|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/1 |
REGOLAMENT (UE) 2021/821 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Mejju 2021
li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (2) ġie emendat sostanzjalment diversi drabi. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza, effettività u effiċjenza. |
|
(2) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura li fil-qasam tal-oġġetti b'użu doppju, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jqisu b'mod sħiħ il-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha. Fost il-kunsiderazzjonijiet rilevanti hemm l-obbligi u l-impenji internazzjonali, l-obbligi fl-ambitu tas-sanzjonijiet rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet tal-politika estera u ta' sigurtà nazzjonali, fosthom dawk li jinsabu fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (3), fosthom id-drittijiet tal-bniedem, u l-kunsiderazzjonijiet dwar użu finali intenzjonat u r-riskju ta' devjazzjoni. Permezz ta' dan ir-Regolament, l-Unjoni turi l-impenn tagħha li żżomm rekwiżiti ġuridiċi rigorużi fir-rigward tal-oġġetti b'użu doppju, kif ukoll li ssaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti u ż-żieda fit-trasparenza. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkunsidraw b'mod partikolari r-riskju li tali oġġetti jintużaw b'rabta mar-repressjoni interna jew biex jiġu kommessi vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(3) |
Dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ il-gwida li tingħata lill-esportaturi, b’mod partikolari lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), dwar il-prattiki responsabbli, iżda mingħajr ma jikkomprometti l-kompetittività globali tal-esportaturi ta' oġġetti b'użu doppju jew ta' industrija assoċjata oħra jew tad-dinja akkademika li huma residenti jew stabbiliti fi Stat Membru. |
|
(4) |
Ir-riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, adottata fit-28 ta' April 2004, iddeċidiet li l-Istati kollha għandhom jieħdu u jinfurzaw miżuri effettivi biex jistabbilixxu kontrolli interni biex jipprevjenu l-proliferazzjoni tal-armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-mezzi tat-twassil tagħhom, inkluż billi jistabbilixxu kontrolli adegwati fuq il-materjali, it-tagħmir u t-teknoloġija relatati. Huma meħtieġa wkoll kontrolli skont il-ftehimiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (il-"Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi" jew "CWC") u l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta' Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u Tossiniċi u dwar il-Qerda Tagħhom (il-"Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi" jew "BTWC") u b'konformità mal-impenji li dwarhom hemm qbil fir-reġimi multilaterali tal-kontroll tal-esportazzjonijiet. |
|
(5) |
Hija għalhekk meħtieġa sistema komuni effikaċi ta' kontrolli tal-esportazzjonijiet fuq oġġetti b'użu doppju biex tassigura konformità mal-impenji u mar-responsabbiltajiet internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċjalment rigward in-nonproliferazzjoni, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(6) |
L-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva tat-12 ta' Diċembru 2003 ('Strateġija tal-UE dwar l-AQM') tenfasizza l-impenn min-naħa tal-UE fir-rigward tal-kontrolli tal-esportazzjonijiet fuq livell nazzjonali u internazzjonali li jkunu kkoordinati u b'saħħithom. |
|
(7) |
Huwa fundamentali l-kontribut tal-esportaturi, tas-sensara, tal-fornituri ta' assistenza teknika jew tal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra lill-għan ġenerali tal-kontrolli kummerċjali. Biex dawn ikunu jistgħu jaġixxu f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-valutazzjoni tar-riskji relatata mat-tranżazzjonijiet ikkonċernati minn dan ir-Regolament issir permezz ta' miżuri relatati mal-verifika tat-tranżazzjonijiet, magħrufin ukoll bħala l-prinċipju ta' diliġenza dovuta, bħala parti mill-Programmi Interni ta' Konformità (ICPs). F'dan ir-rigward, b’mod partikolari d-daqs u l-istruttura organizzattiva tal-esportaturi jkollhom jitqiesu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-ICPs. |
|
(8) |
Bil-għan li jiġi indirizzat ir-riskju li ċerti oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika mhux elenkati esportati mit-territorju doganali tal-Unjoni setgħu ntużaw b'mod ħażin minn persuni li, bħala kompliċi jew responsabbli, ordnaw jew ikkommettew vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali huwa opportun li l-esportazzjoni ta' tali oġġetti tiġi kkontrollata. Ir-riskji assoċjati jirrigwardaw, b'mod partikolari, każijiet li fihom l-oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika huma ddisinjati speċifikament biex jippermettu l-intrużjoni jew l-ispezzjoni approfondita tal-pakketti fis-sistemi ta' informazzjoni u telekomunikazzjonijiet biex jagħmlu sorveljanza bil-moħbi ta' persuni fiżiċi permezz ta' monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi ta' data, anki dik bijometrika, minn dawn is-sistemi. L-oġġetti użati purament għall-applikazzjoni kummerċjali bħall-fatturazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, is-servizzi ta' kwalità, is-sodisfazzjon tal-utenti jew is-sigurtà tan-networks jitqiesu ġeneralment li ma fihomx tali riskji. |
|
(9) |
Bil-għan li jissaħħaħ il-kontroll effikaċi tal-esportazzjonijiet tal-oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika mhux elenkati, huwa essenzjali li titkompla l-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-kontrolli onnikomprensivi ("catch-all") f'tali qasam. Għal dak il-għan, l-Istati Membri huma impenjati li jappoġġaw tali kontrolli billi jaqsmu l-informazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi ta' oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika, u billi jeżerċitaw viġilanza fl-applikazzjoni ta' tali kontrolli biex jippromwovu skambju fil-livell tal-Unjoni. |
|
(10) |
Biex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi rapidament għall-użu ħażin serju tat-teknoloġiji eżistenti jew għar-riskji assoċjati l-ġodda, jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkoordinaw ir-risposti tagħhom meta jiġi identifikat riskju ġdid. Tali koordinament jenħtieġ li jkun segwit minn inizjattivi biex jiġu introdotti kontrolli ekwivalenti fil-livell multilaterali bil-għan li titwessa' r-risposta għar-riskju identifikat. |
|
(11) |
It-trażmissjoni ta' software u teknoloġija b'użu doppju permezz ta' mezzi elettroniċi, fax jew telefon lejn destinazzjonijiet barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha wkoll tkun ikkontrollata. Sabiex il-piż amministrattiv għall-esportaturi u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiġi limitat, għal ċerti trażmissjonijiet, għat-trażmissjonijiet fuq cloud, jenħtieġ li jiġu fornuti liċenzji ġenerali jew globali jew interpretazzjonijiet armonizzati tad-dispożizzjonijiet. |
|
(12) |
Fid-dawl tar-rwol importanti tal-awtoritajiet doganali fl-infurzar tal-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-termini użati f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kemm jista' jkun possibbli konsistenti mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-"Kodiċi Doganali tal-Unjoni"). |
|
(13) |
Diversi kategoriji ta' persuni jistgħu jkunu involuti fl-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju, inklużi persuni fiżiċi bħal fornituri ta' servizzi, riċerkaturi, konsulenti u persuni li jittrażmettu prodotti b'użu doppju elettronikament. Huwa fundamentali li dawn il-persuni kollha jkunu jafu bir-riskji assoċjati mal-esportazzjoni u mal-forniment ta' assistenza teknika fir-rigward ta' oġġetti sensittivi. B'mod partikolari, l-istituti akkademiċi u ta' riċerka quddiemhom għandhom sfidi distinti fil-kontroll tal-esportazzjoni minħabba, fost oħrajn, l-impenn ġenerali tagħhom favur l-iskambju liberu ta' ideat, il-fatt li l-attivitajiet ta' riċerka tagħhom jinvolvu spiss teknoloġiji mill-aktar avvanzati, l-istrutturi organizzattivi tagħhom u n-natura internazzjonali tal-iskambji xjentifiċi tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jissensibilizzaw, meta jkun il-każ, il-komunità akkademika u ta' riċerka u jagħtuhom gwida mfassla apposta għalihom biex jindirizzaw dawk l-isfidi distinti. Bi qbil mar-reġimi ta' kontroll tal-esportazzjonijiet multilaterali, l-implimentazzjoni tal-kontrolli jenħtieġ li toffri kemm jista' jkun approċċ komuni fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tan-noti ta' esklużjoni mill-kontroll "riċerka xjentifika bażika" u "fl-isfera pubblika" relatati mal-istituti akkademiċi. |
|
(14) |
Id-definizzjoni tat-terminu 'sensar' jenħtieġ li tiġi riveduta sabiex tinkludi l-persuni ġuridiċi u sħubijiet mhux residenti jew stabbiliti fi Stat Membru u li jfornu servizzi ta' senserija mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
(15) |
It-Trattat ta' Lisbona jiċċara li l-forniment ta' assistenza teknika li tinvolvi l-moviment transfruntier jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni. Huwa għalhekk opportun li tiġi introdotta definizzjoni ta' assistenza teknika u jiġu speċifikati l-kontrolli applikabbli għall-forniment tagħha. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' effikaċja u konsistenza, il-kontrolli fuq il-forniment ta' assistenza teknika jenħtieġ li jiġu armonizzati. |
|
(16) |
Bħal fir-Regolament (KE) Nru 428/2009, jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jipprojbixxu t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni f'ċerti ċirkostanzi meta, permezz tal-intelligence jew ta' sorsi oħrajn, huma għandhom raġunijiet biex jissuspettaw li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal użu finali militari f'pajjiż li jkun suġġett għal embargo fuq l-armi, jew għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva jew għall-mezzi tat-twassil tagħhom. |
|
(17) |
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-għoti ta' liċenzji jenħtieġ li jiġu armonizzati sabiex, meta opportun, jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti u effikaċi tal-kontrolli fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni. Biex isir dan, huwa meħtieġ ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiġu identifikati b'mod ċar f'kull sitwazzjoni ta' kontroll. Ir-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni individwali, globali jew nazzjonali ġenerali, dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta' servizzi ta' senserija u ta' assistenza teknika, dwar transiti ta' oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni u dwar l-awtorizzazzjoni għat-trasferiment fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni tal-oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness IV, hija tal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(18) |
Jenħtieġ li jiġu introdotti linji gwida għall-Programmi Interni ta' Konformità sabiex jingħata kontribut għal kundizzjonijiet ekwi bejn l-esportaturi u sabiex titjieb l-applikazzjoni effikaċi tal-kontrolli. Jenħtieġ li tali linji gwida jqisu d-differenzi fid-daqs, fir-riżorsi, fis-setturi ta' attività u fil-karatteristiċi u fil-kundizzjonijiet l-oħra tal-esportaturi u tas-sussidjarji tagħhom, bħal strutturi u standards intragruppi ta' konformità, b'hekk jiġi evitat approċċ ta' "mudell uniku għal kollox" u tingħata għajnuna lil kull esportatur biex isib is-soluzzjonijiet tiegħu għall-konformità u għall-kompetittività. L-esportaturi li jużaw awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni jenħtieġ li jimplimentaw ICP għajr jekk l-awtorità kompetenti tqisu mhux neċessarju minħabba ċirkostanzi oħrajn li tkun ħadet kont tagħhom hija u tipproċessa l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni ppreżentata mill-esportatur. |
|
(19) |
Jenħtieġ li jiġu introdotti awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni sabiex jonqos il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, u l-awtoritajiet filwaqt li jkun żgurat livell xieraq ta' kontroll tal-oġġetti rilevanti lejn id-destinazzjonijiet rilevanti. Fejn neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jagħtu gwida lill-esportaturi f'dik li hi l-applikazzjoni ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jintroduċu awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali għall-esportazzjonijiet b'riskju baxx meta jidhrilhom li huwa neċessarju. Jenħtieġ li tiġi introdotta wkoll awtorizzazzjoni għal proġetti kbar biex il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' liċenzji jiġu adattati għall-ħtiġijiet partikolari tal-industrija. |
