ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/1 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1229 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
fl-14 ta’ Lulju 2021
Dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 322 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li fasslet pjan direzzjonali li jistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir għall-Ewropa u objettivi ambizzjużi kontra t-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent. F’konformità mal-objettiv li tinkiseb il-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u li tinkiseb n-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 b’mod effettiv u soċjalment ġust, il-Patt Ekoloġiku Ewropew ippropona Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, biex jipprovdi riżorsi biex tiġi ffaċċata l-isfida tal-proċess ta’ tranżizzjoni lejn il-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Dawk ir-reġjuni u n-nies l-iktar vulnerabbli huma dawk li l-iktar jiġu esposti għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali. It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima hija s-sors ta’ opportunitajiet ekonomiċi ġodda, b’potenzjal sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari f’territorji li bħalissa jiddependu fuq il-karburanti fossili. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tas-sigurtà u r-reżiljenza tal-enerġija. Madanakollu, it-tranżizzjoni tista’ twassal ukoll għal kostijiet soċjali u ekonomiċi fuq terminu qasir f’territorji li għaddejjin minn proċess qawwi ta’ dekarbonizzazzjoni, u li diġà ddgħajfu mill-effetti ekonomiċi u soċjali ta’ tfixkil tal-kriżi tal-COVID-19. |
(2) |
Il-ġestjoni tat-tranżizzjoni ser teħtieġ bidliet strutturali sinifikanti kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni teħtieġ li tnaqqas l-inugwaljanzi, toħloq effett nett fuq l-impjiegi b’impjiegi ġodda ta’ kwalità għolja, u tkun ġusta u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd, filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività. F’dak ir-rigward, huwa kritiku li t-territorji milquta b’mod l-aktar negattiv mit-tranżizzjoni, b’mod partikolari r-reġjuni tal-estrazzjoni tal-faħam, jistgħu jiġu appoġġati biex jiddiversifikaw u jagħtu ħajja ġdida lill-ekonomiji lokali tagħhom u joħolqu opportunitajiet ta’ impjieg sostenibbli għall-ħaddiema milquta. |
(3) |
Fl-14 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni intitolata “Il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli - il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa Sostenibbli, li fiha pproponiet Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta li jiffoka fuq dawk ir-reġjuni u s-setturi li huma l-aktar milquta mit-tranżizzjoni minħabba id-dipendenza tagħhom fuq il-karburanti fossili, bħall-faħam, il-pit u x-shale bituminuż, jew id-dipendenza tagħhom fuq proċessi industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, iżda għandhom kapaċità inqas li jiffinanzjaw l-investimenti meħtieġa. Il-ħolqien ta’ Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta ġie affermat ukoll mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta’ Lulju 2020. Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) jikkonsisti minn tliet pilastri: Fond għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat taħt ġestjoni kondiviża, Skema ddedikata ta’ Tranżizzjoni Ġusta taħt InvestEU, u faċilità ta’ self għas-settur pubbliku biex jiġu mmobilizzati investimenti addizzjonali għar-reġjuni kkonċernati. Dawk it-tliet pilastri jipprovdu appoġġ komplementari lil dawk ir-reġjuni, bil-ħsieb li titrawwem it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050. |
(4) |
Għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni aħjar tal-JTF, għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ tranżizzjoni ġusti, li jistabbilixxu l-passi ewlenin u l-iskeda ta’ żmien tal-proċess ta’ tranżizzjoni u li jidentifikaw it-territorji li huma l-aktar milquta b’mod negattiv mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u li għandhom inqas kapaċità li jindirizzaw l-isfidi ta’ tranżizzjoni. Il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta għandhom jitħejjew flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti u jinvolvu l-imsieħba rilevanti kollha skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Dawn jistgħu jiġu emendati, flimkien mal-programmi korrispondenti appoġġati mill-JTF, f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dak ir-Regolament, biex jinkludu territorji ġodda li jkunu affettwati serjament mit-tranżizzjoni b’mod li ma kienx antiċipat fil-mument tal-adozzjoni inizjali tagħhom. |
(5) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita faċilità ta’ self għas-settur pubbliku (il-“Faċilità”). Din tikkostitwixxi t-tielet pilastru tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, li għandu l-għan li jappoġġa l-investimenti mill-entitajiet tas-settur pubbliku, minħabba r-rwol ewlieni tas-settur pubbliku fl-indirizzar tal-fallimenti tas-suq. Tali investimenti jenħtieġ li jilħqu l-ħtiġijiet ta’ żvilupp li jirriżultaw minn sfidi ta’ tranżizzjoni deskritti fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta li ġew approvati mill-Kummissjoni. L-attivitajiet previsti għal appoġġ taħt il-Faċilità jenħtieġ li jkunu konsistenti ma’, u jenħtieġ li jikkumplimentaw, l-attivitajiet appoġġati skont iż-żewġ pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Sabiex id-durata tagħha tkun allinjata mal-perijodu tal-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 (il-“QFP 2021-2027”) stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (6), jenħtieġ li l-Faċilità tiġi stabbilita għal perijodu ta’ seba’ snin. |
(6) |
Sabiex jissaħħu l-koeżjoni u d-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, il-Faċilità jenħtieġ li tkopri firxa wiesgħa ta’ investimenti sostenibbli, diment li tali investimenti jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ żvilupp ta’ dawn it-territorji ikkawżati mit-tranżizzjoni lejn il-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 u n-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, kif deskritt fil-pjanijiet għal tranżizzjoni territorjali ġusta. Sabiex tittejjeb l-effettività tal-Faċilità, jenħtieġ li hija tkun tista’ tappoġġa proġetti eliġibbli li bdew l-istadju ta’ implimentazzjoni tagħhom qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni minn benefiċjarji lill-Faċilità. Jenħtieġ li l-Faċilità ma tappoġġax investimenti li jkopru xi waħda mill-attivitajiet eskluża taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), iżda jistgħu jappoġġaw investimenti fl-enerġija rinnovabbli ul-mobbiltà ekoloġika u sostenibbli, inkluż il-promozzjoni tal-idroġenu ekoloġiku, f’networks effiċjenti tat-tisħin distrettwali, fir-riċerka pubblika, fid-diġitalizzazzjoni, fl-infrastruttura ambjentali għall-ġestjoni intelliġenti tal-iskart u tal-ilma, u jistgħu jappoġġaw l-enerġija sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika u l-miżuri ta’ integrazzjoni, inkluż ir-rinnovazzjonijiet u l-konverżjonijiet tal-bini, it-tiġdid u r-riġenerazzjoni urbani, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, ir-restawr u d-dekontaminazzjoni tal-art u tal-ekosistema, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, il-bijodiversità, kif ukoll it-taħriġ ta’ aġġornament u t-taħriġ mill-ġdid, taħriġ u infrastruttura soċjali, inkluż il-faċilitajiet ta’ kura u l-akkomodazzjoni soċjali. |
(7) |
L-iżviluppi fl-infrastruttura jistgħu jinkludu wkoll proġetti u soluzzjonijiet transfruntiera li jwasslu għal reżiljenza mtejba li jifilħu għal diżastri ekoloġiċi, b’mod partikolari dawk aċċentwati mit-tibdil fil-klima. Approċċ ta’ investiment komprensiv jenħtieġ li jkun preferut, b’mod partikolari għal territorji bi bżonnijiet importanti ta’ tranżizzjoni. L-investimenti f’setturi oħra jistgħu jiġu appoġġati wkoll jekk ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta approvati. Billi tappoġġa investimenti li ma jiġġenerawx biżżejjed flussi ta’ dħul biex ikopru l-kostijiet tal-investiment tagħhom, il-Faċilità jenħtieġ li jkollha l-għan li tipprovdi lill-entitajiet tas-settur pubbliku riżorsi addizzjonali meħtieġa biex jindirizzaw l-isfidi territorjali, soċjali, ekonomiċi u ambjentali li ser jirriżultaw mill-aġġustament għat-tranżizzjoni. Sabiex tgħin fl-identifikazzjoni ta’ investimenti li huma eliġibbli taħt il-Faċilità u li għandhom impatt ambjentali pożittiv għoli, inkluż fir-rigward tal-bijodiversità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, meta twettaq l-evalwazzjoni tal-Faċilità, it-tassonomija tal-UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Jenħtieġ li s-sħab finanzjarji kollha jużaw, fejn applikabbli, it-tassonomija tal-UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, inkluż il-prinċipju “tagħmilx ħsara sinifikanti”, biex jipprevedu għat-trasparenza fir-rigward ta’ proġetti sostenibbli. |
(8) |
Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-ugwaljanza bejn is-sessi, jenħtieġ li jiġu żgurati, kif xieraq, matul it-tħejjija, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti eliġibbli taħt il-Faċilità. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-benefiċjarji u l-Kummissjoni jevitaw ukoll kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta’ ġeneru, ta’ oriġini razzjali jew etnika, ta’ reliġjon jew twemmin, ta’ diżabbiltà, ta’ età jew ta’ orjentazzjoni sesswali matul l-implimentazzjoni tal-Faċilità. L-objettivi tal-Faċilità jenħtieġ li jiġu segwiti skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, il-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (8) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) u l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. |
(9) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (ir-“Regolament Finanzjarju”) u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
(10) |
Jenħtieġ li l-Faċilità tipprovdi appoġġ fil-forma ta’ għotjiet ipprovduti mill-Unjoni flimkien ma’ self ipprovdut minn sieħeb finanzjarju f’konformità mar-regoli, il-politiki u l-proċeduri ta’ self tagħha Il-pakkett finanzjarju għall-komponent tal-għotja, implimentat mill-Kummissjoni b’ġestjoni diretta jenħtieġ li jieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, f’konformità mal-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju. Dik il-forma ta’ finanzjament jenħtieġ li tgħin biex il-promoturi tal-proġetti jkunu jistgħu jipparteċipaw u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Faċilità b’mod effiċjenti meta mqabbla mad-daqs tas-self. Il-komponent tas-self jenħtieġ li jiġi pprovdut mill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI). Għandu jkun possibbli li l-Faċilità tiġi estiża biex sħab finanzjarji oħra jkunu jistgħu jipprovdu l-komponent ta’ self, fejn isiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-komponent ta’ għotja jew fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni korretta tal-Faċilità. F’tali każijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni li testendi l-Faċilità u tagħżel sħab finanzjarji addizzjonali, filwaqt li tqis il-kapaċità tagħhom li jissodisfaw l-objettivi tal-Faċilità, li jikkontribwixxu r-riżorsi proprji tagħhom u li jiżguraw kopertura ġeografika xierqa. |
(11) |
Jenħtieġ li jiġu ffirmati ftehimiet amministrattivi bejn il-Kummissjoni u s-sħab finanzjarji. Dawk il-ftehimiet jenħtieġ li jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ proġetti, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ kull parti, inkluż l-arranġamenti dettaljati tal-awditi, ta’ rappurtar u ta’ komunikazzjoni. Jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ komunikazzjoni jinkludu, b’mod partikolari, l-obbligu li tiġi ppubblikata informazzjoni għal kull proġett jew skema ta’ self individwali li tirċievi appoġġ taħt il-Faċilità. |
(12) |
Billi tindirizza l-ħtiġijiet ta’ investiment tat-territorji l-aktar milquta b’mod negattiv mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, jenħtieġ li l-Faċilità tipprovdi kontribut ewlieni biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi. Ir-riżorsi mill-komponent tal-għotja tal-Faċilità għalhekk ser jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi bl-istess mod bħall-JTF. |
(13) |
EUR 250 000 000 tal-komponent tal-għotja tal-Faċilità jenħtieġ li jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 u jenħtieġ li jikkostitwixxi l-ammont primarju ta’ referenza, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (10), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(14) |
EUR 275 000 000 tal-komponent tal-għotja tal-Faċilità jenħtieġ li jiġi ffinanzjat permezz ta’ ħlasijiet lura li ġejjin mill-istrumenti finanzjarji stabbiliti taħt il-programmi elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Dan id-dħul joriġina minn programmi mitmuma indipendenti mill-Faċilità u jenħtieġ li jitqies bħala dħul assenjat estern b’deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju abbażi tal-Artikolu 322(1) TFUE. |
(15) |
EUR 1 000 000 000 tal-komponent tal-għotja tal-Faċilità jenħtieġ li jiġu ffinanzjati minn eċċess prevedibbli tal-proviżjonament għall-garanzija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Għalhekk, jenħtieġ li ssir deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 213(4) tar-Regolament Finanzjarju, li jipprevedi obbligu għal kwalunkwe eċċess ta’ provvedimenti għal garanzija baġitarja li għandu jiġi rritornat lill-baġit, sabiex dak l-eċċess jiġi assenjat lill-Faċilità. Dak id-dħul assenjat jenħtieġ li jitqies bħala dħul assenjat estern b’deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju abbażi tal-Artikolu 322(1) TFUE. |
(16) |
F’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat estern jistgħu awtomatikament jiġu trasferiti għall-programm jew azzjoni suċċessivi. Dik id-dispożizzjoni tippermetti t-tqabbil tal-iskeda pluriennali tad-dħul assenjat mal-perkors ta’ implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-Faċilità. |
(17) |
Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll riżorsi għall-appoġġ konsultattiv sabiex jiġu promossi t-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti eliġibbli, u t-tħejjija bikrija ta’ proġetti qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-benefiċjarju għall-Faċilità. Sehem minn dawk ir-riżorsi jenħtieġ li jiġi ddedikat għall-appoġġ tal-kapaċità endoġena tal-benefiċjarji biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-proġetti eliġibbli. |
(18) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-komponent tal-għotjiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu biex jalloka minn qabel l-ishma nazzjonali matul l-ewwel stadju, kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/1056. Madankollu, sabiex dak l-objettiv jiġi rrikonċiljat mal-ħtieġa li jiġi ottimizzat l-impatt ekonomiku tal-Faċilità u l-implimentazzjoni tagħha, tali ishma nazzjonali jenħtieġ li ma jiġux allokati minn qabel għall-perijodu wara l-31 ta’ Diċembru 2025. Minn hemm ’il quddiem, ir-riżorsi disponibbli li jifdal għall-komponent tal-għotja jenħtieġ li jiġu pprovduti mingħajr ebda sehem nazzjonali allokat minn qabel u fuq bażi kompetittiva fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tiġi żgurata l-prevedibbiltà għall-investiment u jiġi segwit approċċ ta’ konverġenza reġjonali u bbażat fuq il-ħtiġijiet. |
(19) |
Il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għoti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma u fis-sejħa għall-proposti. Dawk il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-kriterji tal-għoti jenħtieġ li jqisu r-rilevanza tal-proġett fil-kuntest tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp deskritti fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta, l-objettiv ġenerali tal-promozzjoni tal-konverġenza reġjonali u territorjali u s-sinifikat tal-komponent tal-għotja għall-vijabbiltà tal-proġett. Jenħtieġ ukoll li l-programmi ta’ ħidma jistabbilixxu kriterji tal-għoti għal każijiet fejn ir-riżorsi ma jkunux biżżejjed biex jappoġġaw proġetti eliġibbli. Jenħtieġ li tingħata prijorità lil proġetti li jinsabu f’reġjuni inqas żviluppati, lil proġetti li jikkontribwixxu direttament għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni u proġetti promossi minn entitajiet tas-settur pubbliku li jkunu adottaw pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni b’din il-ġerarkija korrispondenti ta’ kriterji, fejn applikabbli. L-Appoġġ tal-Unjoni mogħti taħt il-Faċilità jenħtieġ li b’hekk isir disponibbli biss lill-Istati Membri li għandhom b’mill-inqas pjan wieħed ta’ tranżizzjoni ġusta approvat. Il-programm ta’ ħidma u s-sejħiet għal proposti jenħtieġ li jqisu wkoll il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ippreżentati mill-Istati Membri biex jiżguraw li tiġi żgurata l-koerenza fost il-pilastri differenti tal-mekkaniżmu. Sabiex jiġi ottimizzat l-impatt tal-Faċilità, jenħtieġ li proġetti individwali appoġġati taħt il-Faċilità ma jirċievux appoġġ minn programmi oħra tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tat-tħejjija tal-proġetti.Madanakollu, għal operazzjonijiet magħmula minn proġetti separati identifikabbli, dawk il-proġetti jistgħu jiġu appoġġati minn programmi differenti tal-Unjoni, f’konformità mar-regoli ta’ eliġibbiltà applikabbli. |
