ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
20 ta' Awwissu 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1374 tat-12 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1375 tal-11 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fir-rigward tal-modifika ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1376 tat-13 ta’ Awwissu 2021 li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1377 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jawtorizza l-bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1379 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva famoksadon, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1380 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mill-Ukrajna maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

35

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1381 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment ħieles fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

38

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1382 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment ħieles fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

41

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1374

tat-12 ta’ April 2021

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju fl-ikel.

(2)

It-tames huwa kumpless ta’ enzimi li jintużaw għall-produzzjoni ta’ ċerti ġobnijiet. Dan jinġabar mill-istonkijiet tal-frieħ tar-ruminanti. Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-operaturi tan-negozju fl-ikel, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-iġjene fuq l-istonkijiet għall-produzzjoni tat-tames, stipulati fil-punt 18(a) tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jenħtieġ li jiġu emendati sabiex isir l-aħjar użu mill-ġbir tat-tames minn nagħaġ u minn mogħoż ta’ età żgħira. B’mod partikolari, huwa xieraq li tali stonkijiet jitħallew jitilqu mill-biċċerija mingħajr ma jitbattlu jew jitnaddfu.

(3)

L-iżviluppi teknoloġiċi rriżultaw f’domanda biex l-irjus u s-saqajn tal-ungulati domestiċi jitħallew jinstelħu jew jinstamtu u jitneħħilhom ix-xagħar barra l-biċċerija fi stabbilimenti approvati speċjalizzati għall-ipproċessar ulterjuri tal-ikel. Għalhekk, bħala konsegwenza prattika, jenħtieġ li l-irjus u s-saqajn tal-ungulati domestiċi jitħallew jiġu ttrasportati lejn dawn l-istabbilimenti f’ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw is-sikurezza alimentari. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 18(c) tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (2), il-veterinarju uffiċjali jista’ jwettaq spezzjoni ante-mortem barra mill-biċċerija fil-każ ta’ qtil b’emerġenza ta’ ungulati domestiċi. Il-punt 2 tal-Kapitolu VI tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jirrikjedi li veterinarju jwettaq spezzjoni ante-mortem fil-każ ta’ qtil b’emerġenza. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit jiġi emendat sabiex ikun konsistenti ma’ dak l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624 u minflok jirreferi għall-veterinarju uffiċjali.

(5)

It-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali huwa waħda mill-azzjonijiet proposti fl-Istrateġija tal-Kummissjoni “Mill-Għalqa sal-Platt” (3) għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’mod partikolari, hemm bidla fix-xejriet tal-konsum tal-laħam b’domanda dejjem tikber mill-Parlament Ewropew, mill-bdiewa u mill-konsumaturi, li jiġi awtorizzat il-qtil ta’ ċerti ungulati domestiċi fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin sabiex jiġi evitat tħassib possibbli dwar it-trattament xieraq tal-annimali waqt il-ġbir u t-trasport tagħhom.

(6)

Minbarra l-qtil b’emerġenza, l-ungulati domestiċi huma meħtieġa li jinqatlu f’biċċerija approvata skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-iġjene stipulati fil-Kapitoli II u IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu japprovaw biċċeriji mobbli skont dak l-Artikolu. Dawn il-faċilitajiet mobbli jistgħu jitqiegħdu fil-postijiet xierqa kollha, inklużi l-azjendi agrikoli, fejn jistgħu jinqatlu gruppi ta’ annimali b’saħħithom. F’ċirkostanzi oħrajn, it-trasport ta’ ċerti annimali jista’ joħloq riskju għal min jimmaniġġahom jew għat-trattament xieraq tal-annimali. Għalhekk, jenħtieġ li l-qtil u l-iżvinar ikunu permessi fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin għal għadd limitat ta’ annimali bovini u porċini domestiċi u solipedi domestiċi. Tali prattika jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet stretti biex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza alimentari tal-laħam derivat minn tali annimal.

(7)

Jenħtieġ li l-annimali bovini u porċini domestiċi u s-solipedi domestiċi maqtula fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali, li jiddikjara li r-rekwiżiti tal-iġjene għall-qtil jkunu ġew imħarsa. Tali ċertifikat uffiċjali huwa previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4).

(8)

Fis-27 ta’ Settembru 2018, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat it-tieni opinjoni xjentifika dwar l-approċċi tal-analiżi tal-perikli għal ċerti stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut żgħar u donazzjonijiet tal-ikel (5). Dik l-Opinjoni tirrakkomanda l-iffriżar fil-livell tal-bejgħ bl-imnut bħala għodda addizzjonali biex tiġi ggarantita r-ridistribuzzjoni sikura tal-ikel lil dawk fil-bżonn. Il-faċilitazzjoni ta’ prattiki ta’ donazzjoni tal-ikel mingħajr periklu tipprevjeni l-ħela tal-ikel u tikkontribwixxi għas-sigurtà alimentari, skont l-objettivi stipulati fl-istrateġija tal-Kummissjoni “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-għan ġenerali tagħha li tistabbilixxi sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-iffriżar tal-ikel jista’ jkun mezz importanti biex tiġi żgurata r-ridistribuzzjoni sikura tiegħu mill-banek tal-ikel u minn organizzazzjonijiet tal-karità oħrajn. L-iffriżar tal-laħam bħalissa mhuwiex permess fil-każ ta’ attività bejn il-bejjiegħa bl-imnut, minħabba li l-laħam maħsub għall-friża huwa meħtieġ li jiġi ffriżat mingħajr dewmien żejjed wara l-qtil jew it-tqattigħ f’konformità mal-punt 4 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, fir-rigward tal-annimali domestiċi u mal-punt 5 tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni II ta’ dak l-Anness fir-rigward tal-pollam u l-lagomorfi. Għalhekk, jenħtieġ li l-iffriżar tal-laħam ikun permess fil-każ ta’ attività bejn il-bejjiegħa bl-imnut f’ċerti kundizzjonijiet biex tkun żgurata d-distribuzzjoni sikura għad-donazzjonijiet tal-ikel.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) iddefinixxa “veterinarju approvat”. Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u ddefinixxa “veterinarju uffiċjali”. Billi d-definizzjoni ta’ “veterinarju uffiċjali” fir-Regolament (UE) 2017/625 tinkludi “veterinarju approvat”, jenħtieġ li r-referenzi għal “veterinarju approvat” fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġu emendati biex jirreferu minflok għal “veterinarju uffiċjali”

(10)

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-iġjene għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam minn mammali tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija stipulati fis-Sezzjoni III tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw biss għal-laħam minn Cervidae jew Suidae. Jenħtieġ li japplikaw ukoll rekwiżiti simili għal-laħam minn mammali tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija, bħal-lama, sabiex jiġi evitat riskju possibbli għas-sikurezza alimentari minn bidliet fix-xejriet tal-konsum minħabba żieda fil-konsum ta’ tali laħam.

(11)

L-iġsma u l-vixxri tal-kaċċa selvaġġa kkaċċjata jistgħu jiġu ttrasportati lejn ċentru tal-ġbir u maħżuna fih qabel ma jiġu ttrasportati lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa. Jenħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi tal-iġjene dwar l-immaniġġjar u l-ħażna ta’ dawn l-iġsma u l-vixxri f’tali ċentri tal-ġbir sabiex tiġi żgurata s-sikurezza alimentari ta’ dak il-laħam billi jiġu emendati r-rekwiżiti tal-iġjene għall-kaċċa selvaġġa stipulati fis-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(12)

Il-kaċċa selvaġġa jeħtieġ li tiġi ttrasportata mill-aktar fis possibbli lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa wara eżami minn persuna mħarrġa f’konformità mal-punt 3 tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward ta’ kaċċa selvaġġa kbira u mal-punt 3 tal-Kapitolu III ta’ dik is-Sezzjoni fir-rigward ta’ kaċċa selvaġġa żgħira sabiex it-tkessiħ ikun jista’ jsir fi żmien raġonevoli wara l-qtil. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit japplika wkoll għall-kaċċa selvaġġa fejn ma jkun sar l-ebda eżami.

(13)

Il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi li kull meta operatur tan-negozju fl-ikel jittrasporta lott ta’ molluski bivalvi ħajjin minn stabbiliment għall-ieħor, il-lott jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn dokument ta’ reġistrazzjoni. Sabiex tiġi armonizzata l-informazzjoni meħtieġa mill-punt 4 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell komuni tad-dokument ta’ reġistrazzjoni għall-moviment tal-molluski bivalvi ħajjin minn stabbilimenti għall-ieħor. Barra minn hekk, hija prattika komuni li l-lottijiet tal-molluski bivalvi jistgħu jintbagħtu wkoll lill-operaturi intermedjarji, għalhekk, jenħtieġ li d-dokument ta’ reġistrazzjoni jinkludi wkoll din il-possibbiltà.

(14)

F’konformità mal-punt 1 tal-Parti A tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-molluski bivalvi ħajjin għandhom jinħaslu b’ilma nadif, biex jitnaddfu mit-tajn u fdalijiet akkumulati qabel ma tibda t-tisfija. Madankollu, sabiex jiġi ffrankat l-ilma, jenħtieġ li l-ħasil ta’ molluski bivalvi nodfa ma jkunx obbligatorju. Jenħtieġ li l-punt 1 tal-Parti A tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni VII jiġi mmodifikat kif xieraq.

(15)

Molluski bivalvi ħajjin imqiegħda fis-suq ma jistax ikun fihom bijotossini marini li jeċċedu l-limiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-EFSA kkonkludiet fl-Opinjoni tagħha “Marine biotoxins in shellfish – Pectenotoxin group” (8) li ma hemmx rapporti ta’ effetti avversi fil-bnedmin assoċjati ma’ tossini tal-grupp ta’ Pektenotossini (PTX). Barra minn hekk, il-PTX fil-frott tal-baħar bil-qoxra dejjem ikunu akkumpanjati minn tossini mill-grupp tal-aċidu Okadajku. Għalhekk, huwa xieraq li titħassar ir-referenza għal PTX mill-punt 2(c) tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(16)

L-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat 2019/624 jistabbilixxi li l-klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski mhix meħtieġa b’rabta mal-ġbir ta’ holothuroidea meta l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali fuq tali annimali fi rkanti tal-ħut, ċentri ta’ spedizzjoni u stabbilimenti tal-ipproċessar. Jenħtieġ li l-Kapitolu IX tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat sabiex jippermetti l-ġbir ta’ Holothuroidea barra l-arji ta’ produzzjoni u ta’ riposizzjoni kklassifikati.

