ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 224

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
24 ta' Ġunju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1017 tal-15 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1018 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ indikaturi ta’ importanza sistemika globali, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 ( 1 )

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1019 tat-22 ta’ Ġunju 2021 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021

9

 

*

Deċiżjoni (UE) 2021/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2021 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Belġju — EGF/2020/005 BE/Swissport

12

 

*

Deċiżjoni (UE) 2021/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2021 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Ġermanja — EGF/2020/003 DE/GMH Guss

14

 

*

Deċiżjoni (UE) 2021/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2021 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni min-Netherlands — EGF/2020/004 NL/KLM

16

 

*

Deċiżjoni (UE) 2021/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2021 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja — EGF/2020/007 FI/Finnair

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1024 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1025 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1026 tal-21 ta’ Ġunju 2021 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1027 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li tafda f’idejn il-Kummissjoni Ewropea - l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) - l-eżerċizzju ta’ setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ relatati mal-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ mard jew inċidenti okkupazzjonali

29

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1028 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li tadotta miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess, l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel tad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

31

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ( ĠU L 328, 21.12.2018 )

42

 

*

Rettifika għar-Regolament (KE) 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi ( ĠU L 342, 22.12.2009 )

43

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1017

tal-15 ta’ April 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta’ pagamenti diretti li jingħataw lill-bdiewa għal sena kalendarja partikolari, skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dak ir-Regolament, għall-inqas b’5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat ta’ dak it-tnaqqis għandu jsir disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri li jaqgħu taħt l-iżvilupp rurali.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 11(6), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sad-19 ta’ Frar 2021 bid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2021. In-notifiki tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja u tal-Finlandja indikaw stima akbar minn żero.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1), is-seba’ subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, il-Latvja u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fis-sena finanzjarja 2022, ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2021.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 14(2), is-seba’ subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli, bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2021, ċertu ammont mill-allokazzjoni tal-FAEŻR tal-2022 tagħhom.

(5)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu adattati biex il-limiti massimi nazzjonali annwali u l-limiti massimi netti annwali għall-pagamenti diretti jirriflettu d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Kroazja, min-Netherlands, mill-Polonja, mill-Portugal, mis-Slovakkja u mill-Finlandja. Huwa meħtieġ ukoll li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġi adattat sabiex it-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jirrifletti ugwalment dawk id-deċiżjonijiet.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu emendati skont dan.

(7)

Peress li l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għas-sena 2021, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment f’waqtu tal-limiti massimi baġitarji applikabbli għall-ċerti skemi ta’ appoġġ dirett, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u dawk l-emendi jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS I

Fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kolonna għall-2022 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“2022

Il-Belġju

82 800 894

Il-Bulgarija

284 028 644

Iċ-Ċekja

267 027 708

Id-Danimarka

136 972 060

Il-Ġermanja

1 387 301 738

L-Estonja

88 031 648

L-Irlanda

311 641 628

Il-Greċja

651 537 600

Spanja

1 081 564 825

Franza

2 008 001 070

Il-Kroazja

276 679 401

L-Italja

1 355 921 375

Ċipru

23 770 514

Il-Latvja

142 745 173

Il-Litwanja

195 495 162

Il-Lussemburgu

11 626 644

L-Ungerija

384 539 149

Malta

19 334 497

In-Netherlands

129 378 369

L-Awstrija

520 024 752

Il-Polonja

1 004 725 539

Il-Portugall

455 640 620

Ir-Rumanija

967 049 892

Is-Slovenja

110 170 192

Is-Slovakkja

234 975 909

Il-Finlandja

354 551 956

L-Iżvezja

211 889 741

Total EU-27

12 697 426 700

Assistenza teknika

30 272 220

Total

12 727 698 920 ”


ANNESS II

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, il-kolonna għas-sena kalendarja 2021 hija sostitwita b’dan li ġej:

Sena kalendarja

“2021

Il-Belġju

494 926

Il-Bulgarija

788 626

Iċ-Ċekja

848 107

Id-Danimarka

802 001

Il-Ġermanja

4 620 753

L-Estonja

190 715

L-Irlanda

1 186 282

Il-Greċja

1 797 077

Spanja

4 800 590

Franza

6 736 440

Il-Kroazja

364 968

L-Italja

3 628 529

Ċipru

47 648

Il-Latvja

314 055

Il-Litwanja

569 965

Il-Lussemburgu

33 432

L-Ungerija

1 305 715

Malta

5 244

In-Netherlands

661 382

L-Awstrija

677 582

Il-Polonja

3 360 049

Il-Portugall

680 873

Ir-Rumanija

1 891 805

Is-Slovenja

131 530

Is-Slovakkja

417 082

Il-Finlandja

515 713

L-Iżvezja

685 676 ”;

(2)

fl-Anness III, il-kolonna għas-sena kalendarja 2021 hija sostitwita b’dan li ġej:

Sena kalendarja

“2021

Il-Belġju

494,9

Il-Bulgarija

789,3

Iċ-Ċekja

847,1

Id-Danimarka

801,3

Il-Ġermanja

4 620,8

L-Estonja

190,7

L-Irlanda

1 186,3

Il-Greċja

1 981,1

Spanja

4 859,1

Franza

6 736,4

Il-Kroazja

365,0

L-Italja

3 622,5

Ċipru

47,6

Il-Latvja

313,8

Il-Litwanja

570,0

Il-Lussemburgu

33,4

L-Ungerija

1 275,5

Malta

5,2

In-Netherlands

661,3

L-Awstrija

677,6

Il-Polonja

3 345,3

Il-Portugall

681,0

Ir-Rumanija

1 891,8

Is-Slovenja

131,5

Is-Slovakkja

415,3

Il-Finlandja

515,7

L-Iżvezja

685,7”


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1018

tat-22 ta’ Ġunju 2021

li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ indikaturi ta’ importanza sistemika globali, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 434a tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 441 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) jiddivulgaw, fuq bażi annwali, il-valuri tal-indikaturi użati għad-determinazzjoni tal-punteġġ tagħhom skont il-metodoloġija tal-identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 (3), li ġie adottat abbażi tal-Artikolu 441(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jistabbilixxi l-formati u d-dati uniformi għad-divulgazzjoni tal-valuri użati għall-identifikazzjoni tal-G-SIIs. L-Artikolu 441(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tħassar bir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

L-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE jistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-G-SIIs. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 (5) jispeċifika l-metodoloġija għal dik l-identifikazzjoni u jiddefinixxi s-subkategoriji tal-G-SIIs. Ir-Regolament ta’ Delega Nru 1222/2014 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/539 (6) biex jitqiesu l-istandards internazzjonali riveduti dwar l-identifikazzjoni tal-G-SIIs kif adottati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) f’Lulju 2018 (7). Dawk l-istandards internazzjonali riveduti, u b’mod partikolari r-rekwiżit li jintuża format uniformi għall-informazzjoni dwar il-valuri tal-indikaturi użati għad-determinazzjoni tal-punteġġ tal-G-SIIs imsemmija fl-Artikolu 441 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 (8).

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 jiġi emendat skont dan.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2019/876 introduċa wkoll l-Artikolu 434a fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika formati uniformi ta’ divulgazzjoni għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vvalutati l-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-grad ta’ konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Wieħed sa Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 ġie adottat abbażi ta’ dak l-Artikolu 434a jintroduċi rekwiżiti ġodda minflok dawk stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014. Għalhekk jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 jitħassar.

(5)

Sabiex jiġi żgurat trasferiment bla xkiel mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun l-istess bħad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 li hija t-28 ta’ Ġunju 2021. Għall-istess raġuni, id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħall-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, qabel id-data tal-applikazzjoni li hija t-28 ta’ Ġunju 2021.

(6)

Il-BCBS ippubblika l-Qafas ta’ Basel ikkonsolidat f’Diċembru 2019, inklużi r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni aġġornati tal-Pilastru 3 (9), li fil-biċċa l-kbira ġew introdotti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 permezz tar-Regolament (UE) 2019/876. Sabiex jiġu implimentati dawk l-emendi, ġie stabbilit qafas ta’ divulgazzjoni tal-Pilastru 3 konsistenti u komplut permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637. Għalhekk, meta l-G-SIIs jiddivulgaw l-informazzjoni dwar il-valuri tal-indikaturi użati għad-determinazzjoni tal-punteġġ tagħhom, jenħtieġ li jużaw rapport tal-Pilastru 3 konsistenti ma’ dan ir-Regolament.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(8)

L-Awtorità Bankarja Ewropea għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637

Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

Divulgazzjoni tal-indikaturi ta’ importanza sistemika globali

1.   Il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni dwar il-valuri tal-indikaturi użati għad-determinazzjoni tal-punteġġ tagħhom imsemmi fl-Artikolu 441 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-format ta’ divulgazzjoni uniformi msemmi fl-Artikolu 434a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għandu jintuża għall-ġbir tal-valuri tal-indikatur mill-awtoritajiet rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe data anċillari u entrati ta’ memorandum miġbura f’konformità ma’ dak l-Artikolu.

