ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 178

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
20 ta' Mejju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/802 tat-12 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/GAI fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanzi psikoattivi ġodda l-metil 3,3-dimetil-2-{[1-(pent-4-en-1-yl)-1H-indażolu-3-karbonil]amino}butanoat (MDMB-4en-PINACA) u l-metil 2-{[1-(4-fluworobutil)-1H-indol-3-karbonil]amino}-3,3-dimetilbutanoat (4F-MDMB-BICA) fid-definizzjoni ta’ droga

1

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal- ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 ( ĠU L 130, 17.5.2019 )

4

 

*

Rettifika għall-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użi Sikuri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari ( ĠU L 150, 30.4.2021 )

5

 

*

Rettifika għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Unjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet Uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom ( ĠU L 52, 23.2.2018 )

6

 

*

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2155 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi skema komuni fakultattiva tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini ( ĠU L 431, 21.12.2020 )

7

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DIRETTIVI

20.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/1


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/802

tat-12 ta’ Marzu 2021

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/GAI fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanzi psikoattivi ġodda l-metil 3,3-dimetil-2-{[1-(pent-4-en-1-yl)-1H-indażolu-3-karbonil]amino}butanoat (MDMB-4en-PINACA) u l-metil 2-{[1-(4-fluworobutil)-1H-indol-3-karbonil]amino}-3,3-dimetilbutanoat (4F-MDMB-BICA) fid-definizzjoni ta’ “droga”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1a(1) tagħha,

Billi:

(1)

Saru rapporti ta’ valutazzjoni tar-riskju dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda metil 3,3-dimetil-2-{[1-(pent-4-en-1-yl)-1H-indażolu-3-karbonil]amino}butanoat (MDMB-4en-PINACA) u metil 2-{[1-(4-fluworobutil)-1H-indol-3-karbonil]amino}-3,3-dimetilbutanoat (4F-MDMB-BICA) f’konformità mal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) mill-Kumitat Xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga estiż skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(4) tal-istess Regolament. Iċ-Ċentru ppreżenta r-rapporti ta’ valutazzjoni tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-9 ta’ Diċembru 2020.

(2)

L-MDMB-4en-PINACA u l-4F-MDMB-BICA huma agonisti sintetiċi tar-riċettur tal-kannabinojdi (kannabinojdi sintetiċi). Dawn juru effetti simili għal dawk tat-tetraidrokannabinol (THC), li hija s-sustanza responsabbli għall-effetti psikoattivi ewlenin tal-kannabis, iżda għandhom livell addizzjonali ta’ tossiċità li tista’ tkun fatali. Il-potenza qawwija taż-żewġ sustanzi tikkostitwixxi riskju għoli ta’ avvelenament.

(3)

L-MDMB-4en-PINACA ilha disponibbli fl-Unjoni Ewropea mill-inqas mill-2017 u ġiet identifikata f’20 Stat Membru, filwaqt li kien hemm żieda qawwija fl-għadd ta’ Stati Membri li identifikaw is-sustanza għall-ewwel darba fl-2019. Fl-2020 kien hemm żieda qawwija fil-kwantità ta’ MDMB-4en-PINACA sekwestrata mid-dwani. B’kollox 20 Stat Membru rrapportaw 389 każ ta’ sekwestru (3). Barra minn hekk, sitt Stati Membri rrapportaw it-teħid ta’ 15-il kampjun u Stat Membru wieħed irrapporta 28 kampjun bijoloġiku. B’mod ġenerali x’aktarx li hemm nuqqas ta’ detezzjoni tal-MDMB-4en-PINACA peress li f’xi laboratorji s-sustanza ma tiffurmax parti mill-iskrinjar sistematiku. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, is-sustanza ġiet issekwestrata bħala trab u f’taħlitiet għat-tipjip, iżda ġiet identifikata wkoll fil-forma ta’ karta imprenjata, inklużi prodotti assorbenti, f’forma likwida u f’forom oħra mhux speċifikati.

