kuntratt. Il-MtQ stabbilixxa l-prinċipji ġenerali tal-kooperazzjoni tagħhom, u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport minn Wizz Air. |
|
(52) |
Il-Maniġer tal-Ajruport qabel li jespandi t-terminal tal-passiġġieri sabiex dan ikun jista’ jlaħħaq ma’ tliet miljun passiġġier fis-sena sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2011. Qabel ukoll li jaġġorna l-kategorija tal-inżul u tat-tlugħ tar-runway għall-kategorija III fiż-żewġ direzzjonijiet qabel tmiem l-2009 u li jagħmel l-islots disponibbli skont it-talba ta’ Wizz Air. |
|
(53) |
Wizz Air qablet li twettaq attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-Maniġer tal-Ajruport. B’mod partikolari, ġie miftiehem li jiġu promossi d-destinazzjonijiet tat-titjiriet ta’ Wizz Air minn jew lejn l-Ajruport biex jiżdied in-numru ta’ passiġġieri li jitilqu u li jaslu fl-Ajruport. Min-naħa tiegħu, il-Maniġer tal-Ajruport qabel li jħallas it-tariffi tal-kummerċjalizzazzjoni, skont in-numru ta’ nżul u n-numri ta’ passiġġieri li jitwasslu. |
3.3.2. Il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni tat-30 ta’ Lulju 2008
|
(54) |
Il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni (“Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni”) ġie ffirmat mill-partijiet fit-30 ta’ Lulju 2008 u ġie konkluż għal terminu inizjali ta’ tliet snin, li jibda mill-11 ta’ Diċembru 2008. It-tul ta’ żmien tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni jista’ jiġi estiż b’sena wara perjodu inizjali ta’ tliet snin. |
|
(55) |
Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni stabbilixxa t-termini u l-kundizzjonijiet tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mwettqa minn Wizz Air, bl-għan li jiżdied in-numru ta’ passiġġieri li jitilqu u li jaslu fl-Ajruport. |
|
(56) |
Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni jagħti dettalji dwar l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li ġejjin li għandhom jitwettqu minn Wizz Air:
|
|
(57) |
L-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom jitwettqu bir-Rumen u f’media barranija. |
|
(58) |
Bħala kumpens għall-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Wizz Air, il-Maniġer tal-Ajruport kellu jħallas lil Wizz Air tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni li kienet tiddependi fuq in-numru ta’ passiġġieri li jitilqu li jitwasslu. |
|
(59) |
Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni stipula li, f’każ ta’ żieda fl-imposti regolati fil-ftehim operazzjonali jew fil-ftehim ta’ groundhandling, it-tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni kellha tiġi modifikata b’mod ugwali għall-bidla fl-imposti tal-ajruport. |
|
(60) |
B’żieda ma’ dan, il-Maniġer tal-Ajruport għandu l-obbligi li ġejjin lejn Wizz Air:
|
|
(61) |
Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni kien jipprovdi li Wizz Air kellha toħroġ fattura għat-tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni wara li tirċievi “fattura proforma” mill-Maniġer tal-Ajruport fuq l-imposti tal-ftehim operazzjonali u l-ftehim ta’ groundhandling. |
|
(62) |
Skont il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, Wizz Air kienet obbligata tipprovdi lill-Maniġer tal-Ajruport mill-inqas kull sena b’rapporti li jiddeskrivu l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mwettqa tagħha (jiġifieri deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-gruppi fil-mira, ir-reklamar, il-frekwenza, l-għażla tal-media, l-ammonti li ntefqu fuq l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni). |
3.3.3. Terminazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni u l-ħlas ta’ tariffi tal-kummerċjalizzazzjoni mill-Maniġer tal-Ajruport
|
(63) |
Fil-11 ta’ Frar 2010, il-Maniġer tal-Ajruport iddeċieda li jittermina l-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni. |
|
(64) |
Fir-rigward tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, l-Awtorità Nazzjonali Rumena għar-Regolamentazzjoni u għall-Monitoraġġ ta’ Akkwist Pubbliku kkonkludiet li l-għoti tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, mingħajr ma ġiet applikata kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta’ għoti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kien jikkostitwixxi ksur ta’ dawn ir-regoli u kien punibbli b’multa bejn RON 70 000 u 100 000. |
|
(65) |
Il-Maniġer tal-Ajruport kien irċieva fatturi mingħand Wizz Air li jammontaw għal total ta’ EUR 2 560 992,90 għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-perjodu minn Ottubru 2008 sa Jannar 2010. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li l-Maniġer tal-Ajruport ma ħallasx dan l-ammont u li l-obbligazzjoni ta’ ħlas mill-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni titħallas skont il-liġi kummerċjali. |
|
(66) |
Il-fatturi ta’ Wizz Air lill-Maniġer tal-Ajruport juru li t-tariffi tal-kummerċjalizzazzjoni ġew fatturati ftit xhur tard. |
3.3.4. Il-Ftehim ta’ operazzjoni tal-1 ta’ Awwissu 2008
|
(67) |
Il-ftehim operazzjonali ġie konkluż fl-1 ta’ Awwissu 2008 għall-perjodu mill-11 ta’ Diċembru 2008 sal-10 ta’ Diċembru 2009, b’tiġdid awtomatiku għal perjodi ulterjuri ta’ 12-il xahar f’kull anniversarju tad-dħul fis-seħħ tiegħu (il-“Ftehim Operazzjonali”) (12). Il-Ftehim Operazzjonali ddeskriva fid-dettall ir-rekwiżiti għas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-Maniġer tal-Ajruport lil Wizz Air (servizzi tal-passiġġieri, servizzi ta’ sigurtà, servizzi ta’ tranżitu/trasferiment) u stabbilixxa l-imposti tal-ajruport applikabbli li għandhom jitħallsu minn Wizz Air kif ukoll l-iskontijiet u l-eżenzjonijiet għall-imposti. |
|
(68) |
L-imposti kienu essenzjalment (13) l-istess kif stabbiliti fl-AIP tal-2008. Barra minn hekk, il-linja tal-ajru kienet intitolata għal skont ta’ 50 % għal sitt xhur għal żieda fil-frekwenzi. |
|
(69) |
Il-ħlasijiet għas-servizzi kienu dovuti 30 jum wara l-wasla tal-fattura “mingħajr ebda tnaqqis minħabba kwalunkwe kontrotalba allegata jew inkella b’xi mod ieħor”. L-imgħax penali fuq pagament tard ġie stabbilit fil-livell ta’ 6,5 % fis-sena. Il-penali kellhom jitniżżlu f’fattura. |
|
(70) |
Il-ksur tal-kunfidenzjalità tal-kuntratt kellu jiġi ssanzjonat b’penali fl-ammont ta’ EUR 10 000. |
|
(71) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2010, il-Ftehim Operazzjonali ġie emendat bi skema ġdida ta’ skontijiet, li kopriet il-perjodu sas-6 ta’ Frar 2011. Din l-iskema l-ġdida ta’ skontijiet tikkorrispondi għal dik stabbilita fl-AIP tal-2010. |
3.3.5. Il-ftehim ta’ groundhandling tal-1 ta’ Awwissu 2008
|
(72) |
Il-ftehim ta’ groundhandling (il-“GHA”) kien jikkostitwixxi anness għall-Ftehim Standard ta’ Groundhandling ta’ April 2004 u kien effettiv mill-11 ta’ Diċembru 2008 sal-10 ta’ Diċembru 2009 b’tiġdid awtomatiku għal perjodi ulterjuri ta’ 12-il xahar f’kull anniversarju tad-dħul fis-seħħ tiegħu (14). |
|
(73) |
Il-GHA stabbilixxa l-imposti tal-immaniġġjar għal inġenju tal-ajru tal-passiġġieri tat-tip Airbus A320 għal EUR 150 għal groundhandling wieħed li jikkonsisti minn wasla u minn tluq sussegwenti. Is-servizzi “fuq talba” ma ġewx inklużi u kellhom jitħallsu separatament. |
|
(74) |
Il-fatturi għas-servizzi tal-immaniġġjar kellhom jinħarġu mhux aktar tard mill-5 jum tax-xahar ta’ wara. Il-pagamenti kellhom isiru fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tal-fattura. L-imgħax fuq pagament tard ġie stabbilit b’rata ta’ 6,5 % fis-sena. |
|
(75) |
Fl-1 ta’ Frar 2010, il-GHA ġie estiż għal perjodu ta’ sena li jibda mis-6 ta’ Frar 2010. Id-dispożizzjoni fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, li ppermettiet terminazzjoni immedjata tal-GHA u tal-Ftehim Operazzjonali mingħajr ebda danni meta jiskadi jew jiġi tterminat il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, ġiet iddikjarata nulla. |
|
(76) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2010, il-GHA ġie emendat bi skema ġdida ta’ skontijiet applikabbli għall-imposti tal-immaniġġjar u għas-servizzi fuq talba li kopriet il-perjodu sas-6 ta’ Frar 2011. L-iskema l-ġdida ta’ skontijiet ġiet introdotta b’deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Maniġer tal-Ajruport fil-15 ta’ Ġunju 2010. Din l-iskema l-ġdida ta’ skontijiet tikkorrispondi għal dik stabbilita fl-AIP tal-2010. |
3.4. Miżura 4 – Qtugħ ta’ imposti tal-ajruport fatturati lil Wizz Air għall-perjodu Ottubru 2009 - Frar 2010
|
(77) |
Fit-28 ta’ April 2010, il-Maniġer tal-Ajruport bagħat ċitazzjoni lil Wizz Air biex tħallas EUR 2 825 360 għal fatturi li jikkonċernaw it-tariffi dovuti taħt il-Ftehim Operazzjonali u l-GHA datati minn Ottubru 2009 sa Frar 2010. |
|
(78) |
Fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Wizz Air ħallset biss EUR 264 367,10 fl-ewwel nofs tal-2010 u deher li ma kienet ittieħdet ebda azzjoni ulterjuri mill-Maniġer tal-Ajruport biex jiġbor l-ammonti dovuti. |
4. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI
|
(79) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rata bażi tal-imposti tal-ajruport li tinsab fl-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008, u l-AIP tal-2010 ma kinitx tammonta għal għajnuna mill-Istat. |
|
(80) |
Madankollu, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ qajmet il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri li ġejjin ingħatawx bil-kundizzjonijiet tas-suq, u għalhekk ma kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat. U jekk le, jekk tali għajnuna mill-Istat tistax tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern:
|
4.1. Miżura 1 – Finanzjament operattiv annwali mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport 2007 - 2009
|
(81) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-finanzjament annwali mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport ma jikkonformax mal-MEOP minħabba l-fatt li ma kienu pprovduti l-ebda pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew projezzjoni ta’ profittabbiltà, il-fatt li l-azzjonist minoritarju (Fondul Proprietatea) ma kienx jidher li kkontribwixxa għall-finanzjament taħt l-istess kundizzjonijiet u l-fatt li ma kienx ċar li l-Maniġer tal-Ajruport konsistentement ħallas id-dividendi korrispondenti lill-azzjonisti. |
4.2. Miżura 2 – Skontijiet u ribassi skont l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010
|
(82) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-iskontijiet u r-ribassi fl-AIP tal-2007 kienu jammontaw għal għajnuna mill-Istat u ma setgħetx teskludi li l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li xi utenti tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kienu rċivew vantaġġ selettiv mogħti permezz ta’ tali ribassi u skontijiet. Fir-rigward tar-ribass il-ġdid għal inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 70 MTOW stabbilit fl-AIP tal-2010, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li dan kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat peress li prima facie ma kienx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tal-Maniġer tal-Ajruport. Barra minn hekk, id-differenza fl-imposti għall-passiġġieri nazzjonali u l-passiġġieri internazzjonali kif ukoll għall-passiġġieri ta’ tranżitu wasslet lill-Kummissjoni biex tiddubita n-natura mhux diskriminatorja tal-iskemi. |
4.3. Miżura 3 – Ftehimiet tal-2008 bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport
|
(83) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air ma ġewx konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u, għalhekk, Wizz Air irċiviet vantaġġ ekonomiku selettiv. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-Ftehimiet tal-2008 kienu jammontaw għal għajnuna mill-Istat. |
4.4. Miżura 4 – Qtugħ ta’ imposti tal-ajruport fatturati lil Wizz Air għall-perjodu Ottubru 2009 - Frar 2010
|
(84) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li hija ma setgħetx teskludi li l-qtugħ ta’ imposti tal-ajruport jinvolvi għajnuna mill-Istat peress li ma kienet ittieħdet l-ebda miżura ta’ infurzar. |
5. KUMMENTI MIR-RUMANIJA
5.1. Miżura 1 – Finanzjament annwali mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport 2007 - 2009
|
(85) |
Ir-Rumanija spjegat li l-allegata għajnuna operatorja mogħtija lill-Maniġer tal-Ajruport fil-fatt tirrigwarda kostijiet ta’ investiment u ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-proġetti ta’ investiment huma indikati fit-Table 3 ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(86) |
Rigward il-finanzjament tat-titjib tar-runway u tal-estensjoni tar-rampa tal-inġenji tal-ajru fl-2007, fl-2008 u fl-2009, ir-Rumanija argumentat li dan il-finanzjament twettaq f’konformità mal-MEOP. Skont ir-Rumanija, l-MEOP ikun imħares jekk l-investimenti jsiru f’assi li jkunu proprjetà tal-Istat u li jiġġeneraw dħul minn dividendi u minn tariffi ta’ konċessjoni. F’dan il-każ, ir-Rumanija kkalkolat tariffa ta’ konċessjoni ta’ 2 % tal-introjtu gross riċevut permezz tal-konċessjoni. Ir-Rumanija ddikjarat li l-Pjan ta’ Żvilupp u l-Valutazzjoni tal-Kapaċità fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara li saru fl-2006 (il-“Valutazzjoni tal-Kapaċità”) indikaw sostenibbiltà ekonomika tal-investimenti. Skont ir-Rumanija, is-sostenibbiltà ekonomika setgħet kienet mistennija hekk kif iż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri u t-titjib fl-effiċjenza jżidu d-dħul mill-operat tal-infrastruttura tal-ajruport. Skont ir-Rumanija, l-investimenti kienu wkoll meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-avjazzjoni (b’mod partikolari biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat għall-ajruplani) u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet operattivi li jirriżultaw miż-żieda fit-traffiku. Ir-Rumanija ddikjarat ukoll li minbarra l-attivitajiet kummerċjali, l-infrastruttura ntużat ukoll għal attivitajiet militari, missjonijiet uffiċjali, missjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, titjiriet għal għajnuna umanitarja u ta’ emerġenza, titjiriet tan-NU, tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u oħrajn simili. Ir-Rumanija ddikjarat li l-attivitajiet ta’ interess nazzjonali (l-armata u d-difiża nazzjonali, missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ, u oħrajn simili) jaqgħu taħt il-mandat tas-servizz pubbliku. Ir-Rumanija sostniet li skont il-liġi Rumena, il-Maniġer tal-Ajruport kellu l-obbligu li jippermetti l-użu liberu tal-infrastruttura tal-ajruport għal attivitajiet mhux kummerċjali bħal dawn. |
|
(87) |
Rigward il-finanzjament ta’ tagħmir ta’ sigurtà fl-2008, ir-Rumanija argumentat li dan il-finanzjament huwa relatat ma’ attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat tas-servizz pubbliku. Ir-Rumanija ddikjarat li dawn l-investimenti kienu meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 u mil-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, ir-Rumanija ddikjarat li t-tagħmir ta’ sigurtà għen lill-Maniġer tal-Ajruport biex jikkonforma mar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tal-fruntiera imposti bir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(88) |
Rigward il-finanzjament tal-estensjoni u t-titjib tat-terminal mhux ta’ Schengen fl-2007, l-2008, l-2009 u l-2010, ir-Rumanija argumentat li dan il-finanzjament jew twettaq f’konformità mal-MEOP jew kien relatat ma’ attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika. Skont ir-Rumanija, dawn l-investimenti kienu bbażati fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi biex l-ajruport jitħejja għal numru ogħla ta’ passiġġieri. Ir-Rumanija ddikjarat li l-Istat kien iggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà fit-tul. Barra minn hekk, ir-Rumanija spjegat li l-investimenti kienu meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi tar-Rumanija sabiex tissieħeb fiż-żona Schengen. B’mod partikolari, ir-Rumanija ddikjarat li l-investimenti kienu meħtieġa għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(89) |
Rigward il-finanzjament ta’ żvilupp ta’ triq ta’ aċċess u ta’ parkeġġ fl-2007, ir-Rumanija argumentat li dan il-finanzjament twettaq f’konformità mal-MEOP. Ir-Rumanija ddikjarat li fl-2005 sar studju ta’ fattibbiltà dwar dan l-investiment u li dan kien jinkludi pjan ta’ direzzjoni tan-negozju kif ukoll valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-investiment. Skont ir-Rumanija, l-analiżi tal-profittabbiltà kienet tindika opportunità għal dħul sinifikanti. |
|
(90) |
Rigward il-finanzjament tat-tagħmir tad-dawl fl-2008, ir-Rumanija argumentat li dan il-finanzjament twettaq f’konformità mal-MEOP. Skont ir-Rumanija, l-investiment fit-tagħmir tad-dawl kien meħtieġ biex jiġu żgurati l-aħjar użu tal-infrastruttura tal-ajruport u s-sikurezza tal-passiġġieri u tal-inġenji tal-ajru. Ir-Rumanija ddikjarat li l-investiment kien ukoll profittabbli ex post. |
5.2. Miżura 2 – Skontijiet u Ribassi skont l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010
5.2.1. L-AIP tal-2007 u l-AIP tal-2008
|
(91) |
Ir-Rumanija sostniet li l-Maniġer tal-Ajruport ilu jaħdem b’mod profittabbli mill-2007 u li l-profitti żdiedu b’mod kostanti minn dak iż-żmien ’l hawn. F’dan il-kuntest, it-tariffi applikati mill-Maniġer tal-Ajruport koprew il-kostijiet tas-servizzi mogħtija. |
|
(92) |
Ir-Rumanija ddikjarat li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-imposti tal-ajruport kienu bbażati fuq noti ta’ sfond ekonomiċi u finanzjarji li saru minn dipartiment speċjalizzat tal-Maniġer tal-Ajruport. |
|
(93) |
Skont ir-Rumanija, l-imposti tal-ajruport ġew ippubblikati fl-AIP u kienu applikabbli għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. |
|
(94) |
Ir-Rumanija ċċarat li l-AIP tal-2007 u l-AIP tal-2008 kienu approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-Maniġer tal-Ajruport madwar xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ta’ kull AIP rispettivament. |
|
(95) |
Skont ir-Rumanija, il-mudell kummerċjali ta’ Carpatair, jiġifieri l-mudell ta’ hub u spoke, wassal għal sitwazzjoni fejn, matul l-eqqel ħinijiet ta’ wasliet ta’ passiġġieri ta’ Carpatair, il-kapaċitajiet tal-ajruport kienu kważi eżawriti kompletament. Min-naħa l-oħra, fis-sigħat kwieti, il-kapaċità ma kinitx tintuża biżżejjed. Għalhekk, il-kostijiet inkrementali ta’ żieda fl-output ta’ passiġġieri fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, mill-inqas fis-sigħat kwieti maħluqa bil-mudell operattiv ta’ Carpatair, kienet baxxa ħafna minħabba li l-biċċa l-kbira tal-kostijiet huma fissi. Konsegwentement, anke l-imposti ajrunawtiċi baxxi kienu stmati li kienu profittabbli b’mod inkrementali. Dan huwa muri biż-żieda ta’ 39 % fid-dħul operattiv osservat mill-Maniġer tal-Ajruport matul il-perjodu 2008-2010, li nkiseb b’żieda ta’ 22 % biss fil-kostijiet operatorji. |
|
(96) |
Skont ir-Rumanija, ir-ribassi u l-iskontijiet inklużi fl-AIP tal-2007 u fl-AIP tal-2008 jirriflettu l-ekonomiji ta’ skala għall-Maniġer tal-Ajruport li jirriżultaw min-natura ta’ kostijiet fissi għoljin tal-operazzjoni tal-ajruport. Dan ifisser li hemm inċentiv qawwi biex jiġu segwiti l-volumi inkrementali. Ir-ribassi u l-iskontijiet huma mfassla biex jinċentivaw u jżidu l-attività ekonomika li tagħmel l-aktar użu effiċjenti mill-infrastruttura tal-ajruport. |
5.2.2. L-AIP tal-2010
|
(97) |
Skont ir-Rumanija, il-Maniġer tal-Ajruport aġixxa waħdu meta ddetermina l-imposti u t-tnaqqis ippubblikati fl-AIP tal-2010. Ir-Rumanija ddikjarat li l-imposti u t-tnaqqis mhumiex attribwibbli għall-Istat. |
|
(98) |
Ir-Rumanija sostniet li l-AIP tal-2010 ġiet adottata f’konformità mal-MEOP. Skont ir-Rumanija, id-dħul mhux mill-avjazzjoni, l-esternalizzazzjoni tan-network u ż-żieda fil-valur tal-kumpanija għandhom jiġu kkunsidrati meta tiġi analizzata l-konformità mal-MEOP. Madwar 14 % tad-dħul tal-Maniġer tal-Ajruport kien dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. Skont ir-Rumanija, il-passiġġieri ta’ linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi ħafna drabi huma aktar suxxettibbli li jixtru gazzetti, ikel, xorb jew oġġetti simili fil-ħwienet ta’ ajruport minn passiġġieri oħra billi l-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi normalment ma jipprovdux dawn l-oġġetti abbord. |
|
(99) |
Ir-Rumanija kienet tal-fehma li l-AIP tal-2010 ipprovdiet inċentiv lil-linji tal-ajru biex jattiraw aktar passiġġieri. Ir-Rumanija ddikjarat li tul l-applikazzjoni tal-AIP tal-2010, it-traffiku fl-Ajruport żviluppa b’mod pożittiv (ara Table 10). Tabella 10: Ajruport ta’ Timișoara - Dħul u Numru ta’ passiġġieri
|
|
(100) |
Ir-Rumanija spjegat li l-imposti tal-ajruport applikabbli għal Carpatair tnaqqsu b’70 % għall-inżul u b’50 % għad-dawl. Intalbu biss EUR 1,5 għal kull passiġġier fi trasferiment. Skont l-AIP tal-2010, it-tnaqqis massimu tal-imposti tal-ajruport applikabbli għal Wizz Air kien jammonta għal bejn 67 % u 72 %. Skontijiet li jammontaw għal 72 % sa 85 % qatt ma ġew applikati għal Wizz Air minħabba li din qatt ma kienet laħqet il-limiti rispettivi. Skont ir-Rumanija, linji tal-ajru oħra kienu intitolati wkoll għat-tnaqqis tal-imposti skont il-livell ta’ passiġġieri jew movimenti milħuqa. |
|
(101) |
Ir-Rumanija ddikjarat li t-tnaqqis tal-imposti tal-ajruport fl-AIP tal-2010 jirrifletti l-kostijiet ta’ opportunità tal-Maniġer tal-Ajruport biex jipprovdi servizzi lill-kumpaniji li jużaw inġenji tal-ajru żgħar u ħinijiet ta’ rotazzjoni itwal meta mqabbel mal-għoti ta’ servizzi lil inġenji tal-ajru akbar li jġibu numru akbar ta’ passiġġieri għal kull inżul. L-AIP tal-2010 kellha l-għan li tattira linji tal-ajru b’ħinijiet ta’ rotazzjoni iqsar sabiex tippermetti numru akbar ta’ rotazzjonijiet fis-siegħa u għalhekk ittejjeb il-kapaċità operattiva tal-Maniġer tal-Ajruport f’termini tan-numru ta’ nżul fis-siegħa. |
|
(102) |
Ir-Rumanija ddikjarat li l-iskontijiet applikati għal Wizz Air jirriflettu wkoll l-ammont iżgħar ta’ servizzi użati. Wizz Air offriet biss titjiriet diretti u għalhekk ma kinitx teħtieġ faċilitajiet u servizzi meħtieġa għat-trasferiment. Għal titjiriet ta’ tranżitu, il-Maniġer tal-Ajruport għandu jirdoppja l-faċilitajiet ta’ sigurtà. Skont ir-Rumanija, 60 % tal-passiġġieri ta’ Wizz Air jagħmlu check-in online, u dan ifisser tnaqqis sinifikanti ta’ persunal meħtieġ fiċ-check-in. Il-passiġġieri ta’ Wizz Air iġorru inqas bagalji, u b’hekk dan inaqqas il-persunal u l-faċilitajiet meħtieġa għall-immaniġġjar ta’ dawn il-bagalji. Skont ir-Rumanija, it-timijiet ta’ Wizz Air stess ipprovdew it-tindif ta’ rutina tal-inġenji tal-ajru matul il-ħin ta’ rotazzjoni. |
5.3. Miżura 3 – Ftehimiet tal-2008 bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport
|
(103) |
Ir-Rumanija sostniet li l-ebda wieħed mill-investimenti fir-restawr tat-taxiway jew fl-estensjoni tar-rampa ma sar speċifikament minħabba l-preżenza ta’ Wizz Air. Skont ir-Rumanija, l-investimenti li saru mill-Istat bħala azzjonist ewlieni tnedew qabel ma Wizz Air ħabbret l-intenzjoni tagħha li topera fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Ir-Rumanija ddikjarat li, bl-istess mod, l-investimenti u t-tiswijiet magħmula mir-riżorsi proprji tal-Maniġer tal-Ajruport ma sarux minħabba l-preżenza ta’ Wizz Air jew ta’ kwalunkwe linja tal-ajru oħra fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara iżda pjuttost biex jiżguraw il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà meħtieġa għat-twettiq kif suppost tal-attività tal-ajruport. Saru tiswijiet minħabba tkagħbir bl-użu normali u mhux għal xi linja tal-ajru jew minħabba fiha. |
|
(104) |
Skont ir-Rumanija, kif indikat fil-preambolu tiegħu, il-MtQ kien ftehim fil-prinċipju li ma kien jimponi l-ebda obbligu legali fuq il-partijiet. Ir-Rumanija sostniet li ħlief għall-ksur tal-klawżola ta’ kunfidenzjalità, il-ftehim ma stabbilixxa l-ebda sanzjoni għal ksur potenzjali. Minbarra n-nuqqas ta’ kwalunkwe obbligu validu fir-rigward tal-forniment tas-servizzi elenkati fil-MtQ, il-Maniġer tal-Ajruport ma wettaq ebda xogħol ta’ infrastruttura fil-perjodu kkonċernat minbarra x-xogħol ta’ infrastruttura li kien kompletament indipendenti mill-operazzjoni ta’ Wizz Air. |
|
(105) |
Ir-Rumanija ddikjarat li l-MtQ jesprimi l-intenzjoni tal-partijiet li jibdew negozjati in bona fide dwar kooperazzjoni potenzjali li kellha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ ftehimiet obbligatorji. Ir-Rumanija sostniet li dawn il-ftehimiet obbligatorji ġew tabilħaqq konklużi, u li prattikament issostitwew il-MtQ: Il-Ftehim Operazzjonali, il-GHA u l-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni. |
|
(106) |
Skont ir-Rumanija, il-Maniġer tal-Ajruport aġixxa f’konformità mal-MEOP meta ffirma l-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air. Sabiex tissostanzja l-argument, ir-Rumanija bagħtet lill-Kummissjoni pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ex ante mibni mill-ġdid ex post, li wera li l-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air kienu mistennija jiġġeneraw numru ogħla ta’ passiġġieri, kif ukoll profitti ogħla. |
5.4. Miżura 4 – Qtugħ ta’ imposti tal-ajruport fatturati lil Wizz Air għall-perjodu Ottubru 2009 - Frar 2010
|
(107) |
Ir-Rumanija ddikjarat li l-Maniġer tal-Ajruport aġixxa waħdu fir-rigward tal-ħlas tal-imposti tal-ajruport dovuti minn Wizz Air lill-Maniġer tal-Ajruport. Għalhekk, skont ir-Rumanija, id-deċiżjoni f’dan il-kuntest mhijiex attribwibbli għall-Istat Rumen. |
|
(108) |
Ir-Rumanija sostniet li d-deċiżjoni mill-Maniġer tal-Ajruport dwar il-ħlas ta’ imposti tal-ajruport dovuti minn Wizz Air lill-Maniġer tal-Ajruport irrispettat l-MEOP. |
|
(109) |
Skont ir-Rumanija, l-ammonti li kellhom jiġu rimborżati lil Wizz Air u rkuprati mingħandha ġew paċuti fl-1 ta’ Marzu 2014 fi ftehim ta’ riżoluzzjoni Nru 20310 (15) bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air (il-“Ftehim ta’ Riżoluzzjoni”). |
|
(110) |
Ir-Rumanija sostniet li mill-20 ta’ Novembru 2014, id-djun tal-Maniġer tal-Ajruport lil Wizz Air ammontaw għal EUR 0 u d-djun ta’ Wizz Air għall-Maniġer tal-Ajruport ammontaw għal EUR 122 861,67 għal operazzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2014 sal-31 ta’ Ottubru 2014 u EUR 1 256,12 għall-kiri ta’ żona amministrattiva fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Skont ir-Rumanija dawn l-ammonti kienu dovuti fit-30 ta’ Novembru 2014. |
6. OSSERVAZZJONIJIET MINN PARTIJIET TERZI
6.1. Carpatair
6.1.1. Miżura 3 – Ftehimiet tal-2008 bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport
|
(111) |
Skont Carpatair, id-diversi skemi favur l-operazzjoni ta’ Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. L-għajnuna allegata mogħtija lil Wizz Air hija stmata minn Carpatair li tammonta għal EUR 5,5 miljun bejn Ottubru 2008 u Diċembru 2010. Din allegatament ingħatat permezz tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, fl-ammont ta’ EUR 2,6 miljun u skontijiet ibbażati fuq l-AIP u l-Ftehim Operazzjonali, fl-ammont ta’ EUR 2,9 miljun. Barra minn hekk, Carpatair sostniet li fl-2011 il-miżura kompliet tiġi pprovduta lil Wizz Air mill-Maniġer tal-Ajruport u kienet tammonta għal EUR 8,3 miljun sa tmiem l-2011. |
|
(112) |
Carpatair ikkummentat dwar l-MEOP. Skont Carpair, investitur li jopera f’ekonomija tas-suq kien jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq l-ispeċifiċitajiet tal-ajruport. Minħabba l-pożizzjoni tagħha u l-isforzi ta’ Carpatair, mis-sena 2000 inħolqot sistema ta’ hub u spoke b’mod progressiv, u din wasslet għal sitwazzjoni li fiha Carpatair kienet tipprovdi 38 % tad-dħul tal-Maniġer tal-Ajruport fl-2008, fiż-żmien meta waslet Wizz Air. Dan huwa essenzjalment minħabba li Carpatair setgħet tattira traffiku stabbli ta’ nies tan-negozju li ġejjin mir-Rumanija, l-Italja, il-Moldova, l-Ukrajna u l-Ġermanja. |
|
(113) |
Carpatair sostniet ukoll li t-traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kien ta’ 836 574 passiġġier fl-2007 u 890 704 passiġġieri fl-2008. Normalment dan kellu jkun il-bażi u r-referenza tad-dħul li fuqu investitur privat ikollu l-għan li jibni dħul marġinali. It-tħassib ewlieni tal-Maniġer tal-Ajruport kellu jkun li ma jintilfux in-negozju u d-dħul eżistenti. Madankollu, skont Carpatair, il-Maniġer tal-Ajruport ma kkunsidrax dan u, bħala riżultat, fl-2013 l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara pproċessa biss 757 009 passiġġieri. Dan kien 15 % inqas minn qabel il-wasla ta’ Wizz Air. Investitur prudenti kien għalhekk jikkunsidra li kien dan it-traffiku stess li ġab rendiment ta’ kwalità għolja, u kien jillimita l-vantaġġ mogħti lil Wizz Air għal rotot ġodda biss. Dan ma kienx il-każ. Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni ta ribass ta’ 85 % fuq l-imposti kollha, fuq is-servizzi tal-immaniġġjar u anke fuq il-materjal użat għal tliet snin, fuq ir-rotot kollha, inkluż għalhekk nofshom li diġà jittajru minn Carpatair. Investitur għaqli kien ikun jaf li jekk idgħajjef il-klijent prinċipali tiegħu, Carpatair, kien se jeqred il-hub eżistenti u r-riżorsi marbuta magħha. Investitur privat għaqli kellu jkun konxju tal-marġni ta’ profittabbiltà reali fl-industrija, b’mod partikolari ta’ dawk il-linji tal-ajru li joperaw fuq mudell ta’ hub u spoke. Meta wieħed iqis li nofs id-dħul biss li ġej mill-operazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara (20 % tad-dħul totali ta’ Carpatair) kien jintilef wara l-implimentazzjoni tal-għajnuna allegata, it-tnaqqis fir-ritmu tal-profittabbiltà jkun ta’ telf ta’ 15 % fuq id-dħul totali minn profitt ta’ 5 %. Meta espress f’ċifri assoluti, it-telf rispettiv kien ifisser impatt negattiv ta’ EUR 10 - 15-il miljun fis-sena. |