2.   Il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rapport tagħhom tal-Pilastru 3 ta’ tmiem is-sena. Il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw mill-ġdid l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fl-ewwel rapport tal-Pilastru 3 tagħhom wara s-sottomissjoni finali tal-valuri tal-indikaturi lill-awtoritajiet rilevanti, meta ċ-ċifri sottomessi jkunu differenti miċ-ċifri divulgati fir-rapport tal-Pilastru 3 ta’ tmiem is-sena.”

Artikolu 2

Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176 27.6.2013 p. 338).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 tad-29 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 14).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 tat-8 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta’ subkategoriji ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 27).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/539 tal-11 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1222/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta’ subkategoriji ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (ĠU L 108, 29.3.2021, p. 10).

(7)  Il-Qafas ta’ Basel - SCO40: Banek globali sistemikament importanti.

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 tal-15 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjonijiet pubbliċi mill-istituzzjonijiet tal-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III tal-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1423/2013, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1555, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/200 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2295 (ĠU L 136, 21.4.2021, p. 1).

(9)  Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, “DIS Disclosure requirements”, Diċembru 2019.

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


DEĊIŻJONIJIET

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1019

tat-22 ta’ Ġunju 2021

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021 u ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2021, fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, fis-6 ta’ April 2021, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jamministra lill-Kummissjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, l-ewwel is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti stabbiliti għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI.

(4)

Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 (4) tistabbilixxi li l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fil-FEŻ għall-2021 huwa ta’ EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 300 000 000 għall-BEI.

(6)

Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-datatal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom iħallsu il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, bħala t-tieni ħlas parzjali tal-2021, skont l-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1

(2)   ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13).


ANNESS

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’%

It-2ni ħlas parzjali tal-2021 (EUR)

Totali

Il-BEI

Il-Kummissjoni

Il-11-il FEŻ

Il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

4 224 051,00

38 991 240,00

43 215 291,00

IL-BULGARIJA

0,21853

284 089,00

2 622 360,00

2 906 449,00

IĊ-ĊEKJA

0,79745

1 036 685,00

9 569 400,00

10 606 085,00

ID-DANIMARKA

1,98045

2 574 585,00

23 765 400,00

26 339 985,00

IL-ĠERMANJA

20,57980

26 753 740,00

246 957 600,00

273 711 340,00

L-ESTONJA

0,08635

112 255,00

1 036 200,00

1 148 455,00

L-IRLANDA

0,94006

1 222 078,00

11 280 720,00

12 502 798,00

IL-GREĊJA

1,50735

1 959 555,00

18 088 200,00

20 047 755,00

SPANJA

7,93248

10 312 224,00

95 189 760,00

105 501 984,00

FRANZA

17,81269

23 156 497,00

213 752 280,00

236 908 777,00

IL-KROAZJA

0,22518

292 734,00

2 702 160,00

2 994 894,00

L-ITALJA

12,53009

16 289 117,00

150 361 080,00

166 650 197,00

ĊIPRU

0,11162

145 106,00

1 339 440,00

1 484 546,00

IL-LATVJA

0,11612

150 956,00

1 393 440,00

1 544 396,00

IL-LITWANJA

0,18077

235 001,00

2 169 240,00

2 404 241,00

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

331 617,00

3 061 080,00

3 392 697,00

L-UNGERIJA

0,61456

798 928,00

7 374 720,00

8 173 648,00

MALTA

0,03801

49 413,00

456 120,00

505 533,00

IN-NETHERLANDS

4,77678

6 209 814,00

57 321 360,00

63 531 174,00

L-AWSTRIJA

2,39757

3 116 841,00

28 770 840,00

31 887 681,00

IL-POLONJA

2,00734

2 609 542,00

24 088 080,00

26 697 622,00

IL-PORTUGALL

1,19679

1 555 827,00

14 361 480,00

15 917 307,00

IR-RUMANIJA

0,71815

933 595,00

8 617 800,00

9 551 395,00

IS-SLOVENJA

0,22452

291 876,00

2 694 240,00

2 986 116,00

IS-SLOVAKKJA

0,37616

489 008,00

4 513 920,00

5 002 928,00

IL-FINLANDJA

1,50909

1 961 817,00

18 109 080,00

20 070 897,00

L-IŻVEZJA

2,93911

3 820 843,00

35 269 320,00

39 090 163,00

IR-RENJU UNIT

14,67862

19 082 206,00

176 143 440,00

195 225 646,00

TOTAL TAL-UE-27 U R-RENJU UNIT

100,00

130 000 000,00

1 200 000 000,00

1 330 000 000,00


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/12


DEĊIŻJONI (UE) 2021/1020 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2021

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Belġju — EGF/2020/005 BE/Swissport

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b’riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b’riżultat ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ EUR 186 miljun (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(3)

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji fi Swissport fil-Belġju. Din ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 3 719 224 fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa mill-Belġju.

(5)

Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 3 719 224 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika mit-8 ta’ Ġunju 2021.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/14


DEĊIŻJONI (UE) 2021/1021 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2021

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Ġermanja — EGF/2020/003 DE/GMH Guss

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b’riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b’riżultat ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ EUR 186 miljun (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(3)

Fil-15 ta’ Diċembru 2020, il-Ġermanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji f’GMH Guss GmbH fil-Ġermanja. Din l-applikazzjoni ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 081 706 fir-rigward tal-applikazzjoni sottomessa mill-Ġermanja.

(5)

Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 1 081 706 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mit-8 ta’ Ġunju 2021.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/16


DEĊIŻJONI (UE) 2021/1022 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2021

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni min-Netherlands — EGF/2020/004 NL/KLM

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b’riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b’riżultat ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ EUR 186 miljun (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(3)

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, in-Netherlands ippreżentaw applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji f’KLM Royal Dutch Airlines fin-Netherlands. Din l-applikazzjoni ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 5 019 218 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata min-Netherlands.

(5)

Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 5 019 218 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika mit-8 ta’ Ġunju 2021.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/18


DEĊIŻJONI (UE) 2021/1023 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2021

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja — EGF/2020/007 FI/Finnair

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b’riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b’riżultat ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ EUR 186 miljun (il-prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(3)

Fit-30 ta’ Diċembru 2020, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji f’Finnair Oyj u sottokuntrattur wieħed fil-Finlandja. Din l-applikazzjoni ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 752 360 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja.

(5)

Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 1 752 360 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika mit-8 ta’ Ġunju 2021.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1024

tat-18 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi,

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2009/908/UE (2) l-Kunsill stabbilixxa miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE. Il-korpi preparatorji li mhumiex ippreseduti mill-Presidenza ta’ sitt xhur huma elenkati fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2009/908/UE, kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE.

(2)

Skont l-Anness III għad-Deċiżjoni 2009/908/UE, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika huwa elenkat fost il-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika u t-tipi ta’ kompitu mwettqa minnu, dak il-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun ippresedut mill-Presidenza ta’ sitt xhur.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/908/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE, it-test “Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika” jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEÃO


(1)   ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28).


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1025

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 (1), li tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tagħha.

(2)

Fis-16 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/795 (2), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809, billi estenda l-perijodu ta’ implimentazzjoni tagħha sal-10 ta’ Awwissu 2021.

(3)

Fis-26 ta’ Marzu 2021, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809, talab estensjoni ulterjuri ta’ tmien xhur tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. L-estensjoni mitluba tkun tippermetti lill-UNODA jkompli jagħti assistenza lill-Istati Membri tan-NU li jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (“UNSCR 1540”), biex ikompli jikkontribwixxi għal rieżami komprensiv li għaddej, biex ikompli jagħti l-għajnuna lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilit mill-UNSCR 1540 sa tmiem il-mandat attwali tiegħu sat-28 ta’ April 2022, u biex itaffi t-telf li jirriżulta minn proġetti li jibqgħu mhux imwettqa minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sal-25 ta’ April 2022.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-25 ta’ April 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/809 tal-11 ta’ Mejju 2017 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 121, 12.5.2017, p. 39).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/795 tas-16 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 193, 17.6.2020, p. 14).


