ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
9 ta' Awwissu 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1308 tat-28 ta’ April 2021 li jemenda l-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-modifika tal-lista tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni u r-rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għall-inġenji

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1309 tat-2 ta’ Awwissu 2021 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Värmländskt skrädmjöl (IĠP))

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1310 tas-6 ta’ Awwissu 2021 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1311 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (Reġistru tat-Tbaħħir Kroat) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1308

tat-28 ta’ April 2021

li jemenda l-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-modifika tal-lista tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni u r-rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għall-inġenji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(2) u 31(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2016/1629 stabbiliet sistema armonizzata għall-ħruġ ta’ ċertifikati tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li kienu jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi unifikati.

(2)

L-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/1629 jipprovdi lista tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni maqsuma ġeografikament f’Żoni 1, 2 u 3.

(3)

It-tqassim tal-passaġġi fuq l-ilma f’żoni huwa ddeterminat mill-Istat Membru, għall-passaġġi fuq l-ilma fit-territorju tiegħu.

(4)

Il-modifika tal-klassifikazzjoni ta’ passaġġ fuq l-ilma, inkluż iż-żieda u t-tħassir ta’ passaġġi fuq l-ilma tista’ ssir fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat.

(5)

Fil-15 ta’ Mejju 2018, ir-Repubblika Franċiża talbet li temenda l-lista tal-passaġġi fuq l-ilma fiż-żona 1 fit-territorju tagħha. L-entrata tal-Anness I li tirreferi għaż-Żona 1 tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi modifikata billi tiżdied iż-Żona 1 fi Franza.

(6)

Fid-9 ta’ Lulju 2019, ir-Renju tal-Iżvezja talab li jemenda l-lista tal-passaġġi fuq l-ilma fiż-Żoni 1, 2 u 3 fit-territorju tiegħu billi żied passaġġi fuq l-ilma interni Żvediżi addizzjonali fiż-Żoni 1, 2 u 3.

(7)

Meta jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“UK”) mill-Unjoni, jenħtieġ li l-Anness I jiġi modifikat biex jitneħħew ir-referenzi kollha għall-passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju tiegħu.

(8)

L-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/1629 jistabbilixxi li r-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stipulati fl-istandard ES-TRIN 2019/1.

(9)

Jenħtieġ li l-azzjoni mill-Unjoni fis-settur tan-navigazzjoni interna jkollha l-għan li tiżgura l-uniformità fl-iżvilupp tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni fl-Unjoni.

(10)

Il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards fin-navigazzjoni interna (“CESNI”) inħoloq fit-3 ta’ Ġunju 2015 fil-qafas tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (“CCNR”) biex jiżviluppa standards tekniċi għall-passaġġi fuq l-ilma interni f’diversi oqsma, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-bastimenti, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-ekwipaġġ.

(11)

Fil-laqgħa tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 2020, is-CESNI adotta Standard Ewropew ġdid li jistabbilixxi r-Rekwiżiti Tekniċi għall-bastimenti tan-Navigazzjoni Interna, jiġifieri l-ES-TRIN 2021/1 (2). L-istandard ES-TRIN jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi uniformi meħtieġa biex jiżguraw is-sikurezza tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Dan jinkludi dispożizzjonijiet fir-rigward tal-bini tal-bastimenti, l-armar u t-tagħmir għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ kategoriji speċifiċi ta’ bastimenti bħal bastimenti tal-passiġġieri, konvojs imbuttati u bastimenti tal-kontejners, dispożizzjonijiet fir-rigward tat-tagħmir tas-sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika, dispożizzjonijiet fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-bastimenti, mudell ta’ ċertifikati u reġistru, dispożizzjonijiet tranżizzjonali, kif ukoll struzzjonijiet għall-applikazzjoni tal-istandard tekniku.

(12)

L-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/1629 għaldaqstant jenħtieġ li jiġi modifikat biex jipprevedi li r-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji jkunu dawk stipulati fl-ES-TRIN 2021/1 u jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/1629 tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva (UE) 2016/1629 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa sostitwit mit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness II huwa sostitwit mit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punt 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118.

(2)  Ir-Riżoluzzjoni CESNI 2020-II-1


ANNESS I

“ANNESS I

LISTA TA’ PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAL-UNJONI MAQSUMA ĠEOGRAFIKAMENT F’ŻONI 1, 2 U 3

KAPITOLU 1

Żona 1

Franza

Mil-limitu trasversali tal-baħar fid-direzzjoni tax-xmara fl-estwarji tas-Seine, il-Loire, il-Gironde u r-Rhône

Il-Ġermanja

Ems

Minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven fid-direzzjoni tal-baħar sal-latitudni 53° 30′ N u l-lonġitudni 6° 45′ E, jiġifieri kemxejn lejn il-baħar miż-żona tal-ħatt għat-trasportaturi ta’ tagħbija xotta f’Alte Ems (1)

Il-Polonja

Il-parti tal-Bajja ta’ Pomorska lejn in-nofsinhar tal-linja li tgħaqqad NordPerd fuq il-Gżira Rugen u l-fanal ta’ Niechorze.

