ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
20 ta' Lulju 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2021/1187 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T)

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1188 tad-19 ta’ Lulju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/138

14

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1189 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu ta’ ġeneri jew speċijiet partikolari ( 1 )

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1190 tal-15 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett użu tal-ICT u kummerċ elettroniku għas-sena ta’ referenza 2022, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1191 tad-19 ta’ Lulju 2021 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva clopyralid f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1192 tad-19 ta’ Lulju 2021 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/142

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1193 tad-19 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1194 tad-19 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovou li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135

48

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1195 tad-19 ta’ Lulju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

50

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1196 tad-19 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward ta’ standards armonizzati għal ċertu tagħmir tar-radju li jikkonċernaw apparati ta’ radjudeterminazzjoni għas-sondaġġ tal-art u tal-ħitan, tagħmir ta’ identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, tagħmir tar-radju għas-sistemi ferrovjarji tal-Euroloop, apparati ta’ medda qasira f’network, applikazzjonijiet industrijali mingħajr fili u konnessjonijiet bir-radju fuq banda wiesgħa għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta

53

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/1


DIRETTIVA (UE) 2021/1187 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi qafas komuni għall-ħolqien ta’ networks interoperabbli mill-aktar avvanzati fl-Unjoni, għas-servizz taċ-ċittadini tagħha, bl-għan li jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni u jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona unika Ewropea tat-trasport u tal-mobbiltà, u b’hekk isaħħaħ is-suq intern. In-network trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) huwa kostitwit minn struttura ta’ żewġ saffi, li tikkonsisti f’network komprensiv u f’network ewlieni. In-network komprensiv jiżgura l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, filwaqt li n-network ewlieni huwa magħmul minn dawk l-elementi tan-network komprensiv li għandhom l-aktar importanza strateġika għall-Unjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jistabbilixxi miri vinkolanti ta’ tlestija, biex in-network ewlieni jitlesta sal-2030 u n-network komprensiv sal-2050, b’mod partikolari billi tingħata prijorità lill-konnessjonijiet transfruntieri, tittejjeb l-interoperabbiltà, u jingħata kontribut għall-integrazzjoni multimodali tal-infrastruttura tat-trasport tal-Unjoni.

(2)

Minkejja l-ħtieġa li jitlesta t-TEN-T u l-iskadenzi vinkolanti biex dan isir, l-esperjenza wriet li ħafna investimenti bil-għan li jitlesta t-TEN-T isibu quddiemhom multipliċità ta’ proċeduri tal-għoti ta’ permessi, proċeduri transfruntieri tal-akkwist u proċeduri oħra li huma differenti u kumplessi. Din is-sitwazzjoni tipperikola l-implimentazzjoni f’waqtha tal-proġetti u, f’bosta każijiet, twassal għal dewmien sinifikanti u aktar spejjeż. Barra minn hekk, tista’ tinħoloq inċertezza għall-promoturi tal-proġetti u għall-investituri privati potenzjali, u f’ċerti każijiet tista’ saħansitra twassal biex proġetti ma jitwettqux kif ippjanati fil-bidu. Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza dawk il-kwistjonijiet u tagħmel it-tlestija sinkronizzata u f’waqtha tat-TEN-T possibbli permezz ta’ azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni. Fit-tfassil tal-pjanijiet u programmi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-iżvilupp tat-TEN-T, f’konformità mal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

(3)

Din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri proċeduri relatati ma’ proġetti, inklużi dawk relatati mal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-ippjanar urban jew tal-użu tal-art, għall-proċeduri relatati mal-għoti ta’ kuntratti għal akkwisti pubbliċi, u għall-passi li jittieħdu fil-livell strateġiku li mhumiex relatati ma’ proġetti, bħall-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi, l-ippjanar baġitarju pubbliku, kif ukoll pjanijiet ta’ trasport nazzjonali jew reġjonali. Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi u tiġi żgurata dokumentazzjoni ta’ kwalità għolja tal-proġetti, il-promoturi ta’ proġett jenħtieġ li jwettqu l-ħidma preparatorja, bħal studji u rapporti preliminari qabel il-bidu tal-proċedura tal-għoti ta’ permessi. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tkunx applikabbli għall-proċeduri quddiem awtorità amministrattiva ta’ appell, qorti jew tribunal.

(4)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għal proġetti li huma parti minn sezzjonijiet identifikati minn qabel tan-network ewlieni li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva u għal proġetti oħra fuq il-kurituri tan-network ewlieni bi spiża totali li taqbeż EUR 300 000 000. Il-proġetti li jaqbżu dak l-ammont huma spiss ta’ importanza strateġika biex l-istrateġija tal-Unjoni tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Il-kurituri tan-network ewlieni huma identifikati permezz tal-allinjamenti li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-mapep tan-network ewlieni li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Il-bażi teknika ta’ dawk il-mapep hija pprovduta mis-sistema interattiva ta’ informazzjoni ġeografika u teknika għat-TEN-T (TENtec), li fiha livell ogħla ta’ dettall dwar l-infrastruttura trans-Ewropea tat-trasport.

(5)

Il-proġetti relatati esklużivament ma’ applikazzjonijiet telematiċi, ma’ teknoloġiji ġodda u mal-innovazzjoni jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva peress li l-implimentazzjoni tagħhom mhijiex limitata għan-network ewlieni.

(6)

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, japplikaw din id-Direttiva għal proġetti oħra fuq in-network ewlieni u fuq in-network komprensiv, inklużi proġetti esklużivament relatati ma’ applikazzjonijiet telematiċi, ma’ teknoloġiji ġodda u mal-innovazzjoni, sabiex jinkiseb approċċ armonizzat għal proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport. Il-pubblikazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ listi ta’ proġetti individwali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ żżid it-trasparenza għall-promoturi ta’ proġetti fir-rigward ta’ xogħlijiet li għaddejjin, kif ukoll dawk futuri tul tat-TEN-T.

(7)

Minħabba l-valutazzjonijiet ambjentali differenti li huma previsti fil-liġijiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali, li huma meħtieġa biex jingħataw il-permessi għall-proġetti tan-network ewlieni, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu, fejn ikun fattibbli u adatt, proċedura simplifikata li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawk il-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali sabiex tgħin fil-kisba tal-objettivi stipulati f’din id-Direttiva mmirata lejn razzjonalizzazzjoni akbar tal-miżuri.

(8)

Jenħtieġ li jingħata trattament ta’ prijorità lill-proġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn rilevanti. Tali trattament jista’ jinkludi skadenzi iqsar, proċeduri simultanji jew perijodi ta’ żmien limitati għall-appelli, filwaqt li jiżgura li jinkisbu wkoll, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali, l-objettivi ta’ politiki orizzontali oħra, bħal politiki ambjentali li għandhom l-għan li jevitaw, jipprevjenu, inaqqsu jew jikkumpensaw għal effetti negattivi fuq l-ambjent. Fl-oqfsa legali ta’ ħafna Stati Membri jingħata trattament ta’ prijorità lil ċerti kategoriji ta’ proġetti abbażi tal-importanza strateġika tagħhom għall-ekonomija. Meta jkun jeżisti tali trattament ta’ prijorità f’qafas legali nazzjonali, jenħtieġ li jkun japplika awtomatikament għal proġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jittestjaw proċeduri speċifiċi tal-għoti tal-permessi fuq għadd limitat ta’ proġetti sabiex jivvalutaw l-estensjoni potenzjali tagħhom għal proġetti oħra. Matul dan il-perijodu ta’ ttestjar, l-Istat Membru konċernat ma għandux ikun obbligat japplika tali proċeduri ta’ ttestjar għal proġetti oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(9)

Sabiex issir possibbli l-ġestjoni ċara tal-proċedura ġenerali u biex jiġi pprovdut punt ta’ kuntatt għall-promoturi tal-proġetti, il-proġetti fuq il-kurituri tan-network ewlieni jenħtieġ li jkunu appoġġati minn proċeduri effiċjenti għall-għoti ta’ permessi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar skont l-oqfsa legali nazzjonali u l-istrutturi amministrattivi tagħhom u t-tipi ta’ proġetti kkonċernati. Fejn Stat Membru jaħtar diversi awtoritajiet, għandu jiżgura li awtorità waħda biss tinħatar għal proġett partikolari u għal proċedura partikolari tal-għoti ta’ permessi.

(10)

Il-ħatra ta’ awtorità li sservi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-promotur ta’ proġett jenħtieġ li tnaqqas il-kumplessità, ittejjeb l-effiċjenza u żżid it-trasparenza tal-proċeduri. Jenħtieġ ukoll, fejn adatt, li din ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Il-proċeduri jenħtieġ li jippromwovu kooperazzjoni reali bejn il-promoturi ta’ proġett u l-awtorità maħtura.

(11)

L-awtorità maħtura tista’, inter alia, tiġi fdata b’kompiti relatati mal-koordinazzjoni u l-awtorizzazzjoni, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali, ta’ proġetti speċifiċi għar-rikostruzzjoni tal-infrastruttura fuq in-network ewlieni fil-każ ta’ diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem.

(12)

Il-proċedura prevista f’din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti tal-liġi internazzjonali u tal-liġi tal-Unjoni, inklużi rekwiżiti għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. Din id-Direttiva ma għandhiex twassal biex jitbaxxew l-istandards maħsuba biex ikunu evitati, impeduti, imnaqqsa jew ikkumpensati effetti negattivi fuq l-ambjent.

(13)

Minħabba l-urġenza biex jitlesta n-network ewlieni, jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi tkun akkumpanjata b’limitu taż-żmien għal proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni biex tinbena l-infrastruttura tat-trasport. Dak il-limitu taż-żmien jenħtieġ jistimola trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent u l-parteċipazzjoni pubblika. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-limitu ta’ żmien għall-proċeduri tal-għoti tal-permessi jiġi estiż f’każijiet debitament ġustifikati, inkluż meta jinqalgħu ċirkostanzi mhux prevedibbli jew fejn dan ikun neċessarju għall-protezzjoni ambjentali. L-estensjoni tista’, pereżempju, tiġi espressa bħala perijodu ta’ żmien jew indikata permezz ta’ referenza għal data, jew għal xi avveniment partikolari fil-futur. Jenħtieġ li l-limitu ta’ żmien, kif estiż, ma jinkludix, b’mod partikolari, iż-żmien meħtieġ għat-twettiq ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ appell. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux responsabbli fejn in-nuqqas ta’ konformità ma’ dak il-limitu ta’ żmien ikun ikkawżat mill-promotur tal-proġett, pereżempju fejn il-promotur ta’ proġett ma jikkonformax mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-liġi nazzjonali jew mal-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-awtorità maħtura jew fejn il-promotur ta’ proġett ikun aġixxa b’dewmien mhux ġustifikabbli.

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-appelli li jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jiġu ttrattati bl-aktar mod effiċjenti possibbli.

(15)

Il-proġetti ta’ infrastruttura tat-TEN-T li jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri konċernati jikkooperaw sabiex jikkoordinaw l-iskedi ta’ żmien tagħhom u jistabbilixxu skeda konġunta dwar il-proċedura tal-għoti ta’ permessi, sa fejn tali koordinazzjoni tal-iskedi ta’ żmien tagħhom u tali stabbiliment ta’ skeda ta’ żmien konġunta jkunu possibbli u adatti skont l-istat ta’ tħejjija, jew tal-maturità, tal-proġett, li jiddependi l-aktar mill-promotur tal-proġett, speċjalment mid-data li fiha l-promotur tal-proġett ikun innotifika l-proġett lill-awtorità maħtura ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.

(16)

Il-Koordinaturi Ewropej maħtura skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jenħtieġ li jiġu infurmati dwar il-proċeduri rilevanti sabiex jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom bi tħejjija għall-implimentazzjoni f’waqtha tan-network ewlieni sal-2030.

(17)

Fejn it-TEN-T ikun estiż għal pajjiżi terzi, f’konformità mal-mapep indikattivi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu mistiedna japplikaw, fejn rilevanti, regoli simili għal dawk previsti minn din id-Direttiva.