(20) |
Sabiex tiġi ottimizzata l-effettività tal-assistenza tal-Unjoni u tiġi evitata s-sostituzzjoni ta’ appoġġ u investiment potenzjali minn riżorsi alternattivi, l-appoġġ taħt il-Faċilità jenħtieġ li jiġi pprovdut biss lil proġetti li ma jiġġenerawx flussi suffiċjenti ta’ dħul biex ikopru l-kostijiet tal-investiment tagħhom. Jenħtieġ li dak id-dħul jikkorrispondi għal dħul, għajr trasferimenti baġitarji, li huma ġġenerati direttament mill-attivitajiet imwettqa mill-proġett, bħal bejgħ, tariffi jew ħlasijiet għall-użu tat-triq u tfaddil inkrementali ġġenerat permezz tat-titjib tal-assi eżistenti. |
(21) |
Peress li l-komponent tal-għotja jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet ta’ żvilupp diverġenti tar-reġjuni madwar l-Istati Membri, tali appoġġ għandu jiġi aġġustat, favur reġjuni inqas żviluppati. Meta wieħed iqis il-fatt li l-entitajiet tas-settur pubbliku f’reġjuni inqas żviluppati ġeneralment jesperjenzaw inqas kapaċità ta’ investiment pubbliku, ir-rati tal-għotja applikati għal self ipprovdut lil tali entitajiet jenħtieġ li jkunu komparattivament ogħla. |
(22) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Faċilità, jista’ jkun meħtieġ li jingħata appoġġ konsultattiv għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti. Jenħtieġ li tali appoġġ jiġi pprovdut permezz taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għal proġetti eliġibbli u għat-tħejjija ta’ proġetti qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji li għandhom kapaċità amministrattiva aktar baxxa jew li jinsabu f’reġjuni inqas żviluppati. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tali appoġġ jingħata taħt programmi oħra tal-Unjoni. |
(23) |
Sabiex tkejjel l-effettività tal-Faċilità, il-kapaċità tagħha li tilħaq l-objettivi tagħha u tappoġġa t-tħejjija tal-estensjoni possibbli tagħha lil hinn mill-2027, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet interim u finali, inkluż valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi, jekk ikun xieraq, u jenħtieġ li tippreżenta r-rapporti ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12), jenħtieġ li l-Faċilità tiġi evalwata abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. |
(24) |
Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni u biex jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw fil-ħin, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi salvagwardji speċifiċi li għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet ta’ għotja. Fid-dawl ta’ dak l-objettiv, il-Kummissjoni, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li tkun tista’ tnaqqas jew ittemm kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni f’każijiet fejn hemm nuqqas serju ta’ progress fl-implimentazzjoni tal-proġett. Ir-Regolament Finanzjarju japplika għall-Faċilità. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, jenħtieġ li r-Regolament Finanzjarju japplika għall-komponent tal-għotja u għar-riżorsi għall-appoġġ konsultattiv ipprovdut taħt il-Faċilità. |
(25) |
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (14), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (15) u (UE) 2017/1939 (16), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi personali tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
(26) |
Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-Faċilità. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(27) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għażla ta’ sħab finanzjarji minbarra l-BEI. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). |
(28) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li t-territorji li huma l-aktar milquta b’mod negattiv mit-tranżizzjoni jibbenefikaw billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-iżvilupp korrispondenti permezz tal-ingranaġġ tal-investiment pubbliku, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, minħabba d-diffikultajiet li l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom biex jappoġġaw l-investimenti li ma jiġġenerawx biżżejjed flussi ta’ dħul biex ikopru l-kostijiet tal-investiment tagħhom, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-ħtieġa għal qafas ta’ implimentazzjoni koerenti taħt ġestjoni diretta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku (il-“Faċilità”) għad-durata tal-QFP 2021-2027 bħala appoġġ għall-entitajiet tas-settur pubbliku billi jgħaqqad l-għotjiet mill-baġit tal-Unjoni ma’ self mogħti mis-sħab finanzjarji, u jistabbilixxi l-objettivi tal-Faċilità. Huwa jistipula regoli għall-komponent tal-għotjiet tal-Faċilità, li jkopru b’mod partikolari l-baġit tagħha, il-forom ta’ appoġġ tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà.
Il-Faċilità għandha tipprovdi appoġġ għall-benefiċċju tat-territorji tal-Unjoni li jiffaċċjaw sfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali serji li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn il-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“ftehim amministrattiv” tfisser strument legali li jistabbilixxi l-qafas ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb finanzjarju li jistabbilixxi l-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi għall-implimentazzjoni tal-Faċilità skont dan ir-Regolament; |
(2) |
“benefiċjarju” tfisser entità legali stabbilita fi Stat Membru bħala korp tal-liġi pubblika jew stabbilita bħala korp irregolat mil-liġi privata inkarigati b’missjoni tas-servizz pubbliku, li miegħu l-Kummissjoni tkun iffirmat ftehim tal-għotja taħt l-Faċilità; |
(3) |
“sħab finanzjarji” tfisser il-BEI, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, banek promozzjonali nazzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż istituzzjonijiet privati, li magħhom il-Kummissjoni tiffirma ftehim amministrattiv biex tikkoopera permezz tal-Faċilità; |
(4) |
“proġett” tfisser kwalunkwe azzjoni identifikata mill-Kummissjoni bħala eliġibbli għal appoġġ mill-Unjoni taħt il-Faċilità, maħsuba li twettaq kompitu indiviżibbli ta’ natura ekonomika jew teknika preċiża, li għandha objettiv predefinit u perijodu stabbilit li matulu trid tiġi implimentata u ffinalizzata; |
(5) |
“pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta” tfisser pjan stabbilit f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056 u approvat mill-Kummissjoni; |
(6) |
“skema ta’ self” tfisser self mogħti lil benefiċjarju minn sħab finanzjarji bil-għan li tiġi ffinanzjata ġabra ta’ diversi proġetti determinati minn qabel taħt il-Faċilità; |
(7) |
“reġjun inqas żviluppat” tfisser reġjun inqas żviluppat kif imsemmi fl-Artikolu 108(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060. |
Artikolu 3
Objettivi
1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità huwa li tindirizza l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali serji li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn il-miri klimatiċi u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv ta’ newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, għall-benefiċċju tat-territorji tal-Unjoni identifikati fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.
2. L-objettiv speċifiku tal-Faċilità huwa li jżid l-investimenti tas-settur pubbliku li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tat-territorji identifikati fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, billi tiffaċilita l-finanzjament ta’ proġetti li ma jiġġenerawx biżżejjed flussi ta’ dħul biex ikopru l-kostijiet tal-investiment tagħhom, sabiex tiġi evitata s-sostituzzjoni ta’ appoġġ u investiment potenzjali minn riżorsi alternattivi.
3. Fit-twettiq tal-objettiv speċifiku msemmi fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li jiżgura li jingħata appoġġ konsultattiv għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti eliġibbli, meta meħtieġ, inkluż appoġġ għat-tħejjija tal-proġetti qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Dak l-appoġġ konsultattiv għandu jiġi pprovdut f’konformità mar-regoli u l-metodi ta’ implimentazzjoni għaċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).
Artikolu 4
Prinċipji orizzontali
1. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-ugwaljanza bejn is-sessi, għandhom jiġu żgurati, kif xieraq, matul it-tħejjija, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti eliġibbli.
2. Il-benefiċjarji u l-Kummissjoni għandhom jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta’ ġeneru, ta’ oriġini razzjali jew etnika, ta’ reliġjon jew twemmin, ta’ diżabbiltà, ta’ età jew ta’ orjentazzjoni sesswali matul l-implimentazzjoni tal-Faċilità. B’mod partikolari, matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti eliġibbli, meta rilevanti, għandha titqies l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà.
3. L-objettivi tal-Faċilità għandhom jiġu segwiti skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, il-Ftehim ta’ Pariġi u l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”.
Artikolu 5
Baġit
1. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni għall-perijodu 2021-2027, il-komponent tal-għotja tal-Faċilità għandu jiġi ffinanzjat minn:
(a) |
riżorsi mill-baġit tal-Unjoni li jammontaw għal EUR 250 000 000 fi prezzijiet kurrenti; u |
(b) |
dħul assenjat kif imsemmi fil-paragrafu 2 sal-ammont massimu ta’ EUR 1 275 000 000 fi prezzijiet kurrenti. |
2. Id-dħul assenjat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut permezz ta’ ħlasijiet lura li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji stabbiliti taħt il-programmi elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, sal-ammont massimu ta’ EUR 275 000 000, u mis-surplus tal-proviżjonament għall-garanzija tal-UE stabbilita mir-Regolament (UE) 2015/1017, sal-ammont massimu ta’ EUR 1 000 000 000.
3. Ir-riżorsi u d-dħul assenjat imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkomplementati mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi u minn korpi għajr dawk stabbiliti taħt it-TFUE jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Dawk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
4. B’deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-riżorsi li jirriżultaw mill-ħlasijiet lura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. B’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 213(4) tar-Regolament Finanzjarju, ir-riżorsi li jirriżultaw mis-surplus ta’ proviżjonament għall-garanzija tal-UE imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
5. Ammont sa 2 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw għall-assistenza teknika u amministrattiva biex tiġi implimentata l-Faċilità, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni, inklużi fir-rigward ta’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, kif ukoll infiq u tariffi amministrattivi tas-sħab finanzjarji.
6. Riżorsi sa ammont ta’ EUR 35 000 000 inklużi f’dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti għall-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3), li minnhom mill-inqas EUR 10 000 000 għandhom jappoġġaw il-kapaċità amministrattiva tal-benefiċjarji, b’mod partikolari fir-reġjuni inqas żviluppati.
7. L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.
KAPITOLU II
APPOĠĠ TAL-UNJONI
Artikolu 6
Forma ta’ appoġġ mill-Unjoni u metodu ta’ implimentazzjoni
1. L-appoġġ tal-Unjoni pprovdut taħt il-Faċilità għandu jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotjiet f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
2. L-appoġġ tal-Unjoni pprovdut taħt il-Faċilità għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 7
Disponibbiltà ta’ riżorsi
1. Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 5(1) u (3), wara t-tnaqqis ta’ dispożizzjoni għan-nefqa teknika u amministrattiva msemmija fl-Artikolu 5(5), għandhom jintużaw biex jiġu ffinanzjati proġetti f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.
2. Għal għotjiet mogħtija skont sejħiet għal proposti ppubblikati mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, l-appoġġ mill-Unjoni mogħti għal proġetti eliġibbli fi Stat Membru ma għandux jaqbeż l-ishma nazzjonali stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/1056.
3. Għal għotjiet mogħtija skont sejħiet għal proposti ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2026, l-appoġġ tal-Unjoni għal proġetti eliġibbli għandu jingħata mingħajr l-ebda sehem nazzjonali preallokat u fuq bażi kompetittiva fil-livell tal-Unjoni sakemm ir-riżorsi li jifdal jiġu eżawriti. L-għoti ta’ dawn l-għotjiet għandu jqis il-ħtieġa li tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-investiment u l-promozzjoni tal-konverġenza reġjonali, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lil reġjuni anqas żviluppati skont il-kriterji tal-għotjiet kif previst fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 8
Ftehimiet amministrattivi mas-sħab finanzjarji
Qabel ma tiġi implimentata l-Faċilità ma’ sieħeb finanzjarju, il-Kummissjoni u s-sieħeb finanzjarju għandhom jiffirmaw ftehim amministrattiv. Il-ftehim għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ kull parti għall-ftehim, inkluż dwar arranġamenti ta’ awditjar u ta’ komunikazzjoni inkluż b’mod partikolari l-obbligu li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar kull proġett iffinanzjat permezz tal-Faċilità u l-fini tal-iskemi ta’ self.
KAPITOLU III
ELIĠIBBILTÀ
Artikolu 9
Proġetti eliġibbli
1. Huma biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin li għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Unjoni taħt il-Faċilità:
(a) |
il-proġetti jkollhom impatt li jista’ jitkejjel, u jinkludu indikaturi tal-output fejn xieraq, meta jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali serji li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn il-miri klimatiċi u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u jkunu ta’ benefiċċju għat-territorji identifikati fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, anke jekk il-proġetti ma jkunux jinsabu f’dawk it-territorji; |
(b) |
il-proġetti ma jirċievu l-ebda appoġġ taħt l-ebda programm ieħor tal-Unjoni; |
(c) |
il-proġetti jirċievu self minn sieħeb finanzjarju taħt il-Faċilità; u |
(d) |
il-proġetti ma jiġġenerawx flussi suffiċjenti ta’ dħul biex ikopru l-kostijiet tal-investiment tagħhom, sabiex jipprevjenu s-sostituzzjoni ta’ appoġġ u investiment potenzjali minn riżorsi alternattivi; |
2. B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, proġetti li jirċievu appoġġ mill-Unjoni taħt il-Faċilità jistgħu jirċievu wkoll appoġġ ta’ konsulenza u assistenza teknika minn programmi oħra tal-Unjoni għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħhom.
3. Il-Faċilità ma għandhiex tappoġġa attivitajiet esklużi skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/1056.
Artikolu 10
Persuni u entitajiet eliġibbli
Minkejja l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, l-entitajiet legali biss li huma stabbiliti fi Stat Membru bħala korp irregolat bil-liġi pubblika jew stabbilita bħala korp irregolat mil-liġi privata inkarigat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, għandhom ikunu eliġibbli biex japplikaw bħala benefiċjarji potenzjali skont dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
GĦOTJIET
Artikolu 11
Għotjiet
1. L-għotjiet għandhom jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
2. L-ammont tal-għotja ma għandux jaqbeż il-15 % tal-ammont tas-self ipprovdut mis-sieħeb finanzjarju taħt il-Faċilità. Għal proġetti li jinsabu f’territorji fir-reġjuni l-inqas żviluppati, l-ammont tal-għotja ma għandux jaqbeż l-25 % tal-ammont tas-self ipprovdut mis-sieħeb finanzjarju taħt il-Faċilità.
3. Il-pagamenti ta’ għotja aġġudikata jistgħu jinqasmu f’diversi pagamenti marbuta mal-progress fl-implimentazzjoni kif stabbilit fil-ftehim tal-għotja.
Artikolu 12
Tnaqqis jew terminazzjoni tal-għotjiet
1. Minbarra r-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 131(4) tar-Regolament Finanzjarju, wara li jiġi kkonsultat is-sieħeb finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-għotja jew tittermina l-ftehim tal-għotja, jekk fi żmien sentejn mid-data tal-iffirmar tal-ftehim tal-għotja, ma jkunx ġie ffirmat il-kuntratt għall-provvisti, il-kuntratt tax-xogħlijiet jew il-kuntratt tas-servizzi l-aktar ekonomikament sinifikanti, u l-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt tkun prevista skont il-ftehim tal-għotja.
2. Fejn l-appoġġ tal-Unjoni jkun ikkombinat ma’ skemi ta’ self jew fejn kuntratt ta’ provvista, kuntratt ta’ xogħlijiet jew kuntratt ta’ servizzi ma jkunx previst, il-paragrafu 1 ma japplikax.