Il-parti tal-Bajja ta’ Gdańska lejn in-nofsinhar mil-linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Hel u l-baga tad-daħla fil-port ta’ Baltijsk.

L-Iżvezja

Il-Lag Vänern, ikkonfinat fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni mill-fanal ta’ Bastungsgrunden.

Il-Lag Vättern

Brofjorden - Donsö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u minn linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Grötö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Gåsö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Hermanö; Hermanö huvud (kap ta’ Hermanö); Vedholmen; Danholmen; iċ-ċentru ta’ Mollön; il-fanal ta’ Räbbehuvud; il-fanal t’isfel ta’ Sankt Olov; il-punt l-aktar lejn ix-Xlokk ta’ Flatholmen; il-fanal ta’ Åstol; il-fanal ta’ Marstrand; il-fanal ta’ Sälö; il-fanal ta’ t’isfel ta’ Kågholmen; il-fanal ta’ Tynneskär; il-fanal ta’ Buskärs Knöte; u l-fanal ta’ Rivö sal-fanal ta’ Rivö.

Öregrundsgrepen tat-Tramuntana

Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, ikkonfinata fit-Tramuntana mil-linja parallela ta’ latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Engelska grundet u fin-Nofsinhar mil-lonġitudni sal-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund.

Söderarm — Sandhamn

Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ewlieni ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Söderarm; il-fanal ewlieni ta’ fuq tal-port pilota ta’ Söderarm; u l-fanal ta’ Prästkobben sal-fanal ta’ Korsö.

Jungfrufjärden

Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Nämdö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Mörtö-Bunsö sal-fanal ta’ Ornöhuvud.

Mysingen - Landsort

Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Utö via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Nåttarö; il-fanal ta’ Måsknuv; u l-fanal ta’ Viksten sal-fanal ta’ Landsort.

Landsort — Arkö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3, u minn linja mill-fanal ta’ Landsort via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar tal-fanal ta’ Enskär u Norra Kränkan sa Marö Kupa.

Il-bajja ta’ Valdemarsviken u l-arċipelagu Gryt

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Gubbö Kupa via l-fanal ta’ Häradsskär u l-fanal ta’ Hägerökarten sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Kvädö.

It-Tramuntana ta’ Kalmar Sound — Västervik

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja minn Hallmare Skackel via l-fanal ta’ Aleskär; il-fanal ta’ Idö; il-fanal ta’ Idö Stångskär; il-fanal ta’ Strupö Ljungskär, il-pożizzjoni N 57 20,0 E016 48,0; u l-baga kardinali tal-Punent ta’ Enerumsgrund lejn il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Öland u ’l hinn mal-kosta tal-Majjistral ta’ Öland u fin-Nofsinhar sal-parallel tal-latitudni N 56 51,00.

Is-Sonda ta’ Kalmar tan-Nofsinhar

Iż-żona bejn il-kontinent u Öland, konfinata fit-Tramuntana minn linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Beijerhamn fuq Öland, u fin-Nofsinhar mill-parallel tal-latitudni N 56 15,00.

Żona 2

Ir-Repubblika Ċeka

Id-diga tal-Lag Lipno

Il-Ġermanja

Ems

Minn linja mal-Ems qrib id-daħla tal-port ta’ Papenburg bejn dak li qabel kien l-istazzjon tal-ippumpjar ta’ Diemen u l-fetħa tad-diga f’Halte sa linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-Punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven

Jade

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien is-salib tad-dawl ta’ Schillig u t-torri tal-knisja ta’ Langwarden

Weser

Mit-tarf tal-majjistral tal-pont tal-ferrovija fi Bremen sa linja li tgħaqqad il-kampnari ta’ Langwarden u Cappel, inklużi l-fergħat laterali ta’ Westergate, Rekumer Loch, Rechter Nebenarm u Schweiburg

Elbe ma’ Bütztflether

Süderelbe (minn 0,69 km sal-bokka fl-Elbe), Ruthenstrom (minn 3,75 km sal-bokka fl-Elbe),

Wischhafener Süderelbe (minn 8,03 km sal-ħalq fl-Elbe)

Mil-limitu inferjuri tal-port ta’ Hamburg sa linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Döse u t-tarf tal-punent tad-diga ta’ Friedrichskoog (Dieksand), inklużi n-Nebenelbe u t-tributarji ta’ Este, Lühe, Schwinge, Oste, Pinnau, Krückau u Stör (f’kull każ mill-bokka sad-diga)

