ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
17 ta' Mejju 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 ( 1 )

53

 

*

Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online  ( 1 )

79

 

*

Regolament (UE) 2021/785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014

110

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/1


REGOLAMENT (UE) 2021/782 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2021

dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji

(riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Iridu jsiru għadd ta' emendi fir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni għall-passiġġieri u biex titħeġġeġ żieda fl-ivvjaġġar bil-ferrovija, filwaqt li jitqiesu debitament b'mod partikolari l-Artikoli 11, 12 u 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fid-dawl ta' dawk l-emendi u fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 jiġi riformulat.

(2)

Fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport, huwa importanti li d-drittijiet tal-utent tal-passiġġieri ferrovjarji jkunu mħarsa u tittejjeb il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri sabiex jiġi megħjun it-tkabbir tas-sehem tat-trasport ferrovjarju meta mqabbel ma' mezzi oħra tat-trasport.

(3)

Minkejja li fl-Unjoni sar bosta progress fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji għadu jeħtieġ li titjieb aktar.

(4)

B'mod partikolari, ġaladarba l-passiġġier tal-ferrovija huwa l-parti d-dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, jenħtieġ li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji.

(5)

Il-passiġġieri tal-ferroviji li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u domestiċi jingħataw l-istess drittijiet sabiex dan iżid il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni, sabiex jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji, u sabiex lill-passiġġieri jiggarantilhom livell uniformi ta' drittijiet. Il-passiġġieri jenħtieġ li jirċievu informazzjoni kemm jista' jkun preċiża rigward id-drittijiet tagħhom. Billi ċerti formati moderni tal-biljetti ma jippermettux fiżikament li tiġi stampata informazzjoni fuqhom, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata l-informazzjoni meħtieġa f'dan ir-Regolament b'mezzi oħra.

(6)

Is-servizzi ferrovjarji offruti strettament għall-użu storiku jew turistiku normalment ma jaqdux ħtiġijiet normali tat-trasport. Dawn is-servizzi normalment ikunu iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u jużaw it-teknoloġija li tista' tillimita l-aċċessibbiltà tagħhom. Bl-eċċezzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet li jenħtieġ li japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal servizzi ferrovjarji offruti strettament għal użu storiku jew turistiku.

(7)

Is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri għandhom natura differenti mis-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanzi twal. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew dawn is-servizzi minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Tali eżenzjonijiet madankollu jenħtieġ li ma japplikawx għal regoli essenzjali, b'mod partikolari mhux għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati ma' kondizzjonijiet nondiskriminatorji ta' kuntratti tat-trasport, għad-dritt ta' akkwist ta' biljetti ferrovjarji mingħajr diffikultà żejda, għar-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom, u għar-rekwiżit li impriżi ferrovjarji jkunu assigurati b'mod adegwat u r-rekwiżit li jittieħdu miżuri adegwati biex tiġi żgurata s-sigurtà personali fl-istazzjonijiet ferrovjarji u fuq il-ferroviji. Is-servizzi reġjonali huma aktar integrati bis-sħiħ fil-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u l-vjaġġi kkonċernati huma itwal. Għas-servizzi ferrovjarji reġjonali tal-passiġġieri, jenħtieġ li eżenzjonijiet possibbli għalhekk jiġu ristretti aktar. Fir-rigward tas-servizzi ferrovjarji reġjonali tal-passiġġieri, jenħtieġ li eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jiffaċilitaw l-użu ta' servizzi ferrovjarji minn persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa jitneħħew għalkollox gradwalment, u jenħtieġ li l-eżenzjonijiet ma japplikawx fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jippromwovu l-użu tar-roti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-possibbiltà li s-servizzi reġjonali jiġu eżentati minn ċerti obbligi fir-rigward tal-forniment ta' biljetti globali u ridirezzjonar tar-rotta tkun limitata fiż-żmien.

(8)

Hija mira ta' dan ir-Regolament li jtejjeb is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jagħtu eżenzjonijiet għal servizzi f'reġjuni fejn parti konsiderevoli mis-servizz jinħadem barra mill-Unjoni.

(9)

Barra minn hekk, sabiex tkun tista' ssir tranżizzjoni bla xkiel mill-qafas stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 għal dak skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet nazzjonali preċedenti jitneħħew gradwalment biex tkun żgurata ċ-ċertezza u l-kontinwità legali meħtieġa. L-Istati Membri, li bħalissa għandhom stabbiliti eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 jenħtieġ li jitħallew jeżentaw servizzi ferrovjarji domestiċi tal-passiġġieri biss mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jeħtieġu adattament sinifikanti u, fi kwalunkwe każ, biss għal perjodu limitat ta' żmien. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll, għal perijodu tranżitorju, jagħtu eżenzjoni mill-obbligu li jiddistribwixxu informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar fost l-operaturi, iżda biss fejn ma jkunx teknikament fattibbli għall-amministratur tal-infrastruttura li jipprovdi data f'ħin reali lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, operatur tal-vjaġġi jew amministratur tal-istazzjon. Valutazzjoni ta' dak li huwa teknikament fattibbli jenħtieġ li ssir mill-inqas kull sentejn.

(10)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni meta jeżentaw is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri mill-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Meta jipprovdu din l-informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jispjegaw ir-raġunijiet għall-għoti ta' tali eżenzjonijiet u l-miżuri meħuda jew previsti għall-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament meta jiskadu l-eżenzjoni kkonċernati.

(11)

Fejn ikun hemm diversi amministraturi tal-istazzjoni responsabbli għal stazzjon wieħed, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jaħtru l-korp inkarigat mir-responsabbiltajiet imsemmija f'dan ir-Regolament.

(12)

Aċċess għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f'ħin reali, inkluż dik dwar it-tariffi li tagħmel l-ivvjaġġar aktar aċċessibbli għal konsumaturi ġodda u tipprovdilhom firxa aktar wiesgħa ta' possibbiltajiet ta' vvjaġġar u tariffi minn fejn jistgħu jagħżlu. Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji jipprovdu lil impriżi ferrovjarji oħra, bejjiegħa tal-biljetti u operaturi tal-vjaġġi li jbiegħu s-servizzi tagħhom b'aċċess għal tali informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u jagħtuhom il-possibbiltà li jagħmlu u jikkanċellaw riservazzjonijiet biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar bil-ferrovija. L-amministraturi tal-infrastruttura jenħtieġ li jqassmu data f'ħin reali dwar il-wasla u t-tluq tal-ferroviji lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet, kif ukoll lill-bejjiegħa tal-biljetti u lill-operaturi tal-vjaġġi sabiex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar bil-ferrovija.

(13)

Rekwiżiti aktar dettaljati rigward l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar huma stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (4).

(14)

It-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji jenħtieġ li jinbena fuq il-liġi internazzjonali eżistenti li tinsab fl-Appendiċi A — Regoli uniformi dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija (CIV) — mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif modifikata mill-Protokoll għall-modifikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tat-3 ta' Ġunju 1999 (il-Protokoll tal-1999). Madankollu huwa mixtieq li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex jipproteġi mhux biss lill-passiġġieri internazzjonali imma wkoll lill-passiġġieri domestiċi. Fit-23 ta' Frar 2013, l-Unjoni aderiet mal-COTIF.

(15)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-passiġġier jew il-post tal-istabbiliment fi ħdan l-Unjoni tal-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi. Madankollu, jenħtieġ li t-tariffi soċjali u l-inkoraġġiment ta' użu usa' tat-trasport pubbliku ma jiġux ipprojbiti, dment li tali miżuri jkunu proporzjonati u jitħaddmu indipendentement min-nazzjonalità tal-passiġġier kkonċernat. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi huma liberi li jiddeterminaw il-prattiki kummerċjali tagħhom, inkluż l-użu ta' offerti speċjali u l-promozzjoni ta' ċerti mezzi ta' bejgħ. Minħabba l-iżvilupp ta' pjattaformi fuq l-internet li jbigħu l-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni waqt il-proċess biex jiġu aċċessati l-pjattaformi fuq l-internet jew biex jinxtraw il-biljetti. Barra minn hekk, irrispettivament minn kif jinxtara ċertu tip ta' biljett, jenħtieġ li l-livell ta' protezzjoni tal-passiġġier ikun l-istess.

(16)

Iż-żieda fil-popolarità taċ-ċikliżmu madwar l-Unjoni qed tħalli implikazzjonijiet fuq il-mobbiltà ġenerali u t-turiżmu. Jekk fil-qasma modali jiżdied l-użu tal-ferroviji u taċ-ċikliżmu, jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Għalhekk jenħtieġ li l-l-impriżi ferrovjarji jiffaċilitaw kemm jista' jkun it-taħlita taċ-ċikliżmu u l-vjaġġi bil-ferrovija. B'mod partikolari, meta jakkwistaw vetturi ferrovjarji ġodda jew jagħmlu titjib kbir fil-vetturi ferrovjarji eżistenti, jenħtieġ li jipprovdu għadd adegwat ta' postijiet għar-roti għajr jekk l-akkwist jew it-titjib jikkonċerna vaguni tar-ristoranti, vaguni tal-irqad jew vaguni kuċċetti. Sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi ferrovjarji eżistenti, dak l-obbligu jenħtieġ li japplika biss f'każijiet ta' titjib kbir li jeħtieġ awtorizzazzjoni ġdida ta' vettura għat-tqegħid fis-suq.

(17)

L-għadd adegwat ta' postijiet għar-roti għall-kompożizzjoni ta' ferrovija jenħtieġ li jiġi ddeterminat billi jitqies id-daqs tal-kompożizzjoni tal-ferrovija, it-tip ta' servizz u d-domanda għat-trasport tar-roti. Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu pjanijiet b'għadd konkret ta' postijiet għar-roti għas-servizzi tagħhom, wara li jikkonsultaw lill-pubbliku. Meta l-impriżi ferrovjarji jagħżlu li ma jistabbilixxux pjanijiet, jenħtieġ li japplika għadd statutorju. Dak l-għadd statutorju jenħtieġ li jservi wkoll bħala gwida mill-impriżi ferrovjarji meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet tagħhom. Għadd li huwa inqas mill-għadd statutorju jenħtieġ li jitqies adegwat biss meta jkun iġġustifikat minn ċirkostanzi speċjali bħall-operat ta' servizzi ferrovjarji fil-ħin tax-xitwa fejn huwa ċar li m'hemmx domanda jew domanda baxxa għat-trasport tar-roti. Barra minn hekk, f'xi Stati Membri d-domanda għat-trasport tar-roti hija partikolarment għolja fir-rigward ta' ċerti tipi ta' servizzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeterminaw l-għadd minimu adegwat ta' postijiet għar-roti għal ċerti tipi ta' servizzi. Dan l-għadd jenħtieġ li jipprevali fuq kwalunkwe pjan tal-impriżi ferrovjarji. Jenħtieġ li dan ma jimpedixxix il-moviment liberu tal-vetturi ferrovjarji fl-Unjoni. Il-passiġġieri jenħtieġ li jiġu infurmati bl-ispazju disponibbli għar-roti.

(18)

Jenħtieġ li d-drittijiet u l-obbligi rigward il-ġarr ta' roti fuq ferroviji japplikaw għal roti li jistgħu jintrikbu faċilment qabel u wara l-vjaġġ bil-ferrovija. Il-ġarr ta' roti f'pakketti u basktijiet, kif applikabbli, huwa kopert bid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-bagalji.

(19)

Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji għal servizzi ferrovjarji jinkludu li jirċievu informazzjoni rigward is-servizz kemm qabel kif ukoll matul il-vjaġġ. Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar is-servizz ferrovjarju qabel l-ivvjaġġar. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji u, fejn possibbli, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi jipprovdu lill-passiġġier, matul il-vjaġġ, aktar informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament. Fejn amministratur ta' stazzjon jkollu tali informazzjoni, jenħtieġ wkoll li huwa jipprovdi l-informazzjoni lill-passiġġieri.

(20)

Id-daqs tal-bejjiegħa tal-biljetti jvarja b'mod sostanzjali minn intrapriżi mikro sa kbar u xi bejjiegħa tal-biljetti joffru s-servizzi tagħhom offline biss jew online biss. Għalhekk jenħtieġ li l-obbligu li l-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ikun proporzjonali għad-daqsijiet differenti, u għalhekk il-kapaċitajiet differenti tal-bejjiegħa tal-biljetti.

(21)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jżommx lill-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi jew lill-bejjiegħa tal-biljetti milli joffru lil passiġġieri kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jwassalx biex impriża ferrovjarja tkun marbuta b'kondizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli offruti minn operatur tal-vjaġġi jew bejjiegħ tal-biljetti, għajr jekk previst xort'oħra f'arranġament bejn l-impriża ferrovjarja u l-operatur tal-vjaġġi jew il-bejjiegħ tal-biljetti.

(22)

Il-biljetti globali jippermettu vjaġġi bla xkiel għall-passiġġieri u għalhekk jenħtieġ li jsir kull sforz raġonevoli biex jiġu offruti dawn il-biljetti għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanzi fit-tul, dawk urbani, suburbani u reġjonali, kemm jekk internazzjonali u kemm jekk lokali, inkluż servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri eżentati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli, għall-fini li jiġi determinat id-dewmien totali li għalih ikun disponibbli kumpens, li jiġu esklużi perijodi ta' dewmien li jkunu seħħew waqt il-partijiet tal-vjaġġ relatati ma' servizzi ferrovjarji eżentati skont dan ir-Regolament.

(23)

Fir-rigward tas-servizzi mħaddma mill-istess impriża ferrovjarja, jenħtieġ li t-trasferiment ta' passiġġieri ferrovjarji minn servizz għal ieħor jiġi ffaċilitat bl-introduzzjoni ta' obbligu li jingħataw biljetti globali, peress li l-ebda ftehim kummerċjali mhu meħtieġa bejn l-impriżi ferrovjarji. Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti biljetti globali jenħtieġ li japplika għal servizzi mħaddma minn impriżi ferrovjarji li jappartjenu għall-istess sid jew li huma sussidjarji li huma kompletament proprjetà ta' waħda mill-impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi ferrovjarji inklużi fil-vjaġġ. Jenħtieġ li l-impriża ferrovjarja jkollha l-possibbiltà li tispeċifika fuq il-biljett globali l-ħin tat-tluq ta' kull servizz ferrovjarju, inklużi servizzi reġjonali, li għalih huwa validu l-biljett globali.

(24)

Jenħtieġ li l-passiġġieri jkunu infurmati b'mod ċar jekk il-biljetti mibjugħa minn impriża ferrovjarja fi tranżazzjoni kummerċjali waħda jikkostitwux biljett globali. Fejn il-passiġġieri ma jkunux infurmati b'mod korrett, jenħtieġ li l-impriża ferrovjarja tkun responsabbli daqslikieku dawk il-biljetti kienu globali.

(25)

Jenħtieġ li l-offerta ta' biljetti globali tkun promossa. Madankollu, l-informazzjoni korretta dwar is-servizz ferrovjarju hija essenzjali wkoll meta l-passiġġieri jixtru l-biljetti minn bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi. Fejn il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi jbiegħu biljetti separati bħala pakkett, jenħtieġ li jinfurmaw b'mod ċar lill-passiġġieri li dawk il-biljetti ma joffrux l-istess livell ta' protezzjoni bħal biljetti globali u li dawk il-biljetti ma nħarġux bħala biljetti globali mill-impriża ferrovjarja jew mill-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizz. Meta l-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi jonqsu milli jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit, jenħtieġ li r-responsabbiltà tagħhom tmur lil hinn mir-rimborż tal-biljetti.

(26)

Meta joffru biljetti globali, huwa importanti li l-impriżi ferrovjarji jqisu ħinijiet ta' konnessjoni minimi realistiċi u applikabbli meta jkunu prenotati oriġinarjament, kif ukoll kwalunkwe fattur rilevanti bħad-daqs u l-post tal-istazzjonijiet u l-pjattaformi rispettivi.

(27)

Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferroviji li jkunu komparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħra, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza waqt il-vjaġġ tagħhom. Persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu u għan-nondiskriminazzjoni. Fost l-oħrajn, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-għoti ta' informazzjoni lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vaguni u l-faċilitajiet abbord. Sabiex il-passiġġieri b'indeboliment sensorju jkunu mogħtija l-aħjar informazzjoni dwar xi dewmien, jenħtieġ li jintużaw sistemi viżivi u awditivi, kif xieraq. Jenħtieġ li l-persuni b'diżabbiltà jkunu jistgħu jixtru l-biljetti minn fuq il-ferrovija mingħajr ħlas żejjed fejn ma jkunx hemm mezzi aċċessibbli biex il-biljetti jinxtraw qabel jirkbu l-ferrovija. Madankollu, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li dan id-dritt jiġi limitat f'ċirkostanzi marbuta mas-sigurtà jew mar-riservazzjoni obbligatorja tal-ferrovija. Il-persunal jenħtieġ li jingħata t-taħriġ kif xieraq biex ikun jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, b'mod partikolari meta jkun qed jagħtihom assistenza. Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar, jenħtieġ li tingħata assistenza lil dawn il-persuni fl-istazzjonijiet u abbord jew, f'każ ta' nuqqas ta' persunal imħarreġ li jakkumpanjahom abbord il-ferrovija jew fl-istazzjoni, jenħtieġ li jsiru l-isforzi raġonevoli kollha biex jippermettu l-ivvjaġġar bil-ferrovija.

(28)

Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkooperaw b'mod attiv mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà sabiex itejbu l-kwalità tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tat-trasport.

(29)

Sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri għall-persuni b'diżabbiltà jew għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jirrikjedu lill-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet biex jistabbilixxu Punti ta' Kuntatt Uniċi nazzjonali biex jikkoordinaw l-informazzjoni u l-assistenza.

(30)

Sabiex jiġi żgurat li tingħata l-assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, għal raġunijiet prattiċi jeħtieġ li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi jiġi nnotifikat bil-quddiem dwar il-ħtieġa għall-assistenza. Filwaqt li dan ir-Regolament jistabbilixxi perjodu ta' żmien massimu komuni għal tali prenotifiki, arranġamenti volontarji li jipprovdu perjodi iqsar huma siewja meta dawn itejjbu l-mobbiltà tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Biex tiġi garantita l-aktar distribuzzjoni wiesgħa possibbli ta' informazzjoni dwar tali perjodi ta' żmien imnaqqsa, huwa importanti li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' dan ir-Regolament informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' arranġamenti ta' prenotifika mnaqqsa u t-tixrid relatat ta' informazzjoni.

(31)

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, permezz ta' konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (6). Fejn dan ir-Regolament jirreferi għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/882, dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu applikati mill-Istati Membri mit-28 ta' Ġunju 2025 u f'konformità mal-miżuri tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 32 ta' dik id-Direttiva. Fir-rigward tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet huwa stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva.

(32)

Ċerti annimali huma mħarrġa biex jassistu lill-persuni b'diżabbiltà biex huma jkunu jistgħu jkunu mobbli b'mod indipendenti. Għal tali mobbiltà huwa essenzjali li dawk l-annimali jkunu jistgħu jittieħdu abbord il-ferroviji. Dan ir-Regolament jistabbilixxi drittijiet u obbligi komuni fir-rigward tal-klieb ta' assistenza. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jwettqu provi bl-użu ta' annimali oħra ta' assistenza għall-mobbiltà u li jħalluhom jitilgħu abbord is-servizzi ferrovjarji domestiċi tagħhom. Huwa importanti li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżvilupp fir-rigward ta' din il-kwistjoni fid-dawl tal-ħidma futura fuq l-annimali ta' assistenza għall-mobbiltà.

(33)

Hu mixtieq li dan ir-Regolament joħloq sistema ta' kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta' dewmien, inkluż f'każijiet fejn id-dewmien ikun ikkawżat minn kanċellazzjoni ta' servizz jew konnessjoni mitlufa. F'każ ta' dewmien fit-tul ta' servizz ferrovjarju tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jagħtu kumpens lill-passiġġieri skont persentaġġ tal-prezz tal-biljett.

(34)

L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jkunu obbligati li jkunu assigurati, jew li jkollhom garanziji adegwati, għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri tal-ferroviji fil-każ ta' inċident.

(35)

Id-drittijiet imsaħħa ta' kumpens u ta' assistenza fil-każ ta' dewmien, konnessjoni mitlufa jew kanċellazzjoni jenħtieġ li jwasslu għal inċentivi akbar għas-suq tal-passiġġieri tal-ferroviji, għall-benefiċċju tal-passiġġieri.

(36)

F'każ ta' dewmien, il-passiġġieri jenħtieġ li jingħataw alternattivi għal kontinwazzjoni tat-trasport jew għal ridirezzjonar tar-rotta b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli. F'dan il-każ jenħtieġ jitqiesu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(37)

Madankollu, jenħtieġ li l-impriża ferrovjarja ma tkunx obbligata tħallas kumpens jekk tkun tista' turi li d-dewmien seħħ minħabba ċirkostanzi straordinarji bħal kundizzjonijiet estremi tat-temp jew diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizz. Kwalunkwe każ bħal dan jenħtieġ ikollu l-karattru ta' katastrofi naturali eċċezzjonali, kif distint mill-kundizzjonijiet normali u staġunali tat-temp bħal maltempati tal-ħarifa jew għargħar urbani regolari li jseħħ mill-mareat jew meta jinħall is-silġ. Barra minn hekk, Jenħtieġ li impriża ferrovjarja ma tkunx obbligata tħallas kumpens jekk tkun tista' turi li d-dewmien seħħ minħabba kriżi kbira tas-saħħa pubblika, bħal pandemija. Barra minn hekk, fejn id-dewmien ikun ikkawżat minn passiġġier jew minn ċerti atti ta' partijiet terzi, l-impriża ferrovjarja jenħtieġ li ma tkunx obbligata tipprvodi kumpens għad-dewmien. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li juru li la setgħu jbassru u lanqas jevitaw tali avvenimenti, u lanqas ma setgħu jipprevjenu d-dewmien, anki jekk ikunu ħadu l-miżuri raġonevoli kollha, inkluż il-manutenzjoni preventiva xierqa tal-vetturi ferrovjarji tagħhom. Jenħtieġ li l-istrajks mill-persunal tal-impriża ferrovjarja, u l-azzjoniijiet, jew l-ommissjonijiet minn operaturi ferrovjarji oħra li jużaw l-istess infrastruttura, l-amministratur tal-infrastruttura jew l-amministraturi tal-istazzjonijiet, ma jaffettwawx ir-responsabbiltà għal dewmien. Iċ-ċirkostanzi li fihom l-impriżi ferrovjarji mhumiex obbligati jħallsu kumpens jenħtieġ li jkunu ġustifikati b'mod oġġettiv. Fejn komunikazzjoni jew dokument tal-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja, awtorità pubblika jew korp ieħor indipendenti mill-impriżi ferrovjarji, li jindikaw iċ-ċirkostanzi li fuqhom tibbaża ruħha l-impriża sabiex tkun eżentata mill-obbligu li jħallsu kumpens, ikunu disponibbli għall-impriżi ferrovjarji, jenħtieġ li jġibu tali komunikazzjonijiet jew dokumenti għall-attenzjoni tal-passiġġieri u, fejn rilevanti, għal dik tal-awtoritajiet ikkonċernati.

(38)

Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji jkunu mħeġġa jissimplifikaw il-proċedura għall-passiġġieri biex japplikaw għall-kumpens jew rimborż. B'mod partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jirrikjedu li l-impriżi ferrovjarji jaċċettaw applikazzjonijiet minn ċerti mezzi ta' komunikazzjoni, bħal fuq siti web jew bl-użu ta' applikazzjonijiet mobbli, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jkunux diskriminatorji.

(39)

Sabiex ikun aktar faċli għall-passiġġieri li jagħmlu talba għal rimborż jew kumpens f'konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti formoli li huma validi mal-Unjoni kollha għal tali talbiet. Jenħtieġ li l-passiġġieri jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw it-talbiet tagħhom billi jużaw tali formola.

(40)

F'kooperazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura u l-amministraturi tal-istazzjonijiet, jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji jħejju pjanijiet ta' kontinġenza biex jimminimizzaw l-impatt tal-interruzzjonijiet il-kbar billi lill-passiġġieri maqbuda jagħtuhom l-informazzjoni u l-attenzjoni xierqa.

(41)

Hu mixtieq ukoll li l-vittmi tal-inċidenti u dawk li jiddependu fuqhom ikunu meħlusa minn preokkupazzjonijiet finanzjarji għaż-żmien qasir fil-perjodu eżatt wara l-inċident.

(42)

Hu fl-interess tal-passiġġieri tal-ferroviji li jittieħdu l-miżuri xierqa, bi ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi, biex jiżguraw is-sigurtà personali tagħhom fl-istazzjonijiet kif ukoll fuq il-ferroviji.

(43)

Jenħtieġ li l-passiġġieri ferrovjarji jkunu jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja involuta, lill-amministraturi tal-istazzjonijiet ta' ċerti stazzjonijiet jew, fejn xieraq, lill-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi rigward l-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom dwar id-drittijiet u l-obbligi mogħtija minn dan ir-Regolament. Il-passiġġieri ferrovjarji jenħtieġ li jkunu intitolati li jirċievu risposta fi żmien raġonevoli.

(44)

Fl-interess ta' trattament effiċjenti tal-ilmenti, jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet ikollhom id-dritt li jistabbilixxu servizzi tal-klijenti u mekkaniżmi ta' trattament ta' ilmenti konġunti. L-informazzjoni dwar il-proċeduri ta' trattament tal-ilmenti jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri kollha.

(45)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwawx id-drittijiet tal-passiġġieri biex iressqu lment ma' korp nazzjonali jew biex ifittxu rimedju legali permezz ta' proċeduri nazzjonali.

(46)

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, jamministrawhom u jimmonitorjawhom. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jagħmlu wkoll pubblikament disponibbli informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizz tagħhom.

(47)

Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport ferrovjarju, jenħtieġ li jkun meħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw korpi nazzjonali tal-infurzar biex isegwu mill-qrib l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex jinfurzawh fil-livell nazzjonali. Dawk il-korpi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu bosta miżuri ta' infurzar. Il-passiġġieri jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dawn il-korpi dwar l-allegat ksur tar-Regolament. Biex ikun żgurat li dawn l-ilmenti jiġu trattati b'mod sodisfaċenti, il-korpi jenħtieġ ukoll li jikkooperaw mal-korpi nazzjonali tal-infurzar ta' Stati Membri oħajn.

(48)

L-Istati Membri li ma għandhomx sistema ferrovjarja, u l-ebda prospett immedjat li jkollhom waħda, ser iġorru piż sproporzjonat u inutli jekk ikunu soġġetti għall-obbligi tal-infurzar fir-rigward tal-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura previsti b'dan ir-Regolament. L-istess japplika għall-obbligi ta' infurzar fir-rigward tal-impriżi ferrovjarji sakemm Stat Membru ma jkunx ta liċenzja lil xi impriża ferrovjarja. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-Istati Membri jkunu eżenti minn dawk l-obbligi.

(49)

L-ipproċessar tad-data personali jenħtieġ isir skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(50)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta' kumpens lill-persuna inkwistjoni, jenħtieġ ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(51)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Unjoni u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(52)

Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-passiġġieri, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex temenda l-Anness I fir-rigward tar-Regoli Uniformi CIV u biex taġġusta l-ammonti minimi tal-ħlas bil-quddiem fil-każ ta' mewt ta' passiġġier fid-dawl tal-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur li japplika għall-UE kollha. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(53)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(54)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 26, 38 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-projbizzjoni ta' kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà, l-iżgurar ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust. Dan ir-Regolament irid jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b'rispett sħiħ ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u għanijiet

Sabiex jipprovdi protezzjoni effettiva tal-passiġġieri u jinkoraġġixxi l-ivvjaġġar bil-ferrovija, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli applikabbli għat-trasport ferrovjarju fir-rigward ta' dan li ġej:

(a)

in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport u l-forniment ta' biljetti;

(b)

ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji u l-obbligi tagħhom tal-assigurazzjoni għall-passiġġieri u l-bagalji tagħhom;

(c)

id-drittijiet tal-passiġġieri f'każ ta' inċidenti li jirriżultaw mill-użu tas-servizzi ferrovjarji u li jikkaġunaw mewt ta' passiġġier jew korriment personali ta' passiġġier jew telf ta' bagalja ta' passiġġier jew dannu lil bagalja ta' passiġġier;

(d)

id-drittijiet tal-passiġġieri f'każ ta' tfixkil, bħal kanċellazzjoni jew dewmien, inkluż id-dritt tagħhom għal kumpens;

(e)

l-informazzjoni minima u preċiża, inkluż dwar il-ħruġ ta' biljetti, li trid tiġi pprovduta f'format aċċessibbli u f'waqtha lill-passiġġieri;

(f)

in-nondiskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u l-assistenza għalihom;

(g)

id-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi u l-immaniġġar tar-riskji għas-sikurezza personali tal-passiġġieri;

(h)

it-trattament tal-ilmenti;

(i)

ir-regoli ġenerali dwar l-infurzar.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġi u s-servizzi ferrovjarji internazzjonali u domestiċi fl-Unjoni pprovduti minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar li jkunu liċenzjati skont id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament servizzi li jitħaddmu strettament għal użu storiku jew turistiku. Dik l-eżenzjoni ma tapplikax fir-rigward tal-Artikoli 13 u 14.

3.   L-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 2(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 qabel is-6 ta’ Ġunju 2021 għandhom jibqgħu validi sad-data li fihom dawk l-eżenzjonijiet jiskadu. L-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 qabel is-6 ta’ Ġunju 2021 għandhom jibqgħu validi sas-6 ta’ Ġunju 2023.

4.   Qabel l-iskadenza ta' eżenzjoni għas-servizzi ferrovjarji domestiċi tal-passiġġieri mogħtija skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw tali servizzi ferrovjarji domestiċi tal-passiġġieri mill-applikazzjoni tal-Artikoli 15, 17 u 19, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 20(2)u l-Artikolu 30(2) ta' dan ir-Regolament għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn ħames snin.

5.   Sas-7 ta’ Ġunju 2030 l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-Artikolu 10 ma għandux japplika fejn ma jkunx teknikament fattibbli għal amministratur tal-infrastruttura li jiddistribwixxi data f'ħin reali skont it-tifsira tal-Artikolu 10(1) lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, operatur tal-vjaġġi jew amministratur ta' stazzjon. Tal-inqas kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid sa fejn huwa teknikament fattibbli li tiġi distribwita tali data.

6.   Soġġetti għall-paragrafu 8, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw is-servizzi li ġejjin mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)

servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri;

(b)

is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom, inkluż minn tal-inqas waqfa waħda prevista fi stazzjon, issir barra mill-Unjoni.

7.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'eżenzjonijiet mogħtija skont il-paragrafi 2, 4, 5 u 6 u għandhom jippreżentaw ir-raġunijiet għal dawk l-eżenzjonijiet.

8.   Eżenzjonijiet mogħtija f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 6 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-Artikoli 5, 11, 13, 14, 21, 22, 27 u 28.

Fejn dawk l-eżenzjonijiet jikkonċernaw servizzi ferrovjarji reġjonali tal-passiġġieri, dawn ma għandhomx japplikaw ukoll fir-rigward tal-Artikoli 6 u 12, l-Artikolu 18(3) u l-Kapitolu V.

