ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 175

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
18 ta' Mejju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/793 tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu

1

 

*

Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/793

tas-26 ta’ Marzu 2021

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Diċembru 2019 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim ta’ sħubija ġdid dwar is-sajd sostenibbli u protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid tiegħu.

(2)

In-negozjati ntemmu b’suċċess bl-inizjalar, fil-11 ta’ Jannar 2021, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta’ Sħubija”) l-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (“il-Protokoll”).

(3)

Il-Ftehim ta’ Sħubija jħassar il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (1), li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2007.

(4)

L-għan tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni, lill-Gvern tad-Danimarka u lill-Gvern ta’ Greenland jaħdmu flimkien aktar mill-qrib sabiex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Greenland.

(5)

Sabiex jiġi żgurat bidu bla dewmien tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Sħubija u mal-Artikolu 12 tal-Protokoll, jenħtieġ li l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll jiġu applikati fuq bażi proviżorja sa mid-data tal-iffirmar tagħhom.

(6)

Għaldaqstant, il-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll jenħtieġ li jiġu ffirmati u applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tagħhom,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta’ Sħubija”) u l-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (“il-Protokoll”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta’ dawk l-atti (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Skont l-Artikolu 15 tiegħu, il-Ftehim ta’ Sħubija għandu japplika b’mod proviżorju sa mid-data tal-iffirmar tiegħu (3), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Skont l-Artikolu 12 tiegħu, il-Protokoll għandu japplika b’mod proviżorju sa mid-data tal-iffirmar tiegħu (3), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu..

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

(2)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Id-data li minnha ser jibdew japplikaw b’mod proviżorju l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


18.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/3


FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-GVERN TA’ GREENLAND U L-GVERN TAD-DANIMARKA, MIN-NAĦA L-OĦRA

L-UNJONI EWROPEA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

kif ukoll

IL-GVERN TA’ GREENLAND u L-GVERN TAD-DANIMARKA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa "Greenland",

flimkien minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll dwar arranġamenti speċjali għal Greenland, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Unjoni u Greenland jixtiequ jsaħħu r-rabtiet ta’ bejniethom u jistabbilixxu sħubija u koperazzjoni li tappoġġa, tikkomplementa u testendi r-relazzjonijiet u l-koperazzjoni stabbiliti bejniethom fl-imgħoddi,

FILWAQT LI JFAKKRU fir-rikonoxximent min-naħa tal-Kunsill, fi Frar 2003, tal-ħtieġa li jitwessgħu u jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u Greenland, fil-qies ta’ l-importanza tas-sajd u l-ħtieġa għal riformi strutturali u orjentati lejn is-settur fi Greenland, abbażi ta’ sħubija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli,

FILWAQT LI JFAKKRU fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Unjoni Ewropea ('Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea') (1),

FILWAQT LI JFAKKRU fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/137/UE tal-14 ta’ Marzu 2014 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (2),

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta’ Marzu 2015 mill-Unjoni Ewropea. minn naħa waħda. u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka min-naħa l-oħra dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u Greenland,

FILWAQT LI JENFASIZZAW l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-Artiku sabiex l-Artiku jinżamm reġjun sigur, sostenibbli u prosperu, abbażi tad-Dikjarazzjoni ta’ Ilulissat tal-2008, li ġiet ikkonfermata mill-ġdid fl-2018,

FILWAQT LI JILQGĦU l-iffirmar tal-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali fit-3 ta’ Ottubru 2018 f’Ilulissat, Greenland,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni globali bejn l-Unjoni u Greenland, u x-xewqa reċiproka tagħhom li jissuktaw dik ir-relazzjoni,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Att dwar l-Awtonomija ta’ Greenland, li daħal fis-seħħ fl-21 ta’ Ġunju 2009, ħa post l-Att dwar it-Tmexxija Domestika ta’ Greenland, filwaqt li biddel l-istatus ta’ Greenland fir-Renju tad-Danimarka u filwaqt li ta lill-Gvern ta’ Greenland l-awtorità li jassumi oqsma ġodda ta’ responsabbiltajiet leġiżlattivi u eżekuttivi,

FILWAQT LI JINNUTAW li taħt l-Arranġament Awtonomu, Greenland teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Greenland,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 Diċembru 1982 (UNCLOS) u l-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 rigward il-Konservazzjoni u l-Maniġġar ta’ Stokkiijiet ta’ Ħut Trans-Żonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna tal-1995,

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fl-1995 waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (l-FAO) u mill-Ftehim tal-FAO dwar Miżuri tal-Istat tal-Port biex Jipprevjenu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd iIlegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (is-sajd IUU), u DETERMINATI li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentawhom,

DETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, sabiex jilħqu l-issuktar tas-sajd sostenibbli sabiex jiżguraw il-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar,

KONVINTI li din il-koperazzjoni għandha tieħu s-sura ta’ inizjattivi u miżuri li, sew jekk jittieħdu flimkien u sew jekk jittieħdu separatament, ikunu kumplementari, ikunu konsistenti mal-politika u jiżguraw sinerġija fl-isforzi,

BIĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, ikomplu djalogu bil-ħsieb li jkomplu jtejbu l-politika settorjali tas-sajd f’Greenland u jidentifikaw il-mezzi xierqa biex jiżguraw li dik il-politika tiġi implimentata b’mod effettiv,

XEWQANA li jistabbilixxu t-termini u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ibħra taż-żona ekonomika esklussiva ta’ Greenland u l-appoġġ tal-Unjoni sabiex jiġi assigurat li jibqa' jsir sajd sostenibbli f'dawk l-ilmijiet,

B’DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-ħsieb li jiġi promoss is-sajd sostenibbli kontinwu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Greenland (minn hawn’ il quddiem “iż-ŻEE ta’ Greenland”), sabiex jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali, inkluż l-iżvilupp tas-settur tas-sajd ta’ Greenland,

il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-ŻEE ta’ Greenland,

l-arranġamenti għar-regolazzjoni tas-sajd minn bastimenti tal-Unjoni fiż-ŻEE ta’ Greenland bil-għan li jiġi żgurat li jitħarsu r-regoli u l-kondizzjonijiet applikabbli għalihom, li l-miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-istokkijiet tal-ħut ikunu effikaċi, u li ma jitħalliex isir sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU) ,

is-sħubijiet bejn kumpaniji bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“awtoritajiet ta’ Greenland” tfisser il-Gvern ta’ Greenland;

(b)

“awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(c)

“ftehim” tfisser il-Ftehim, il-Protokoll ta’ implimentazzjoni u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu;

(d)

“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(e)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-użu kummerċjali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

(f)

“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser “liċenzja” kif definita fil-leġiżlazzjoni ta’ Greenland;

(g)

“impriża konġunta” tfisser kwalunkwe kumpanija rregolata mil-liġi ta’ Greenland u li jkun fiha wieħed jew iktar minn wieħed minn fost is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni u sieħeb jew sħab minn Greenland, li jkollha l-għan li tistad fiż-ŻEE ta’ Greenland, u possibbilment tisfrutta l-kwoti tas-sajd ta’ Greenland, minn fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Greenland, bil-ħsieb tal-forniment prijoritarju tas-suq tal-Unjoni;

(h)

“impriżi konġunti temporanji” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni bbażata fuq ftehim kuntrattwali għal tul ta’ żmien limitat bejn sidien tal-bastimenti Komunitarji u persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Greenland, bil-għan li b'mod konġunt jistadu u jisfruttaw il-kwoti tas-sajd ta’ Greenland minn fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea, u li jaqsmu l-profitti, l-ispejjeż jew it-telf ta’ l-attività ekonomika mwettqa, bil-ħsieb tal-forniment prijoritarju tas-suq tal-Unjoni;

(i)

“Kumitat Konġunt” tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u ta’ Greenland li l-funzjonijiet tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 12;

(j)

“sajd sostenibbli” tfisser is-sajd imwettaq skont l-għanijiet u l-prinċipji mniżżlin fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-FAO tal-1995.

Artikolu 3

Prinċipji u għanijiet wara l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1.   Il-partijiet b’dan jintrabtu li jiżguraw sajd sostenibbli kontinwu fiż-ŻEE ta’ Greenland f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland, u l-prinċipju tal-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. L-isfruttament sostenibbli huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-istokkijiet eċċessivi minn Greenland filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland, l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u l-informazzjoni rilevanti skambjata bejn il-Partijiet dwar l-isforz totali tas-sajd u l-qabdiet totali fuq l-istokkijiet rilevanti mill-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd.

2.   L-awtoritajiet ta’ Greenland qed jintrabtu li joffru aċċess preferenzjali lill-flotta tal-Unjoni għall-kwantitajiet żejda disponibbli.

3.   L-awtoritajiet ta’ Greenland jintrabtu li ma jagħtux kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk maqbula f’dan il-Ftehim lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland u li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk koperti minn dan il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu ('il-Protokoll').

4.   Fl-interess tat-trasparenza, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jagħmlu pubbliċi kwalunkwe ftehim u t-total tal-qabda disponibbli (TAC) globali kif ukoll li jinfurmaw lil xulxin dwar l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-flotot barranin u l-użu tagħhom.

5.   Il-partijiet għandhom iqisu kif xieraq il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) rilevanti, filwaqt li jqisu wkoll il-valutazzjonijiet xjentifiċi reġjonali prodotti mill-korpi xjentifiċi rilevanti. Għal dan il-għan, iż-żewġ Partijiet jikkooperaw, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet konġunti tal-ħut li jpassi fl-Atlantiku tat-Tramuntana.

6.   Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw dan il-Ftehim skont il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).

7.   B’mod partikulari, l-impjieg tal-baħrin minn Greenland abbord il-bastimenti tal-Unjoni għandu jkun irregolat mid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, li għandha tapplika għall-kuntratti rilevanti u għat-termini ġenerali tal-impjieg, kif ukoll mill-Konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO u mil-liġijiet ta’ Greenland. Dan għandu x’jaqsam b’mod partikolari mal-libertà tal-assoċjazzjoni u mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol, kif ukoll mal-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord il-bastimenti tas-sajd.

8.   Greenland sejra tissokta l-ippjanar ta’ politika settorali tas-sajd u tmexxi l-implimentazzjoni tagħha permezz ta’ programmi annwali u pluriennali, fid-dawl ta’ miri miftiehma bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Għal dak il-għan, il-Partijiet għandhom ikomplu d-djalogu ta’ politika dwar l-ippjanar tal-politika settorjali tas-sajd. Il-partijiet b’dan jintrabtu li jinfurmaw lil xulxin meta jiġu ppjanati u adottati aktar miżuri sinifikanti f’dan il-qasam.

9.   Fuq talba ta’ Parti minnhom, il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll fit-twettiq, sew konġuntement kif ukoll unilateralment, ta’ evalwazzjonijiet ta’ miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati abbażi ta’ dan il-Ftehim.

10.   B’dan il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont il-prinċipji tat-trasparenza u ta’ governanza ekonomika u soċjali tajba.

Artikolu 4

Kooperazzjoni xjentifika

1.   Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, Greenland u l-Unjoni għandhom jimmoniterjaw l-evoluzzjoni tar-riżorsi fiż-ŻEE ta’ Greenland. Kumitat xjentifiku konġunt ad hoc għandu jagħmel rapport, fuq talba tal-Kumitat Konġunt, abbażi ta’ kwalunkwe termini ta’ referenza stabbiliti minn dak il-Kumitat.

2.   Il-partijiet b’dan jintrabtu li jikkonsultaw lil xulxin, jew direttament jew fi ħdan l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd (RFOs) ikkonċernati, biex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi ħajjin u biex jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 5

Klawsola ta’ esklussività u aċċess għaż-żoni tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland

1.   Greenland b'dan qed tintrabat li tawtorizza bastimenti tal-Unoni sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tagħha skond dan il-Ftehim. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom joħorġu liċenzji, maħruġa skond il-Protokoll, lil bastimenti ddeżinjati min-naħa tal-Unjoni, skond l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija skond il-Protokoll.

2.   L-opportunitajiet ta’ sajd li Greenland tagħti lill-Unjoni taħt dan il-Ftehim jistgħu jittieħdu minn bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faroe u li jkunu rreġistrati hemmhekk, safejn dan ikun ta’ ħtieġa għall-funzjonament tajjeb tal-ftehimiet tas-sajd konklużi ma’ dawk il-partijiet mill-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta’ Greenland qed jintrabtu li jawtorizzaw bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faroe u li jkunu rreġistrati hemmhekk, sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tagħha.