(18)

L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri jenħtieġ li jsir f’konformità mat-Trattati u, fejn rilevanti, mad-Direttiva 2014/24/UE (6) jew mad-Direttiva 2014/25/UE (7), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sabiex tiġi żgurata t-tlestija effiċjenti tal-proġetti transfruntieri tan-network ewlieni, jenħtieġ li l-akkwist pubbliku li jsir minn entità konġunta jkun soġġett għal-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru wieħed. B’deroga mil-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-liġi nazzjonali applikabbli jenħtieġ li, fil-prinċipju, tkun dik tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Jenħtieġ jibqa’ possibbli li l-liġi nazzjonali applikabbli tiġi ddeterminata permezz ta’ ftehim intergovernattiv. Għal akkwist pubbliku li jsir minn sussidjarja ta’ entità konġunta, dik is-sussidjarja jenħtieġ li tapplika l-liġi nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li tista’ tkun il-liġi nazzjonali applikabbli għall-entità konġunta. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-istrateġiji attwali fir-rigward tal-akkwist għandhom jibqgħu applikabbli għal entità konġunta stabbilita qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(19)

Il-Kummissjoni mhijiex involuta sistematikament fl-awtorizzazzjoni ta’ proġetti individwali. Madanakollu, f’xi każijiet, ċerti aspetti tat-tħejjija tal-proġetti huma soġġetti għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tkun involuta fil-proċeduri, din ser tagħti trattament ta’ prijorità lill-proġetti tal-Unjoni u tiżgura ċertezza lill-promoturi tal-proġetti. F’xi każijiet jaf ikun hemm bżonn approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti f’din id-Direttiva, u f’konformità mal-Kodiċi tal-Aqwa Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex il-proġetti tan-network ewlieni li huma jikkunsidraw bħala prijorità jiġu ttrattati bi skedi taż-żmien aktar prevedibbli taħt l-approċċ tal-portafoll tal-każ jew l-ippjanar reċiprokament miftiehem.

(20)

L-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali fuq in-network ewlieni jenħtieġ li tiġi appoġġata wkoll mil-linji gwida tal-Kummissjoni li jikkjarifikaw aktar l-implimentazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ proġetti filwaqt li jiġi rispettat l-acquis tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2017 intitolat “Pjan ta’ Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija” tagħti gwida u tikkjarifika aktar kif għandu jkun hemm konformità mad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (9). Sabiex jiġi żgurat l-aqwa valur għall-flus pubbliċi, jenħtieġ li jsir disponibbli għal proġetti l-appoġġ dirett relatat mal-akkwist pubbliku.

(21)

Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu razzjonalizzati l-miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tat-TEN-T, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi għall-proġetti tat-TEN-T permezz ta’ azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni, pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(22)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għal proċeduri, tal-għoti tal-permessi, li jkunu bdew qabel id-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-proċeduri tal-għoti ta’ permessi sabiex tiġi awtorizzata l-implimentazzjoni ta’:

(a)

proġetti li jagħmlu parti minn sezzjonijiet identifikati minn qabel tan-network ewlieni kif elenkati fl-Anness;

(b)

proġetti oħra fuq il-kurituri tan-network ewlieni, kif identifikati skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, bi spiża totali ta’ aktar minn EUR 300 000 000,

bl-eċċezzjoni ta’ proġetti relatati esklussivament ma’ applikazzjonijiet telematiċi, ma’ teknoloġiji ġodda u mal-innovazzjoni fis-sens tal-Artikoli 31 u 33 ta’ dak ir-Regolament.

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal akkwisti pubbliċi fi proġetti transfruntieri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva għal proġetti oħra tan-network ewlieni u tan-network komprensiv, inklużi proġetti relatati esklużivament ma’ applikazzjonijiet telematiċi, ma’ teknoloġiji ġodda u mal-innovazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni” tfisser id-deċiżjoni jew sett ta’ deċiżjonijiet, li jistgħu jkunu ta’ natura amministrattiva, meħuda simultanjament jew suċċessivament minn awtorità jew awtoritajiet ta’ Stat Membru, li ma jinkludux awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji ta’ appell, taħt sistema legali nazzjonali u liġi amministrattiva li jiddeterminaw jekk promotur ta’ proġett ikunx intitolat jimplimenta l-proġett fiż-żona ġeografika kkonċernata jew le, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ appell;

(2)

“proċedura tal-għoti tal-permessi” tfisser kwalunkwe proċedura li għandha tiġi segwita relatata ma’ proġett individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex tinkiseb id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kif meħtieġ mill-awtorità jew l-awtoritajiet ta’ Stat Membru, taħt il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, bl-eċċezzjoni ta’ ppjanar urban jew tal-użu tal-art, ta’ proċeduri relatati mal-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku, u tal-passi li jittieħdu fuq livell strateġiku li ma jirreferux għal proġett speċifiku, bħal valutazzjoni ambjentali strateġika, ippjanar baġitarju pubbliku, kif ukoll pjanijiet ta’ trasport nazzjonali jew reġjonali;

(3)

“proġett” tfisser proposta għall-bini, l-adattament jew il-modifika ta’ sezzjoni definita tal-infrastruttura tat-trasport li l-għan tagħha jkun it-titjib fil-kapaċità, is-sikurezza u l-effiċjenza ta’ dik l-infrastruttura u li l-implimentazzjoni tagħha teħtieġ approvazzjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni;

(4)

“proġett transfruntier” tfisser proġett li jkopri sezzjoni transfruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar;

(5)

“promotur tal-proġett” tfisser l-applikant għall-awtorizzazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ proġett jew l-awtorità pubblika li tibda proġett;

(6)

“awtorità maħtura” tfisser l-awtorità li tkun il-punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett u li tiffaċilita l-ipproċessar effiċjenti u strutturat ta’ proċeduri tal-għoti tal-permessi f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(7)

“awtorità konġunta” tfisser awtorità stabbilita bi ftehim reċiproku bejn żewġ Stati Membri jew aktar biex tiffaċilita l-proċeduri tal-għoti ta’ permessi relatati ma’ proġetti transfruntieri, inklużi awtoritajiet konġunti stabbiliti minn awtoritajiet maħtura fejn dawk l-awtoritajiet maħtura jkunu ngħataw is-setgħa minn Stati Membri biex jistabbilixxu awtoritajiet konġunti.

Artikolu 3

Status ta’ prijorità

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-awtoritajiet kollha, inkluża l-awtorità maħtura, involuti fil-proċedura tal-għoti tal-permessi, esklużi l-qrati u t-tribunali, jagħtu prijorità lill-proġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   Fejn ikunu jeżistu, taħt il-liġi nazzjonali, proċeduri speċifiċi tal-għoti tal-permessi għal proġetti ta’ prijorità, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-objettivi, ir-rekwiżiti u l-limiti ta’ żmien ta’ din id-Direttiva, jiżguraw li l-proġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jiġu ttrattati taħt dawk il-proċeduri. Dan ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jittestjaw proċeduri speċifiċi tal-għoti tal-permessi fir-rigward ta’ għadd limitat ta’ proġetti, sabiex jivvalutaw l-estensjoni potenzjali tagħhom għal proġetti oħra, mingħajr ma jkollhom japplikaw tali proċeduri għal proġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni baġitarja.

Artikolu 4

Awtorità Maħtura

1.   Sal-10 ta’ Awwissu 2023, kull Stat Membru għandu jaħtar, fil-livell amministrattiv adatt, l-awtoritajiet li jkollhom jaġixxu bħala awtorità maħtura.

2.   Stat Membru jista’, fejn rilevanti, jaħtar awtoritajiet differenti bħala l-awtorità maħtura skont il-proġett jew il-kategorija tal-proġetti, il-mod ta’ trasport, jew iż-żona ġeografika. F’tali każ, l-Istat Membru għandu jiżgura li jkun hemm awtorità maħtura waħda biss għal proġett partikolari u għal proċedura partikolari tal-għoti tal-permessi.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu lill-promoturi tal-proġetti b’informazzjoni li tkun faċilment disponibbli dwar l-identità tal-awtorità maħtura għal proġett partikolari.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtorità maħtura biex tieħu d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

Meta tingħata s-setgħa li tieħu d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni skont l-ewwel subparagrafu, l-awtorità maħtura għandha tivverifika li jkunu nkisbu l-permessi, id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni u għandha tinnotifika d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni lill-promotur tal-proġett.

5.   Fejn l-awtorità maħtura ma jkollhiex is-setgħa li tieħu d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-promotur tal-proġett jiġi nnotifikat bl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtorità maħtura biex tistabbilixxi limiti ta’ żmien indikattivi għall-passi intermedjarji differenti tal-proċedura tal-għoti tal-permessi skont l-Artikolu 5(1), mingħajr preġudizzju għal-limitu ta’ erba’ snin imsemmi f’dak il-paragrafu.

7.   L-awtorità maħtura għandha:

(a)

tkun il-punt ta’ kuntatt għall-informazzjoni għall-promotur tal-proġett u għal awtoritajiet rilevanti oħra involuti fil-proċedura li twassal għad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni għal proġett partikolari;

(b)

tipprovdi lill-promotur tal-proġett, fejn hekk tkun meħtieġa tagħmel taħt il-liġi nazzjonali, id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(4), inkluża informazzjoni dwar il-limiti taż-żmien indikattivi relatati mal-proċeduri tal-għoti tal-permessi, f’konformità mal-limitu ta’ żmien ta’ erba’ snin imsemmi fl-Artikolu 5(1);

(c)

tissorvelja l-iskeda ta’ żmien tal-proċedura tal-għoti tal-permessi, u b’mod partikolari tirreġistra kwalunkwe estensjoni tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 5(4);

(d)

jekk mitluba, tagħti gwida lill-promotur tal-proġett fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha, inklużi l-permessi, id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet kollha meħtieġa li jinkisbu u jiġu pprovduti għad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

L-awtorità maħtura tista’ wkoll tagħti gwida lill-promotur tal-proġett dwar liema informazzjoni u/jew dokumenti addizzjonali għandhom jiġu ppreżentati f’każ li n-notifika kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) ġiet miċħuda.

8.   Il-paragrafu 7 huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ kwalunkwe awtorità oħra involuta fil-proċedura tal-għoti tal-permessi u għall-possibbiltà li l-promotur tal-proġett jikkuntattja lill-awtoritajiet individwali għall-permessi, deċiżjonijiet jew opinjonijiet speċifiċi li jkunu parti mid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

Artikoli 5

It-tul ta’ żmien tal-proċedura tal-għoti tal-permessi

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċedura tal-għoti tal-permessi, inklużi l-iskadenzi għal dik il-proċedura, li ma għandhiex teċċedi erba’ snin mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jaqsmu l-perijodu disponibbli f’passi differenti u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali.

2.   Il-perijodu ta’ erba’ snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u mil-liġi tal-Unjoni u ma għandux jinkludi perijodi li jkunu meħtieġa biex jiġu istitwiti proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji ta’ appell u biex jintalbu rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal, kif ukoll kwalunkwe perijodu li jkun meħtieġ biex jiġu implimentati kwalunkwe deċiżjoni jew rimedji riżultanti.

3.   Il-perijodu ta’ erba’ snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stat Membru li jipprevedi li l-proċedura tal-għoti tal-permessi għandha tiġi finalizzata permezz tal-adozzjoni ta’ att leġislattiv nazzjonali speċifiku, f’liema każ, il-proċedura għall-adozzjoni ta’ dak l-att tista’, b’deroga mill-paragrafu 1, teċċedi l-perijodu ta’ erba’ snin dment li l-ħidma preparatorja, li abbażi tagħha l-att leġislattiv nazzjonali jiġi adottat, tiġi konkluża fi żmien dak il-perijodu. Il-ħidma preparatorja għandha titqies li tintemm meta l-att leġislattiv nazzjonali speċifiku jiġi introdott lill-Parlament nazzjonali.

4.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, f’każijiet debitament ġustifikati, tkun tista’ tingħata estensjoni xierqa għall-perijodu ta’ erba’ snin imsemmi fil-paragrafu 1. It-tul tal-estensjoni għandu jiġi determinat skont il-każ, għandu jkun debitament ġustifikat u limitat għall-fini li titlesta l-proċedura tal-għoti tal-permessi u li tingħata d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. Meta tkun ingħatat tali estensjoni, il-promotur ta’ proġett għandu jkun infurmat bir-raġunijiet għall-għoti tagħha. Tista’ tingħata estensjoni oħra darba, taħt l-istess kondizzjonijiet.

5.   L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu responsabbli fejn il-perijodu ta’ erba’ snin imsemmi fil-paragrafu 1, kif estiż skont il-paragrafu 4, ma jiġix rispettat fejn id-dewmien imġarrab ikun dovut għall-promotur tal-proġett.

Artikolu 6

L-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għoti tal-permessi

1.   Il-promotur tal-proġett għandu jinnotifika l-proġett lill-awtorità maħtura jew, fejn xieraq, lill-awtorità konġunta stabbilita taħt l-Artikolu 7(2). In-notifika tal-proġett mill-promotur tal-proġett għandha sservi bħala l-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi.

2.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-maturità tal-proġett, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-livell ta’ dettall ta’ informazzjoni u d-dokumenti rilevanti li għandhom jiġu pprovduti mill-promotur tal-proġett meta jinnotifika proġett. Jekk il-proġett ma jkunx matur, in-notifika għandha tiġi miċħuda permezz ta’ deċiżjoni debitament ġustifikata mhux aktar tard minn erba’ xhur wara r-riċezzjoni tan-notifika.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-promoturi tal-proġetti jirċievu informazzjoni ġenerali bħala gwida għan-notifika, adattata, fejn rilevanti, għall-mod tat-trasport ikkonċernat, li tkun tinkludi informazzjoni dwar il-permessi, id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ proġett.