Meldorfer Bucht

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-tarf tal-punent tad-diga ta’ Friedrichskoog (Dieksand) u r-ras tal-moll tal-punent f’Büsum

Eider

Mill-bokka tal-Kanal Gieselau (22,64 km) sal-linja bejn in-nofs tal-fortizza (Tränke) u l-kampnar ta’ Vollerwiek

Il-Kanal Gieslau

Mill-bokka fl-Eider sal-bokka fil-Kanal ta’ Nord-Ostsee

Flensburger Förde

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Kegnäs u Birknack u fit-Tramuntana mill-fruntiera bejn il-Ġermanja u d-Danimarka fil-Flensburger Förde

Schlei

‘Il ġewwa minn linja bejn l-irjus tal-moll ta’ Schleimünde

Eckernförder Bucht

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-Boknis-Eck u l-ponta tal-grigal tal-art kontinentali ħdejn Dänisch Nienhof

Kieler Förde

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Bülk u l-memorjal navali ta’ Laboe

Nord-Ostsee-Kanal inkluż Audorfer See u Schirnauer See

Minn linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll fi Brunsbüttel sa linja li tgħaqqad id-dwal tad-dħul f’Kiel-Holtenau, inklużi Obereidersee u Enge, Audorfer See, Borgstedter See u Enge, Schirnauer See, Flemhuder See u l-Kanal ta’ Achterwehrer

Trave

Mit-tarf tal-Majjistral tal-pont tal-lift tal-ferrovija f’Lübeck mal-Pötenitzer Wiek, u d-Dassower See sa linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll tan-Nofsinhar ta’ ġewwa u tat-Tramuntana ta’ barra fi Travemünde

Leda

Mid-daħla tal-port ta’ barra tal-magħluq tal-baħar ta’ Leer sal-bokka fl-Eems

Hunte

Mill-port ta’ Oldenburg u minn 140 m fid-direzzjoni tax-xmara mill-Amalienbrücke f’Oldenburg sal-bokka fil-Weser

Lesum

Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Weser

Este

Mill-ilma taħt il-magħluq ta’ Buxtehude (0,25 km) sal-bokka fl-Elbe

Lühe

Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Elbe

Schwinge

Mit-tarf tat-Tramuntana tal-magħluq ta’ Salztor fi Stade sal-bokka fl-Elbe

Oste

Minn 210 m ’il fuq mil-linja tan-nofs tal-pont tat-traffiku fuq id-diga mobbli ta’ Oste (69,360 km) sal-bokka fl-Elbe

Pinnau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tal-ferrovija f’Pinneberg sal-bokka fl-Elbe

Krückau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont li jwassal minn/lejn il-Wedenkamp f’Elmshorn sal-bokka fl-Elbe

Stör

Mill-kejl tal-marea ta’ Rensing sal-bokka fl-Elbe

Freiburger Hafenpriel

Mit-tarf tal-Lvant tas-sieqa fi Freiburg an der Elbe sal-bokka fl-Elbe

Wismarbucht, Kirchsee, Breitling, Salzhaff u ż-żona tal-port ta’ Wismar

Lejn il-baħar sa linja bejn Hoher Wieschendorf Huk u l-fanal ta’ Timmendorf u linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Gollwitz fuq il-gżira ta’ Poel u l-ponta tan-nofsinhar tal-peniżola ta’ Wustrow

Warnow, inkluż il-Breitling u l-fergħat laterali

Id-direzzjoni ’l isfel tal-Mühlendamm mit-tarf tat-tramuntana tal-Geinitzbrücke f’Rostock lejn il-baħar sa linja li tgħaqqad il-ponot tat-tramuntana tal-mollijiet tal-punent u tal-lvant f’Warnemünde

L-ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-peniżoli ta’ Darß u Zingst u l-gżejjer ta’ Hiddensee u Rügen (inkluża ż-żona tal-port ta’ Stralsund)

Lejn in-naħa tal-baħar bejn

 

il-Peniżola ta’ Zingst u l-gżira ta’ Bock: sal-latitudni 54° 26′ 42′′ N,

 

il-gżejjer ta’ Bock u Hiddensee: sa linja li tgħaqqad il-ponta tat-tramuntana tal-gżira ta’ Bock u l-ponta tan-nofsinhar tal-gżira ta’ Hiddensee,

 

il-gżira ta’ Hiddensee u l-gżira ta’ Rügen (Bug): sa linja li tgħaqqad il-pont tax-Xlokk ta’ Neubessin u Buger Haken

Kleine Jasmunder Bodden

 