(4)

F’żewġ Stati Membri ġew rapportati li mietu tnax-il persuna kawża tal-MDMB-4en-PINACA. X’aktarx li hemm nuqqas ta’ detezzjoni u nuqqas ta’ rapportar kemm tal-intossikazzjonijiet kif ukoll tal-imwiet peress li f’xi laboratorji s-sustanzi ma jiffurmax parti mill-iskrinjar sistematiku.

(5)

Is-sustanza 4F-MDMB-BICA ilha disponibbli fl-Unjoni mill-inqas minn Marzu 2020 u ġiet identifikata fi-ħdax-il Stat Membru. B’kollox ġew irrapportati 94 każ ta’ sekwestru minn ħdax-il Stat Membru (4). Barra minn hekk, Stat Membru wieħed irrapporta t-teħid ta’ kampjun u Stat Membru ieħor irrapporta 126 kampjun bijoloġiku. B’mod ġenerali x’aktarx li hemm nuqqas ta’ detezzjoni tal-4F-MDMB-BICA peress li s-sustanza ma tiġix skrinjata sistematikament minħabba n-novità tagħha fis-suq. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, is-sustanza ġiet issekwestrata bħala trab u f’taħlitiet għat-tipjip, kif ukoll bħala prodotti assorbenti iżda ġiet identifikata wkoll f’forma likwida u f’forom oħra mhux speċifikati.

(6)

Wieħed u għoxrin persuna ġew irrapporati li mietu fi Stat Membru wieħed bejn Mejju u Awwissu 2020 kawża tal-4F-MDMB-BICA. X’aktarx li hemm nuqqas ta’ detezzjoni u nuqqas ta’ rapportar kemm tal-intossikazzjonijiet kif ukoll tal-imwiet peress li ma tiffurmax parti mill-iskrinjar sistematiku u peress li s-sustanza dehret dan l-aħħar fis-suq tal-Unjoni.

(7)

Jidher li s-sustanzi MDMB-4en-PINACA u 4F-MDMB-BICA jinbiegħu online fi kwantitajiet żgħar kif ukoll bl-ingrossa bħala sostituti “legali” għall-kannabis u għall-kannabinojdi sintetiċi kkontrollati, primarjament bħala prodott lesti għall-konsumatur, bħal taħlitiet għat-tipjip, likwidi għas-sigaretti elettroniċi jew imprenjati f’karta.

(8)

Ma hemm ebda evidenza diretta li turi l-involviment tal-kriminalità organizzata fil-manifattura, id-distribuzzjoni (it-traffikar) u l-forniment tal-MDMB-4en-PINACA u tal-4F-MDMB-BICA fl-Unjoni.

(9)

L-MDMB-4en-PINACA u l-4F-MDMB-BICA ma għandhom ebda użu mediku għall-bniedem jew użu mediku veterinarju rikonoxxut la fl-Unjoni u lanqas apparentement xi mkien ieħor. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-sustanzi jistgħu jintużaw għal xi skop ieħor minbarra bħala standard analitiku ta’ referenza u fir-riċerka xjentifika.

(10)

Ir-rapporti dwar il-valutazzjoni tar-riskju juru li ħafna mil-mistoqsijiet relatati mal-MDMB-4en-PINACA u l-4F-MDMB-BICA li jqumu minħabba n-nuqqas ta’ data dwar ir-riskji għas-saħħa tal-individwu, ir-riskji għas-saħħa pubblika, u r-riskji soċjali, jista’ jkollhom risposta permezz ta’ riċerka ulterjuri. L-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-konsum tal-MDMB-4en-PINACA u tal-4F-MDMB-BICA jikkawża dannu għas-saħħa assoċjat mat-tossiċità akuta tagħhom u għall-potenzjal tagħhom li jwasslu għar-riskju tal-abbuż jew għad-dipendenza. Dan id-dannu għas-saħħa jitqies bħala ta’ theddida għall-ħajja. Ma hemm l-ebda informazzjoni speċifika dwar ir-riskji soċjali ġejjin mill-MDMB-4-en-PINACA u mill-4F-MDMB-BICA. Għaldaqstant, hemm biżżejjed raġuni biex l-MDMB-4-en-PINACA u l-4F-MDMB-BICA jiġu inklużi fid-definizzjoni ta’ “droga”.