3.   Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE koperti minn dan il-Ftehim biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim. Huma pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd kollha mhux koperti minn dan il-Ftehim. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim biss.

Artikolu 6

Liġi applikabbli

1.   L-attivitajiet tas-sajd koperti b'dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fi Greenland. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jinnotifikaw bil-quddiem u fiż-żmien dovut bi kwalunkwe emenda għaldawk il-liġijijiet u regolamenti.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, Greenland għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet li għandhom ir-responsabbiltà jwettqu dan il-monitoraġġ, dan il-kontroll u din is-sorveljanza.

3.   L-Unjoni b'dan timpenja ruħha li tiżgura li jittieħdu l-passi kollha xierqa li jkunu meħtieġa sabiex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland.

Artikolu 7

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni valida tas-sajd maħruġa taħt dan il-Ftehim minn Greenland.

2.   Il-proċedura għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd, il-miżati applikabbli u l-metodu ta’ ħlas li jrid jintuża mis-sidien tal-vapuri għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness mal-Protokoll.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tajba tal-proċeduri u l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 u 2 permezz ta’ koperazzjoni amministrattiva adegwata bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

Artikolu 8

Il-kontribut finanzjarju

1.   Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja lil Greenland skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll.

2.   Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun magħmula minn tliet elementi relatati, jiġifieri:

(a)

kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żoni tas-sajd ta’ Greenland;

(b)

appoġġ finanzjarju mill-Unjoni biex jiġi żgurat sajd responsabbli kontinwu u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Greenland;

(c)

tariffi tal-awtorizzazzjoni għall-aċċess imħallsa mis-sidien tal-bastimenti li jistadu bil-kwoti tal-Unjoni.

3.   Il-ġestjoni tal-komponent tal-kontribut finanzjarju msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha tkun indipendenti mill-pagamenti li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-aċċess u għandha tkun f'idejn l-awtoritajiet ta’ Greenland, fid-dawl tal-għanijiet identifikati b’kunsens reċiproku bejn il-Partijiet skond il-Protokoll, li jrid jintlaħaq fil-kuntest tal-politika tas-sajd ta’ Greenland u programm annwali u pluriennali għall-implimentazzjoni tagħha.

4.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti l-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll u skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiġi riveduta, mill-Kumitat Konġunt, soġġett għal dan il-Ftehim, fil-każ ta’:

(a)

ċirkustanzi eċċezzjonali, għajr il-fenomeni naturali, li jżommu milli jitwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(b)

tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lil bastimenti tal-Unjoni, wara qbil reċiproku bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, għall-finijiet tal-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet ikkonċernati, fejn dan jitqies li jkun meħtieġ għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(c)

l-aċċess preferenzjali tal-Unjoni abbażi ta’ dan il-Ftehim, għal opportunitajiet addizzjonali tas-sajd lil hinn minn dawk stabbiliti fil-Protokoll għall-Ftehim, b’segwiment tal-qbil komuni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li l-istat tar-riżorsi jkun jippermetti dan;

(d)

evalwazzjoni mill-ġdid tal-kondizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ politika tas-sajd ta’ Greenland, fejn din tkun iġġustifikata mir-riżultati rapportati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati miż-żewġ Partijiet;

(e)

is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 16.

Artikolu 9

Tħeġġiġ tal-kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ekonomika, kummerċjali, xjentifika, fil-kontroll u l-infruzar, fit-taħtiġ u fit-teknika fis-settur tas-sajd u setturi relatati. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw id-diversi miżuri li jistgħu jittieħdu għal dak il-għan.

2.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ preżervazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

3.   B'mod partikolari, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu t-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti, fl-interess reċiproku tagħhom u skond il-leġiżlazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 10

Kooperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

1.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU sabiex ikun jista’ jsir sajd responsabbli u sostenibbli.

2.   Abbażi ta’ konsultazzjoni fil-Kumitat Konġunt, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jikkooperaw u li jwettqu programmi ta’ spezzjoni konġunta fuq il-bastimenti tal-Unjoni bbażati fuq ir-riskju, sabiex isaħħu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd u l-miżuri korrettivi relatati magħhom.

Artikolu 11

Is-sajd sperimentali

Il-Partjiet għandhom iġibu 'l quddiem it-twettiq ta’ sajd sperimentali fiż-ŻEE ta’ Greenland. Il-Partijiet għandhom jimplimentaw is-sajd sperimentali flimkien, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Protokoll.

Artikolu 12

Il-Kumitat Konġunt

1.   Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt sabiex jaqdi bħala forum għall-Partijiet għall-moniteraġġ ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għall-iżgurar ta’ l-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-moniteraġġ u r-rappurtar tat-twettiq, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u partikolarment id-definizzjoni ta’ l-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 8(3), flimkien mal-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoi tagħha;

(b)

għandu jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qasam tas-sajd;

(c)

jaġixxi bħala forum għar-rikonċiljazzjoni u s-soluzzjoni amikevoli ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(d)

jirrivedi u jinnegozja, fejn dan ikun ta’ ħtieġa, il-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd eżistenti u ġodda għall-istokkijiet rilevanti fiż-ŻEE ta’ Greenland, abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, l-approċċ prekawzjonarju u l-ħtiġijiet ta’ l-industrija tas-sajd ta’ Greenland, u konsegwentement, l-opportunitajiet ta’ sajd disponibbli għall-Unjoni u, fejn dan ikun f'loku, il-kontribut finanzjarju msemmi fil-Protokoll;

(e)

jissorvelja l-applikazzjonijiet għat-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi temporanji skond it-termini ta’ dan il-Ftehim, u partikolarment jevalwa l-proġetti mressqa mill-Partijiet għat-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti skond il-kriterji stipulati fl-Anness mal-Protokoll u jirrivedi l-attivitajiet ta’ bastimenti ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti;

(f)

jiddetermina, każ b'każ, l-ispeċijiet, il-kondizzjonijiet u l-parametri rilevanti li jirrigwardaw is-sajd sperimentali;

(g)

jiftiehem dwar miżuri amministrattivi rigward l-aċċess ta’ bastimenti tal-Unjoni għaż-ŻEE u r-riżorsi ta’ Greenland, inkluż miżuri li jikkonċernaw liċenzji, il-moviment ta’ bastimenti tal-Unjoni u r-rappurtar tal-qabdiet;

(h)

jiftiehem dwar il-modalitajiet għall-implimentazzjoni ta’ l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità sabiex jintlaħaq l-issuktar tas-sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(i)

jevalwa t-termini ta’ l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ politika tas-sajd ta’ Greenland, fejn din tkun iġġustifikata mir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati miż-żewġ Partijiet, u jirrevedi l-kontribuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 8(4);

(j)

jaqdi kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu dwarha bi qbil komuni.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ tal-inqas darba fis-sena, sena fl-Unjoni u s-sena ta’ wara f’Greenland, u għandha tippresedih il-Parti ta’ fejn tkun qed issir il-laqgħa. Jekk xi waħda mill-Partijiet titlob dan, dan għandu jitlaqqa’ b’mod straordinarju.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

5.   Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu jitlob kumitat xjentifiku konġunt ad hoc jekk ikun meħtieġ, abbażi tat-terminu ta’ referenza stabbilit mill-Kumitat Konġunt.

7.   Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu rreġistrati u ffirmati miż-żewġ Partijiet.

8.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedimenti bil-miktub kif meħtieġ.

Artikolu 13

Żona ġeografika li għaliha japplika dan il-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta’ Greenland u ż-ŻEE ta’ Greenland.

Artikolu 14

Perjodu

Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Għandu jiġġedded b’mod taċitu għal perjodi addizzjonali ta’ sitt snin, sakemm ma tingħatax notifika bil-miktub ta’ terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel id-data ta’ skadenza.

Artikolu 15

Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Ftehim għandu japplika b’mod provviżorju mid-data meta l-Partijiet jiffirmawh.

Artikolu 16

Is-sospensjoni

1.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet fejn:

(a)

sitwazzjonijiet, minbarra l-fenomeni naturali, li l-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhomx kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(b)

minħabba bidliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim, kwalunkwe waħda mill-Partijiet titlob rieżami tad-dispożizzjonijiet tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jiġu emendati;

(c)

ikun inqala’ tilwim serju mhux solvut fis-settur tas-sajd bejn il-Partijiet u/jew relatat mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim; jew

(d)

kwalunkwe waħda mill-Partijiet taċċerta ksur tad-drittijiet fundamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).

Dan il-punt ma għandux japplika jekk il-ksur iseħħ f'qasam ta' responsabbiltà jew ta' kompetenza li fih il-Gvern ta' Greenland, minħabba l-istatus ta' dan il-pajjiż bħala parti awtonoma mir-Renju tad-Danimarka, ma għandux responsabbiltajiet jew kompetenzi formali.

2.   Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' dan l-Ftehim għandha tiġi nnotifikata minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet lill-Parti l-oħra bil-miktub u, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal it-tali notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux dwar perjodu ta’ żmien ieħor imsemmi espliċitament. Il-fatt li tasal dik in-notifika għandu jwassal biex jinfetħu konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt biex tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima f’perjodu ta’ tliet xhur.

3.   Ladarba tinstab din is-soluzzjoni, għandu jerġa’ jibda jiġi applikat dan il-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8 għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu jkun dam sospiż dan il-Ftehim, sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor.

Artikolu 17

Terminazzjoni

1.   Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ tittermina dan il-Ftehim fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jkun hemm sitwazzjonijiet, minbarra l-fenomeni naturali, li l-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhomx kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsir is-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(b)

tnaqqis jew degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

(c)

meta jonqos b’mod sinifikanti l-livell ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;

(d)

meta jkun hemm ksur serju tal-impenji li l-Partijiet ikunu daħlu għalihom fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;

(e)

meta jkun hemm kull ċirkustanza oħra li tkun tikkostitwixxi ksur ta’ dan il-Ftehim min-naħa ta’ xi waħda mill-Partijiet.

2.   Kwalunkwe waħda mill-Partijiet għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bit-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, u t-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux bi qbil reċiproku li jtawlu dan il-perjodu. Wara li ssir it-tali notifika ta’ terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet bejniethom permezz tal-Kumitat Konġunt biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima, fir-rigward tar-raġuni għat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim.

3.   Jekk isseħħ it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-ħlas tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8 għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis.

Artikolu 18

Protokoll u Anness

Il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet tagħhom għandhom jiffurmaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 19

Tħassir

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd tat-30 ta’ Ġunju 2007 bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (3), huwa b’dan imħassar.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Artikolu 21

Test awtentiku

Dan il-ftehim għandu jiġi ppreparat f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, u bl-Ungeriż u kull wieħed mit-testi huwa awtentiku b'mod ugwali.

Съставено в Брюксел на двадесет и втори април две хиляди двадесет и първа година.

Hecho en Bruselas, el veintidós de abril de dos mil veintiuno.

V Bruselu dne dvacátého druhého dubna dva tisíce dvacet jedna.

Udfærdiget i Bruxelles den toogtyvende april to tusind og enogtyve.

Geschehen zu Brüssel am zweiundzwanzigsten April zweitausendeinundzwanzig.

Kahe tuhande kahekümne esimese aasta aprillikuu kahekümne teisel päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι δύο Απριλίου δύο χιλιάδες είκοσι ένα.

Done at Brussels on the twenty-second day of April in the year two thousand and twenty one.

Fait à Bruxelles, le vingt-deux avril deux mille vingt et un.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset drugog travnja godine dvije tisuće dvadeset prve.

Fatto a Bruxelles, addì ventidue aprile duemilaventuno.

Briselē, divi tūkstoši divdesmit pirmā gada divdesmit otrajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai dvidešimt pirmų metų balandžio dvidešimt antrą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonegyedik év április havának huszonkettedik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tnejn u għoxrin jum ta’ April fis-sena elfejn u wieħed u għoxrin.

Gedaan te Brussel, tweeëntwintig april tweeduizend eenentwintig.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego drugiego kwietnia roku dwa tysiące dwudziestego pierwszego.

Feito em Bruxelas, em vinte e dois de abril de dois mil e vinte e um.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și doi aprilie două mii douăzeci și unu.

V Bruseli dvadsiateho druhého apríla dvetisícdvadsaťjeden.

V Bruslju, dvaindvajsetega aprila dva tisoč enaindvajset.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenätoisena päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäyksi.

Som skedde i Bryssel den tjugoandra april år tjugohundratjugoett.

Image 1


(1)  ĠU UE L 344, 19.12.2013, p. 1.

(2)  ĠU UE L 76, 15.3.2014, p. 1.