Greifswalder Bodden

Bodden, in-naħa tal-baħar sa linja mill-ponta tal-Lvant ta’ Thiessower Haken (Südperd) sal-ponta tal-Lvant tal-gżira ta’ Ruden u tibqa’ sejjer sal-ponta tat-Tramuntana tal-gżira ta’ Usedom (54° 10′ 37′′ N, 13° 47′ 51′′ E)

Ryck

Lvant mill-pont ta’ Steinbecker fi Greifwald sal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet

Ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-gżira ta’ Usedom (il-Peenestrom, inkluża ż-żona tal-port ta’ Wolgast u Achterwasser, u Oder Haff)

Lejn il-lvant sal-fruntiera mar-Repubblika tal-Polonja fi Stettiner Haff

Uecker

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tat-traffiku fil-Uekermünde sal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet

Nota: Fil-każ ta’ bastimenti li l-port ta’ domiċilju tagħhom huwa Stat ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).

Franza

Il-Gironde mill-punt tal-kilometru (PK 48,50) sal-parti tan-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-punt tal-Ile de Patiras, sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Grave mal-Pointe de Suzac;

il-Loire minn Cordemais (PK 25) sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Mindin mal-Pointe de Penhoët;

is-Seine mill-bidu tat-Tancarville Canal sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja minn Cape Hode, fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara, sal-punt, fuq in-naħa tax-xellug tax-xmara, fejn id-diga ppjanata tiltaqa’ max-xatt taħt Berville;

il-Vilaine mill-Arzal Dam sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe du Scal mal-Pointe du Moustoir;

Il-Lag ta’ Ġinevra.

L-Ungerija

Il-Lag Balaton

In-Netherlands

Dollard

Eems

Waddenzee: inklużi l-kollegamenti mal-Baħar tat-Tramuntana

IJsselmeer: inkluż il-Markermeer u l-Ijmeer iżda mhux il-Gouwzee

Nieuwe Waterweg u x-Scheur

Calland Kanaal in-naħa tal-punent mill-port ta’ Benelux

Hollands Diep

Breeddiep, Beerkanaal u l-portijiet kollegati tiegħu

Haringvliet u Vuile Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Goeree-Overflakkee fuq naħa waħda u Voorne-Putten u Hoeksche Waard fuq in-naħa l-oħra

Hellegat

Volkerak

Krammer

Grevelingenmeer u Brouwerschavensche Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma kollha bejn Schouwen-Duiveland u Goeree-Overflakkee

Keten, Mastgat, Zijpe, Krabbenkreek, Eastern Scheldt u Roompot: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Walcheren, Noord-Beveland u Zuid-Beveland fuq naħa waħda u Schouwen-Duiveland u Tholen fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine

Scheldt u Western Scheldt u l-ftuħ tagħha fuq il-baħar: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Zeeland Flanders, fuq naħa waħda, u Walcheren u Zuid-Beveland, fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine

Il-Polonja

Il-Laguna ta’ Szczecin

Il-Laguna ta’ Kamień

Il-Laguna ta’ Wisła

Il-Bajja ta’ Puck

Il-Ġibjun ta’ Włocławski

Il-Lag Śniardwy

Il-Lag Niegocin

Il-Lag Mamry

L-Iżvezja

Lysekil — Orust — Tjörn

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent, u minn linja minn Slaggön f’Lysekil sa Skaftölandet f’170 grad; linja mill-fanal ta’ Islandsberg sa Lavösund; linja mill-fanal ta’ Lyr f’300 grad lejn il-Lvant ta’ Mollösund; linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Lyr sa Björholmen; u fil-parti tat-Tramuntana ta’ Hakefjorden mil-linja kkostitwita mil-linja parallela tal-latitudni N 58 01,00.

L-arċipelagu tan-Nofsinhar ta’ Gothenburg

Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew taż-żona 3 u minn linja mill-parti tal-Punent tal-port ta’ Arendal via Knippelholmen; il-fanal ta’ Rivö, il-fanal ta’ fuq ta’ Rivö; il-fanal ta’ Känsö torn; il-fanal ta’ Kårholmen; u l-fanal ta’ Rättarens sa Askims nabbe.

Öregrund — Norrtälje

Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, limitata fit-Tramuntana mil-lonġitudni mill-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund, u kkonfinata lejn il-baħar b’linja bejn Äspskäret u l-fanal ta’ Råstensudde; linja minn naħa għal oħra ta’ Singsundet; mill-pontijiet li jaqsmu Fygdströmmen; linja minn Dejeudden via l-fanal ta’ Arholma sal-fanal ta’ Tyvö.

Norrtälje — Nämdö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u b’linja mill-fanal ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Idskärskobben; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Svartlöga; il-fanal ta’ Stenkobbsgrund, il-fanal ta’ Korsö; u l-punt l-aktar fil-punent ta’ Nämdö sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Björnö.