(11)

L-MDMB-4-en-PINACA u l-4F-MDMB-BICA mhumiex elenkati għall-kontroll skont il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Bħalissa qed issir valutazzjoni tas-sustanza 4F-MDMB-BICA mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li saret rakkomandazzjoni li anki l-MDMB-4en-PINACA tiġi skedata fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu, hemm biżżejjed evidenza biex din is-sustanza tiġi inkluża b’urġenza fid-definizzjoni ta’ “droga” anki fid-dritt tal-UE.

(12)

Disa’ Stati Membri jikkontrollaw is-sustanza MDMB-4en-PINACA permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tad-drogi u erba’ Stati Membri jikkontrollawha permezz ta’ leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sustanzi psikoattivi filwaqt li Stat Membru wieħed jikkontrollaha permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra. Seba’ Stati Membri jikkontrollaw is-sustanza 4F-MDMB-BICA permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tad-drogi u erba’ Stati Membri jikkontrollawha permezz ta’ leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sustanzi psikoattivi filwaqt li Stat Membru wieħed jikkontrollaha permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra. Peress li dawn il-miżuri nazzjonali ta’ kontroll diġà jinsabu fis-seħħ, il-fatt li l-MDMB-4-en-PINACA u l-4F-MDMB-BICA jiġu inklużi fid-definizzjoni ta’ “droga”, u b’hekk isiru soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar ir-reati u s-sanzjonijiet kriminali kif definiti fid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757, jista’ jgħin biex jiġi evitat li jinħolqu ostakli fl-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-livell transfruntier, u jgħin fil-protezzjoni mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tagħhom jistgħu joħolqu.

(13)

Peress li l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-attivazzjoni tat-tħaddim tas-setgħat ta’ adozzjoni huma ssodisfati, jenħtieġ li tiġi adottata direttiva delegata sabiex l-MDMB-4en-PINACA u l-4F-MDMB-BICA jiġu inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI u, bħala konsegwenza ta’ dan, dawn is-sustanzi jsiru soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tal-Unjoni dwar it-traffikar tad-droga.

(14)

L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI kif emendata bid-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(15)

Id-Danimarka hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI kif applikabbli sal-21 ta’ Novembru 2018, iżda mhix marbuta bid-Direttiva (UE) 2017/2103. Għaldaqstant, mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(16)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (6), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

(17)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI

Fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI, jiżdiedu l-punti 18 u 19 kif ġej:

“18.

Metil 3,3-dimetil-2-{[1-(pent-4-en-1-yl)-1H-indażolu-3-karbonil]amino}butanoat (MDMB-4en-PINACA) (*).

19.

Metil 2-{[1-(4-fluworobutil)-1H-indol-3-karbonil]amino}-3,3-dimetilbutanoat (4F-MDMB-BICA) (*).”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-9 ta’ Diċembru 2021. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(3)  Barra minn hekk, ir-Renju Unit irrapporta 380 każ ta’ sekwestru, in-Norveġja sekwestru wieħed u t-Turkija 663 każ ta’ sekwestru.

(4)  Barra minn hekk, ir-Renju Unit irrapporta 17-il każ ta’ sekwestru.

(5)  Id-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI sabiex id-definizzjoni ta’ “droga” tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (ĠU L 305, 21.11.2017, p. 12).

(6)   ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


Rettifika

20.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/4


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal- ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 130 tas-17 ta’ Mejju 2019 )

1.

Fil-paġna 29, l-Artikolu 50(1),

minflok:

“1.   Xorb spirituż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li jkun ġie prodott qabel il-25 ta’ Mejju 2021 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.”,

aqra:

“1.   Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li ġew prodott qabel il-25 ta’ Mejju 2021 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il- ħażniet.”;

2.

Fil-paġna 45, l-Anness I, il-kategorija 34, il-punt (d),

minflok:

“(d)

Il-materja prima użata għandha teskludi prodotti tal-ħalib.”,

aqra:

“(d)

Il-materja prima użata għandha teskludi l-ħalib u prodotti tal-ħalib.”;

3.

