|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/923
tal-25 ta’ Marzu 2021
li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 94(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Mhux biss l-attivitajiet professjonali tal-membri tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni, iżda wkoll l-attivitajiet professjonali ta’ membri tal-persunal oħrajn. Dan ikun b’mod partikolari l-każ fejn tali membri tal-persunal ikollhom responsabbiltajiet maniġerjali għall-unitajiet tan-negozju materjali jew għall-funzjonijiet ta’ kontroll minħabba li jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet strateġiċi jew deċiżjonijiet oħrajn fundamentali li għandhom impatt fuq l-attivitajiet tan-negozju jew fuq il-qafas ta’ kontroll applikat. Tali funzjonijiet ta’ kontroll jinkludu, tipikament, il-ġestjoni tar-riskju, il-verifika tal-konformità u l-awditjar intern. Ir-riskji meħuda mill-unitajiet tan-negozju materjali u l-mod li bih dawn l-unitajiet jiġu ġestiti huma l-aktar fatturi importanti għall-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. |
|
(2) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati l-membri tal-persunal, apparti l-membri tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Dawn il-kriterji għandhom iqisu l-awtorità u r-responsabbiltajiet ta’ tali membri tal-persunal, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjoni, u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-istituzzjoni kkonċernata. Dawk il-kriterji għandhom ukoll jippermettu lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu inċentivi kif suppost fil-politiki ta’ rimunerazzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-membri tal-persunal ikkonċernati jaġixxu b’mod prudenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Fl-aħħar nett, dawk il-kriterji għandhom jirriflettu l-livell tar-riskju tal-attivitajiet differenti fl-ambitu tal-istituzzjonijiet. |
|
(3) |
Xi membri tal-persunal huma responsabbli mill-għoti ta’ appoġġ intern li huwa kruċjali għall-operat tal-attivitajiet ta’ negozju ta’ istituzzjoni. L-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tagħhom jista’ jkollhom ukoll impatt materjal fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni, għaliex l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tagħhom jaf jesponu lill-istituzzjoni għal riskji operazzjonali materjali u għal riskji oħra. |
|
(4) |
Tipikament, wieħed jidħol f’riskju tal-kreditu u riskju tas-suq sabiex jiġi ġġenerat operat. Skont l-ammonti u r-riskji involuti, tali attivitajiet ta’ negozju jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jintużaw kriterji bbażati fuq limiti ta’ awtorità biex jiġu identifikati l-membri tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. Dawk il-kriterji għandhom jiġu kkalkulati minn tal-anqas kull sena abbażi ta’ ċifri ta’ kapital u approċċi użati għal skopijiet regolatorji. Madankollu, għandu jiġi applikat livell limitu de minimis għal riskji ta’ kreditu sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni proporzjonata tal-kriterji f’istituzzjonijiet żgħar. |
|
(5) |
Il-kriterji biex jiġu identifikati l-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jenħtieġ ukoll iqisu li għal xi istituzzjonijiet, ir-rekwiżiti relatati mal-portafoll tan-negozjar jistgħu jiġu rinunzjati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u li f’dak ir-Regolament il-limiti huma stabbiliti b’modi differenti fil-każ ta’ istituzzjonijiet li jużaw approċċi differenti biex jikkalkolaw ir-rekwiżiti tal-kapital. |
|
(6) |
Kriterji kwalitattivi xierqa jenħtieġ li jiżguraw li l-membri tal-persunal jiġu identifikati bħala li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikunu responsabbli għal gruppi tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom l-attivitajiet tal-membri individwali tal-persunal taħt il-ġestjoni tagħhom ma jkollhomx b’mod individwali impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni iżda l-iskala globali tal-attivitajiet tagħhom jista’ jkollha tali impatt. |