(3)  ĠU UE L 172, 30.6.2007, p. 4.


PROTOKOLL LI JIMPLIMENTA L-FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-GVERN TA’ GREENLAND U L-GVERN TAD-DANIMARKA, MIN-NAĦA L-OĦRA

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea ('l-Unjoni'), minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland (Greenland) u l-Gvern tad-Danimarka (id-Danimarka), min-naħa l-oħra ('il-Ftehim'). Dan il-Protokoll jinkludi Anness u l-Appendiċijiet tiegħu.

Artikolu 2

Livell indikattiv tal-opportunitajiet tas-sajd u l-proċess biex jiġi stabbilit il-livell annwali tagħhom

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu għall-ispeċijiet u ż-żoni ta’ ġestjoni rispettivi mniżżlin hawn taħt skont il-livell indikattiv annwali li ġej (f'tunnellati):

L-ispeċijiet u ż-żoni rispettivi ta’ ġestjoni fiż-ŻEE ta’ Greenland ’l barra minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi

Livell indikattiv tal-opportunitajiet

Merluzz fis-subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES u fid-diviżjoni 1F tan-NAFO

1 950

Redfish pelaġiku (REB) fis-subżoni XII u XIV tal-ICES u fid-diviżjoni 1F tan-NAFO, sakemm din it-tip ta’ ħuta ma tiġix mistada skont l-iskema ta’ flessibbiltà b’rabta mas-sajd għar-redfish pelaġiku msemmija fl-Appendiċi 5 tal-Anness

0 (1)

Redfish demersali (RED) (2) fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES

1 840

Ħalibatt ta’ Greenland fis-subżona 1 tan-NAFO — fin-nofsinhar ta’ 68° tramuntana

2 250

Ħalibatt ta’ Greenland fis-subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES (3)

4 950

Gamblu tat-Tramuntana fis-subżona 1 tan-NAFO

2 600

Gamblu tat-Tramuntana fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES

4 850

Kapelin fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES (4)

13 000

Kavalli fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES (5)

0

L-ispeċijiet ta’ Grenadier fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES (6)

100

L-ispeċijiet ta’ Grenadier fis-Subżona 1 tan-NAFO

100

Qabdiet inċidentali

600

2.   Għal kull sena li matulha jdum għaddej dan il-Protokoll u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-livell attwali tal-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet imniżżlin hawn fuq abbażi tal-livell indikattiv stabbilit fil-paragrafu 1 u filwaqt li jqis il-pariri xjentifiċi disponibbli, il-pjanijiet rilevanti ta' ġestjoni adottati mill-Gvern ta’ Greenland jew minn Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-sajd, l-approċċ ta' prekawzjoni u l-ħtiġijiet tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland.

(a)

Jekk fil-verità jkun hemm inqas opportunitajiet tas-sajd minn dawk indikati fil-paragrafu 1 għal ċerti speċijiet, il-Kumitat Konġunt jista’’ jikkumpensa għal dan billi joffri opportunitajiet tas-sajd oħra fl-istess sena. Jekk ma jiġi miftiehem l-ebda kumpens, il-Kumitat Konġunt għandu jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) b’mod proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd relattivi għall-opportunitajiet tas-sajd indikattivi fl-Artikolu 2(1).

(b)

Jekk fil-verità jkun hemm iktar opportunitajiet tas-sajd minn dawk indikati fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) b'mod proporzjonat.

3.   Minbarra l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija permezz tal-proċess annwali deskritt fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet ta' Greenland jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali tas-sajd għall-ispeċijiet imniżżlin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lill-Unjoni, li tista' taċċettahom kollha kemm huma jew parzjalment. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-opportunitajiet addizzjonali tas-sajd waqt laqgħa speċjali u jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) b'mod proporzjonat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom iwieġbu lil Greenland dwar dan sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jirċievu l-offerta.

4.   Il-ġestjoni tal-qabdiet inċidentali

Il-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed jistadu fiż-ŻEE ta' Greenland għandhom iħarsu r-regoli applikabbli dwar il-qabdiet inċidentali, kemm għall-ispeċijiet irregolati kif ukoll għal dawk li mhumiex, u r-regoli applikabbli dwar il-projbizzjoni tar-rimi tal-ħut lura fil-baħar.

(a)

Il-qabdiet inċidentali huma l-qabdiet tal-organiżmi marittimi ħajjin kollha li ma jkunux indikati bħala speċijiet fil-mira fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment jew li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tad-daqs.

Il-qabdiet inċidentali huma limitati għal rata ta' 5 % fil-każ tas-sajd għall-gambli tat-Tramuntana u għal rata ta' 10 % fil-każ tas-sajd għal ħut ieħor.

Ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni speċifika tas-sajd għall-qabdiet inċidentali.

(b)

Il-qabdiet kollha, inkluż il-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut, għandhom jiġu rreġistrati u rrappurtati skont l-ispeċi fżkonformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ Greenland.

(c)

Ma għandha titħallas l-ebda tariffa speċifika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qabdiet inċidentali, peress li t-tariffi stipulati fl-Anness ta’ dan il-Protokoll għall-ispeċijiet fil-mira ġew stabbiliti billi tqiesu r-regoli dwar il-qabdiet inċidentali awtorizzati.

(d)

Barra minn hekk, u mingħajr preġudizzju għar-rati tal-qabdiet inċidentali u għar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (c), il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jimplimentaw strateġiji tas-sajd li jiżguraw li l-qabdiet inċidentali tar-redfish u tal-merluzz fil-każ tas-sajd għall-ħalibatt ta’ Greenland, il-qabdiet inċidentali tar-redfish u tal-ħalibatt ta’ Greenland fil-każ tas-sajd għall-merluzz, u l-qabdiet inċidentali tal-merluzz u tal-ħalibatt ta’ Greenland fil-każ tas-sajd għar-redfish ma jaqbżux il-5 % tal-qabdiet awtorizzati tal-ispeċijiet fil-mira għal kull vjaġġ. Vjaġġ huwa l-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE ta' Greenland u l-ħruġ minnha. Jekk bastiment ikun inħatt kompletament f'port ta' Greenland, il-qabdiet ta' wara jiġu ttrattati bħala vjaġġ ġdid.

Artikolu 3

Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi tal-ħlas

1.   Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 16 521 754 fis-sena.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tkun magħmula minn:

(a)

ammont annwali ta’ EUR 13 590 754 għall-aċċess għaż-ŻEE ta’ Greenland skont l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 7;

(b)

ammont speċifiku ta’ EUR 2 931 000 fis-sena bħala appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta’ Greenland u għall-implimentazzjoni tagħha.

3.   L-ammont totali mħallas mill-Unjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fil punt (a) tal-paragrafu 2.

4.   L-Unjoni għandha tħallas l-ammont stipulat fil-paragrafu 2(a) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ ta' Ġunju fl-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu fis-snin ta' wara. L-Unjoni għandha tħallas l-ammont speċifiku stipulat fil-paragrafu 2(b) sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju fl-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju fis-snin ta' wara.

5.   L-awtoritajiet ta' Greenland għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa fl-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif speċifikat fil-paragrafu 2(a).

6.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ ma' istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet ta' Greenland.

Artikolu 4

Appoġġ settorjali

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali stipulata fl-Artikolu 3(2)(b) għandha tkun separata mill-pagamenti marbutin mal-ispejjeż tal-aċċess. Din tiddependi fuq il-kisba tal-għanijiet tal-politika settorjali tas-sajd ta' Greenland, identifikati mill-Kumitat Konġunt u fid-dawl tal-programmazzjoni annwali u pluriennali biex dawn jintlaħqu, u tiġi stabbilita abbażi ta' dan.

2.   Malli jibda japplika dan il-Protokoll u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali u fuq regoli ddettaljati ta' implimentazzjoni li jkunu jkopru, b'mod partikolari:

(a)

il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(b) għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena;

(b)

il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikompli s-sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ Greenland fil-politika nazzjonali tas-sajd tagħha u f'politiki oħrajn marbutin mal-kontinwazzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom impatt fuqu;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin kull sena.

3.   Il-Kumitat Konġunt irid jaqbel ma' kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali.

4.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jsir abbażi ta' analiżi ddettaljata tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u tal-bżonnijiet identifikati matul il-programmazzjoni. L-Unjoni tista' tissospendi parti mill-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika, jew tissospendih kollu kemm hu, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara li l-Kumitat Konġunt iwettaq evalwazzjoni;

(b)

f'każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax skont il-programmazzjoni maqbula.

Meta jkun beħsiebha tissospendi pagament, l-Unjoni għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u ftehim bejniethom, jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 5 jiġġustifikaw dan;

(c)

fejn dan il-Protokoll jiġi sospiż f’konformità mal-Artikolu 8; l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont iż-żmien li matulu kien sospiż dan il-Protokoll.

5.   Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta' appoġġ settorjali pluriennali. Jekk ikun hemm bżonn, wara li jiskadi dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika marbuta mal-appoġġ settorjali prevista fl-Artikolu 3(2)(b) tkun intużat kollha.

Artikolu 5

Kooperazzjoni xjentifika

Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd responsabbli, fosthom fil-livell reġjonali, b'mod partikolari fil-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (in-NEAFC) u fl-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (in-NAFO), u f'kull entità sottoreġjonali jew internazzjonali oħra kkonċernata. Il-Kumitat Konġunt jista' jikkunsidra kif jiżgura l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Greenland, f'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni rilevanti.

Artikolu 6

Is-sajd sperimentali

Il-Partijiet se jikkooperaw bejniethom, inkluż fil-qafas tal-Artikolu 4, biex jimplimentaw sajd sperimentali sostenibbli għal speċijiet u stokkijiet li mhumiex inklużi fl-Artikolu 2(1) permezz tal-proċess deskritt fil-Kapitolu VI tal-Anness u mingħajr konsegwenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 3(2)(a).

Artikolu 7

Opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.   L-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd huma opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet u żoni ta’ ġestjoni rispettivi li għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 2(1), dejjem jekk ikun hemm żieda proporzjonali f'dik il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a).

2.   Meta kwalunkwe waħda mill-Partijiet tesprimi l-interess tagħha li tinkludi xi opportunità ġdida tas-sajd fl-Artikolu 2(1), il-Kumitat Konġunt għandu jqis dan abbażi tal-liġijiet u r-regolamenti ta' Greenland, tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-ħtieġa tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland u tal-approċċ ta' prekawzjoni. Wara dan, l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd se jgħaddu mill-proċess kif deskritt fl-Artikolu 2(2) u (3). Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi wkoll il-prezz ta' referenza għall-ispeċi l-ġdida u t-tariffi għall-awtorizzazzjonijiet li għandhom japplikaw sa ma jiskadi dan il-Protokoll.

Artikolu 8

Sospensjoni ta' dan il-Protokoll u reviżjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża, jew riveduta fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja, fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet taħt waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta jkun hemm sitwazzjonijiet, minbarra l-fenomeni naturali, li l-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhomx kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(b)

fejn, minħabba f’hekk ikunu saru bidliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll u xi waħda mill-Partijiet titlob li jiġi riveduti d-dispożizzjonijiet tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jiġu emendati;

(c)

fejn ikun inqala’ tilwim serju mhux solvut fis-settur tas-sajd bejn il-Partijiet u/jew relatat mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim; jew

(d)

fejn kwalunkwe waħda mill-Partijiet taċċerta ksur tad-drittijiet fundamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).

Dan il-punt ma għandux japplika jekk il-ksur iseħħ f'qasam ta' responsabbiltà jew ta' kompetenza li fih il-Gvern ta' Greenland, minħabba l-istatus ta' dan il-pajjiż bħala parti awtonoma mir-Renju tad-Danimarka, ma għandux responsabbiltajiet jew kompetenzi formali.

2.   L-Unjoni tista' tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali previst fl-Artikolu 3(2)(b) ta' dan il-Protokoll skont l-Artikolu 4(4).

3.   Meta jkun beħsiebha tissospendi pagament, l-Unjoni għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni, għajr f’każijiet ta’ urġenza speċifika.

4.   L-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandha tibda mill-ġdid ladarba tkun tranġat is-sitwazzjoni wara li jkunu ttieħdu azzjonijiet biex jittaffew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq u wara li jkunu saru konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet u jkun intlaħaq ftehim bejniethom. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont iż-żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 9

Terminazzjoni

Jekk il-Protokoll jiġi tterminat bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u (2) tal-Ftehim, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan il-Protokoll għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis għas-sena li matulha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.