Dik l-informazzjoni għandha, għal kull permess, deċiżjoni jew opinjoni, tinkludi dan li ġej:

(a)

informazzjoni ġenerali dwar l-ambitu materjali u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-promotur tal-proġett;

(b)

il-limiti ta’ żmien applikabbli jew, fin-nuqqas ta’ tali limiti ta’ żmien, limiti ta’ żmien indikattivi; u

(c)

dettalji tal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati normalment involuti f’konsultazzjonijiet marbuta mal-permessi, deċiżjonijiet u opinjonijiet differenti.

Dik l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-promoturi tal-proġetti rilevanti kollha, b’mod partikolari permezz ta’ portali ta’ informazzjoni elettroniċi jew fiżiċi.

4.   Sabiex tkun iffaċilitata notifika b’suċċess, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-awtorità maħtura tistabbilixxi, fuq talba mill-promotur ta’ proġett, deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni li tinkludi l-informazzjoni, li ġejja, li titfassal ad hoc għall-proġett individwali:

(a)

l-istadji individwali tal-proċedura u l-limiti ta’ żmien applikabbli jew, fin-nuqqas ta’ tali limiti ta’ żmien, limiti ta’ żmien indikattivi;

(b)

l-ambitu materjali u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-promotur tal-proġett;

(c)

lista ta’ permessi, deċiżjonijiet u opinjonijiet li għandhom jinkisbu mill-promotur tal-proġett matul il-proċedura tal-għoti tal-permessi, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali;

(d)

id-dettalji tal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati li għandhom ikunu involuti relattivament għall-obbligi rispettivi, inkluż matul il-fażi formali tal-konsultazzjoni pubblika.

5.   Id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni għandha tibqa’ valida matul il-proċedura tal-għoti tal-permessi. Kull emenda li ssir fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata.

6.   L-awtorità maħtura tista’ tipprovdi lill-promotur tal-proġett, fuq talba, l-informazzjoni li tissupplimenta l-elementi msemmija fil-paragrafu 4.

7.   Meta l-promotur tal-proġett ikun ippreżenta l-fajl komplut tal-applikazzjoni għal proġett, id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha tiġi adottata fil-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 5(1).

8.   L-awtoritajiet involuti fil-proċedura tal-għoti tal-permessi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità maħtura li l-permessi, deċiżjonijiet, opinjonijiet jew deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni li kienu meħtieġa jkunu nħarġu.

Artikolu 7

Koordinazzjoni tal-proċeduri transfruntieri tal-għoti tal-permessi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, għal proġetti li jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar, li l-awtoritajiet maħtura ta’ dawk l-Istati Membri jikkooperaw biex jikkoordinaw l-iskedi ta’ żmien tagħhom u jaqblu dwar skeda ta’ żmien konġunta fir-rigward tal-proċedura tal-għoti tal-permessi.

2.   Għal proġetti transfruntieri, tista’ tiġi stabbilita awtorità konġunta.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-Koordinaturi Ewropej nominati taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jirċievu informazzjoni dwar il-proċeduri tal-għoti tal-permessi u li l-Koordinaturi Ewropej jistgħu jiffaċilitaw il-kuntatti bejn l-awtoritajiet maħtura fil-kuntest tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti li jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar.

4.   L-Istati Membri għandhom, jekk ma jiġix osservat il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 5(1), u fuq talba, jipprovdu informazzjoni lill-Koordinaturi Ewropej ikkonċernati dwar il-miżuri meħuda jew ippjanati li jittieħdu biex il-proċedura tal-għoti tal-permessi tkun tista’ tiġi konkluża bl-inqas dewmien possibbli.

Artikolu 8

L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri

1.   Meta l-proċeduri tal-akkwist jitwettqu minn entità konġunta fi proġett transfruntier, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-entità konġunta tapplika l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru wieħed u, b’deroga mid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, dik il-liġi għandha tiġi determinata skont il-punt (a) tal-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2014/24/UE jew il-punt (a) tal-Artikolu 57(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, kif applikabbli, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istati Membri parteċipanti li jipprevedi mod ieħor. Tali ftehim għandu, fi kwalunkwe każ, jipprevedi l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali waħda ta’ Stat Membru wieħed għall-proċeduri tal-akkwist imwettqa minn entità konġunta.

2.   Għall-akkwist pubbliku mwettaq minn sussidjarja ta’ entità konġunta, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sussidjarja tapplika l-liġi nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li s-sussidjarja għandha tapplika l-liġi nazzjonali applikabbli għall-entità konġunta.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal proġetti li għalihom il-proċeduri tal-għoti tal-permessi jkunu bdew qabel l-10 ta’ Awwissu 2023.

2.   L-Artikolu 8 għandu japplika biss għal dawk il-kuntratti li għalihom tkun inħarġet is-sejħa għal kompetizzjoni, jew, f’każijiet fejn ma tkunx prevista sejħa għal kompetizzjoni, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun bdiet il-proċedura ta’ akkwist wara l-10 ta’ Awwissu 2023.

3.   L-Artikolu 8 ma għandux japplika għal entità konġunta stabbilita qabel id-9 ta’ Awwissu 2021 jekk il-proċeduri tal-akkwist ta’ dik l-entità jibqgħu jkunu regolati mil-liġi applikabbli għall-akkwisti tagħha f’dik id-data.

Artikolu 10

Rappurtaġġ

1.   Għall-ewwel darba sal-10 ta’ Frar 2027, u sussegwentement f’intervalli regolari, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u r-riżultati tagħha.

2.   Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri kull sentejn u għall-ewwel darba sa l-10 ta’ Awwissu 2026, fir-rigward tal-għadd ta’ proċeduri tal-għoti tal-permessi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, it-tul medju tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi, l-għadd ta’ proċeduri tal-għoti tal-permessi li jeċċedu l-limitu taż-żmien u l-istabbiliment ta’ kwalunkwe awtorità konġunta matul il-perijodu ta’ rappurtaġġ.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-10 ta’ Awwissu 2023. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 269.

(2)  ĠU C 168, 16.5.2019, p. 91.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 (ĠU C 449, 23.12.2020, p. 576) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-14 ta’ Ġunju 2021 (ĠU C 273, 8.7.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(6)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(7)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(8)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).


ANNESS

Sezzjonijiet identifikati minn qabel ta’ konnessjonijiet transfruntieri u konnessjonijiet nieqsa fil-kurituri tan-network ewlieni [msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1)]

Kuritur tan-network ewlieni “Atlantiku”

Konnessjonijiet transfruntieri

Évora – Mérida

Ferrovija

Vitoria-Gasteiz – San Sebastián – Bayonne – Bordeaux

Aveiro – Salamanca

Ix-xmara Douro (Via Navegável do Douro)

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Linji ferrovjarji interoperabbli fil-Peniżola Iberika mingħajr il-qisien standard tal-UIC

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Baltiku – Adrijatiku”

Konnessjonijiet transfruntieri

Katowice/Opole – Ostrava – Brno

Katowice – Žilina

Bratislava – Vjenna

Graz – Maribor

Venezja – Trieste – Divača – Ljubljana

Ferrovija

Katowice – Žilina

Brno – Vjenna

Toroq

Konnessjonijiet nieqsa

Gloggnitz – Mürzzuschlag: Mina ta’ bażi ta’ Semmering

Graz – Klagenfurt: Linja ferrovjarja u mina ta’ Koralm

Koper – Divača

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Mediterran”

Konnessjonijiet transfruntieri

Barċellona – Perpignan

Ferrovija

Lyon – Turin: mina ta’ bażi u rotot ta’ aċċess

Nizza – Ventimiglia

Venezja – Trieste – Divača – Ljubljana

Ljubljana – Zagreb

Zagreb – Budapest

Budapest – Miskolc – fruntiera mal-Ukrajna

Lendava – Letenye

Toroq

Vásárosnamény – fruntiera mal-Ukrajna

Konnessjonijiet nieqsa

Almería — Murcia

Ferrovija

Linji ferrovjarji interoperabbli fil-Peniżola Iberika mingħajr il-qisien standard tal-UIC

Perpignan – Montpellier

Koper – Divača

Rijeka – Zagreb

Milan – Cremona – Mantova – Porto Levante/Venezja – Ravenna/Trieste

Passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Baltiku”

Konnessjonijiet transfruntieri

Tallinn – Rīga – Kaunas – Varsavja: Linja ferrovjarja ġdida ta’ Rail Baltic b’qisien standard tal-UIC kompletament interoperabbli

Ferrovija

Świnoujście/Szczecin – Berlin

Ferrovija u passaġġi fuq l-ilma interni

il-Kuritur Via Baltica EE-LV-LT-PL

Toroq

Konnessjonijiet nieqsa

Kaunas – Vilnius: parti mil-linja ferrovjarja l-ġdida ta’ Rail Baltic b’qisien standard tal-UIC kompletament interoperabbli

Ferrovija

Varsavja/Idzikowice – Poznań/Wrocław, inkluż konnessjonijiet mal-Hub tat-Trasport Ċentrali ppjanat

Nord-Ostsee-Kanal

Passaġġi fuq l-ilma interni

Berlin – Magdeburg – Hannover; Mittellandkanal; kanali fil-Ġermanja tal-Punent

Ix-xmara Rin, ix-xmara Waal

Noordzeekanaal, IJssel, Twentekanaal

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Mediterran”

Konnessjonijiet transfruntieri

Brussell jew Bruxelles – Lussemburgu – Strasburgu

Ferrovija

Terneuzen – Gent

Passaġġi fuq l-ilma interni

Ix-xmara Seine – network tax-xmara Scheldt u l-baċini relatati tax-xmajjar Seine, Scheldt u Meuse

Kuritur Rin-Scheldt

Konnessjonijiet nieqsa

Albertkanaal/Canal Albert u Kanaal Bocholt-Herentals

Passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur tan-network ewlieni “Orjent/Lvant tal-Mediterran”

Konnessjonijiet transfruntieri

Dresden – Praga/Kolín

Ferrovija

Vjenna/Bratislava – Budapest

Békéscsaba – Arad – Timișoara

Craiova – Calafat – Vidin – Sofija – Thessaloníki

Sofia – fruntiera mas-Serbja/fruntiera mal-MK

Fruntiera mat-Turkija – Alexandroúpoli

Fruntiera mal-MK – Thessaloniki

Ioannina – Kakavia (fruntiera mal-Albanija)

Toroq

Drobeta Turnu Severin/Craiova – Vidin – Montana

Sofia – fruntiera mas-Serbja

Hamburg – Dresden – Praga – Pardubice

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Igoumenitsa - Ioannina

Ferrovija

Praga – Brno

Thessaloniki – Kavala – Alexandroupoli

Timitoșoara – Craiova

Kuritur tan-network ewlieni "Rin – Alpi”

Konnessjonijiet transfruntieri

Zevenaar – Emmerich – Oberhausen

Ferrovija

Karlsruhe – Basel

Milano/Novara – fruntiera mal-Iżvizzera

Basel – Antwerp/Rotterdam – Amsterdam

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Ġenova – Tortona/Novi Ligure

Ferrovija

Zeebrugge – Gent

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Danubju”

Konnessjonijiet transfruntieri

Munich – Praga

Ferrovija

Nuremberg – Plzeň

Munich – Mühldorf – Freilassing - Salzburg

Strasburgu – Kehl Appenweier

Hranice – Žilina

Košice – fruntiera mal-Ukrajna

Vjenna – Bratislava/Budapest

Bratislava – Budapest

Békéscsaba – Arad – Timișoara - fruntiera mas-Serbja

Bucharest – Giurgiu - Rousse

Ix-xmara Danubju (Kehlheim - Constanța/Midia/Sulina) u l-baċini marbuta magħha tax-xmajjar Váh, Sava u Tisza

Passaġġi fuq l-ilma interni

Zlín – Žilina

Toroq

Timișoara - fruntiera mas-Serbja

Konnessjonijiet nieqsa

Stuttgart – Ulm

Ferrovija

Salzburg – Linz

Craiova – Bucharest

Arad - Sighișoara – Brașov - Predeal

Kuritur tan-network ewlieni “Skandinavu – Mediterran”

Konnessjonijiet transfruntieri

Fruntiera mar-Russja – Helsinki

Ferrovija

Copenhagen – Hamburg: Rotot ta’ aċċess għall-konnessjoni fissa tal-Istrett ta’ Fehmarn

Munich – Wörgl – Innsbruck – Fortezza – Bolzano – Trento – Verona: mina ta’ bażi ta’ Brenner u r-rotot ta’ aċċess għaliha

Gothenburg - Oslo

Copenhagen – Hamburg: Linja fissa tal-Istrett ta’ Fehmarn

Ferrovija/Toroq


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1188

tad-19 ta’ Lulju 2021

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/138

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/138 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda, fejn kien possibbli fil-prattika, dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha bl-ispjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista.

