ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 222

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
22 ta' Ġunju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1005 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1006 tat-12 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat li jattesta l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1007 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/274 fir-rigward tal-bank tad-data analitiku tad-data isotopika u l-verifiki fis-settur tal-inbid

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1008 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-istatus tal-Kroazja u ta’ reġjun tal-Portugall ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini, li jemenda l-Anness VIII tiegħu rigward l-istatus tal-Litwanja u ta’ ċerti reġjuni tal-Ġermanja tal-Italja u tal-Portugall ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24) u li jemenda l-Anness XIII tiegħu rigward l-istatus tad-Danimarka u tal-Finlandja ta’ ħelsien mill-marda tan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) ( 1 )

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1009 tal-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1010 tat-21 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1011 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1012 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1013 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1014 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivifid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

38

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1015 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal apparati refriġeranti, apparati tal-produzzjoni tal-ġelat u tas-silġ, apparat tal-laboratorju għat-tisħin ta’ materjali, tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użi oħra, tagħmir elettriku bi klassifikazzjonijiet relatati mal-provvista elettrika, apparati għall-espożizzjoni tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraaħmar, ħiters tal-kmamar, ħdejjed tal-mogħdija elettriċi, stufi bl-ifran, superfiċji għas-sajran, fran u apparati simili, stimers tad-drappijiet, apparati elettromekkaniċi għaċ-ċirkwiti tal-kontroll, kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili u ċertu tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ

40

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1005

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fis-16 ta’ April 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) adotta r-riżoluzzjoni 2571 (2021). L-UNSC fakkar fir-riżoluzzjoni 2174 (2014), li ddeterminat li l-miżuri stabbiliti fir-riżoluzzjoni 1970 (2011) japplikaw ukoll għal individwi u entitajiet involuti f'atti, jew jappoġġawhom, diversi minn dawk speċifikati fir-riżoluzzjoni 1970 (2011), li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha. Huwa enfasizza wkoll li tali atti jistgħu jinkludu l-ostakolar jew l-imminar tal-elezzjonijiet ippjanati fil-Pjan Direzzjonali tal-Forum ta' Djalogu Politiku Libjan.

(3)

Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1014 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, fejn iċċara li l-kriterji għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kienu jinkludu wkoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li jfixklu jew jimminaw l-elezzjonijiet ippjanati fil-Pjan Direzzjonali tal-Forum tad-Djalogu Politiku Libjan.

(4)

Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għaldaqstant, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 2016/44, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

huma impenjati fi jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja, inkluż:

(i)

billi jippjanaw, jidderieġu jew iwettqu atti fil-Libja li jiksru d-dritt internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;

(ii)

b’attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;

(iii)

billi jagħtu appoġġ lil gruppi armati jew networks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta’ żejt mhux maħdum jew kull riżorsa naturali oħra fil-Libja;

(iv)

billi jheddu jew iġiegħlu lill-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew billi jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe azzjoni li tista’ twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;

(v)

billi jiksru, jew jassistu fl-evażjoni ta’, id-dispożizzjonijiet tal-embargo tal-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament;

(vi)

billi jostakolaw jew jimminaw l-elezzjonijiet ippjanati fil-pjan direzzjonali tal-Forum tad-Djalogu Politiku Libjan;

(vii)

billi huma persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu għal jew f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn ta’ hawn fuq, jew billi huma entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II jew III; jew”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1014 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ara paġna 38 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1006

tat-12 ta’ April 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat li jattesta l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(9) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat li jeħtieġ li jinħareġ lil kull operatur jew grupp ta’ operaturi li jkun innotifika l-attività tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u jikkonforma ma’ dak ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata, il-mudell taċ-ċertifikat fih elementi komuni li huma obbligatorji fl-Istati Membri kollha, bħall-isem u l-indirizz, l-attivitajiet tal-operaturi u l-kategoriji tal-prodotti. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti, jew meta xieraq, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat, jistgħu jiddeċiedu li jitolbu informazzjoni addizzjonali speċifika bħal lista dettaljata tal-prodotti, informazzjoni dwar l-art u l-postijiet, lista tas-sottokuntratturi u informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll. Għalhekk, jixraq li tiżdied parti ddedikata għaċ-ċertifikat.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan.

(3)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.


ANNESS

“ANNESS VI

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT

Ċertifikat skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

Parti I: Elementi obbligatorji

1.

Numru tad-dokument

2.

(agħżel kif xieraq)

Operatur

Grupp ta’ operaturi – ara l-punt 9

3.

Isem u indirizz tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi:

4.

Isem u indirizz tal-awtorità kompetenti, jew, meta xieraq, tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi u n-numru tal-kodiċi fil-każ ta’ awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll:

5.

Attività jew attivitajiet tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq)

Produzzjoni

Preparazzjoni

Distribuzzjoni/Tqegħid fis-suq

Ħżin

Importazzjoni

Esportazzjoni

6.

Kategorija jew kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-metodi tal-produzzjoni (agħżel kif xieraq)

(a)

pjanti u prodotti tal-pjanti mhux proċessati, inkluż żrieragħ u materjal ieħor għar-riproduzzjoni tal-pjanti

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(b)

bhejjem u prodotti minn bhejjem mhux proċessati

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(c)

alga u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(d)

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(e)

għalf

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(f)

inbid

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(g)

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti minn kategoriji preċedenti

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

Dan id-dokument inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 biex jiċċertifika li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq) jikkonforma ma’ dak ir-Regolament.

7.

Data, post

Isem u firma f’isem l-awtorità kompetenti emittenti, jew, meta xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll:

8.

Ċertifikat validu minn….[daħħal id-data] sa….[daħħal id-data]

9.

Lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848

Isem il-membru

Indirizz jew forma oħra ta’ identifikazzjoni tal-membru

 

 

 

 

 

 

Parti II: Elementi fakultattivi speċifiċi

Għandhom jimtlew element wieħed jew aktar jekk jiġi deċiż hekk mill-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat lill-operatur jew lill-grupp ta’ operaturi f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848.

1.

Direttorju tal-prodotti

Isem il-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

 

 

 

 

 

 

2.

Kwantità tal-prodotti

Isem il-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

Kwantità stmata f’kilogrammi, f’litri jew, meta rilevanti, f’numru ta’ unitajiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Informazzjoni dwar l-art

Isem il-prodott

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

Mhux organiċi

Wiċċ f’ettari

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Lista ta’ postijiet jew unitajiet fejn titwettaq l-attività mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi

Indirizz jew ġeolokalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

 

 

 

 

 

 

5.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u jekk l-attività hijiex, jew l-attivitajiet jitwettqux għall-iskop tagħhom stess jew bħala sottokuntrattur li jwettaq l-attività jew l-attivitajiet għal operatur ieħor, filwaqt li s-subkuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew l-attivitajiet imwettqa

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

Twettiq ta’ attività/attivitajiet għall-iskop proprju

It-twettiq ta’ attività/attivitajiet bħala sottokuntrattur għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew l-attivitajiet imwettqa

 

 

 

 

 

 

6.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-parti terza sottokuntrattata f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

L-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli

Il-parti terza sottokuntrattata hija responsabbli

 

 

 

 

 

 

7.

Lista ta’ sottokuntratturi li jipprovdu attività jew attivitajiet lill-operatur jew lill-grupp ta’ operaturi f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli minnhom fir-rigward tal-produzzjoni organika u li ma trasferixxiex ir-responsabbiltà tagħhom lis-sottokuntrattur

Isem u indirizz

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

 

 

 

 

 

 

8.

Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

(a)

isem il-korp ta’ akkreditazzjoni;

(b)

iperlink għaċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.

9.

Informazzjoni oħra

 


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1007

tat-18 ta’ Ġunju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/274 fir-rigward tal-bank tad-data analitiku tad-data isotopika u l-verifiki fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-settur tal-inbid tal-Unjoni hu vulnerabbli ħafna għall-frodi għax ħafna mill-produzzjoni tal-Unjoni hi bbażata fuq l-iskemi ta’ kwalità ċċertifikati, jiġifieri fuq id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (“DOP”) u fuq l-indikazzjoni ġeografika protetta (“IĠP”), li jagħtu rikonoxximent lil prodotti ta’ kwalità u li jgħinu lill-produtturi jikkummerċjalizzaw aħjar il-prodotti tagħhom. Il-ksur suspettat primarju hu relatat mal-użurpazzjoni tal-oriġini, billi jsiru kummerċjalizzazzjoni u tikkettar deliberat u illegali ta’ inbid inferjuri bħala nbid mogħti DOP jew IĠP, jew billi b’mod illegali, issir dilwizzjoni tal-inbid jew jiżdied iz-zokkor mal-inbid. L-impatt ekonomiku tal-attività frawdolenti fis-settur tal-inbid tal-Unjoni hu stmat għal EUR 1,3 biljun fis-sena, jiġifieri 3,3 % tal-bejgħ tas-settur tal-inbid tal-Unjoni. Minbarra l-impatt ekonomiku dirett ovvju fuq is-settur tal-inbid li dawn il-każijiet ta’ frodi joħolqu, hemm riskju potenzjalment akbar ta’ ħsara lir-reputazzjoni tas-settur tal-inbid jekk xi inċident kbir ta’ frodi jikkawża telf fil-fiduċja tal-konsumaturi u restrizzjonijiet fil-kummerċ, u b’hekk jagħmel ħsara lill-interessi ġenerali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni.

(2)

Għaldaqstant, jeħtieġ tittejjeb u tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fis-settur tal-inbid tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-funzjonament tal-bank tad-data analitiku tad-data isotopika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (2) u fir-rigward tal-koordinazzjoni tar-responsabbiltajiet relatati fl-Istati Membri u maċ-ċentru ta’ referenza Ewropew għall-kontroll fis-settur tal-inbid (ERC-CWS). Dan jikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Kummissjoni “Mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, sana u favur l-ambjent” (3). B’mod partikolari waħda mill-prijoritajiet tagħha, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi alimentari tul il-katina tal-provvista tal-ikel, titlob speċifikament lill-Kummissjoni tqawwi l-ġlieda tagħha kontra l-frodi alimentari biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi u jiżdiedu s-setgħat tal-awtoritajiet ta’ kontroll u infurzar.

(3)

Ir-regoli dwar il-bank tad-data analitiku tad-data isotopika u d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-verifiki huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 (4). Il-kontenut tal-bank tad-data analitiku tad-data isotopika jeħtieġ jiġi adattat biex ikun jirrifletti aħjar ir-realtà tas-settur tal-inbid tal-Unjoni. Jekk tittieħed il-medja tal-aħħar ħames snin tal-produzzjoni tal-inbid tal-Unjoni, is-sehem tal-inbejjed mogħtija DOP jew IĠP isegwi xejra kostanti ’l fuq, u jaqbeż is-60 % tal-produzzjoni totali. Fis-sena tas-suq 2019/20, is-sehem qorob is-70 %. Għalhekk, u billi l-inbejjed mogħtija rikonoxximent DOP jew IĠP huma f’riskju akbar ta’ frodi, fil-bank tad-data jeħtieġ jiġi previst sehem akbar ta’ dawk l-inbejjed, li issa hu 40 % tal-inbejjed DOP jew IĠP totali fl-Unjoni.

