ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 282

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
5 ta' Awwissu 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1294 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jirtira l-protezzjoni mogħtija għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini (Südburgenland (DOP))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1295 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2021 mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għal pagamenti diretti u miżuri ta’ żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1296 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar programmi ta’ appoġġ u ta’ valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll dwar l-ittestjar għas-sustanzi psikoattivi ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1297 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs ( 1 )

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1298 tat-30 ta’ Lulju 2021 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

34

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1299 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-eżaflumuron għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 ( 1 )

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1737 tal-14 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta’ sustanzi skedati ( ĠU L 392, 23.11.2020 )

38

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/805 tat-8 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 180, 21.5.2021 )

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1294

tal-4 ta’ Awwissu 2021

li jirtira l-protezzjoni mogħtija għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini (“Südburgenland” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (2) jipprevedi li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tapplika mutatis mutandis għat-tħassir ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta skont it-tifsira tal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/33, l-applikazzjoni tal-Awstrija għat-tħassir tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Südburgenland” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Südburgenland” għandha titħassar.

(4)

Fid-dawl tat-tħassir tal-protezzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Südburgenland”, l-entrata tagħha għandha titħassar mir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti tal-Unjoni għall-inbejjed imsemmija fl-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-protezzjoni mogħtija lid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Südburgenland” (DOP) hija mħassra.

Artikolu 2

L-elenku tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Südburgenland” (DOP) fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti għall-inbejjed huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini, Indikazzjonijiet Ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.).

(3)  ĠU C 57, 17.2.2021, p. 30.


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1295

tal-4 ta’ Awwissu 2021

li jidderoga fir-rigward tas-sena 2021 mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għal pagamenti diretti u miżuri ta’ żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, mis-16 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Novembru, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 50 % għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u sa qabel l-1 ta’ Diċembru sa 75 % għall-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-erja u mal-annimali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Minħabba l-kriżi li rriżultat mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Istati Membri, il-bdiewa ltaqgħu ma’ diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji eċċezzjonali. Meta titqies il-vulnerabbiltà speċifika ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi u sabiex jittaffew il-konsegwenzi finanzjarji u l-problemi tal-flussi tal-flus marbuta ma’ dik il-kriżi, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/531 (4) jipprevedi deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 billi jippermetti lill-Istati Membri jħallsu livell ogħla ta’ pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji għas-sena 2020. Peress li l-pandemija tal-COVID-19 għadha tippersisti fl-2021 u l-bdiewa għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma’ tfixkil ekonomiku, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ikomplu jħallsu aktar pagamenti bil-quddiem fir-rigward tas-sena tat-talba 2021.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward tas-sena tat-talba 2021, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 70 % fir-rigward tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u sa 85 % għall-appoġġ mogħti fil-qafas tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/531 tas-16 ta’ April 2020 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem għall-pagamenti diretti kif ukoll għal miżuri ta’ żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-pagamenti diretti (ĠU L 119, 17.4.2020, p. 1).


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1296

tal-4 ta’ Awwissu 2021

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar programmi ta’ appoġġ u ta’ valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll dwar l-ittestjar għas-sustanzi psikoattivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet tal-ajru u b’mod partikolari għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jirriflettu l-avvanzi reċenti fit-teknoloġija tal-magni u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru, u biex iqisu l-esperjenza tal-avjazzjoni dinjija u l-progress xjentifiku u tekniku fl-operazzjonijiet tal-ajru.

(2)

Jenħtieġ li l-aktar emendi riċenti relatati mal-fjuwil tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), jiġifieri l-Parti I (il-11-il edizzjoni) Parti III (id-disa’ edizzjoni) u l-gwida l-ġdida tad-Dokument 9976 tal-ICAO “Fuel planning manual” jiġu inkorporati fir-Regolament (UE) Nru 965/2012, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti rekwiżiti applikabbli għall-ħelikopters, fejn hemm soluzzjonijiet oħra li jitqiesu li jissodisfaw il-livell meħtieġ ta’ sikurezza mill-EASA.

(3)

Ir-regoli l-ġodda dwar l-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija jenħtieġ li jippermettu kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet interessati kollha fis-suq intern tal-avjazzjoni u jtejbu l-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni.

(4)

Ir-rekwiżiti l-ġodda għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija għandhom jappoġġaw l-innovazzjoni u jippermettu l-integrazzjoni bla xkiel ta’ teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru. Għalhekk, it-terminu “fjuwil/enerġija” jenħtieġ li jintuża minflok it-terminu “fjuwil”, kull fejn ikun xieraq, biex jakkomoda operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru li jużaw sorsi ta’ enerġija oħra minbarra fjuwil konvenzjonali bbażat fuq l-idrokarburi.

(5)

Ir-rekwiżiti relatati mat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-iskala u l-kumplessità ta’ tali operazzjonijiet, kif ukoll mar-riskji involuti f’tali operazzjonijiet.

(6)

L-operaturi tal-ajru jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw proċeduri ta’ ppjanar u ġestjoni li jtejbu l-effiċjenza operazzjonali billi jipproduċu benefiċċji finanzjarji u ambjentali, filwaqt li jżommu jew saħansitra jtejbu l-livell ta’ sikurezza. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti l-ġodda għall-ajruplani użati f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT) jintroduċu skema komprensiva tal-fjuwil li tinkludi tliet politiki ewlenin relatati mal-fjuwil: l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija, l-għażla tal-ajrudrom u l-ġestjoni tal-fjuwil u tal-enerġija matul it-titjira. Dan mistenni jippermetti ġestjoni aktar flessibbli tar-riskju mill-operatur, li twassal għal kisbiet potenzjali fl-effiċjenza.

(7)

L-informazzjoni dwar is-sikurezza miġbura mill-EASA tissuġġerixxi li jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ġodda biex jiġu indirizzati r-riskji assoċjati mal-għoti tal-fjuwil, u b’mod aktar speċifiku meta jingħata l-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu abbord, ikunu qed jiżbarkaw jew jitilgħu abbord u meta jingħata l-fjuwil lil ħelikopter bir-rotors iduru.

(8)

Il-valutazzjoni tal-iskemi kumplessi tal-fjuwil/tal-enerġija teħtieġ kapaċitajiet imtejba mill-awtoritajiet kompetenti, għalhekk huwa meħtieġ li jiġu introdotti kriterji li jiggwidaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jagħmlu l-valutazzjonijiet tar-riskju tas-sikurezza operazzjonali biex jappoġġaw l-applikazzjoni tal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija bbażati kompletament fuq il-prestazzjoni.

(9)

Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u regolamentazzjoni aħjar, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-fjuwil u tal-enerġija għall-operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni (NCC) u għal operazzjonijiet speċjalizzati (SPO) ikunu allinjati aħjar ma’ dawk għall-operazzjonijiet CAT. Mill-banda l-oħra, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-fjuwil u tal-enerġija għall-operaturi mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni jkunu bbażati fuq objettivi ta’ sikurezza u jkunu jippermettu approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. Ir-rekwiżiti l-ġodda dwar l-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil u l-enerġija mistennija jnaqqsu l-piż regolatorju, iżidu l-kosteffettività u b’xi eċċezzjonijiet, iwasslu għal armonizzazzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti mill-ICAO.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042 (3) żied mar-Regolament (UE) Nru 965/2012 rekwiżiti għal programmi ta’ appoġġ, għall-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll għall-ittestjar aleatorju u sistematiku għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u tat-titjira. Dawk ir-rekwiżiti saru applikabbli fi Frar 2021. L-Aġenzija ngħatat il-mandat li tevalwa kontinwament l-effettività tad-dispożizzjonijiet il-ġodda u tipproduċi l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni sa’ Awwissu 2022. Filwaqt li jitqies l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-avjazzjoni, huwa rakkomandabbli li jingħata aktar żmien lill-Aġenzija biex tiġbor id-data rilevanti għall-evalwazzjoni. Għalhekk, jeħtieġ li l-iskadenza għat-tlestija tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiġi posposta għall-14 ta’ Awwissu 2023.

(11)

Ir-Regolament (UE) 2018/1042 introduċa fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 il-punt 98(a) li ddefinixxa t-terminu “sustanzi psikoattivi”. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2036 (4), li sussegwentement emenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, b’mod involontarju ssostitwixxa l-punt 98(a) b’test ġdid, li jiddefinixxi t-terminu “profiċjenti”, u ħassar id-definizzjoni tat-terminu “sustanzi psikoattivi”. Dik id-definizzjoni hija essenzjali għall-interpretazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet introdotti mir-Regolament (UE) 2018/1042 u b’mod partikolari biex jiġi definit b’mod ċar liema sustanzi huma soġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet u liema mhumiex. Għalhekk, sabiex jiġu salvagwardjati l-aspettattivi leġittimi tal-persuni soġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet, dik id-definizzjoni jenħtieġ li tiddaħħal mill-ġdid fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 b’effett mid-data tal-applikazzjoni tal-bidliet relatati introdotti bir-Regolament (UE) 2018/1042, jiġifieri mill-14 ta’ Frar 2021.

(12)

L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet abbozz ta’ regola ta’ implimentazzjoni u ppreżentatu mal-Opinjoni Nru 02/2020 (5) f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq.

(14)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati affettwati jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti b’dan ir-Regolament. Għalhekk, l-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi differita.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat maħtur f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9b, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Aġenzija għandha twettaq analiżi kontinwa tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta’ appoġġ, il-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-ittestjar sistematiku u aleatorju għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina stipulati fl-Annessi II u IV. L-Aġenzija għandha tipproduċi l-ewwel rapport dwar ir-riżultati ta’ din l-analiżi mhux aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2023.

Dik l-analiżi għandha tinvolvi l-għarfien espert rilevanti u għandha tkun imsejsa fuq id-data miġbura, bl-għajnuna tal-Istati Membri u l-Aġenzija, fuq bażi ta’ perjodu twil ta’ żmien.”;

(2)

L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament (UE) Nru 965/2012

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa kkoreġut skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta’ Ottubru 2022.

Madankollu, l-Anness II għandu japplika mill-14 ta’ Frar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi relatati mal-introduzzjoni ta’ programmi ta’ appoġġ, mal-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll mal-ittestjar aleatorju u sistematiku għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u tat-titjira, u fir-rigward tat-tgħammir tal-ajruplani ġodda li jaħdmu b’magna b’turbina b’massa massima ta’ tlugħ iċċertifikata ta’ 5 700 kg jew inqas approvati biex iġorru minn sitta sa disa’ passiġġieri b’sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (ĠU L 188, 25.7.2018, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2036 tad-9 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kompetenza u l-metodi ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-posponiment tad-dati tal-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 416, 11.12.2020, p. 24).