|
(114) |
Carpatair iddikjarat li investitur prudenti kien jiżvela r-riżultati ta’ studju kkummissjonat fl-2006 li wera l-ħtieġa li tissewwa r-runway b’kost ta’ EUR 30 miljun. Id-direttur tal-ajruport il-ġdid għamel l-informazzjoni disponibbli fl-2010. Investitur privat prudenti huwa ggwidat mill-prospett ta’ profittabbiltà fit-tul li jippermetti li jiġi evitat il-kunċett ta’ terminu qasir ta’ profitt marġinali li jirriżulta minn dħul inkrementali estremament baxx bħal EUR 1 għal kull passiġġier. Huwa ċar li l-Maniġer tal-Ajruport, meta injora l-kostijiet tat-tiswija u - għall-kuntrarju – ippermetta lil linja tal-ajru li bilfors kellha tgħabbi żżejjed u tagħmel ħsara fuq ir-runway, ma kkunsidrax il-profittabbiltà fit-tul. Investitur prudenti fl-industrija tal-linji tal-ajru kien jimponi ħlas addizzjonali fuq tali linja tal-ajru, għal kull moviment ta’ operazzjoni ta’ tagħbija żejda. |
|
(115) |
Carpatair sostniet li fil-bidu tal-2012, il-Maniġer tal-Ajruport ikkundizzjona t-tiġdid tal-kuntratt tiegħu bil-ftehim ta’ Carpatair bl-arranġamenti ma’ Wizz Air u t-termini tiegħu. |
|
(116) |
Carpatair allegat li l-MEOP mhuwiex sodisfatt. Carpatair sostniet li ma saret l-ebda analiżi ex ante u l-ebda pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ma ġie ppreżentat lill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida tal-2005 dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (16) (il-“Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005”). |
|
(117) |
Carpatair ċaħdet l-argumenti tar-Rumanija dwar il-fatt li l-introjtu minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għandu jiġi inkluż fl-analiżi tal-MEOP. Carpatair iddikjarat li r-Rumanija ma kinitx f’pożizzjoni li tissottometti analiżi ekonomika dettaljata ta’ kif is-sussidji lil Wizz Air ikunu ġġustifikati minn żieda fil-profitt minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. |
6.1.2. Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014
|
(118) |
Carpatair iddikjarat li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jikkonfermaw li l-miżuri kienu għajnuna mill-Istat. It-test tal-MEOP ma ġiex issodisfat peress li ma kienx hemm pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ex ante u konsegwentement, l-awtoritajiet Rumeni ma pprovdewx lill-Kummissjoni b’tali pjan jew projezzjonijiet ta’ profittabbiltà tal-Ftehimiet tal-2008. |
|
(119) |
Carpatair sostniet li l-aħħar data finanzjarja tal-Maniġer tal-Ajruport tikkonferma li l-għajnuna hija inkompatibbli. Carpatair argumentat li l-għajnuna mill-Istat naqqset il-profittabbiltà tal-Maniġer tal-Ajruport u l-għajnuna ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi għall-għajnuna tal-bidu. |
|
(120) |
Carpatair informat ukoll lill-Kummissjoni li hija ressqet ilment quddiem il-Kunsill tal-Kompetizzjoni Rumen billi allegat li l-Maniġer tal-Ajruport abbuża mill-pożizzjoni dominanti tiegħu billi offra kundizzjonijiet diskriminatorji lil-linji tal-ajru. |
6.2. Wizz Air
6.2.1. Miżura 2 – Skontijiet u Ribassi skont l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010
|
(121) |
Wizz Air sostniet li skont sa 85 % skont l-AIP tal-2010 qatt ma ġie applikat. Minflok, ġie applikat skont massimu medju ta’ 73 % wara li l-Ministeru tat-Trasport Rumen oppona l-iskema ta’ imposti msemmija hawn fuq. |
|
(122) |
Barra minn hekk, skont Wizz Air, ma hemm l-ebda selettività u vantaġġ favur tagħha skont l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010. Linji tal-ajru oħra joperaw inġenji tal-ajru tal-istess daqs u MTOW bħal dak ta’ Wizz Air u għalhekk jistgħu jibbenefikaw mill-istess livell ta’ skont. |
|
(123) |
Wizz Air allegat li sa mill-wasla tagħha, ix-xejra ġenerali lejn l-użu ta’ inġenji tal-ajru akbar kienet imħeġġa mill-Maniġer tal-Ajruport, u l-għadd ta’ passiġġieri żdied b’36 % fil-perjodu mill-2007 sal-2010, b’żieda fil-moviment ta’ 2 % biss. |
|
(124) |
Għall-kuntrarju ta’ Carpatair, Wizz Air offriet servizz ta’ nollijiet baxxi, u l-operazzjonijiet tagħha kienu effiċjenti. Konsegwentement, kien ekonomikament razzjonali li l-provvista ta’ infrastruttura u servizzi inqas għalja jwasslu għall-applikazzjoni ta’ imposti aktar baxxi minn ajruport li jaġixxi bħala MEO. Wizz Air iddikjarat li tat spinta lit-traffiku tal-Ajruport billi żiedet id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi. |
6.2.2. Miżura 3 – Ftehimiet tal-2008 bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport
|
(125) |
Wizz Air argumentat li n-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ex ante mhuwiex evidenza li l-awtoritajiet Rumeni naqsu milli jaġixxu bħala MEO. |
|
(126) |
Wizz Air ħatret konsulent ekonomiku, Oxera Consulting Ltd, sabiex tħejji l-Valutazzjoni Ekonomika tal-MEIP fir-rigward tal-Ajruport. Ir-rapport ta’ Oxera, li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Ottubru 2011, kellu l-għan li jistabbilixxi jekk it-test tal-MEOP ġiex sodisfatt fil-ftehimiet bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air. |
|
(127) |
L-analiżi ta’ Oxera ffokat fuq il-Ftehimiet tal-2008 kif ukoll l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010. |
|
(128) |
Skont Oxera, l-imposti mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara għandhom jitqabblu mal-imposti mħallsa minn Wizz Air f’ajruporti simili fuq perjodu ta’ żmien xieraq. |
|
(129) |
Fl-analiżi ta’ Oxera, intgħażlu tliet ajruporti bħala komparaturi rilevanti għall-finijiet ta’ din l-analiżi. Oxera sostniet li l-istruttura ta’ sjieda u finanzjament ta’ dawn l-ajruporti hija tali li kollha kemm huma x’aktarx iġibu ruħhom b’mod konsistenti mal-ajruporti ta’ “investituri privati”, u dawn huma destinazzjonijiet ta’ Wizz Air li huma ġeneralment komparabbli f’numru ta’ dimensjonijiet. |
|
(130) |
Abbażi tad-data riċevuta mingħand Wizz Air, Oxera kkonkludiet li l-imposti globali mħallsa mil-linja tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara jistgħu jitqabblu mal-imposti rispettivi mħallsa fit-tliet ajruporti komparaturi bejn 2008 - 2009 u 2010 - 2011, kemm fuq bażi ta’ kull passiġġier kif ukoll fuq bażi ta’ tlugħ u nżul. |
|
(131) |
Skont Oxera, l-analiżi wriet li l-livell globali tal-imposti mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, skont il-ftehimiet dettaljati, huwa ogħla, bħala medja, mil-livell medju komparabbli ta’ imposti mħallsa mil-linja tal-ajru fl-ajruporti komparaturi. Il-prezzijiet aktar baxxi mħallsa minn Wizz Air fl-ajruporti komparaturi jissuġġerixxu li investitur privat x’aktarx kien jidħol f’kuntratt fuq it-termini tal-ftehim bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air. |
|
(132) |
Il-valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-ftehimiet turi li investitur razzjonali fis-settur privat ikun lest li jidħol fl-istess ftehim ma’ Wizz Air. Għalhekk, l-analiżi tal-profittabbiltà implikat li, billi kkonkluda diversi ftehimiet ma’ Wizz Air, il-Maniġer tal-Ajruport ġab ruħu b’mod konsistenti mal-MEOP. |
|
(133) |
B’mod ġenerali, Oxera kkonkludiet li r-riżultat tal-analiżi tal-komparatur u l-analiżi tal-profittabbiltà tal-ftehimiet issuġġerew li l-imposti mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kienu komparabbli ma’ livell ta’ imposti li kienu jiġu offruti lil Wizz Air minn investitur li jopera f’ekonomija tas-suq proprjetarju ta’ ajruport f’ċirkostanzi simili. |
6.2.3. Miżura 4 – Qtugħ ta’ imposti tal-ajruport fatturati lil Wizz Air għall-perjodu Ottubru 2009 - Frar 2010
|
(134) |
Fil-fehma ta’ Wizz Air, huwa ċar li l-allegat ammont pendenti dovut lill-Maniġer tal-Ajruport ma kienx jikkostitwixxi għajnuna. Wizz Air sostniet li kellha pretensjonijiet reċiproċi kontra l-Maniġer tal-Ajruport li rriżultaw mit-treġġigħ lura ta’ proċedura ta’ tpaċija bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air. |
|
(135) |
Wizz Air argumentat li l-imputabbiltà tal-Istat ma ġietx ippruvata għaliex il-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-Istat kien involut fin-nuqqas ta’ ħlas ta’ imposti dovuti. |
|
(136) |
L-għajnuna allegata mogħtija mill-Maniġer tal-Ajruport lil-linji tal-ajru mhijiex attribwibbli lill-Istat Rumen bi kwotazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti fi Stardust Marine (17). Skont Wizz Air, il-Maniġer tal-Ajruport jidher li aġixxa b’mod awtonomu u mingħajr l-approvazzjoni jew anke l-għarfien tal-Istat Rumen. L-intervent tal-gvern Rumen kien jikkonsisti biss f’ordnijiet biex jiġu invertiti ċerti miżuri adottati mill-Maniġer tal-Ajruport li ġew diżapprovati ex post mill-gvern. |
6.2.4. Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014
|
(137) |
Wizz Air tenniet li l-Ftehimiet tal-2008 mal-Maniġer tal-Ajruport ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. |
|
(138) |
Skont Wizz Air, il-ftehimiet bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air kienu konformi mat-test tal-MEOP. It-tqabbil mal-prezz tas-suq u l-analiżi tal-profittabbiltà ex ante, deskritti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, ġew applikati f’dan il-każ, kif intwera mir-rapport ta’ Oxera. |
|
(139) |
Wizz Air issib li l-allegata għajnuna mill-Istat lill-Maniġer tal-Ajruport, jekk kien hemm, ma ġietx mgħoddija lil Wizz Air. Hija rreferiet għall-punti 11 u 65 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 li skonthom meta ajruport ikun il-benefiċjarju ta’ għajnuna, il-vantaġġ li jirriżulta minn tali għajnuna ma jingħatax lil linja tal-ajru speċifika jekk l-infrastruttura rilevanti tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha u ma jkunx iddedikat għal linja tal-ajru speċifika u l-linji tal-ajru jħallsu tariffi li jkopru mill-inqas il-kost inkrementali tal-operazzjoni tagħhom fl-ajruport. |
|
(140) |
Wizz Air iddikjarat li dawn il-kundizzjonijiet kienu ssodisfati. Wizz Air ma kinitx l-unika linja tal-ajru li topera inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 70 tunnellata MTOW fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara matul il-perjodu rilevanti u, għalhekk, linji tal-ajru oħra possibbilment ibbenefikaw minn ribassi simili jew akbar fuq l-imposti tal-ajruport minn Wizz Air. |
|
(141) |
Wizz Air ikkonkludiet mill-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, li anke jekk ikun instab li l-Maniġer tal-Ajruport ikun irċieva għajnuna, il-kompatibbiltà tagħha għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, b’intensitajiet tal-għajnuna permessi għal ajruporti taħt 700 000 passiġġier. |
6.3. Il-Maniġer tal-Ajruport
6.3.1. Miżura 3 – Ftehimiet tal-2008 bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport
|
(142) |
Il-Maniġer tal-Ajruport iddikjara li l-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma hija involuta fil-Ftehimiet tal-2008. |
|
(143) |
Skont il-Maniġer tal-Ajruport, ma kienx hemm selettività. L-għajnuna allegata pprovduta lil Wizz Air kienet disponibbli għal-linji tal-ajru komparabbli kollha fuq bażi trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni. |
|
(144) |
Il-Maniġer tal-Ajruport sostna li l-arranġament ta’ kummerċjalizzazzjoni kien jikkonċerna s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Wizz Air għall-Maniġer tal-Ajruport. Il-Maniġer tal-Ajruport kien se joffri tali arranġament lil linji tal-ajru oħra iżda ma setax, billi kien hemm limitazzjoni fuq kemm il-Maniġer tal-Ajruport seta’ jonfoq fuq ir-reklamar. |
|
(145) |
Il-Maniġer tal-Ajruport argumenta li ma kellu l-ebda aċċess għar-riżorsi tal-Istat. Ir-riżorsi tal-Istat intużaw biss għall-forniment ta’ infrastruttura mhux diskriminatorja bħal taxiways, rampi, tagħmir ta’ sigurtà, faċilitajiet tat-terminals u tagħmir tat-terminals. |
|
(146) |
Il-Maniġer tal-Ajruport allega li aġixxa b’mod awtonomu. Il-fatt li r-Rumanija hija azzjonista b’sehem ta’ 80 % fl-Ajruport ma jfissirx li l-Istat għandu kontroll dirett jew indirett fuq ir-riżorsi inkwistjoni. |
|
(147) |
L-MEOP ġie ssodisfat f’kull aspett fil-Ftehimiet tal-2008. Il-Maniġer tal-Ajruport iddikjara li kien wettaq kalkoli qabel ma kkonkluda l-Ftehimiet tal-2008. Skont il-Maniġer tal-Ajruport, ma kien hemm l-ebda obbligu legali li jħejji pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Il-Maniġer tal-Ajruport ma kellu l-ebda raġuni għaliex iżomm xi dokumentazzjoni. |
|
(148) |
Ir-Rapport ta’ RBB (18), mibgħut mill-Maniġer tal-Ajruport, fittex li jistma l-kostijiet u l-benefiċċji inkrementali għall-Maniġer tal-Ajruport skont il-Ftehimiet tal-2008. Skont ir-rapport, il-Ftehimiet tal-2008, anke matul it-tliet snin li fihom il-Maniġer tal-Ajruport ġarrab il-kost tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, ipproduċew redditu pożittiv għall-Maniġer tal-Ajruport. |
|
(149) |
Ir-Rapport ta’ RBB ikkunsidra t-titjib fl-effiċjenza li gawda minnu l-Ajruport bħala riżultat tal-operazzjoni ta’ Wizz Air. Id-data wriet li Wizz Air ġarret għadd ferm akbar ta’ passiġġieri għal kull moviment ta’ inġenju tal-ajru minn linji tal-ajru oħra li joperaw fl-Ajruport. Għalhekk, iż-żieda ta’ Wizz Air mal-portafoll tal-klijenti tal-Maniġer tal-Ajruport tatu żieda sostanzjali fl-għadd ta’ passiġġieri għal żieda żgħira biss fil-movimenti tal-inġenji tal-ajru. |
|
(150) |
Dan ir-ritmu tat-tkabbir tejjeb il-profittabbiltà tal-Ajruport: matul il-perjodu 2008 sa 2010, id-dħul operattiv totali tal-Maniġer tal-Ajruport żdied b’39 %, filwaqt li l-kostijiet operatorji totali żdiedu biss bi 22 %. |
|
(151) |
Skont ir-Rapport ta’ RBB, id-data wriet li Wizz Air għandha sehem ta’ dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi proporzjonat ma’ jew akbar mis-sehem tagħha kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-movimenti tal-inġenji tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. B’kuntrast ma’ dan, ir-Rapport ta’ RBB iddikjara li d-data wriet li Carpatair konsistentement tat kontribuzzjoni iżgħar għad-dħul tal-Maniġer tal-Ajruport minn dik konsistenti mal-użu tagħha tal-faċilitajiet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kif imkejjel mis-sehem tagħha ta’ passiġġieri u ta’ movimenti tal-inġenji tal-ajru. |
|
(152) |
Ir-rapport issuġġerixxa li Carpatair kisbet termini aħjar mill-Maniġer tal-Ajruport minn linji tal-ajru oħra, inkluża Wizz Air. Dan il-ħlas insuffiċjenti konsistenti meta mqabbel mal-użu tal-kapaċità jirrifletti l-ineffiċjenza relattiva, f’termini ta’ użu tal-ajruport, tal-modali tan-negozju ta’ Carpatair ibbażat fuq għadd kbir ta’ movimenti tal-inġenji tal-ajru li kull wieħed minnhom iġorr relattivament ftit passiġġieri. |
|
(153) |
Skont l-istudju mill-Università ta’ Timișoara, l-investimenti magħmula mill-Maniġer tal-Ajruport kienu profittabbli u ta’ benefiċċju. L-istudju allega li l-Maniġer tal-Ajruport aġixxa f’konformità mal-MEOP. |
|
(154) |
L-istudju ddikjara li l-Maniġer tal-Ajruport kellu strateġija korretta li wasslet għaż-żieda fl-għadd ta’ passiġġieri kif ukoll fil-movimenti tal-inġenji tal-ajru. Għal dan, meta jitqiesu bħala eżempju l-imposti fuq ajruporti oħra fil-pajjiż u barra mill-pajjiż, ġiet prodotta skema vantaġġuża ta’ skontijiet, speċjalment għal-linji tal-ajru li jġorru numri kbar ta’ passiġġieri u li joperaw inġenji tal-ajru b’kapaċità kbira. Barra minn hekk, l-imposti tal-kiri għall-postijiet ġewwa l-bini tat-terminal jirrispettaw il-prezz tas-suq, filwaqt li l-imposti kienu kompatibbli ma’ dawk prattikati f’Timișoara għal postijiet tal-istess tip. |
6.3.2. Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (il-Miżura 1 u l-Miżura 3)
|
(155) |
Il-Maniġer tal-Ajruport sostna li, abbażi tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, ma kien hemm l-ebda għajnuna illegali mill-Istat. Anke li kieku kien hemm għajnuna, din kienet tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(156) |
Skont il-Maniġer tal-Ajruport, l-għajnuna lill-Maniġer tal-Ajruport ikkontribwiet għal objettiv definit sew ta’ interess komuni peress li żiedet il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-konnettività tal-Kontea ta’ Timiș billi stabbiliet punti ta’ aċċess għal titjiriet ġewwa l-UE, indirizzat il-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f’ajruporti ċentrali ewlenin tal-UE, u ffaċilitat l-iżvilupp reġjonali fil-Kontea ta’ Timiș. |
|
(157) |
Il-Maniġer tal-Ajruport iddikjara li l-investiment kellu l-għan li joħloq kapaċità ġdida fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, filwaqt li l-infrastruttura l-ġdida tissodisfa, fit-terminu medju, id-domanda prevista tal-linji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-ispedizjoniera fiż-żona ta’ kummerċ tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. |
|
(158) |
Skont il-Maniġer tal-Ajruport, l-arranġamenti bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-test tal-MEOP. |
|
(159) |
Il-Maniġer tal-Ajruport applika ż-żewġ approċċi differenti deskritti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għat-test tal-MEOP. |
|
(160) |
Il-Maniġer tal-Ajruport sostna li l-prezz mitlub minn ajruport lil linja tal-ajru partikolari jikkorrispondi għall-prezz tas-suq: il-Maniġer tal-Ajruport fakkar li r-Rapport ta’ RBB wera li t-tariffi ajrunawtiċi mħallsa minn Carpatair fl-2010 kienu aktar baxxi minn dawk li kellhom jitħallsu minn Wizz Air. |
|
(161) |
Fil-fehma tal-Maniġer tal-Ajruport, l-arranġamenti kkontribwew għall-profittabbiltà tal-Ajruport billi kkwantifikat il-kostijiet u l-benefiċċji inkrementali: skont ir-Rapport ta’ RBB, għall-perjodu 2008 sa 2010, l-arranġamenti ma’ Wizz Air urew profitt inkrementali għall-Maniġer tal-Ajruport. |
|
(162) |
Barra minn hekk, filwaqt li l-imposti ajrunawtiċi għal Wizz Air kienu jirrappreżentaw fluss ta’ introjtu kontinwu għall-Maniġer tal-Ajruport minħabba operazzjonijiet kontinwi, madwar 50 % tal-kostijiet inkrementali li kellu jiffaċċja l-Maniġer tal-Ajruport kienu jikkonsistu f’pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ darba fl-2009. |
|
(163) |
Konsegwentement, il-Ftehimiet tal-2008 ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
6.4. L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA)
6.4.1. Miżura 3 – Ftehimiet tal-2008 bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport
|
(164) |
L-ERA (19) allegat li l-miżuri pprovduti lil Wizz Air huma għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(165) |
L-ERA temmen li d-data finanzjarja hija evidenza essenzjali tal-ksur u għalhekk għandha tiġi żvelata. |
|
(166) |
Skont l-ERA, l-eżistenza ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ċar għandha tifforma element essenzjali ta’ analiżi ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija. Pjan bħal dan għandu juri biċ-ċar il-vijabbiltà finanzjarja tar-rotta. |
|
(167) |
L-ERA enfasizzat li l-industrija tal-linji tal-ajru hija kkaratterizzata minn marġni tradizzjonalment baxx u minn rekwiżiti għoljin ta’ investiment kapitali. Għalhekk, vantaġġi kbar bħal dawn, iffinanzjati permezz ta’ fondi tal-Istat, malajr iwasslu biex dawk it-trasportaturi li ma jirċevux il-vantaġġ iħallu s-suq. |
|
(168) |
Fil-fehma tal-ERA, ir-riżultat mhuwiex biss distorsjoni tal-kompetizzjoni, iżda pożizzjoni dominanti potenzjali ta’ monopolju min-naħa tal-operatur tal-ajruport sussidjat li fadal. L-impatt fuq il-konsumatur fuq medda twila ta’ żmien huwa żieda fil-prezzijiet u tnaqqis fl-għażla. |
6.5. Eurojet
6.5.1. Miżura 2 – Skontijiet u Ribassi skont l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010
|
(169) |
Eurojet, kumpanija charter tan-negozju li topera wkoll fir-Rumanija, qablet li jingħata skont lil linja tal-ajru meta l-attivitajiet mhux tal-avjazzjoni jiffurmaw sehem importanti mid-dħul tal-ajruport. |
|
(170) |
Madankollu, fil-fehma ta’ Eurojet, l-iskont ta’ 85 % applikabbli għall-operaturi li jużaw inġenji tal-ajru b’massa akbar minn 70 tunnellata ġie introdott b’mod ċar għall-benefiċċju esklussiv ta’ operatur uniku. |
7. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA 1 – FINANZJAMENT OPERATTIV ANNWALI MOGĦTI LILL-MANIĠER TAL-AJRUPORT
7.1. Eżistenza ta’ Għajnuna
|
(171) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
|
(172) |
Għalhekk, il-kwalifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
|
(173) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport kien jammonta għal għajnuna mill-Istat. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li tali finanzjament pubbliku jikkostitwixxi għajnuna operatorja. |
|
(174) |
Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ir-Rumanija sostniet li l-għotjiet annwali ma kinux jikkostitwixxu għajnuna operatorja iżda kienu allokati għal investimenti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Ir-Rumanija argumentat ukoll li l-investimenti li saru ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat minħabba li dawn jew kienu jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika jew kienu konformi mal-MEOP. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni tfakkar li jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-għajnuna għall-investiment u l-għajnuna operatorja. Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija ddefinita bħala għajnuna maħsuba biex tiffinanzja l-assi kapitali fissi, speċifikament, sabiex tkopri d-“diskrepanza fil-finanzjament tal-ispejjeż kapitali”. L-għajnuna operatorja hija ddefinita bħala għajnuna biex tkopri d-“diskrepanza tal-likwidità operattiva”, jew fil-forma ta’ pagament bil-quddiem jew fil-forma ta’ pagamenti parzjali perjodiċi biex jiġu koperti l-kostijiet operatorji mistennija (ħlasijiet perjodiċi ta’ ammont f’daqqa). |
|
(176) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-proġetti ta’ investiment ippreżentati mir-Rumanija (Table 3) huma relatati mal-finanzjament ta’ assi kapitali fissi u kienu kontabilizzati fin-nefqa kapitali fil-kontijiet tal-Maniġer tal-Ajruport. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, b’mod partikolari l-atti legali li japprovaw il-proġetti ta’ investiment, il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra tali finanzjament bħala finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni se tanalizza jekk l-investimenti ppreżentati mir-Rumanija (Table 3) jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Imbagħad il-Kummissjoni se tnaqqas l-ammont annwali ta’ investimenti li ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat mill-ammont annwali totali ta’ investimenti. Id-differenza, jekk ikun hemm, hija l-ammont annwali ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lill-Maniġer tal-Ajruport. |
|
(178) |
Imbagħad il-Kummissjoni se tanalizza jekk l-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-Maniġer tal-Ajruport, jekk ikun hemm, tkunx kompatibbli. |
7.1.1. L-attività ekonomika u l-kunċett ta’ impriża
7.1.1.1. Prinċipji
|
(179) |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tistabbilixxi jekk il-Maniġer tal-Ajruport huwiex impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-kunċett ta’ impriża jkopri kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata (20). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti jew servizzi f’suq partikolari hija attività ekonomika. |
|
(180) |
Hija ġurisprudenza stabbilita li l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura ta’ ajruport għandhom jiġu kkunsidrati bħala attività ekonomika li taqa’ fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mit-12 ta’ Diċembru 2000, id-data tas-sentenza Aéroports de Paris (21). Ladarba operatur ta’ ajruport jipparteċipa f’attivitajiet ekonomiċi billi joffri servizzi tal-ajruport bi ħlas, irrispettivament mill-istatus legali tiegħu jew il-mod li bih jiġi ffinanzjat, dan jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, għaldaqstant, ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu kapaċi japplikaw għall-vantaġġi mogħtija mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat lil dak l-operatur tal-ajruport. |
|
(181) |
Filwaqt li l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għandu jiġi mfakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta’ operatur tal-ajruport huma neċessarjament ta’ natura ekonomika (22). |
|
(182) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tagħha bħala awtorità pubblika mhumiex ta’ natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (23). |
|
(183) |
Għalhekk, il-finanzjament tal-attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika jew tal-infrastruttura direttament relatata ma’ dawk l-attivitajiet b’mod ġenerali ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (24). F’ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, l-attivitajiet meħtieġa sabiex tiġi ssalvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u mat-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawn l-attivitajiet ġeneralment jiġu kkunsidrati bħala li huma ta’ natura mhux ekonomika (25). |
|
(184) |
Madankollu, il-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn il-linji tal-ajru u l-maniġers tal-ajruporti. Tabilħaqq, hija ġurisprudenza stabbilita li jkun hemm vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-kostijiet inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (26). Għalhekk, jekk f’ordinament ġuridiku partikolari tkun prassi normali li l-linji tal-ajru jew il-maniġers tal-ajruporti jġorru l-kostijiet ta’ ċerti servizzi, filwaqt li xi linji tal-ajru jew maniġers tal-ajruporti li jipprovdu l-istess servizzi f’isem l-istess awtoritajiet pubbliċi ma jkollhomx bżonn iġorru dawk il-kostijiet, dawn tal-aħħar jistgħu jkunu qegħdin igawdu minn vantaġġ, anke jekk dawk is-servizzi minnhom infushom jiġu kkunsidrati bħala mhux ekonomiċi (27). |
7.1.1.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(185) |
Il-Maniġer tal-Ajruport huwa involut fil-kostruzzjoni, fil-manutenzjoni u fl-operat tal-infrastruttura tal-ajruport. Il-Maniġer tal-Ajruport joffri servizzi tal-ajruport u jitlob ħlas lill-utenti – operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll utenti tal-avjazzjoni ġenerali mhux kummerċjali – għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport, sabiex b’hekk jisfruttaw l-infrastruttura b’mod kummerċjali. Għalhekk għandu jiġi konkluż li l-Maniġer tal-Ajruport kien involut f’attività ekonomika fil-perjodu li qed jiġi vvalutat u, għalhekk, jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(186) |
Ir-Rumanija sostniet li l-kostijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika (il-premessi (87) u (88)):
|
|
(187) |
Rigward l-investimenti fir-restawr tar-runway u fl-estensjoni tar-rampa fl-2007, fl-2008 u fl-2009, il-Kummissjoni tfakkar li jekk l-infrastruttura tintuża kemm għal attivitajiet ekonomiċi kif ukoll għal dawk mhux ekonomiċi, il-finanzjament pubbliku se jaqa’ biss taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sa fejn dan ikopri l-kostijiet marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi. |
|
(188) |
Madankollu, f’dan il-każ, l-investimenti fir-restawr tat-taxiway u fl-estensjoni tar-rampa kienu meħtieġa b’mod predominanti minħabba l-użu kummerċjali tal-faċilitajiet tal-ajruport. Ir-Rumanija argumentat li l-investimenti kienu meħtieġa biex jiġu ssodisfati t-talbiet ta’ żieda fil-previżjonijiet tat-traffiku kummerċjali, biex jiġi ġġenerat aktar dħul għall-Maniġer tal-Ajruport u biex tiżdied il-profittabbiltà tiegħu (il-premessa (86)). Il-Kummissjoni tfakkar li l-finanzjament tal-attività mhux ekonomika ta’ ajruport ma jistax iwassal għal sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi tal-ajruport. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-investimenti fir-restawr tar-runway u l-estensjoni tar-rampa huma kompletament marbuta ma’ attivitajiet ekonomiċi u għalhekk ma jaqgħux taħt il-mandat tal-politika pubblika. |
|
(189) |
Rigward l-investimenti f’tagħmir ta’ sigurtà, il-Kummissjoni tfakkar li l-attivitajiet meħtieġa sabiex tiġi ssalvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u mat-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet ġeneralment jiġu kkunsidrati bħala ta’ natura mhux ekonomika. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-kontroll tal-bagalji tal-istiva, tal-passiġġieri, tal-bagalji tal-kabina u l-kontroll tal-aċċess ta’ membri tal-pubbliku għaż-żona ta’ sigurtà ta’ ajruport bħala miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali (28). |
|
(190) |