F’tali każijiet, wara konsultazzjoni mas-sieħeb finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-għotja jew ittemm il-ftehim tal-għotja, u tirkupra kwalunkwe ammont relatat imħallas, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja.
KAPITOLU V
SERVIZZI TA’ APPOĠĠ KONSULTATTIV
Artikolu 13
Servizzi ta’ appoġġ konsultattiv
1. L-appoġġ konsultattiv skont dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta f’konformità mar-regoli u l-metodi ta’ implimentazzjoni għaċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU.
2. L-attivitajiet meħtieġa għall-appoġġ tat-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ konsultattiv u għandhom ikunu ffinanzjati skont l-Artikolu 5(6).
KAPITOLU VI
PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
Artikolu 14
Programmi ta’ ħidma
1. Il-Faċilità għandha tiġi implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jinkludu kriterji tal-għoti, li japplikaw kull meta l-appoġġ tal-għotja mitlub totali għal proġetti eliġibbli jaqbeż ir-riżorsi disponibbli. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu prijoritajiet, fejn applikabbli, għal:
(a) |
proġetti promossi mill-benefiċjarji li jinsabu f’reġjuni inqas żviluppati; |
(b) |
proġetti li jikkontribwixxu direttament għall-kisba tal-miri klimatiċi u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050; u |
(c) |
għal proġetti promossi mill-benefiċjarji li jkunu adottaw pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 15
Għażla tas-sħab finanzjarji minbarra l-BEI
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għażla ta’ sħab finanzjarji minbarra l-BEI permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20.
2. Il-kondizzjonijiet għall-għażla tas-sħab finanzjarji minbarra l-BEI għandhom jirriflettu l-objettivi tal-Faċilità.
3. B’mod partikolari, fl-għażla tas-sħab finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tqis il-kapaċità ta’ sħab finanzjarji potenzjali:
(a) |
li jiżguraw li l-politika tas-self tagħhom tkun konsistenti mal-istandards ambjentali u soċjali tal-Unjoni, mal-miri klimatiċi tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u mal-objettiv ta’ newtralità klimatika sal-2050; |
(b) |
li jikkontribwixxu b’riżorsi proprji suffiċjenti biex jimmassimizzaw l-impatt tal-għotja tal-Unjoni; |
(c) |
li jiżguraw kopertura ġeografika xierqa tal-Faċilità u jippermettu l-finanzjament ta’ proġetti individwali iżgħar; |
(d) |
li jimplimentaw bir-reqqa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 155(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju relatati mal-ħasil tal-flus, mal-finanzjament tat-terroriżmu, mal-evitar tat-taxxa, mal-frodi tat-taxxa, mal-evażjoni tat-taxxa u mal-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx; |
(e) |
li jiżguraw trasparenza u viżibbiltà adegwata dwar kull proġett iffinanzjat permezz tal-Faċilità. |
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ sħab finanzjarji magħżula f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Monitoraġġ u rapportar
1. L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jżommu taħt monitoraġġ l-implimentazzjoni tal-Faċilità u l-progress tagħha fir-rigward tal-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
2. Is-sistema tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data li tirrigwarda l-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1 tinġabar b’mod effettiv, effiċjenti u fil-ħin. Il-benefiċjarji u s-sħab finanzjarji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data dwar dawk l-indikaturi f’konformità mal-ftehimiet tal-għotja u mal-ftehimiet amministrattivi, rispettivament.
3. Sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena kalendarja, li tibda mill-2022, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità. Dak ir-rapport għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-livell ta’ implimentazzjoni tal-Faċilità fir-rigward tal-objettivi, il-kondizzjonijiet u l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha.
4. Fejn ir-rapport tal-evalwazzjoni interim imsemmi fl-Artikolu 17(2) isib li l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II ma jippermettux valutazzjoni xierqa tal-Faċilità, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 biex temenda l-indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 17
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Faċilità u tal-kapaċità tagħha li tikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jitwettqu b’mod f’waqtu biżżejjed biex tittieħed azzjoni adatta.
2. L-evalwazzjoni interim tal-Faċilità għandha titwettaq sal-30 ta’ Ġunju 2025 u rapport dwar dik l-evalwazzjoni interim għandha tiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,. L-evalwazzjoni interim għandha b’mod partikolari tivvaluta:
(a) |
safejn l-appoġġ tal-Unjoni pprovdut taħt il-Faċilità kkontribwixxa fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tat-territorji li jimplimentaw il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta; |
(b) |
kif ikunu tqiesu l-prinċipji orizzontali msemmija fl-Artikolu 4; |
(c) |
il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi; |
(d) |
l-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 9 u kif ġew applikati l-obbligi ta’ viżibbiltà; |
(e) |
abbażi tal-proġetti appoġġati mill-Faċilità safejn il-Faċilità kkontribwiet għall-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), filwaqt li tqis il-kriterji ta’ skrinjar applikabbli previsti f’dak ir-Regolament. |
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim jista’ jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tqis, b’mod partikolari, l-aġġustamenti possibbli għall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà.
3. Fi tmiem il-perijodu ta’ implimentazzjoni, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar ir-riżultati u l-impatt fit-tul tal-Faċilità, li għandu jivvaluta wkoll il-kwistjonijiet msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 18
Awditjar
1. L-awditi dwar l-użu tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti taħt il-Faċilità li jitwettaq minn persuni jew minn entitajiet, inklużi persuni jew entitajiet oħrajn apparti dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-benefiċjarji u s-sħab finanzjarji, f’konformità mal-ftehimiet ta’ għotja u amministrattivi rispettivi tagħhom, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe awditur nnominat id-dokumenti kollha disponibbli li huma neċessarji biex huma jwettqu l-kompiti ta’ verifika tagħhom.
3. L-awditjar estern tal-attivitajiet imwettqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-użu tal-appoġġ tal-Unjoni pprovdut taħt il-Faċilità għandu jitwettaq mill-Qorti tal-Awdituri f’konformità mal-Artikolu 287 TFUE. Għal dawk il-finijiet, il-Qorti tal-Awdituri għandha, fuq talba tagħha, tingħata aċċess għal kwalunkwe dokument jew informazzjoni neċessarji biex twettaq il-kompiti ta’ awditjar tagħha, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar l-evalwazzjonijiet tal-applikazzjonijiet u l-eżitu tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 287(3) TFUE.
Artikolu 19
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 16(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 20
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 115(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 21
Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibbiltà
1. Il-benefiċjarji u s-sħab finanzjarji għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-appoġġ tal-Unjoni pprovdut taħt il-Faċilità, b’mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar il-Faċilità, il-proġetti ffinanzjati u r-riżultati ta’ dawk il-proġetti. Dak jinkludi, b’mod partikolari, li l-Istati Membri jiġu infurmati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-Faċilità biex tiffinanzja sħab oħra minbarra l-BEI u li l-Istati Membri jiġu infurmati dwar is-sejħiet għal proposti li ġew ippubblikati, kif ukoll iż-żieda fil-konsapevolezza rigward l-appoġġ tekniku u amministrattiv ipprovdut lill-benefiċjarji. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Faċilità għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-Faċilità.
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 5(5) biex tkun tista’ ssir il-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(1) ĠU C 373, 4.11.2020, p. 1.
(2) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 240.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2021.
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(8) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(10) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(11) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(12) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(13) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(17) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(19) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(20) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
ANNESS I
Strumenti finanzjarji li minnhom jistgħu jintużaw ripagamenti għall-Faċilità
A. Strumenti ta’ Ekwità:
— |
Faċilità Teknoloġika Ewropea (ETF98): id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 98/347/KE tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar miżuri ta’ assistenza finanzjarja għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) innovattivi u li joħolqu l-impjiegi - l-inizjattiva tkabbir u impjiegi (ĠU L 155, 29.5.1998, p. 43); |
— |
TTP: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta’ finanzjament rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet tal-attività “Suq intern tal-beni u politiki settorjali” tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għall-2007 u li tadotta d-deċiżjoni qafas rigward il-finanzjament tal-azzjoni preparatorja “L-UE tassumi r-rwol tagħha f’dinja globalizzata” u ta’ erba’ proġetti pilota: “Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ”, “Miżuri biex jippromovu l-kooperazzjoni u s-sħubiji bejn l-intrapriżi żgħar ħafna, dawk żgħar u dawk medji”, “Trasferiment Teknoloġiku” u “Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza” tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għall-2007 (C(2007) 531); |
— |
Faċilità Teknoloġika Ewropea (ETF01): id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/819/KE tal-20 ta’ Diċembru 2000 dwar programm multi-annwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija, u partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (IŻM) (2001-2005) (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 84); |
— |
GIF: id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15); |
— |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE): ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129) kif modifikat mir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1); |
— |
EFG tal-COSME: ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33); |
— |
Ekwità InnovFin:
|
— |
Tieqa tal-EaSI għall-Investimenti ta’ Bini ta’ Kapaċità: ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238). |
B. Strumenti ta’ Garanzija:
— |
Faċilità ta’ Garanzija għall-SMEs ‘98 (SMEG98): id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/347/KE tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar miżuri ta’ assistenza finanzjarja għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) innovattivi u li joħolqu l-impjiegi - l-inizjattiva tkabbir u impjiegi (ĠU L 155, 29.5.1998, p. 43); |
— |
Faċilità ta’ Garanzija għall-SMEs ‘01 (SMEG01): id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/819/KE tal-20 ta’ Diċembru 2000 dwar programm multi-annwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija, u partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) (2001-2005) (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 84); |
— |
Faċilità ta’ Garanzija għall-SMEs ‘07 (SMEG07): id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15); |
— |
Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress – Garanzija (EPMF-G): id-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 1); |
— |
Strumenti ta’ Qsim tar-Riskju
|
— |
Garanzija EaSI: ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238); |
— |
Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-Programm COSME (COSME LGF): ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33); |
— |
Dejn InnovFin:
|
— |
Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCS GF): ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221); |
— |
Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self lill-Istudenti (SLGF): ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50); |
— |
Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE): ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185). |
C. Strumenti għall-Kondiviżjoni tar-Riskji:
— |
InnovFin:
|
— |
Strument ta’ Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF DI): ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129); |
— |
Faċilità ta’ Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF): ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185). |
D. Strumenti ta’ Investiment Dedikati:
— |
Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress – Fonds commun de placements – fonds d’investissements spécialisés (EPMF FCP-FIS): id-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 1); |
— |
Marguerite:
|
— |
Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF): ir-Regolament (UE) Nru 1233/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 663/2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (ĠU L 346, 30.12.2010, p. 5). |
ANNESS II
Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (1)
1.
Volum ta’ għotjiet mogħtija
2.
Volum ta’ self iffirmat
2.1. |
Self individwali |
2.2. |
Skemi ta’ self |
3.
Investiment totali mobilizzat, maqsum kif ġej
3.1. |
Ammont ta’ finanzjament privat mobilizzat |
3.2. |
Ammont ta’ finanzjament pubbliku mobilizzat |
4.
Għadd ta’ proġetti li jirċievu appoġġ klassifikati skont:
4.1. |
il-Pajjiż |
4.2. |
ir-Reġjun NUTS 2 |
4.3. |
it-Territorju tat-tranżizzjoni ġusta appoġġat |
5.
Numru ta’ proġetti li qed jirċievu finanzjament taħt il-Faċilità
6.
Numru ta’ proġetti skont is-settur
6.1. |
Trasport |
6.2. |
Infrastruttura soċjali |
6.3. |
Utilitajiet pubbliċi (l-ilma, l-ilma mormi, it-tisħin distrettwali, l-enerġija, il-ġestjoni tal-iskart) |
6.4. |
Appoġġ dirett biex jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika (enerġija rinnovabbli, dekarbonizzazzjoni, effiċjenza enerġetika) |
6.5. |
Objettivi ambjentali |
6.6. |
Infrastruttura urbana u akkomodazzjoni |
6.7. |
Oħrajn |
7.
Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra, fejn rilevanti
8.
Ħolqien ta’ impjiegi, fejn rilevanti
(1) L-indikaturi kollha għandhom jiġu mqassma skont ir-reġjun, fejn rilevanti. Id-data personali kollha għandha tiġi mqassma skont il-ġeneru, fejn rilevanti.