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1026

tal-21 ta’ Ġunju 2021

b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (l-“Istrateġija tal-UE”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri għall-ġlieda kontra tali proliferazzjoni.

(2)

L-Istrateġija tal-UE tissottolinja r-rwol kruċjali tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (CWC) u tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-ħolqien ta’ dinja ħielsa minn armi kimiċi. L-objettivi tal-Istrateġija tal-UE huma komplementari għal dawk segwiti mill-OPCW fil-kuntest tar-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tas-CWC.

(3)

Fit-22 ta’ Novembru 2004 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/797/PESK (1) dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW. Dik l-Azzjoni Konġunta ġiet segwita mal-iskadenza tagħha mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/913/PESK (2), li sussegwentement kienet segwita mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/185/PESK (3).

L-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK kienet segwita mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/569/PESK (4), 2012/166/PESK (5), 2013/726/PESK (6), (PESK) 2015/259 (7), (PESK) 2017/2302 (8), (PESK) 2017/2303 (9) u (PESK) 2019/538 (10).

(4)

It-tkomplija ta’ assistenza intensiva u mmirata bħal din min-naħa tal-Unjoni għall-OPCW hi meħtieġa fil-kuntest tal-implimentazzjoni attiva tal-Kapitolu III tal-Istrateġija tal-UE.

(5)

Jenħtieġ aktar appoġġ mill-Unjoni għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-OPCW, li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċità tal-OPCW biex jinżammu livelli xierqa ta’ ċibersigurtà u reżiljenza ċibernetika fl-indirizzar tal-isfidi attwali u emerġenti relatati maċ-ċibersigurtà,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bil-għan li ċerti elementi tal-Istrateġija tal-UE jiġu applikati b’mod immedjat u prattiku, l-Unjoni għandha tappoġġa proġett tal-OPCW bl-objettivi li ġejjin:

it-titjib tal-infrastruttura tal-ICT f’konformità mal-qafas tal-kontinwità tal-operat istituzzjonali tal-OPCW, b’enfasi qawwija fuq ir-reżiljenza; u

l-iżgurar ta’ governanza ta’ aċċess privileġġat, kif ukoll ġestjoni u separazzjoni tal-informazzjoni fiżika, loġika u kriptografika għan-networks strateġiċi u ta’ missjoni kollha tal-OPCW.

2.   Fil-kuntest tal-paragrafu 1, l-attivitajiet appoġġati mill-Unjoni tal-proġett tal-OPCW, li jikkonformaw mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Istrateġija tal-UE, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

l-operazzjonalizzazzjoni ta’ ambjent favorevoli għal sforzi li għaddejjin għaċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza ċibernetika f’operazzjonijiet tal-OPCW f’diversi siti;

it-tfassil ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta għall-integrazzjoni u l-konfigurazzjoni ta’ sistemi li huma fuq il-post u bbażati fuq il-cloud ma’ sistemi tal-ICT tal-OPCW u soluzzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ aċċess privileġġat (PAM); u

il-bidu u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet PAM.

3.   Deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-OPCW appoġġati mill-Unjoni li jissemmew fil-paragrafu 2 tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha ssir mis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW (is-“Segretarjat Tekniku”). Huwa għandu jwettaq dak il-kompitu taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll tar-RGħ. Għal dak il-fini, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-Segretarjat Tekniku.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 2 151 823.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 2. Għal dak il-fini, hija għandha tikkonkludi l-ftehim neċessarju mas-Segretarjat Tekniku. Dak il-ftehim għandu jistipula li s-Segretarjat Tekniku għandu jiżgura l-viżibilità tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, skont id-daqs tagħha, u għandu jispeċifika miżuri biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ sinerġiji u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mis-Segretarjat Tekniku. Ir-rapporti tar-RGħ għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi wara sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/797/PESK tat-22 ta’ Novembru 2004 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 63).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/913/PESK tat-12 ta’ Diċembru 2005 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa (ĠU L 331, 17.12.2005, p. 34).

(3)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/185/PESK tad-19 ta’ Marzu 2007 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (ĠU L 85, 27.3.2007, p. 10).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/569/PESK tas-27 ta’ Lulju 2009 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 96).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/166/PESK tat-23 ta’ Marzu 2012 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 87, 24.3.2012, p. 49).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/726/PESK tad-9 ta’ Diċembru 2013 b’appoġġ għall-UNSCR 2118 (2013) u l-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/Dec 1, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 41).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 tas-17 ta’ Frar 2015 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 43, 18.2.2015, p. 14).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2302 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta’ tindif ta’ dak li kien is-sit ta’ ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 49).

(9)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2303 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 55).

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/538 tal-1 ta’ April 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 93, 2.4.2019, p. 3).


A NNESS

DOKUMENT TA’ PROĠETT

1.   Kuntest

L-OPCW hija meħtieġa li żżomm infrastruttura li tippermetti s-sovranità tal-informazzjoni b’mod proporzjonat għall-klassifikazzjonijiet tal-aċċess privileġġjat, ir-rutini tal-immaniġġjar xierqa u t-theddid eżistenti filwaqt li tibqa’ kapaċi tiddefendi kontra riskji emerġenti. L-OPCW qed tkompli tiffaċċa b’mod konsistenti riskji serji u emerġenti fir-rigward taċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza ċibernetika. L-OPCW hija fil-mira ta’ atturi b’livell għoli ta’ ħiliet, riżorsi u motivazzjoni. Dawn l-atturi jkomplu jattakkaw il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni u l-assi infrastrutturali tal-OPCW fuq bażi frekwenti. Bi tweġiba għat-tħassib li l-attakki ċibernetiċi reċenti, il-kunsiderazzjonijiet politiċi attwali u l-kriżi tal-COVID-19 issottolinjaw, u b’kont meħud tar-rekwiżiti uniċi ppreżentati min-natura tal-ħidma tal-OPCW biex jitwettaq il-mandat tas-CWC, huwa ċar li jenħtieġ investiment essenzjali fil-kapaċitajiet tekniċi.

Taħt il-Fond Speċjali tal-OPCW għaċ-Ċibersigurtà, il-Kontinwità tal-Operat u s-Sigurtà tal-Infrastruttura Fiżika, l-OPCW fasslet il-Programm tagħha dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (Programm tal-OPCW) b’47 attività biex tindirizza l-isfidi taċ-ċibersigurtà li ġew esperjenzati fiż-żminijiet reċenti. Il-programm tal-OPCW huwa allinjat mal-aħjar prattika kif promossa minn entitajiet bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) jew bl-użu ta’ kunċetti relatati mad-Direttiva Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (NIS) li jappartjenu għat-Telekomunikazzjoni u d-Difiża. Kollettivament, il-Programm tal-OPCW ikopri l-oqsma tematiċi li ġejjin: networks klassifikati u mhux klassifikati; politika u governanza; detezzjoni u rispons; operazzjonijiet u manutenzjoni; u telekomunikazzjoni. Fundamentalment, il-Programm tal-OPCW huwa mfassal biex jippermetti lill-OPCW tnaqqas l-opportunitajiet għal attakkanti b’riżorsi tajbin u/jew sponsorjati mill-istat li jilħqu l-għanijiet tagħhom, u biex itaffi r-riskji kemm minn theddid estern kif ukoll minn theddid minn ġewwa kemm minn perspettiva umana kif ukoll minn dik teknika. L-appoġġ tal-Unjoni huwa strutturat bħala Proġett b’tliet attivitajiet li jikkorrispondu ma’ żewġ attivitajiet mis-47 tal-Programm tal-OPCW.

2.   Għan tal-Proġett

L-għan ġenerali tal-Proġett huwa li jiżgura li s-Segretarjat tal-OPCW ikollu l-kapaċità li jżomm livell xieraq ta’ ċibersigurtà u reżiljenza ċibernetika fl-indirizzar tal-isfidi rikorrenti u emerġenti taċ-ċibersigurtà fil-kwartieri ġenerali tal-OPCW u l-faċilitajiet awżiljarji, biex jippermetti t-twettiq tal-mandat tal-OPCW u l-implimentazzjoni effettiva tas-CWC.

3.   Objettivi

It-titjib tal-infrastruttura tal-ICT f’konformità mal-qafas istituzzjonali tal-kontinwità tal-operat tal-OPCW, b’enfasi qawwija fuq ir-reżiljenza ċibernetika;

L-iżgurar ta’ governanza ta’ aċċess privileġġat, kif ukoll il-ġestjoni u s-separazzjoni tal-informazzjoni fiżika, loġika u kriptografika għan-networks strateġiċi u tal-missjonijiet kollha.