(3)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irreveda l-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dik ir-reviżjoni, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/138 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/138 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/138 tal-5 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1128 (ĠU L 43, 8.2.2021, p. 1).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmijin fl-artikolu 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

7.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f’Pülümür (it-Turkija).

13.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran.

14.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

Il-“Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” - “IG”).

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”).

9.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

10.

Il-“Fergħa Militari ta’ Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

12.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

13.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

It-“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

17.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

18.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

19.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

20.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

21.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).

20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/18


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1189

tas-7 ta’ Mejju 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu ta’ ġeneri jew speċijiet partikolari

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 38(8)(a)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/848 jipprevedi li l-operaturi għandhom jitħallew jikkummerċjalizzaw il-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu mingħajr ma jikkonformaw mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni u mingħajr ma jikkonformaw mal-kategoriji ta’ ċertifikazzjoni ta’ materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat jew mar-rekwiżiti tal-kwalità, tas-saħħa u tal-identità għall-kategoriji CAC, standard jew kummerċjali, stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE (2), 66/402/KEE (3), 68/193/KEE (4), 98/56/KE (5), 2002/53/KE (6), 2002/54/KE (7), 2002/55/KE (8), 2002/56/KE (9), 2002/57/KE (10), 2008/72/KE (11) u 2008/90/KE (12), jew f’atti adottati skont dawk id-Direttivi. Dan jiddikjara wkoll li jenħtieġ li l-kummerċjalizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti armonizzati adottati mill-Kummissjoni.

(2)

Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-operaturi u tal-konsumaturi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu dwar l-identità, is-saħħa u l-kwalità ta’ tali materjal, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar id-deskrizzjoni, ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità għal-lottijiet taż-żrieragħ, inklużi l-identità, il-purità analitika, ir-rati ta’ ġerminazzjoni u l-kwalità sanitarja, l-imballaġġ, u t-tikkettar tal-materjal riproduttiv tal-pjanti tal-materjal organiku eteroġenu, u, meta jkun possibbli, iż-żamma ta’ tali materjal mill-operaturi u l-informazzjoni li għandha tinżamm minn tali operaturi.

(3)

Sabiex jiġi promoss l-adattament tal-materjal organiku eteroġenu għal kundizzjonijiet agroekoloġiċi diversi, jenħtieġ li t-trasferiment ta’ kwantitajiet limitati ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu għall-fini ta’ riċerka dwar tali materjal, u l-iżvilupp tiegħu, jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tat-tħejjija u tad-distribuzzjoni, u l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-kontrolli mwettqa fuq l-operaturi li jikkummerċjalizzaw materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu.

(5)

Il-materjal organiku eteroġenu huwa kkaratterizzat mil-livell għoli tiegħu ta’ diversità fenotipika u ġenetika, u min-natura dinamika tiegħu li jevolvi u jadatta għal ċerti kundizzjonijiet ta’ tkabbir. B’kuntrast mat-taħlitiet taż-żrieragħ li jinħolqu mill-ġdid kull sena abbażi tal-varjetajiet, jew tal-varjetajiet sintetiċi dderivati mill-inkroċjar ta’ sett iddefinit ta’ materjali ġenituri li jiġu ripetutament imdakkra minn xulxin biex tinħoloq mill-ġdid popolazzjoni stabbli, jew tal-varjetajiet tal-konservazzjoni u tad-dilettanti inkluż ir-razez lokali kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (13) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE (14), il-materjal organiku eteroġenu huwa maħsub biex jadatta għal ammont kbir ta’ stress bijotiku u abijotiku minħabba għażla naturali u umana ripetuta u għalhekk huwa mistenni li jinbidel maż-żmien.

(6)

Jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità, bħas-saħħa, il-purità analitika u l-ġerminazzjoni, jiżguraw l-istess standards bħal dawk għall-aktar kategorija baxxa ta’ żrieragħ u ta’ materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti (tal-kategoriji CAC, standard, kummerċjali jew iċċertifikat) kif previst fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 98/56/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE. Tali regoli huma meħtieġa sabiex iservu l-interessi tal-utenti ta’ dak il-materjal organiku eteroġenu, jiġifieri l-bdiewa u l-ġardinara, li jenħtieġ li jiġu żgurati dwar il-kwalità u l-identità adegwati tiegħu. L-esperjenza wriet li l-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu jista’ jissodisfa dawk l-istandards.

(7)

Jenħtieġ li l-operaturi jkollhom il-possibbiltà li jqiegħdu fis-suq żerriegħa ta’ materjal organiku eteroġenu, li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fir-rigward tal-ġerminazzjoni, biex tiġi żgurata aktar flessibbiltà għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak il-materjal. Madankollu, u sabiex l-utenti jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, jenħtieġ li l-fornitur jindika r-rata ta’ ġerminazzjoni taż-żerriegħa kkonċernata fuq it-tikketta jew direttament fuq il-pakkett tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2018/848, il-produzzjoni organika hija soġġetta għal kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-kontroll uffiċjali tal-operaturi li jittrattaw il-materjal organiku eteroġenu, sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika. Jenħtieġ li l-materjal organiku eteroġenu jkun soġġett għal kontrolli uffiċjali bbażati fuq ir-riskju biex jiġi ggarantit l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-identità, tal-purità analitika, tar-rata ta’ ġerminazzjoni u tas-saħħa tal-pjanti, u tal-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jitwettqu f’konformità mal-protokolli uffiċjali tal-ittestjar imwettqa fil-laboratorji, maħtura mill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.

(9)

Jenħtieġ li l-operaturi jżommu r-rekords meħtieġa biex jiżguraw it-traċċabbiltà, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-aħjar ġestjoni possibbli tal-materjal organiku eteroġenu, li huwa taħt il-kontroll tagħhom.

(10)

Il-materjal organiku eteroġenu mhuwiex stabbli u għalhekk il-metodi attwali għall-ittestjar tal-uniformità u tal-istabbiltà użati għar-reġistrazzjoni tal-varjetà mhumiex xierqa. Għalhekk, jenħtieġ li l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-materjal organiku eteroġenu jiġu ggarantiti permezz tad-deskrizzjoni tal-metodi tal-produzzjoni tiegħu u tal-karatteristiċi fenotipiċi u agronomiċi tiegħu.

(11)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għaż-żamma tal-materjal organiku eteroġenu biex jiġu żgurati l-identità u l-kwalità, jekk tali żamma tkun possibbli.

(12)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2022, kif japplika r-Regolament (UE) 2018/848,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/848 li huwa żrieragħ ta’ speċijiet agrikoli u veġetali, materjal propagattiv tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ, materjal propagattiv ta’ pjanti ornamentali, materjal propagattiv tad-dwieli u materjal propagattiv ta’ pjanti tal-frott, skont it-tifsira tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KE, 98/56/KE, 2002/53/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE, u 2008/90/KE.

Dan ir-Regolament ma għandu japplika għall-ebda trasferiment ta’ kwantitajiet limitati ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu maħsub għar-riċerka dwar materjal organiku eteroġenu u l-iżvilupp tiegħu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“materjal organiku eteroġenu” tfisser raggruppament ta’ pjanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(18) tar-Regolament (UE) 2018/848, li jiġi prodott f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament;

(2)

“materjal ġenitur” tfisser kwalunkwe materjal tal-pjanti li l-inkroċjar jew il-propagazzjoni tiegħu rriżultaw f’materjal organiku eteroġenu;

(3)

“pakketti żgħar” tfisser pakketti li jkun fihom iż-żerriegħa sal-kwantitajiet massimi previsti fl-Anness II.

Artikolu 3

Produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu

Fl-Unjoni, il-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu għandu jiġi prodott jew ikkummerċjalizzat biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

jikkonforma mar-rekwiżiti dwar:

(a)

l-identità, kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(b)

il-purità sanitarja u analitika u l-ġerminazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(c)

l-imballaġġ u t-tikkettar, kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(2)

id-deskrizzjoni tiegħu tinkludi l-elementi msemmija fl-Artikolu 4;

(3)

ikun soġġett għall-kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 9;

(4)

jiġi prodott jew ikkummerċjalizzat minn operaturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni fl-Artikolu 8; u

(5)

jinżamm f’konformità mal-Artikolu 10.

Artikolu 4

Deskrizzjoni tal-materjal organiku eteroġenu

1.   Id-deskrizzjoni tal-materjal organiku eteroġenu għandha tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi tiegħu, inkluż:

(i)

il-karatterizzazzjoni fenotipika tal-karattri ewlenin li huma komuni għall-materjal, flimkien mad-deskrizzjoni tal-eteroġeneità tal-materjal billi tiġi kkaratterizzata d-diversità fenotipika osservabbli bejn l-unitajiet riproduttivi individwali;

(ii)

dokumentazzjoni tal-karatteristiċi rilevanti tiegħu, inkluż l-aspetti agronomiċi bħal fir-rigward tar-rendiment, l-istabbiltà tar-rendiment, l-adegwatezza għal sistemi b’input baxx, il-prestazzjoni, ir-reżistenza għall-istress abijotiku, ir-reżistenza għall-mard, il-parametri tal-kwalità, it-togħma jew il-kulur;

(iii)

kull riżultat disponibbli mit-testijiet dwar il-karatteristiċi msemmija fil-punt (ii);

(b)

deskrizzjoni tat-tip ta’ teknika użata għall-metodu tat-tnissil jew tal-produzzjoni tal-materjal organiku eteroġenu;

(c)

deskrizzjoni tal-materjal ġenitur użat għat-tnissil jew għall-produzzjoni tal-materjal organiku eteroġenu u l-programm ta’ kontroll tal-produzzjoni proprju użat mill-operatur ikkonċernat b’referenza għall-prattiki kif imsemmi fil-paragrafu (2)(a) u, jekk ikun japplika, fil-paragrafu 2(c);

(d)

deskrizzjoni tal-prattiki ta’ ġestjoni u għażla fl-azjenda agrikola b’referenza għall-paragrafu 2(b) u, jekk ikun japplika, tal-materjal ġenitur b’referenza għall-paragrafu 2(c);

(e)

referenza għall-pajjiż tat-tnissil jew tal-produzzjoni, b’informazzjoni dwar is-sena tal-produzzjoni u b’deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet pedoklimatiċi;

2.   Il-materjal imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi ġġenerat minn waħda mit-tekniki li ġejjin:

(a)

l-inkroċjar ta’ diversi tipi differenti ta’ materjal ġenitur, bl-użu ta’ protokolli tal-inkroċjar biex jiġi prodott materjal organiku eteroġenu divers mill-immassar tan-nisel, bit-tennija kemm-il darba taż-żrigħ u bl-esponiment ripetut tal-istokk għall-għażla naturali u/jew umana, dment li dan il-materjal juri livell għoli ta’ diversità ġenetika li tkun f’konformità mal-Artikolu 3(18) tar-Regolament (UE) 2018/848;

(b)

il-prattiki ta’ ġestjoni fl-azjenda agrikola, inkluż l-għażla, l-istabbiliment jew iż-żamma tal-materjal, li jkun ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ diversità ġenetika f’konformità mal-Artikolu 3(18) tar-Regolament (UE) 2018/848;

(c)

kwalunkwe teknika oħra użata għat-tnissil jew għall-produzzjoni tal-materjal organiku eteroġenu, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tal-propagazzjoni.

Artikolu 5

Rekwiżiti dwar l-identità tal-lottijiet taż-żrieragħ tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu

Il-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu għandu jkun identifikabbli abbażi tal-elementi kollha li ġejjin:

(1)

il-materjal ġenitur u l-iskema tal-produzzjoni użati fl-inkroċjar għall-ħolqien tal-materjal organiku eteroġenu, kif previst fl-Artikolu 4(2)(a) jew, jekk ikun japplika, fl-Artikolu 4(2)(c), jew l-istorja tal-materjal u l-prattiki ta’ ġestjoni fl-azjendi agrikoli, inkluż jekk l-għażla saritx b’mod naturali u/jew permezz ta’ intervent uman, fil-każijiet tal-Artikoli 4(2)(b) u 4(2)(c);

(2)

il-pajjiż tat-tnissil jew tal-produzzjoni;

(3)

il-karatterizzazzjoni tal-karattri ewlenin komuni u tal-eteroġeneità fenotipika tal-materjal.

Artikolu 6

Rekwiżiti dwar il-kwalità sanitarja, il-purità analitika u l-ġerminazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu

1.   Il-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/2031, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (16) u mal-atti rilevanti l-oħra adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-preżenza ta’, u l-miżuri kontra, il-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, il-pesti tal-kwarantina f’żona protetta u l-pesti mhux tal-kwarantina regolati fl-Unjoni.