|
(7) |
Ir-rimunerazzjoni totali tal-membri tal-persunal tipikament tiddependi fuq il-kontribut li l-persunal jagħti għall-kisba b’suċċess tal-objettivi tal-operat tal-istituzzjoni. Għaldaqstant dik ir-rimunerazzjoni tiddependi fuq ir-responsabbiltajiet, il-kompiti, l-abbiltajiet u l-ħiliet tal-membri tal-persunal, kif ukoll fuq il-prestazzjoni tal-membri tal-persunal u tal-istituzzjoni. Fil-każijiet li fihom membru tal-persunal jingħata rimunerazzjoni totali li taqbeż ċertu livell limitu, huwa raġonevoli li wieħed jissoponi li tali rimunerazzjoni hija marbuta mal-kontribut tal-membru tal-persunal għall-objettivi tal-operat tal-istituzzjoni u għalhekk, għall-impatt tal-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Għalhekk huwa xieraq li jintużaw il-kriterji kwantitattivi relatati mar-rimunerazzjoni totali ta’ membru tal-persunal, kemm f’termini assoluti kif ukoll b’rabta ma’ membri oħra tal-persunal fl-istess istituzzjoni, biex jiġi determinat jekk l-attivitajiet professjonali ta’ tali membru tal-persunal jistax ikollu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli limitu ċari u xierqa biex jiġi identifikat il-persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Għandu jkun mistenni li l-istituzzjonijiet japplikaw il-kriterji kwantitattivi f’waqthom. Il-kriterji kwantitattivi jenħtieġ li jimxu skont l-iżviluppi fir-rimunerazzjoni biex ikunu realistiċi. Metodu wieħed biex tali żviluppi jiġu segwiti huwa li dawk il-kriterji jkunu bbażati fuq ir-rimunerazzjoni totali mogħtija fis-sena ta’ prestazzjoni preċedenti, li tinkludi r-rimunerazzjoni fissa mħallsa għal dik is-sena ta’ prestazzjoni, u r-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija f’dik is-sena ta’ prestazzjoni. It-tieni metodu biex tali żviluppi jiġu segwiti huwa li dawk il-kriterji jkunu bbażati fuq ir-rimunerazzjoni totali mogħtija għas-sena ta’ prestazzjoni preċedenti, li tinkludi r-rimunerazzjoni fissa mħallsa għal dik is-sena ta’ prestazzjoni u r-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija fis-sena ta’ prestazzjoni attwali għas-sena finanzjarja preċedenti. It-tieni metodu jipprevedi allinjament aħjar tal-proċess ta’ identifikazzjoni mar-rimunerazzjoni effettiva mogħtija għal perjodu ta’ prestazzjoni, iżda jista’ jiġi applikat biss meta jkun għadu possibbli li jsir kalkolu f’waqtu għall-applikazzjoni tal-kriterji kwantitattivi. Fil-każijiet li fihom tali kalkolu ma jkunx aktar possibbli, jenħtieġ li jintuża l-ewwel metodu. Kemm skont l-ewwel metodu kif ukoll skont it-tieni, ir-rimunerazzjoni varjabbli tista’ tinkludi ammonti li jingħataw abbażi ta’ perjodi ta’ prestazzjoni li jkunu itwal minn sena, skont il-kriterji tal-prestazzjoni użati mill-istituzzjoni. |
|
(9) |
L-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE jistabbilixxi livell limitu kwantitattiv ta’ EUR 500 000 flimkien mar-rimunerazzjoni medja mogħtija lill-membri tal-korp ta’ ġestjoni tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri għall-identifikazzjoni tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali. Ir-rimunerazzjoni li tkun aktar minn dak il-livell limitu kwantitattiv jew li tammonta għal waħda mill-ogħla remunerazzjonijiet fl-istituzzjoni tistabbilixxi għalhekk preżunzjoni qawwija li l-attivitajiet tal-persunal li jirċievu tali rimunerazzjoni għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, u li f’dak il-każ, jenħtieġ li jiġi applikat aktar skrutinju superviżorju biex jiġi stabbilit jekk l-attivitajiet professjonali ta’ tali membri tal-persunal għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-membri tal-persunal ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet jistabbilixxu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi addizzjonali li l-attivitajiet ta’ tali membri