(5)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS I

L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt (8c) li ġej:

“(8c)

‘ajrudrom alternattiv’ tfisser ajrudrom xieraq li inġenju tal-ajru jista’ jipproċedi lejh meta jkun impossibbli jew mhux rakkomandabbli li jipproċedi lejn jew jinżel fl-ajrudrom tal-inżul maħsub, fejn ikunu disponibbli s-servizzi u l-faċilitajiet neċessarji, fejn jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru u li jkun operazzjonali fil-ħin mistenni ta’ użu; ‘ajrudrom alternattiv’ tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

‘ajrudrom alternattiv għat-tlugħ’: ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista’ jinżel fih jekk dan ikun neċessarju ftit wara t-tlugħ u ma jkunx possibbli li jintuża l-ajrudrom tat-tluq;

(b)

‘ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta (ERA)’: ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista’ jinżel fih jekk issir neċessarja devjazzjoni waqt li jkun fir-rotta;

(c)

‘ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta (ERA) għall-fjuwil/għall-enerġija (ERA għall-fjuwil/għall-enerġija)’ tfisser ajrudrom ERA li huwa meħtieġ fl-istadju tal-ippjanar għall-użu fil-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija;

(d)

‘ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni’: ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista’ jinżel fih jekk isir impossibbli jew mhux rakkomandabbli li jsir inżul fl-ajrudrom tal-inżul ippjanat;”;

(b)

il-punt (26) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(26)

‘fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza’ tfisser il-fjuwil/l-enerġija meħtieġa biex tikkumpensa għal fatturi mhux mistennija li jistgħu jaffettwaw il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira lejn l-ajrudrom ta’ destinazzjoni;”;

(c)

jiddaħħal il-punt (31a) li ġej:

“(31a)

‘skema attwali tal-fjuwil/tal-enerġija’ tfisser l-iskema approvata tal-fjuwil/tal-enerġija li tintuża bħalissa mill-operatur;”;

(d)

jitħassar il-punt (46);

(e)

jiddaħħlu l-punti (49d) u (49e) li ġejjin:

“(49d)

‘segwitu tat-titjira’ tfisser ir-reġistrazzjoni f’ħin reali tal-messaġġi tat-tluq u tal-wasla mill-persunal operazzjonali sabiex jiġi żgurat li titjira tkun qed topera u tkun waslet fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew f’ajrudrom alternattiv;

(49e)

‘monitoraġġ tat-titjira’ tfisser, minbarra r-rekwiżiti definiti għat-titjira li ġejja:

(a)

il-monitoraġġ operazzjonali tat-titjiriet minn persunal kwalifikat b’mod xieraq għall-kontroll operazzjonali mit-tluq u tul il-fażijiet kollha tat-titjira;

(b)

il-komunikazzjoni tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti dwar is-sikurezza bejn il-persunal għall-kontroll operazzjonali fuq l-art u l-ekwipaġġ tat-titjira; u

(c)

assistenza kritika lill-ekwipaġġ tat-titjira fil-każ ta’ emerġenza jew ta’ problema ta’ sigurtà matul it-titjira, jew fuq talba tal-ekwipaġġ tat-titjira;”;

(f)

jiddaħħlu l-punti (50a) u (50b) li ġejjin:

“(50a)

‘ħin tat-titjira’ tfisser:

(a)

għall-ajruplani, il-ħin totali mill-mument li ajruplan jiċċaqlaq għall-ewwel darba għall-fini ta’ tlugħ sal-mument li l-ajruplan finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;

(b)

għall-ħelikopters, il-ħin totali minn meta l-iskrejjen tal-ħelikopter jibdew iduru għall-fini ta’ tlugħ sakemm il-ħelikopter finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jitwaqqfu l-iskrejjen;

(50b)

‘għassa tat-titjira’ tfisser, minbarra l-elementi kollha ddefiniti għall-‘monitoraġġ tat-titjira’, l-ittrekkjar attiv ta’ titjira minn persunal għall-kontroll operazzjonali kwalifikat kif xieraq matul il-fażijiet kollha tat-titjira sabiex jiġi żgurat li t-titjira tkun qed issegwi r-rotta predefinita tagħha mingħajr devjazzjonijiet, diverżjonijiet jew dewmien mhux ippjanati;”;

(g)

jitħassar il-punt (51);

(h)

il-punt (73) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(73)

‘operazzjoni lokali bil-ħelikopter (LHO)’ tfisser operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru b’ħelikopters li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ (MCTOM) ta’ iktar minn 3 175 kilogramma u konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta’ disa’ sits jew inqas, matul il-jum, fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali, li jitwettqu f’żona ġeografika lokali u ddefinita speċifikata fil-manwal tal-operat;”.

(i)

jiddaħħal il-punt (104a) li ġej:

“(104a)

‘inżul sikur’ tfisser, fil-kuntest tal-politika dwar il-fjuwil/l-enerġija jew tal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija, inżul f’ajrudrom jew f’sit tal-operat xieraq b’mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali li jifdal u f’konformità mal-proċeduri operazzjonali applikabbli u mal-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom;”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ARO.OPS.225 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARO.OPS.225 approvazzjoni ta’ skemi tal-fjuwil/tal-enerġija

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija proposta minn operatur CAT jekk l-operatur juri konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament relatati mal-fjuwil/mal-enerġija għall-ajruplani jew għall-ħelikopters involuti fis-CAT.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta u tissorvelja l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, l-għażla tal-ajrudrom u, matul it-titjira, il-politiki dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira assoċjati mal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija, flimkien mal-proċessi li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dawn l-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija.

(c)

Minbarra l-punti (a) u (b), meta tapprova skemi tal-fjuwil/tal-enerġija individwali, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

tivverifika li l-operatur ikun wera l-prestazzjoni tas-sikurezza bażi tal-iskema attwali tal-fjuwil/tal-enerġija;

(2)

tivvaluta l-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-iskema individwali proposta tal-fjuwil/tal-enerġija; l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala minimu:

(i)

is-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur,

(ii)

il-kapaċitajiet operazzjonali tal-operatur;

(3)

tivverifika li l-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza tal-operatur li tappoġġa l-iskema individwali proposta tal-fjuwil/tal-enerġija tilħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-iskema attwali tal-fjuwil/tal-enerġija; u

(4)

tistabbilixxi pjan ta’ sorveljanza sabiex twettaq valutazzjonijiet perjodiċi tal-iskema individwali approvata tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex tivverifika l-konformità tal-iskema jew tiddeċiedi jekk l-iskema jenħtieġx li tiġi emendata jew revokata.

(d)

L-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.OP.MPA.182(d)(2) għandha tinkludi lista tal-ajrudromi iżolati li huma speċifikati mill-operatur għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru li għalih tapplika l-approvazzjoni.

(e)

Mingħajr preġudizzju għall-punti ARO.GEN.120(d) u (e), l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija dwar il-bidu tal-evalwazzjoni ta’ mezz alternattiv ta’ konformità relatat mal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija.”;

(3)

fl-Anness III, l-Appendiċi I huwa sostitwit b’dan li ġej:

““Appendiċi I

DIKJARAZZJONI

f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 dwar l-operazzjonijiet bl-ajru

Operatur

Isem:

Il-post li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu jew, jekk l-operatur ma jkollu ebda sede prinċipali, il-post li fih l-operatur huwa stabbilit jew jirrisjedi u l-post li minnu jiġu diretti l-operazzjonijiet:

Isem u dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer responsabbli:

Operazzjoni tal-inġenju tal-ajru

Data tal-bidu tal-operazzjoni u data tal-applikabbiltà tal-bidla:

Informazzjoni dwar l-inġenju tal-ajru, l-operat u l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa(1):

Tip(i) ta’ inġenju tal-ajru, ir-reġistrazzjoni/jiet u l-bażi ewlenija:

MSN tal-inġenju tal-ajru(2)

Tip ta’ inġenju tal-ajru

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru(3)

Bażi ewlenija

Tip(i) ta’ operazzjoni(4)

Organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa(5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-operatur għandu jikseb approvazzjoni minn qabel(6) jew approvazzjoni speċifika(7) għal ċerti operazzjonijiet qabel ma jwettaq tali operazzjonijiet.

Fejn applikabbli, dettalji tal-approvazzjonijiet fil-pussess (mad-dikjarazzjoni ehmeż lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi, inklużi approvazzjonijiet speċifiċi mogħtija minn pajjiż terz, jekk applikabbli).

Fejn applikabbli, dettalji tal-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati fil-pussess (ehmeż l-awtorizzazzjoni(jiet)).

Fejn applikabbli, lista ta’ mezzi ta’ konformità alternattivi (AltMoC) b’referenzi għall-AMC li jissostitwixxu (ehmeż l-AltMoC).

Stqarrijiet

L-operatur jikkonforma, u se jkompli jikkonforma, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluż il-manwal tal-operat, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO), tal-Anness V (il-Parti-SPA), tal-Anness VI (il-Parti-NCC), jew tal-Anness VIII (il-Parti-SPO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u t-titjiriet kollha se jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.110(b) tal-Anness III (il-Parti-ORO).

L-inġenji tal-ajru kollha li jitħaddmu għandhom ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 jew jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli għall-inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz u soġġetti għal ftehim ta’ kiri.

Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom liċenzja skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 kif meħtieġ skont il-punt ORO.FC.100(c) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, fejn applikabbli, huma mħarrġa skont is-Subparti CC tal-Anness III (il-Parti-ORO).

Jekk applikabbli, l-operatur jimplimenta u juri l-konformità ma’ standard tal-industrija rikonoxxut.

Referenza tal-istandard:

Korp taċ-ċertifikazzjoni:

Data tal-aħħar approvazzjoni tal-konformità:

L-operatur jeħtieġlu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti permezz ta’ din id-dikjarazzjoni u bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fil-listi tal-AltMoC inklużi fi u annessi ma’ din id-dikjarazzjoni, kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.120(a) tal-Anness III (il-Parti-ORO).

L-operatur jikkonferma li l-informazzjoni żvelata f’din id-dikjarazzjoni hija korretta.

Data, isem u firma tal-maniġer responsabbli“

(1)

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex l-informazzjoni tiġi elenkata fid-dikjarazzjoni, l-informazzjoni għandha tiġi elenkata f’anness separat. L-anness għandu jiġi datat u ffirmat.

(2)

Numru tas-serje tal-manifattur.

(3)

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat ukoll b’detentur ta’ ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC), speċifika n-numru tal-AOC tad-detentur tal-AOC.

(4)

“Tip(i) ta’ operazzjoni” tirreferi għat-tipi ta’ operazzjonijiet imwettqa b’dan l-inġenju tal-ajru, eż. operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet speċjalizzati bħal titjiriet ta’ fotografija mill-ajru, titjiriet ta’ reklamar mill-ajru, titjiriet tal-midja tal-aħbarijiet, titjiriet tat-televiżjoni u tal-films, operazzjonijiet bil-paraxut, skydiving, titjiriet ta’ kontroll tal-manutenzjoni.

(5)

L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni li hija responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa għandha tinkludi l-isem tal-organizzazzjoni, l-indirizz tagħha, u r-referenza tal-approvazzjoni.

(6)

(a)

operazzjonijiet bi kwalunkwe strument jew biċċa tagħmir jew oġġett jew funzjoni difettuża, taħt lista tat-tagħmir minimu (MEL) (il-punti ORO.MLR.105 (b), (f), u (j), NCC.IDE.A.105, NCC.IDE.H.105, SPO.IDE.A.105, u SPO.IDE.H.105).

(b)

operazzjonijiet li jeħtieġu awtorizzazzjoni jew approvazzjoni minn qabel, inklużi dawn kollha li ġejjin:

għal operazzjonijiet speċjalizzati, kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor u kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor, liema inġenji tal-ajru jkunu rreġistrati f’pajjiż terz (il-punt ORO.SPO.100 (c));

operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli (il-punt ORO.SPO.110);

operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru b’MOPSC ta’ aktar minn 19, li jitwettqu mingħajr membru operattiv tal-ekwipaġġ tal-kabina (il-punt ORO.CC.100 (d));

l-użu ta’ valuri minimi operattivi tal-IFR li huma aktar baxxi minn dawk ippubblikati mill-Istat (il-punti NCC.OP.110 u SPO.OP.110);

mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru (il-punt NCC.OP.157);

operazzjonijiet speċjalizzati (SPO) mingħajr ossiġenu ogħla minn 10 000 pied (il-punt SPO.OP.195).