2.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-ispeċijiet tal-pjanti tal-għalf elenkati fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-punt 1 u l-aħħar kolonna tat-tabella fil-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 66/401/KEE, u

(b)

il-punti 2 u 3 tat-Taqsima I u t-Taqsima III tal-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE.

3.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-ispeċijiet taċ-ċereali elenkati fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/402/KEE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-punt 1 u l-aħħar kolonna tat-tabella fil-punt 6 tal-Anness I tad-Direttiva 66/402/KEE, u

(b)

it-tielet, is-sitt, l-għaxar, it-tlettax, is-sittax, l-għoxrin u l-wieħed u għoxrin ringiela tat-tabella fil-punt 2(A) u l-punt 2(B) tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva,

(c)

l-aħħar kolonna fit-tabella fil-punt 3 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva;

(d)

it-tielet u s-sitt ringiela fit-tabella fil-punt 4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

4.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tad-dwieli skont it-tifsira tad-Direttiva 68/193/KEE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-Taqsimiet 2, 3, 4, 6 u 7 u l-punt 6 tat-Taqsima 8 tal-Anness I tad-Direttiva 68/193/KEE;

(b)

l-Anness II tad-Direttiva 68/193/KEE, bl-eċċezzjoni tal-punt 1(1).

5.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-pjanti ornamentali skont it-tifsira tad-Direttiva 98/56/KE, għandu japplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/49/KEE (17).

6.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-pitravi skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/54/KE, għandhom japplikaw il-punti A(1), B(2) u B(3) tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

7.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-ispeċijiet tal-ħxejjex elenkati fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/55/KE, għandhom japplikaw il-punti 2 u 3 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

8.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-patata taż-żerriegħa skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/56/KE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet għall-aktar kategorija baxxa ta’ patata taż-żrigħ fil-punt 3 tal-Anness I u fl-Anness II.

9.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra kif elenkati fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/57/KE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-punt 1 u l-aħħar kolonna tat-tabella fil-punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2002/57/KE;

(b)

it-tabella fil-punt I(4)(A) tal-Anness II, għajr ir-rekwiżiti għaż-żerriegħa bażika tal-Brassica spp. u tas-Sinapis alba, u l-aħħar kolonna tat-tabella fil-punt I(5) tal-Anness II tad-Direttiva 2002/57/KE.

10.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal eteroġenu organiku għall-propagazzjoni u t-tħawwil tal-ħxejjex għajr iż-żerriegħa, skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/72/KE, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE (18).

11.   Għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott eteroġenu organiku u pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/90/KE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 23, għajr il-punt (1)(b), l-Artikoli 24, 26, 27 u 27a tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE (19);

(b)

l-Annessi I, II u l-Anness III u r-rekwiżiti dwar il-materjal CAC fl-Anness IV tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE.

12.   Il-paragrafi 2 sa 11 għandhom japplikaw biss fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-purità analitika u l-ġerminazzjoni għaż-żerriegħa u tar-rekwiżiti dwar il-kwalità u s-saħħa għal materjal propagattiv ieħor, iżda mhux fir-rigward tal-identità tal-varjetà u tal-purità tal-varjetà u tar-rekwiżiti dwar l-ispezzjoni fuq il-post għall-identità tal-varjetà u l-purità tal-varjetà tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu.

13.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 12, l-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq żerriegħa ta’ materjal organiku eteroġenu, li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fir-rigward tal-ġerminazzjoni, dment li l-fornitur jindika r-rata ta’ ġerminazzjoni taż-żerriegħa kkonċernata fuq it-tikketta jew direttament fuq il-pakkett.

Artikolu 7

Rekwiżiti dwar l-imballaġġ u t-tikkettar tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu

1.   Il-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu li ma jkunx f’pakketti żgħar għandu jinżamm f’pakketti jew f’kontenituri, li jingħalqu b’tali mod li dawn ma jkunux jistgħu jinfetħu mingħajr ma titħalla evidenza ta’ tbagħbis fuq il-pakkett jew il-kontenitur.

2.   Fuq il-pakketti jew il-kontenituri taż-żrieragħ jew tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu, l-operatur għandu jwaħħal tikketta b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Dik it-tikketta għandha:

(a)

tkun leġibbli, stampata jew miktuba fuq naħa waħda, mhux użata u faċilment viżibbli;

(b)

tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(c)

tkun safra b’salib djagonali aħdar.

3.   Minflok tikketta, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tista’ tiġi stampata jew miktuba direttament fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur. F’dak il-każ, ma għandux japplika l-punt 2(c).

4.   Fil-każ ta’ pakketti żgħar u trasparenti, it-tikketta tista’ titqiegħed fil-pakkett dment li tkun leġibbli b’mod ċar.

5.   B’deroga mill-paragrafi 1 sa 4, iż-żerriegħa tal-materjal organiku eteroġenu li tkun f’pakketti u f’kontenituri magħluqa u ttikkettati tista’ tinbiegħ lill-utenti finali f’pakketti mhux immarkati u mhux issiġillati sal-kwantitajiet massimi previsti fl-Anness II, dment li, fuq talba, ix-xerrej jiġi infurmat bil-miktub fil-ħin tal-konsenja dwar l-ispeċi, id-denominazzjoni tal-materjal u n-numru ta’ referenza tal-lott.

Artikolu 8

Rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tinżamm mill-operaturi

1.   Kull operatur li jipproduċi jew jikkummerċjalizza materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu għandu:

(a)

iżomm kopja tan-notifika mressqa f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2018/848, kopja tad-dikjarazzjoni mressqa skont l-Artikolu 39(1)(d) tiegħu u, fejn ikun japplika, kopja taċ-ċertifikat li rċieva f’konformità mal-Artikolu 35 tiegħu;

(b)

jiżgura t-traċċabbiltà tal-materjal organiku eteroġenu fl-iskema tal-produzzjoni kif previst fl-Artikolu (4)(2)(a) jew, jekk ikun japplika, fl-Artikolu (4)(2)(c) billi jżomm l-informazzjoni li tippermetti li jiġu identifikati l-operaturi li jkunu pprovdew il-materjal ġenitur tal-materjal organiku eteroġenu.

L-operatur għandu jżomm dawk id-dokumenti għal ħames snin.

2.   L-operatur li jipproduċi l-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu maħsub għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jirreġistra u jżomm ukoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-ispeċi u d-denominazzjoni użati għal kull materjal organiku eteroġenu nnotifikat; it-tip ta’ teknika użata għall-produzzjoni tal-materjal organiku eteroġenu kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(b)

il-karatterizzazzjoni tal-materjal organiku eteroġenu nnotifikat kif previst fl-Artikolu 4;

(c)

il-post tat-tnissil tal-materjal organiku eteroġenu u l-post tal-produzzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti organiku tal-materjal organiku eteroġenu kif previst fl-Artikolu 5;

(d)

id-daqs tas-superfiċje għall-produzzjoni tal-materjal organiku eteroġenu u l-kwantità prodotta.

3.   F’konformità mad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 98/56/KE, 2002/53/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE, il-korpi uffiċjali responsabbli għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Kontrolli uffiċjali

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew il-korpi delegati, meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegaw kompiti ta’ kontroll f’konformità mal-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2017/625, għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali bbażati fuq ir-riskju fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament.

L-ittestjar tal-ġerminazzjoni u tal-purità analitika għandu jitwettaq f’konformità mal-metodi applikabbli tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ittestjar taż-Żrieragħ.

Artikolu 10

Żamma tal-materjal organiku eteroġenu

Meta ż-żamma tkun possibbli, l-operatur li jkun innotifika l-materjal organiku eteroġenu lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/848, għandu jippreserva l-karatteristiċi ewlenin tal-materjal fiż-żmien tan-notifika tiegħu, billi jżommu sakemm dan jibqa’ fis-suq. Dik iż-żamma għandha ssir f’konformità mal-prattiki aċċettati adattati għaż-żamma ta’ tali materjal eteroġenu. L-operatur responsabbli miż-żamma għandu jżomm ir-rekords tat-tul ta’ żmien, tal-kontenut taż-żamma.

F’kull ħin, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għar-rekords kollha miżmuma mill-operatur responsabbli mill-materjal, sabiex jivverifikaw iż-żamma tiegħu. L-operatur għandu jżomm dawk ir-rekords għal ħames snin wara l-mument li l-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal organiku eteroġenu ma jibqax jiġi kkummerċjalizzat aktar.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).

(13)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b’mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku, u t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta’ dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).

(14)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 44).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(17)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE tat-23 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi l-iskeda li tindika l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu milħuqa mill-materjal propagattiv ta’ pjanti ornamentali u mill-pjanti ornamentali permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE (ĠU L 250, 7.10.1993, p. 9).

(18)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 li tistabbilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE (ĠU L 250, 7.10.1993, p. 19).

(19)  Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22).


ANNESS I

L-INFORMAZZJONI LI TRID TIDHER FUQ IT-TIKKETTI TAL-PAKKETTI KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 7(2)(b)

A.   It-tikketta għandu jkun fiha din l-informazzjoni:

1.

id-denominazzjoni tal-materjal eteroġenu, flimkien mal-kliem “Materjal organiku eteroġenu”;

2.

“Regoli u standards tal-Unjoni”;

3.

l-isem u l-indirizz tal-operatur professjonali responsabbli mit-twaħħil tat-tikketta, jew il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tiegħu;

4.

il-pajjiż tal-produzzjoni;

5.

in-numru ta’ referenza li jingħata mill-operatur professjonali responsabbli mit-twaħħil tat-tikketti;

6.

ix-xahar u s-sena tal-għeluq wara l-kelma: “magħluq”;

7.

l-ispeċi, indikata minn tal-inqas bl-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awturi, f’karattri Rumani;

8.

il-piż gross jew nett iddikjarat, jew, fil-każ taż-żrieragħ, l-għadd iddikjarat, ħlief għall-pakketti ż-żgħar;

9.

meta jkun indikat il-piż u jintużaw sustanzi ta’ tgerbib (pelleting), jew addittivi solidi oħrajn, in-natura tal-addittiv kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali;

10.

informazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu ntużaw fuq il-materjal reproduttiv tal-pjanti kif meħtieġ skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (1);

11.

ir-rata tal-ġerminazzjoni meta, skont l-Artikolu 6(13) ta’ dan ir-Regolament, il-materjal organiku eteroġenu ma jissodisfax il-kundizzjonijiet rigward il-ġerminazzjoni.

B.   Id-denominazzjoni msemmija fil-punt A.1. ma għandhiex tikkawża diffikultajiet għall-utenti rigward li tintgħaraf jew ir-riproduzzjoni, u ma għandhiex:

(a)

tkun identika, jew li jkun hemm il-probabbiltà li titħawwad, ma’ denominazzjoni li biha tkun imniżżla fir-reġistru uffiċjali tal-varjetajiet tal-pjanti jew f’xi lista tal-materjal organiku eteroġenu xi varjetà oħra jew xi materjal organiku eteroġenu ieħor tal-istess speċi jew ta’ speċi relatata mill-qrib;

(b)

tkun identika jew hemm il-probabbiltà li titħawwad ma deżinjazzjonijiet oħrajn li jintużaw ta’ spiss għall-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti jew li jridu jinżammu ħielsa skont xi leġislazzjoni oħra;

(c)

iqarrqu jew jikkawżaw konfużjoni dwar il-karatteristiċi, il-valur, jew l-identità tal-materjal organiku eteroġenu jew dwar l-identità tan-nissiel.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).


ANNESS II

IL-KWANTITAJIET MASSIMI TA’ ŻRIERAGĦ FIL-PAKKETTI Ż-ŻGĦAR KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7(5)

Speċi

Massa netta massima taż-żrieragħ (kg)

Pjanti għall-għalf

10

Pitravi

10

Ċereali

30

Pjanti tal-fibra u taż-żejt

10

Patata taż-żerriegħa

30

Żrieragħ tal-ħxejjex:

 

Legumi

5

Basal, sorfolja, spraġ, selq, pitravi aħmar, lift, dulliegħ, qargħa, qargħa bagħli, zunnarija, ravanell, sassefrika sewda, spinaċi, valerjanella;

0,5

Kull speċi oħra ta’ ħxejjex

0,1


20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1190

tal-15 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2022, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” mniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika l-varjabbli, l-unità tal-kejl, il-popolazzjoni statistika, il-klassifikazzjonijiet u l-analiżijiet, u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data biex tipproduċi data dwar l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku li tkun komparabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri.