|
(20) |
B'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida u/jew rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattiki bħala appoġġ għall-applikazzjoni prattika tal-kontrolli. Hija u tipprepara l-linji gwida u/jew ir-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti debitament kas il-bżonnijiet ta' informazzjoni tal-SMEs. |
|
(21) |
Il-listi komuni tal-oġġetti b'użu doppju, id-destinazzjonijiet u l-linji gwida huma elementi essenzjali għal reġim effikaċi ta' kontroll tal-esportazzjonijiet. |
|
(22) |
L-Istati Membri li jistabbilixxu listi ta' kontroll nazzjonali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'tali listi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjonijiet kollha ta' rifjut ta' awtorizzazzjoni għal esportazzjoni li għalihom hija rikjesta awtorizzazzjoni abbażi tal-lista ta' kontroll nazzjonali. |
|
(23) |
Sabiex ikun hemm rispons rapidu mill-Unjoni għal ċirkostanzi li qed jinbidlu fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sensittività tal-esportazzjonijiet fl-ambitu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni kif ukoll tal-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I, II u IV ta' dan ir-Regolament. Id-deċiżjonijiet relatati mal-aġġornament tal-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju suġġetti għall-kontrolli tal-esportazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I jenħtieġ li jkunu konformi mal-obbligi u mal-impenji li l-Istati Membri jew l-Unjoni aċċettaw bħala membri tal-ftehimiet internazzjonali ta' nonproliferazzjoni u bħala membri tar-reġimi multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet rilevanti, jew b'segwitu għar-ratifika ta' trattati internazzjonali rilevanti. Fejn l-emendar tal-Anness I jikkonċerna oġġetti b'użu doppju li huma wkoll elenkati fl-Anness II jew IV, dawk l-Annessi għandhom jiġu emendati skont il-ħtieġa. Id-deċiżjonijiet relatati mal-aġġornament tal-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju suġġetti għall-kontrolli tal-esportazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV jenħtieġ li jittieħdu fid-dawl tal-interessi fil-materja tal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika tal-Istati Membri skont l-Artikolu 36 TFUE. Id-deċiżjonijiet relatati mal-aġġornament tal-listi komuni ta' oġġetti u destinazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet A sa H tal-Anness II jenħtieġ li jittieħdu fid-dawl tal-kriterji ta' valutazzjoni ddefiniti f'dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (5). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika l-aġġornamenti tal-Anness I permezz tal-atti delegati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. |
|
(25) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika u żżomm aġġornata kumpilazzjoni ta' listi ta' kontroll nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. |
|
(26) |
Id-dispożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet nazzjonali relatati mal-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju jenħtieġ li jittieħdu fil-qafas tal-politika kummerċjali komuni, u b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tal-kontrolli fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li tkun żgurata permezz ta' skambji adegwati ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar id-dispożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet nazzjonali. |
|
(27) |
L-eżistenza ta' sistema komuni ta' kontroll hija prerekwiżit biex jiġi stabbilit il-moviment liberu tal-oġġetti b'użu doppju fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
(28) |
Skont u fil-limiti tal-Artikolu 36 TFUE u f'konformità mal-obbligi internazzjonali meħuda, l-Istati Membri jżommu d-dritt li jwettqu kontrolli fuq it-trasferimenti ta' ċerti oġġetti b'użu doppju fit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex ikunu salvagwardjati l-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika. Il-lista ta' oġġetti suġġetti għal kontrolli fuq it-trasferimenti fl-Unjoni stabbiliti fl-Anness IV jenħtieġ li tkun rieżaminata kull tant żmien b'kont meħud tal-evoluzzjoni ulterjuri tal-obbligi internazzjonali sottostanti, kif ukoll tal-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sensittività tat-trasferimenti. Id-deċiżjonijiet għall-aġġornament tal-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju soġġetti għal kontrolli ta' esportazzjoni stabbilita fl-Anness IV għandhom isiru b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 36 TFUE, jiġifieri l-interessi fil-materja tal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika tal-Istati Membri. |
|
(29) |
Fit-22 ta' Settembru 1998 l-Istati Membri u l-Kummissjoni ffirmaw Protokolli addizzjonali għall-ftehimiet dwar is-salvagwardji rispettivi bejn l-Istati Membri, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, li, fost miżuri oħra, jobbligaw lill-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' tagħmir u materjal mhux nukleari speċifikati. Il-kontrolli fuq it-trasferimenti fl-Unjoni jenħtieġ li jippermettu li l-Unjoni u l-Istati Membri jaqdu l-obbligi tagħhom skont dawk il-ftehimiet. |
|
(30) |
Biex tintlaħaq applikazzjoni uniformi u konsistenti tal-kontrolli mal-Unjoni kollha, huwa opportun li jitwessa' l-ambitu tal-konsultazzjoni u tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u li jiġu introdotti għodod biex isostnu l-iżvilupp ta' network komuni għall-kontroll tal-esportazzjoni fl-Unjoni kollha, bħal proċeduri elettroniċi ta' ħruġ ta' liċenzji, gruppi esperti tekniċi u t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' koordinament tal-eżekuzzjoni. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-esportaturi, is-sensara, il-fornituri ta' assistenza teknika u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra kkonċernati minn dan ir-Regolament, fosthom l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jiġu kkonsultati, meta jkun xieraq, mill-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju u mill-gruppi esperti tekniċi. |
|
(31) |
Filwaqt li l-awtoritajiet doganali jaqsmu ċerta informazzjoni mal-awtoritajiet doganali l-oħra billi jużaw is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju skont ir-regoli doganali tal-Unjoni huwa opportun ukoll li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet doganali u dawk inkarigati mill-ħruġ ta' liċenzji. |
|
(32) |
Huwa opportun li jiġi ċċarat li l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, sal-punt li fih jirrigwardaw id-data personali, jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data konformement mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (7) u (UE) 2018/1725 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(33) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'konformità, b'mod partikolari, mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (9) u (UE, Euratom) 2015/444 (10) u l-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea (11). Dan jinkludi, b'mod partikolari, l-obbligu li ma jkunx hemm tnaqqis fil-grad jew id-deklassifikazzjoni ta' informazzjoni klassifikata mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur. Kwalunkwe informazzjoni sensittiva li mhijiex klassifikata jew informazzjoni li tingħata fuq bażi kunfidenzjali jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala tali mill-awtoritajiet. |
|
(34) |
Komunikazzjoni mas-settur privat, b'mod partikolari l-SMEs, u t-trasparenza huma elementi essenzjali għal reġim effikaċi ta' kontroll tal-esportazzjonijiet. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun previst l-iżvilupp kontinwu ta' linji gwida, meta neċessarju, bħala sostenn għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli. |
|
(35) |
Ir-rapport annwali tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli jenħtieġ li jkun fih l-informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta' liċenzji u l-eżekuzzjoni tal-kontrolli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, b'rispett dovut tal-bżonn li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta' ċerta data, b'mod partikolari meta l-pubblikazzjoni tad-data relatata mal-ħruġ ta' liċenzji taf tolqot il-kwistjonijiet ta' sigurtà nazzjonali mqajma mill-Istati Membri jew tikkomprometti l-kunfidenzjalità kummerċjali u tippermetti lill-fornituri mhux tal-Unjoni jevitaw deċiżjonijiet restrittivi meħuda mill-Istati Membri relatati mal-ħruġ ta' liċenzji. |
|
(36) |
Sabiex ikun żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat kif suppost, kull Stat Membru jenħtieġ li jieħu miżuri li jagħtu setgħat adegwati lill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(37) |
F'konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar l-AQM, kull Stat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi pieni effikaċi, proporzjonati u dissważivi applikabbli fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Huwa wkoll xieraq li jiġu introdotti dispożizzjonijiet biex jagħtu appoġġ effikaċi lill-eżekuzzjoni tal-kontrolli, fost oħrajn, permezz ta' mekkaniżmu ta' koordinament tal-eżekuzzjoni. |
|
(38) |
Il-Kodiċi Doganali tal-Komunità jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, dispożizzjonijiet relatati mal-esportazzjoni u mal-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija. Dan ir-Regolament ma jagħmel l-ebda restrizzjoni lis-setgħat attribwiti u li ġejjin mill-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u mid-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu. |
|
(39) |
Il-kontrolli tal-esportazzjonijiet jikkontribwixxu għas-sigurtà internazzjonali u jħallu impatt fuq il-kummerċ mal-pajjiżi terzi. Huwa xieraq li jiġu żviluppati djalogu u kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi bħala sostenn għal kundizzjonijiet globali ekwi u biex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jsaħħu l-kontribut tagħhom fl-attivitajiet tar-reġimi multilaterali ta' kontroll tal-esportazzjonijiet. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jsostnu dawn ir-reġimi biex jiżviluppaw kontrolli tal-esportazzjonijiet sodi bħala bażi u mudell globali għall-aħjar prattiki fil-livell internazzjonali, u strument importanti biex ikunu żgurati l-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Jenħtieġ li l-kontributi jingħataw meta jiġi identifikat riskju ġdid mill-Istati Membri kollha fil-qasam tal-oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika biex jiġu żgurati kundizzjonijiet multilaterali ekwi. |
|
(40) |
Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 li tissupplimenta d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li tistabbilixxi regoli speċifiċi għall-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti għas-Servizz Pubbliku Regolat (PRS) skont il-Programm Galileo. |
|
(41) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, b'mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
"oġġetti b'użu doppju" tfisser oġġetti, inklużi s-software u t-teknoloġija, li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll dawk militari, u tinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għad-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta' armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-mezz ta' twassil tagħhom, inkluża l-merkanzija kollha li tista' tintuża kemm għal użu mhux splussiv kif ukoll għal assistenza fi kwalunkwe mod fil-manifattura ta' armi nukleari jew apparat splussiv nukleari oħrajn; |
|
(2) |
"esportazzjoni" tfisser:
|
|
(3) |
"esportatur" tfisser:
|
|
(4) |
"dikjarazzjoni ta' esportazzjoni" tfisser l-att li permezz tiegħu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija tindika, fil-forma u l-manjiera preskritti, ix-xewqa li tqiegħed l-oġġetti b'użu doppju speċifikati fil-punt (1) taħt proċedura ta' esportazzjoni; |
|
(5) |
"dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid" tfisser l-att skont it-tifsira tal-Artikolu 5(13) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; |
|
(6) |
"dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ" tfisser l-att skont it-tifsira tal-Artikolu 5(10) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; |
|
(7) |
"servizzi ta' senserija" tfisser:
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-forniment uniku ta’ servizzi anċillari huwa eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigrazzjoni, jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali; |