Fil-paġna 46, l-Anness I, il-kategorija 39, il-punt (d),

minflok:

“(d)

Fil-produzzjoni ta’ likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat jistgħu jintużaw prodotti tal-ħalib.”,

aqra:

“(d)

Fil-produzzjoni ta’ likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.”;

4.

Fil-paġna 46, l-Anness I, il-kategorija 40, il-punt (d),

minflok:

“(d)

Fil-produzzjoni ta’ likur bil-bajd jistgħu jintużaw prodotti tal-ħalib.”,

aqra:

“(d)

Fil-produzzjoni ta’ likur bil-bajd jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.”.


20.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/5


Rettifika għall-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użi Sikuri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tat-30 ta’ April 2021 )

Fil-paġna 14, l-Artikolu 24(1),

minflok:

“1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak meta ż-żewġ Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu wettqu r-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom li jistabbilixxu l-kunsens tagħhom li jintrabtu.”,

aqra:

“1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak meta ż-żewġ Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu wettqu r-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom li jistabbilixxu l-kunsens tagħhom li jintrabtu (*1).


(*1)  In-notifika twettqet sat-30 ta’ April 2021. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, id-data tad-dħul fis-seħħ hija l-1 ta’ Mejju 2021.”


20.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/6


Rettifika għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Unjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet Uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 52 tat-23 ta’ Frar 2018 )

Fil-paġna 74, fit-tabella,

minflok:

“Klassijiet

I u A

II, III u B

L-ewwel tarġa mill-art “D”

Għoli massimu (mm)

340 (*)

380 (*)(1)(2)

Fond minimu (mm)

300 (3)

Tarġiet oħra “E”

Għoli massimu (mm)

250 (4)

350 (5)

Għoli minimu (mm)

120

Fond minimu (mm)

200”

aqra:

“Klassijiet

I u A

II, III u B

L-ewwel tarġa mill-art “D”

Għoli massimu (mm)

340 (1)

380 (1)(2)(3)

Fond minimu (mm)

300 (*)

Tarġiet oħra “E”

Għoli massimu (mm)

250 (4)

350 (5)

Għoli minimu (mm)

120

Fond minimu (mm)

200”


20.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/7


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2155 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi skema komuni fakultattiva tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 431 tal-21 ta’ Diċembru 2020 )

F’paġna 9, il-premessa 3,

minflok:

“Biex ikunu żgurati l-aċċettabbiltà, l-użabbiltà u l-konsistenza tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija, b’kollaborazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u id f’id mal-Istati Membri, għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini skont l-Artikolu 8(10) tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Anness IA tagħha.”,

aqra:

“Biex ikunu żgurati l-aċċettabbiltà, l-użabbiltà u l-konsistenza tal-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija, b’kollaborazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u id f’id mal-Istati Membri, għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini f’konformità mal-Artikolu 8(10) tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Anness IA tagħha.”;

F’paġna 9, il-premessa 5,

minflok:

“Jenħtieġ jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati tal-kontroll b’rabta mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza.”,

aqra:

“Jenħtieġ jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati tal-kontroll b’rabta mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza.”;

F’paġna 9, il-premessa 7,

minflok:

“Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-ispejjeż bejn l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-iskemi obbligatorji eżistenti, il-metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jenħtieġ tippermetti lill-Istati Membri, jekk ikunu jixtiequ, li jorbtu jew jintegraw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza ma’ skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u ma’ skemi oħra stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE.”,

aqra:

“Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-kostijiet bejn l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-iskemi obbligatorji eżistenti, il-metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jenħtieġ tippermetti lill-Istati Membri, jekk ikunu jixtiequ, li jorbtu jew jintegraw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza ma’ skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u ma’ skemi oħra stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE.”;

F’paġna 10, il-premessa 14,

minflok:

“Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini u tal-unitajiet tal-bini bħala parti mill-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-fini ta’ ħruġ ta’ ċertifikat tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, issir minn esperti kwalifikati jew akkreditati.”,

aqra:

“Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini u tal-unitajiet tal-bini bħala parti mill-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-fini ta’ ħruġ ta’ ċertifikat tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza, issir minn esperti kwalifikati jew akkreditati.”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(2),

minflok:

“ ‘skema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini;”,

aqra:

“ ‘skema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(7),

minflok:

“ ‘funzjonalità ewlenija tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser waħda mit-tliet funzjonalitajiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness IA tad-Direttiva 2010/31/UE;”,

aqra:

“ ‘funzjonalità ewlenija tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser waħda mit-tliet funzjonalitajiet ewlenin imsemmija fil-punt 2 tal-Anness IA tad-Direttiva 2010/31/UE;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(8),

minflok:

“ ‘kriterju tal-impatt’ tfisser impatt ewlieni li s-servizzi intelliġenti lesti huma mfassla biex jiksbu, kif stabbilit f’dan ir-Regolament;”,

aqra:

“ ‘kriterju tal-impatt’ tfisser impatt ewlieni li s-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza huma mfassla biex jiksbu, kif stabbilit f’dan ir-Regolament;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(9),

minflok:

“ ‘dominju tekniku’ tfisser ġabra ta’ servizzi intelliġenti lesti li, flimkien, iwettqu parti integrata u konsistenti tas-servizzi mistennija mill-binja jew mill-unità tal-bini, bħal pereżempju t-tisħin;”,

aqra:

“ ‘dominju tekniku’ tfisser ġabra ta’ servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li, flimkien, iwettqu parti integrata u konsistenti tas-servizzi mistennija mill-binja jew mill-unità tal-bini, bħal pereżempju t-tisħin;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(13),

minflok:

“ ‘teknoloġija intelliġenti lesta’ tfisser faċilitatur teknoloġiku, bħal awtomatizzazzjoni tal-bini, għal servizz intelliġenti lest wieħed jew aktar;”,

aqra:

“ ‘teknoloġija b’potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser faċilitatur teknoloġiku, bħal awtomatizzazzjoni tal-bini, għal servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza wieħed jew aktar;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(14),

minflok:

“ ‘servizz intelliġenti lest’ tfisser funzjoni jew aggregazzjoni ta’ funzjonijiet provduti minn komponent jew sistema teknika waħda jew aktar. Servizz intelliġenti lest juża teknoloġiji intelliġenti lesti u jorbothom f’funzjonijiet ta’ livell ogħla;”,

aqra:

“ ‘servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser funzjoni jew aggregazzjoni ta’ funzjonijiet provduti minn komponent jew sistema teknika waħda jew aktar. Servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza juża teknoloġiji b’potenzjal ta’ intelliġenza u jorbothom f’funzjonijiet ta’ livell ogħla;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(16),

minflok:

“ ‘livell tal-funzjonalità’ tfisser il-livell ta’ potenzjal ta’ intelliġenza ta’ servizz intelliġenti lest;”,

aqra:

“ ‘livell tal-funzjonalità’ tfisser il-livell ta’ potenzjal ta’ intelliġenza ta’ servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza;”;

F’paġna 12, l-Artikolu 4(1),

minflok:

“Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn f’binja jew f’unità tal-bini, u tas-servizzi intelliġenti lesti li jitqiesu rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”,

aqra:

“Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn f’binja jew f’unità tal-bini, u tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jitqiesu rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”;

F’paġna 12, l-Artikolu 6(1),

minflok:

“L-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun skema komuni fakultattiva tal-Unjoni.”,

aqra:

“L-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun skema komuni fakultattiva tal-Unjoni.”;

F’paġna 12, l-Artikolu 6(3),

minflok:

“L-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza jistgħu jagħżlu li japplikawha fuq bażi volontarja jew obbligatorja għall-bini jew għall-unitajiet tal-bini li jinsabu fit-territorju tagħhom.”,

aqra:

“L-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jistgħu jagħżlu li japplikawha fuq bażi volontarja jew obbligatorja għall-bini jew għall-unitajiet tal-bini li jinsabu fit-territorju tagħhom.”;