Artikolu 10

Liġijiet u regolamenti nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

2.   L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-Unjoni b'kull tibdil jew leġislazzjoni ġdida li hi rilevanti għall-bastimenti barranin li jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland fiż-żmien dovut qabel ma jidħol fis-seħħ dan it-tibdil jew din il-leġislazzjoni l-ġdida. Greenland se tagħmel ħilitha, kull meta jkun possibbli, biex tavża dwar il-bidliet fil-leġiżlazzjoni mill-inqas 3 xhur qabel l-implimentazzjoni.

Artikolu 11

Il-Protezzjoni tad-data

1.   Greenland u l-Unjoni jintrabtu li jiżguraw li d-data personali kollha dwar il-bastimenti tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim, ta’ dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu jiġu ttrattati f'kull ħin skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data, inklużi dawk previsti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-data jew id-data personali, li tista’ titqies bħala kunfidenzjali b’mod ieħor, għandha tintuża esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll. Il-partijiet jistgħu jużaw id-data tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għat-tiftix u s-salvataġġ jew għall-fini tas-sikurezza marittima. Id-data personali ma tinżammx għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet trasferita.

3.   Id-data personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni mhux se ssir pubblika. Id-data personali ser tiġi pproċessata b’mod xieraq biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali.

Artikolu 12

L-applikazzjoni proviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.

Artikolu 13

Perjodu

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ erba’’ snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tagħhom. Madankollu, jekk ikun hemm qbil miż-żewġ Partijiet, dan il-Protokoll għandu jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta’ sentejn.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.


(1)  Kwalunkwe allokazzjoni ta’ redfish għandha tkun konformi mal-ftehim ta’ ġestjoni u d-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tan-NEAFC.

(2)  RED huwa l-kodiċi tal-FAO għas-Sebastes spp. Madankollu, għar-rapportar tal-qabdiet l-ispeċijiet għandhom jiġu kkodifikati skont l-ispeċi (REG, REB).

(3)  Is-sajd għandu jsir minn mhux iktar minn 6 bastimenti jistadu fl-istess ħin.

(4)  Meta jinqabad, wara kwota minima għal Greenland ta’ 25 000 tunnellata skont it-TAC inizjali, intermedju u finali, l-Unjoni għandha tiġi offruta opportunitajiet tas-sajd kif disponibbli sa massimu ta’ 7.7 % tat-TAC applikabbli tal-capelin matul l-istaġun tas-sajd u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) u (3).

(5)  Kwalunkwe kwota ta’ kavalli trasferita minn Greenland ser tiddependi fuq il-parteċipazzjoni ta’ Greenland bħala firmatarja, mal-Unjoni, għall-Arranġament ta’ Qsim tal-Istati Kostali dwar il-Ġestjoni tal-kavalli.

(6)  Ir-roundnose grenadier u r-roughhead grenadier m'għandhomx ikunu fil-mira tas-sajd u għandhom jinqabdu biss bħala qabdiet inċidentali flimkien ma' speċijiet oħrajn fil-mira u l-qabdiet tagħhom għandhom jiġu rrappurtati b'mod separat.


ANNESS

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-UNJONI SKONT IL-PROTOKOLL LI JIMPLIMENTA L-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-GVERN TA’ GREENLAND U L-GVERN TAD-DANIMARKA, MIN-NAĦA L-OĦRA

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Ħatra tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, “awtorità kompetenti” tfisser:

għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea

għal Greenland: il-Ministeru tas-Sajd, il-Kaċċa u l-Agrikoltura

2.

'Awtorizzazzjoni tas-sajd' tfisser liċenzja maħruġa għal bastiment tal-Unjoni li tagħtih id-dritt iwettaq attivitajiet speċifiċi tas-sajd, matul perjodu speċifiku, fiż-ŻEE ta' Greenland kif identifikata fil-paragrafu 3.

3.

Żona tas-sajd

3.1.

Is-sajd għandu jsir fiż-ŻEE kif jipprevedi r-Regolament Nru 1020 tal-20 ta' Ottubru 2004 skont id-Digriet Irjali Nru 1005 tal-15 ta' Ottubru 2004 dwar id-Dħul fis-Seħħ ta' Att dwar Żoni Ekonomiċi Esklussivi għal Greenland li jdaħħal fis-seħħ l-Att Nru 411 tat-22 ta' Mejju 1996 dwar iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi.

3.2.

Is-sajd għandu jsir talanqas 12-il mil nawtiku lil hinn mil-linja ta' bażi f’konformità mat-§ 7 Taqsima 2 tal-Att Nru 18 tal-31 ta' Ottubru 1996 dwar is-Sajd maħruġa mil-Landsting ta’ Greenland kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ Inatsisartut Nru 28 tat-28 ta' Novembru 2016, sakemm mhux speċifikament ipprovdut mod ieħor.

3.3.

Il-linja ta' bażi hija ddefinita skont id-Digriet Irjali Nru 1004 tal-15 ta' Ottubru 2004 dwar emenda tad-Digriet Irjali dwar id-delimitazzjoni tal-ilmijiet territorjali ta' Greenland.

KAPITOLU II

APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD U ĦRUĠ TAGĦHOM

1.

Kundizzjonijiet biex jinkisbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.1

Awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Ftehim tista’ tingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Sabiex isir sajd taħt l-iskema ta’ flessibbiltà tar-redfish pelaġiku, il-bastimenti jridu jiġu nnotifikati wkoll lin-NEAFC skont ir-regoli tagħha. Barra minn hekk, dawn ma għandhomx ikunu fuq xi lista tal-IUU ta’ bastimenti tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO).

1.2.

Biex bastiment ikun eliġibbli għal awtorizzazzjoni, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jridu jkunu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Greenland. Dawn għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti kollha li jkunu ġejjin mill-Ftehim.

2.

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd

2.1.

L-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jintbagħtu bil-mod li ġej sa ma ż-żewġ Partijiet jimplimentaw sistema ta' liċenzji elettroniċi b'mod konġunt.

2.2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom iressqu, b'mod elettroniku, talba (kollettiva) għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastiment(i) li jkunu jixtiequ jistadu skont il-Ftehim lill-awtorità kompetenti ta' Greenland. L-applikazzjoni għandha ssir fuq il-formola pprovduta fl-Appendiċi 1. Tista' tintbagħat applikazzjoni kollettiva għall-awtorizzazzjoni tas-sajd fil-każ ta' bastimenti tal-Unjoni li jkunu tal-istess sid jew aġent, dejjem jekk dawn il-bastimenti jkunu jtajru l-bandiera tal-istess Stat Membru.

2.3.

Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha prova li tħallset it-tariffa għall-ispeċijiet u għall-kwantitajiet mitlubin, fżkonformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.

2.4.

Jekk l-awtorità kompetenti ta' Greenland tqis li xi applikazzjoni ma tkunx kompluta jew li din ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 1, 2.2 u 2.3, din għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni malajr kemm jista' jkun bir-raġunijiet għal dan, u f'kull każ fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni.

3.

Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

3.1.

L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd, b'mod elettroniku, lill-awtorità kompententi tal-Unjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tintbagħat l-applikazzjoni. Din l-awtorizzazzjoni tas-sajd mibgħuta b'mod elettroniku għandu jkollha l-istess valur bħal dik oriġinali għall-finijiet tal-Protokoll u ta' dan l-Anness .

3.2.

Kull awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha fuqha l-kwantità awtorizzata li tista' tinqabad. Awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa taħt applikazzjoni kollettiva għandha tindika l-kwantità totali tal-ispeċijiet li għalihom tkun tħallset it-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd.

3.3.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd, jew kopja tagħha, għandha tinżamm abbord il-ħin kollu u għandha tintwera fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Greenland.

3.4

Awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ lil sid wieħed ta’ bastiment tas-sajd, u għandha tindika liema bastimenti tas-sajd jistgħu jistadu skont dik l-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd m’għandhomx ikunu trasferibbli.

3.5.

Bastiment jista’ jopera biss bl-awtorizzazzjoni (jiet) ta’ sid wieħed ta’ bastiment tas-sajd għal kwalunkwe vjaġġ tas-sajd.

4.

Emenda tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

4.1.

Trid issir applikazzjoni ġdida biex tkun tista' tiġi emendata xi waħda mill-kwantitajiet awtorizzati indikata fuq l-awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd.

4.2.

Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4.3, jekk l-emenda ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ikollha x'taqsam ma' każijiet fejn il-kwantità li tkun inqabdet tkun iktar mill-kwantità diġà awtorizzata, sid il-bastiment għandu jħallas tariffa li tkun tliet darbiet iktar mill-ammont previst fil-paragrafu 7.1 għall-kwantità li tkun inqabdet li tkun iktar mill-kwantità awtorizzata. Dak il-bastiment ma għandha tinħariġlu l-ebda awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida sakemm ma jkunux tħallsu t-tariffi li jikkorrispondu għall-kwantitajiet żejda li jkunu nqabdu.

4.3.

F'każijiet eċċezzjonali fejn l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni għall-ispeċijiet rilevanti ma jkunux intużaw kollha, u sabiex tiġi evitata interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jistad fiż-ŻEE ta' Greenland abbażi ta' awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-Protokoll biss, jekk dak il-bastiment x'aktarx li jkun se jaqbeż il-kwantità awtorizzata, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf mill-ewwel lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li huwa jkun beħsiebu jibgħat applikazzjoni formali għal awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għall-kwantitajiet addizzjonali tal-istess speċi, u huwa għandu jibgħat kopja ta' dan l-avviż lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni. Il-bastiment għandu jitħalla jkompli jistad sakemm sid il-bastiment jibgħat prova lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li tħallsu t-tariffi rilevanti fi żmien 24 siegħa minn meta l-Istat tal-bandiera jibgħat l-avviż tiegħu, u sakemm l-applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni ġdida tas-sajd tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta' Greenland fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jibgħat l-avviż tiegħu, f'konformità mal-proċedura mogħtija fil-paragrafu 2. Jekk ma jitħarsux dawn id-dispożizzjonijiet, il-bastiment ikollu jgħaddi mill-proċedura mogħtija fil-paragrafu 4.2.

4.4.

F'għadd limitat ta' każijiet u fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' bastiment tista' tinbidel b'awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd ġdida maħruġa f'isem bastiment ieħor tal-Unjoni. Is-sostituzzjoni għandha sseħħ abbażi ta' applikazzjoni mibgħuta mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni. L-awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd il-ġdida għandu jkollha fuqha l-kwantità awtorizzata li tista' tinqabad li tikkorrispondi għall-kwantità tal-ispeċijiet li għalihom ikunu diġà tħallsu t-tariffi għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u li minnha tkun tnaqqset kull qabda li tkun diġà saret mill-ewwel bastiment.

4.5.

Awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni l-ġdida tinħareġ mill-awtorità kompetenti ta' Greenland.

5.

Perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

5.1.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi mid-data meta jinħarġu sa tmiem is-sena kalendarja li matulha jkunu nħarġu.

5.2.

F’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd tal-capelin, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu skont id-dati miftiehma mill-Istati Kostali fl-arranġamenti qafas tagħhom u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) u 2 (3).

5.3.

Jekk il-leġislazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal sena partikolari għall-bastimenti tal-UE, f'ilmijiet fejn ikun hemm bżonn ta' limitazzjonijiet tal-qbid, ikun għadha ma ġietx adottata sal-bidu tas-sena tas-sajd, il-bastimenti tal-Unjoni li kienu awtorizzati jistadu fil-31 ta' Diċembru tas-sena tas-sajd ta' qabel jistgħu jirċievu awtorizzazzjoni tas-sajd fis-sena li għaliha tkun għadha ma ġietx adottata l-leġislazzjoni, dejjem jekk il-pariri xjentifiċi jippermettu dan. Se jkun permess użu provviżorju ta' 1/12 tal-kwota mogħtija fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tas-sena ta' qabel, għal kull xahar, dejjem jekk titħallas it-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd applikabbli għall-kwota. Il-kwota provviżorja tista' tiġi aġġustata skont il-pariri xjentifiċi u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sajd.

5.4.

Il-kwantità mhux użata ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana tista’ tiġi ttrasferita, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari, għas-sena ta’ wara għal massimu ta’ 5 % tal-kwantità totali allokata għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għas-sena partikolari, jekk il-parir xjentifiku jippermetti dak it-trasferiment. Dan l-ammont ma jinkludix trasferimenti mis-sena preċedenti. Il-kwantità ttrasferita għandha tintuża sat-30 ta' April tas-sena ta' wara. Il-kwantitajiet ittrasferiti mhux użati se jiġu ttrasferiti lura għas-sena ta’ qabel bħala kwantità tas-sajd mhux utilizzata wara t-30 ta’ April.