|
(8) |
"sensar" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija li tforni servizzi ta' senserija mit-territorju doganali tal-Unjoni fit-territorju ta' pajjiż terz; |
|
(9) |
"assistenza teknika" tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta' tagħrif jew ħiliet prattiċi jew servizzi ta' konsulenza, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi kif ukoll bit-telefon jew bi kwalunkwe forma verbali ta' assistenza oħra; |
|
(10) |
"fornitur ta' assistenza teknika" tfisser:
|
|
(11) |
"transitu" tfisser it-trasport ta' oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni li jidħlu jew jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni b'destinazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Unjoni meta tali oġġetti:
|
|
(12) |
"awtorizzazzjoni individwali ta' esportazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed għal utent finali jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u li tkopri oġġett b'użu doppju wieħed jew aktar; |
|
(13) |
"awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed rigward tip jew kategorija ta' oġġetti b'użu doppju li tista' tkun valida għal esportazzjonijiet lejn utent finali speċifikat wieħed jew aktar u/jew f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar; |
|
(14) |
"awtorizzazzjoni ta' proġett kbir" tfisser awtorizzazzjoni individwali ta' esportazzjoni jew awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed rigward tip jew kategorija ta' oġġetti b'użu doppju li tista' tkun valida għal esportazzjonijiet lejn utent finali speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar għal finijiet ta' proġett fuq skala kbira speċifiku; |
|
(15) |
"awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni" tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn ċerti pajjiżi ta' destinazzjoni disponibbli għall-esportaturi kollha li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti elenkati fit-Taqsimiet A sa H tal-Anness II; |
|
(16) |
"awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali" tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni definita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 12(6) u t-Taqsima C tal-Anness III; |
|
(17) |
"territorju doganali tal-Unjoni" tfisser it-territorju doganali fit-tifsira tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; |
|
(18) |
"oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni" tfisser oġġetti li għandhom l-istatus ta' merkanzija mhux tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 5(24) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; |
|
(19) |
"embargo fuq l-armi" tfisser embargo fuq l-armi impost minn deċiżjoni jew minn pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew minn deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) jew embargo fuq l-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonalitajiet Uniti; |
|
(20) |
"oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika" tfisser oġġetti b'użu doppju ddisinjati speċifikament biex jippermettu s-sorveljanza bil-moħbi ta' persuni fiżiċi permezz ta' monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi ta' data minn sistemi ta' informazzjoni u telekomunikazzjonijiet; |
|
(21) |
"programm intern ta' konformità" jew "ICP" tfisser politiki u proċeduri effikaċi, adegwati u proporzjonati li jkunu għaddejjin adottati mill-esportaturi biex jiffaċilita l-konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-objettivi ta' dan ir-Regolament kif ukoll mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet implimentati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, inklużi, fost affarijiet oħra, miżuri ta' diliġenza dovuta li jivvalutaw ir-riskji relatati mal-esportazzjoni tal-oġġetti lejn l-utenti finali u l-użi finali; |
|
(22) |
"tranżazzjoni essenzjalment identika" tfisser tranżazzjoni li tikkonċerna oġġetti b'parametri jew b'karatteristiċi tekniċi essenzjalment identiċi u li jinvolvu l-istess utent finali jew destinatarju bħal tranżazzjoni oħra. |
KAPITOLU II
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Artikolu 3
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I.
2. Skont l-Artikoli 4, 5, 9 jew 10, tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I.
Artikolu 4
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur kien informat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment:
|
(a) |
għal użu relatat mal-iżvilupp, il-produzzjoni, il-maniġġ, it-tħaddim, il-manutenzjoni, il-ħżin, ir-rilevament, l-identifikazzjoni jew id-disseminazzjoni ta' armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni jew il-ħżin ta' missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn; |
|
(b) |
għal użu finali militari jekk il-pajjiż xerrej jew il-pajjiż ta' destinazzjoni jkun suġġett għal embargo fuq l-armi.; għall-finijiet ta' dan il-punt, 'użu finali militari' tfisser:
|
|
(c) |
għall-użu bħala partijiet jew komponenti ta' oġġetti militari elenkati fil-lista militari nazzjonali li kienu esportati mit-territorju ta' Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur ta' awtorizzazzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. |
2. Fejn esportatur huwa konxju li l-oġġetti b'użu doppju li huwa qed jipproponi li jesporta, li mhumiex elenkati fl-Anness I, huma intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-esportatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk l-esportazzjoni inkwistjoni għandhiex tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni.
3. Stat Membru jista' jadotta jew iżomm leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur għandu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4. Stat Membru li, f'konformità mal-paragrafu 1, 2 jew 3, jimponi l-obbligu ta' awtorizzazzjoni, għandu immedjatament jinforma lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tiegħu u jforni lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti dwar l-obbligu ta' awtorizzazzjoni inkwistjoni, b'mod partikolari rigward l-oġġetti u l-utenti finali kkonċernati, għajr jekk iqis li ma jkunx opportun li jsir hekk fid-dawl tan-natura tat-tranżazzjoni jew tas-sensittività tal-informazzjoni kkonċernata.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut tal-informazzjoni li jirċievu skont il-paragrafu 4 u għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali tagħhom u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom.
6. Bil-għan li jkun jista' jsir eżami taċ-ċaħdiet validi kollha min-naħa tal-Istati Membri, l-Artikolu 16(1), (2) u (5) sa (7) għandu japplika għall-każijiet li jikkonċernaw oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I.
7. L-iskambji kollha tal-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-protezzjoni tal-informazzjoni personali, tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew mal-informazzjoni protetta fil-qasam tad-difiża, il-politika barranija jew is-sigurtà nazzjonali. Tali skambji tal-informazzjoni għandhom isiru b'mezzi elettroniċi siguri, anki permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 23(6).
8. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jieħdu miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/479.
Artikolu 5
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur kien infurmat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal użu b'rabta mar-repressjoni interna u/jew biex jiġu kommessi vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali.
2. Fejn esportatur huwa konxju, skont is-sejbiet li jirriżultaw mill-proċedura ta' diliġenza dovuta li l-oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika li huwa qed jipproponi li jesporta, li mhumiex elenkati fl-Anness I, huma intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-esportatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk l-esportazzjoni inkwistjoni għandhiex tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-linji gwida għall-esportaturi, kif imsemmi fl-Artikolu 26(1).
3. Stat Membru jista' jadotta jew iżomm leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur għandu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4. Stat Membru li, f'konformità mal-paragrafu 1, 2 jew 3, jimponi l-obbligu ta' awtorizzazzjoni, għandu immedjatament jinforma lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tiegħu u għandu jforni lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti dwar l-obbligu ta' awtorizzazzjoni inkwistjoni, b'mod partikolari rigward l-oġġetti u l-entitajiet ikkonċernati, għajr jekk iqis li ma jkunx opportun li jsir hekk fid-dawl tan-natura tat-tranżazzjoni jew tas-sensittività tal-informazzjoni kkonċernata.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut tal-informazzjoni li jirċievu skont il-paragrafu 4 u għandhom janalizzawha fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum ta' xogħol. Għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom. F'każijiet eċċezzjonali, kwalunkwe Stat Membru jista' jitlob il-proroga tal-perjodu ta' 30 jum. Madankollu, il-proroga ma tistax taqbeż it-30 jum ta' xogħol.
6. Fejn l-Istati Membri kollha jinnotifikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni li obbligu ta' awtorizzazzjoni għandu jiġi impost għal tranżazzjonijiet essenzjalment identiċi, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni rigward l-oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika u, meta jkun opportun, id-destinazzjonijiet suġġetti għall-obbligu ta' awtorizzazzjoni kif notifikat mill-Istati Membri għal tali skop.
7. L-Istati Membri għandhom, tal-anqas darba fis-sena, janalizzaw l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 6, abbażi tal-informazzjoni rilevanti u l-analiżijiet fornuti mill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri kollha jinnotifikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni li l-pubblikazzjoni tal-obbligu ta' awtorizzazzjoni għandu jiġi emendat jew imġedded, il-Kummissjoni għandha fil-pront timmodifika jew iġġedded f'dan is-sens l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 6 fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. Bil-għan li jkun jista' jsir eżami taċ-ċaħdiet validi kollha min-naħa tal-Istati Membri, l-Artikolu 16(1), (2) u (5) sa (7) għandu japplika għall-każijiet li jikkonċernaw oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika mhux elenkati fl-Anness I.
9. L-iskambji kollha tal-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-protezzjoni tal-informazzjoni personali, tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew mal-informazzjoni protetta fil-qasam tad-difiża, il-politika estera jew is-sigurtà nazzjonali. Tali skambji tal-informazzjoni għandhom isiru b'mezzi elettroniċi siguri, anki permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 23(6).
10. L-Istati Membri għandhom iqisu li jsostnu l-inklużjoni tal-oġġetti ppubblikati skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu fir-reġimi internazzjonali adegwati ta' nonproliferazzjoni jew fl-arranġamenti fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet bil-għan biex jiġu estiżi l-kontrolli. Il-Kummissjoni għandha tforni analiżijiet tad-data rilevanti miġbura skont l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 26(2).
11. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jieħdu miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/479.
Artikolu 6
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-forniment ta' servizzi ta' senserija ta' oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I jekk is-sensar kien informat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1).
2. Fejn sensar jipproponi li jforni servizzi ta' senserija ta’ oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I u jaf li dawk l-oġġetti huma intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), is-sensar għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk is-servizzi ta' senserija inkwistjoni għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni.
3. Stat Membru jista' jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għall-oġġetti b'użu doppju mhux elenkati.
4. Stat Membru jista' jadotta jew iżomm leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi awtorizzazzjoni għall-forniment ta' servizzi ta' senserija ta' oġġetti b'użu doppju jekk is-sensar għandu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1).