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/20 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1230 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Lulju 2021
dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni
(kodifikazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (5). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi kkodifikat. |
(2) |
Għall-funzjonament korrett tas-suq intern u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali fi ħdan l-Unjoni, huwa essenzjali li l-imposti fuq il-ħlasijiet transkonfinali f’euro jkunu l-istess bħal dawk fuq il-pagamenti korrispondenti fi ħdan Stat Membru. |
(3) |
Fir-rigward tal-istrumenti tal-ħlas li huma prinċipalment jew esklussivament stampati, bħaċ-ċekkijiet, ma jingħatax parir li jiġi applikat il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti billi, min-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu pproċessati b’mod effiċjenti daqs il-pagamenti elettroniċi. |
(4) |
Il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti għandu jiġi applikat għal ħlasijiet li jinbdew jew li jintemmu b’mod stampat jew f’kontanti jekk ikunu pproċessati elettronikament bħala parti mill-katina tal-esekuzzjoni tal-ħlasijiet, għajr iċ-ċekkijiet, kif ukoll għall-imposti kollha, kemm jekk relatati direttament jew indirettament ma’ tranżazzjoni ta’ ħlas, li jinkludu imposti marbuta ma’ kuntratt. Imposti indiretti jinkludu imposti għat-twaqqif ta’ ordni għal ħlas permanenti, jew drittijiet għall-użu ta’ karta ta’ ħlas jew ta’ karta ta’ debitu jew kreditu, li għandhom ikunu l-istess għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet nazzjonali u transkonfinali fl-Unjoni. |
(5) |
Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-swieq tal-ħlas, huwa xieraq li jiġi applikat il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti. Għal dak il-għan għandu jiġi identifikat għal kull katergorija ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas transkonfinali, ħlas nazzjonali li għandu l-istess karatteristiċi ta’ ħlas transkonfinali jew karatteristiċi simili ħafna tiegħu. Il-kriterji li ġejjin jistgħu, pereżempju, jintużaw biex jiġi identifikat il-ħlas nazzjonali jkun ekwivalenti għal ħlas transkonfinali: il-mezz użat biex jinbeda, jiġi esegwit u jintemm il-ħlas, il-livell ta’ awtomazzjoni, kwalunkwe garanzija ta’ ħlas, l-istatus tal-klijent, ir-relazzjoni mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas, jew l-istrument ta’ ħlas użat, kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawk il-kriterji m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala eżawrjenti. |
(6) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jidhrilhom li jkun neċessarju, joħorġu linji gwida biex jiġu identifikati il-ħlasijiet ekwivalenti. Il-Kummissjoni, assistita fejn xieraq, mill-Kumitat tal-Ħlasijiet, stabbiliti bl-Artikolu 85(1) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandha tipprovdi gwida adattata u tassisti l-awtoritajiet kompetenti. |
(7) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern u biex jiġu evitati l-inugwaljanzi bejn utenti tas-servizzi ta’ pagament fiż-żona tal-euro u Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali bl-euro, jeħtieġ li jkun żgurat li l-imposti għall-pagamenti transkonfinali bl-euro fl-Unjoni jkunu allinjati mal-imposti għall-pagamenti nazzjonali ekwivalenti li jsiru bil-munita nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-utent tas-servizz ta’ pagament. Fornitur ta’ servizz ta’ pagament jitqies li jinsab fl-Istat Membru fejn jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-utent tas-servizz ta’ pagament. |
(8) |
L-imposti għall-kambju tal-munita jirrappreżentaw spiża sinifikanti ta’ pagamenti transkonfinali meta muniti differenti jkunu użati fl-Istat Membru tal-pagatur u fl-Istat Membru tal-benefiċjarju. L-Artikolu 45 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jeżiġi li l-imposti u r-rata tal-kambju użata jkunu trasparenti, l-Artikolu 52, punt (3), ta’ dik id-Direttiva jispeċifika rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti koperti minn kuntratt qafas u l-Artikolu 59(2) ta’ dik id-Direttiva jkopri r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal partijiet li joffru servizzi ta’ kambju tal-munita f’automated teller machine (ATM) jew fil-punt ta’ bejgħ. Huwa meħtieġ li jiġu previsti miżuri addizzjonali li jipproteġu lill-konsumaturi kontra tariffi eċċessivi għal servizzi ta’ kambju tal-munita u biex jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw l-informazzjoni li jeħtieġu biex jagħmlu l-aħjar għażla ta’ kambju tal-munita. |
(9) |
Il-miżuri li għandhom jiġu implimentati jenħtieġ li jkunu xierqa, adegwati u kosteffettivi. Fl-istess ħin, f’sitwazzjonijiet fejn il-pagatur ikun ikkonfrontat b’għażliet ta’ kambju tal-munita differenti f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ, l-informazzjoni pprovduta jenħtieġ li tagħmel il-paragun possibbli, biex il-pagatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata. |
(10) |
Biex tinkiseb il-komparabbiltà, l-imposti fuq il-kambju tal-munita għall-pagamenti kollha permezz ta’ kard jenħtieġ li jiġu espressi bl-istess mod, jiġifieri bħala marġni perċentwali fuq l-aktar rati ta’ referenza riċenti tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Jista’ jkun li marġni jkollha ssir fuq il-bażi ta’ rata derivata minn żewġ rati tal-BĊE fil-każ ta’ kambju bejn żewġ muniti mhux tal-euro. |
(11) |
Skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali dwar l-imposti tal-kambju stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/2366, il-fornituri tas-servizzi tal-kambju tal-munita jenħtieġ li jiżvelaw informazzjoni dwar l-imposti tal-kambju tal-munita tagħhom qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament. Jenħtieġ li l-partijiet li joffru servizzi ta’ kambju tal-munita f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ, jipprovdu informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar l-imposti tagħhom għal tali servizzi, pereżempju billi juru l-imposti tagħhom fuq il-bank jew b’mod diġitali fuq it-terminal, jew fuq l-iskrin fil-każ ta’ xiri online. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, dawk il-partijiet jenħtieġ li jipprovdu, qabel jinbeda l-pagament, informazzjoni espliċita dwar l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju fil-munita użata mill-benefiċjarju u l-ammont totali li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur. L-ammont li għandu jitħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju jenħtieġ li jesprimi l-prezz tal-prodotti jew tas-servizzi li se jinxtraw u jista’ jintwera fiċ-check-out minflok fuq it-terminal tal-pagament. Il-munita użata mill-benefiċjarju b’mod ġenerali tkun il-munita lokali, iżda skont il-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, f’ċerti każijiet tista’ tkun munita oħra tal-Unjoni. L-ammont totali li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur jenħtieġ li jikkonsisti fil-prezz tal-prodotti jew tas-servizzi u l-imposti attwali fuq il-kambju tal-munita. Barra minn hekk, iż-żewġ ammonti jenħtieġ li jkunu dokumentati fuq l-irċevuta jew fuq mezz ieħor li jibqa’ tajjeb fit-tul. |
(12) |
Fir-rigward tal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, meta servizz ta’ kambju tal-munita jkun offrut f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ, jenħtieġ li jkun possibbli li l-pagatur jirrifjuta dak is-servizz u minflok iħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju. |
(13) |
Sabiex il-pagaturi jkunu jistgħu jqabblu l-imposti tal-għażliet ta’ kambju tal-munita f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur jinkludu informazzjoni kompletament komparabbli dwar l-imposti applikabbli għall-kambju tal-munita fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas tagħhom, u jenħtieġ ukoll li jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika fuq pjattaforma elettronika disponibbli b’mod wiesa’ u faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari fuq il-websites tal-klijenti tagħhom, fuq il-websites tagħhom dwar is-servizzi bankarji domestiċi u fuq l-applikazzjonijiet bankarji mobbli tagħhom, b’mod li jkun aċċessibbli u jinftiehem faċilment. Dan għandu jagħti lok għall-iżvilupp ta’ websites tat-tqabbil biex il-konsumaturi jsibuha aktar faċli li jqabblu l-prezzijiet meta jivvjaġġaw jew jagħmlu xiri barra minn pajjiżhom. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ta’ pagatur jenħtieġ li jfakkru lill-pagaturi dwar l-imposti tal-kambju tal-munita applikabbli meta jsir pagament permezz ta’ kard f’munita oħra, billi jużaw kanali ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli b’mod wiesa’ u faċilment aċċessibbli, bħal messaġġi SMS, posta elettronika jew notifiki awtomatiċi (push notifications) permezz tal-applikazzjoni bankarja mobbli tal-pagatur. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jaqblu mal-utenti tas-servizzi ta’ pagament dwar il-kanal ta’ komunikazzjoni elettronika li permezz tiegħu huma jipprovdu l-informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita, filwaqt li jqisu l-aktar mezz effettiv biex jintlaħaq il-pagatur. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jenħtieġ li jaċċettaw ukoll it-talbiet tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament li jagħżlu li ma jirċevux messaġġi elettroniċi li jkun fihom informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita. |
(14) |
In-noti perjodiċi ta’ tfakkir huma xierqa f’sitwazzjonijiet meta l-pagatur joqgħod barra mill-pajjiż għal perjodi itwal ta’ żmien, pereżempju meta l-pagatur jiġi stazzjonat jew ikun qed jistudja barra mill-pajjiż, jew meta l-pagatur juża regolarment kard għal xiri online fil-munita lokali. L-obbligu li jiġu pprovduti tali noti għandu jiżgura li l-pagatur ikun infurmat meta jiġi biex jikkunsidra l-għażliet differenti ta’ kambju tal-munita. |
(15) |
Huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet transkonfinali mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. F’dak ir-rigward, l-istandardizzazzjoni għandha tkun imħeġġa fir-rigward, partikolarment, tal-użu tal-identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali (IBAN) u tal-kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju (BIC). Huwa għalhekk xieraq li l-fornituri tas-servizz tal-ħlas jipprovdu lill-utenti tas-servizz l-IBAN u l-BIC tal-kont ikkonċernat. |
(16) |
Sabiex ikun żgurat li l-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet fil-qafas taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro tkun kontinwa, effiċjenti u tingħata fil-waqt, ta’ min jiżgura li d-data immedjatament disponibbli, bħall-IBAN, il-BIC u l-ammont tat-tranżazzjoni jew id-data dwar il-ħlasijiet aggregati għall-istrumenti differenti tal-ħlas tkun tista’ tibqa’ tinġabar, jekk il-proċess tal-ġbir ma jfixkilx l-ipproċessar tal-ħlasijiet awtomizzati u jista’ jiġi awtomizzat kompletament. Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-obbligi ta’ rappurtar għal finijiet oħrajn ta’ linja politika, bħall-prevenzjoni tal- ħasil tal-flus u tal-finanzjament ta’ terroristi, jew għal finijiet fiskali. |
(17) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa biex b’mod effiċjenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom ta’ monitoraġġ u biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. |
(18) |
Biex tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ rimedju fil-każijiet ta’ applikazzjoni ħażina ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri adegwati u effettivi biex isiru lmenti jew appelli u għas-soluzzjoni ta’ kwalunkwe tilwim bejn l-utenti tas-servizzi tal-ħlas u l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tagħhom. Huwa wkoll importanti li jinħatru awtoritajiet kompetenti u korpi li joffru rimedju bonarju. |
(19) |
Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ rimedju bonarju fi ħdan l-Unjoni jikkoperaw attivament sabiex it-tilwim transkonfinali li jirriżulta minn dan ir-Regolament jissolva fil-waqt u mingħajr diffikultajiet. Għandu jkun possibbli li koperazzjoni bħal din tieħu l-forma ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-liġi jew il-prattika legali fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom jew ta’ trasferiment jew ta’ teħid ta’ proċeduri ta’ lmenti jew ta’ rimedju fejn meħtieġ. |
(20) |
Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(21) |
L-estensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal muniti li mhumiex l-euro għandhu jkollha benefiċċji ċari, speċjalment fir-rigward tal-għadd ta’ ħlasijiet koperti. Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ notifikazzjoni sabiex l-Istati Membri li ma għandhomx l-euro bħala l-munita tagħhom ikunu jistgħu jestendu l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ħlasijiet transkonfinali li jitwettqu bil-munita nazzjonali tagħhom. |
(22) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni tar-regola rigward l-ugwalizzazzjoni tal-ispiża tal-pagamenti transkonfinali fl-euro mal-ispiża tat-tranżazzjonijiet nazzjonali f’muniti nazzjonali u dwar l-effettività tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni b’rabta mal-kambju tal-munita stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tanalizza possibilitajiet ulterjuri, u l-fattibbiltà teknika ta’ dawk il-possibbiltajiet, li r-regola tal-imposti ugwali tiġi estiża għall-muniti kollha tal-Unjoni u li tkompli ttejjeb it-trasparenza u l-komparabbiltà tal-imposti tal-kambju tal-munita, kif ukoll il-possibbiltà li tiġi disattivata u attivata l-għażla li jiġi aċċettat kambju tal-munita permezz ta’ partijiet li mhumiex il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur. |
(23) |
Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Union, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-pagamenti transkonfinali u dwar it-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju tal-munita fl-Unjoni.
2. Dan ir-Regolament japplika għall-ħlasijiet transkonfinali, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2366, li huma denominati f’euro jew f’muniti nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jestendu l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.
Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 5 japplikaw għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali li jkunu denominati fl-euro jew f’munita nazzjonali ta’ Stat Membru għajr l-euro u li jkunu jinvolvu servizz ta’ kambju tal-munita.
3. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ħlasijiet imwettqa mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas f’isimhom stess jew f’isem fornituri oħrajn ta’ servizzi tal-ħlas.
Artikolu 2
Definizzjonijet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn benefiċjarju, fejn il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti; |
(2) |
“pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn jew permezz ta’ benefiċjarju, fejn il-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru; |
(3) |
“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u tippermetti ordni ta’ ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas, persuna fiżika jew ġuridika li tordna l-ħlas; |
(4) |
“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas; |
(5) |
“fornitur tas-servizz tal-ħlas” tfisser kwalunkwe kategoriji ta’ persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva, iżda teskludi dawk l-istituzzjonijiet elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) li jibbenefikaw minn deroga ta’ Stat Membru eżerċitata skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(6) |
“utent ta’ servizz ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ pagatur jew benefiċjarju, jew tat-tnejn; |
(7) |
“tranżazzjoni ta’ ħlas” tfisser att, mibdi minn pagatur jew permezz ta’ benefiċjarju, jikkonsisti minn tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju; |
(8) |
“ordni tal-ħlas” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu, li titlob l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas; |
(9) |
“imposta” tfisser kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizz ta’ pagament minn fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jkun marbut direttament jew indirettament ma’ tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizzi ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew parti li tipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita f’konformità mal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għal servizz ta’ kambju tal-munita, jew taħlita tat-tnejn; |
(10) |
“fondi” tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, punt (2), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
(11) |
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għal finijiet oħra li m’humiex il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha; |
(12) |
“mikro-intrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz ta’ pagament tkun intrapriża kif definit fl-Artikoli 1 u l-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE (10); |
(13) |
“tariffa ta’ skambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u tal-benefiċjarju għal kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett; |
(14) |
“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament biex jiġi ddebitat il-kont tal-ħlas tal-pagatur, fejn tranżazzjoni ta’ ħlas tkun mibdija minn benefiċjarju abbażi tal-kunsens mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju, lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jew lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur stess; |
(15) |
“skema ta’ debitu dirett” tfisser ġabra ta’ regoli, prattika u standards komuni maqbula bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas biex ikunu esegwiti tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett. |
Artikolu 3
Imposti għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti
1. L-imposti li fornitur ta’ servizz ta’ pagament jitlob minn utent ta’ servizz ta’ pagament fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali fl-euro għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba minn dak il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għal pagamenti nazzjonali ekwivalenti tal-istess valur fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-utent tas-servizz ta’ pagament.
2. L-imposti li fornitur ta’ servizz ta’ pagament jitlob minn utent tas-servizz ta’ pagament fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali fil-munita nazzjonali ta’ Stat Membru li jkun innotifika d-deċiżjoni tiegħu li jestendi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 13 għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti li dak il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jitlob mill-utenti tas-servizz ta’ pagament għal pagamenti nazzjonali ekwivalenti tal-istess valur u fl-istess munita.
3. Fejn issir il-valutazzjoni, bl-għan ta’ konformità mal-paragrafu 1, tal-livell tal-imposti għal ħlas transkonfinali, fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jidentifika l-ħlas nazzjonali ekwivalenti għalih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu linji gwida biex jidentifikaw ħlasijiet nazzjonali ekwivalenti fejn iqisu li jkun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw b’mod attiv fi ħdan il-Kumitat tal-Ħlasijiet stabbilit bl-Artikolu 85(1) tad-Direttiva 2007/64/KE biex jiżguraw il-konsistenza mal-linji gwida għall-ħlasijiet nazzjonali korrispondenti.
4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-imposti fuq il-kambju tal-munita.
Artikolu 4
L-imposti fuq il-kambju tal-munita b’rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard
1. Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita u r-rata tal-kambju applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u l-partijiet li jipprovdu servizzi ta’ kambju tal-munita f’automated teller machine (ATM) jew fil-punt ta’ bejgħ, kif imsemmi fl-Artikolu 59(2) ta’ dik id-Direttiva, għandhom jesprimu l-imposti totali fuq il-kambju tal-munita bħala marġni perċentwali fuq l-aktar rata ta’ referenza riċenti tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Dak il-marġni għandu jiġi żvelat lill-pagatur qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.
2. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom ukoll jagħmlu l-marġni msemmi fil-paragrafu 1 pubbliku b’mod komprensibbli u faċilment aċċessibbli fuq pjattaforma elettroniku disponibbli b’mod wiesa’ u faċilment aċċessibbli.
3. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, parti li tipprovdi servizz ta’ kambju tal-munita fil-punt ta’ bejgħ jew f’ATM għandha tipprovdi lill-pagatur l-informazzjoni li ġejja qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament:
(a) |
l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju fil-munita użata mill-benefiċjarju; |
(b) |
l-ammont li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur. |
4. Parti li tipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ għandha turi b’mod ċar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ. Qabel l-tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament, dik il-parti għandha tinforma wkoll lill-pagatur dwar il-possibbiltà li jħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju u li l-kambju tal-munita jsir sussegwentement mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha wkoll tkun disponibbli għall-pagatur fuq mezz li jservi fit-tul wara li tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.
5. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur għandu, għal kull kard ta’ pagament maħruġa lill-pagatur mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur u li hija marbuta mal-istess kont, jibgħat lill-pagatur messaġġ elettroniku bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr dewmien indebitu wara li l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur jirċievi ordni ta’ pagament għal irtirar ta’ flus kontanti f’ATM jew pagament fil-punt ta’ bejgħ li jkun denominat fi kwalunkwe munita tal-Unjoni li tkun differenti mill-munita tal-kont tal-pagatur.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, tali messaġġ għandu jintbagħat darba f’kull xahar li fih il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur jirċievi mingħand il-pagatur ordni ta’ ħlas denominata fl-istess munita.
6. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jaqbel mal-utent tas-servizz ta’ pagament dwar il-kanal jew kanali ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli b’mod wiesa’ u faċilment aċċessibbli li permezz tagħhom il-fornitur tas-servizz ta’ pagament se jibgħat il-messaġġ imsemmi fil-paragrafu 5.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu joffri lill-utenti tas-servizz ta’ pagament il-possibbiltà li jagħżlu li ma jirċevux il-messaġġi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 5.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament jistgħu jaqblu li l-paragrafu 5 u dan il-paragrafu ma japplikawx kompletament jew parzjalment meta l-utent tas-servizz ta’ pagament ma jkunx konsumatur.
7. L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha tkun ipprovduta mingħajr ħlas u b’mod newtrali u komprensibbli.
Artikolu 5
Imposti fuq il-kambju tal-munita relatati mat-trasferimenti tal-kreditu
1. Meta servizz tal-kambju tal-munita jkun offrut mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur b’rabta ma’ trasferiment tal-kreditu, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, li jkun inbeda online direttament, bl-użu tal-website jew l-applikazzjoni bankarja mobbli tal-fornitur tas-servizz ta’ pagament, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament, fir-rigward tal-Artikolu 45(1) u l-Artikolu 52, punt (3), ta’ dik id-Direttiva, għandu jinforma lill-pagatur qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament, b’mod ċar, newtrali u komprensibbli, dwar l-imposti stmati għas-servizzi ta’ kambju tal-munita applikabbli għat-trasferiment tal-kreditu.
2. Qabel tinbeda tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jikkomunika lill-pagatur, b’mod ċar, newtrali u komprensibbli, l-ammont totali stmat tat-trasferiment tal-kreditu fil-munita tal-kont tal-pagatur, bl-inklużjoni ta’ kwalunkwe tariffa ta’ tranżazzjoni u kwalunkwe imposta fuq il-kambju tal-munita. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jikkomunika wkoll l-ammont stmat li għandu jiġi ttrasferit lill-benefiċjarju fil-munita tal-kont tal-benefiċjarju.
Artikolu 6
Miżuri għall-faċilitazzjoni tal-awtomazzjoni tal-ħlasijiet
1. Il-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu, fejn applikabbli, jikkomunika lill-utent tas-servizz tal-ħlas l-identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali (IBAN) tal-utent tas-servizz tal-ħlas u l-kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju (BIC) tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas.
Barra minn dan, fejn applikabbli, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jindika l-IBAN tal-utent tas-servizz tal-ħlas u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas fuq id-dikjarazzjonijiet tal-kont, jew f’anness mehmuż magħhom.
Il-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jipprovdi lill-utent tas-servizz tal-ħlas, l-informazzjoni mitluba skont dan il-paragrafu, mingħajr ħlas.
2. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jimponi imposti addizzjonali ma’ dawk diġà applikati skont l-Artikolu 3(1) fuq l-utent tas-servizz ta’ pagament meta dak l-utent jinforma lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex jesegwixxi pagament transkonfinali mingħajr ma jikkomunika l-IBAN u, meta jkun xieraq u skont ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), il-BIC relatat mal-kont ta’ pagament fl-Istat Membru l-ieħor. Dawk l-imposti għandhom ikunu adatti u konformi mal-ispejjeż. Huma għandhom jiġu miftiehma bejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizz ta’ pagament dwar l-ammont tal-imposti addizzjonali fi żmien biżżejjed minn qabel ma l-utent tas-servizz ta’ pagament jintrabat bi ftehim bħal dan.
3. Fejn xieraq fir-rigward tan-natura tat-tranżazzjoni tal-ħlas konċernat, għall-fatturat kollu tal-merkanzija u tas-servizzi fl-Unjoni, fornitur li jaċċetta ħlasijiet għal prodotti u servizzi koperti b’dan ir-Regolament għandu jikkomunika l-IBAN tiegħu u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu lill-klijenti tiegħu.
Artikolu 7
Obbligi ta’ rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet
1. L-Istati Membri m’għandhomx jimponu, fuq il-fornituri tas-servizz ta’ pagament, obbligi ta’ rappurtar nazzjonali msejsa fuq is-saldu, għall-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-klijenti tagħhom.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data aggregata jew informazzjoni oħra relevanti li tkun diġà disponibbli, sakemm dak il-ġbir ma jħallix impatt fuq l-ipproċċessar awtomatizzat tal-ħlasijiet mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas u jista’ jiġi totalment awtomatizzat mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas.
Artikolu 8
Awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bdil li jikkonċerna l-awtoritajiet kompetenti li dwarhom ġiet notifikata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009.
L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità.
Artikolu 9
Proċeduri għall-ilmenti għal ksur allegat ta’ dan ir-Regolament
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri li jippermettu lill-utenti ta’ servizz tal-ħlas u lil partijiet oħra interessati li jressqu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ allegat ksur ta’ dan ir-Regolament minn fornituri ta’ servizz tal-ħlas.
2. Fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għad-dritt li jinfetħu proċedimenti fil-qorti skont il-liġi proċedurali nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lil kwalunkwe parti li tkun ressqet l-ilment bl-eżistenza tal-proċeduri għall-ilmenti u għar-rimedju bonarju provduti skont l-Artikolu 10.
Artikolu 10
Proċeduri għal ilmenti u rimedji bonarji
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri xierqa u effettivi għal ilmenti u rimedji bonarji għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament bejn l-utenti tas-servizz tal-ħlas u l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tagħhom. Għal dawk l-għanijiet l-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi responsabbli.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bdil li jikkonċerna l-korpi li dwarhom ġiet notifikata skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 924/2009.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dan l-Artikolu japplika biss għall-utenti tas-servizz tal-ħlas li jkunu konsumaturi jew mikrointrapriżi. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.
Artikolu 11
Koperazzjoni transkonfinali
L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi responsabbli għall- proċeduri ta’ rimedju bonarju tal-Istati Membri differenti, imsemmija fl-Artikoli 8 u 10, għandhom jikkooperaw b’mod attiv u immedjatment sabiex isolvu t-tilwim transkonfinali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm koperazzjoni.
Artikolu 12
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, r- regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi kwalunkwe emenda li taffettwa r-regoli u l-miżuri li dwarhom ġiet notifikata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009.
Artikolu 13
Applikazzjoni għall-muniti l-oħrajn li mhumiex l-euro
Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu u li jiddeċiedi li jestendi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tiegħu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu kif meħtieġ.
Dik in-notifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni estiża ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tidħol fis-seħħ 14-il jum wara dik il-pubblikazzjoni.
Artikolu 14
Rieżami
1. Sad-19 ta’ April 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan ir-Regolament, li għandu jinkludi, b’mod partikolari:
(a) |
evalwazzjoni tal-mod kif il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament japplikaw l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-volumi u l-imposti għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri u fl-euro sa mid-data tal- adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jiġifieri mid-19 ta’ Marzu 2019; |
(c) |
evalwazzjoni tal-impatt tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament dwar l-iżvilupp tal-imposti fuq il-kambju tal-munita u imposti oħra relatati ma’ servizzi ta’ pagament, kemm għal min iħallas kif ukoll għall-benefiċjarji; |
(d) |
evalwazzjoni tal-istima tal-impatt tal-emendar tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament biex jiġu koperti l-muniti tal-Istati Membri kollha; |
(e) |
evalwazzjoni ta’ kif il-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita japplikaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u jekk dawk ir-regoli tejbux it-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju; |
(f) |
evalwazzjoni ta’ jekk il-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita ħabbtux wiċċhom ma’ diffikultajiet, u sa liema punt, b’rabta mal-applikazzjoni fil-prattika tal-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(g) |
analiżi kost-benefiċċji tal-kanali u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni li jintużaw mill-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita jew li huma disponibbli għalihom u li jistgħu jkomplu jtejbu t-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju tal-munita, inkluża evalwazzjoni ta’ jekk hemmx ċerti kanali li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom ikunu meħtieġa joffru biex tintbagħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4; dik l-analiżi għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament tiġi żvelata simultanjament, qabel tinbeda kull tranżazzjoni, fir-rigward tal-possibbiltajiet kollha ta’ kambju tal-munita disponibbli fil-punt ta’ bejgħ jew f’ATM; |
(h) |
analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni tal-possibbiltà għall-pagaturi li jimblukkaw l-għażla tal-kambju tal-munita offruta minn parti għajr il-fornitur tas-servizz tal-pagament tal-pagatur f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ u li jbiddlu l-preferenzi tagħhom f’dak ir-rigward; |
(i) |
analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ rekwiżit għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur, li japplika, meta jipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita b’rabta ma’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali, ir-rata tal-kambju tal-munita li tkun applikabbli fil-mument li tinbeda t-tranżazzjoni meta jsir l-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjoni. |
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri mill-inqas il-perjodu mill-15 ta’ Diċembru 2019 sad-19 ta’ Ottubru 2021. Meta tkun qed tħejji r-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista’ tuża d-data miġbura mill-Istati Membri fir-rigward tal-paragrafu 1 u għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament varji, filwaqt li tagħmel distinzjoni b’mod partikolari bejn it-tranżazzjonijiet mibdija fil-punt ta’ bejgħ u f’ATM.
Artikolu 15
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(2) ĠU C 56, 16.2.2021, p. 43.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2009 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).
(5) Ara l-Anness I.
(6) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil 25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(7) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(8) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(9) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(10) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(11) Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
(12) Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta’ ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 36).
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
(Ir-referenzi magħmula mill-Artikolu 17 għall-Artikoli 2, 3, 4, 5, 7 u 8 biss) |
Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
ANNESS II
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 924/2009 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1), (2) u (3) |
Artikolu 1(1), (2) u (3) |
Artikolu 1(4) |
– |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1a) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3a |
Artikolu 4 |
Artikolu 3b |
Artikolu 5 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
– |
Artikolu 7 |
– |
Artikolu 9, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 8, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 9, it-tieni paragrafu |
Artikolu 8, it-tieni paragrafu |
Artikolu 9, it-tielet paragrafu |
– |
Artikolu 9, ir-raba’ paragrafu |
Artikolu 8, it-tielet paragrafu |
Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu |
– |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 13 |
Artikolu 14(2) |
– |
Artikolu 14(3) |
– |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
– |
Anness I |
– |
Anness II |
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/32 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1231 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Minn meta ġie adottat ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ’l hawn (3), l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO), fil-41 u t-42 laqgħa annwali tagħha fl-2019 u fl-2020 rispettivament, adottat għadd ta’ deċiżjonijiet legalment vinkolanti għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd li huma fl-ambitu tagħha. |
(2) |
Dawk id-deċiżjonijiet huma indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tan-NAFO, iżda jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi (pereżempju l-kaptan tal-bastiment). Daħlu fis-seħħ miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Infurzar (CEM) tan-NAFO ġodda li huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti kollha tan-NAFO. Dawn iridu jiddaħħlu fil-liġi tal-Unjoni sakemm mhumiex diġà previsti mil-liġi tal-Unjoni. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/833 jiġi adattat sabiex japplika l-istandards tan-NAFO għall-kejl tal-malji, biex tiddaħħal id-definizzjoni ta’ “bastiment tas-sajd” li tuża n-NAFO sabiex l-awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ infurzar tal-Unjoni jkunu jistgħu jaħdmu f’konformità mal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn tan-NAFO, u sabiex jitjieb il-fluss tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. |
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-missjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) hija, fost l-oħrajn, li torganizza l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi internazzjonali ta’ kontroll u ta’ spezzjoni bħall-Iskema Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza tan-NAFO, u li tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri fir-rappurtar ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd u attivitajiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni lill-Kummissjoni u partijiet terzi. Għalhekk huwa xieraq li l-EFCA tkun il-korp li jirċievi l-informazzjoni marbuta mal-kontroll u mal-ispezzjoni, bħar-rapporti tal-ispezzjoni fuq il-baħar u n-notifiki tal-iskema tal-osservaturi ta’ kontroll, mingħand l-Istati Membri, u li għandu jibgħatha lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. |
(5) |
Il-proċedura tas-CEM biex il-Partijiet Kontraenti jibgħatu l-informazzjoni lis-sit web tan-NAFO għall-Monitoraġġ, il-Kontroll u s-Sorveljanza (MCS) tinvolvi li tintbagħat l-informazzjoni li trid tiġi trażmessa lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. Għalhekk jeħtieġ li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (UE) 2019/833 biex tiġi riflessa din il-bidla u biex jiġu ċċarati l-mezzi li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jibgħatu l-informazzjoni rilevanti. |
(6) |
Jeħtieġ li jiddaħħlu wkoll id-dispożizzjonijiet tas-CEM għall-ħarsien tal-kelb il-baħar ta’ Greenland (Somniosus microcephalus), li d-dispożizzjonijiet marbutin mal-arranġamenti tal-kiri jiġu allinjati ma’ dawk tas-CEM u li tiġi speċifikata l-ħtieġa li l-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-port tagħti l-kunsens tagħha biex l-ispetturi ta’ Parti Kontraenti oħra jintbagħtu abbord il-bastimenti tas-sajd. |
(7) |
Ċerti dispożizzjonijiet tas-CEM x’aktarx jiġu emendati waqt il-laqgħat annwali tan-NAFO minħabba l-introduzzjoni ta’ miżuri tekniċi ġodda b’rabta mat-tibdil fil-bijomassa tal-istokkijiet u r-reviżjoni tar-restrizzjonijiet taż-żoni għall-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ. Għalhekk, sabiex l-emendi futuri tas-CEM jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajd, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mar-regolazzjoni tad-daqs tal-malji, tal-għeriebel jew tal-gradilji u tal-ktajjen bil-kuċinilli li jintużaw fis-sajd għall-gambli tat-Tramuntana u b’rabta mar-restrizzjonijiet taż-żoni għall-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/833 jiġi emendat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/833
Ir-Regolament (UE) 2019/833 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 6(1), il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a Bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M 1. Il-miżuri ta’ kontroll li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti b’aktar minn 1 250 kg ta’ qabdiet ta’ bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M abbord:
2. Kull Stat Membru għandu jispezzjona l-bastimenti b’inqas minn 1 250 kg ta’ qabdiet tal-bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M abbord fuq bażi ta’ ġestjoni tar-riskju. 3. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO mingħajr dewmien, biex tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-MCS.” |
(6) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 12, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “9. Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd b’mod dirett għall-kelb il-baħar ta’ Greenland (Somniosus microcephalus) fiż-Żona Regolatorja. 10. Il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandhom iwettqu l-isforzi raġonevoli kollha biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-qabdiet inċidentali tal-klieb il-baħar ta’ Greenland u l-mortalità tagħhom u, meta dawn jinqabdu ħajjin, jeħilsuhom b’mod li jagħmlilhom l-inqas ħsara possibbli.”. |
(8) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. Il-bastimenti tas-sajd li jwettqu sajd bit-tkarkir dirett għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M għandhom jużaw għarbiel għall-fini li jitnaqqsu l-qabdiet ta’ individwi iżgħar ta’ bakkaljaw bi spazju minimu ta’ 55 mm bejn il-vireg tagħhom. L-għarbiel għandu jitqiegħed fil-pannell tan-naħa ta’ fuq tax-xibka tat-tkarkir li tiġi qabel il-manka.”. |
(10) |
L-Artikolu 18, huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Restrizzjonijiet taż-żoni għall-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fi kwalunkwe żona murija fl-Istampa 3 tas-CEM imsemmija fil-punt 14 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 15 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1. 2. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona tad-Diviżjoni 3O murija fl-Istampa 4 tas-CEM imsemmija fil-punt 16 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 6 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1. 3. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żoni 1-13 murija fl-Istampa 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 18 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tas-CEM imsemmijin fil-punt 19 tal-Anness għal dan ir-Regolament, f’ordni numerika u mbagħad lura għall-koordinat 1.” |