4.   Riżultati

Ir-riżultati mistennija li l-Proġett ser jikkontribwixxi għalihom huma kif ġej:

Il-provvediment min-naħa tat-tagħmir u s-servizzi tal-ICT ta’ affidabbiltà robusta tas-sistema (ridondanza ibrida/ġeografika) u l-faċilitazzjoni ta’ disponibbiltà akbar ta’ sistemi u servizzi tal-ICT b’appoġġ għall-kontinwità tal-operat;

Il-minimizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ kwalunkwe fattur jew persuna li jkollha impatt negattiv fuq il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni jew tas-sistemi fl-OPCW.

5.   Attivitajiet

5.1.   Attività 1 – L-operazzjonalizzazzjoni ta’ ambjent favorevoli għal sforzi li għaddejjin għaċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza ċibernetika f’operazzjonijiet tal-OPCW f’diversi siti;

Din l-attività tfittex li tiżgura ambjent favorevoli għall-introduzzjoni bla xkiel tal-ippjanar tal-kontinwità tal-operat tal-OPCW f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza ċibernetika. Dan ser jinkiseb billi jiġu indirizzati l-aġġornamenti tal-infrastruttura – l-arkitettura mill-ġdid u/jew l-arkivju għall-kontinwità tal-operat tal-OPCW f’operazzjonijiet f’diversi siti. Kif ukoll billi tiġi ffaċilitata u promossa aktar l-integrazzjoni ta’ governanza tal-aċċess privileġġat fl-ippjanar tal-kontinwità tal-operat u l-proċessi ta’ rispons.

5.2.   Attività 2 – It-tfassil ta’ soluzzjoni mfassla apposta għall-integrazzjoni u l-konfigurazzjoni ta’ sistemi li huma fuq il-post u bbażati fuq il-cloud ma’ sistemi tal-ICT tal-OPCW u soluzzjonijiet ta’ Ġestjoni ta’ Aċċess Privileġġat (PAM)

Din l-attività tiffoka fuq it-trasformazzjoni tal-ambjent favorevoli fi tfassil apposta għall-integrazzjoni u l-konfigurazzjoni ta’ sistemi li huma fuq il-post u bbażati fuq il-cloud ma’ sistemi tal-ICT tal-OPCW u soluzzjonijiet PAM. Dan mistenni li jżid l-effiċjenza tal-infrastruttura tas-sistemi tal-ICT u jwassal għat-tfassil ta’ sistema integrata ta’ PAM għal assi kritiċi, li tista’ tiskoraġġixxi, tidentifika, u hija konformi ma’ kapaċitajiet proporzjonati ta’ tfittix ta’ theddid.

5.3.   Attività 3 – Il-bidu u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet PAM

Din l-attività tibni fuq l-infrastruttura implimentata u s-soluzzjonijiet PAM imfassla biex it-teorija dwar l-integrazzjoni u l-konfigurazzjoni tissarraf f’prattika. Is-sistemi għandhom jiġu mmappjati, profilati, u inkorporati f’sistemi eżistenti filwaqt li jitqiesu l-politika assoċjata u l-fatturi umani. Wara dan, ittestjar bir-reqqa jivverifika u jiżgura r-robustezza tas-sistema (is-sistemi l-ġodda kollha għandhom awtentikazzjoni qawwija għall-utenti u l-apparati, klassifikazzjoni u protezzjoni xierqa tal-informazzjoni, u prevenzjoni avvanzata tat-telf tad-data) fl-implimentazzjoni u maż-żmien, u dan ser jippermetti lis-Segretarjat tal-OPCW jidentifika u jindirizza l-lakuni sa fejn ikun possibbli.

6.   Tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali stmat tal-implimentazzjoni ffinanzjata permezz ta’ dan il-proġett huwa mistenni li jseħħ u jintemm fuq perijodu ta’ 24 xahar.

7.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji tal-proġett ser ikunu l-persunal tas-Segretarjat Tekniku tal-OPCW, l-organi tat-tfassil tal-politika, il-korpi sussidjarji u l-partijiet ikkonċernati tas-CWC inkluż l-Istati Partijiet.

8.   Viżibilità tal-UE

L-OPCW għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha, b’kunsiderazzjonijiet raġonevoli ta’ sigurtà, biex tippubbliċizza l-fatt li dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-Unjoni.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1027

tat-22 ta’ Ġunju 2021

li tafda f’idejn il-Kummissjoni Ewropea - l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) - l-eżerċizzju ta’ setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ relatati mal-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ mard jew inċidenti okkupazzjonali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 ta’ dawk il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/262 tas-6 ta’ Frar 2017 li tiddetermina, għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, l-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/811/UE (2),

Billi:

(1)

Uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea huma assigurati kontra r-riskju ta’ mard jew inċidenti okkupazzjonali skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) u l-Artikoli 28 u 95 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (“il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg”). Skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kondizzjonijiet ta’ dik l-assigurazzjoni huma stipulati fir-regoli komuni mfassla bi qbil komuni tal-istituzzjonijiet kollha rreġistrati mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Diċembru 2005.

(2)

L-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea huwa responsabbli mill-amministrazzjoni u l-ħlas tal-intitolamenti finanzjarji tal-persunal tal-Kummissjoni u, permezz ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz (FLS), ta’ ċerti istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni.

(3)

Taħt l-FLS konkluż bejn il-PMO u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) fit-3 ta’ Mejju 2019, il-PMO huwa responsabbli għall-amministrazzjoni u l-ħlas ta’ intitolamenti individwali, drittijiet tal-pensjoni u benefiċċji tal-qgħad għall-persunal tas-SĠK. F’dawk l-oqsma, il-PMO jeżerċita ċerti setgħat tal-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/792 (3).

(4)

L-FLS tat-3 ta’ Mejju 2019 jipprevedi, inter alia, li l-ambitu tas-servizzi offruti mill-PMO jista’ jiġi estiż biex ikopri l-ġestjoni tal-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ mard jew inċidenti okkupazzjonali tal-persunal tas-SĠK. Minħabba li l-kondizzjonijiet li jikkonċernaw dik l-assigurazzjoni huma komuni għall-istituzzjonijiet kollha u li l-PMO għandu l-kapaċitajiet u l-esperjenza meħtieġa, huwa xieraq li tali servizzi jiġu fdati lill-PMO.

(5)

Sabiex it-trasferiment ta’ tali servizzi jkun effettiv, jenħtieġ li l-Kunsill jafda lill-PMO l-eżerċizzju tas-setgħat rilevanti mogħtija lill-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ għall-persunal tas-SĠK.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-persunal tas-SĠK, jenħtieġ li jiġi ċċarat li t-talbiet u l-ilmenti relatati mal-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ mard jew inċidenti okkupazzjonali jitressqu lill-Kummissjoni. Għal dak l-istess għan, jenħtieġ li jkun ċar li l-appelli relatati lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhom isiru kontra l-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal lill-awtorità tal-ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ, fir-rigward tal-persunal tas-SĠK, huwa fdat lill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO)tal-Kummissjoni Ewropea, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 28 u 95 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

2.   It-talbiet u l-ilmenti relatati mal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità tal-ħatra jew lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 90c tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 46 u 117 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, rispettivament. L-appelli lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea relatati mal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru kontra l-Kummissjoni skont l-Artikolu 91a tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 46 u 117 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)   ĠU L 39, 16.2.2017, p. 4.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/792 tat-13 ta’ Mejju 2019 li tafda f’idejn il-Kummissjoni Ewropea - l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) - l-eżerċizzju ta’ ċerti setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ (ĠU L 129, 17.5.2019, p. 3).


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1028

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li tadotta miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess, l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel tad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 i jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 73(3), it-tielet subparagrafu, il-punti (b) (i) u (ii), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) applikabbli għal nazzjonali ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-viża li jkunu qed ifittxu li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri.

(2)

Qabel l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni teknika ta’ dik is-sistema.

(3)

Jenħtieġ li l-miżuri stipulati minn din id-Deċiżjoni jiġu integrati mill-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS. Abbażi tal-miżuri stipulati minn din id-Deċiżjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) jenħtieġ imbagħad li tkun tista’ tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema u tiżviluppa s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS.