5. L-Artikolu 9(2), (3) u (4) għandhom japplikaw għall-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 7
1. It-transitu ta' oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni elenkati fl-Anness I jista' jkun ipprojbit fi kwalunkwe mument mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-oġġetti jekk l-oġġetti jkunu jew jistgħu jkunu intenzjonati fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
2. Qabel tiddeċiedi jekk tipprojbix jew le t-transitu, l-awtorità kompetenti tista' f'każijiet individwali, timponi rekwiżit għal awtorizzazzjoni għat-transitu speċifiku ta' oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1). Jekk it-transitu jsir mit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru kkonċernat għandha tkun tista' tipprojbixxi tali transitu mit-territorju tagħha.
L-awtorità kompetenti tista' timponi l-obbligu ta' awtorizzazzjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika jew is-sħubija li hija d-detentur tal-kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u għandha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġetti jintbagħtux billi jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni.
Jekk il-persuna fiżika jew ġuridika jew is-sħubija mhijiex residenti jew stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tista' timponi l-obbligu ta' awtorizzazzjoni:
|
(a) |
lid-dikjarant skont it-tifsira tal-Artikolu 5(15) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
lit-trasportatur skont it-tifsira tal-Artikolu 5(40) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; jew |
|
(c) |
lill-persuna fiżika li twassal l-oġġetti b'użu doppju fi transitu meta dawn l-oġġetti b'użu doppju jkunu jinsabu fil-bagalji personali ta' dik il-persuna. |
3. Stat Membru jista' jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għall-oġġetti b'użu doppju mhux elenkati.
4. L-Artikolu 9(2), (3) u (4) għandu japplika għall-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 8
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-forniment ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I jekk il-fornitur ta' assistenza teknika kien infurmat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1).
2. Fejn fornitur ta' assistenza teknika jipproponi li jforni assistenza teknika għal oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I u jaf li dawk l-oġġetti huma intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-fornitur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk l-assistenza teknika inkwistjoni għandhiex tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk l-assistenza teknika:
|
(a) |
hija fornuta fi ħdan jew fuq it-territorju ta' pajjiż elenkat fil-Parti 2 tat-Taqsima A tal-Anness II, jew lejn resident ta' pajjiż elenkat fil-Parti 2 tat-Taqsima A tal-Anness II; |
|
(b) |
tieħu l-forma ta' trasferiment ta' informazzjoni li tinsab l-isfera pubblika jew tikkostitwixxi riċerka xjentifika bażika fi ħdan it-tifsira tan-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija jew tan-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari stabbiliti fl-Anness I; |
|
(c) |
hija fornuta mill-awtoritajiet jew mill-aġenziji ta' Stat Membru fil-kuntest tal-kompiti uffiċjali tagħhom; |
|
(d) |
hija fornuta għall-forzi armati ta' Stat Membru abbażi tal-kompiti assenjati lilhom; |
|
(e) |
hija fornuta għal skop iċċitat fl-eċċezzjonijiet għall-oġġetti tas-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR) fl-Anness IV; jew |
|
(f) |
tikkostitwixxi l-minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta' tali oġġetti li għalihom tkun inħarġet awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. |
4. Stat Membru jista' jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għall-oġġetti b'użu doppju mhux elenkati.
5. Stat Membru jista' jadotta jew iżomm leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi awtorizzazzjoni għall-forniment ta' assistenza teknika jekk fornitur ta' assistenza teknika li jipproponi li jforni assistenza teknika għal oġġetti b'użu doppju għandu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1).
6. L-Artikolu 9(2), (3) u (4) għandu japplika għall-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 9
1. Għal raġunjiet ta' sigurtà pubblika, inkluża l-prevenzjoni ta' atti terroristiċi, jew ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem, Stat Membru jista' jipprojbixxi l-esportazzjoni jew jimponi rekwiżit għall-awtorizzazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien u jindikaw ir-raġunijiet preċiżi għal din il-miżura. Jekk il-miżura tirrigwarda l-ħolqien ta' lista ta' kontroll nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar id-deskrizzjoni tal-oġġetti kkontrollati.
3. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kwalunkwe modifika tal-miżuri adottati skont il-paragrafu 1, inkluża kwalunkwe modifika fil-listi tagħhom ta' kontroll nazzjonali.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-miżuri nnotifikati lilha skont il-paragrafi 2 u 3 fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tippubblika separatament, mingħajr dewmien u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, kumpilazzjoni ta' listi ta' kontroll nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha, wara n-notifika min-naħa ta' Stat Membru ta' kwalunkwe emenda fil-lista ta' kontroll nazzjonali tiegħu, tippubblika mingħajr dewmien u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni aġġornament tal-kumpilazzjoni ta' listi ta' kontroll nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri.
Artikolu 10
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk Stat Membru ieħor jimponi rekwiżit għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti abbażi ta' lista ta' kontroll nazzjonali tal-oġġetti adottata minn tali Stat Membru skont l-Artikolu 9 u ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(4), jekk l-esportatur kien infurmat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal użu li jqajjem tħassib rigward is-sigurtà pubblika, inkluża l-prevenzjoni ta' atti terroristiċi, jew ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem.
2. Stat Membru li jirrifjuta awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'tali deċiżjoni.
3. Stat Membru li, f'konformità mal-paragrafi 1 ta' dan l-Artikolu, jimponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġett b'użu doppju mhux elenkat fl-Anness I, għandu jinforma, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tiegħu dwar ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni u, meta jkun opportun, iforni lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti, partikolarment dik li tirrigwarda l-oġġetti u l-utenti finali kkonċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jieħdu kont dovut ta' tali informazzjoni u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom.
Artikolu 11
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għal trasferimenti intra-Unjoni ta' oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness IV. L-oġġetti b'użu doppju elenkati fil-Parti 2 tal-Anness IV ma għandhomx ikunu koperti minn awtorizzazzjoni ġenerali.
2. Stat Membru jista' jimponi obbligu ta' awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju oħrajn mit-territorju tiegħu għal Stat Membru ieħor f'każijiet li fihom fil-mument tat-trasferiment:
|
(a) |
l-operatur jew l-awtorità kompetenti jaf/taf li d-destinazzjoni finali tal-oġġetti kkonċernati hija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(b) |
l-esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti għad-destinazzjoni finali hija suġġetta għal obbligu ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 3, 4, 5, 9 jew 10 fl-Istat Membru li minnu l-oġġetti għandhom ikunu trasferiti, u esportazzjoni bħal din direttament mit-territorju tiegħu mhijiex awtorizzata minn awtorizzazzjoni ġenerali jew globali; u |
|
(c) |
ma għandhom jitwettqu l-ebda pproċessar jew xogħol kif definit fl-Artikolu 60(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fuq l-oġġetti fl-Istat Membru li għandhom ikunu trasferiti lejh. |
3. L-awtorizzazzjoni għal trasferiment imsemmija fil-paragrafi 1 u2 għandha tapplika għall-Istat Membru li minnu l-oġġetti b'użu doppju għandhom jiġu trasferiti.
4. F'każijiet meta l-esportazzjoni sussegwenti tal-oġġetti b'użu doppju diġà kienet aċċettata fil-proċeduri ta' konsultazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 mill-Istat Membru li minnu l-oġġetti għandhom ikunu trasferiti, l-awtorizzazzjoni għal trasferiment għandha tinħareġ lill-operatur immedjatament, sakemm iċ-ċirkostanzi ma nbidlux sostanzjalment.
5. Stat Membru li jadotta leġiżlazzjoni li timponi obbligu kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ħa mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6. L-applikazzjoni tal-miżuri skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jinvolvu l-applikazzjoni ta' kontrolli fil-fruntieri interni fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni, imma biss kontrolli mwettqin bħala parti mill-proċeduri normali ta' kontroll applikati b'mod mhux diskriminatorju fit-territorju doganali tal-Unjoni.
7. L-applikazzjoni tal-miżuri skont il-paragrafi 1 u 2 fl-ebda każ ma għandha tirriżulta fi trasferimenti minn Stat Membru għal ieħor li tkun suġġetta għal kundizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk imposti għall-esportazzjonijiet tal-istess oġġetti lejn pajjiżi terzi.
8. Stat Membru jista', permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali, jeħtieġ li, għal kwalunkwe trasferiment intra-Unjoni minn dak l-Istat Membru ta' oġġetti elenkati fl-Anness I, Kategorija 5, Parti 2, li mhumiex elenkati fl-Anness IV, informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna dawk l-oġġetti għandha tkun fornuta lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.
9. Id-dokumenti kummerċjali rilevanti relatati mat-trasferimenti intra-Unjoni tal-oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I għandhom jindikaw b'mod ċar li dawk l-oġġetti huma suġġetti għal kontrolli jekk esportati mit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali dokumenti jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ, konferma ta' ordni, fattura jew nota ta' konsenja.
KAPITOLU III
AWTORIZZAZZJONI TA' ESPORTAZZJONI U AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZI TA' SENSERIJA U ASSISTENZA TEKNIKA
Artikolu 12
1. It-tipi ta' awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni li ġejjin jistgħu jinħarġu jew huma stabbiliti skont dan ir-Regolament:
|
(a) |
awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni; |
|
(b) |
awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni; |
|
(c) |
awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali; |
|
(d) |
awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet ta' ċerti oġġetti lejn ċerti destinazzjonijiet f'ċirkostanzi u rekwiżiti speċifiċi għall-użu kif stabbiliti fit-Taqsima A sa H tal-Anness II. |
L-awtorizzazzjonijiet maħruġa jew stabbiliti skont dan ir-Regolament għandhom ikunu validi fit-territorju doganali tal-Unjoni kollu.
2. L-awtorizzazzjonijiet individwali u globali ta' esportazzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-esportatur huwa residenti jew stabbilit.
Mingħajr preġudizzju għall-punt (3) tal-Artikolu 2, meta l-esportatur mhuwiex residenti jew stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni għandhom jingħataw fl-ambitu ta' dan ir-Regolament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu l-oġġetti b'użu doppju.
L-awtorizzazzjonijiet individwali u globali kollha ta' esportazzjoni għandhom jinħarġu, meta jkun possibbli, b'mezzi elettroniċi fuq formoli li fihom tal-inqas l-elementi kollha tal-mudelli stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness III u fl-ordni prevista f'tali mudelli.
3. L-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni għandhom ikunu validi sa sentejn, għajr jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi mod ieħor.
L-awtorizzazzjonijiet ta' proġett kbir għandhom ikunu validi għal żmien li jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti, iżda mhux itwal minn erba' snin, għajr f'ċirkostanzi debitament ġustifikati skont iż-żmien kemm idum il-proġett.
4. L-esportaturi għandhom ifornu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjoni individwali u globali ta' esportazzjoni sabiex tingħata informazzjoni kompleta b'mod partikolari dwar l-utent finali, il-pajjiż ta' destinazzjoni u l-użu finali tal-oġġett esportat.