(11) |
L-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 23 Arranġamenti tal-kiri 1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “Parti Kontraenti li qed tikri” tirreferi għall-Parti Kontraenti li għandha allokazzjoni kif indikat fl-Anness I.A u fl-Anness I.B għas-CEM, jew għall-Istat Membru li għandu allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd, u “Parti Kontraenti li hija l-Istat tal-bandiera” tirreferi għall-Parti Kontraenti jew għall-Istat Membru fejn huwa rreġistrat il-bastiment mikri. 2. L-allokazzjoni kollha tas-sajd ta’ Parti Kontraenti li qed tikri, jew parti minnha, tista’ tinqabad bl-użu ta’ bastiment awtorizzat mikri (“bastiment mikri”) li jtajjar il-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
3. Il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji kollha li l-bastiment mikri jagħmel skont l-arranġament tal-kiri għandhom jiġu attribwiti lill-Parti Kontraenti li qed tikri. 4. Meta l-bastiment mikri jkun qed iwettaq ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri, il-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera ma għandhiex tawtorizzah jistad għal xi waħda mill-allokazzjonijiet tagħha u ma għandhiex tawtorizzah jistad skont arranġament tal-kiri ieħor fl-istess ħin. 5. Ma jista’ jsir l-ebda trażbord fuq il-baħar mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Parti Kontraenti li qed tikri, li għandha tiżgura li dan isir taħt is-superviżjoni ta’ osservatur li jkun abbord. 6. Il-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera għandha tgħarraf lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO bil-miktub, qabel ma jibda l-arranġament tal-kiri, li hija taqbel mal-arranġament tal-kiri u għandha tagħti kopja tal-avviż li joħroġ is-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO bid-dettalji tal-kiri lill-bastiment mikri. 6a. Meta l-bastiment mikri jkun bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miktub b’dan qabel ma jibda jitħaddem l-arranġament tal-kiri. Meta l-Kummissjoni tqis li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fis-CEM, hija għandha tgħarraf lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO li hija taqbel mal-arranġament tal-kiri. 6b. Qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-arranġament tal-kiri, il-Parti Kontraenti li qed tikri għandha tibgħat l-informazzjoni li ġejja bil-miktub lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO u lill-bastiment mikri, li għandu dejjem iżomm kopja tagħha abbord:
6c. Meta l-Parti Kontraenti li qed tikri tkun l-Unjoni, l-Istat Membru li qed jikri għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6b qabel ma jidħol fis-seħħ l-arranġament tal-kiri. Meta l-Kummissjoni tqis li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fis-CEM, hija għandha tibgħat l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. 7. Meta l-bastiment mikri jkun bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih malli jseħħ xi wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:
8. Il-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera għandha żżomm reġistru separat tad-data dwar il-qabdiet u dwar il-qabdiet aċċessorji mill-ħidmiet tas-sajd skont kull arranġament tal-kiri ta’ bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu u għandha tibgħat rapport dwarhom lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parti Kontraenti li qed tikri u lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.”. |
(12) |
L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
L-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Lemħ u spezzjoni fiż-Żona Regolatorja ta’ bastimenti ta’ parti li mhix Parti Kontraenti L-Istati Membri kollha, jew l-EFCA, meta dan ikun xieraq, li jkunu qed iwettqu spezzjoni u/jew sorveljanza fiż-Żona Regolatorja awtorizzati skont l-Iskema Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza li jilmħu jew li jidentifikaw bastiment ta’ parti li mhix Parti Kontraenti jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja għandhom:
|
(21) |
Fl-Artikolu 50(2), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(22) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(1) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 279.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/41 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1232.TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Lulju 2021
dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2), flimkien mal-Artikolu 114(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi regoli li jiżguraw id-dritt għall-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fl-iskambji tad-data fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Dik id-Direttiva tittratta b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tikkumplimentah (4). |
(2) |
Id-Direttiva 2002/58/KE tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali b’rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament. Sal-21 ta’ Diċembru 2020 kienet tapplika d-definizzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi stipulata fl-Artikolu 2, punt (c), tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). F’dik id-data, id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ħassret id-Direttiva 2002/21/KE. Id-definizzjoni ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tinkludi s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (7), ta’ dik id-Direttiva. Għaldaqstant, is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet personali indipendenti min-numri, li jinkludu, pereżempju, il-vuċi fuq Protokoll tal-Internet, is-servizzi tal-messaġġi u dawk bil-webmail, għalhekk inġiebu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE fil-21 ta’ Diċembru 2020. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). L-Artikolu 7 tal-Karta jipproteġi d-dritt fundamentali ta’ kulħadd għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u tal-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha, li jinkludi l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. L-Artikolu 8 tal-Karta fih id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. |
(4) |
L-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal (“UNCRC”) u l-Artikolu 24(2) tal-Karta jipprevedu li, fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu kunsiderazzjoni primarja. L-Artikolu 3(2) UNCRC u l-Artikolu 24(1) tal-Karta jevokaw ukoll id-dritt tat-tfal għal tali protezzjoni u l-kura kif inhu meħtieġ għall-benesseri tagħhom. |
(5) |
Il-protezzjoni tat-tfal, kemm offline u kif ukoll online, hija waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni. L-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari tad-drittijiet tat-tfal li jiġu protetti minn kull forma ta’ vjolenza, abbuż, negliġenza, maltrattament jew sfruttament, inkluż l-abbuż sesswali, kif previst mill-UNCRC u mill-Karta. Id-diġitalizzazzjoni ġabet magħha ħafna benefiċċji għas-soċjetà u għall-ekonomija, iżda ġabet magħha wkoll sfidi, li jinkludu żieda fl-abbuż sesswali tat-tfal online. Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni bit-titlu “Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal” (“l-Istrateġija”). L-Istrateġija għandha l-għan li tipprovdi rispons effettiv, fil-livell tal-Unjoni, għar-reat tal-abbuż sesswali tat-tfal. |
(6) |
F’konformità mad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), dan ir-Regolament ma jirregolax il-politiki tal-Istati Membri rigward attivitajiet sesswali konsenswali li fihom jistgħu jkunu involuti t-tfal u li jistgħu jitqiesu bħala l-iskoperta normali tas-sesswalità fil-kors tal-iżvilupp uman, filwaqt li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet kulturali u legali differenti u ta’ forom ġodda ta’ kif jiġu stabbiliti u mantnuti relazzjonijiet fost it-tfal u l-adolexxenti, inkluż permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. |
(7) |
Xi fornituri ta ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (“fornituri”), bħas-servizzi tal-messaġġi u bil-webmail, diġà jużaw teknoloġiji speċifiċi fuq bażi volontarja, biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u jirrapportawh lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal„ billi jiskennjaw jew il-kontenut, bħall-immaġnijiet u t-test, jew id-data dwar it-traffiku tal-komunikazzjonijiet bl-użu, f’xi każijiet, ta’ data storika. It-teknoloġija użata għal dawk l-attivitajiet tista’ tkun teknoloġija tal-“hashing” għall-immaġnijiet u vidjows u klassifikaturi u intelliġenza artifiċjali għall-analiżi tat-test jew tad-data dwar it-traffiku. Meta tintuża teknoloġija tal-“hashing”, il-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online huwa rrapportat meta jirriżulta hit pożittiv, li jfisser tqabbil li jirriżulta minn paragun bejn immaġni jew vidjow u firma diġitali mhux rikonvertibbli u unika (“hash”) minn bażi tad-data mantnuta minn organizzazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li jkun fiha materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online vverifikat. Dawk il-fornituri jirreferu għall-hotlines nazzjonali għar-rapportar ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u għal organizzazzjonijiet, li jinsabu kemm fl-Unjoni u kif ukoll f’pajjiżi terzi, li l-iskop tagħhom huwa li jidentifikaw lit-tfal, inaqqsu l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-abbuż sesswali, u li jipprevjenu l-vittimizzazzjoni tat-tfal. Organizzazzjonijiet bħal dawn jista’ jkun li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679. Kollettivament, attivitajiet volontarji bħal dawn għandhom rwol importanti fl-iffaċilitar tal-identifikazzjoni u s-salvataġġ tal-vittmi, li d-drittijiet fundamentali tagħhom għad-dinjità tal-bniedem u għall-integrità fiżika u mentali jkunu nkisru serjament. Attivitajiet volontarji bħal dawn huma importanti wkoll biex inaqqsu t-tixrid ulterjuri ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u biex jikkontribwixxu wkoll għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tad-delinkwenti u għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati ta’ abbuż sesswali tat-tfal. |
(8) |
Minkejja l-objettiv leġittimu tagħhom, attivitajiet volontarji mill-fornituri biex jiġi individwat l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar jikkostitwixxu interferenza fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data personali tal-utenti kollha ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (“utenti”). Kwalunkwe limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, inkluża l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, ma tistax tiġi ġġustifikata sempliċement minħabba li l-fornituri kienu qed jużaw ċerti teknoloġiji fi żmien fejn servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ma kinux jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ta’ “servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi”. Tali limitazzjonijiet huma possibbli biss taħt ċerti kundizzjonijiet. Skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, tali limitazzjonijiet huma previsti mil-liġi, u għandhom jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni tad-data personali u, soġġetti għall-prinċipju tal-proporzjonalità, għandhom ikunu meħtieġa u jilħqu ġenwinament l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. Fejn tali limitazzjonijiet jinvolvu b’mod permanenti l-monitoraġġ u l-analiżi ġenerali u indiskriminati tal-komunikazzjonijiet tal-utenti kollha, dawn jinterferixxu mad-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. |
(9) |
Sal-20 ta’ Diċembru 2020, l-ipproċessar ta’ data personali mill-fornituri permezz ta’ miżuri volontarji għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar u t-tneħħija ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom kien irregolat unikament mir-Regolament (UE) 2016/679. Id-Direttiva (UE) 2018/1972, li kellha tiġi trasposta sal-20 ta’ Diċembru 2020, daħħlet lill-fornituri fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE. Sabiex ikomplu jużaw tali miżuri volontarji wara l-20 ta’ Diċembru 2020, il-fornituri jenħtieġ li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-Regolament (UE) 2016/679 se jkompli japplika għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq permezz ta’ tali miżuri volontarji. |
(10) |
Id-Direttiva 2002/58/KE ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar l-ipproċessar tad-data personali mill-fornituri b’rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar u t-tneħħija ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom. Madankollu, skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi biex jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti, fost l-oħrajn, fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dik id-Direttiva, li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-data dwar it-traffiku, għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati kriminali marbuta mal-abbuż sesswali tat-tfal. Fin-nuqqas ta’ tali miżuri leġiżlattivi nazzjonali, u sakemm jiġi adottat qafas legali ġdid aktar fit-tul biex jiġi indirizzat l-abbuż sesswali tat-tfal fil-livell tal-Unjoni, il-fornituri ma jistgħux jibqgħu jiddependu mir-Regolament (UE) 2016/679 biex ikomplu jużaw miżuri volontarji biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq servizzi oħrajn u jirrapportawh u jneħħu l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom lil hinn mill-21 ta’ Diċembru 2020. Dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali minn fornituri għall-iskop uniku tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija tal-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom, iżda jipprevedi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE. Dan ir-Regolament jistabbilixxi salvagwardji addizzjonali li jridu jiġu rrispettati mill-fornituri jekk jixtiequ jiddependu minnu. |
(11) |
L-ipproċessar tad-data għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jista’ jinvolvi l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta’ immaġnijiet u vidjows permezz ta’ mezzi tekniċi speċifiċi li jippermettu l-identifikazzjoni jew l-awtentikazzjoni unika ta’ persuna fiżika jitqies li hu pproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali. |
(12) |
Għaldaqstant, dan ir-Regolament jipprevedi deroga temporanja mill-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, li jipproteġu l-konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u tad-data dwar it-traffiku. L-użu volontarju mill-fornituri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra sal-punt meħtieġ għall-identifikazzjoni ta’ abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija ta’ materjal tal-abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga prevista minn dan ir-Regolament sakemm tali użu jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u għalhekk huwa soġġett għas-salvagwardji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679. |
(13) |
Id-Direttiva 2002/58/KE ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha adottaw miżuri leġiżlattivi f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE biex jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi relatati mal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-data tat-traffiku kif stabbilit f’dik id-Direttiva 2002/58/KE, u l-adozzjoni ta’ tali miżuri tinvolvi riskju sinifikanti ta’ frammentazzjoni li x’aktarx taffettwa s-suq intern b’mod negattiv. Konsegwentement dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-Artikolu 114 TFUE |
(14) |
Billi d-data relatata mal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu lill-persuni fiżiċi tikkwalifika normalment bħala data personali, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun ibbażat ukoll fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE, li jipprovdi bażi ġuridika speċifika għall-adozzjoni ta’ regoli relatati mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u mill-Istati Membri meta jkunu qed iwettqu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, u regoli relatati mal-moviment liberu ta’ din id-data. |
(15) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali b’rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minn fornituri għall-iskop uniku tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija tal-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom sal-estent li dak l-ipproċessar jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga prevista minn dan ir-Regolament. |
(16) |
It-tipi ta’ teknoloġiji użati għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. Jenħtieġ li dawk it-teknoloġiji ma jintużawx għall-iffiltrar u l-iskennjar sistematiċi ta’ test f’komunikazzjonijiet għajr biss biex jiġu identifikati xejriet li jindikaw elementi konkreti possibbli ta’ suspett ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, u jeħtieġ li ma ikunux jistgħu jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet. Fil-każ ta’ teknoloġija użata għall-identifikazzjoni ta’ solleċitazzjoni tat-tfal, tali raġunijiet konkreti ta’ suspett jenħtieġ li jkunu bbażati fuq fatturi ta’ riskju identifikati b’mod oġġettiv bħad-differenza fl-età u l-involviment probabbli ta’ xi tifel jew tifla fil-komunikazzjoni skennjata. |
(17) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri u mekkaniżmi ta’ rimedju xierqa biex jiġi żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jressqu lmenti ma’ fornituri. Tali proċeduri u mekkaniżmi huma, b’mod partikolari, rilevanti fejn il-kontenut li ma jikkostitwixxix abbuż sesswali tat-tfal online jkun tneħħa jew ġie rrapportat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lil xi organizzazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal. |
(18) |
Sabiex jiġu żgurati l-akkuratezza u l-affidabbiltà kemm jista’ jkun, it-teknoloġija użata għall-finijet ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija, jenħtieġ li tkun tali li tillimita n-numri u l-proporzjon tal-iżbalji (“pożittivi foloz”) sal-limitu massimu possibbli u, fejn meħtieġ, li tirrettifika mingħajr dewmien kwalunkwe żball bħal dawn li jistgħu jseħħu xorta waħda. |
(19) |
Id-data dwar il-kontenut u d-data dwar it-traffiku pproċessata, u d-data personali ġġenerata fit-twettiq tal-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament, u l-perjodu li matulu d-data tiġi sussegwentement maħżuna f’każ tal-identifikazzjoni ta’ abbuż sesswali suspettat tat-tfal online, jenħtieġ li jibqgħu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jitwettqu dawk l-attivitajiet. Kwalunkwe data jenħtieġ li titħassar minnufih u b’mod permanenti hekk kif ma tibqx strettament meħtieġa għal wieħed mill-għanijiet speċifikati f’dan ir-Regolament, inkluż fejn ma jiġi identifikat l-ebda abbuż sesswali tat-tfal suspettat online, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tal-identifikazzjoni ta’ abbuż sesswali suspettat tat-tfal online. Din jenħtieġ li ssir mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tinħażen id-data dwar il-kontenut u d-data dwar it-traffiku rilevanti f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwa l-applikazzjoni tal-ebda obbligu legali skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali li tiġi ppreservata d-data li tapplika għall-fornitur. |