Minkejja t-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-Artikoli 12(1) u 18(3) li jikkonċernaw is-servizzi ferrovjarji reġjonali tal-passiġġieri jistgħu japplikaw sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Ġunju 2028.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“impriża ferrovjarja” tfisser impriża ferrovjarja kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(2)

“amministratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(3)

“amministratur tal-istazzjon” tfisser entità organizzattiva fi Stat Membru, li ngħatat ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta' stazzjon ferrovjarju wieħed jew aktar u li tista' tkun l-amministratur tal-infrastruttura;

(4)

“operatur tal-vjaġġi” tfisser organizzatur jew bejjiegħ, kif definit fil-punti (8) u (9) rispettivament tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) minbarra impriża ferrovjarja;

(5)

“bejjiegħ tal-biljetti” tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jbiegħ biljetti, inkluż biljetti globali, abbażi ta' kuntratt jew arranġament ieħor bejn il-bejjiegħ bl-imnut u impriża ferrovjarja waħda jew aktar;

(6)

“kuntratt ta' trasport” tfisser kuntratt ta' trasport ferrovjarju bi ħlas jew mingħajr ħlas bejn impriża ferrovjarja u passiġġier għall-għoti ta' servizz tat-trasport wieħed jew aktar;

(7)

“biljett” tfisser evidenza valida, irrispettivament mill-forma tiegħu, tal-konklużjoni ta' kuntratt ta' trasport, irrispettivament mill-forma tiegħu;

(8)

“riservazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni, fuq il-karti jew f'forma elettronika, li tagħti d-dritt għal trasport soġġett għal arranġamenti personalizzati ta' trasport ikkonfermati minn qabel;

(9)

“biljett globali” tfisser biljett jew biljetti kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(10)

“servizz” tfisser servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li jopera bejn stazzjonijiet ferrovjarji skont skeda tal-ħinijiet, inkluż is-servizzi tat-trasport offruti għal ridirezzjonar tar-rotta;

(11)

“vjaġġ” tfisser il-ġarr ta' passiġġier bejn stazzjon tat-tluq u stazzjon tal-wasla;

(12)

“servizz ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri li ma jaqsamx fruntiera ta' Stat Membru;

(13)

“servizz ferrovjarju urban u suburban tal-passiġġieri” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri fit-tifsira tal-punt (6) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(14)

“servizz ferrovjarju reġjonali tal-passiġġieri” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri fit-tifsira tal-punt (7) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(15)

“servizz ferrovjarju fuq distanza twila tal-passiġġieri” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri li mhuwiex servizz ferrovjarju urban, suburban jew reġjonali tal-passiġġieri;

(16)

“servizz ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri li jaqsam mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru, li l-iskop prinċipali tiegħu huwa li jġorr lill-passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti jew fi Stat Membru u pajjiż terz;

(17)

“dewmien” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta l-passiġġier kien previst jasal skont il-ħinijiet ippubblikati u l-ħin tal-wasla proprja jew mistenni tiegħu jew tagħha fl-istazzjon tad-destinazzjoni finali;

(18)

“wasla” tfisser il-mument meta l-bibien tal-ferrovija jinfetħu fuq il-pjattaforma tad-destinazzjoni u l-passiġġieri jitħallew jinżlu;

(19)

“pass tal-ivvjaġġar” jew “biljett staġonali” tfisser biljett għal numru bla limitu ta' vjaġġi li jipprovdi lid-detentur awtorizzat bi vjaġġar ferrovjarju fuq rotta jew netwerk partikolari matul perjodu speċifiku;

(20)

“konnessjoni mitlufa” tfisser sitwazzjoni fejn passiġġier jitlef servizz wieħed jew aktar waqt vjaġġ ferrovjarju, mibjugħ fil-forma ta' biljett globali, minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta' servizz preċedenti wieħed jew aktar, jew it-tluq ta' servizz qabel il-ħin ta' tluq skedat;

(21)

“persuna b'diżabbiltà ” u “persuna b'mobbiltà mnaqqsa” tfisser kwalunkwe persuna li għandha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew li jolqot is-sensi, permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa' ma' bosta ostakli, jista' jfixkilha milli tuża t-trasport bis-sħiħ u b'mod effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport tonqos minħabba l-età;

(22)

“stazzjon” tfisser post fuq linja ferrovjarja fejn servizz ferrovjarju tal-passiġġieri jista' jibda, jieqaf jew jintemm.

KAPITOLU II

KUNTRATT TA' TRASPORT, INFORMAZZJONI U BILJETTI

Artikolu 4

Kuntratt ta' trasport

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-konklużjoni u l-prestazzjoni ta' kuntratt ta' trasport u l-għoti tal-informazzjoni u tal-biljetti għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu II u tat-Titolu III tal-Anness I.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet kuntrattwali u tariffi nondiskriminatorji

Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom joffru kondizzjonijiet kuntrattwali u tariffi lill-pubbliku ġenerali mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba n-nazzjonalità tal-passiġġier jew minħabba l-post tal-istabbiliment fl-Unjoni tal-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi.

L-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu japplika wkoll għall-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti meta jaċċettaw riservazzjonijiet minn passiġġieri f'konformità l-Artikolu 11.

Artikolu 6

Roti

1.   Soġġetti għal-limitazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, u meta jkun xieraq b'tariffa raġonevoli, il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jieħdu roti abbord il-ferrovija.

F'każ ta' ferroviji li għalihom hija meħtieġa riservazzjoni, għandu jkun possibbli li ssir riservazzjoni għall-ġarr ta' rota.

Fejn passiġġier ikun għamel riservazzjoni għal rota u fejn il-ġarr ta' dik ir-rota jiġi rifjutat mingħajr raġuni debitament ġustifikata, il-passiġġier għandu jkun intitolat għal ridirezzjonar tar-rotta jew rimborż skont l-Artikolu 18, kumpens skont l-Artikolu 19 u assistenza skont l-Artikolu 20(2).

2.   Fejn postijiet magħżula għar-roti huma disponibbli abbord il-ferrovija, il-passiġġieri għandhom jistivaw ir-roti tagħhom f'postijiet bħal dawn. Meta postijiet bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-passiġġieri għandhom iżommu għajnejhom fuq ir-roti tagħhom, u għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jiżguraw li r-roti tagħhom ma jikkawża l-ebda ħsara jew dannu lill-passiġġieri l-oħrajn, lit-tagħmir tal-mobbiltà, lill-bagalji jew lill-operazzjonijiet ferrovjarji.

3.   L-impriżi ferrovjarji jistgħu jirrestrinġu d-dritt tal-passiġġieri li jieħdu r-roti abbord il-ferrovija għal raġunijiet ta' sigurtà jew operazzjonali, b'mod partikolari bħala riżultat tal-limiti ta' kapaċità applikabbli matul is-sigħat l-aktar intensivi, jew fejn il-vetturi ferrovjarji ma jippermettux dan. L-impriżi ferrovjarji jistgħu wkoll jirrestrinġu l-ġarr tar-roti abbażi tal-piżijiet u d-dimensjonijiet tagħhom. Huma għandhom jippubblikaw il-kondizzjonijiet tagħhom għat-trasport tar-roti, inkluż informazzjoni aġġornata dwar id-disponibbiltà tal-kapaċità, billi jużaw l-applikazzjonijiet telematiċi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 fuq is-siti web uffiċjali tagħhom.

4.   Meta jibdew proċeduri ta' akkwist għal vetturi ferrovjarji ġodda, jew meta jwettqu titjib kbir ta' vetturi ferrovjarji eżistenti li jirriżulta fil-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni ġdida ta' vettura għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), l-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-kompożizzjonijiet tal-ferroviji, li fihom li jintużaw dawk il-vetturi ferrovjarji, ikunu mgħammra b'għadd adegwat ta' postijiet għar-roti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika fir-rigward ta' vaguni tar-ristoranti, vaguni tal-irqad jew vaguni kuċċetti.

L-impriżi ferrovjarji għandhom jiddeterminaw għadd adegwat ta' postijiet għar-roti b'kont meħud tad-daqs tal-kompożizzjoni tal-ferrovija, it-tip ta' servizz u d-domanda għat-trasport tar-roti. L-għadd adegwat ta' postijiet għar-roti għandu jiġi ddefinit fil-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 5. Fejn ma jkunx hemm tali pjanijiet jew il-pjanijiet ma jiddeterminawx tali għadd, kull kompożizzjoni tal-ferrovija għandu jkollha mill-inqas erba' postijiet għar-roti.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għadd ogħla minn erbgħa bħala l-għadd minimu adegwat għal ċerti tipi ta' servizzi, f’liema każ, dak l-għadd għandu japplika minflok l-għadd identifikat skont it-tieni subparagrafu.

5.   L-impriżi ferrovjarji jistgħu jistabbilixxu, u jżommu aġġornati, pjanijiet dwar kif iżidu u jtejbu t-trasport tar-roti, u dwar soluzzjonijiet oħra li jinkoraġġixxu l-użu kkombinat tal-ferroviji u tar-roti.

L-awtoritajiet kompetenti, kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), jistgħu jistabbilixxu tali pjanijiet għal servizzi pprovduti skont kuntratti ta' servizz pubbliku. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li tali pjanijiet jiġu stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet kompetenti jew mill-impriżi ferrovjarji li joperaw fit-territorju tagħhom.

6.   Il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu5 għandhom jiġu stabbiliti wara konsultazzjoni tal-pubbliku u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rilevanti. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-impriża ferrovjarja jew tal-awtorità kompetenti, kif xieraq.

Artikolu 7

Esklużjoni tar-rinunzji u stipulazzjoni tal-limiti

1.   L-obbligi lejn il-passiġġieri skont dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew rinunzjati, b'mod partikolari permezz ta' xi deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt ta' trasport. Kwalunkwe kondizzjoni kuntrattwali li timplika direttament jew indirettament li tirrinunzja, tidderoga minn jew tirrestrinġi d-drittijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-passiġġier.

2.   L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti jistgħu joffru kondizzjonijiet kuntrattwali li jkunu aktar favorevoli lill-passiġġieri mill-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 8

L-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni dwar it-twaqqif ta' servizzi

L-impriżi ferrovjarji, jew, meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal kuntratt ta' servizz ferrovjarju pubbliku għandhom jippubblikaw b'mezzi xierqa, inkluż b'formati aċċessibbli f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/882* u tar-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1300/2014, u qabel l-implimentazzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet li jitwaqqfu s-servizzi kemm jekk b'mod permanenti kif ukoll jekk b'mod temporanju.

Artikolu 9

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

1.   L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier, fuq talba tiegħu, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti I fir-rigward tal-vjaġġi li għalihom jiġi offruti kuntratti ta' trasport mill-impriża ferrovjarja konċernata.

2.   L-impriżi ferrovjarji u, fejn possibbli, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jipprovdu lill-passiġġier, matul il-vjaġġ, mill-inqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, il-Parti II. Fejn l-amministratur ta' stazzjon ikollu tali informazzjoni, għandu wkoll jipprovdi l-informazzjoni lill-passiġġier.

3.   L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata bl-aktar format xieraq, fejn possibbli abbażi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f'ħin reali, inkluż billi jintużaw teknoloġiji adatti tal-komunikazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/882 u r-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1300/2014.

Artikolu 10

Aċċess għall-informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar

1.   L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iqassmu data f'ħin reali dwar il-wasla u t-tluq tal-ferroviji lill-impriżi ferrovjarji, lill-bejjiegħa tal-biljetti, lill-operaturi tal-vjaġġi u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet.

2.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu lill-impriżi ferrovjarji l-oħra, lill-bejjiegħa tal-biljetti u lill-operaturi tal-vjaġġi li jbigħu s-servizzi tagħhom b'aċċess għall-informazzjoni minima dwar l-ivvjaġġar stipulata fl-Anness II, il-Partijiet I u II, u għall-operazzjonijiet dwar is-sistemi ta' riservazzjoni msemmija fl-Anness II, il-Parti III.

3.   L-informazzjoni għandha titqassam u l-aċċess għandu jingħata b'mod nondiskriminatorju u mingħajr dewmien żejjed. Talba ta' darba għandha tkun biżżejjed biex ikun hemm aċċess kontinwu għall-informazzjoni. L-amministratur tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja li huma obbligati jagħmlu disponibbli l-informazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jitolbu l-konklużjoni ta' kuntratt jew arranġament ieħor li abbażi tiegħu titqassam l-informazzjoni jew jingħata l-aċċess.

It-termini u l-kondizzjonijiet ta' kwalunkwe kuntratt jew arranġament għall-użu tal-informazzjoni ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid tagħha jew jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

L-impriżi ferrovjarji jistgħu jirrikjedu mingħand impriżi ferrovjarji oħra, operaturi tal-vjaġġi u bejjiegħa tal-biljetti kumpens finanzjarju ġust, raġonevoli u proporzjonat għall-ispejjeż imġarrba fl-għoti tal-aċċess, u l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jitolbu kumpens f'konformità mar-regoli applikabbli.

4.   L-informazzjoni għandha titqassam u l-aċċess għandu jiġi jingħata b'mezzi tekniċi xierqa, bħal interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet.

5.   Sa fejn dik l-informazzjoni koperta mill-paragrafi 1 jew 2 tiġi pprovduta f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament Delegat tal-Kmmissjoni (UE) 2017/1926 (14), l-obbligi korrispondenti skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew issodisfati.

Artikolu 11

Disponibbiltà tal-biljetti u tar-riservazzjonijiet

1.   L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġ għandhom joffru biljetti u, fejn disponibbli, biljetti globali u riservazzjonijiet.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-impriżi ferrovjarji għandhom ibiegħu, jew direttament jew permezz ta' bejjiegħa tal-biljetti jew operaturi tal-vjaġġi, il-biljetti lill-passiġġieri permezz ta' minn tal-inqas wieħed mill-mezzi ta' bejgħ li ġejjin:

(a)

l-uffiċċji tal-biljetti, punti ta' bejgħ oħrajn jew bil-magni tal-biljetti;

(b)

it-telefon, l-internet jew xi teknoloġija tal-informatika oħra disponibbli b'mod wiesa';

(c)

abbord il-ferroviji.

L-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, jistgħu jeżiġu li l-impriżi ferrovjarji joffru biljetti għas-servizzi pprovduti skont kuntratti ta' servizz pubbliku permezz ta' aktar minn mezz wieħed tal-bejgħ.

3.   Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti fl-istazzjon tat-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu infurmati fl-istazzjon dwar:

(a)

il-possibbiltà li jixtru l-biljetti bit-telefown jew bl-internet jew abbord il-ferrovija, u dwar il-proċedura għal dan ix-xiri;

(b)

l-eqreb stazzjon tal-ferrovija jew post fejn hemm uffiċċju tal-biljetti jew magni tal-biljetti.

4.   Fejn la jkun hemm uffiċċju tal-biljetti, la magna tal-biljetti aċċessibbli fl-istazzjon tat-tluq u l-ebda mezz ieħor aċċessibbli biex jinxtara biljett minn qabel, il-persuni b'diżabbiltà għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti fuq il-ferrovija mingħajr ebda spiża żejda. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jillimitaw jew jiċħdu dan id-dritt għal raġunijiet ġustifikabbli relatati mas-sigurtà jew mar-riservazzjoni obbligatorja tal-ferrovija.

Meta ma jkunx hemm persunal abbord il-ferrovija, l-impriża ferrovjarja għandha tinforma lill-persuni b'diżabbiltà dwar jekk għandhomx jixtru l-biljett u tinfurmahom dwar kif jixtru l-biljett.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi ferrovjarji jirrikjedu li l-persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa jiġu rikonoxxuti bħala tali f'konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali rilevanti tal-pajjiż ta' residenza tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jestendu d-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu għall-passiġġieri kollha. Fejn l-Istati Membri japplikaw din l-għażla, huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għandha tippubblika l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha relatata mal-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1300/2014.

Artikolu 12

Biljetti globali

1.   Meta s-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanza twila jew reġjonali jitħaddmu minn impriża ferrovjarja waħda, din għandha toffri biljett globali għal dawk is-servizzi. Għal servizzi ferrovjarji oħra tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex joffru biljetti globali u għandhom jikkooperaw bejniethom għal dak il-għan.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, it-terminu “impriża ferrovjarja waħda” għandu jinkludi wkoll l-impriżi ferrovjarji kollha li jew huma proprjetà sħiħa tal-istess sid jew li huma kompletament il-proprjetà ta' impriżi sussidjarji ta' waħda mill-impriżi ferrovjarji involuti.

2.   Għal vjaġġi li jinkludu konnessjoni waħda jew aktar, il-passiġġier għandu jkun infurmat qabel ma jixtri biljett jew biljetti jekk dak il-biljett jew dawk il-biljetti jkunux jikkostitwixxu biljett globali.

3.   Għal vjaġġi li jinkludu konnessjoni waħda jew aktar, biljett jew biljetti, mixtrija fi tranżazzjoni kummerċjali unika mingħand impriża ferrovjarja, għandhom jikkostitwixxu biljett globali u l-impriża ferrovjarja għandha tkun responsabbli skont l-Artikoli 18, 19 u 20 jekk il-passiġġier jitlef konnessjoni waħda jew aktar.

4.   Fejn biljett jew biljetti jinxtraw fi tranżazzjoni kummerċjali waħda u l-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi jkun għaqqad il-biljetti fuq inizjattiva tiegħu stess, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li biegħ il-biljett jew il-biljetti għandu jkun responsabbli li jirrimborża l-ammont totali mħallas għal dik it-tranżazzjoni għal biljett jew biljetti u, barra minn hekk, li jħallas kumpens ekwivalenti għal 75 % ta' dak l-ammont fil-każ li l-passiġġier jitlef konnessjoni waħda jew aktar.

Id-dritt għal rimborż jew għal kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti aktar kumpens għad-danni lill-passiġġieri.

5.   Ir-responsabbiltajiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx japplikaw jekk ikun hemm referenza fuq il-biljetti, jew fuq dokument ieħor jew b'mod elettroniku b'tali mod li l-passiġġier ikun jista' jirriproduċi l-informazzjoni għal referenza fil-futur, li l-biljetti jirrappreżentaw kuntratti ta' trasport separati, u l-passiġġier ġie infurmat b'dan qabel ix-xiri.

6.   L-oneru tal-prova li l-passiġġier ġie pprovdut bl-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu kienet i għandha tkun f'idejn l-impriża ferrovjarja, l-operatur tal-vjaġġi jew il-bejjiegħ tal-biljetti li biegħ il-biljett jew biljetti.

7.   Il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom ikunu responsabbli biex jittrattaw it-talbiet u l-ilmenti possibbli tal-passiġġier skont il-paragrafu 4. Ir-rimborżi u l-kumpens imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum minn meta tasal it-talba.

KAPITOLU III

RESPONSABBILTÀ TAL-IMPRIŻI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM

Artikolu 13

Responsabbiltà għall-passiġġieri u l-bagalji

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti lill-passiġġieri aktar kumpens għad-danni, ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom għandha tkun irregolata mill-Kapitoli I, III u IV tat-Titolu IV, it-Titolu VI u t-Titolu VII tal-Anness I.

Artikolu 14

Assigurazzjoni u kopertura tar-responsabbiltà

Impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b'mod xieraq jew ikollha garanziji adegwati skont il-kondizzjonijiet tas-suq biex tkopri r-responsabbiltajiet tagħha, f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2012/34/UE.

Artikolu 15

Ħlasijiet bil-quddiem

1.   Jekk passiġġier jiġi maqtul jew imweġġa', l-impriża ferrovjarja kif jingħad fl-Artikolu 26(5) tal-Anness I għandha mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum wara li tkun ġiet stabbilita l-identità tal-persuna fiżika intitolata għall-kumpens, tagħmel tali ħlasijiet bil-quddiem kif ikun jeħtieġ biex jintlaħqu l-ħtiġijiet l-aktar immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-ħlas bil-quddiem ma għandux ikun inqas minn EUR 21 000 għal kull passiġġier f'każ ta' mewt.

3.   Il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwix ammissjoni tar-responsabbiltà u jista' jitpaċa minn kwalunkwe somma mħallsa wara abbażi ta' dan ir-Regolament iżda ma jingħatax lura, ħlief meta d-dannu jkun sar bin-negliġenza jew bi ħtija tal-passiġġier jew meta l-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għall-kumpens.

Artikolu 16

Kontestazzjoni tar-responsabbiltà

Anke jekk l-impriża ferrovjarja tikkontesta r-responsabbiltà tagħha għall-korriment fiżiku ta' passiġġier li hi terfa', din għandha tagħmel kull sforz raġonevoli biex tassisti lil passiġġier fit-talba tiegħu għal kumpens għad-dannu mingħand partijiet terzi.

KAPITOLU IV

DEWMIEN, KONNESSJONIJIET MITLUFA U KANĊELLAZZJONIJIET

Artikolu 17

Responsabbiltà għal dewmien, konnessjonijiet mitlufa u kanċellazzjonijiet

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fejn jidħlu dewmien, konnessjonijiet mitlufa u kanċellazzjonijiet għandha tkun irregolata mill-Kapitolu II tat-Titolu IV tal-Anness I.

Artikolu 18

Rimborż u ridirezzjonar tar-rotta

1.   F'każ li jkun mistenni b'mod raġonevoli, jew fil-post tat-tluq jew f'każ ta' konnessjonijiet mitlufa jew kanċellazzjoni, li d-dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali skont il-kuntratt ta' trasport ser ikun ta' 60 minuta jew aktar, l-impriża ferrovjarja li topera s-servizz ittardjat jew ikkanċellat għandha immedjatament toffri lill-passiġġier l-għażla bejn waħda minn dawn l-opzjonijiet li ġejjin, u għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa:

(a)

rimborż sħiħ ta' kemm jiswa l-biljett, skont il-kondizzjonijiet li bihom ikun tħallas, għall-parti jew għall-partijiet tal-vjaġġ tiegħu li ma għamilx u għall-parti jew għall-partijiet li diġà saru jekk il-vjaġġ ma jkunx għad fadallu skop fir-rigward tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tal-passiġġier, u meta rilevanti jingħata wkoll servizz għar-ritorn lejn l-ewwel punt tat-tluq mal-ewwel opportunità;

(b)

tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kondizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali mal-ewwel opportunità;

(c)

tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kondizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali f'data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier.

2.   Fejn, għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, ir-ridirezzjonar tar-rotta komparabbli jkun operat mill-istess impriża ferrovjarja jew minn impriża oħra kkummissjonati biex twettaq dan ir-ridirezzjonar tar-rotta ma għandux iwassal għal spejjeż addizzjonali għall-passiġġier. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll meta r-ridirezzjonar tar-rotta jinvolvi l-użu ta' trasport ta' klassi ta' servizz ogħla u mezzi alternattivi ta' trasport. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali u biex jiżguraw li d-dewmien fit-tul totali tal-vjaġġ ikun qasir kemm jista' jkun. Il-passiġġieri m'għandhomx jingħataw faċilitajiet tat-trasport ta' klassi aktar baxxa għajr meta dawn il-faċilitajiet ikunu l-uniku mezz ta' ridirezzjonar disponibbli.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-impriża ferrovjarja tista' tippermetti lill-passiġġier, fuq talba tiegħu, li jikkonkludi kuntratti ma' fornituri oħra ta' servizzi tat-trasport li jippermettu lill-passiġġier jilħaq id-destinazzjoni finali taħt kondizzjonijiet komparabbli, f'liema każ l-impriża ferrovjarja għandha tirrimborża lura lill-passiġġier għall-ispejjeż imġarrba minnu.

Fejn l-għażliet disponibbli għar-ridirezzjonar ma jiġux ikkomunikati lill-passiġġier fi żmien 100 minuta mill-ħin skedat għat-tluq tas-servizz ittardjat jew ikkanċellat jew tal-konnessjoni mitlufa, il-passiġġier għandu jkun intitolat li jikkonkludi tali kuntratt ma' fornituri oħra ta' servizz ta' trasport pubbliku bil-ferrovija, coach jew xarabank. L-impriża ferrovjarja għandha tirrimborża l-ispejjeż meħtieġa, xierqa u raġonevoli mġarrba minnu.

Dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jagħtu kondizzjonijiet aktar favorevoli ta' ridirezzjonar tar-rotta lill-passiġġieri.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport għal ridirezzjonar tar-rotta għandhom jipprovdu lill-persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa b'livell komparabbli ta' assistenza u aċċessibbiltà meta joffru servizz alternattiv. Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport għal ridirezzjonar tar-rotta jistgħu jipprovdu lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa b'servizzi alternattivi li jkunu xierqa għall-ħtiġijiet tagħhom u li jkunu differenti minn dawk offruti lill-passiġġieri l-oħra.

5.   Ir-rimborżi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum wara li tasal it-talba. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-impriżi ferrovjarji jaċċettaw dawn it-talbiet b'mezzi ta' komunikazzjoni partikolari, sakemm it-talba ma toħloqx effetti diskriminatorji. Ir-rimborż jista' jkun fil-forma ta' vouchers u/jew forniment ta' servizzi oħra sakemm it-termini ta' dawk il-vouchers u/jew servizzi jkunu flessibbli biżżejjed, b'mod partikolari fir-rigward tal-perijodu tal-validità u d-destinazzjoni, u li l-passiġġier jaqbel li jaċċetta dawk il-vouchers u/jew servizzi. Ir-rimborż tal-prezz tal-biljett ma għandux jitnaqqas bi spejjeż ta' tranżazzjonijiet finanzjarji bħal miżati, spejjeż tat-telefon jew bolol.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet għal rimborż skont dan ir-Regolament sas-7 ta’ Ġunju 2023. Dik il-formola komuni għandha tkun stabbilita f'format li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

7.   Il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jressqu t-talbiet tagħhom permezz tal-formola msemmija fil-paragrafu 6. L-impriżi ferrovjarji ma għandhomx jirrifjutaw talba għal rimborż sempliċiment għax il-passiġġier ma jkunx uża dik il-formola. Jekk talba ma tkunx preċiża biżżejjed, l-impriża ferrovjarja għandha titlob lill-passiġġier biex jiċċara t-talba u għandha tassisti lill-passiġġier biex jagħmel dan.

Artikolu 19

Kumpens

1.   Mingħajr ma jitlef id-dritt għat-trasport, passiġġier huwa intitolat għal kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk id-dewmien ikun bejn il-post ta' tluq u d-destinazzjoni finali mogħtija fuq il-biljett jew il-biljett globali li għalih il-prezz ma ġiex rimborżat f'konformità mal-Artikolu 18. Il-kumpens minimu għad-dewmien għandu jkun kif ġej:

(a)

25 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 60 minuta sa 119-il minuta;

(b)

50 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 120 minuta jew aktar.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-passiġġieri li jkollhom pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġonali. Jekk dawk il-passiġġieri jaffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perijodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġonali, huma għandhom ikunu intitolati għal kumpens adegwat skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tad-dewmien u għall-kalkolu tal-kumpens. Meta d-dewmien ta' inqas minn 60 minuta jseħħ b'mod ripetut waqt il-perijodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġonali, id-dewmien jista' jiġi kkalkulat b'mod kumulattiv u l-passiġġieri jistgħu jiġu kumpensati skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-kumpens għad-dewmien għandu jiġi kkalkulat f'relazzjoni mal-prezz sħiħ li l-passiġġier ikun fil-fatt ħallas għas-servizz ittardjat. Meta l-kuntratt ta' trasport ikun għal vjaġġ bir-ritorn, il-kumpens għal dewmien jew tal-parti tat-tluq tal-vjaġġ jew tal-parti tar-ritorn għandu jiġi kkalkulat fuq il-prezz indikat għal dik il-parti tal-vjaġġ fuq il-biljett. Meta ma jkunx hemm indikazzjoni bħal din tal-prezz tal-partijiet individwali tal-vjaġġ, il-kumpens għandu jiġi kkalkulat b' rabta ma' nofs il-prezz imħallas għall-biljett. Bl-istess mod, il-prezz għad-dewmien fis-servizz pprovdut taħt kwalunkwe kuntratt ta' trasport ieħor li jintitola lill-passiġġier li jivvjaġġa għal żewġ partijiet sussegwenti jew aktar sussegwenti għandu jiġi kkalkulat bi proporzjon mal-prezz sħiħ.

4.   Il-kalkolu tal-perijodu tad-dewmien ma għandux iqis kull dewmien li l-impriża ferrovjarja tista' turi li seħħ barra mill-Unjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet għal kumpens skont dan ir-Regolament sas-7 ta’ Ġunju 2023. Dik il-formola komuni għandha tkun stabbilita f'format li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

6   L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-impriżi ferrovjarji jaċċettaw talbiet għal kumpens b'mezzi partikolari ta' komunikazzjoni, sakemm it-talba ma toħloqx effetti diskriminatorji. Il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jressqu t-talbiet tagħhom permezz tal-formola msemmija fil-paragrafu 5. L-impriżi ferrovjarji ma għandhomx jirrifjutaw talba għal kumpens sempliċiment għax il-passiġġier ma jkunx uża dik il-formola. Jekk talba ma tkunx preċiża biżżejjed, l-impriża ferrovjarja għandha titlob lill-passiġġier biex jiċċara t-talba u għandha tassisti lill-passiġġier biex jagħmel dan.

7   Il-kumpens tal-prezz tal-biljett għandu jiġi mħallas fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba għal kumpens. Il-kumpens jista' jitħallas f'vouchers u/jew servizzi oħra jekk it-termini huma flessibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-perijodu tal-validità u d-destinazzjoni. Il-kumpens għandu jitħallas fi flus fuq talba tal-passiġġier.

8.   Il-kumpens tal-prezz tal-biljett ma għandux jitnaqqas bi spejjeż ta' tranżazzjonijiet finanzjarji bħal miżati, spejjeż tat-telefon jew bolol. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jdaħħlu livell minimu li inqas minnu ma jsirux ħlasijiet ta' kumpens. Dan il-livell ma jistax ikun aktar minn EUR 4 għal kull biljett.

9.   Il-passiġġieri ma għandu jkollhom l-ebda dritt għal kumpens jekk jiġu infurmati bid-dewmien qabel jixtru l-biljett, jew jekk id-dewmien, minħabba kontinwazzjoni fuq servizz differenti jew ridirezzjonar tar-rotta, jibqa' inqas minn 60 minuta.

10.   Impriża ferrovjarja ma għandhiex tkun obbligata tħallas kumpens jekk iġġib prova li d-dewmien, il-konnessjoni mitlufa jew il-kanċellazzjoni kienet ikkawżata direttament minn, jew ġiet marbuta b'mod inerenti ma':

(a)

ċirkostanzi straordinarji mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija, bħal pereżempju kondizzjonijiet ta' temp estremi, diżastri naturali kbar jew kriżijiet kbar ta' saħħa pubblika, li l-impriża ferrovjarja, minkejja li tkun ħadet ħsieb kif meħtieġ fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setgħetx tevita u li ma setgħetx tipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom;

(b)

tort min-naħa tal-passiġġier; jew

(c)

l-imġiba ta' parti terza li l-impriża ferrovjarja, minkejja li tkun ħadet ħsieb kif meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setgħetx tevita u li ma setgħetx tipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom, bħal persuni fuq il-linji ferrovjarji, serq ta' kejbils, emerġenzi abbord, attivitajiet tal-infurzar tal-liġi, sabotaġġ jew terroriżmu.

Strajks mill-persunal tal-impriża ferrovjarja, atti jew ommissjonijiet minn impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura ferrovjarja u atti jew ommissjonijiet tal-infrastruttura u tal-amministraturi tal-istazzjonijiet mhumiex koperti mill-eżenzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 20

Assistenza

1.   F'każ ta' dewmien fil-wasla jew fit-tluq, jew kanċellazzjoni ta' servizz, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla tas-servizz jew is-servizz ta' sostituzzjoni mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-istazzjon hekk kif tali informazzjoni tkun disponibbli. Meta l-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi jkollhom tali informazzjoni, għandhom jipprovduha wkoll lill-passiġġier.

2.   Meta d-dewmien imsemmi fil-paragrafu 1 jammonta għal 60 minuta jew aktar, jew is-servizz jiġi kkanċellat, l-impriża ferrovjarja li topera s-servizz ittardjat jew ikkanċellat għandha toffri bla ħlas lill-passiġġieri dan li ġej:

(a)

ikliet u xarbiet b'mod raġonevoli skont il-ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon jew jistgħu b'mod raġonevoli jkunu pprovduti, filwaqt li jitqiesu kriterji bħad-distanza mill-fornitur, il-ħin meħtieġ għat-twassil u l-ispiża;

(b)

lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn l-istazzjon ferrovjarju u l-post tal-akkomodazzjoni, f'każijiet fejn jeħtieġu waqfa ta' lejl jew aktar jew tkun meħtieġa waqfa addizzjonali, fejn u meta jkun fiżikament possibbli. F'każijiet fejn tali soġġorn isir bżonnjuż minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 19(10), l-impriża ferrovjarja tista' tillimita t-tul tal-akkomodazzjoni għal massimu ta' tlett iljieli. Għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tal-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa u l-ħtiġijiet tal-klieb ta' assistenza, kull meta jkun possibbli;

(c)

jekk il-ferrovija tkun imwaħħla fuq il-linji, trasport mill-ferrovija sal-istazzjon ferrovjarju, sal-punt tat-tluq alternattiv jew sad-destinazzjoni finali tas-servizz, fejn u meta jkun fiżikament possibbli.

3.   Jekk is-servizz ferrovjarju jiġi interrott u ma jkunx jista' jitkompla aktar jew ma jkunx jista' jitkompla f'perijodu raġonevoli, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu lill-passiġġieri kemm jista' jkun malajr b'servizzi ta' trasport alternattiv u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa.

4.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jinfurmaw lill-passiġġieri affettwati dwar kif jitolbu ċertifikazzjoni li s-servizz tal-ferrovija kellu dewmien, wassal għal konnessjoni mitlufa jew għal kanċellazzjoni. Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tapplika wkoll b'rabta mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19.

5.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4, l-impriża ferrovjarja li tkun qed topera għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kif ukoll ta' dawk ta' kwalunkwe persuna li tkun qed takkumpanjahom u tal-klieb ta' assistenza.

6.   Meta jiġu stabbiliti pjanijiet ta' kontinġenza skont l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-impriżi ferrovjarji għandhom jikkoordinaw mal-amministratur tal-istazzjon u mal-amministratur tal-infrastruttura sabiex huma jkunu ppreparati għall-possibbiltà ta' interruzzjoni maġġuri u dewmien twil li jwassal biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jitħallew l-art fl-istazzjon. Tali pjanijiet ta' kontinġenza għandhom jinkludu rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tas-sistemi ta' twissija u ta' informazzjoni.