(2)

L-Istati Membri jenħtieġ jipprovdu rapporti dwar il-metadata u l-kwalità għar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u għall-istatistika kollha tan-negozju. Għalhekk, jeħtieġ jiġu definiti l-arranġamenti għal dawk ir-rapporti, u l-kontenut u l-iskadenzi tagħhom.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-sena ta’ referenza 2022 stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-rapport annwali dwar il-metadata għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Mejju 2022.

Ir-rapport annwali dwar il-kwalità għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-5 ta’ Novembru 2022.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”

Obbligatorju/fakultattiv

Ambitu (filtru)

Varjabbli

Varjabbli obbligatorji

(i)

għall-intrapriżi kollha:

(1)

l-attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(2)

l-għadd medju ta’ impjegati u ħaddiema għal rashom, fis-sena kalendarja preċedenti

(3)

il-fatturat totali (bla VAT), fis-sena kalendarja preċedenti

(4)

l-għadd ta’ impjegati u ħaddiema għal rashom jew il-persentaġġ tat-total tal-impjegati u tal-ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess għall-Internet għal finijiet ta’ negozju

(5)

ir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT

(6)

l-għoti ta’ xi tip ta’ taħriġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet relatati mal-ICT lill-ispeċjalisti fl-ICT, fis-sena kalendarja preċedenti

(7)

l-għoti ta’ xi tip ta’ taħriġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet relatati mal-ICT lil impjegati oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(8)

l-ingaġġ jew it-tentattiv ta’ reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT fis-sena kalendarja preċedenti

(9)

it-twettiq tal-funzjonijiet tal-ICT (bħall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT, l-appoġġ tas-software tal-uffiċċju, l-iżvilupp jew l-appoġġ ta’ software/sistemi tal-ġestjoni tan-negozju u/jew ta’ soluzzjonijiet tal-web, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data) mill-impjegati stess (fosthom impjegati tal-intrapriżi omm jew affiljati) fis-sena kalendarja preċedenti

(10)

it-twettiq tal-funzjonijiet tal-ICT (bħall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT, l-appoġġ tas-software tal-uffiċċju, l-iżvilupp jew l-appoġġ ta’ software/sistemi tal-ġestjoni tan-negozju u/jew ta’ soluzzjonijiet tal-web, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data) minn fornituri esterni, fis-sena kalendarja preċedenti

(11)

L-użu ta’ robots industrijali

(12)

L-użu ta’ robots ta’ servizzi

(13)

l-applikazzjoni ta’ miżuri li jaffettwaw dan li ġej fl-intrapriża: L-ammont ta’ karta użata għall-istampar u għall-fotokopji

(14)

l-applikazzjoni ta’ miżuri li jaffettwaw dan li ġej fl-intrapriża: Il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir tal-ICT

(15)

kunsiderazzjoni mill-intrapriża tal-impatt ambjentali tas-servizzi tal-ICT, jew tat-tagħmir tal-ICT (pereżempju l-konsum tal-enerġija) meta jagħżluhom

(16)

ir-rimi tat-tagħmir tal-ICT (bħal kompjuters, monitors, mowbajls) fil-ġbir/riċiklaġġ tal-iskart elettroniku (inkluż li l-bejjiegħ jitħalla jarmih) meta ma jibqax jintuża

(17)

iż-żamma tat-tagħmir tal-ICT (bħal kompjuters, moniters, mowbajls) fl-intrapriża meta ma jibqax jintuża (pereżempju biex jintuża għall-ispare parts, jew minħabba biża’ li tiġi ddivulgata informazzjoni sensittiva)

(18)

il-bejgħ, ir-ritorn lil intrapriża tal-lokazzjoni jew l-għoti bla ħlas tat-tagħmir tal-ICT (bħal kompjuters, monitors, mowbajls) meta ma jibqax jintuża

(ii)

għall-intrapriżi b’impjegati u b’ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess għall-Internet għal finijiet ta’ negozju:

(19)

il-konnessjoni tal-Internet: l-użu ta’ kwalunkwe tip ta’ konnessjoni b’linja fissa

(20)

it-twettiq ta’ laqgħat remoti

(21)

aċċess remot (b’kompjuters jew apparat portabbli bħal smartphones) lill-impjegati għas-sistema tal-email tal-intrapriża

(22)

aċċess remot (b’kompjuters jew apparat portabbli bħal smartphones) lill-impjegati għal dokumenti tal-intrapriża (bħal fajls, spreadsheets, preżentazzjonijiet, ċarts, ritratti)

(23)

aċċess remot (b’kompjuters jew apparat portabbli bħal smartphones) lill-impjegati għal applikazzjonijiet tan-negozju jew software tal-intrapriża (bħal aċċess għall-kontijiet, għall-bejgħ, għall-ordnijiet, għas-CRM (għajr l-applikazzjonijiet użati għall-komunikazzjoni interna))

(24)

il-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi fuq siti web jew apps (inkluż extranets), fis-sena kalendarja preċedenti

(25)

il-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti u servizzi fuq siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(26)

il-bejgħ tat-tip EDI (il-wasla tal-ordnijiet permezz ta’ messaġġi ta’ Skambju Elettroniku tad-Data (EDI)) ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(27)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: awtentikazzjoni b’password soda (bħal tul minimu, l-użu ta’ numri u karattri speċjali, mibdula perjodikament)

(28)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: awtentikazzjoni b’metodi bijometriċi użati għall-aċċess għas-sistema tal-ICT tal-intrapriża (bħal awtentikazzjoni bbażata fuq il-marki tas-swaba’, il-vuċi, il-wiċċ)

(29)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: awtentikazzjoni bbażata fuq kombinament ta’ mill-inqas żewġ mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni (jiġifieri kombinament ta’ pereżempju password definita mill-utent, password ta’ darba (OTP), kodiċi ġġenerat b’token tas-sigurtà jew riċevut fuq smartphone, metodu bijometriku (bħal awtentikazzjoni bbażata fuq il-marki tas-swaba’, il-vuċi, il-wiċċ));

(30)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: kriptaġġ ta’ data, dokumenti jew emails

(31)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: backup tad-data f’post separat (inkluż backup fil-cloud)

(32)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: kontroll tal-aċċess għan-network (ġestjoni tad-drittijiet tal-utenti fin-network tal-intrapriża)

(33)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: VPN (Network Privat Virtwali, li jestendi n-network privat lejn network pubbliku biex ikun jista’ jsir skambju sigur tad-data fuq in-network pubbliku);

(34)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: sistema ta’ monitoraġġ tas-sigurtà tal-ICT li tippermetti li tiġi identifikata attività suspettuża fis-sistemi tal-ICT u twissi lill-intrapriża dwarha, għajr is-software awtonomu kontra l-viruses

(35)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: iż-żamma ta’ log fajls li jippermettu analiżi wara inċidenti tas-sigurtà tal-ICT

(36)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: valutazzjoni tar-riskju tal-ICT, jiġifieri valutazzjoni perjodika tal-probabbiltà u tal-konsegwenzi tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT

(37)

l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT tal-intrapriża: testijiet tas-sigurtà tal-ICT (bħat-twettiq ta’ testijiet tal-penetrazzjoni, l-ittestjar tas-sistemi tat-twissija tas-sigurtà, ir-rieżaminar tal-miżuri ta’ sigurtà, l-ittestjar tas-sistemi tal-backup)

(38)

taħriġ volontarju jew tagħrif disponibbli internament (bħal informazzjoni dwar l-intranet) biex l-impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT

(39)

korsijiet tat-taħriġ obbligatorji jew ċertu materjal obbligatorju biex l-impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT

(40)

kuntratt (bħal kuntratt tal-impjieg) biex l-impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT

(41)

id-disponibbiltà ta’ dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri tas-sigurtà tal-ICT, bħal dokumenti dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data tal-ICT, li jkopru t-taħriġ tal-impjegati fl-użu tal-ICT, il-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT, l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tal-ICT, il-pjanijiet għall-aġġornament tad-dokumenti tas-sigurtà tal-ICT

(42)

inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: indisponibbiltà ta’ servizzi tal-ICT minħabba ħsarat fil-hardware jew fis-software

(43)

inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: indisponibbiltà ta’ servizzi tal-ICT minħabba attakk minn barra, bħal attakki ta’ ransomware, attakki ta’ Ċaħda tas-Servizz

(44)

inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: qerda jew korruzzjoni ta’ data minħabba ħsarat fil-hardware jew fis-software

(45)

inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: qerda jew korruzzjoni ta’ data minħabba infezzjoni ta’ software malizzjuż jew intrużjoni mhux awtorizzata

(46)

inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: divulgazzjoni ta’ data kunfidenzjali minħabba intrużjoni, pharming, attakki ta’ phishing, azzjonijiet intenzjonali mill-impjegati tagħhom stess

(47)

inċidenti tas-sigurtà relatati mal-ICT esperjenzati fis-sena kalendarja preċedenti li wasslu għall-konsegwenzi li ġejjin: divulgazzjoni ta’ data kunfidenzjali minħabba azzjonijiet mhux intenzjonati mill-impjegati stess

(48)

attivitajiet relatati mas-sigurtà tal-ICT bħall-ittestjar tas-sigurtà, it-taħriġ fis-sigurtà tal-ICT, ir-riżoluzzjoni tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT (għajr l-aġġornamenti ta’ software f’pakkett) li jsiru minn impjegati tal-intrapriża stess (fosthom impjegati fl-intrapriżi omm jew affiljati)

(49)

attivitajiet relatati mas-sigurtà tal-ICT bħall-ittestjar tas-sigurtà, it-taħriġ fis-sigurtà tal-ICT, it-tiswija tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT (għajr l-aġġornamenti ta’ software f’pakkett) li jsiru minn fornituri esterni

(50)

id-disponibbiltà ta’ assigurazzjoni għall-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT

(iii)

għall-intrapriżi li jużaw xi tip ta’ konnessjoni tal-Internet b’linja fissa:

(51)

veloċità massima kuntrattata tad-download tal-aktar konnessjoni veloċi tal-Internet b’linja fissa fil-firxiet: [0 Mbit/s, < 30 Mbit/s], [30 Mbit/s, < 100 Mbit/s], [100 Mbit/s, < 500 Mbit/s], [500 Mbit/s, < 1 Gbit/s], [≥ 1 Gbit/s]

(iv)

għall-intrapriżi li jwettqu laqgħat remoti

(52)

li jkollhom xi linji gwida tas-sigurtà tal-ICT għat-twettiq ta’ laqgħat remoti bl-Internet bħar-rekwiżit ta’ password, kriptaġġ minn tarf sa tarf

(53)

id-disponibbiltà ta’ linji gwida biex jiġu ffavoriti laqgħat remoti bl-Internet minflok ivvjaġġar fuq xogħol

(v)

għall-intrapriżi b’impjegati jew b’ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess remot għas-sistema tal-email tal-intrapriża

(54)

l-għadd ta’ impjegati u ħaddiema għal rashom jew il-persentaġġ tat-total tal-impjegati u tal-ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess remot għas-sistema tal-email tal-intrapriża

(vi)

għall-intrapriżi b’impjegati jew b’ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess remot għad-dokumenti jew għall-applikazzjonijiet tan-negozju jew software tal-intrapriża

(55)

l-għadd ta’ impjegati u ħaddiema għal rashom jew il-persentaġġ tat-total tal-impjegati u tal-ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess għad-dokumenti jew għall-applikazzjonijiet tan-negozju jew software tal-intrapriża

(vii)

għall-intrapriżi b’impjegati jew b’ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess remot għas-sistema tal-email tal-intrapriża, jew għad-dokumenti jew għall-applikazzjonijiet tan-negozju jew software tal-intrapriża

(56)

li jkollhom xi linji gwida tas-sigurtà tal-ICT għal aċċess remot bħar-rekwiżit li jitwettqu laqgħat remoti siguri b’password, projbizzjoni tal-użu tal-WiFi pubbliku għax-xogħol, l-użu ta’ VPN, rekwiżiti rigward il-privatezza tad-data

(viii)

għall-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet, fis-sena kalendarja preċedenti:

(57)

il-valur tal-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-persentaġġ tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(58)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ bl-Internet lil konsumaturi privati (minn Negozju għall-Konsumatur: B2C), fis-sena kalendarja preċedenti

(59)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ bl-Internet lil intrapriżi oħra (minn Negozju għal Negozju: B2B) u lis-settur pubbliku (minn Negozju għall-Gvern: B2G), fis-sena kalendarja preċedenti

(ix)

għall-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti u servizzi fuq siti web jew apps tal-intrapriża u fuq siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:

(60)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti jew servizzi ġġenerat mill-bejgħ fuq tas-siti web jew tal-apps tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(61)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet ta’ oġġetti u servizzi ġġenerat mill-bejgħ fuq siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(x)

għall-intrapriżi li wettqu bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:

(62)

il-valur tal-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-persentaġġ tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(xi)

għall-intrapriżi li rreklutaw jew ippruvaw jirreklutaw speċjalisti fl-ICT fis-sena kalendarja preċedenti