(17)

Jenħtieġ li l-bastimenti jiġu ddisinjati u mibnija b’tali mod li ma jikkawżawx kontaminazzjoni tal-prodotti tas-sajd b’ilma tas-sentina, drenaġġ, duħħan, karburant, żejt, grass jew sustanzi oħrajn ta’ ħsara. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-istivi, it-tankijiet jew il-kontenituri użati għall-ħażna, għat-tkessiħ jew għall-iffriżar tal-prodotti tas-sajd ma jintużawx għal skopijiet oħrajn għajr għall-ħażna tal-prodotti tas-sajd. Jenħtieġ li l-bastimenti friża u l-bastimenti reefer ikunu mgħammra b’tagħmir ta’ ffriżar b’kapaċità suffiċjenti biex jiffriżaw kemm jista’ jkun malajr fi proċess kontinwu u b’perjodu ta’ waqfien termali kemm jista’ jkun qasir, sabiex tinkiseb temperatura tal-qalba ta’ mhux aktar minn -18 °C. Jenħtieġ li l-istivi tal-ħażna ma jintużawx għall-iffriżar tal-prodotti. Jenħtieġ li l-istess rekwiżiti għat-tagħmir tal-iffriżar u tal-ħażna japplikaw ukoll għall-imħażen tal-friża fuq l-art. Għalhekk, jenħtieġ li l-parti I tal-Kapitolu I u l-parti B tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġu emendati kif xieraq.

(18)

Wara frodi reċenti fir-rigward ta’ tonn inizjalment iffriżat fis-salmura f’temperatura ta’ -9 °C u destinat għall-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned, iżda ddevjat biex jiġi kkonsmat bħala prodotti tas-sajd friski, huwa xieraq li jiġi ċċarat fil-punt 7 tal-Parti II tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li prodotti tas-sajd sħaħ inizjalment iffriżati fis-salmura f’temperatura ta’ -9 °C u destinati għall-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned, anki jekk iffriżati ulterjorment f’temperatura ta’ -18 °C, ma għandux ikollhom destinazzjoni differenti mill-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned.

(19)

Il-fwied u l-bajd ta’ prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem iridu jiġu ppreservati fis-silġ, f’temperatura qrib dik tas-silġ li qed idub, jew jiġu ffriżati. Huwa xieraq li jkun permess li l-fwied u l-bajd jinżammu wkoll fil-friġġ f’kundizzjonijiet differenti minn dawk fis-silġ, f’temperatura qrib dik tas-silġ li qed idub. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-punt 6 tal-Parti II tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat sabiex jippermetti li l-fwied u l-bajd tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem ikunu jistgħu jitkessħu wkoll mhux biss fis-silġ, iżda f’kundizzjonijiet differenti ta’ tkessiħ.

(20)

Huwa xieraq li f’kontenituri użati għall-ispedizzjoni jew għall-ħażna ta’ prodotti tas-sajd friski mħejjija u mhux ippakkjati maħżuna fis-silġ, jenħtieġ li l-ilma li jinħall ma jibqax f’kuntatt ma’ kwalunkwe prodott tas-sajd. Huwa importanti, għal raġunijiet ta’ iġjene, li jiġi ċċarat li l-ilma li jinħall mhux biss jenħtieġ li ma jibqax f’kuntatt ma’ prodotti tas-sajd, iżda jenħtieġ li jitbattal. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-punt 4 tal-Parti A tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat sabiex jiġi ċċarat li l-ilma li jinħall mhux biss jenħtieġ li ma jibqax f’kuntatt ma’ prodotti tas-sajd, iżda jenħtieġ li jitbattal.

(21)

Ir-regoli speċifiċi tal-iġjene dwar il-koxox taż-żrinġijiet stipulati fis-Sezzjoni XI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw biss għall-koxox taż-żrinġijiet tal-ispeċi RNA (il-familja Ranidae) f’konformità mad-definizzjoni tal-koxox taż-żrinġijiet stipulata fil-punt 6.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Ir-regoli speċifiċi tal-iġjene għall-bebbux f’dik is-Sezzjoni japplikaw biss għall-gasteropodi terrestri tal-ispeċijiet Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u tal-ispeċijiet tal-familja Achatinidae f’konformità mad-definizzjoni tal-bebbux stipulata fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Minħabba l-bidliet fid-drawwiet tal-ikel, il-koxox taż-żrinġijiet u l-bebbux ta’ speċijiet oħrajn huma wkoll prodotti u mqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli speċifiċi tal-iġjene jiġu estiżi biex ikopru dawk l-ispeċijiet biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel idderivat minn dawn l-ispeċijiet.

(22)

Is-Sezzjoni XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi tat-temperatura għall-ħażna tal-qrieqeċ maħsuba għall-konsum mill-bniedem. L-iżviluppi teknoloġiċi ppermettew ċerti tekniki tal-imballaġġ, bħall-imballaġġ fil-vakwu, li għalihom, ir-rekwiżiti speċifiċi tat-temperatura mhumiex meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel idderivat mill-qrieqeċ. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet tat-temperatura jitħassru, filwaqt li jenħtieġ li l-operatur tan-negozju fl-ikel jiżgura s-sikurezza tal-ikel idderivat mill-qrieqeċ permezz ta’ prattiki u proċeduri tal-iġjene tajba bbażati fuq il-prinċipji tal-Analiżi tal-Perikli u Punti Kritiċi ta’ Kontroll (HACCP) f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(23)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1)

(3)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/f2f_action-plan_2020_strategy-info_en.pdf

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE(ĠU L 442, 30.12.2020 p. 1)

(5)  EFSA Journal 2018; 16(11):5432

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206)

(7)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(8)  https://doi.org/10.2903/j.efsa.2009.1109

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 2(b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

annimali maqtula fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin f’konformità mal-Kapitolu VIa ta’ din is-Sezzjoni jew f’konformità mal-punt 3 tas-Sezzjoni III;”

(ii)

il-punt 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“18.

Sakemm ma jkunx maħsub għall-użu bħala prodott sekondarju tal-annimali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*):

(a)

l-istonkijiet iridu jinstamtu jew jitnaddfu; madankollu, meta jkunu maħsuba għall-produzzjoni tat-tames, l-istonkijiet:

(i)

huma meħtieġa biss li jitbattlu fil-każ ta’ annimali bovini ta’ età żgħira

(ii)

mhumiex meħtieġa li jitbattlu, jinstamtu jew jitnaddfu fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini ta’ età żgħira;

(b)

l-intestini jridu jitbattlu u jitnaddfu;

(c)

l-irjus u s-saqajn iridu jinstelħu jew jinstamtu u jitneħħilhom ix-xagħar; madankollu, meta jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti, l-irjus viżibbilment nodfa, li ma jkunx fihom materjali ta’ riskju speċifikati f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), u s-saqajn viżibbilment nodfa, maħsuba għall-ipproċessar fl-ikel, jistgħu jiġu ttrasportati lejn stabbiliment approvat u jinstelħu jew jinstamtu u jitneħħilhom ix-xagħar fih.

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1)."

(**)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).”"

(b)

Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“2.

Il-veterinarju uffiċjali jrid iwettaq l-ispezzjoni ante-mortem tal-annimal.

3.

L-annimal maqtul u żvinat irid jinġarr sal-biċċerija iġjenikament u mingħajr dewmien bla bżonn. It-tneħħija tal-istonku u tal-intestini, iżda l-ebda tindif ieħor, jista’ jsir fuq il-post, taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali. Il-vixxri li jitneħħew iridu jittieħdu mal-annimal maqtul sal-biċċerija u jiġu identifikati bħala li jappartjenu għal dak l-annimal.”

(ii)

il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikat uffiċjali stabbilit fil-Kapitolu 5 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (*) għandu jakkumpanja lill-annimal maqtul sal-biċċerija jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format.

(*)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020 p. 1).”"

(c)

Jiddaħħal il-Kapitolu VIa li ġej wara l-Kapitolu VI:

“KAPITOLU VIa: QTIL FL-AZJENDA LI MINNHA JKUNU ĠEJJIN ANNIMALI BOVINI DOMESTIĊI, GĦAJR BIŻONTI, U ANNIMALI PORĊINI U SOLIPEDI DOMESTIĊI GĦAJR QTIL B’EMERĠENZA

Sa tliet annimali bovini domestiċi, għajr biżonti, jew sa sitt annimali porċini domestiċi jew sa tliet solipedi domestiċi jistgħu jinqatlu fl-istess okkażjoni fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin, meta dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

(a)

l-annimali ma jistgħux jiġu ttrasportati lejn il-biċċerija, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju għal min jittratta magħhom u jiġi evitat kwalunkwe korriment tal-annimali waqt it-trasport;

(b)

ikun hemm ftehim bejn il-biċċerija u s-sid tal-annimal maħsub għall-qtil; is-sid irid jinforma lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwar dan il-ftehim;

(c)

il-biċċerija jew is-sid tal-annimali maħsuba għall-qtil jridu jinformaw lill-veterinarju uffiċjali mill-inqas tlett ijiem qabel id-data u l-ħin tal-qtil maħsub tal-annimali;

(d)

il-veterinarju uffiċjali li jwettaq l-ispezzjoni ante-mortem tal-annimal maħsub għall-qtil irid ikun preżenti fil-ħin tal-qtil;

(e)

l-unità mobbli li għandha tintuża għall-iżvinar u t-trasport tal-annimali maqtula lejn il-biċċerija trid tippermetti l-immaniġġar u l-iżvinar iġjeniku tagħhom, u r-rimi xieraq tad-demm tagħhom, u trid tkun parti minn biċċerija approvata mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4(2); madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-iżvinar barra mill-unità mobbli jekk id-demm ma jkunx maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-qtil ma jseħħx f’żoni ristretti kif definit fl-Artikolu 4(41) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew fi stabbilimenti li fihom jiġu applikati restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u kwalunkwe att adottat abbażi tiegħu;

(f)

l-annimali maqtula u żvinati jridu jiġu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija b’mod iġjeniku u mingħajr dewmien bla bżonn; it-tneħħija tal-istonku u tal-intestini, iżda mhux tindif ieħor, tista’ ssir fuq il-post, taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali; kwalunkwe vixxri li jitneħħew iridu jakkumpanjaw l-annimal maqtul fil-biċċerija u jiġu identifikati bħala li jappartjenu għal kull annimal individwali;

(g)

jekk jgħaddu aktar minn sagħtejn bejn il-ħin tal-qtil tal-ewwel annimal u l-ħin tal-wasla tal-annimali maqtula fil-biċċerija, l-annimali maqtula jridu jitkessħu; fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi jippermettu dan, it-tkessiħ attiv ma jkunx meħtieġ;

(h)

is-sid tal-annimal irid jinforma lill-biċċerija minn qabel dwar il-ħin maħsub tal-wasla tal-annimali maqtula, li jridu jiġu maniġġati mingħajr dewmien bla bżonn wara l-wasla tagħhom fil-biċċerija;

(i)

minbarra l-informazzjoni dwar il-katina alimentari li għandha tiġi ppreżentata f’konformità mas-Sezzjoni III tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat uffiċjali stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 irid jakkumpanja lill-annimali maqtula sal-biċċerija jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format.