(7)

operazzjonijiet f’konformità mal-Anness V (il-Parti-SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, inklużi s-Subpartijiet B “OPERAZZJONIJIET TA’ NAVIGAZZJONI BBAŻATA FUQ IL-PRESTAZZJONI (PBN)”, C “OPERAZZJONIJIET SKONT L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET MINIMI GĦALL-PRESTAZZJONI TAN-NAVIGAZZJONI (MNPS)”, D “OPERAZZJONIJIET FI SPAZJU TAL-AJRU B’VALURI MINIMI TA’ SEPARAZZJONI VERTIKALI MNAQQSA (RVSM)”, E “OPERAZZJONIJIET F’VIŻIBILITÀ BAXXA (LVO)”, G “TRASPORT TA’ OĠĠETTI PERIKOLUŻI”, K “OPERAZZJONIJIET LIL HINN MILL-KOSTA BIL-ĦELIKOPTER”, u M “ELECTRONIC FLIGHT BAGS (EFBs)”.

“;

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt CAT.OP.MPA.100(b)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.100 Użu tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru

‘(3)

operazzjonijiet lokali bil-ħelikopter,’”;

(b)

jitħassar il-punt CAT.OP.MPA.106;

(c)

il-punt CAT.OP.MPA.150 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.150

SPAZJU MĦOLLI VOJT APPOSTA”;

(d)

jitħassar il-punt CAT.OP.MPA.151;

(e)

il-punt CAT.OP.MPA.175(b)(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7)

li, għat-titjira ppjanata, jista’ jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet speċifikati fil-manwal tal-operat għall-fjuwil/għall-enerġija, iż-żejt, l-ossiġenu, l-altitudni minima sikura, il-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom u d-disponibbiltà ta’ ajrudromi alternattivi, fejn dan ikun meħtieġ;”;

(f)

jiddaħħal il-punt CAT.OP.MPA.177 li ġej:

“CAT.OP.MPA.177 Tressiq tal-pjan tat-titjira tal-ATS

(a)

Jekk pjan tat-titjira tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ma jkunx ippreżentat għaliex mhuwiex meħtieġ mir-regoli tal-ajru, għandha tiġi ddepożitata informazzjoni adegwata sabiex is-servizzi ta’ twissija jkunu jistgħu jiġu attivati jekk ikun hemm bżonn.

(b)

Meta jkun qed jaħdem minn sit minn fejn ikun impossibbli li jintbagħat pjan tat-titjira tal-ATS, il-kmandant jew l-operatur għandu jittrażmetti l-pjan tat-titjira tal-ATS mill-iktar fis possibbli wara t-tlugħ.”;

(g)

il-punt CAT.OP.MPA.180 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.180 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — l-ajruplani

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li:

(1)

tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa;

(2)

tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha; u

(3)

hija jew:

(i)

skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija, li għandha tifforma l-bażi għal skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija b’varjazzjonijiet u skema individwali tal-fjuwil/tal-enerġija; l-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija ġejja minn analiżi fuq skala kbira tad-data dwar is-sikurezza u operazzjonali mill-prestazzjoni u mill-esperjenza preċedenti tal-industrija, bl-applikazzjoni tal-prinċipji xjentifiċi; l-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija għandha tiżgura, f’din l-ordni, tħaddim sikur, effettiv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru; jew

(ii)

skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija b’varjazzjonijiet, li hija skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija fejn tintuża l-analiżi msemmija fil-punt (i) sabiex tiġi stabbilita varjazzjoni għall-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija li tiżgura, f’din l-ordni, tħaddim sikur, effettiv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru; jew

(iii)

skema individwali tal-fjuwil/tal-enerġija, li tirriżulta minn analiżi komparattiva tad-data dwar is-sikurezza u operazzjonali tal-operatur, bl-applikazzjoni tal-prinċipji xjentifiċi; l-analiżi tintuża sabiex tiġi stabbilita skema tal-fjuwil/tal-enerġija b’livell ogħla jew ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija li tiżgura, f’din l-ordni, tħaddim sikur, effettiv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru.

(b)

L-iskemi kollha tal-fjuwil/tal-enerġija għandhom jinkludu:

(1)

politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira;

(2)

politika dwar l-għażla tal-ajrudrom; u

(3)

politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.

(c)

L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija u kwalunkwe bidla fiha għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.

(d)

Meta l-operatur ikollu l-ħsieb li japplika għal skema individwali tal-fjuwil/tal-enerġija, huwa għandu:

(1)

jistabbilixxi prestazzjoni tas-sikurezza tal-linja bażi tal-iskema attwali tiegħu tal-fjuwil/tal-enerġija;

(2)

juri l-kapaċità tiegħu li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-iskema individwali proposta tal-fjuwil/tal-enerġija, inkluża l-kapaċità li jeżerċita kontroll operazzjonali adegwat u li jiżgura l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza bejn il-persunal ta’ kontroll operazzjonali u l-ekwipaġġ tat-titjira; u

(3)

jagħmel valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza li turi kif jinkiseb livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-iskema attwali tal-fjuwil/enerġija.”;

(h)

il-punt CAT.OP.MPA.181 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.181 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — l-ajruplani

(a)

L-operatur għandu:

(1)

jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija;

(2)

jiżgura li l-ajruplan iġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża sabiex titlesta t-titjira ppjanata b’mod sikur u sabiex ikun hemm lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata;

(3)

jiżviluppa proċeduri għall-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u għall-politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira li għandhom ikunu inklużi fil-manwal tal-operat.

(4)

jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjira jkun ibbażat fuq:

(i)

id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru derivata minn sistema ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija jew, jekk ma tkunx disponibbli;

(ii)

data mogħtija mill-manifattur tal-ajruplan.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tat-titjiriet jinkludi l-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira; il-kundizzjonijiet operattivi għandhom jinkludu tal-anqas:

(1)

id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;

(2)

il-mases antiċipati;

(3)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;

(4)

l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita u/jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni;

(5)

ir-rotot u r-runways tat-tluq u tal-wasla mistennijin; u

(6)

id-dewmien antiċipat.

(c)

L-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:

(1)

il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;

(2)

il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex l-ajruplan ikun jista’ jtir mit-tlugħ, jew mill-punt tal-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, sal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(3)

fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza li għandhom ikunu l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ sabiex jikkumpensa għal fatturi mhux previsti;

(4)

fjuwil/enerġija alternattiva tad-destinazzjoni:

(i)

meta titjira titħaddem b’mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għat-titjir mill-ajrudrom tad-destinazzjoni sal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni; jew

(ii)

meta titjira titħaddem mingħajr ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ li jinżamm fl-ajrudrom tad-destinazzjoni, filwaqt li jippermetti lill-ajruplan iwettaq inżul sikur, u jippermetti devjazzjonijiet mill-operat ippjanat; bħala minimu, dan l-ammont għandu jkun fjuwil/enerġija għal 15-il minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard, ikkalkolat skont il-massa stmata tal-ajruplan mal-wasla fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(5)

il-fjuwil/l-enerġija finali ta’ riżerva li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard skont il-massa stmata tal-ajruplan mal-wasla fl-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, jew fl-ajrudrom tad-destinazzjoni meta ma jkun meħtieġ l-ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, u ma għandux ikun inqas minn:

(i)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 45 minuta; jew

(ii)

għall-ajruplani b’magni bit-turbina, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 30 minuta;

(6)

il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meħtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika; għandu jkun l-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija li jippermetti li l-ajruplan jinżel f’ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-fjuwil/tal-enerġija (xenarju kritiku tal-ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija) fil-każ ta’ ħsara fl-inġenju tal-ajru li żżid b’mod sinifikanti l-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija fl-aktar punt kritiku tul ir-rotta; dan il-fjuwil/din l-enerġija addizzjonali hija meħtieġa biss jekk l-ammont minimu ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat skont il-punti (c)(2) sa (c)(5) ma jkunx biżżejjed għal avveniment bħal dan;

(7)

fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u

(8)

il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.

(d)

L-operatur għandu jiżgura li l-proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li tkun meħtieġa meta titjira tipproċedi tul rotta jew lejn ajrudrom tad-destinazzjoni li ma jkunux dawk oriġinarjament ippjanati jinkludu l-punti (c)(2) sa (c)(7).”;

(i)

il-punt CAT.OP.MPA.182 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.182 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — politika dwar l-għażla tal-ajrudrom — l-ajruplani

(a)

Fl-istadju tal-ippjanar, l-operatur għandu jiżgura li ladarba t-titjira tkun bdiet, ikun hemm ċertezza raġonevoli li jkun hemm disponibbli ajrudrom fejn jista’ jsir inżul sikur fil-ħin stmat tal-użu ta’ dak l-ajrudrom.

(b)

Fl-istadju tal-ippjanar, sabiex ikun jista’ jsir inżul sikur f’każ ta’ sitwazzjoni anormali jew ta’ emerġenza wara t-tlugħ, l-operatur għandu jagħżel u jispeċifika fil-pjan operattiv tat-titjira ajrudrom alternattiv għat-tlugħ jekk jew:

(1)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom tat-tluq ikunu anqas mill-valuri minimi stabbiliti tal-inżul fl-ajrudrom tal-operatur għal dik l-operazzjoni; jew

(2)

ikun impossibbli li jsir ritorn lejn l-ajrudrom tat-tluq għal raġunijiet oħra.

(c)

L-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ għandu jkun jinsab f’distanza mill-ajrudrom tat-tluq li timminimizza r-riskju ta’ esponiment għal sitwazzjonijiet anormali jew ta’ emerġenza potenzjali. Meta jagħżel l-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ, l-operatur għandu jqis tal-inqas dawn li ġejjin:

(1)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi attwali u mbassra;

(2)

id-disponibbiltà u l-kwalità tal-infrastruttura tal-ajrudrom;

(3)

il-kapaċitajiet tan-navigazzjoni u tal-inżul tal-inġenju tal-ajru f’kundizzjonijiet anormali jew ta’ emerġenza, filwaqt li jqis ir-ridondanza tas-sistemi kritiċi; u

(4)

l-approvazzjonijiet miżmuma (eż. operazzjonijiet fuq distanza estiża li jsiru b’ajruplani b’żewġ magni (ETOPS), operazzjoni b’viżibilità baxxa (LVO), eċċ.).

(d)

Fl-istadju tal-ippjanar, għal kull titjira li ssir skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), l-operatur għandu jagħżel u jispeċifika fil-pjanijiet tat-titjira operazzjonali u tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ajrudrom wieħed jew aktar sabiex ikunu disponibbli żewġ għażliet ta’ nżul sikur matul operazzjoni normali meta:

(1)

jasal fl-ajrudrom tad-destinazzjoni; jew

(2)

jilħaq il-punt ta’ ebda ritorn, għal kwalunkwe ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija disponibbli matul operazzjonijiet iżolati tal-ajrudrom; titjira lejn ajrudrom iżolat ma għandhiex titkompla lil hinn mill-punt ta’ ebda ritorn sakemm valutazzjoni attwali tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, tat-traffiku, u ta’ kundizzjonijiet operazzjonali oħra ma tindikax li jista’ jsir inżul sikur fl-ajrudrom tad-destinazzjoni fil-ħin stmat tal-użu.

L-operatur għandu jikseb approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti għall-użu ta’ ajrudrom iżolat bħala ajrudrom tad-destinazzjoni.

(e)

L-operatur għandu jipprovdi marġini xierqa ta’ sikurezza għall-ippjanar tat-titjira sabiex iqis deterjorament possibbli tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra disponibbli fil-ħin stmat tal-inżul.

(f)

Għal kull titjira IFR, l-operatur għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta’ telf ta’ kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.”.

(j)

il-punt CAT.OP.MPA.185 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.185 Skema tal-fjuwil/enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira — l-ajruplani

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira li jiżguraw:

(1)

validazzjoni kontinwa tas-suppożizzjonijiet li saru matul l-istadju tal-ippjanar (ippjanar mill-ġdid ta’ qabel it-titjira jew waqt it-titjira, jew it-tnejn);

(2)

l-analiżi mill-ġdid u l-aġġustament, jekk neċessarji;

(3)

li l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord ikun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom fejn jista’ jsir inżul sikur; u

(4)

għandha tiġi rreġistrata d-data rilevanti dwar il-fjuwil/l-enerġija għall-finijiet tal-punti (1), (2), u (3).