(63)

postijiet tax-xogħol battala għall-ispeċjalisti fl-ICT li kien diffiċli jimtlew

(xii)

għall-intrapriżi b’dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri tas-sigurtà tal-ICT

(64)

l-aktar definizzjoni jew reviżjoni riċenti tad-dokument(i) tal-intrapriża dwar miżuri, prattiki jew proċeduri tas-sigurtà tal-ICT: fl-aħħar tnax-il xahar, aktar minn tnax-il xahar u sa erbgħa u għoxrin xahar ilu, aktar minn erbgħa u għoxrin xahar ilu

(xiii)

għall-intrapriżi li jużaw robots industrijali jew ta’ servizzi

(65)

raġunijiet li influwenzaw id-deċiżjoni li jintużaw ir-robots fl-intrapriża: kost lavorattiv għoli

(66)

raġunijiet li influwenzaw id-deċiżjoni li jintużaw ir-robots fl-intrapriża: diffikultajiet ta’ reklutaġġ ta’ persunal

(67)

raġunijiet li influwenzaw id-deċiżjoni li jintużaw ir-robots fl-intrapriża: biex titjieb is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

(68)

raġunijiet li influwenzaw id-deċiżjoni li jintużaw ir-robots fl-intrapriża: biex tkun żgurata preċiżjoni għolja jew kwalità standardizzata tal-proċessi u/jew tal-oġġetti u s-servizzi pprovduti

(69)

raġunijiet li influwenzaw id-deċiżjoni li jintużaw ir-robots fl-intrapriża: biex titwessa’ l-firxa tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti mill-intrapriża

(70)

raġunijiet li influwenzaw id-deċiżjoni li jintużaw ir-robots fl-intrapriża: minħabba inċentivi fiskali jew inċentivi governattivi oħra

Varjabbli fakultattivi

(i)

għall-intrapriżi b’impjegati u b’ħaddiema għal rashom li għandhom aċċess għall-Internet għal finijiet ta’ negozju:

(1)

l-għadd ta’ impjegati u ta’ ħaddiema għal rashom, jew il-persentaġġ tat-total tal-impjegati u tal-ħaddiema għal rashom li jużaw apparat portabbli mogħti mill-intrapriża li jippermetti konnessjoni tal-Internet fuq networks tat-telefonija mobbli għal finijiet ta’ negozju

(ii)

għall-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet, fis-sena kalendarja preċedenti:

(2)

il-bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tagħhom stess, fis-sena kalendarja preċedenti

(3)

il-bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(4)

il-bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(iii)

għall-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu f’mill-inqas tnejn miż-żoni ġeografiċi li ġejjin: f’pajjiżhom stess, fi Stati Membri oħra jew fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti:

(5)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(6)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(7)

il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-Internet iġġenerat mill-bejgħ lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(iv)

għall-intrapriżi li wettqu bejgħ bl-Internet lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti:

(8)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: kostijiet għoljin għat-twassil jew għar-ritorn tal-prodotti, fis-sena kalendarja preċedenti

(9)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: diffikultajiet relatati mar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u t-tilwim, fis-sena kalendarja preċedenti

(10)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: l-adattament tat-tikkettar tal-prodott għall-bejgħ fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(11)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: nuqqas ta’ għarfien ta’ lingwi barranin għall-komunikazzjoni ma’ klijenti fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(12)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: restrizzjonijiet mis-sħab kummerċjali tal-intrapriża għall-bejgħ lil ċerti Stati Membri, fis-sena kalendarja preċedenti

(13)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: id-diffikultajiet relatati mas-sistema tal-VAT fi Stati Membri oħra (bħal inċertezza rigward it-trattament tal-VAT f’pajjiżi differenti), fis-sena kalendarja preċedenti

(v)

għall-intrapriżi b’postijiet tax-xogħol battala għall-speċjalisti tal-ICT li kien diffiċli jimtlew, meta tentattivi ta’ reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT fis-sena kalendarja preċedenti:

(14)

diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT minħabba nuqqas ta’ applikazzjonijiet, fis-sena kalendarja preċedenti

(15)

diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT għax l-applikanti ma jkollhomx kwalifiki rilevanti relatati mal-ICT mill-edukazzjoni u/jew mit-taħriġ, fis-sena kalendarja preċedenti

(16)

diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT għax l-applikanti ma jkollhomx esperjenza tax-xogħol rilevanti, fis-sena kalendarja preċedenti

(17)

diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ speċjalisti fl-ICT għax l-applikanti jkollhom aspettattivi għoljin ħafna fejn jidħol is-salarju, fis-sena kalendarja preċedenti

 

(vi)

għall-intrapriżi li jkollhom robots industrijali jew ta’ servizzi

(18)

l-għadd ta’ robots industrijali u ta’ servizzi użati mill-intrapriża


Unità tal-kejl

Ċifri assoluti, għajr għall-karatteristiċi relatati mal-fatturat fil-munita nazzjonali (eluf) jew persentaġġ tal-fatturat (totali)

Popolazzjoni statistika

Kopertura tal-attività:

It-Taqsimiet C sa J, L sa N u l-grupp 95.1 tan-NACE

Kopertura tal-klassijiet tad-daqs:

Intrapriżi b’10 impjegati jew ħaddiema għal rashom jew aktar. Intrapriżi b’inqas minn 10 impjegati u ħaddiema għal rashom jistgħu jiġu koperti b’mod fakultattiv

Diżaggregazzjoni

Diżaggregazzjoni tal-attività

għall-kalkolu tal-aggregati nazzjonali:

l-aggregati tat-taqsimiet u l-gruppi C+D+E+F+G+H+I+J+L+M+N+95.1, D+E tan-NACE

it-taqsimiet tan-NACE: C, F, G, H, I, J, L, M, N

id-diviżjonijiet tan-NACE: 47, 55

l-aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE: 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 17 + 18, 19 + 20 + 21 + 22 + 23, 24 + 25, 26 + 27 + 28 + 29 + 30 + 31 + 32 + 33

l-aggregati tad-diviżjonijiet u l-gruppi: 26.1 + 26.2 + 26.3 + 26.4 + 26.8 + 46.5 + 58.2 + 61 + 62 + 63.1 + 95.1

għall-kontribuzzjoni lit-totali Ewropej biss

it-taqsimiet tan-NACE: D, E

id-diviżjonijiet tan-NACE: 19, 20, 21, 26, 27, 28, 45, 46, 61, 72, 79

il-grupp tan-NACE: 95.1

l-aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE: 10 + 11 + 12, 13 + 14 + 15, 16 + 17 + 18, 22 + 23, 29 + 30, 31 + 32 + 33, 58 + 59 + 60, 62 + 63, 69 + 70 + 71, 73 + 74 + 75, 77 + 78 + 80 + 81 + 82

Il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati u ħaddiema għal rashom: 10+, 10-49, 50-249, 250+; fakultattiva: 0-9, 0-1, 2-9

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

fil-5 ta’ Ottubru 2022.


20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/37


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1191

tad-19 ta’ Lulju 2021

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva clopyralid f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE (2) inkludiet il-clopyralid bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva clopyralid, kif stabbilita fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fit-30 ta’ April 2022.

(4)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva clopyralid f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f’dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq il-fajls supplimentari meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid f’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ressqu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Mejju 2017.

(7)

L-Awtorità għamlet is-sommarju tal-fajl supplimentari disponibbli għall-pubbliku. L-Awtorità ċċirkolat ukoll l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni.

(8)

Fis-6 ta’ Lulju 2018, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-clopyralid tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fl-24 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ressqet ir-rapport tat-tiġdid u l-abbozz ta’ Regolament dwar il-clopyralid lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

Fir-rigward tal-kriterji biex jiġu identifikati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li introduċa r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (7), fil-konklużjoni tagħha l-Awtorità tindika li, abbażi tal-evidenza xjentifika, il-probabbiltà li l-clopyralid hija sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali hija remota ħafna billi ma ġewx osservati effetti tossiċi fuq l-organi endokrinali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-clopyralid ma għandux jitqies li għandu proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

(10)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapport tat-tiġdid. L-applikant ippreżenta l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(11)

Fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-clopyralid, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati.

(12)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva clopyralid hija bbażata fuq użi rappreżentattivi bħala erbiċida għaċ-ċereali tax-xitwa u l-bwar. Filwaqt li mhuwiex meħtieġ, fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni tar-riskju, li r-restrizzjoni għall-użu biss bħala erbiċida tinżamm, huwa madankollu meħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(13)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/566 (8) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tal-clopyralid sat-30 ta’ April 2022 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Madankollu, peress li laħqet ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid qabel din id-data ta’ skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn qabel din id-data.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva clopyralid hija mġedda kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE tat-18 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-clopyralid, cyprodinil, fosetyl u trinexapac bħala sustanzi attivi (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 110).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA Journal 2018;16(8):5389. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/566 tat-30 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, clopyralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, diklorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, mepanipirim, Metarhizium anisopliae (var. anisopliae) tar-razza BIPESCO 5/F52, metconazole, metrafenone, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61 (li qabel kienet “S. griseoviridis”), Trichoderma asperellum (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “T. viride”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trinexapac, triticonazole u ziram (ĠU L 118, 7.4.2021, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Clopyralid

Nru tal-CAS 1702-17-6

Numru CIPAC 455

Aċidu 3,6-dikloropiridina-2-karbossiliku jew aċidu 3,6-dikloropikoliniku

≥ 950 g/kg

fl-1 ta’ Ottubru 2021

fit-30 ta’ Settembru 2036.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-clopyralid, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat b’mod kummerċjali;

il-protezzjoni tal-operaturi, billi jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu għall-operaturi jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq;

il-preżenza possibbli ta’ residwi tal-clopyralid fl-għelejjel rotazzjonali;

it-trasferiment possibbli ta’ residwi tal-clopyralid permezz tal-kompost jew tad-demel ta’ annimali li l-għalf tagħhom joriġina minn żoni ttrattati, biex tiġi evitata ħsara lill-għelejjel suxxettibbli;

il-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art f’kundizzjonijiet vulnerabbli.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni ta’ konferma fir-rigward tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tax-xorb.

L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 129 dwar il-clopyralid;

(2)

fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“147

Clopyralid

Nru tal-CAS 1702-17-6

Numru CIPAC 455

Aċidu 3,6-dikloropiridina-2-karbossiliku jew aċidu 3,6-dikloropikoliniku

≥ 950 g/kg

fl-1 ta’ Ottubru 2021.

fit-30 ta’ Settembru 2036.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-clopyralid, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat b’mod kummerċjali;

il-protezzjoni tal-operaturi, billi jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu għall-operaturi jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq;

il-preżenza possibbli ta’ residwi tal-clopyralid fl-għelejjel rotazzjonali;

it-trasferiment possibbli ta’ residwi tal-clopyralid permezz tal-kompost jew tad-demel ta’ annimali li l-għalf tagħhom joriġina minn żoni ttrattati, biex tiġi evitata ħsara lill-għelejjel suxxettibbli;

il-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art f’kundizzjonijiet vulnerabbli.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni ta’ konferma fir-rigward tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tax-xorb.

L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.”


DEĊIŻJONIJIET

20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1192

tad-19 ta’ Lulju 2021

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/142

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fil-5 ta' Frar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/142 (2) li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK ("il-lista").

(3)

F'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa neċessarju li ssir reviżjoni f'intervalli regolari tal-ismijiet ta' persuni, gruppi u entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/142 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/142 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/142 tal-5 ta' Frar 2021 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1132 (ĠU L 43, 8.2.2021, p. 14).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f'Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).

7.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f'Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f'Pülümür (it-Turkija).

13.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

14.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-"Organizzazzjoni Abu Nidal" — "ANO" (magħrufa wkoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah", magħrufa wkoll bħala l-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", magħrufa wkoll bħala s-"Settembru l-Iswed", magħrufa wkoll bħala l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti").

2.

Il-"Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa".

3.

"Al-Aqsa e.V".

4.

"Babbar Khalsa".

5.

Il-"Partit Komunista tal-Filippini", inkluż l-"Armata l-Ġdida tal-Poplu" — "NPA", il-Filippini.

6.

Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") (il-"Grupp Iżlamiku" - "IG").

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi" — "IBDA-C" (il-"Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant").

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem".

10.

Il-"Fergħa Militari ta' Hizballah" (magħrufa wkoll bħala l-"Fergħa Militari tal-Hezbollah", magħrufa wkoll bħala l-"Fergħa Militari ta' Hizbullah", magħrufa wkoll bħala l-"Fergħa Militari ta' Hizbollah", magħrufa wkoll bħala l-"Fergħa Militari ta' Hezballah", magħrufa wkoll bħala l-"Fergħa Militari ta' Hisbollah", magħrufa wkoll bħala l-"Fergħa Militari ta' Hizbu'llah", magħrufa wkoll bħala l-"Fergħa Militari ta' Hizb Allah", magħrufa wkoll bħala l-"Kunsill tal-Ġihad" (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

"Hizbul Mujahideen" — "HM".