(4)

L-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS jenħtieġ li tkopri l-mod kif l-awtoritajiet se jaċċessaw, jemendaw u jħassru d-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

(5)

Fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tal-fruntiera bi skop li jinkiseb l-istatus ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fil-fruntieri, l-aċċess mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni bi skopijiet ta’ verifika tal-kundizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri, l-aċċess mill-punti ta’ aċċess ċentrali bi skopijiet ta’ infurzar tal-liġijiet, u l-aċċess mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għall-irkupru tal-fajls bi skop tal-valutazzjoni, ta’ immigrazzjoni illegali jew tar-riskju għoli ta’ epidemija, tali aċċess jenħtieġ li jingħata permezz ta’ interfaċċa teknika li tippermetti l-konnessjoni tal-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri, il-punti ta’ aċċess ċentrali, is-sistemi nazzjonali tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u sistemi ta’ informazzjoni tal-UE jew sistemi nazzjonali oħra, mas-Sistemi Ċentrali tal-ETIAS. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi żviluppati mill-eu-LISA jenħtieġ li jinkludu dokument għall-kontroll tal-interfaċċa li jiddeskrivi l-interfaċċa teknika bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u sistemi nazzjonali oħra.

(6)

Mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tfittxijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-fruntiera, mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew mill-punti ta’ aċċess ċentrali jenħtieġ li jsiru bl-użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija.

(7)

Fir-rigward tal-aċċess bi skop ta’ pproċessar manwali tal-applikazzjonijiet, inkluż għall-Europol meta din tipprovdi opinjonijiet lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif ukoll l-aċċess mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS bi skopijiet ta’ emendar u t-tħassir tad-data, jenħtieġ li l-aċċess jingħata permezz ta’ software ddiżinjat għal dak l-iskop mill-eu-LISA. Jenħtieġ ukoll li dak is-software jintuża mill-Europol biex jintalab aċċess għad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bi skopijiet ta’ infurzar tal-liġi. Jenħtieġ li jiġu speċifikati l-mezzi li bihom l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jawtentikaw u jaċċessaw dak is-software.

(8)

Jenħtieġ li l-utenti awtorizzati kif dovut mill-Unitajiet Ċentrali tal-ETIAS, mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u mill-Europol jilloggjaw fis-software bl-użu ta’ profili tal-impjieg tal-utent. Jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol ikunu jistgħu jassenjaw permessi, rwoli u profili tal-impjieg standard lill-utenti jew li jikkonfiguraw il-profili tal-impjieg bl-użu ta’ rwoli u permessi stabbiliti minn qabel fis-software biex jirriflettu l-mod kif l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri se jorganizzaw u joperaw l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS rispettivament, u fil-każ tal-Europol biex jiġu riflessi l-metodi ta’ ħidma tal-Europol.

(9)

Jenħtieġ li fis-software jiġu ddeterminati minn qabel l-inkompatibbiltajiet bejn ir-rwoli u l-permessi stabbiliti minn qabel biex l-utenti ma jitħallewx joħolqu profili tal-impjieg li jikkombinaw rwoli u permessi inkompatibbli. Sabiex il-kompiti jiġu sseparati u jiġi evitat li l-utenti jkollhom responsabbiltajiet kunfliġġenti, jenħtieġ li l-permessi assoċjati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ma jiġux ikkombinati mal-permessi assoċjati mal-emendar u mat-tħassir tad-data, u lanqas mal-permessi assoċjati mal-proċeduri ta’ appell.

(10)

F’konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, l-utenti tas-software jenħtieġ li jitħallew jaraw biss dik id-data li tikkorrispondi għall-permessi assenjati lill-profili tal-impjieg tagħhom. Dan jista’ jwassal għal viżwalizzazzjonijiet differenti tal-utent skont il-profil tal-impjieg li jkun qiegħed jintuża.

(11)

Jenħtieġ li s-software jiġi żviluppat b’funzjonalitajiet ġenerali tas-software li jappoġġaw lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS fil-kompiti tagħhom relatati mal-aċċess, l-emendar u t-tħassir tad-data.

(12)

Jenħtieġ ukoll li jinkludi għadd ta’ funzjonalitajiet speċifiċi biex jappoġġaw lill-utenti fil-kompiti tagħhom relatati mal-aċċess għad-data u l-emendar tagħha, u meta jipproċessaw manwalment applikazzjonijiet li dwarhom tkun feġġet hit matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet.

(13)

Fost dawk il-funzjonalitajiet speċifiċi jenħtieġ li jkun hemm dik li dejjem jintwera biċ-ċar lill-utenti ż-żmien li jkun baqgħalhom biex iżommu mal-iskadenzi allokati rispettivi tagħhom għad-diversi stadji tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) 2018/1240.

(14)

Jenħtieġ li funzjonalitajiet speċifiċi oħra jappoġġaw l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS matul l-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet meta jivvalutaw ir-riskji ta’ sigurtà. Jenħtieġ li s-software jippermetti l-estrazzjoni ta’ data limitata maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ta’ sistemi jew bażijiet tad-data tal-informazzjoni oħra tal-UE (is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) jew is-sistema Eurodac) jew ta’ informazzjoni f’sistemi nazzjonali sottostanti relatati mal-hits li jfeġġu matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet. Jenħtieġ li s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS tiġi żviluppata b’tali mod li jkunu jistgħu jinħolqu fajls b’mod awtomatiku u jkunu disponibbli għall-estrazzjoni mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS meta jivvalutaw manwalment l-applikazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 26 jew l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1240. Huwa meħtieġ li jiġu identifikati dawk il-funzjonalitajiet u l-elementi tad-data li għandhom jitħejjew awtomatikament bħala parti mill-fajls skont il-hit li titla’ matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet. Huwa barra minn hekk meħtieġ li s-software jkollu funzjonalitajiet speċifiċi li jippermettu l-estrazzjoni tad-data fil-kuntest tal-proċeduri ta’ appell nazzjonali u li jippermettu uploading tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll li jitniżżel rekord tad-data relatata mal-proċeduri nazzjonali ta’ appell. Jenħtieġ li l-funzjonalitajiet speċifiċi tas-software għall-uploading tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju ma jħallux li jsir uploading tal-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li tinħareġ jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

(15)

Jenħtieġ li l-eu-LISA tassenja kredenzjali lill-Istati Membri li jippermettulhom li jaraw li jkun hemm rwol jew profil tal-impjieg tal-utent wieħed jew aktar għall-persunal awtorizzat kif dovut tal-punti ta’ aċċess ċentrali, u l-awtoritajiet tal-fruntiera u tal-immigrazzjoni.

(16)

Minħabba l-obbligu eżistenti skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li taġixxi bħala l-kontrollur tad-data f’konformità mal-Artikolu 3, il-punt (8) ta’ dak ir-Regolament, u l-eu-LISA, li taġixxi bħala l-kontrollur fir-rigward tal-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, iwettqu valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(17)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, peress li r-Regolament (UE) 2018/1240 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, fil-21 ta’ Diċembru 2018, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 fil-liġi nazzjonali tagħha.

(18)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom u ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); L-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(19)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(20)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(21)

Fir-rigward ta’ Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(22)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, u r-Rumanija u l-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew huwa marbut b’mod ieħor miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.

(23)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fit-22 ta’ Jannar 2021.

(24)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fruntieri Intelliġenti (ETIAS),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fir-rigward ta’:

1.

aċċess għad-data f’konformità mal-Artikoli 22 sa 29, l-Artikoli 33 sa 44 u l-Artikoli 47 sa 53 ta’ dak ir-Regolament;

2.

l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel ta’ data f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“rwol” tfisser sett ta’ permessi marbuta ma’ skop speċifiku għall-ipproċessar tad-data fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS);

(b)

“profil tal-impjieg” tfisser funzjoni waħda jew aktar ta’ impjieg b’kopertura ta’ rwol wieħed jew aktar;

(c)

“utent” tfisser membru tal-persunal awtorizzat kif dovut tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, ta’ Unità Nazzjonali tal-ETIAS, tal-Europol jew ta’ punt ta’ aċċess ċentrali kif ukoll awtoritajiet tal-fruntiera jew tal-immigrazzjoni bi kredenzjali ta’ aċċess assenjati bi rwol jew profil tal-impjieg wieħed jew aktar;

(d)

“permess” tfisser dritt għat-twettiq ta’ operazzjoni ta’ pproċessar tad-data.