Ir-Rumanija kkonfermat li skont l-ordni ġuridiku Rumen, l-Istat jiffinanzja t-tagħmir ta’ sigurtà tal-ajruporti kollha abbażi tad-Deċiżjoni tal-Gvern 1661 mis-6 ta’ Diċembru 2007. |
|
(191) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-investimenti f’tagħmir ta’ sigurtà fl-2008 kif ippreżentat mir-Rumanija bħala meħtieġa sabiex tiġi ssalvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali. Għalhekk, l-investimenti jaqgħu taħt il-mandat tas-servizz pubbliku u b’hekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
|
(192) |
Rigward l-investimenti fl-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, ir-Rumanija tiddikjara li l-investimenti inizjali għal estensjoni tat-terminal kienu skattati minn kunsiderazzjonijiet ekonomiċi iżda kienu wkoll essenzjali għall-ħolqien ta’ terminal li jikkonforma mal-miżuri ta’ sikurezza meħtieġa mir-regoli tal-UE dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-kontroll tal-fruntieri ta’ Schengen. B’mod partikolari, dawn il-miżuri huma relatati mas-separazzjoni tal-passiġġieri. Ma kien hemm l-ebda speċifikazzjoni dwar liema investimenti kienu strettament meħtieġa għall-konformità ma’ tali regoli u għalhekk għall-eżerċitar tas-setgħat pubbliċi. |
|
(193) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-finanzjament tal-attività mhux ekonomika ta’ ajruport ma jistax iwassal għal sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi tal-ajruport. Abbażi tas-sottomissjoni tar-Rumanija, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-investimenti fit-terminals twettqu fil-parti l-kbira tagħhom għal skopijiet ekonomiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-investimenti f’terminals mhux ta’ Schengen ma jaqgħux taħt il-mandat tal-politika pubblika. |
|
(194) |
Bħala konlużjoni, il-Kummissjoni ssib li:
|
7.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
7.1.2.1. Prinċipji
|
(195) |
Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat. |
|
(196) |
Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (29). Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE, riżorsi tal-Istat (30). |
7.1.2.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(197) |
Il-finanzjament pubbliku mogħti lill-Maniġer tal-Ajruport ġie deċiż mid-deċiżjonijiet tal-Gvern 615/2002 u 1212/2007 (il-premessa (39)) u kien f’forma ta’ għotjiet diretti mill-baġit tal-awtorità nazzjonali, jiġifieri l-Ministeru tat-Trasport tar-Rumanija. Il-fondi ngħataw għall-proġetti ta’ investiment u ġew irreġistrati bħala nefqa kapitali. Il-fondi ġew allokati matul l-investiment kollu fuq il-bażi ta’ baġit approvat għas-sena kkonċernata. |
|
(198) |
Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn iridu jiġu ffinanzjati permezz tar-riżorsi tal-Istat u li għandhom ikunu wkoll imputabbli lill-Istat. |
7.1.3. Selettività
7.1.3.1. Prinċipji
|
(199) |
Sabiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”. B’hekk, huma biss dawk il-miżuri tal-Istat li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b’mod selettiv li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(200) |
Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, meta t-termini tal-ftehim konkluż kienu proposti b’mod selettiv mill-Istat lil operatur wieħed jew aktar minflok fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, stabbiliti b’test ta’ applikazzjoni ġenerali, applikabbli għal kwalunkwe operatur, flimkien ma’ elementi oħra, dan jista’ jkun indikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat (31). |
7.1.3.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(201) |
F’dan il-każ, l-appoġġ finanzjarju ġie propost u mogħti mill-Istat lil impriża waħda, jiġifieri l-Maniġer tal-Ajruport biss. Din hija miżura individwali. Għalhekk, il-Miżura 1 kienet selettiva skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.1.4. Vantaġġ ekonomiku
7.1.4.1. Prinċipji
|
(202) |
Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kenitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat. Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-għan tal-intervent mill-Istat. Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb bħala riżultat ta’ intervent mill-Istat, ikun hemm il-preżenza ta’ vantaġġ. |
|
(203) |
Barra minn hekk, riżorsi pubbliċi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ impriża mill-Istat, direttament jew indirettament, f’ċirkostanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat (32) (il-“Prinċipju tal-MEO” jew l-“MEOP”). |
|
(204) |
Il-Prinċipju tal-MEO japplika biss jekk l-Istat ikun aġixxa bħala operatur tas-suq privat li jkun f’ċirkostanzi komparabbli. |
|
(205) |
Il-kunsiderazzjonijiet reġjonali jew ta’ politika ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-finijiet tat-test tal-MEOP. Kwalunkwe riperkussjoni pożittiva fuq l-ekonomija jew fuq l-aċċessibbiltà tar-reġjun li fih tinsab l-impriża għandha tiġi mwarrba (33). |
|
(206) |
It-test tal-MEOP jenħtieġ li jkun ibbażat fuq informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fiż-żmien meta ngħata l-finanzjament pubbliku u ma għandux jiddependi minn xi analiżi bbażata fuq sitwazzjoni posterjuri (34). |
|
(207) |
Konsegwentement, rigward il-finanzjament pubbliku lill-ajruporti, l-analiżi ta’ konformità mat-test tal-MEOP għandha tkun imsejsa fuq prospetti ta’ profittabbiltà ex ante soda għall-entità li tagħti l-finanzjament (35). Kwalunkwe previżjoni tat-traffiku użata għal dak l-iskop jenħtieġ li tkun realistika u soġġetta għal analiżi tas-sensittività raġonevoli. In-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jikkostitwixxi indikazzjoni li t-test tal-MEOP jista’ ma jiġix issodisfat (36). |
|
(208) |
Fin-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu analiżi jew dokumenti interni mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-ajruport ikkonċernat li juru b’mod ċar li analiżi ex ante turi li t-test tal-MEOP huwa ssodisfat (37). |
|
(209) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, huwa l-Istat Membru nnifsu li għandu jistabbilixxi li huwa aġixxa bħala investitur privat prudenti (38) u ppreżenta lill-Kummissjoni l-evidenza f’dan ir-rigward (39). |
7.1.4.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(210) |
Fil-każ preżenti, sabiex tiddetermina jekk il-finanzjament pubbliku jagħtix vantaġġ lill-Maniġer tal-Ajruport li kieku ma kienx jikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni trid tqabbel l-imġiba tal-awtoritajiet pubbliċi li qed jipprovdu l-għotjiet għal investiment dirett u l-injezzjonijiet ta’ kapital ma’ dik ta’ operatur f’ekonomija tas-suq li, mingħajr ma jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali, tal-politika reġjonali u settorjali kollha, huwa ggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà fit-tul, matul it-tul ta’ żmien tal-investiment (40). Dawn il-prospetti huma partikolarment rilevanti għall-investiment fl-infrastruttura, li spiss jinvolvu ammonti kbar ta’ riżorsi finanzjarji u jistgħu jipproduċu redditu pożittiv biss wara ħafna snin. Kwalunkwe valutazzjoni ta’ profittabbiltà ta’ ajruport għandha tikkunsidra d-dħul tal-ajruport. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni tinnota li inizjalment, il-Gvern kellu 100 % tal-ishma tal-Maniġer tal-Ajruport (il-premessa (28)). Madankollu, il-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu naqset għal 80 % tal-ishma fi tmiem l-2008. Id-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Gvern meta mqabbel mal-proporzjon tal-kostijiet li jkun iffinanzja jiġi kkunsidrat għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-MEOP. |
|
(212) |
Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet li kienu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet Rumeni rilevanti, fiż-żmien meta ngħata l-finanzjament pubbliku (41). |
|
(213) |
Skont ir-Rumanija, l-investimenti li ġejjin saru f’konformità mal-MEOP (il-premessa (86):
|
|
(214) |
Skont ir-Rumanija, dawn l-investimenti kienu ggwidati minn prospetti ta’ profittabbiltà fit-tul li minnhom l-Istat jista’ jibbenefika f’pożizzjoni doppja: dik ta’ azzjonist li jirċievi dividendi u bħala sid li jirċievi tariffa ta’ konċessjoni (ikkalkolata bħala 2 % tal-introjtu gross riċevut permezz tal-isfruttament tal-konċessjoni) (il-premessa (86)). Ir-Rumanija tiddikjara li l-Pjan ta’ Żvilupp li sar fl-2006 u l-Valutazzjoni tal-Kapaċità li saret fl-2006 indikaw sostenibbiltà ekonomika tal-investimenti. Skont ir-Rumanija, is-sostenibbiltà ekonomika setgħet kienet mistennija hekk kif iż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri u t-titjib fl-effiċjenza jżidu d-dħul mill-operat tal-infrastruttura tal-ajruport (il-premessa (86)). |
|
(215) |
Il-Kummissjoni l-ewwel se tqis jekk l-istudji ta’ fattibbiltà ex ante pprovduti mir-Rumanija għall-investimenti ta’ hawn fuq humiex biżżejjed biex tiġi ppruvata l-konformità mal-MEOP. |
Studji tal-fattibbiltà
|
(216) |
Ir-Rumanija ppreżentat studji ta’ fattibbiltà mħejjija fid-dawl tal-investimenti relatati mar-restawr tar-runway u mal-estensjoni tar-rampa, għall-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, għall-iżvilupp ta’ triq ta’ aċċess u ta’ żona tal-parkeġġ u għat-tagħmir tad-dawl. L-istudji ta’ fattibbiltà għandhom l-għan li jivvalutaw il-profittabbiltà globali tal-proġetti li rċevew investimenti mill-Istat. Għalhekk, dawn jintużaw biex jiġi analizzat jekk ir-Rumanija investietx fi proġetti li kienu mistennija li jkunu profittabbli. |
|
(217) |
L-istudju ta’ fattibbiltà għar-restawr tar-runway u l-estensjoni tar-rampa sab valur preżenti nett (il-“VPN”) ta’ EUR 3,791 miljun u rata ta’ redditu interna ta’ 10,56 % (bl-użu ta’ rata ta’ skont ta’ 5 %). Il-Kummissjoni sabet li dan l-istudju juri għadd ta’ nuqqasijiet. B’mod partikolari, il-valur tal-VPN juri diskrepanzi sinifikanti meta mqabbel mal-valuri tal-VPN stabbiliti fl-istudji ta’ fattibbiltà ex post. Il-perjodu ta’ previżjoni ta’ 25 sena huwa twil wisq, minħabba n-natura limitata tat-tip ta’ investimenti restorattivi mwettqa mir-Rumanija, speċjalment meta jiġi kkunsidrat il-kontribut limitat tagħha għaż-żieda globali fl-għadd ta’ passiġġieri. B’kuntrast ma’ dan, l-istudju ta’ fattibbiltà ex post iħares lejn perjodu ta’ previżjoni sostanzjalment iqsar għal dan l-investiment (6 snin). Barra minn hekk, l-istudju ma jinkludi l-ebda evoluzzjoni tat-traffiku li kellha tkun il-bażi għad-dħul previst. Ir-rati ta’ inflazzjoni previsti mhumiex spjegati u huma baxxi ħafna (1,5 % mis-sena 11), b’kunsiderazzjoni tar-rata ta’ inflazzjoni f’dak iż-żmien (4,7 % fl-2007, 7,9 % fl-2008). Ir-rata ta’ skont ta’ 5 % mhijiex spjegata u tidher baxxa wisq, speċjalment meta mqabbla ma’ investimenti kontemporanji oħra, bħall-modernizzazzjoni u l-estensjoni taż-żona ta’ parkeġġ. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li dan l-istudju huwa raġonevoli. Barra minn hekk, filwaqt li parti kbira mill-investimenti twettqu fl-2007, l-istudju sar f’Lulju 2008. Għalhekk, dan l-istudju ta’ fattibbiltà ma jistax jikkonferma l-profittabbiltà tal-investimenti kif meħtieġ mit-test tal-MEOP (42). |
|
(218) |
Rigward l-istudju ta’ fattibbiltà għall-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, il-Kummissjoni sabet li meta kien qed jiġi kkalkolat il-VPN tat-terminal, l-istudju ma kkunsidrax l-investimenti bħala kostijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-istudju ta’ fattibbiltà bħala prova ta’ konformità mal-MEOP. Barra minn hekk, l-istudju sar f’Ġunju 2008 u jidher li huwa relatat biss mal-investimenti fl-2009. |
|
(219) |
Rigward l-istudju ta’ fattibbiltà għall-modernizzazzjoni u l-estensjoni tal-parkeġġ li fuq il-bażi tiegħu saru l-investimenti relatati mal-iżvilupp ta’ triq ta’ aċċess u ta’ parkeġġ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-istudju huwa raġonevoli. L-istudju jassumi żieda ta’ 15 % fid-dħul miż-żieda mistennija fl-utenti tal-parkeġġ marbuta maż-żieda fl-għadd ta’ passiġġieri. L-istudju sab VPN pożittiv bl-użu ta’ rata ta’ skont ta’ 15 % matul it-tul ta’ żmien mistenni tal-investiment ta’ tmien snin. Il-Kummissjoni ssib li r-rata ta’ skont ta’ 15 % hija raġonevoli u t-tul ta’ żmien tal-investiment huwa qasir b’mod konservattiv. L-istudju juri li l-investiment se jkun diġà amortizzat wara ħames snin. L-istudju sar f’Novembru 2005 u għalhekk huwa xieraq biex jindika l-konformità tal-MEOP tal-investiment fl-2007. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fiż-żmien meta ġie deċiż il-finanzjament tal-modernizzazzjoni u tal-estensjoni tal-parkeġġ, il-Gvern kellu 100 % tal-ishma fil-Maniġer tal-Ajruport. Għalhekk mhuwiex meħtieġ li l-VPN tal-proġett jiġi aġġustat b’mod proporzjonat. |
|
(220) |
Ir-Rumanija sostniet li d-data rilevanti għall-istudju ta’ fattibbiltà għat-tagħmir tad-dawl hija d-data meta tħejjiet minn IPTANA SA, li bdiet taħdem fuq l-istudju f’Awwissu 2007 taħt il-Kuntratt Nru 1016/22.8.2007 u ngħatat opinjoni favorevoli mill-Kunsill Tekniku u Ekonomiku tal-Ministeru tat-Trasport fl-Opinjoni Nru 33/1998, riveduta fl-2007. Madankollu, id-data eżatta ta’ meta sar l-istudju mhijiex disponibbli. Fi kwalunkwe każ, l-istudju ta’ fattibbiltà għat-tagħmir tad-dawl ma kienx jinkludi analiżi tal-profittabbiltà, iżda elabora l-istimi tal-kostijiet għal dan il-proġett. Għalhekk, dan ma wriex kif l-imġiba tal-Maniġer tal-Ajruport kienet iggwidata mill-prospetti ta’ profittabbiltà fit-tul. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-istudju ta’ fattibbiltà bħala prova ta’ konformità mal-MEOP. |
|
(221) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-istudju ta’ fattibbiltà ex ante mħejji fid-dawl tal-investimenti relatati mat-triq ta’ aċċess u maż-żona tal-parkeġġ huwa suffiċjenti biex tiġi pprovata l-konformità mal-MEOP. Il-Kummissjoni ssib li l-istudji ta’ fattibbiltà għar-restawr tat-taxiway u għall-estensjoni tar-rampa, għad-dawl u għat-terminal mhux ta’ Schengen ma jurux konformità mal-MEOP. |
Studji ta’ profittabbiltà ex ante mibnija mill-ġdid ex post
|
(222) |
Il-Maniġer tal-Ajruport ippreżenta wkoll studji ta’ profittabbiltà ex ante mibnija mill-ġdid ex post għall-investimenti elenkati fil-premessa (213). |
|
(223) |
Rigward l-investimenti fir-restawr tar-runway u l-estensjoni tar-rampa, l-istudju ta’ profittabbiltà mibni mill-ġdid ex post sab VPN ta’ EUR 1 784 600,12 u rata ta’ redditu interna ta’ 13,12 %. Ir-rata ta’ skont użata kienet ta’ 9,1 %. L-istudju ex post mibni mill-ġdid jassumi previżjoni differenti tat-traffiku tal-passiġġieri minn dak disponibbli ex ante fuq il-bażi tal-Pjan ta’ Żvilupp. Dawn il-previżjonijiet tal-passiġġieri huma aktar konservattivi u n-numru stmat ta’ passiġġieri huwa aktar baxx minn dak inkluż fil-Pjan ta’ Żvilupp. F’dan ir-rigward, il-profittabbiltà mistennija kienet għalhekk tkun saħansitra ogħla li kieku kellha tiġi kkunsidrata l-previżjoni tal-għadd ta’ passiġġieri fil-Pjan ta’ Żvilupp. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet stmati ta’ investiment huma differenti mill-istudju ta’ fattibbiltà ex ante li sar f’Lulju 2008. Il-Kummissjoni ma tistax tivverifika jekk is-suppożizzjonijiet dwar il-kostijiet ta’ investiment humiex dawk li setgħu kienu mistennija ex ante. Konsegwentement, mhuwiex possibbli li jiġi konkluż li s-suppożizzjonijiet li ġew kkunsidrati huma dawk li kienu jkunu disponibbli qabel ma ngħata l-finanzjament pubbliku u li l-istudju mibni mill-ġdid ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jipprovdi analiżi tal-profittabbiltà ex ante affidabbli. |
|
(224) |
Rigward l-investiment fit-tagħmir tad-dawl, l-istudju ta’ profittabbiltà mibni mill-ġdid ex post ipprovdut mill-Maniġer tal-Ajruport sab VPN ta’ EUR 226 066,84 u rata ta’ redditu interna ta’ 26,9 %. Ir-rata ta’ skont użata kienet ta’ 9,1 %. L-istudju ex post mibni mill-ġdid jassumi previżjoni differenti tat-traffiku tal-passiġġieri minn dik disponibbli ex ante fil-Pjan ta’ Żvilupp. Dawn il-previżjonijiet tal-passiġġieri użati huma aktar konservattivi peress li n-numru stmat ta’ passiġġieri huwa aktar baxx minn dak inkluż fil-Pjan ta’ Żvilupp. F’dan ir-rigward, il-profittabbiltà mistennija kienet għalhekk tkun saħansitra ogħla li kieku kellha tiġi kkunsidrata l-previżjoni tal-għadd ta’ passiġġieri fil-Pjan ta’ Żvilupp. Din l-analiżi ex ante mibnija mill-ġdid ex post tidher raġonevoli biex tindika l-prospetti ta’ profittabbiltà ex ante tal-investiment fit-tagħmir tad-dawl fl-2008. |
|
(225) |
Il-Maniġer tal-Ajruport ipprovda studju ta’ profittabbiltà li nbena mill-ġdid ex post għall-investiment fit-terminal mhux ta’ Schengen. Dan l-istudju sab VPN ta’ EUR 2 536 094,92 u rata ta’ redditu interna ta’ 14,71 %. Ir-rata ta’ skont użata kienet ta’ 8,67 %. L-istudju ex post mibni mill-ġdid jassumi previżjoni differenti tat-traffiku tal-passiġġieri minn dik disponibbli ex ante fil-Pjan ta’ Żvilupp. Dawn il-previżjonijiet tal-passiġġieri użati huma aktar konservattivi u n-numru stmat ta’ passiġġieri huwa aktar baxx minn dak inkluż fil-Pjan ta’ Żvilupp. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax tivverifika jekk is-suppożizzjonijiet dwar il-kostijiet ta’ investiment humiex dawk li setgħu kienu mistennija ex ante. Barra minn hekk, mhuwiex ċar kif il-kostijiet ta’ investiment fl-istudju mibni mill-ġdid huma relatati mal-kostijiet ta’ investiment preżunti fl-istudju ta’ profittabbiltà ex ante li sar f’Ġunju 2008 (il-premessa (218)). Konsegwentement, mhuwiex possibbli li jiġi konkluż li s-suppożizzjonijiet li ġew ikkunsidrati huma dawk li kienu jkunu disponibbli qabel ma ngħata l-finanzjament pubbliku u għalhekk l-istudju mibni mill-ġdid ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jipprovdi analiżi tal-profittabbiltà ex ante affidabbli għall-investiment fit-terminal mhux ta’ Schengen. |
7.1.4.3. Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku
|
(226) |
Kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Rumanija aġixxiet f’konformità mal-MEOP meta investiet fil-proġett ta’ żvilupp ta’ triq ta’ aċċess u ta’ parkeġġ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kif jidher fit-Table 3. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament relatat ma’ dan l-investiment ma tax vantaġġ ekonomiku lill-Maniġer tal-Ajruport. |
|
(227) |
Rigward it-tliet proġetti l-oħra ta’ investiment (ir-restawr tat-taxiway u l-estensjoni tar-rampa, l-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen u t-tagħmir tad-dawl), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament pubbliku għal dawn it-tliet proġetti ta’ investiment ipprovda vantaġġ ekonomiku lill-Maniġer tal-Ajruport. |
7.1.5. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
7.1.5.1. Prinċipji
|
(228) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ fl-UE, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn din l-għajnuna (43). |
|
(229) |
Billi l-operazzjoni ta’ ajruport hija attività ekonomika, minn naħa waħda, il-kompetizzjoni sseħħ bejn l-ajruporti sabiex jattiraw il-linji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (passiġġieri u merkanzija) u, min-naħa l-oħra, bejn il-maniġers tal-ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom sabiex jiġu fdati bil-ġestjoni ta’ ajruport partikolari. Barra minn hekk, b’mod partikolari fir-rigward ta’ trasportaturi bi prezzijiet baxxi u operaturi ta’ titjiriet noleġġati, ajruporti li ma jkunux jinsabu fl-istess żona ta’ kummerċ jew saħansitra li jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti jistgħu wkoll ikunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin sabiex jattiraw lil dawk il-linji tal-ajru. |
|
(230) |
Għalhekk, finanzjament pubbliku ta’ ajruport jista’ jwassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni bejn l-ajruporti. Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti tista’ tiġi vvalutata fid-dawl tal-kriterji tal-għażla tal-linji tal-ajru, u b’mod partikolari billi jitqabblu fatturi bħat-tip ta’ servizzi tal-ajruport ipprovduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess bl-art, u l-livell ta’ imposti għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport (44). |
|
(231) |
Kif issemma fil-punt 40 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u kif affermat mill-ġdid fil-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, lanqas ma huwa possibbli li jiġu esklużi ajruporti żgħar mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Barra minn hekk, il-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjara espliċitament li “d-daqs relattivament żgħir tal-impriża li tirċievi finanzjament pubbliku ma jeskludix, bħala tali, il-possibbiltà li jista’ jiġi affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri.” |
7.1.5.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(232) |
Fiż-żmien taħt valutazzjoni, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kien it-tieni l-akbar ajruport fir-Rumanija (il-premessa (31)). Huwa ġarr madwar 900 000 passiġġier fis-sena. Dan jinsab fil-viċinanza tal-Ajruport ta’ Arad li huwa 50 km ’il bogħod u sagħtejn ’il bogħod bil-karozza minn Caransebes (il-premessa (34)). Hemm titjiriet internazzjonali li jtiru mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara lejn partijiet oħra tal-Unjoni minn varjetà ta’ linji tal-ajru differenti li joperaw ukoll minn ajruporti differenti fir-Rumanija u Stati Membri oħra. Ir-runway fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara hija twila biżżejjed u tippermetti lil-linji tal-ajru biex iservu destinazzjonijiet internazzjonali fuq rotot medji u, b’hekk, biex jattiraw lil-linji tal-ajru għad-detriment ta’ ajruporti simili oħra li jinsabu fi Stati Membri oħra. Il-vantaġġ ekonomiku mogħti mill-għotjiet għal investiment dirett, f’dan il-każ lill-Maniġer tal-Ajruport, saħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tiegħu, billi l-Maniġer tal-Ajruport seta’ jistabbilixxi n-negozju tiegħu mingħajr ma kellu jġarrab il-kostijiet kollha ta’ investiment inerenti. |
|
(233) |
Għalhekk, il-miżuri li qed jiġu vvalutati jridu jiġu kkunsidrati bħala li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.6. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(234) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament pubbliku tal-iżvilupp ta’ triq ta’ aċċess u ta’ żona tal-parkeġġ fl-2007 u tat-tagħmir ta’ sigurtà fl-2008 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(235) |
Madankollu, il-Kummissjoni ssib li l-finanzjament pubbliku għall-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, għat-titjib tat-taxiway u għall-estensjoni tar-rampa u għat-tagħmir tad-dawl jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-Maniġer tal-Ajruport skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2. Tip ta’ għajnuna: għajnuna eżistenti jew ġdida
|
(236) |
Il-Kummissjoni tinnota li skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, (45)“l-iskemi ta’ għajnuna u l-għajnuna individwali mogħtija fis-settur tat-trasport, li bdew isseħħu fi Stat Membru ġdid qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data għandhom jiġu meqjusa bħala għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat KE soġġett għall-kondizzjoni li gejja: il-miżuri ta’ għajnuna għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni […] Dawn il-miżuri ta’ għajnuna għandhom jitqiesu bħala għajnuna “eżistenti” skont it-tifsira tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE sal-aħħar tat-tielet sena mid-data tal-adeżjoni.” |
|
(237) |
Minn dak li ntqal hawn fuq isegwi li fil-każ tar-Rumanija, ir-reġim previst fl-Anness V se japplika biss għal għajnuna li tkun daħlet fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u li kompliet sussegwentement jekk tali għajnuniet ikunu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tal-adeżjoni. |
|
(238) |
Ir-Rumanija sostniet li l-finanzjament pubbliku għall-investimenti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara għall-2007 ġie approvat f’Novembru 2006, u għalhekk qabel l-adeżjoni tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, minħabba li dawn il-miżuri ma ġewx elenkati fost il-miżuri kkomunikati lill-Kummissjoni skont il-proċedura dettaljata hawn fuq, dawn ma jistgħux jikkostitwixxu għajnuna eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament pubbliku għall-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, għat-titjib tat-taxiway u għall-estensjoni tar-rampa u għat-tagħmir tad-dawl jikkostitwixxi għajnuna ġdida. |
7.3. Legalità tal-għajnuna
|
(239) |
Il-finanzjament pubbliku għall-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, għat-titjib tat-taxiway u għall-estensjoni tar-rampa u għat-tagħmir tad-dawl ġie implimentat mingħajr approvazzjoni formali minn qabel mill-Kummissjoni. Il-miżuri ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija mill-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108 tat-Trattat. Dawn ġew implimentati mir-Rumanija bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
|
(240) |
Konsegwentement, dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
7.4. Kompatibbiltà mas-suq intern
|
(241) |
Il-finanzjament pubbliku għall-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, għat-titjib tat-taxiway u għall-estensjoni tar-rampa u għat-tagħmir tad-dawl (Table 3) ingħata qabel l-4 ta’ April 2014, li kienet id-data meta l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 saru applikabbli. Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tapplika għall-għajnuna għall-investiment illegali lill-ajruporti r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna (46). |
|
(242) |
Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 kienu fis-seħħ meta ngħata dan il-finanzjament tal-investiment. Għalhekk, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 japplikaw għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna għall-investiment. |
|
(243) |
Abbażi tal-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni se tivvaluta l-għajnuna f’termini tal-kriterji li ġejjin:
|
7.4.1. Kostijiet eliġibbli
|
(244) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-kostijiet eliġibbli għal għajnuna għall-investiment lil ajruport għandhom ikunu limitati għall-kostijiet ta’ investiment relatati mal-infrastrutturi tal-ajruport infushom (runways, terminals, rampi, eċċ.) jew faċilitajiet li jappoġġawhom direttament (faċilitajiet tat-tifi tan-nar, tagħmir ta’ sikurezza jew ta’ sigurtà). Iżda l-kostijiet eliġibbli għandhom jeskludu l-kostijiet relatati mal-attivitajiet kummerċjali mhux direttament marbuta mal-attivitajiet bażiċi tal-ajruport, bħall-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-operat u l-kiri ta’ spazji u proprjetà immobbli, mhux biss għal uffiċċji u ħażna, iżda wkoll għal-lukandi u l-impriżi industrijali fl-ajruport, kif ukoll il-ħwienet, ir-ristoranti u l-parkeġġi. |
|
(245) |
Il-kostijiet għall-investiment elenkati fit-Tabella 3, l-entrati nru 2, 3, 4, 5, 9, 12 u 13 huma eliġibbli għal għajnuna għall-investiment skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 minħabba li huma parti mill-infrastruttura tal-ajruport. |
7.4.2. Objettiv ta’ interess ġenerali definit b’mod ċar
|
(246) |
Il-Maniġer tal-Ajruport isostni li l-intervent tiegħu wettaq objettiv ta’ interess ġenerali definit b’mod ċar, jiġifieri l-iżvilupp reġjonali, l-aċċessibbiltà tar-reġjun u s-sikurezza tat-trasport bl-ajru (il-premessa (156)). |
|
(247) |
B’mod partikolari, ir-Rumanija spjegat li l-investimenti matul il-perjodu 2007-2009 fir-restawr tat-taxiway u fl-estensjoni tar-rampa kienu ġġustifikati mill-ħtieġa li tittejjeb il-kapaċità operattiva tal-ajruport matul l-eqqel ħinijiet meta l-kapaċità tat-taxiway u tar-rampa kienet ristretta, b’mod partikolari fid-dawl taż-żieda sinifikanti fit-traffiku mistennija sal-2015 (il-premessa (36)). Barra minn hekk, ir-Rumanija ddikjarat li l-investimenti kienu wkoll xprunati minn raġunijiet ta’ sikurezza tal-avjazzjoni, jiġifieri l-ħtieġa li jiġu separati ż-żoni tal-parkeġġ tal-inġenji tal-ajru u l-aċċess għal tali żoni tal-parkeġġ kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza tal-inġenji tal-ajru pparkjati (il-premessa (86)). |
|
(248) |
Rigward l-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, ir-Rumanija spjegat li inizjalment l-investimenti kellhom l-għan li jtejbu l-kapaċità tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara fid-dawl taż-żieda sinifikanti mistennija fit-traffiku tal-passiġġieri fil-perjodu sal-2015. Fil-mument tad-deċiżjoni li l-investiment jingħata fl-2006, il-kapaċità tat-terminal ġiet ikkunsidrata fil-limitu kritiku tagħha mill-perspettiva operazzjonali. It-traffiku tal-passiġġieri diġà żdied b’250 % matul il-perjodu 2001-2005 li jwassal għal konġestjoni fl-eqqel ħinijiet. It-terminal oriġinali mibni fl-1960 ma kienx maħsub biex jakkomoda livelli ta’ traffiku bħal dawn (il-premessa (37)). |
|
(249) |