Dalarö — Torö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja minn Klacknäset via l-fanal ta’ Ornöhuvud; Näset f’Ornö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Utö; il-fanal ta’ Utö; il-fanal ta’ Älvsnabben; Norra Stegholmen; Yttre Gården; Valsudden fuq Järflotta; u Långsudden fuq Järflotta sal-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Torö.

Torö — Oxelösund

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 3 u b’linja mill-knisja ta’ Torö via l-fanal ta’ Fifång; il-fanal ta’ Kockehällan; Lacka torn; il-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Kittelö; il-fanal ta’ Trutbådan, il-fanal ta’ Beten; u l-fanal ta’ Femörehuvud lejn Svartudden fit-Tramuntana tal-fanal ta’ fuq ta’ Kungshamn.

Bråviken, Slätbaken u l-archipelagu ta’ Östergötland

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent (fil-Punent ta’ Bråviken mill-pont Hamnbron f’Norrköping; fil-Punent ta’ Slätbaken mill-magħluq ta’ Mem), u b’linja mill-fanal ta’ Gullängsberget permezz tas-sinjal ta’ Arkö; Marö Kupa; il-fanal ta’ Kupa klint; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Birkskär; u l-fanal ta’ Gubbö Kupa sa Dalaudde fin-Nofsinhar ta’ Orren.

Kalmar Sound Ċentrali

Iż-żona kkonfinata fil-Punent mill-kontinent, fil-Lvant minn Öland, fit-Tramuntana mal-parallel tal-latitudni N 56 51; 00 u fin-Nofsinhar b’linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Beijerhamn fuq Öland.

KAPITOLU 2

Żona 3

Il-Belġju

Maritime Scheldt (‘l isfel mill-ankoraġġ miftuħ ta’ Antwerp)

Il-Bulgarija

Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100

Ir-Repubblika Ċeka

Lagi artifiċjali: Brněnská (Kníničky), Jesenice, Nechranice, Orlík, Rozkoš, Slapy, Těrlicko, Žermanice u Nové Mlýny III

Lagi tat-tħaffir ta’ żrar ramli: Ostrožná Nová Ves u Tovačov

Il-Ġermanja

Id-Danubju

Minn Kelheim (km 2 414,72 ) sal-fruntiera Ġermaniża-Awstrijaka

Ir-Renu b’Lampertheimer Altrhein (minn 4,75 km sar-Rijn), Altrhein Stockstadt-Erfelden (minn 9,80 km sar-Rijn)

Mll-fruntiera Ġermaniża-Żviżżera sal-fruntiera Ġermaniża-Netherlandiża

Elbe (Norderelbe) inkluż Süderelbe en Köhlbrand

Mill-bokka tal-kanal Elbe-Seiten sal-limitu inferjuri tal-port ta’ Hamburg

Müritz

 

Franza

L-Adour mill-Bec du Gave sal-baħar;

l-Aulne mill-magħluq f’Châteaulin sal-limitu trasversali tal-baħar definit mill-Passage de Rosnoën;

il-Blavet minn Pontivy sal-Pont du Bonhomme;

il-Calais Canal;

il-Charente mill-pont f’Tonnay-Charente sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaddi miċ-ċentru tad-dawl fid-direzzjoni tax-xmara fuq ix-xatt tax-xellug tax-xmara u miċ-ċentru tal-Fort de la Pointe;

id-Dordogne mill-konfluwenza mal-Lidoire sal-Bec d’Ambès;

il-Garonne mill-pont f’Castet en Dorthe sal-Bec d’Ambès;

il-Gironde mill-Bec d’Ambès sal-linja trasversali fi 48,50 PK u li tgħaddi mill-punt lejn id-direzzjoni tax-xmara tal-Ile de Patiras;

il-Hérault mill-port ta’ Bessan sal-baħar, sal-limitu ta’ fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea;

l-Isle mill-konfluwenza mad-Dronne sal-konfluwenza mad-Dordogne;

il-Loire mill-konfluwenza mal-Maine sa Cordemais (25 PK);

il-Marne mill-pont f’Bonneuil (169bis900 PK) u l-magħluq f’St Maur sal-konfluwenza mas-Seine;

ir-Renu

in-Nive mid-diga ta’ Haïtze f’Ustaritz sal-konfluwenza mal-Adour;

l-Oise mill-magħluq ta’ Janville sal-konfluwenza mas-Seine;

l-Orb minn Sérignan sal-baħar, sal-limitu ta’ fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea;

ir-Rhône mill-fruntiera mal-Iżvizzera sal-baħar, minbarra l-Petit Rhône;

is-Saône mill-pont tal-Pont de Bourgogne sa Chalon-sur-Saône sal-konfluwenza mar-Rhône;

is-Seine mill-magħluq f’Nogen-sur-Seine sal-bidu tat-Tancarville Canal;

is-Sèvre Niortaise mill-magħluq f’Marans fil-limitu trasversali tal-baħar faċċata tad-dar tal-għassa sal-ħalq;

is-Somme min-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-pont tal-Pont de la Portelette f’Abbeville sal-vjadott tan-Noyelles sal-istazzjon ferrovjarju ta’ Saint-Valéry-sur-Somme;

il-Vilaine minn Redon (89,345 PK) sad-Diga Arzal;