tal-persunal fil-fatt ma jkollhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, filwaqt li jqisu r-riskji kollha li l-istituzzjoni hija jew tista’ tkun esposta għalihom. Biex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk il-kriterji oġġettivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti japprovaw l-esklużjoni tal-membri tal-persunal li jaqilgħu l-aktar, li jiġu identifikati skont il-kriterji kwantitattivi. Għall-membri tal-persunal li jingħataw aktar minn EUR 1 000 000 (persuni li jaqilgħu pagi għoljin), jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea (“EBA”) qabel japprovaw l-esklużjonijiet, sabiex l-EBA tkun tista’ tivvaluta l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawk il-kriterji. |
|
(11) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-awdituri jkunu jistgħu jwettqu rieżami tal-valutazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet biex jidentifikaw lill-persunal tagħhom li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tagħhom, huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet iżommu rekord tal-valutazzjonijiet li jkunu saru u tar-riżultati tagħhom, inklużi tal-persunal li jkun ġie identifikat skont kriterji bbażati fuq ir-rimunerazzjoni totali tiegħu iżda li l-attivitajiet professjonali tiegħu jiġu vvalutati bħala li ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
(12) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 (3) jitħassar. Jenħtieġ li madankollu d-ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jġarrbux kostijiet mhux ġustifikati meta jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014 jibqa’ japplika għal tali ditti sas-26 ta’ Ġunju 2021, data sa meta l-Istati Membri jridu jadottaw u jippubblikaw il-miżuri biex jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(13) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-EBA lill-Kummissjoni. |
|
(14) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“responsabbiltà maniġerjali” tfisser sitwazzjoni, li fiha membru tal-persunal:
|
|
(2) |
“funzjoni ta’ kontroll” tfisser funzjoni li hija indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li tikkontrolla u li hija responsabbli li tipprovdi valutazzjoni oġġettiva tar-riskji tal-istituzzjoni, twettaq rieżami tagħhom jew tirrapporta dwarhom, inklużi l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju, il-funzjoni tal-verifika tal-konformità u l-funzjoni tal-awditjar intern, iżda mhux limitata għalihom biss. |
|
(3) |
“unità tan-negozju materjali” tfisser unità operatorja kif definita fl-Artikolu 142(1), il-punt (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji segwenti:
|
Artikolu 2
Applikazzjoni tal-kriterji
1. Fil-każijiet li fihom dan ir-Regolament jiġi applikat fuq bażi individwali f’konformità mal-Artikolu 109(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, għandha tiġi vvalutata l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ dan ir-Regolament skont il-profil tar-riskju individwali tal-istituzzjoni.
2. Fil-każijiet li fihom dan ir-Regolament jiġi applikat fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata f’konformità mal-Artikolu 109, il-paragrafi minn 2 sa 6 tad-Direttiva 2013/36/UE, il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi vvalutata fil-konfront tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni prinċipali, tal-kumpanija holding finanzjarja jew tal-kumpanija holding finanzjarja mħallta rilevanti fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata.
3. Fil-każijiet li fihom l-Artikolu 6(1), il-punt (a) jiġi applikat fuq bażi individwali, għandha titqies ir-rimunerazzjoni mogħtija mill-istituzzjoni. Fil-każijiet li fihom l-Artikolu 6(1), il-punt (a) jiġi applikat fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, l-istituzzjoni tal-konsolidazzjoni għandha tqis ir-rimunerazzjoni mogħtija minn kwalunkwe entità li taqa’ fl-ambitu tal-konsolidazzjoni.