6.

Sospensjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u stabbiliment mill-ġdid tagħhom

L-awtoritajiet ta' Greenland jistgħu jissospendu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd previsti fl-Anness f'każ li:

(a)

bastiment speċifiku jkun qed iwettaq ksur serju tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ dan il-pajjiż; jew

(b)

sid bastiment ma jkunx ħares inġunzjoni maħruġa b'rabta ma' ksur min-naħa ta' dak il-bastiment speċifiku. Ladarba titħares l-inġunzjoni, għandha terġa' tiġi stabbilita l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għall-perjodu li jkun baqa' tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

7.

It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-ħlas tagħha u r-rifużjoni

7.1.

l-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu t-tariffi għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li ġejjin:

Speċi

EUR kull tunnellata 2021/202

EUR kull tunnellata 2023/2024

EUR kull tunnellata 2025/2026

Bakkaljaw

160

200

241

Redfish pelaġiku

93

131

169

Redfish tal-qiegħ

93

131

169

Ħalibatt ta’ Greenland

216

309

402

Gamblu tat-Tramuntana — fin-naħa tal-Punent

159

240

322

Gamblu tat-Tramuntana — fin-naħa tal-Lvant

100

181

263

Kapelin

14

22

29

7.2.

Qabel ma jibda japplika l-Protokoll, l-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tibgħat lill-Unjoni d-dettalji tal-kontijiet bankarji li s-sidien tal-bastimenti għandhom jużaw għall-ħlasijiet kollha għal kemm idum għaddej il-Protokoll. L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni b'kull tibdil f'dawn id-dettalji mill-inqas xahrejn qabel ma dan it-tibdil jidħol fis-seħħ.

7.3.

Il-ħlas tat-tariffa għandu jinkludi l-imposti nazzjonali u lokali kollha marbutin mal-aċċess għall-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll l-imposti mitlubin mill-banek għat-trasferimenti tal-flus. Jekk bastiment ma jkunx ħallas l-imposta għat-trasferiment bankarju, dan l-ammont ikollu jitħallas mal-applikazzjoni li jkun imiss għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal dan il-bastiment, u dan il-ħlas għandu jkun prerekwiżit għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida.

7.4.

Jekk ma tinqabadx il-kwantità awtorizzata, it-tariffa li tikkorrispondi għal din il-kwantità awtorizzata ma titħallasx lura lil sid il-bastiment.

7.5.

Madankollu, jekk jibdew japplikaw jew l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 9 tal-Protokoll u b'hekk bastiment ma jkunx jista' jistad għal xi parti mill-qabda awtorizzata għal dik is-sena kalendarja, jew jekk l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tiġix aċċettata, l-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tħallas lura t-tariffa kollha għall-awtorizzazzjoni tas-sajd lil sid il-vapur fi żmien 60 jum kalendarju minn meta jintalab il-ħlas lura.

7.6.

Ma għandha titħallas l-ebda tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qabdiet inċidentali.

8.

Il-prezzijiet ta' referenza għall-ispeċijiet huma dawn li ġejjin:

Speċi

Prezz f'Euro għal kull tunnellata ta' piż tal-ħut ħaj

Bakkaljaw

2 023

Ir-redfish pelaġiku

1 890

Ir-redfish tal-qiegħ

1 890

Il-ħalibatt ta’ Greenland

4 640

Il-gamblu tat-Tramuntana

4 080

Kavalli

PM

Kapelin

364

L-ispeċijiet ta’ Grenadier.

1 735

Qabdiet inċidentali

2 260

KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni verżjoni bl-Ingliż tal-leġislazzjoni rilevanti ta' Greenland dwar il-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni, monitoraġġ, kontroll u sorveljanza qabel ma l-Protokoll jiġi applikat b'mod provviżorju.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA

TAQSIMA 1

REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

1.

L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-Regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, fil-Protokoll u f'dan l-Anness.

2.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ rappurtar taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) tal-Istat tal-bandiera tagħhom, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu skont il-Ftehim għandhom jikkomunikaw l-obbligi tagħhom ta’ reġistrazzjoni u rappurtar fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd skont il-Ftehim lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland skont il-liġi applikabbli ta’ Greenland. Mad-dħul fis-seħħ tas-Sistema Elettronika ta' Reġistrazzjoni u ta' Rappurtar (ERS), din se tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet ta’ rappurtar elettroniku tal-Kapitolu IV, Taqsima 1.

3.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Greenland, għandhom jingħataw il-ġurnali fuq il-karta rilevanti ta' abbord, skont l-ispeċi u l-irkaptu fil-mira, u dawn għandhom jintbagħtu lir-rappreżentant (lill-aġent) tal-bastiment, kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd prevista fl-Appendiċi 1. L-awtorità kompetenti tal-Unjoni u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera applikabbli għandhom jingħataw ukoll eżempju ta' kull tip ta' ġurnal ta' abbord.

4.

Il-Kontroll mill-Istat tal-Port

Bastimenti tas-sajd barranin b’qabda abbord li ma jkunux ġew żbarkati jew trasbordati qabel f’port għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura li ġejja qabel ma jidħlu fil-portijiet ta’ Greenland.

Greenland għażlet il-portijiet li ġejjin fejn il-ħatt l-art jew l-operazzjonijiet ta’ trażbord u l-forniment tas-servizzi portwarji huma permessi: Nuuk.

Notifika għad-dħul fil-portijiet ta’ Greenland

Il-kaptani tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tagħhom li beħsiebhom jidħlu f’port ta’ Greenland għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità għall-Kontroll tal-Liċenzji tas-Sajd ta’ Greenland (GFLK) fil-port li jixtiequ jużaw mill-inqas 3 ijiem tax-xogħol qabel il-ħin stmat tal-wasla.

In-notifika minn qabel imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir billi jintużaw il-formati u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness XV tal-Iskema ta’ Kontroll u Infurzar tan-NEAFC kif ġej:

(a)

L-Anness XV (a) Parti A għandha timtela meta l-bastiment ikun qed iġorr il-qabda tiegħu stess

(b)

L-Anness XV (b) Parti A għandha tintuża meta l-bastiment ikun involut f'operazzjonijiet ta' trażbord, biex jingħata tagħrif separat għall-qabdiet minn kull bastiment donatur.

(c)

In-notifika minn qabel tista’ tiġi kkanċellata mill-mittent billi l-GFLK tiġi nnotifikata sa mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.

(d)

Il-GLFK għandu jibgħat kopja tal-formola kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment, u lill-Istat(i) tal-bandiera tal-bastimenti donaturi meta l-bastiment tas-sajd kien involut f'operazzjonijiet ta' trasbord.

(e)

Mal-validazzjoni mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment(i), il-GFLK għandu jawtorizza jew jiċħad lill-bastiment li jkun qed ifittex aċċess għall-port.

Jekk titwettaq spezzjoni, il-waqfa fil-port għandha tiġi ddokumentata billi jimtela rapport tal-ispezzjoni tal-Kontroll mill-Istat tal-Port (PSC 3) kif stipulat fl-Anness XVI tal-Iskema ta’ Kontroll u Infurzar tan-NEAFC.

5.

Sakemm iż-żewġ Partijiet jimplimentaw b’mod konġunt ERS, għandhom jintużaw il-miżuri eżistenti għall-ġbir u t-trażmissjoni tad-data dwar il-qabdiet. Il-ġurnali ta’ abbord u l-avviżi stampati eżistenti għandhom jimtlew f’konformità mal-liġi ta’ Greenland.

Sistema Elettronika ta’ Rappurtar

1.

Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw u jżommu s-sistemi tal-IT li huma meħtieġa biex jiżguraw l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2.

L-arranġamenti dettaljati dwar l-implimentazzjoni tad-diversi skambji elettroniċi għandhom jiġu definiti u approvati miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt, b’mod partikolari għar-rappurtar tal-qabdiet permezz tal-ERS u l-proċeduri f’każ ta’ ħsara.

3.

l-partijiet jaqblu li l-istandard UN/FLUX (International/Fisheries Language for Universal eXchange) u n-network ta’ skambju FLUX tal-UE huma maħsuba li jiġu implimentati għall-iskambju tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti, il-ġurnal ta’ abbord elettroniku u possibbilment, fil-futur, il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

4.

L-ERS għandha tiġi implimentata f’perjodu ta’ żmien definit mill-Kumitat Konġunt abbażi tad-dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu definiti. Il-partijiet għandhom jipproponu lill-Kumitat Konġunt il-perjodu meħtieġ għat-tranżizzjoni u l-implimentazzjoni tal-ERS, filwaqt li jqisu r-restrizzjonijiet tekniċi possibbli.

5.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddefinixxu l-perjodu ta’ prova meħtieġ qabel ma tkun tista’ ssir tranżizzjoni għall-użu effettiv tal-istandard FLUX. Ladarba dawn il-provi jitlestew b’suċċess, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu, malajr kemm jista’ jkun, id-data effettiva għat-tranżizzjoni lejn l-ERS.

6.

Ladarba l- ERS tkun kompletament funzjonali, bastiment li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS ma għandux ikun awtorizzat iwettaq attivitajiet tas-sajd skont il-Protokoll.

7.

Greenland u l-Unjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b’kull ħsara fis-sistema tal-IT li tipprevjeni l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS.

8.

Sakemm iż-żewġ Partijiet jimplimentaw b’ mod konġunt ERS, fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd għandha tintbagħat kopja tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland minnufih wara l-wasla fil-port bil-posta jew bil-posta elettronika .

Ħatt l-art u trażbord

Il-kaptan tal-bastiment għandu jittrażmetti d-data dwar il-ħatt l-art meħtieġa mill-Ftehim permezz tal-ERS lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland. Dan għandu jinkludi l-ħatt l-art li jsir f’portijiet barra minn Greenland ta’ qabdiet li jkunu nqabdu taħt awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd ta’ Greenland. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u sakemm tiġi implimentata s-sistema ERS, il-kaptan għandu jagħmel ħiltu biex jittrażmetti d-data dwar il-ħatt l-art bil-mezzi xierqa kif miftiehem mill-Partijiet.

TAQSIMA 2

SISTEMA TA' MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (VMS)

1.

Kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont il-Protokoll għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS) li taħdem b’mod sħiħ installata abbord u li tkun kapaċi tittrażmetti b’mod awtomatiku u kontinwu l-pożizzjoni tiegħu lil ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu li jkun ibbażat fuq l-art.

2.

Is-sistema tal-VMS tal-bastimenti soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skont il-Protokoll għandha tittrażmetti awtomatikament il-pożizzjonijiet tal-bastimenti liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tagħhom, li għandu jittrażmettihom minnufih liċ-ĊMS ta’ Greenland. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-pożizzjonijiet tal-bastiment għandhom jiġu trażmessi permezz tan-nodu ċentrali tal-Unjoni. Barra minn hekk, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat kopja ta’ kull pożizzjoni tal-bastiment lill-Kummissjoni Ewropea.

3.

L-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jagħżlu korrispondent VMS kull wieħed li għandu jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt. Kull modifika fil-koordinati tal-korrispondent VMS għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien.

4.

Qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u ta’ Greenland għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ kuntatt (l-isem, l-indirizz, it-telefown, il-posta elettronika) tal-korrispondent VMS rispettiv tagħhom.

5.

Il-punti ta’ kuntatt VMS għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-tagħmir tal-bastimenti, il-protokolli ta’ trażmissjoni u kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita.

6.

L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-VMS u l-proċeduri f’każ ta’ malfunzjonament huma stabbiliti fl-Appendiċi 3.

TAQSIMA 3

SPEZZJONI FUQ IL-BAĦAR JEW FIL-PORT

1.

L-ispezzjonijiet fiż-ŻEE ta’ Greenland jew fil-portijiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitwettqu minn bastimenti u spetturi ta’ Greenland identifikati b’mod ċar skont il-konvenzjoni internazzjonali u għandhom jitwettqu skont il-miżuri tal-FAO u kwalunkwe miżura rilevanti tal-Istat tal-Port tal-RFMOs.

2.

L-awtorità kompetenti ta’ kull parti tista’ tistieden rappreżentant mill-parti l-oħra biex josservaw spezzjoni.

3.

L-awtorità kompetenti ta’ kull parti li twettaq spezzjoni internazzjonali fiż-żoni regolatorji tan-NEAFC u tan-NAFO tista’ tistieden spetturi mill-parti l-oħra biex jimbarkaw bastiment ta’ spezzjoni li jkun qed iwettaq spezzjoni internazzjonali.