(4)

Il-kampjunar tal-għeneb, u l-operazzjonijiet u l-analiżijiet meħtieġa biex tiġi ġġenerata d-data għall-bank tad-data analitiku tad-data isotopika jeħtieġu livell għoli ta’ riżorsi li jista’ jikkawża dewmien fil-forniment ta’ din id-data. Biex jingħelbu d-diffikultajiet fejn jidħol l-għoti ta’ informazzjoni fil-ħin u kompluta, l-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jiddeċiedu li l-kampjuni tal-għeneb ikkultivat għall-produzzjoni tal-inbejjed DOP jew IĠP jittieħdu mill-entità li timmaniġġja d-DOP jew l-IĠP, b’koordinazzjoni mal-laboratorji deżinjati, meta l-laboratorji deżinjati ma jkollhomx biżżejjed riżorsi biex iwettqu l-kampjunar huma stess. Il-kooperazzjoni bejn dawk il-korpi, l-ERC-CWS u l-laboratorji deżinjati tal-Istati Membri se tkun essenzjali fil-ġlieda kontra l-prattiki frawdolenti li jħallu impatt fuq l-inbejjed b’rikonoxximent ta’ DOP jew IĠP, jiġifieri fuq il-maġġoranza tal-produzzjoni tal-inbid tal-Unjoni.

(5)

Data isotopika nieqsa u settijiet tad-data mhux kompluti jistgħu jikkawżaw dewmien jew saħansitra jfixklu l-eżitu tal-investigazzjonijiet f’każijiet ta’ suspett ta’ frodi tal-inbid, u dan jista’ jwassal biex fis-suq jiġi rilaxxat inbid falsifikat. Dan in-nuqqas ta’ data jhedded mhux biss ir-reputazzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni iżda jista’ jħalli impatt fuq l-ammont ta’ dazji tas-sisa applikat. Dan joħloq riskju ta’ applikazzjoni ta’ dazji tas-sisa fuq kategoriji ta’ nbejjed tikkettati ħażin. Għalhekk, jeħtieġ jitjieb il-qafas ġuridiku attwali għall-bank tad-data analitiku tad-data isotopika biex ikun żgurat li dan jiġi aġġornat f’perjodu taż-żmien speċifiku, u b’hekk tingħata protezzjoni aħjar kontra l-frodi fis-settur tal-inbid tal-Unjoni. Minħabba xi problemi ta’ attribuzzjoni f’xi Stati Membri, hemm bżonn ukoll jiġi ċċarat liema partijiet ikkonċernati għandhom id-dritt ta’ aċċess għall-kampjuni u għall-fajls.

(6)

Biex jittejbu l-proċeduri li jirregolaw l-investigazzjonijiet dwar suspett ta’ frodi li jikkonċerna konsenja tal-inbid, ir-regoli attwali jenħtieġ li jissaħħu. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-iskadenzi sa meta l-awtorità kompetenti tat-territorju tal-post tal-ħatt jenħtieġ li jingħataw id-data rilevanti kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk l-inbid suspettat hux konformi mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid. Jenħtieġ li jiġi ċċarat aktar ukoll ir-rwol tal-entitajiet inkarigati bid-diversi stadji tal-proċedura ta’ investigazzjoni.

(7)

Is-settijiet tad-data tal-kejl isotopika u r-riżultati relatati mill-bank tad-data analitiku tad-data isotopika ma jiġux żvelati lill-pubbliku. Dan hu ġġustifikat mit-tħassib li l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni tipprovdi informazzjoni lill-frodisti li jistgħu jużawha għall-vantaġġ tagħhom. Barra minn hekk, l-użu ħażin ta’ din l-informazzjoni jippreġudika r-reputazzjoni ta’ ċerti nbejjed. Madankollu, jenħtieġ ikun possibbli li xi data anonimizzata dwar każijiet ta’ frodi tiġi żvelata lill-pubbliku billi jiġi ppubblikat rapport annwali li jiġbor l-aktar riżultati importanti tal-kontrolli fis-settur tal-inbid abbażi tal-użu tal-bank tad-data. Għalhekk, ir-regoli relatati mat-tfassil tar-rapport annwali jenħtieġ li jiġu speċifikati f’aktar dettall.

(8)

Hemm xi diffikultajiet fejn jidħol it-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli fuq prodotti tal-inbid trasportati bl-ingrossa, għax dawn il-prodotti huma suxxettibbli aktar għal prattiki frawdolenti mill-prodotti bbottiljati bit-tikketta mgħammra b’għeluq li ma jistax jerġa’ jintuża. Għalhekk, meta l-awtorità kompetenti ma tiġix infurmata fil-ħin, b’sistema kompjuterizzata jew b’sistema ta’ informazzjoni, dwar il-wasla ta’ konsenja ta’ prodotti tal-inbid trasportati bl-ingrossa, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt tkun f’pożizzjoni li twettaq il-verifiki meħtieġa qabel ma l-prodott iħalli l-istabbiliment tad-destinatarju. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma twettaqx dawn il-verifiki, id-destinatarju jenħtieġ jitħalla jibgħat il-prodott mill-istabbiliment tiegħu minnufih.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/274 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/274 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-istabbiliment tal-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjuni tal-għeneb frisk li jridu janalizzaw il-laboratorji maħtura tal-Istati Membri jittieħdu, jiġu ttrattati u pproċessati minn inbid skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu kull sena għall-bank tad-dejta huwa stabbilit fil-Parti II tal-Anness III. L-għażla tal-kampjuni għandha tqis kemm is-sitwazzjoni ġeografika tal-vinji fl-Istati Membri elenkati fil-Parti II tal-Anness III kif ukoll il-proporzjon tal-inbejjed b’DOP jew b’IĠP għal kull Stat Membru jew reġjun. Kull sena, mill-inqas 25 % tal-kampjuni għandhom jittieħdu mill-istess plottijiet bħal fis-sena ta’ qabel.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, meta xieraq, li l-kampjuni tal-għeneb ikkultivat għall-produzzjoni tal-inbejjed b’DOP jew b’IĠP jistgħu jittieħdu mill-entità li timmaniġġja d-DOP jew l-IĠP. F’dan il-każ, it-teħid tal-kampjuni għandu jiġi kkoordinat mil-laboratorji maħtura tal-Istati membri f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A tal-Parti I tal-Anness.”;

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-laboratorji għandhom jibagħtu d-dejta miġbura, flimkien ma’ kopja tar-rapport ta’ analiżi bir-riżultati u bl-interpretazzjoni tal-analiżi flimkien ma’ kopja tal-folja ta’ deskrizzjoni, b’mod elettroniku, lill-ERC-CWS u sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Ottubru] tas-sena ta’ wara l-ħsad tal-għeneb.”;

(e)

fil-paragrafu 7, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“jagħmlu l-fajls disponibbli, mingħajr dewmien jew spejjeż żejda, għal dawk li ġġeneraw l-informazzjoni li tinsab fil-fajls biex tkun tista’ tiġi rettifikata kwalunkwe ineżattezzi.”;

(2)

L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Komunikazzjoni tal-informazzjoni li jkun hemm fil-bank tad-dejta analitiku f’każ ta’ suspett ta’ nonkonformità mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kull meta jkun meħtieġ, għal finijiet xjentifiċi, statistiċi, ta’ kontroll jew ġudizzjarji f’każijiet debitament sostanzjati, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta tkun rappreżentattiva, tista’ ssir disponibbli, meta tintalab, għall-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri biex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid u għall-qrati nazzjonali. Din l-informazzjoni għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun qed tintalab u għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   F’każ ta’ kontroll fi Stat Membru, li għalih tkun meħtieġa dejta ta’ referenza mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika relatata mal-inbid prodott fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha titlob lill-ERC-CWS biex jikkuntattja lil-laboratorju maħtur tal-Istat Membru li fih jiġi prodott l-inbid investigat, biex tivverifika s-suspett permezz tad-dejta rilevanti kollha disponibbli. Dak il-laboratorju maħtur għandu, fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba, jivverifika jekk l-inbid inkwistjoni hux konformi mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid. Meta din l-iskadenza ma tkunx tista’ tiġi rispettata għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-laboratorju maħtur għandu jinforma lill-ERC-CWS kif xieraq u l-ERC-CWS għandu mbagħad:

(i)

jislet id-dejta ta’ referenza rilevanti għall-kejl isotopiku relatata mal-inbid inkwistjoni mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika, u jipprovdiha lill-korp rikjedenti, jew

(ii)

jekk id-dejta ta’ referenza rilevanti għall-kejl isotopiku ma tkunx tista’ tinsilet mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika, iżda l-kampjuni meħtieġa jsiru disponibbli fħall-ERC-CWS meta jintalbu, jipprovdi appoġġ analitiku, inkluż ir-riżultati tad-dejta rilevanti għall-kejl isotopiku relatata mal-inbid inkwistjoni, lill-korp rikjedenti,

fi żmien xahar minn meta jkun ċar li l-iskadenza inizjali ma tistax tiġi rispettata. Fiż-żewġ każijiet, id-dejta rilevanti għall-kejl isotopiku għandha tiġi interpretata u tingħata fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie prodott l-inbid suspettat.”;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-ERC-CWS għandu jippubblika rapport annwali, b’mod anonimu, dwar ir-riżultati ewlenin tat-talbiet riċevuti f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u dwar is-sejbiet ewlenin tal-verifiki mwettqa mill-Istati Membri fit-territorju tagħhom bl-użu tal-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika. L-ERC-CWS għandu jiżgura li dan ir-rapport ma jkun jinkludi l-ebda informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Dawk is-sejbiet għandhom jiġu rrappurtati lill-ERC-CWS qabel tmiem Marzu tas-sena ta’ wara l-perjodu tar-rapportar, u l-ERC-CWS għandu jippubblika r-rapport fi żmien xahrejn.”

(e)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 32a

Kontrolli fuq prodotti tal-inbid mhux ippakkjati

Fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti tal-inbid mhux ippakkjati li mhumiex koperti b’sistema kompjuterizzata jew b’sistema ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, biex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-ħatt tista’ titlob lid-destinatarji tal-konsenji tal-prodotti tal-inbid mhux ippakkjati biex iżommu dawk il-konsenji fil-post tal-ħatt fl-istabbiliment tagħhom għal perjodu massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol. Id-destinatarji ma għandhomx jibagħtu, jittrasferixxu jew jimmanipulaw il-konsenja li jkun itteħdilha kampjun mill-awtorità kompetenti tul dak il-perjodu, sakemm jiġu infurmati bir-riżultat tal-verifiki.

Meta tintalab mid-destinatarji, l-awtorità kompetenti għandha, meta tiddeċiedi li ma twettaqx verifiki tal-konsenja inkwistjoni, tippermetti li l-konsenja tintbagħat qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).

(3)  COM/2020/381 final.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 60).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1008

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-istatus tal-Kroazja u ta’ reġjun tal-Portugall ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini, li jemenda l-Anness VIII tiegħu rigward l-istatus tal-Litwanja u ta’ ċerti reġjuni tal-Ġermanja tal-Italja u tal-Portugall ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24) u li jemenda l-Anness XIII tiegħu rigward l-istatus tad-Danimarka u tal-Finlandja ta’ ħelsien mill-marda tan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu (il-mard elenkat), u l-Artikolu 9 tiegħu jistipula kif għandhom jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. L-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi wkoll l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew ta’ żoni tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tiegħu.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 280 tar-Regolament 2016/429 (UE) jipprevedi għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard li jkollhom l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat li tkun approvatilhom il-Kummissjoni f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (2) fost l-oħrajn. U flimkien ma’ dan, f’dan ir-rigward ukoll, l-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (3) jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 billi jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għal ċerti każi eżistenti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard. B’mod partikolari, dik id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li jkollhom status ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament Delegat iridu jitqiesu li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini meta l-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-brucellożi jkun ingħata f’konformità mad-Direttiva 64/432/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) ġiet adottata skont id-Direttiva 64/432/KEE, u fost l-oħrajn kienet telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li l-merħliet bovini tagħhom kienu uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (5) ħassar u ssostitwixxa d-Deċiżjoni 2003/467/KE. Fost affarijiet oħra, dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li l-Istati Membri, jew iż-żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini jkunu elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness I tiegħu. Il-Kroazja kienet elenkata bħala Stat Membru bi status ta’ ħelsien mill-bruċellożi fil-merħliet bovini fid-Deċiżjoni 2003/467/KE. Għalhekk, il-Kroazja issa jenħtieġ li tiġi elenkata bħala Stat Membru bi status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini, fil-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġi emendat skont dan.