F’paġna 12, l-Artikolu 6(4),

minflok:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza fit-territorju nazzjonali tagħhom, jew f’partijiet minnu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel ma jimplimentaw l-iskema.”,

aqra:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza fit-territorju nazzjonali tagħhom, jew f’partijiet minnu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel ma jimplimentaw l-iskema.”;

F’paġna 13, l-Artikolu 8(2),

minflok:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-kwalifika jew l-akkreditazzjoni tal-esperti tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jinkludu kriterji ta’ kompetenza, inkluż fil-qasam tal-ICT.”,

aqra:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-kwalifika jew l-akkreditazzjoni tal-esperti tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jinkludu kriterji ta’ kompetenza, inkluż fil-qasam tal-ICT.”;

F’paġna 13, l-Artikolu 9,

minflok:

Sistema tal-kontroll tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza

1.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu sistema tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza. Meta rilevanti, dawk l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq sistemi tal-kontroll indipendenti li huma diġà fis-seħħ, bħal dawk għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

2.   Is-sistema tal-kontroll indipendenti għandha tiżgura l-validità taċ-ċertifikati tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza maħruġa fit-territorju tal-Istat Membru.”,

aqra:

Sistema tal-kontroll tal-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza

1.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu sistema tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza. Fejn rilevanti, dawk l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq sistemi tal-kontroll indipendenti li huma diġà fis-seħħ, bħal dawk għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

2.   Is-sistema tal-kontroll indipendenti għandha tiżgura l-validità taċ-ċertifikati tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza maħruġa fit-territorju tal-Istat Membru.”;

F’paġna 14, fl-Anness I, il-punt 2,

minflok:

“Il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew unità tal-bini hu ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fil-binja jew fl-unità tal-bini jew tal-bini, jew li huma rilevanti għaliha, u l-livell tal-funzjonalità tagħhom.”,

aqra:

“Il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini hu ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti jew ippjanati fil-binja jew fl-unità tal-bini jew tal-bini, jew li huma rilevanti għaliha, u l-livell tal-funzjonalità tagħhom.”;

F’paġna 14, fl-Anness I, il-punt 6,

minflok:

“Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini jiddependi fuq il-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn, u fuq il-livell tal-funzjonalità tagħhom. Il-valutazzjoni għandha l-għan li tiddetermina b’affidabbiltà biżżejjed liema servizzi huma preżenti jew ippjanati, u jekk iva, il-livell tal-funzjonalità għal kull wieħed minn dawk is-servizzi. Għal dan il-għan, meta jkunu disponibbli, jistgħu jintużaw mudelli diġitali tal-bini, inkluż mudelli ta’ informazzjoni dwar il-bini jew tewmin diġitali. Is-servizzi intelliġenti lesti li jistgħu jkunu preżenti f’binja huma elenkati f’katalgu predefinit ta’ servizzi intelliġenti lesti kif stabbilit fl-Anness VI u huma organizzati f’dominji tekniċi predefiniti kif stabbilit fl-Anness IV.”,

aqra:

“Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini jiddependi fuq il-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn, u fuq il-livell tal-funzjonalità tagħhom. Il-valutazzjoni għandha l-għan li tiddetermina b’biżżejjed affidabbiltà liema servizzi huma preżenti jew ippjanati, u fil-każ, il-livell tal-funzjonalità għal kull wieħed minn dawk is-servizzi. Għal dan il-għan, meta jkunu disponibbli, jistgħu jintużaw mudelli diġitali tal-bini, inkluż mudelli ta’ informazzjoni dwar il-bini jew tewmin diġitali. Is-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jistgħu jkunu preżenti f’binja huma elenkati f’katalgu predefinit ta’ servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness VI u huma organizzati f’dominji tekniċi predefiniti kif stabbilit fl-Anness IV.”;

F’paġna 14, fl-Anness I, fil-punt 7, il-punt (a) u l-punt (b), il-frażi introduttorja,

minflok:

“(a)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti kif stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għal kull dominju tekniku kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jiġu vvalutati s-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti u, għal kull wieħed minnhom, il-livell tal-funzjonalità jiġi ddeterminat skont il-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti.