KAPITOLU V

PERSUNI B'DIŻABBILTÀ U PERSUNI B'MOBBILTÀ MNAQQSA

Artikolu 21

Id-dritt għal trasport

1.   L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet, bl-involviment attiv ta' organizzazzjonijiet rappreżentattivi u, fejn rilevanti, ta' rappreżentanti ta' persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa, għandhom jistabbilixxu jew għandu jkollhom stabbiliti regoli ta' aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta' persuni b'diżabbiltà, li jinkludu l-assistenti personali tagħhom rikonoxxuti bħala tali skont il-prattiki nazzjonali, u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Dawk ir-regoli għandhom iqisu l-ftehimiet imsemmija fil-punt 4.4.3 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, b'mod partikolari fir-rigward tal-entità responsabbli biex tipprovdi l-assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

2.   Ir-riservazzjonijiet u l-biljetti għandhom jiġu offruti lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi ma għandhomx jirrifjutaw li jaċċettaw riservazzjoni jew li joħorġu biljett lil persuna b'diżabbiltà jew lil persuna b'mobbiltà mnaqqsa, jew jeżiġu li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra, għajr meta dan ikun strettament meħtieġ għal konformità mar-regoli tal-aċċess imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 22

Informazzjoni lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa

1.   Fuq talba, amministratur tal-istazzjon, impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi għandhom jagħtu lil persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-informazzjoni, inkluż f'formati aċċessibbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1300/2014 u d-Direttiva (UE) 2019/882, dwar l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet fl-istazzjon u ta' faċilitajiet assoċjati, u tas-servizzi ferrovjarji u dwar il-kondizzjonijiet tal-aċċess ta' vetturi ferrovjarji skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 21(1) u għandhom jinfurmaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa dwar il-faċilitajiet abbord.

2.   Meta impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi jagħmlu użu mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 21(2), dawn għandhom fuq talba jinfurmaw bil-miktub lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn għamlet hekk, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mir-rifjut milli taċċetta r-riservazzjoni jew milli jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kondizzjoni ta' akkumpanjament. L-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva tat-trasport aċċettabbli lill-persuna kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha.

3.   Fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjonidisponibbli faċilment, inkluż f'formati aċċessibbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1300/2014 u d-Direttiva (UE) 2019/882, tkun esposta skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 21(1) dwar l-eqreb stazzjonijiet b'persunal u dwar id-disponibbiltà diretta ta assistenza għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Artikolu 23

Assistenza fl-istazzjonijiet ferrovjarji u abbord

1.   Il-persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom jiġu assistiti kif ġej:

(a)

l-assistent personali, rikonoxxut bħala tali f'konformità mal-prattiki nazzjonali, jista' jivvjaġġa b'tariffa speċjali u, jekk applikabbli, mingħajr ħlas u jkun bilqiegħda, fejn prattikabbli, maġenb il-persuna b'diżabbiltà;

(b)

meta impriża ferrovjarja teħtieġ li passiġġier jiġi akkumpanjat abbord ferrovija skont l-Artikolu 21(2), il-persuna li takkumpanjah għandha tkun intitolata li tivvjaġġa mingħajr ħlas u li tkun bilqiegħda, fejn ikun prattikabbli, ħdejn il-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa;

(c)

kelb ta' assistenza għandu jitħalla jakkumpanjawhom skont kwalunkwe liġi nazzjonali rilevanti;

(d)

għal ferroviji mingħajr persunal, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jew l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas, f'konformità mar-regoli ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 21(1), matul l-imbark u l-inżul minn ferrovija meta jkun hemm persunal imħarreġ fuq xogħol fl-istazzjon;

(e)

mit-tluq, waqt it-tranżitu jew mal-wasla fi stazzjon tal-ferrovija bil-persunal, l-amministratur tal-istazzjoni jew l-impriża ferrovjarja għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas b'tali mod li dik il-persuna tkun tista' titla' abbord il-ferrovija, tittrasferixxi għal servizz ferrovjarju ta' konnessjoni li jkollha biljett għalih, jew tinżel mill-ferrovija, dment li jkun hemm persunal imħarreġ fuq xogħol. Meta l-ħtieġa għall-assistenza tkun ġiet innotifikata minn qabel skont il-punt (a) tal-Artikolu 24, l-amministratur tal-istazzjon jew l-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li l-assistenza tiġi pprovduta kif mitlub;

(f)

fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas abbord ferrovija u matul it-tlugħ u l-inżul minn ferrovija jekk il-ferrovija tkun akkumpanjata minn persunal imħarreġ;

(g)

fin-nuqqas ta' persunal ta' akkumpanjament imħarreġ abbord ferrovija u fi stazzjon, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jew l-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex il-persuni b'diżabbiltà jew il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-vjaġġ bil-ferrovija.

(h)

l-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jipprovdu lill-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa aċċess għall-istess servizzi abbord bħal passiġġieri oħrajn, fejn dawn il-persuni ma jistax ikollhom aċċess għal dawk is-servizzi b'mod indipendenti u sigur.

2.   Ir-regoli msemmija fl-Artikolu 21(1) għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 24

Kondizzjonijiet biex tingħata l-assistenza

L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jikkooperaw biex jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kif speċifikat fl-Artikoli 21 u 23, waqt li joffru mekkaniżmu ta' notifika waħda, skont il-punti li ġejjin:

(a)

l-assistenza għandha tingħata bil-kondizzjoni li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li mingħandu nxtara l-biljett, jew il-Punt Uniku ta' Kuntatt imsemmi fil-punt (f), fejn applikabbli, jiġi nnotifikat bil-ħtieġa tal-passiġġier għal din l-assistenza mill-inqas 24 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza. Notifika waħda għal kull vjaġġ bil-ferrovija għandha tkun biżżejjed. Dawn in-notifiki għandhom jintbagħtu lill-impriżi ferrovjarji kollha u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet kollha involuti fil-vjaġġ.

Tali notifiki għandhom jiġu aċċettati mingħajr spejjeż addizzjonali, irrispettivament mill-mezzi ta' komunikazzjoni li jkunu qed jintużaw.

Meta xi biljett jew xi biljett staġonali jippermettu aktar minn vjaġġ wieħed, notifika waħda għandha tkun biżżejjed dment li tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti, u fi kwalunkwe każ 24 siegħa qabel l-ewwel darba li tkun meħtieġa l-assistenza. Il-passiġġier jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha għandu jagħmel kull sforz raġonevoli biex jinforma dwar kwalunkwe annullament ta' tali vjaġġi sussegwenti mill-inqas 12-il siegħa qabel.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-perijodu ta' 24 siegħa għan-notifiki msemmija fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi jiġi estiż sa 36 siegħa, iżda mhux lilhinn mit-30 ta' Ġunju 2026. F'dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b' dak il-permess u jipprovdu informazzjoni dwar il-miżuri meħuda jew previsti biex jitnaqqas il-perijodu;

(b)

l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirċievu n-notifiki. Fejn il-bejjiegħa tal-biljetti ma jkunux jistgħu jipproċessaw tali notifiki, huma għandhom jindikaw punti alternattivi ta' xiri jew mezzi alternattivi biex jagħmlu n-notifika;

(c)

jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-punt (a), l-impriża ferrovjarja u l-amministratur tal-istazzjon għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jipprovdu l-assistenza b'mod li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tkun tista' tivvjaġġa;

(d)

mingħajr preġudizzju għall-punt (f) ta' dan l-Artikolu, l-amministratur tal-istazzjon jew kwalunkwe persuna oħra awtorizzata għandha tagħżel punti li fihom il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jistgħu jgħarrfu bil-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-ferrovija u jitolbu l-assistenza. Ir-responsabbiltajiet rigward l-għażla ta' dawn il-punti u l-provvediment ta' informazzjoni dwarhom għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 21(1);

(e)

l-assistenza għandha tingħata bil-kondizzjoni li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tippreżenta ruħha fil-punt magħżul f'ħin stipulat mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-istazzjon li jipprovdu din l-assistenza. Kwalunkwe ħin stipulat ma għandux ikun iktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippublikat jew il-ħin li fih il-passiġġieri kollha jintalbu jagħmlu check-in. Jekk ma jkun stipulat l-ebda ħin meta l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa jeħtieġ li tippreżenta lilha nnifisha, il-persuna għandha tippreżenta lilha nnifisha fil-punt magħżul mhux inqas minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew qabel il-ħin meta l-passiġġieri kollha jintalbu jagħmlu check-in.

(f)

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-impriżi ferrovjarji fuq it-territorju tagħhom jikkooperaw biex jistabbilixxu u joperaw Punti Uniċi ta' Kuntatt għal persuni b'diżabbiltajiet u persuni b'mobbiltà mnaqqsa. It-termini għat-tħaddim tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 21(1). Dawk il-Punti Uniċi ta' Kuntatt għandhom ir-responsabbiltà li:

(i)

jaċċettaw talb għal assistenza fl-istazzjonijiet;

(ii)

jikkomunikaw talbiet individwali għall-assistenza lill-amministraturi tal-istazzjonijiet u lill-impriżi ferrovjarji; u

(iii)

jipprovdu l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà.

Artikolu 25

Kumpens fir-rigward tat-tagħmir tal-mobbiltà, apparat ta' assistenza u klieb ta' assistenza

1.   Meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkawżaw it-telf ta', jew dannu għal, tagħmir ta' mobbiltà, inkluż siġġijiet tar-roti, u apparat ta' assistenza, jew it-telf jew il-korriment ta' klieb ta' assistenza użati mill-persuni b'diżabbiltà u mill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għal dak it-telf, dannu jew korriment, u għandhom jagħtu kumpens mingħajr dewmien żejjed. Dak il-kumpens għandu jinkludi:

(a)

l-ispiża biex jinbidel jew jissewwa t-tagħmir tal-mobbiltà jew l-apparat ta' assistenza mitluf jew li tkun saritlu ħsara;

(b)

l-ispiża għas-sostituzzjoni jew għat-trattament tal-korriment ta' kelb ta' assistenza li nitlef jew li korra; u

(c)

spejjeż raġonevoli ta' sostituzzjoniijiet temporanji għat-tagħmir tal-mobbiltà, apparat ta' assistenza jew klieb ta' assistenza meta tali sostituzzjoni ma tkunx ipprovduta mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-istazzjon f'konformità mal-paragrafu 2.

2.   Fejn japplika l-paragrafu 1, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom malajr jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jipprovdu sostituzzjonijiet temporanji meħtieġa immedjatament għat-tagħmir ta' mobbiltà jew l-apparat ta' assistenza. Il-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa għandha titħalla żżomm it-tagħmir jew l-apparat ta' sostituzzjoni temporanja sakemm jitħallas il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 26

Taħriġ tal-persunal

1.   L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-persunal kollu, inkluż l-impjegati l-ġodda, li fil-qadi ta' dmirijiethom jipprovdu assistenza diretta lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, jirċievu taħriġ relatat mad-diżabbiltà sabiex ikunu jafu kif jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Dawn għandhom jipprovdu wkoll lill-persunal kollu, li jaħdem fl-istazzjon jew abbord il-ferroviji, li titrattaw direttament mal-pubbliku li jkun qed jivvjaġġa b'taħriġ u korsijiet ta' taħriġ ta' aġġornament regolari biex issir sensibilizzazzjoni dwar il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

2.   L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jistgħu jaċċettaw il-parteċipazzjoni, fit-taħriġ imsemmi fil-paragrafu 1, ta' impjegati b'diżabbiltà, u jistgħu jikkunsidraw il-parteċipazzjoni ta' passiġġieri b'diżabbiltà u passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa, u/jew ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom.

KAPITOLU VI

SIKUREZZA, ILMENTI U KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Artikolu 27

Is-sikurezza personali tal-passiġġieri

Bi ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fl-oqsma rispettivi ta' responsabbiltà u jadattawhom mal-livell tas-sikurezza ddefinit mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw is-sikurezza personali tal-passiġġieri fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u fuq il-ferroviji u li jimmaniġġaw ir-riskji. Dawn għandhom jikkooperaw u jagħmlu skambju ta' informazzjoni dwar l-aqwa prattiki dwar il-prevenzjoni ta' atti, li aktarx ixejnu l-livell tas-sikurezza.

Artikolu 28

Ilmenti

1.   Kull impriża ferrovjarja u amministratur tal-istazzjon ta' stazzjon li minnhom jgħaddu bħala medja aktar minn 10 000 passiġġier kuljum f'sena għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu biex jittratta l-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fil-qasam ta' responsabbiltà rispettiv tagħhom. Dawn għandhom jgħarrfu b'mod wiesa' lill-passiġġieri bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwa jew lingwi ta' ħidma tagħhom. Dan il-mekkaniżmu ma għandux japplika għall-finijiet tal-Kapitolu III.

2.   Il-passiġġieri jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja jew amministratur tal-istazzjon fir-rigward tal-oqsma tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom permezz tal-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1. Tali ilment għandu jitressaq fi żmien tliet xhur minn meta jseħħ l-inċident li jikkonċerna. Fi żmien xahar minn meta jasal l-ilment, id-destinatarju għandu jew jagħti tweġiba raġunata jew, f'każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier li ser jirċievi tweġiba f'inqas minn tliet xhur mid-data minn meta jasal l-ilment. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom iżommu d-data meħtieġa għall-valutazzjoni tal-ilmenti għal kemm iddum għaddejja l-proċedura kollha tat-trattament tal-ilment, inkluż il-proċeduri tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikoli 33 u 34, u għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli għall-korpi nazzjonali tal-infurzar meta jintalbu jagħmlu hekk.

3.   Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, inkluż għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba mill-anqas fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih topera l-impriża ferrovjarja.

4.   L-impriża ferrovjarja għandha tippubblika fir-rapport msemmi fl-Artikolu 29(2) in-numru u l-kategoriji tal-ilmenti li waslulha u tal-ilmenti trattati, iż-żmien li ħadet it-tweġiba u l-azzjonijiet għal titjib possibbli li ttieħdu.

Artikolu 29

Standards tal-kwalità tas-servizzi

1.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jistabbilixxu l-istandards ta' kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta' ġestjoni ta' kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizz. L-istandards tal-kwalità tas-servizz għandhom ikopru tal-inqas il-punti elenkati fl-Anness III.

2.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom stess kif riflessa fl-istandards ta' kwalità tas-servizzi. Sat-30 ta' Ġunju 2023,u kull sentejn wara dan, dawn għandhom jippubblikaw rapport dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi fuq is-sit web tagħhom. Dawn ir-rapporti għandhom ukoll isiru disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

3.   L-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu standards ta' kwalità tas-servizz abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fl-Anness III. Huma għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom skont dawk l-istandards u jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fuq talba.

KAPITOLU VII

INFORMAZZJONI U INFURZAR

Artikolu 30

Informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom

1.   Meta jbigħu biljetti għal vjaġġi bil-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Sabiex ikunu konformi ma' dan ir-rekwiżit tal-informazzjoni, dawn jistgħu jużaw riassunt tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ippreparat mill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea magħmula disponibbli għalihom. Huma għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni, jew stampata jew f'format elettroniku, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, inkluż bil-formati aċċessibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/882 u tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014. Huma għandhom jispeċifikaw mnejn, fil-każ ta' kanċellazzjoni, konnessjoni mitlufa jew dewmien fit-tul, tista' tinkiseb din l-informazzjoni.

2.   L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b'mod xieraq, inkluż bil-formati aċċessibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/882 u tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, fl-istazzjon, fuq il-ferrovija u fuq is-sit web tagħhom, bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u bid-dettalji tal-kuntatt tal-korp jew korpi maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 31.

Artikolu 31

Il-ħatra ta' korpi nazzjonali tal-infurzar

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati.

2.   Fl-organizzazzjoni, id-deċiżjonijet ta' finanzjament, l-istruttura legali u t-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu, kull korp għandu jkun indipendenti mill-amministraturi tal-infrastruttura, mill-korp tal-imposti, mill-korp tal-allokazzjoni jew mill-impriża ferrovjarja.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni u l-korpi maħtura għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-siti web tagħhom.

4.   L-obbligi ta' infurzar fir-rigward tal-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura previsti f'dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għal Ċipru jew Malta sakemm ma tiġi stabbilita l-ebda sistema ferrovjarja fit-territorji rispettivi tagħhom u fir-rigward tal-impriżi ferrovjarji sakemm l-ebda impriża ferrovjarja ma tingħata liċenzja minn awtorità tal-liċenzji maħtura minn Ċipru jew Malta skont l-Artikolu 2(1).

Artikolu 32

Kompiti tal-infurzar

1.   Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż mar-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1300/2014 sa fejn dawk ir-Regolamenti huma imsemmija f'dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jipprovdu lill-korpi b'dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jirċievu t-talba. F'każijiet kumplessi, il-korp nazzjonali tal-infurzar jista' jestendi dan il-perijodu għal massimu ta' tliet xhur minn meta jirċievi t-talba. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi tal-infurzar nazzjonali għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 33 biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti. Dawn jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar azzjonijiet tal-infurzar abbażi ta' lmenti individwali li jgħaddilhom dak il-korp.

3.   Kull sentejn, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jippubblikaw rapporti bl-istatistika dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar il-penali applikati sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

4.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħtu d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi nazzjonali tal-infurzar tal-Istati Membri fejn joperaw.

Artikolu 33

Trattament tal-ilment mill-korpi nazzjonali tal-infurzar u korpi oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumaturi biex ifittxu rimedju alternattiv skont id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-passiġġier, wara li jkun ressaq ilment mingħajr suċċess lill-impriża ferrovjarja jew lill-amministratur tal-istazzjon skont l-Artikolu 28, jista' jilmenta mal-korp nazzjonali ta’ infurzar jew kwalunkwe korp maħtur skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi l-informazzjoni tar-rifjut tal-ilment oriġinali. Meta ma tasal l-ebda tweġiba fi żmien tliet xhur minn meta jsir l-ilment oriġinali, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt li jilmenta mal-korp nazzjonali ta’ infurzar jew kwalunkwe korp maħtur skont il-paragrafu 2. Fejn meħtieġ, dak il-korp għandu jinforma lill-persuna li tilmenta dwar id-dritt tagħha li tagħmel lment lil korpi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex jinstab rimedju individwali.

2.   Kwalunkwe passiġġier jista' jilmenta rigward ksur allegat ta' dan ir-Regolament jew mal-korp nazzjonali tal-infurzar, jew ma' kwalunkwe korp ieħor maħtur minn Stat Membru għal dak il-għan.

3.   Il-korp nazzjonali tal-infurzar jew kwalunkwe korp ieħor maħtur skont il-paragrafu 2 għandu jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. Il-proċedura tat-trattament tal-ilment għandha tieħu sa mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-istabbiliment tal-fajl tal-ilment. F'każijiet kumplessi, dak il-korp jista' jestendi dak il-perijodu għal sitt xhur. F'dan il-każ, il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal din l-estensjoni u biż-żmien mistenni li tingħalaq il-proċedura. Huma biss dawk il-każijiet li jinvolvu proċedimenti legali li jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur. Meta dak il-korp ikun ukoll korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jieħdu preċedenza l-limiti taż-żmien stabbiliti f'dik id-Direttiva.

Il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

4.   L-ilmenti tal-passiġġieri dwar inċident li jinvolvi impriża ferrovjarja għandhom jiġu trattati mill-korp nazzjonali tal-infurzar jew kwalunkwe korp maħtur skont il-paragrafu 2 tal-Istat Membru li jkun ta l-liċenzja lil dik l-impriża.

5.   Meta lment ikun dwar allegat ksur imwettaq mill-amministraturi tal-istazzjonijiet jew tal-infrastruttura, l-ilment għandu jiġi ttrattat mill-korp nazzjonli tal-infurzar jew kwalunkwe korp maħtur skont il-paragrafu 2 ta' dak tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-inċident.

6.   Fil-qafas ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 34, il-korpi nazzjonali tal-infurzar jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 4 jew 5 ta' dan l-Artikolu, jew it-tnejn li huma, meta għal raġunijiet ġustifikati, b'mod partikolari dawk relatati ma' lingwa jew post ta' residenza, dan ikun fl-interess tal-passiġġier.

Artikolu 34

Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni transfruntiera bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar

1.   Jekk jinħatru korpi differenti skont l-Artikoli 31 u 33, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi tar-rappurtar li jiżguraw l-iskambju tal-informazzjoni bejniethom, b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, biex jgħinu lill-korp nazzjonali tal-infurzar iwettaq ħidmietu ta' superviżjoni u infurzar u biex il-korp tat-trattament tal-ilmenti maħtur skont l-Artikolu 33 ikun jista' jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jeżamina lmenti individwali.

2.   Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-prinċipji u l-prattika tal-ħidma u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom għal għanijiet ta' koordinazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'dak il-kompitu.

3.   F'każijiet kumplessi bħalma huma dawk li jinvolvu aktar minn ilment wieħed jew għadd ta' operaturi, vjaġġar transfruntier jew inċidenti fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ta l-liċenzja lill-impriża, u b'mod partikolari meta ma jkunx ċar liema korp nazzjonali tal-infurzar hu kompetenti, jew meta teħfief jew titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilment, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jikkooperaw bejniethom biex jidentifikaw il-korp “ewlieni” li għandu jservi ta' punt ta' kuntatt uniku għall-passiġġieri. Kull korp nazzjonali tal-infurzar involut għandu jikkoopera biex teħfief ir-riżoluzzjoni tal-ilment, inkluż billi tixtered l-informazzjoni, tingħata għajnuna bi traduzzjoni tad-dokumenti u tingħata informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċidenti. Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa liema korp qed jaġixxi bħala l-korp ewlieni.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   Fil-qafas tal-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 34, il-korp nazzjonali tal-infurzar li huwa kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 33(4) jew (5), fuq talba tal-korp nazzjonali tal-infurzar li jkun qed jittratta l-ilment, għandu jinvestiga l-ksur ta' dan ir-Regolament identifikat minn dak il-Korp u, jekk ikun meħtieġ, jimponi penali.

Artikolu 36

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 li jemendaw dan ir-Regolament sabiex:

(a)

jiġi aġġustat l-ammont finanzjarju msemmija fl-Artikolu 15(2) biex jitqiesu t-tibdiliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur madwar l-UE kollha eskluż il-enerġija u l-ikel mhux proċessat, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat);

(b)

jiġi modifikat l-Anness I sabiex jitqiesu l-emendi għar-Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Ġarr Internazzjonali tal-Passiġġieri u l-Bagalji bil-Ferrovija (CIV), kif stipulat fl-Appendiċi A tal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF).

Artikolu 37

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 36 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mis-6 ta’ Ġunju 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 36 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 39

Rapport

Sas-7 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni li għandha tingħata skont dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu, fejn meħtieġ, ikollu miegħu proposti xierqa.

Artikolu 40

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 jitħassar b'effett mis-7 ta’ Ġunju 2023.

Referenza għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness IV.

Artikolu 41

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-7 ta’ Ġunju 2023.

Madankollu, l-Artikolu 6(4) għandu japplika mis-7 ta’ Ġunju 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A.P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 197, 8.6.2018, p. 66.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2018 (ĠU C 363, 28.10.2020, p. 296) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-25 ta’ Jannar 2021 (ĠU C 68, 26.2.2021, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p.11).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2018, p. 70).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110),

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(8)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(10)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(14)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).


ANNESS I

ESTRATT MIR-REGOLI UNIFORMI DWAR IL-KUNTRATT GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TA' PASSIĠĠIERI U BAGALJI BIL-FERROVIJA (CIV)

Appendiċi A għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif modifikata bil-Protokoll għall-modifika tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tat-3 ta' Ġunju 1999

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli Uniformi, it-terminu

(a)

“trasportatur” tfisser it-trasportatur kuntrattwali li miegħu l-passiġġier ikun ikkonkluda l-kuntratt ta' trasport skont dawn ir-Regoli Uniformi, jew trasportatur suċċessiv li jkun responsabbli abbażi ta' dan il-kuntratt;

(b)

“trasportatur sostitut” tfisser trasportatur, li ma kkonkludiex il-kuntratt ta' trasport mal-passiġġier, iżda li t-trasportatur imsemmi fil-punt a) ikun fdah, bis-sħiħ jew parzjalment, bit-twettiq tat-trasport bil-ferrovija;

(c)

“Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport” tfisser il-kondizzjonijiet tat-trasportatur fil-forma ta' kondizzjonijiet ġenerali jew tariffi legalment fis-seħħ f'kull Stat Membru u li saru, bil-konklużjoni tal-kuntratt ta' trasport, parti integrali minnu;

(d)

“vettura” tfisser vettura bil-mutur jew karru li jinġarru fl-okkażjoni tat-trasport tal-passiġġieri.

TITOLU II

KONKLUŻJONI U PRESTAZZJONI TAL-KUNTRATT TA' TRASPORT

Artikolu 6

Kuntratt ta' trasport

1.   Bil-kuntratt ta' trasport, it-trasportatur għandu jidħol għall-impenn li jġorr il-passiġġier kif ukoll, fejn xieraq, bagalji u vetturi għall-post tad-destinazzjoni u li jikkunsinna l-bagalji u l-vetturi fil-post tad-destinazzjoni.

2.   Il-kuntratt ta' trasport irid jiġi kkonfermat b'biljett wieħed jew aktar maħruġ lill-passiġġier. Madankollu, soġġett għall-Artikolu 9, l-assenza, l-irregolarità jew it-telf ta' biljett m'għandux jaffettwa l-eżistenza jew il-validità tal-kuntratt li għandha tibqa' soġġetta għal dawn ir-Regoli Uniformi.

3.   Il-biljett għandu jkun evidenza prima facie tal-konklużjoni u l-kontenut tal-kuntratt ta' trasport.

Artikolu 7

Biljett

1.   Il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-biljetti kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom huma għandhom jiġu stampati u magħmulin.

2.   Dan li ġej, tal-inqas, irid jiddaħħal fil-biljett:

(a)

it-trasportatur jew it-trasportaturi;

(b)

stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawsola għall-kuntrarju, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista' tkun indikata bl-akronimu CIV;

(c)

kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tagħti prova tal-konklużjoni u tal-kontenut tal-kuntratt ta' trasport u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt.

3.   Il-passiġġier irid jiżgura, x'ħin jirċievi l-biljett, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

4.   Il-biljett għandu jkun trasferibbli jekk ma jkunx ħareġ f'isem il-passiġġier u jekk il-vjaġġ ma jkunx beda.

5.   Il-biljett jista' jiġi stabbilit fil-forma ta' reġistrazzjoni ta' data elettronika, li tista' tiġi ttrasformata f'simboli miktuba leġġibbli. Il-proċedura użata għar-reġistrazzjoni u t-trattament ta' data għandha tkun ekwivalenti mill-perspettiva funzjonali, b'mod partikolari sa fejn jikkonċerna l-valur evidenzjali tal-biljett irrappreżentat b'dik id-data.

Artikolu 8

Pagament u rimborż tal-ħlas tat-trasport

1.   Soġġett għal ftehim kuntrarju bejn il-passiġġier u t-trasportatur, il-ħlas tat-trasport għandu jitħallas minn qabel.

2.   Il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet għandu jsir rimborż tal-ħlas tat-trasport.

Artikolu 9

Id-dritt għat-trasport. Esklużjoni mit-trasport

1.   Il-passiġġier, mill-bidu tal-vjaġġ tiegħu, irid ikollu fil-pussess tiegħu biljett validu u jippreżentah fl-ispezzjoni tal-biljetti. Il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jistgħu jipprevedu:

(a)

li passiġġier li ma jipproduċix biljett validu għandu jħallas, b'żieda mal-ħlas tat-trasport, ħlas addizzjonali;

(b)

li passiġġier li jirrifjuta li jħallas x'ħin jintalab il-ħlas tat-trasport jew il-ħlas addizzjonali jista' jiġi mitlub li jtemm il-vjaġġ tiegħu;

(c)

jekk u taħt liema kondizzjonijiet għandu jsir rimborż tal-ħlas addizzjonali.

2.   Il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jistgħu jipprevedu li l-passiġġieri li:

(a)

jippreżentaw periklu għas-sikurezza u l-iffunzjonar tajjeb tal-operazzjonijiet jew għas-sikurezza ta' passiġġieri oħra,

(b)

joħolqu inkonvenjent lil passiġġieri oħra b'mod intollerabbli,

għandhom jiġu esklużi mit-trasport jew jistgħu jiġu mitluba jtemmu l-vjaġġ tagħhom u li tali persuni m'għandhomx ikunu intitolati għal rimborż tal-ħlas tat-trasport tagħhom jew ta' kwalunkwe ħlas għat-trasport ta' bagalji reġistrati li setgħu ħallsu.

Artikolu 10

Ikkompletar ta' formalitajiet amministrattivi

Il-passiġġier għandu jikkonforma mal-formalitajiet meħtieġa mid-dwana jew awtoritajiet amministrattivi oħra.

Artikolu 11

Kanċellazzjoni u ttardjar tal-ferroviji. Konnessjonijiet mitlufa

It-trasportatur, fejn neċessarju, irid jiċċertifika fuq il-biljett li l-ferrovija ġiet ikkanċellata jew il-konnessjoni ntilfet.

TITOLU III

TRASPORT TA' BAGALJI TAL-IDEJN, ANNIMALI, BAGALJI RREĠISTRATI U VETTURI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 12

Oġġetti u annimali aċċettabbli

1.   Il-passiġġier jista' jieħu miegħu oġġetti li jistgħu jiġu mmaniġġati faċilment (bagalji tal-idejn) u wkoll annimali ħajjin skont il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport. Barra minn dan, il-passiġġier, jista' jieħu miegħu oġġetti ingombranti skont id-dispożizzjonijiet speċjali, li hemm fil-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport. Oġġetti u annimali li x'aktarx idejqu jew joħolqu inkonvenjent lill-passiġġieri jew jikkawżaw ħsara m'għandhomx jiġu permessi bħala bagalja tal-idejn.

2.   Il-passiġġier jista' jikkunsinna l-oġġetti u l-annimali bħala bagalji rreġistrati skont il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

3.   It-trasportatur jista' jippermetti t-trasport ta' vetturi fl-okkażjoni tat-trasport ta' passiġġieri skont dispożizzjonijiet speċjali li hemm fil-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

4.   It-trasport ta' merkanzija perikoluża bħala bagalja tal-idejn, bagalja rreġistrata kif ukoll ġewwa jew fuq vetturi li, skont dan it-Titolu jinġarru bil-ferrovija, irid jikkonforma mar-Regolament li jikkonċerna t-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża bil-Ferrovija (RID).

Artikolu 13

Eżami

1.   Fejn ikun hemm raġuni tajba għas-suspett ta' nuqqas ta' osservanza tal-kondizzjonijiet tat-trasport, it-trasportatur għandu jkollu d-dritt li jeżamina jekk l-oġġetti (il-bagalji tal-idejn, il-bagalji rreġistrati, il-vetturi inkluż it-tagħbija tagħhom) u l-annimali ttrasportati jikkonformawx mal-kondizzjonijiet tat-trasport, sakemm il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet tal-Istat li fih isir l-eżami ma jipprojbux tali eżami. Il-passiġġier irid ikun mistieden biex jattendi għall-eżami. Jekk ma jidhirx jew ma jkunx jista' jintlaħaq, it-trasportatur għandu jitlob il-preżenza ta' żewġ xhieda indipendenti.

2.   Jekk ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet tat-trasport ma ġewx irrispettati, it-trasportatur jista' jitlob lill-passiġġier iħallas l-ispejjeż li joriġinaw mill-eżami.

Artikolu 14

Ikkompletar ta' formalitajiet amministrattivi

Il-passiġġier irid jikkonforma mal-formalitajiet meħtieġa mid-dwana jew l-awtoritajiet amministrattivi oħra meta, waqt li jkun qed jiġi ttrasportat, ikollu oġġetti (bagalji tal-idejn, bagalji rreġistrati, vetturi inkluż it-tagħbija tagħhom) jew annimali ttrasportati. Huwa għandu jkun preżenti waqt l-ispezzjoni ta' dawn l-oġġetti ħlief fejn hu previst mod ieħor mil-liġijiet u l-preskrizzjonijiet ta' kull Stat.

KAPITOLU II

Bagalji tal-idejn u annimali

Artikolu 15

Superviżjoni

Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-passiġġier li jissorvelja l-bagalja tal-idejn u l-annimali li hu jieħu miegħu.

KAPITOLU III

Bagalji rreġistrati

Artikolu 16

Kunsinna ta' bagalji rreġistrati

1.   L-obbligazzjonijiet kuntrattwali relatati mat-trasferiment tal-bagalji rreġistrati jridu jiġu stabbiliti b'voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja maħruġ lill-passiġġier.

2.   Soġġett għall-Artikolu 22, l-assenza, l-irregolarità jew it-telf tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja m'għandux jaffettwa l-eżistenza jew il-validità tal-ftehimiet li jikkonċernaw it-trasferiment tal-bagalji rreġistrati, li għandhom jibqgħu soġġetti għal dawn ir-Regoli Uniformi.

3.   Il-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja għandu jkun evidenza prima facie tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u l-kondizzjonijiet tat-trasport tagħha.

4.   Soġġett għal evidenza għall-kuntrarju, għandu jiġi preżunt li meta t-trasportatur għabba l-bagalja rreġistrata din kienet apparentement f'kondizzjoni tajba, u li n-numru u l-massa tal-unitajiet ta' bagalji jikkorrispondu mal-informazzjoni mdaħħla fuq il-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja.

Artikolu 17

Voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja

1.   Il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom dan jiġu stampat u magħmul. L-Artikolu 7(5) għandu japplika mutatis mutandis.

2.   Dan li ġej, tal-inqas, irid jiddaħħal fuq il-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja:

(a)

it-trasportatur jew it-trasportaturi;

(b)

stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawsola għall-kuntrarju, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista' tkun indikata bl-akronimu CIV;

(c)

kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-obbligi kuntrattwali li jirrigwardaw it-trasferiment tal-bagalji rreġistrati u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta' trasport.