L-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal dikjarazzjoni ta' użu finali. L-awtorità kompetenti tista' teżenta ċerti applikazzjonijiet mill-obbligu li jfornu dikjarazzjoni ta' użu finali. L-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni jistgħu jkunu suġġetti, jekk opportun, għal dikjarazzjoni ta' użu finali.
L-esportaturi li jużaw awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni għandhom jimplimentaw ICP għajr jekk l-awtorità kompetenti tqisu mhux neċessarju minħabba informazzjoni oħra li tkun ħadet kont tagħha hija u tipproċessa l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni ppreżentata mill-esportatur.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti ta' rapportar u tal-ICPs relatati mal-użu tal-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni.
Fuq talba tal-esportaturi, l-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni li jinkludu limitazzjonijiet kwantitattivi għandhom jinqasmu f'partijiet.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali sa terminu li għandu jiġi determinat mil-leġiżlazzjoni jew mill-prassi nazzjonali.
6. L-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali:
|
(a) |
għandhom jeskludu mill-ambitu tagħhom oġġetti elenkati fit-Taqsima I tal-Anness II; |
|
(b) |
għandhom jiġu definiti mil-liġi jew mill-prassi nazzjonali; jistgħu jintużaw mill-esportaturi kollha, residenti jew stabbiliti fi Stat Membru li joħroġ dawk l-awtorizzazzjonijiet, jekk jissodisfaw l-obbligi mniżżlin f'dan ir-Regolament u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali komplementari; jinħarġu skont l-indikazzjonijiet imniżżlin fil-Taqsima C tal-Anness III; |
|
(c) |
ma għandhomx jintużaw jekk l-esportatur kien infurmat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti b'użu doppju inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), jew jekk l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti huma intenzjonati għal tali użi. |
L-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali jistgħu japplikaw ukoll għal oġġetti u destinazzjonijiet elenkati fit-Taqsimiet A sa H tal-Anness II.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali maħruġa jew modifikata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn in-notifiki fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-esportatur huwa residenti jew stabbilit tista' tipprojbixxi l-esportatur milli juża awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni jekk ikun hemm suspett raġonevoli dwar il-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma' tali awtorizzazzjoni jew ma' dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esportaturi li ġew ipprojbiti milli jużaw awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-esportatur mhux se jipprova jesporta oġġetti b'użu doppju minn Stat Membru ieħor. L-iskambju tal-informazzjoni għandha ssir permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 23(6).
Artikolu 13
1. L-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta' servizzi ta' senserija u għall-assistenza teknika fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa residenti jew stabbilit is-sensar jew il-fornitur tal-assistenza teknika. Fejn s-sensar jew il-fornitur tal-assistenza teknika ma jkunx residenti jew stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta' servizzi ta' senserija jew għall-assistenza teknika fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru minn fejn ikunu se jingħataw is-servizzi ta' senserija u l-assistenza teknika.
2. L-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta' servizzi ta' senserija għandhom jingħataw għal kwantità stabbilita ta' oġġetti speċifiċi u għandhom jidentifikaw b'mod ċar il-lok tal-oġġetti fil-pajjiż terz ta' oriġini, l-utent finali u l-lok eżatt tal-utent finali.
L-awtorizzazzjonijiet għall-assistenza teknika għandhom jidentifikaw b'mod ċar l-utent finali u l-lok eżatt tal-utent finali.
L-awtorizzazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi fit-territorju doganali tal-Unjoni kollu.
3. Is-sensara u l-fornituri tal-assistenza teknika għandhom ifornu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom ta' awtorizzazzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dettalji tal-lok fejn jinsabu l-oġġetti b'użu doppju, deskrizzjoni ċara tal-oġġetti u l-kwantità involuta, il-partijiet terzi involuti fit-tranżazzjoni, il-pajjiż ta' destinazzjoni, l-utent finali f'dak il-pajjiż u l-lok eżatt tiegħu.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta' servizzi ta' senserija u għall-assistenza teknika sa terminu ta' żmien li għandu jiġi determinat mil-leġiżlazzjoni jew mill-prassi nazzjonali.
5. L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-forniment ta' servizzi ta' senserija u għall-assistenza teknika għandhom jinħarġu, meta jkun possibbli, b'mezzi elettroniċi fuq formoli li fihom tal-inqas l-elementi kollha tal-mudelli stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness III u fl-ordni prevista f'tali mudelli.
Artikolu 14
1. Jekk l-oġġetti b'użu doppju li għalihom saret applikazzjoni għal awtorizzazzjoni individwali ta' esportazzjoni lejn destinazzjoni mhux elenkata fil-Parti 2 tat-Taqsima A tal-Anness II jew lejn kwalunkwe destinazzjoni fil-każ ta' oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness IV huma jew ser ikunu lokalizzati fi Stat Membru wieħed jew aktar barra minn dak li fih saret l-applikazzjoni, din iċ-ċirkostanza għandha tkun indikata fl-applikazzjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li saritilha l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha immedjatament tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri inkwistjoni u tforni l-informazzjoni rilevanti. Dik il-konsultazzjoni tista' ssir permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 23(6). L-Istati Membri kkonsultati għandhom jgħarrfu fi żmien 10 ijiem ta' xogħol bi kwalunkwe oġġezzjoni li jistgħu jkollhom għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħal din, li għandha torbot lill-Istat Membru li fiha saret l-applikazzjoni.
Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni fi żmien 10 ijiem ta' xogħol, jitqies li l-Istati Membri kkonsultati ma kellhomx oġġezzjoni.
F'każijiet eċċezzjonali, kwalunkwe Stat Membru kkonsultat jista' jitlob il-proroga tal-perjodu ta' 10 ijiem. Madankollu, il-proroga ma tistax taqbeż it-30 jum ta' xogħol.
2. Jekk esportazzjoni tista' tippreġudika l-interessi essenzjali tiegħu f'dik li hi sigurtà, Stat Membru jista' jitlob lil Stat Membru ieħor ma jagħtix awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew, jekk tkun ingħatat tali awtorizzazzjoni, jitlob l-annullament, is-sospensjoni, il-modifika jew ir-revoka tagħha. L-Istat Membru li jirċievi talba bħal din għandu immedjatament jidħol f'konsultazzjonijiet ta' natura mhux vinkolanti mal-Istat Membru rikjedenti, li għandhom jintemmu fi żmien 10 ijiem ta' xogħol. Fil-każ li l-Istat Membru li rċieva t-talba jiddeċiedi li jagħti l-awtorizzazzjoni, dan għandu jkun notifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-użu tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 23(6).
Artikolu 15
1. F'deċiżjoni ta' jekk għandhiex tingħata jew le awtorizzazzjoni jew jekk jiġix ipprojbit transitu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet, rilevanti kollha fosthom:
|
(a) |
l-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-obbligi u l-impenji li kull wieħed minnhom aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni u tal-arranġamenti fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet rilevanti jew b'segwitu għar-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti; |
|
(b) |
l-obbligi tagħhom skont is-sanzjonijiet imposti minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottati mill-Kunsill jew minn deċiżjoni tal-OSKE jew minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
(c) |
kunsiderazzjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà nazzjonali, inkluż dawk koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK; |
|
(d) |
kunsiderazzjonijiet dwar l-użu finali intenzjonat u r-riskju ta' devjazzjoni. |
2. Barra mill-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta jkunu qed jivvalutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta' programm intern ta' konformità (ICP) min-naħa tal-esportatur.
Artikolu 16
1. L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri, li taġixxi skont dan ir-Regolament, tista' tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni u tista' tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni li diġà tat. Fejn l-awtorità kompetenti tirrifjuta, tannulla, tissospendi, tillimita sostanzjalment jew tirrevoka awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew meta ddeterminat li l-esportazzjoni intenzjonata mhijiex awtorizzata, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan u taqsam magħhom l-informazzjoni rilevanti. Fil-każ li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun issospendiet awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, il-valutazzjoni finali għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fl-aħħar tal-perjodu ta' sospensjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom janalizzaw iċ-ċaħdiet ta' awtorizzazzjonijiet notifikati fl-ambitu tal-paragrafu 1 fi żmien tliet snin min-notifika tagħhom u jirrevokawhom, jimmodifikawhom jew iġedduhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-riżultati tar-rieżami lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr. Iċ-ċaħdiet li ma jkunux revokati għandhom jibqgħu validi u għandhom jiġu rieżaminati kull tliet snin. Mat-tielet rieżami, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun meħtieġ jispjega r-raġunijiet għala żamm tali ċaħda.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet tagħhom li jipprojbixxu transitu ta' oġġetti b'użu doppju meħuda skont l-Artikolu 7 mingħajr dewmien. Dawn in-notifiki għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha inklużi l-klassifikazzjoni tal-oġġett, il-parametri tekniċi, il-pajjiż ta' destinazzjoni u l-utent finali tiegħu.
4. Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għal awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta' servizzi ta' senserija u għall-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 13.
5. Qabel ma l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tiddeċiedi jekk għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jew tipprojbixxi transitu skont dan ir-Regolament, għandha teżamina ċ-ċaħdiet jew id-deċiżjonijiet validi kollha biex ikun ipprojbit transitu ta' oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I meħuda skont dan ir-Regolament biex ikun aċċertat jekk awtorizzazzjoni jew transitu ġewx miċħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor għal tranżazzjoni essenzjalment identika. Hija mbagħad għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li ħarġu ċaħdiet jew deċiżjonijiet bħal dawn biex ikun ipprojbit it-transitu kif previst fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonsultati għandhom jgħarrfu, fi żmien 10 ijiem ta' xogħol, jekk iqisux it-tranżazzjoni inkwistjoni bħala tranżazzjoni essenzjalment identika. Jekk fi żmien 10 ijiem ta' xogħol ma tkun waslet l-ebda reazzjoni, jitqies li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonsultati ma jqisux it-tranżazzjoni inkwistjoni bħala tranżazzjoni essenzjalment identika.
Jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni għal finijiet ta' evalwazzjoni korretta tat-tranżazzjoni inkwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-proroga ta' tali perjodu ta' 10 ijiem. Madankollu, il-proroga ma tistax taqbeż it-30 jum ta' xogħol.
Jekk, wara konsultazzjoni bħal din, l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni jew tippermetti t-transitu, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, u tforni l-informazzjoni rilevanti kollha biex tispjega d-deċiżjoni.
6. In-notifiki kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom isiru b'mezzi elettroniċi sikuri, inkluża s-sistema msemmija fl-Artikolu 23(6).
7. L-informazzjoni kollha skambjata skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandha tkun f'konformità mal-Artikolu 23(5) rigward il-kunfidenzjalità tagħha.