4. L-Artikolu 6(1), il-punt (b) għandu japplika biss fuq bażi individwali.
Artikolu 3
Kriterji biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet professjonali tal-membri tal-persunal għandhomx impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju materjali rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 94(2), il-punt (b) tad-Direttiva 2013/36/UE
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fl-ambitu tal-politiki tagħhom dwar ir-rimunerazzjoni l-kriterji kollha li ġejjin biex jiddeterminaw jekk l-attivitajiet professjonali tal-membri tal-persunal għandhomx impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali:
|
(a) |
il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju materjali; |
|
(b) |
id-distribuzzjoni tal-kapital intern biex ikopri n-natura u l-livell tar-riskji, kif imsemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE; |
|
(c) |
il-limiti tar-riskju tal-unità tan-negozju materjali; |
|
(d) |
l-indikaturi tar-riskju u tal-prestazzjoni użati mill-istituzzjoni biex tidentifika r-riskji tal-unità tan-negozju materjali u twettaq ġestjoni u monitoraġġ tagħhom f’konformità mal-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE; |
|
(e) |
il-kriterji tal-prestazzjoni rilevanti stabbiliti mill-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 94(1), il-punti (a) u (b) tad-Direttiva 2013/36/UE; |
|
(f) |
il-kompiti u l-awtoritajiet tal-membri tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal fl-unità tan-negozju materjali kkonċernata. |
Artikolu 4
Membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-persunal imsemmi fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE
L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il-membri tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal bħala li għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, fil-każijiet li fihom dawk il-membri tal-persunal jew il-kategoriji ta’ persunal jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikoli 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Kriterji kwalitattivi
Minbarra l-membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92(3), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-persunal għandhom jitqiesu li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikun issodisfat kriterju wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji kwalitattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-membru tal-persunal ikollu responsabbiltà maniġerjali għal:
|
|
(b) |
il-membru tal-persunal ikollu responsabbiltajiet maniġerjali għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ riskju stabbiliti fl-Artikoli 79 sa 87 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew ikun membru li jivvota ta’ kumitat responsabbli għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ riskju stabbiliti f’dawn l-Artikoli; |
|
(c) |
fir-rigward tal-iskoperturi għar-riskju ta’ kreditu ta’ ammont nominali għal kull tranżazzjoni, li tirrappreżenta 0,5 % tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni u li tkun mill-inqas EUR 5 miljun, il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
b’rabta ma’ istituzzjoni li għaliha ma tapplikax id-deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar stipulata fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
(e) |
il-membru tal-persunal ikun imexxi grupp ta’ membri tal-persunal li jkollhom awtoritajiet individwali li jinvolvu lill-istituzzjoni fi tranżazzjonijiet, u tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(f) |
il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda, jew it-tqegħid ta’ veto fuqha:
|
Artikolu 6
Kriterji kwantitattivi
1. Minbarra l-membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92(3), il-punti (a) u (b) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-persunal għandhom jitqiesu li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikun issodisfat kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji kwantitattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-membri tal-persunal, inklużi l-membri tal-persunal kif imsemmija fl-Artikolu 92(3), il-punt (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, ikunu ngħataw fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha, rimunerazzjoni totali li tkun tammonta għal EUR 750 000 jew aktar; |
|
(b) |
fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni jkollha aktar minn 1 000 membru tal-persunal, il-membri tal-persunal ikunu jaqgħu fiż-0,3 % tal-persunal, aġġustat għan-numru sħiħ ogħla li jmiss, li jkun, fl-ambitu tal-istituzzjoni, ingħata l-ogħla rimunerazzjoni totali fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha fuq bażi individwali. |
2. Il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni tiddetermina li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba li l-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta’ persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ikunu jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-membru tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal iwettqu biss attivitajiet professjonali u jkollhom awtoritajiet f’unità tan-negozju li ma tkunx unità tan-negozju materjali; |
|
(b) |
l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal jew tal-kategorija ta’ persunal ma jkollhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3. |
3. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 minn istituzzjoni għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta’ dik l-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel fil-każijiet biss li fihom l-istituzzjoni tkun tista’ turi li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun issodisfata.
4. Fil-każijiet li fihom il-membru tal-persunal ikun ingħata rimunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha, l-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel skont il-paragrafu 3 f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni biss. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-EBA qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha fir-rigward ta’ tali membru tal-persunal.
L-eżistenza ta’ ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandha tintwera mill-istituzzjoni u vvalutata mill-awtorità kompetenti. Ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandhom ikunu sitwazzjonijiet mhux tas-soltu u rari ħafna jew differenti ferm minn dawk tas-soltu. Iċ-ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandhom ikunu relatati mal-membru tal-persunal.
Artikolu 7
Kalkolu tar-rimunerazzjoni totali medja tal-membri tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri u tar-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija
1. Ir-rimunerazzjoni totali medja tal-membri kollha tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri għandha tiġi kkalkulata billi jitqies it-total tar-rimunerazzjoni fissa u varjabbli tal-membri kollha tal-korp maniġerjali fil-funzjoni maniġerjali u l-funzjoni superviżorja tiegħu kif ukoll tal-persunal li jappartjeni għall-maniġment superjuri kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (9) tad-Direttiva 2013/36/UE.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rimunerazzjoni varjabbli li tkun ingħatat iżda tkun għadha ma tħallsitx għandha titqies abbażi tal-valur tagħha fid-data tal-għoti mingħajr ma titqies l-applikazzjoni tar-rata ta’ skont msemmija fl-Artikolu 94(1), il-punt (g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE jew it-tnaqqis fil-pagamenti, permezz ta’ arranġamenti tal-clawback, malus jew mod ieħor.