3.   Il-passiġġier irid jiżgura, meta jirċievi l-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

Artikolu 18

Reġistrazzjoni u trasport

1.   Ħlief fejn il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jipprovdu mod ieħor, il-bagalji għandhom jiġu rreġistrati biss fuq preżentazzjoni ta' biljett validu tal-inqas sad-destinazzjoni tal-bagalji. F'każi oħra r-reġistrazzjoni tal-bagalji għandha titwettaq skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tal-konsenja.

2.   Meta l-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jipprevedu li l-bagalji jistgħu jiġu aċċettati għal trasport mingħajr il-preżentazzjoni ta' biljett, id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli Uniformi li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġier fir-rigward tal-bagalji rreġistrati tiegħu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dak li jikkonsenja l-bagalji rreġistrati.

3.   It-trasportatur jista' jibgħat il-bagalji rreġistrati b'ferrovija oħra jew b'mezz ta' trasport ieħor u b'rotta differenti minn dik meħuda mill-passiġġier.

Artikolu 19

Pagament ta' ħlasijiet għat-trasport ta' bagalji rreġistrati

Soġġett għal ftehim kuntrarju bejn il-passiġġier u t-trasportatur, il-ħlas għat-trasport ta' bagalji rreġistrati għandu jkun pagabbli mar-reġistrazzjoni.

Artikolu 20

Immarkar ta' bagalji rreġistrati

Il-passiġġier irid jindika fuq kull unità ta' bagalja rreġistrata f'post viżibbilment ċar, b'mod suffiċjentement reżistenti u leġġibbli:

(a)

l-isem u l-indirizz tiegħu;

(b)

il-post tad-destinazzjoni.

Artikolu 21

Id-dritt li tiddisponi minn bagalji rreġistrati

1.   Jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu u jekk b'dan ma jinkisrux il-ħtiġiet tad-dwana jew il-ħtiġiet ta' awtoritajiet amministrattivi oħra, il-passiġġier jista' jitlob li l-bagalji jingħataw lura fil-post tal-kunsinna maċ-ċediment tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u, jekk il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jeħtieġu hekk, mal-preżentazzjoni tal-biljett.

2.   Il-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jista' jkun fihom dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw id-dritt li jintremew bagalji rreġistrati, b'mod partikolari modifiki tal-post tad-destinazzjoni u l-konsegwenzi finanzjarji possibbli li jridu jinġarru mill-passiġġier.

Artikolu 22

Kunsinna

1.   Il-bagalji rreġistrati għandhom jiġu kkonsenjati maċ-ċediment tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u, fejn xieraq, mal-pagament tal-ammonti ta' ħlas mal-kunsinna.

It-trasportatur għandu jkun intitolat, iżda mhux obbligat, jeżamina jekk id-detentur tal-voucher hux intitolat jew le li jirċievi kunsinna.

2.   Għandha tkun ekwivalenti għall-kunsinna lid-detentur tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jekk, skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tal-kunsinna:

(a)

il-bagalja ġiet mgħoddija f'idejn l-awtoritajiet tad-dwana jew tal-octroi fil-bini jew l-imħażen tagħhom, meta dawn mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tat-trasportatur;

(b)

annimali ħajjin ġew mgħoddija f'idejn partijiet terzi.

3.   Id-detentur tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jista' jitlob il-kunsinna tal-bagalji fil-post tad-destinazzjoni hekk kif jinqabeż il-ħin miftiehem u, fejn xieraq, il-ħin neċessarju għall-operazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tad-dwana jew awtoritajiet oħra.

4.   Meta ma jkunx hemm ċediment tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja, it-trasportatur għandu biss ikun obbligat jikkunsinna l-bagalja lill-persuna li tipprova d-dritt tagħha għal dan; jekk il-prova offruta tidher insuffiċjenti, it-trasportatur jista' jitlob li tingħata s-sigurtà.

5.   Il-bagalja għandha tiġi kkonsenjata fil-post tad-destinazzjoni li għalih ġiet irreġistrata.

6.   Id-detentur ta' voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja li l-bagalja tiegħu ma ġietx konsenjata jista' jitlob li jkollu fuq il-voucher il-jum u l-ħin meta talab il-kunsinna skont il-paragrafu 3.

7.   Il-persuna intitolata tista' tirrifjuta li taċċetta l-bagalja jekk it-trasportatur ma' jikkonformax mat-talba tiegħu li jwettaq eżami tal-bagalja rreġistrata sabiex tiġi stabbilita l-ħsara allegata.

8.   Fil-każijiet l-oħra kollha l-kunsinna tal-bagalja għandha titwettaq skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tad-destinazzjoni.

KAPITOLU IV

Vetturi

Artikolu 23

Kondizzjonijiet tat-trasport

Id-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-trasport ta' vetturi, li jinsabu fil-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċettazzjoni għat-trasport, ir-reġistrazzjoni, it-tagħbija u t-trasport, il-ħatt u l-kunsinna kif ukoll l-obbligi tal-passiġġier.

Artikolu 24

Voucher tat-trasport

1.   L-obbligi kuntrattwali relatati mat-trasport ta' vetturi għandhom jiġu stabbiliti b'voucher tat-trasport maħruġ lill-passiġġier. Il-voucher tat-trasport jista' jiġi integrat fil-biljett tal-passiġġier.

2.   Il-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-trasport ta' vetturi, li jinsabu fil-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-voucher tat-trasport kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom dan għandu jiġu stampat u magħmul. L-Artikolu 7(5) għandu japplika mutatis mutandis.

3.   Dan li ġej, tal-inqas, irid jiddaħħal fil-voucher tat-trasport:

(a)

it-trasportatur jew it-trasportaturi;

(b)

stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawsola għall-kuntrarju, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista' tkun indikata bl-akronimu CIV;

(c)

kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-obbligi kuntrattwali li jirrigwardaw it-trasport ta' vetturi u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta' trasport.

4.   Il-passiġġier irid jiżgura, x'ħin jirċievi l-voucher tat-trasport, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

Artikolu 25

Liġi applikabbli

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III relatati mat-trasport ta' bagalji għandhom japplikaw għall-vetturi.

TITOLU IV

RESPONSABBILTÀ TAT-TRASPORTATUR

KAPITOLU I

Responsabbiltà f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri

Artikolu 26

Bażi tar-responsabbiltà

1.   It-trasportatur għandu jkun responsabbli għat-telf jew il-ħsara li tirriżulta minn mewt, korrimenti personali, jew ħsara fiżika jew mentali oħra lill-passiġġier, ikkawżata minn inċident li joriġina mill-operat tal-linja tal-ferrovija u li jseħħ waqt li l-passiġġier ikun ġewwa, dieħel jew nieżel minn vetturi tal-linja tal-ferrovija, tkun xi tkun l-infrastruttura tal-linja tal-ferrovija użata.

2.   It-trasportatur għandu jinħeles minn din ir-responsabbiltà

(a)

jekk l-inċident ġie kkawżat minn ċirkostanzi mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija u li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom;

(b)

sal-punt li l-inċident huwa tort tal-passiġġier;

(c)

jekk l-aċċident huwa dovut għall-imġiba ta' parti terza li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura tal-linja tal-ferrovija ma tistax titqies bħala parti terza; id-dritt għar-rikors m'għandux jiġi affettwat.

3.   Jekk l-inċident huwa dovut għall-imġiba ta' parti terza u jekk, minkejja dan, it-trasportatur mhuwiex meħlus kompletament mir-responsabbiltà tiegħu skont il-paragrafu 2, ittra c), huwa għandu jkun responsabbli b'mod sħiħ sal-limiti stabbiliti f'dawn ir-Regoli Uniformi iżda mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta' rikors li t-trasportatur jista' jkollu kontra l-parti terza.

4.   Dawn ir-Regoli Uniformi m'għandhom jaffettwaw l-ebda responsabbiltà li tista' taqa' fuq it-trasportatur f'każijiet mhux previsti fil-paragrafu 1.

5.   Jekk it-trasport irregolat minn kuntratt ta' trasport wieħed jitwettaq minn trasportaturi suċċessivi, it-trasportatur marbut skont il-kuntratt ta' trasport li jipprovdi s-servizz ta' trasport li fil-kors tiegħu seħħ l-inċident, għandu jkun responsabbli f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri. Meta dan is-servizz ma jkunx ġie pprovdut mit-trasportatur, iżda minn trasportatur sostitut, iż-żewġ trasportaturi għandu jkollhom obbligazzjoni in solidum skont dawn ir-Regoli Uniformi.

Artikolu 27

Ħsarat f'każ ta' mewt

1.   F'każ ta' mewt tal-passiġġier il-ħsarat għandhom jinkludu:

(a)

kwalunkwe spejjeż meħtieġa wara l-mewt, b'mod partikolari dawk tat-trasport tal-ġisem u l-ispejjeż tal-funeral;

(b)

jekk il-mewt ma seħħitx mill-ewwel, il-ħsarat previsti fl-Artikolu 28.

2.   Jekk, mal-mewt tal-passiġġier, il-persuni li kellu, jew li kien ser ikollu, dmir legali li jmantni jiġu mċaħħda mill-appoġġ tagħhom, tali persuni għandhom ukoll jiġu kkumpensati għal dak it-telf. Id-drittijiet ta' azzjoni għal ħsarat ta' persuni li l-passiġġier kien qed imantni mingħajr ma kien marbut bil-liġi li jagħmel dan, għandhom jiġu rregolati bil-liġi nazzjonali.

Artikolu 28

Ħsarat f'każ ta' korriment personali

F'każ ta' korriment personali jew kwalunkwe ħsara fiżika jew mentali oħra lill-passiġġier, il-ħsarat għandhom jinkludu:

(a)

kwalunkwe spejjeż meħtieġa, b'mod partikolari dawk tat-trattament u tat-trasport;

(b)

kumpens għal telf finanzjarju, dovut għal inkapaċità totali jew parzjali ta' xogħol, jew għal ħtiġijiet miżjuda.

Artikolu 29

Kumpens għal ħsara oħra tal-ġisem

Il-liġi nazzjonali għandha tiddetermina jekk u sa liema limitu għandu t-trasportatur iħallas id-danni għal dannu tal-ġisem barra minn dik li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikoli 27 u 28.

Artikolu 30

Forma u ammont ta' ħsarat f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali

1.   Il-ħsarat taħt l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 28(b) għandhom jingħataw fil-forma ta' somma f'daqqa. Madankollu, jekk il-liġi nazzjonali tippermetti pagament ta' annwalità, id-danni għandhom jingħataw f'dik il-forma jekk jiġi mitlub hekk mill-passiġġier korrut jew mill-persuni intitolati msemmijin fl-Artikolu 27(2) .

2.   L-ammont ta' ħsarat li jridu jingħataw skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu determinati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, għall-iskopijiet ta' dawn ir-Regoli Uniformi, il-limitu superjuri għal kull passiġġier għandu jiġi stabbilit għal 175 000 unità ta' kont bħala somma f'daqqa jew bħala annwalità ta' kull sena li tikkorrispondi għal dik is-somma, fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi limitu superjuri ta' inqas minn dak l-ammont.

Artikolu 31

Mezzi oħra ta' trasport

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà tat-trasportatur f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri m'għandhomx japplikaw għal telf jew ħsarat li joriġinaw fil-kors tat-trasport li, skont il-kuntratt ta' trasport, ma kienx trasport bil-ferrovija.

2.   Madankollu, fejn il-vetturi tal-linji tal-ferrovija jinġarru bil-vapur, id-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri, il-passiġġieri għandhom japplikaw għat-telf jew il-ħsara msemmija fl-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 33(1), ikkawżata b'inċident li jirriżulta mill-operat tal-linja tal-ferrovija u li jseħħ waqt li l-passiġġier ikun ġewwa, dieħel jew nieżel mill-imsemmija vetturi.

3.   Meta, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, l-operat tal-linja tal-ferrovija jiġi temporanjament sospiż u l-passiġġieri jinġarru minn mezz ieħor ta' trasport, it-trasportatur għandu jkun responsabbli skont dawn ir-Regoli Uniformi.

KAPITOLU II

Responsabbiltà f'każ ta' nuqqas ta' żamma mal-iskeda tal-ħin

Artikolu 32

Responsabbiltà f'każ ta' kanċellazzjoni, ittardjar tal-ferroviji jew konnessjonijiet mitlufa

1.   It-trasportatur għandu jkun responsabbli mal-passiġġier għal telf jew ħsara li tirriżulta mill-fatt li, minħabba kanċellazzjoni, ittardjar ta' ferrovija jew konnessjoni mitlufa, il-vjaġġ tiegħu ma jistax jitkompla fl-istess jum, jew li kontinwazzjoni tal-vjaġġ fl-istess jum ma tistax tintalab b'mod raġonevoli minħabba ċirkostanzi speċifiċi. Il-ħsarat għandhom jinkludu l-ispejjeż raġonevoli ta' akkomodazzjoni kif ukoll l-ispejjeż raġonevoli li jkun hemm bżonn biex jiġu nnotifikati l-persuni li qed jistennew lill-passiġġier.

2.   It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà, meta l-kanċellazzjoni, l-ittardjar jew il-konnessjoni mitlufa tkun attribwibbli għal waħda minn dawn il-kawżi li ġejjin:

(a)

ċirkostanzi mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom;

(b)

tort min-naħa tal-passiġġier; jew

(c)

l-imġiba ta' parti terza li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura tal-linja tal-ferrovija ma tistax titqies bħala parti terza; id-dritt għar-rikors m'għandux jiġi affettwat.

3.   Il-liġi nazzjonali għandha tiddetermina jekk u sa liema livell għandu t-trasportatur iħallas il-ħsarat għal ħsara barra minn dik prevista fil-paragrafu 1. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44.

KAPITOLU III

Responsabbiltà fir-rigward ta' bagalji tal-idejn, annimali, bagalji rreġistrati u vetturi

Taqsima 1

Bagalji tal-idejn u annimali

Artikolu 33

Responsabbiltà

1.   F'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ukoll għat-telf jew ħsara li tirriżulta mit-telf totali jew parzjali ta', jew ħsara lill-oġġetti li l-passiġġier kellu fuqu jew miegħu bħala bagalja tal-idejn; dan għandu japplika wkoll għall-annimali li l-passiġġier kien ġab miegħu. L-Artikolu 26 għandu japplika mutatis mutandis.

2.   F'rigward ieħor, it-trasportatur m'għandux ikun responsabbli għat-telf totali jew parzjali ta', jew ħsara lill-oġġetti, bagalji tal-idejn jew annimali li s-superviżjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tal-passiġġier skont l-Artikolu 15, sakemm dan it-telf jew ħsara ma jkunx ikkawżat bil-ħtija tat-trasportatur. L-Artikoli l-oħra tat-Titolu IV, għajr l-Artikolu 51, u t-Titolu VI m'għandhomx japplikaw f'dan il-każ.

Artikolu 34

Limitu ta' ħsarat f'każ ta' telf jew ħsara lill-oġġetti

Meta t-trasportatur hu responsabbli skont l-Artikolu 33(1) , huwa għandu jħallas kumpens sa limitu ta' 1 400 unità ta' kont lil kull passiġġier.

Artikolu 35

Esklużjoni tar-responsabbiltà

It-trasportatur m'għandux ikun responsabbli mal-passiġġier għal telf jew ħsara li toriġina mill-fatt li l-passiġġier ma jikkonformax mal-formalitajiet meħtieġa mill-awtoritajiet tad-dwana jew awtoritajiet amministrattivi oħra.

Taqsima 2

Bagalji rreġistrati

Artikolu 36

Bażi tar-responsabbiltà

1.   It-trasportatur għandu jkun responsabbli għat-telf jew ħsara li tirriżulta minn telf totali jew parzjali, jew ħsara lill-bagalja rreġistrata bejn il-ħin li t-trasportatur ħadha f'idejh u l-ħin tal-kunsinna kif ukoll mill-ittardjar tal-kunsinna.

2.   It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà sal-punt fejn it-telf, il-ħsara jew l-ittardjar fil-kunsinna ġie ikkawżat b'tort tal-passiġġier, b'ordni mogħtija mill-passiġġier barra milli riżultat ta' tort tat-trasportatur, b'difett inerenti fil-bagalja rreġistrata jew b'ċirkostanzi li t-trasportatur ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom.

3.   It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà sal-punt li t-telf jew ħsara joriġina mir-riskji speċjali inerenti f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-assenza jew inadegwatezza tal-ippakkjar;

(b)

in-natura speċjali tal-bagalja;

(c)

il-kunsinna bħala bagalja ta' oġġetti mhux aċċettabbli għat-trasport.

Artikolu 37

Dmir tal-prova

1.   Id-dmir li jiġi pprovat li t-telf, il-ħsara jew l-ittardjar fil-kunsinna kien tort ta' waħda mill-kawżi speċifikati fl-Artikoli 36(2) għandu jkun għat-trasportatur.

2.   Meta t-trasportatur jistabbilixxi li, wara li kkunsidra ċ-ċirkostanzi ta' każ partikolari, it-telf jew il-ħsara setgħu oriġinaw minn riskju speċjali wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 36(3), għandu jkun preżunt li minn hemm oriġinat. Il-persuna intitolata għandha, madankollu, jkollha d-dritt li tipprova li t-telf jew il-ħsara ma kienx attribwibbli la fis-sħiħ u lanqas f'parti għal wieħed minn dawk ir-riskji.

Artikolu 38

Trasportaturi suċċessivi

Jekk trasport irregolat b'kuntratt wieħed jitwettaq minn trasportaturi diversi suċċessivi, kull trasportatur bl-att proprju li jieħu f'idejh il-bagalja bil-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jew il-vettura bil-voucher ta' trasport, għandu jsir parti għall-kuntratt ta' trasport fir-rigward tat-tmexxija tal-bagalja jew tat-trasport tal-vetturi, skont it-termini tal-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jew tal-voucher tat-trasport u għandu jassumi l-obbligi li joriġinaw minn hemm. F'tali każ kull trasportatur għandu jkun responsabbli għat-trasport matul ir-rotta sħiħa sal-kunsinna.

Artikolu 39

Trasportatur sostitut

1.   Fejn it-trasportatur ħalla t-twettiq ta' trasport, fis-sħiħ jew f'parti, f'idejn trasportatur sostitut, kemm jekk skont id-dritt taħt il-kuntratt ta' trasport li jagħmel dan, jew le, it-trasportatur għandu madankollu jibqa' responsabbli fir-rigward tat-trasport sħiħ.

2.   Id-dispożizzjonijiet kollha ta' dawn ir-Regoli Uniformi li jirregolaw ir-responsabbiltà tat-trasportatur għandhom japplikaw ukoll għar-responsabbiltà tat-trasportatur sostitut għat-trasport imwettaq minnu. L-Artikoli 48 u 52 għandhom japplikaw jekk titressaq azzjoni kontra l-impjegati jew kwalunkwe persuna oħra li t-trasportatur sostitut jagħmel użu mis-servizzi tagħha għat-twettiq tat-trasport.

3.   Kwalunkwe ftehim speċjali li taħtu t-trasportatur jassumi obbligi mhux imposti minn dawn ir-Regoli Uniformi jew jirrinunzja drittijiet mogħtija minn dawn ir-Regoli Uniformi m'għandu jkollu l-ebda effett fir-rigward tat-trasportatur sostitut li ma jkunx aċċettah espliċitament u bil-miktub. Kemm jekk it-trasportatur sostitut ikun aċċettah u kemm jekk le, it-trasportatur għandu xorta jibqa' marbut mill-obbligi jew ir-rinunzji li jirriżultaw minn tali ftehim speċjali.

4.   Meta u sa fejn it-trasportatur u t-trasportatur sostitut ikunu t-tnejn responsabbli, ir-responsabbiltà tagħhom għandha tkun in solidum.

5.   L-ammont aggregat tal-kumpens pagabbli mit-trasportatur, it-trasportatur sostitut u l-impjegati tagħhom u persuni oħra li jkunu jużaw is-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasport m'għandux jaqbeż il-limiti previsti f'dawn ir-Regoli Uniformi.

6.   Dan l-Artikolu m'għandux jippreġudika d-drittijiet ta' rikors li jistgħu jeżistu bejn it-trasportatur u t-trasportatur sostitut.

Artikolu 40

Preżunzjoni ta' telf

1.   Il-persuna intitolata tista', mingħajr ma tkun mitluba tipprovdi provi ulterjuri, tikkunsidra unità ta' bagalja bħala mitlufa meta din ma tkunx ġiet ikkunsinnat lilu jew impoġġija għad-dispożizzjoni tiegħu fi żmien erbatax-il jum wara talba għall-kunsinna tkun saret skont l-Artikolu 22(3).

2.   Jekk unità ta' bagalja li tkun meqjusa li ntilfet tiġi rkuprata fi żmien sena wara t-talba għall-kunsinna, it-trasportatur irid jinnotifika lill-persuna intitolata jekk l-indirizz tiegħu jkun magħruf jew ikun jista' jiġi aċċertat.

3.   Fi żmien tletin jum wara l-irċevuta tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-persuna intitolata tista' titlob li l-unità tal-bagalja tkun ikkunsinnata lilha. F'dak il-każ hija trid tħallas l-ispejjeż relatati mat-trasport tal-oġġett mill-post tal-kunsinna għall-post fejn il-kunsinna tiġi mwettqa u tirrimborża l-kumpens irċevut minbarra, skont il-każ, kwalunkwe spiża inkluża fih. Madankollu hija għandha żżomm id-drittijiet tagħha li titlob il-kumpens għal dewmien fit-twassil previst fl-Artikolu 43.

4.   Jekk l-unità tal-bagalja rkuprata ma tkunx miġbura fi żmien il-perijodu stipulat fil-paragrafu 3 jew jekk din ma tkunx irkuprata aktar minn sena wara t-talba għall-kunsinna, it-trasportatur għandu jeħles minnha skont il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post fejn l-unità tal-bagalja tkun qiegħda.

Artikolu 41

Kumpens għal telf

1.   F'każ ta' telf totali jew parzjali ta' bagalja reġistrata, it-trasportatur irid iħallas, bl-esklużjoni tal-ħsarat l-oħrajn kollha:

(a)

jekk l-ammont tat-telf jew ħsara mġarrba ikun ippruvat, kumpens ta' daqs dak l-ammont imma mhux aktar minn 80 unità ta' kont għal kull kilogramm ta' massa grossa nieqsa jew 1 200 unità ta' kont għal kull unità ta' bagalja;

(b)

jekk l-ammont tat-telf jew ħsara mġarrba ma jkunx stabbilit, ħsarat ta' likwidazzjoni ta' 20 unità ta' kont għal kull kilogramm ta' massa grossa nieqsa jew 300 unità ta' kont għal kull unità ta' bagalja.

Il-metodu ta' kumpens, għal kull kilogramm nieqes jew għal kull unità ta' bagalja, għandu jiġi ddeterminat mill-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

2.   Barra minn hekk it-trasportatur irid jirrimborża l-ispiża għat-trasport tal-bagalja u ammonti oħrajn imħallsa fir-rigward tat-trasport tal-oġġett mitluf kif ukoll id-dazji tad-dwana u tas-sisa li jkunu diġà tħallsu.

Artikolu 42

Kumpens għal ħsara

1.   F'każ ta' ħsara fuq bagalja reġistrata, it-trasportatur irid iħallas kumpens ekwivalenti għat-telf fil-valur tal-bagalja, bl-esklużjoni tal-ħsarat l-oħra kollha.

2.   Il-kumpens m'għandux ikun ta' aktar minn:

(a)

jekk il-bagalja kollha naqsilha l-valur minħabba ħsara, l-ammont li kien ikun pagabbli f'każ ta' telf totali;

(b)

jekk parti biss tal-bagalja naqsilha l-valur minħabba ħsara, l-ammont li kien ikun pagabbli kieku dik il-parti ntilfet.

Artikolu 43

Kumpens għal dewmien tal-kunsinna

1.   F'każ ta' dewmien fit-twassil ta' bagalja rreġistrata, it-trasportatur irid iħallas għal kull perijodu sħiħ ta' 24 siegħa wara li jkun intalab it-twassil , iżda soġġett għal massimu ta' 14-il jum:

(a)

jekk il-persuna intitolata jkollha provi li sofriet telf jew ħsara b'dan, kumpens daqs l-ammont tat-telf jew ħsara, sa mhux aktar minn 0,80 unità ta' kont għal kull kilogramm ta' massa grossa tal-bagalja jew 14-il unità ta' kont għal kull unità ta' bagalja, kunsinnati tard;

(b)

jekk il-persuna intitolata ma jkollhiex provi li ġarrbet telf jew ħsara b'dan, ħsarat ta' likwidazzjoni ta' 0,14-il unità ta' kont għal kull kilogramm ta' massa grossa tal-bagalja jew 2,80 unità ta' kont għal kull unità ta' bagalja, kunsinnati tard.

Il-metodi ta' kumpens, skont kull kilogramm nieqes jew skont l-unità ta' bagalja, għandu jkun determinat mill-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

2.   F'każ ta' telf totali tal-bagalja, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 m'għandux ikun pagabbli flimkien ma' dak previst fl-Artikolu 41.

3.   F'każ ta' telf ta' parti tal-bagalja, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 għandu jkun pagabbli fir-rigward ta' dik il-parti tal-bagalja li ma tkunx intilfet.

4.   F'każ ta' ħsara tal-bagalja li ma tirriżultax minn dewmien fil-kunsinna, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 għandu, fejn xieraq, ikun pagabbli flimkien ma' dak previst fl-Artikolu 42.

5.   It-total ta' kumpens previst fil-paragrafu 1 flimkien ma' dak pagabbli taħt l-Artikoli 41 u 42 m'għandu fl-ebda każ jaqbeż il-kumpens li kien ikun pagabbli f'każ ta' telf totali tal-bagalja.

Taqsima 3

Vetturi

Artikolu 44

Kumpens għal dewmien

1.   F'każ ta' dewmien fit-tagħbija għal raġuni attribwita lit-trasportatur jew dewmien fil-kunsinna ta' vettura, u jekk il-persuna intitolata jkollha provi li ġarrbet telf jew ħsara b'dan, it-trasportatur irid iħallas kumpens mhux aktar mill-ammont tal-ispiża tat-trasport.

2.   Jekk, f'każ ta' dewmien tat-tagħbija għal raġuni attribwita għat-trasportatur, il-persuna intitolata tagħżel li ma tipproċedix bil-kuntratt ta' trasport, l-ispiża tat-trasport għandha tkun rimborżata lilha. Barra minn hekk il-persuna intitolata tista', jekk ikollha provi li ġarrbet telf jew ħsara bħala riżultat tad-dewmien, titlob kumpens ta' mhux aktar mill-ispiża tat-trasport.

Artikolu 45

Kumpens għal telf

F'każ ta' telf totali jew parzjali ta' vettura l-kumpens pagabbli lill-persuna intitolata għat-telf jew il-ħsara ppruvati għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valur tas-soltu tal-vettura. Dan m'għandux jaqbeż it-8 000 unità ta' kont. Trejler mgħobbi jew mhux mgħobbi għandu jkun ikkunsidrat bħala vettura separata.

Artikolu 46

Responsabbiltà fir-rigward ta' oġġetti oħra

1.   Fir-rigward ta' oġġetti li jitħallew fil-vettura jew jitpoġġew f'kaxxi (eż. kaxxi tal-bagalji jew tal-iski) marbutin mal-vettura, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biss għal telf jew ħsara kkawżata tort tiegħu. Il-kumpens totali pagabbli m'għandux jaqbeż 1 400 unità ta' kont.

2.   Sa fejn jirrigwarda oġġetti stivati fuq barra tal-vettura, inkluż il-kaxex imsemmija fil-paragrafu 1, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biss fir-rigward ta' oġġetti ppustjati fuq barra tal-vettura jekk jiġi ppruvat li t-telf jew ħsara tirriżulta minn azzjoni jew ommissjoni, li t-trasportatur ikkommetta b'intenzjoni biex jikkawża tali telf jew ħsara jew bi traskuraġni u kien jaf li tali telf jew ħsara probabbli jirriżultaw.

Artikolu 47

Liġi applikabbli

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 relatati mar-responsabbiltà għall-bagalji għandhom japplikaw għall-vetturi.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 48

Telf ta' dritt li jiġu invokati l-limiti tar-responsabbiltà

Il-limiti tar-responsabbiltà previsti f'dawn ir-Regoli Uniformi kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jillimitaw il-kumpens għal ammont fiss, m'għandhomx japplikaw jekk jiġi ppruvat li t-telf jew il-ħsara jirriżultaw minn att jew ommissjoni, li t-trasportatur ikun ikkommetta b'intenzjoni li jikkawża tali telf jew ħsara, jew bi traskuraġni u bl-għarfien li tali telf jew ħsara probabbli jirriżultaw.

Artikolu 49

Konverżjoni u interess

1.   Meta l-kalkolu tal-kumpens jeħtieġ il-konverżjoni ta' somom espressi f'rata barranija, il-konverżjoni għandha tkun bir-rata tal-kambju applikabbli fil-jum u l-post tal-ħlas tal-kumpens.

2.   Il-persuna intitolata tista' titlob interessi fuq il-kumpens, ikkalkolat fuq ħamsa fil-mija kull sena, mill-jum tal-pretensjoni previst fl-Artikolu 55 jew, jekk ebda pretensjoni bħal din ma tkun saret, mill-jum li fih il-proċeduri legali jkunu ġew istitwiti.

3.   Madankollu, fil-każ ta' kumpens pagabbli skont l-Artikoli 27 u 28, l-interessi għandhom jingħaddu biss mill-jum li fih l-avvenimenti relatati mal-istima tal-ammont ta' kumpens ikunu seħħu, jekk dak il-jum ikun aktar tard minn dak tal-pretensjoni jew mill-jum li fih il-proċedimenti ġuridiċi jkunu ġew istitwiti.

4.   Fil-każ ta' bagalji, l-interessi għandhom ikunu pagabbli biss jekk il-kumpens jaqbeż 16-il unità ta' kont għal kull voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalji.

5.   Fil-każ ta' bagalji, jekk il-persuna intitolata ma tissottomettix lit-trasportatur, fi żmien raġonevoli mogħti lilha, id-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa biex l-ammont tal-pretensjoni jiġi stabbilit finalment, l-ebda interess m'għandu jingħadd bejn l-għeluq taż-żmien mogħti u s-sottomissjoni reali ta' tali dokumenti.

Artikolu 50

Responsabbiltà f'każ ta' inċidenti nukleari

It-trasportatur għandu jinħeles mir-responsabbiltà skont dawn ir-Regoli Uniformi għal telf jew ħsara kkawżati minn inċident nukleari meta l-operatur tal-istallazzjoni nukleari jew persuna oħra li tissostitwih ikunu responsabbli għat-telf jew ħsara skont il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet ta' Stat li jirregola r-responsabbiltà fil-qasam tal-enerġija nukleari.

Artikolu 51

Persuni li għalihom it-trasportatur huwa responsabbli

It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-impjegati tiegħu u persuni oħrajn li jużaw is-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasport, meta dawn l-impjegati u l-persuni oħrajn ikunu qed jaġixxu fl-ambitu tal-funzjonijiet tagħhom. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-ferrovija li biha jitwettaq it-trasport għandhom ikunu kkunsidrati bħala persuni li t-trasportatur jagħmel użu mis-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasport.

Artikolu 52

Azzjonijiet oħrajn

1.   Fil-każijiet kollha fejn dawn ir-Regoli Uniformi għandhom japplikaw, kwalunkwe azzjoni fir-rigward ta' responsabbiltà, għal tkun xi tkun ir-raġuni, jistgħu jitressqu kontra t-trasportatur biss soġġett għall-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'dawn ir-Regoli Uniformi.

2.   L-istess għandu japplika għal kwalunkwe azzjoni mressqa kontra l-impjegati u persuni oħrajn li t-trasportatur huwa responsabbli għalihom skont l-Artikolu 51.

TITOLU V

RESPONSABBILTÀ TAL-PASSIĠĠIER

Artikolu 53

Prinċipji speċjali ta' responsabbiltà

Il-passiġġier għandu jkun responsabbli għat-trasportatur għal kwalunkwe telf jew ħsara:

(a)

li tirriżulta minn nuqqas li jaqdi l-obbligi tiegħu skont

1.

l-Artikoli 10, 14 u 20,

2.

id-dispożizzjonijiet speċjali għat-trasport ta' vetturi, li jinsabu fil-Kondizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, jew

3.

ir-Regolament dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża bil-Ferrovija (RID), jew

(b)

ikkawżati minn oġġetti u annimali li hu jġib miegħu,

sakemm hu ma jagħtix provi li t-telf jew ħsara kienu kkawżati minn ċirkostanzi li hu ma setax jevita u li l-konsegwenzi tagħhom ma setax jipprevjeni, minkejja l-fatt li hu eżerċita d-diliġenza meħtieġa ta' passiġġier kuxjenzjuż. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tat-trasportatur skont l-Artikoli 22 u 33(1) .

TITOLU VI

DIKJARAZZJONI TAD-DRITTIJIET

Artikolu 54

Aċċertazzjoni ta' telf jew ħsara parzjali

1.   Meta telf parzjali, jew ħsara ta', oġġett trasportat fil-karigu tat-trasportatur (bagalji, vetturi) jiġi skopert jew meqjus mit-trasportatur jew allegat mill-persuna intitolata, it-trasportatur irid, mingħajr dewmien, u jekk possibbli fil-preżenza tal-persuna intitolata, jikteb rapport fejn jiddikjara, skont in-natura tat-telf jew ħsara, il-kondizzjoni tal-artikolu u, sa fejn possibbli, il-qies tat-telf jew ħsara, il-kaġun u ż-żmien ta' meta seħħet.