Il-Lag Amance;

Il-Lag Annecy;

Il-Lag Biscarosse;

Il-Lag Bourget;

Il-Lag Carcans;

Il-Lag Cazaux;

Il-Lag Der-Chantecoq;

Il-Lag Guerlédan;

Il-Lag Hourtin;

Il-Lag Lacanau;

Il-Lag Orient;

Il-Lag Pareloup;

Il-Lag Parentis;

Il-Lag Sanguinet;

Il-Lag Serre-Ponçon;

Il-Lag Temple.

Il-Kroazja

Id-Danubju: minn rkm 1 295 + 500 sa rkm 1 433 + 100

Ix-Xmara Dráva: minn rkm 0 sa rkm 198 + 600

Ix-xmara Sava: minn rkm 210 + 800 sa rkm 594 + 000

Ix-xmara Kupa: minn rkm 0 sa rkm 5 + 900

Ix-xmara Una: minn rkm 0 sa rkm 15

L-Ungerija

Id-Danubju: minn rkm 1 812 sa rkm 1 433

Moson tad-Danubju: minn rkm 14 sa rkm 0

Szentendre tad-Danubju: minn rkm 32 sa rkm 0

Ráckeve tad-Danubju: minn rkm 58 sa rkm 0

Ix-Xmara Tisza: minn rkm 685 sa rkm 160

Ix-Xmara Dráva: minn rkm 198 sa rkm 70

Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 51 sa rkm 0

ix-Xmara Kettős-Körös: minn rkm 23 sa rkm 0

Ix-Xmara Hármas-Körös: minn rkm 91 sa rkm 0

Il-Kanal Sió: minn rkm 23 sa rkm 0

Il-Lag Velence

Il-Lag Fertő

In-Netherlands

Ir-Renu

Sneekermeer, Koevordermeer, Heegermeer, Fluessen, Slotermeer, Tjeukemeer, Beulakkerwijde, Belterwijde, Ramsdiep, Ketelmeer, Zwartemeer, Veluwemeer, Eemmeer, Alkmaardermeer, Gouwzee, Buiten IJ, Afgesloten IJ, Noordzeekanaal, il-port ta’ IJmuiden, iż-żona tal-port ta’ Rotterdam, Nieuwe Maas, Noord, Oude Maas, Beneden Merwede, Nieuwe Merwede, Dordische Kil, Boven Merwede, Waal, Kanal Bijlandsch, Boven Rijn, Pannersdensch Canal, Geldersche IJssel, Neder Rijn, Lek, Amsterdam-Rhine-Canal, Veerse Meer, Kanal-Schelde-Rhine sal-ħalq fil-Volkerak, Amer, Bergsche Maas, il-Meuse taħt Venlo, Gooimeer, Europort, Calandkanaal (lejn il-lvant mill-port ta’ Benelux), Hartelkanaal

L-Awstrija

Id-Danubju: mill-fruntiera mal-Ġermanja sal-fruntiera mas-Slovakkja

Inn: mill-bokka sal-Impjant tal-Enerġija ta’ Passau-Ingling

Traun: mill-bokka sa km 1,80

Enns: mill-bokka sa km 2,70

March: sa km 6,00

Il-Polonja

Ix-Xmara Biebrza mill-estwarju tal-Kanal Augustowski sal-estwarju tax-xmara Narwia

Ix-Xmara Brda mill-kollegament mal-Kanal Bydgoski f’Bydgoszczthe sal-estwarju tax-Xmara Wisła

Ix-Xmara Bug mill-estwarju tax-xmara Muchawiec sal-estwarju tax-Xmara Narwia

Il-Lag Dąbie sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Il-Kanal Augustowski mill-kollegament max-xmara Biebrza sal-fruntiera tal-istat, flimkien mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal

Il-Kanal Bartnicki mil-Lag Ruda Woda sal-Lag Bartężek, flimkien mal-Lag Bartężek

Il-Kanal Bydgoski

Il-Kanal Elbląski mil-Lag Druzno sal-Lag Jeziorak u l-Lag Szeląg Wielki, flimkien ma’ dawn il-lagi u mal-lagi fuq ir-rotta tal-Kanal, u passaġġ separat fid-direzzjoni ta’ Zalewo mil-Lag Jeziorak sal-Lag Ewingi, inklużi