(4)

Barra minn hekk, il-Portugall issottometta l-informazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità ta’ ċerti żoni tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 sabiex jiġi rikonoxxut li dawk iż-żoni għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġi emendat biex ikun jinkludi dawk iż-żoni tal-Portugall.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jipprevedi wkoll li l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24) (“infezzjoni bil-BTV”) jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tiegħu.

(6)

Il-Litwanja ssottomettiet l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-territorju kollu tagħha, u l-Ġermanja l-Italja u l-Portugall għamlu l-istess dwar diversi żoni minn tagħhom biex juru li huma ssodisfaw il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 tiġi emendata biex tkun tinkludi t-territorju kollu tal-Litwanja u dawk iż-żoni tal-Ġermanja tal-Italja u tal-Portugall.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jipprevedi wkoll li l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-marda tan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness XIII tiegħu. Preżentament, it-territorji kollha tad-Danimarka u tal-Finlandja huma elenkati bi status ta’ ħelsien mill-IHN fil-Parti I ta’ dak l-Anness. Iżda dan l-aħħar dask l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ IHN. Għalhekk jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, VIII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).


ANNESS

L-Annessi I, VIII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, il-Parti I tal-Kapitolu 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tal-Kroazja tiddaħħal wara l-entrata ta’ Franza u qabel l-entrata tal-Italja:

“il-Kroazja

It-territorju kollu”

(b)

l-entrata tal-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Portugall

Região Algarve: id-distretti kollha

Região Autónoma dos Açores: Ilhas de Corvo, Faial, Flores, Graciosa, Pico, São Jorge, Santa Maria, Terceira

Região Centro: distritos Aveiro, Viseu, Guarda, Coimbra, Leiria, Castelo Branco”

(2)

fl-Anness VIII, il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Ġermanja

Bundesland Baden-Württemberg

Landkreis Lörrach

Landkreis Waldshut

Landkreis Konstanz

Landkreis Tuttlingen

Landkreis Sigmaringen

Bodenseekreis

Landkreis Ravensburg

Landkreis Biberach

Alb-Donau-Kreis

Stadtkreis Ulm

Landkreis Göppingen

Landkreis Heidenheim

Ostalbkreis

Landkreis Schwäbisch Hall

Main-Tauber-Kreis

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Esslingen: Altbach, Altdorf, Baltmannsweiler, Bempflingen, Beuren, Bissingen a.d.Teck, Deizisau, Dettingen unter Teck, Erkenbrechtsweiler, Frickenhausen, Großbettlingen, Hochdorf, Holzmaden, Kirchheim unter Teck, Köngen, Kohlberg, Lichtenwald, Neidlingen, Neuffen, Notzingen, Nürtingen, Oberboihingen, Ohmden, Owen, Plochingen, Reichenbach a.d. Fils, Unterensingen, Weilheim a.d.Teck, Wendlingen am Neckar, Wernau (Neckar), Lenningen

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin f’ Rems-Murr-Kreis: Alfdorf, Allmersbach im Tal, Althütte, Auenwald, Großerlach, Kaisersbach, Murrhardt, Plüderhausen, Rudersberg, Schorndorf, Sulzbach a.d. Murr, Urbach, Weissach im Tal, Welzheim, Winterbach, Berglen, Remshalden

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Hohenlohekreis: Dörzbach, Ingelfingen, Krautheim, Künzelsau, Kupferzell, Mulfingen, Neuenstein, Niedernhall, Waldenburg, Weißbach

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin f’Neckar-Odenwald-Kreis: Hardheim, Höpfingen, Rosenberg, Ravenstein

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Breisgau-Hochschwarzwald: Auggen, Badenweiler, Feldberg, Friedenweiler, Lenzkirch, Löffingen, Müllheim, Schluchsee, Sulzburg

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fi Schwarzwald-Baar-Kreis: Bad Dürrheim, Blumberg, Bräunlingen, Donaueschingen, Hüfingen, Tuningen, Brigachtal

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Reutlingen: Dettingen a.d. Erms, Eningen unter Achalm, Gomadingen, Grabenstetten, Grafenberg, Hayingen, Hülben, Mehrstetten, Metzingen, Münsingen, Pfronstetten, Pfullingen, Riederich, Trochtelfingen, Bad Urach, Zwiefalten, Gutsbez. Münsingen, Römerstein, Engstingen, Hohenstein, Sonnenbühl, Lichtenstein, Sankt Johann

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Zollernalbkreis: Bitz, Burladingen, Hausen am Tann, Jungingen, Meßstetten, Nusplingen, Obernheim, Straßberg, Winterlingen, Albstadt

Bundesland Bayern

Bundesland Berlin

Bundesland Brandenburg

Bundesland Bremen

Bundesland Hamburg

Bundesland Hessen:

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Lahn-Dill-Kreis: Dietzhölztal, Eschenburg, Siegbach, Mittenaar, Hohenahr, Bischoffen, Lahnau

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Gießen: Stadt Allendorf, Biebertal, Buseck, Fernwald, Gießen, Grünberg, Heuchelheim, Hungen, Laubach, Lich, Linden, Lollar, Pohlheim, Rabenau, Reiskirchen, Staufenberg, Wettenberg

Il-muniċipalitajiet li ġejjin f’Main-Kinzig-Kreis: Bad Orb, Bad Soden-Salmünster, Biebergemünd, Birstein, Brachttal, Bruchköbel, Erlensee, Flörsbachtal, Freigericht, Gelnhausen, Gründau, Gutsbezirk Spessart, Hammersbach, Hasselroth, Jossgrund, Langenselbold, Linsengericht, Neuberg, Nidderau, Rodenbach, Ronneburg, Schöneck, Schlüchtern, Sinntal, Steinau an der Straße, Wächtersbach

Il-muniċipalitajiet li ġejjin f’Wetteraukreis: Altenstadt, Bad Nauheim, Büdingen, Echzell, Florstadt, Gedern, Glauburg, Hirzenhain, Kefenrod, Limeshain, Münzenberg, Nidda, Niddatal, Ortenberg, Ranstadt, Reichelsheim, Rockenberg, Wölfersheim, Wöllstadt

Landkreis Hersfeld-Rotenburg

Landkreis Kassel

Landkreis Fulda

Landkreis Waldeck-Frankenberg

Schwalm-Eder-Kreis

Stadt Kassel

Vogelsbergkreis

Werra-Meißner-Kreis

Landkreis Marburg Biedenkopf

Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

Bundesland Niedersachsen

Bundesland Nordrhein-Westfalen:

Landkreis Borken,

Landkreis Coesfeld,

Ennepe-Ruhr-Kreis

Landkreis Gütersloh,

Stadt Hagen

Landkreis Herford,

Hochsauerlandkreis

Landkreis Höxter,

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Kleve: Bedburg-Hau, Emmerich am Rhein, Geldern, Goch, Issum, Kalkar, Kerken, Kevelaer, Kleve, Kranenburg, Rees, Rheurdt, Uedem, Weeze

Landkreis Lippe,

Märkischer Kreis

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Mettmann: Heiligenhaus, Velbert, Wülfrath

Landkreis Minden-Lübbecke,

Il-muniċipalitajiet li ġejjin f’Oberbergischen Kreis: Bergneustadt, Radevormwald

Landkreis Olpe

Landkreis Paderborn,

Landkreis Recklinghausen,

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Siegen-Wittgenstein: Netphen, Kreuztal, Hilchenbach, Erndtebrüch, Bad Laasphe, Bad Berleburg

Landkreis Soest,

Landkreis Steinfurt,

Landkreis Unna,

Landkreis Warendorf,

Landkreis Wesel,

Stadt Bielefeld,

Stadt Bochum,

Stadt Bottrop,

Stadt Dortmund,

Stadt Duisburg,

Stadt Essen,

Stadt Gelsenkirchen,

Stadt Hamm,

Stadt Herne,

Stadt Mülheim an der Ruhr,

Stadt Münster (Westfalen),

Stadt Oberhausen

Bundesland Sachsen

Bundesland Sachsen-Anhalt

Bundesland Schleswig-Holstein

Bundesland Thüringen’

(b)

l-entrata tal-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Italja

Provincia Autonoma di Bolzano - Alto Adige

Regione Valle d’Aosta

Regione Friuli Venezia Giulia’

(c)

l-entrata li ġejja tal-Litwanja tiddaħħal wara l-entrata tal-Latvja u qabel l-entrata tal-Ungerija:

“Il-Litwanja

It-territorju kollu”

(d)

l-entrata li ġejja tal-Portugall tiddaħħal wara l-entrata tal-Polonja u qabel l-entrata tas-Slovenja:

“Il-Portugall

It-territorju kollu minbarra Região Algarve’

(3)

fl-Anness XIII, il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata tad-Danimarka hija sostitwita b’dan li ġej:

“Id-Danimarka

It-territorju kollu minbarra l-baċiri tal-iskular ta’ Rohden Å, Sneum Å, Vidå, Lindenborg Å u Århus Å”

(b)

l-entrata tal-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Finlandja

It-territorju kollu minbarra:

il-kompartiment kostali f’Ii, Kuivaniemi,

il-kompartiment kostali magħmul mill-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Föglö, Lumparland, Lemland, u Vårdö f’ċirku b’radjus ta’ 11466 kilometri li ċ-ċentru tiegħu jinsab fuq WGS84 fil-koordinati Lat 60,013565060°, Lon 20,317617393°

iż-żoni tal-baċiri tal-iskular: 14.72 Virmasvesi, 14.73 Nilakka, iż-żona 4.74 ta’ Saarijärvi u ż-żona 4.41 ta’ Pielinen”


DEĊIŻJONIJIET

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1009

tal-18 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Mejju 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1), li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fid-19 ta’ Jannar 2020, il-Konferenza ta’ Berlin dwar il-Libja adottat lista ta’ konklużjonijiet u stipulat il-qafas għall-implimentazzjoni tagħhom permezz tal-‘Proċess ta’ Berlin’ biex jiġi appoġġat il-pjan bi tliet punti ppreżentat lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ghassan Salamé, bl-objettiv uniku li jgħin lin-NU fl-unifikazzjoni tal-komunità internazzjonali fl-appoġġ tagħhom għal soluzzjoni paċifika għall-kriżi Libjana.

(3)

Fit-12 ta’ Frar 2020, fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (‘UNSCR’) 2510 (2020), il-Kunsill tas-Sigurtà NU laqa’ l-Konferenza ta’ Berlin dwar il-Libja u approva l-konklużjonijiet tagħha, filwaqt li nnota li dawk il-konklużjonijiet jirrappreżentaw element importanti ta’ soluzzjoni komprensiva għas-sitwazzjoni fil-Libja.

(4)

Fid-29 ta’ Ġunju 2020, fiċ-ċirkostanzi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/903 (2), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(5)

Fil-kuntest tar-rieżami strateġiku ta’ EUBAM Libya, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel fit-2 ta’ Marzu 2021 li l-Missjoni għandha tiġi estiża b’sentejn sat-30 ta’ Ġunju 2023. Fit-30 ta’ Marzu 2021, il-KPS qabel ukoll li fil-mandat tal-Missjoni, fl-ambitu tal-oqsma ewlenin tal-involviment tagħha (il-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja kriminali), jiżdied it-tieni objettiv strateġiku li l-isforzi mmexxija min-NU għall-paċi fil-Libja bħala parti mill-Proċess ta’ Berlin jiġu appoġġati, u li kwalunkwe appoġġ futur potenzjali permezz tal-Missjoni jenħtieġ li jiġi deċiż fi stadju aktar tard, abbażi ta’ analiżi strateġika ddedikata ppreżentata mis- Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jekk issir talba formali min-NU jew l-awtoritajiet Libjani.