TAQSIMA 4

SKEMA TA' OSSERVATURI

1.

L-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland hija suġġetta għall-iskema ta’ l-osservaturi skond il-liġi ta’ Greenland. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd biex jistadu fiż-ŻEE ta' Greenland għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland biex l-osservaturi jitħallew jitilgħu abbord.

2.

L-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland għandhom iħallsu l-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.

3.

Meta jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:

(a)

jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex la jinterrompu u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd;

(b)

jirrispettaw il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord; kif ukoll

(c)

iħarsu n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.

4.

L-osservatur għandu jimbarka f’port jew f’post speċifiku fuq il-baħar miftiehem bejn l-awtorità kompetenti ta’ Greenland u l-kaptan. Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien tliet sigħat mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu li jħalli lill-osservatur jimbarka u l-bastiment għandu jitħalla liberu li jsalpa mill-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd.

5.

Ir-rapport tal-osservatur

5.1.

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja elettronika tar-rapport tal-osservatur.

5.2.

Malli l-awtorità kompetenti ta' Greenland tirċievi talba għal dan mingħand l-awtorità kompetenti tal-Unjoni jew l-Istat Membru tal-bandiera, hija għandha tibagħtilhom kopja tar-rapport tal-osservatur fi żmien tmint ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

TAQSIMA 5

KSUR TAR-REGOLI

1.

Vjolazzjonijiet u ksur

Meta bastiment tal-Unjoni ma jkunx issodisfa d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, b’mod partikolari dwar ir-rappurtar dwar il-qbid, dan jitqies bħala ksur serju f’konformità mal-punt (a) tal-Kapitolu II, paragrafu 6. L-awtorità kompetenti ta’ Greenland hija intitolata tissospendi awtorizzazzjoni tas-sajd eżistenti sakemm jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet. Jekk dawn id-dispożizzjonijiet jerġgħu jinkisru, l-awtorità kompetenti ta' Greenland tista' tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat. L-awtorità kompetenti tal-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jinżammu infurmati kif xieraq u bla ebda dewmien dwar dan.

2.

Trattament tal-ksur

2.1.

Kwalunkwe ksur imwettaq fiż-ŻEE ta’ Greenland minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.

2.2.

L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-kaptan u/jew ta' sid il-bastiment li jiddefendu ruħhom mill-akkuża tal-ksur.

2.3.

Għal kull ksur imwettaq fiż-ŻEE ta' Greenland minn bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim, l-avviż tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew fuq il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Liġijiet ta' Greenland li huma fis-seħħ.

2.4.

L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u tal-avviż tal-ksur lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera bil-posta elettronika malajr kemm jista' jkun.

2.5.

Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura biex tinstab soluzzjoni amikevoli għall-ksur allegat fi żmien erbat ijiem minn meta jintbagħat l-avviż tal-ksur. Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni amikevoli bħal din, għandhom jinbdew il-proċedimenti legali normali.

3.

Detenzjoni ta’ bastiment

3.1.

L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom javżaw lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera minnufih b'kull detenzjoni ta' bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim. F'dan l-avviż għandhom jingħataw ir-raġunijiet għad-detenzjoni u miegħu għandha tintbagħat l-evidenza ddokumentata tal-ksur allegat.

3.2.

Qabel ma jieħdu kwalunkwe miżura oħra kontra l-bastiment tal-Unjoni miżmum jew kontra l-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija tiegħu, ħlief għal miżuri mmirati biex titħares l-evidenza, l-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jaħtru uffiċjal li jkun responsabbli għall-investigazzjoni u għandhom jorganizzaw, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, fi żmien jum wieħed tax-xogħol minn meta jintbagħat l-avviż dwar id-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta' informazzjoni. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta' sid il-bastiment jista' jattendi din il-laqgħa.

4.

Penali għall-ksur

4.1.

L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jistabbilixxu l-penali għall-ksur skont id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ tagħhom.

4.2.

F'każ li tinstab soluzzjoni amikevoli, kull penali li għandha titħallas għandha tiġi stabbilita billi wieħed jirreferi għal-leġislazzjoni ta' Greenland.

5.

Proċedimenti legali — Garanzija bankarja

5.1.

Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni amikevoli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul mill-awtorità kompetenti ta' Greenland, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti ta' Greenland, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment tal-Unjoni, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista' jkun hemm 'il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċeduri legali. Madankollu, f'każ li l-proċedimenti legali jdumu għaddejjin iktar minn erba' snin, l-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha taġġorna lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat b'mod regolari dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġu konklużi l-proċedimenti legali.

5.2.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata' s-sentenza:

(a)

kollha kemm hi, jekk ma tingħata l-ebda sanzjoni;

(b)

skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

5.3.

Il-proċedimenti legali għandhom jinfetħu malajr kemm jista' jkun skont il-liġijiet nazzjonali.

5.4.

L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 14-il jum minn meta tinqata' s-sentenza.

6.

Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

6.1.

Il-bastiment tal-Unjoni għandu jiġi awtorizzat iħalli l-port u jkompli jistad ladarba tkun ġiet iddepożitata l-garanzija bankarja, jew ladarba tkun tħallset il-multa jew ikunu ġew issodisfati l-obbligi li joħorġu mis-soluzzjoni amikevoli misjuba.

KAPITOLU V

IMPRIŻI KONĠUNTI TEMPORANJI

TAQSIMA 1

METODU U KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA' PROĠETTI GĦAL IMPRIŻI KONĠUNTI TEMPORANJI U GĦAL IMPRIŻI KONĠUNTI

1.

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-Regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim.

2.

L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni minnufih jekk tinqala' xi opportunità għal impriża konġunta temporanja jew għal impriża konġunta ma' kumpaniji minn dan il-pajjiż. Imbagħad l-awtorità kompetenti tal-Unjoni se tgħarraf lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni b'dan kif xieraq. F'każ li titwaqqaf xi impriża konġunta, il-proġetti se jitressqu u jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.

B'applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, l-Unjoni għandha tibgħat lill-awtoritajiet ta' Greenland, malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, dossier tekniku għall-proġetti għal impriżi konġunti temporanji u għal impriżi konġunti li jinvolvu operaturi tal-Unjoni. Il-proġetti għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE kkonċernati.

4.

Bħala prijorità, il-Kumitat Konġunt għandu jinkoraġġixxi l-użu sħiħ tal-kwoti indikattivi għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll min-naħa tal-bastimenti tal-UE. Għall-ispeċijiet li għalihom il-Kumitat Konġunt ikun qabel dwar livell iktar baxx ta' opportunitajiet annwali tas-sajd minn dak indikat fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll mingħajr ma dan kien iġġustifikat abbażi tal-pariri xjentifiċi, mhumiex se jitqiesu proġetti għal impriżi konġunti temporanji u għal impriżi konġunti għall-istess speċi u għall-istess sena kalendarja.

5.

l-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta l-proġetti skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-ispeċijiet u ż-żoni tas-sajd fil-mira;

(b)

il-qagħda tal-istokkijiet abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u tal-approċċ ta' prekawzjoni;

(c)

id-dettalji tal-bastiment u t-teknoloġija adattata għall-attivitajiet tas-sajd proposti;

(d)

fil-każ tal-impriżi konġunti temporanji, it-tul kollu taż-żmien tagħhom u dak tal-attivitajiet tas-sajd; kif ukoll

(e)

l-esperjenza li sid il-bastiment u sieħbu għandhom fil-qasam tas-sajd.

6.

Il-Kumitat Konġunt għandu joħroġ opinjoni dwar il-proġetti wara li ssir il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

7.

Għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll, il-qabdiet li jagħmlu l-bastimenti tal-Unjoni fil-qafas tal-impriżi konġunti temporanji jew tal-impriżi konġunti għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-arranġamenti ta' kondiviżjoni li jeżistu bejn l-Istati Membri tal-Unjoni.

TAQSIMA 2

KUNDIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-AĊĊESS FIL-QAFAS TAL-IMPRIŻI KONĠUNTI TEMPORANJI

1.

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.1.

Fil-każ tal-impriżi konġunti temporanji, ladarba l-Kumitat Konġunt ikun ħareġ opinjoni pożittiva dwar proġett, il-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II. It-tali applikazzjoni għandha tindika biċ-ċar li tikkonċerna impriża konġunta temporanja.

1.2.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għat-tul taż-żmien li matulu se ddum għaddejja l-impriża konġunta temporanja, iżda fi kwalunkwe każ għal perjodu li ma jkunx ta' iktar minn sena kalendarja.

1.3.

Fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jiġi indikat b'mod ċar li l-qabdiet se jsiru abbażi ta' opportunitajiet tas-sajd allokati mill-awtoritajiet ta' Greenland fil-limiti tat-TACs rispettivi ta' dan il-pajjiż iżda li ma jidħlux fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll.

2.

Sostituzzjoni ta' bastimenti

Bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad fil-qafas ta' impriża konġunta temporanja jista' jinbidel b'bastiment ieħor tal-Unjoni li jkollu kapaċità u speċifikazzjonijiet tekniċi simili għalih biss għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq u bil-qbil tal-Partijiet.

TAQSIMA 3

ARRANĠAMENTI GĦAT-TRASFERIMENT TAL-KWOTA TAL-GAMBLU TAT-TRAMUNTANA BEJN ID-DETENTURI TAL-AWTORIZZAZZJONI

1.

Arranġamenti għat-trasferiment

1.1.

Is-sidien tal-bastimenti minn Greenland u l-Unjoni jistgħu jistabbilixxu, fuq bażi ta’ kumpanija, arranġamenti għall-iskambju ta’ kwoti tal-opportunitajiet tas-sajd għall-Gamblu tat-tramuntana fis-Subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES b’opportunitajiet tas-sajd għall-Gamblu tat-tramuntana fis-subżona 1 tan-NAFO.

1.2.

L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jintrabtu li jiffaċilitaw it-tali arranġamenti hekk kif jirċievu talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni dwar dan f'isem l-Istati Membri kkonċernati.

1.3.

L-ammont massimu annwali li għandu jiġi ttrasferit għandu jkun ta' 2 000 tunnellata, dejjem skont il-pariri xjentifiċi.

1.4.

Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jistadu bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fil-każ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa lil sid ta' bastiment minn Greenland, dejjem skont id-dispożizzjonijet tal-Kapitolu II.

KAPITOLU VI

IS-SAJD SPERIMENTALI

1.

B'applikazzjoni tal-Artikolu 11 u tal-punt (g) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, meta l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tkun esprimiet l-interess tagħha lill-awtoritajiet ta' Greenland li twettaq sajd sperimentali għal speċijiet u stokkijiet li mhumiex imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll:

1.1

L-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandha tibgħat lil Greenland, sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, dossiers tekniċi li jispeċifikaw:

(a)

l-ispeċi(jiet) fil-mira;

(b)

proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (it-teknoloġija li għandha tintuża għall-attività, it-tul ta’ żmien tagħha, iż-żoni tas-sajd fejn din għandha ssir, eċċ.);

(c)

il-benefiċċji li mistennija jkun hemm għar-riċerka xjentifika u għall-iżvilupp tal-qasam tas-sajd permezz tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-kampanja sperimentali; u.

(d)

valutazzjoni tal-impatti potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd maħsuba tal-bastimenti li juru li attivitajiet bħal dawn x’aktarx ma jkollhomx impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar

1.2.

L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-Kumitat Konġunt dwar:

(a)

id-dettalji u l-kundizzjonijiet tal-kampanji tas-sajd sperimentali rilevanti mwettqin minn bastimenti nazzjonali u minn bastimenti ta' pajjiżi terzi;

(b)

ir-riżultati ta’ kwalunkwe kampanja sperimentali preċedenti għall-istess speċi; kif ukoll

(c)

l-informazzjoni xjentifika eżistenti u informazzjoni oħra rilevanti

2.

Il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta d-dossiers tekniċi filwaqt li jqis kif xieraq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u l-approċċ ta' prekawzjoni.

3.

Ladarba l-Kumitat Konġunt joħroġ opinjoni pożittiva dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni, il-livell ta' din il-parteċipazzjoni u l-parametri tekniċi tal-kampanja tas-sajd sperimentali, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ma għandhomx jaqbżu tmiem is-sena kalendarja.

4.

Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu sajd sperimentali.

5.

Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4, waqt il-kampanja sperimentali fuq il-baħar, il-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati għandhom:

(a)

jgħarrfu lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li jkunu bdew il-kampanja u jibagħtulha dikjarazzjoni ta' kwalunkwe qabda li jkollhom abbord qabel ma jinbeda s-sajd sperimentali;

(b)

jibagħtu, ta' kull ġimgħa, rapport dwar il-qabdiet li jkunu saru kuljum u għal kull refgħa lill-Istitut tar-Riżorsi Naturali ta' Greenland, lill-awtorità kompetenti ta' Greenland u lill-Kummissjoni Ewropea, li jkun jinkludi deskrizzjoni tal-parametri tekniċi tal-kampanja (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qabdiet u osservazzjonijiet jew kummenti oħrajn);

(c)

jiżguraw li abbord ikun hemm osservatur wieħed minn Greenland jew osservatur magħżul mill-awtorità kompetenti ta' Greenland. Ir-rwol tal-osservatur huwa li jiġbor informazzjoni xjentifika mill-qabdiet kif ukoll li jieħu kampjuni minnhom. L-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal tal-bastiment, u sid il-bastiment għandu jkopri l-ispejjeż tal-għajxien tal-osservatur għal kemm idum abbord il-bastiment. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jiddeċiedu dwar iż-żmien li l-osservatur iqatta’ abbord, dwar kemm għandu jdum abbord u dwar il-portijiet tal-imbark u tal-iżbark tiegħu; kif ukoll

(d)

jgħarrfu lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li jkunu temmew il-kampanja sperimentali u jissottomettu l-bastimenti għal spezzjoni qabel ma joħorġu miż-żona tas-sajd ta' Greenland jekk l-awtorità kompententi ta' Greenland titlob dan.

6.

Il-qabdiet li jkunu konsistenti mal-kampanja sperimentali u li jkunu nkisbu matulha jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-bastiment.

7.

L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha taħtar persuna ta' kuntatt li tkun inkarigata tittratta kull problema mhux prevista li tista' tinqala li tista' ttellef l-iżvilupp tas-sajd sperimentali.

8.

Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-entitajiet konsultattivi xjentifiċi rilevanti, l-awtoritajiet ta' Greenland jistgħu jitolbu li jiġu implimentati miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni b'rabta mas-sajd sperimentali, fosthom l-għeluq ta' ċerti żoni għas-sajd jew l-għeluq tas-sajd matul perijodi taż-żmien partikolari.

9.

Il-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati għandhom jippreżentaw liż-żewġ Partijiet mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni tas-sajd sperimentali, rapport ta’ evalwazzjoni li jindirizza bħala minimu:

(a)

jekk is-sajd ikunx sar skont il-parametri tekniċi proposti;

(b)

jekk il-benefiċċji mistennija għar-riċerka xjentifika u l-iżviluppi tas-settur tas-sajd kif speċifikat fid-dossier(s) tekniku(ċi) ġewx sodisfatti, u għaliex le jekk inhu hekk;

(c)

jekk il-bastiment iltaqax ma’ problemi mhux previsti, inklużi qabdiet inċidentali; u

(d)

jekk il-bastiment ikunx issodisfa d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 u jekk le, dan għandu jiġi ġġustifikat b’mod xieraq.

10.

Meta l-Partijiet jikkonkludu li sajd sperimentali jkun kiseb riżultati pożittivi u jekk il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi opportunitajiet tas-sajd ġodda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) u 4), u l-Artikolu 7, l-awtoritajiet ta’ Greenland jistgħu joffru opportunitajiet tas-sajd li jkunu proporzjonati għall-użu relattiv tal-kwota mill-bastimenti tal-Unjoni li jkunu pparteċipaw fis-sajd sperimentali fil-ħames (5) snin preċedenti. Il-kwantità allokata lill-Unjoni ma tistax taqbeż il-50 % sakemm Greenland ma tiddeċidix li toffri aktar. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sakemm jiskadi l-Protokoll.

Appendiċijiet ta' dan l-Anness

Appendiċi 1 - Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd

Appendiċi 2 - Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland

Appendiċi 3 - Proċeduri ta’ implimentazzjoni tal-monitoraġġ bis-Satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS)

Appendiċi 4 - Il-format tad-data tal-VMS

Appendiċi 5 - L-iskema ta' flessibbiltà b'rabta mas-sajd għar-redfish pelaġiku fl-ilmijiet ta' Greenland u fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC

APPENDIĊI 1

Formola ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland u dwar il-kwota ta’ Greenland barra miż-ŻEE ta’ Greenland

 

O/F/K (obbligatorju/fakultattiv/kundizzjonali)

 

Dettall tal-liċenzja

1

Tip ta’ liċenzja għall-applikazzjoni (speċi u żona)

O

 

2

Kwantità li saret applikazzjoni għaliha

O

 

3

Perjodu taż-żmien għal awtorizzazzjoni tas-sajd

O

 

4

L-indirizz fejn għandha tintbagħat l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd

 

European Commission, Directorate-General for Maritime Affairs and Fisheries, Rue de la Loi 200, B-1049 Brussels, Fax +32 2 2962338 E-mail Mare-licences@ec.europa.eu

Informazzjoni dwar il-Bastiment

5

L-Istat tal-Bandiera

O

 

6

Isem il-bastiment

O

 

7

Ittri u numru esterni tal-identifikazzjoni

O

 

8

Sinjal internazzjonali tas-Sejħiet bir-radju (IRCS)

O

 

9

Numru tal-OMI

K

Jekk il-bastiment ikun ġie assenjat numru IMO

10

Numru ta’ referenza intern tal-Istat tal-bandiera

F

 

11

Sena tal-kostruzzjoni

O

 

12

Port tar-reġistrazzjoni

O

 

13

Tip ta’ bastiment (kodiċi FAO)

O

 

14

Tip primarju ta’ rkaptu tas-sajd (kodiċi FAO)

O

 

15

Isem/ismijiet preċedenti (stat tal-bandiera, isem, IRCS, u dati għall-bidla)

K

Jekk teżisti informazzjoni preċedenti

16

Numru tal-Inmarsat/Numru tal-Iridju (Telefown, E-mail)

K

Telefown, E-mail mhux obbligatorju

17

Sidien, indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika, numru tat-telefown, numru tal-Faks u indirizz tal-posta elettronika

K

Faks (mhux obbligatorju)

18

Ir-rappreżentant (l-aġent), l-isem u l-indirizz

O

 

19

Qawwa tal-magna (f'kW)

O

 

20

Tul totali (L.O.A.)

O

 

21

Tunnellaġġ gross f'TG

O

 

22

Kapaċità tal-friża f'tunnellati kuljum

O

 

23

Kapaċità ta’ tankijiet tal-ilma baħar refriġerati jew imkessħa (RSW, CSW) f’metri kubi

O

 

24

Ritratt diġitali bil-kulur tal-bastiment, li jkollu riżoluzzjoni adegwata (mass. 0.5 MB) u li jkun juri l-ġenb tal-bastiment fid-dettall, inkluż isem il-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu li jidhru fuq il-buq.

O

 

APPENDIĊI 2

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland

Trażmissjoni tar-rapporti u l-avviżi

Ir-rapporti u l-avviżi li għandhom jingħataw skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV għandhom jintbagħtu bid-Daniż, bil-Greenlandiż jew bl-Ingliż.

L-avviżi għandhom jintbagħtu permezz tar-radju kostali, tal-faks jew tal-posta elettronika lill-Awtorità tal-kontroll tal-liċenzji tas-sajd ta' Greenland (GFLK) u lill-Kmand Konġunt tal-Artiku (AKO):

GFLK, numru tat-telefown: +299 34 50 00, numru tal-faks: +299 34 63 60,

E-mail: GFLK@NANOQ.GL

AKO, numru tat-telefown: +299 364000, numru tal-faks: +299 364099,

E-mail: JRCC@JRCC.GL

Il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

L-Awtorità tal-Kontroll tal-Liċenzji tas-Sajd ta’ Greenland (GFLK)

P.O.Box 501, 3900 Nuuk, Greenland

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u għal permessi oħra għandha tiġi kkomunikata lil:

Ministeru tas-Sajd, il-Kaċċa u l-Agrikoltura

Nru tal-faks + 299 346355 jew,

E-mail: APNN@NANOQ.GL

APPENDIĊI 3

Proċeduri li jimplimetaw

Monitoraġġ Bis-Satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti - VMS)

1.   

Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — il-VMS

1.1.

Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-Ftehim u li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Greenland jew li jkunu qed jistadu għal kwoti ta' Greenland fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC (kif deskritt fl-Appendiċi 5) għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' lokalizzazzjoni bis-satellita (Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS) li tkun qed tiffunzjona għalkollox u li tkun installata abbord il-bastiment u tkun kapaċi tibgħat il-pożizzjoni tagħhom b'mod awtomatiku u kontinwu tal-inqas darba fis-siegħa waqt li jkunu preżenti fiż-żona tas-sajd liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom li jkun jinsab fuq l-art.

1.2.

Meta bastiment li jkun qed jistad skont il-Ftehim dwar is-Sajd u huwa soġġett għall-monitoraġġ bis-satellita skont il-Protokoll jidħol fiż-żona tas-sajd, ir-rapporti susseggwenti tal-pożizzjoni għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera liċ-CSCP ta’ Greenland. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, ir-rapporti kollha dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu trażmessi permezz tan-nodu ċentrali tal-Unjoni. Dawn il-messaġġi għandhom jintbagħtu kif ġej:

(a)

b’mod elettroniku bl-użu ta’ protokoll ta’ skambju sikur;

(b)

fil-mument tad-dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha

(c)

fil-format indikat fl-Appendiċi 4.

1.3.

Kull messaġġ ta’ pożizzjoni għandu jinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)

il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment, b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 500 metru, u b'intervall ta' fiduċja ta' 99 %;

(c)

id-data u l-ħin f’UTC li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)

il-veloċità u r-rotta instantanji tal-bastiment fil-ħin li tiġi rreġistrata l-pożizzjoni.

1.4.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta' pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u maħżuna f’bażi tad-data għas-sena kurrenti u s-sena ta’ qabel. Madankollu, f'każ ta' restrizzjonijiet tekniċi, dan il-perjodu jista' jitqassar, bi ftehim reċiproku.

1.5.

Il-komponenti tat-tagħmir u tas-softwer tal-VMS għandhom jitħarsu mit-tbagħbis, jiġifieri ma għandhomx jippermettu li jiddaħħlu jew jinħarġu pożizzjonijiet foloz, u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu kkontrollati manwalment. Is-sistema għandha tkun awtomatika għalkollox, u għandha tiffunzjona l-ħin kollu, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet ambjentali. Għandu jiġi pprojbit li wieħed ikisser it-tagħmir ta' lokalizzazzjoni bis-satellita, li jagħmillu l-ħsara, li ma jħallihx fi stat operattiv jew li jbagħbsu mod ieħor.

1.6.

Meta jkun mitlub jew meħtieġ, il-Partijiet jaqblu, għal finijiet ta’ monitoraġġ u spezzjoni, li jiskambjaw informazzjoni dwar it-tagħmir użat.

2.   

Nuqqas tekniku jew ħsara li jaffettwaw l-apparat ta’ monitoraġġ abbord il-bastiment

2.1.

Fil-każ ta’ nuqqas tekniku jew ħsara li taffettwa l-apparat użat għall-monitoraġġ kontinwu bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, Greenland u l-awtoritajiet tal-Unjoni jridu jkunu infurmati minnufih mill-Istat tal-bandiera.

2.2.

It-tagħmir difettuż għandu jiġi sostitwit jew imsewwi mill-ewwel port ta’ waqfa meta s-servizz ikun disponibbli u mill-inqas fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jkun għarraf liċ-ĊMS ta’ Greenland. Wara dan il-perjodu, il-bastiment inkwistjoni jrid ikun daħal f’port innomimat mill-awtoritajiet ta’ Greenland għal segwitu regolatorju u tiswija, jew jitlaq miż-żona sakemm l-Istat tal-bandiera ma jkunx bagħat ir-rapport ta’ spezzjoni dwar l-apparat difettuż liċ-ĊPS ta’ Greenland u infurmah bir-raġunijiet li wasslu għall-ħsara.

2.3.

Sakemm l-apparat jissewwa jew jinbidel, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat manwalment, bil-posta elettronika, bir-radju jew bil-faks, liċ-ĊPS tal-Istat tal-bandiera, rapport tal-pożizzjoni globali kull erba’ sigħat, inkluż ir-rapporti dwar il-pożizzjoni hekk kif irreġistrata mill-kaptan tal-bastiment skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

2.4.