Ir-Rumanija spjegat li sussegwentement il-ħtieġa ta’ aktar investimenti fit-terminal mhux ta’ Schengen kienet immirata biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà sabiex it-terminal ikun jista’ jirċievi titjiriet mhux ta’ Schengen. F’dak iż-żmien ir-Rumanija kienet qed tistenna li tissieħeb fiż-żona Schengen fl-2011. B’mod partikolari, kien hemm il-ħtieġa li l-flussi tal-passiġġieri jiġu separati bejn il-passiġġieri li jaslu miż-żona Schengen u dawk li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona Schengen. Dan kien jiżgura wkoll li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara jkun jista’ jżomm l-attività kummerċjali tiegħu fir-rigward kemm tat-titjiriet fiż-żona Schengen kif ukoll ta’ dawk barra minnha wara l-adeżjoni tar-Rumanija maż-żona Schengen (il-premessa (88)). |
|
(250) |
Skont ir-Rumanija, il-finanzjament tal-2008 tal-investimenti f’tagħmir tad-dawl kellu l-għan li juża aħjar l-infrastruttura eżistenti billi jippermetti nżul miż-żewġ direzzjonijiet minflok minn direzzjoni waħda f’każ ta’ kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Dan kellu wkoll l-għan li jiżgura s-sikurezza tat-traffiku tal-ajru u s-sikurezza tal-passiġġieri u tal-inġenji tal-ajru (il-premessa (90)). |
|
(251) |
Fid-dawl tal-argumenti ta’ hawn fuq, l-investimenti kienu maħsuba biex l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara jkun jista’ jlaħħaq mal-limiti tal-kapaċità fl-eqqel ħinijiet li kienu jeżistu dak iż-żmien kif ukoll biex jakkomoda ż-żieda sinifikanti prevista fit-traffiku. Huma kienu maħsuba wkoll biex jippromwovu s-sigurtà tal-avjazzjoni u l-konformità ma’ miżuri ta’ sikurezza meħtieġa mir-regoli tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-kontroll tal-fruntieri ta’ Schengen. |
|
(252) |
Barra minn hekk, it-traffiku mistenni ma setax jiġi assorbit minn ajruporti tal-viċinat. L-eqreb ajruport - l-Ajruport ta’ Arad - kellu traffiku limitat ħafna, kemm f’termini assoluti kif ukoll meta mqabbel mal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. L-għadd ta’ passiġġieri fis-sena fl-Ajruport ta’ Arad varja bejn 67 183 u 128 835 fil-perjodu 2007 - 2009, filwaqt li t-traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara varja bejn 859 329 u 991 758 passiġġier fis-sena, mingħajr ebda korrelazzjoni bejn il-bidliet fin-numru ta’ passiġġieri bejn dawk iż-żewġ ajruporti (47). L-Ajruport ta’ Arad ma kellux il-kapaċitajiet fiżiċi biex jakkomoda ż-żieda prevista fit-traffiku tal-passiġġieri peress li l-kapaċità massima ta’ passiġġieri tiegħu kienet inqas minn 200 000 passiġġier fis-sena. |
|
(253) |
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kien it-tieni l-akbar ajruport tar-Rumanija fil-perjodu li qed jiġi vvalutat u bħalissa huwa t-tielet l-akbar ajruport tar-Rumanija. Skont il-Pjan ta’ Żvilupp li jkopri l-perjodu ta’ żmien 2006 - 2015, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara serva r-reġjun tar-Rumanija tal-Punent, wieħed mir-reġjuni l-aktar żviluppati fir-Rumanija. Huwa serva wkoll ir-reġjuni mil-Lvant tal-Ungerija kif ukoll mis-Serbja u mill-Montenegro (ewroreġjun DKMT) (48). Għalhekk, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kellu rwol importanti għall-iżvilupp reġjonali. Fid-dawl tan-numru mistenni ta’ passiġġieri għall-perjodu 2006 - 2015, mingħajr l-investimenti biex tiżdied il-kapaċità, l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni koperti u l-aċċessibbiltà tagħhom kienu jiġu affettwati b’mod negattiv, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-ebda ajruport ieħor fir-reġjun ma seta’ jassorbi t-traffiku eżistenti jew mistenni. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja li tgħaddi minn Timișoara, u għalhekk ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni intermodali għal xi waħda mir-rotot tal-ajru. |
|
(254) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-finanzjament li qed jiġi eżaminat ikkontribwixxa għall-aċċessibbiltà tar-reġjuni koperti u għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali u għalhekk serva objettiv definit sew ta’ interess komuni. |
7.4.3. Il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għajnuna
|
(255) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, ma hemm l-ebda limitazzjoni tal-intensità tal-għajnuna għal għajnuna għall-investiment. Il-finanzjament mill-Istat jinvolvi l-intensitajiet tal-għajnuna li ġejjin: 80,3 % għat-terminal mhux ta’ Schengen, 86,73 % għat-titjib tat-taxiway u għall-estensjoni tar-rampa u 100 % għat-tagħmir tad-dawl. Tabella 11 Il-finanzjament tal-investimenti 2007-2009
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(256) |
Fid-dawl tal-profitti limitati tal-ajruport u d-dividendi mħallsa lill-Istat Rumen matul il-perjodu 2007 - 2009 meta mqabbla mad-daqs tal-investimenti meħtieġa, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-Maniġer tal-Ajruport ma setax jagħmel kontribuzzjonijiet proprji ogħla. Dan huwa konsistenti mad-diffikultajiet ġenerali fl-aċċess għall-finanzi fis-suq fil-perjodu li qed jiġi vvalutat minħabba l-kriżi finanzjarja li kienet għaddejja dak iż-żmien. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li l-ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali ta’ mhux inqas minn 1 miljun passiġġier normalment ma jkunux kapaċi jkopru l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż kapitali tagħhom. |
|
(257) |
Konsegwentement, il-finanzjament pubbliku kien meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jsiru l-investimenti li jkun iffinanzja. Fi kliem ieħor, dan kellu effett ta’ inċentiv billi l-Maniġer tal-Ajruport ma kienx jagħmel dawn l-investimenti mingħajr il-finanzjament mill-Istat jew mhux sal-istess punt. Barra minn hekk, dan jikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi l-Maniġer tal-Ajruport seta’ ma jżidx il-kontribuzzjoni tiegħu għall-finanzjament ta’ dawn l-investimenti b’mod sinifikanti. |
7.4.4. L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta’ żmien medju
|
(258) |
Skont il-Pjan ta’ Żvilupp, matul il-perjodu 2001-2005, it-traffiku tal-passiġġieri u l-għadd ta’ movimenti tal-inġenji tal-ajru żdiedu b’250 %. Il-Pjan ta’ Żvilupp ippreveda wkoll żieda fit-traffiku tal-passiġġieri minn 611 705 fl-2005 għal 1 661 332 fl-2010 u għal 2 565 494 passiġġier fl-2015. L-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE fl-2007 kienet mistennija li żżid it-traffiku b’16-18 %. |
|
(259) |
Għalhekk, dawn il-prospetti iġġustifikaw l-investimenti mmirati biex jakkomodaw it-traffiku mistenni. Konsegwentement, l-infrastruttura kellha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta’ żmien medju meta ngħata l-finanzjament. |
7.4.5. Aċċess għall-infrastruttura b’mod ugwali u mhux diskriminatorju
|
(260) |
Ir-Rumanija kkonfermat li l-infrastruttura hija aċċessibbli għall-utenti kollha b’mod mhux diskriminatorju. L-unika restrizzjoni tal-użu tal-infrastruttura hija marbuta mal-limitazzjoni imposta mill-kapaċità ta’ akkoljenza tar-rampa u tat-terminal. Għalhekk, din l-infrastruttura tista’ tiġi aċċessata b’mod ugwali u mhux diskriminatorju skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
7.4.6. L-iżvilupp tal-kummerċ mhux affettwat sal-punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni
|
(261) |
L-eqreb ajruport -l-Ajruport ta’ Arad- seta’ ġie affettwat mill-finanzjament pubbliku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara fil-perjodu li qed jiġi vvalutat. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li diversi fatturi wasslu għal impatt kompetittiv limitat tal-finanzjament tal-Maniġer tal-Ajruport fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. |
|
(262) |
L-Ajruport ta’ Arad kellu kapaċità fiżika limitata għat-traffiku tal-passiġġieri. Kien biss fl-2014 li kien hemm pjanijiet biex tiġi estiża l-infrastruttura sabiex il-kapaċitajiet tat-terminal tal-passiġġieri joqorbu lejn jew jaqbżu bi ftit il-livell limitu ta’ 200 000 passiġġier fis-sena. Madankollu, anke tali żieda fil-potenzjal ma kinitx tkun taqbel mad-domanda prevista fil-Pjan ta’ Żvilupp għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. |
|
(263) |
In-numri attwali tat-traffiku jikkonfermaw ukoll li l-Ajruport ta’ Arad kellu traffiku tal-passiġġieri limitat ħafna. It-traffiku fl-Ajruport ta’ Arad kien jirrappreżenta biss 7,8 % tat-traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara fl-2007, 14,5 % fl-2008 u 8,8 % fl-2009. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tat-traffiku fiż-żewġ ajruporti ma tidhirx korrelatata (49). |
|
(264) |
Għalhekk, iż-żieda sinifikanti mistennija fit-traffiku tal-passiġġieri prevista għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara ma setgħetx tiġi assorbita mill-Ajruport ta’ Arad. |
|
(265) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna kienu limitati u ma kinux jisbqu l-kontribuzzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp, għall-aċċessibbiltà u għas-sikurezza reġjonali. |
7.4.7. Konklużjoni dwar il-Miżura 1
|
(266) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (241) sa (265) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, tat-titjib tar-runway u tal-estensjoni tar-rampa tal-inġenji tal-ajru u tat-tagħmir tad-dawl hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
8. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA 2 – L-AIP TAL-2007, L-AIP TAL-2008 U L-AIP TAL-2010
8.1. Eżistenza ta’ Għajnuna
|
(267) |
Il-prinċipji tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE kif stabbiliti fil-premessi (171) u (172) huma applikabbli wkoll għall-valutazzjoni tal-Miżura 2. |
8.1.1. L-attività ekonomika u l-kunċett ta’ impriża
8.1.1.1. Prinċipji
|
(268) |
Il-Kummissjoni l-ewwel għandha tistabbilixxi jekk il-Miżura 2 tapplikax għal impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-kunċett ta’ impriża jkopri kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata (50). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti jew servizzi f’suq partikolari hija attività ekonomika (51). |
8.1.1.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(269) |
L-AIPs stabbilixxew l-imposti li japplikaw għal-linji tal-ajru għall-użu tal-infrastruttura tal-Ajruport. |
|
(270) |
Il-linji tal-ajru jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru. Billi jipprovdu servizzi bħal dawn, il-linji tal-ajru qegħdin iwettqu attività ekonomika u, għalhekk, jikkostitwixxu impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
8.1.2.1. Prinċipji
|
(271) |
Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat japplika biss għal vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament, permezz tar-riżorsi tal-Istat (52). Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku, (53) inkluż ir-riżorsi ta’ entitajiet intra-Statali (deċentralizzati, federali, reġjonali jew oħrajn) (54) u, taħt ċerti ċirkostanzi, ir-riżorsi ta’ korpi privati. L-oriġini tar-riżorsi mhuwiex rilevanti sakemm, qabel ma jiġu ttrasferiti direttament jew indirettament lill-benefiċjarji, jiġu taħt kontroll pubbliku u għalhekk ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, (55) anke jekk ir-riżorsi ma jsirux proprjetà tal-awtorità pubblika (56). |
|
(272) |
Barra minn hekk, il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat japplika biss jekk l-għoti tal-vantaġġ ikun imputabbli lill-Istat, jiġifieri mogħti mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu. |
|
(273) |
Il-fatt li l-Istat jew entità tal-Istat huwa/hija l-azzjonist waħdieni jew maġġoritarju ta’ impriża mhuwiex biżżejjed sabiex jinstab li trasferiment tar-riżorsi minn dik l-impriża huwa imputabbli lill-azzjonisti pubbliċi tiegħu (57). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ukoll li, anke jekk l-Istat ikun f’pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operat tagħha, l-eżerċitar propju ta’ dak il-kontroll f’każ partikolari ma jistax jiġi preżunt b’mod awtomatiku. Impriża pubblika tista’ taġixxi b’aktar jew anqas indipendenza, skont il-grad ta’ awtonomija mogħtija lilha mill-Istat. |
|
(274) |
Għalhekk, is-sempliċi fatt li impriża pubblika taqa’ taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex miżuri meħuda minn dik l-impriża jkunu imputabbli lill-Istat. Huwa wkoll neċessarju li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu bħala li, b’xi mod jew ieħor, kienu involuti fl-adozzjoni ta’ din il-miżura. F’dak ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-imputabbiltà għall-Istat ta’ miżura meħuda minn impriża pubblika tista’ tiġi dedotta minn sett ta’ indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih tkun ittieħdet dik il-miżura (58). |
|
(275) |
Dawn l-indikaturi jistgħu jkunu l-integrazzjoni tal-impriża fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn fuq is-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istat legali tal-impriża (fis-sens jekk din tkunx soġġetta għal-liġi pubblika jew għal-liġi ordinarja tal-kumpaniji), l-intensità tas-sorveljanza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-maniġment tal-impriża, jew kwalunkwe indikatur ieħor li juri, fil-każ partikolari, involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, billi jitqies ukoll l-ambitu tal-miżura, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li tinkludi (59). |
8.1.2.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(276) |
F’dan il-każ, l-Istat eżerċita kontroll dirett jew indirett fuq ir-riżorsi inkwistjoni f’kull ħin rilevanti. Fiż-żmien meta l-AIP tal-2010 ġiet approvata, l-Ajruport kien 80 % proprjetà diretta tal-Ministeru tat-Trasport tar-Rumanija, skont l-Artikolu 8 tal-Istatut tal-2008 (il-premessa (28)). Ir-riżorsi tal-Maniġer tal-Ajruport kienu jaqgħu taħt il-kontroll tal-Istat u għalhekk kienu għad-dispożizzjoni tiegħu. Ir-Rumanija kienet kapaċi, billi eżerċitat l-influwenza dominanti tagħha fuq il-Maniġer tal-Ajruport, tidderieġi l-użu tar-riżorsi tagħha sabiex tiffinanzja vantaġġi speċifiċi favur impriżi oħra. Barra minn hekk, meta l-AIP tal-2007 u l-AIP tal-2008 ġew approvati, (60) l-Istat Rumen kien l-uniku azzjonist tal-Maniġer tal-Ajruport. Fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tal-Istatut tal-1998 (il-premessa (28)), l-istokk kapitali inizjali kien sottoskritt għalkollox mir-Rumanija u mħallas kompletament fid-data li fiha ġie stabbilit l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Konsegwentement, ir-riżorsi tal-Maniġer tal-Ajruport għandhom jiġu kkunsidrati bħala riżorsi tal-Istat għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(277) |
Fir-rigward tal-imputabbiltà lill-Istat Rumen, l-awtoritajiet Rumeni jargumentaw li l-Maniġer tal-Ajruport jopera bħala investitur f’ekonomija tas-suq u li l-influwenza tal-Istat hija strettament limitata għar-rwol tiegħu bħala l-azzjonist tal-kumpanija skont il-memorandum ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanija u l-Att Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji. Il-politika tal-ipprezzar tal-Maniġer tal-Ajruport tiġi deċiża mill-Bord tad-Diretturi u l-maniġment eżekuttiv tal-Maniġer tal-Ajruport skont il-memorandum ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanija. |
|
(278) |
Fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-Maniġer tal-Ajruport mill-Istat, il-Kummissjoni tosserva li, l-assemblea Ġenerali tal-Azzjonisti hija magħmula minn rappreżentanti tal-azzjonisti, l-Istat Rumen, irrappreżentat mill-Ministeru tat-Trasport, li huwa l-uniku azzjonist skont l-Istatut tal-1998 u l-azzjonist maġġoritarju (bi 80 % tal-ishma) skont l-Istatut tal-2008, u huwa kompetenti biex jiddeċiedi dwar l-attivitajiet u l-politika ekonomika segwiti mill-Maniġer tal-Ajruport. Fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-2008, id-deċiżjonijiet tal-assemblea Ġenerali tal-Azzjonisti għandhom jittieħdu bil-vot ta’ numru ta’ azzjonisti li jirrappreżentaw mill-inqas nofs il-kapital azzjonarju, mingħajr l-ebda drittijiet ta’ mblukkar minn minoranza. |
|
(279) |
Skont l-Artikolu 20 tal-Istatut tal-2008, il-Maniġer tal-Ajruport huwa amministrat minn Bord tat-Tmexxija magħmul minn seba’ membri, li tnejn minnhom huma rappreżentanti tal-Ministeru tat-Trasport u wieħed huwa rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-Bord tat-Tmexxija huwa magħżul mill-Assemblea Ġenerali tal-Azzjonisti (li fih l-Istat kien azzjonist uniku skont l-Istatut tal-1998 u bħalissa għandu maġġoranza). Il-Bord tat-Tmexxija u l-President tiegħu huma maħtura b’ordni tal-Ministeru tat-Trasport. |
|
(280) |
Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu jsiru fil-każ li jipparteċipaw mill-inqas nofs il-membri tal-bord u wieħed (61). Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddelibera fil-preżenza ta’ mill-inqas żewġ terzi tan-numru tal-membri tiegħu u għandu jadotta deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija (62). |
|
(281) |
Il-President tal-Bord tat-Tmexxija jwettaq ukoll dmirijiet ta’ direttur maniġerjali tal-Maniġer tal-Ajruport. L-istruttura organika u l-katina tal-influwenza huma indikatur ulterjuri tal-imputabbiltà tal-approvazzjoni tal-iskeda ta’ imposti u skontijiet lill-Istat. Fi kwalunkwe każ, u tal-inqas, l-Istat inżamm kontinwament informat dwar l-evoluzzjoni relatata mal-iskeda ta’ imposti u skontijiet permezz ta’ dawn il-membri tal-Bord tat-Tmexxija. |
|
(282) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tal-Istatut tal-1998, il-Maniġer tal-Ajruport għandu bħala l-għan ewlieni tiegħu l-attivitajiet ta’ interess pubbliku nazzjonali. Skont l-Artikolu 5 tal-Istatut tal-1998, il-Maniġer tal-Ajruport huwa korp tekniku speċjalizzat maħtur mill-Ministeru tat-Trasport biex iwettaq prinċipalment attivitajiet ta’ interess pubbliku nazzjonali sabiex, skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività tiegħu, iwettaq benefiċċji, servizzi, xogħlijiet għall-amministrazzjoni u l-isfruttament ta’ assi li jappartjenu jew li huma proprjetà tal-Istat jew jinkrew minnu, bil-ħsieb tat-traffiku nazzjonali u internazzjonali tal-inġenji tal-ajru, filwaqt li jiżgura t-tranżitu ta’ persuni u ta’ oġġetti. |
|
(283) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm biżżejjed indikaturi sabiex jinstab li l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 huma imputabbli lill-Istat. |
8.1.3. Selettività
8.1.3.1. Prinċipji
|
(284) |
Sabiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”. B’hekk, huma biss dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b’mod selettiv li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(285) |
Hija ġurisprudenza stabbilita li l-valutazzjoni tal-kundizzjoni ta’ selettività tirrikjedi li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, miżura nazzjonali tkunx ta’ natura li tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti meta mqabbla ma’ oħrajn li, fid-dawl tal-għan imfittex minn din is-sistema, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli. L-eżami tas-selettività jirrikjedi definizzjoni minn qabel tal-qafas ta’ referenza li fih tidħol il-miżura kkonċernata (63). Miżura tkun selettiva “biss […] jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, hija jkollha l-effett li tagħti vantaġġ lil ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jappartjenu lil setturi oħra jew lill-istess settur u li, fir-rigward tal-għan imfittex minn din is-sistema, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli.” (64) Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat ma jirreferix għal miżuri tal-Istat li jagħmlu distinzjoni bejn impriżi jekk din id-differenzjazzjoni tirriżulta min-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema li jiffurmaw parti minnha (65). |
|
(286) |
Miżura li permezz tagħha impriża pubblika tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-oġġetti jew tas-servizzi tagħha mhux neċessarjament dejjem tkun miżura selettiva għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (66). L-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn miżuri ta’ intervent mill-Istat b’referenza għall-kawżi jew l-għanijiet tagħhom, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom, u għaldaqstant indipendentement mit-tekniki użati (67). |
8.1.3.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(287) |
L-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 ipprovdew għal sistema ta’ rati bażi għall-imposti tal-ajruport (il-premessi (41) u (44) rispettivament). Barra minn hekk, l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 inkludew ukoll skontijiet u ribassi fuq l-imposti skont in-numru ta’ nżul għal kull perjodu ta’ żmien partikolari, in-numru ta’ passiġġieri, il-piż tal-inġenju tal-ajru u/jew it-tip ta’ rotta koperta (il-premessi (42) sa (43), (46) sa (48) u (49) rispettivament). |
|
(288) |
L-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 ġew proposti, ivvalutati u stabbiliti mill-maniġment eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara u ġew approvati mill-Bord tad-Diretturi (il-premessa (40)). Dan jikkonforma mar-rekwiżit li l-operatur ta’ ajruport, li jeżerċita setgħa tiegħu stess, ifassal l-iskala tat-tariffi tal-ajruport applikabbli għal dak l-ajruport (68). Għalhekk, il-qafas legali applikabbli kien l-imposti, l-iskontijiet u r-ribassi tal-ajruport applikabbli fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara stabbiliti mill-AIP tal-2007, mill-AIP tal-2008 u mill-AIP tal-2010 rispettivament. |
|
(289) |
Għalhekk, il-qafas ta’ referenza rilevanti biex jiġi eżaminat jekk l-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 kellhomx l-effett li jiffavorixxu ċerti linji tal-ajru meta mqabbla ma’ oħrajn li kienu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli kien dak tar-reġim applikabbli għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara biss. |
|
(290) |
Is-sistema ta’ imposti tal-ajruport u l-iskontijiet u r-ribassi kienu applikabbli għal-linji tal-ajru kollha li jużaw, jew li jistgħu jużaw, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara li ssodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fl-AIP tal-2007, fl-AIP tal-2008 jew fl-AIP tal-2010 rispettivament. |
|
(291) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk l-iskontijiet previsti mill-AIP tal-2007, mill-AIP tal-2008 jew mill-AIP tal-2010 rispettivament kinux selettivi billi ffavorixxew ċerti linji tal-ajru li jużaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara għad-detriment ta’ linji tal-ajru oħra li jkunu qed jagħmlu użu minnu. |
|
(292) |
L-iskontijiet applikabbli kienu fuq skala flessibbli, bl-inqas skont ikun ta’ 10 % għal 250 – 500 inżul fis-sena, jiġifieri madwar 5 inżul fil-ġimgħa. Il-Kummissjoni tinnota li fil-perjodu li qed jiġi vvalutat, minbarra Wizz Air, kien hemm numru ta’ linji tal-ajru oħra li joperaw fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara li fil-flotta tagħhom kellhom inġenji tal-ajru tad-daqsijiet rilevanti u/jew biżżejjed frekwenzi u għalhekk, ibbenefikaw jew setgħu bbenefikaw mill-iskontijiet rilevanti. |
|
(293) |
Minn dan isegwi li s-sistema ta’ imposti tal-ajruport u l-iskontijiet kienu applikabbli b’mod mhux diskriminatorju. |
|
(294) |
Għalhekk, ir-rata bażi, l-iskontijiet u r-ribassi stabbiliti fl-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 ma kinux selettivi. |
|
(295) |
Il-Kummissjoni tinnota li din il-konklużjoni tapplika biss fir-rigward tal-imposti, l-iskontijiet u r-ribassi li jirriżultaw direttament mill-AIP tal-2007, mill-AIP tal-2008 u mill-AIP tal-2010. Hija ma tapplikax għal kwalunkwe imposta, skont jew ribass pprovduti abbażi ta’ ftehimiet individwalizzati mal-linji tal-ajru, jekk ikun hemm. |
8.1.3.3. Konklużjoni dwar is-selettività
|
(296) |
Minn dak li ntqal hawn fuq isegwi li l-Miżura 2 ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ selettività tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(297) |
Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Jekk waħda minnhom ma tkunx issodisfata minn miżura li tkun qed tiġi vvalutata, tali miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
|
(298) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 2 ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE billi ma kinitx selettiva. |
|
(299) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-Deċiżjoni tal-Ftuħ qajmet il-kwistjoni li l-AIPs jistgħu jkunu inkompatibbli mas-suq intern minħabba trattament diskriminatorju potenzjali bejn tipi differenti ta’ passiġġieri. Dan il-prinċipju japplika għal miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u jżommhom milli jinstabu kompatibbli skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (69). Bħal fil-każ attwali l-AIPs jinstabu li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, b’hekk mhuwiex meħtieġ li jiġi analizzat aktar l-element ta’ konnessjoni indissolubbli li tqajjem fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
9. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA 3 - FTEHIMIET TAL-2008 MA’ WIZZ AIR
9.1. Eżistenza ta’ Għajnuna
|
(300) |
Il-prinċipji tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE kif stabbiliti fil-premessi (171) u (172) huma applikabbli wkoll għall-valutazzjoni tal-Miżura 3, li tikkonċerna l-Ftehimiet tal-2008 bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air. |
9.1.1. L-attività ekonomika u l-kunċett ta’ impriża
|
(301) |
Wizz Air hija linja tal-ajru. Hija tipprovdi servizzi skedati għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u twettaq attività ekonomika. Għalhekk, hija tikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
9.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
9.1.2.1. Prinċipji
|
(302) |
Il-prinċipji spjegati fil-premessi (271) sa (275) huma applikabbli wkoll għal din il-miżura. |
9.1.2.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(303) |
Għar-riżorsi tal-Istat, japplika l-istess kif iddikjarat fil-premessa (276). |
|
(304) |
Fir-rigward tal-imputabbiltà tal-Ftehimiet tal-2008 li ġew iffirmati matul il-validità tal-istatut tal-Ajruport tal-1998, ir-raġunament fil-premessi (277) sa (279) għall-AIP tal-2007, għall-AIP tal-2008 u għall-AIP tal-2010 japplika mutatis mutandis. |
|
(305) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ssib li l-konklużjoni tal-Ftehimiet tal-2008 bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport hija imputabbli lill-Istat. |
9.1.3. Selettività
9.1.3.1. Prinċipji
|
(306) |
Il-prinċipji spjegati fil-premessa (199) huma applikabbli wkoll għal din il-miżura. |
9.1.3.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti
|
(307) |
F’dan il-każ, il-Ftehimiet tal-2008 ġew konklużi ma’ impriża waħda - Wizz Air biss. Għalhekk, il-Miżura 3 kienet selettiva skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
9.1.4. Vantaġġ ekonomiku
9.1.4.1. Prinċipji
|
(308) |
Il-prinċipji dwar vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE stabbiliti fil-premessi (202) sa (206) japplikaw għal arranġamenti bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru. L-applikazzjoni tal-Prinċipju tal-MEO għal arranġamenti bħal dawn hija spjegata aktar fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (70). |
|
(309) |
Fis-sitwazzjoni speċifika tal-ajruporti u tal-linji tal-ajru, il-Kummissjoni tivvaluta jekk id-disponibbiltà tar-riżorsi pubbliċi għall-ajruport tagħtix vantaġġ lil-linji tal-ajru li jużaw dak l-ajruport. Tali għajnuna lil linja tal-ajru li tuża l-ajruport tista’, fil-prinċipju, tiġi eskluża meta r-relazzjoni bejn l-ajruport u dik il-linja tal-ajru tissodisfa t-test tal-MEO. |
|
(310) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, permezz tal-MEOP, l-għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport tista’, fil-prinċipju, tiġi eskluża meta:
|
|
(311) |
Fir-rigward tal-ewwel approċċ deskritt fil-premessa (310) (jiġifieri tqabbil tal-prezz mitlub għas-servizzi tal-ajruport mal-prezz tas-suq), skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-identifikazzjoni ta’ valur referenzjarju tirrikjedi, l-ewwel nett, li jkun jista’ jintgħażel numru suffiċjenti ta’ ajruporti komparabbli li jipprovdu servizzi komparabbli taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li għalissa, maġġoranza kbira ta’ ajruporti fl-Unjoni tibbenefika minn finanzjament pubbliku sabiex tkopri l-kostijiet tal-investiment u dawk operatorji. Ajruporti li huma proprjetà pubblika kienu tradizzjonalment kkunsidrati mill-awtoritajiet pubbliċi bħala infrastrutturi biex jiffaċilitaw l-iżvilupp lokali u mhux bħala impriżi li joperaw skont ir-regoli tas-suq. Il-prezzijiet ta’ dawn l-ajruporti konsegwentement ma jkunux ġeneralment definiti fir-rigward ta’ kunsiderazzjonijiet tas-suq u b’mod partikolari prospetti ta’ profittabilità ex ante tajba, iżda essenzjalment fil-kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali. Anke jekk ċerti ajruporti jkunu proprjetà privata jew ġestiti mingħajr kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali, il-prezzijiet mitluba minn dawn l-ajruporti jistgħu jkunu influwenzati bis-sħiħ mill-prezzijiet imposti mill-maġġoranza ta’ ajruporti ssussidjati pubblikament minħabba li l-prezzijiet ta’ dawn tal-aħħar jiġu kkunsidrati mil-linji tal-ajru matul in-negozjati tagħhom mal-ajruporti li jkunu proprjetà privata jew ġestiti b’mod privat. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jekk bħalissa, jistax jiġi identifikat valur referenzjarju xieraq biex jiġi stabbilit prezz tas-suq realistiku għal servizzi pprovduti mill-ajruporti (71). |