(b)

L-operatur għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jirrikjedu lill-kmandant jikseb informazzjoni dwar id-dewmien minn sors affidabbli meta ċirkostanzi mhux previsti jkunu jistgħu jirriżultaw fl-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali flimkien ma’ kwalunkwe:

(1)

fjuwil/enerġija biex isir proċediment lejn ajrudrom alternattiv, jekk ikun meħtieġ; jew

(2)

fjuwil/enerġija meħtieġa biex isir proċediment lejn ajrudrom iżolat.

(c)

Il-kmandant għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “FJUWIL MINIMU” meta l-kmandant ikun:

(1)

ħa impenn li jinżel f’ajrudrom speċifiku; u

(2)

ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom tista’ tirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.

(d)

Il-kmandant għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija li tista’ tintuża li tiġi kkalkolata bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.”;

(k)

jitħassar il-punt CAT.OP.MPA.186;

(l)

il-punt CAT.OP.MPA.190 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.190 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — il-ħelikopters

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li tinkludi:

(1)

politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira; u

(2)

politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.

(b)

L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija għandha:

(1)

tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa; u

(2)

tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha.

(c)

L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija u kwalunkwe bidla fiha għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.”;

(m)

jiddaħħlu l-punti CAT.OP.MPA.191 u CAT.OP.MPA.192 li ġejjin:

“CAT.OP.MPA.191 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — Ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — il-ħelikopters

(a)

Bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija, l-operatur għandu jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex jiżgura li l-inġenju tal-ajru jġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża biex ilesti t-titjira ppjanata b’mod sikur u biex jagħti lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjiriet ikun ibbażat, mill-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:

(1)

il-proċeduri inklużi fil-manwal tal-operat kif ukoll:

(i)

id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru li tkun ġejja minn sistema għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija; jew

(ii)

id-data mogħtija mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru; u

(2)

il-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira, li jinkludu:

(i)

id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-mases antiċipati;

(iii)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;

(iv)

l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni, jew it-tnejn; u

(v)

il-proċeduri u r-restrizzjonijiet introdotti mill-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru.

(c)

L-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:

(1)

il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing, li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;

(2)

il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ;

(3)

il-fjuwil/l-enerġija ta’ kontinġenza;

(4)

il-fjuwil/l-enerġija alternattiva tad-destinazzjoni jekk ikun meћtieġ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;

(5)

il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali, li ma għandhiex tkun inqas minn:

(i)

jekk it-titjir isir skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) u n-navigazzjoni ssir matul il-jum b’referenza għal għeliem viżwali, il-fjuwil/l-enerġija għal 20 minuta bil-veloċità ta’ awtonomija massima (best-range speed); jew

(ii)

jekk it-titjir isir skont il-VFR u n-navigazzjoni ssir b’mezzi oħra għajr b’referenza għal għeliem viżwali jew billejl, il-fjuwil/l-enerġija għal 30 minuta bil-veloċità ta’ awtonomija massima; jew

(iii)

jekk it-titjir isir skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), il-fjuwil/l-enerġija għal 30 minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard, ikkalkolati skont il-massa stmata tal-ħelikopter mal-wasla fl-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni jew fl-ajrudrom tad-destinazzjoni meta ma jkun meħtieġ l-ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;

(6)

fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u

(7)

il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.

(d)

L-operatur għandu jiżgura li jekk titjira jkollha tipproċedi tul rotta jew lejn ajrudrom tad-destinazzjoni għajr dawk ippjanati oriġinarjament, il-proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża meħtieġa jinkludu:

(1)

il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ għall-bqija tat-titjira;

(2)

il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva li tikkonsisti f’dawn:

(i)

il-fjuwil/l-enerġija ta’ kontinġenza;

(ii)

il-fjuwil/l-enerġija alternattiva jekk ikun meћtieġ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;

(iii)

il-fjuwil/l-enerġija tar-riżerva finali; u

(iv)

il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meћtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika;

(3)

fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u

(4)

il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.

(e)

Bħala alternattiva għall-punti (b) sa (d), għal ħelikopters li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ (MCTOM) ta’ 3 175 kg jew inqas, li jtiru matul il-jum u fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali, jew għal operazzjonijiet lokali tal-ħelikopters (LHO), il-politika dwar il-fjuwil/l-enerġija għandha tiżgura li mat-tlestija tat-titjira, jew tas-serje ta’ titjiriet, il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali hija biżżejjed għal:

(1)

30 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima; jew

(2)

20 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima, jekk l-operazzjoni ssir f’żona li tipprovdi siti tal-operat kontinwi u adattati”.

CAT.OP.MPA.192 Għażla tal-ajrudromi u tas-siti tal-operat — il-ħelikopters

(a)

Għal titjiriet f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument (IMC), l-operatur għandu jagħżel ajrudrom alternattiv għat-tlugħ li jkun jinsab sa massimu ta’ siegħa titjir ’il bogħod b’titjir f’veloċità regolari normali jekk ma jkunx possibbli li dan jirritorna lejn is-sit tat-tluq għal raġunijiet meteoroloġiċi.

(b)

Fl-istadju tal-ippjanar, għal kull titjira li ssir skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), l-operatur għandu jagħżel u jispeċifika fil-pjanijiet tat-titjira operazzjonali u tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ajrudrom jew sit tal-operat wieħed jew aktar sabiex ikunu disponibbli żewġ għażliet ta’ nżul sikur matul operazzjoni normali, ħlief kif previst fil-punt SPA.HOFO.120(b).

(c)

L-operatur għandu japplika marġini xierqa ta’ sikurezza għall-ippjanar tat-titjira sabiex iqis deterjorament possibbli tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra disponibbli fil-ħin stmat tal-inżul.

(d)

Għal kull titjira IFR, l-operatur għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta’ telf ta’ kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.”;

(n)

il-punt CAT.OP.MPA.195 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.195 Skema tal-fjuwil/enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira — il-ħelikopters

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija u tal-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija.

(b)

Il-kmandant għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.

(c)

Il-kmandant għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “FJUWIL MINIMU” meta l-kmandant ikun:

(1)

ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat; u

(2)

ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.

(d)

Il-kmandant għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.”;

(o)

huwa sostitwit il-punt CAT.OP.MPA.200 li ġej:

“CAT.OP.MPA.200 Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil tal-inġenju tal-ajru

(a)

Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil għandhom jitwettqu biss jekk l-operatur:

(1)

ikun wettaq valutazzjoni tar-riskju;

(2)

ikun żviluppa proċeduri; u

(3)

ikun stabbilixxa programm ta’ taħriġ għall-persunal tiegħu involut f’tali operazzjonijiet.

(b)

Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil tapplika għal:

(1)

mili tal-fjuwil bil-magna jew bir-rotors iduru;

(2)

mili tal-fjuwil/tneħħija tal-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw; u

(3)

mili tal-fjuwil/tneħħija tal-fjuwil fil-każ tal-fjuwil tat-tip “wide-cut”.

(c)

Għall-ajruplani, kwalunkwe proċedura speċjali ta’ mili jew ta’ tneħħija tal-fjuwil u kwalunkwe bidla fihom għandha teħtieġ approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

(d)

Għall-ħelikopters, il-proċeduri ta’ mili tal-fjuwil bir-rotors iduru u kwalunkwe bidla fihom għandhom jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.”;

(p)

il-punt CAT.OP.MPA.245(a)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

jibda t-titjira; jew”;

(q)

il-punt CAT.OP.MPA.246(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

lil hinn mill-punt tad-deċiżjoni meta jkun qed juża l-proċedura tal-fjuwil/tal-enerġija imnaqqas ta’ kontinġenza; jew”;

(r)

il-punt CAT.OP.MPA.260 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.260 Provvista tal-fjuwil/tal-enerġija u taż-żejt

Il-kmandant għandu jagħti bidu għal titjira jew, fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, ikompli bit-titjira, biss meta jkun issodisfat li l-inġenju tal-ajru jkollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta’ fjuwil/enerġija u żejt li jista’ jintuża biex it-titjira tkun tista’ titwettaq b’mod sikur, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet operattivi mistennija.”;

(s)

il-punt CAT.OP.MPA.280 “Ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira — l-ajruplani” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.280

[SPAZJU MĦOLLI VOJT APPOSTA].”;

(t)

jitħassar il-Punt CAT.OP.MPA.281;

(u)

il-punt CAT.POL.A.220(f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

Il-massa mistennija tal-ajruplan fil-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu m’għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi biżżejjed fjuwil/enerġija biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn wieħed jassumi li jkun se jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm f’altitudni ta’ mill-inqas 1 500 pied (450 m) direttament fuq iż-żona tal-inżul u biex, minn dak il-punt ’il quddiem, itir fl-istess livell għal 15-il minuta b’potenza jew thrust ta’ cruising, kif xieraq.”;

(v)

il-punt CAT.POL.A.420(d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Il-massa mistennija tal-ajruplan fil-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu m’għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi biżżejjed fjuwil/enerġija biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn wieħed jassumi li jkun se jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm f’altitudni ta’ mill-inqas 1 500 pied (450 m) direttament fuq iż-żona tal-inżul u biex, minn dak il-punt ’il quddiem, itir fl-istess livell għal 15-il minuta b’potenza jew thrust ta’ cruising, kif xieraq.”;

(w)

il-punt CAT.IDE.A.195(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur tal-link tad-data huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR) li jinsabu fil-punt CAT.IDE.A.185.”;

(5)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt SPA.HEMS.150 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“SPA.HEMS.150 Provvista tal-fjuwil/tal-enerġija — mitigazzjoni

Bħala alternattiva għall-punti CAT.OP.MPA.191(b), (c), u (d), meta l-missjoni tas-servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMS) titwettaq skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) f’żona ġeografika lokali u ddefinita, il-politika dwar il-fjuwil/l-enerġija għandha tiżgura li mat-tlestija tal-missjoni, il-fjuwil/l-enerġija finali ta’ riżerva tkun biżżejjed għal:

(a)

30 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima (best-range); jew

(b)

20 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima matul il-jum, meta l-operazzjoni ssir f’żona li tipprovdi siti tal-operat kontinwi u adattati.”;

(b)

il-punt SPA.HEMS.155 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“SPA.HEMS.155 Mili tal-fjuwil bil-passiġġieri abbord

Għandha tiġi pprovduta proċedura ta’ mili tal-fjuwil bir-rotors weqfin jew bir-rotors iduru f’konformità mal-punt CAT.OP.MPA.200 “Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil tal-inġenju tal-ajru.”;

(c)

il-punt SPA.HOFO.120(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fuq l-art. Permezz ta’ deroga mill-punti CAT.OP.MPA.192, NCC.OP.152, u SPO.OP.151, il-bdot fil-kmand/il-kmandant m’għandux għalfejn jispeċifika ajrudrom tad-destinazzjoni alternattiv fil-pjan operattiv tat-titjira meta jkun qed iwettaq titjiriet minn post lil hinn mill-kosta għal ajrudrom fuq l-art jekk:

(1)

l-ajrudrom ta’ destinazzjoni huwa ddefinit bħala ajrudrom ta’ mal-kosta, jew

(2)

jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

(i)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni għandu proċeduri tal-avviċinament bl-istrument ippubblikati;

(ii)

il-ħin tat-titjira jkun ta’ anqas minn 3 sigħat; u

(iii)

it-tbassir tat-temp ippubblikat li jkun validu minn siegħa qabel, u siegħa wara l-ħin tal-inżul mistenni jispeċifika li:

(A)

il-bażi tas-sħab tkun ta’ mill-inqas 700 pied ’il fuq mir-rati minimi assoċjati mal-avviċinament bl-istrumenti, jew 1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom tad-destinazzjoni, skont liema minnhom ikun l-ogħla; u

(B)

il-viżibbiltà tkun ta’ mill-anqas 2 500 metru.”;

(d)

il-punt SPA.SET-IMC.110(l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

apparat ta’ kontroll tal-qawwa tal-magna tal-emerġenza li jippermetti l-operar kontinwu tal-magna f’medda tal-potenza suffiċjenti biex tkun tista’ ssir it-titjira f’każ ta’ kwalunkwe ħsara probabbli, b’mod raġonevoli, tal-unità ta’ kontroll tal-fjuwil/tal-enerġija.”