(20) |
Dan ir-Regolament ma jżommx lill-fornitur li jkun rrapportaabbuż sesswali tat-tfal online lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi milli jitolbu lil dawk l-awtoritajiet jirrikonoxxu riċevuta tar-rapport. |
(21) |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa skont id-deroga previsti minn dan ir-Regolament, il-fornituri jenħtieġ li sat-3 ta’ Frar 2022, u minn hemm ’il quddiem sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, jippubblikaw u jissottomettu rapporti lill-awtorità superviżorja kompetenti deżinjata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (“awtorità superviżorja”) u lill-Kummissjoni. Tali rapporti jenħtieġ li jkopru,l-ipproċessar li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż it-tip u l-volumi tad-data pproċessata, il-motiv speċifiku li jiġi invokat għall-ipproċessar tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-motiv li jiġi invokat għat-trasferimenti tad-data personali barra mill-Unjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn ikun applikabbli, l-għadd ta’ każijiet identifikati ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u s-solleċitazzjoni tat-tfal, l-għadd ta’ każijiet li fihom utent ikun ressaq ilment mal-mekkaniżmu ta’ rimedju intern jew fittex rimedju ġudizzjarju u l-eżitu ta’ tali ilmenti u proċedimenti ġudizzjarji, in-numri u l-proporzjonijiet tal-iżbalji (pożittivi foloz) tat-teknoloġiji differenti użati, il-miżuri applikati biex jiġu limitati r-rata ta’ żball u r-rata ta’ żball miksuba, il-politika taż-żamma u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data applikati skont ir-Regolament (UE) 2016/679, u l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li magħhom tkun ġiet kondiviża d-data skont dan ir-Regolament. |
(22) |
Sabiex tappoġġja lill-awtoritajiet superviżorji bil-kompiti tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data joħroġ linji gwida dwar il-konformità tal-ipproċessar li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga stabbilita f’dan ir-Regolament mar-Regolament (UE) 2016/679. Meta l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw jekk teknoloġija stabbilita jew ġdida li trid tintuża hijiex f’konformità mal-aktar teknoloġija avvanzata fl-industrija, l-inqas waħda li hi intrużiva fil-privatezza u li topera fuq bażi legali adegwata skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Dawk il-linji gwida jenħtieġ li, b’mod partikolari, jassistu lill-awtoritajiet superviżorji fl-għoti ta’ pariri fil-qafas tal-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel stabbilita f’dak ir-Regolament. |
(23) |
Dan ir-Regolament jirrestrinġi d-dritt għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u jidderoga mid-deċiżjoni meħuda fid-Direttiva (UE) 2018/1972 biex is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jiġu soġġetti għall-istess regoli li japplikaw għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi l-oħrajn kollha fir-rigward tal-privatezza, għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq dawk is-servizzi u r-rapportar tiegħu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u jitneħħa l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online minn dawk is-servizzi. Għaldaqstant, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi limitat għal tliet snin mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, biex jitħalla biżżejjed żmien biex jiġi adottat qafas legali ġdid fit-tul. Fejn il-qafas legali fit-tul jiġi adottat u jidħol fis-seħħ qabel dik id-data, jenħtieġ li dak il-qafas legali fit-tul iħassar dan ir-Regolament. |
(24) |
Fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE, il-fornituri jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-obbligi speċifiċi stabbiliti f’dik id-Direttiva, u konsegwentement għas-setgħat ta’ monitoraġġ u dawk investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont dik id-Direttiva. |
(25) |
Il-kriptaġġ minn tarf sa tarf huwa għodda importanti biex tiġi ggarantita s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti, inklużi dawk tat-tfal. Kwalunkwe dgħajfien tal-kriptaġġ tista’ potenzjalment tiġi abbużata minn partijiet terzi malizzjużi. Għalhekk, jenħtieġ li l-ebda ħaġa f’dan ir-Regolament ma tiġi interpretata bħala li tipprojbixxi jew iddgħajjef il-kriptaġġ minn tarf sa tarf. |
(26) |
Id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, inkluża l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, huwa dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta. Għalhekk huwa wkoll prerekwiżit għal komunikazzjonijiet siguri bejn il-vittmi ta’ abbuż sesswali tat-tfal u adult fdat jew organizzazzjonijiet attivi fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal kif u għal komunikazzjonijiet bejn il-vittmi u l-avukati tagħhom. |
(27) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali, bħar-regoli dwar il-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet professjonali, bejn it-tobba u l-pazjenti tagħhom, bejn il-ġurnalisti u s-sorsi tagħhom, jew bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom, b’mod partikolari peress li l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom hija essenzjali biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża bħala parti essenzjali mid-dritt għal proċess ġust. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar ir-reġistri tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet li joffru konsulenza lill-individwi li jinsabu f’diffikultà. |
(28) |
Il-fornituri jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li jirrapportawlhom abbuż sesswali potenzjali tat-tfal online skont dan ir-Regolament. Filwaqt li hija r-responsabbiltà unika tal-fornituri li jaġixxu bħala kontrolluri li jivvalutaw ma’ liema parti terza jistgħu jikkondividu d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza rigward it-trasferiment ta’ każijiet potenzjali ta’ abbuż sesswali tat-tfal online billi tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal ikkomunikata lilha. Dik il-lista pubblika jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-fornituri jużaw dik il-lista biex jidentifikaw organizzazzjonijiet rilevanti fil-ġlieda globali kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online. Dik il-lista jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-fornituri li jaġixxu bħala kontrolluri skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż fir-rigward tal-obbligu tagħhom li jwettqu kwalunkwe trasferiment ta’ data personali barra mill-Unjoni skont il-Kapitolu V ta’ dak ir-Regolament u l-obbligu tagħhom li jissodisfaw l-obbligi kollha skont il-Kapitolu IV ta’ dak ir-Regolament. |
(29) |
L-istatistika li trid tiġi provduta mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament tikkostitwixxi indikaturi importanti għall-evalwazzjoni tal-politika, inkluż tal-miżuri leġiżlattivi. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi rikonoxxut l-impatt tal-vittimizzazzjoni sekondarja li hija inerenti fil-kondiviżjoni ta’ immaġni u vidjows tal-vittmi ta’ abbuż sesswali tat-tfal li jista’ jkun li ilhom jiċċirkolaw għal snin sħaħ u li mhuwiex rifless bis-sħiħ f’tali statistika. |
(30) |
F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari r-rekwiżit li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jiġu pprovduti r-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom tali riżorsi suffiċjenti għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament. |
(31) |
Meta fornitur ikun wettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u jkun ikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji fir-rigward ta’ teknoloġija f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dak il-fornitur jenħtieġ li ma jkunx obbligat skont dan ir-Regolament li jwettaq valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data jew konsultazzjoni dment li l-awtoritajiet superviżorji jkunu indikaw li l-ipproċessar tad-data minn dik it-teknoloġija ma jirriżultax f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi jew li jkunu ttieħdu miżuri mill-kontrollur biex tali riskju jittaffa. |
(32) |
L-utenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv meta d-drittijiet tagħhom ikunu nkisru b’riżultat tal-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ abbuż sesswali tat-tfal online fuq servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online minn dawk is-servizzi, pereżempju fejn il-kontenut jew l-identità ta’ utent jkunu ġew irrapportati lil xi organizzazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew fejn il-kontenut ta’ utent ikun tneħħa jew il-kont ta’ utent ikun ġie mblukkat jew ikun ġie sospiż servizz offrut lilu. |
(33) |
F’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE u l-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, l-ipproċessar tad-data personali u data oħra jenħtieġ li jkun limitat għal data dwar il-kontenut u data relatata dwar it-traffiku, sa fejn ikun strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ dan ir-Regolament. |
(34) |
Id-deroga prevista minn dan ir-Regolament jenħtieġ li testendi għall-kategoriji ta’ data msemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, li huma applikabbli għall-ipproċessar ta’ data kemm personali kif ukoll mhux personali pproċessata fil-kuntest tal-forniment ta’ servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri. |
(35) |
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li tinħoloq deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE mingħajr ma tinħoloq frammentazzjoni fis-suq intern. Barra minn hekk, il-miżuri leġiżlattivi nazzjonali probabbilment ma jkunux jistgħu jiġu adottati fil-ħin mill-Istati Membri kollha. Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. Huwa jintroduċi deroga temporanja u strettament limitata mill-applikabbiltà tal-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, b’serje ta’ salvagwardji biex jiġi żgurat li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-kisba tal-għan stabbilit. |
(36) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ta l-opinjoni tiegħu fl-10 ta’ Novembru 2020, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli temporanji u strettament limitati li jidderogaw mill-applikazzjoni ta’ ċerti obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2002/58/KE, bl-objettiv uniku li jippermetti lill-fornituri ta’ ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (“fornituri”) jużaw, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, it-teknoloġiji speċifiċi għall-ipproċessar tad-data personali u data oħra sal-punt strettament meħtieġ biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u jirrappurtawh u jneħħu l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-iskennjar ta’ komunikazzjonijiet bl-awdjo.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” jfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972; |
(2) |
“materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online” tfisser:
|
(3) |
“solleċitazzjoni tat-tfal” tfisser kwalunkwe mġiba intenzjonali li tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/93/UE; |
(4) |
“abbuż sesswali tat-tfal online” tfisser “materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online” u solleċitazzjoni tat-tfal. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga
1. L-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE m’għandhomx japplikaw għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li jinvolvu l-ipproċessar minn fornituri ta’ data personali u data oħra b’rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm:
(a) |
l-ipproċessar ikun:
|
(b) |
it-teknoloġiji użati għall-iskop stabbilit fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu huma f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija u huma l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza, inkluż fir-rigward tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, sal-punt li jintużaw biex jiskennjaw komunikazzjonijiet li fihom test, ma jkunux kapaċi jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet iżda jistgħu jidentifikaw biss xejriet li jindikaw il-possibbiltà ta’ abbuż sesswali tat-tfal online; |
(c) |
fir-rigward ta’ kwalunkwe teknoloġija speċifika użata għall-iskopstabbilit fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu, ikunu twettqu valutazzjoni minn qabel tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament; |
(d) |
fir-rigward ta’ teknoloġija ġdida, jiġifieri teknoloġija użata għall-iskop tal-identifikazzjoni ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online li ma tkunx intużat minn xi fornitur fir-rigward ta’ servizzi pprovduti lill-utenti tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (“utenti”) fl-Unjoni qabel it-2 ta’ Awwissu 2021, u fir-rigward tat-teknoloġija użata għall-iskop tal-identifikazzjoni ta’ solleċitazzjoni possibbli tat-tfal, il-fornitur jirrapporta lura lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri meħuda biex juri l-konformità mal-parir bil-miktub maħruġ f’konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-awtorità superviżorja kompetenti ddeżinjata skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 1, ta’ dan ir-Regolament (“awtorità superviżorja”) matul il-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel; |
(e) |
it-teknoloġiji użati jkunu affidabbli biżżejjed fis-sens li jillimitaw kemm jista’ jkun ir-rata tal-iżbalji fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ kontenut li jirrappreżenta l-abbuż sesswali tat-tfal online u, fejn iseħħu tali żbalji okkażjonali, il-konsegwenzi tagħhom jiġu rettifikati mingħajr dewmien; |
(f) |
it-teknoloġiji użati għall-identifikazzjoni tax-xejriet tas-solleċitazzjoni possibbli tat-tfal tkun limitata għall-użu tal-indikaturi ewlenin rilevanti u fatturi ta’ riskju identifikati b’mod oġġettiv bħad-differenza fl-età u l-involviment probabbli ta’ xi tifel jew tifla fil-komunikazzjoni skennjata, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rieżami uman. |
(g) |
il-fonituri:
|
(h) |
fejn ikun ġie identifikat abbuż sesswali tat-tfal online suspettat, id-data dwar il-kontenut u d-data relatata dwar it-traffiku pproċessata għall-fini stabbilit fil-punt (a)(i)„ u d-data personali ġġenerata permezz ta’ tali pproċessar jinħażnu b’mod sigur, unikament għall-finijiet ta’:
|
(i) |
id-data ma tinħażinx għal aktar minn kemm ikun strettament meħtieġ għall-iskop rilevanti stabbilit fil-punt (h) u, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali suspettat tat-tfal online; |
(j) |
kull każ ta’ suspett raġunat u vverifikat ta’ abbuż sesswali tat-tfal online jiġi rrapportat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal. |
2. Sat-3 ta’ April 2022, il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (c), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:
(a) |
kienu qed jużaw teknoloġija speċifika qabel it-2 ta’ Awwissu 2021 għal-iskop stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), mingħajr ma kienu kkompletaw proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ dik it-teknoloġija; |
(b) |
jibdew proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel, qabel it-3 ta’ Settembru 2021; u; |
(c) |
jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b’rabta ma l-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel msemmija fil-punt (b). |
3. Sat-3 ta’ April 2022, il-kundizzjoni stabbilita fil--paragrafu 1, il-punt (d), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:
(a) |
kienu qed jużaw xi teknoloġija kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel it-2 ta’ Awwissu 2021 mingħajr ma kienu kkompletawproċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ dik it-teknoloġija; |
(b) |
jibdew proċedura kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel it-3 ta’ Settembru 2021; u |
(c) |
jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b’rabta mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d). |
Artikolu 4
Linji gwida tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Sat-3 ta’ Settembru 2021, u skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jippubblika linji gwida sabiex jassisti lill-awtoritajiet superviżorji fil-valutazzjoni ta’ jekk l-ipproċessar li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għal teknoloġiji eżistenti u ġodda użati għall-iskop stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i), ta’ dan ir-Regolament, jikkonformax mar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 5
Rimedji ġudizzjarji effettivi
F’konformità mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2002/58/KE, l-utenti għandu jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn huma jqisu li d-drittijiet tagħhom ikunu nkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali u data oħra għall-iskop stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Awtoritajiet superviżorji
L-awtoritajiet superviżorji maħtura skont il-Kapitolu VI, Taqsima 1, tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jimmonitorjaw l-ipproċessar li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kompetenzi u s-setgħat tagħhom skont dak il-Kapitolu.
Artikolu 7
Lista pubblika tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal
1. Sat-3 ta’ Settembru 2021, il-fornituri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-ismijiet ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li lilhom jirrappurtaw l-abbuż sesswali tat-tfal online taħt dan ir-Regolament. Il-fornituri għandhom jikkomunikaw kwalunkwe bidla f’dik il-lista lill-Kummissjonifuq bażi regolari.
2. Sat-3 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-ismijiet ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal ikkomunikati lilha skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha żżomm dik il-lista pubblika aġġornata.
Artikolu 8
Statistika
1. Sat-3 ta’ Awwissu 2022, u fuq bażi annwali minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti bl-istatistika dwar dan li ġej:
(a) |
l-għadd totali ta’ rapporti ta’ abbuż sesswali tat-tfal online identifikat li ġew sottomessi mill-fornituri u l-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi, li jagħmlu distinzjoni, fejn taliinformazzjoni tkun disponibbli, bejn l-għadd assolut ta’ każijiet u dawk il-każijiet irrapportati diversi drabi u t-tip ta’ fornitur li fuq is-servizz tiegħu ikun ġie identifikat l-abbuż sesswali tat-tfal online; |
(b) |
l-għadd ta’ tfal identifikati permezz ta’ azzjonijiet previsti fl-Artikolu 3, iddifferenzjat mill-ġeneru; |
(c) |
l-għadd ta’ awturi ta’ reat ikkundannati. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiġbor flimkien l-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandha tqisha meta tkun qed tħejji r-rapport ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 9.
