ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 181

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
21 ta' Mejju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/803 tal-10 ta’ Mejju 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

1

 

*

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/803

tal-10 ta’ Mejju 2021

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tniedi negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(2)

In-negozjati mar-Renju tan-Norveġja ġew konklużi fis-7 u t-8 ta’ Lulju 2020 permezz tal-inizjalar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fis-17 ta’ Diċembru 2020, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1496 (1).

(4)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika stipulata fil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1496 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju n-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“GATT”) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 343, 16.10.2020, p. 22).

(2)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


21.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/3


FTEHIM

FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU TAN-NORVEĠJA SKONT L-ARTIKOLU XXVIII TAL-FTEHIM ĠENERALI DWAR IT-TARIFFI U L-KUMMERĊ (GATT) TAL-1994 RIGWARD IL-MODIFIKA TA’ KONĊESSJONIJIET DWAR IL-KWOTI TARIFFARJI KOLLHA INKLUŻI FL-ISKEDA CLXXV TAL-UE BĦALA KONSEGWENZA TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA


A.   Ittra mingħand l-Unjoni Ewropea

Eċċellenza,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda tat-Tariffi tal-Unjoni Ewropea CLXXV bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea jaqblu li jikkonkludu n-negozjati abbażi ta’ dan li ġej:

In-Norveġja taqbel mal-prinċipju u mal-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li jinkludu r-Renju Unit fejn hemm kwantità mqassma meħuda mill-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit bil-bqija tal-kwantità meħuda mir-Renju Unit.

Rigward il-kwoti tariffarji fejn in-Norveġja għandha drittijiet ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, in-Norveġja tesprimi li taqbel u hi sodisfatta bit-tqassim propost kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2 u l-impenji kwantitattivi li jirriżultaw meħuda mill-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit.

Minkejja l-paragrafu preċedenti, fir-rigward tal-kwota tariffarja 002 (l-aringa), in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea jaqblu kif ġej: abbażi tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea f’perijodu ta’ referenza rappreżentattiv aktar reċenti ta’ 2015-2017, in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea jikkonfermaw li l-impenn kwantitattiv skedat għall-aringa tal-Unjoni Ewropea li jinkludi lir-Renju Unit ta’ 34 000t se jitqassam b’mod li l-kwantità skedata għall-Unjoni Ewropea li ma tibqax tinkludi lir-Renju Unit tkun 33 496t.

L-Unjoni Ewropea u n-Norveġja għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika. Għandu japplika minn dik id-data jew mid-data meta r-Renju Unit ma jibqax kopert mill-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni Ewropea CLXXV, liema waħda tkun l-aktar reċenti.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq. Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta’ hawn fuq hu aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-Ftehim GATT tal-1994.

Għoddni dejjem tiegħek.

Image 1

B.   Ittra min-Norveġja

Eċċellenza,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda tat-Tariffi tal-Unjoni Ewropea CLXXV bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea jaqblu li jikkonkludu n-negozjati abbażi ta’ dan li ġej:

In-Norveġja taqbel mal-prinċipju u mal-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li jinkludu r-Renju Unit fejn hemm kwantità mqassma meħuda mill-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit bil-bqija tal-kwantità meħuda mir-Renju Unit.

Rigward il-kwoti tariffarji fejn in-Norveġja għandha drittijiet ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, in-Norveġja tesprimi li taqbel u hi sodisfatta bit-tqassim propost kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2 u l-impenji kwantitattivi li jirriżultaw meħuda mill-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit.

Minkejja l-paragrafu preċedenti, fir-rigward tal-kwota tariffarja 002 (l-aringa), in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea jaqblu kif ġej: abbażi tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea f’perijodu ta’ referenza rappreżentattiv aktar reċenti ta’ 2015-2017, in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea jikkonfermaw li l-impenn kwantitattiv skedat għall-aringa tal-Unjoni Ewropea li jinkludi lir-Renju Unit ta’ 34 000t se jitqassam b’mod li l-kwantità skedata għall-Unjoni Ewropea li ma tibqax tinkludi lir-Renju Unit tkun 33 496t.

L-Unjoni Ewropea u n-Norveġja għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika. Għandu japplika minn dik id-data jew mid-data meta r-Renju Unit ma jibqax kopert mill-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni Ewropea CLXXV, liema waħda tkun l-aktar reċenti.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq. Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta’ hawn fuq hu aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-Ftehim GATT tal-1994.”.

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra.

Image 2