|
(312) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva għandu jkun ibbażat fuq tqabbil tal-imposti tal-ajruporti, eskluż kwalunkwe benefiċċju pprovdut lil-linja tal-ajru (bħal sostenn għall-kummerċjalizzazzjoni, skontijiet jew kwalunkwe inċentiv ieħor), madwar numru suffiċjenti ta’ “ajruporti komparaturi” adattati, li l-maniġers tagħhom jaġixxu bħala Maniġers tal-Ajruport f’ekonomija tas-suq. B’mod partikolari, għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin: il-volum tat-traffiku; it-tip ta’ traffiku (fuq xogħol jew btala jew destinazzjoni ’il barra); l-importanza relattiva tal-merkanzija u l-importanza relattiva tad-dħul li jirriżulta mill-attivitajiet mhux ajrunawtiċi tat-tip ta’ ajruport u l-livell tas-servizzi tal-ajruport ipprovduti; il-viċinanza tal-ajruport għal belt kbira, in-numru ta’ abitanti fiż-żona ta’ kummerċ tal-ajruport; il-prosperità taż-żona tal-madwar (PDG per capita); iż-żoni ġeografiċi differenti li jistgħu jattiraw lill-passiġġieri. |
|
(313) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali ex ante bħala l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma’ linji tal-ajru individwali. |
|
(314) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li arranġamenti konklużi bejn il-linji tal-ajru u ajruport jisgħu jitqiesu li jissodisfaw it-test tal-MEOP meta dawn jikkontribwixxu b’mod inkrementali, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-ajruport, tal-inqas fuq medda twila ta’ żmien (72). L-ajruport irid juri li, meta jikkonkludi arranġament ma’ linja tal-ajru (pereżempju, kuntratt individwali jew skema ġenerali tal-imposti tal-ajruport), huwa jkun kapaċi jkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mill-arranġament, tul id-durata tal-arranġament, b’marġni ta’ profitt raġonevoli fuq il-bażi ta’ prospetti sodi fuq perjodu ta’ żmien medju (73). |
|
(315) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenzazzjoni tal-prezz hija prassi standard tan-negozju, sakemm tkun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompetizzjoni u dik settorjali. Madanakollu, tali politiki ta’ pprezzar iddifferenzjat jenħtieġ li jkunu ġustifikati mil-lat kummerċjali b’tali mod li jissodisfaw it-test tal-MEOP (74). |
9.1.4.2. Valutazzjoni konġunta tal-Ftehimiet tal-2008
|
(316) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li għall-fini tal-applikazzjoni tal-MEOP, il-Ftehimiet tal-2008 iridu jiġu vvalutati flimkien bħala miżura waħda. Hemm diversi indikazzjonijiet għalfejn dan jenħtieġ li jkun il-każ. |
|
(317) |
L-ewwel nett, il-ftehimiet ġew konklużi mill-istess partijiet. |
|
(318) |
It-tieni, il-Memorandum ta’ Qbil mill-25 ta’ Ġunju 2008 jelenka l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-Maniġer tal-Ajruport kif ukoll is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li għandhom jiġu pprovduti minn Wizz Air. Il-Memorandum ta’ Qbil jipprevedi l-istess formula għall-kalkolu tat-tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni u l-istess ammont miżmum għal kull passiġġier li jitlaq bħala l-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni tat-30 ta’ Lulju 2008. Konsegwentement, il-Memorandum ta’ Qbil u l-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni huma marbuta mill-qrib u direttament f’termini ta’ kontenut. Il-Memorandum ta’ Qbil jipprovdi wkoll il-prinċipji ġenerali ta’ kooperazzjoni bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air li sussegwentement huma spjegati f’termini aktar operazzjonali fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, il-Ftehim Operazzjonali u l-GHA. Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni jagħmel ukoll referenza diretta għall-Memorandum ta’ Qbil fil-preambolu tiegħu (il-premessa (55)). Il-Memorandum ta’ Qbil ġie eventwalment sostitwit mill-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, mill-Ftehim Operazzjonali u mill-GHA. |
|
(319) |
It-tielet, il-Ftehim Operazzjonali u l-GHA ġew iffirmati fl-istess jum (l-1 ta’ Awwissu 2008) għall-istess perjodu ta’ żmien, jiġifieri mill-11 ta’ Diċembru 2008 sal-10 ta’ Diċembru 2009, b’tiġdid awtomatiku għal 12-il xahar ieħor f’kull anniversarju tad-dħul fis-seħħ tiegħu, u mingħajr il-possibbiltà li jintemmu qabel it-tielet anniversarju tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni. Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni wkoll daħal fis-seħħ fl-istess jum, jiġifieri fil-11 ta’ Diċembru 2008 (il-premessa (54)). |
|
(320) |
Ir-raba’, il-Ftehimiet tal-2008 kienu marbutin ma’ xulxin. Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni jagħmel diversi referenzi għall-Ftehim Operazzjonali u għall-GHA: i) il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni ppreveda li l-partijiet setgħu jitterminaw immedjatament il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni jekk il-Ftehim Operazzjonali jkun skada mingħajr tiġdid jew ikun ġie tterminat; ii) il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni stipula li l-partijiet setgħu jitterminaw immedjatament il-Ftehim Operazzjonali u l-GHA mingħajr ebda dannu meta l-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni jkun skada jew ikun ġie tterminat; iii) il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni stipula li f’każ ta’ żieda fl-imposti regolati fil-Ftehim Operazzjonali jew fil-GHA, jenħtieġ li t-tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni tiġi modifikata b’mod ugwali għall-bidla fl-imposti tal-ajruport (il-premessa (59)). |
|
(321) |
Abbażi tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Memorandum ta’ Qbil, il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, il-Ftehim Operazzjonali u l-GHA mhumiex separabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li jeħtieġ li jiġu analizzati flimkien il-Ftehimiet tal-2008, bl-għan li jiġi ddeterminat jekk tali tranżazzjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
9.1.4.3. Applikazzjoni tal-prinċipji għall-każ preżenti
|
(322) |
Fil-każ preżenti, sabiex tiddetermina jekk il-Ftehimiet tal-2008 tawx vantaġġ lil Wizz Air li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni trid teżamina jekk f’ċirkustanzi simili ajruport li jopera f’kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq u ggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà fit-tul (75) kienx jidħol fl-istess arranġament kummerċjali jew ieħor simili ma’ linja tal-ajru. Il-Kummissjoni trid tpoġġi lilha nnifisha fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni biex jiġu konklużi l-Ftehimiet tal-2008 bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air u tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet li kienu għad-dispożizzjoni tal-Maniġer tal-Ajruport f’dak iż-żmien. |
|
(323) |
Fir-rigward tal-analiżi tal-MEO applikabbli, Wizz Air sostniet li t-tqabbil mal-approċċ tal-prezz tas-suq, jiġifieri l-ewwel approċċ spjegat fil-premessa (310)(1), jenħtieġ li japplika għal dan il-każ flimkien mat-tieni approċċ (jiġifieri analiżi tal-profittabbiltà) fil-premessa (310)(2). |
|
(324) |
Wizz Air ippreżentat rapport imħejji minn Oxera dwar il-“Valutazzjoni ekonomika tal-MEIP” datat is-27 ta’ Ottubru 2011, li fih l-imposti mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara tqabblu mal-imposti mħallsa minn Wizz Air fi tliet ajruporti fir-Renju Unit, li Oxera kkunsidrat bħala ajruporti komparabbli: l-ajruporti ta’ Liverpool, ta’ Prestwick u ta’ Doncaster. L-analiżi fl-istudju hija bbażata fuq id-data pprovduta mill-Maniġer tal-Ajruport u minn Wizz Air. Skont l-istudju ta’ Oxera, dawn l-ajruporti x’aktarx iġibu ruħhom skont l-istruttura ta’ sjieda u ta’ finanzjament tagħhom bħala ajruporti ta’ “investitur privat”. L-istudju ppreżenta wkoll tqabbil bejn il-karatteristiċi ġenerali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara u t-tliet ajruporti komparabbli (eż. id-daqs tal-popolazzjoni tal-belt ta’ oriġini, id-distanza mill-belt ta’ oriġini, il-popolazzjoni tal-akbar belt f’distanza ta’ 150 km, l-eqreb ajruport kbir), id-daqs tal-miżuri fil-livell tal-introjtu skont il-PDG per capita kif ukoll il-pagi medji ta’ kull ġimgħa, ix-xejriet fin-numri tat-traffiku, id-dħul tal-ajruporti kkonċernati u l-istatus ta’ finanzjament (jiġifieri jekk dan irċiviex finanzjament pubbliku jew le). Ir-rapport ikkalkola l-imposti mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara meta mqabbla mat-tliet ajruporti tar-Renju Unit (l-analiżi kkunsidrat imposti differenti fl-erba’ ajruporti esklużi l-benefiċċji pprovduti lil Wizz Air). L-analiżi ppreżentat l-imposti totali mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara u fl-ajruporti komparaturi espressi f’euro għal kull tlugħ u nżul u f’euro għal kull passiġġier. Fuq dik il-bażi, din sabet li l-livell globali tal-imposti mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara matul il-perjodu 2008 - 2011, espressi kemm fuq bażi ta’ kull tlugħ u nżul kif ukoll fuq bażi ta’ kull passiġġier, huwa ogħla bħala medja mil-livell medju komparabbli ta’ imposti mħallsa mil-linja tal-ajru fl-ajruporti komparaturi. Skont ir-rapport ta’ Oxera, il-prezzijiet aktar baxxi mħallsa minn Wizz Air fl-ajruporti komparaturi jissuġġerixxu li investitur privat x’aktarx kien jidħol f’kuntratt fuq it-termini tal-ftehim bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air. |
|
(325) |
Rigward ir-rapport ta’ Oxera li qabbel l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara ma’ tliet ajruporti tar-Renju Unit ipprovdut minn Wizz Air, il-Kummissjoni tfakkar li l-valutazzjoni komparattiva mhijiex metodu xieraq biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq jekk il-valuri referenzjarji disponibbli ma jkunux ġew identifikati fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tas-suq jew jekk il-proċessi eżistenti jkunu distorti b’mod sinifikanti minn interventi pubbliċi. Jidher li tali distorsjonijiet huma preżenti fl-industrija tal-avjazzjoni, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (311) sa (312). |
|
(326) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssib li l-kriterju ta’ numru suffiċjenti ta’ ajruporti komparaturi li jipprovdu servizzi komparabbli taħt kundizzjonijiet normali stabbiliti fil-punt 55 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 mhuwiex issodisfat. Minħabba li hemm ftit mijiet ta’ ajruporti fl-Ewropa, (76) tliet ajruporti ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala numru suffiċjenti li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ valur referenzjarju xieraq għall-prezzijiet tas-suq rilevanti. Barra minn hekk, tnejn mit-tliet ajruporti ta’ valutazzjoni komparattiva (Liverpool u Doncaster) huma wkoll proprjetà tal-istess grupp – Peel Airports Group. Dan ikompli jdgħajjef in-numru u l-varjetà tal-ajruporti komparaturi meħtieġa sabiex jiġi pprovdut parametru referenzjarju affidabbli. |
|
(327) |
Barra minn hekk, it-tliet ajruporti komparaturi kollha jinsabu fir-Renju Unit u tnejn minnhom (Liverpool u Doncaster) huma qrib l-istess belt kbira – Manchester. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ Oxera ma jispjegax jekk it-tliet ajruporti komparaturi kif ukoll l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara jipprovdux servizzi komparabbli. L-istudju jipprovdi biss informazzjoni dwar il-mument meta Wizz Air bdiet topera f’kull ajruport u għal liema destinazzjonijiet u janalizza t-tariffi totali mħallsa minn Wizz Air f’dawn l-ajruporti (esklużi l-pagamenti għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni). Madankollu, dan ma jippermettix li ssir valutazzjoni dwar jekk l-ajruporti jipprovdux servizzi komparabbli. |
|
(328) |
Barra minn hekk, kif jindika r-rapport ta’ Oxera stess, hemm għadd ta’ differenzi bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara u żewġ ajruporti oħra tar-Renju Unit (l-Ajruport ta’ Liverpool u l-Ajruport ta’ Prestwick). B’mod partikolari, l-Ajruport ta’ Liverpool huwa sostanzjalment akbar mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara (madwar 5,5 miljun passiġġier fl-2007), l-Ajruport ta’ Prestwick serva aktar minn 2 miljun passiġġier. Għalhekk, f’termini ta’ volum tat-traffiku, l-uniku wieħed li kien komparabbli kien l-ajruport ta’ Doncaster (sa miljun). In-numru ta’ passiġġieri li Wizz Air stess ittrasportat minn kull wieħed minn dawn l-ajruporti jvarja. |
|
(329) |
Fir-rigward tal-prosperità taż-żona tal-madwar (PDG per capita), kien hemm differenza kbira bejn dak ta’ Timișoara (indiċi tal-PDG per capita (77) taħt 50 fl-2007) u r-Renju Unit (indiċi tal-PDG ta’ madwar 120 fl-2007), fejn jinsabu t-tliet ajruporti komparaturi. Barra minn hekk, il-parti tat-tqabbil tar-rapport ta’ Oxera fiha l-informazzjoni dwar il-pagi medji ta’ kull ġimgħa fis-swieq tax-xogħol reġjonali f’Timișoara u t-tlett ibliet fir-Renju Unit fejn jinsabu l-ajruporti komparaturi (Liverpool, Prestwick and Doncaster) u dawn huma wkoll differenti ħafna (Timișoara huwa inqas minn 50, filwaqt li t-tlett ibliet l-oħra laħqu l-livell ta’ aktar minn 500). |
|
(330) |
Barra minn hekk, ir-rapport ma jikkunsidrax ċerti indikaturi kif speċifikat fil-punt 60 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (eż. it-tip ta’ traffiku jew it-tip u l-livell ta’ servizzi tal-ajruport ipprovduti). |
|
(331) |
Fl-aħħar nett, anke jekk wieħed jassumi li, abbażi ta’ analiżi komparabbli valida, il-“prezz” applikat fid-diversi tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni kienu ekwivalenti għall-“prezzijiet tas-suq” jew ogħla minnhom, il-Kummissjoni ma setgħetx, madankollu, tikkonkludi li dawk it-tranżazzjonijiet kienu jikkorrispondu neċessarjament għall-prezz tas-suq. Ma jkunx prezz tas-suq jekk, wara l-konklużjoni ta’ dawn l-arranġamenti, l-operatur seta’ jistenna li dawn iwasslu għal kostijiet inkrementali ogħla mid-dħul inkrementali. MEO fil-fatt ma jkunx interessat li joffri oġġetti jew servizzi bil-“prezz tas-suq” jekk dan iwassal għat-telf inkrementali tiegħu. |
|
(332) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa xieraq li fil-kuntest ta’ din l-analiżi ttenni li, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, kemm ir-Rumanija kif ukoll il-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu kummenti dwar l-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida għall-każ preżenti. Minbarra Wizz Air, la r-Rumanija u lanqas il-partijiet interessati l-oħra ma kkontestaw l-approċċ tal-Kummissjoni li abbażi tiegħu, meta ma jkunx jista’ jiġi identifikat valur referenzjarju xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq realistiku għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti lil-linji tal-ajru, l-aktar kriterju rilevanti sabiex jiġu vvalutati l-arranġamenti konklużi bejn dawn iż-żewġ partijiet ikun analiżi tal-profittabbiltà inkrementali ex ante. |
|
(333) |
Għalhekk, fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-approċċ ġeneralment rakkomandat fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-applikazzjoni tat-test tal-MEOP għal relazzjonijiet bejn ajruporti u linji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi tal-profittabilità inkrementali ex ante, irid jiġi applikat f’dan il-każ (78). |
9.1.4.4. Skeda ta’ żmien għall-valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-Ftehimiet tal-2008
|
(334) |
Meta jiġi biex jiddeċiedi dwar jekk jidħolx fi ftehimiet ma’ linja tal-ajru, MEO jagħżel skeda ta’ żmien għall-valutazzjoni tiegħu abbażi tat-termini tal-ftehimiet inkwistjoni jew tat-terminu stabbilit f’kull ftehim individwali. Fi kliem ieħor, huwa jivvaluta l-kostijiet u d-dħul inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet. Fid-data li fiha jiffirma l-ftehimiet, MEO prudenti ma jserraħx fuq il-probabbiltà li l-ftehimiet se jiġġeddu ladarba jiskadu, kemm jekk bl-istess termini jew b’termini ġodda. |
|
(335) |
Abbażi tal-approċċ deskritt fil-premessa (334), il-Kummissjoni se tivvaluta l-kostijiet u d-dħul inkrementali tal-Ftehimiet tal-2008 għall-perjodu mill-11 ta’ Diċembru 2008 sal-10 ta’ Diċembru 2011, li huwa l-perjodu inizjali tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni. L-estensjoni fakultattiva tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni bi 12-il xahar ieħor wara l-iskadenza tal-ewwel tliet snin mhux se tiġi kkunsidrata. Din kienet biss għażla ta’ estensjoni, u għalhekk, operatur tas-suq ma setax jibbaża fuq il-fatt li għażla bħal din tiġi eżegwita. |
|
(336) |
Kemm il-Ftehim Operazzjonali kif ukoll il-GHA kienu validi għal perjodu inizjali ta’ sena, jiġifieri mill-11 ta’ Diċembru 2008 sal-10 ta’ Diċembru 2009. Kull wieħed minnhom ippreveda tiġdid awtomatiku għal perjodi ulterjuri ta’ 12-il xahar f’kull anniversarju tad-dħul fis-seħħ rispettiv tagħhom. Il-Maniġer tal-Ajruport ma kienx intitolat li jittermina b’mod unilaterali dawn iż-żewġ kuntratti qabel it-tielet perjodu ta’ tiġdid (79). Billi t-tiġdid tal-Ftehim Operazzjonali u l-GHA kien awtomatiku mill-perspettiva tal-Maniġer tal-Ajruport, il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li MEO prudenti kien jassumi li l-Ftehim Operazzjonali u l-GHA jkunu validi tal-inqas għat-tul ta’ żmien tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, jekk mhux aktar. |
|
(337) |
Għall-kuntrarju, is-suppożizzjoni ta’ perjodu inizjali ta’ tliet snin tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni u perjodu inizjali ta’ sena għall-Ftehim Operazzjonali ma kinitx tkun loġika, peress li mingħajr l-operat tal-linja tal-ajru fl-ajruport, il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni jibqa’ mingħajr skop. Bl-istess mod, it-tul ta’ żmien tal-applikazzjoni tal-GHA jeħtieġ li jiġi allinjat mat-tul ta’ żmien tal-Ftehim Operazzjonali billi s-servizzi tal-groundhandling ikunu possibbli biss jekk il-linja tal-ajru topera fl-ajruport. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (319), it-tul ta’ żmien tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni minn naħa u t-tul ta’ żmien tal-Ftehim Operazzjonali u tal-GHA min-naħa l-oħra huma marbuta flimkien. |
|
(338) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Memorandum ta’ Qbil iffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2008 kien il-qafas li stabbilixxa l-prinċipji ġenerali ta’ kooperazzjoni bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air. Dawn ġew spjegati f’termini operazzjonali fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, il-Ftehim Operazzjonali u l-GHA. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perjodu qabel l-iffirmar tal-Memorandum ta’ Qbil, jiġifieri l-25 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi kkunsidrat bħala l-punt ta’ referenza ex ante għall-finijiet tal-analiżi tal-profittabbiltà. |
|
(339) |
Kemm il-Ftehim Operazzjonali kif ukoll il-GHA ġew emendati fil-25 ta’ Ġunju 2010 bi skema ġdida ta’ skontijiet miftiehma bejn Wizz Air u l-Maniġer tal-Ajruport li kopriet il-perjodu sas-6 ta’ Frar 2011 (il-“Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010”). Din l-iskema l-ġdida ta’ skontijiet tikkorrispondi għall-AIP tal-2010. Minħabba l-fatt li l-emendi ġabu modifiki fit-termini taż-żewġ ftehimiet, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipju tal-MEO b’mod separat għall-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 li għandhom l-għan li jivvalutaw jekk MEO kienx jidħol fil-ftehimiet ta’ emenda. Għalhekk il-valutazzjoni ta’ hawn taħt tagħmel distinzjoni bejn l-analiżi tal-profittabbiltà għall-perjodu inizjali tal-Ftehimiet tal-2008 u l-analiżi tal-profittabbiltà tal-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010. |
9.1.4.5. Analiżi tal-profittabbiltà tal-Ftehimiet tal-2008
Valutazzjoni tal-kostijiet u tad-dħul inkrementali tal-Ftehimiet tal-2008
|
(340) |
Il-Ftehimiet tal-2008 kienu arranġamenti nnegozjati b’mod individwali li kienu japplikaw biss għaż-żewġ partijiet kontraenti. Din mhijiex skema ġenerali tal-imposti tal-ajruport li tapplika għal-linji tal-ajru kollha li jużaw l-ajruport (80). Il-kostijiet u d-dħul rilevanti li huma inkrementali għall-Ftehimiet tal-2008 huma dawk li l-Maniġer tal-Ajruport kien mistenni jġarrab minħabba l-operat ta’ Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. |
|
(341) |
Il-kwistjoni ewlenija hija jekk id-dħul inkrementali, li jirriżulta mill-attività tal-linja tal-ajru, jaqbiżx il-kostijiet inkrementali. Għalhekk, l-investimenti li saru fl-Ajruport qabel il-ftehimiet u l-kostijiet operatorji fissi mhumiex rilevanti. |
|
(342) |
Dħul inkrementali li investitur privat jistenna b’mod raġonevoli mill-Ftehimiet tal-2008 jirriżulta minn dħul addizzjonali minn attivitajiet ajrunawtiċi mill-imposti tal-ajruport imħallsa minn Wizz Air u minn dħul addizzjonali minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi minn, pereżempju, parkeġġ tal-karozzi, ħwienet ta’ frankiġja, jew ħwienet operati direttament. |
|
(343) |
Il-kostijiet inkrementali f’dan il-każ huma l-kostijiet operatorji, il-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u kwalunkwe kost ta’ investiment li jista’ jiġi attribwit għall-preżenza ta’ Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. |
Analiżi tal-profittabbiltà ex ante pprovduta mir-Rumanija għall-Ftehimiet tal-2008
|
(344) |
Wara t-talba tal-Kummissjoni, fid-9 ta’ Diċembru 2014, ir-Rumanija pprovdiet analiżi tal-profittabbiltà ex ante mibnija mill-ġdid ex post abbażi tad-data disponibbli qabel il-konklużjoni tal-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air. L-analiżi pprovdiet ħarsa ġenerali lejn id-dħul inkrementali li seta’ kien mistenni fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet. |
|
(345) |
Il-Ftehimiet tal-2008 kienu stmati li jiġġeneraw id-dħul li ġej: Tabella 12: Dħul stmat ex ante ġġenerat permezz tal-Ftehimiet tal-2008 (bl-esklużjoni tal-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni)
|
|
(346) |
L-analiżi tuża l-previżjonijiet ta’ Wizz Air tan-numru ta’ passiġġieri li kellhom jiġu ttrasportati fl-2009, fl-2010 u fl-2011. |
|
(347) |
Id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi għal kull passiġġier li jitlaq ġie kkalkolat kif muri fit-Table 13. Id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi għal kull passiġġier ta’ Wizz Air ġie kkalkolat bħala d-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi għal kull passiġġier li jitlaq ta’ Wizz Air (madwar EUR 24) diviż bi 2, peress li nofs il-passiġġieri ta’ Wizz Air biss huma passiġġieri li jitilqu. Il-kostijiet ta’ unità jirrappreżentaw l-imposti kollha (jiġifieri mingħajr l-ebda skont) kif stabbilit fil-Ftehim Operazzjonali u fil-GHA. Tabella 13: Dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi għal kull titjira u għal kull passiġġier li jitlaq ta’ Wizz Air
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(348) |
Skont ir-Rumanija, abbażi tal-esperjenza tal-Ajruport fis-snin preċedenti, id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi jirrappreżenta biss 15 - 20 % tad-dħul totali tal-Maniġer tal-Ajruport, li kien jammonta għal EUR 2,5 fi dħul mhux minn attivitajiet ajrunawtiċi għal kull passiġġier. Dan l-ammont kien preżunt ukoll għall-passiġġier ta’ Wizz Air (kif muri fil-kolonna 4 tat-Table 12). |
|
(349) |
Meta l-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni kif stabbiliti fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni ġew inklużi fl-istimi, kien mistenni d-dħul li ġej. Il-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni huma inklużi fit-tabella mir-Rumanija bħala “l-investiment ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-Ajruport”. Tabella 14: Dħul nett stmat ex ante ġġenerat permezz tal-Ftehimiet tal-2008 (inkluż il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni)
|
|
(350) |
L-ammont miżmum mill-Maniġer tal-Ajruport għal kull passiġġier imbarkat (il-kolonna 6 tat-Table 14) ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni. Il-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni ppreveda ammont li għandu jinżamm mill-Maniġer tal-Ajruport (81)skont in-numru ta’ passiġġieri kull xahar li jitwasslu minn Wizz Air lejn/mill-ajruport kif ġej. Tabella 15 Ammont miżmum għal kull passiġġier li jitlaq
|
||||||||||||||||||||||||
|
(351) |
Minħabba n-numru ta’ passiġġieri ta’ Wizz Air stmati fis-sena ta’ 200 000 fl-2009, ta’ 300 000 fl-2010 u ta’ 350 000 fl-2011, ġie stmat li n-numru ta’ passiġġieri ta’ Wizz Air fix-xahar kien ikun ta’ 16 666 fl-2009, ta’ 25 000 fl-2010 u ta’ 29 166 fl-2011. Fuq dik il-bażi, ġie kkunsidrat li l-Maniġer tal-Ajruport kien iżomm EUR 5 għal kull passiġġier imbarkat fl-2009 u EUR 4 fl-2010 u fl-2011. |
|
(352) |
L-analiżi pprovduta mir-Rumanija ma tinkludix kalkoli tal-kostijiet inkrementali. Skont l-awtoritajiet Rumeni, il-maġġoranza tal-kostijiet tal-ajruport hija fissa (madwar 80 %). Barra minn hekk, il-kostijiet tal-ajruport kienu stmati li jibqgħu kostanti jew ikunu soġġetti għal modifiki żgħar biss minħabba konsum akbar ta’ fjuwil u ta’ enerġija u possibbilment minħabba l-użu fiżiku ta’ tagħmir assoċjat ma’ operazzjonijiet ta’ Wizz Air fl-ajruport. Ir-Rumanija spjegat li ma kien mistenni l-ebda kost addizzjonali ieħor b’rabta mat-tagħmir, mal-materjali jew mal-infrastruttura billi l-operazzjonijiet ta’ Wizz Air jużaw l-assi u l-infrastruttura eżistenti matul l-intervalli ta’ ħin li sa dak iż-żmien kienu għadhom ma ntużawx. L-attività tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kienet iffokata fuq l-operazzjonijiet ta’ Carpatair li użaw ċerti intervalli ta’ ħin biss matul il-jum. L-ebda kost addizzjonali tal-persunal ma kien mistenni għal raġunijiet simili. Skont ir-Rumanija, ma ġie allokat l-ebda kost ta’ investiment lil Wizz Air, minħabba li l-investimenti kollha tal-ajruport kienu ppjanati qabel ma bdew in-negozjati ma’ Wizz Air. Konsegwentement, skont l-analiżi, minħabba s-sehem għoli ta’ kostijiet fissi, il-Maniġer tal-Ajruport jibbenefika minn żieda fil-profittabbiltà minħabba ż-żieda fil-volum ta’ passiġġieri, anke meta jiġu applikati tariffi mnaqqsa. |
|
(353) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-approċċ fir-rigward tan-numru ta’ passiġġieri stmati bħala raġonevoli peress li huwa konsistenti mal-Pjan ta’ Żvilupp. Il-Pjan ta’ Żvilupp ippreveda żieda ta’ 244 348 passiġġier mill-2008 sal-2009. Peress li l-ftehim operazzjonali ta’ Wizz Air daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2008, jista’ jingħad li bejn wieħed u ieħor miż-żieda ta’ 244 348 passiġġier prevista fil-Pjan ta’ Żvilupp, 200 000 passiġġier inġiebu minn Wizz Air. Il-Pjan ta’ Żvilupp ikkalkola wkoll żieda ta’ 253 423 passiġġier fit-traffiku tal-passiġġieri mill-2009 sal-2010 u ta’ 215 973 passiġġier mill-2010 sal-2011. Għalhekk, iż-żieda ta’ 100 000 passiġġier mill-2009 sal-2010 u ta’ 50 000 rispettivament mill-2010 sal-2011 għal Wizz Air prevista fl-analiżi ex ante tar-Rumanija tidher raġonevoli. |
|
(354) |
Il-Kummissjoni ssib li d-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi huwa sopravvalutat minħabba li l-iskontijiet għall-imposti tal-ajruport previsti fil-Ftehim Operazzjonali mhumiex ikkunsidrati. Madankollu, minħabba l-formula għall-kalkolu tal-pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni, id-dħul aktar baxx minn attivitajiet ajrunawtiċi kien jirriżulta f’pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni aktar baxx bl-istess ammont eżatt (82). Konsegwentement, id-dħul u l-kostijiet ikunu aktar baxxi bl-istess ammont u għalhekk ma jaffettwawx il-profittabbiltà. |
|
(355) |
Madankollu, il-Kummissjoni ssib li l-analiżi ex ante mibnija mill-ġdid ex post ipprovduta mir-Rumanija fiha għadd ta’ nuqqasijiet kif ġej:
|
|
(356) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi tal-profittabbiltà ex ante mibnija mill-ġdid ex post mir-Rumanija ma turix konformità mal-Prinċipju tal-MEO tal-Ftehimiet tal-2008. |
Analiżi tal-profittabbiltà ex ante ta’ Oxera għall-Ftehimiet tal-2008
|
(357) |
Wizz Air ippreżentat rapport imħejji minn Oxera, datat l-10 ta’ Frar 2015 (flimkien mal-emenda ulterjuri tiegħu “Rapport ta’ Oxera”), li jivvaluta l-profittabbiltà mistennija tal-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air mibnija mill-ġdid ex post abbażi tad-data li kienet tkun disponibbli fil-mument meta ġew iffirmati l-ftehimiet. Ir-Rapport ta’ Oxera intitolat “Economic MEOP assessment: Timișoara airport. Profitability analysis (Valutazzjoni tal-MEOP ekonomika: l-Ajruport ta’ Timișoara. Analiżi tal-Profittabbiltà) huwa bbażat fuq id-data mill-analiżi pprovduta mir-Rumanija (il-premessa (344)) ikkomplementata mid-data addizzjonali pprovduta mill-Maniġer tal-Ajruport lil Oxera. |