Kapitolu II

Dispożizzjonijiet dwar is-software

Artikolu 3

Skema ta’ awtentikazzjoni u ġestjoni tal-aċċess

1.   Bl-eċċezzjoni tal-aċċess għall-entrati fil-lista ta’ sorveljanza, li għalihom għandu jkun hemm aċċess f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS u tal-għodda tal-valutazzjoni tal-impatt (11), għad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom ikollhom aċċess għaliha l-utenti tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol, permezz tas-software msemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (m) tar-Regolament (UE) 2018/1240 (“is-software”).

2.   Meta tiżviluppa s-software, l-eu-LISA għandha:

(a)

tistabbilixxi skema ta’ awtentikazzjoni għall-illoggjar fis-software;

(b)

tqiegħed permessi, rwoli u profili tal-impjieg standard għad-dispożizzjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u tal-Europol.

3.   Is-software għandu jipprovdi lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u lill-Europol bil-mezzi tekniċi biex:

(a)

joħolqu rwoli ġodda u jemendaw jew iħassru rwoli eżistenti;

(b)

jikkonfiguraw kredenzjali tal-aċċess li jippermettu lill-utenti jwettqu operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data skont ir-rwoli assenjati;

(c)

jirregolaw, fl-ambitu tal-organizzazzjonijiet tagħhom, l-assenjar u l-ġestjoni tar-rwoli standard lill-utenti.

4.   Ir-rwoli maħluqa jew emendati mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol għandhom ikunu viżibbli biss għall-Unità Ċentrali tal-ETIAS, għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS jew għall-Europol rispettivament.

5.   Is-software ma għandux iħalli li jiġu assenjati rwoli inkompatibbli lill-utenti. Għandu jiżgura li l-utenti li jkollhom diversi profili tal-impjieg ikunu jistgħu jużaw profil tal-impjieg wieħed wieħed, u jkunu jistgħu jaqilbu minn profil tal-impjieg għall-ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jagħmlu logout.

6.   L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol għandhom ikunu inkarigati mill-assenjar tal-profili tal-impjieg permezz tas-software lill-utenti fl-organizzazzjoni tagħhom. Kull profil tal-impjieg, rwol jew permess jista’ jiġi assenjat lil diversi utenti fl-istess organizzazzjoni.

7.   L-utenti jistgħu jużaw psewdonimi. Dawn il-psewdonimi għandhom ikunu traċċabbli u jwasslu għall-identitajiet uffiċjali tal-utenti fil-livell nazzjonali jew fl-Europol.

8.   L-iskema ta’ awtentikazzjoni, u l-permessi, rwoli u profili ta’ impjieg standard imsemmija fil-paragrafu 2, u l-assenjar tar-rwoli inkompatibbli li ma għandux jitħalla, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu parti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi previsti fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 4

Funzjonalitajiet ġenerali tas-software

1.   Is-software għandu jkollu minn tal-anqas il-funzjonalitajiet segwenti biex jappoġġaw lill-utenti bi skop ta’ aċċess, emendar u tħassir tad-data:

(a)

il-possibbiltà li jintuża sett predeterminat ta’ filtri biex il-viżwalizzazzjoni tad-data tiġi kkonfigurata għal kull profil tal-impjieg li jkun illoggjat fis-software;

(b)

l-issejvjar awtomatiku tad-data li tiżdied mal-fajl ta’ applikazzjoni jew l-abbozz tal-emendi tad-data fil-fajl ta’ applikazzjoni, fejn applikabbli, u li jkun hemm logout tal-utent wara perjodu prestabbilit ta’ inattività;

(c)

il-possibbiltà li jiġi bblukkat l-aċċess għal hit minn utent ieħor għal perjodu limitat ta’ żmien, inkluż l-immarkar ta’ tali hits ibblukkati li jkun viżibbli għal utenti oħra;

(d)

l-opzjoni li l-progress fir-rigward tal-applikazzjoni jiġi ssejvjat mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS;

(e)

il-possibbiltà li, fi kwalunkwe mument, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jimmarkaw ineżattezzi possibbli fid-data jew ipproċessar tad-data bi ksur tar-Regolament (UE) 2108/1240 u jniżżlu rekord tagħhom;

(f)

ikunu jistgħu jseħħu komunikazzjoni u skambju tal-informazzjoni bejn l-utenti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u mill-Europol;

(g)

it-tneħħija b’mod awtomatiku tan-noti temporanji msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (f) ta’ din id-Deċiżjoni fil-waqt tat-tlestija tal-ipproċessar manwali mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS;

(h)

in-noti temporanji msemmija fl-Artikolu 5(1)(f) ta’ din id-Deċiżjoni ma jitħallewx ikunu viżibbli għall-utenti għajr dawk mill-istess Unità jew mill-Europol;

(i)

l-Unità Ċentrali tal-ETIAS titħalla tipproċessa t-talbiet tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 5(1)(m) ta’ din id-Deċiżjoni;

(j)

il-possibbiltà li jiġi ffaċilitat l-irkupru tad-data meta jintalab mis-suġġett tad-data, inklużi mudelli għall-għoti ta’ tweġiba lis-suġġett tad-data u, fil-każijiet li fihom ikun rilevanti, magħhom ikun hemm ħarsa ġenerali tal-bidliet li jkunu saru fid-data, selezzjoni tad-data personali, jew il-ġustifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 64(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(k)

fil-każijiet li fihom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi emendata abbażi ta’ talba minn detentur ta’ awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-utenti jkunu jistgħu jinnotifikaw lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni li tkun inħarġet awtorizzazzjoni emendata għall-ivvjaġġar.

2.   L-eu-LISA għandha tiddeskrivi d-dettalji tal-funzjonalitajiet ġenerali tas-software fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 5

Funzjonalitajiet speċifiċi tas-software

1.   Is-software għandu jkollu minn tal-anqas il-funzjonalitajiet speċifiċi segwenti biex jappoġġaw lill-utenti meta jaċċessaw id-data f’konformità mal-Kapitoli III, IV u VI tar-Regolament (UE) 2018/1240:

(a)

funzjonalità li tippermetti li jiġu viżwalizzati l-fajls ta’ applikazzjoni abbażi taż-żmien li jkun fadal għall-pass li jkun imiss fl-ipproċessar manwali, bħala l-viżwalizzazzjoni prestabbilita, kif ukoll filtri oħra, li jkunu disponibbli għall-ikkonfigurar tal-viżwalizzazzjoni skont l-utent, biex jiġu viżwalizzati l-fajls ta’ applikazzjoni:

(i)

il-ħin meta tinbeda l-fażi ta’ pproċessar manwali;

(ii)

kull talba għall-konsultazzjoni meħtieġa u ż-żmien li jkun fadal sa tmiem l-iskadenza biex jingħataw opinjonijiet (f’ordni prestabbilita skont dawk it-talbiet ta’ konsultazzjoni bl-aktar skadenza qrib);

(iii)

il-pass li jkun imiss fl-ipproċessar manwali u li għandu jsir minn Unità Nazzjonali tal-ETIAS ikkonsultata jew inkarigata mill-applikazzjoni;

(iv)

it-tip ta’ hit jew il-mistoqsija oriġinarja li jwasslu biex jiskatta l-ipproċessar manwali;

(v)

it-tip ta’ applikazzjoni (jiġifieri raġunijiet umanitarji jew obbligi internazzjonali, jew normali);

(vi)

l-applikazzjonijiet immarkati għall-attenzjoni speċjali jew għal trattament ad hoc;

(vii)

għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru inkarigat, it-tip ta’ opinjoni riċevuta mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jew mill-Europol, inkluż jekk tkunx ġiet riċevuta jew le sal-iskadenza;

(b)

funzjonalità li tikkalkula u turi b’mod ċar iż-żmien li jkun fadal, kif ukoll it-twissijiet dwar l-iskadenzi għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet, inkluż meta jiġu kkonsultati l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jew il-Europol;

(c)

funzjonalità li tipprovdi dashboard għall-ġestjoni lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u lill-Europol li tagħti ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni kif tkun dak il-ħin fir-rigward tal-operazzjonijiet relatati mal-ipproċessar manwali;

(d)

funzjonalità li tagħti l-għażla li applikazzjoni tiġi mmarkata għall-attenzjoni speċifika jew għal trattament ad hoc;

(e)

funzjonalità li tagħti l-għażla li tintalab notifika tad-deċiżjoni meħuda mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru inkarigat rigward applikazzjoni li dwarha tkun ġiet ikkonsultata Unità Nazzjonali tal-ETIAS;

(f)

funzjonalità li tippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS iżidu jew iħassru noti temporanji dwar il-fajl ta’ applikazzjoni;