(*)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).”"

(d)

Fil-Kapitolu VII, il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

Il-laħam maħsub għall-friża jrid jiġi ffriżat mingħajr dewmien bla bżonn, filwaqt li jitqies, fejn ikun meħtieġ, perjodu ta’ stabbilizzazzjoni qabel l-iffriżar.

Madankollu, l-operaturi tan-negozji fl-ikel li jwettqu attività ta’ bejgħ bl-imnut jistgħu jiffriżaw il-laħam fid-dawl tar-ridistribuzzjoni tiegħu għall-fini ta’ donazzjonijiet ta’ ikel f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

fil-każ ta’ laħam li għalih tiġi applikata data “uża sa” f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), qabel l-iskadenza ta’ dik id-data;

(ii)

mingħajr dewmien bla bżonn għal temperatura ta’ -18 °C jew inqas;

(iii)

jiżguraw li d-data tal-iffriżar tkun iddokumentata u pprovduta fuq it-tikketta jew b’mezzi oħrajn;

(iv)

jeskludu laħam li jkun ġie ffriżat qabel (laħam iddifrostjat); u,

(v)

f’konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni stipulata mill-awtoritajiet kompetenti għall-iffriżar u l-użu ulterjuri bħala ikel.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).”"

(2)

Is-Sezzjoni II hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu V, il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Il-laħam maħsub għall-friża jrid jiġi ffriżat mingħajr dewmien bla bżonn.

Madankollu, l-operaturi tan-negozji fl-ikel li jwettqu attività ta’ bejgħ bl-imnut jistgħu jiffriżaw il-laħam fid-dawl tar-ridistribuzzjoni tiegħu għall-fini ta’ donazzjonijiet ta’ ikel f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

fil-każ ta’ laħam li għalih tiġi applikata data “uża sa” f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, qabel l-iskadenza ta’ dik id-data;

(ii)

mingħajr dewmien bla bżonn għal temperatura ta’ -18 °C jew inqas;

(iii)

jiżguraw li d-data tal-iffriżar tkun iddokumentata u pprovduta fuq it-tikketta jew b’mezzi oħrajn;

(iv)

jeskludu laħam li jkun ġie ffriżat qabel (laħam iddifrostjat); u,

(v)

f’konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni stipulata mill-awtoritajiet kompetenti għall-iffriżar u l-użu ulterjuri bħala ikel.”

(b)

Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 6 jitħassar;

(ii)

il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

Minbarra l-informazzjoni dwar il-katina alimentari li għandha tiġi ppreżentata f’konformità mas-Sezzjoni III tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat uffiċjali stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 għandu jakkumpanja lill-annimal maqtul għall-biċċerija jew għall-impjant tat-tqattigħ, jew jintbagħat minn qabel fi kwalunkwe format.”

(3)

Is-Sezzjoni III hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni I japplikaw għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam minn mammali tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija, sakemm l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li dawn mhumiex xierqa.”

(b)

il-punt 3(j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

iċ-ċertifikat uffiċjali stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness IV għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, maħruġ u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali, li jiċċertifika li sar eżami ante-mortem b’riżultat favorevoli„ li l-qtil u l-iżvinar saru sewwa u d-data u l-ħin tal-qtil, jakkumpanja l-annimal maqtul sal-biċċerija jew ikun intbagħat minn qabel fi kwalunkwe format.”

(4)

Is-Sezzjoni IV hija emendata kif ġej:

(a)

tiżdied is-sentenza introduttorja li ġejja:

“Għall-fini ta’ din is-Sezzjoni, “ċentru ta’ ġbir” ifisser stabbiliment li jintuża biex jinħażnu l-iġsma u l-vixxri tal-annimali tal-kaċċa selvaġġi qabel it-trasport tagħhom lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa.”

(b)

Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 4(ċ) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ċ)

Jekk m’hemml-ebda persuna mħarrġa disponibbli biex twettaq l-eżami msemmi fil-punt 2 f’każ partikolari, ir-ras, għajr għan-nejbiet, il-qrun imsaġġrin u l-qrun, u l-vixxri kollha, għajr għall-istonku u l-intestini, iridu jakkumpanjaw il-ġisem li jrid jiġi ttrasportat lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa mill-aktar fis possibbli wara l-qtil.”

(ii)

fil-punt 8(b), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

tista’ tintbagħat lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa fi Stat Membru ieħor biss jekk, waqt it-trasport lejn dak l-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, ikun akkumpanjat minn ċertifikat uffiċjali stabbilit fil-Kapitolu 2 tal-Anness II għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 maħruġ u ffirmat minn veterinarju uffiċjali, li jiċċertifika li l-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 4 ta’ dan il-Kapitolu fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ dikjarazzjoni, meta rilevanti, u l-akkumpanjament tal-partijiet rilevanti tal-ġisem, ikunu ġew sodisfatti.”

(iii)

jiżdied il-punt 10 li ġej:

“10.

L-iġsma u l-vixxri ta’ kaċċa selvaġġa kbira jistgħu jiġu ttrasportati lejn ċentru ta’ ġbir u maħżuna fih qabel ma jintbagħtu lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, dment li:

(a)

ċ-ċentru ta’ ġbir ikun jew:

(1)

irreġistrat mal-awtorità kompetenti bħala negozju tal-ikel li jwettaq il-produzzjoni primarja kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) meta jirċievi biss l-iġsma bħala l-ewwel ċentru ta’ ġbir, jew inkella

(2)

approvat mill-awtorità kompetenti bħala negozju tal-ikel f’konformità mal-Artikolu 4(2) meta jirċievi l-iġsma minn ċentri ta’ ġbir oħrajn;

(b)

jekk l-annimali jitneħħielhom il-ġewwieni, it-tagħbija tagħhom fuq xulxin hija pprojbita waqt it-trasport lejn iċ-ċentru ta’ ġbir u l-ħażna tagħhom fih;

(c)

l-annimali maqtula jiġu ttrasportati lejn iċ-ċentru ta’ ġbir b’mod iġjeniku u mingħajr dewmien;

(d)

jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet tat-temperatura stipulati fil-punt 5;

(e)

il-ħin tal-ħażna jinżamm għall-minimu possibbli;

(f)

ma jsir l-ebda trattament ulterjuri fuq l-iġsma u l-vixxri tal-kaċċa selvaġġa kbira; madankollu, l-eżami minn persuna mħarrġa u t-tneħħija tal-vixxri jistgħu jsiru skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2, 3 u 4.”

(c)

Il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3

Il-laħam tal-kaċċa selvaġġa żgħira jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk il-ġisem jiġi ttrasportat lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa mill-aktar fis possibbli wara l-eżami msemmi fil-punt 1 jew, jekk l-ebda persuna mħarrġa tkun disponibbli biex twettaq dak l-eżami f’każ partikolari, mill-aktar fis possibbli wara l-qtil”.

(ii)

jiżdied il-punt 8 li ġej:

“8.

L-iġsma, inklużi l-vixxri, tal-kaċċa selvaġġa żgħira jistgħu jiġu ttrasportati lejn ċentru ta’ ġbir u maħżuna fih qabel ma jintbagħtu lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, dment li:

(a)

ċ-ċentru ta’ ġbir ikun jew:

(1)

irreġistrat mal-awtorità kompetenti bħala negozju tal-ikel li jwettaq il-produzzjoni primarja kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) meta jirċievi biss l-iġsma bħala l-ewwel ċentru ta’ ġbir, jew inkella

(2)

approvat mill-awtorità kompetenti bħala negozju tal-ikel f’konformità mal-Artikolu 4(2) meta jirċievi l-iġsma minn ċentri ta’ ġbir oħrajn;

(b)

jekk l-annimali jitneħħielhom il-ġewwieni, it-tagħbija tagħhom fuq xulxin hija pprojbita waqt it-trasport lejn iċ-ċentru ta’ ġbir u l-ħażna tagħhom fih;

(c)

l-annimali maqtula jiġu ttrasportati lejn iċ-ċentru ta’ ġbir b’mod iġjeniku u mingħajr dewmien;

(d)

jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet tat-temperatura stipulati fil-punt 4;

(e)

il-ħin tal-ħażna jinżamm għall-minimu possibbli;

(f)

ma jsir l-ebda trattament ulterjuri fuq l-iġsma, inklużi l-vixxri, tal-kaċċa selvaġġa żgħira; madankollu, l-eżami minn persuna mħarrġa u t-tneħħija tal-vixxri jistgħu jsiru skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 1 u 2.”

(5)

Is-Sezzjoni VII hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-parti introduttorja, jiddaħħal il-punt 1a li ġej:

“1a.

Għall-finijiet ta’ din is-Sezzjoni, “operatur intermedjarju” jfisser operatur tan-negozju fl-ikel, inklużi negozjanti, għajr l-ewwel fornitur, bi jew mingħajr bini, li jwettaq l-attivitajiet tiegħu bejn iż-żoni ta’ produzzjoni, iż-żoni ta’ żamma jew kwalunkwe stabbiliment.”

(b)

Il-Kapitolu I huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Kull meta operatur tan-negozju fl-ikel iċaqlaq lott ta’ molluski bivalvi ħajjin bejn iż-żoni ta’ produzzjoni, iż-żoni ta’ żamma jew kwalunkwe stabbiliment, irid ikun hemm dokument ta’ reġistrazzjoni li jakkumpanja l-lott.”

(ii)

fil-punt 4, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Meta jintbagħat lott ta’ molluski bivalvi ħajjin minn operatur intermedjarju, irid ikun hemm dokument ta’ reġistrazzjoni ġdid, li jimtela mill-operatur intermedjarju, li jakkumpanja l-lott. Id-dokument ta’ reġistrazzjoni jrid ikun fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) u l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem u l-indirizz tal-operatur intermedjarju;

(ii)

fil-każ ta’ irfinatura jew fil-każ ta’ immersjoni mill-ġdid għall-fini ta’ ħażna, id-data tal-bidu, id-data tat-tmiem u l-post tal-irfinatura jew tal-immersjoni mill-ġdid;

(iii)

jekk tkun twettqet irfinitura f’sit naturali, l-operatur intermedjarju jrid jikkonferma li s-sit naturali fejn tkun saret l-irfinatura kien ikklassifikat fil-ħin tal-irfinatura bħala arja ta’ produzzjoni tal-klassi A miftuħa għall-ġbir;

(iv)

jekk tkun twettqet immersjoni mill-ġdid f’sit naturali, l-operatur intermedjarju jrid jikkonferma li s-sit naturali fejn tkun saret l-immersjoni mill-ġdid kien ikklassifikat fil-ħin tal-immersjoni mill-ġdid bl-istess klassifikazzjoni tal-arja ta’ produzzjoni fejn ikunu nħasdu l-molluski bivalvi ħajjin.