Dawn il-messaġġi manwali għandhom jiġu rreġistrati immedjatament miċ-ĊPS tal-Istat tal-bandiera fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1.4 u trażmessi minnufih miċ-ĊPS tal-Istat tal-bandiera lis-ĊPSĊ ta’ Greenland, bl-użu tal-istess format tal-protokoll kif deskritt fl-Appendiċi 4.

2.5.

Wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2.2, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Greenland.

3.   

Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS

3.1.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b'mod awtomatiku l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta' Greenland.

3.2.

Iċ-ĊMS taż-żewġ Partijiet għandhom jiskambjaw id-dettalji ta' kuntatt tagħhom, jiġifieri l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tal-faks, tat-teleks u tat-telefown tagħhom, u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil f'dawn id-dettalji.

3.3.

Mingħajr ħsara għall-implimentazzjoni ta' titjib fil-ġejjieni, it-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS ikkonċernati u l-Istati tal-bandiera għandha ssir b'mod elettroniku permezz tal-protokoll HTTPS. L-iskambju taċ-ċertifikati għandu jseħħ bejn l-awtoritajiet ta' Greenland u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera rilevanti.

3.4.

Id-data tal-VMS se tintuża skont l-Artikolu 11 ta’ dan il-Protokoll.

4.   

Ħsarat fis-sistema tal-komunikazzjoni

4.1.

L-awtorità kompetenti ta' Greenland u ċ-ĊMS tal-Istati tal-bandiera tal-Unjoni għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettroniku tagħhom ikun kompatibbli u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b'kull funzjonament ħażin fil-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli.

4.2.

In-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS ma għandux jaffettwa l-operat tal-bastimenti.

4.3.

Il-messaġġi kollha li ma jiġux trażmessi waqt li s-sistema ma tkunx qed taħdem, għandhom jintbagħtu malli terġa' tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS ikkonċernati.

5.   

Manutenzjoni ta' ĊMS

5.1.

Iċ-ĊMS għandu jiġi mgħarraf bl-operazzjonijiet ippjanati ta' manutenzjoni taċ-ĊMS l-ieħor (programm ta' manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-data tal-VMS, mill-inqas 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk ikun possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta' żmien tagħha. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli.

5.2.

Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-data tal-VMS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema terġa' ssir operattiva. Id-data tal-VMS ikkonċernata għandha tintbagħat immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta' manutenzjoni.

5.3.

Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-data tal-VMS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b'mezz elettroniku alternattiv maqbul b'mod reċiproku.

5.4.

Greenland għandu javża lill-awtoritajiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza kompetenti tiegħu sabiex iċ-ĊMS tiegħu ma jqisx li l-bastimenti tal-Unjoni qed jiksru l-obbligi tagħhom minħabba li ma jkunux qed jittrażmettu d-data tal-VMS minħabba operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS.

6.   

Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

6.1.

Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, l-awtoritajiet ta’ Greenland jistgħu jistaqsu liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibagħtu kopja wkoll lill-Unjoni, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull 30 minuta għal perjodu partikulari tal-investigazzjoni. Greenland għandha tibgħat din l-evidenza dokumentata lill-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Greenland fuq il-frekwenza l-ġdida.

6.2.

Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, Greenland għandha tgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull monitoraġġ li jista’ jkun meħtieġ.

APPENDIĊI 4

Il-format tad-data tal-VMS

Il-format għall-komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS liċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd tal-Parti l-oħra

(1)   

Messaġġ ta' “DĦUL”

Element tad-Data: nt:

Kodiċi tal-Qasam:

Obbligatorju/Fakultattiv

Osservazzjonijiet:

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

System detail; indicates start of record

Indirizz

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti destinatarja

Minn

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti emittenti

Numru tar-Reġistrazzjoni

RN

F

Dettall dwar il-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-reġistrazzjoni

RD

F

Dettall dwar il-messaġġ; data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni

RT

F

Dettall dwar il-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni

Tip ta' Messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “ENT”

Kodiċi tar-radju

RC

O

Dettall dwar il-bastiment; is-sinjal Internazzjonali tas-Sejħa bir-Radju tal-bastiment

Numru ta' Referenza Intern

IR

O

Dettall dwar il-bastiment. In-numru uniku tal-bastiment tal-Parti, mogħti bħala l-kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit min-numru

Numru Estern tar-Reġistrazzjoni

XR

F

Dettall dwar il-bastiment; in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Il-latitudni

LT

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Il-lonġitudni

LG

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ±999.999 (WGS-84)

Veloċità

SP

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Ir-rotta

CO

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-Reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

(2)   

Messaġġ/rapport ta' “POŻIZZJONI”

Element tad-Data:

Kodiċi tal-Qasam:

Obbligatorju/Fakultattiv

Osservazzjonijiet:

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti destinatarja

Minn

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti emittenti

Numru tar-Reġistrazzjoni

RN

F

Dettall dwar il-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-reġistrazzjoni

RD

F

Dettall dwar il-messaġġ; data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni

RT

F

Dettall dwar il-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni

Tip ta' Messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ; tip ta’ messaġġ, ‘POS’ (1)

Kodiċi tas-Sejħiet bir-radju

RC

O

Dettall dwar il-bastiment; is-Sinjal Internazzjonali tas-Sejħiet bir-Radju tal-bastiment

Numru ta' Referenza Intern

IR

O

Dettall dwar il-bastiment; in-numru uniku tal-bastiment tal-Parti, mogħti bħala l-kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit min-numru

Numru Estern tar-Reġistrazzjoni

XR

F

Dettall dwar il-bastiment; in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Il-latitudni

LT

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Il-lonġitudni

LG

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ±999.999 (WGS-84)

Attività

AC

F  (2)

Dettall dwar il-pożizzjoni; “ANC” jindika qagħda ta’ rappurtar imnaqqas

Veloċità

SP

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Ir-rotta

CO

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-Reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

(3)   

Messaġġ ta' “ĦRUĠ”

Element tad-Data:

Kodiċi tal-Qasam:

Obbligatorju/Fakultattiv

Osservazzjonijiet:

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti destinatarja

Minn

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti emittenti

Numru tar-Reġistrazzjoni

RN

F

Dettall dwar il-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-Reġistrazzjoni

RD

F

Dettall dwar il-messaġġ; data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni

RT

F

Dettall dwar il-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni

Tip ta' Messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “EXI”

Kodiċi tar-radju

RC

O

Dettall dwar il-bastiment; is-Sinjal Internazzjonali tas-Sejħiet bir-Radju tal-bastiment

Numru ta' Referenza Intern

IR

O

Dettall dwar il-bastiment; in-numru uniku tal-bastiment tal-Parti, mogħti bħala l-kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit min-numru

Numru Estern tar-Reġistrazzjoni

XR

F

Dettall dwar il-bastiment; in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-Reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

(4)   

Dettalji tal-format

Kull messaġġ fi trażmissjoni tad-data huwa strutturat kif ġej:

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi SR jindikaw il-bidu tal-messaġġ,

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam jindikaw il-bidu ta' element tad-data,

linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam minn mad-data,

il-pari tad-data huma mifrudin bi spazju,

il-kodiċi “ER” u linja mmejla doppja (//) jindikaw tmiem ir-reġistrazzjoni.

Il-kodiċijiet tal-qasam kollha mogħtija f'dan l-Appendiċi huma fil-format tal-Atlantiku tat-Tramuntana, kif deskritt fl-Iskema ta' Kontroll u Infurzar tan-NEAFC.

APPENDIĊI 5

L-iskema ta' flessibbiltà b'rabta mas-sajd għar-redfish pelaġiku fl-ilmijiet ta' Greenland u fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC

1.   

Biex bastiment jistad għar-redfish pelaġiku fil-qafas tal-iskema ta' flessibbiltà b'rabta mas-sajd għal din it-tip ta' ħuta fl-ilmijiet ta' Greenland u fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC, huwa għandu jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn Greenland skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness tal-Protokoll. L-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sajd se jirreferu biċ-ċar għall-attivitajiet 'il barra miż-ŻEE ta' Greenland.

2.   

Fiż-żona regolatorja tan-NEAFC għandhom jitħarsu l-miżuri kollha adottati min-NEAFC b'rabta ma' dan it-tip ta' sajd.

3.   

Bastiment jista' jistad għar-redfish fil-qafas tal-kwota tiegħu ta' Greenland għal din it-tip ta' ħuta biss ladarba jkun uża sehmu mill-kwota tal-Unjoni għar-redfish tan-NEAFC allokat mill-Istat tal-bandiera.

4.   

Bastiment jista’ jistad il-kwota tiegħu ta’ Greenland fl-istess żona tan-NEAFC, fejn tkun inqabdet il-kwota tan-NEAFC, suġġett għall-paragrafu 5.

5.   

Bastiment jista' jistad għall-ħut fil-qafas tal-kwota tiegħu ta' Greenland fiż-żona ta' konservazzjoni tar-redfish bil-kundizzjonijiet stipulati fir-rakkomandazzjoni tan-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-Baħar Irminger u fl-ilmijiet ta' madwaru, minbarra fi kwalunkwe parti li tinsab fiż-żona tas-sajd tal-Iżlanda.

6.   

Bastiment li jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona regolatorja tan-NEAFC għandu jibgħat rapport tal-VMS dwar il-pożizzjoni tiegħu lin-NEAFC permezz taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu skont ir-rekwiżiti regolatorji. Waqt li bastiment ikun qed jistad għall-ħut fiż-żona ta' konservazzjoni tar-redfish tan-NEAFC fil-qafas tal-kwota ta' Greenland, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jirranġa b'mod speċifiku biex ir-riżultati tat-teħid tar-rapport tal-VMS dwar il-pożizzjoni tal-bastiment ta' kull siegħa jintbagħtu liċ-ĊMS ta' Greenland kważi f'ħin reali.

7.   

Il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li meta jkun qed jibgħat ir-rapporti lin-NEAFC u lill-awtoritajiet ta' Greenland, il-qabdiet tar-redfish li jkunu nqabdu fiż-żona regolatorja tan-NEAFC abbażi tal-iskema ta' flessibbiltà ta' Greenland jiġu identifikati biċ-ċar bħala qabdiet li saru abbażi tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' Greenland maħruġa fil-qafas tal-iskema ta' flessibbiltà.

(a)

Qabel ma bastiment jibda jistad abbażi tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' Greenland tiegħu, huwa għandu jibgħat rapport ta' AVVIŻ TA' AZZJONI.

(b)

Meta bastiment ikun qed jistad abbażi ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ta' Greenland, huwa għandu jibgħat ta' kuljum rapport TAL-QABDIET TA' KULJUM sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC.

(c)

Malli bastiment jieqaf mill-attivitajiet tas-sajd tiegħu marbutin mal-kwota ta' Greenland, huwa għandu jibgħat rapport TA' TMIEM L-AZZJONI.

(d)

Ir-RAPPORT TA' AVVIŻ TA' AZZJONI, ir-RAPPORT TAL-QABDIET TA' KULJUM u r-RAPPORT TA' TMIEM L-AZZJONI għandhom isiru skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness.

8.   

Sabiex jitħarsu iktar iż-żoni ta' estrużjoni tal-larva, l-attivitajiet tas-sajd ma għandhomx jibdew qabel id-data stipulata fir-rakkomandazzjoni tan-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-Baħar Irminger u fl-ilmijiet ta' madwaru.

9.   

L-Istat tal-bandiera għandu jibgħat rapporti dwar il-qabdiet li jkunu saru abbażi tal-kwota ta' Greenland fl-ilmijiet ta' Greenland u fiż-żona regolatorja tan-NEAFC lill-awtoritajiet tal-Unjoni. Dawn għandhom jinkludu l-qabdiet kollha li jkunu saru fil-qafas tal-iskema ta' flessibbiltà u għandhom jidentifikaw biċ-ċar il-qabdiet u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd korrispondenti.

10.   

Fi tmiem l-istaġun tas-sajd kull ĊMS ta' Stat tal-bandiera għandu jibgħat lill-awtoritajiet ta' Greenland l-istatistika dwar il-qabdiet marbuta mas-sajd għar-redfish pelaġiku li jkun sar fil-qafas ta' din l-iskema ta' flessibbiltà.


(1)  It-tip ta' messaġġ għandu jiġi mmarkat bl-ittri “MAN” fil-każ ta' rapporti mibgħuta minn bastimenti b'tagħmir difettuż ta' lokalizzazzjoni bis-satellita.

(2)  Dan japplika biss jekk il-bastiment ikun qed jittrażmetti messaġġi tal-“POS” bi frekwenza mnaqqsa.