KAPITOLU IV
MODIFIKA TAL-LISTI TA' OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU U TA' DESTINAZZJONIJIET
Artikolu 17
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex timmodifika l-listi ta' oġġetti b'użu doppju stabbiliti fl-Annessi I u IV, kif ġej:
|
(a) |
il-lista ta' oġġetti b'użu doppju mniżżla fl-Anness I għandha tkun modifikata f'konformità mal-obbligi u mal-impenji rilevanti, u kwalunkwe modifika tagħhom, li l-Istati Membri u, meta jkun applikabbli, l-Unjoni jkunu aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni u tal-arranġamenti fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet, jew b'segwitu għar-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti; |
|
(b) |
fejn il-modifika tal-Anness I tikkonċerna oġġetti b'użu doppju elenkati wkoll fl-Anness II jew IV, dawk l-Annessi għandhom jiġu modifikati konsegwentement. |
2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati konformement mal-Artikolu 18 sabiex timmodifika l-Anness II billi tneħħi oġġetti u żżid jew tneħħi destinazzjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju mwaqqaf skont l-Artikolu 24 u billi tqis l-obbligi u l-impenji fl-ambitu tar-reġimi ta' nonproliferazzjoni u tal-arranġamenti fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet rilevanti, bħal modifiki tal-listi ta' kontroll kif ukoll l-iżvilupp ġeopolitiċi rilevanti. Fejn raġunijiet imperattivi ta' urġenza jeħtieġu t-tneħħija ta' destinazzjonijiet partikolari mill-kamp ta' applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni, il-proċedura prevista fl-Artikolu 19 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
Artikolu 18
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jiddekorri mit-9 ta' Settembru 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi prorogata b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. L-effetti tad-deċiżjoni għandhom jiddekorru mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex tippreġudika l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 19
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(6). F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 20
Il-lista ta' oġġetti b'użu doppju stabbilita fl-Anness IV, li hu subsett tal-Anness I, għandha tiġi aġġornata b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 36 tat-TFUE, jiġifieri l-interessi fil-materja tal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika tal-Istati Membri.
KAPITOLU V
PROĊEDURI DOGANALI
Artikolu 21
1. Meta jikkompleta l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-immaniġġar tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, l-esportatur għandu jforni prova li kiseb kwalunkwe l-awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni meħtieġa.
2. L-esportatur jista' jintalab traduzzjoni tad-dokumenti ppreżentati bħala prova f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn hi ppreżentata d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni.
3. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe setgħat attribwiti u li ġejjin mill-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, Stat Membru jista' wkoll, għal perjodu li ma jeċċedix il-perjodi msemmija fil-paragrafu 4, jissospendi l-proċess ta' esportazzjoni mit-territorju tiegħu, jew, jekk meħtieġ, b'mod ieħor jipprevjeni l-oġġetti b'użu doppju li huma jew li mhumiex koperti minn awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni valida milli joħorġu mill-Unjoni permezz tat-territorju tiegħu, jekk għandu:
|
(a) |
raġunijiet biex jissuspetta li:
|
|
(b) |
informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-applikazzjoni potenzjali tal-miżuri mniżżlin fl-Artikolu 4(1). |
4. Fil-każijiet msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri msemmi f'dak il-paragrafu għandu jikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew li jista' jieħu azzjoni skont l-Artikolu 4(1) mingħajr dewmien biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tieħu azzjoni skont l-Artikolu 4(1) jew l-Artikolu 16(1). Jekk tali awtorità kompetenti tiddeċiedi li żżomm l-awtorizzazzjoni jew li ma tiħux azzjoni skont l-Artikolu 4(1), għandha tirrispondi fi żmien 10 ijiem ta' xogħol, li, fuq it-talba tagħha, jistgħu jkunu prorogati għal 30 jum ta' xogħol f'ċirkostanzi eċċezzjonali. F'każ bħal dan, jew jekk ebda risposta ma hi rċevuta fi żmien 10 ijiem jew 30 jum ta' xogħol, skont il-każ, l-oġġetti b'użu doppju għandhom ikunu rilaxxati immedjatament. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tat l-awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tiżviluppa gwida biex tappoġġa l-kooperazzjoni interaġenzjali bejn l-awtoritajiet doganali u dawk inkarigati mill-ħruġ ta' liċenzji.
Artikolu 22
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju jistgħu jkunu kkompletati biss f'uffiċċji doganali fdati bis-setgħa għal dak il-għan.
2. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-fakultà mniżżla fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-uffiċċji doganali debitament fdati bis-setgħa. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU VI
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA, IMPLIMENTAZZJONI U EŻEKUZZJONI
Artikolu 23
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw bla dewmien lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi adottati fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi:
|
(a) |
lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fdati bis-setgħa li:
|
|
(b) |
il-miżuri msemmija fl-Artikolu 25(1). |
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra u għandha tippubblika l-informazzjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ikunu stabbiliti kooperazzjoni diretta u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tar-reġim ta' kontroll tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni u tkun żgurata l-konsistenza tal-implimentazzjoni konsistenti u effikaċi tal-eżekuzzjoni tal-kontroll fit-territorju doganali tal-Unjoni kollu. L-iskambju tal-informazzjoni jista' jinkludi:
|
(a) |
data relatata mal-liċenzji rilevanti, fornuta għal kull awtorizzazzjoni maħruġa (pereżempju l-valur u t-tip ta' liċenzji u d-destinazzjonijiet relatati, l-għadd ta' utenti tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali); |
|
(b) |
informazzjoni addizzjonali li tirrigwarda l-applikazzjoni tal-kontrolli, inklużi l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 15(1), l-għadd ta' operaturi b'ICPs u, jekk disponibbli, id-data relatata mal-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju li saru fi Stati Membri oħra; |
|
(c) |
informazzjoni rigward l-analiżi li abbażi tagħha saru jew ġew ippjanati ż-żidiet fil-listi ta' kontroll nazzjonali skont l-Artikolu 9; |
|
(d) |
informazzjoni li tirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-kontrolli, inklużi l-awditjar ibbażat fuq ir-riskji, id-dettalji tal-esportaturi miċħuda mid-dritt li jużaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni, u, jekk disponibbli, l-għadd ta' każijiet ta' ksur, sekwestru u l-applikazzjoni ta' pieni oħrajn; |
|
(e) |
data dwar utenti finali sensittivi, atturi involuti f'attivitajiet ta' akkwist suspetti, u, jekk disponibbli, ir-rotot użati. |
3. L-iskambju tad-data relatata mal-liċenzji għandu jsir tal-anqas darba fis-sena skont il-linji gwida mfassla mill-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju stabbilit skont l-Artikolu 24 u b'kunsiderazzjoni dovuta tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-protezzjoni tal-informazzjoni personali, tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew mal-informazzjoni protetta fil-qasam tad-difiża, il-politika barranija jew is-sigurtà nazzjonali.
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw regolarment l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15 abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont dan ir-Regolament u l-analiżijiet ta' tali data. Il-parteċipanti kollha f'dawn l-iskambji għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tad-diskussjonijiet.
5. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (14), u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, għandhom japplikaw mutatis mutandis.
6. Sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju stabbilit skont l-Artikolu 24, biex tagħti appoġġ lill-kooperazzjoni diretta u lill-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, meta jkun il-każ, il-Kummissjoni. Is-sistema għandha, meta jkun fattibbli, tkun konnessa mill-Kummissjoni mas-sistemi elettroniċi għall-ħruġ ta' liċenzji tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sal-punt neċessarju għall-finijiet ta' aġevolazzjoni ta' din il-kooperazzjoni diretta u dan l-iskambju ta' informazzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat dwar il-baġit, l-iżvilupp u l-funzjonament tas-sistema.
7. L-ipproċessar tad-data personali għandhu jkun skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
Artikolu 24
1. Għandu jitwaqqaf Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għal dan il-Grupp. Għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tista' titqajjem mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.
2. Il-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju għandu, kull meta jqis li huwa meħtieġ, jikkonsulta l-esportaturi, is-sensara, il-fornituri ta' assistenza teknika u partijiet interessati rilevanti oħrajn ikkonċernati minn dan ir-Regolament.
3. Il-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju għandu, meta jkun opportun, iwaqqaf gruppi ta' esperti tekniċi magħmula minn esperti mill-Istati Membri sabiex jeżaminaw kwistjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-kontrolli, inklużi kwistjonijiet dwar l-aġġornament tal-listi ta' kontroll tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I. Il-gruppi ta' esperti tekniċi għandhom, meta jkun opportun, jikkonsultaw l-esportaturi, is-sensara, il-fornituri ta' assistenza teknika u partijiet interessanti rilevanti oħrajn ikkonċernati minn dan ir-Regolament.
4. Il-Kummissjoni għandha ssostni programm ta' żvilupp tal-kapaċitajiet tal-Unjoni relatat mal-ħruġ ta' liċenzji u mal-eżekuzzjoni, anki billi tiżviluppa, f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju, programmi ta' taħriġ komuni għall-uffiċjali tal-Istati Membri.
Artikolu 25
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xieraq biex jiżgura l-infurzar korrett ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, għandu jistabbilixxi l-pieni applikabbli f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew ta’ dawk adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinament tal-eżekuzzjoni biex isostni l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-eżekuzzjoni tal-Istati Membri (il-"Mekkaniżmu ta' Koordinament tal-Eżekuzzjoni"). Fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Koordinament tal-Eżekuzzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti, jekk disponibbli, inkluż dwar l-applikazzjoni, in-natura u l-effetti tal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1, dwar l-eżekuzzjoni tal-aħjar prattiki u l-esportazzjonijiet mhux awtorizzati ta' oġġetti b'użu doppju u/jew il-ksur ta' dan ir-Regolament u/jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.
Fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Koordinament tal-Eżekuzzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw ukoll l-informazzjoni relatata mal-aħjar prattiki tal-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni fir-rigward tal-awditjar ibbażat fuq ir-riskji, it-tiftix u l-prosekuzzjoni tal-esportazzjonijiet mhux awtorizzati ta' oġġetti b'użu doppju u/jew l-eventwali ksur ieħor ta' dan ir-Regolament u/jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.
L-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Koordinament tal-Eżekuzzjoni għandu jkun kunfidenzjali.
KAPITOLU VII
TRASPARENZA, KOMUNIKAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI
Artikolu 26
1. Il-Kummissjoni u l-Kunsill meta opportun, għandhom jagħmlu disponibbli linji gwida u/jew rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattiki għas-soġġetti msemmija f'dan ir-Regolament biex tkun żgurata l-effiċjenza tar-reġim ta' kontroll tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni u l-konsistenza tal-implimentazzjoni tiegħu. L-għoti ta' linji gwida u/jew rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattiki lill-esportaturi, lis-sensara u lill-fornituri ta' assistenza teknika għandu jkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li fihom huma residenti jew stabbiliti. F'dawk il-linji gwida u/jew ir-rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattika, b'mod partikolari għandhom jitqiesu l-bżonnijiet ta' informazzjoni tal-SMEs.
2. Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju, għandha tibgħat rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll dwar l-attivitajiet, l-analiżijiet u l-konsultazzjoni tal-Grupp ta' Koordinament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju. Tali rapport annwali għandu jkun pubbliku.
Ir-rapport annwali għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet, (b'mod partikolari l-għadd u l-valur skont it-tipi ta' oġġetti u skont id-destinazzjonijiet fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri) iċ-ċaħdiet u l-projbizzjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar l-amministrazzjoni (b'mod partikolari relatata mal-persunal, il-konformità u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, l-istrumenti speċifiċi fil-qasam tal-ħruġ ta' liċenzji u tal-klassifikazzjoni), u l-eżekuzzjoni tal-kontrolli (b'mod partikolari l-għadd ta' każijiet ta' ksur u ta' pieni).
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika, ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni speċifika dwar l-awtorizzazzjoni, b'mod partikolari dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet li waslu għal kull oġġett, l-Istat Membru li ħariġhom u d-destinazzjonijiet ikkonċernati minn dawk l-applikazzjonijiet, u dwar id-deċiżjonijiet meħuda dwar dawk l-applikazzjonijiet.
L-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali għandha tkun ippreżentata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3.
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni linji gwida dwar il-metodoloġija użata għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data għat-tħejjija tar-rapport annwali, inkluża d-determinazzjoni tat-tipi ta' oġġetti u d-disponibbiltà tad-data relatata mal-eżekuzzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni l-informazzjoni adegwata għat-tħejjija tar-rapport, b'kunsiderazzjoni dovuta tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-protezzjoni tal-informazzjoni personali, tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew mal-informazzjoni protetta fil-qasam tad-difiża, il-politika barranija jew is-sigurtà nazzjonali. Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) dwar l-Istatistika Ewropea tapplika għall-informazzjoni skambjata jew ippubblikata fl-ambitu ta' dan l-Artikolu.
4. Fil-perjodu bejn id-10 ta’ Settembru 2026 u d-10 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tirrapporta dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Wara d-10 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-Artikolu 5 u tirrapporta dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
KAPITOLU VIII
MIŻURI TA' KONTROLL
Artikolu 27
1. L-esportaturi ta' oġġetti b'użu doppju għandhom iżommu reġistri jew dokumentazzjoni dettaljati tal-esportazzjonijiet tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri rispettivi. Tali reġistri jew dokumentazzjoni għandhom jinkludu b'mod partikolari dokumenti kummerċjali, bħal fatturi, manifesti, dokumenti ta' trasport u ta' konsenja oħrajn li jinkludu informazzjoni suffiċjenti biex dawn li ġejjin ikunu identifikati:
|
(a) |
id-deskrizzjoni tal-oġġetti b'użu doppju; |
|
(b) |
il-kwantità tal-oġġetti b'użu doppju; |
|
(c) |
l-isem u l-indirizz tal-esportatur u tad-destinatarju; |
|
(d) |
jekk magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju. |
2. Skont il-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati, is-sensara u l-fornituri ta' assistenza teknika għandhom iżommu reġistri jew dokumentazzjoni għas-servizzi ta' senserija jew assistenza teknika sabiex ikunu jistgħu juru bil-provi, fuq talba, id-deskrizzjoni tal-oġġetti b'użu doppju li kienu s-suġġett ta' tali servizzi ta' senserija jew assistenza teknika, il-perjodu li matulu l-oġġetti kienu s-suġġett ta' tali servizzi, id-destinazzjoni ta' tali oġġetti u servizzi u l-pajjiżi kkonċernati minn dawk is-servizzi.
3. Ir-reġistri jew id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin wara t-tmiem tas-sena ta' kalendarju li fiha saret l-esportazzjoni jew li fiha ġew fornuti s-servizzi ta' senserija jew assistenza teknika. Meta jintalbu, huma għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti.
4. Id-dokumentazzjoni u r-reġistri relatati mat-trasferimenti intra-Unjoni ta' oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mit-tmiem tas-sena ta' kalendarju li fiha jkun sar trasferiment u, meta jintalbu, għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu dawn l-oġġetti kienu trasferiti.
Artikolu 28
Sabiex ikun żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat kif suppost, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu jistgħu:
|
(a) |
jiġbru informazzjoni fuq kwalunkwe ordni jew tranżazzjoni li tinvolvi oġġetti b'użu doppju; |
|
(b) |
jistabbilixxu jekk l-miżuri ta' kontroll tal-esportazzjonijiet ġewx applikati korrettament, li jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa ta' spezzjoni tal-postijiet ta' persuni b'interess fi tranżazzjoni ta' esportazzjoni jew ta' sensara involuti fil-forniment ta' servizzi ta' senserija fiċ-ċirkostanzi mniżżla fl-Artikolu 6, jew tal-fornituri ta' assistenza teknika fiċ-ċirkostanzi mniżżla fl-Artikolu 8. |
KAPITOLU IX
KOOPERAZZJONI MAL-PAJJIŻI TERZI
Artikolu 29
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, meta opportun, iżommu djalogi mal-pajjiżi terzi, bil-għan li tkun promossa l-konverġenza globali tal-kontrolli.
Id-djalogi jistgħu jsostnu l-kooperazzjoni regolari u reċiproka mal-pajjiżi terzi, inklużi l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni indirizzati lill-pajjiżi terzi. Id-djalogi jistgħu wkoll jinkoraġġixxu r-rispett min-naħa tal-pajjiżi terzi ta' kontrolli sodi tal-esportazzjonijiet żviluppati mir-reġimi multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet bħala mudell għall-aħjar prattika internazzjonali.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-ftehimiet rigward l-assistenza amministrattiva reċiproka jew il-protokolli f'dak li jirrigwarda kwistjonijiet doganali konklużi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, il-Kunsill jista' jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja mal-pajjiżi terzi ftehimiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-kontrolli tal-esportazzjonijiet tal-oġġetti b'użu doppju koperti minn dan ir-Regolament.
Dawn in-negozjati għandhom jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207(3) TFUE u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont il-każ.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 li tissupplimenta d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE.
Artikolu 31
Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 huwa mħassar.
Madanakollu, għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni magħmula qabel is-9 ta' Settembru 2021, għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 32
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2021.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
(3) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(6) Ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjoni (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 34).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(11) ĠU C 202, 8.7.2011, p. 13.
(12) Id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1).
(13) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
ANNESS I
LISTA TA' OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 TA' DAN IR-REGOLAMENT
Il-lista ta' oġġetti b'użu doppju li tinsab f'dan l-Anness timplimenta il-ftehimiet internazzjonali dwar il-kontrolli tal-oġġetti b'użu doppju, partikolarment il-Grupp Awstralja (1) , is-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR) (2), il-Grupp ta' Fornituri Nukleari (NSG) (3) , il-Ftehim ta' Wassenaar (4) u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC) (5) .
WERREJ
|
Parti I |
- Noti Ġenerali, Akronimi, Abbrevjazzjonijiet u Definizzjonijiet |
|
Parti II - Kategorija 0 |
Materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari |
|
Parti III - Kategorija 1 |
Materjali speċjali u tagħmir relatat |
|
Parti IV - Kategorija 2 |
Ipproċessar ta' materjali |
|
Parti V - Kategorija 3 |
Elettronika |
|
Parti VI - Kategorija 4 |
Kompjuters |
|
Parti VII - Kategorija 5 |
Telekomunikazzjoni u "sigurtà tal-informazzjoni" |
|
Parti VIII - Kategorija 6 |
Sensuri u lasers |
|
Parti IX - Kategorija 7 |
Navigazzjoni u avjonika |
|
Parti X - Kategorija 8 |
Materjal navali |
|
Parti XI - Kategorija 9 |
Ajruspazju u propulsjoni |
PARTI I -Noti Ġenerali, Akronimi u Abbrevjazzjonijiet, u Definizzjonijiet
NOTI ĠENERALI GĦALL-ANNESS I
|
1. |
Għall-kontroll ta' oġġetti li huma ddisinjati jew immodifikati għall-użu militari, ara l-lista/listi rilevanti dwar il-kontrolli fuq il-merkanzija militari miżmuma mill-Istati Membri individwali tal-UE. Ir-referenzi f'dan l-Anness li jiddikjaraw "ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI" jirreferu għall-istess listi. |
|
2. |
Jenħtieġ li l-iskop tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness ma jintilifx permezz tal-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi l-impjanti) li fihom komponent ikkontrollat jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu faċilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn
|
|
3. |
L-oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati. |
|
4. |
F'xi każijiet, is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għas-sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' sustanza kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tas-sustanza kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom sustanza kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti. |
NOTA DWAR IT-TEKNOLOĠIJA NUKLEARI (NTN)
(Għandha tinqara flimkien mat-Taqsima E tal-Kategorija 0.)
It-"teknoloġija" direttament assoċjata ma' kull oġġett ikkontrollat fil-Kategorija 0 hi kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategorija 0.
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti taħt kontroll tibqa' taħt kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
L-approvazzjoni ta' oġġetti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tat-"teknoloġija" minima meħtieġa għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-oġġetti.
Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni "fl-isfera pubblika" jew għal "riċerka xjentifika bażika".
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)
(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategoriji minn 1 sa 9.)
L-esportazzjoni tat-"teknoloġija" li hi "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tal-oġġetti li jaqgħu taħt kontroll fil-Kategoriji minn 1 sa 9, hija kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji minn 1 sa 9.
"Teknoloġija" "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti taħt kontroll tibqa' taħt kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.
|
Nota: |
Dawn ma jeżentawx lit-"teknoloġija" speċifikata f'1E002.e., 1E002.f., 8E002.a. u 8E002.b. |
Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għall-informazzjoni "fl-isfera pubblika", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet għal privattivi.
NOTA DWAR IS-SOFTWARE NUKLEARI (NSN)
(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-Taqsima D tal-Kategorija 0)
It-Taqsima D tal-Kategorija 0 ta' din il-lista ma tkoprix il-kontroll fuq is-"software" li huwa l-kodiċi tal-oġġett minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta' dawn l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.
L-approvazzjoni ta' prodotti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tal-"kodiċi tal-oġġett" minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija tal-prodotti.
|
Nota: |
In-Nota dwar is-Software Nukleari ma teżentax is-"software" speċifikat fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà tal-Informazzjoni"). |
NOTA ĠENERALI DWAR IS-SOFTWARE (NĠS)
(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-taqsima D tal-Kategoriji 1 sa 9)
Il-Kategoriji minn 1 sa 9 ta' din il-lista ma jikkontrollawx "software" li hu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
a. |
Ġeneralment ikun disponibbli għall-pubbliku billi:
|
|
b. |
"fl-isfera pubblika"; jew |
|
c. |
il-"kodiċi tal-oġġett" minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata. |
|
Nota: |
L-entrata c. tan-Nota Ġenerali dwar is-Software ma teżentax is-"software" speċifikat fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà tal-Informazzjoni"). |
NOTA ĠENERALI DWAR IS-"SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI" (NĠSI)
Jenħtieġ li oġġetti jew funzjonijiet ta' "sigurtà tal-informazzjoni" jitqiesu skont id-dispożizzjonijiet fil-Kategorija 5, Parti 2 anki jekk ikunu komponenti, "software" jew funzjonijiet ta' oġġetti oħra.