(v)

jekk tkun twettqet immersjoni mill-ġdid fi stabbiliment, l-operatur intermedjarju jrid jikkonferma li l-istabbiliment kien approvat fil-ħin tal-immersjoni mill-ġdid. L-immersjoni mill-ġdid ma għandhiex tikkawża kontaminazzjoni addizzjonali lill-molluski bivalvi ħajjin.

(vi)

fil-każ ta’ raggruppament, l-ispeċi, id-data meta beda r-raggruppament, id-data tat-tmiem tar-raggruppament, l-istatus taż-żona fejn inġabru l-molluski bivalvi ħajjin, u l-lott tar-raggruppament, li dejjem ikun jikkonsisti mill-istess speċi, maqbuda fl-istess data, u fl-istess arja ta’ produzzjoni.”

(iii)

jiżdiedu l-punti 8 u 9 li ġejjin:

“8.

L-operaturi intermedjarji jridu jkunu:

(a)

irreġistrati mal-awtorità kompetenti bħala negozju tal-ikel li jwettaq il-produzzjoni primarja kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) jekk ma jkollhomx bini jew jekk ikollhom bini fejn jittrattaw, jaħslu u jaħżnu biss molluski bivalvi ħajjin f’temperatura ambjentali, la b’raggruppament u lanqas b’irfinatura, jew

(b)

approvati mill-awtorità kompetenti bħala operatur tan-negozju fl-ikel f’konformità mal-Artikolu 4(2) jekk, minbarra li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a), ikollhom maħżen imkessaħ jew jiġbru flimkien jew jaqsmu l-lottijiet ta’ molluski bivalvi ħajjin jew iwettqu l-irfinatura jew l-immersjoni baxxa.

9.

L-operaturi intermedjarji jistgħu jirċievu molluski bivalvi ħajjin minn żoni ta’ produzzjoni kklassifikati bħala A, B jew Ċ, minn arja ta’ riposizzjoni jew minn operaturi intermedjarji oħrajn. L-operaturi intermedjarji jistgħu jibagħtu molluski bivalvi ħajjin:

(a)

minn arji ta’ produzzjoni tal-klassi A lejn ċentri ta’ spedizzjoni jew operatur intermedjarju ieħor;

(b)

minn arji ta’ produzzjoni tal-klassi B lejn ċentri ta’ purifikazzjoni, stabbilimenti tal-ipproċessar jew operatur intermedjarju ieħor biss;

(c)

minn arji ta’ produzzjoni tal-klassi Ċ lejn stabbilimenti tal-ipproċessar jew operatur intermedjarju ieħor b’bini.”

(c)

Fil-Kapitolu IV, il-punt 1 tal-Parti A jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Qabel ma tibda l-purifikazzjoni, il-molluski bivalvi ħajjin iridu jkunu mnaddfa mit-tajn u fdalijiet akkumulati u jinħaslu, jekk ikun meħtieġ, billi jintuża ilma nadif.”

(d)

Fil-Kapitolu V, il-punt 2:

(a)

il-punt (a) jiġi sostitwit bi: “(a) għall-velenu paralitiku tal-frott tal-baħar bil-qoxra (PSP), 800 mikrogramma ta’ ekwivalenti ta’ sassitossini diHCl għal kull kilogramma;”

(b)

il-punt (c) jiġi sostitwit bi: “(ċ) għall-aċidu okadajku u d-dinofisistossini flimkien, 160 mikrogramma ta’ ekwivalenti ta’ aċidu okadajku għal kull kilogramma;”

(e)

Il-Kapitolu IX huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU IX: ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PECTINIDAE, IL-GASTEROPODI MARINI U L-HOLOTHUROIDEA (BUŻŻI) LI MHUMIEX ORGANIŻMI FILTRATURI MAĦSUDA BARRA MILL-ARJI TA’ PRODUZZJONI KKLASSIFIKATI

L-operaturi tan-negozju fl-ikel li jiġbru l-pectinidae, il-gasteropodi marini u l-holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi, barra mill-arji ta’ produzzjoni kklassifikati jew li jittrattaw tali pectinidae, u/jew gasteropodi marini u/jew holothuroidea jridu jikkonformaw mal-ħtiġiet li ġejjin:

1.

Il-pectinidae, il-gasteropodi marini u l-holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi, ma jridux jitqiegħdu fis-suq sakemm dawn ma jkunux ġew miġbura u trattati f’konformità mal-Parti B tal-Kapitolu II u jissodisfaw l-istandards stipulati fil-Kapitolu V, kif muri minn sistema ta’ awtokontrolli mill-operaturi tan-negozju fl-ikel li joperaw irkant tal-ħut, ċentru ta’ spedizzjoni jew stabbiliment tal-ipproċessar;

2.

Minbarra l-punt 1, meta d-data mill-programmi ta’ monitoraġġ uffiċjali tippermetti lill-awtorità kompetenti li tikklassifika ż-żoni tas-sajd — fejn xieraq, b’kooperazzjoni mal-operaturi tan-negozju fl-ikel — id-dispożizzjonijiet tal-Parti A tal-Kapitolu II japplikaw b’analoġija għall-pectinidae;

3.

Il-pectinidae, il-gasteropodi marini u l-holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi, ma jridux jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem sakemm mhux permezz ta’ rkant tal-ħut, ċentru ta’ spedizzjoni jew stabbiliment tal-ipproċessar. Meta jittrattaw il-pectinidae u/jew tali gasteropodi marini, u/jew holothuroidea, l-operaturi tan-negozju fl-ikel li joperaw tali stabbilimenti jridu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti u, fir-rigward taċ-ċentri ta’ spedizzjoni, jikkonformaw mal-ħtiġiet rilevanti tal-Kapitoli III u IV;

4.

L-operaturi tan-negozju fl-ikel li jittrattaw il-pectinidae, il-gasteropodi marini u l-holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi, iridu jikkonformaw mal-ħtiġiet li ġejjin:

(a)

mal-ħtiġiet dokumentarji tal-punti 3 sa 7 tal-Kapitolu I, fejn applikabbli. F’dan il-każ, id-dokument ta’ reġistrazzjoni jrid jindika b’mod ċar il-post taż-żona, filwaqt li jindika s-sistema użata biex tiddeskrivi l-koordinati, fejn inġabru l-pectinidae ħajjin u/jew il-gasteropodi marini ħajjin u/jew il-holothuroidea ħajjin; jew

(b)

mal-ħtiġiet tal-punt 2 tal-Kapitolu VI dwar l-għeluq tal-pakketti kollha ta’ pectinidae ħajjin, ta’ gasteropodi marini ħajjin u ta’ holothuroidea ħajjin mibgħuta għall-bejgħ bl-imnut u l-Kapitolu VII dwar l-immarkar u t-tikkettar tal-identifikazzjoni.”

(f)

Jiżdied il-Kapitolu X li ġej:

“KAPITOLU X MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI TAL-MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN, TAL-EKINODERMI ĦAJJIN, TAT-TUNIKATI ĦAJJIN U TAL-GASTEROPODI MARINI ĦAJJIN

DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI TAL-MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN, TAL-EKINODERMI ĦAJJIN, TAT-TUNIKATI ĦAJJIN U TAL-GASTEROPODI MARINI ĦAJJIN

Parti I – Fornitur

I.1

Numru ta’ referenza tal-IMSOC

I.2

Numru ta’ referenza intern

I.3

Fornitur

Isem

Indirizz

Nru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Approvazzjoni

Pajjiż Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Attività

I.4

Operatur tan-negozju fl-ikel riċeventi

Isem

Indirizz

Nru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Approvazzjoni

Pajjiż Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Attività

I.5

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Xtut Naturali tal-Akkwakultura

• Il-kodiċi NM jew il-kodiċi 3-Alpha tal-FAO | speċi | kwantità | pakkett | lott | data tal-ġabra | data tal-bidu tal-irfinatura | data tat-tmiem tal-irfinatura | post tal-irfinatura | data tal-bidu tal-immersjoni mill-ġdid | data tat-tmiem tal-immersjoni mill-ġdid | post tal-immersjoni mill-ġdid | data tal-bidu tar-raggruppament | data tat-tmiem tar-raggruppament | arja ta’ produzzjoni | l-istatus tas-saħħa inkluż, jekk applikabbli, il-ġabra f’konformità mal-Artikolu 62(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627

I.6

Minn arja ta’ riposizzjoni Iva Le

Arja ta’ riposizzjoni

Tul ta’ żmien tar-riposizzjoni

Data tal-bidu

Data tat-tmiem

I.7

Minn ċentru ta’ purifikazzjoni/ta’ spedizzjoni

Sala tal-irkant Iva Le

Numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru ta’ purifikazzjoni/ta’ spedizzjoni jew tas-sala tal-irkant

Data tad-dħul

Data tal-ħruġ

Tul tal-purifikazzjoni

I.8

Mingħand operatur intermedjarju

Iva Le

Isem

Indirizz

Nru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Approvazzjoni

Pajjiż

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Attività

Data tal-wasla

Data tal-ħruġ

 

I.9

Dikjarazzjoni tal-fornitur

Jiena, l-operatur tan-negozju fl-ikel sottoskritt responsabbli għall-ispedizzjoni tal-kunsinna niddikjara li, sa fejn naf u nemmen jien, l-informazzjoni pprovduta fil-Parti I ta’ dan id-dokument hija vera u kompleta.

 

Data

Isem tal-firmatarju

Firma

Parti II – Operatur riċeventi

II.1

Numru ta’ referenza intern (riċeventi)

II.2

Dikjarazzjoni tal-operatur tan-negozju fl-ikel riċeventi

Jiena, l-operatur tan-negozju fl-ikel sottoskritt responsabbli għar-riċeviment tal-kunsinna niddikjara li l-kunsinna waslet fi [DATA] fil-bini tiegħi.

 

Isem il-firmatarju

Firma

Noti ta’ spjegazzjoni

Kaxxa

Deskrizzjoni

Parti I – Fornitur

Din il-parti tad-dokument għandha timtela mill-operatur tan-negozju fl-ikel li jibgħat lott ta’ molluski bivalvi ħajjin.