(6)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt NCC.OP.105 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“NCC.OP.105 Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — l-ajruplani

Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u l-politika dwar l-ippjanar u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija, il-operatur ma għandux jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat sakemm il-ħin tat-titjira lejn l-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali ma jkunx aktar minn:

(a)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew

(b)

għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta.”;

(b)

il-punti NCC.OP.130 u NCC.OP.131 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“NCC.OP.130 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li tinkludi:

(1)

politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira; u

(2)

politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.

(b)

L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija għandha:

(1)

tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa; u

(2)

tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha.

NCC.OP.131 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

Bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija, l-operatur għandu jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex jiżgura li l-inġenju tal-ajru jġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża biex ilesti t-titjira ppjanata b’mod sikur u biex jagħti lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjiriet ikun ibbażat, mill-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:

(1)

il-proċeduri inklużi fil-manwal tal-operat kif ukoll:

(i)

id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru derivata minn sistema ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija jew, jekk ma tkunx disponibbli;

(ii)

id-data mogħtija mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru; u

(2)

il-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira, li jinkludu:

(i)

id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-mases antiċipati;

(iii)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;

(iv)

l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni, jew it-tnejn; u

(v)

id-dewmien antiċipat.

(c)

Għall-ajruplani, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:

(1)

il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;

(2)

il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex l-ajruplan ikun jista’ jtir mit-tlugħ, jew mill-punt tal-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, sal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(3)

fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza li għandhom ikunu l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ sabiex jikkumpensa għal fatturi mhux previsti;

(4)

fjuwil/enerġija alternattiva tad-destinazzjoni:

(i)

meta titjira titħaddem b’mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għat-titjir mill-ajrudrom tad-destinazzjoni sal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni; jew

(ii)

meta titjira titħaddem b’ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għaż-żamma fl-ajrudrom tad-destinazzjoni bħala kumpens għan-nuqqas ta’ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;

(5)

il-fjuwil/l-enerġija finali ta’ riżerva li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard skont il-massa stmata tal-inġenju tal-ajru mal-wasla fl-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, jew fl-ajrudrom tad-destinazzjoni meta ma jkun meħtieġ l-ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, u ma għandux ikun inqas minn:

(i)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni f’titjiriet li jsiru skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) billejl u b’titjiriet li jsiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), il-fjuwil/l-enerġija sabiex itiru għal 45 minuta; jew

(ii)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni f’titjiriet skont il-VFR matul il-jum, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 30 minuta;

(iii)

għall-ajruplani b’magni bit-turbina, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 30 minuta;

(6)

il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meћtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika; għandu jkun l-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija li jippermetti li l-ajruplan iwettaq inżul sikur f’ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-fjuwil/tal-enerġija (xenarju kritiku tal-ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija) f’każ ta’ ħsara fil-magna jew ta’ telf ta’ pressjoni, skont liema minnhom ikun jeħtieġ l-akbar ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li tali ħsara sseħħ fl-aktar punt kritiku waqt ir-rotta; dan il-fjuwil/din l-enerġija addizzjonali hija meħtieġa biss jekk l-ammont minimu ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat skont il-punti (c)(2) sa (c)(5) ma jkunx biżżejjed għal avveniment bħal dan;

(7)

fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u

(8)

il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.

(d)

Għall-ħelikopters, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi dawn kollha li ġejjin:

(1)

fjuwil/enerġija għat-titjir lejn l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat;

(2)

jekk tkun meħtieġa alternattiva għad-destinazzjoni, fjuwil/enerġija tal-alternattiva għad-destinazzjoni, li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex jiġi eżegwit avviċinament mhux milћuq fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, u minn hemm ’il quddiem, għat-titjir lejn l-alternattiva għad-destinazzjoni speċifikata, għall-avviċinament u għall-inżul; u

(3)

il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali, li ma għandhiex tkun inqas minn:

(i)

għal titjiriet skont il-VFR, il-fjuwil/l-enerġija għat-titjir għal mill-inqas 20 minuta bil-veloċità ta’ awtonomija massima; jew

(ii)

għal titjiriet skont l-IFR, il-fjuwil/l-enerġija għat-titjir għal mill-inqas 30 minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’450 m (1 500 pied) ’il fuq mill-ajrudrom jew mis-sit tal-operat tal-alternattiva ppjanata għall-inżul jew għad-destinazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ temperatura standard.

(e)

L-operatur għandu jiżgura li jekk titjira jkollha tipproċedi lejn ajrudrom tad-destinazzjoni għajr dak ippjanat oriġinarjament, ikunu disponibbli proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża meħtieġa u jikkonformaw mal-punti (c)(2) sa (c)(7) għall-ajruplani, u mal-punt (d) għall-ħelikopters.

(f)

Il-bdot fil-kmand għandu jagħti bidu għal titjira jew, fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, ikompli bit-titjira, biss meta jkun issodisfat li l-inġenju tal-ajru jkollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta’ fjuwil/ta’ enerġija u żejt li jista’ jintuża biex it-titjira tkun tista’ titwettaq b’mod sikur.”;

(c)

il-punt NCC.OP.151(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-post tal-inżul maħsub jiġi ddeżinjat bħala ajrudrom iżolat u:

(1)

proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat; u

(2)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:

(i)

bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 300 metru (1 000 pied) ’l fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u

(ii)

viżibilità ta’ mill-anqas 5,5 km jew ta’ 4 km aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura.”;

(d)

il-punt NCC.OP.155(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Għat-tipi ta’ fjuwils/ta’ enerġija l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u l-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar b’persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.”;

(e)

jiddaħħal il-punt NCC.OP.157 li ġej:

“NCC.OP.157 Mili tal-fjuwil bil-magna/iu/jew bir-rotors iduru — il-ħelikopters

(a)

Mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru għandu jsir biss:

(1)

mingħajr passiġġieri li jitilgħu abbord jew jiżbarkaw;

(2)

jekk l-operatur tal-ajrudrom/tas-sit tal-operat jippermetti operazzjonijiet bħal dawn;

(3)

f’konformità ma’ kwalunkwe proċedura u limitazzjoni speċifiċi fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM);

(4)

bit-tipi ta’ fjuwil JET A jew JET A-1; u

(5)

fil-preżenza tal-faċilitajiet jew tat-tagħmir xierqa għas-salvataġġ u għat-tifi tan-nar (RFF).

(b)

L-operatur għandu jivvaluta r-riskji assoċjati mal-mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru.

(c)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa li għandhom jiġu segwiti mill-persunal involut kollu, bħall-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-operazzjonijiet fuq l-art.

(d)

L-operatur għandu jħarreġ lill-membri tal-ekwipaġġ tiegħu u jiżgura li l-persunal involut tal-operazzjonijiet fuq l-art ikun imħarreġ kif xieraq.

(e)

L-operatur għandu jiżgura li l-proċedura ta’ mili tal-fjuwil tal-ħelikopter bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru tkun speċifikata fil-manwal tal-operat. Din il-proċedura u kwalunkwe bidla fiha għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.”;

(f)

il-punt NCC.OP.205 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“NCC.OP.205 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija u tal-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “MINIMUM FUEL” meta l-bdot fil-kmand ikun:

(1)

ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat speċifiku; u

(2)

ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.

(d)

Il-bdot fil-kmand għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.”;

(g)

fil-punt NCC.POL.110(a), il-punti (6), (7), (8) u (9) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(6)

il-massa tal-fjuwil/tal-enerġija mat-tlugħ u l-massa tal-fjuwil/tal-enerġija għall-vjaġġ;

(7)

il-massa tal-oġġetti tal-konsum, minbarra l-fjuwil/l-enerġija, jekk dan ikun applikabbli;

(8)

il-komponenti tat-tagħbija, inklużi l-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija u s-saborra;

(9)

il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil/enerġija;”;

(7)

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt NCO.OP.105 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“NCO.OP.105 Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — l-ajruplani

“Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u tal-provvista tal-fjuwil/tal-enerġija, il-bdot fil-kmand ma għandux jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat sakemm il-ħin tat-titjir lejn l-ajrudrom alternattiv fl-eqreb destinazzjoni xierqa li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali ma jkunx aktar minn:

(a)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew

(b)

għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta.”;

(b)

il-punt NCO.OP.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“NCO.OP.125 Provvista tal-fjuwil/tal-enerġija u taż-żejt — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-kwantità tal-fjuwil/tal-enerġija u taż-żejt li tinġarr abbord tkun biżżejjed, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, kwalunkwe element li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, kwalunkwe dewmien li jkun mistenni waqt it-titjira, u kwalunkwe kontinġenza li tista’ raġonevolment tkun mistennija li taffettwa t-titjira.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jippjana kwantità tal-fjuwil/tal-enerġija li għandha tiġi protetta bħala fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali biex jiġi żgurat inżul sikur. Il-bdot fil-kmand għandu jqis dawn kollha li ġejjin, u fl-ordni ta’ prijorità li ġejja, biex jiddetermina l-kwantità tal-fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali:

(1)

is-severità tal-periklu għall-persuni jew għall-proprjetà li tista’ tirriżulta minn inżul ta’ emerġenza wara tbattil ta’ fjuwil/ta’ enerġija; u

(2)

il-probabbiltà ta’ ċirkostanzi mhux mistennija li l-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali ma jistgħux jibqgħu jiġu protetti.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda titjira biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun qed iġorr biżżejjed fjuwil/enerġija u żejt:

(1)

meta ma tkun meħtieġa l-ebda alternattiva għad-destinazzjoni, għat-titjir lejn l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, flimkien mal-fjuwil/mal-enerġija ta’ riżerva finali; jew

(2)

meta tkun meħtieġa alternattiva għad-destinazzjoni, għat-titjir lejn l-ajrudrom jew lejn is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, u minn hemm ’il quddiem, lejn ajrudrom alternattiv, flimkien mal-fjuwil/mal-enerġija ta’ riżerva finali.”;

(c)

jitħassar il-punt NCO.OP.126;

(d)

il-punt NCO.OP.145(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Għat-tipi ta’ fjuwils/ta’ enerġija l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, meta l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw, sakemm l-inġenju tal-ajru ma jkunx sorveljat mill-bdot fil-kmand jew minn persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.”;

(e)

jiddaħħal il-punt NCO.OP.147 li ġej:

“NCO.OP.147 Mili tal-fjuwil bil-magna/iu/jew bir-rotors iduru — il-ħelikopters

Il-mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru għandu jsir biss jekk dawk il-kundizzjonijiet kollha jkunu ssodisfati fl-istess ħin:

(a)

jekk ma jkunx prattiku li tintefa jew terġa’ tistartja l-magna;

(b)

f’konformità ma’ kwalunkwe proċedura u limitazzjoni speċifiċi fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM);

(c)

bit-tipi ta’ fjuwil JET A jew JET A-1;

(d)

mingħajr passiġġieri jew speċjalisti tal-kompiti abbord, li jimbarkaw jew jiżbarkaw;

(e)

jekk l-operatur tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat jippermetti operazzjonijiet bħal dawn;

(f)

fil-preżenza tal-faċilitajiet jew tat-tagħmir xierqa għas-salvataġġ u għat-tifi tan-nar (RFF); u

(g)

f’konformità ma’ lista ta’ kontroll li għandu jkun fiha:

(1)

proċeduri normali u ta’ kontinġenza;

(2)

it-tagħmir meħtieġ;

(3)

kwalunkwe limitazzjoni; u

(4)

ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.”;

(f)

il-punt NCO.OP.185 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“NCO.OP.185 Ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.