|
(358) |
L-iskeda ta’ żmien tal-Ftehimiet tal-2008 ikkunsidrata hija ta’ tliet snin, jiġifieri l-iskeda ta’ żmien inizjali prevista fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni mingħajr l-estensjoni possibbli tiegħu. |
|
(359) |
Fl-14 ta’ Mejju 2015, Oxera ppreżentat mill-ġdid il-kalkoli ta’ profittabbiltà mistennija biex tikkoreġi problema fid-data li nstabet fir-rapport tal-10 ta’ Frar 2015. Il-korrezzjoni kienet tikkonċerna stima eċċessiva tal-kostijiet totali tal-investimenti li jirriżultaw minn għadd doppju tal-investiment iffinanzjat mill-Istat fis-sottomissjoni oriġinali. Din il-problema tad-data affettwat il-profittabbiltà mistennija tal-Ftehimiet tal-2008, li oriġinarjament kienet sottovalutata. |
|
(360) |
Skont ir-Rapport emendat ta’ Oxera, ir-riżultati tal-kostijiet, id-dħul u l-profitti inkrementali li setgħu kienu mistennija dak iż-żmien meta ġew iffirmati l-Ftehimiet tal-2008 huma miġbura fil-qosor fit-Table 16 hawn taħt. Oxera kkonkludiet li l-Ftehimiet tal-2008 kienu mistennija li jkollhom valur preżenti nett (“VPN”) ta’ RON 7,62 miljun. Tabella 16: Id-dħul inkrementali, il-kostijiet inkrementali u l-profitti inkrementali ta’ Oxera mistennija mill-Ftehimiet tal-2008
|
|
(361) |
Ir-riżultati fit-Table 16 huma bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(362) |
Fir-rigward tal-kostijiet ta’ investiment inkrementali, ġew ikkunsidrati s-suppożizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(363) |
Skont ir-Rapport ta’ Oxera, ir-riżultati tal-analiżi tal-profittabbiltà tal-Ftehimiet tal-2008 issuġġerew li l-imposti mħallsa minn Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara taħt il-Ftehimiet tal-2008 kienu komparabbli ma’ livell ta’ imposti li kieku kienu jiġu offruti lil Wizz Air minn MEO proprjetarju tal-ajruport f’ċirkostanzi simili. |
|
(364) |
Il-Kummissjoni ssib li l-għadd ta’ passiġġieri stmati fl-istudju ta’ Oxera huwa raġonevoli. Dawn l-istimi tat-traffiku jidhru li huma konsistenti mal-previżjoni tat-traffiku prevista mill-Pjan ta’ Żvilupp. L-istima tal-passiġġieri ta’ Wizz Air fir-Rapport ta’ Oxera żdiedet b’188 826 passiġġier (89) mill-2008 sal-2009, b’100 000 passiġġier mill-2009 sal-2010 (90) u b’29 864 passiġġier mill-2010 sal-2011 (91). Il-Pjan ta’ Żvilupp ippreveda żieda ta’ 244 348 passiġġier mill-2008 sal-2009, 253 423 passiġġier mill-2009 sal-2010 u 215 973 passiġġier mill-2011 sal-2010. Konsegwentement, meta mqabbel maż-żieda prevista mill-Pjan ta’ Żvilupp, iż-żieda stmata fl-għadd ta’ passiġġieri ta’ Wizz Air preżunti fir-Rapport ta’ Oxera tidher li hija raġonevoli u konservattiva. |
|
(365) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskontijiet preżunti għall-kalkolu tad-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi huma raġonevoli. Il-Ftehim tal-Operazzjoni ppermetta skont ta’ 50 % fuq l-imposti tal-inżul għal linji tal-ajru ġodda jew destinazzjonijiet ġodda jew żieda fil-frekwenzi lejn/minn destinazzjonijiet eżistenti. Minħabba li Wizz Air kienet għadha kif se tibda topera fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, kien raġonevoli li wieħed jassumi li kienu se jinfetħu destinazzjonijiet ġodda u/jew jiżdiedu frekwenzi matul il-perjodu tal-Ftehimiet tal-2008 u għalhekk jibbenefikaw minn skont ta’ 50 %. |
|
(366) |
Ir-Rapport ta’ Oxera jassumi wkoll tnaqqis ta’ 10 % fuq l-imposta tal-passiġġieri għall-perjodu kollu ta’ validità tal-Ftehimiet tal-2008. Għas-snin 2010 u 2011, l-iskont preżunt ta’ 10 % huwa konformi mat-tnaqqis previst fil-Ftehim Operazzjonali għan-numru stmat ta’ passiġġieri imbarkati ta’ Wizz fis-sena. Madankollu, għas-snin 2008 u 2009, ma kellu jkun previst l-ebda skont minħabba li n-numru stmat ta’ passiġġieri imbarkati kien inqas minn 150 000 fis-sena (u l-iskont huwa applikabbli biss għal ċifri ogħla minn dan in-numru). Madankollu, l-iskont preżunt ta’ 10 % għall-2008 u l-2009 inaqqas id-dħul għal dawk is-snin u, għalhekk, l-approċċ jista’ jiġi kkunsidrat bħala konservattiv u, għalhekk, aċċettabbli. |
|
(367) |
Il-Kummissjoni taqbel ukoll mal-esklużjoni tal-imposta tas-sigurtà. L-imposta tas-sigurtà tiffinanzja attivitajiet li huma kkunsidrati ta’ natura mhux ekonomika u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li hija waħda mill-opzjonijiet deskritti fil-premessa (354) hawn fuq. Il-Kummissjoni tifhem li, skont il-leġiżlazzjoni Rumena, l-imposta tas-sigurtà tiffinanzja esklussivament investiment, xogħol ta’ manutenzjoni u tagħmir li huwa relatat direttament mas-sigurtà. Sa fejn l-imposta tiffinanzja wkoll tali infrastruttura jew tagħmir li jintuża wkoll għal skopijiet kummerċjali (u għalhekk huwa inerenti għan-negozju tal-ajruport), l-esklużjoni tal-imposta mill-kalkolu tad-dħul hija konservattiva u għalhekk tissottovaluta d-dħul kollu. |
|
(368) |
Il-Kummissjoni ssib li l-istima tad-dħul inkrementali minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi hija aċċettabbli. Din hija bbażata fuq l-istima ex ante tal-Maniġer tal-Ajruport tad-dħul mhux minn attivitajiet ajrunawtiċi għal kull passiġġier u żdied permezz tal-inflazzjoni mistennija. |
|
(369) |
Il-Kummissjoni taqbel ukoll mar-rata ta’ skont użata għall-kalkolu, peress li hija konformi mar-rati ta’ referenza tal-Kummissjoni. |
|
(370) |
Fir-rigward tal-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni inkrementali mġarrba mill-Maniġer tal-Ajruport, l-istimi huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-ammont stmat tal-imposti tal-ajruport. Il-Kummissjoni ssib għalhekk li huma aċċettabbli. |
|
(371) |
Fir-rigward tal-kostijiet operatorji inkrementali, ir-Rapport ta’ Oxera huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni pprovduta mir-Rumanija li skontha 80 % tal-kostijiet operatorji huma fissi u 20 % biss ivarjaw skont l-għadd ta’ passiġġieri. Il-Kummissjoni ssib li din is-suppożizzjoni hija raġonevoli. (92) Ir-Rapporti ta’ Oxera jistmaw il-kostijiet operatorji inkrementali billi jużaw data tar-riżultati għall-kostijiet operatorji għal kull passiġġier li jitlaq qabel l-iffirmar tal-Ftehimiet tal-2008 u li jiżdiedu permezz tal-inflazzjoni mistennija. Din imbagħad tapplika kostijiet operatorji għal kull passiġġier għan-numru stmat ta’ passiġġieri ta’ Wizz Air. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-approċċ fl-istima tal-kostijiet operatorji inkrementali huwa tajjeb. |
|
(372) |
Fir-rigward tal-kostijiet ta’ investiment inkrementali, il-Kummissjoni taċċetta s-suppożizzjoni li skontha ma kien mistenni l-ebda investiment addizzjonali minħabba l-operazzjoni ta’ Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Fil-Memorandum ta’ Qbil, il-Maniġer tal-Ajruport impenja ruħu li:
|
|
(373) |
Barra minn hekk, il-Ftehim Operazzjonali ffirmat sussegwentement ippreveda obbligu għall-Maniġer tal-Ajruport li jtemm il-proċess ta’ titjib tal-kategorija tal-inżul u t-tlugħ tal-ajruport għall-Kategorija II biss sa tmiem l-2009. |
|
(374) |
Rigward l-impenn li jiġi estiż it-terminal tal-passiġġieri (il-premessa (372)(i)), il-Kummissjoni tinnota li l-estensjoni tat-terminal ġiet deċiża f’żewġ passi u ż-żmien għat-teħid tad-deċiżjonijiet kien qabel l-iffirmar tal-Memorandum ta’ Qbil. L-ewwel estensjoni tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara kienet xprunata mill-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità tat-terminal minħabba żieda mistennija fit-traffiku matul is-snin ta’ wara. Din l-estensjoni kienet prevista mill-Pjan ta’ Żvilupp li tfassal f’Marzu 2006 u li ġie approvat formalment mid-Deċiżjoni tal-Gvern nru 1212 tal-4 ta’ Ottubru 2007. Id-Deċiżjoni tal-Gvern ipprevediet estensjoni tat-terminal matul il-perjodu 2008 - 2009. It-tieni estensjoni ġiet ikkawżata mill-ħtieġa li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ Schengen. Skont l-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija, l-istudju ta’ fattibbiltà għal din l-estensjoni tnieda f’Jannar 2008 fuq il-bażi ta’ kuntratt ma’ konsulent minn Marzu 2008 u ġie ffinalizzat f’Ġunju 2008, jiġifieri qabel l-iffirmar tal-Memorandum ta’ Qbil. |
|
(375) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Ftehim Operazzjonali rreveda l-impenn meħud fil-Memorandum ta’ Qbil biex il-kategorija tal-inżul u t-tlugħ tal-Ajruporti tiġi aġġornata għall-Kategorija III taż-żewġ direzzjonijiet sa tmiem l-2009 b’impenn biex jiġi ffinalizzat l-aġġornament għall-Kategorija II sa tmiem l-2009 (il-premessa (372)(ii)) (93). Skont l-informazzjoni disponibbli pubblikament, (94) fl-2015 sar l-aġġornament tal-kategorija tal-inżul u t-tlugħ tal-Ajruport għall-Kategorija III dwar id-direzzjoni tal-inżul fil-Lvant, permezz ta’ aġġornament tas-sistema ta’ navigazzjoni bir-radju. Bħalissa, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara jinsab fil-Kategorija III dwar id-direzzjoni tal-inżul fil-Lvant u fil-Kategorija II għad-direzzjoni tal-inżul fil-Punent. Skont l-informazzjoni ppreżentata mir-Rumanija, fl-2008 l-Ajruport ġie aġġornat għall-Kategorija II mill-Kategorija I f’direzzjoni waħda permezz ta’ investiment fid-dwal tal-Ajruport (id-direzzjoni l-oħra kienet diġà tal-Kategorija II). Id-deċiżjoni dwar l-investiment fis-sistema tad-dawl ittieħdet fil-Pjan ta’ Żvilupp u l-istudju ta’ fattibbiltà tnieda f’Awwissu 2007 fuq il-bażi ta’ kuntratt mit-22 ta’ Awwissu 2007. Kuntratt għall-akkwist tat-tagħmir tad-dawl ġie ffirmat f’Ottubru 2008. Għalhekk id-deċiżjoni dwar it-titjib fit-tagħmir tad-dawl ittieħdet qabel l-iffirmar tal-Ftehimiet tal-2008. Abbażi ta’ dan, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-impenn tal-Ftehim Operazzjonali biex jiġi ffinalizzat l-aġġornament għall-Kategorija II sa tmiem l-2009 kien qed jirreferi għall-aġġornament għall-Kategorija II immirat lejn it-tagħmir tad-dawl li kien diġà ġie deċiż. |
|
(376) |
Rigward l-impenn li jiġi żgurat l-għadd meħtieġ ta’ postijiet ta’ parkeġġ għall-passiġġieri (il-premessa (372)(iii)), il-Kummissjoni tinnota li l-investiment fil-parkeġġi sar fl-2007 u wara l-iffirmar tal-MtQ u matul il-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu ma sar l-ebda investiment ieħor fil-parkeġġ. |
|
(377) |
Rigward l-impenn li minn stand tal-inġenju tal-ajru wieħed disponibbli fi Frar 2009 ikun hemm tnejn jew tliet stands tal-inġenji tal-ajru minn Ottubru 2009 (il-premessa (372)(iv)), ix-xogħlijiet biex tiġi estiża r-rampa tal-ajruport ittieħdet f’Ottubru 2007 u x-xogħlijiet saru matul l-2007, l-2008 u l-2009. |
|
(378) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ssib li l-impenji meħuda fil-Memorandum ta’ Qbil u l-Ftehim Operazzjonali ma twettqux jew ma ttiħditx deċiżjoni dwarhom qabel id-data tal-Ftehimiet tal-2008. Ma sar l-ebda investiment li kien dovut għall-preżenza ta’ Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. |
|
(379) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-Rapport ta’ Oxera inkluda l-kostijiet ta’ deprezzament inkrementali tal-investimenti li saru mir-riżorsi proprji tal-Maniġer tal-Ajruport ibbażati fuq is-sehem mistenni ta’ Wizz Air fil-kapaċità tal-ajruport. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-Maniġer tal-Ajruport ma kellu jħallas l-ebda kost ta’ investiment minħabba l-preżenza tal-linja tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi ma għandhiex tinkludi xi kostijiet ta’ deprezzament assoċjati mal-Ftehimiet tal-2008. |
|
(380) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kostijiet, id-dħul u l-profitti inkrementali li setgħu kienu mistennija dak iż-żmien meta ġew iffirmati l-Ftehimiet tal-2008 kif ikkalkulati mill-ġdid mill-Kummissjoni abbażi tar-Rapport ta’ Oxera huma miġbura fil-qosor fit-Table 17. Tabella 17: Id-dħul inkrementali, il-kostijiet inkrementali u l-profitti inkrementali ta’ Oxera mistennija mill-Ftehimiet tal-2008 – ikkalkulati mill-ġdid mill-Kummissjoni Ewropea
|
|
(381) |
B’konklużjoni għar-Rapport ta’ Oxera kif ikkalkulat mill-ġdid mill-Kummissjoni, il-Ftehimiet tal-2008 kienu mistennija li jkunu profittabbli b’mod inkrementali għall-Maniġer tal-Ajruport. |
Analiżi tal-profittabbiltà ex ante ta’ Carpatair tal-Ftehimiet tal-2008
L-istudju ta’ Carpatair
|
(382) |
Fl-10 ta’ Novembru 2014, Carpatair ressqet studju lill-Kummissjoni li jistabbilixxi l-fehma ta’ Carpatair dwar l-analiżi ex ante u l-valutazzjoni tal-konformità mat-test tal-MEO tal-Maniġer tal-Ajruport meta stabbilixxa l-arranġament ma’ Wizz Air fil-25 ta’ Ġunju 2008. |
|
(383) |
L-istudju ppreżenta xenarju bażi li huwa x-xenarju fejn ma kien jeżisti l-ebda ftehim ma’ Wizz Air u kien hemm tliet xenarji li assumew l-eżistenza tal-ftehimiet ma’ Wizz Air (xenarju ottimist, realistiku u pessimist). |
|
(384) |
Carpatair tassumi li fin-nuqqas ta’ kwalunkwe impenn mil-linja tal-ajru fir-rigward ta’ ċertu perjodu ta’ żmien biex iżżomm l-operazzjonijiet tagħha, il-ftehim ma għandux tul ta’ żmien definit u t-tul xieraq tal-analiżi tal-profittabbiltà huwa l-perjodu ta’ żmien tal-Pjan ta’ Żvilupp li kopra l-perjodu sal-2015. Abbażi ta’ din il-kunsiderazzjoni, l-iskeda ta’ żmien tal-analiżi inkluża fl-istudju tagħha hija bejn l-2009 u l-2015. Tabella 18: Xenarju “BAŻI”: dħul, kostijiet, flussi tal-flus
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(385) |
Fix-xenarju bażi, jiġifieri “L-ebda arranġament ta’ Wizz Air”, l-investiment fil-PCN (numru ta’ klassifikazzjoni tal-paviment), it-tisħiħ tal-infrastruttura taż-żona tal-ajru kien ikkunsidrat bħala meħtieġ biss fl-2011 u ma ġiex ikkunsidrat li kien hemm bżonn ta’ investiment fiż-żieda tal-kapaċità tat-terminal (ara l-premessa (388) għal aktar spjegazzjonijiet). |
|
(386) |
Ma ntużat l-ebda rata ta’ skont u l-ebda VPN ma ġie kkalkulat għax-xenarju bażi. |
|
(387) |
Kif spjegat hawn fuq, l-istudju ta’ Carpatair jippreżenta tliet xenarji taħt l-ipoteżi “Arranġament ma’ Wizz Air”. Il-Kummissjoni se tippreżenta f’aktar dettall ix-xenarju realistiku (95). Tabella 19: Xenarju realistiku “Dħul f’arranġament ma’ Wizz Air”: profitti, kostijiet, flussi tal-flus
|
|
(388) |
Ir-riżultati fit-Table 19 kienu bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(389) |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-VPN ta’ seba’ snin ġie stmat għal EUR -30 000 471 (99). Għalhekk, l-istudju sab li, abbażi tax-xenarju realistiku l-ftehim ma’ Wizz Air ma kienx profittabbli u, għalhekk, ma kienx konformi mal-MEOP (100). |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-istudju ta’ Carpatair
|
(390) |
Il-Kummissjoni ssib li l-istudju ta’ Carpatair huwa bbażat fuq numru ta’ suppożizzjonijiet li ma jidhrux raġonevoli, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(391) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-istudju jassumi l-flussi tal-flus inkrementali bħala d-differenza bejn il-fluss tal-flus mix-xenarju bażi u l-flussi tal-flus mit-tliet xenarji li jassumu ftehim ma’ Wizz Air. Madankollu, l-istudju ma jikkalkulax il-fluss tal-flus inkrementali b’dan il-mod u kull xenarju li jassumi ftehim ma’ Wizz Air għandu l-kalkoli tal-flussi tal-flus inkrementali tiegħu stess (mhux b’paragun max-xenarju bażi). Għalhekk dan iqajjem aktar dubji dwar il-konklużjonijiet tal-istudju relatati mad-data. |
|
(392) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-analiżi tal-profittabbiltà ex ante pprovduta minn Carpatair ma tistax tintuża bħala prova għan-nuqqas ta’ konformità tal-Ftehimiet tal-2008 mal-MEOP. |
Studji ta’ profittabbiltà ex post għall-Ftehimiet tal-2008
|
(393) |
Il-profittabbiltà mistennija tal-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air hija appoġġata minn studji ex post, li ġew ipprovduti lill-Kummissjoni minn:
|
|
(394) |
Il-Kummissjoni se tipprovdi hawn taħt deskrizzjoni qasira ta’ dawn l-istudji ex post bħala evidenza komplementari għas-sejbiet tal-istudji ex ante. Madankollu, l-analiżi ex ante tal-profittabbiltà tibqa’ l-evidenza deċiżiva fil-konformità tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni mal-MEOP. |
Oxera
|
(395) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2011, Oxera ssottomettiet rapport ex post imħejji għal Wizz Air. Ir-rapport ta’ Oxera kkalkula l-kostijiet u d-dħul inkrementali li ġejjin b’rabta mal-Ftehimiet tal-2008: Tabella 20: Dħul għal kull tluq tal-passiġġier ta’ Wizz Air 2008-2010 (EUR)
Tabella 21: Kostijiet mistennija assoċjati mal-Ftehimiet tal-2008 (EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(396) |
Ir-riżultati fit-Table 20 u fit-Table 21 huma bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(397) |
Abbażi tal-kostijiet u d-dħul ta’ hawn fuq, Oxera sabet li l-Ftehimiet tal-2008 kienu profittabbli b’mod inkrementali. Il-profitt għal kull passiġġier (jiġifieri l-kontribuzzjoni inkrementali għal kull passiġġier ikkalkulata bħala d-differenza bejn l-istimi tad-dħul u l-kostijiet inkrementali) jidher fit-Table 22. Tabella 22: Kontribuzzjoni inkrementali assoċjata mal-Ftehimiet tal-2008 (EUR)
|
||||||||||||||||||||||||
|
(398) |
Abbażi tal-kalkoli ta’ hawn fuq Oxera sabet li l-Ftehimiet tal-2008 għandhom VPN pożittiv ta’ EUR 145 249 matul il-perjodu ta’ tliet snin tal-Ftehimiet tal-2008, filwaqt li kkunsidraw rata ta’ skont ta’ 12,02 %. |
|
(399) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni tal-profittabbiltà ex post ta’ Oxera tħallat flimkien data ex ante u ex post għall-kalkolu tad-dħul inkrementali, filwaqt li l-kalkoli tal-kostijiet inkrementali huma kompletament ex post. |
|
(400) |
Il-Kummissjoni tinnota li kemm l-imposti kif ukoll il-kostijiet tas-sigurtà huma inklużi u tassumi li dan mhux se jaffettwa l-kalkolu kumplessiv tal-profittabbiltà. |
|
(401) |
Fir-rigward tad-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi, il-Kummissjoni tinnota li l-imposti tad-dawl u tal-parkeġġ (ta’ EUR 2,10 għal kull tunnellata ta’ MTWO għal kull użu u EUR 0,15 għal kull tunnellata ta’ MTOW għal kull użu rispettivament) huma esklużi mill-kalkoli, li jirrappreżenta approċċ konservattiv. Barra minn hekk, jidher li l-iskont preżunt ta’ 20 % għall-imposta tal-passiġġieri imbarkati għall-2009 u ta’ 30 % għall-2010 huwa sopravalutat peress li dan ikun jassumi aktar minn 300 000 passiġġier imbarkat fl-2009 u aktar minn 500 000 passiġġier imbarkat fl-2010 li mhuwiex konformi mad-data tar-riżultati għall-passiġġieri ta’ Wizz Air. Il-Kummissjoni ssib li, abbażi tad-data tar-riżultati tal-passiġġieri ta’ Wizz Air, għall-2008 u l-2009 ma għandu jiġi preżunt l-ebda skont għall-imposti tal-passiġġieri u għandha tiġi preżunta biss rata ta’ skont ta’ 10 % għall-2010. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li abbażi tal-formula fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni, il-korrezzjoni tal-imposti tal-ajruport (biex jiġu kkunsidrati l-imposti tad-dawl u tal-parkeġġ u biex tiġi kkoreġuta r-rata ta’ skont li għandha tiġi preżunta għall-imposta tal-passiġġieri) twassal għal korrezzjoni simili fil-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-istess ammont u, għalhekk, il-profittabbiltà globali ma tkunx affettwata. |
|
(402) |
Dwar il-kostijiet:
|
|
(403) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (401), il-Kummissjoni ssib li b’mod ġenerali l-kostijiet jidhru sopravalutati. |
|
(404) |
Madankollu, peress li l-korrezzjoni tad-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi tiskatta korrezzjoni simili tal-pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni, dan ma jaffettwax il-kalkolu tal-profittabbiltà. Barra minn hekk, il-kostijiet jidhru sopravalutati. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-konklużjoni ġenerali tal-istudju ta’ Oxera tal-2011 se tibqa’ valida u l-VPN jibqa’ pożittiv. |
|
(405) |
Abbażi tal-premessi (399) sa (404), il-Kummissjoni ssib li r-riżultati tar-rapport ta’ Oxera tas-27 ta’ Ottubru 2011 rigward il-Ftehimiet tal-2008 huma aċċettabbli. |
L-Università Politeknika ta’ Timișoara
|
(406) |
Il-Maniġer tal-Ajruport issottometta analiżi kostijiet-benefiċċji mwettqa mill-Università Politeknika ta’ Timișoara f’April 2011. L-analiżi tikkunsidra l-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-ajruport lil Wizz Air bħala “investiment” tal-Maniġer tal-Ajruport biex jintlaħaq l-objettiv li jiżdied in-numru ta’ passiġġieri u d-dħul b’mod impliċitu. L-analiżi tikkunsidra żewġ perjodi ta’ żmien għal dan l-“investiment”, ħames snin (2008-2012) u seba’ snin (2008-2014). L-istudju bbaża l-kalkoli tiegħu fuq data ex post mill-2008 sal-2010, u stimi għas-sena 2011-2014. Sabiex tivvaluta l-profittabbiltà tal-“investiment”, l-università kkalkulat il-VPN, billi kkunsidrat erba’ elementi:
|
|
(407) |
L-analiżi sabet li aktar minn ħames snin (2008-2012), l- “investiment” li jinkludi tliet snin ta’ nefqa ta’ kummerċjalizzazzjoni bil-quddiem bejn l-2008 u l-2010, akkumpanjat minn dħul minn Wizz Air matul il-perjodu ta’ ħames snin mill-2008 sal-2012, jipproduċi VPN ta’ EUR 590 389,80 (madwar RON 2,5 miljun). Fuq perjodu ta’ żmien ta’ seba’ snin (2008-2014), b’kunsiderazzjoni tad-dħul matul il-perjodu 2008 sal-2014, il-VPN jogħla b’mod sinifikanti, għal RON 2 282 687,31 (madwar RON 10 miljun). |
|
(408) |
Il-Kummissjoni tinnota VPN pożittiv ikkalkulat minn Timișoara Polytechnica. Il-Kummissjoni ssib li l-approċċ għall-allokazzjoni tal-kostijiet globali raġonevoli (daqs jew akbar mis-sehem ta’ titjiriet ta’ Wizz Air fit-titjiriet totali fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara). Madankollu, l-istudju ma jinkludix dettalji dwar kif ġie kkalkulat id-dħul minn Wizz Air (eż. fuq il-bażi ta’ liema skontijiet preżunti u liema data għat-traffiku tal-passiġġieri u ta’ tlugħ u nżul intużat). Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandhiex l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista’ tivvaluta jekk l-istimi tad-dħul humiex raġonevoli. Barra minn hekk, l-analiżi tal-profittabbiltà ma tidhirx li hija speċifika għall-Ftehimiet tal-2008 u l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010, iżda tkopri perjodu usa’. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża fuq ir-riżultat globali ta’ dan l-istudju. |
RBB
|
(409) |
Il-Maniġer tal-Ajruport ppreżenta wkoll studju mħejji minn RBB ikkompilat fis-27 ta’ Ottubru 2011. RBB sabet li l-Ftehimiet tal-2008 kienu diġà wrew li kienu profittabbli sal-2010, u setgħu biss ikunu mistennija li jsiru aktar profittabbli peress li l-benefiċċji annwali kontinwi tal-operazzjonijiet ta’ Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara komplew jakkumulaw, filwaqt li l-infiq ta’ kummerċjalizzazzjoni mħallas fl-2008 sal-2010 waqaf. Skont ir-RBB, il-kostijiet inkrementali li jistgħu jiġu attribwiti lil Wizz Air bejn l-2008 u l-2010 ivarjaw minn EUR 3,5 miljun (RON 15,2 miljun) għal EUR 3,8 miljun (RON 16,8 miljun), skont l-allokazzjoni tal-kostijiet operazzjonali. Dan tqabbel mat-tariffi tal-ajruport imħallsa minn Wizz Air, li wassal għal dħul inkrementali ta’ EUR 5,5 miljun (RON 23,9 miljun) b’kollox. Minn dan, kien hemm surplus ta’ bejn EUR 2 miljun (RON 8,7 miljun) għal EUR 1,7 miljun (RON 7,1 miljun). Minn dan RBB ikkonkludiet li l-Ftehimiet tal-2008 ipproduċew redditu pożittiv għall-Maniġer tal-Ajruport. Dan il-kalkolu ma kkunsidrax id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. |
|
(410) |
RBB sabet ukoll li l-operat ta’ Wizz Air tejjeb l-effiċjenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, peress li Wizz Air ġarret għadd ferm akbar ta’ passiġġieri għal kull moviment ta’ inġenju tal-ajru minn linji tal-ajru oħra li joperaw fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Dan ġie argumentat li kkontribwixxa għall-profittabbiltà globali tal-Ajruport mill-2008 sal-2010, peress li d-dħul operattiv totali żdied b’39 %, filwaqt li l-kostijiet operatorji totali żdiedu bi 22 %. Bl-istess mod, il-profitti tal-operat għal kull passiġġier żdiedu b’74 %, minn EUR 1,4 (RON 5,9) għal EUR 2,4 (RON 10,25) matul il-perjodu mill-2008 sal-2010. |
|
(411) |
Fl-aħħar nett, RBB ikkalkulat li Wizz Air kellha sehem ta’ dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi proporzjonat ma’, jew akbar mis-sehem tagħha kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-movimenti tal-inġenji tal-ajru fl-Ajruport. |
|
(412) |
Rigward l-analiżi tal-kostijiet u tad-dħul inkrementali, il-Kummissjoni tinnota li RBB ibbażat id-dħul minn Wizz Air fuq l-imposti tal-ajruport biss u għalhekk ma tistax tiġi kkunsidrata bħala konservattiva peress li ma tinkludix imposti mhux ajrunawtiċi. Il-Kummissjoni ssib li l-approċċ użat fil-kalkolu tal-kostijiet inkrementali u tad-dħul inkrementali għall-finijiet tas-sejba tal-profittabbiltà inkrementali li tirriżulta mill-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air matul il-perjodu 2008-2010 huwa raġonevoli. |
Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku għall-Ftehimiet tal-2008
|
(413) |
Abbażi tal-istudju ex ante ta’ Oxera mibni mill-ġdid ex post tal-10 ta’ Frar 2015, kif ikkalkulat mill-ġdid mill-Kummissjoni (il-premessa (380)) l-arranġament bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air kien mistenni li jkun profittabbli b’mod inkrementali għall-Maniġer tal-Ajruport. Il-Kummissjoni tinnota li l-istudji ex post li saru minn Oxera u RBB iġibu evidenza komplementari għas-sejbiet tal-istudju ex ante ta’ Oxera. |
|
(414) |
Barra minn hekk, hemm indikazzjonijiet, b’mod partikolari bbażati fuq il-Pjan ta’ Żvilupp 2006-2015 li l-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air kienu parti minn strateġija globali u sforz fit-tul lejn il-profittabbiltà globali tal-ajruport. |
|
(415) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ssib li operatur prudenti f’ekonomija tas-suq kien jidħol f’arranġamenti bħal dawn. Għalhekk hija tikkonkludi li l-Ftehimiet tal-2008 bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air ma tawx vantaġġ ekonomiku lil Wizz Air, li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
9.1.4.6. Analiżi tal-profittabbiltà tal-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010
|
(416) |
Ir-Rapport ta’ Oxera tal-10 ta’ Frar 2015 ikkalkula wkoll il-kostijiet, id-dħul u l-profitti inkrementali li setgħu kienu mistennija fiż-żmien meta ġew iffirmati l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-25 ta’ Ġunju 2010 (miġbura fil-qosor fit-Table 23 hawn taħt). Fl-14 ta’ Mejju 2015, Oxera ppreżentat mill-ġdid il-kalkoli ta’ profittabbiltà mistennija li jikkoreġu problema tad-data li nstabet fir-rapport fl-10 ta’ Frar 2015. Il-korrezzjoni kienet tikkonċerna stima eċċessiva tal-kostijiet totali tal-investimenti li jirriżultaw minn għadd doppju tal-investiment iffinanzjat mill-Istat fis-sottomissjoni oriġinali. Din il-problema tad-data affettwat il-profittabbiltà mistennija tal-Ftehim ta’ Emenda tal-2010, li oriġinarjament kienet sottovalutata. |
|
(417) |
Oxera kkonkludiet li l-Ftehimiet ta’ Emenda mill-25 ta’ Ġunju 2010 kienu mistennija li jkollhom VPN ta’ RON 2 326 miljun. Tabella 23: Id-dħul inkrementali, il-kostijiet inkrementali u l-profitti inkrementali ta’ Oxera mistennija mill-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010
|
|
(418) |
Ir-riżultati fit-Table 23 huma bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(419) |
Il-Kummissjoni ssib li l-approċċ meħud minn Oxera fil-kalkolu tal-għadd ta’ passiġġieri u l-kalkolu fuq dik il-bażi tad-dħul mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi b’kunsiderazzjoni tar-ribassi previsti fil-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010, huwa raġonevoli. Il-Kummissjoni taqbel ukoll mal-esklużjoni tat-tariffa tas-sigurtà għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (365). |
|
(420) |
Il-Kummissjoni taċċetta l-istima tad-dħul mhux minn attivitajiet ajrunawtiċi inkrementali. Din hija bbażata fuq l-istima tal-Maniġer tal-Ajruport, abbażi ta’ data tas-sena preċedenti, li tgħid li l-attivitajiet mhux ajrunawtiċi jirrappreżentaw bejn 15-20 % tad-dħul tal-Maniġer tal-Ajruport, li jidher li huwa raġonevoli. |
|
(421) |
Il-Kummissjoni taqbel ukoll mar-rata ta’ skont użata għall-kalkolu, b’mod partikolari minħabba li l-perjodu tal-analiżi huwa inqas minn sena. |
|
(422) |
Il-Kummissjoni taqbel li fil-kalkoli ma għandu jiġi inkluż l-ebda kost tal-kummerċjalizzazzjoni inkrementali. |
|
(423) |
Fir-rigward tal-kostijiet operatorji inkrementali, ir-Rapport ta’ Oxera huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni pprovduta mir-Rumanija li skontha 80 % tal-kostijiet operatorji huma fissi u 20 % biss ivarjaw skont l-għadd ta’ passiġġieri. Il-Kummissjoni ssib li din is-suppożizzjoni hija raġonevoli (105). Oxera tistma l-kostijiet operatorji inkrementali billi tuża data tar-riżultati għall-kostijiet operatorji għal kull passiġġier li jitlaq qabel l-iffirmar tal-ftehimiet u li żdiedu permezz tal-inflazzjoni mistennija u tapplika tali kostijiet operatorji tal-passiġġieri għan-numru stmat ta’ passiġġieri ta’ Wizz Air. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-istimi tal-kostijiet operatorji inkrementali huma aċċettabbli. |