I.1

Numru ta’ referenza tal-IMSOC

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC

I.2

Numru ta’ referenza intern

Din il-kaxxa tista’ tintuża mill-operatur tan-negozju fl-ikel tal-ispedizzjoni biex jindika numru ta’ referenza intern.

I.3

Fornitur

Indika l-isem u l-indirizz, jiġifieri t-triq, il-belt u r-reġjun/il-provinċja/l-istat, kif xieraq), il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-istabbiliment tal-oriġini. Fil-każ tal-arji ta’ produzzjoni, jekk jogħġbok indika l-arja bħala awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti (AK). Fil-każ ta’ pectinidae ħajjin, ta’ gasteropodi marini jew ta’ holothuroidea, indika l-post fejn tinsab arja ta’ ġbir.

Fejn applikabbli, indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment. Indika l-attività (il-produtturi, iċ-ċentru ta’ purifikazzjoni, iċ-ċentru ta’ spedizzjoni, is-sala tal-irkant jew l-attivitajiet intermedjarji).

Meta l-lott ta’ molluski bivalvi ħajjin jintbagħat minn ċentru ta’ purifikazzjoni/ta’ spedizzjoni, jew, fil-każ ta’ pectinidae, ta’ gasteropodi marini u ta’ holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi miġbura barra mill-arji ta’ produzzjoni kklassifikati, mill-irkant tal-ħut, indika n-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz taċ-ċentru ta’ purifikazzjoni/ta’ spedizzjoni jew l-irkant tal-ħut.

I.4

Operatur tan-negozju fl-ikel riċeventi

Indika l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun/il-provinċja/l-istat, kif xieraq), il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-istabbiliment tad-destinazzjoni. Fil-każ tal-arji ta’ produzzjoni jew ta’ risposizzjoni, jekk jogħġbok indika l-arja bħala awtorizzata mill-AK.

Fejn applikabbli, indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment u indika l-attività (il-produtturi, iċ-ċentru ta’ purifikazzjoni, iċ-ċentru ta’ spedizzjoni, l-istabbiliment tal-ipproċessar jew l-attivitajiet intermedjarji).

I.5

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Indika kif meħtieġ, il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda jew il-kodiċi 3-Alpha tal-FAO, l-ispeċi, il-kwantità, it-tip ta’ imballaġġ (boroż, kwantitajiet kbar, eċċ.), il-lott, id-data tal-ġbir, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-irfinatura (fejn applikabbli), il-post tal-irfinatura (indika l-klassifikazzjoni tal-arja ta’ produzzjoni u l-post fejn tinsab jew in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment, meta applikabbli), id-data tal-bidu u tat-tmiem tal-immersjoni mill-ġdid (meta applikabbli), il-post tal-immersjoni mill-ġdid (indika l-klassifikazzjoni tal-arja ta’ produzzjoni u l-post fejn tinsab jew in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment, meta applikabbli), id-data tal-bidu u tat-tmiem tar-raggruppament (meta applikabbli), l-arja ta’ produzzjoni u l-istatus tas-saħħa tagħha (klassifikazzjoni tal-arja ta’ produzzjoni, meta applikabbli). Meta l-LBMs ikunu nġabru f’konformità mal-Artikolu 62(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/627, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu.

Meta jsir raggruppament ta’ molluski bivalvi ħajjin, il-lott irid jirreferi għall-bivalvi tal-istess speċi, miġbura fl-istess jum u li jkunu ġejjin mill-istess arja ta’ produzzjoni.

Ħassar kif xieraq

I.6

Minn arja ta’ riposizzjoni

Meta l-lott ta’ molluski bivalvi ħajjin jintbagħat minn arja ta’ riposizzjoni, indika l-arja ta’ riposizzjoni, kif awtorizzata mill-AK, u t-tul ta’ żmien ta’ riposizzjoni (data tal-bidu u tat-tmiem).

I.7

Minn ċentru ta’ purifikazzjoni/ta’ spedizzjoni jew irkant tal-ħut

Meta l-lott ta’ molluski bivalvi ħajjin jintbagħat minn ċentru ta’ purifikazzjoni/ta’ spedizzjoni, jew, fil-każ ta’ pectinidae, ta’ gasteropodi marini u ta’ holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi miġbura barra mill-arji ta’ produzzjoni kklassifikati, miċ-ċentru tal-irkant, indika n-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz taċ-ċentru ta’ purifikazzjoni/ta’ spedizzjoni jew taċ-ċentru tal-irkant.

Jekk mibgħut minn ċentru ta’ purifikazzjoni, it-tul ta’ żmien tal-purifikazzjoni u d-dati li fihom il-lott iddaħħal u telaq miċ-ċentru ta’ purifikazzjoni. Ħassar kif xieraq

I.8

Mingħand operatur intermedjarju

Indika l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun/il-provinċja/l-istat, kif xieraq), il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-operatur intermedjarju.

Fejn applikabbli, indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni u l-attività.

I.9

Dikjarazzjoni tal-fornitur

Inkludi d-data, l-isem tal-firmatarju u l-firma.

Parti II – Operatur tan-negozju fl-ikel riċeventi

Din il-parti tad-dokument għandha timtela mill-operatur tan-negozju fl-ikel li jirċievi lott ta’ molluski bivalvi ħajjin.

II.1

Numru ta’ referenza intern (riċeventi)

Din il-kaxxa tista’ tintuża mill-operatur tan-negozju fl-ikel li jirċievi l-lott biex jindika numru ta’ referenza intern.

II.2

Dikjarazzjoni tal-operatur tan-negozju fl-ikel riċeventi

Indika d-data tal-wasla tal-lott tal-molluski bivalvi ħajjin fil-bini tal-operatur tan-negozju fl-ikel riċeventi. Fil-każ ta’ operatur intermedjarju mingħajr bini, indika d-data tax-xiri tal-lott.

Inkludi isem il-firmatarju u l-firma. “

(6)

Is-Sezzjoni VIII hija emendata kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu I huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

il-bastimenti użati biex jinġabru prodotti tas-sajd mill-ambjent naturali tagħhom, jew biex jmmaniġġjawhom jew jipproċessawhom wara l-ġabra, u l-bastimenti reefer jikkonformaw mal-ħtiġiet strutturali u tat-tagħmir stipulati fil-Parti I; u”

(ii)

Fil-Parti I.A, jiżdied il-punt 5 li ġej:

“5.

Il-bastimenti jridu jiġu ddisinjati u mibnija b’tali mod li ma jikkawżawx kontaminazzjoni tal-prodotti tas-sajd b’ilma tas-sentina, dranaġġ, duħħan, karburant, żejt, grass jew sustanzi oħrajn ta’ ħsara. L-istivi, it-tankijiet, jew il-kontenituri użati għall-ħażna, għat-tkessiħ jew għall-iffriżar ta’ prodotti tas-sajd mhux protetti, inklużi dawk destinati għall-produzzjoni tal-għalf, ma għandhomx jintużaw għal finijiet oħrajn għajr il-ħażna, it-tkessiħ jew l-iffriżar ta’ dawk il-prodotti, kif ukoll is-silġ jew is-salmura użati għal tali finijiet. Fil-każ ta’ bastimenti reefer, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti tas-sajd mhux protetti japplikaw għall-prodotti kollha ttrasportati.”

(iii)

Fil-Parti I.C, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.

ikollhom tagħmir li jiffriża b’kapaċità suffiċjenti biex jiffriża kemm jista’ jkun malajr fi proċess kontinwu u b’perjodu ta’ waqfien termali kemm jista’ jkun qasir, sabiex tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ mhux aktar minn -18 °C;

2.

ikollhom tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’kapaċità suffiċjenti biex iżommu il-prodotti tas-sajd fl-istivi tal-ħażna f’temperatura ta’ mhux aktar minn -18 °C. L-istivi tal-ħażna ma għandhomx jintużaw għall-iffriżar, sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 1, u jridu jkunu mgħammra b’sistema ta’ reġistrazzjoni tat-temperatura f’post fejn tista’ tinqara faċilment. Is-sensur tat-temperatura tal-apparat li jaqra jrid ikun jinsab f’post fejn it-temperatura fl-istiva tkun l-ogħla;”

(iv)

Fil-Parti I, jiżdied il-punt E li ġej:

“E.

Ħtiġiet għall-bastimenti reefer

Il-bastimenti reefer li jittrasportaw u/jew jaħżnu prodotti tas-sajd iffriżati bl-ingrossa jrid ikollhom tagħmir li jissodisfa l-ħtiġiet għall-bastimenti tal-friża stipulati fil-punt 2 tal-parti Ċ dwar il-kapaċità tagħhom li jżommu t-temperatura.”

(v)

Fil-Parti II, il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

Meta l-ħut jinqatagħlu rasu u/jew jitnaddaf abbord, dawn l-operazzjonijiet iridu jitwettqu iġenikament kemm jista’ jkun malajr wara l-qbid, u l-prodotti tas-sajd iridu jinħaslu immedjatament. Il-vixxri u l-partijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa pubblika jridu jitneħħew kemm jista’ jkun malajr u jinżammu apparti mill-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Il-fwied u l-bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem iridu jinżammu fil-friġġ jew jiġu ppreservati fis-silġ, f’temperatura qrib dik tas-silġ qed idub, jew jiġu ffriżati.”

(vi)

fil-Parti II, il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

Meta jiġi pprattikat l-iffriżar tal-ħut sħiħ fis-salmura għall-mili f’laned, trid tintlaħaq temperatura ta’ mhux aktar minn -9 °C għall-prodott tas-sajd. Anki jekk wara jiġi ffriżat f’temperatura ta’ -18 °C, il-ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura f’temperatura ta’ mhux aktar minn -9 °C irid ikun destinat għall-mili f’laned. Is-salmura ma għandhiex tkun sors ta’ kontaminazzjoni għall-ħut.”

(b)

Il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-Parti A, il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

Il-kontenituri użati għall-ispedizzjoni jew għall-ħażna ta’ prodotti tas-sajd friski ppreparati mhux ippakkjati maħżuna fis-silġ iridu jiżguraw li l-ilma li jinħall jitbattal u ma jibqax f’kuntatt ma’ kwalunkwe prodotti tas-sajd.”

(ii)

Il-Parti B hija sostitwita b’din li ġejja:

“B.

ĦTIĠIET GĦAL PRODOTTI FFRIŻATI

L-istabbilimenti fuq l-art li jiffriżaw jew jaħżnu l-prodotti tas-sajd iffriżati jrid ikollhom tagħmir, adattat għall-attività mwettqa, li jissodisfa l-ħtiġiet għall-bastimenti tal-friża stipulati fis-Sezzjoni VIII, il-Kapitolu I, il-parti I.C, il-punti 1 u 2.”