(b)

Il-bdot fil-kmand ta’ titjira kkontrollata għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “MINIMUM FUEL” meta l-bdot fil-kmand ikun:

(1)

ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat speċifiku; u

(2)

ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.

(c)

Il-bdot fil-kmand ta’ titjira kkontrollata għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.”;

(g)

jitħassru l-punti NCO.SPR.135 u NCO.SPR.140;

(8)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt SPO.OP.105 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“SPO.OP.105 Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — l-ajruplani

Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u l-politika dwar l-ippjanar u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija, il-operatur ma għandux jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat sakemm il-ħin tat-titjira lejn l-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali ma jkunx aktar minn:

(a)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew

(b)

għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta.”;

(b)

il-punti SPO.OP.130 u SPO.OP.131 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“SPO.OP.130 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li tinkludi:

(1)

politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira; u

(2)

politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.

(b)

L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija għandha:

(1)

tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa; u

(2)

tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha.

SPO.OP.131 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

Bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija, l-operatur għandu jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex jiżgura li l-inġenju tal-ajru jġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża biex ilesti t-titjira ppjanata b’mod sikur u biex jagħti lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjiriet ikun ibbażat, mill-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:

(1)

il-proċeduri inklużi fil-manwal tal-operat kif ukoll:

(i)

id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru derivata minn sistema ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija jew, jekk ma tkunx disponibbli;

(ii)

id-data mogħtija mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru; u

(2)

il-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira, li jinkludu:

(i)

id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-mases antiċipati;

(iii)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;

(iv)

l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita u/jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni; u

(v)

id-dewmien antiċipat.

(c)

Għall-ajruplani, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:

(1)

il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;

(2)

il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex l-ajruplan ikun jista’ jtir mit-tlugħ, jew mill-punt tal-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, sal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(3)

fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza li għandhom ikunu l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ sabiex jikkumpensa għal fatturi mhux previsti;

(4)

fjuwil/enerġija alternattiva tad-destinazzjoni

(i)

meta titjira titħaddem b’mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għat-titjir mill-ajrudrom tad-destinazzjoni sal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni; jew

(ii)

meta titjira titħaddem b’ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għaż-żamma fl-ajrudrom tad-destinazzjoni bħala kumpens għan-nuqqas ta’ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;

(5)

fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali li għandha tiġi protetta sabiex jiġi żgurat inżul sikur; l-operatur għandu jqis dawn kollha li ġejjin, u fl-ordni ta’ prijorità li ġejja, biex jiddetermina l-kwantità tal-fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali:

(i)

is-severità tal-periklu għall-persuni jew għall-proprjetà li tista’ tirriżulta minn inżul ta’ emerġenza wara tbattil ta’ fjuwil/ta’ enerġija;

(ii)

il-probabbiltà ta’ ċirkostanzi mhux mistennija li l-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali ma jistgħux jibqgħu jiġu protetti;

(6)

il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meћtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika; għandu jkun l-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija li jippermetti li l-ajruplan iwettaq inżul sikur f’ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-fjuwil/tal-enerġija (xenarju kritiku tal-ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija) f’każ ta’ ħsara fil-magna jew ta’ telf ta’ pressjoni, skont liema minnhom ikun jeħtieġ l-akbar ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li tali ħsara sseħħ fl-aktar punt kritiku waqt ir-rotta; dan il-fjuwil/din l-enerġija addizzjonali hija meħtieġa biss jekk l-ammont minimu ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat skont il-punti (c)(2) sa (c)(5) ma jkunx biżżejjed għal avveniment bħal dan;

(7)

fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u

(8)

il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-bdot fil-kmand jesiġi hekk.

(d)

Għall-ħelikopters, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi dawn kollha li ġejjin:

(1)

fjuwil/enerġija għat-titjir lejn l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat;

(2)

jekk tkun meħtieġa alternattiva għad-destinazzjoni, fjuwil/enerġija tal-alternattiva għad-destinazzjoni, li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex jiġi eżegwit avviċinament mhux milћuq fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, u minn hemm ’il quddiem, għat-titjir lejn l-alternattiva għad-destinazzjoni speċifikata, għall-avviċinament u għall-inżul; u

(3)

fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali, li għandha tiġi protetta sabiex jiġi żgurat inżul sikur; l-operatur għandu jqis dawn kollha li ġejjin, u fl-ordni ta’ prijorità li ġejja, biex jiddetermina l-kwantità tal-fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali:

(i)

is-severità tal-periklu għall-persuni jew għall-proprjetà li tista’ tirriżulta minn inżul ta’ emerġenza wara tbattil ta’ fjuwil/ta’ enerġija; u

(ii)

il-probabbiltà ta’ tali ċirkostanzi mhux mistennija li l-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali ma jistgħux jibqgħu jiġu protetti;

(4)

fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u

(5)

il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-bdot fil-kmand jesiġi hekk.

(e)

L-operatur għandu jiżgura li, jekk titjira jkollha tipproċedi lejn ajrudrom tad-destinazzjoni għajr dak ippjanat oriġinarjament, ikunu disponibbli proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża meħtieġa u jikkonformaw mal-punti (c)(2) sa (c)(7) għall-ajruplani, u mal-punt (d) għall-ħelikopters.

(f)

Il-bdot fil-kmand għandu jagħti bidu għal titjira jew, fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, ikompli bit-titjira, biss meta jkun issodisfat li l-inġenju tal-ajru jkollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta’ fjuwil/ta’ enerġija u żejt li jista’ jintuża biex it-titjira tkun tista’ titwettaq b’mod sikur.”;

(c)

il-punt SPO.OP.150(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-post tal-inżul maħsub jiġi ddeżinjat bħala ajrudrom iżolat u:

(1)

proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat; u

(2)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali tindika l-eżistenza taż-żewġ kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu:

(i)

bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 300 metru (1 000 pied) ’l fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument;

(ii)

viżibilità ta’ mill-anqas 5,5 km jew ta’ 4 km aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura.”;

(d)

il-punt SPO.OP.155(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Għat-tipi ta’ fjuwils/ta’ enerġija l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u l-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar b’persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.”;

(e)

jiddaħħal il-punt SPO.OP.157 li ġej:

“SPO.OP.157 Mili tal-fjuwil bil-magna/iu/jew bir-rotors iduru — il-ħelikopters

(a)

Mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru għandu jsir biss:

(1)

mingħajr l-ebda speċjalisti tal-kompiti li jimbarkaw jew jiżbarkaw;

(2)

jekk l-operatur tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat jippermetti operazzjonijiet bħal dawn;

(3)

f’konformità ma’ kwalunkwe proċedura u limitazzjoni speċifiċi fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM);

(4)

bit-tipi ta’ fjuwil JET A jew JET A-1; u

(5)

fil-preżenza tal-faċilitajiet jew tat-tagħmir xierqa għas-salvataġġ u għat-tifi tan-nar (RFF).

(b)

L-operatur għandu jivvaluta r-riskji assoċjati mal-mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru.

(c)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa li għandhom jiġu segwiti mill-persunal involut kollu, bħall-membri tal-ekwipaġġ, l-ispeċjalisti tal-kompiti, u l-persunal tal-operazzjonijiet fuq l-art.

(d)

L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tiegħu, il-persunal tal-operazzjonijiet fuq l-art, kif ukoll kwalunkwe speċjalist tal-kompiti involut fil-proċeduri, ikunu mħarrġa kif xieraq.

(e)

L-operatur għandu jiżgura li l-proċeduri ta’ mili tal-fjuwil tal-ħelikopter bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru jkunu speċifikati fil-manwal tal-operat.”;

(f)

il-punt SPO.OP.190 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“SPO.OP.190 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira

(a)

L-operatur ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni għandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija u tal-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “MINIMUM FUEL” meta l-bdot fil-kmand ikun:

(1)

ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat speċifiku; u

(2)

ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.

(d)

Il-bdot fil-kmand għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.”;

(g)

il-punt SPO.POL.110 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“SPO.POL.110 Sistema ta’ massa u bilanċ — operazzjonijiet kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters u operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta’ massa u bilanċ sabiex jiddetermina għal kull titjira jew serje ta’ titjiriet dan li ġej:

(1)

il-massa operattiva tal-inġenju tal-ajru mingħajr tagħbija;

(2)

il-massa tat-traffiku;

(3)

il-massa tat-tagħbija tal-fjuwil/tal-enerġija;

(4)

it-tagħbija tal-inġenju tal-ajru u d-distribuzzjoni tat-tagħbija;

(5)

il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil/enerġija; u

(6)

il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru (CG).

(b)

L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jingħata mezzi biex jirrepeti u jivverifika kwalunkwe kalkolu tal-massa u l-bilanċ fuq il-bażi ta’ kalkoli elettroniċi.

(c)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-bdot fil-kmand jiddetermina l-massa tat-tagħbija tal-fjuwil/tal-enerġija billi juża d-densità reali jew, jekk din ma tkunx magħrufa, billi juża d-densità kkalkulata skont metodu speċifikat fil-manwal tal-operat.”;

(h)

fil-punt SPO.POL.115(a), il-punti (6), (7), (8) u (9) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(6)

il-massa tal-fjuwil/tal-enerġija mat-tlugħ u l-massa tal-fjuwil/tal-enerġija għall-vjaġġ;

(7)

il-massa tal-oġġetti tal-konsum, minbarra l-fjuwil/l-enerġija, jekk dan ikun applikabbli;

(8)

il-komponenti tat-tagħbija;

(9)

il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil/enerġija;”;

(i)

il-punt SPO.IDE.H.146(a)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt SPO.IDE.H.145(a);”.


ANNESS II

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, jiddaħħal il-punt (98b) li ġej:

“(98b)

‘sustanzi psikoattivi’ tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, bl-eċċezzjoni tal-kafeina u t-tabakk;”.


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1297

tal-4 ta’ Awwissu 2021

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bħalissa, l-aċidi perfluworokarbossiliċi lineari u ramifikati li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (“C9-C14 PFCAs”), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs (2) iseħħu prinċipalment fl-Unjoni bħala prodotti sekondarji mhux intenzjonati matul il-manifattura ta’ sustanzi perfluworinati u polifluworinati li fihom katina tal-karbonju ta’ inqas minn disa’ atomi tal-karbonju, bħal pereżempju l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA). Barra minn hekk, huwa possibbli li l-kumpaniji jistgħu jikkunsidraw l-użu tas-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs bħala sostituti għall-PFOA, l-imlieħ tiegħu u s-sustanzi relatati fil-ġejjieni, speċjalment wara li jibdew japplikaw ir-restrizzjonijiet tad-Dritt tal-Unjoni. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu evitati l-manifattura u l-użu futuri possibbli li jirriżultaw f’żieda fir-rilaxxi fl-ambjent.