(6)

Fis-16 ta’ April 2021, fil-UNSCR 2571(2021), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU appella lill-partijiet kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied tat-23 ta’ Ottubru 2020 u ħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU biex jirrispettaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dak il-ftehim, inkluż permezz tal-irtirar tal-forzi barranin u tal-merċenarji kollha mil-Libja mingħajr aktar dewmien. Barra minn hekk, huwa appella lill-Gvern tal-Libja biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi, inkluż fil-punti ta’ dħul kollha, minnufih hekk kif jeżerċita sorveljanza, u lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jikkooperaw f’tali sforzi.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/233/PESK tiġi emendata skont dan.

(8)

EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsab fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Objettivi

1.   EUBAM Libya għandha tassisti lill-awtoritajiet Libjani fit-tisħiħ tal-istrutturi tas-sigurtà tal-istat fil-Libja, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja kriminali bil-għan li tikkontribwixxi għall-isforzi biex jitkissru n-networks tal-kriminalità organizzata involuti b’mod partikolari fil-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu fil-Libja u fir-reġjun tal-Mediterran Ċentrali.

2.   EUBAM Libya għandha tappoġġa l-isforzi mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti għall-paċi fil-Libja fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja kriminali.’.

(2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Sabiex jintlaħaq l-objettiv stipulat fl-Artikolu 2(1), EUBAM Libya għandha:’

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Jekk issir talba formali min-Nazzjonijiet Uniti jew mill-awtoritajiet Libjani, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, abbażi ta’ analiżi strateġika ddedikata ppreżentata mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, dwar l-appoġġ li għandu jingħata minn EUBAM Libya biex jintlaħaq l-objettiv stipulat fl-Artikolu 2(2).”

(3)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

‘L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandu jkun ta’ EUR 84 850 000’;

(4)

fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2023.’

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Magħmul fi Brussell , il-18 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEÃO


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/903 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 32).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1010

tat-21 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill ma jirrikonoxxix, u jkompli jikkundanna, l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u ser jibqa’ impenjat li jimplimenta b’mod sħiħ il-politika tiegħu ta’ nonrikonoxximent.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-23 ta’ Ġunju 2022.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/386/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta’ Ġunju 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1011

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2274 (1) li taħtar lis-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel.

(2)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 (2) li testendi l-mandat tas-Sur LOSADA FERNANDEZ bħala r-RSUE għas-Saħel. Dik id-Deċiżjoni ġiet emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/283 (3). Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021

(3)

Jenħtieġ li jinħatar Rappreżentant Speċjali ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel għal perijodu ta’ 14-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

1.   Is-Sa Emanuela DEL RE hija b’dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (RSUE) mill-1 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew itterminat aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

2.   Għall-finijiet tal-mandat tar-RSUE, is-Saħel huwa definit bħala li jinkludi dik iż-żona li hija l-fokus ewlieni tal-Istrateġija Integrata tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (l-“Istrateġija”) kif adottata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2021, jiġifieri l-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mali, il-Mauritania u n-Niġer. Ir-RSUE għandu wkoll jaħdem flimkien mal-pajjiżi tal-Baċir tal-Lag Chad u pajjiżi u entitajiet reġjonali jew internazzjonali oħrajn lil hinn mis-Saħel, inkluż il-Magreb, l-Afrika tal-Punent u l-Golf tal-Guinea, kif adatt.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Istrateġija tal-Unjoni fir-rigward tas-Saħel biex jikkontribwixxi b’mod attiv filwaqt li jagħti prijorità għall-isforzi reġjonali u internazzjonali biex jinkisbu paċi, sigurtà, stabbiltà u żvilupp dejjiema fir-reġjun. Barra minn hekk, ir-RSUE għandu jimmira li jsaħħaħ l-impatt tal-kwalità u l-viżibilità tal-impenn multidimensjonali tal-Unjoni fis-Saħel.

2.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fir-reġjun b’mod integrat, inkluż fl-oqsma politiċi, ta’ sigurtà u ta’ żvilupp, u għall-koordinazzjoni tal-istrumenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha għall-azzjonijiet tal-Unjoni. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-approfondiment tal-isforzi ta’ impenn u ta’ koordinazzjoni tal-Unjoni b’mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, b’mod partikolari is-Sħubija għas-Sigurtà u l-Istabbiltà fis-Saħel (P3S), l-Alleanza għas-Saħel u l-Koalizzjoni għas-Saħel bħala qafas għal impenn politiku u strateġiku mas-Saħel.

3.   L-azzjoni tar-RSUE għandha titkompla b’appoġġ għal u f’koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inkluż l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Min-naħa waħda għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sħubija mal-G5 tas-Saħel, inkluż il-prevedibbiltà tal-finanzjament tal-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel u min-naħa l-oħra lill-istabbilizzazzjoni fit-tul tal-Mali.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika fir-rigward tas-Saħel, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jikkontribwixxi b’mod attiv għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija u jikkoordina u jiżviluppa aktar l-approċċ integrat tal-Unjoni għall-kriżijiet reġjonali, bil-ħsieb li jissaħħu l-koerenza u l-effettività ġenerali tal-attivitajiet tal-Unjoni fis-Saħel;

(b)

jaħdem flimkien, inkluż permezz ta’ shuttle diplomacy, mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fir-reġjun, il-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet reġjonali, b’mod partikolari l-G5 tas-Saħel u l-Forza Konġunta tiegħu, il-firmatarji tal-Ftehim ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali li jirriżulta mill-Proċess ta’ Alġier (il-“Ftehim ta’ Paċi tal-Mali”), l-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili u d-dijaspori, u l-pajjiżi tal-Magreb, il-Golf tal-Guinea u l-Baċir tal-Lag Chad, bl-għan li jippromwovi l-objettivi tal-Unjoni u jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol tal-Unjoni fis-Saħel. Mal-G5 tas-Saħel, għandha tingħata attenzjoni, inter alia, għall-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-elementi mhux militari tal-Forza Konġunta tiegħu bħall-komponent tal-pulizija;

(c)

jirrappreżenta u jippromwovi l-interessi u l-viżibilità tal-Unjoni f’fora reġjonali u internazzjonali rilevanti u fejn rilevanti, billi jipparteċipa fil-Comité de Suivi tal-Ftehim ta’ Paċi fil-Mali;

(d)

jiffaċilita azzjoni tal-Unjoni kkoordinata u komprensiva bis-sħiħ fir-reġjun abbażi tal-istrumenti rilevanti kollha, inkluż il-Faċilità Ewropea għall-Paċi, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-attivitajiet tal-Istati Membri u l-appoġġ tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-prevenzjoni tal-kunflitti permezz tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali), il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali), il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), u l-isforzi tal-Unjoni għall-istabbilizzazzjoni fil-Koalizzjoni għas-Saħel, b’mod partikolari il-P3S u l-Alleanza għas-Saħel u-segretarjati rispettivi tagħhom;

(e)

iżomm kooperazzjoni mill-qrib man-NU, b’mod partikolari r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Afrika tal-Punent u s-Saħel, il-Koordinatur Speċjali għall-iżvilupp fis-Saħel, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali u l-Kap tal-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fil-Mali (MINUSMA), l-Unjoni Afrikana, b’mod partikolari r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Afrikana għall-Mali u s-Saħel, il-G5 tas-Saħel, b’mod partikolari l-Presidenza tal-G5 u s-Segretarju Eżekuttiv tagħha, ir-Rappreżentant Għoli tal-Koalizzjoni għas-Saħel, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent, il-Kummissjoni tal-Baċir tal-Lag Chad, l-Awtorità ta’ Liptako-Gourma; u partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali ewlenin oħra, inkluż mibgħuta speċjali oħra għas-Saħel, kif ukoll mal-awtoritajiet rilevanti speċjalment fil-Magreb, fil-Qarn tal-Afrika, fil-Golf tal-Guinea u fiż-żona tal-Lvant Nofsani;

(f)

isegwi mill-qrib, janalizza u jirrapporta dwar l-impatt tal-kawżi ewlenin tal-instabbiltà u x-xejriet fit-tul fir-reġjun, inkluż it-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, il-pastoraliżmu, l-aċċess għar-riżorsi naturali, b’mod partikolari l-art u l-ilma, kif ukoll jippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-kooperazzjoni dwarhom li jsaħħu l-istabbiltà, u jappoġġa l-isforzi biex jiġi limitat it-tixrid tal-instabbiltà, billi tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni l-aktar vulnerabbli f’termini ta’ sigurtà, b’mod partikolari r-reġjuni ta’ Liptako-Gourma u tal-Lag Chad;

(g)

isegwi mill-qrib id-dimensjonijiet reġjonali u transkonfinali tal-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun, inkluż it-tibdil fil-klima, il-pastoraliżmu, l-aċċess għar-riżorsi naturali, il-pandemiji, it-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-kuntrabandu tal-armi, it-traffikar ta’ bnedmin u d-dħul klandestin ta’ persuni, it-traffikar tad-drogi, il-flussi tar-refuġjati u migrazzjoni u l-flussi finanzjarji relatati;

(h)

isegwi mill-qrib il-konsegwenzi umanitarji, politiċi, ta’ sigurtà u ta’ żvilupp ta’ flussi ta’ refuġjati u migrazzjoni fuq skala kbira, inkluż persuni spostati internament. Fuq talba, jidħol fi djalogu dwar il-migrazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jikkontribwixxi b’mod aktar ġenerali għall-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati fir-rigward tar-reġjun, f’konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(i)

f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-Istrateġija tal-UE Kontra t-Terroriżmu kif ukoll tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti. Iżomm kuntatti politiċi regolari ta’ livell għoli mal-pajjiżi fir-reġjun milquta mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata internazzjonali u jiżgura r-rwol ewlieni tal-Unjoni fl-isforz għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata internazzjonali u l-kważi ewlenin tagħhom. Dan jinkludi l-isforzi tal-Unjoni biex issaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-kapaċità reġjonali tas-settur tas-sigurtà permezz tar-reġjonalizzazzjoni tal-missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) u appoġġ attiv għall-bini tal-kapaċitajiet reġjonali b’mod partikolari l-Forza Konġunta G5 tas-Saħel, il-koordinazzjoni tagħha ma’ atturi internazzjonali bħal MINUSMA, u r-relazzjoni tagħha mal-popolazzjoni lokali, f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 2359 (2017) u 2391 (2017);

(j)

isegwi mill-qrib il-konsegwenzi politiċi, ta’ sigurtà u ta’ żvilupp tal-kriżijiet umanitarji fir-reġjun;

(k)

jikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun, f’konformità mal-Pjan ta ‘Azzjoni tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, il-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar Tfal u Kunflitti Armati, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u l-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa’, il-Paċi u s-Sigurtà f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà 2019-2024, u jippromwovi l-inklussività u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proċess tal-bini tal-istat, f’konformità mal-UNSCR 1325 (2000) u r-riżoluzzjonijiet sussegwenti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż l-UNSCR 2242 (2015), u jappoġġja l-implimentazzjoni tal-UNSCR 2250(2015) dwar iż-żgħażagħ, il-paċi u s-sigurtà;

(l)

ikompli jagħti attenzjoni partikolari lis-settur tal-ġustizzja fl-intier tiegħu, u lill-mekkaniżmi ta’ akkontabbiltà li jistgħu jintużaw biex tiġi miġġielda l-impunità u li biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja pubblika fis-sistema ġudizzjarja tagħha. Il-kontribut tar-RSUE għandu jinkludi monitoraġġ u rappurtar regolari dwar żviluppi, kif ukoll il-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward u ż-żamma ta’ kuntatti regolari mal-awtoritajiet rilevanti fir-reġjun, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u jaħdem flimkien mad-difensuri u l-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun;

(m)

permezz ta’ kuntatti frekwenti fir-reġjun u b’kont meħud tal-aspettattivi lokali, jappoġġa lill-Unjoni biex tadatta għall-kuntest lokali. Abbażi ta’ analiżi bir-reqqa u kontinwa tas-sitwazzjoni, jiskatta r-riflessjoni u jikkontribwixxi għall-viżjoni strateġika u fit-tul tal-Unjoni fis-Saħel;

(n)

isegwi u jirrapporta dwar il-konformità mal-UNSCRs rilevanti, b’mod partikolari l-UNSCRs 2056 (2012), 2071 (2012), 2085 (2012), 2100 (2013), 2227 (2015), 2295 (2016), 2364 (2017), 2374 (2017), 2359 (2017), 2391 (2017), 2423 (2018), 2432 (2018), 2480 (2019), 2484 (2019), 2531 (2020), 2541 (2020).