Il-Kanal Gliwicki flimkien mal-Kanal Kędzierzyński

Il-Kanal Jagielloński mill-kollegament max-Xmara Elbląg sax-xmara Nogat

Il-Kanal Łączański

Il-Kanal Ślesiński mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal u l-Lag Gopło

Il-Kanal Żerański

Ix-Xmara Martwa Wisła mix-xmara Wisła fi Przegalina sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Ix-Xmara Narew mill-estwarju tax-xmara Biebrza sal-estwarju tax-xmara Wisła, flimkien mal-Lag Zegrzyński

Ix-Xmara Nogat mix-xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła

Ix-Xmara Noteć (in-naħa ta’ fuq) mil-Lag Gopło sal-kollegament mal-Kanal Górnonotecki u l-Kanal Górnonotecki u x-xmara Noteć (in-naħa ta’ isfel) mill-kollegament tal-Kanal ta’ Bydgoski sal-estwarju tax-xmara Warta

Ix-Xmara Nysa Łużycka minn Gubin sal-estwarju għax-xmara Odra

Ix-Xmara Odra mill-belt ta’ Racibórz sal-kollegament max-Xmara Odra tal-Lvant li ddur fix-Xmara Regalica minn Piercing Klucz-Ustowo, flimkien ma’ dik ix-xmara u l-fergħat tagħha sal-Lag Dąbie kif ukoll passaġġ separat tax-Xmara Odra mill-magħluq ta’ Opatowice sal-magħluq fil-belt ta’ Wrocław

Ix-Xmara Odra tal-Punent minn diga f’Widuchowa (704,1 km tax-Xmara Odra) sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni, flimkien mal-fergħat laterali kif ukoll il-Piercing Klucz-Ustowo li tgħaqqad ix-Xmara Odra tal-Lvant max-Xmara Odra tal-Punent

Ix-Xmara Parnica u l-Piercing Parnicki mix-Xmara Odra tal-Punent sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Ix-Xmara Pisa mil-Lag Roś sal-estwarju tax-Xmara Narew

Ix-Xmara Szkarpawa mix-Xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła

Ix-Xmara Warta mil-Lag ta’ Ślesiński sal-estwarju tax-Xmara Odra

Wielkie Jeziora Mazurskie li tinkludi l-lagi marbuta ma’ xulxin bix-xmajjar u l-kanali li jiffurmaw rotta ewlenija mil-Lag Roś (inkluż) f’Pisz sal-Kanal Węgorzewski (inklużiv) f’Węgorzewo, flimkien mal-Lagi Seksty, Mikołajskie, Tałty, Tałtowisko, Kotek, Szymon, Szymoneckie, Jagodne, Boczne, Tajty, Kisajno, Dargin, Łabap, Kirsajty u Święcajty, flimkien mal-Kanal Giżycki u l-Kanal Niegociński u l-Kanal Piękna Góra, u passaġġ sekondarju tal-Lag Ryńskie (inkluż) f’Ryn sal-Lag Nidzkie (sa 3 km, li jifforma fruntiera mar-riżerva naturali tal-“Lag Nidzkie”), flimkien mal-lagi Bełdany, Guzianka Mała u Guzianka Wielka

Ix-Xmara Wisła mill-estwarju tax-Xmara Przemsza sal-kollegament mal-Kanal Łączański kif ukoll mill-estwarju ta’ dak il-Kanal fi Skawina sal-estwarju tax-Xmara Wisła sal-Bajja ta’ Gdańsk, bl-esklużjoni tal-Ġibjun ta’ Włocławski

Ir-Rumanija

Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1 075 km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-Fergħa tal-Kanal ta’ Sulina

Il-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed (tul ta’ 64,410 km): minn fejn jingħaqad max-xmara Danubju, 299,300 km mid-Danubju fi Cernavodă (u km 64,410 tal-Kanal rispettivament), sal-Port ta’ Constanta South-Agigega (km “0” tal-Kanal)

Il-Kanal Poarta Albă- Midia Năvodari (tul ta’ 34,600 km): minn fejn jingħaqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed fil-km 29,410 f’Poarta Albă (rispettivament km 27,500 tal-Kanal) sal-Port ta’ Midia (km “0” tal-Kanal)

