ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 264

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
26 ta' Lulju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1213 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

1

 

*

Ftehim — Fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1213

tat-13 ta’ Lulju 2021

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tniedi negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(2)

In-negozjati mal-Arġentina ġew konklużi fil-5 ta’ Frar 2021 bl-inizjalar tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fl-10 ta’ Mejju 2021, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/651 (2).

(4)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika prevista fil-Ftehim (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ŠIRCELJ


(1)  Approvazzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/651 tad-19 ta’ April 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 135, 21.4.2021, p. 1).

(3)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat f’paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/3


FTEHIM

Fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur li nirreferi għan-negozjati li saru f’konformità mal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatati mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-Unjoni Ewropea b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ('UE') kif imħabbar lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.

Fil-konklużjoni tan-negozjati, ir-Repubblika Arġentina ('Arġentina') u l-UE ftehmu dwar dan li ġej:

Mingħajr preġudizzju għan-negozjati futuri skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 u għall-finijiet biss tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, l-Arġentina taqbel mal-metodoloġija ta’ tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma ta’ kwoti tariffarji tal-UE li kienu jinkludu r-Renju Unit, fejn hemm kwantità mqassma meħuda mill-UE li ma għadhiex tinkludi r-Renju Unit, filwaqt li l-kumplament tal-kwantità jittieħed mir-Renju Unit. Dan jirrifletti ċ-ċirkostanzi uniċi li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn l-Arġentina għandha drittijiet ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, l-Arġentina taqbel u hija sodisfatta bl-impenji tal-kwantità tal-kwota tariffarja proposti kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, meħuda mill-EU wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

Minkejja l-paragrafu preċedenti, fir-rigward tal-kwoti tariffarji hawn taħt, l-Arġentina u l-UE jaqblu mat-tibdil tal-impenji skedati kif ġej:

Kwota tariffarja 020 (Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż: frisk, imkessaħ jew iffriżat): il-volum tal-UE tal-parti speċifika għall-pajjiż tal- Arġentina se jiġi aġġustat għal 19 090 tunnellata;

Kwota tariffarja 069 (Xgħir): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 307 105 tunnellata;

Kwota tariffarja 071 (Qamħirrum): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 276 440 tunnellata;

Kwota tariffarja 080 (Frak tar-ross): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 28 360 tunnellata;

Kwota tariffarja 111 (Meraq tal-għeneb): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 2 525 tunnellata;

Barra minn hekk, l-Arġentina u l-UE jaqblu dwar it-tibdil li ġej fl-impenji skedati biex jiġi faċilitat l-użu ta’ ċerti kwoti tariffarji:

Kwota tariffarja 046 (Tewm): l-UE għandha telimina d-distinzjoni attwali bejn l-importaturi tradizzjonali u dawk ġodda. Fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-parti speċifika tal-Arġentina ta’ din il-kwota, il-firxa tal-volum ta’ 19 147 tunnellata se tiġi aġġustata kif ġej:

Kwota tariffarja annwali

L-ewwel kwart

(Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Awwissu)

It-tieni kwart

(Mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Novembru)

It-tielet kwart

(Mill-1 ta’ Diċembru sat-28 ta’ Frar)

Ir-raba’ kwart

(Mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju)

19 147 t

0 t

0 t

11 700  t

7 447  t

Kwota tariffarja 011 (Laħam tal-annimali bovini, iffriżat; interjuri li jittiekel tal-annimali bovini, iffriżat): l-UE għandha taġġusta l-parti ad valorem tad-dazju fil-kwota minn 20 għal 15 %

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kwoti tariffarji, l-UE se timplimenta d-dispożizzjonijiet li ġejjin fil-leġiżlazzjoni interna tagħha applikabbli:

Kwota tariffarja 026 (Qatgħat tat-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati): l-UE se toħloq suballokazzjoni speċifika għall-pajjiż għall- Arġentina ta’ 2 080 tunnellata bbażata fuq l-esportazzjonijiet storiċi tagħha f’perjodu rappreżentattiv. Din l-allokazzjoni tal-pajjiż se tinħoloq taħt il-kwota tariffarja erga omnes eżistenti.

Kwota tariffarja 029 (Laħam tat-tjur tat-trobbija mmellaħ): l-UE se toħloq suballokazzjoni speċifika għall-pajjiż għall-Arġentina ta’ 456 tunnellata bbażata fuq l-esportazzjonijiet storiċi tagħha f’perjodu rappreżentattiv. Din l-allokazzjoni tal-pajjiż se tinħoloq taħt il-kwota tariffarja erga omnes eżistenti.

Dan il-Ftehim ma joħloqx preġudizzju għan-negozjati bejn l-UE membri oħra tad-WTO bid-drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji erga omnes ikkonċernati, għajr dawk elenkati hawn fuq. L-U Etimpenja ruħha li tinforma lill-Arġentina jekk ir-riżultat ta’ tali negozjati jbiddel l-ishma stabbiliti fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.