(2)

Fis-17 ta’ Diċembru 2015 u fit-12 ta’ Jannar 2017, rispettivament, żewġ gruppi ta’ C9-C14 PFCAs, jiġifieri l-aċidu perfluworononan-1-ojku (“PFNA”) li fih disa’ atomi tal-karbonju fil-katina, kif ukoll l-imlieħ tas-sodju u tal-ammonju tiegħu, u l-aċidu nonadekafluworodekanojku (“PFDA”) li fih 10 atomi tal-karbonju fil-katina, kif ukoll l-imlieħ tas-sodju u tal-ammonju tiegħu, ġew inklużi fil-Lista ta’ Kandidati ta’ Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (“SVHC”) biex potenzjalment jiġu inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħala tossiċi għar-riproduzzjoni f’konformità mal-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament, u bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (“PBT”), f’konformità mal-Artikolu 57(d) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, il-PFNA u l-PFDA, kif ukoll l-imlieħ tas-sodju u tal-ammonju tagħhom, huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) bħala karċinoġeniċi tal-kategorija 2 u tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B. Fid-19 ta’ Diċembru 2012, l-aċidu enikosafluworoundekanojku (“PFUnDA”) li fih 11-il atomu tal-karbonju fil-katina, l-aċidu trikosafluworododekanojku (“PFDoDA”) li fih 12-il atomu tal-karbonju fil-katina, l-aċidu pentakosafluworodekanojku (“PFTrDA”) li fih 13-il atomu tal-karbonju fil-katina u l-aċidu ettakosafluworotetradekanojku (“PFTDA”) li fih 14-il atomu tal-karbonju fil-katina ġew inklużi fil-Lista ta’ Kandidati ta’ SVHC, bħala sustanzi ta’ persistenza għolja u bijoakkumulazzjoni għolja (“vPvB”), f’konformità mal-Artikolu 57(e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Is-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs iridu wkoll jitqiesu bħala sustanzi PBT jew vPvB, rispettivament, minħabba t-trasformazzjoni jew id-degradazzjoni tagħhom fl-ambjent f’C9-C14 PFCAs.

(3)

Fis-6 ta’ Ottubru 2017, il-Ġermanja u l-Iżvezja ppreżentaw dossier (4) lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“id-dossier tal-Anness XV”) biex jipproponu li jiġu ristretti l-manifattura u t-tqegħid fis-suq tas-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs waħedhom, u biex jiġi ristrett l-użu tagħhom fil-produzzjoni ta’ sustanzi oħra, u t-tqegħid fis-suq tagħhom f’dawn is-sustanzi, bħala kostitwenti, taħlitiet u oġġetti jew partijiet magħmula minnhom. Sabiex jitnaqqas ir-rilaxx ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent u biex jiġi evitat li jiġu manifatturati, jitqiegħdu fis-suq u jintużaw bħala sostituti għas-sustanzi ristretti permezz tal-entrata 68 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (5), il-Ġermanja u l-Iżvezja pproponew limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 25 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs u l-imlieħ tagħhom u 260 ppb għat-total ta’ sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs. Ġew proposti eżenzjonijiet mill-Ġermanja u mill-Iżvezja għas-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs meta jseħħu bħala prodotti sekondarji mhux intenzjonati matul il-manifattura ta’ fluworokimiċi b’katina tal-karbonju perfluworo daqs jew iqsar minn tmien atomi jew għall-użu bħala sustanzi intermedji iżolati trasportati.

(4)

Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kumitat tal-Aġenzija għall-Istima tar-Riskju (“RAC”) adotta l-opinjoni tiegħu, fejn ikkonkluda li soġġett għal modifika tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-kundizzjonijiet proposti fid-dossier tal-Anness XV, restrizzjoni fuq il-manifattura, l-użu u t-tqegħid fis-suq tas-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ u s-sustanzi relatati tagħhom, hija l-aktar miżura xierqa fl-Unjoni kollha biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f’termini tal-effettività fit-tnaqqis ta’ dawk ir-riskji. L-RAC qabel mal-limiti ta’ konċentrazzjoni kif proposti mill-Ġermanja u mill-Iżvezja. L-RAC qabel mal-eżenzjonijiet proposti mill-Ġermanja u mill-Iżvezja minħabba li r-restrizzjoni proposta mhijiex maħsuba biex tipprevjeni l-manifattura tal-fluworokimiċi b’sitt atomi tal-karbonju jew inqas fil-katina molekulari. L-RAC irrakkomanda li jiġi eżentat għal perjodu limitat l-użu fil-produzzjoni ta’ inalaturi b’dożaġġ imkejjel taħt pressjoni li huma kritiċi għat-trattament tal-mard tal-pulmun minħabba l-volumi baxxi involuti ta’ ftit grammi u l-użu mediku importanti. L-RAC esprima l-opinjoni li tingħata eżenzjoni limitata biż-żmien għas-semikondutturi li fihom livelli baxxi ta’ C9-C14 PFCAs u għal tagħmir elettroniku nofsu lest u lest li fih semikondutturi speċjalizzati biex jintużaw bħala parts ta’ rikambju għat-tagħmir elettroniku lest.

(5)

Barra minn hekk, l-RAC irrakkomanda li għar-restrizzjoni tas-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs jiġu applikati l-istess eżenzjonijiet li japplikaw għar-restrizzjoni tal-PFOA fl-entrata 68 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(6)

Fid-29 ta’ Novembru 2018, il-Kumitat tal-Aġenzija għall-Analiżi Soċjoekonomika (“SEAC”) adotta l-opinjoni tiegħu, li tindika li r-restrizzjoni proposta fid-dossier tal-Anness XV, kif immodifikata mill-RAC u mill-SEAC, hija l-aktar miżura xierqa fl-Unjoni kollha biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f’termini tal-benefiċċji u kostijiet soċjoekonomiċi tagħha.

(7)

Abbażi tal-elementi soċjoekonomiċi pprovduti fid-dossier tal-Anness XV u ppreżentati matul il-konsultazzjonijiet pubbliċi, l-SEAC qabel mal-eżenzjonijiet proposti fid-dossier tal-Anness XV u rrakkomandati mill-RAC. L-SEAC qabel mad-differiment propost tar-restrizzjoni ta’ tmintax-il xahar. Barra minn hekk, l-SEAC issuġġerixxa valuri ta’ limitu ogħla għall-fluworopolimeri li fihom gruppi ta’ perfluworopropossi jew gruppi ta’ perfluworometossi u li jintużaw fi gruppi ta’ prodotti speċifiċi sabiex ikunu jistgħu jiġu prodotti. Madankollu, il-livell limitu ġeneriku ta’ 25 ppb jibqa’ applikabbli għall-oġġetti finali manifatturati minn dawk il-materjali.

(8)

Il-Forum tal-Aġenzija għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar, imsemmi fl-Artikolu 76(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ġie kkonsultat waqt il-proċess tar-restrizzjoni u l-opinjoni tiegħu ġiet ikkunsidrata.

(9)

Fis-16 ta’ Jannar 2019, l-Aġenzija ressqet l-opinjonijiet tal-RAC u tas-SEAC (6) lill-Kummissjoni.

(10)

Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ġie emendat f’konformità mad-Deċiżjoni adottata mill-Konferenza tal-Partijiet (SC-9/12) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes għall-PFOA (8), li fiha xi wħud mid-derogi, iżda mhux id-derogi kollha, inklużi fl-entrata 68 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-entrata 68 ta’ dak l-Anness ġiet effettivament sostitwita bl-emenda msemmija hawn fuq tar-Regolament (UE) 2019/1021. L-eżenzjonijiet li japplikaw għall-użu tal-PFOA, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA fl-emenda tar-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li japplikaw ukoll għas-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs bl-istess kundizzjonijiet minħabba l-proċess ta’ manifattura tal-fluworokimiċi li fihom iż-żewġ gruppi ta’ sustanzi bħala impuritajiet.

(11)

Wara l-finalizzazzjoni tal-opinjoni tal-RAC u tal-SEAC dwar ir-restrizzjoni proposta għas-C9-C14 PFCAs, il-Kummissjoni rċeviet żewġ talbiet addizzjonali għal eżenzjonijiet biex tiġi permessa l-produzzjoni tal-fluworopolimeri u tal-fluworoelastomeri, kif ukoll il-produzzjoni tal-mikrotrabijiet ta’ politetrafluwororetilen (PTFE) u l-użu f’taħlitiet u f’oġġetti għall-applikazzjonijiet industrijali u professjonali. Il-Kummissjoni talbet lill-ECHA għal opinjoni supplimentari, peress li l-prodotti finali jintużaw f’applikazzjonijiet ta’ valur għoli (9). Il-Kummissjoni rċeviet l-opinjoni supplimentari tal-RAC u tal-SEAC fil-15 ta’ Diċembru 2020 (10).

(12)

Filwaqt li tikkunsidra d-dossier tal-Anness XV, l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, il-Kummissjoni tqis li riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent jirriżulta mill-manifattura, mill-użu jew mit-tqegħid fis-suq ta’ C9-C14 PFCAs lineari u/jew ramifikati, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs waħedhom, bħala kostitwent ta’ sustanzi oħrajn, f’taħlitiet u f’oġġetti, li jrid jiġi indirizzat fl-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni tqis li r-restrizzjoni proposta, kif emendata mill-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-impatt soċjoekonomiku tagħha u d-disponibbiltà ta’ alternattivi kif ukoll l-allinjament ta’ xi wħud mill-eżenzjonijiet f’din ir-restrizzjoni mal-eżenzjonijiet fl-emenda tar-Regolament (UE) 2019/1021 hija miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jiġi indirizzat ir-riskju identifikat.

(13)

Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-restrizzjoni. Għalhekk, filwaqt li jiġi kkunsidrat s-suġġeriment mid-dossier tal-Anness XV kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, jenħtieġ li l-applikazzjoni tar-restrizzjoni tiġi differita għal 18-il xahar. Jenħtieġ li japplikaw differimenti jew eżenzjonijiet globali itwal biex jiġu indirizzati l-każijiet partikolari ta’ setturi speċifiċi.

(14)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Is-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs huma sustanzi li, skont l-istruttura molekulari tagħhom, jitqiesu li għandhom il-potenzjal li jiddegradaw jew jittrasformaw f’C9-C14 PFCAs.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  https://www.echa.europa.eu/documents/10162/2ec5dfdd-0e63-0b49-d756-4dc1bae7ec61

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1000 tat-13 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u s-sustanzi relatati mal-PFOA (ĠU L 150, 14.6.2017, p. 14).

(6)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13641/rest_pfcas_compiled_racseac_opi_en.pdf/b06db225-3995-13fd-d89a-a9b73ef6bfc2

(7)  ĠU L 188 I, 15.6.2020, p. 1.

(8)  http://www.pops.int/TheConvention/ConferenceoftheParties/Meetings/COP9/tabid/7521/Default.aspx

(9)  https://echa.europa.eu/documents/10162/034d97c3-7975-19f5-3739-76c288ad2b0c

(10)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13579/art77_3c_pfoa_pfca_derogations_compiled_rac_seac_opinions_en.pdf/6582d9a1-56b2-3e88-a70f-cdf3ab33d421


ANNESS

Fl-Anness XVII, l-entrata 68 hija sostitwita b’dan li ġej:

“68.

Aċidi perfluworokarbossiliċi lineari u ramifikati bil-formula CnF2n+1-C(= O)OH fejn n = 8, 9, 10, 11, 12, jew 13 (C9-C14 PFCAs),

inkluż l-imlieħ tagħhom, u kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom;

Kwalunkwe sustanza relatata mal-C9-C14 PFCAs li jkollha grupp perfluworo bil-formula CnF2n+1- marbuta direttament ma’ atomu tal-karbonju ieħor, fejn n = 8, 9, 10, 11, 12, jew 13, inkluż l-imlieħ tagħhom u kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom;

Kwalunkwe sustanza relatata mal-C9-C14 PFCAs li jkollha grupp perfluworo bil-formula CnF2n+1- li mhijiex marbuta direttament ma’ atomu tal-karbonju ieħor, fejn n = 9, 10, 11, 12, 13 jew 14 bħala waħda mill-elementi strutturali, inkluż l-imlieħ tagħhom u kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom.

Is-sustanzi li ġejjin huma esklużi minn din id-deżinjazzjoni

CnF2n+1-X, fejn X = F, Cl, jew Br

fejn n = 9, 10, 11, 12, 13 jew 14, inkluż kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom;

CnF2n+1-C(= O)OX’ fejn n> 13 u X’=kwalunkwe grupp, inkluż l-imlieħ.