2.   Għall-finijiet tat-twettiq tal-mandat tar-RSUE, ir-RSUE għandu, fost l-oħrajn:

(a)

jagħti pariri u jirrapporta dwar il-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni f’fora reġjonali u internazzjonali, kif meħtieġ, sabiex jippromovi u jsaħħaħ proattivament l-approċċ komprensiv tal-Unjoni lejn il-kriżijiet fis-Saħel;

(b)

jikkontribwixxi biex tinżamm viżjoni globali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni u jappoġġa u jikkoopera mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jikkoopera u jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u mad-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022 għandu jkun ta’ EUR 1 588 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi ġestita konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ tim. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u l-Kummissjoni mill-ewwel infurmati dwar minn min hu magħmul il-grupp.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu s-sekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali kkuntrattat għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kolokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew id-delegazzjonijiet tal-UE sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, kif meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (4).

Artikolu 9

Aċċess għall-informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u/jew l-Istati Membri, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun, kif xieraq.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva skont it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta’ responsabbiltà, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli, kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona ta’ responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li ser jiġi stazzjonat barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew it-taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona ta’ responsabbiltà, abbażi tal-livelli tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà jiġu implimentati u jipprovdi rapporti bil-miktub lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti regolari ta’ progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti bil-fomm u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, skont kif meħtieġ. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F’konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista’ jkun involut fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Fil-qafas tal-Istrateġija, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b’mod konsistenti, biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. Għandhom jintalbu kuntatti mal-Istati Membri fejn xieraq. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jipprovdi sessjonijiet ta’ informazzjoni regolari lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u lill-missjonijiet tal-Istati Membri fir-reġjun.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kuntatt mill-qrib mal-Kapijiet rilevanti tal-Missjonijiet tal-Istati Membri rilevanti, mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-PSDK rilevanti. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-EUCAP Sahel Niger u tal-EUCAP Sahel Mali u lill-Kmandant tal-Missjoni tal-EUTM Mali. Ir-RSUE, il-Kmandant tal-Missjoni ta’ EUTM Mali u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lill xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-forniment ta’ elementi b’rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti għas-Saħel, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn il-finijiet.

Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jinżammu taħt rieżami regolari. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2022.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2274 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 44).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/906 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 22).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/283 tat-22 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 62, 23.2.2021, p. 47).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1012

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar lis-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika.

(2)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 (2) li testendi l-mandat tas-Sur RONDOS bħala r-RSUE għall-Qarn tal-Afrika. Dik id-Deċiżjoni ġiet emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/352 (3). Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Jenħtieġ li jinħatar RSUE ġdid għall-Qarn tal-Afrika għal perijodu ta’ 14-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

1.   Is-Sa Annette WEBER hija b’dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika mill-1 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew jintemm qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

2.   Għall-finijiet tal-mandat tar-RSUE, il-Qarn tal-Afrika huwa definit li jinkludi l-fokus primarju tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea fil-Qarn tal-Afrika (l-“Istrateġija”) kif adottata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill fl-10 ta’ Mejju 2021, jiġifieri l-Djibouti, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Kenja, is-Somalja, is-Sudan t’Isfel, is-Sudan u l-Uganda. Ir-RSUE għandu jaħdem flimkien ukoll mal-pajjiżi tal-Baħar l-Aħmar, tal-Baċir tan-Nil u oħrajn kif ukoll mal-entitajiet reġjonali jew internazzjonali rilevanti fil-Qarn tal-Afrika u lil hinn minnu, inkluż il-peniżola tal-Golf u l-Afrika ta’ Fuq, kif xieraq.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

1.   Abbażi tal-objettivi ta’ politika tal-Istrateġija, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li jikkontribwixxi b’mod attiv għall-isforzi reġjonali u internazzjonali għall-kisba ta’ koeżistenza paċifika u paċi, sigurtà u żvilupp dejjiema ġewwa u bejn il-pajjiżi fir-reġjun. Barra minn hekk, ir-RSUE għandu jimmira biex isaħħaħ il-kwalità, l-intensità, l-impatt u l-viżibilità tal-parteċipazzjoni f’diversi aspetti tal-Unjoni fil-Qarn tal-Afrika.

2.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fir-reġjun b’approċċ integrat, inkluż fl-oqsma politiċi, ta’ sigurtà u ta’ żvilupp, jikkoordina l-istrumenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha għal azzjonijiet tal-Unjoni. L-involviment tar-RSUE għandu jiġi segwit f’kooperazzjoni u f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Kummissjoni, l-Istati Membri u atturi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra tal-Unjoni. Ir-RSUE għandu jsaħħaħ l-influwenza tal-Unjoni fir-reġjun u jiżgura l-koerenza tal-approċċ tal-Unjoni fil-livell reġjonali.

3.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-involviment tal-Unjoni li tapprofondixxi r-relazzjoni strateġika u s-sħubija tagħha mar-reġjun tal-Qarn tal-Afrika u l-pajjiżi tiegħu, bl-objettiv li tappoġġa l-paċi u s-sigurtà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-prinċipji umanitarji u d-Dritt Umanitarju Internazzjonali (IHL), l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku, l-azzjoni klimatika u l-kooperazzjoni reġjonali.

4.   L-objettivi ta’ politika ġenerali li għalihom għandu jikkontribwixxi r-RSUE jinkludu, fost oħrajn:

(a)

l-istabbilizzazzjoni tal-Qarn tal-Afrika, b’enfasi fuq dinamiċi reġjonali usa’, inkluż fil-livell tal-pajjiż, meta rilevanti għall-istabbiltà tar-reġjun;

(b)

it-tranżizzjonijiet politiċi eż. fl-Etjopja u s-Sudan, il-proċessi ta’ paċi u bini tal-istat fis-Somalja u s-Sudan t’Isfel kif ukoll il-prevenzjoni u t-twissija bikrija ta’ konflitti potenzjali bejn jew fi ħdan il-pajjiżi fir-reġjun, inkluż tilwim transkonfinali, u l-kontribut għall-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni tagħhom;

(c)

il-kooperazzjoni reġjonali ekonomika sostenibbli, politika u tas-sigurtà, u l-azzjoni multilaterali konġunta, b’mod partikolari man-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Unjoni Afrikana (UA) u l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD);

(d)

soluzzjoni negozjata dwar id-Diga l-Kbira għar-Rinaxximent tal-Etjopja (GERD) u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni transkonfinali fil-Baċir tan-Nil kollu kemm hu;

(e)

is-sigurtà, l-istabbiltà u l-kooperazzjoni madwar il-Baħar l-Aħmar.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika fir-rigward tal-Qarn tal-Afrika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jikkontribwixxi b’mod attiv għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija u jtejjeb il-koerenza u l-effettività ġenerali tal-attivitajiet tal-Unjoni bil-ħsieb li jkompli japprofondixxi u jsaħħaħ ir-relazzjoni u s-sħubija tal-UE mal-Qarn tal-Afrika, il-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet tiegħu;

(b)

jaħdem flimkien mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fir-reġjun, l-atturi nazzjonali governattivi u mhux governattivi, l-awtoritajiet reġjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, is-soċjetà ċivili, iż-żgħażagħ, is-settur privat u d-dijaspori, bil-ħsieb tat-tkomplija tal-objettivi tal-Unjoni, u jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol tal-Unjoni fir-reġjun. F’dan il-kuntest, ir-RSUE għandu jivvjaġġa b’mod regolari lejn il-pajjiżi kollha fir-reġjun;

(c)

jaħdem flimkien mal-atturi rilevanti barra r-reġjun, fl-interess li jindirizza kwistjonijiet ta’ stabbiltà reġjonali usa’, inkluż il-GERD, il-Baħar l-Aħmar, l-Oċean Indjan tal-Punent u l-finanzjament tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) u l-ħidma flimkien sussegwenti ta’ sigurtà mmexxi mill-UA. Il-kuntatti għandhom jinkludu involviment bilaterali ma’, kif xieraq, l-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-pajjiżi tal-Golf, l-Eġittu, kuntatti reġjonali mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf, il-Kunsill tal-Istati Għarab u Afrikani dwar il-Baħar l-Aħmar u l-Golf ta’ Aden u atturi internazzjonali rilevanti oħra;

(d)

jirrappreżenta u jippromwovi l-interessi u l-viżibbiltà tal-Unjoni fil-fora reġjonali u internazzjonali rilevanti;

(e)

iħeġġeġ u jappoġġa l-kooperazzjoni politika u ta’ sigurtà effettiva kif ukoll l-integrazzjoni ekonomika sostenibbli fir-reġjun permezz tas-sħubija tal-UE mal-UA u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali, b’mod partikolari l-IGAD. Ir-RSUE għandu jagħti bidu/jidderieġi, jappoġġa u jippromwovi mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ konflitti, b’mod partikolari dawk li jappartjenu lill-Afrika kif ukoll dawk tal-Lvant Nofsani/l-Afrika ta’ Fuq, bil-ħsieb li jkun hemm prevenzjoni, tnaqqis tat-tensjoni u riżoluzzjoni paċifika ta’ tilwim aktar effettivi u għar-rikonċiljazzjoni billi jitħeġġu d-djalogu, in-negozjar u l-medjazzjoni;

(f)

isegwi l-iżviluppi politiċi u ta’ sigurtà fir-reġjun u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni lejn ir-reġjun, bil-ħsieb li jagħti pariri dwar proposti konkreti għal azzjoni u jifformulahom, inkluż fir-rigward tal-Eritrea, l-Etjopja, is-Somalja, is-Sudan, is-Sudan t’Isfel, it-tilwima dwar il-fruntiera bejn is-Sudan u l-Etjopja, it-tensjonijiet bejn is-Somalja u l-Kenja, ir-rwol reġjonali tal-Kenja, it-tilwima dwar in-Nil, is-sigurtà madwar il-Baħar l-Aħmar, il-promozzjoni tal-integrazzjoni reġjonali u tħassib ieħor fir-reġjun li jkollu impatt fuq is-sigurtà, l-istabbiltà u l-iżvilupp paċifiku u inklużiv tiegħu. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi wkoll għar-rispons bikri tal-Unjoni u l-viżjoni strateġika u fit-tul tal-Unjoni fil-Qarn tal-Afrika;

(g)

ikompli jimmobilizza l-appoġġ reġjonali u internazzjonali għal tranżizzjonijiet politiċi eż. fl-Etjopja u s-Sudan f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-missjonijiet tal-Istati Membri. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-isforzi għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni madwar il-pajjiż kollu abbażi ta’ djalogu inklużiv u trasparenti. Ir-RSUE għandu jsegwi sforzi li jindirizzaw il-konsegwenzi reġjonali tad-diversi kriżijiet fl-Etjopja inkluż f’Tigray, b’mod partikolari billi jinkoraġġixxi riżoluzzjoni paċifika tat-tensjonijiet fil-fruntieri mas-Sudan. Fir-rigward tas-Sudan, l-isforzi tar-RSUE għandhom jiffukaw ukoll fuq l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Juba u n-negozjati u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet sussegwenti;