PRATTIKI EDITORJALI F'IL-ĠURNAL UFFIĊJALI TAL-UNJONI EWROPEA
Skont ir-regoli stabbiliti fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, għat-testi bil-Malti ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea:
|
— |
tintuża virgola sabiex tissepara n-numru sħiħ mid-deċimali,
|
It-test riprodott f'dan l-Anness isegwi l-prattika deskritta hawn fuq.
AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI F'DAN L-ANNESS
Għall-akronimi u l-abbrevjazzjonijiet użati bħala termini definiti, ara "Definizzjonijiet ta' Termini użati f'dan l-Anness".
AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET
|
ABEC |
Annular Bearing Engineers Committee |
|
ABMA |
American Bearing Manufacturers Association |
|
ADC |
Konvertitur minn Analoġiku għal Diġitali |
|
AGMA |
American Gear Manufacturers' Association |
|
AHRS |
Sistemi ta' Referenza tal-Attitudni u d-Direzzjoni |
|
AISI |
American Iron and Steel Institute |
|
ALE |
Epitassija b'Saff Atomiku |
|
ALU |
Unità Loġika Aritmetika |
|
ANSI |
American National Standards Institute |
|
APP |
L-Ogħla Prestazzjoni Aġġustata |
|
APU |
Unità ta' Qawwa Awżiljarja |
|
ASTM |
American Society for Testing and Materials |
|
ATC |
Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru |
|
BJT |
Tranżisters Bipolari b'Ġonta |
|
BPP |
Prodott ta' Parametru b'Raġġ |
|
BSC |
Kontrollur tal-Istazzjoni Bażi |
|
CAD |
Disinjar permezz tal-Kompjuter |
|
CAS |
Chemical Abstracts Service |
|
CCD |
Tagħmir b'Akkoppjament taċ-Ċarġ |
|
CDU |
Unitajiet ta' Kontroll u Wiri |
|
CEP |
Żball Ċirkolari Probabbli |
|
CMM |
Magna li Tkejjel bil-Koordinati |
|
CMOS |
Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall Komplementari |
|
CNTD |
Depożizzjoni Termika b'Nukleazzjoni Kkontrollata |
|
CPLD |
Apparat Loġiku Programmabbli Kumpless |
|
CPU |
Unità Ċentrali tal-Ipproċessar |
|
CVD |
Depożizzjoni Kimika f'Fażi ta' Fwar |
|
CW |
Gwerra Kimika |
|
CW (għal-lasers) |
Mewġa Kontinwa |
|
DAC |
Konvertitur minn Diġitali għal Analoġiku |
|
DANL |
Livell Medju tal-Ħoss Muri |
|
DBRN |
Navigazzjoni b'Referenzjar f'Bażijiet ta' Data |
|
DDS |
Sintetizzatur Diġitali Dirett |
|
DMA |
Analiżi Mekkanika Dinamika |
|
DME |
Tagħmir li Jkejjel id-Distanza |
|
DMOSFET |
Tranżister b'Effett ta' Kamp b'Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall b'Diffużjoni |
|
DS |
Solidifikazzjoni Direzzjonali |
|
EB |
Pont li Jisplodi |
|
EB-PVD |
Depożizzjoni Fiżika f'Fażi ta' Fwar permezz ta' Raġġ Elettroniku |
|
EBW |
Wajer Pont li Jisplodi |
|
ECM |
Immaxinjar Elettrokimiku |
|
EDM |
Magni bi Skariku Elettriku |
|
EFI |
Inizjaturi ta' Fojl li Jisplodi |
|
EIRP |
Qawwa Isotropika Radjata Effettiva |
|
EMP |
Impuls Elettromanjetiku |
|
ENOB |
Għadd Effettiv ta' Bits |
|
ERF |
Irfinar Elettroreoloġiku |
|
ERP |
Qawwa Radjata Effettiva |
|
ESD |
Skariku Elettrostatiku |
|
ETO |
Tiristor Blukkabbli mill-Emittent |
|
ETT |
Tiristor Jixgħel bl-Elettriku |
|
UE |
Unjoni Ewropea |
|
EUV |
Ultravjola Estrem |
|
FADEC |
Kontroll Diġitali tal-Mutur b'Awtorità Sħiħa |
|
FFT |
Trasformata Rapida ta' Fourier |
|
FPGA |
Arranġament ta' Bibien Programmabbli mill-Utent |
|
FPIC |
Interkonnessjoni Programmabbli mill-Utent |
|
FPLA |
Arranġament Loġiku Programmabbli mill-Utent |
|
FPO |
Operazzjoni ta' Punt li Jvarja |
|
FWHM |
Wisa' ta' Nofs id-Daqs |
|
GLONASS |
Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita |
|
GNSS |
Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita |
|
GPS |
Sistema ta' Pożizzjonament Globali |
|
GSM |
Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli |
|
GTO |
Tiristor Blukkabbli |
|
HBT |
Tranżisters Etero-Bipolari |
|
HDMI |
Interfaċċa Multimedjali b'Definizzjoni Għolja |
|
HEMT |
Tranżister b'Mobbiltà Għolja ta' Elettroni |
|
ICAO |
Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali |
|
IEC |
Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali |
|
IED |
Apparat Esplożiv Improvviżat |
|
IEEE |
Institute of Electrical and Electronic Engineers |
|
IFOV |
Kamp tal-Viżjoni Istantanju |
|
IGBT |
Tranżister Bipolari bi Dħul Iżolat |
|
IGCT |
Tiristor Swiċċjati b'Ċirkwit Integrat |
|
IHO |
Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali |
|
ILS |
Sistema tal-Illandjar bl-Istrumenti |
|
IMU |
Unità ta' Kejl Inerzjali |
|
INS |
Sistema ta' Navigazzjoni Inerzjali |
|
IP |
Protokoll tal-Internet |
|
IRS |
Sistema ta' Referenza Inerzjali |
|
IRU |
Unità ta' Referenza Inerzjali |
|
ISA |
Atmosfera Standard Internazzjonali |
|
ISAR |
Radar b'Apertura Sintetika bil-Maqlub |
|
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
|
UIT |
Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni |
|
JT |
Joule-Thomson |
|
LIDAR |
Detezzjoni u Kejl tad-Distanza permezz tad-Dawl |
|
LIDT |
Limitu ta' Danni Kkawżati minn Laser |
|
LOA |
Tul Totali |
|
LRU |
Unità Sostitwibbli fil-Post |
|
LTT |
Tiristor li Jiskatta bid-Dawl |
|
MLS |
Sistema tal-Illandjar b'Microwaves |
|
MMIC |
Ċirkwit Integrat Monolitiku b'Microwaves |
|
MOCVD |
Depożizzjoni Kimika f'Fażi ta' Fwar ta' Sustanza Organika Metallika |
|
MOSFET |
Tranżister b'Effett ta' Kamp b'Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall |
|
MPM |
Moduli tal-Qawwa b'Microwaves |
|
MRF |
Irfinar Manjetoreoloġiku |
|
MRF |
Daqs Minimu ta' Element Riżolvibbli |
|
MRI |
Immaġnijiet tar-Riżonanza Manjetika |
|
MTBF |
Ħin Medju Bejn il-Ħsarat |
|
MTTF |
Ħin Medju sal-Ħsara |
|
NA |
Apertura Numerika |
|
NDT |
Ittestjar Mhux Distruttiv |
|
NEQ |
Kwantità Splussiva Netta |
|
NIJ |
National Institute of Justice |
|
OAM |
Operazzjonijiet, Amministrazzjoni jew Manutenzjoni |
|
OSI |
Interkonnessjoni ta' Sistemi Miftuħa |
|
PAI |
Poliammidi-immidi |
|
PAR |
Radar ta' Avviċinament bi Preċiżjoni |
|
PCL |
Lokalizzazzjoni Koerenti Passiva |
|
PDK |
Kit tal-Proċess tad-Disinn |
|
PIN |
Numru ta' Identifikazzjoni Personali |
|
PMR |
Radju Mobbli Privat |
|
PVD |
Depożizzjoni Fiżika f'Fażi ta' Fwar |
|
ppm |
partijiet għal kull miljun |
|
QAM |
Modulazzjoni tal-Amplitudni tal-Ikkwadrar |
|
QE |
Effiċjenza Kwantistika |
|
RAP |
Plażmi Atomiċi Reattivi |
|
RF |
Frekwenza tar-Radju |
|
rms |
għerq kwadrat medju |
|
RNC |
Radio Network Controller |
|
RNSS |
Sistema Reġjonali ta' Navigazzjoni bis-Satellita |
|
ROIC |
Ċirkwit Integrat tal-Qari |
|
S-FIL |
Stampar Litografiku Step and Flash |
|
SAR |
Radar b'Apertura Sintetika |
|
SAS |
Sonar b'Apertura Sintetika |
|
SC |
Monokristall |
|
SCR |
Rettifikatur Ikkontrallat bis-Siliċju |
|
SFDR |
Firxa Dinamika mingħajr Komponenti Spurji |
|
SHPL |
Laser b'Potenza Għolja Ħafna |
|
SLAR |
Radar fl-Ajru li Jiskennja Lateralment |
|
SOI |
Siliċju fuq Iżolatur |
|
SQUID |
Apparat ta' Interferenza Kwantistika Superkonduttur |
|
SRA |
Assemblaġġ Sostitwibbli fil-Laboratorju |
|
SRAM |
Memorja Statika b'Aċċess Każwali |
|
SSB |
Faxxa Laterali Unika |
|
SSR |
Radar Sekondarju ta' Sorveljanza |
|
SSS |
Sonar li Jiskennja Lateralment |
|
TIR |
Qari Totali Indikat |
|
TVR |
Rispons ta' Vultaġġ Trażmissiv |
|
u |
Unità ta' Massa Atomika |
|
UPR |
Ripetibbiltà ta' Pożizzjonament Unidirezzjonali |
|
UTS |
Saħħa Tensili Aħħarija |
|
UV |
Ultravjola |
|
VJFET |
Tranżister Vertikali b'Effett ta' Kamp b'Ġonta |
|
VOR |
Skala Onnidirezzjonali ta' Frekwenza Għolja Ħafna |
|
WHO |
Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa |
|
WLAN |
Network ta' Żona Lokali mingħajr Fili |
DEFINIZZJONIJIET TAT-TERMINI UŻATI F'DAN L-ANNESS