2.   Kopja tar-rapport irid ikun provdut mingħajr ħlas lill-persuna intitolata.

3.   Jekk il-persuna intitolata ma taċċettax ir-riżultat fir-rapport, hi tista' titlob li l-kondizzjoni tal-bagalja jew il-vettura u l-kawża u l-ammont tat-telf jew ħsara jkunu aċċertati minn espert imqabbad mill-partijiet tal-kuntratt ta' trasport jew minn qorti jew tribunal. Il-proċedura segwita għandha tkun irregolata mil-liġijiet u l-preskrizzjonijiet tal-Istat li fih tali aċċertazzjoni sseħħ.

Artikolu 55

Pretensjonijiet

1.   Pretensjonijiet relatati mar-responsabbiltà tat-trasportatur f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri jridu jiġu indirizzati bil-miktub lit-trasportatur li kontrih tista' titressaq azzjoni. Fil-każ ta' trasport irregolat minn kuntratt wieħed u mwettaq minn trasportaturi suċċessivi l-pretensjonijiet jistgħu jiġu indirizzati wkoll lill-ewwel jew l-aħħar trasportatur kif ukoll lit-trasportatur li jkollu l-post prinċipali tan-negozju jew il-fergħa jew l-aġenzija tiegħu li kkonkluda l-kuntratt ta' trasport fl-Istat fejn il-passiġġier ikollu d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu.

2.   Pretensjonijiet oħrajn relatati mal-kuntratt ta' trasport iridu jkunu indirizzati bil-miktub lit-trasportatur speċifikat fl-Artikolu 56(2) u (3).

3.   Id-dokumenti li l-persuna intitolata taħseb li huwa xieraq li tissottomettihom mal-pretensjoni għandhom ikunu ppreżentati fil-forma oriġinali jew kopji tagħhom, fejn xieraq, il-kopji debitament iċċertifikati jekk it-trasportatur ikun jeħtieġ hekk. Mal-ftehim tal-pretensjoni, it-trasportatur jista' jitlob iċ-ċediment tal-biljett, il-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u l-voucher tat-trasport.

Artikolu 56

Trasportaturi li tista' titressaq azzjoni kontrihom

1.   Azzjoni bbażata fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri jistgħu jitressqu biss kontra t-trasportatur li huwa responsabbli skont l-Artikolu 26(5).

2.   Soġġett għall-paragrafu 4 azzjonijiet oħrajn imressqa minn passiġġieri abbażi tal-kuntratt ta' trasport jistgħu jitressqu biss kontra l-ewwel trasportatur, l-aħħar trasportatur jew it-trasportatur li jkun wettaq il-parti tat-trasport li fiha l-avveniment li jkun wassal għall-proċedimenti jkun seħħ.

3.   Meta, fil-każ ta' trasport imwettaq minn trasportaturi suċċessivi, it-trasportatur li jrid iwassal il-bagalji jew il-vettura jkun imdaħħal bil-kunsens tiegħu fil-voucher tar-reġistrazzjoni tal-bagalji jew il-voucher tat-trasport, azzjoni tista' titressaq kontrih skont il-paragrafu 2 anke jekk huwa ma jkunx irċieva l-bagalji jew il-vettura.

4.   Azzjoni għall-irkupru ta' somma mħallsa skont il-kuntratt ta' trasport tista' titressaq kontra t-trasportatur li jkun ġabar dik is-somma jew kontra t-trasportatur li tkun inġabret f'ismu.

5.   Azzjoni tista' titressaq kontra trasportatur għajr dawk speċifikati f'paragrafi 2 u 4 meta tkun istitwita permezz ta' kontrotalba jew permezz ta' eċċezzjoni fil-proċedimenti relatati ma' pretensjoni prinċipali bbażata fuq l-istess kuntratt ta' trasport.

6.   Sakemm dawn ir-Regoli Uniformi japplikaw għat-trasportatur sostitut, azzjoni tista' titressaq kontrih ukoll.

7.   Jekk il-kwerelant ikollu għażla bejn bosta trasportaturi, id-dritt tiegħu għall-għażla għandu jkun mitmum hekk kif huwa jressaq azzjoni kontra wieħed minnhom; dan għandu japplika wkoll jekk il-kwerelant għandu għażla bejn trasportatur wieħed jew aktar u trasportatur sostitut.

Artikolu 58

Tneħħija tad-dritt għall-azzjoni f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali

1.   Kwalunkwe dritt għal azzjoni mill-persuna intitolata bbażat fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri, għandu jitneħħa jekk notifika tal-inċident tal-passiġġier ma tkunx ingħatat mill-persuna intitolata, fi żmien 12-il xahar minn meta jkun sar jaf bit-telf jew bid-dannu, lil wieħed mit-trasportaturi li lilu tista' tiġi indirizzata pretensjoni skont l-Artikolu 55(1). Fejn il-persuna intitolata tagħti avviż verbali tal-inċident lit-trasportatur, it-trasportatur għandu jforniha b'konferma ta' tali avviż verbali.

2.   Madankollu, id-dritt għal azzjoni m'għandux jitneħħa jekk

(a)

fi żmien il-perijodu previst fil-paragrafu 1, il-persuna intitolata tkun indirizzat pretensjoni lil wieħed mit-trasportaturi nnominati fl-Artikolu 55(1);

(b)

fi żmien il-perijodu previst fil-paragrafu 1 it-trasportatur li jkun responsabbli jkun sar jaf bl-inċident tal-passiġġier b'xi mod ieħor;

(c)

avviż tal-inċident ma jkunx ingħata, jew ikun ingħata tard, bħala riżultat ta' ċirkostanzi mhux attribwiti għall-persuna intitolata;

(d)

il-persuna intitolata tagħti provi li l-inċident kien ikkawżat bil-ħtija fuq il-parti tat-trasportatur.

Artikolu 59

Tneħħija tad-dritt għal azzjoni li tirriżulta mit-trasport tal-bagalji

1.   L-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata għandha tneħħi d-drittijiet kollha għal azzjoni kontra t-trasportatur li tirriżulta mill-kuntratt ta' trasport f'każ ta' telf, ħsara jew dewmien parzjali tal-kunsinna.

2.   Madankollu, id-dritt għal azzjoni m'għandux jitneħħa:

(a)

f'każ ta' telf jew ħsara parzjali, jekk

1.

it-telf jew ħsara jkun aċċertat skont l-Artikolu 54 qabel l-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata,

2.

l-aċċertazzjoni li tkun suppost saret skont l-Artikolu 54 titħalla barra ħtija biss tat-trasportatur;

(b)

f'każ ta' telf jew ħsara li ma jkunux jidhru li l-eżistenza tagħhom tkun aċċertata wara l-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata, jekk hija

1.

titlob aċċertazzjoni skont l-Artikolu 54 immedjatament wara li tiskopri t-telf jew ħsara u mhux aktar tard minn tliet ijiem wara l-aċċettazzjoni tal-bagalji, u

2.

barra minn hekk, ikollha provi li t-telf jew ħsara jkunu seħħu bejn iż-żmien li tkun ittieħdet mit-trasportatur u l-ħin tal-kunsinna;

(c)

f'każ ta' dewmien tal-kunsinna, jekk fi żmien wieħed u għoxrin jum il-persuna intitolata tkun aċċertat id-drittijiet tagħha kontra wieħed mit-trasportaturi speċifikati fl-Artikolu 56(3);

(d)

jekk il-persuna intitolata tagħti provi li t-telf jew ħsara jkunu kkawżati bil-ħtija fuq il-parti tat-trasportatur.

Artikolu 60

Limitazzjoni tal-azzjonijiet

1.   Il-perijodu ta' limitazzjoni ta' azzjonijiet għal ħsarat ibbażati fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f'każ ta' mewt jew ta' korriment personali ta' passiġġieri għandu jkun:

(a)

fil-każ ta' passiġġier, tliet snin mill-jum wara l-inċident;

(b)

fil-każ ta' persuni intitolati oħrajn, tliet snin mill-jum wara l-mewt tal-passiġġier, soġġett għal massimu ta' ħames snin mill-jum wara l-inċident.

2.   Il-perijodu ta' limitazzjoni għal azzjonijiet oħrajn li jirriżultaw mill-kuntratt ta' trasport għandu jkun ta' sena. Madankollu, il-perijodu tal-limitazzjoni għandu jkun sentejn fil-każ ta' azzjoni għal telf jew ħsara li jirriżultaw minn att jew ommissjoni mwettqa bl-intenzjoni li jiġu kkawżati tali telf jew ħsara, jew bi traskuraġni u bl-għarfien li tali telf jew ħsara probabbli jirriżultaw.

3.   Il-perijodu tal-limitazzjoni previst fil-paragrafu 2 għandu jgħodd għal azzjonijiet:

(a)

għall-kumpens għal telf totali, mill-erbatax-il jum wara l-għeluq tal-perijodu ta' żmien previst fl-Artikolu 22(3);

(b)

għal kumpens għal telf parzjali, ħsara jew dewmien ta' kunsinna, mill-jum meta l-kunsinna tkun saret;

(c)

fil-każijiet l-oħrajn kollha li jinvolvu t-trasport ta' passiġġieri, mill-jum tal-iskadenza tal-validità tal-biljett.

Il-jum indikat għall-bidu tal-perijodu tal-limitazzjoni m'għandux ikun inkluż fil-perijodu.

4.   Inkella, is-sospensjoni u l-interruzzjoni tal-perijodi tal-limitazzjoni għandhom jiġu regolati mil-liġi nazzjonali.

TITOLU VII

RELAZZJONIJIET BEJN IT-TRASPORTATURI

Artikolu 61

Apporzjonament tal-ispiża tat-trasport

1.   Kwalunkwe trasportatur li jkun ġabar jew li kellu jiġbor spiża ta' trasport irid iħallas lit-trasportaturi kkonċernati s-sehem rispettiv tagħhom ta' tali spiża. Il-metodi ta' pagament għandhom jiġu ffissati permezz ta' ftehim bejn it-trasportaturi.

2.   L-Artikolu 6(3), l-Artikolu 16(3) u l-Artikolu 25 għandhom japplikaw ukoll għar-relazzjonijiet bejn trasportaturi suċċessivi.

Artikolu 62

Dritt għal rikors

1.   Trasportatur li jkun ħallas kumpens skont dawn ir-Regoli Uniformi għandu jkollu dritt għal rikors kontra t-trasportaturi li jkunu ħadu sehem fit-trasport skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-trasportatur li jkun ikkawża t-telf jew ħsara għandu jkun l-uniku responsabbli għalihom;

(b)

meta t-telf jew ħsara jkunu ġew ikkawżati minn bosta trasportaturi, kull wieħed għandu jkun responsabbli għat-telf jew ħsara li jkun ikkawża; jekk tali distinzjoni tkun impossibbli, il-kumpens għandu jkun proporzjonat bejniethom skont l-ittra c);

(c)

jekk ma jkunx jista' jiġi ppruvat liema mit-trasportaturi jkun ikkawża t-telf jew ħsara, il-kumpens għandu jkun proporzjonat bejn it-trasportaturi kollha li jkunu ħadu sehem fit-trasport, għajr dawk li jkollhom provi li t-telf jew ħsara ma jkunux ikkawżati minnhom; tali apporzjonament għandu jkun proporzjonat skont is-sehem rispettiv tagħhom tal-ispiża tat-trasport.

2.   Fil-każ ta' insolvenza ta' xi wieħed minn dawn it-trasportaturi, is-sehem mhux imħallas li jkun dovut minnu għandu jiġi apporzjonat fost it-trasportaturi l-oħra kollha li jkunu ħadu sehem fit-trasport, fi proporzjon tas-sehem rispettiv tagħhom tal-ispiża tat-trasport.

Artikolu 63

Proċedura għal rikors

1.   Il-validità tal-ħlas magħmul mit-trasportatur li jeżerċita dritt għal rikors skont l-Artikolu 62 ma tistax tiġi kkuntestata mit-trasportatur li kontrih ikun ġie eżerċitat id-dritt għal rikors, meta kumpens ikun ġie determinat minn qorti jew tribunal u meta t-trasportatur imsemmi l-aħħar, debitament moqdi bin-notifika tal-proċedimenti, ikun ġie mogħti opportunità li jintervjeni fil-proċedimenti. Il-qorti jew tribunal imqabbad mill-azzjoni prinċipali għandu jiddetermina ż-żmien li għandu jingħata għal tali notifika tal-proċedimenti u għal intervenzjoni fil-proċedimenti.

2.   Trasportatur li jeżerċita d-dritt tiegħu għal rikors irid jippreżenta l-pretensjoni tiegħu f'wieħed u l-istess proċediment kontra t-trasportaturi kollha li magħhom ma jkunx laħaq ftehim, altrimenti hu għandu jitlef id-dritt tiegħu għal rikors fil-każ ta' dawk li kontrihom hu ma jkunx ħa proċedimenti.

3.   Il-qorti jew tribunal għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu f'sentenza waħda u l-istess dwar il-pretensjonijiet ta' rikors kollha mressqa quddiemu.

4.   It-trasportatur li jkun jixtieq jinforza d-dritt tiegħu għal rikors jista' jressaq l-azzjoni tiegħu fil-qrati jew it-tribunali tal-Istat li fit-territorju tiegħu, wieħed mit-trasportaturi li jkunu ħadu sehem fit-trasport ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew il-fergħa jew aġenzija li tkun ikkonkludiet il-kuntratt ta' trasport.

5.   Meta l-azzjoni trid titressaq kontra bosta trasportaturi, it-trasportatur kwerelant għandu jkun intitolat li jagħżel il-qorti jew tribunal li fih hu ser iressaq il-proċedimenti minn fost dawk kompetenti skont il-paragrafu 4.

6.   Il-proċedimenti tar-rikors ma jistgħux jingħaqdu ma' proċedimenti għal kumpens meħuda mill-persuna intitolata taħt il-kuntratt ta' trasport.

Artikolu 64

Ftehimiet rigward rikors

It-trasportaturi jistgħu jikkonkludu ftehimiet li jidderogaw mill-Artikoli 61 u 62.


ANNESS II

INFORMAZZJONI MINIMA LI JRIDU JAGĦTU L-IMPRIŻI FERROVJARJI U L-BEJJIEGĦA TAL-BILJETTI

Parti I: Informazzjoni ta' qabel il-vjaġġ

Kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt

Skedi ta' żmien u kondizzjonijiet għall-vjaġġi l-aktar rapidi

Skedi ta' żmien u kondizzjonijiet għan-nollijiet kollha disponibbli, b'enfasi fuq l-irħas nollijiet

Aċċessibbiltà, kundizzjonijiet tal-aċċess u disponibbiltà abbord ta' faċilitajiet għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa skont id-Direttiva (UE) 2019/882 u fir-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1300/2014

Disponibbiltà tal-kapaċità u kondizzjonijiet tal-aċċess għar-roti

Disponibbiltà ta' postijiet fl-ewwel u fit-tieni klassi kif ukoll ta' vaguni kuċċetti u vaguni tal-irqad

Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali)

Disponibbiltà ta' faċilitajiet abbord, inkluż il-Wi-Fi u latrini, u ta' servizzi abbord, inkluż l-assistenza li l-passiġġieri jingħataw mill-persunal

Informazzjoni qabel ix-xiri fuq jekk il-biljett jew il-biljetti jikkostitwux biljett globali

Proċeduri għar-reklamazzjoni ta' bagalji mitlufa

Proċeduri għas-sottomissjoni ta' lmenti

Parti II: Informazzjoni waqt il-vjaġġ

Servizzi u faċilitajiet abbord, inkluż il-Wi-Fi

L-istazzjon li jmiss

Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali)

Servizzi prinċipali ta' kollegament

Kwistjonijiet ta' sigurtà u sikurezza

Parti III: Operazzjonijiet rigward sistemi ta' riservazzjoni

Talbiet għad-disponibbiltà ta' servizzi tat-trasport bil-ferrovija, inkluż it-tariffi applikabbli

Talbiet għal riservazzjoni ta' servizzi tat-trasport bil-ferrovija

Talbiet għal kanċellazzjoni parzjali jew sħiħa ta' riservazzjoni


ANNESS III

STANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Informazzjoni u biljetti

Puntwalità tas-servizzi, u prinċipji ġenerali għat-trattament ta' interruzzjonijiet tas-servizzi

Dewmien

(i)

id-dewmien medju ġenerali tas-servizzi bħala perċentwal għal kull kategorija tas-servizz (fuq distanza twila, reġjonali u urban/suburban);

(ii)

il-perċentwal ta' dewmien ikkawżat miċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 19(10);

(iii)

il-perċentwal tas-servizzi mdewma waqt it-tluq;

(iv)

il-perċentwal tas-servizzi mdewma waqt il-wasla:

il-perċentwal ta' dewmien ta' inqas minn 60 minuta;

il-perċentwal ta' dewmien ta' bejn 60-199-il minuta;

il-perċentwal ta' dewmien ta' 120 minuta jew aktar;

Kanċellazzjonijiet ta' servizzi

(i)

il-kanċellazzjonijiet tas-servizzi bħala perċentwal għal kull kategorija tas-servizz (internazzjonali, domestiku fuq distanza twila, reġjonali u urban/suburban);

(ii)

il-kanċellazzjonijiet tas-servizzi bħala perċentwal għal kull kategorija tas-servizz (internazzjonali, domestiku fuq distanza twila, reġjonali u urban/suburban) ikkawżati miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 19(10).

Indafa tal-vaguni tar-roti u tal-faċilitajiet fl-istazzjon (il-kwalità tal-arja u l-kontroll tat-temperatura fil-vaguni, l-iġjene tal-faċilitajiet sanitarji, eċċ.)

Sondaġġ dwar is-sodisfazzjon tal-konsumatur

Trattament ta' lmenti, rimborżi u kumpens għal nuqqas ta' konformità mal-istandards ta' kwalità tas-servizz

L-assistenza pprovduta lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, u d-diskussjonijiet dwar din l-assistenza mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u, fejn rilevanti, mar-rappreżentanti tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.


ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1(a)

Artikolu 1(a)

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(c)

Artikolu 1(c)

Artikolu 1(d)

Artikolu 1(e)

Artikolu 1(d)

Artikolu 1(f)

Artikolu 1(e)

Artikolu 1(g)

Artikolu 1(h)

Artikolu 1(f)

Artikolu 1(i)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(6)(a), (8)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(6)(b)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(5)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2), (3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(14)

Artikolu 3(15)

Artikolu 3(16)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(17)

Artikolu 3(18)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(19)

Artikolu 3(20)

Artikolu 3 (15)

Artikolu 3(21)

Artikolu 3(22)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 18(2), (3), (4), (5), (6), (7)

Artikolu 17(1)

Artikolu 19(1), (2), (3), (4)

Artikolu 19(5), (6)

Artikolu 17(2)

Artikolu 19(7)

Artikolu 17(3)

Artikolu 19(8)

Artikolu 17(4)

Artikolu 19(9)

Artikolu 19(10)

Artikolu 18

Artikolu 20

Artikolu 20(6)

Artikolu 19

Artikolu 21

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 21(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 23(1)(g)

Artikolu 22, Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 22(2)

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25(1), (2), (3)

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 28(3)

Artikolu 27(3)

Artikolu 28(4)

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 32, 33

Artikolu 31

Artikolu 34

Artikolu 34(1), (3)

Artikolu 32

Artikolu 35

Artikolu 35(2)

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 36

Artikolu 35

Artikolu 38

Artikolu 37

Artikolu 36

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 37

Artikolu 41

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV


17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/53


REGOLAMENT (UE) 2021/783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2021

li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija wasslu għal titjib sostanzjali fl-istat tal-ambjent. Madankollu, għad baqa' sfidi ambjentali u klimatiċi kbar li jekk ma jiġux indirizzati ser ikollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-Unjoni u għall-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

(2)

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għall-perijodu bejn l-2014 u l-2020, huwa l-aktar wieħed reċenti f'sensiela ta' programmi tal-Unjoni mill-1992 li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Il-Programm LIFE ġie vvalutat b'mod pożittiv f'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu reċenti bħala li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 jenħtieġ, għalhekk, li jitkompla b'ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u f'valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE) (il-"Programm LIFE") jiġi stabbilit għal perijodu ta' seba' snin biex it-tul tiegħu jiġi allinjat ma' dak tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (5).

(3)

Il-Programm LIFE, li jimmira li jikseb l-objettivi u l-miri stabbiliti bil-leġiżlazzjoni, il-politika u l-pjanijiet, b'mod partikolari l-objettivi stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (“Patt Ekoloġiku Ewropew”) u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, jenħtieġ li jikkontribwixxi lejn tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, lejn il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, inkluż l-arja, l-ilma u l-ħamrija, u tas-saħħa, u lejn it-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000 u l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, permezz ta' interventi diretti jew inkella permezz tal-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-objettivi f'politiki oħra. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-programmi ġenerali ta' azzjoni adottati skont l-Artikolu 192(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bħas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (6) u kwalunkwe programm ta' azzjoni ambjentali tal-Unjoni sussegwenti.

(4)

L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizzaw il-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fit-tul u s-servizzi tal-ekosistema, u r-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm LIFE jenħtieġ li jirrifletti l-prinċipji tas-solidarjetà, filwaqt li jagħti kontribut materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali.

(5)

Bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u klimatika jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li għaldaqstant jiġu promossi sinerġiji u komplementarjetà ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż billi jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplementaw proġetti integrati strateġiċi u proġetti strateġiċi dwar in-natura u li jappoġġaw l-użu u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm LIFE. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu passi biex jipprevjenu duplikazzjoni amministrattiva u piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji ta' proġett li jkunu jirriżultaw minn obbligi ta' rappurtar minn strumenti finanzjarji differenti.

(6)

Il-Programm LIFE jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-objettivi u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (7) u l-Ftehim ta' Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (8) (il-“Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima”), u, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-Teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (9) (il-“Konvenzjoni ta' Aarhus”), il-Konvenzjoni NU/KEE dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, u l-Konvenzjoni tan-NU ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes.

(7)

L-Unjoni tagħti importanza kbira lis-sostenibbiltà fit-tul tar-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE, u lill-kapaċità li jiġu żgurati u miżmuma dawk ir-riżultati wara l-implimentazzjoni tal-proġett, fost l-oħrajn bit-tkomplija tal-proġett, jew bir-replikazzjoni jew bit-trasferiment tar-riżultati.

(8)

Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Tali trasformazzjoni, min-naħa tagħha, tirrikjedi azzjoni b’enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta' tniġġis, li tippromovi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, kif ukoll li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija fit-tul, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.

(9)

Il-proġetti fil-qafas tas-sottoprogramm il-ġdid “Tranżizzjoni Lejn Enerġija Nadifa” tal-Programm LIFE jenħtieġ li jiffokaw fuq il-ħolqien tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u d-diffużjoni ta' għarfien, ħiliet, tekniki, metodi u soluzzjonijiet innovattivi biex jinkisbu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni dwar it-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija. Tali tisħiħ tal-kapaċitajiet u diffużjoni huma tipikament azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ ta’ valur miżjud għoli fil-livell tal-Unjoni, li għandhom l-għan li jkissru l-ostakli tas-suq li jfixklu t-tranżizzjoni soċjoekonomika għal enerġija sostenibbli, u li prinċipalment jinvolvu entitajiet żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll atturi multipli, inkluż awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Tali azzjonijiet iġibu magħhom kobenefiċċji multipli, bħall-indirizzar tal-faqar enerġetiku, it-titjib tal-kwalità tal-arja interna, it-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa lokali bis-saħħa tat-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ż-żieda fl-enerġiji rinnovabbli distribwiti, u l-kontribut għal effetti ekonomiċi lokali pożittivi u għal aktar tkabbir soċjalment inklużiv.

(10)

Sabiex jingħata kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni, teħtieġ li titħaffef it-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, iffinanzjati sal-2020 fl-ambitu ta' Orizzont 2020 (10), jenħtieġ li jiġu integrati fis-sottoprogramm il-ġdid “Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa tal-Programm LIFE”, peress li l-objettiv tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li ser tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati u lis-setturi kollha involuti fi tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. L-inklużjoni ta' tali azzjonijiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm LIFE toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-sottoprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tinġabar u titqassam data dwar l-użu ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti tal-Programm LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (“Orizzont Ewropa”) u l-predeċessuri tiegħu.

(11)

Il-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għad-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li emendat id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), tikkalkula li l-ilħuq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ser teħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perijodu 2021-2030. L-akbar lakuni huma relatati mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini biex jinżdiedu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, fejn il-kapital jeħtieġ jgħaddi lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-objettivi tas-sottoprogramm “Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa”, li jkopri l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu rapidu ta' enerġija rinnovabbli, huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u l-aggregazzjoni ta' tali proġetti, biex b'hekk jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jaġixxi ta' katalizzatur għall-investimenti f'enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, anki billi juża l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(12)

Il-programm LIFE huwa l-uniku programm iddedikat speċifikament għall-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima, u għalhekk għandu rwol kruċjali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f’dawk l-oqsma.

(13)

Is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jgħinu l-identifikazzjoni u l-istabbiliment tal–ħtiġijiet relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-Unjoni matul il-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jkompli jaġixxi bħala katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, inkluż billi juża u japplika r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni minn Orizzont Ewropa u jgħin biex dawn jintużaw fuq skala ikbar jekk dan ikun jista' jgħin l-indirizzar ta' kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi jew ta' tranżizzjoni enerġetika. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa jista' jipprovdi appoġġ għall-espansjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll is-sinerġiji mal-Fond ta' Innovazzjoni fil-qafas tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, stabbilita taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(14)

Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm LIFE jenħtieġ li tkun tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn programmi oħrajn tal-Unjoni, dment li tali kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu awditjati darba biss u b'mod li jkopri l-programmi kollha tal-Unjoni involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

(15)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2017 dwar l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali: L-isfidi ewlenin u kif ser ngħaqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (EIR) tindika li huwa meħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex jittejbu l-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-objettivi ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Il-Programm LIFE jenħtieġ għalhekk li jaġixxi bħala katalizzatur biex jiġu indirizzati l-isfidi orizzontali u sistemiċi kif ukoll il-kawżi fundamentali għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni identifikati fl-EIR u biex jinkiseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, l-ittestjar u r-replikazzjoni ta’ approċċi ġodda; l-appoġġ, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-iżvilupp tal-politika; it-titjib tal-governanza dwar kwistjonijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u ta’ tranżizzjoni tal-enerġija relatati, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-komunikazzjoni u l-għarfien; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti mill-programmi ta' investiment tal-Unjoni jew sorsi finanzjarji oħra, u permezz tal-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin mitluba mil-leġiżlazzjoni ambjentali.

(16)

It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistema, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluż il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 - Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (16), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, il-wiri u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet, bħal pereżempju l-ġestjoni effettiva, fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' azzjoni mogħtija prijorità adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-ambizzjoni ġenerali li 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u fl-2027, filwaqt li jitqiesu s-sovrappożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk tal-bijodiversità.

L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw in-nefqa tagħhom relatata mal-bijodiversità biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għal monitoraġġ previsti f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-infiq tal-Unjoni relatat mal-bijodiversità jiġi mmonitorjat f'konformità ma' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva li tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, kif imsemmi fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (19).

(17)

L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat.

L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) (il-“Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”) u l-Fond ta' Koeżjoni stabbilit skont ir-Regolament 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) (il-“Fond ta’ Koeżjoni”), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali stabbilit skont ir-Regolament (UE) 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) (il-“Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali”) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit skont Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 (“il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura”), jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jiġu ssodisfati dawk il-ħtiġijiet, fuq bażi komplementari. Il-Programm LIFE jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali inklużjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati li jaġixxu ta' katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inkluż l-azzjonijiet stabbiliti fl-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta' azzjonijiet fl-Istati Membri immirati lejn l-inklużjoni tal-objettivi tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki u fi programmi ta' finanzjament oħra, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawk il-politiki.

L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali sabiex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkumplementaw il-proġetti strateġiċi dwar in-natura kif definiti skont dan ir-Regolament.

(18)

Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari u l-effiċjenza fir-riżorsi jirrikjedu bidla fil-mod kif il-materjali u l-prodotti, inkużi l-plastiks, jiġu mfassla, prodotti, ikkunsmati, imsewwija, użati mill-ġdid, irriċiklati u mormija, u jirrikjedu fokus fuq iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju li jimmira lejn varjetà ta' atturi(bħal negozji, awtoritajiet pubbliċi u konsumaturi, b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa, u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u permezz tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-iskart. Permezz tal-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-plastiks f'ekonomija ċirkolari, tista' tittieħed azzjoni biex tkun indirizzata l-problema tal-iskart fil-baħar b'mod partikolari.

(19)

Livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali huwa ta’ importanza fundamentali għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-użu ta' sustanzi kimiċi b’modi li jwasslu għall-minimizzazzjoni tal-effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv ta’ ambjent mhux tossiku fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm LIFE jappoġġa wkoll attivitajiet biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) sabiex jinkisbu livelli ta’ storbju li ma jirriżultawx f’impatti negattivi sinifikanti u riskji għas-saħħa tal-bniedem.

(20)

L-objettiv fit-tul tal-Unjoni fir-rigward tal-politika dwar l-arja huwa li jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jikkawżawx riskji u impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, filwaqt li jissaħħu s-sinerġiji bejn it-titjib fil-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Il-pubbliku huwa konxju ħafna dwar it-tniġġis tal-arja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu, b’mod partikolari f’żoni fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi huma esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) tenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta' arja nadifa. Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm LIFE jappoġġa proġetti, inkluż proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji tal-aħjar prattika u jaġixxu ta' katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

(21)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) stabbiliet qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ, l-ilmijiet tal-kosta, l-ilmijiet transitorji u l-ilma ta' taħt l-art tal-Unjoni. L-objettivi ta' dik id-Direttiva ser ikunu appoġġati b'implimentazzjoni mtejba u bl-integrazzjoni tal-objettivi tal-politika dwar l-ilma f'oqsma ta' politika oħra. Il-Programm LIFE jenħtieġ għaldaqstant li jappoġġa proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2000/60/KE u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-ilma li tikkontribwixxi lejn il-kisba ta' status tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni, l-iżvilupp u r-replikazzjoni tal-aħjar prattiki, kif ukoll permezz tal-mobilizzazzjoni ta' azzjonijiet komplementari fl-ambitu ta' programmi jew sorsi finanzjarji oħra tal-Unjoni.

(22)

Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa dawn li ġejjin: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar, b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000, u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb f'konformità mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26); il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-Plastik f’Ekonomija Ċirkolari, l-indirizzar b’mod partikolari tal-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart fil-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza tal-oċeani internazzjonali, li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u biex jiġu garantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm LIFE jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent tal-baħar.

(23)

It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta’ tranżizzjoni enerġetika jirrikjedi l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni li tieħu kont tal-media l-ġodda u n-netwerks soċjali, l-involviment tal-konsumaturi, u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluż l-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs), f’konsultazzjonijiet dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livelli kollha. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Programm LIFE jappoġġa firxa wiesgħa ta’ NGOs kif ukoll netwerks ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ li jsegwu għan li huwa ta’ interess ġenerali għall-Unjoni, u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew l-azzjoni dwar il-klima, bl-għoti, b’mod kompetittiv u trasparenti, ta’ għotjiet operattivi sabiex jgħinu lil NGOs, netwerks u entitajiet bħal dawn, jagħtu kontribut effettiv lill-politika tal-Unjoni, u biex jibnu u jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex b'hekk isiru sħab aktar effiċjenti.

(24)

Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun objettiv trasversali għas-sottoprogrammi kollha tal-Programm LIFE, il-Programm LIFE jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-acquis dwar l-ambjent u l-klima u l-konformità miegħu, b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni Aarhus (NU/KEE).

(25)

Il-Programm LIFE jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għal prodotti u servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi, u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi eżistenti u l-pajsaġġ kummerċjali. Biex ikun appoġġat użu kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur.

(26)

Il-Programm LIFE huwa mfassal biex jappoġġa t-turija ta’ tekniki, approċċi u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu replikati u użati fuq skala ikbar. Soluzzjonijiet innovattivi jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u s-sostenibbiltà, b’mod partikolari għall-iżvilupp ta’ prattiki ta’ biedja sostenibbli fiż-żoni attivi fl-oqsma tal-klima, l-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità u l-iskart. Jenħtieġ li ssir enfasi f’dan ir-rigward fuq is-sinerġiji ma’ programmi u politiki oħra, bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola u l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE.

(27)

Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi ta’ inklużjoni biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima ta' attivitajiet taħt programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta’ salvagwardji tas-sostenibbiltà fl-istrumenti kollha tal-Unjoni. Fil-kuntest tar-rwol tagħhom ta’ katalizzaturi, il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati fl-ambitu tal-Programm LIFE jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament, bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu sinerġiji.

(28)

Is-suċċess ta’ proġetti strateġiċi dwar in-natura u ta’ proġetti integrati strateġiċi jiddependi minn kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-atturi mhux Statali affettwati mill-objettivi tal-Programm LIFE. Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ żvelar rigward deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ proġetti jenħtieġ, għalhekk, li jiġu applikati, b’mod partikolari fil-każ ta’ integrazzjoni jew meta jkunu involuti sorsi ta’ finanzjament multipli.