Artikolu 9
Rapport ta’ implimentazzjoni
1. Abbażi tar-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 3(1)(e), il-punt (g)(vii), u l-istatistika pprovduta skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha, sat-3 ta’ Awwissu 2023, tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tissottomettih u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Fir-rapport ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis, b’mod partikolari:
(a) |
il-kundizzjonijiet kollha għall-ipproċessar tad-data personali u ta’ data oħra stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(ii), u l-punti (b), (c) u (d); |
(b) |
il-proporzjonalità tad-deroga prevista minn dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni tal-istatistika sottomessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8; |
(c) |
l-iżviluppi fil-progress teknoloġiku fir-rigward tal-attivitajiet koperti b’dan ir-Regolament, u l-punt sa fejn dawn l-iżviluppi jtejbu l-akkuratezza u jnaqqsu l-għadd u l-proporzjon tal-iżbalji (pożittivi foloz). |
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sat-3 ta’ Awwissu 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(1) ĠU C 10, 11.1.2021, p. 63.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2021.
(3) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(6) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(7) Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
DIRETTIVI
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/52 |
DIRETTIVA (UE) 2021/1233 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Lulju 2021
li temenda d-Direttiva (UE) 2017/2397 fir-rigward tal-miżuri ta’ tranżizzjoni għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ pajjiżi terzi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistipula miżuri ta’ tranżizzjoni sabiex tiġi żgurata l-validità kontinwa taċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord maħruġa qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ traspożizzjoni tagħha, u biex il-membri tal-ekwipaġġ tas-sengħa jingħataw żmien raġonevoli biex japplikaw għal ċertifikat tal-kwalifika tal-Unjoni, jew għal ċertifikat ieħor rikonoxxut bħala ekwivalenti. Madankollu, bl-eċċezzjoni tal-liċenzji tan-navigazzjoni fuq ir-Renu msemmija fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE (4), dawk il-miżuri ta’ tranżizzjoni ma japplikawx għaċ-ċertifikati tal-kwalifika, għall-kotba tar-rekords tas-servizz u għall-ġurnali ta’ abbord maħruġa minn pajjiżi terzi li bħalissa huma rikonoxxuti mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom, jew il-ftehimiet internazzjonali, applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2017/2397. |
(2) |
L-Artikolu 10(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 jistabbilixxi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati, ta’ kotba tar-rekords tas-servizz jew ta’ ġurnali ta’ abbord maħruġa mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz. |
(3) |
Minħabba li l-proċedura għar-rikonoxximent ta’ dokumenti ta’ pajjiżi terzi hija bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz rikjedenti bl-għan li jiġi ddeterminat jekk il-ħruġ taċ-ċertifikati, tal-kotba tar-rekords tas-servizz jew tal-ġurnali ta’ abbord speċifikati fit-talba huwiex soġġett għal rekwiżiti li huma identiċi għal dawk stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2017/2397, mhuwiex probabbli li l-proċedura ta’ rikonoxximent titlesta qabel is-17 ta’ Jannar 2022. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għas-sistema tar-rikonoxximent ta’ dokumenti ta’ pajjiżi terzi prevista fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2017/2397, huwa meħtieġ li jiġu previsti miżuri ta’ tranżizzjoni li jippermettu ż-żmien meħtieġ għal pajjiżi terzi biex jallinjaw ir-rekwiżiti tagħhom ma’ dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva, kif ukoll biex il-Kummissjoni tivvaluta s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom u, fejn xieraq, tadotta att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 10(5) ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri jiżguraw ukoll ċertezza legali tad-dritt għall-individwi u għall-operaturi ekonomiċi attivi fis-settur tat-trasport permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni. Fid-dawl ta’ dawk l-objettivi, huwa xieraq li tiġi stabbilita d-data ta’ skadenza għal dokumenti ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ tranżizzjoni b’referenza għall-perijodu relatat mat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva estiż b’sentejn. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri ta’ tranżizzjoni applikabbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2017/2397, jenħtieġ li l-miżuri ta’ tranżizzjoni applikabbli għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika, għall-kotba tar-rekords tas-servizz u għall-ġurnali ta’ abbord maħruġa minn pajjiżi terzi u rikonoxxuti mill-Istati Membri ma jiġux applikati wara s-17 ta’ Jannar 2032. Barra minn hekk, ir-rikonoxximent ta’ dawn iċ-ċertifikati ta’ kwalifika, tal-kotba tar-rekords tas-servizz u tal-ġurnali ta’ abbord jenħtieġ li jkun ristrett għall-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni li jinsabu fl-Istat Membru kkonċernat. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri ta’ tranżizzjoni applikabbli għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika maħruġa mill-Istati Membri, huwa xieraq li jiġi ċċarat li fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ pajjiżi terzi, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 jinkludu wkoll ir-rekwiżiti għall-iskambju taċ-ċertifikati eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 38(1) u (3) ta’ dik id-Direttiva. |
(7) |
Għalhekk, sabiex il-kumpanniji u l-ħaddiema tas-settur tat-trasport permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jiġu pprovduti b’ċarezza u ċertezza tad-dritt, id-Direttiva (UE) 2017/2397 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 39(4) tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-Istati Membri fejn in-navigazzjoni f’passaġġi fuq l-ilma interni mhijiex teknikament possibbli mhumiex obbligati jittrasponu dik id-Direttiva. Dik id-deroga għandha tapplika għal din id-Direttiva, mutatis mutandis |
(9) |
Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ tranżizzjoni għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ pajjiżi terzi, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(10) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipproċedu minnufih bit-traspożizzjoni tal-miżuri stipulati f’din id-Direttiva, jenħtieġ li din tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva (UE) 2017/2397 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe ċertifikat ta’ kwalifika, ktieb tar-rekords tas-servizz jew ġurnal ta’ abbord li nħareġ skont ir-regoli nazzjonali ta’ pajjiż terz li jistipula rekwiżiti li huma identiċi għal dawk f’din id-Direttiva, inkluż dawk li jinsabu fl-Artikolu 38(1) u (3), għandu jkun validu fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni, soġġett għall-proċedura u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.”; |
(2) |
fl-Artikolu 38, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Sas-17 ta’ Jannar 2032, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jirrikonoxxu, abbażi tar-rekwiżiti nazzjonali tagħhom, jew il-ftehimiet internazzjonali, applikabbli qabel is-16 ta’ Jannar 2018, iċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord li jkunu nħarġu minn pajjiż terz qabel it-18 ta’ Jannar 2024. Ir-rikonoxximent għandu jkun limitat għall-passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.”. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-17 ta’ Jannar 2022. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan..
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 39(4) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandha tapplika għal din id-Direttiva, mutatis mutandis.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(1) ĠU C 220, 9.6.2021, p. 87.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021.
(3) Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31).
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1234
tat-13 ta’ Lulju 2021
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għan-negozjati mar-Renju tat-Tajlandja għal ftehim relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
(2) |
In-negozjati ġew konklużi, u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fis-7 ta’ Jannar 2021. |
(3) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/373 (2), il-Ftehim ġie ffirmat fis-7 ta’ Mejju 2021. |
(4) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja b’rabta man-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim (4).
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) L-approvazzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/373 tat-22 ta’ Frar 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 72, 3.3.2021, p. 1).
(3) Ara paġna xxx ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/57 |
FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU TAT-TAJLANDJA SKONT L-ARTIKOLU XXVIII TAL-FTEHIM ĠENERALI DWAR IT-TARIFFI U L-KUMMERĊ (GATT) TAL-1994 RELATAT MAL-MODIFIKA TAL-KONĊESSJONIJIET FUQ IL-KWOTI TARIFFARJI KOLLHA INKLUŻI FL-ISKEDA CLXXV TAL-UE BĦALA KONSEGWENZA TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA
L-UNJONI EWROPEA, minn naħa waħda,
u
IR-RENJU TAT-TAJLANDJA, min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Partijiet",
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Partijiet kkonkludew b'suċċess in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kif ikkomunikat lill-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("Membri tad-WTO") fid-Dokument G/SECRET/42/Add.2,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jintlaħaq qbil dwar il-volumi ta’ tqassim fir-rigward tal-kwoti tariffarji kollha u l-impenji kwantitattivi tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw li ma għadhomx jinkludu lir-Renju Unit fejn ir-Renju tat-Tajlandja għandu drittijiet ta’ negozjar u konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 kif speċifikat fl-ittra mill-Unjoni Ewropea datata l-25 ta’ Frar 2019.
Artikolu 2
Prinċipju u metodoloġija tat-tqassim tal-kwoti tariffarji
Ir-Renju tat-Tajlandja jaqbel mal-prinċipju u l-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li kienu jinkludu lir-Renju Unit fejn ikun hemm kwantità mqassma meħuda mill-Unjoni Ewropea li ma jinkludix aktar lir-Renju Unit bil-bqija tal-kwantità meħuda mir-Renju Unit.
Artikolu 3
Kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit
1. Il-Partijiet jaqblu dwar il-kwantità għal ċerti kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit mill-1 ta’ Jannar 2021 jew mid-data meta r-Renju Unit ma jibqax kopert mill-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tas-CLXXV tal-Unjoni Ewropea, kif spjegat fid-dettall fl-aħħar kolonna tal-Anness għal dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim ma jippreġudikax in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji erga omnes ikkonċernati. L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li tikkonsulta mar-Renju tat-Tajlandja jekk ir-riżultat ta’ dawk in-negozjati jbiddel l-ishma mniżżlin fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.
3. L-Anness għal dan il-Ftehim għandu jifforma parti integrali minnu.
Artikolu 4
Klawsoli finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom. Għandu japplika minn dik id-data.
2. Dan l-arranġament jikkostitwixxi ftehim bejn il-Partijiet għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.
3. Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull test ugwalment awtentiku.
B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Ftehim.
Съставено в Брюксел на седми май две хиляди двадесет и първа година.
Hecho en Bruselas, el siete de mayo de dos mil veintiuno.
V Bruselu dne sedmého května dva tisíce dvacet jedna.
Udfærdiget i Bruxelles den syvende maj to tusind og enogtyve.
Geschehen zu Brüssel am siebten Mai zweitausendeinundzwanzig.
Kahe tuhande kahekümne esimese aasta maikuu seitsmendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εφτά Μαΐου δύο χιλιάδες είκοσι ένα.
Done at Brussels on the seventh day of May in the year two thousand and twenty one.
Fait à Bruxelles, le sept mai deux mille vingt et un.
Sastavljeno u Bruxellesu sedmog svibnja godine dvije tisuće dvadeset prve.
Fatto a Bruxelles, addì sette maggio duemilaventuno.
Briselē, divi tūkstoši divdesmit pirmā gada septītajā maijā.
Priimta du tūkstančiai dvidešimt pirmų metų gegužės septintą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonegyedik év május havának hetedik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-seba jum ta’ Mejju fis-sena elfejn u wieħed u għoxrin.
Gedaan te Brussel, zeven mei tweeduizend eenentwintig.
Sporządzono w Brukseli dnia siódmego maja roku dwa tysiące dwudziestego pierwszego.
Feito em Bruxelas, em sete de maio de dois mil e vinte e um.
Întocmit la Bruxelles la șapte mai două mii douăzeci și unu.
V Bruseli siedmeho mája dvetisícdvadsaťjeden.
V Bruslju, sedmega maja dva tisoč enaindvajset.
Tehty Brysselissä seitsemäntenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäyksi.
Utfärdat i Bryssel den sjunde maj år tjugohundratjugoett.
ANNESS
LISTA TAL-KWOTI TARIFFARJI TAL-UE GĦAR-RENJU TAT-TAJLANDJA WARA L-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT (MILL-1 TA’ JANNAR 2021)
|
Numru skont in-notifika tal-UE G/SECRET/42/Add.2 |
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
Konċessjoni Attwali fl-Iskeda CLXXV tal-UE (UE 28) |
Pajjiż fornitur |
Konċessjoni finali għall-UE (tunnellati) |
1 |
029 |
0210 99 39 |
Pollam immellaħ |
92 610 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
81 968 |
2 |
052 |
0714 10 00 |
Manjoka (kassava) |
5 750 000 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
3 096 027 |
3 |
055 |
0714 20 90 |
Patata ħelwa, minbarra dik għall-konsum uman |
5 000 |
Għajr iċ-Ċina |
4 985 |
4 |
074 |
1006 10 |
Ross bil-ħliefa |
7 |
Erga omnes |
5 |
5 |
075 |
1006 20 |
Ross meħluf jew ismar |
1 634 |
Erga omnes |
1 416 |
6 |
076 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
63 000 |
Erga omnes |
36 731 |
7 |
077 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
4 313 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
3 663 |
8 |
078 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
1 200 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
1 019 |
9 |
078 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
25 516 |
Erga omnes |
22 442 |
10 |
079 |
1006 40 00 |
Ross imfarrak |
1 000 |
Erga omnes |
1 000 |
11 |
080 |
1006 40 00 |
Ross imfarrak |
31 788 |
Erga omnes |
26 581 |
12 |
081 |
1006 40 00 |
Ross imfarrak |
100 000 |
Erga omnes |
93 709 |
13 |
085 |
1108 14 00 |
Lamtu tal-manjoka |
8 000 |
Erga omnes |
6 632 |
14 |
086 |
1108 14 00 |
Lamtu tal-manjoka |
2 000 |
Erga omnes |
1 658 |
15 |
089 |
1602 32 11 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, mhux imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
340 |
Għajr il-Brażil |
236 |
16 |
090 |
1602 32 19 |
Laħam imsajjar tal-pollam tal-ispeċi Gallus domesticus |
160 033 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
53 866 |
17 |
091 |
1602 32 30 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat li fih 25 % jew iktar iżda inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
14 000 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
2 435 |
18 |
092 |
1602 32 90 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
2 100 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
1 940 |
19 |
093 |
1602 39 21 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, mhux imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
10 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
10 |
20 |
094 |
1602 39 29 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
13 500 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
8 572 |
21 |
095 |
1602 39 85 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih 25 % jew iktar iżda inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
600 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
300 |
22 |
096 |
1602 39 85 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
600 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
278 |
23 |
105 |
1901 90 99 1904 30 00 1904 90 80 1905 90 20 |
Preparazzjonijiet tal-ikel biċ-ċereali |
191 |
Erga omnes |
191 |
24 |
106 |
1902 11 00 1902 19 10 1902 19 90 1902 20 91 1902 20 99 1902 30 10 1902 30 90 1902 40 10 1902 40 90 |
Għaġin |
532 |
Erga omnes |
497 |
25 |
107 |
1905 90 10 1905 90 20 1905 90 30 1905 90 45 1905 90 55 1905 90 60 1905 90 90 |
Gallettini |
409 |
Erga omnes |
409 |
26 |
005 |
0304 89 90 |
Ħut tar-razza Allocyttus u tar-razza Pseudocyttus maculatus |
200 |
Erga omnes |
200 |
27 |
007 |
1604 20 50 |
Ħut preparat jew priżervat (ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ sardin, plamtu, kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ispeċi Orcynopsis unicolor |
865 |
Erga omnes |
631 |
28 |
008 |
1604 20 50 |
Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ sardin, plamtu, kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ispeċi Orcynopsis unicolor |
1 410 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
423 |
29 |
009 |
1604 20 70 |
Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ tonn, palamit u ħut ieħor tar-razza Euthynnus |
742 |
Erga omnes |
742 |
30 |
010 |
1604 20 70 |
Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ tonn, palamit u ħut ieħor tar-razza Euthynnus |
1 816 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
1 816 |
31 |
011 |
1605 21 10 |
Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’pakketti diretti b’kontenut nett ta’ <= 2 kg (minbarra kemm kemm affumikat, u f’kontenituri bla arja) |
500 |
Erga omnes |
474 |
|
|
1605 21 90 |
Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’pakketti diretti b’kontenut nett ta’ > 2 kg (minbarra kemm kemm affumikat, u f’kontenituri bla arja) |
|
|
|
|
|
1605 29 00 |
Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’kontenituri ssiġillati (għajr affumikati) |
|
|
|