|
(424) |
Rigward il-kostijiet ta’ investiment inkrementali, il-Kummissjoni ssib li l-approċċ fir-Rapport ta’ Oxera huwa raġonevoli. B’mod partikolari, ir-Rapport ta’ Oxera mhux qed jistenna li xi investiment addizzjonali jkun ir-riżultat ta’ operazzjoni ta’ Wizz Air fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara. Il-Ftehim ta’ Emenda ma ġab l-ebda impenn ġdid tal-Maniġer tal-Ajruport fir-rigward ta’ Wizz Air f’termini ta’ infrastruttura addizzjonali meta mqabbel mal-Ftehimiet tal-2008 ivvalutati fil-premessa (372) hawn fuq. Għalhekk, il-Kummissjoni taqbel li ma sar l-ebda investiment li kien dovut għall-preżenza ta’ Wizz Air. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Istudju ta’ Oxera inkluda l-kostijiet ta’ deprezzament inkrementali tal-investimenti li saru mir-riżorsi proprji tal-Maniġer tal-Ajruport ibbażati fuq is-sehem mistenni ta’ Wizz Air fil-kapaċità tal-ajruport. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (372), il-Kummissjoni ssib li l-Maniġer tal-Ajruport ma kellu jħallas l-ebda kost ta’ investiment minħabba l-preżenza ta’ Wizz Air. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi ma għandhiex tinkludi xi kostijiet ta’ deprezzament assoċjati mal-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 (106). |
|
(425) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kostijiet, id-dħul u l-profitti inkrementali li setgħu kienu mistennija fiż-żmien meta ġew iffirmati l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010, kif ikkalkulati mill-ġdid mill-Kummissjoni abbażi tar-Rapport ta’ Oxera, huma miġbura fil-qosor fit-Table 24. Tabella 24: Id-dħul inkrementali, il-kostijiet inkrementali u l-profitti inkrementali ta’ Oxera mistennija mill-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 ikkalkulati mill-ġdid mill-Kummissjoni Ewropea
|
Studju tal-profittabbiltà ex post għall-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010
|
(426) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2011, Oxera bagħtet rapport ex post imħejji għal Wizz Air. Ir-rapport ta’ Oxera kkalkula l-kostijiet u d-dħul inkrementali li ġejjin li jirriżultaw mill-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010. Tabella 25: Dħul għal kull tluq tal-passiġġier ta’ Wizz Air 2010-2011 (EUR)
Tabella 26: Kostijiet stmati assoċjati mal-Ftehimiet tal-2010 (EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(427) |
Ir-riżultati fit-Table 25 u fit-Table 26 huma bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(428) |
Abbażi tal-kostijiet u d-dħul ta’ hawn fuq, Oxera sabet li, minn perspettiva ex post (b’xi elementi ex ante), il-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 kienu profittabbli b’mod inkrementali. Il-profitt għal kull passiġġier (jiġifieri l-kontribuzzjoni inkrementali għal kull passiġġier ikkalkulata bħala d-differenza bejn l-istimi tad-dħul u l-kostijiet inkrementali) jidher fit-Table 27. Tabella 27: Kontribuzzjoni inkrementali assoċjata mal-Ftehimiet tal-2010 (EUR)
|
||||||||||||||||||||||||
|
(429) |
Abbażi tal-kalkoli ta’ hawn fuq Oxera sabet li l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 għandhom VPN pożittiv ta’ EUR 483 147 fuq il-perjodu ta’ żmien ta’ disa’ xhur tal-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010. Il-flussi tal-flus mill-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 ma ġewx skontati minħabba li t-tul tal-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 kien inqas minn sena. |
|
(430) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni tal-profittabbiltà ex post ta’ Oxera tikkombina approċċ ex ante u ex post għall-kalkolu tad-dħul inkrementali, filwaqt li l-kalkoli tal-kostijiet inkrementali huma kompletament ex post. |
|
(431) |
Fir-rigward tad-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi, il-Kummissjoni tinnota li l-imposti tad-dawl u tal-parkeġġ huma esklużi mill-kalkoli, li jirrappreżenta approċċ konservattiv. |
|
(432) |
Il-Kummissjoni tinnota li kemm l-imposti kif ukoll il-kostijiet tas-sigurtà huma inklużi u tassumi li dan mhux se jaffettwa l-kalkolu tal-profittabbiltà. |
|
(433) |
Dwar il-kostijiet:
|
|
(434) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (433), il-Kummissjoni ssib li b’mod ġenerali jidher li l-kostijiet huma stmati żżejjed. |
|
(435) |
Abbażi tal-fatt li l-korrezzjoni tad-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi tiskatta korrezzjoni simili tal-pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni li ma taffettwax il-kalkolu tal-profittabbiltà u abbażi tal-fatt li l-kostijiet jidhru sopravalutati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-konklużjoni ġenerali tal-istudju ta’ Oxera tal-2011 se tibqa’ valida u l-VPN jibqa’ pożittiv. |
|
(436) |
Abbażi tal-premessi (430) sa (435), il-Kummissjoni ssib li r-riżultati tar-rapport ta’ Oxera tas-27 ta’ Ottubru 2011 rigward il-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 huma aċċettabbli. |
Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku
|
(437) |
Abbażi tal-istudju ex ante ta’ Oxera mibni mill-ġdid ex post tal-10 ta’ Frar 2015, kif ikkalkulat mill-ġdid mill-Kummissjoni (il-premessa (425)), il-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 kienu mistennija li jkunu profittabbli b’mod inkrementali għall-Maniġer tal-Ajruporti. Konsegwentement, il-Kummissjoni ssib li operatur prudenti f’ekonomija tas-suq kien jidħol f’arranġamenti bħal dawn. Il-Kummissjoni tinnota li r-rapport ex post li sar minn Oxera jagħti evidenza komplementari għas-sejbiet tal-istudju ex ante ta’ Oxera. |
|
(438) |
Barra minn hekk, hemm indikazzjonijiet, b’mod partikolari bbażati fuq il-Pjan ta’ Żvilupp li l-Arranġamenti ta’ Emenda tal-2010 ma’ Wizz Air kienu parti minn strateġija globali u sforz fit-tul lejn il-profittabilità globali tal-ajruport. |
|
(439) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 ma tawx vantaġġ ekonomiku lil Wizz Air, li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
9.1.5. Konklużjoni dwar il-Miżura 3
|
(440) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (301) sa (439) il-Kummissjoni ssib li l-Ftehimiet tal-2008 u l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
10. MIŻURA 4 – QTUGĦ TA’ IMPOSTI TAL-AJRUPORT FATTURATI LIL WIZZ AIR GĦALL-PERJODU OTTUBRU 2009 - FRAR 2010
|
(441) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni nnotat li ma jistax jiġi eskluż li l-qtugħ tal-ħlas tal-imposti tal-ajruport jipprovdi vantaġġ ekonomiku lil Wizz Air. Il-Kummissjoni nnotat li fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Wizz Air ma kinitx ħallset l-imposti tal-ajruport għall-perjodu minn Ottubru 2009 sa Frar 2010 li jammontaw għal EUR 2,6 miljun. Filwaqt li l-pagamenti pendenti kienu ġew ikkunsidrati bħala riċevibbli kontra Wizz Air fid-dikjarazzjoni finanzjarja tal-Maniġer tal-Ajruport, ma twettqet l-ebda azzjoni tal-qorti. |
|
(442) |
Ir-Rumanija sostniet li l-Maniġer tal-Ajruporti ħarrek lil Wizz Air talli kisbet mandat ta’ eżekuzzjoni. Fl-istess ħin, Wizz Air ħarrket lill-Maniġer tal-Ajruport għal mandat ta’ eżekuzzjoni rigward pagamenti pendenti għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni magħmula minn Wizz Air. Skont ir-Rumanija ż-żewġ azzjonijiet tal-qorti/deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ ġew riżolti b’deċiżjonijiet finali, li jikkonfermaw iż-żewġ talbiet għal pagament. Ir-Rumanija ddikjarat li d-djun reċiproċi ġew paċuti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili Rumen permezz tal-Ftehim ta’ Riżoluzzjoni (il-premessa (109)). |
|
(443) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Ftehimiet tal-2008 bejn il-Maniġer tal-Ajruport u Wizz Air kienu konformi mal-Prinċipju tal-MEO, jiġifieri ma tawx vantaġġ lil Wizz Air, u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
Konklużjoni
|
(444) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li peress li l-imposti tal-ajruport pendenti ġew paċuti kontra l-pretensjonijiet ta’ Wizz Air għal pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-liġijiet applikabbli, l-allegata għajnuna mill-Istat saret mingħajr skop. |
11. KONKLUŻJONI
|
(445) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-finanzjament tal-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, it-titjib tar-runway u l-estensjoni tar-rampa tal-inġenji tal-ajru u t-tagħmir tad-dawl jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat li hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(446) |
Il-Kummissjoni ssib ukoll li l-miżuri li ġejjin ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat: i) il-finanzjament pubbliku tat-triq ta’ aċċess u l-iżvilupp taż-żona tal-parkeġġ fl-2007, ii) il-finanzjament pubbliku għat-tagħmir tas-sigurtà fl-2008; iii) l-imposti tal-ajruport fl-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 u (iv) il-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air (inklużi l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-finanzjament pubbliku li r-Rumanija pprovdiet fil-perjodu 2007-2009 lill-Maniġer tal-Ajruport għall-iżvilupp tat-terminal mhux ta’ Schengen, it-titjib tat-taxiway u l-estensjoni tar-rampa u t-tagħmir tad-dawl li jammontaw għal RON 29 194 600 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan ġie implimentat bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. L-għanjuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-finanzjament pubbliku tat-triq ta’ aċċess u l-iżvilupp taż-żona tal-parkeġġ fl-2007 u għat-tagħmir tas-sigurtà fl-2008, l-imposti tal-ajruport fl-AIP tal-2007, l-AIP tal-2008 u l-AIP tal-2010 u l-Ftehimiet tal-2008 ma’ Wizz Air (inklużi l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.31662 (11/C) (ex CP 237/10) – Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara – Wizz Air, ĠU C 270, 13.9.2011, p. 11.
(2) Carpatair hija linja tal-ajru reġjonali ta’ proprjetà privata stabbilita fl-1999. Fis-sena 2000 Carpatair waqqfet il-hub tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, u pprovdiet servizzi ta’ hub and spoke.
(3) Wizz Air hija linja tal-ajru Ungeriża bi prezz baxx. Il-grupp Wizz Air jikkonsisti fi tliet kumpaniji operattivi, jiġifieri Wizz Air Hungary, Wizz Air Bulgaria u Wizz Air Ukraine.
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-segretezza professjonali f’deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat (ĠU C 297, 9.12.2003, p. 6).
(5) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(6) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(7) Statutul Societății Naționale “Aeroportul Internațional Timișoara - Traian Vuia” - S.A. din 18.9.2008 - Statut tal-operatur tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara tal-15 ta’ Ottubru 2008 (l-“Istatut tal-2008”), l-Artikolu 8.
(8) Fondul Proprietatea huwa fond ta’ proprjetà mwaqqaf mill-gvern Rumen biex jikkumpensa lill-individwi li tilfu l-proprjetajiet tagħhom matul ir-reġim komunista u li l-pretensjonijiet ta’ sjieda tagħhom ma setgħux jiġu saldati in natura. Il-gvern Rumen sar azzjonist minoritarju f’Fondul Proprietatea (0,04 %) billi alloka mill-ġdid ishma mill-parteċipazzjoni inizjali tiegħu lil atturi eliġibbli.
(9) Statutul Societății Naționale “Aeroportul Internațional Timișoara” - S.A. din 24.8.1998 - L-Istatut tal-operatur tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara, fis-seħħ mis-7 ta’ Ottubru 1998 sal-14 ta’ Ottubru 2008 (l-“Istatut tal-1998”) approvat bid-Deċiżjoni tal-Gvern 521/1998, l-Artikolu 7.
(10) Rapport ta’ analiżi datat is-7 ta’ Frar 2011 dwar Fondul Proprietatea, IEBA Trust financial & Investment Services.
(11) L-Ordni 289 tal-Ministeru tat-Trasport, tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Ministeru tax-Xogħol tal-21 ta’ Frar 2007 għall-baġit tal-2007, id-Deċiżjoni tal-Gvern 666 tal-24 ta’ Ġunju 2008 għall-baġit tal-2008 u d-Deċiżjoni tal-Gvern 721 tas-17 ta’ Ġunju 2009 għall-baġit tal-2009.
(12) Dan il-Ftehim Operazzjonali huwa l-ftehim operazzjonali msemmi fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni
(13) Bl-eċċezzjoni tal-imposta għal titjiriet domestiċi, peress li Wizz Air ma pprovdiet l-ebda titjira domestika.
(14) Dan il-GHA huwa l-ftehim ta’ groundhandling imsemmi fil-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni.
(15) Il-Ftehim ta’ Riżoluzzjoni kien ibbażat fuq l-azzjonijiet li ġejjin. Il-Maniġer tal-Ajruport ippreżenta talba ta’ arbitraġġ kontra Wizz Air quddiem il-Qorti ta’ Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Cluj (“Qorti ta’ Arbitraġġ ta’ Cluj”) bin-Nru 24/2011. Il-Qorti ta’ Arbitraġġ ta’ Cluj tat id-Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ Nru 3 tas-16 ta’ Mejju 2012 (id-“Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ”). Bid-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2012, ċerti żbalji ġew ikkoreġuti mill-Qorti ta’ Arbitraġġ ta’ Cluj. Id-Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ ordnat il-ħlas minn Wizz Air ta’ ċerti fatturi maħruġa mill-Maniġer tal-Ajruport u l-bilanċ li jifdal li għandu jitħallas abbażi tal-Ftehim Operazzjonali u tal-Ftehim dwar il-Groundhandling. Il-Maniġer tal-Ajruport talab ukoll lil Wizz Air il-ħlas ta’ mgħax ta’ inadempjenza. Wizz Air ressqet talba kontra l-Maniġer tal-Ajruport fejn talbet li dan jiġi ordnat iħallas il-fatturi maħruġa minn Wizz Air abbażi tal-Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni. It-Tribunal Speċjalizzat ta’ Cluj ħareġ id-Deċiżjoni Nru 3597 tat-3 ta’ Ottubru 2012 li biha laqa’ parzjalment l-azzjoni legali ppreżentata minn Wizz Air kontra l-Maniġer tal-Ajruport.
(16) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).
(17) Is-Sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”), il-Kawża C-482/99, EU:C:2002:294.
(18) RBB Economics LLP hija aġenzija ta’ konsulenza ekonomika bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra. Din tispeċjalizza fl-għoti ta’ pariri ekonomiċi relatati mal-liġi tal-kompetizzjoni.
(19) L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) hija assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-industrija Ewropea tal-avjazzjoni (linji tal-ajru, ajruporti, manifatturi u fornituri).
(20) Is-Sentenza tat-23 ta’ April 1991, Höfner u Elser vs Macrotron ( “ Höfner u Elser ”), C-41/90, EU:C:1991:161, il-paragrafu 21; Is-Sentenza tas-17 ta’ Frar 1993, Poucet u Pistre vs AGF u Cancava, C-160/91, EU:C:1993:63, il-paragrafu 17; Is-Sentenza tat-18 ta’ Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, EU:C:1998:303, il-paragrafu 36.
(21) Is-Sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, EU:T:2000:290, ikkonfermata mis-Sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01, EU:C:2002:617, il-paragrafi 75-79. Dan ġie kkonfermat fis-Sentenza tal-24 ta’ Marzu 2011, Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH vs Il-Kummissjoni, (“l-Ajruport ta’ Leipzig-Halle”), il-Kawżi T-443/08 u T-455/08, EU:T:2011:117, b’mod partikolari l-punti 93 u 94; ikkonfermat bis-Sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2012, Leipzig-Halle, il-Kawża C-288/11 P, EU:C:2012:821.
(22) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 34. Ara wkoll is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol ( “ Eurocontrol ” ), C-364/92, EU:C:1994:7.
(23) Is-Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-118/85, EU:C:1987:283, il-paragrafi 7 u 8, u s-Sentenza tal-4 ta’ Mejju 1988, Bodson vs Pompes funèbres des régions libérées, C-30/87, EU:C:1988:225, il-paragrafu 1.
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 309/2002 tad-19 ta’ Marzu 2003, Sigurtà tal-avjazzjoni — kumpens għall-ispejjeż li ġew imġarrba wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001, ĠU C 148, 25.6.2003, p. 7.
(25) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 35. Ara wkoll Eurocontrol, il-paragrafu 30; Is-Sentenza tas-26 ta’ Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, C-113/07 P, EU:C:2009:191, il-paragrafu 71 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport, ĠU L 107, 26.4.2018, p. 1.
(26) Is-Sentenza tat-3 ta’ Marzu 2005, Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck, C-172/03, EU:C:2005:130, il-paragrafu 36, u l-ġurisprudenza ċċitata.
(27) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 37.
(28) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1226 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services, ĠU L 201, 30.7.2015, p. 48;
(29) Stardust Marine, il-paragrafu 53 - 56.
(30) Is-Sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Nord-Pas-de-Calais, Il-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08, EU:T:2011:209, il-paragrafu 108.
(31) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, EU:C:2015:362, il-paragrafu 91.
(32) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 49. Ara wkoll Stardust Marine, il-paragrafu 69.
(33) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 49. Ara wkoll is-Sentenza tal-10 ta’ Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, Il-Kawża 40/85, EU:C:1986:305.
(34) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 48. Ara wkoll Stardust Marine, il-paragrafu 71 u s-Sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (“ EDF ”), il-Kawża C-124/10 P, EU:C:2012:318, il-paragrafu 85.
(35) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 25/2007 – Il-Finlandja – Tampere Pirkkala Airport u Ryanair, ĠU L 309, 19.11.2013, p. 27.
(36) EDF, il-paragrafi 84, 85 u 105.
(37) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 51.
(38) L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Henrik Saugmandsgaard Øe tal-24 ta’ Ottubru 2019, Larko vs Il-Kummissjoni, il-Kawża C-244/18 P, EU:C:2019:896, il-paragrafu 53. Ara wkoll is-Sentenza tal-1 ta’ Frar 2018, Larko vs Il-Kummissjoni, T-423/14, EU:T:2018:57; Is-Sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2015, SACE u Sace BT vs Il-Kummissjonji, T-305/13, EU:T:2015:435 u EDF.
(39) EDF, il-paragrafu 104.
(40) Is-Sentenza tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni, (“Alfa Romeo”), C-305/89, EU:C:1991:142, il-paragrafu 23; Is-Sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni, T-296/97, EU:T:2000:289, il-paragrafu 84.
(41) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 3.4. Ara wkoll Stardust Marine, il-paragrafu 71.
(42) Stardust Marine, il-paragrafu 71 u EDF, il-paragrafi 85 u 104.
(43) Is-Sentenza tat-30 ta’ April 1998, Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni, T-214/95, EU:T:1998:77 u s-Sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris vs Il-Kummissjoni, C-730/79, EU:C:1980:209, il-paragrafu 11.
(44) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 43.
(45) L-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).
(46) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 173.
(47) In-nuqqas ta’ korrelazzjoni tal-evoluzzjoni tat-traffiku tal-ajruporti tal-viċinat kien ukoll kriterju użat fil-kawża SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109), biex tiġi argumentata l-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-ajruport ta’ Pau.
(48) L-Ewroreġjun Danubju–Criș–Mureș–Tisa (DMKT) huwa ewroreġjun li jinsab fl-Ungerija, fir-Rumanija u fis-Serbja. Huwa msemmi għall-erba’ xmajjar taż-żona.
(49) Ara n-nota 32 f’qiegħ il-paġna.
(50) Is-Sentenza tat-18 ta’ Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, EU:C:1998:303 u Höfner u Elser.
(51) Is-Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, EU:C:1987:283; Is-Sentenza tat-18 ta’ Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 35/96, EU:C:1998:303.
(52) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 1978, Van Tiggele, 82/77, EU:C:1978:10, il-paragrafi 25 u 26; Is-Sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni (“Air France”), T-358/94, EU:T:1996:194, il-paragrafu 63.
(53) Air France, il-paragrafu 56.
(54) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, 248/84, EU:C:1987:437, il-paragrafu 17; Is-Sentenza tas-6 ta’ Marzu 2002, Territorio Histórico de Álava et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-92/00 u 103/00, EU:T:2002:61, il-paragrafu 57.
(55) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord C-206/06, EU:C:2008:413, il-paragrafu 70; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2000, Franza vs Ladbroke Racing Ltd u Il-Kummissjoni (“Ladbroke Racing”), C-83/98 P, EU:C:2000:248, il-paragrafu 50.
(56) Air France, il-paragrafi 65, 66 u 67; Ladbroke Racing, il-paragrafu 50.
(57) Stardust Marine, il-paragrafu 51 et seq.
(58) Stardust Marine, il-paragrafu 52 u 55.
(59) Stardust Marine, il-paragrafu 56.
(60) Ġie ċċarat mir-Rumanija, li l-AIP tal-2007 u l-AIP tal-2008 ġew approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-Maniġer tal-Ajruport madwar xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ta’ kull AIP rispettivament.
(61) L-Artikolu 20, il-punt 9 tal-Istatut tal-1998.
(62) L-Artikolu 20, il-punt 10 tal-Istatut tal-1998.
(63) Is-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck (“ Lübeck ”), C-524/14 P, EU:C:2016:971, il-paragrafi 40-67.
(64) Lübeck, il-paragrafu 58.
(65) Lübeck, il-paragrafi 40-67 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.
(66) Ibid.
(67) Ibid. Is-Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, C-106/09 P u C-107/09 P, EU:C:2011:732, il-paragrafu 87 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.
(68) Lübeck, il-paragrafu 61.
(69) Is-Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Ġunju 1993, Matra vs Il-Kummissjoni, C-225/91, EU:C:1993:239.
(70) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 53.
(71) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 59.
(72) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 66.
(73) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 63.
(74) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 62.
(75) Alfa Romeo, il-paragrafu 23; Is-Sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni, T-296/97, EU:T:2000:289, il-paragrafu 84.
(76) Il-punt 1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjara li s-sistema tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni Ewropea hija magħmula minn network ta’ aktar minn 460 ajruport.
(77) Kif spjegat fir-rapport ta’ Oxera, l-indiċi tal-PDG per capita għar-Rumanija u għar-Renju Unit huwa espress fl-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS), meta mqabbel mal-medja għall-Unjoni Ewropea (EU-27). Il-medja għall-Unjoni Ewropea (UE-27) kienet stabbilita ugwali għal 100.
(78) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punti 59 u 61.
(79) Ħlief għal raġunijiet standard ta’ ksur tal-kuntratt.
(80) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 63.
(81) L-ammont miżmum kien metodoloġija użata fil-kalkolu tal-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-imposti tal-ajruport.
(82) Pereżempju, jekk id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi għal kull passiġġier li jitlaq ikun ta’ EUR 20 minflok ta’ EUR 24, id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi jkun EUR 400 000 inqas, jiġifieri jammonta għal EUR 2 miljun. Il-pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni mbagħad ikun ta’ EUR 1 500 000 (EUR 2 miljun ta’ dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi nieqes l-ammont ta’ EUR 500 000 miżmum mill-Maniġer tal-Ajruport). Għalhekk il-pagament ta’ kummerċjalizzazzjoni f’sitwazzjoni bħal din huwa EUR 400 000 inqas meta mqabbel ma’ imposta ta’ EUR 24 għal kull passiġġier.
(83) Skont il-punt 35 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, tali attivitajiet meħtieġa sabiex tiġi ssalvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza u investimenti illegali relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu dawk l-attivitajiet huma kkunsidrati ta’ natura mhux ekonomika u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
(84) Il-Kummissjoni tifhem li skont l-Ordinanza tal-Ministeru tat-Trasport Nru 2190/2005 l-imposta tas-sigurtà tiffinanzja esklużivament investiment, xogħol ta’ manutenzjoni u tagħmir li jkunu relatati direttament mas-sigurtà. Sa fejn l-imposta tiffinanzja wkoll tali infrastruttura jew tagħmir li jintużaw ukoll għal skopijiet kummerċjali (u għalhekk ikunu inerenti għan-negozju tal-ajruport), l-esklużjoni totali tal-imposta mill-kalkolu tkun konservattiva u tissottovaluta d-dħul. Madankollu dan ikun iwassal għal żieda fil-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-istess ammont eżatt u għalhekk ma jaffettwax il-kalkolu tal-profittabbiltà.
(85) L-Ordinanza tal-Ministeru tat-Trasport Nru 2190/2005 dwar l-użu tal-imposta tas-sigurtà tal-ajruport, li kienet fis-seħħ fiż-żmien tal-iffirmar tal-ftehim ipprevediet li l-imposta tas-sigurtà jenħtieġ li tintuża esklużivament i) għat-twettiq ta’ investimenti, tiswijiet ta’ kapital u xogħlijiet ta’ manutenzjoni għal kull oġġett relatat direttament mas-sigurtà tal-attività tal-ajruport; ii) għax-xiri ta’ tagħmir użat għas-sigurtà tal-attività tal-ajruport, iii) għat-taħriġ speċifiku għall-persunal involut fis-sigurtà tal-ajruport, iv) għall-finanzjament tas-servizzi ta’ gwardja tas-sigurtà għall-perimetru tal-ajruport u ta’ servizzi oħra mmirati lejn is-sigurtà tal-ajruport; v) għall-pagament ta’ kwalunkwe rata ta’ mgħax, primjum ta’ assigurazzjoni u kwalunkwe tariffa relatata ma’ self ikkuntrattat biex jiffinanzja l-attivitajiet spjegati aktar ’il fuq.
(86) Eurocontrol (2008), “Challenges of Growth 2008” (Sfidi ta’ Tkabbir għall-2008), Rapport sommarju, paġna 14.
(87) Għall-2008, ġiet ikkunsidrata d-data tar-riżultati għas-sena kollha. Madankollu, Oxera kkonfermat li peress li l-Ftehimiet tal-2008 daħlu fis-seħħ biss fil-11 ta’ Diċembru 2008, din is-suppożizzjoni ma taffettwax ir-riżultati mill-analiżi b’mod sinifikanti. Oxera kkonfermat li, jekk il-kostijiet operatorji inkrementali għall-valutazzjoni tal-Ftehimiet tal-2008 kienu minflok ibbażati fuq il-kostijiet operatorji tar-riżultati għall-2007 biss, dan iwassal għal stimi aktar baxxi tal-kostijiet operatorji inkrementali (jiġifieri RON 8,0 – 8,9 għal kull passiġġier li jitlaq, meta mqabbel ma’ RON 8,5 – 9,4 għal kull passiġġier li jitlaq) matul il-perjodu tal-Ftehimiet tal-2008.
(88) Il-Kummissjoni tinnota li dan id-deprezzament lineari mhuwiex konformi mal-prattika tal-VPN, u għalhekk, ma jistax jiġi approvat.
(89) Minn 5 587 passiġġier li telqu fl-2008 għal 100 000 passiġġier li telqu fl-2009, immultiplikati bi tnejn biex jinkiseb in-numru totali ta’ passiġġieri – dawk li telqu u dawk li waslu.
(90) Minn 100 000 passiġġier li telqu fl-2009 għal 150 000 passiġġier li telqu fl-2010, immultiplikati bi tnejn.
(91) Minn 150 000 passiġġier li telqu fl-2010 għal 164 932 passiġġier li telqu fl-2011, immultiplikati bi tnejn.
(92) Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, sa 90 % tal-kostijiet operatorji tal-ajruporti huma fissi u ftit li xejn ivarjaw skont l-iskala tal-operazzjoni. http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/ia_carried_out/docs/ia_2014/swd_2014_0042_en.pdf, il-paġna 26.
(93) Skont ir-Rumanija, il-Ftehim Operazzjonali li rreveda l-impenn fil-Memorandum ta’ Qbil ippreveda azzjonijiet legalment vinkolanti filwaqt li l-Memorandum ta’ Qbil għandu biss natura volontarja (l-ebda azzjoni ma kienet prevista).
(94) Ara https://aerotim.ro/istoric-ait.
(95) L-unika differenza bejn it-tliet xenarji hija l-livell ta’ dħul stmat minn attivitajiet ajrunawtiċi. Abbażi tal-kunsiderazzjoni li 50 % tat-traffiku attwali ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni ta’ Carpatair fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara huwa f’riskju li jiġi ttrasferit minn Carpatair għal Wizz Air, fix-xenarju ta’ suppożizzjonijiet realistiċi, l-istudju kkunsidra li 50 % ta’ dan it-traffiku jiġi ttrasferit minn Carpatair għal Wizz Air, fix-xenarju ottimist ta’ 25 % u fix-xenarju pessimist ta’ 75 %.
(96) Ara wkoll in-nota 101 f’qiegħ il-paġna.
(97) Studju IPTANA tal-infrastruttura taż-żona tal-ajru tal-ajruport ta’ Timișoara 2006.
(98) Skont l-istudju, il-kostijiet medji tal-kapital fl-industrija tal-linji tal-ajru matul l-2002 u l-2009 kienu fil-medda ta’ 7 - 10 %.
(99) Il-VPN ġie stmat għal EUR -32 061 035 għax-xenarju pessimist u EUR -25 879 341 għax-xenarju ottimist.
(100) Minħabba li nstab li arranġament ma’ Wizz Air ex ante ma kienx profittabbli, l-istudju ta’ Carpatair ikkunsidra wkoll bħala alternattiva għal arranġament bħal dan, xenarju fejn għajnuna tal-bidu għat-tnedija ta’ rotot ġodda ngħatat lil Wizz Air (abbażi tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005). Dan ix-xenarju assuma inter alia li l-appoġġ ta’ kummerċjalizzazzjoni kellu jingħata biss għal rotot ġodda għal tliet snin, li l-ebda passiġġier ma kien se jaqleb minn Carpatair għal Wizz Air u li n-nefqa kapitali meħtieġa tkun aktar baxxa b’mod sinifikanti. Abbażi ta’ din is-suppożizzjoni, f’xenarju ta’ għajnuna tal-bidu bħal dan, l-istudju kkalkula VPN ta’ 1 977 176 fuq seba’ snin.