(29)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'mod koordinat u ambizzjuż, f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil tal-Klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm LIFE ser jikkontribwixxi biex jiġu inklużi azzjonijiet dwar il-klima u biex tinkiseb mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet fl-ambitu tal-Programm LIFE huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm LIFE għal objettivi klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE ser jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u dawn ser jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti. Jenħtieġ li, f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-azzjonijiet taħt il-programm LIFE jirrispettaw il-prinċipju 'la tagħmilx ħsara'.

(30)

Fl-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi, li tinsab fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr dawk fil-qasam tal-ambjent, tal-klima u dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.

(31)

B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora man-netwerk tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tal-Programm LIFE biex tistimula l-kooperazzjoni bil-għan li s-servizzi tal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali madwar l-Unjoni jitjiebu u jsiru aktar effettivi, sabiex iżżid il-kwalità ġenerali tal-proposti ppreżentati, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-Programm LIFE jew twettaq attivitajiet oħra, pereżempju kampanji tal-media, sabiex isiru magħrufa aktar ir-riżultati tal-proġetti u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati ta' proġetti fl-Unjoni kollha, u b'hekk ikunu promossi l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni. Jenħtieġ li tali attivitajiet ikunu mmirati b'mod partikolari lejn l-Istati Membri li fihom hemm użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti u l-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestewjew dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. Huwa essenzjali li tali attivitajiet ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni jiġu indirizzati lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lill-partijiet ikkonċernati.

(32)

Il-kwalità jenħtieġ li tkun il-kriterju li jirregola l-evalwazzjoni tal-proġett u l-proċess tal-għoti fil-Programm LIFE. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm LIFE madwar l-Unjoni u biex tiġi promossa kwalità għolja fi proposti ta’ proġetti, jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni finanzjament għal proġetti ta’ assistenza teknika li jimmiraw lejn parteċipazzjoni effettiva fil-Programm LIFE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ssegwi kopertura ġeografika effettiva u bbażata fuq il-kwalità madwar l-Unjoni, inkluż billi tappoġġa lill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-proġetti permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet. Parteċipazzjoni effettiva baxxa għall-Programm LIFE, l-attivitajiet eliġibbli u l-kriterji għall-għoti tal-Programm LIFE jenħtieġ li jkunu speċifikati fil-Programm ta' Ħidma Pluriennali ggwidat mill-parteċipazzjoni u r-rata ta' suċċess tal-applikanti mill-Istati Membri rilevanti, b'kont meħud, fost l-oħrajn, tal-popolazzjoni u tad-densità tal-popolazzjoni, tal-arja totali tas-siti ta' Natura 2000 għal kull Stat Membru espressa bħala proporzjon tal-arja totali ta' Natura 2000, u tal-proporzjon tat-territorju ta' Stat Membru kopert minn siti ta' Natura 2000. Jenħtieġ li l-attivitajiet eliġibbli jkunu ta' tali natura li jkollhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-applikazzjoni għall-proġetti.

(33)

F'konformità mal-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2018 dwar "Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali", in-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL), in-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE), u l-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE) inħolqu biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u jkollhom irwol uniku fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Huma jagħtu kontribut sostanzjali biex tissaħħaħ il-konsistenza fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni fl-Unjoni kollha, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, u biex itejbu l-kwalità tal-ispezzjoni ambjentali u l-mekkaniżmi tal-infurzar tal-liġi permezz ta' sistema ta' networking kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, u jipprovdu għall-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza f'livelli amministrattivi differenti, permezz ta' taħriġ u diskussjonijiet fil-fond dwar kwistjonijiet ambjentali u aspetti ta' infurzar, inkluż il-proċessi ta' monitoraġġ u ta' għoti ta' permessi. Fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-Programm LIFE, jixraq li jiġi awtorizzat l-għoti ta' għotjiet lil IMPEL, ENPE u EUFJE mingħajr sejħa għal proposti sabiex ikompli jingħata appoġġ lill-attivitajiet ta' dawk il-partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, f'każijiet oħra, tista' ma tkunx meħtieġa sejħa skont ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) (ir-“Regolament Finanzjarju”), per eżempju għall-korpi maħtura mill-Istati Membri u li joperaw taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu identifikati bħala benefiċjarji ta' għotja b'att leġiżlattiv tal-Unjoni.

(34)

Jixraq li jiġi stabbilit pakkett finanzjarju għall-Programm LIFE li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(35)

Ir-rati ta' kofinanzjament massimi ta' għotjiet iffinanzjati taħt il-Programm LIFE jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livelli li jkunu meħtieġa sabiex jinżamm il-livell effettiv ta' sostenn ipprovdut mill-Programm LIFE. Sabiex titqies l-adattabbiltà meħtieġa fid-dawl tal-firxa eżistenti ta' azzjonijiet u entitajiet, rati ta' kofinanzjament speċifiċi jenħtieġ li jiffaċilitaw iċ-ċertezza, filwaqt li jżommu grad ta' flessibbiltà proporzjonat għal ħtiġijiet jew rekwiżiti speċifiċi. Ir-rati ta' kofinanzjament speċifiċi jenħtieġ li jkunu dejjem soġġetti għar-rati massimi ta' kofinanzjament rilevanti stabbiliti.

(36)

Ir-Regolament Finanzjarju adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplika għal dan ir-Regolament. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta' esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(37)

F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) ir-Regolamentii tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (29), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (30) u (UE) 2017/1939 (31), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32). F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(38)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-Programm LIFE jenħtieġ li jintgħażlu skont l-abbiltà tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jwasslu għal riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Għal għotjiet, l-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni li tinftiehem faċilment, u tippromwovi simplifikazzjoni reali għall-iżviluppaturi tal-proġetti.

(39)

Fejn ikun adatt, l-objettivi ta' politika tal-Programm LIFE jenħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji taħt ir-Regolament (UE) 2021/523, inkluż permezz tal-ammont allokat mill-Programm LIFE, kif speċifikat fil-programmi ta' ħidma pluriennali taħt dak il-Programm.

(40)

Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (33), l-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-Programm LIFE u għal arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu huwa marbut il-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti. Il-parteċipazzjoni ta' tali entitajiet fil-Programm LIFE jenħtieġ li tiffoka primarjament fuq proġetti li jaqgħu taħt is-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità'.

(41)

L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji Extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluż l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inkluż approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u t-tgħaffija tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. Permezz tal-azzjoni preparatorja BEST adottata fl-2011 u l-Programm BEST 2.0 u l-proġett BEST RUP sussegwenti, il-BEST għenet biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperiferiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej u r-rwol ewlieni tagħhom fil-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Il-Kummissjoni Ewropea tistma li l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju għal proġetti fuq il-post f'dawk it-territorji hija ta' EUR 8 miljun fis-sena. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa għaldaqstant xieraq li l-Programm LIFE jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità, inkluż azzjonijiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet u azzjonijiet li għandhom effett katalitiku, kemm fir-Reġjuni Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej.

(42)

Il-Programm LIFE jenħtieġ li jkun miftuħ għal pajjiżi terzi skont il-ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tagħhom.

(43)

Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (34), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta' deċiżjoni adottata skont dak il-Ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tirrikjedi li pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(44)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (35), jenħtieġ li l-Programm LIFE jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm LIFE fil-prattika. L-impatt sħiħ tal-Programm LIFE huwa dovut għat-totalità tal-kontributi indiretti, fit-tul u diffiċli li jitkejlu biex tinkiseb il-firxa sħiħa ta' objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Għall-monitoraġġ tal-Programm LIFE, l-indikaturi tal-output dirett u r-rekwiżiti ta' segwiment stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn aggregazzjoni ta' indikaturi speċifiċi fil-livell tal-proġetti li jridu jiġu deskritti fil-programmi ta' ħidma pluriennali jew is-sejħiet għal proposti, fost l-oħrajn fir-rigward ta' Natura 2000 u l-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja.

(45)

abiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma pluriennali, jenħtieġ li setgħat ta' implimentazzjoni jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36).

(46)

Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ għall-Programm LIFE u l-implimentazzjoni tiegħu huma konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, u dan bil-għan li temenda dan ir-Regolament billi tirrevedi jew tikkomplimenta l-indikaturi jew li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi indikaturi speċifiċi għal kull sottoprogramm u tip ta' proġett, kif ukoll sabiex jiġi stabbilit il-qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(47)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jingħata kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u azzjoni ambizzjuża dwar il-klima, għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-objettivi u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġiji, il-pjanijiet u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-bijodiversità, il-klima, l-ekonomija ċirkolari u dawk rilevanti dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz ta' governanza tajba u approċċ b'diversi partijiet ikkonċernati, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(48)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jenħtieġ li jitħassar.

(49)

Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mingħajr interruzzjoni bejn il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) preċedenti u l-Programm LIFE u li l-bidu tal-Programm LIFE jiġi allinjat ma' dak tal-qafas finanzjarju pluriennali kif stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE) (il-"Programm LIFE") għall-perijodu tal-qafas finanzjarju pluriennali mill-2021 sal-2027. It-tul ta' żmien tal-Programm LIFE huwa allinjat mat-tul ta' żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-objettivi tal-Programm LIFE, il-baġit tiegħu għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri sabiex jinkludu dawk l-objettivi u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE;

(2)

"proġetti integrati strateġiċi" tfisser proġetti li jimplimentaw, fuq skala reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji ambjentali jew klimatiċi jew pjanijiet ta' azzjoni żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew politika speċifika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent jew tal-klima jew waħda rilevanti fil-qasam tal-enerġija, filwaqt li jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jkun involuti u jippromwovu l-koordinazzjoni ma' mill-inqas sors ta' finanzjament wieħed ieħor tal-Unjoni, nazzjonali jew privat u l-mobilizzazzjoni tiegħu;

(3)

"proġetti ta' assistenza teknika" tfisser proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċità għall- parteċipazzjoni fi proġetti ta' azzjoni standard, it-tħejjija ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura u proġetti strateġiċi integrati, it-tħejjija għall-aċċess għal strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni jew miżuri oħra meħtieġa għat-tħejjija tal-espansjoni jew tar-replikazzjoni tar-riżultati minn proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm LIFE, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn programmi oħra tal-Unjoni, bil-ħsieb li jsegwu l-objettivi tal-Programm LIFE stabbiliti fl-Artikolu 3; tali proġetti jistgħu jinkludu wkoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-parteċipazzjoni effettiva fil-Programm LIFE;

(4)

"proġetti ta' azzjoni standard" tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta' assistenza teknika, li jsegwu l-objettivi speċifiċi tal-Programm LIFE;

(5)

"operazzjonijiet ta' taħlit" tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont il-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhuwiex ripagabbli, strumenti finanzjarji, jew it-tnejn, mill-baġit tal-Unjoni ma' forom ta' appoġġ ripagabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(6)

"entità ġuridika" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew kwalunkwe entità mingħajr personalità ġuridika skont il-punt (c) tal-Artikolu 197(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 3

Objettivi

1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm LIFE għandu jkun li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u dan sabiex jipproteġi u jirrestawra lill-ambjent u jtejjeb il-kwalità tiegħu, inkluż l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll biex iwaqqaf u jreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità u jindirizza d-degradazzjoni tal-ekosistemi, inkluż billi jappoġġa l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tan-Netwerk Natura 2000 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Il-Programm LIFE għandu jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-programmi ta' azzjoni ġenerali adottati skont l-Artikolu 192(3) TFUE.

2.   Il-Programm LIFE għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki, metodi u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, u l-azzjoni dwar il-klima, inkluż it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija, u li jikkontribwixxi għall-bażi tal-għarfien u għall-applikazzjoni tal-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tan-netwerk Natura 2000;

(b)

li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, u dwar l-azzjoni dwar il-klima u t-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli jew effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija, inkluż billi jtejjeb il-governanza fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili;

(c)

li jaġixxi ta' katalizzatur għall-użu fuq skala kbira ta' soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika li jirnexxu għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, u dwar l-azzjoni dwar il-klima, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli jew effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija, billi jirreplika r-riżultati, billi jintegra l-objettivi relatati f'politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u dak privat, billi jimmobilizza l-investiment u billi jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament.

Artikolu 4

Struttura

Il-Programm LIFE għandu jkun strutturat kif ġej:

(1)

il-qasam tal-'Ambjent', li jinkludi:

(a)

is-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità';

(b)

is-sottoprogramm 'Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja';

(2)

il-qasam 'Azzjoni dwar il-Klima', li jinkludi:

(a)

is-sottoprogramm 'Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih';

(b)

is-sottoprogramm 'Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa'.

Artikolu 5

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta' EUR 5 432 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali.

2.   Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

(a)

EUR 3 488 000 000 għall-qasam 'Ambjent', li minnhom

(i)

EUR 2 143 000 000 għas-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità', u

(ii)

EUR 1 345 000 000 għas-sottoprogramm 'Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja';

(b)

EUR 1 944 000 000 għall-qasam 'Azzjoni dwar il-Klima', li minnhom

(i)

EUR 947 000 000 għas-sottoprogramm 'Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih', u

(ii)

EUR 997 000 000 għas-sottoprogramm 'Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa'.

3.   L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 u fir-Regolament Finanzjarju.

4.   Minkejja l-paragrafu 2, mill-inqas 60 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet għal azzjoni fil-qasam 'Ambjent' imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu ddedikati għal għotjiet għal proġetti li jappoġġaw is-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità' msemmi fil-punt (a)(i) tal-paragrafu 2.

5.   Il-Programm LIFE jista' jiffinanzja attivitajiet ta' assistenza teknika u amministrattiva mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni, inkluż dwar sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u attivitajiet ta' netwerk li jappoġġaw il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tal-Programm LIFE, inkluż taħriġ, attivitajiet ta' tagħlim reċiproku u avvenimenti għall-qsim ta' esperjenza.

6.   Il-Programm LIFE jista' jiffinanzja attivitajiet implimentati mill-Kummissjoni b'sostenn għat-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-inklużjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent jew tal-klima jew dawk rilevanti fil-qasam tal-enerġija bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Tali attivitajiet jistgħu jinkludu:

(a)

informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni, u komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta' implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent jew tal-klima jew dik rilevanti fil-qasam tal-enerġija;

(b)

studji, stħarriġiet, immudellar u bini ta' xenarji;

(c)

it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-verifika u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni, tal-politiki u tal-programmi, kif ukoll il-valutazzjoni u l-analiżi ta' proġetti mhux iffinanzjati mill-Programm LIFE, jekk dawn iservu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3;

(d)

workshops, konferenzi u laqgħat;

(e)

networking, u pjattaformi tal-aħjar prattiki;

(f)

attivitajiet oħra, bħal pereżempju l-għoti ta' premji.

Artikolu 6

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm LIFE

1.   Il-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew fi ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew fi ftehimiet simili u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi oħra, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li dak il-ftehim:

(i)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(iii)

ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

(iv)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (d)(ii) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-programm LIFE permezz ta' deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta' kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

Artikolu 7

Kooperazzjoni internazzjonali

Matul l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, u mal-istituzzjonijiet u l-korpi tagħhom, għandha tkun possibbli fejn meħtieġ għall-fini tal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 8

Sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tal-Programm LIFE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u l-kisba tal-koerenza mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew+ stabbilit skont Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) (il-'Fond Soċjali Ewropew+'), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa stabbilita skont Regolament (UE) 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) u l-Programm InvestEU stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/523, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġati l-użu u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm LIFE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jiksbu komplementarjetà fil-livelli kollha.

Artikolu 9

Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm LIFE b'ġestjoni diretta, jew b'ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm LIFE jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premji u akkwist. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.

3.   Minn tal-inqas 85 % tal-baġit għall-Programm LIFE għandu jkun allokat:

(a)

għal għotjiet kif imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (6);

(b)

għal proġetti ffinanzjati permezz ta' forom oħra ta' finanzjament sal-punt speċifikat fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18; jew

(c)

fejn ikun xieraq u sal-punt speċifikat fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18, għal finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti ffinanzjati minn forom oħra ta' finanzjament ikunu konformi bis-sħiħ mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

L-ammont massimu allokat għal għotjiet kif imsemmija fl-Artikolu 11(4) għandu jkun ta' EUR 15-il miljun.

4.   Ir-rati massimi ta' kofinanzjament għall-azzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu sa 60 % tal-kostijiet eliġibbli u sa 75 % fil-każ ta' proġetti ffinanzjati fl-ambitu tas-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità', b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħabitats jew l-ispeċijiet ta' prijorità, bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, jew li jikkonċernaw l-ispeċijiet ta' għasafar li jitqiesu bħala prijorità għal finanzjament mill-Kumitat tal-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/147/KE meta dan ikun meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv tal-konservazzjoni. Għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(6) ta' dan ir-Regolament, ir-rata massima ta' kofinanzjament għandha tkun ta' 70 % tal-kostijiet eliġibbli. Mingħajr preġudizzju għar-rati ta' kofinanzjament massimi rilevanti u predeterminati, ir-rati speċifiċi għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. Ir-rati speċifiċi jistgħu jiġu adattati skont ir-rekwiżiti ta' kull sottoprogramm, tip ta' proġett jew tip ta' għotja.

Għal proġetti msemmija fl-Artikolu 11(4), ir-rati massimi ta' kofinanzjament ma għandhomx jaqbżu l-95 % tal-kostijiet eliġibbli matul il-perijodu tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali; għat-tieni programm ta' ħidma pluriennali u soġġett għal konferma f'dan il-programm ta' ħidma, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun 75 % tal-kostijiet eliġibbli.

5.   Il-kwalità għandha tkun il-kriterju li jirregola l-proċess tal-evalwazzjoni u tal-għoti tal-proġetti fil-Programm LIFE. Il-Kummissjoni għandha ssegwi fl-Unjoni kollha kopertura ġeografika effettiva abbażi tal-kwalità, inkluż billi tappoġġa lill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-proġetti permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

KAPITOLU II

Eliġibbiltà

Artikolu 10

Għotjiet

Għotjiet taħt il-Programm LIFE għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f'konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 11

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Huma biss azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.   L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw it-tipi ta' azzjoni li ġejjin:

(a)

proġetti strateġiċi dwar in-natura taħt is-sottoprogramm imsemmi fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 4;

(b)

proġetti integrati strateġiċi taħt is-sottoprogrammi msemmija fil-punti (1)(b), (2)(a) u 2(b) tal-Artikolu 4;

(c)

proġetti ta' assistenza teknika;

(d)

proġetti ta' azzjoni standard;

(e)

azzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 3(1), inkluż l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ immirati biex isaħħu l-kapaċitajiet, biex ixerrdu l-informazzjoni u l-għarfien, u biex iqajmu kuxjenza biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija.

3.   Il-proġetti taħt is-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità' li jikkonċernaw il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta' Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom iqisu l-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet, l-istrateġiji u l-politiki nazzjonali u reġjonali dwar il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, inkluż f'oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE.

4.   Proġetti ta' assistenza teknika għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex itejbu l-parteċipazzjoni effettiva fil-programm LIFE għandhom jappoġġaw attivitajiet ta' dawk l-Istati Membri b'parteċipazzjoni effettiva baxxa, bil-għan li jittejbu s-servizzi tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali madwar l-Unjoni u titjieb il-kwalità ġenerali tal-proposti mressqa.

5.   L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra minn Stat Membru jew pajjiż extra-Ewropew jew territorju marbut miegħu, sakemm il-proġett isegwi l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u dawk l-attivitajiet ikunu meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tal-interventi mwettqa fi Stat Membru jew f'pajjiż extra-Ewropew jew territorju marbut miegħu, jew biex jappoġġaw ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hija parti għalihom billi jipprovdu kontribuzzjoni għall-organizzazzjoni ta' konferenzi multilaterali. Il-kontribuzzjoni massima pprovduta għal ftehimiet internazzjonali għall-organizzazzjoni ta' konferenzi multilaterali għandha tkun ta' EUR 3,5 miljun għat-tul tal-Programm LIFE indikat fl-Artikolu 1, u tali għotjiet ma għandhomx jgħoddu biex jintlaħaq il-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3).

6.   L-għotjiet operattivi għandhom isostnu l-funzjonament ta' entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li huma involuti fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew tal-azzjoni dwar il-klima, inkluż it-tranżizzjoni enerġetika, skont l-objettivi tal-Programm LIFE stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 12

Entitajiet eliġibbli

1.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-entitajiet, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Għandhom ikunu eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:

(i)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)

pajjiżi terz assoċjat mal-Programm LIFE;

(iii)

pajjiżi terzi oħra elenkati fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18, skont il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu;

(b)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

3.   Il-persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli.

4.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm LIFE għandhom ikunu eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' azzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-effettività tal-interventi mwettqa fl-Unjoni.

5.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm LIFE għandhom, fil-prinċipju, iġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom.

Artikolu 13

Għotjiet diretti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 188 tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet jistgħu jingħataw, mingħajr sejħa għal proposti, lill-korpi identifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Speċifikazzjoni tal-kriterji għall-għoti

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji għall-għoti fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18 u s-sejħiet għal proposti, filwaqt li tqis il-prinċipji li ġejjin:

(a)

proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE għandhom ikunu ta' interess għall-Unjoni billi jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm LIFE stabbiliti fl-Artikolu 3, u ma għandhomx idgħajfu lil dawk l-objettivi u, kull meta jkun possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;

(b)

il-proġetti għandhom jiżguraw approċċ kosteffettiv, u jkunu teknikament u finanzjarjament koerenti;

(c)

il-proġetti bl-ogħla potenzjal li jagħtu kontribut għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jingħataw prijorità;

(d)

proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-sottoprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;

(e)

proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u użati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal li jaġixxu ta' katalitiku) għandhom jibbenifikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;

(f)

għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta' azzjoni standard;

(g)

proġetti li jibnu fuq jew jespandu r-riżultati ta' proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm LIFE, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn fondi oħra tal-Unjoni, għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;

(h)

fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transfruntiera, żoni ta' valur naturali għoli u reġjuni ultraperiferiċi.

Artikolu 15

Kostijiet eliġibbli relatati max-xiri tal-art

Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet relatati max-xiri ta' art għandhom jitqiesu eliġibbli, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ix-xiri jikkontribwixxi għat-titjib, iż-żamma u r-restawr tal-integrità tan-netwerk Natura 2000 stabbilit skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, inkluż bit-titjib fil-konnettività permezz tal-ħolqien ta' kurituri, punti ta' tranżizzjoni, jew elementi oħra ta' infrastruttura ekoloġika;

(b)

ix-xiri tal-art ikun l-uniku jew l-aktar mezz kosteffettiv biex jintlaħaq l-eżitu ta' konservazzjoni mixtieq;

(c)

l-art mixtrija tkun riżervata għal żmien twil għal użi konsistenti mal-objettivi speċifiċi tal-Programm LIFE; u

(d)

l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, permezz ta' trasferiment jew b'xi mod ieħor, l-assenjazzjoni fit-tul ta' tali art għall-finijiet ta' konservazzjoni tan-natura.

Artikolu 16

Finanzjament kumulattiv u alternattiv

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm LIFE, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet u li l-azzjoni tkun maħsuba biex tilħaq l-objettivi ambjentali u klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, u ma ddgħajjef lil ebda wieħed minnhom. Ir-regoli tal-programm tal-Unjoni rilevanti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

2.   Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika tal-Viża u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika agrikola komuni (pjanijiet strateġiċi tal-PAK) u li għandhom jiġu ffinanzjati minn mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassru r-Regolament (UE) 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jista' jingħata lil azzjonijiet li jkunu ngħataw ċertifikazzjoni tas-'Siġill ta' Eċċellenza' skont il-Programm LIFE billi jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fl-ambitu tal-Programm LIFE;

(b)

ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.

KAPITOLU III

Operazzjonijiet ta' taħlit

Artikolu 17

Operazzjonijiet ta' taħlit

L-operazzjonijiet ta' taħlit taħt il-Programm LIFE għandhom jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju, b'attenzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u ta' trasparenza.

KAPITOLU IV

Programmazzjoni, monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni

Artikolu 18

Programm ta’ ħidma pluriennali

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta programmi ta' ħidma pluriennali għall-Programm LIFE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

2.   Kull programm ta' ħidma pluriennali għandu jispeċifika, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, dan li ġej:

(a)

ammonti li għandhom jiġu allokati l bejn il-ħtiġijiet taħt kull sottoprogramm u bejn tipi differenti ta' finanzjament, kif ukoll l-ammont totali massimu li għandu jiġi allokat għal għotjiet, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(2);

(b)

l-ammont totali massimu għal finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit taħt il-Programm LIFE, fejn ikun applikabbli;

(c)

l-ammont totali massimu għal għotjiet li għandhom jingħataw lill-korpi elenkati fl-Anness I f'konformità mal-Artikolu 13;

(d)

is-suġġetti tal-proġett jew il-ħtiġijiet speċifiċi li għalihom ikun hemm preallokazzjoni ta' finanzjament għall-proġetti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2);

(e)

l-istrateġiji u l-pjanijiet immirati mill-proġetti integrati strateġiċi li għalihom jista' jintalab il-finanzjament għall-proġetti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(2);

(f)

il-perijodu massimu ta' eliġibbiltà għall-implimentazzjoni tal-proġetti;

(g)

skedi ta' żmien indikattivi għas-sejħiet għal proposti għall-perijodu kopert mill-programm ta' ħidma pluriennali;

(h)

il-metodoloġija teknika għall-proċedura ta' preżentazzjoni u għażla ta' proġetti, u l-kriterji għall-għoti skont l-elementi msemmija fl-Artikolu 14;

(i)

ir-rati ta' kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 9(4);

(j)

ir-rati massimi ta' kofinanzjament għall-azzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 11(2);

(k)

fejn rilevanti, regoli dettaljati rigward l-applikazzjoni ta' finanzjament kumulattiv, u alternattiv;

(l)

parteċipazzjoni effettiva baxxa u attivitajiet eliġibbli u kriterji għall-għoti għal proġetti ta' assistenza teknika għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet b'rabta mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-parteċipazzjoni effettiva fil-programm LIFE.

3.   It-tul tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' erba' snin u t-tul tat-tieni programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' tliet snin.

4.   Fil-qafas tal-programmi ta' ħidma pluriennali, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħiet għal proposti għall-perijodu kopert. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi li ma jintużawx minn sejħa partikolari għal proposti partikolari jiġu riallokati bejn it-tipi differenti ta' azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) fl-istess qasam.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati fl-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma pluriennali.

Artikolu 19

Monitoraġġ u rappurtar

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress tal-Programm LIFE lejn l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, abbażi tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II.

2.   Biex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm LIFE lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 23, biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplimenta l-indikaturi meta dan ikun meqjus meħtieġ, inkluż bil-għan tal-allinjament tagħhom mal-indikaturi stabbiliti għal programmi oħra tal-Unjoni, u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi, abbażi tal-Anness II, indikaturi speċifiċi għal kull sottoprogramm u tip ta' proġett.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u rapidu. Għal dak il-għan, u f'konformità mal-metodoloġiji rilevanti, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni biex ikun jista' jinġabar output aggregabbli fil-livell tal-proġetti u indikaturi tal-impatt għall-objettivi speċifiċi rilevanti kollha fir-rigward tal-politika ambjentali u klimatika, inkluż fir-rigward ta' Natura 2000 u l-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu l-arja, inkluż is-CO2.

5.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-inklużjoni ta' objettivi klimatiċi u tal-bijodiversità, inkluż l-ammont tan-nefqa. Filwaqt li titqies in-natura ggwidata mid-domanda tal-Programm LIFE, 61 % tal-ammont globali tal-Programm LIFE kif definit fl-Artikolu 5 huwa mistenni li jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira baġitarja li mill-inqas 30 % tan-nefqa tikkontribwixxi għal objettivi relatati mal-klima. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi mmonitorjata permezz tas-sistema ta' indikaturi tal-klima tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-ambizzjoni ġenerali li 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u li 10 % tal-infiq annwali taħt il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u fl-2027, filwaqt li jitqiesu s-sovrappożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità.

L-infiq relatat mal-bijodiversità għandu jiġi mmonitorjat bl-użu ta' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, kif imsemmi fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda. Dawk il-metodi ta' monitoraġġ għandhom jintużaw biex jiġu kkwantifikati l-approprjazzjonijiet ta' impenn li mistennija li jikkontribwixxu rispettivament għall-objettivi klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità tul il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 fil-livell xieraq ta' diżaggregazzjoni. L-infiq għandu jiġi ppreżentat kull sena fid-Dikjarazzjoni tal-Programm. Il-kontribut tal-Programm LIFE għall-objettivi klimatiċi u tal-bijodiversità tal-Unjoni għandu jiġi rrapportat regolarment fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali.

6.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sinerġiji bejn il-Programm LIFE u programmi komplementari oħra tal-Unjoni, u dawk bejn is-sottoprogrammi tiegħu.

Artikolu 20

Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet previsti skont dan ir-Regolament fi żmien debitu sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'attenzjoni dovuta għall-koerenza, is-sinerġiji, il-valur miżjud tal-Unjoni u s-sostenibbiltà fit-tul, filwaqt li jittieħed kont tal-prijoritajiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-klima u l-ambjent.

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm LIFE ladarba jkun hemm disponibbli biżżejjed informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn 42 xahar wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, bl-użu tal-indikaturi kif stabbilit f'konformità mal-Anness II.

L-evalwazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Programm LIFE;

(b)

l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

(c)

il-grad ta' kemm intlaħqu l-objettivi tal-miżuri kollha filwaqt li jiġu speċifikati, fejn ikun possibbli, ir-riżultati u l-impatti;

(d)

is-suċċess attwali jew mistenni tal-proġetti fl-ingranaġġ ta' fondi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-benefiċċji ta' aktar koerenza ma' strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;

(e)

il-punt sa fejn jintlaħqu s-sinerġiji bejn l-objettivi u l-komplementarjetà tal-Programm LIFE ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni;

(f)

il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt fit-tul tal-Programm LIFE, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri;

(g)

il-punt sa fejn il-partijiet ikkonċernati kienu involuti;

(h)

analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribut tal-Programm LIFE għall-istat ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(i)

analiżi tal-kopertura ġeografika fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9(5), u, jekk ma tintlaħaq l-ebda kopertura bħal din, analiżi tar-raġunijiet sottostanti għat-tali nuqqas ta' kopertura.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perijodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm LIFE.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 21

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri ta' finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku. Għal dan l-għan, ir-riċevituri għandhom jużaw il-logo tal-Programm LIFE, li jidher fl-Anness III. L-oġġetti dewwiema kollha miksuba fil-qafas tal-Programm LIFE għandu jkollhom il-logo tal-Programm LIFE ħlief f'każijiet speċifikati mill-Kummissjoni. Meta l-użu tal-logo tal-Programm LIFE ma jkunx fattibbli, il-Programm LIFE għandu jissemma fl-attivitajiet kollha ta' komunikazzjoni, inkluż fuq avviżieri f'postijiet strateġiċi viżibbli għall-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Programm LIFE, mal-azzjonijiet meħuda skont il-Programm LIFE u mar-riżultati miksuba. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm LIFE għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 22

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programm LIFE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Kumitat rigward il-progress globali fl-implimentazzjoni tas-sottoprogrammi tal-Programm LIFE u dwar azzjonijiet partikolari taħt il-Programm LIFE, fost l-oħrajn rigward operazzjonijiet ta' taħlit implimentati permezz ta' riżorsi baġitarji allokati mill-Programm LIFE.

Artikolu 23

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(2) u (3) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(2) u (3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(2) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 24

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 huwa b'dan imħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 25

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) u għar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 li għandhom ikomplu japplikaw għall-proġetti kkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm LIFE jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm LIFE u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 614/2007 u (UE) Nru 1293/2013.

3.   Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill- 2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 5(5), biex tkun tista' ssir il-ġestjoni ta' proġetti li ma jkunux tlestewi sal-31 ta’ Diċembru 2027.

4.   Riflussi minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jistgħu jiġu investiti fi strumenti finanzjarji stabbiliti fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2021/523.

5.   L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat li jirriżulta mir-ripagament tal-ammonti mħallsa skorrettament skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 jew (UE) Nru 1293/2013 għandhom jintużaw, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, biex jiffinanzjaw il-Programm LIFE.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A.P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 226.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 156.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-16 ta' Marzu 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ April 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).

(8)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(9)  ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

(11)  Regolament (UE) Nru 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

(13)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

(15)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275 25.10.2003, p. 32).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(17)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

(19)  ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28.

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(23)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali. (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(24)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(25)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(26)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(27)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(28)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).

(30)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(31)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(32)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(33)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(34)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(35)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill- tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(38)  Ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) (ĠU L 149, 9.6.2007, p. 1).


ANNESS I

IL-KORPI LI LILHOM JISTGĦU JINGĦATAW L-GĦOTJIET MINGĦAJR SEJĦA GĦAL PROPOSTI

1.   

In-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL);

2.   

In-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE);

3.   

Il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE).


ANNESS II

INDIKATURI

1.   Indikaturi tal-output

1.1.

Għadd ta' proġetti li qed jiżviluppaw, juru u jippromwovu tekniki u approċċi innovattivi;

1.2.

Għadd ta' proġetti li japplikaw l-aħjar prassi f'dak li għandu x'jaqsam man-natura u mal-bijodiversità;

1.3.

Għadd ta' proġetti għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ jew l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-politika rilevanti tal-Unjoni;

1.4.