(h)

ikomplu jħeġġeġ appoġġ aktar b’saħħtu mill-partijiet ikkonċernati reġjonali u internazzjonali, għall-proċessi kritiċi ta’ paċi u bini tal-istat fis-Somalja u fis-Sudan t’Isfel. Bħala kumpliment għall-isforzi tal-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri, ir-RSUE għandu jappoġġa l-isforzi tal-Unjoni għall-bini tal-Istat fis-Somalja, inkluż l-iżvilupp tas-settur tas-sigurtà. F’dan ir-rigward, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għar-riflessjonijiet relatati mal-użu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, u għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) fir-reġjun. Fir-rigward tas-Sudan t’Isfel, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni, ir-RSUE għandu jkompli jaħdem mill-qrib man-NU, l-IGAD, l-UA u ma’ sħab internazzjonali rilevanti oħra biex isostni l-appoġġ tagħhom għall-isforzi għall-paċi u l-istabbilizzazzjoni ġenerali tal-pajjiż;

(i)

jaħdem flimkien mal-Eritrea, filwaqt li jinsisti fuq aġenda kostruttiva fil-livell reġjonali, inkluż dwar l-irtirar tat-truppi Eritreani mill-Etjopja;

(j)

ikompli jirrappreżenta lill-Unjoni fil-kapaċità tagħha ta’ osservatur fit-taħditiet immexxija mill-UA dwar il-GERD. Filwaqt li jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-missjonijiet tal-Istati Membri għall-Eġittu, is-Sudan u l-Etjopja, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ tad-djalogu kif ukoll il-kooperazzjoni bejn il-partijiet li jibnu l-fiduċja u jiżviluppaw miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja li jistgħu jgħinu biex tiġi inċentivata soluzzjoni għat-tilwima dwar il-GERD. B’mod aktar ġenerali, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni biex iżżid il-ħidma flimkien fid-diplomazija fil-qasam tal-ilma fil-Baċir tan-Nil kollu kemm hu;

(k)

iħeġġeġ il-kooperazzjoni, id-djalogu u s-soluzzjoni paċifika tat-tilwim madwar il-Baħar l-Aħmar u jibnu relazzjonijiet privileġġati ma’ inizjattivi li jappartjenu għar-reġjun. F’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-missjonijiet tal-Istati Membri fir-reġjun, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ approċċ integrat għar-reġjun usa’ tal-Baħar l-Aħmar u jgħin fil-bini ta’ aġenda inklużiva ta’ kooperazzjoni dwar il-Baħar l-Aħmar fost l-atturi reġjonali u internazzjonali rilevanti;

(l)

isegwi mill-qrib u jippromwovi l-kooperazzjoni għall-indirizzar tal-isfidi transkonfinali li jaffettwaw lill-Qarn tal-Afrika, b’mod partikolari dwar ir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu, is-sigurtà marittima u l-piraterija, it-tilwim dwar il-fruntieri, il-forom kollha ta’ traffikar, inkluż it-traffikar ta’ bnedmin, il-flussi finanzjarji illeċiti, u kwalunkwe konsegwenza politika u ta’ sigurtà tal-kriżijiet umanitarji;

(m)

jippromwovi l-aċċess umanitarju u r-rispett għal-IHL u l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili;

(n)

jikkontribwixxi f’kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK (4) u l-politika tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar it-tfal u l-konflitt armat kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u l-politika tal-Unjoni dwar ir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) u riżoluzzjonijiet sussegwenti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà kif ukoll ir-Riżoluzzjoni 2250 (2015) tal-KSNU dwar iż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà. Dan għandu jinkludi skambji mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

(o)

jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-impatt dejjem jikber tat-tibdil fil-klima fuq il-paċi u s-sigurtà. Dan għandu jinkludi l-iżgurar li attivitajiet ta’ prevenzjoni u ta’ konsolidazzjoni tal-paċi jieħdu kont tar-riskji għas-sigurtà relatati mal-klima u l-ambjent.

(2)   Għall-fini tat-twettiq tal-mandat tar-RSUE, ir-RSUE għandu, fost oħrajn:

(a)

jagħti pariri u jirrapporta dwar il-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni f’fora reġjonali u internazzjonali, kif xieraq, sabiex jippromwovi proattivament azzjoni bbażata fuq sħubija u kontabbiltà reċiproka u jsaħħaħ l-approċċ integrat tal-Unjoni lejn il-Qarn tal-Afrika;

(b)

jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ perspettiva ġenerali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni u jikkoopera u jikkoordina mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jikkoopera u jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-SEAE u mad-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022 għandu jkun ta’ EUR 2 750 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jitpoġġew għad-dispożizzjoni, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni ta’ skwadra. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal kollu ssekondat għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kollokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew id-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, skont kif ikun meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu neċessarju għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (5).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u/jew l-Istati Membri għandhom, skont il-każ, jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva skont it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni taċ-ċaqliq mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta’ responsabbiltà, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u inkluż pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli, kif ikunu jeħtieġu l-kundizzjonijiet fiż-żona ta’ responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew it-taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona ta’ responsabbiltà, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha li jsiru wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ progress regolari u ta’ rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti bil-fomm u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jipprovdi rapport ukoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill kif ikun neċessarju. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. F’konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. Ir-RSUE jista’ jkun involut f’informazzjoni mogħtija lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Fil-qafas tal-Istrateġija, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiżgura konsistenza fl-użu tal-istrumenti kollha tal-Unjoni u fl-indirizz tal-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri, biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-Unjoni. Għandu jintalab kuntatt mal-Istati Membri fejn xieraq. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tas-SEAE, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħra attivi fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tal-missjonijiet tal-Istati Membri, mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet rilevanti tal-PSDK. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, għandu jipprovdi lill-Kmandant tal-Forzi tal-EUNAVFOR Atalanta, lill-Kmandant tal-Missjoni tal-EUTM Somalia u lill-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Somalia bi gwida politika lokali. Ir-RSUE, il-Kmandanti tal-Operazzjonijiet tal-UE u l-Kmandanti tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-kamp.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fl-għoti ta’ elementi sabiex tingħata risposta għal kwalunkwe pretensjoni u kwalunkwe obbligu li jkunu jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti għall-Qarn tal-Afrika, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.

Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jinżammu taħt rieżami regolari. Ir-RSUE għandu jippreżenta rapporti ta’ progress regolari lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2022.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/819/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/905 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 16).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/352 tal-25 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 187).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tal-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1013

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ April 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/598 (1) li taħtar lis-Sur Peter BURIAN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali.

(2)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 (2) li testendi l-mandat tas-Sur Peter BURIAN bħala r-RSUE għall-Asja Ċentrali. Dik id-Deċiżjoni ġiet emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/282 (3). Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

RSUE ġdid għall-Asja Ċentrali jenħtieġ li jinħatar għal perijodu inizjali ta’ 20 xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sa Terhi HAKALA hija b’dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-28 ta’ Frar 2023. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew jintemm qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi politiċi

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi politiċi tal-Unjoni fl-Asja Ċentrali. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali bbażati fuq valuri u interessi komuni kif determinati fi ftehimiet rilevanti;

(b)

kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fir-reġjun;

(c)

kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Asja Ċentrali;

(d)

l-indirizzar tar-riskji prinċipali, speċjalment problemi speċifiċi b’implikazzjonijiet diretti għall-Unjoni;

(e)

it-titjib fl-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun, inkluż permezz ta’ koordinazzjoni iżjed mill-qrib ma’ sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, bħall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u n-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi politiċi, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni fl-Asja Ċentrali u jgħin biex tinkiseb konsistenza fl-azzjonijiet esterni tal-Unjoni fir-reġjun;

(b)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali, ikkomplementat minn konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill u minn rapporti ta’ progress sussegwenti dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Asja Ċentrali, kif ukoll jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill regolarment;

(c)

jgħin lill-Kunsill ikompli jiżviluppa politika komprensiva dwar l-Asja Ċentrali;

(d)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa;

(e)

iħeġġeġ lill-Każakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan biex jikkooperaw fi kwistjonijiet reġjonali ta’ interess komuni;

(f)

jiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni adatti mal-atturi interessati ewlenin fir-reġjun, u mal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha;

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun, f’kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati, kif ukoll dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz ta’ monitoraġġ u rapporti dwar l-iżviluppi kif ukoll billi jfassal rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward;

(h)

jikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib man-NU u l-OSKE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti billi jiżviluppa kuntatti mal-awtoritajiet u ma’ atturi lokali oħra bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, partiti politiċi, minoranzi, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom;

(i)

jagħti kontribut għall-formulazzjoni ta’ aspetti tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, fir-rigward tal-Asja Ċentrali, li huma relatati mas-sigurtà tal-enerġija, is-sigurtà tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-kriminalità serja, inkluż narkotiċi u traffikar ta’ bnedmin, kif ukoll il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, l-ambjent u t-tibdil fil-klima;

(j)

jippromwovi s-sigurtà reġjonali fl-Asja Ċentrali fil-kuntest tat-tnaqqis tal-preżenza internazzjonali fl-Afganistan.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tar-RGħ u jissorvelja b’mod ġenerali l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, u jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jikkoopera u jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-28 ta’ Frar 2023 għandu jkun ta’ EUR 1 885 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ tim. It-tim għandu jinkludi l-kompetenza esperta dwar kwistjonijiet politiċi speċifiċi kif meħtieġ skont il-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE, rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali kkuntrattat għandu jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li bagħtitu, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li bagħtitu jew tas-SEAE, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kollokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftiehma mal-pajjiżi ospitanti, skont kif meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ neċessarju kollu għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (4).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal stazzjonat barra mill-Unjoni f’kapaċità operattiva skont it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi ta’ sigurtà, li jirregola l-ġestjoni taċ-ċaqliq sigur tal-persunal lejn, u internament, fiż-żona ta’ responsabbiltà kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u jinkludi pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni kontra riskju gravi, kif meħtieġ skont il-kundizzjonijiet fiż-żona ta’ responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jiġu stazzjonati barra mill-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew it-taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona ta’ responsabbiltà, skont il-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula wara valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà, u jipprovdi lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ progress regolari u tar-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jipprovdi rapport ukoll lil gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill skont il-ħtieġa. Rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. Ir-RSUE jista’ jkun involut fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b’mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi politiċi tal-Unjoni. Fejn ikun adatt għandu jitfittex kuntatt mal-Istati Membri. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tad-dipartiment ġeografiku rilevanti tas-SEAE u mal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kuntatt mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri u mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni rilevanti. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-post.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fl-għoti ta’ elementi sabiex tingħata risposta għal kwalunkwe pretensjoni u kwalunkwe obbligu li jkunu rriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti għall-Asja Ċentrali, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawk l-għanijiet.

Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni fir-reġjun għandhom jinżammu taħt rieżami regolari. Ir-RSUE għandu jippreżenta rapporti ta’ progress regolari lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sat-30 ta’ Novembru 2022.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/598 tal-15 ta’ April 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 99, 16.4.2015, p. 25).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/904 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 12).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/282 tat-22 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 62, 23.2.2021, p. 45).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1014

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivifid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fis-16 ta’ April 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) adotta r-riżoluzzjoni 2571 (2021). L-UNSC fakkar fir-riżoluzzjoni 2174 (2014), li ddeterminat li l-miżuri stabbiliti fir-riżoluzzjoni 1970 (2011) japplikaw ukoll għal individwi u entitajiet involuti f’atti, jew jappoġġawhom, diversi minn dawk speċifikati fir-riżoluzzjoni 1970 (2011), li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha. Huwa enfasizza wkoll li tali atti jistgħu jinkludu l-ostakolar jew l-imminar tal-elezzjonijiet ippjanati fil-Pjan Direzzjonali tal-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan (LPDF).