3. L-ammonti kollha tar-rimunerazzjoni varjabbli u fissa għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi gross u fuq bażi ekwivalenti għall-full-time.
4. Il-politiki tar-rimunerazzjoni tal-istituzzjoni għandhom jistabbilixxu s-sena ta’ referenza għar-rimunerazzjoni varjabbli meqjusa minnhom meta jikkalkulaw ir-rimunerazzjoni totali. Dik is-sena ta’ referenza għandha tkun jew is-sena li tippreċedi s-sena finanzjarja li fiha tingħata r-rimunerazzjoni varjabbli jew inkella s-sena li tippreċedi s-sena finanzjarja li għaliha tingħata r-rimunerazzjoni varjabbli.
Artikolu 8
Tħassir tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014 tħassar. Dak ir-Regolament ta’ Delega, madankollu, għandu jkompli japplika għad-ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sas-26 ta’ Ġunju 2021.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(6) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/924
tat-3 ta’ Ġunju 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010 (il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/189/UE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2012. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 62(1) tal-Ftehim, il-Ftehim jibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2022, sakemm ma jiġix estiż. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 7(1) tal-Ftehim, il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw (il-“Kunsill tal-ICCO”) jeżerċita dawn is-setgħat kollha u jwettaq jew jirranġa għat-twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet espliċiti tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 62(4) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-ICCO jista’ jadotta deċiżjoni li testendi l-Ftehim lil hinn mid-data ta’ skadenza attwali tiegħu għal żewġ perjodi li ma jaqbżux is-sentejn tal-kawkaw kull wieħed, jiġifieri sat-30 ta’ Settembru 2024 għall-ewwel perjodu u sat-30 ta’ Settembru 2026 għat-tieni perjodu. |
|
(4) |
Il-Kunsill tal-ICCO irid jadotta deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-Ftehim wara l-103 sessjoni tiegħu fit-22 u t-23 ta’ April 2021. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-ICCO, minħabba li d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-ICCO fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(6) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġi estiż u li l-Unjoni tibqa’ parti għalih, meta titqies l-importanza tas-settur tal-kawkaw għal għadd ta’ Stati Membri u għall-ekonomija tal-Unjoni. |
|
(7) |
L-estensjoni tal-Ftehim għal massimu ta’ erba’ snin jenħtieġ li tagħti lill-membri tal-Kunsill ICCO ż-żmien xieraq biex iwettqu reviżjoni sostanzjali tal-Ftehim li tiffoka fuq il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010 għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tiegħu għal żewġ perjodi li ma jaqbżux is-sentejn tal-kawkaw kull wieħed, jiġifieri sat-30 ta’ Settembru 2024 għall-ewwel perjodu u sat-30 ta’ Settembru 2026 għat-tieni perjodu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lusemburgu, it-3 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
P. N. SANTOS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/189/UE of 26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (ĠU L 102, 12.4.2012, p. 1).
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/925
tas-7 ta’ Ġunju 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 13, 13-H, 24, 30, 41, 49, 83, 79, 95, 101, 124, 129, 134, 137 u 157, u l-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali Nri 4 u 9
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (id-WP.29 tan-NU/KEE) jista’ jadotta proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU, tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (GTRs tan-NU) u tar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal Regolamenti tan-NU, għal Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU u għal Riżoluzzjonijiet tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NU/KEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU. |
|
(5) |
Id-WP.29 tan-NU/KEE, matul il-184 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn it-22 u l-24 ta’ Ġunju 2021, jista’ jadotta l-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 13, 13-H, 24, 30, 41, 49, 79, 83, 95, 101, 124, 129, 134, 137 u 157, u l-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali Nri 4 u 9. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 tan-NU/KEE fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti, billi r-Regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni u, flimkien mal-GTRs tan-NU, jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li jiġu adattati r-rekwiżiti relatati ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 13, 13-H, 24, 30, 41, 49, 79, 83, 95, 101, 124, 129, 134, 137 u 157, jeħtieġ li jiġu emendati, kkoreġuti jew issupplimentati. |
|
(8) |
Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet fil-GTRs Nri 4 u 9 tan-NU jeħtieġ li jiġu emendati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-184 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE li se ssir bejn it-22 u l-24 ta’ Ġunju 2021 għandha tkun li tivvota favur il-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 13, 13-H, 24, 30, 41, 49, 79, 83, 95, 101, 124, 129, 134, 137 u 157, u l-proposti għal modifiki għar-Regolamenti Tekniku Globali Nri 4 u 9 (4).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2021.