(7)

Fis-Sezzjoni XI, jiżdiedu l-punti 7 u 8 li ġejjin:

“7.

Il-ħtiġiet stipulati fil-punti 1, 3, 4 u 6 japplikaw ukoll għal kwalunkwe bebbux ieħor tal-Familja ta’ Helicidae, Hygromiidae jew Sphincterochilidae, meta maħsub għall-konsum mill-bniedem.

8.

Il-ħtiġiet stipulati fil-punti minn 1 sa 5 japplikaw ukoll għall-koxox taż-żrinġijiet tal-ġeneru Pelophylax mill-Familja ta’ Ranidae, u tal-ġeneru Fejervarya, Limnonectes u Hoplobatrachus mill-Familja ta’ Dicroglossidae, meta maħsuba għall-konsum mill-bniedem.”

(8)

Fis-Sezzjoni XII, fil-Kapitolu II, jitħassar il-punt 5.


(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(**)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).”

(*)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020 p. 1).”

(*)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).”

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).””


20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/16


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1375

tal-11 ta’ Ġunju 2021

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fir-rigward tal-modifika ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (2), li ssostitwixxa u ħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (3), jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-protezzjoni, tat-tħassir u tal-modifika ta’ termini tradizzjonali.

(2)

L-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jistabbilixxi li l-modifika ta’ terminu tradizzjonali rreġistrat jista’ jikkonċerna biss l-elementi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament, li jirreferu rispettivament għat-tip ta’ terminu tradizzjonali, għal-lingwa li fiha t-terminu tradizzjonali huwa espress u l-kategorija ta’ prodotti tad-dwieli kkonċernata mill-użu tiegħu.

(3)

Madankollu, l-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 ippreveda lista itwal ta’ modifiki possibbli. B’mod partikolari, inkluda l-possibilità li jiġi modifikat it-terminu tradizzjonali nnifsu, il-lingwa li biha t-terminu tradizzjonali huwa indikat, l-inbid jew l-inbejjed ikkonċernati u s-sommarju tad-definizzjoni jew il-kundizzjonijiet tal-użu tat-terminu tradizzjonali. Għaldaqstant, il-possibilitajiet tal-modifika skont ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 kienu aktar wiesgħa u ppermettew lill-produtturi tal-inbid biex jestendu jew jillimitaw, pereżempju, il-lista tal-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta li kienu awtorizzati biex jużaw terminu tradizzjonali jew biex jemendaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ terminu tradizzjonali, inklużi l-metodi ta’ produzzjoni tal-inbejjed ikkonċernati.

(4)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fir-rigward ta’ termini tradizzjonali ġew abbozzati bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-kontinwità tal-qafas komuni relatata mat-termini tradizzjonali li ġew stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 607/2009, filwaqt li jkomplu u jiċċaraw il-proċeduri eżistenti kull meta jkun meħtieġ. L-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jagħmel referenzi diretti għall-elementi ta’ formola ta’ applikazzjoni kkompletati kif xieraq, kif stabbilit fl-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba ommissjoni involontarja, il-punt (a) tal-Artikolu 26(1), li jirreferi għall-isem tat-terminu tradizzjonali kkonċernat, il-punt (e) tal-Artikolu 26(1), li jirreferi għas-sommarju tad-definizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu u l-punt (f) tal-Artikolu 26(1), li jirreferi għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati, ma kinux imsemmija fil-lista stabbilita fl-Artikolu 34, minkejja li dawn l-elementi kienu inklużi fl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 607/2009. Dan għandu l-konsegwenza mhux intenzjonata li l-possibilitajiet għall-modifika ta’ terminu tradizzjonali jkunu ristretti għall-modifika tat-tip ta’ terminu tradizzjonali, il-lingwa u l-kategorija ta’ prodotti ta’ dwieli kkonċernati.

(5)

F’termini prattiċi, il-formulazzjoni attwali tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34 ixekkel il-possibilità li jiġi estiż l-użu ta’ terminu tradizzjonali għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ġodda jew li jiġu esklużi mil-lista tal-inbejjed awtorizzati biex jużaw terminu tradizzjonali ta’ dawk li ma għadhomx konformi mal-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu. Barra minn hekk, ma tippermettix, pereżempju, l-adattament tal-metodi ta’ produzzjoni msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ terminu tradizzjonali f’każ li dawk il-metodi jevolvu minħabba l-kundizzjonijiet ambjentali jew klimatiċi li qed jinbidlu.

(6)

Sabiex tiġi kkoreġuta din l-ommissjoni mhux intenzjonata u biex tiġi rkuprata l-flessibilità mogħtija lid-detenturi ta’ termini tradizzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 607/2009, il-lista ta’ modifiki possibbli ta’ terminu tradizzjonali rreġistrat imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi l-elementi msemmija fil-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jiġi emendat skont dan.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali u sabiex jiġi żgurat trattament indaqs tal-applikazzjonijiet kollha għall-modifika ta’ terminu tradizzjonali rreġistrat, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika b’mod retroattiv mill-14 ta’ Jannar 2019,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Modifika ta’ terminu tradizzjonali

Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25 jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ modifika ta’ terminu tradizzjonali rreġistrat li jikkonċerna l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 26(1).

L-Artikoli 26 sa 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal modifika.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).


20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1376

tat-13 ta’ Awwissu 2021

li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2021.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2021.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tar- redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-2021 msemmija fl-Anness għandha titqies bħala eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd diretti għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, għandhom ikunu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).


ANNESS

Nru

14/TQ92

STAT MEMBRU

L-Unjoni Ewropea (Stati Membri Kollha)

STOKK

RED/N3M.

SPEĊI

Redfish (Sebastes spp.)

ŻONA

NAFO 3M

STAĠUN MAGĦLUQ

24 ta’ Lulju 2021 f’24:00 UTC


20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1377

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li jawtorizza l-bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “oleoreżina li fiha ħafna astaksantina” mill-algi Haematococcus pluvialis skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

L-ikel ġdid “oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis” ġie awtorizzat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu f’supplimenti tal-ikel maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-livelli massimi awtorizzati tal-oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis għall-popolazzjoni ġenerali, bħalissa qiegħda 40-80 mg kuljum ta’ oleoreżina, li tirriżulta f’ ≤ 8,0 mg ta’ astaksantina kuljum.

(5)

Fiż-żmien li ġiet stabbilita l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat fl-2017, il-Kummissjoni kkunsidrat li abbażi taż-żewġ opinjonijiet (5) , (6)preċedenti tal-2014 tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità’”), waħda dwar l-użu tal-astaksantina fl-addittivi fl-għalf kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) dwar l-addittivi fl-għalf għan-nutrizzjoni tal-annimali, li stabbiliet Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (“ADI”) ta’ 0,034 mg/kg ta’ piż tal-ġisem kuljum għall-astaksantina, u waħda fuq is-sikurezza tal-astaksantina bħala ingredjent ġdid tal-ikel, id-doża tal-astaksantina mis-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-livelli tal-użu awtorizzat massimu sa 8,0 mg kuljum li jista’ jeċċedi l-ADI u ma jkunx f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/2283. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-lista tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex jiġu aġġustati l-livelli awtorizzati ta’ astaksantina fid-dawl tal-opinjonijiet tal-Awtorità tal-2014.

(6)

Il-Kummissjoni saret taf ukoll b’evidenza xjentifika ġdida fl-2017, li ġiet sottomessa minn operaturi tan-negozju waqt il-konsultazzjoni pubblika tal-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat, li tindika ADI konsiderevolment ogħla għall-astaksantina minn dik stabbilita preċedentement mill-Awtorità. Barra minn hekk, l-evidenza li ġiet sottomessa waqt l-istess konsultazzjoni pubblika wriet li mid-dieta normali diġà kienet teżisti doża konsiderevoli ta’ astaksantina peress li hija preżenti b’mod naturali f’ċerti ħut u krustaċji.

(7)

Fis-27 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), talbet lill- Awtorità tagħti opinjoni dwar is-sikurezza tal-astaksantina meta użata bħala ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel f’livelli sa 8,0 mg/kuljum, filwaqt li titqies id-doża kumulattiva b’mod kumplessiv tal-astaksantina mis-sorsi kollha tal-ikel.

(8)

Fit-18 ta’ Diċembru 2019, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar “Safety of astaxanthin for its use as a novel food in food supplements” (9).

(9)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li abbażi tal-evidenza l-ġdida, l-ADI għall-astaksantina hija ta’ 0,2 mg/kg ta’ piż tal-ġisem kuljum. Meta jitqiesu l-ADI għall-astaksantina u d-doża ta’ astaksantina mid-dieta normali, l-Awtorità kkonkludiet li d-doża tal-livelli awtorizzati massimi bħalissa sa 8,0 mg/fil-ġurnata ta’ astaksantina mis-supplimenti tal-ikel li fihom l-oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis hija sikura għall-adulti u għall-adoloxxenti li għandhom aktar minn 14-il sena.

(10)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti denominazzjoni ċara u rekwiżit tat-tikettar għall-ikel ġdid għas-supplimenti tal-ikel li fihom l-oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis sabiex jiġi żgurat li dawk is-supplimenti tal-ikel ma jiġux ikkonsmati mit-tfal u l-adoloxxenti li għandhom inqas minn 14-il sena.

(11)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(12)

Jidher li l-evidenza mis-suq tindika li għalkemm is-supplimenti tal-ikel li fihom ≤ 8,0 mg astaksantina bħalissa huma awtorizzati għall-popolazzjoni ġenerali, fil-prattika dawn ma jintużawx mit-tfal u mill-adoloxxenti iżda huma użati kważi esklussivament mill-popolazzjoni adulta. Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u sabiex l-operaturi tan-negozju jingħataw biżżejjed ħin biex jaġġustaw il-prattiki tagħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti perjodi ta’ tranżizzjoni biex ikopru s-supplimenti tal-ikel li fihom ≤ 8,0 mg astaksantina li tqiegħdu fis-suq jew intbagħtu minn pajjiżi terzi fl-Unjoni u li huma maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk il-miżuri ta’ tranżizzjoni jqisu s-sikurezza tal-konsumaturi billi jipprovdulhom l-informazzjoni dwar l-użu xieraq f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat, kif prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2283, u inkluża fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għall-ikel ġdid oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis, hija emendata kif speċifikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Supplimenti tal-ikel li fihom ≤ 8,0 mg astaksantina maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali li tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sad-data minima ta’ durabbiltà jew sad-data ta’ skadenza tagħhom.