(g)

funzjonalitajiet li jappoġġaw lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS fl-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 26 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1240, kif ġej:

(i)

għall-hits imsemmija fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, funzjonalità li twassal biex fajl ikun awtomatikament disponibbli għall-estrazzjoni bid-data segwenti mill-fajl ta’ applikazzjoni: “il-kunjom (isem il-familja)”, “l-ewwel isem/ismijiet (l-ismijiet mogħtija)”, “il-kunjom mat-twelid”, “id-data tat-twelid”, “il-post tat-twelid”, “in-nazzjonalità attwali”, “il-pajjiż tat-twelid”, “it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar”, li jippermettu l-irkupru tar-rekord, tal-fajl jew tal-allert li jkunu wasslu biex tittella’ hit fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE li ssir ir-riċerka fihom u meta informazzjoni addizzjonali relatata mal-hit f’sistema ta’ informazzjoni tal-UE msemmija f’dak l-Artikolu tkun maħżuna f’bażi tad-data jew sistema nazzjonali, biex tiġi kkonsultata dik il-bażi tad-data jew sistema nazzjonali li ssostni l-valutazzjoni tar-riskji identifikati f’dak il-paragrafu;

(ii)

għall-hits imsemmija fl-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, funzjonalità li twassal biex fajl ikun awtomatikament disponibbli għall-estrazzjoni bid-data segwenti mill-fajl ta’ applikazzjoni: it-tweġibiet ipprovduti mill-applikant skont l-Artikolu 17(4) u (6) ta’ dak ir-Regolament, “il-kunjom (isem il-familja)”, “l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħtija)”, “il-kunjom mat-twelid”, “id-data tat-twelid”, “il-post tat-twelid”, “in-nazzjonalità attwali”, “il-pajjiż tat-twelid”, “it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar”, li jippermettu l-irkupru, fil-bażijiet tad-data jew fis-sistemi nazzjonali rilevanti, ta’ informazzjoni relatata mal-hit u li ssostni l-valutazzjoni tar-riskji identifikati f’dak il-paragrafu;

(iii)

għall-hits imsemmija fl-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) 2018/1240, funzjonalità li twassal biex fajl ikun awtomatikament disponibbli għall-estrazzjoni bid-data segwenti mill-fajl ta’ applikazzjoni: “il-kunjom (isem il-familja)”, “l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħtija)”, “il-kunjom mat-twelid”, “id-data tat-twelid”, “il-post tat-twelid”, “in-nazzjonalità attwali”, “il-pajjiż tat-twelid”, “it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar” u “l-identifikatur nazzjonali” tal-entrata fil-lista ta’ sorveljanza, li jippermettu l-irkupru, fil-bażijiet tad-data jew fis-sistemi nazzjonali rilevanti, ta’ informazzjoni relatata mal-hit u li ssostni l-valutazzjoni tar-riskju identifikata f’dak il-paragrafu;

(iv)

it-tweġibiet ipprovduti mill-applikant skont l-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) 2018/1240, “il-kunjom (isem il-familja)”, “l-ewwel isem/ismijiet (l-ismijiet mogħtija)”, “il-kunjom mat-twelid”, “id-data tat-twelid”, “il-post tat-twelid”, “in-nazzjonalità attwali”, “il-pajjiż tat-twelid”, “it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar”, li jippermettu l-irkupru, fil-bażijiet tad-data jew fis-sistemi nazzjonali rilevanti, ta’ informazzjoni relatata mal-hit u li ssostni l-valutazzjoni tar-riskju ta’ sigurtà, ta’ immigrazzjoni illegali jew tar-riskji identifikati f’dak il-paragrafu;

(v)

funzjonalità li tippermetti lill-utenti mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS li jagħmlu uploading tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(h)

funzjonalità li tippermetti l-estrazzjoni tad-data rilevanti meħtieġa għall-proċeduri ta’ appell nazzjonali, fil-każijiet li fihom ikunu nbdew tali proċeduri u li jitniżżel rekord fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS li tkun inbdiet proċedura tal-appell, u miegħu jkun hemm in-numri ta’ referenza tal-appell nazzjonali korrispondenti u l-eżitu ta’ dik il-proċedura;

(i)

funzjonalità li tippermetti l-estrazzjoni tad-dokumentazzjoni jew tal-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 27(2) u (8) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u li jsir uploading u jinħażnu t-traduzzjonijiet ta’ dik id-dokumentazzjoni fil-fajl ta’ applikazzjoni;

(j)

funzjonalità li tippermetti li jsir segwitu tal-eżitu tal-appelli nazzjonali skont l-Artikolu 37(3), l-Artikolu 40(3) u l-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240, inkluż l-emendar u t-tħassir tad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, u fil-każijiet rilevanti l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ġdida għall-ivvjaġġar;

(k)

funzjonalità għall-assenjar tal-fajls ta’ applikazzjoni u biex tillimita jew tippermetti li dawn jidhru lil utenti speċifiċi fl-istess Unità Nazzjonali tal-ETIAS jew fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS, sabiex ikun hemm koordinazzjoni bejn l-utenti;

(l)

funzjonalità li tippermetti lill-Europol tagħmel estrazzjoni tad-data li tittrażmettilha l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(m)

funzjonalità li tippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS ikollha aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tipproċessa t-talbiet tal-Europol għal konsultazzjoni tad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, mingħajr ma tivviżwalizza l-parametri tat-tfittxija tat-talba tal-Europol jew ir-riżultati tat-tfittxija, u tinnotifika lill-Europol bit-trażmissjoni tad-data skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(n)

funzjonalità li tippermetti lill-Europol tagħmel estrazzjoni ta’ fajl li jkun fih id-data miksuba mit-talba għal konsultazzjoni msemmija fil-punt(m);

(o)

funzjonalità għall-assenjar tat-talbiet għal konsultazzjoni lil utenti speċifiċi fl-Europol;

(p)

funzjonalità li tippermetti lill-utenti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jaħdmu fuq hits differenti simultanjament fl-istess fajl ta’ applikazzjoni u jikkoordinaw għall-konsolidazzjoni ta’ opinjoni f’każijiet li fihom jiġu identifikati aktar minn hit waħda għal dik l-Unità dwar fajl ta’ applikazzjoni wieħed;

(q)

funzjonalità li tiżgura li utent wieħed biss, fl-ambitu tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew ta’ Unità Nazzjonali tal-ETIAS, ikun jista’ jaħdem fuq l-istess hit, fl-istess waqt, f’fajl ta’ applikazzjoni;

(r)

funzjonalità li tippermetti l-irkupru manwali ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar maħruġa għall-finijiet ta’ annullament u revoka.

2.   Il-funzjonalità msemmija fil-punt (q) għandha tippermetti lill-utenti jaraw hits li ma jkunx possibbli li jaħdmu fuqhom f’ħin determinat. L-utenti bi kredenzjali ta’ aċċess kif suppost għandhom ikunu jistgħu jaraw il-kontenut tal-hit il-ħin kollu.

3.   L-eu-LISA għandha tiddeskrivi d-dettalji tal-funzjonalitajiet speċifiċi tas-software msemmija fil-paragrafu 1, il-format tad-data fil-fajls estratti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (g), (l), (m), u (n) ta’ dan l-Artikolu u l-approċċ tekniku għaż-żamma tar-rekords tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240 fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi previsti fl-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament.

Kapitolu III

L-aċċess, l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel

Artikolu 6

L-aċċess, l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel għall-finijiet tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1240

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-software għandu jippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ifittxu fid-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Għandhom ikunu disponibbli l-kampijiet tat-tfittxija segwenti:

(a)

il-kunjom (isem il-familja);

(b)

l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/l-ismijiet mogħti(ja));

(c)

it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;

(d)

in-numru tal-applikazzjoni;

(e)

in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet;

(f)

id-data tat-twelid;

(g)

is-sess;

(h)

il-perjodu ta’ żmien.

2.   Sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru tal-fajl ta’ applikazzjoni, is-software għandu jippermetti lill-utenti jfittxu billi jipprovdu data li tikkorrispondi għall-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) jew (d) ta’ dan l-Artikolu.

3.   Jekk id-data msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c) jew (d) ma tkunx disponibbli, is-software għandu jippermetti lill-utenti jfittxu billi jipprovdu d-data li tikkorrispondi għall-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (e), (f), (g) u (h). Is-software għandu jippermetti lill-utenti jagħmlu tfittxija meta tkun nieqsa d-data li tikkorrispondi għal wieħed mill-kampijiet tat-tfittxija (b), (e), (g). Għandu jkun fakultattiv li tiġi pprovduta data li tikkorrispondi għall-kamp tat-tfittxija (h).