Għadd ta' proġetti li jtejbu l-governanza billi jsaħħu l-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u l-involviment tas-soċjetà ċivili;

1.5.

Għadd ta' proġetti, inklużi proġetti integrati strateġiċi u proġetti strateġiċi dwar in-natura, li jimplimentaw:

pjanijiet jew strateġiji ewlenin;

programmi ta' azzjoni għall-inklużjoni tan-“Natura u tal-Bijodiversità”.

2.   Indikaturi tar-riżultat

2.1.

Bidla netta għall-ambjent u għall-klima, ibbażata fuq l-aggregazzjoni tal-indikaturi tal-livell tal-proġett li jridu jiġu speċifikati fis-sejħa għal proposti fi ħdan is-sottoprogrammi:

“Natura u Bijodiversità”;

'Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja li jkopru mill-inqas dawn li ġejjin:

kwalità tal-arja

ħamrija

ilma

skart

sustanzi kimiċi

storbju

użu tar-riżorsi u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

“Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament”;

“Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa”;

2.2.

Investimenti kumulattivi ġġenerati permezz tal-proġetti jew finanzjament aċċessat (miljun EUR);

2.3.

Għadd ta' organizzazzjonijiet involuti fi proġetti jew li jirċievu għotjiet operattivi;

2.4.

Is-sehem ta' proġetti li kellhom l-effett ta' katalizzatur wara d-data ta' tmiem il-proġett.

ANNESS III

LOGO TAL-PROGRAMM LIFE

Image 1

17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/79


REGOLAMENT (UE) 2021/784 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2021

dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali f’soċjetà miftuħa u demokratika, billi jindirizza l-użu ħażin tas-servizzi ta’ hosting għal finijiet terroristiċi u jikkontribwixxi għas-sigurtà pubblika fl-Unjoni kollha. Il-funzjonament tas-suq uniku diġitali jenħtieġ li jittejjeb billi tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u tissaħħaħ il-fiduċja tal-utenti fl-ambjent online, kif ukoll billi jissaħħu s-salvagwardji għal-libertà ta’ espressjoni, inklużi d-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat f’soċjetà miftuħa u demokratika u l-libertà u l-pluraliżmu tal-media.

(2)

Il-miżuri regolatorji biex tiġi indirizzata d-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online jenħtieġ li jiġu kkomplementati bl-istrateġiji tal-Istati Membri għall-indirizzar tat-terroriżmu, inklużi t-tisħiħ tal-litteriżmu fil-media u tal-ħsieb kritiku, l-iżvilupp ta’ narrattivi alternattivi u kontronarrattivi, u inizjattivi oħra biex jitnaqqsu l-impatt ta’, u l-vulnerabbiltà għal, il-kontenut terroristiku online, kif ukoll investiment fil-ħidma soċjali, inizjattivi ta’ deradikalizzazzjoni u involviment mal-komunitajiet affettwati, biex tiġi prevenuta b’mod sostnut ir-radikalizzazzjoni fis-soċjetà.

(3)

L-indirizzar ta’ kontenut terroristiku online, li huwa parti minn problema akbar ta’ kontenut illegali online, jirrikjedi taħlita ta’ miżuri leġiżlattivi, mhux leġiżlattivi u volontarji bbażati fuq kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali.

(4)

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li huma attivi fuq l-Internet għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali billi joħolqu konnessjoni bejn in-negozju u ċ-ċittadini u billi jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u t-twassil ta’ informazzjoni, opinjonijiet u ideat, filwaqt li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni. Madankollu, is-servizzi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting f’ċerti każijiet jiġu abbużati minn partijiet terzi għall-fini li jwettqu attivitajiet illegali online. Problema partikolari hi l-użu ħażin ta’ dawk is-servizzi minn gruppi terroristiċi u s-sostenituri tagħhom biex jiddisseminaw kontenut terroristiku online sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, jirradikalizzaw u jirreklutaw segwaċi, u biex jiffaċilitaw u jidderieġu l-attività terroristika.

(5)

Minkejja li mhijiex l-uniku fattur, il-preżenza ta’ kontenut terroristiku online wriet li hija katalizzatur għar-radikalizzazzjoni ta’ individwi li tista’ twassal għal atti terroristiċi, u għalhekk għandha konsegwenzi negattivi serji għall-utenti, għaċ-ċittadini u għas-soċjetà inġenerali kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting online li jospitaw tali kontenut, peress li timmina l-fiduċja tal-utenti tagħhom u tagħmel ħsara lill-mudelli tan-negozju tagħhom. Fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħhom u l-mezzi u l-kapaċitajiet teknoloġiċi assoċjati mas-servizzi li jipprovdu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting online għandhom responsabbiltajiet soċjetali partikolari biex jipproteġu s-servizzi tagħhom minn użu ħażin mit-terroristi u jgħinu biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku disseminat permezz tas-servizzi online tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-importanza fundamentali tal-libertà ta’ espressjoni, inkluża l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat f’soċjetà miftuħa u demokratika.

(6)

L-isforzi fil-livell tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kontenut terroristiku online bdew fl-2015 permezz ta’ qafas ta’ kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting. Dawk l-isforzi jenħtieġ li jkunu kkomplementati b’qafas leġiżlattiv ċar sabiex tkompli titnaqqas l-aċċessibbiltà tal-kontenut terroristiku online u tiġi indirizzata b’mod adegwat problema li qed tevolvi b’mod rapidu. Il-qafas leġiżlattiv għandu l-għan li jibni fuq l-isforzi volontarji, li ġew imsaħħa bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 (3), u jwieġeb għall-appelli li saru mill-Parlament Ewropew biex jissaħħu l-miżuri għall-indirizzar tal-kontenut online li huwa illegali u dannuż f’konformità mal-qafas orizzontali stabbilit bid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif ukoll mill-Kunsill Ewropew, biex jittejbu s-sejbien u t-tneħħija ta’ kontenut online li jinstiga atti terroristiċi.

(7)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE. B’mod partikolari, kwalunkwe miżura meħuda minn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting f’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża kwalunkwe miżura speċifika, ma għandhiex minnha nnifisha twassal biex dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jitlef il-benefiċċju tal-eżenzjoni mir-responsabbiltà previst f’dik id-Direttiva. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva għal eżenzjoni mir-responsabbiltà ma jkunux sodisfatti.

(8)

F’każ ta’ konflitt bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw is-servizzi tal-media awdjoviżiva kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, jenħtieġ li tkun id-Direttiva 2010/13/UE li tipprevali. Dan jenħtieġ li ma jaffettwax l-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pjattaformi ta’ video-sharing.

(9)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi r-regoli biex jiġi indirizzat l-użu ħażin tas-servizzi ta’ hosting għall-fini tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online sabiex ikun garantit il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jirrispettaw b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali protetti fl-Unjoni u, b’mod partikolari, dawk garantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”).

(10)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika filwaqt li jistabbilixxi salvagwardji xierqa u robusti biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tar-rispett għall-ħajja privata, għal protezzjoni tad-data personali, għal-libertà ta’ espressjoni, inklużi l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, il-libertà ta’ intrapriża, u d-dritt għal rimedju effettiv. Barra minn hekk, hija projbita kwalunkwe diskriminazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jadottaw biss miżuri li huma meħtieġa, xierqa u proporzjonati f’soċjetà demokratika, b’kont meħud tal-importanza partikolari mogħtija lil-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-media, li jikkostitwixxu l-pedamenti essenzjali ta’ soċjetà pluralista u demokratika u huma l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Jenħtieġ li l-miżuri li jaffettwaw il-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni jkunu strettament immirati biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online, filwaqt li jibqa’ rispettat id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni legalment, b’kont meħud tar-rwol ċentrali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting biex jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u t-twassil ta’ fatti, opinjonijiet u ideat skont il-liġi. Il-miżuri online effettivi biex jindirizzaw il-kontenut terroristiku online u l-protezzjoni tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni mhumiex għanijiet konfliġġenti, iżda huma għanijiet komplementari u li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku.

(11)

Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar l-azzjonijiet li għandhom jieħdu kemm il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi definizzjoni ta’ ‘kontenut terroristiku’ għal finijiet preventivi, konsistenti mad-definizzjonijiet ta’ reati terroristiċi taħt id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Minħabba l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-propaganda terroristika online l-aktar dannuża, jenħtieġ li dik id-definizzjoni tkopri materjal li jinstiga jew jissolleċita minn xi ħadd it-twettiq, jew il-kontribuzzjoni għat-twettiq, ta’ reati terroristiċi, jew jissolleċita minn xi ħadd il-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku, jew jigglorifika attivitajiet terroristiċi inkluż bid-disseminazzjoni ta’ materjal li juri attakk terroristiku. Jenħtieġ li d-definizzjoni tinkludi wkoll materjal li jipprovdi istruzzjoni għall-manifattura jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew sustanzi tossiċi jew perikolużi, kif ukoll sustanzi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN, chemical, biological, radiological, nuclear), jew dwar metodi u tekniki speċifiċi oħra, inkluża l-għażla ta’ miri, għall-fini tat-twettiq, jew il-kontribuzzjoni għat-twettiq, ta’ reati terroristiċi. Tali materjal jinkludi testi, immaġnijiet, reġistrazzjonijiet awdjo u filmati, kif ukoll trażmissjonijiet diretti ta’ reati terroristiċi, li jikkawża l-periklu li jitwettqu aktar reati bħal dawn. Meta jiġi vvalutat jekk il-materjal jikkostitwixxix kontenut terroristiku fis-sens ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jieħdu kont ta’ fatturi bħan-natura u l-formulazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet, il-kuntest li fih ikunu saru d-dikjarazzjonijiet u l-potenzjal tagħhom li jwasslu għal konsegwenzi dannużi fir-rigward tas-sigurtà u s-sikurezza tal-persuni. Jenħtieġ li l-fatt li l-materjal kien prodott minn, ikun attribwibbli għal, jew disseminat f’isem, persuna, grupp jew entità inklużi fil-lista tal-Unjon ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi u suġġetti għal miżuri restrittivi jikkostitwixxi fattur importanti fil-valutazzjoni.

(12)

Jenħtieġ li materjal disseminat għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi, artistiċi jew ta’ riċerka, jew għal finijiet ta’ sensibilizzazzjoni kontra attività terroristika, ma jkunx ikkunsidrat bħala kontenut terroristiku. Meta jiġi ddeterminat jekk l-materjal ipprovdut minn fornitur ta’ kontenut jikkostitwixxix “kontenut terroristiku” kif definit f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqies b’mod partikolari d-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-arti u x-xjenzi. Speċjalment f’każijiet fejn il-fornitur ta’ kontenut ikollu responsabbiltà editorjali, kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tneħħija tal-materjal disseminat jenħtieġ li tqis l-istandards ġurnalistiċi stabbiliti mir-regolamentazzjoni tal-istampa jew tal-media f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-espressjoni ta’ fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi ma titqiesx bħala kontenut terroristiku.

(13)

Sabiex tiġi indirizzata b’mod effettiv id-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għall-ħajja privata tal-individwi, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà ta’ informazzjoni li jaħżnu u jiddisseminaw lill-pubbliku informazzjoni u materjal ipprovduti minn utent tas-servizz fuq talba, irrispettivament minn jekk il-ħżin u d-disseminazzjoni lill-pubbliku ta’ tali informazzjoni u materjal humiex ta’ natura sempliċiment teknika, awtomatika u passiva. Il-kunċett ta’ “ħżin” jenħtieġ li jinftiehem bħala ż-żamma ta’ data fil-memorja ta’ server fiżiku jew virtwali. Jenħtieġ għalhekk li l-fornituri ta’ servizzi ta’ “sempliċi kondutturi” jew ta’ “caching”, kif ukoll ta’ servizzi oħra pprovduti f’saffi oħra tal-infrastruttura tal-Internet, li ma jinvolvux ħżin, bħal reġistri u reġistraturi, kif ukoll fornituri ta’ sistemi tal-ismijiet tad-dominji (DNS), servizzi ta’ pagament jew ta’ attakk distribwit li jwaqqaf is-servizz (DdoS) jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14)

Il-kunċett ta’ “disseminazzjoni lill-pubbliku” jenħtieġ li jinkludi t-tqegħid ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ għadd potenzjalment illimitat ta’ persuni, jiġifieri li l-informazzjoni ssir faċilment aċċessibbli għall-utenti b’mod ġenerali, mingħajr ma tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-fornitur ta’ kontenut, irrispettivament minn jekk dawk il-persuni effettivament jaċċessawx l-informazzjoni inkwistjoni. Għaldaqstant, fejn l-aċċess għall-informazzjoni jirrikjedi reġistrazzjoni jew ammissjoni għal grupp ta’ utenti, jenħtieġ li dik l-informazzjoni titqies li hija disseminata lill-pubbliku biss meta l-utenti li jfittxu li jaċċessaw l-informazzjoni huma awtomatikament reġistrati jew ammessi mingħajr deċiżjoni jew għażla mill-bniedem dwar lil min jingħata l-aċċess. Jenħtieġ li s-servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali, kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), bħal emails jew servizzi ta’ messaġġi privati, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-informazzjoni jenħtieġ li titqies bħala maħżuna u disseminata lill-pubbliku fis-sens ta’ dan ir-Regolament biss fejn tali attivitajiet jitwettqu fuq talba diretta tal-fornitur ta’ kontenut. Konsegwentement, il-fornituri ta’ servizzi, bħall-infrastruttura tal-cloud, li jiġu pprovduti fuq talba ta’ partijiet oħra għajr il-fornituri ta’ kontenut u li jkunu ta’ benefiċċju għal dawn tal-aħħar indirettament biss, jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri, pereżempju, il-fornituri ta’ media soċjali, filmati, servizzi ta’ kondiviżjoni ta’ immaġni u awdjo, kif ukoll servizzi tal-kondiviżjoni ta’ fajls u servizzi oħra tal-cloud, sa fejn dawk is-servizzi jintużaw biex jagħmlu l-informazzjoni maħżuna disponibbli għall-pubbliku fuq talba diretta tal-fornitur ta’ kontenut. Fejn fornitur ta’ servizz ta’ hosting joffri diversi servizzi, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

(15)

Spiss jiġi disseminat kontenut terroristiku lill-pubbliku permezz ta’ servizzi ta’ hosting ipprovduti minn fornituri ta’ servizzi stabbiliti f’pajjiżi terzi. Sabiex jiġu protetti l-utenti fl-Unjoni u jiġi żgurat li l-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ hosting li joperaw fis-suq uniku diġitali jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-fornituri kollha ta’ servizzi rilevanti offruti fl-Unjoni, irrispettivament mill-pajjiż tal-istabbiliment prinċipali tagħhom. Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jenħtieġ li jitqies bħala wieħed li joffri servizzi fl-Unjoni jekk huwa jippermetti lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar jużaw is-servizzi tiegħu u jkollu konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri.

(16)

Jenħtieġ li jkun hemm konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu stabbiliment fl-Unjoni, fejn is-servizzi tiegħu jkunu użati minn għadd sinifikanti ta’ utenti fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew fejn l-attivitajiet tiegħu jkunu mmirati lejn Stat Membru wieħed jew aktar. L-immirar ta’ attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar jenħtieġ li jiġi ddeterminat abbażi taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fatturi bħall-użu ta’ lingwa jew ta’ munita li ġeneralment jintużaw fl-Istat Membru kkonċernat, jew il-possibbiltà li jiġu ordnati prodotti jew servizzi minn tali Stat Membru. Tali immirar jista’ jirriżulta wkoll mid-disponibbiltà ta’ applikazzjoni fil-ħażna nazzjonali rilevanti ta’ applikazzjonijiet, jew mill-fornitura ta’ riklamar lokali jew riklamar f’lingwa ġeneralment użata fl-Istat Membru kkonċernat, jew mill-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti pereżempju bl-għoti ta’ servizz lill-klijenti f’lingwa ġeneralment użata f’dak l-Istat Membru. Jenħtieġ ukoll li tiġi preżunta konnessjoni sostanzjali fejn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar kif stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Jenħtieġ li s-sempliċi aċċessibbiltà ta’ website ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, ta’ indirizz elettroniku jew ta’ dettalji oħrajn ta’ kuntatt fi Stat Membru wieħed jew aktar, ikkunsidrati waħedhom, ma tkunx suffiċjenti biex tikkostitwixxi konnessjoni sostanzjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-forniment ta’ servizz sempliċiment għall-fini ta’ konformità mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) ma jitqiesx, fuq dik il-bażi biss, bħala li jikkostitwixxi konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni.

(17)

Il-proċedura u l-obbligi li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ tneħħija li jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kontenut terroristiku, wara valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jiġu armonizzati. Minħabba l-veloċità li biha jiġi disseminat il-kontenut terroristiku bejn is-servizzi online, jenħtieġ li jiġi impost obbligu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting biex jiżguraw li l-kontenut terroristiku identifikat fl-ordni ta’ tneħħija jitneħħa jew li l-aċċess għalih jiġi diżattivat fl-Istati Membri kollha fi żmien siegħa minn meta tasal l-ordni ta’ tneħħija. Ħlief f’każijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tipprovdi lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting b’informazzjoni dwar il-proċeduri u l-iskadenzi applikabbli tal-inqas minn 12-il siegħa qabel ma toħroġ għall-ewwel darba ordni ta’ tneħħija lil dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting. Ikunu jseħħu każijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati fejn it-tneħħija ta’, jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal, kontenut terroristiku li jsiru tard aktar minn siegħa wara l-wasla tal-ordni ta’ tneħħija jirriżultaw f’dannu serju, bħal f’sitwazzjonijiet ta’ theddida imminenti għall-ħajja jew l-integrità fiżika ta’ persuna, jew meta tali kontenut juri avvenimenti kurrenti li jirriżultaw f’dannu għall-ħajja jew l-integrità fiżika ta’ persuna. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-każijiet jikkostitwux każijiet ta’ emerġenza u jekk debitament jiġġustifikawx id-deċiżjoni tagħha fl-ordni ta’ tneħħija. Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ordnijiet ta’ tneħħija fi żmien siegħa minn meta tasallu, għal raġunijiet ta’ force majeure jew impossibbiltà de facto, inklużi raġunijiet ta’ natura teknika jew operattiva li jkunu oġġettivament ġustifikabbli, jenħtieġ li huwa jinforma lill-awtorità kompetenti emittenti kemm jista’ jkun malajr u jikkonforma mal-ordni ta’ tneħħija hekk kif is-sitwazzjoni tiġi riżolta.

(18)

L-ordni ta’ tneħħija jenħtieġ li tinkludi dikjarazzjoni tar-raġunijiet li tikkwalifika l-materjal li jkun meħtieġ jitneħħa jew li għalih l-aċċess ikun meħtieġ li jiġi diżattivat bħala kontenut terroristiku u tipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex dak il-kontenut jiġi lokalizzat, billi tindika l-URL preċiż u, fejn meħtieġ, kwalunkwe informazzjoni oħra addizzjonali, bħal screenshot tal-kontenut inkwistjoni. Jenħtieġ li dik id-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u, fl-aħħar nett, lill-fornitur tal-kontenut jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom ta’ rimedju ġuridiku. Jenħtieġ li r-raġunijiet provduti ma jimplikawx id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva li tista’ tipperikola investigazzjonijiet kurrenti.

(19)

Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tippreżenta l-ordni ta’ tneħħija direttament lill-punt ta’ kuntatt maħtur jew stabbilit mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ kwalunkwe mezz elettroniku li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jistabbilixxi l-awtentiċità tal-ordni, inklużi l-akkuratezza tad-data u l-ħin meta hija tintbagħat u tasal, pereżempju permezz ta’ posta elettronika sigura jew pjattaformi jew kanali siguri oħra, inklużi dawk magħmula disponibbli mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit ikun jista’ jiġi ssodisfat bl-użu, inter alia, ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Fejn l-istabbiliment prinċipali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun, jew ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit, fi Stat Membru differenti minn dak tal-awtorità kompetenti emittenti, jenħtieġ li kopja tal-ordni ta’ tneħħija tiġi simultanjament ippreżentata lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

(20)

Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu, jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit li tiskrutinizza l-ordni ta’ tneħħija maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tiddetermina jekk tiksirx serjament jew manifestament dan ir-Regolament jew id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta. Kemm il-fornitur tal-kontenut kif ukoll il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jitolbu tali skrutinju mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit. Fejn issir tali talba, jenħtieġ li dik l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni dwar jekk l-ordni ta’ tneħħija fihiex tali ksur. Fejn dik id-deċiżjoni ssib li sar tali ksur, jenħtieġ li l-ordni ta’ tneħħija ma jibqax ikollha effetti legali. L-iskrutinju jenħtieġ li jsir b’mod rapidu sabiex jiġi żgurat li kontenut li jitneħħa jew li jiġi diżattivat bi żball jerġa’ jiddaħħal malajr kemm jista’ jkun.

(21)

Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jkunu esposti għal kontenut terroristiku jinkludu, fit-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom, dispożizzjonijiet li jindirizzaw l-użu ħażin tas-servizzi tagħhom għall-fini tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku lill-pubbliku. Jenħtieġ li huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’mod diliġenti, trasparenti, proporzjonat u nondiskriminatorju.

(22)

Fid-dawl tal-iskala tal-problema u tal-ħeffa meħtieġa biex jiġi identifikat u jitneħħa b’mod effettiv il-kontenut terroristiku, it-teħid ta’ miżuri speċifiċi, effettivi u proporzjonati, jikkostitwixxi element essenzjali fl-indirizzar ta’ kontenut terroristiku online. Bil-ħsieb li jnaqqsu l-aċċessibbiltà tal-kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting esposti għal kontenut terroristiku jistabbilixxu miżuri speċifiċi b’kont meħud tar-riskji u l-livell ta’ esponiment għal kontenut terroristiku kif ukoll tal-effetti fuq id-drittijiet ta’ partijiet terzi u l-interess pubbliku tal-informazzjoni. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jiddeterminaw liema miżura speċifika adatta, effettiva u proporzjonata jenħtieġ li tiġi stabbilita biex jiġi identifikat u jitneħħa kontenut terroristiku. Miżuri speċifiċi jistgħu jinkludu miżuri jew kapaċitajiet tekniċi jew operattivi adatti bħar-reklutaġġ ta’ persunal jew mezzi tekniċi biex jidentifikaw u jneħħu jew jiddiżattivaw mingħajr dewmien l-aċċess għal kontenut terroristiku, mekkaniżmi għall-utenti biex jirrappurtaw jew jimmarkaw kontenut terroristiku allegat, jew kwalunkwe miżura oħra li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting iqis adatta u effettiva biex tiġi indirizzata d-disponibbiltà ta’ kontenut terroristiku fuq is-servizzi tiegħu.

(23)

Jenħtieġ li, meta jistabbilixxu miżuri speċifiċi, il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jiżguraw li d-dritt tal-utenti għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni kif ukoll għal-libertà u l-pluraliżmu tal-media kif protetti mill-Karta jiġu ppreżervati. Minbarra kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi, inkluż leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jenħtieġ li jaġixxu bid-diliġenza dovuta u jimplimentaw salvagwardji, fejn xieraq, inklużi sorveljanza u verifiki mill-bniedem, biex tiġi evitata kwalunkwe deċiżjoni mhux intenzjonata jew żbaljata li twassal għat-tneħħija ta’, jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal, kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku.

(24)

Jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jirrapporta lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri speċifiċi stabbiliti sabiex dik l-awtorità tkun tista’ tiddetermina jekk il-miżuri humiex effettivi u proporzjonati u jekk, kieku jintużaw il-mezzi awtomatizzati, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollux il-kapaċità meħtieġa għas-sorveljanza u l-verifika mill-bniedem. Fil-valutazzjoni tal-effettività u l-proporzjonalità tal-miżuri, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu l-parametri rilevanti, inklużi l-għadd tal-ordnijiet ta’ tneħħija maħruġa lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, id-daqs u l-kapaċità ekonomika tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u l-impatt tas-servizzi tiegħu fid-disseminazzjoni tal-kontenut terroristiku, pereżempju abbażi tal-għadd ta’ utenti fl-Unjoni, kif ukoll is-salvagwardji stabbiliti biex jiġi indirizzat l-użu ħażin tas-servizzi tiegħu għall-fini tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online.

(25)

Fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-miżuri speċifiċi stabbiliti ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw ir-riskji, jenħtieġ li hija tkun tista’ tirrikjedi li jiġu adottati miżuri speċifiċi addizzjonali li jkunu adatti, effettivi u proporzjonati. Ir-rekwiżit biex jiġu implimentati tali miżuri speċifiċi addizzjonali jenħtieġ li ma jwassalx għal obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ jew għal xi tfittxija attiva ta’ fatti fis-sens tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE u lanqas għal obbligu li jintużaw għodod awtomatizzati. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jkunu jistgħu jużaw għodod awtomatizzati jekk iqisu li dan ikun adatt u meħtieġ biex jindirizzaw b’mod effettiv l-użu ħażin tas-servizzi tagħhom għall-fini tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku.

(26)

L-obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jippreservaw il-kontenut imneħħi u d-data relatata, jenħtieġ li jkun stabbilit għal finijiet speċifiċi u limitati għal perijodu li jkun meħtieġ. Hemm bżonn li r-rekwiżit ta’ preservazzjoni jiġi estiż għad-data relatata fejn kwalunkwe tali data inkella tista’ tintilef bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut terroristiku inkwistjoni. Id-data relatata tista’ tinkludi data bħal ‘data dwar l-abbonati, b’mod partikolari data li tappartjeni għall-identità tal-fornitur tal-kontenut, kif ukoll data dwar l-aċċess, inkluża data dwar id-data u l-ħin tal-użu mill-fornitur tal-kontenut u dwar il-log-in u l-log-off mis-servizz, flimkien mal-indirizz IP allokat mill-fornitur ta’ servizz ta’ aċċess għall-Internet lill-fornitur tal-kontenut.

(27)

L-obbligu li jiġi ppreservat il-kontenut għal proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju huwa meħtieġ u ġustifikat fid-dawl tal-bżonn li jkunu stabbiliti rimedji effettivi għall-fornituri ta’ kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat, kif ukoll biex tiġi żgurata r-reintegrazzjoni ta’ dak il-kontenut, skont l-eżitu ta’ dawk il-proċedimenti. L-obbligu tal-preservazzjoni tal-materjal għal finijiet ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni huwa ġustifikat u meħtieġ fid-dawl tal-valur li l-materjal jista’ jkollu għall-fini tal-interruzzjoni jew prevenzjoni ta’ attività terroristika. Għalhekk, jenħtieġ li l-preservazzjoni, ta’ kontenut terroristiku mneħħi, għal finijiet ta’ prevenzjoni, sejbien, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi titqies bħala ġustifikata wkoll. Jenħtieġ li l-kontenut terroristiku u d-data relatata jinħażnu biss għal perijodu li jkun meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiċċekkjaw il-kontenut terroristiku u jiddeċiedu jekk ikunx meħtieġ għal dawk il-finijiet. Għall-finijiet ta’ prevenzjoni, sejbien, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi, jenħtieġ li l-preservazzjoni meħtieġa tad-data tkun limitata għal data li x’aktarx ikollha rabta ma’ reati terroristiċi, u li għalhekk tista’ tikkontribwixxi għall-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew għall-prevenzjoni ta’ riskji serji għas-sigurtà pubblika. Fejn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ineħħu, jew jiddiżattivaw l-aċċess għal, materjal, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri speċifiċi tagħhom stess, jenħtieġ li huma jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti minnufih dwar il-kontenut li jkun fih informazzjoni li tinvolvi theddida imminenti għall-ħajja jew suspett ta’ reat terroristiku.

(28)

Biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, jenħtieġ li l-perijodu ta’ preservazzjoni jkun limitat għal sitt xhur biex il-fornituri ta’ kontenut ikollhom biżżejjed żmien biex jibdew il-proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju u biex jippermettu l-aċċess lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-data rilevanti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi. Madankollu, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti jew tal-qorti, jenħtieġ li dak il-perijodu jkun jista’ jiġi estiż kemm meħtieġ f’każijiet fejn dawk il-proċedimenti jinbdew iżda ma jiġux iffinalizzati fi żmien dak il-perijodu ta’ sitt xhur. It-tul tal-perijodu ta’ żmien ta’ preservazzjoni jenħtieġ li jkun biżżejjed biex jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jippreservaw il-materjal meħtieġ fir-rigward tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, filwaqt li jiżguraw bilanċ mad-drittijiet fundamentali.

(29)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-garanziji proċedurali jew il-miżuri ta’ investigazzjoni proċedurali relatati mal-aċċess għal kontenut u d-data relatata ppreservati għall-finijiet tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi, kif regolati taħt il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

(30)

It-trasparenza tal-politiki tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting fir-rigward ta’ kontenut terroristiku hija essenzjali biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tagħhom lejn l-utenti tagħhom u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fis-suq uniku diġitali. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jkunu ħadu azzjoni jew intalbu jieħdu azzjoni taħt dan ir-Regolament f’sena kalendarja partikolari jagħmlu disponibbli pubblikament ir-rapporti annwali dwar it-trasparenza li jkun fihom informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’ kontenut terroristiku.

(31)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw rapporti annwali dwar it-trasparenza li jkun fihom informazzjoni dwar l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija, l-għadd ta’ każijiet fejn ma ġietx eżegwita ordni, l-għadd ta’ deċiżjonijiet li kkonċernaw miżuri speċifiċi, l-għadd ta’ każijiet soġġetti għal proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju u l-għadd ta’ deċiżjonijiet li imponew penali.

(32)

Id-dritt għal rimedju effettiv huwa stabbilit fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikolu 47 tal-Karta. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, li tista’ taffettwa b’mod negattiv id-drittijiet ta’ dik il-persuna. Dak id-dritt jenħtieġ li jinkludi, b’mod partikolari, il-possibbiltà li fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u fornituri ta’ kontenut jikkontestaw b’mod effettiv l-ordnijiet ta’ tneħħija jew kwalunkwe deċiżjoni li tirriżulta mill-iskrutinju ta’ ordnijiet ta’ tneħħija skont dan ir-Regolament quddiem qorti tal-Istat Membru li l-awtorita’ kompetenti tiegħu jkunu ħarġu l-ordni ta’ tneħħija jew ħadu d-deċiżjoni, kif ukoll il-possibbiltà li fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jikkontestaw b’mod effettiv deċiżjoni relatata ma’ miżuri speċifiċi jew penali quddiem qorti tal-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun ħadet dik id-deċiżjoni.

(33)

Il-proċeduri tal-ilmenti jikkostitwixxu salvagwardja neċessarja kontra t-tneħħija żbaljata ta’, jew id-diżattivazzjoni żbaljata tal-aċċess għal, kontenut online fejn tali kontenut ikun protett taħt il-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti li jkunu faċli għall-utent u jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati mingħajr dewmien u bi trasparenza sħiħa għall-fornitur ta’ kontenut. Jenħtieġ li r-rekwiżit li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jerġa’ jdaħħal kontenut li tneħħa jew li l-aċċess għalih ġie diżattivat bi żball ma jaffettwax il-possibbiltà għall-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li jinforza t-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu stess.

(34)

Il-protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 19 TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tirrikjedi li l-fornituri ta’ kontenut ikunu jistgħu jikkonstataw ir-raġunijiet li għalihom il-kontenut ipprovdut minnhom ikun tneħħa jew kellu l-aċċess għalih diżattivat. Għal dak il-għan, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornitur ta’ kontenut informazzjoni biex ikun jista’ jikkontesta t-tneħħija jew id-diżattivazzjoni. Skont iċ-ċirkostanzi, il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jistgħu jissostitwixxu kontenut li tneħħa jew li kellu l-aċċess għalih diżattivat b’messaġġ li jindika li l-kontenut tneħħa jew ġie diżattivat skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li, fuq it-talba tal-fornitur ta’ kontenut, tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għat-tneħħija jew għad-diżattivazzjoni kif ukoll ir-rimedji għat-tneħħija jew id-diżattivazzjoni. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, inkluż fil-kuntest ta’ investigazzjoni, ma jkunx xieraq, jew ikun kontro-produttiv, li l-fornitur ta’ kontenut jiġi nnotifikat direttament bit-tneħħija jew id-diżattivazzjoni, jenħtieġ li huma jinfurmaw lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting b’dan.

(35)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet kompetenti. Dan m’għandux neċessarjament jimplika l-istabbiliment ta’ awtorità ġdida u jenħtieġ li jkun possibbli li korp eżistenti jiġi inkarigat bil-funzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrikjedi li jinħatru awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ tneħħija, għall-iskrutinju ta’ ordnijiet ta’ tneħħija, għas-superviżjoni ta’ miżuri speċifiċi u għall-impożizzjoni ta’ penali, filwaqt li jenħtieġ li jkun possibbli għal kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar l-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti li għandhom jinħatru u jekk ikunux amministrattivi, tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju u li ma jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe korp ieħor fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti taħt dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ma jipprevjenix superviżjoni f’konformità mad-dritt kostituzzjonali nazzjonali. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw l-awtoritajiet kompetenti maħtura taħt dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tippubblika online reġistru li jelenka l-awtoritajiet kompetenti. Dak ir-reġistru online jenħtieġ li jkun aċċessibbli faċilment biex jiffaċilita l-verifika rapida tal-awtentiċità tal-ordnijiet ta’ tneħħija mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting.