12.

"Khalistan Zindabad Force" — "KZF".

13.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" — "PKK" (magħruf ukoll bħala "KADEK", magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL").

14.

It-"Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam" — "LTTE".

15.

"Ejército de Liberación Nacional" (l-"Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali").

16.

Il-"Ġiħad Iżlamika tal-Palestina" — "PIJ".

17.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" — "PFLP".

18.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP — Kmand Ġenerali").

19.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" — "DHKP/C" (magħruf ukoll bħala "Devrimci Sol" (ix-"Xellug Rivoluzzjonarju"), magħruf ukoll bħala "Dev Sol") ("Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu").

20.

"Sendero Luminoso" — "SL" (it-"Triq li Tiddi").

21.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" — "TAK" (magħruf ukoll bħala l-"Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan", magħruf ukoll bħala l-"Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan").


20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1193

tad-19 ta’ Lulju 2021

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Awwissu 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340 (1) li taħtar lis-Sur Johann SATTLER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2021.

(2)

Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ta’ 24 xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Johann SATTLER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2023. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew terminat qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023 għandu jkun ta’ EUR 12 800 000.”;

(2)

fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2023.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1340 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 209, 9.8.2019, p. 10).


20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1194

tad-19 ta’ Lulju 2021

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*)u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135 (1) li taħtar lis-Sur Tomáš SZUNYOG bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2021.

(2)

Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ta’ 24 xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Tomáš SZUNYOG bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2023. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew terminat qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023 għandu jkun ta’ EUR 6 600 000.”;

(2)

fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2023.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1135 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 247, 31.7.2020, p. 25).


20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1195

tad-19 ta’ Lulju 2021

dwar l-istandards armonizzati għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparati li huma konformi mal-istandards armonizzati rilevanti, jew mal-partijiet rilevanti ta’ dawk l-istandards, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2406 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti dwar l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro żviluppati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 2406, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati eżistenti EN ISO 11135:2014, EN ISO 11137-1:2015, EN ISO 11737-2:2009 u EN ISO 25424:2011, sabiex jinkludi l-aħħar progress tekniku u xjentifiku, u biex jadattahom għar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2017/746. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati l-ġodda EN ISO 11737-2:2020 u EN ISO 25424:2019, u tal-emendi EN ISO 11135:2014/A1:2019 sa EN ISO 11135:2014 u EN ISO 11137-1:2015/A2:2019 sa EN ISO 11137-1:2015.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards reveduti u abbozzati mis-CEN jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 2406.

(5)

L-istandards armonizzati EN ISO 11737-2:2020 u EN ISO 25424:2019, u l-emendi EN ISO 11135:2014/A1:2019 sa EN ISO 11135:2014 u EN ISO 11137-1:2015/A2:2019 sa EN ISO 11137-1:2015 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/746. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746 u elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward apparati mediċi b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).


ANNESS

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN ISO 11135:2014

Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa — Ossidu tal-etilen — Rekwiżiti għall-iżvilupp, validazzjoni u kontroll ta’ rutina ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni għal apparati mediċi (ISO 11135:2014)

EN ISO 11135:2014/A1:2019

2.

EN ISO 11137-1:2015

Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa — Radjazzjoni — Parti 1: Rekwiżiti għall-iżvilupp, validazzjoni u kontroll ta’ rutina ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni għal apparati mediċi (ISO 11137-1:2006, inkluż Amd 1:2013)

EN ISO 11137-1:2015/A2:2019

3.

EN ISO 11737-2:2020

Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa — Metodi mikrobijoloġiċi — Parti 2: Testijiet ta’ sterilità mwettqa fid-definizzjoni, validazzjoni u manutenzjoni ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni (ISO 11737-2:2019)

4.

EN ISO 25424:2019

Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa — Sterilizzaturi bil-fwar b’temperatura baxxa u formaldeid — Rekwiżiti għall-iżvilupp, validazzjoni u kontroll ta’ rutina ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni għal apparati mediċi (ISO 25424:2018)


20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1196

tad-19 ta’ Lulju 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward ta’ standards armonizzati għal ċertu tagħmir tar-radju li jikkonċernaw apparati ta’ radjudeterminazzjoni għas-sondaġġ tal-art u tal-ħitan, tagħmir ta’ identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, tagħmir tar-radju għas-sistemi ferrovjarji tal-Euroloop, apparati ta’ medda qasira f’network, applikazzjonijiet industrijali mingħajr fili u konnessjonijiet bir-radju fuq banda wiesgħa għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir tar-radju li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u r-reviżjoni tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE (“it-Talba”).

(3)

Abbażi tat-Talba, l-ETSI abbozza l-istandard armonizzat EN 303 258 V1.1.1 għal applikazzjonijiet industrijali mingħajr fili.

(4)

Abbażi tat-Talba, l-ETSI wettaq reviżjoni tal-istandards armonizzati EN 302 066-2 V1.2.1, EN 302 208 V3.1.1, EN 302 609 V2.1.1, EN 303 204 V2.1.2 u EN 303 276 V1.1.1, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni, rispettivament, tal-istandards armonizzati EN 302 066 V2.2.1 għal apparati ta’ radjudeterminazzjoni għas-sondaġġ tal-art u tal-ħitan, EN 302 208 V3.3.1 għal tagħmir ta’ identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, EN 302 609 V2.2.1 għal tagħmir tar-radju għas-sistemi ferrovjarji tal-Euroloop, EN 303 204 V3.1.1 għal apparati ta’ medda qasira f’network u EN 303 276 V1.2.1 għal konnessjonijiet bir-radju fuq banda wiesgħa għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati jikkonformawx mat-Talba.

(6)

L-istandards armonizzati EN 303 204 V3.1.1 u EN 303 276 V1.2.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Fl-aħħar sentenza tad-disa’ paragrafu tal-klawżola 6.2.5 tiegħu u fl-għaxar u l-ħdax-il paragrafu tal-klawżola 6.2.5 tiegħu, l-istandard armonizzat EN 302 066 V2.2.1, jippermetti interpretazzjoni u definizzjoni soġġettivi tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dak l-istandard armonizzat. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(8)

Ir-Rakkomandazzjoni 74-01 tal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni dwar l-emissjonijiet mhux mixtieqa fil-qasam spurju (Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-KER) tistabbilixxi rekwiżiti għall-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju. It-Tabella 6 tar-Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-KER tistabbilixxi li l-protezzjoni jenħtieġ li tkun sal-limitu tal-medda tal-frekwenzi ta’ 694 MHz. It-Tabella 2 tal-istandard armonizzat EN 302 208 V3.3.1 mhijiex allinjata mar-Rakkomandazzjoni 74-01 tal-KER peress li l-limitu indikat f’dik it-Tabella huwa differenti mil-limitu indikat fir-Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-KER. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(9)

Fit-Tabella 3, l-istandard armonizzat EN 302 609 V2.2.1 jinkludi inkonsistenzi fir-rigward tal-meded tal-frekwenzi għar-riċevitur tal-kejl. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(10)

Il-klawżoli 4.2.8.2, 4.2.9.3 u 4.2.10.3 tal-istandard armonizzat EN 303 258 V1.1.1 ma jistipulawx metodi ta’ ttestjar biex tintwera l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dawk il-klawżoli. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(11)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/53/UE, filwaqt li l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/53/UE b’restrizzjoni. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards EN 303 204 V3.1.1 u EN 303 276 V1.2.1 jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 u r-referenzi tal-istandards EN 302 066 V2.2.1, EN 302 208 V3.3.1, EN 302 609 V2.2.1 u EN 303 258 V1.1.1 jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(12)

Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 302 066-2 V1.2.1, EN 302 208 V3.1.1, EN 302 609 V2.1.1, EN 303 204 V2.1.2 u EN 303 276 V1.1.1 jiġu rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6), peress li dawn ġew riveduti. L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ikun xieraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

(13)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 302 066 V2.2.1, EN 302 208 V3.3.1, EN 302 609 V2.2.1, EN 303 204 V3.1.1 u EN 303 276 V1.2.1, jeħtieġ li jiġi ddifferit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 302 066-2 V1.2.1, EN 302 208 V3.1.1, EN 302 609 V2.1.1, EN 303 204 V2.1.2 u EN 303 276 V1.1.1.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 final tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġja d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 46).

(6)  ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“10.

EN 303 204 V3.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD) Fissi fin-networks tad-data; Tagħmir tar-radju għal użu fil-medda tal-frekwenzi minn 870 MHz sa 876 MHz b’livelli ta’ potenza li jitilgħu sa potenza rradjata effettiva (e.r.p.) ta’ 500 mW; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

11.

EN 303 276 V1.2.1

Konnessjonijiet bir-Radju Marittimi fuq Banda Wiesgħa li joperaw fi ħdan il-meded minn 5 852 MHz sa 5 872 MHz u/jew minn 5 880 MHz sa 5 900 MHz għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta involuti f’attivitajiet koordinati; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“10.

EN 302 066 V2.2.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Apparati ta’ Radjudeterminazzjoni għas-Sondaġġ tal-Art u tal-Ħitan (GPR/WPR); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata xi waħda minn dawn li ġejjin:

fid-disa’ paragrafu tal-klawżola 6.2.5 ta’ dak l-istandard, is-sentenza “Għall-kejl tal-emissjonijiet, biex tiġi koperta l-medda kollha minn 30 MHz sa 1 000  MHz, jista’ jintuża wkoll kombinament ta’ antenni b’żewġ koni u antenni bipolari logaritmiċi perjodiċi (magħrufa bħala “log periodics”)”;

l-għaxar paragrafu tal-klawżola 6.2.5 ta’ dak l-istandard;

il-ħdax-il paragrafu tal-klawżola 6.2.5 ta’ dak l-istandard.

11.

EN 302 208 V3.3.1

Tagħmir ta’ Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju li jopera fil-medda minn 865 MHz sa 868 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 2 W u fil-medda minn 915 MHz sa 921 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 4 W; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Għall-finijiet tal-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, fit-Tabella 2 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-limitu “692 MHz” huwa sostitwit b’dan li ġej: “694 MHz.”.

12.

EN 302 609 V2.2.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Tagħmir tar-radju għal sistemi ta’ komunikazzjoni Euroloop; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Għall-finijiet tal-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE:

fit-tieni ringiela tat-Tabella 3 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-limitu “29,090  MHz” għandu jinqara bħala “27,090  MHz”;

fit-tielet ringiela tat-Tabella 3 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-limitu “29,100  MHz”, għandu jinqara bħala “27,100  MHz.”.

13.

EN 303 258 V1.1.1

Applikazzjonijiet Industrijali Mingħajr Fili (WIA); Tagħmir li jopera fil-medda ta’ frekwenzi minn 5 725 MHz sa 5 875 MHz b’livelli ta’ potenza li jitilgħu sa 400 mW; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tagħti preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, f’każ li ma jitwettqux il-metodi ta’ ttestjar xierqa sabiex tintwera l-konformità mal-klawżoli 4.2.8.2, 4.2.9.3 u 4.2.10.3 ta’ dan l-istandard armonizzat.”.


ANNESS III

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“17.

EN 302 066-2 V1.2.1

Kompatibbiltà elettromanjetika u Materji relatati mal-ispettru tar-Radju (ERM); Sistemi tal-immaġni ta’ applikazzjonijiet ta’ Radar għas-Sondaġġ tal-Art u tal-Ħitan (GPR/WPR); Parti 2: EN armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE

l-20 ta’ Jannar 2023

18.

EN 302 208 V3.1.1

Tagħmir ta’ Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju li jopera fil-medda minn 865 MHz sa 868 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 2 W u fil-medda minn 915 MHz sa 921 MHz b’livelli ta’ potenza ta’ sa 4 W; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

l-20 ta’ Jannar 2023

19.

EN 302 609 V2.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Tagħmir tar-radju għal sistemi ta’ komunikazzjoni Euroloop; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

l-20 ta’ Jannar 2023

20.

EN 303 204 V2.1.2

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD) bbażati fuq Network; Tagħmir tar-radju għal użu fil-medda tal-frekwenzi minn 870 MHz sa 876 MHz b’livelli ta’ potenza li jitilgħu sa 500 mW; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

l-20 ta’ Jannar 2023

21.

EN 303 276 V1.1.1

Konnessjonijiet bir-Radju Marittimi fuq Banda Wiesgħa li joperaw fi ħdan il-meded minn 5 852 MHz sa 5 872 MHz u/jew minn 5 880 MHz sa 5 900 MHz għall-vapuri u għal installazzjonijiet lil hinn mill-kosta involuti f’attivitajiet koordinati; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

l-20 ta’ Jannar 2023”.