(b)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti, u għal kull kriterju ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness II, il-punteġġ I(d,ic) ta’ kull dominju tekniku hu ddeterminat kif ġej:”,

aqra:

“(a)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għal kull dominju tekniku kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jiġu vvalutati s-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti u, għal kull wieħed minnhom, il-livell tal-funzjonalità jiġi ddeterminat skont il-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza;

(b)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza, u għal kull kriterju ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness II, il-punteġġ I(d,ic) ta’ kull dominju tekniku hu ddeterminat kif ġej:”;

F’paġna 15, fl-Anness I, fil-punt 7, il-frażi introduttorja u l-punt (c), is-subpunt (1),

minflok:

“(c)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti, il-punteġġ massimu ta’ kull dominju tekniku għal kull kriterju ta’ impatt Imax(d,ic) jiġi ddeterminat kif ġej:

Image 1

fejn:

(1)

FLmax(Si,d) hu l-ogħla livell tal-funzjonalità li s-servizz Si,d jista’ jkollu skont il-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti”,

aqra:

“(c)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza, il-punteġġ massimu ta’ kull dominju tekniku għal kull kriterju ta’ impatt Imax(d,ic) jiġi ddeterminat kif ġej:

Image 2

fejn:

(1)

FLmax(Si,d) hu l-ogħla livell tal-funzjonalità li s-servizz Si,d jista’ jkollu skont il-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza,”;

F’paġna 21, fl-Anness VI, it-titolu u l-punti 1, 2 u 3,

minflok:

Katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti

1.

Għall-fini tal-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, l-Istati Membri jagħmlu disponibbli mill-inqas katalogu wieħed tas-servizzi intelliġenti lesti li jrid jintuża mill-esperti bħala l-bażi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti.

2.

Katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti jinkludi l-lista tas-servizzi intelliġenti lesti li jridu jitqiesu għall-kalkolu tal-punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza, il-livelli tal-funzjonalità relatati, u l-punteġġi individwali korrispondenti għall-kriterji ta’ impatt.

3.

Id-definizzjoni u kull aġġornament sussegwenti tal-katalgi tas-servizzi intelliġenti lesti jirriflettu l-aktar teknoloġiji intelliġenti lesti avvanzati bħalissa.”,

aqra:

Katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza

1.

Għall-fini tal-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, l-Istati Membri jagħmlu disponibbli mill-inqas katalogu wieħed tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jrid jintuża mill-esperti bħala l-bażi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza.

2.

Katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza jinkludi l-lista tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jridu jitqiesu għall-kalkolu tal-punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza, il-livelli tal-funzjonalità relatati, u l-punteġġi individwali korrispondenti għall-kriterji tal-impatt.

3.

Id-definizzjoni u kull aġġornament sussegwenti tal-katalgi tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza jirriflettu teknoloġiji b’potenzjal ta’ intelliġenza l-aktar avvanzati bħalissa.”;

F’paġna 21, fl-Anness VI, il-punt 5,

minflok:

“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli diversi katalgi tas-servizzi intelliġenti lesti, pereżempju għal tipi differenti ta’ bini.”,

aqra:

“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli diversi katalgi tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza, pereżempju għal tipi differenti ta’ bini.”;

F’paġna 22, fl-Anness VII, il-punt 1,

minflok:

“Biex ikun evitat penalizzar inġust ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, xi servizzi intelliġenti lesti jistgħu jitħallew barra mill-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza, f’każ li dawk is-servizzi ma jkunux rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”,

aqra:

“Biex ikun evitat penalizzar inġust ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, xi servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza jistgħu jitħallew barra mill-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza, f’każ li dawk is-servizzi ma jkunux rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”;

F’paġna 24, fl-Anness IX, il-punt (c),

minflok:

“test ta’ informazzjoni li jiċċara l-ambitu tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija intelliġenti, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija,”,

aqra:

“test ta’ informazzjoni li jiċċara l-ambitu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija,”.