(101) Skont Oxera, dan huwa ekwivalenti għall-preżunzjoni li 50 % tat-traffiku ta’ Wizz Air huwa relatat ma’ rotot ġodda u għalhekk jibbenefika minn skont ta’ 50 % fuq l-imposti tal-inżul, filwaqt li l-50 % tat-traffiku li jifdal talab l-imposti kollha tal-inżul.
(102) Austrian Airlines, Carpatair, Deutsche Lufthansa, Tarom.
(103) Oxera użat analiżi ta’ rigressjoni biex tiddetermina l-parti tal-kostijiet li tista’ tiġi kkunsidrata fissa fir-rigward tal-bidliet fin-numri ta’ passiġġieri u l-parti tal-kostijiet li jvarjaw.
(104) Eurocontrol (2008), “Challenges of Growth 2008” (Sfidi ta’ Tkabbir għall-2008), Rapport sommarju, paġna 14.
(105) Ara n-nota 92 f’qiegħ il-paġna.
(106) Sa fejn kienu inklużi l-kostijiet ta’ deprezzament, din is-suppożizzjoni hija konservattiva u tistma b’mod eċċessiv l-kostijiet inkrementali. F’xenarju bħal dan, il-Kummissjoni għandha l-istess rimarka bħal fil-premessa (379).
REGOLI TA' PROĊEDURA
|
1.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/66 |
IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA’ SORVELJANZA TAL-OLAF
TITOLU I
IR-RWOL U R-RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITAT TA’ SORVELJANZA TAL-OLAF
Artikolu 1
Il-kompiti
1. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), (“il-Kumitat”), għandu jwettaq il-kompiti stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li tistabbilixxi l-OLAF (1), biex isaħħaħ l-indipendenza tal-OLAF fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, kemm fir-rigward ta’ kwalunkwe gvern, istituzzjoni, korp jew aġenzija kif ukoll biex jiżgura l-eżerċizzju xieraq tal-kompetenzi tal-OLAF.
2. Għal dak il-għan, il-Kumitat għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-OLAF tal-funzjoni investigattiva tiegħu u jsaħħaħ l-indipendenza tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352 tat-28 ta’ April 1999. Huwa għandu jassisti wkoll lid-Direttur Ġenerali fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha.
3. Il-Kumitat għandu jimmonitorja t-twettiq xieraq mill-OLAF tal-kompetenzi investigattivi tiegħu f’konformità mal-garanziji proċedurali applikabbli għall-qafas legali tal-OLAF u ma’ dawk stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u f’konformità mat-trattati tal-UE u l-leġiżlazzjoni sekondarja, inkluż il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-UE u r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-UE.
Artikolu 2
Is-setgħat u proċeduri
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, il-Kumitat għandu jissorvelja l-attivitajiet investigattivi tal-OLAF skont il-proċeduri li ġejjin:
|
a) |
il-Kumitat għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jqis meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, inklużi rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet magħluqa u każijiet miċħuda, madankollu mingħajr ma jinterferixxi mat-twettiq ta’ investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, u dwar ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data; |
|
b) |
il-Kumitat jista’, flimkien mal-OLAF, jistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma li jistabbilixxu regoli dwar il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva tal-OLAF u l-aċċess għall-informazzjoni. |
TITOLU II
KOMPOŻIZZJONI U OPERAZZJONI
Artikolu 3
Il-kompożizzjoni
1. Il-kompożizzjoni, il-metodu tal-ħatra, u l-mandat tal-membri tal-Kumitat huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
2. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom, il-membri tal-Kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm ikunu ġew sostitwiti.
3. Meta membru tal-Kumitat ma jkunx jista’ jservi fil-Kumitat jew jirriżenja mis-sede tiegħu, huwa għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-president tal-Kumitat u lill-Kummissarju kkonċernat sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa biex jissostitwixxuh, u biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Kumitat.
Artikolu 4
L-etika
1. Skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fit-twettiq ta’ dmirijiethom, il-membri tal-Kumitat għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija. Matul il-mandat tagħhom, il-membri għandhom joqogħdu lura milli jfittxu jew jaċċettaw kwalunkwe kariga jew responsabbiltà, b’mod partikolari mill-istituzzjonijiet tal-UE, li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess.
2. Bl-istess mod, kif iddikjarat fid-Deċiżjoni dwar il-ħatra tagħhom u fil-Kodiċi ta’ Kondotta adottat mill-Kumitat (2), il-membri ma għandhomx jittrattaw kwistjoni li fiha, direttament jew indirettament, ikollhom xi interess personali, b’mod partikolari kwalunkwe interess familjari jew finanzjarju, b’tali mod li jxekklu l-indipendenza tagħhom.
3. Il-membri għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali kif stabbilit fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Għandhom ikomplu jkunu marbuta b’dan l-obbligu ta’ segretezza anki wara t-tmiem tal-mandat tagħhom. Għandhom jittrattaw il-każijiet sottomessi lilhom u d-deliberazzjonijiet tagħhom dwarhom b’segretezza stretta.
4. Il-membri għandhom jinfurmaw lill-Kumitat bi kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tikkomprometti kwalunkwe prinċipju li jirregola l-attività tiegħu kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 sabiex il-Kumitat ikun jista’ jieħu miżuri xierqa, inkluż li jinforma lill-istituzzjonijiet tal-ħatra.
Artikolu 5
Il-president
1. Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu, b’maġġoranza tal-membri tiegħu.
2. Il-president għandu jkun elett għal terminu ta’ sena u jista’ jerġa’ jiġi elett. L-elezzjoni għandha ssir fl-aħħar laqgħa ppreseduta mill-president li jkun se jispiċċa.
3. Fejn il-president għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu matul perjodu twil, huwa għandu jinforma l-membri tal-Kumitat bis-sitwazzjoni. F’dan il-każ, għandu jkun elett president ġdid skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 1.
4. Il-president għandu jirrappreżenta lill-Kumitat u jippresjedi l-laqgħat tiegħu. Il-president għandu jiżgura li l-proċedimenti tiegħu jitwettqu b’mod xieraq. Il-president, wara li jikkonsulta lill-Kap tas-Segretarjat, għandu jsejjaħ il-laqgħat u jiddetermina fejn, f’liema data u f’liema ħin għandhom isiru. Il-president għandu jħejji l-abbozz tal-aġenda u jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-Kumitat jiġu implimentati.
5. Meta l-president ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu temporanjament, huwa jista’ jitlob membru tal-Kumitat biex jissostitwixxih.
6. Jekk il-president ikun assenti u ma tkunx ġiet segwita l-proċedura msemmija fil-paragrafu 5, il-kompiti ta’ president għandhom jiġu eżerċitati mill-aktar membru anzjan fl-età.
7. Il-president għandu jibgħat jew jirrispondi ittri dwar l-attivitajiet tal-Kumitat. Il-president għandu jinforma lill-membri tal-Kumitat u lill-Kap tas-Segretarjat dwar kull korrispondenza mibgħuta jew riċevuta.
8. Il-president għandu jiżgura li l-membri kollha tal-Kumitat jkunu infurmati regulari bil-ħidma li ssir mis-Segretarjat u l-Kap tiegħu sabiex jiċċekkjaw regolarment li dan ikun qed jiffunzjona sewwa.
Artikolu 6
Il-laqgħat
1. Il-Kumitat għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu meta jkun qed jiltaqa’ bħala korp. Għandu jiltaqa’ għallinqas għaxar darbiet fis-sena. Għandu jitqies li hemm kworum biss jekk il-maġġoranza tal-Membri tiegħu jkunu preżenti. Għandu jiltaqa’ wkoll fuq l-inizjattiva tal-president jew fuq talba ta’ maġġoranza tal-membri tiegħu. Il-Kumitat għandu jadotta l-kalendarju tiegħu għal-laqgħat plenarji ta’ kull xahar fl-aħħar ta’ kull sena.
2. Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi, meta jkun meħtieġ, li jorganizza laqgħa plenarja online. Kull membru għandu jingħata l-għodod xierqa tal-IT biex jipparteċipa f’laqgħat online f’ambjent sigur.
3. Ħlief għal każijiet li l-president iqis urġenti, l-avviżi tal-laqgħat għandhom jintbagħtu biex jaslu għand id-destinatarji mill-inqas ġimgħa qabel il-laqgħa inkwistjoni. L-avviż għandu jinkludi l-abbozz tal-aġenda u d-dokumenti meħtieġa għal-laqgħa, sakemm in-natura tad-dokumenti ma tkunx tali li ma jkunux jistgħu jiġu mehmuża. L-aġenda finali għandha tiġi adottata fil-bidu ta’ kull laqgħa.
4. Kwalunkwe membru jista’ jitlob lill-president biex iżid punti mal-abbozz tal-aġenda.
5. Fuq talba tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, il-president jista’ jlaqqa’ l-Kumitat jew iżid punti fl-aġenda. Il-proposti tad-Direttur Ġenerali għandu jkollhom magħhom id-dokumenti meħtieġa.
6. Il-Kumitat jista’ jistieden lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF biex jieħu sehem f’laqgħat u attivitajiet konnessi mal-ħidma tiegħu. Membri oħra tal-OLAF jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem f’laqgħa tal-Kumitat jekk il-preżenza tagħhom tkun meqjusa neċessarja. Dawn l-istediniet għandhom isiru permezz tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe punt fuq l-aġenda relatati mal-parteċipazzjoni tal-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
7. Kwalunkwe rappreżentant tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-UE, Stati Membri jew pajjiżi assoċjati jista’ jiġi mistieden sabiex jipparteċipa f’ħidma tal-Kumitat relatata ma’ xi punt partikolari fuq l-aġenda tal-laqgħa.
Artikolu 7
L-iskambju ta’ fehmiet
Il-Kumitat għandu jiddeċiedi kif se jkun rappreżentat fl-iskambju ta’ fehmiet mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni organizzat skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
Artikolu 8
Il-metodi ta’ ħidma
1. Il-laqgħat tal-Kumitat m’għandhomx isiru fil-pubbliku. Il-proċedimenti tal-Kumitat u d-dokumenti interni li fuqhom huma bbażati għandhom ikunu kunfidenzjali, sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix mod ieħor.
Id-dokumenti u l-informazzjoni ppreżentati mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 339 tat-TFUE dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
2. Il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar l-użu ta’ massimu ta’ tliet lingwi ta’ ħidma. Dokumenti u abbozzi ta’ opinjonijiet, rapporti jew deċiżjonijiet għandhom jitfasslu fil-lingwi proċedurali adottati mill-Kumitat. Fejn meħtieġ, membru jista’ jitlob li kwalunkwe dokument jiġi tradott fil-lingwa tiegħu jew tagħha.
3. Fl-ewwel laqgħa plenarja tiegħu ta’ kull sena, il-Kumitat għandu jadotta l-pjan ta’ ħidma annwali tiegħu. L-opinjonijiet, ir-rapporti u d-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati f’laqgħat tal-Kumitat f’sessjoni plenarja.
4. B’eċċezzjoni għall-Artikolu 8(3), ċerti deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu permezz ta’ proċedura bil-miktub fejn il-Kumitat ikun approva l-użu ta’ tali proċedura f’laqgħa preċedenti.
5. F’każijiet urġenti, il-president jista’ jikkonsulta lill-membri tal-Kumitat bil-miktub.
6. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4 u 5, il-president għandu jibgħat abbozz ta’ deċiżjoni lill-membri tal-Kumitat.
7. Jekk il-membri ma joġġezzjonawx għall-abbozz ta’ deċiżjoni f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-president, il-proposta għandha titqies li ġiet adottata.
8. Jekk, fil-perjodu stabbilit mill-president, membru jitlob li l-kwistjoni tiġi diskussa mill-Kumitat, il-proċedura bil-miktub għandha tiġi sospiża.
9. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat se jippubblika l-opinjonijiet tiegħu fuq il-paġna web tiegħu.
Artikolu 9
Ir-relaturi
1. Sabiex iħejji d-diskussjonijiet jew il-proċedimenti tiegħu, il-Kumitat, fuq proposta mill-president, jista’ jaħtar relatur wieħed jew aktar minn fost il-membri tiegħu. Meta jaħtar relatur, il-Kumitat għandu jagħti konsiderazzjoni xierqa lill-bqija tal-perjodu fil-kariga tal-membru.
2. Jekk il-kwistjoni li jkollha tiġi ttrattata tkun waħda urġenti, il-president jista’ jagħmel il-ħatra fuq l-inizjattiva tiegħu stess. F’dak il-każ, għandu jinforma lill-membri tal-Kumitat minnufih.
3. Ir-relatur għandu jikkunsidra l-kwistjonijiet fdati fir-responsabbiltà tiegħu u jressaq abbozz ta’ opinjoni, rapport jew nota lill-Kumitat. Fejn meħtieġ, għandu jkun assistit mis-Segretarjat tal-Kumitat.
Artikolu 10
Il-proċeduri tal-votazzjoni
1. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu bil-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat (fuq proposta mill-president).
2. Fuq talba ta’ membru, ir-riżultat tal-vot għandu jiġi rreġistrat fil-minuti.
3. Fuq proposta minn membru, jista’ jittieħed vot sigriet.
Artikolu 11
Il-minuti u l-aġenda
1. Il-minuti għandhom jittieħdu f’kull laqgħa tal-Kumitat. Għandhom jitfasslu fil-lingwi proċedurali tal-Kumitat u għandu jkun fihom id-deċiżjonijiet adottati taħt kull punt fuq l-aġenda.
2. L-abbozz tal-minuti għandu jitħejja mis-Segretarjat taħt is-superviżjoni tal-president u jiġi sottomess lill-membri tal-Kumitat għall-adozzjoni fil-laqgħa li jkun imiss.
3. Fil-mument tal-adozzjoni, kwalunkwe membru jista’ jipproponi li l-abbozz tal-minuti jiġi emendat. Il-membri jistgħu wkoll jitolbu li kwalunkwe dikjarazzjonijiet bil-miktub jew dokumenti meqjusa utli jkunu mehmuża mal-minuti.
4. Il-minuti u l-aġenda jistgħu jsiru pubbliċi jekk il-Kumitat jiddeċiedi hekk.
Artikolu 12
Is-Segretarjat
1. Skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-Kumitat għandu jkollu Segretarjat biex jassistih fit-twettiq ta’ dmirijietu. Is-Segretarjat, li jaħdem b’indipendenza sħiħa taħt il-Presidenza tal-Kumitat u l-membri tiegħu, għandu jiżgura li l-ħidma tal-Kumitat titwettaq kif suppost. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ monitoraġġ, il-membri tas-Segretarjat la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija.
2. Sabiex tiġi ppreservata l-indipendenza tiegħu, is-Segretarjat huwa pprovdut mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat. Il-Kumitat għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-ħtiġijiet tas-segretarjat fir-rigward ta’ persunal u riżorsi xierqa biex il-Kumitat ikun jista’ jwettaq dmirijietu u biex jiggarantixxi l-kontinwità tal-ħidma tiegħu.
3. Qabel ma jinħatar kwalunkwe membru tal-persunal fis-Segretarjat, il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jiġi kkonsultat u l-fehmiet tiegħu għandhom jitqiesu. Dan għandu jsir permezz tal-parteċipazzjoni bħala osservatur ta’ membru maħtur tal-Kumitat fil-panel organizzat mill-Kummissjoni għar-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal tas-Segretarjat.
4. Il-Kap tas-Segretarjat għandu jirrapporta lill-president tal-Kumitat. Il-Kap jikkoordina l-ħidma tas-Segretarjat u huwa responsabbli għall-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tal-Kumitat u tas-Segretarjat tiegħu.
Il-Kumitat għandu jaħtar mill-membri tiegħu lil dawk li għandhom jipparteċipaw fil-proċess tal-għażla tal-Kap tas-Segretarjat. Il-membri tal-Kumitat magħżula għandhom jinfurmaw lill-Kumitat, fis-sessjoni plenarja, dwar il-ħidma mwettqa mill-bordijiet tal-għażla u dwar l-eżitu.
5. Il-Kumitat għandu jevalwa perjodikament ix-xogħol tal-Kap tas-Segretarjat u l-membri tiegħu.
6. Il-persunal tas-Segretarjat għandu jkun meħtieġ jittratta informazzjoni fil-pussess tiegħu b’mod kunfidenzjali u għandu joqgħod lura minn kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni li jirċievi fil-qadi ta’ dmirijietu. Huma għandhom jibqgħu marbuta b’din l-obbligazzjoni wara li jħallu s-servizz. Jekk il-Kumitat isir jaf li membru tas-Segretarjat kiser l-obbligu li jikkonforma mar-regoli ta’ kunfidenzjalità, il-president tal-Kumitat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa.
7. Is-Segretarjat għandu jikkontribwixxi għat-twettiq effiċjenti tal-kompiti tal-Kumitat biex tissaħħaħ l-indipendenza tal-OLAF, b’mod partikolari l-funzjoni ta’ monitoraġġ tiegħu. Għal dan il-għan, is-Segretarjat għandu jassisti lill-president fit-tħejjija u t-tmexxija tal-laqgħat. Għandu jħejji abbozz ta’ aġenda għal kull laqgħa, iħejji abbozz tal-minuti tal-laqgħat, jipprovdi lill-membri tal-Kumitat b’informazzjoni u dokumenti relatati mal-attivitajiet kollha tagħhom, jassisti, taħt ir-responsabbiltà tal-president, fl-abbozzar tat-testi, u jassisti lill-membri tal-Kumitat b’mod ġenerali, speċjalment meta jaġixxu bħala relaturi. Għal dak il-għan, il-membri tas-Segretarjat għandhom, kif meħtieġ, jattendu laqgħat mar-relaturi biex iwettqu dawk il-kompiti.
TITOLU III
EŻERĊIZZJU TAL-POTERI
Artikolu 13
Attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-Kumitat ta’ Sorveljanza
1. Il-Kumitat għandu jeżamina l-informazzjoni mibgħuta lilu regolarment mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF dwar l-attivitajiet tal-OLAF. Huwa għandu wkoll jagħti opinjonijiet dwar dik l-informazzjoni, filwaqt li jaġixxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tad-Direttur Ġenerali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
2. Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-Kumitat għandu jinżamm infurmat perjodikament dwar l-attivitajiet tal-OLAF, ir-riżultati tagħhom u l-azzjoni meħuda dwarhom. Il-Kumitat jista’ jagħmel kummenti xierqa mingħajr, madankollu, ma jinterferixxi fit-tmexxija ta’ investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin.
3. Il-Kumitat għandu jeżamina t-tul tal-investigazzjonijiet tal-OLAF u r-raġunijiet għaliex ma kienx possibbli li tingħalaq investigazzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 12-il xahar, u kull sitt xhur minn hemm ‘il quddiem. Għandu jeżamina wkoll ir-raġunijiet proposti tal-OLAF u l-miżuri ta’ rimedju biex iħaffef l-investigazzjonijiet u għandu jagħti attenzjoni partikolari lil din il-kwistjoni meta jagħti opinjonijiet lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
4. Il-Kumitat għandu jeżamina każijiet fejn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jkunu naqsu li jaġixxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mid-Direttur Ġenerali. Għandu fl-istess ħin jikkunsidra sitwazzjonijiet li fihom ix-xogħol tal-investigaturi tal-OLAF ikun ġie ostakolat, imdewwem jew imwaqqaf, bil-ħsieb li jieħu azzjoni xierqa.
5. Il-Kumitat għandu jeżamina każijiet fejn l-informazzjoni ntbagħtet lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u jimmonitorja s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF. Il-Kumitat jista’ jagħti opinjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
6. Filwaqt li jassisti lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu, il-Kumitat jista’ jagħti opinjonijiet dwar il-kontribuzzjoni tal-OLAF għat-tfassil u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ kif jiġu miġġielda l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.
7. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni dwar il-Linji Gwida dwar il-Proċeduri ta’ Investigazzjoni li għandhom jiġu adottati mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF u dwar kwalunkwe modifika sussegwenti.
8. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni dwar l-arranġamenti ta’ ħidma bejn l-OLAF u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u dwar kwalunkwe modifika għal dawk l-arranġamenti.
9. Il-Kumitat jista’ jagħti opinjoni dwar każijiet fejn id-Direttur Ġenerali tal-OLAF jiddeċiedi li jiddiferixxi jinforma lill-persuna kkonċernata dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni tal-OLAF skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
10. Il-Kumitat jista’ jagħti kwalunkwe opinjoni oħra li jqis meħtieġa biex jikkonforma mal-mandat tiegħu skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
11. F’dawn il-każijiet kollha, u biex jikkonforma mal-kompiti ta’ monitoraġġ tiegħu, il-president tal-Kumitat, abbażi ta’ kriterji definiti minn qabel, u bi qbil mar-relatur maħtur, għandu jindika lill-Kap tas-Segretarjat il-fajls tal-każijiet tal-OLAF li għalihom, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, għandu jingħata aċċess.
Artikolu 14
Aċċess għal informazzjoni relatata mal-każijiet
1. Fl-ambitu tas-setgħat tiegħu, il-Kumitat għandu jkollu aċċess dirett għall-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-każ li jqis meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Dan l-aċċess għandu jkun permezz ta’ aċċess dirett għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF, kemm jekk elettronika kif ukoll jekk le, u taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-OLAF. Il-forma speċifika ta’ aċċess dirett għandha tiġi definita f’Arranġamenti ta’ Ħidma miftiehma mad-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
2. Kull meta l-Kumitat ikollu aċċess dirett għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF, huwa għandu jagħmel dan mingħajr ma jinterferixxi mat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-OLAF li jkunu għaddejjin u f’konformità sħiħa mal-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità u r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.
3. Il-membri tal-Kumitat u l-persunal awtorizzat tas-Segretarjat se jkollhom aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF wara li jkunu wettqu valutazzjoni tal-ħtieġa tal-aċċess tagħha abbażi tad-data rrappurtata mill-OLAF. Id-deċiżjonijiet ta’ aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF għandhom jiġu rreġistrati u nnotifikati lill-OLAF.
Artikolu 15
Aċċess dirett għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF
1. Għall-fini tal-Artikolu 14, il-president tal-Kumitat u/jew il-Kap tas-Segretarjat għandu jkollhom drittijiet amministrattivi, skont ir-regoli miftiehma mal-OLAF, għall-aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF.
2. Il-President tal-Kumitat u/jew il-Kap tas-Segretarjat jistgħu jagħtu aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF, fuq bażi ta’ każ b’każ, lill-persuni li ġejjin:
|
a) |
Membru tal-Kumitat li jaġixxi bħala relatur; |
|
b) |
wieħed jew aktar mill-persunal tas-Segretarjat fdat biex jassisti u jagħti pariri lir-relatur fil-kompitu tiegħu/tagħha; |
|
c) |
Membru tal-persunal tas-Segretarjat li se jassisti lir-relatur b’mod amministrattiv. |
Artikolu 16
Tagħrif addizzjonali
Kull meta l-Kumitat iqis li dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, huwa għandu jitlob informazzjoni addizzjonali mill-OLAF.
Artikolu 17
Kontrolli, studji u pariri ta’ esperti
1. Fl-ambitu tal-poteri tiegħu, il-Kumitat jista’ jwettaq kontrolli xierqa, jagħmel kwalunkwe studju u jikseb il-pariri esperti meħtieġa. Hija tista’ titlob ukoll l-assistenza ta’ uffiċjali jew aġenti oħra tal-OLAF jew tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri tagħha. Meta jagħmel dan, il-Kumitat ma jagħtix lil dawk il-persuni aċċess għal informazzjoni relatata ma’ każijiet u dokumenti maħżuna fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-OLAF.
2. Rigward l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-UE, il-president tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kumitat sabiex l-informazzjoni pprovduta tkun tista’ tiġi studjata. Ladarba tkun twettqet din l-analiżi preliminari, il-Kumitat għandu, jekk meħtieġ, jibgħat l-informazzjoni lis-servizz rilevanti.
Artikolu 18
Rapport tal-attivitajiet
1. Skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-Kumitat għandu jadotta mill-inqas Rapport ta’ Attività wieħed kull sena u jibagħtu lill-istituzzjonijiet tal-UE.
2. Ir-rapport tal-Attività għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kumitat u jinkludi valutazzjoni tal-attivitajiet tal-OLAF u l-implimentazzjoni tal-programm annwali tiegħu, b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-indipendenza tal-OLAF, l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali; u t-tul tal-investigazzjonijiet.
3. Fil-prinċipju, ir-rapport tal-Attività għandu jitfassal matul l-ewwel nofs ta’ kull sena li jkopri s-sena preċedenti u għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat minn relatur wieħed jew aktar.
4. Il-Kumitat għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jippubblika r-Rapport tal-Attività tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, wara li jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 19
Il-proċedura tal-opinjoni għall-ħatra tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF
1. Il-Kumitat għandu jeżamina l-proċedura għall-ħatra tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
2. Il-Kumitat se jaħtar il-membru/i li se jirrappreżenta(w) lill-Kumitat matul il-proċedura tal-għażla.
3. Sabiex jagħti opinjoni dwar il-proċedura tal-għażla tal-Kummissjoni, il-Kumitat għandu jipparteċipa bħala osservatur fil-proċess tal-għażla permezz tal-membru/i maħtur(a) għal dak il-għan fis-sessjoni plenarja tiegħu.
4. Wara li jiġi kkonsultat dwar l-avviż ta’ post battal, il-kriterji tal-għażla applikati u r-riżultati tal-proċess tal-għażla, il-Kumitat għandu joħroġ opinjoni lill-Kummissjoni.
5. L-opinjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-Kumitat dwar il-proċedura kif previst mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u għandha tintbagħat lill-istituzzjonijiet tal-UE.
Artikolu 20
Indipendenza, proċedura dixxiplinari u tneħħija tal-immunità applikabbli għad-Direttur Ġenerali tal-OLAF
1. Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandu jinforma lill-Kumitat bi kwalunkwe miżura, struzzjoni, theddida, jew wegħda li x’aktarx tqajjem dubju dwar l-indipendenza tiegħu jew tagħha.
2. Filwaqt li jaġixxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq l-inizjattiva tad-Direttur Ġenerali, il-Kumitat għandu jagħti opinjoni dwar il-kwistjoni riferita lilu.
3. Meta jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar proċedura dixxiplinari jew tneħħija ta’ immunità fuq id-Direttur Ġenerali tal-OLAF, il-Kumitat għandu joħroġ opinjoni motivata. Għal dan il-għan, il-Kumitat għandu jitlob l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Kummissjoni u d-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
Artikolu 21
Il-kunfidenzjalità u l-ġestjoni tad-data personali
1. Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali u joqogħdu lura minn kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni li jirċievu fil-qadi ta’ dmirijiethom. Dawn għandhom jibqgħu jkunu marbutin ukoll b’dan l-obbligu anke wara li jħallu l-Kumitat. Dan il-paragrafu ma japplikax jekk l-informazzjoni tkun diġà saret pubblika legalment jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
2. Il-Kumitat għandu jiżgura li r-Regolament (UE) Nru 2018/1725 (3) jiġi applikat. Fl-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, il-Kumitat u s-Segretarjat għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-OLAF u mas-Segretarjat tal-Kumitat, u f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni adottati fid-9 ta’ Lulju 2019 (4).
3. Is-Segretarjat tal-Kumitat, irrappreżentat mill-Kap tas-Segretarjat, għandu jaġixxi bħala “kontrollur tad-data”.
4. Is-Segretarjat tal-Kumitat għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu l-avviżi tal-protezzjoni tad-data li jinformaw lis-suġġetti tad-data kollha dwar l-attivitajiet tiegħu li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Is-Segretarjat għandu jipprovdi lis-suġġetti tad-data kollha li magħhom jinteraġixxi direttament fil-qafas ta’ attività ta’ pproċessar avviż ta’ privatezza skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.
5. Id-data personali se tinħażen għal massimu ta’ 5 snin wara li tasal għal inkjesti ġenerali, sakemm ma tkunx relatata mal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ segwitu tal-Kumitat meta din tinħażen għal massimu ta’ 10 snin wara li titlesta l-attività speċifika.
Artikolu 22
Baġit
1. Kull sena, skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni1999/352/KE (5), il-Kumitat għandu jagħti opinjoni dwar l-abbozz preliminari tal-baġit ippreżentat mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF qabel ma jintbagħat lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni .
2. Is-Segretarjat għandu jfassal il-proposti baġitarji annwali tal-Kumitat, li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni wara li l-Kumitat ikun approvahom.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TA’ TRANŻIZZJONI U FINALI
Artikolu 23
Reviżjoni u emenda
Kwalunkwe membru tal-Kumitat jista’ jipproponi emendi għar-Regoli ta’ Proċedura fi kwalunkwe ħin u jippreżentahom bil-miktub lill-President. L-emendi għandhom jitqiegħdu għall-vot fl-ewwel laqgħa wara s-sottomissjoni tagħhom, skont il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9.
Artikolu 24
Relazzjonijiet mal-Kontrollur tal-garanziji proċedurali
Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu riveduti wara l-ħatra tal-Kontrollur tal-garanziji proċedurali.
Meta jinħatar il-Kontrollur tal-garanziji proċedurali, il-Kumitat se jaqbel mal-Kontrollur dwar kwalunkwe arranġament prattiku meħtieġ biex jingħata effett lir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti u l-obbligi ta’ rappurtar tal-Kontrollur.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ u pubblikazzjoni
Dawn ir-Regoli tal-Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-adozzjoni tagħhom mill-Kumitat. Dawn jieħdu post ir-Regoli tal-Proċedura preċedenti ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2011 (6).
Ġaladarba jkunu adottati, il-Kumitat għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jippubblikahom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Emendi għar-Regolament tal-OLAF permezz tar-Regolament (UE, EURATOM) 2016/2030 u r-Regolament (UE, EURATOM) 2020/2223. Emendi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-OLAF permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/478/UE tas-27 ta’ Settembru 2013, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/512 tal-25 ta’ Marzu 2015 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/2418 tat-18 ta’ Diċembru 2015.
(2) Kodiċi ta’ Kondotta adottat mill-Kumitat ta’ Sorveljanza fit-9 ta’ Ottubru 2013 u Memorandum ta’ Spjegazzjoni: salvagwardji ta’ imparzjalità u riskji ta’ kunflitt ta’ interessi. Ara t-Taqsima 4 “Proċedura għat-trattament ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi”, Punt 29 “Dan il-Kodiċi ta’ Kondotta se jiġi inkorporat fir-Regoli ta’ Proċedura li jeħtieġu aktar emendi wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 883/2013.”
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32018R1725.
(4) Id-Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tadotta regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għall-OLAF u s-Segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza. ARES(2019)4393452.
(5) 1999/352/KE, KEFA, Euratom: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (notifikata fid-dokument numru SEC(1999) 802), ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20–22.