2.   Supplimenti tal-ikel li fihom ≤ 8,0 mg astaksantina maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali importati fl-Unjoni jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sad-data tad-durabbiltà minima jew sad-data ta’ skadenza tagħhom, meta l-importatur ta’ dan l-ikel ikun jista’ juri li dawn intbagħtu mill-pajjiż terz ikkonċernat u kienu fi triqthom lejn l-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Jenħtieġ li l-operaturi tan-negozju tal-ikel jipprovdu avviż għas-supplimenti tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 biex jintwerew fil-post tal-bejgħ billi jiġu infurmati li dawk is-supplimenti tal-ikel jenħtieġ li ma jiġux ikkonsmati mit-trabi, mit-tfal u mill-adoloxxenti taħt l-14-il sena.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(5)  EFSA Journal 2014;12(6):3724.

(6)  EFSA Journal 2014; 12(7):3757.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29)

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(9)  EFSA Panel on Nutrition, Novel Foods and Food Allergens, Scientific Opinion on the safety of astaxanthin as a novel food in food supplements. EFSA Journal 2020;18(2):5993.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għal “Oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis” fit-Tabella 1 (l-ikel ġdid awtorizzat) hija sostitwita b’dan li ġej:

L-ikel ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ikel għandha tkun ‘Oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis

It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-oleoreżina li fiha ħafna astaksantina mill-algi Haematococcus pluvialis għandu jġorr dikjarazzjoni li dawn jenħtieġ li ma jiġux ikkonsmati mit-trabi, mit-tfal, u mill-adoloxxenti iżgħar minn 14-il sena.”.

 

Is-supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE, jeskludu t-trabi, it-tfal żgħar, it-tfal u l-adoloxxenti li għandhom inqas minn 14-il sena.

40-80 mg kuljum ta’ oleoreżina li tagħti ≤ 8 mg ta’ astaksantina kuljum


20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1378

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 45(4) u 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 45(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) 2018/848, prodott jista’ jiġi importat minn pajjiż terz għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ dak il-prodott fl-Unjoni, bħala prodott organiku jew bħala prodott fil-fażi ta’ konverżjoni, jekk l-operaturi u l-gruppi ta’ operaturi, inkluż l-esportaturi fil-pajjiż terz ikkonċernat, kienu soġġetti għal kontrolli mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 ta’ dak ir-Regolament, u dawk l-awtoritajiet jew korpi jkunu fornew lil dawn l-operaturi, il-gruppi ta’ operaturi u l-esportaturi kollha b’ċertifikat li jikkonferma li huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.

(2)

Bil-għan li jingħata effett l-Artikolu 45(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) 2018/848, jenħtieġ li l-kontenut taċ-ċertifikat imsemmi f’dik id-dispożizzjoni jiġi speċifikat, kif ukoll il-mezzi tekniċi li bihom għandu jinħareġ.

(3)

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-Artikolu 45(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) 2018/848, huwa xieraq li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti li huma kompetenti jwettqu dawk il-kontrolli u joħorġu dak iċ-ċertifikat f’pajjiżi terzi.

(4)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċertifikat għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi f’pajjiżi terzi

L-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jipprovdu lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi li kienu soġġetti għall-kontrolli msemmija fil-Artikolu 45(1)(b)(i) ta’ dak ir-Regolament, b’ċertifikat li jikkonferma li dawn l-operaturi, gruppi ta’ operaturi u esportaturi huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 (“iċ-ċertifikat).

Iċ-ċertifikat għandu:

(a)

jinħareġ f’forma elettronika, f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u bl-użu tas-Sistema elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES) imsemmija fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (2);

(b)

jippermetti l-identifikazzjoni:

(i)

tal-operatur, tal-gruppi ta’ operaturi jew tal-esportatur koperti miċ-ċertifikat, inkluża l-lista tal-membri ta’ grupp ta’ operaturi;

(ii)

tal-kategorija ta’ prodotti koperti miċ-ċertifikat, ikklassifikati bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848; kif ukoll

(iii)

tal-perjodu ta’ validità tiegħu;

(c)

jiċċertifika li l-attività tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur hija f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848; kif ukoll

(d)

ikun aġġornat kull meta jseħħu bidliet li jikkonċernaw id-data inkluża fih.

Artikolu 2

Lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti

1.   Il-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 hija stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar kull awtorità ta’ kontroll jew ta’ korp ta’ kontroll rikonoxxut:

(a)

l-isem u n-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll;

(b)

il-kategoriji tal-prodott, kif stabbilit fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848, għal kull pajjiż terz;

(c)

il-pajjiżi terzi li fihom il-kategoriji tal-prodott għandhom l-oriġini tagħhom, dment li dawk il-pajjiżi terzi mhumiex diġà koperti għall-kategorija tal-prodott jew għall-prodott ikkonċernat bi ftehim dwar il-kummerċ fi prodotti organiċi f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew permezz ta’ rikonoxximent ta’ ekwivalenza f’konformità mal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

it-tul ta’ żmien tar-rikonoxximent; kif ukoll

(e)

l-eċċezzjonijiet għar-rikonoxximent, fejn xieraq.

2.   L-informazzjoni ddettaljata rigward l-indirizz postali, l-indirizz tas-sit web u l-email tal-punt ta’ kuntatt tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp ta’ kontroll, kif ukoll l-isem tal-korp ta’ akkreditazzjoni li qed jagħti l-akkreditazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-biedja organika.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).


ANNESS I

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT

ĊERTIFIKAT GĦALL-OPERATURI, GĦALL-GRUPPI TA’ OPERATURI U GĦALL-ESPORTATURI F’PAJJIŻI TERZI SABIEX IL-PRODOTTI JIĠU IMPORTATI FL-UNJONI EWROPEA BĦALA PRODOTTI ORGANIĊI JEW PRODOTTI FIL-FAŻI TA’ KONVERŻJONI

Parti I: Elementi obbligatorji

1.

Numru tad-dokument

2.

(agħżel kif xieraq)

Operatur

Grupp ta’ operaturi – ara l-punt 10

Esportatur

3.

L-isem u l-indirizz tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

4.

L-isem, l-indirizz u n-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

5.

Attività jew attivitajiet tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur (agħżel kif xieraq):

Produzzjoni

Preparazzjoni

Distribuzzjoni

Ħżin

Importazzjoni

Esportazzjoni

6.

Kategorija jew kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-metodi tal-produzzjoni (agħżel kif xieraq):

(a)

pjanti mhux proċessati u prodotti mill-pjanti, inkluż żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(b)

bhejjem u prodotti mhux proċessati mill-bhejjem

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(c)

alka u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(d)

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(e)

għalf

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(f)

inbid

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(g)

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti mill-kategoriji preċedenti

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

7.

Direttorju tal-prodotti:

L-isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

 

 

 

 

 

 

Dan id-dokument inħareġ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (3) biex jiċċertifika li l-operatur, il-grupp ta’ operaturi jew l-esportatur (agħżel kif xieraq) huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.

8.

Data, post

Isem u firma f’isem l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li qed joħorġu ċ-ċertifikat:

9.

Ċertifikat validu minn………. [daħħal id-data] sa..………[daħħal id-data]

10.

Lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848

Isem il-membru

Indirizz jew forma oħra ta’ identifikazzjoni tal-membru

 

 

 

 

 

 

Parti II: Elementi fakultattivi speċifiċi

Għandhom jimtlew element wieħed jew aktar jekk jiġi deċiż hekk mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat lill-operatur, lill-grupp ta’ operaturi jew lill-esportatur f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378

1.

Kwantità tal-prodotti

L-isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-NM kif stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848.

☐ Organiċi

☐ Fil-fażi ta’ konverżjoni

Kwantità stmata f’kilogrammi, f’litri jew, meta rilevanti, f’numru ta’ unitajiet.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Informazzjoni dwar l-art

Isem il-prodott

☐ Organiċi

☐ Fil-fażi ta’ konverżjoni

☐ Mhux organiċi

Wiċċ f’ettari

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Lista ta’ postijiet jew ta’ unitajiet fejn titwettaq l-attività mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi

Indirizz jew ġeolokalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

 

 

 

 

 

 

4.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u jekk l-attività hijiex, jew l-attivitajiet jitwettqux għall-iskop tagħhom stess jew bħala sottokuntrattur li jwettaq l-attività jew l-attivitajiet għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

☐ Twettiq ta’ attività/attivitajiet għall-iskop proprju

☐ It-twettiq ta’ attività/attivitajiet bħala sottokuntrattur għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa

 

 

 

 

 

 

5.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-parti terza sottokuntrattata

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

☐ L-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli

☐ Il-parti terza sottokuntrattata hija responsabbli

 

 

 

 

 

 

6.

Lista ta’ sottokuntratturi li jwettqu attività jew attivitajiet għall-operatur jew għall-grupp ta’ operaturi li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli għalihom fir-rigward tal-produzzjoni organika u li ma trasferiex ir-responsabbiltà tagħhom lis-sottokuntrattur

Isem u indirizz

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

 

 

 

 

 

 

7.

Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848

(a)

isem il-korp ta’ akkreditazzjoni;

(b)

iperlink għaċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.

8.

Informazzjoni oħra

 


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli dwar iċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).


ANNESS II

Lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848

Għall-fini ta’ dan l-Anness, il-kategoriji ta’ prodott huma indikati skont il-kodiċijiet li ġejjin:

A

:

pjanti mhux proċessati u prodotti mill-pjanti, inkluż żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor;

B

:

bhejjem u prodotti mhux proċessati mill-bhejjem;

C

:

alka u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura;

D

:

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel;

E

:

għalf;

F

:

inbid;

G

:

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti mill-kategoriji preċedenti.

L-informazzjoni dwar l-indirizz postali, l-indirizz tas-sit web u l-email tal-punt ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll, kif ukoll l-isem tal-korp ta’ akkreditazzjoni li qed jagħti l-akkreditazzjoni tiegħu, tista’ tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni dwar il-biedja organika.

Isem l-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll:

1)

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

XX-BIO-XXX

 

A

B

C

D

E

F

G

2)

It-tul taż-żmien tar-rikonoxximent:

3)

Eċċezzjonijiet:


20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1379

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva famoksadon, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE (2) inkludiet il-famoksadon bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huma meqjusa bħala approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva famoksadon, kif stabbilita fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022.

(4)

L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-famoksadon tressqet b’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5) fi żmien il-perjodu previst f’dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq dossiers supplementari rikjesti b’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

Fil-15 ta’ Lulju 2014 l-Istat Membru relatur ħejja rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid b’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ressaqha lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità kkomunikat ir-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li waslu lill-Kummissjoni. L-Awtorità għamlet ukoll is-sommarju tad-dossier supplementari disponibbli għall-pubbliku.