Is-Slovakkja

Id-Danubju: minn rkm 1 880,26 sa rkm 1 708,20

Il-Kanal tad-Danubju: minn rkm 1 851,75 sa rkm 1 811,00

Ix-Xmara Váh: minn rkm 0,00 sa rkm 70,00

Ix-Xmara Morava: minn rkm 0,00 sa rkm 6,00

Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 49,68 sa rkm 64,85

Lagi artifiċjali: Oravská Priehrada, Liptovská Mara, Zemplínska Šírava

L-Iżvezja

Il-Lag Mälaren

Saltsjön, il-portijiet ta’ Stokkolma u Värmdölandet

Iż-żona mill-iżbokki tal-Lag Mälaren fi Stokkolma, f’Norrström, Slussen u Hammarbyslussen rispettivament, li hija kkonfinata mill-kontinent u mill-pont Lidingöbron, u minn linja li tgħaddi mill-fanal ta’ Elfviksgrund f’135–315 gradi; linja bejn Mellangårdsholmen u Högklevsudde f’Baggensfjärden; Örsundet bejn Ingarö u Fågelbrolandet; linja minn Rönnäsudd via l-fanal ta’ Tegelhällan u l-fanal ta’ Runö sa Talatta fuq Djurö; linja li taqsam Vindöström bejn Vindö u Värmdölandet; u, barra minn hekk, mill-gżejjer fiż-żona.

Il-kanal ta’ Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje

Il-Kanal Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje, ikkonfinati fit-Tramuntana mal-magħluq ta’ Södertälje u fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni N 59° 09′ 00″.

Trollhätte Canal, Göta älv u Nordre älv

Iż-żona mil-linja parallela tal-latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Bastugrund fil-parti tan-Nofsinhar tal-Lag Vänern sal-pont Älvsborg u x-Xmara Nordre älv sal-lonġitudni minn E 11° 45′ 00″.

Il-kanal ta’ Göta

Fil-Lvant mill-magħluq ta’ Mem sal-pont ta’ Motala, inkluż il-Lag Asplången, il-Lag Roxen u l-Lag Boren; fil-Punent mil-lonġitudni mill-fanal ta’ Rödesund Norra Yttre f’Karlsborg sal-magħluq ta’ Sjötorp, inkluża s-sistema tal-lag li minnha jgħaddi l-kanal.

(1)

Fil-każ ta’ bastimenti li l-port tagħhom ikun xi mkien ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).

ANNESS II

“ANNESS II

REKWIŻITI TEKNIĊI MINIMI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAŻ-ŻONI 1, 2 3 U 4

Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stipulati fl-istandard ES-TRIN 2021/1.


9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1309

tat-2 ta’ Awwissu 2021

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Värmländskt skrädmjöl” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Iżvezja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Värmländskt skrädmjöl” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Värmländskt skrädmjöl” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Värmländskt skrädmjöl” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343 du 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 136, 19.4.2021, p. 8.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1310

tas-6 ta’ Awwissu 2021

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1) u 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) fiha test żejjed fl-Anness I (Parti-FCL), is-Subparti A, il-punt FCL.025(b), il-punt 4, li jimplika li tapplika kundizzjoni addizzjonali.

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fiha żball fl-Anness I (Part-FCL), is-Subparti J, it-Taqsima 2, il-punt FCL.905.FI (c), il-frażi introduttorja, li jbiddel it-tifsira tat-test.

(3)

Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fiha żbalji fl-Anness I (Parti-FCL), l-Appendiċi 9, il-Parti B, il-punt 7 “Klassifikazzjoni tal-klassi — baħar”, it-tabella, it-Taqsima 1, il-punti 1.5, 1.6 u 1.7 u fl-Anness IV (Parti MED), is-Subparti B, it-Taqsima 2, il-punt MED.B.070 (c), il-punt 3, l-ewwel sentenza, li jbiddlu t-tifsira tat-test.

(4)

Għalhekk, il-verżjonijiet bil-lingwa Franċiża, bil-lingwa Ġermaniża u bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat previst fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1311

tat-30 ta’ Lulju 2021

dwar ir-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (Reġistru tat-Tbaħħir Kroat) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (2),

Billi:

(1)

Il-Kroazja ssottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (minn hawn ’il quddiem “HRB”) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

(2)

Il-Kroazja ssottomettiet ukoll l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li l-kriterji għar-rikonoxximent huma ssodisfati.

(3)

Peress li l-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) akkumulat għarfien espert sinifikanti fl-iżvilupp u l-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna, u sabiex trawwem l-iżvilupp ta’ rekwiżiti uniformi f’dan il-qasam, il-Kummissjoni talbet lis-Segretarjat tas-CCNR biex jipprovdi rapport bil-għan li jiffaċilita l-analiżi teknika tad-data dwar l-HRB.

(4)

Il-Kummissjoni, wara li vvalutat l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għar-rikonoxximent, fejn kienet qed tqis ir-rapport imħejji mis-Segretarjat tas-CCNR, waslet għall-konklużjoni li l-HRB jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2016/1629,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Hrvatski Registar Brodova huwa rikonoxxut bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118.

(2)   ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.