4.   Għat-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafu 2, għandhom japplikaw ir-regoli segwenti:

(a)

il-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d) għandhom ikunu l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità eżatta (exact mode);

(b)

il-kampijiet tat-tfittxija l-oħra kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera (inexact mode).

5.   Il-fajl ta’ applikazzjoni għandu jiġi viżwalizzat, flimkien ma’ kull fajl ta’ applikazzjoni kkollegat, f’konformità mal-permessi u r-rwoli definiti għall-utenti.

6.   Għall-finijiet ta’ tħassir tal-fajls ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 55(5) tar-Regolament (UE) 2018/1240, funzjonalità tas-software għandha tippermetti lill-utenti tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jagħmlu tfittxijiet u jirkupraw diversi fajls ta’ applikazzjoni f’daqqa. Is-software għandu jippermetti lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 55(5) ta’ dak ir-Regolament iqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS informazzjoni strutturata li jkun fiha l-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk it-tfittxijiet.

7.   Qabel ma jitniżżel rekord fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ta’ kwalunkwe bidla skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-software għandhom jitlob lill-utenti jikkonfermaw l-emenda jew it-tħassir billi jdaħħlu l-kredenzjali tal-utent tagħhom.

Kapitolu IV

Aċċess għad-data bi skopijiet ta’ infurzar tal-liġijiet

Artikolu 7

Aċċess għad-data mill-Europol

1.   It-talbiet għall-aċċess mill-Europol skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandhom jintbagħtu permezz tas-software.

2.   L-Europol għandha timla formola bid-data msemmija fl-Artikolu 52(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, f’konformità mal-Artikolu 53 ta’ dak ir-Regolament. L-Europol għandha tispeċifika liema data, jekk ikun hemm, tista’ tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera.

3.   L-unità speċjalizzata tal-Europol inkarigata mill-verifika preliminari tat-talbiet, imsemmija fl-Artikolu 53(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandha tinkludi fit-talba, il-valutazzjoni tagħha dwar jekk it-talba tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha li jinsabu fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu. Għandu jkun teknikament impossibbli li t-talba tintbagħat lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jekk il-valutazzjoni ma tkunx inkluża.

4.   Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha timblokka awtomatikament l-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (h) tar-Regolament (UE) 2018/1240. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha timblokka awtomatikament l-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (i) u fl-Artikolu 17(4), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk l-unità speċjalizzata tal-Europol ma tkunx indikat li jkunu ġew ipprovduti u vverifikati l-ġustifikazzjonijiet rilevanti meħtieġa skont l-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament. L-unità speċjalizzata tal-Europol għandha tindika fit-talba li jkunu saru l-verifiki meħtieġa.

Artikolu 8

Aċċess għad-data mill-punti ta’ aċċess ċentrali

1.   Il-punti ta’ aċċess ċentrali għandhom ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS billi jużaw id-data elenkata fl-Artikolu 52(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 permezz tal-portal Ewropew tat-tfittxija skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/817. Id-data elenkata fl-Artikolu 52(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tista’ tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera.

2.   Sakemm il-portal Ewropew tat-tfittxija jsir operattiv għall-użu mill-punti ta’ aċċess ċentrali, it-tfittxijiet għandhom isiru direttament permezz tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

3.   Meta talba tasal minn unità operattiva tal-awtoritajiet deżinjati, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika u jikkonferma li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 huma ssodisfati.

4.   Fejn applikabbli, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika u jikkonferma jekk l-aċċess għad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punt (i) u fl-Artikolu 17(4), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1240 huwiex ġustifikat, f’konformità mal-Artikolu 51 ta’ dak ir-Regolament.

5.   Fil-każijiet li fihom il-punt ta’ aċċess ċentrali jkollu aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha timblokka awtomatikament l-aċċess għad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punt (h) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tirkupra d-data elenkata fl-Artikoli 17(2), il-punt (i) u fl-Artikolu 17(4), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1240 fil-każijiet biss li fihom il-punt ta’ aċċess ċentrali jkun ikkonferma li l-aċċess għal dik id-data huwa ġustifikat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

F’każijiet eċċezzjonali, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-punti ta’ aċċess ċentrali għandhom ikunu jistgħu jindikaw li t-talba tikkonċerna każ ta’ urġenza u għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw minnufih it-talba minn unità operattiva tal-awtoritajiet deżinjati. Il-verifiki u l-konfermi previsti fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru ex post, f’konformità mal-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Kapitolu V

Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-fruntiera u tal-immigrazzjoni bi skopijiet ta’ verifika

Artikolu 9

Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-fruntiera fil-fruntieri esterni

1.   L-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom jaċċessaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jikkonsultaw id-data meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom.

L-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, bl-użu tad-data segwenti li tinsab fil-parti li tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar:

(a)

il-kunjom (isem il-familja); l-ewwel isem jew ismijiet (l-ismijiet mogħtija);

(b)

id-data tat-twelid; is-sess; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet;

(c)

it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;

(d)

id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar.

Id-data kollha elenkata fit-tieni subparagrafu għandha tintuża biex tinbeda t-tfittxija. Id-data elenkata fil-punt (a) tista’ tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera filwaqt li d-data l-oħra għandha tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità eżatta.

2.   It-tfittxijiet li jsiru bl-użu tad-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fl-Artikolu 47(2), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

3.   F’konformità mal-Artikolu 47(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jikkonsultaw informazzjoni addizzjonali li tkun ġiet miżjuda mal-fajl ta’ applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 39(1), il-punt (e) jew l-Artikolu 44(6), il-punt (f) ta’ dak ir-Regolament. Għal dan l-iskop, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess, permezz tal-portal Ewropew tat-tfittxija, biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-data elenkata fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu.

Sakemm il-portal Ewropew tat-tfittxija jsir operattiv għall-użu mill-awtoritajiet tal-fruntiera, dawn it-tfittxijiet għandhom isiru direttament fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

4.   It-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fl-Artikolu 39(1), il-punt (e) jew l-Artikolu 44(6), il-punt (f) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 10

Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni

1.   L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jikkontrollaw jew jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri humiex issodisfati u biex jieħdu l-miżuri xierqa relatati magħhom. Skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punti (a) sa (e) ta’ dak ir-Regolament.

Kwalunkwe kombinazzjoni tad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punti (a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tista’ tintuża dment li tintuża d-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament. Dawk it-tfittxijiet jistgħu jsiru bil-modalità libera.

Sakemm il-portal Ewropew tat-tfittxija jsir operattiv għall-użu mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, dawn it-tfittxijiet għandhom isiru direttament fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

2.   It-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

3.   L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom ukoll aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-fini ta’ ritorn, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 65(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess li jfittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Kwalunkwe kombinazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tintuża dment li tintuża d-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

4.   It-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 65(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240. Id-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (k) ta’ dak ir-Regolament għandha tkun tista’ tinkiseb biss jekk fit-tfittxija tkun intużat “id-data tat-twelid”.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 |dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(11)  C(2021) 4123.


Rettifika

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/42


Rettifika għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 328 tal-21 ta’ Diċembru 2018 )

It-terminu “riżerva għolja ta’ karbonju” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “ħażna għolja ta’ karbonju” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.

It-terminu “l-istokkijiet tal-karbonju” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “il-ħażniet tal-karbonju” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.

It-terminu “l-istokkijiet u l-ħażniet (sinks) tal-karbonju” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “il-ħażniet u l-bjar tal-karbonju” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.

It-terminu “sink tas-sħana” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “dissipatur tas-sħana” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/43


Rettifika għar-Regolament (KE) 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 342 tat-22 ta' Diċembru 2009 )

Fil-paġna 137, fl-Anness III, In-numru ta’ referenza 24, it-tieni kolonna

minflok:

“Melħ taż-żingu li jdub fl-ilma bl-eċċezzjoni ta’ zinc 4-hydroxy-benzene sulphonate (annotazzjoni 25) u zinc pyrithione (annotazzjoni 101 u l-anness VI annotazzjoni 18)”;

aqra:

“Melħ taż-żingu li jdub fl-ilma bl-eċċezzjoni ta’ zinc 4-hydroxy-benzene sulphonate (annotazzjoni 25) u zinc pyrithione (annotazzjoni 101 u l-Anness V, annotazzjoni 8)”.