______________________________

1.

Ma għandhomx jiġu manifatturati, jew jitqiegħdu fis-suq bħala sustanzi waħedhom mill-25 ta’ Frar 2023.

2.

Mill-25 ta’ Frar 2023, ma għandhomx jintużaw, jew jitqiegħdu fis-suq fi:

(a)

sustanza oħra, bħala kostitwent;

(b)

taħlita;

(c)

oġġett,

ħlief jekk il-konċentrazzjoni fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett tkun inqas minn 25 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs u l-imlieħ tagħhom jew 260 ppb għat-total ta’ sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs.

3.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-limitu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun 10 ppm għat-total ta’ C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs, fejn ikunu preżenti f’sustanza li trid tintuża bħala sustanza intermedja iżolata trasportata, diment li l-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 18(4) ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati għall-manifattura tal-fluworokimiki b’tul tal-katina tal-karbonju perfluworo ta’ sitt atomi jew iqsar. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan il-limitu mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2023.

4.

Il-paragrafu 2 għandu jibda japplika mill-4 ta’ Lulju 2023:

(i)

għat-tessili għar-reżistenza għaż-żejt u l-ilma għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn likwidi perikolużi li jinvolvu riskji għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom;

(ii)

għall-manifattura tal-politetrafluwororetilen (PTFE) u tal-fluworur tal-poliviniliden (PVDF) għall-produzzjoni ta’:

membrani għall-filtrazzjoni tal-gass ta’ prestazzjoni għolja, reżistenti għall-korrużjoni, membrani għall-filtrazzjoni tal-ilma u membrani għal tessili mediċi;

tagħmir ta’ skambju tas-sħana għall-irkupru tas-sħana mit-trattament tal-iskart industrijali;

siġillanti industrijali li kapaċi jipprevjenu t-tnixxija ta’ komposti organiċi volatili u ta’ partikuli ta’ PM 2,5

5.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-użu ta’ C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs għandu jiġi permess sal-4 ta’ Lulju 2025

(i)

għall-fotolitografija jew għall-proċessi ta’ inċiżjoni fil-manifattura ta’ semikondutturi;

(ii)

għall-kisjiet fotografiċi applikati lill-films;

(iii)

għall-apparati mediċi invażivi u impjantabbli;

(iv)

għar-ragħwa għat-tifi tan-nar li tintuża biex trażżan il-fwar tal-karburanti likwidi u n-nirien li jieħdu mill-karburanti likwidi (nirien tal-Klassi B) li huma diġà installati f’sistemi, kemm dawk mobbli kif ukoll dawk fissi, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

ir-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs ma għandhiex tintuża għat-taħriġ;

ir-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha, C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs ma għandhiex tintuża għall-ittestjar sakemm ma jkunux ikkonfinati r-rilaxxi kollha;

mill-1 ta’ Jannar 2023, l-użu tar-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha s-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs għandha tkun ristretta għal siti fejn ir-rilaxxi kollha jistgħu jiġu kkonfinati;

il-ħażniet tar-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha s-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs għandhom ikunu ġestiti f’konformità mal-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) 2019/1021.

6.

Il-paragrafu 2(c) ma għandux japplika għall-oġġetti mqiegħda fis-suq qabel il-25 ta’ Frar 2023.

7.

Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-kisi tal-landa għall-inalaturi b’dożaġġ imkejjel taħt pressjoni sal-25 ta’ Awwissu 2028.

8.

Il-paragrafu 2(c) għandu jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2023:

(a)

għas-semikondutturi waħedhom;

(b)

għas-semikondutturi inkorporati f’tagħmir elettroniku nofsu lest u lest.

9.

Il-paragrafu 2(c) għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2030 għas-semikondutturi użati fi spare parts jew parts ta’ rikambju għal tagħmir elettroniku lest imqiegħed fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2023.

10.

Sal-25 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun 2 000 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi. Mill-25 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun 100 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi. L-emissjonijiet kollha ta’ C9-C14 PFCAs matul il-manifattura u l-użu tal-fluworoplastik u tal-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi għandhom jiġu evitati u, jekk dan ma jkunx possibbli, jitnaqqsu kemm jista’ jkun teknikament u prattikament possibbli. Din id-deroga ma għandhiex tapplika għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2(c). Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina din id-deroga mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2024.

11.

Il-limitu ta’ konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ta’ 1 000 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs, fejn dawn ikunu preżenti fil-mikrotrabijiet tal-PTFE prodotti mill-irradjazzjoni jonizzanti jew mid-degradazzjoni termali, kif ukoll fit-taħlitiet u fl-oġġetti għall-użi industrijali u professjonali li fihom il-mikrotrabijiet tal-PTFE. L-emissjonijiet kollha ta’ C9-C14 PFCAs matul il-manifattura u l-użu tal-mikrotrabijiet tal-PTFE għandhom jiġu evitati u, jekk dan ma jkunx possibbli, jitnaqqsu kemm jista’ jkun teknikament u prattikament possibbli. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina din id-deroga mhux aktar tard minn 25 ta’ Awwissu 2024.

12.

Għall-finijiet ta’ din l-entrata, is-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs huma sustanzi li, abbażi tal-istruttura molekulari tagħhom, jitqiesu li għandhom il-potenzjal li jiddegradaw jew jittrasformaw f’C9-C14 PFCAs.”


DEĊIŻJONIJIET

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1298

tat-30 ta’ Lulju 2021

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġie propost is-Sur Juan José MARTÍNEZ LOZANO għall-ħatra.

(4)

Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Adrián Ariel ZITTELLI FERRARI, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Director General de Unión Europea de la Región de Murcia - Asamblea Regional de Murcia (Direttur-Ġenerali għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun ta’ Murcia – Assemblea Reġjonali ta’ Murcia), bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Adrián Ariel ZITTELLI FERRARI, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta — Director General de Unión Europea de la Región de Murcia - Asamblea Regional de Murcia (Direttur-Ġenerali għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun ta’ Murcia — Assemblea Reġjonali ta’ Murcia), huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1299

tal-4 ta’ Awwissu 2021

li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-eżaflumuron għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva eżaflumuron ġiet approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-tip ta’ prodott 18 (2).

(2)

L-approvazzjoni tal-eżaflumuron għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 se tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2022. Fit-23 ta’ Settembru 2020 ġiet sottomessa applikazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-eżaflumuron.

(3)

Billi l-eżaflumuron jissodisfa l-kriterji ta' sustanza tossika persistenti u bijoakkumulattiva (sustanza PBT), jew ta' sustanza persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna (sustanza vPvB) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-eżaflumuron jissodisfa l-kriterji ta' esklużjoni stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(4)

Fit-18 ta’ Frar 2021, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tal-Greċja infurmat lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni kienet meħtieġa. Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti li tevalwa trid twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni fi żmien 365 jum mill-validazzjoni tagħha.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti li tevalwa tista’, jekk ikun hemm il-bżonn, titlob li l-applikant jipprovdi biżżejjed data għat-twettiq tal-evalwazzjoni. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li b’kollox ma jistax jaqbeż total ta’ 180 jum sakemm ma tkunx iġġustifikata sospensjoni itwal minħabba t-tip ta’ data li tintalab jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali.

(6)

Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) trid tħejji u tissottometti lill-Kummissjoni opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Għaldaqstant, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni tal-eżaflumuron għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 x’aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-eżaflumuron għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 għal perjodu ta’ żmien twil biżżejjed biex l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi eżaminata.

(8)

Billi l-limiti ta' żmien għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, u għat-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-opinjoni tal-Aġenzija, u l-perjodu ta' żmien meħtieġ biex jiġi ddeterminat jekk hijiex issodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u għaldaqstant jekk tistax tiġġedded l-approvazzjoni tal-eżaflumuron, jixraq li d-data ta' skadenza tal-approvazzjoni tiġi posposta għat-30 ta' Settembru 2024.

(9)

Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, jenħtieġ li l-eżaflumuron għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 tibqa’ approvata suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1982,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-eżaflumuron għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18 hija posposta għat-30 ta’ Settembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1982 tal-4 ta’ Novembru 2015 li japprova l-eżaflumuron bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 13).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


Rettifika

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/38


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1737 tal-14 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta’ sustanzi skedati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L392 tat-23 ta’ Novembru 2020 )

Fil-paġna 5, fl-Anness I, fl-emendi għall-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 273/2004,

minflok:

“(c)

fl-entrata għall-Aċidu antraniliku fit-tabella “SUBKATEGORIJA 2B”, il-kodiċi tan-NM “2922 43 00” huwa sostitwit b’“ex 2922 43 00”;”,

aqra:

“(c)

fl-entrata għall-Aċidu antraniliku fit-tabella “SUBKATEGORIJA 2B”, il-kodiċi tan-NM “2922 43 00” huwa sostitwit b’“2922 43 00”;”;

Fil-paġna 7, fl-Anness II, fl-emendi għall-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005,

minflok:

“(2)

It-tabella “Kategorija 2” hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Aċidu antraniliku, il-kodiċi tan-NM “2922 43 00” huwa sostitwit b’“ex 2922 43 00”;”,

aqra:

“(2)

It-tabella “Kategorija 2” hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Aċidu antraniliku, il-kodiċi tan-NM “2922 43 00” huwa sostitwit b’“2922 43 00”;”.


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/39


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/805 tat-8 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 180 tal-21 ta’ Mejju 2021 )

Fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/805 kollu u fil-forma grammatikali xierqa,

minflok:

“sigurtà”,

aqra:

“sikurezza”;

F’paġna 33, fl-Anness, fl-emendi tat-Taqsima IIIa, tal-parti IIIa.2A1., tal-punt (1)(d) tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

minflok:

“is-solvent(i) għar-rikostituzzjoni ta’ akkumpanjament;”,

aqra:

“is-solvent(i) ta’ akkumpanjament għar-rikostituzzjoni;”;

F’paġna 33, fl-Anness, fl-emendi tat-Taqsima IIIa, tal-Parti IIIa.2A1., tal-punt (1)(e), tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

minflok:

“it-tip ta’ kontenitur u l-għeluq tiegħu użati għall-forma tad-dożaġġ u għal kwalunkwe solvent u apparat għar-rikostituzzjoni li jakkumpanjawha, jekk applikabbli.”,

aqra:

“it-tip ta’ kontenitur u l-għeluq tiegħu użati għall-forma tad-dożaġġ u għal kwalunkwe solvent u apparat ta’ akkumpanjament għar-rikostituzzjoni, jekk applikabbli.”;

F’paġna 50, fl-Anness, fl-emendi tat-Taqsima IIIb, tal-Parti IIIb.2A1., tal-punt (1)(d) tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

minflok:

“is-solventi għar-rikostituzzjoni ta’ akkumpanjament.”,

aqra:

“is-solventi ta’ akkumpanjament għar-rikostituzzjoni.”;

F’paġna 73, fl-Anness, fl-emendi tat-Taqsima V, tal-punt V.1.5.5.6.(d) tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

minflok:

“Kienu diġà identifikati kwistjonijiet ta’ immunosigurtà bħall-immunotossiċità (ħsara diretta liċ-ċelloli immuni), l-immunostimulazzjoni, l-immunosoppressjoni u l-immunomodulazzjoni (bħall-attivazzjoni komplementari, l-infjammazzjoni, l-attivazzjoni tal-immunità naturali jew adattiva) għan-nanomediċini.”,

aqra:

“Kienu diġà identifikati kwistjonijiet ta’ immunosikurezza bħall-immunotossiċità (ħsara diretta liċ-ċelloli immuni), l-immunostimulazzjoni, l-immunosoppressjoni u l-immunomodulazzjoni (bħall-attivazzjoni komplementari, l-infjammazzjoni, l-attivazzjoni tal-immunità naturali jew adattiva) għan-nanomediċini.”.