(3)

Wara valutazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Libja, inkluż fir-rigward tal-elezzjonijiet ippjanati fil-Pjan Direzzjonali tal-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan, il-Kunsill iqis li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-kriterji għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi jinkludu wkoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet li jostakolaw jew jimminaw dawk l-elezzjonijiet.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

involuti f’atti, jew li jappoġġaw atti, li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha, fost l-oħrajn permezz ta’:

(i)

il-pjanifikazzjoni, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;

(ii)

attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;

(iii)

l-għoti ta’ appoġġ għal gruppi armati jew networks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta’ żejt mhux maħdum jew kwalunkwe riżorsa naturali oħra fil-Libja;

(iv)

it-theddid jew it-tiġgħil tal-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew l-involviment fi kwalunkwe azzjoni li tista’ twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;

(v)

il-ksur, jew l-assistenza fl-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni;

(vi)

l-ostakolar jew l-imminar tal-elezzjonijiet ippjanati fil-Pjan Direzzjonali tal-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan;

(vii)

it-teħid ta’ azzjonijiet għal jew f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ persuni jew entitajiet elenkati;”;

(2)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej;

“(c)

involuti f’atti jew li jappoġġaw atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha, fost l-oħrajn permezz ta’:

(i)

il-pjanifikazzjoni, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;

(ii)

attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;

(iii)

l-għoti ta’ appoġġ għal gruppi armati jew networks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta’ żejt mhux maħdum jew kwalunkwe riżorsa naturali oħra fil-Libja;

(iv)

it-theddid jew it-tiġgħil tal-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew l-involviment fi kwalunkwe azzjoni li tista’ twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;

(v)

il-ksur, jew l-assistenza fl-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni;

(vi)

l-ostakolar jew l-imminar tal-elezzjonijiet ippjanati fil-pjan direzzjonali tal-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan;

(vii)

it-teħid ta’ azzjonijiet għal jew f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ persuni jew entitajiet elenkati;”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/40


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1015

tas-17 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal apparati refriġeranti, apparati tal-produzzjoni tal-ġelat u tas-silġ, apparat tal-laboratorju għat-tisħin ta’ materjali, tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użi oħra, tagħmir elettriku bi klassifikazzjonijiet relatati mal-provvista elettrika, apparati għall-espożizzjoni tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraaħmar, ħiters tal-kmamar, ħdejjed tal-mogħdija elettriċi, stufi bl-ifran, superfiċji għas-sajran, fran u apparati simili, stimers tad-drappijiet, apparati elettromekkaniċi għaċ-ċirkwiti tal-kontroll, kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili u ċertu tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.

(3)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandard armonizzat u l-emendi għalih, EN 60335-2-24:2010, EN 60335-2-24:2010/A1:2019, EN 60335-2-24:2010/A2:2019 u EN 60335-2-24:2010/A11:2020, għal apparati refriġeranti, apparati tal-produzzjoni tal-ġelat u tas-silġ.

(4)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati EN 61010-2-010:2014 u EN 61293:1994, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) (3). Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-010:2020 għall-apparat tal-laboratorju għat-tisħin ta’ materjali u EN IEC 61293:2020 għal tagħmir elettriku bi klassifikazzjonijiet relatati mal-provvista elettrika.

(5)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u Cenelec emendaw l-istandards armonizzati EN 60335-2-17:2013 għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili u EN 60335-2-85:2003 għal stimers tad-drappijiet, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4). Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji EN 60335-2-17:2013/A1:2020 u EN 60335-2-85:2003/A2:2020. Is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02): EN 60335-2-27:2013 għal apparati għall-espożizzjoni tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraaħmar; EN 60335-2-30:2009 għal ħiters tal-kmamar; u EN 60335-2-6:2015 għal stufi bl-ifran, superfiċji għas-sajran, fran u apparati simili li jintużaw fid-dar. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020; EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u EN 60335-2-30:2009/A1:2020; u EN 60335-2-6:2015/A11:2020 u EN 60335-2-6:2015/A1:2020.

(6)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew ukoll l-istandard armonizzat EN 61010-2-081:2015 għal tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użijiet oħra u l-istandard armonizzat emendat EN 60335-2-3:2016 għal ħdejjed tal-mogħdija elettriċi. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-081:2020 u l-istandard armonizzat emendatorju EN 60335-2-3:2016/A1:2020.

(7)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi għalihom jikkonformawx mat-talba M/511.

(8)

L-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-010:2020, EN IEC 61010-2-081:2020, EN IEC 61293:2020, EN 60335-2-17:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A1:2020), EN 60335-2-27:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020), EN 60335-2-30:2009 (kif emendat b’EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u EN 60335-2-30:2009/A1:2020), EN 60335-2-3:2016 (kif emendat b’EN 60335-2-3:2016/A1:2020), EN 60335-2-6:2015 (kif emendat b’EN 60335-2-6:2015/A11:2020 u EN 60335-2-6:2015/A1:2020) u EN 60335-2-85:2003 (kif emendat b’EN 60335-2-85:2003/A2:2020), u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe standard ieħor, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni rilevanti għalihom.

(9)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(10)

It-Tabella ZZA.1 tal-istandard armonizzat EN 60335-2-24:2010 (kif emendat b’EN 60335-2-24:2010/A1:2019, EN 60335-2-24:2010/A2:2019 u EN 60335-2-24:2010/A11:2020) jipprovdi spjegazzjoni tat-test “erja li taqbeż il-75 cm2”, li tintuża fil-klawżoli tagħha 30.2 u 30.2.101. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-koerenza, ir-referenza ta’ dak l-istandard, flimkien mar-referenzi tal-istandards emendatorji għalih, jenħtieġ li jiġu ppubblikati b’restrizzjoni fir-rigward ta’ dak it-test.

(11)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jipprevedi li r-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li huma ppubblikati b’restrizzjoni jkunu elenkati fl-istess att, jeħtieġ li dak l-Artikolu jiġi emendat u jiddaħħal Anness separat li jkun fih ir-referenzi ta’ tali standards armonizzati.

(12)

Is-CEN u s-Cenelec abbozzaw ukoll ir-rettifika EN 60947-5-1:2017/AC:2020-05 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60947-5-1:2017 għal apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll, li r-referenza tiegħu hija inkluża fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. Peress li r-rettifika tintroduċi korrezzjonijiet tekniċi għal dak l-istandard u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi inkluża flimkien mar-referenza tar-rettifika fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(13)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew riveduti jew emendati, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 61010-2-010:2014; EN 61293:1994. EN 60335-2-27:2013; EN 60335-2-30:2009; u EN 60335-2-6:2015.

(14)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

(15)

Jeħtieġ li jiġu rtirati wkoll ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-2-17:2013, EN 60335-2-85:2003 u EN 60947-5-1:2017, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew emendati jew ikkoreġuti. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(16)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-010:2020, EN IEC 61293:2020, EN 60335-2-17:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A1:2020), EN 60335-2-27:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020), EN 60335-2-30:2009 (kif emendat b’EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u EN 60335-2-30:2009/A1:2020), EN 60335-2-6:2015 (kif emendat b’EN 60335-2-6:2015/A11:2020 u EN 60335-2-6:2015/A1:2020), EN 60335-2-85:2003 (kif emendat b’EN 60335-2-85:2003/A2:2020), u EN 60947-5-1:2017 (kif ikkoreġut b’EN 60947-5-1:2017/AC:2020-05), u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe standard ieħor li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi għall-istandards armonizzati EN 61010-2-010:2014, EN 61293:1994, EN 60335-2-27:2013, EN 60335-2-30:2009, EN 60335-2-6:2015, EN 60335-2-85:2003, EN 60335-2-17:2013 u EN 60947-5-1:2017, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni ieħor għalihom ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(17)

Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 61010-2-081:2015 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (5), iżda bi żball tħalliet barra mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 209/04) (6) u l-Komunikazzjoni (2018/C 326/02). Ir-referenza ta’ dak l-istandard għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv. Jenħtieġ li dik il-pubblikazzjoni żżomm l-effett tagħha għal perjodu li jippermetti lill-manifatturi jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-081:2020.

(18)

Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-2-3:2016 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni (2016/C 249/03), iżda bi żball tħalliet barra mill-Komunikazzjoni (2018/C 326/02). Ir-referenza ta’ dak l-istandard għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv. Jenħtieġ li dik il-pubblikazzjoni żżomm l-effett tagħha għal perjodu li jippermetti lill-manifatturi jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 60335-2-3:2016 (kif emendat b’EN 60335-2-3:2016/A1:2020).

(19)

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60664-1:2007, EN 60051-1:1998, EN 60127-3:1996, EN 60664-3:2003, EN 60695-10-3:2002, EN 60695-11-2:2014, EN 60695-11-5:2005, EN ISO 11252:2013, HD 597 S1:1992, EN 60664-4:2006, EN 60695-2-10:2013, EN 60695-2-11:2014, EN 60695-10-2:2014, EN 60695-11-3:2012, EN 60695-11-4:2011, EN 60695-11-10:2013, EN 60695-11-20:2015, EN 61010-2-091:2012, EN 61557-8:2015, EN 61557-15:2014 u EN 61557-16:2015, u r-referenzi ta’ kwalunkwe emenda jew korrezzjoni għalihom, ġew ippubblikati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni (2016/C 249/03), iżda bi żball ma ġewx inklużi fil-Komunikazzjonijiet (2018/C 209/04) u (2018/C 326/02). Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 50288-2-1:2013, EN 50288-2-2:2013, EN 50288-3-1:2013, EN 50288-3-2:2013, EN 50288-4-1:2013, EN 50288-4-2:2013, EN 50288-5-1:2013, EN 50288-5-2:2013, EN 50288-6-1:2013, EN 50288-6-2:2013, EN 50288-10-2:2015, EN 50288-11-2:2015, EN 62493:2010, EN 50288-1:2013, EN 61010-2-061:2015, EN 61230:2008 u EN 62026-7:2013, u r-referenzi ta’ kwalunkwe emenda jew korrezzjoni għalihom, ġew ippubblikati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni (2016/C 249/03), iżda bi żball ma ġewx inklużi fil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02). Ir-referenzi ta’ dawk l-istandards għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv.

(20)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 (7), ġiet inkluża r-referenza tal-istandard armonizzat EN 50178:1997 fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, li telenka r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li ġew irtirati mis-serje C, mingħajr ma’ ġiet indikata d-data tal-irtirar. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi sostitwita l-entrata rilevanti tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 b’entrata ġodda li fiha referenza għal EN 50178:1997 u d-data tal-irtirar. Billi EN 50178:1997 ġie rivedut minn EN 62477-1:2012 u l-emenda għalih EN 62477-1:2012/A11:2014, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02), huwa neċessarju li l-manifatturi jingħataw aktar żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 62477-1:2012 u l-emenda għalih. Għalhekk, jenħtieġ li l-irtirar ta’ EN 50178:1997 jiġi differit.

(21)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan.

(22)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bosta referenzi ta’ standards armonizzati jeħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-2-24:2010 abbozzat b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, u stabbilit fl-Anness IA ta’ din id-Deċiżjoni, hija b’dan ippubblikata b’restrizzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, u elenkati fl-Anness IB ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawk ir-referenzi għandhom jitqiesu li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, elenkati fl-Anness IC ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawk ir-referenzi għandhom jitqiesu li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-perjodi stabbiliti f’dak l-Anness.”;

(2)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

jiddaħħal l-Anness IA, kif stipulat fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(4)

jiddaħħal l-Anness IB, kif stipulat fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni;

(5)

jiddaħħal l-Anness IC, kif stipulat fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni;

(6)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2022.

Il-punt (3) tal-Anness I għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2021.

Il-punt (5) tal-Anness I għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 209/04) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 209, 15.6.2018, p. 37).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga (ĠU L 250, 3.8.2020, p. 121).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela 11;

(2)

tiddaħħal ir-ringiela 11a li ġejja:

“11a.