F’isem il-Kunsill
Il-President
F. VAN DUNEM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(4) Ara d-dokument ST 9001/21 fuq http://register.consilium.europa.eu
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/926
tas-7 ta’ Ġunju 2021
dwar il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni Ewropea fi proċeduri bil-miktub mill-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati u mill-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili fir-rigward tat-talbiet mir-Renju Unit biex isir Parteċipant fihom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (l-“Arranġament”) żviluppati fil-qafas tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development) japplikaw fl-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
(2) |
Il-Parteċipanti fl-Arranġament huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti. |
|
(3) |
Il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili (il-“FSIA”) jinsab fl-Anness III tal-Arranġament u jifforma parti integrali mill-Arranġament. Għalhekk, il-FSIA japplika wkoll fl-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011. |
|
(4) |
Il-Parteċipanti fil-FSIA huma l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti. |
|
(5) |
L-Arranġament, inkluż il-FSIA, jipprovdi qafas għall-użu ordnat u trasparenti ta’ krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom. Huwa mmirat li jikkultiva kundizzjonijiet ekwi għal krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati, sabiex jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni fost l-esportaturi fuq il-bażi tal-kwalità u l-prezz tal-prodotti u s-servizzi esportati pjuttost milli fuq dik ta’ termini u kundizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġati li jkunu l-aktar favorevoli. |
|
(6) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) ħareġ mill-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 (2). |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Arranġament, Membri tal-OECD li mhumiex Parteċipanti fl-Arranġament kif ukoll dawk li mhumiex membri tal-OECD jistgħu jiġu mistiedna mill-Parteċipanti attwali biex isiru Parteċipanti. Min mhuwiex Parteċipant fil-FSIA jista’ jsir Parteċipant fih skont il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi I tal-FSIA. |
|
(8) |
F’ittra tat-28 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit talab li l-Parteċipanti fl-Arranġament u l-Parteċipanti fil-FSIA jaqblu li huwa jsir Parteċipant fl-Arranġament u Parteċipant fil-FSIA, rispettivament. Il-Parteċipanti fl-Arranġament u l-Parteċipanti fil-FSIA għandhom jiddeċiedu permezz ta’ proċedura bil-miktub dwar dawk it-talbiet. |
|
(9) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar id-deċiżjoni li trid tiġi adottata mill-Parteċipanti fl-Arranġament, kif ukoll il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar id-deċiżjoni li trid tiġi adottata mill-Parteċipanti fil-FSIA, peress li ż-żewġ deċiżjonijiet previsti se jkunu vinkolanti għall-Unjoni bis-saħħa tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati fir-rigward tat-talba mir-Renju Unit biex isir Parteċipant fl-Arranġament għandha tkun li dik it-talba tiġi appoġġata.
2. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili fir-rigward tat-talba mir-Renju Unit biex isir Parteċipant fil-Ftehim Settorjali għandha tkun li dik it-talba tiġi appoġġata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
F. VAN DUNEM
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 45).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/927
tal-31 ta’ Mejju 2021
li tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-aġġustament ta’ allokazzjonijiet bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025
(notifikata bid-dokument C(2021) 3745)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (1) tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikoli 10a(5), 10a(5a) u 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedu ammont annwali massimu ta’ kwoti li jikkostitwixxu l-bażi għall-kalkolu tal-kwoti allokati bla ħlas għall-installazzjonijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 10a(3) ta’ din id-Direttiva. |
|
(2) |
L-ammont massimu ta’ allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti previst fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE nieqes l-ammont imsemmi fl-Artikolu 10a(8) u filwaqt li jittieħed inkonsiderazzjoni l-ammont addizzjonali disponibbli, fejn meħtieġ, stabbilit bl-Artikolu 10a(5a) ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li ma jinqabiżx sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar stabbilit fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE. Sabiex ikun żgurat li l-ammont annwali massimu ta’ kwoti ma jinqabiżx, jenħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali, jekk ikun meħtieġ, u dan inaqqas b’mod uniformi l-għadd ta’ kwoti bla ħlas għal kull installazzjoni eliġibbli għall-allokazzjoni bla ħlas. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali għal kull sena matul il-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti ladarba l-ammonti annwali preliminari ta’ allokazzjonijiet bla ħlas għal dak il-perjodu jiġu nnotifikati. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali applikabbli kull sena tal-perjodu ta’ allokazzjoni mill-2021 sal-2025 għall-installazzjonijiet li mhumiex identifikati bħala ġeneraturi tal-elettriku u li ma daħlux ġodda fis-suq ikunu determinati abbażi tal-ammont annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas matul il-perjodu ta’ allokazzjoni, mingħajr ma jiġu inklużi il-kwoti bla ħlas allokati għall-installazzjonijiet li huma esklużi mill-Istati Membri mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fi ħdan l-Unjoni (UE ETS), f’konformità mal-Artikolu 27 jew 27a tad-Direttiva 2003/87/KE u inklużi l-kwoti bla ħlas allokati għall-installazzjonijiet li huma inklużi mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Għall-2021, il-kwantità ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE tammonta għal 1 571 583 007, kif stabbilita fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1722 (3). F’konformità mal-Artikolu 10(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammont (annwali) massimu previst fl-Artikolu 10a(5) ġie kkalkulat bħala 43 % ta’ 1 571 583 007, li huwa 675 780 693. Minn dan l-ammont ta’ 675 780 693, jenħtieġ li jitnaqqsu 32 500 000 kwota kull sena f’konformità mal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jwasslu għal ammont massimu ta’ 643 280 693 għall-2021. Skont l-Artikolu 10a(5a) tad-Direttiva 2003/87/KE, ammont addizzjonali sa 3 % tal-kwantità totali ta’ kwoti li jammontaw għal 413 420 157 fuq il-perjodu ta’ għaxar snin mill-2021 sal-2030, se jintuża biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli jekk l-ammonti annwali preliminari ta’ kwoti bla ħlas għal kull installazzjoni kif ppreżentata mill-Istati Membri u l-Istati taż-ŻEE–EFTA, bl-applikazzjoni tal-fattur rilevanti ddeterminat fl-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, qabeż il-kwantità massima msemmija fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva. Madankollu, dan tal-aħħar ma kienx il-każ. Għaldaqstant jenħtieġ li l-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali annwali jkun ta’ 100 %. |
|
(6) |
Jenħtieġ li kwalunkwe kwota mhux użata mill-ammonti massimi fis-sena 2021 jkunu disponibbli fis-sena ta’ wara, jiġifieri fl-2022. Jenħtieġ li dik il-loġika tkompli tapplika għas-snin ta’ wara matul il-perjodu ta’ allokazzjoni mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331. |
|
(7) |
L-ammonti massimi previsti fl-Artikolu 10a(5), 10a(5a) u 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-regoli tal-allokazzjoni armonizzata u l-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali għandhom japplikaw fl-Istati taż-ŻEE–EFTA (4). Għalhekk jeħtieġ li jitqiesu l-ammonti annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet li għandhom jiġu allokati bla ħlas fil-perjodu mill-2021 sal-2025, abbażi tad-data aċċettata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein u tan-Norveġja. Il-kalkoli msemmija fil-premessa (5) jirriflettu din il-ħtieġa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għal kull sena fil-perjodu ta’ allokazzjoni mill-2021 sal-2025, il-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali uniformi għall-aġġustament ta’ allokazzjonijiet bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10a(5) u 10a(5a) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkun 100 %.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1722 tas-16 ta’ Novembru 2020 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu mal-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet għall-2021 (ĠU L 386, 18.11.2020, p. 26).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2020 tal-14 ta’ Lulju 2020 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE. (Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/928 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-2 ta’ Ġunju 2021
li taħtar Imħallef tal-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta’ tlieta u għoxrin Imħallef tal-Qorti Ġenerali skadew fil-31 ta’ Awwissu 2019. |
|
(2) |
F’dan il-kuntest, is-Sinjura Maja BRKAN ġiet proposta għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ din il-kandidata għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali. |
|
(4) |
Jenħtieġ li s-Sinjura Maja BRKAN tinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Maja BRKAN hija b’dan maħtura Mħallef tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2021.
Il-President
N. BRITO