L-UE u l-Arġentina għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Napprezza jekk tkun tista’ tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan t’hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li din l-ittra u l-konferma tagħha mill-Gvern tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.

Dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea

Image 1

B.   Ittra mir-Repubblika Arġentina

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li taqra kif ġej:

“Għandi l-unur li nirreferi għan-negozjati li saru f’konformità mal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatati mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-Unjoni Ewropea b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (UE), kif imħabbar lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.

Fil-konklużjoni tan-negozjati, ir-Repubblika Arġentina ('l-Arġentina') u l-UE ftehmu dwar dan li ġej:

Mingħajr preġudizzju għan-negozjati futuri skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 u għall-finijiet biss tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, l-Arġentina taqbel mal-metodoloġija ta’ tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma tal-kwoti tariffarji tal-UE li kienu jinkludu r-Renju Unit, fejn hemm kwantità mqassma meħuda mill-UE li ma għadhiex tinkludi r-Renju Unit, filwaqt li l-kumplament tal-kwantità jittieħed mir-Renju Unit. Dan jirrifletti ċ-ċirkostanzi uniċi li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn l-Arġentina għandha drittijiet ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, l-Arġentina taqbel u hija sodisfatta bl-impenji tal-kwantità tal-kwota tariffarja proposti kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, meħuda mill-UE wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

Minkejja l-paragrafu preċedenti, fir-rigward tal-kwoti tariffarji hawn taħt, l- Arġentina u l-UE jaqblu mat-tibdil fl-impenji skedati kif ġej:

Kwota tariffarja 020 (Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż: frisk, imkessaħ jew iffriżat): il-volum tal-EU tal-parti speċifika għall-pajjiż l-- Arġentina se jiġi aġġustat għal 19 090 tunnellata;

Kwota tariffarja 069 (Xgħir): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 307 105 tunnellata;

Kwota tariffarja 071 (Qamħirrum): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 276 440 tunnellata;

Kwota tariffarja 080 (Frak tar-ross): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 28 360 tunnellata;

Kwota tariffarja 111 (Meraq tal-għeneb): il-volum tal-UE tal-kwota erga omnes se jiġi aġġustat għal 2 525 tunnellata;

Barra minn hekk, l-Arġentina u l-UE jaqblu dwar it-tibdil li ġej tal-impenji skedati biex jiġi faċilitat l-użu ta’ ċerti kwoti tariffarji:

Kwota tariffarja 046 (Tewm): l-UE għandha telimina d-distinzjoni attwali bejn l-importaturi tradizzjonali u dawk ġodda. Fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-parti speċifika tal-Arġentina ta’ din il-kwota, il-firxa tal-volum ta’ 19 147 tunnellata se tiġi aġġustata kif ġej:

Kwota tariffarja annwali

L-ewwel kwart

(Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Awwissu)

It-tieni kwart

(Mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Novembru)

It-tielet kwart

(Mill-1 ta’ Diċembru sat-28 ta’ Frar)

Ir-raba’ kwart

(Mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju)

19 147  t

0 t

0 t

11 700  t

7 447  t

Kwota tariffarja 011 (Laħam tal-annimali bovini, iffriżat; interjuri li jittiekel tal-annimali bovini, iffriżat): l-UE għandha taġġusta l-parti ad valorem tad-dazju fil-kwota minn 20 għal 15 %

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kwoti tariffarji, l-UE se timplimenta d-dispożizzjonijiet li ġejjin fil-leġiżlazzjoni interna tagħha applikabbli:

Kwota tariffarja 026 (Qatgħat tat-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati): l-UE se toħloq suballokazzjoni speċifika għall-pajjiż għall-Arġentina ta’ 2 080 tunnellata bbażata fuq l-esportazzjonijiet storiċi tagħha f’perjodu rappreżentattiv. Din l-allokazzjoni tal-pajjiż se tinħoloq taħt il-kwota tariffarja erga omnes eżistenti.

Kwota tariffarja 029 (Laħam tat-tjur tat-trobbija mmellaħ): l-UE se toħloq suballokazzjoni speċifika għall-pajjiż għall-- Arġentina ta’ 456 tunnellata bbażata fuq l-esportazzjonijiet storiċi tagħha f’perjodu rappreżentattiv. Din l-allokazzjoni tal-pajjiż se tinħoloq taħt il-kwota tariffarja erga omnes eżistenti.

Dan il-Ftehim ma joħloqx preġudizzju għan-negozjati bejn l-UE u membri oħra tad-WTO bid-drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji erga omnes ikkonċernati, għajr dawk elenkati hawn fuq. L-UE timpenja ruħha li tinforma lill-Arġentina jekk ir-riżultat ta’ tali negozjati jbiddel l-ishma stabbiliti fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.

L-UE u l-Arġentina għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Napprezza jekk tkun tista’ tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan t’hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li din l-ittra u l-konferma tal-Gvern tiegħek , flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-ittra t’hawn fuq.

Għar-Repubblika Arġentina

Image 2