EN 60335-2-85:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-85: Rekwiżiti partikolari għal stimers tad-drappijiet

EN 60335-2-85:2003/A1:2008

EN 60335-2-85:2003/A11:2018

EN 60335-2-85:2003/A2:2020”;

(3)

titħassar ir-ringiela 18;

(4)

tiddaħħal ir-ringiela 18a li ġejja:

“18a.

EN 60947-5-1:2017

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx — Parti 5-1: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll — Apparati elettromekkaniċi għaċ-ċirkwiti tal-kontroll

EN 60947-5-1:2017/AC:2020-05”;

(5)

titħassar ir-ringiela 33;

(6)

tiddaħħal ir-ringiela 33 a li ġejja:

“33a.

EN 60335-2-17:2013

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili

EN 60335-2-17:2013/A11:2019

EN 60335-2-17:2013/A1:2020”;

(7)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“73.

EN IEC 61010-2-010:2020

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-010: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir tal-laboratorju għat-tisħin ta’ materjali

74.

EN IEC 61010-2-081:2020

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-081: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użijiet oħra

75.

EN IEC 61293:2020

Immarkar fuq tagħmir elettriku bi klassifikazzjonijiet relatati mal-provvista elettrika — Rekwiżiti ta’ sikurezza

76.

EN 60335-2-27:2013

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-27: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-espożizzjoni tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraaħmar

EN 60335-2-27:2013/A1:2020

EN 60335-2-27:2013/A2:2020

77.

EN 60335-2-3:2016

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-3: Rekwiżiti partikolari għal ħdejjed tal-mogħdija elettriċi

EN 60335-2-3:2016/A1:2020

78.

EN 60335-2-30:2009

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-30: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-kmamar

EN 60335-2-30:2009/A11:2012

EN 60335-2-30:2009/AC:2010

EN 60335-2-30:2009/AC:2014

EN 60335-2-30:2009/A1:2020

EN 60335-2-30:2009/A12:2020

79.

EN 60335-2-6:2015

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-6: Rekwiżiti partikolari għal stufi bl-ifran, superfiċji għas-sajran, fran u apparati simili

EN 60335-2-6:2015/A11:2020

EN 60335-2-6:2015/A1:2020.”


ANNESS II

“ANNESS IA

Referenza tal-istandard

EN 60335-2-24:2010

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-24: Rekwiżiti partikolari għal apparati refriġeranti, apparati tal-produzzjoni tal-ġelat u tas-silġ

EN 60335-2-24:2010/A1:2019

EN 60335-2-24:2010/A2:2019

EN 60335-2-24:2010/A11:2020

Avviż: Għall-finijiet tal-preżunzjoni tal-konformità mal-objettivi ta’ sikurezza korrispondenti, imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva:

(a)

it-test “erja li taqbeż il-75 cm2”, fil-klawżola 30.2 tiegħu, għandu jinqara bħala “erja totali li taqbeż il-75 cm2 (75 cm2 għandhom jitqiesu bħala s-somma tat-toqob kollha fil-parti ta’ wara ta’ apparat)”;

(b)

it-test “erja li taqbeż il-75 cm2”, fil-klawżola 30.2.101 tiegħu, għandu jinqara bħala “erja totali li taqbeż il-75 cm2 (75 cm2 għandhom jitqiesu bħala s-somma tat-toqob kollha fil-parti ta’ wara ta’ apparat)”.


ANNESS III

“ANNESS 1B

Nru

Referenza tal-istandard

Minn

01.

HD 597 S1:1992

Kondensers ta’ akkoppjar u diviżuri ta’ kondensers

HD 597 S1:1992/AC:1992

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

02.

EN 50288-1:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 1: Speċifikazzjoni ġenerika

L-14 ta’ Settembru 2018.

03.

EN 50288-2-1:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 2-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja

L-14 ta’ Settembru 2018.

04.

EN 50288-2-2:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 2-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi

L-14 ta’ Settembru 2018.

05.

EN 50288-3-1:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 3-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja

L-14 ta’ Settembru 2018.

06.

EN 50288-3-2:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 3-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi

L-14 ta’ Settembru 2018.

07.

EN 50288-4-1:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 4-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 600 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja

L-14 ta’ Settembru 2018.

08.

EN 50288-4-2:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 4-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 600 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi

L-14 ta’ Settembru 2018.

09.

EN 50288-5-1:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 5-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja

L-14 ta’ Settembru 2018.

10.

EN 50288-5-2:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 5-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi

L-14 ta’ Settembru 2018.

11.

EN 50288-6-1:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 6-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja

L-14 ta’ Settembru 2018.

12.

EN 50288-6-2:2013

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 6-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi

L-14 ta’ Settembru 2018.

13.

EN 50288-10-2:2015

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 10-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils skrinjati karatterizzati minn 1 MHz sa 500 MHz għall-applikazzjonijiet f’żona tax-xogħol, kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi, u ċentri tad-data

L-14 ta’ Settembru 2018.

14.

EN 50288-11-2:2015

Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 11-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils skrinjati karatterizzati minn 1 MHz sa 500 MHz għall-applikazzjonijiet f’żona tax-xogħol, kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi, u ċentri tad-data

L-14 ta’ Settembru 2018.

15.

EN 60051-1:1998

Strumenti ta’ kejl elettriċi li jindikaw b’mod analogu u jaġixxu direttament u l-aċċessorji tagħhom — Parti 1: Definizzjonijiet u rekwiżiti ġenerali komuni għall-partijiet kollha

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

16.

EN 60127-3:1996

Fjusis żgħar ħafna – Parti 3: Element f’tubu ċilindriku ta’ materjal li jiżola għal fjusis ta’ daqs minimu

EN 60127-3:1996/A2:2003

EN 60127-3:1996/AC:1996

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

17.

EN 60664-1:2007

Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 1: Prinċipji, rekwiżiti u testijiet

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

18.

EN 60664-4:2006

Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 4: Kunsiderazzjoni ta’ tensjoni ta’ vultaġġ ta’ frekwenza għolja

EN 60664-4:2006/AC:2006

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

19.

EN 60695-2-10:2013

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 2-10: Metodi ta’ ttestjar ibbażati fuq fil/wajer inkandexxenti jew sħun — Apparat tal-fil inkandexxenti u proċedura ta’ test komuni

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

20.

EN 60695-2-11:2014

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 2-11: Metodi ta’ ttestjar ibbażati fuq fil/wajer inkandexxenti jew sħun— Metodu ta’ ttestjar ta’ fjammabbiltà għal prodotti finali (GWEPT) (IEC 60695-2-11:2014)

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

21.

EN 60695-10-2:2014

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 10-2: Sħana mhux normali — Metodu ta’ ttestjar bi pressjoni tal-bilja

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

22.

EN 60695-10-3:2002

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 10-3: Sħana mhux normali — Test ta’ deformazzjoni wara li materjal ikun iddgħajjef bis-sħana

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

23.

EN 60695-11-2:2014

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-2: Fjammi għall-ittestjar — Fjamma nominali mħallta minn qabel ta’ 1 kW: Apparat, arranġament għal test ta’ konferma, u gwida

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

24.

EN 60695-11-3:2012

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-3: Fjammi għall-ittestjar — Fjammi 500 W — Apparat u metodi ta’ test ta’ konferma

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

25.

EN 60695-11-4:2011

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-4: Fjammi għall-ittestjar — Fjamma 50 W — Apparat u metodi ta’ test ta’ konferma

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

26.

EN 60695-11-5:2005

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-5: Fjammi għall-ittestjar — Test bi fjamma misluta — Apparat, arranġament għal test ta’ konferma, u gwida

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

27.

EN 60695-11-10:2013

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-10: Fjammi għall-ittestjar — Metodi ta’ ttestjar bi fjamma orizzontali u vertikali 50 W

EN 60695-11-10:2013/AC:2014

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

28.

EN 60695-11-20:2015

Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-20: Fjammi għall-ittestjar — Metodi ta’ ttestjar bi fjamma 500 W

EN 60695-11-20:2015/AC:2016

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

29.

EN 61010-2-061:2015

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-061: Rekwiżiti partikolari għal spettrometri atomiċi tal-laboratorju b’atomizzazzjoni u jonizzazzjoni termika

L-14 ta’ Settembru 2018.

30.

EN 61010-2-091:2012

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-091: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ cabinet x-ray

EN 61010-2-091:2012/AC:2013

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

31.

EN 61230:2008

Xogħol fuq linji b’kurrent għaddej minnhom — Tagħmir li jista’ jinġarr għall-ertjar jew ertjar u xxortjar fiċ-ċirkwit

L-14 ta’ Settembru 2018.

32.

EN 61557-8:2015

Sikurezza elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000  V a.c. u 1 500  V d.c. — Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi — Parti 8: Apparati għall-monitoraġġ tal-iżolament għal sistemi IT

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

33.

EN 61557-15:2014

Sikurezza elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000  V a.c. u 1 500  V d.c. — Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi — Parti 15: Rekwiżiti funzjonali ta’ sikurezza għal tagħmir ta’ monitoraġġ ta’ iżolament f’sistemi ta’ IT u tagħmir biex isib fejn hemm ħsara fl-iżolament

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

34.

EN 61557-16:2015

Sikurezza elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000  V a.c. u 1 500  V d.c. — Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi — Parti 16: Tagħmir għal ittestjar tal-effettività ta’ sistemi protettivi ta’ tagħmir elettriku u/jew tagħmir elettromediku

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

35.

EN 62026-7:2013

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx — Interfaċċa bejn l-apparat u t-tagħmir ta’ kontroll (CDIs) — Parti 7: CompoNet

L-14 ta’ Settembru 2018.

36.

EN 60664-3:2003

Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 3: Użu ta’ kisi, mili jew immudellar għall-protezzjoni kontra t-tniġġis

EN 60664-3:2003/A1:2010

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

37.

EN 60664-1:2007

Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 1: Prinċipji, rekwiżiti u testijiet

L-14 ta’ Settembru 2018.

38.

EN ISO 11252:2013

Lejsers u tagħmir relatat mal-lejser — Apparat li jopera bil-lejser — Rekwiżiti minimi għal dokumentazzjoni (ISO 11252:2013)

Il-15 ta’ Ġunju 2018.


ANNESS IV

“ANNESS IC

Nru

Referenza tal-istandard

Minn

Sa

1.

EN 61010-2-081:2015

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-081: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użijiet oħra

Il-15 ta’ Ġunju 2018.

It-22 ta’ Diċembru 2022.

2.

EN 60335-2-3:2016

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-3: Rekwiżiti partikolari għal ħdejjed tal-mogħdija elettriċi

L-14 ta’ Settembru 2018.

It-22 ta’ Diċembru 2022.


ANNESS V

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringiela 64 hija sostitwita b’din li ġejja:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“64.

EN 50178:1997

Tagħmir elettriku biex jintuża f’installazzjonijiet ta’ enerġija

It-22 ta’ Diċembru 2021.”

(2)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“72.

EN 61010-2-010:2014

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-010: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir tal-laboratorju għat-tisħin ta’ materjali

It-22 ta’ Diċembru 2022.

73.

EN 61293:1994

Immarkar fuq tagħmir elettriku bi klassifikazzjonijiet relatati mal-provvista elettrika — Rekwiżiti ta’ sikurezza

It-22 ta’ Diċembru 2022.

74.

EN 60335-2-27:2013

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-27: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-espożizzjoni tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraaħmar

It-22 ta’ Diċembru 2022.

75.

EN 60335-2-30:2009

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-30: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-kmamar

EN 60335-2-30:2009/A11:2012

EN 60335-2-30:2009/AC:2010

EN 60335-2-30:2009/AC:2014

It-22 ta’ Diċembru 2022.

76.

EN 60335-2-6:2015

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-6: Rekwiżiti partikolari għal stufi bl-ifran, superfiċji għas-sajran, fran u apparati simili

It-22 ta’ Diċembru 2022.”