(8)

Fit-3 ta’ Lulju 2015, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk il-famoksadon hux mistenni li jissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regoalment (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità kkonkludiet li hemm potenzjal kbir għall-użi rappreżentattivi kollha vvalutati li jeċċedu l-livell aċċettabbli ta’ esponiment tal-operatur (“AOEL”) għall-ħaddiema matul il-ħsad bl-idejn tal-għelejjel anki bl-użu ta’ tagħmir protettiv personali (“PPE”). L-Awtorità kkonkludiet ukoll li hemm riskju għoli fit-tul għall-mammiferi u riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi mill-użu tal-famoksadon. Barra minn hekk, l-Awtorità ddikjarat li l-informazzjoni disponibbli mhix suffiċjenti biex tikkonkludi dwar il-valutazzjoni tar-riskju fit-tul fuq l-għasafar.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jissottometti l-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u b’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1141/2010, dwar l-abbozz tar-rapport ta’ rieżami. L-applikant issottometta l-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati b’reqqa.

(10)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma setax jiġi eliminat.

(11)

B’konsegwenza ta’ dan, rigward l-użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti, ma ġiex stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant jixraq li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva famoksadon ma tiġġeddidx f’konformità mal-Artikolu 20(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-famoksadon.

(14)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-famoksadon, meta jingħata xi perjodu ta’ grazzja mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li dak il-perjodu jkun qasir kemm jista’ jkun u jiskadi sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/745 (7) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tal-famoksadon għat-30 ta’ Ġunju 2022 sabiex jippermetti lill-proċess ta’ tiġdid li jintemm qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Madankollu, b’kont meħud li d-deċiżjoni għat-tiġdid ittieħdet qabel id-data tal-iskadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika qabel dik id-data.

(16)

Ir-Regolament ma jimpedixxix is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-famoksadon skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva famoksadon mhix imġedda.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 35, dwar il-famoksadon, hija mħassra.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-famoksadon bħala sustanza attiva sas-16 ta’ Marzu 2022.

Artikolu 4

Perjodu ta’ grazzja

Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jiskadi sas-16 ta’ Settembru 2022.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE tal-15 ta’ Lulju 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex jinkludu cinidon-ethyl, cyhalofop butyl, famoxadone, florasulam, metalaxyl-M u picolinafen bħala sustanzi attivi (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 31).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance famoxadone. [Konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċida tas-sustanza attiva famoksadon.] EFSA Journal 2015;13(7):4194, 116 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4194.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/745 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, karbonat tal-kalċju, captan, diossidu tal-karbonju, cymoxanil, dimethomorph, ethephon, estratt mis-siġra tat-te, famossadon, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flumjossażin, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, gibberellic acid, gibberellins, heptamaloxyloglucan, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, metazachlor, metribuzin, milbemectin, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, phosmet, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenat tal-potassju, propamocarb, prothioconazole, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, tebukonażol u urea (ĠU L 160, 7.5.2021, p. 89).


DEĊIŻJONIJIET

20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1380

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mill-Ukrajna maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom meta l-Kummissjoni ssib li dawn iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu skont standards li jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jridu japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirresjedu legalment fit-territorju tagħhom u li huma intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stabbilita f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mill-Ukrajna liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2021/954, tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mill-Ukrajna għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fis-16 ta’ Lulju 2021, l-Ukrajna pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim, tal-ittestjar u tal-irkupru tal-COVID-19 skont is-sistema bit-titolu “Portal Uniku tal-Istat tas-servizzi elettroniċi” (il-portal u l-applikazzjoni mobbli tad-Diia) l-Ukrajna infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati tagħha tal-COVID-19 qed jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, l-Ukrajna infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mill-Ukrajna skont is-sistema tal-“Portal Uniku tal-Istat tas-servizzi elettroniċi” (il-portal u l-applikazzjoni mobbli tad-Diia) fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Fl-4 ta’ Awwissu 2021, wara talba mill-Ukrajna, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati tat-tilqim, tal-ittestjar u tal-irkupru tal-COVID-19 jinħarġu mill-Ukrajna skont sistema, il-“Portal Uniku tal-Istat tas-servizzi elettroniċi” (il-portal u l-applikazzjoni mobbli tad-Diia), li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati tat-tilqim, tal-ittestjar u tal-irkupru maħruġa mill-Ukrajna skont il-“Portal Uniku tal-Istat tas-servizzi elettroniċi (il-portal u l-applikazzjoni mobbli tad-Diia) fihom id-data meħtieġa.

(5)

Minbarra dan, l-Ukrajna infurmat lill-Kummissjoni li se toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Bħalissa dawn jinkludu Vaxzevria, Comirnaty, Spikevax, COVID-19 Vaccine Janssen, CoronaVac-COVID-19 Vaccine (Vero Cell) Inactivated, Covishield, u NVX-CoV2373.

(6)

L-Ukrajna infurmat ukoll lill-Kummissjoni li se toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli biss għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku jew għat-testijiet rapidi tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 (4).

(7)

Barra minn hekk, l-Ukrajna infurmat lill-Kummissjoni li hija toħroġ ċertifikati interoperabbli ta’ fejqan mhux qabel 14-il jum wara test pożittiv. Dawk iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv.

(8)

L-Ukrajna infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati ta’ tilqim, ittestjar u rkupru maħruġa mill-Istati Membri, il-pajjiżi taż-ŻEE, u pajjiżi oħra li fir-rigward tagħhom tiġi adottata deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953. L-Ukrajna infurmat ukoll lill-Kummissjoni li persuni b’Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE għal test tan-NAAT negattiv u Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE għal test RAT negattiv huma permessi jidħlu fl-Ukrajna, iżda bħal fil-każ taċ-ċittadini Ukreni, huwa meħtieġ li jagħmlu test NAAT\RAT addizzjonali fi żmien 72 siegħa.

(9)

Barra minn hekk, l-Ukrajna infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fl-Ukrajna jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom se tiġi pproċessata biss biex tivverifika u tikkonferma l-istatus tat-tilqim tar-riżultat tat-test jew ta’ rkupru tad-detentur u mhux se tinżamm wara.

(10)

Għalhekk, l-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mill-Ukrajna f’konformità mas-sistema tal-“Portal Uniku tal-Istat tas-servizzi elettroniċi” (il-portal u l-applikazzjoni mobbli tad-Diia) għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma ssodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mill-Ukrajna skont is-sistema tal-“Portal Uniku tal-Istat tas-servizzi elettroniċi” (il-portal u l-applikazzjoni mobbli tad-Diia) jenħtieġ li jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li l-Ukrajna tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi jew ittemm din id-Deċiżjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(14)

Fid-dawl tal-ħtieġa li l-Ukrajna tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Ukrajna skont il-“Portal Uniku tal-Istat tas-servizzi elettroniċi” (il-portal u l-applikazzjoni mobbli tad-Diia) għandhom, għall-fini tal-iffaċilitar tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

L-Ukrajna għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).


20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1381

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment ħieles fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, tali sejbiet ta’ ekwivalenza jenħtieġ li japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fit-8 ta’ Lulju 2021, il-Maċedonja ta’ Fuq ipprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-Sistema tas-Saħħa elettronika Nazzjonali. Il-Maċedonja ta’ Fuq infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, il-Maċedonja ta’ Fuq infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq f’konformità mas-Sistema tas-Saħħa elettronika Nazzjonali fihom id-data msemmija fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Fis-26 ta’ Lulju 2021, wara talba mill-Maċedonja ta’ Fuq, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan huma maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq skont sistema, is-Sistema tas-Saħħa elettronika Nazzjonali, li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq f’konformità mas-Sistema tas-Saħħa elettronika Nazzjonali, fihom id-data meħtieġa.

(5)

Minbarra dan, il-Maċedonja ta’ Fuq infurmat lill-Kummissjoni li se toħroġ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim għall-vaċċini kontra l-COVID-19 Vaxzevria, Comirnaty, Sputnik V, Sinopharm u Sinovac.

(6)

Barra minn hekk, il-Maċedonja ta’ Fuq infurmat lill-Kummissjoni li se toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli biss għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku jew għat-testijiet rapidi tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 (4).

(7)

Il-Maċedonja ta’ Fuq infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri, mill-pajjiżi taż-ŻEE u minn pajjiżi oħra li fir-rigward tagħhom tiġi adottata deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(8)

Minbarra dan, il-Maċedonja ta’ Fuq infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Maċedonja ta’ Fuq jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara.

(9)

L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq f’konformità mas-Sistema tas-Saħħa elettronika Nazzjonali għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma ssodisfati.

(10)

Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq f’konformità mas-Sistema tas-Saħħa elettronika Nazzjonali jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(11)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li l-Maċedonja ta’ Fuq tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi jew ittemm din id-Deċiżjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(13)

Fid-dawl tal-ħtieġa li l-Maċedonja ta’ Fuq tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Maċedonja ta’ Fuq f’konformità mas-Sistema tas-Saħħa elettronika Nazzjonali għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Il-Maċedonja ta’ Fuq għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).


20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/41


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1382

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment ħieles fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fid-9 ta’ Lulju 2021, ir-Repubblika tat-Turkija pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “Health Pass”. Ir-Repubblika tat-Turkija infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika li jkunu interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tat-Turkija infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija f’konformità mas-sistema “Health Pass” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Fis-26 ta’ Lulju 2021, wara talba mir-Repubblika tat-Turkija, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan huma maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija skont sistema, il-“Health Pass” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija f’konformità mas-sistema “Health Pass” fihom id-data meħtieġa.

(5)

Minbarra dan, ir-Repubblika tat-Turkija infurmat lill-Kummissjoni li se toħroġ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Bħalissa dawn jinkludu Sinovac, Comirnaty u Sputnik V.

(6)

Ir-Repubblika tat-Turkija infurmat ukoll lill-Kummissjoni li se toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli biss għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku jew għat-testijiet rapidi tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 (4).

(7)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tat-Turkija infurmat lill-Kummissjoni li hija toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan mhux qabel 21 jum wara test pożittiv. Dawn iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv.

(8)

Ir-Repubblika tat-Turkija infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri, mill-pajjiżi taż-ŻEE u minn pajjiżi oħra li fir-rigward tagħhom tiġi adottata deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(9)

Minbarra dan, ir-Repubblika tat-Turkija infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fit-Turkija jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara.

(10)

Għalhekk, l-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija f’konformità mas-sistema “Health Pass” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma ssodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija f’konformità mas-sistema “Health Pass” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tat-Turkija tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi jew ittemm din id-Deċiżjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(14)

Fid-dawl tal-ħtieġa li r-Repubblika tat-Turkija tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tat-Turkija f’konformità mas-sistema “Health Pass” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).