(36)

Sabiex jevitaw duplikazzjoni ta’ sforzi u interferenzi potenzjali fl-investigazzjonijiet u biex jimminimizzaw il-piż għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting affettwati, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw informazzjoni, jikkoordinaw u jikkooperaw ma’ xulxin u, fejn xieraq, mal-Europol, qabel ma joħorġu ordnijiet ta’ tneħħija. Meta tieħu deċiżjoni jekk toħroġx ordni ta’ tneħħija, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tikkunsidra b’mod debitu kwalunkwe notifika ta’ interferenza ma’ xi interess investigattiv (de-confliction). Fejn awtorità kompetenti tiġi infurmata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’ordni ta’ tneħħija eżistenti, jenħtieġ li hija ma toħroġx ordni ta’ tneħħija li tikkonċerna l-istess suġġett. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Europol tista’ tipprovdi appoġġ skont il-mandat attwali tagħha u l-qafas legali eżistenti.

(37)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u koerenti biżżejjed tal-miżuri speċifiċi meħuda mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw u jikkooperaw ma’ xulxin fir-rigward tal-iskambji li jkollhom mal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting dwar l-ordnijiet ta’ tneħħija u dwar l-identifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni ta’ miżuri speċifiċi. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni huma meħtieġa wkoll fir-rigward ta’ miżuri oħrajn li jimplimentaw dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regoli dwar penali u l-impożizzjoni ta’ penali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita tali koordinazzjoni u kooperazzjoni.

(38)

Huwa essenzjali li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-impożizzjoni ta’ penali tkun infurmata b’mod sħiħ bil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ tneħħija u skambji sussegwenti bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stati Membri oħra. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw mezzi u mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni xierqa u siguri li jippermettu l-kondiviżjoni f’waqtha ta’ informazzjoni rilevanti.

(39)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambji rapidi bejn l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ sforzi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu mħeġġa jużaw l-għodod dedikati żviluppati mill-Europol, bħall-applikazzjoni attwali tal-Ġestjoni ta’ Indikazzjoni ta’ Kontenut fuq l-Internet jew is-suċċessuri tagħha.

(40)

L-indikazzjonijiet ta’ kontenut mill-Istati Membri u mill-Europol urew li huma mezz effettiv u rapidu biex jiżdied l-għarfien tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting dwar kontenut speċifiku li jkun disponibbli permezz tas-servizzi tagħhom u biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni rapida. Jenħtieġ li tali indikazzjonijiet ta’ kontenut, li huma mekkaniżmu ta’ twissija lill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting dwar informazzjoni li tista’ titqies bħala kontenut terroristiku biex il-fornitur ikun jista’ jqis volontarjament jekk dak il-kontenut huwiex kompatibbli mat-termini u l-kondizzjonijiet proprji tiegħu, jibqgħu disponibbli flimkien mal-ordnijiet ta’ tneħħija. Id-deċiżjoni finali dwar jekk għandux jitneħħa l-kontenut minħabba li ma jkunx kompatibbli mat-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu tibqa’ f’idejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-mandat tal-Europol kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Għalhekk, jenħtieġ li xejn f’dan ir-Regolament ma jinftiehem bħala li jipprekludi lill-Istati Membri u lill-Europol milli jużaw l-indikazzjonijiet ta’ kontenut bħala strument biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku online.

(41)

Minħabba l-konsegwenzi serji partikolari ta’ ċertu kontenut terroristiku online, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti jew fejn ikollhom rappreżentant legali dwar kontenut terroristiku li jinvolvi theddida imminenti għall-ħajja jew suspett ta’ reat terroristiku. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, jenħtieġ li dak l-obbligu jkun limitat għal reati terroristiċi kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541. Jenħtieġ li dak l-obbligu li jinfurmaw ma jimplikax obbligu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jfittxu b’mod attiv xi evidenza ta’ theddida imminenti għall-ħajja jew ta’ reat terroristiku suspettat. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jinftiehem li jkun l-Istat Membru li jkollu ġuriżdizzjoni fuq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ dawk ir-reati terroristiċi abbażi tan-nazzjonalità tat-trasgressur jew tal-vittma potenzjali tar-reat jew tal-post fil-mira tal-att terroristiku. F’każ ta’ dubju, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jippreżentaw l-informazzjoni lill-Europol, li jenħtieġ li tipprovdi l-azzjoni rilevanti ta’ segwitu skont il-mandat tagħha, inkluż billi tgħaddi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw tali informazzjoni biex jieħdu miżuri investigattivi li jkunu disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt dik nazzjonali.

(42)

Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jaħtru jew jistabbilixxu punti ta’ kuntatt biex jiffaċilitaw it-trattament mingħajr dewmien tal-ordnijiet ta’ tneħħija. Il-punt ta’ kuntatt jenħtieġ li jservi biss għal finijiet operazzjonali. Jenħtieġ li l-punt ta’ kuntatt ikun jikkonsisti minn kwalunkwe mezz iddedikat, intern jew estern, li jippermetti s-sottomissjoni elettronika ta’ ordnijiet ta’ tneħħija u ta’ mezzi tekniċi jew personali li jippermettu l-ipproċessar mingħajr dewmien tagħhom. Ma huwiex neċessarju li l-punt ta’ kuntatt ikun jinsab fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun liberu li juża punt ta’ kuntatt eżistenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dment li l-punt ta’ kuntatt ikun jista’ jissodisfa l-funzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-kontenut terroristiku jitneħħa jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tasal l-ordni ta’ tneħħija, jenħtieġ li l-punt ta’ kuntatt tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jkunu esposti għal kontenut terroristiku jkun aċċessibbli fi kwalunkwe mument. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-punt ta’ kuntatt tinkludi informazzjoni dwar il-lingwa li biha huwa jista’ jiġi indirizzat. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting huma mħeġġa jippermettu komunikazzjoni b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li biha jkunu disponibbli t-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom.

(43)

Fin-nuqqas ta’ rekwiżit ġenerali biex il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju tal-Unjoni, hemm bżonn tiġi żgurata ċarezza dwar liema Stat Membru għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li joffri servizzi fi ħdan l-Unjoni. Bħala regola ġenerali, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kompetenza stabbiliti għall-fini ta’ ordnijiet ta’ tneħħija u deċiżjonijiet li jirriżultaw mill-iskrutinju ta’ ordnijiet ta’ tneħħija skont dan ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li ma jkollu ebda stabbiliment fl-Unjoni u li ma jkunx ħatar rappreżentant legali, jenħtieġ li kwalunkwe Stat Membru jkollu ġurisdizzjoni u għalhekk ikun jista’ jimponi penali, dment li l-prinċipju ta’ ne bis in idem jiġi rispettat.

(44)

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni jenħtieġ li jaħtru bil-miktub rappreżentant legali sabiex jiżguraw il-konformità ma’, u l-infurzar ta’, l-obbligi taħt dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jaħtru, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, rappreżentant legali li jkun diġà maħtur għal skopijiet oħrajn, dment li dak ir-rappreżentant legali jkun kapaċi jissodisfa l-funzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-rappreżentant legali jkun awtorizzat li jaġixxi f’isem il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting.

(45)

Il-penali huma meħtieġa biex tkun żgurata l-implimentazzjoni, b’mod effettiv, ta’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting. Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw regoli dwar il-penali, li jistgħu jkunu ta’ natura amministrattiva jew kriminali, kif ukoll, fejn xieraq, linji gwida dwar il-multi. In-nuqqas ta’ konformità f’każijiet individwali jista’ jiġi soġġett għal penali filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ ne bis in idem u tal-proporzjonalità u jiġi żgurat li tali penali jieħdu kont ta’ falliment sistematiku. Il-penali jistgħu jieħdu forom differenti, inklużi twissijiet formali f’każijiet ta’ ksur minuri jew penali finanzjarji fir-rigward ta’ ksur aktar serju jew sistematiku. Jenħtieġ li jiġu imposti penali partikolarment severi f’każ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jonqos sistematikament jew persistentement milli jneħħi kontenut terroristiku jew milli jiddiżattiva l-aċċess għalih fi żmien siegħa mill-wasla ta’ ordni ta’ tneħħija. Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi liema tipi ta’ ksur ikunu soġġetti għal penali u liema ċirkostanzi huma rilevanti għall-valutazzjoni tat-tip u l-livell ta’ tali penali. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk għandhomx ikunu imposti penali finanzjarji, jenħtieġ li debitament jitqiesu r-riżorsi finanzjarji tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tqis jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting huwiex negozju ġdid jew impriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (12). Għandhom jitqiesu wkoll ċirkostanzi addizzjonali, bħal jekk l-imġiba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kinitx oġġettivament imprudenti jew kundannabbli jew jekk il-ksur twettaqx b’negliġenza jew intenzjonalment. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-penali imposti għall-ksur ta’ dan ir-Regolament ma jħeġġux it-tneħħija ta’ materjal li ma jkunx kontenut terroristiku.

(46)

L-użu ta’ mudelli standardizzati jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, li jippermettilhom jikkomunikaw b’mod aktar rapidu u effettiv. Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata azzjoni mingħajr dewmien meta tasal ordni ta’ tneħħija. Il-mudelli jnaqqsu l-ispejjeż tat-traduzzjoni u jikkontribwixxu għal standard ogħla tal-proċess. Il-mudelli għall-feedback jippermettu skambju standardizzat ta’ informazzjoni u huma partikolarment importanti fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunux jistgħu jikkonformaw ma’ ordnijiet ta’ tneħħija. Mezzi awtentikati ta’ preżentazzjoni jistgħu jiggarantixxu l-awtentiċità tal-ordni ta’ tkeċċija, inklużi l-akkuratezza tad-data u l-ħin meta l-ordni ntbagħtet u meta tasal.

(47)

Sabiex tkun possibbli emenda rapida, fejn din tkun meħtieġa, tal-kontenut tal-mudelli li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-annessi ma’ dan ir-Regolament. Sabiex ikun jista’ jittieħed kont tal-iżvilupp tat-teknoloġija u tal-qafas legali relatat, jenħtieġ li l-Kummissjoni wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b’rekwiżiti tekniċi għal mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għat-trażmissjoni ta’ ordnijiet ta’ tkeċċija. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(48)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jużaw ir-rapporti ta’ trasparenza tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u li jikkomplementawhom, fejn meħtieġ, b’aktar informazzjoni dettaljata, bħar-rapporti tagħhom stess ta’ trasparenza skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġi stabbilit programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament sabiex jitqiesu f’evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(49)

Abbażi tas-sejbiet u l-konklużjonijiet fir-rapport ta’ implimentazzjoni u l-eżitu tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-kriterji ta’ effiċjenza, neċessità, effettività, proporzjonalità, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-Unjoni. Jenħtieġ li tivvaluta l-funzjonament ta’ miżuri operazzjonali u tekniċi differenti previsti minn dan ir-Regolament, inkluża l-effettività ta’ miżuri għat-titjib fis-sejbien, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’ kontenut terroristiku online, l-effettività ta’ mekkaniżmi ta’ salvagwardja kif ukoll l-impatti fuq drittijiet fundamentali potenzjalment affettwati, bħal-libertà ta’ espressjoni u tal-informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll l-impatt fuq l-interessi, li jkunu potenzjalment affettwati, ta’ partijiet terzi.

(50)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali billi jindirizza d-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jindirizzaw l-użu ħażin ta’ servizzi ta’ hosting għad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online lill-pubbliku, b’mod partikolari dwar:

(a)

obbligi ta’ diliġenza raġonevoli u proporzjonati li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting bil-għan li jindirizzaw id-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku lill-pubbliku permezz tas-servizzi tagħhom u jiżguraw, fejn meħtieġ, it-tneħħija ta’, jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal, tali kontenut mingħajr dewmien;

(b)

il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u soġġetti għal salvagwardji adatti għad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni f’soċjetà miftuħa u demokratika, biex:

(i)

jidentifikaw u jiżguraw it-tneħħija mingħajr dewmien ta’ kontenut terroristiku minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting; u

(ii)

jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri oħra, fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u, fejn xieraq, il-Europol.

2.   Dan ir-Regolament japplika għal fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li joffru servizzi fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment prinċipali tagħhom, sa fejn huma jiddisseminaw informazzjoni lill-pubbliku.

3.   Il-materjal disseminat lill-pubbliku għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi, artistiċi jew ta’ riċerka jew għal finijiet tal-prevenzjoni jew tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż il-materjal li jirrappreżenta espressjoni ta’ fehmiet polemiċi jew kontroversjali matul dibattitu pubbliku, ma għandux jitqies bħala kontenut terroristiku. Għandha ssir valutazzjoni li tiddetermina l-fini veru ta’ dik id-disseminazzjoni u jekk il-materjal huwiex disseminat lill-pubbliku għal dawk il-finijiet.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6 TUE u għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipji fundamentali relattivi għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media.

5.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2000/31/KE u 2010/13/UE. Għas-servizzi tal-media awdjoviżiva kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, għandha tipprevali d-Direttiva 2010/13/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“fornitur ta’ servizzi ta’ hosting” tfisser fornitur ta’ servizzi kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), li jikkonsistu mill-ħżin ta’ informazzjoni pprovduta minn, u fuq talba ta’, fornitur ta’ kontenut;

(2)

“fornitur ta’ kontenut” tfisser utent li pprovda informazzjoni li tkun, jew li kienet, maħżuna u disseminata lill-pubbliku minn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;

(3)

“disseminazzjoni lill-pubbliku” tfisser attività li tagħmel informazzjoni disponibbli, fuq talba ta’ fornitur ta’ kontenut, lil numru potenzjalment illimitat ta’ persuni;

(4)

“offerta ta’ servizzi fl-Unjoni” tfisser il-possibbiltà mogħtija lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar li jużaw is-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li jkollu konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru jew ma’ dawk l-Istati Membri;

(5)

“konnessjoni sostanzjali” tfisser il-konnessjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma’ Stat Membru wieħed jew aktar li tirriżulta jew mill-istabbiliment tiegħu fl-Unjoni jew minn kriterji fattwali speċifiċi, bħal:

(a)

meta jkollu għadd sinifikanti ta’ utenti tas-servizzi tiegħu fi Stat Membru wieħed jew aktar; jew

(b)

meta jimmira l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar;

(6)

“reati terroristiċi” tfisser reati kif definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(7)

“kontenut terroristiku” tfisser wieħed jew aktar mit-tipi li ġejjin ta’ materjal, jiġifieri materjal li:

(a)

jinstiga t-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, fejn tali materjal, direttament jew indirettament, bħal permezz tal-glorifikazzjoni ta’ atti terroristiċi, jiddifendi t-twettiq ta’ reati terroristiċi, u b’hekk jikkawża l-periklu li xi wieħed jew aktar minn tali reati jitwettqu;

(b)

jissolleċita persuna jew grupp ta’ persuni biex iwettqu, jew jikkontribwixxu għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(c)

jissolleċita persuna jew grupp ta’ persuni biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(d)

jagħti istruzzjoni dwar il-produzzjoni jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew ta’ sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jingħata kontribut għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati terroristiċi msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(e)

jikkostitwixxi theddida ta’ twettiq ta’ wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(8)

“termini u kondizzjonijiet” tfisser it-termini, kondizzjonijiet u klawżoli kollha, irrispettivament mill-isem jew mill-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u l-utenti tiegħu;

(9)

“stabbiliment prinċipali” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li fih jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operazzjonali.

TAQSIMA II

MIŻURI LI JINDIRIZZAW ID-DISSEMINAZZJONI TA’ KONTENUT TERRORISTIKU ONLINE

Artikolu 3

Ordnijiet ta’ tneħħija

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandu jkollha s-setgħa li toħroġ ordni ta’ tneħħija li tirrikjedi lill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut terroristiku fl-Istati Membri kollha.

2.   Fejn awtorità kompetenti ma tkunx ħarġet preċedentement ordni ta’ tneħħija lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, hija għandha tipprovdi lil dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting informazzjoni dwar il-proċeduri applikabbli u l-iskadenzi applikabbli, tal-inqas 12-il siegħa qabel ma toħroġ l-ordni ta’ tneħħija.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika f’każijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut terroristiku fl-Istati Membri kollha mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien siegħa minn meta jirċievu l-ordni ta’ tneħħija.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ordnijiet ta’ tneħħija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness I. L-ordnijiet ta’ tneħħija għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)

dettalji ta’ identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta’ tneħħija u awtentikazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija minn dik l-awtorità kompetenti;

(b)

dikjarazzjoni suffiċjentement dettaljata tar-raġunijiet li tispjega għaliex il-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku, u referenza għat-tip rilevanti ta’ materjal imsemmi fil-punt (7) tal-Artikolu 2;

(c)

lokatur uniformi tar-riżorsi (URL, uniform resource locator) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali għall-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku;

(d)

referenza għal dan ir-Regolament bħala l-bażi ġuridika għall-ordni ta’ tneħħija;

(e)

id-data, it-timbru tal-ħin u l-firma elettronika tal-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta’ tneħħija;

(f)

informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar ir-rimedju disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u għall-fornitur ta’ kontenut, inkluża informazzjoni dwar ir-rimedju mill-awtorità kompetenti, dwar azzjoni quddiem qorti, kif ukoll dwar l-iskadenzi għal appell;

(g)

fejn ikun neċessarju u proporzjonat, id-deċiżjoni, taħt l-Artikolu 11(3), li ma tiġix żvelata informazzjoni dwar it-tneħħija ta’, jew diżattivazzjoni tal-aċċess għal, kontenut terroristiku.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tindirizza l-ordni ta’ tneħħija lill-istabbiliment prinċipali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jew lir-rappreżentant legali tiegħu maħtur skont l-Artikolu 17.

Dik l-awtorità kompetenti għandha tibgħat l-ordni ta’ tneħħija lill-punt ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 15(1) b’mezz elettroniku li jkun kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita l-awtentikazzjoni tal-mittent, inkluża l-akkuratezza tad-data u l-ħin meta ntbagħtet u meta tasal l-ordni.

6.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità kompetenti, billi juża l-mudell li jinsab fl-Anness II, dwar it-tneħħija tal-kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut terroristiku fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jindika, b’mod partikolari, il-ħin ta’ dik it-tneħħija jew ta’ dik id-diżattivazzjoni.

7.   Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ordni ta’ tneħħija għal raġunijiet ta’ force majeure jew ta’ impossibbiltà de facto li ma jkunux attribwibbli lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, inkluż għal raġunijiet tekniċi jew operazzjonali oġġettivament ġustifikabbli, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija dwar dawk ir-raġunijiet, billi juża l-mudell li jinsab fl-Anness III.

L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3 għandha tibda tiddekorri hekk kif ir-raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma jkunux jeżistu iżjed.

8.   Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ordni ta’ tneħħija minħabba li jkun hemm fiha żbalji evidenti jew ma jkunx hemm fiha biżżejjed informazzjoni biex tiġi eżegwita, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija u jitlob il-kjarifika meħtieġa, billi juża l-mudell li jinsab fl-Anness III.

L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3 għandha tibda tiddekorri hekk kif il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun irċieva l-kjarifika meħtieġa.

9.   Ordni ta’ tneħħija għandha ssir finali malli tiskadi l-iskadenza għal appell fejn ma jkun ġie mressaq ebda appell skont il-liġi nazzjonali jew malli tiġi kkonfermata wara appell.

Malli l-ordni ta’ tneħħija ssir finali, l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta’ tneħħija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit b’dak il-fatt.

Artikolu 4

Proċedura għal ordnijiet ta’ tneħħija transfruntiera

1.   Soġġett għall-Artikolu 3, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkollux l-istabbiliment prinċipali jew ir-rappreżentant legali tiegħu fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija, dik l-awtorità għandha, simultanjament, tippreżenta kopja tal-ordni ta’ tneħħija lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit.

2.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jirċievi ordni ta’ tneħħija kif imsemmi f’dan l-Artikolu, huwa għandu jieħu l-miżuri previsti fl-Artikolu 3 u jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun jista’ jerġa’ jdaħħal il-kontenut jew jerġa’ jippermetti l-aċċess għalih, f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess, fi żmien 72 siegħa minn meta tirċievi l-kopja tal-ordni ta’ tneħħija skont il-paragrafu 1, tiskrutinizza l-ordni ta’ tneħħija biex tiddetermina jekk din tiksirx serjament jew manifestament dan ir-Regolament jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ggarantiti mill-Karta.

Fejn issib li hemm ksur, hija għandha, fl-istess żmien, tadotta deċiżjoni motivata f’dak is-sens.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u l-fornituri ta’ kontenut għandhom id-dritt li jippreżentaw, fi żmien 48 siegħa minn meta jirċievu ordni ta’ tneħħija jew informazzjoni skont l-Artikolu 11(2), talba motivata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit biex tiskrutinizza l-ordni ta’ tneħħija kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 72 siegħa minn meta tirċievi t-talba, tadotta deċiżjoni motivata wara l-iskrutinju minnha tal-ordni ta’ tneħħija, li tistabbilixxi s-sejbiet tagħha dwar jekk hemmx ksur.

5.   L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma tadotta deċiżjoni skont t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 jew deċiżjoni li tiddetermina li hemm ksur taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, tinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni u bir-raġunijiet tagħha għal dan.

6.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit tadotta deċiżjoni motivata taħt il-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, lill-fornitur ta’ kontenut li talab l-iskrutinju taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u, f’konformità mal-Artikolu 14, lill-Europol. Fejn id-deċiżjoni ssib ksur taħt il-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, l-ordni ta’ tneħħija ma jibqax ikollha effetti legali.

7.   Malli jirċievi deċiżjoni li tiddetermina li hemm ksur ikkomunikata f’konformità mal-paragrafu 6, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikkonċernat għandu immedjatament jerġa’ jdaħħal il-kontenut jew jerġa’ jippermetti l-aċċess għalih, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu infurzati t-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali.

Artikolu 5

Miżuri speċifiċi

1.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting espost għal kontenut terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandu, fejn applikabbli, jinkludi fit-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu, u japplika, dispożizzjonijiet biex jindirizza l-użu ħażin tas-servizzi tiegħu għall-fini tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku lill-pubbliku.

Dan għandu jagħmlu b’mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju, b’kunsiderazzjoni debita, f’kull ċirkostanza, għad-drittijiet fundamentali tal-utenti u b’kont meħud, partikolarment, tal-importanza fundamentali tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni f’soċjetà miftuħa u demokratika, bil-ħsieb li tkun evitata t-tneħħija ta’ materjal li ma jkunx kontenut terroristiku.

2.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li jkun espost għal kontenut terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 4, għandu jieħu miżuri speċifiċi biex jipproteġi s-servizzi tiegħu mid-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku lill-pubbliku.

Id-deċiżjoni dwar l-għażla tal-miżuri speċifiċi għandha tibqa’ f’idejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting. Tali miżuri jistgħu jinkludu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

miżuri jew kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali adatti, bħar-reklutaġġ ta’ persunal idoneu jew mezzi tekniċi adatti biex jidentifikaw u mingħajr dewmien ineħħu, jew jiddiżattivaw l-aċċess għal, kontenut terroristiku;

(b)

mekkaniżmi li l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw u jużaw faċilment biex jirrappurtaw jew jindikaw kontenut terroristiku allegat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;

(c)

kwalunkwe mekkaniżmu ieħor biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar kontenut terroristiku fuq is-servizzi tiegħu, bħal mekkaniżmi għall-moderazzjoni tal-utenti;

(d)

kwalunkwe miżura oħra li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting iqis adatta biex tindirizza d-disponibbiltà ta’ kontenut terroristiku fuq is-servizzi tiegħu.

3.   Il-miżuri speċifiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu effettivi fil-mitigazzjoni tal-livell ta’ esponiment tas-servizzi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għal kontenut terroristiku;

(b)

għandhom ikunu mmirati u proporzjonati, b’kont meħud, b’mod partikolari, tas-serjetà tal-livell ta’ esponiment tas-servizzi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għal kontenut terroristiku kif ukoll tal-kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali, tas-saħħa finanzjarja, tal-għadd ta’ utenti tas-servizzi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u tal-ammont ta’ kontenut li jipprovdu;

(c)

għandhom jiġu applikati b’mod li jieħu kont sħiħ tad-drittijiet u l-interess leġittimu tal-utenti, b’mod partikolari d-drittijiet fundamentali tal-utenti li jikkonċernaw il-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, ir-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali;

(d)

għandhom jiġu applikati b’mod diliġenti u nondiskriminatorju.

Fejn il-miżuri speċifiċi jinvolvu l-użu ta’ miżuri tekniċi, għandhom jiġu pprovduti salvagwardji adatti u effettivi, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza u verifika mill-bniedem, biex tiġi żgurata l-akkuratezza u tiġi evitata t-tneħħija ta’ materjal li ma jkunx kontenut terroristiku.

4.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun espost għal kontenut terroristiku fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit tkun:

(a)

ħadet deċiżjoni, ibbażata fuq fatturi oġġettivi, bħal pereżempju l-fatt li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun irċieva żewġ ordnijiet ta’ tneħħija finali jew aktar fit-12-il xahar ta’ qabel, li tiddetermina li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting huwa espost għal kontenut terroristiku; u

(b)

innotifikat id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting.

5.   Wara li jkun irċieva deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew, fejn rilevanti, fil-paragrafu 6, fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri speċifiċi li huwa jkun ħa u li biħsiebu jieħu sabiex jikkonforma mal-paragrafi 2 u 3. Huwa għandu jagħmel dan fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi d-deċiżjoni u fuq bażi annwali minn dakinhar ’il quddiem. Dak l-obbligu jieqaf ladarba l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet, fuq talba skont il-paragrafu 7, li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunx għadu espost għal kontenut terroristiku.

6.   Fejn, abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 5 u, fejn rilevanti, abbażi ta’ kwalunkwe fattur oġġettiv ieħor, l-awtorità kompetenti tqis li l-miżuri speċifiċi meħuda ma jikkonformawx mal-paragrafi 2 u 3, dik l-awtorità kompetenti għandha tindirizza deċiżjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting fejn tesiġi li huwa jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jista’ jagħżel it-tip ta’ miżuri speċifiċi li jieħu.

7.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jista’, fi kwalunkwe mument, jitlob lill-awtorità kompetenti biex tirrieżamina u, fejn xieraq, temenda jew tirrevoka deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 4 jew 6.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba, tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba abbażi ta’ fatturi oġġettivi u tinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting dwar dik id-deċiżjoni.

8.   Kwalunkwe rekwiżit biex jittieħdu miżuri speċifiċi għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE u ma għandu jinvolvi la obbligu ġenerali għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jimmonitorjaw l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali li jfittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.

Kwalunkwe rekwiżit biex jittieħdu miżuri speċifiċi ma għandux jinkludi l-obbligu li jintużaw għodod awtomatizzati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting.

Artikolu 6

Preservazzjoni tal-kontenut u data relatata

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jippreservaw kontenut terroristiku li jkun tneħħa jew li għalih ġie diżattivat l-aċċess bħala riżultat ta’ ordni ta’ tneħħija, jew ta’ miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 3 jew 5, kif ukoll kwalunkwe data relatata mneħħija bħala konsegwenza tat-tneħħija ta’ tali kontenut terroristiku, li jkunu meħtieġa għal:

(a)

proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju, jew it-trattament ta’ ilment taħt l-Artikolu 10 kontra deċiżjoni li jitneħħa, jew jiġi diżattivat l-aċċess għal, kontenut terroristiku u d-data relatata; jew

(b)

il-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi.

2.   Il-kontenut terroristiku u d-data relatata, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu ppreservati għal sitt xhur mit-tneħħija jew diżattivazzjoni. Il-kontenut terroristiku għandu, fuq talba mill-awtorità kompetenti jew qorti, jiġi ppreservat għal perijodu speċifikat ulterjuri biss jekk, u sakemm, ikun meħtieġ għal proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju li jkunu għaddejjin, kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jiżguraw li l-kontenut terroristiku u d-data relatata ppreservati skont il-paragrafu 1 ikunu soġġetti għal salvagwardji tekniċi u organizzattivi adatti.

Dawk is-salvagwardji tekniċi u organizzattivi għandhom jiżguraw li l-kontenut terroristiku u d-data relatata ppreservati jiġu biss aċċessati u proċessati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u għandhom jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tad-data personali kkonċernata. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jirrevedu u jaġġornaw dawk is-salvagwardji fejn meħtieġ.

TAQSIMA III

SALVAGWARDJI U RESPONSABBILTÀ

Artikolu 7

Obbligi ta’ trasparenza għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jistabbilixxu b’mod ċar, fit-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku, inkluża, fejn xieraq, spjegazzjoni sinifikanti tal-funzjonament ta’ miżuri speċifiċi, inkluż, fejn applikabbli, l-użu ta’ għodod awtomatizzati.

2.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li jkun ħa azzjoni biex jindirizza d-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku jew li jkun ġie meħtieġ jieħu azzjoni skont dan ir-Regolament f’sena kalendarja partikolari, għandu jagħmel pubblikament disponibbli rapport ta’ trasparenza dwar dawk l-azzjonijiet għal dik is-sena. Huwa għandu jippubblika dak ir-rapport qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena sussegwenti.

3.   Ir-rapporti ta’ trasparenza għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’, jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal, kontenut terroristiku;

(b)

informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting biex jindirizza l-apparenza online mill-ġdid ta’ materjal li preċedentement kien tneħħa jew kellu l-aċċess għalih diżattivat minħabba li tqies li huwa kontenut terroristiku, b’mod partikolari fejn ikunu intużaw għodod awtomatizzati;

(c)

l-għadd ta’ elementi ta’ kontenut terroristiku li tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat b’segwitu għal ordnijiet ta’ tneħħija jew miżuri speċifiċi, u l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija fejn il-kontenut ma jkunx tneħħa jew fejn l-aċċess għalih ma ġiex diżattivat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(8), flimkien mar-raġunijiet għal dan;

(d)

l-għadd u l-eżitu tal-ilmenti trattati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting skont l-Artikolu 10;

(e)

l-għadd u l-eżitu ta’ proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju mressqa mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;

(f)

l-għadd ta’ każijiet li fihom il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kien meħtieġ jerġa’ jdaħħal kontenut jew jerġa’ jippermetti l-aċċess għalih bħala riżultat ta’ proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju;

(g)

l-għadd ta’ każijiet li fihom il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting reġa’ daħħal kontenut jew reġa’ ppermetta l-aċċess għalih wara lment mill-fornitur ta’ kontenut.

Artikolu 8

Rapporti ta’ trasparenza mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti annwali ta’ trasparenza dwar l-attivitajiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-sena kalendarja partikolari:

(a)

l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija maħruġa taħt l-Artikolu 3, fejn jiġu speċifikati l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija soġġetti għall-Artikolu 4(1), l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija skrutinizzati taħt l-Artikolu 4, u tingħata informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk l-ordnijiet ta’ tneħħija mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ikkonċernati, inklużi l-għadd ta’ każijiet li fihom il-kontenut terroristiku tneħħa jew l-aċċess għalih ġie diżattivat u l-għadd ta’ każijiet li fihom il-kontenut terroristiku ma tneħħiex jew l-aċċess għalih ma ġiex diżattivat;

(b)

l-għadd ta’ deċiżjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikolu 5(4), (6) jew (7), u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri speċifiċi;

(c)

l-għadd ta’ każijiet li fihom ordnijiet ta’ tneħħija u deċiżjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikolu 5(4) u (6) kienu soġġetti għal proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju u informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedimenti rilevanti;

(d)

l-għadd ta’ deċiżjonijiet li jimponu penali f’konformità mal-Artikolu 18, u deskrizzjoni tat-tip ta’ penali imposta.

2.   Ir-rapporti annwali ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu informazzjoni li tista’ tippreġudika l-attivitajiet li jkunu għaddejjin għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew l-interessi tas-sigurtà nazzjonali.

Artikolu 9

Rimedji

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li rċevew ordni ta’ tneħħija maħruġa skont l-Artikolu 3(1) jew deċiżjoni taħt l-Artikolu 4(4) jew taħt l-Artikolu 5(4), (6) jew (7) għandhom dritt għal rimedju effettiv. Dak id-dritt għandu jinkludi d-dritt li jikkontestaw tali ordni ta’ tneħħija quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija u d-dritt li jikkontestaw id-deċiżjoni taħt l-Artikolu 4(4) jew taħt l-Artikolu 5(4), (6) jew (7) quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħadet id-deċiżjoni.

2.   Il-fornituri ta’ kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat wara ordni ta’ tneħħija għandhom id-dritt għal rimedju effettiv. Dak id-dritt jinkludi d-dritt li jikkontestaw ordni ta’ tneħħija maħruġa taħt l-Artikolu 3(1) quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija u d-dritt li jikkontestaw deċiżjoni taħt l-Artikolu 4(4) quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħadet id-deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri effettivi għall-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Mekkaniżmi tal-ilmenti

1.   Kull fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jistabbilixxi mekkaniżmu effettiv u aċċessibbli li jippermetti lill-fornituri ta’ kontenut, fejn il-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew fejn l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat bħala riżultat ta’ miżuri speċifiċi taħt l-Artikolu 5, jippreżentaw ilment dwar dik it-tneħħija jew diżattivazzjoni, biex jitolbu r-reintegrazzjoni tal-kontenut jew ir-riattivazzjoni tal-aċċess għalih.

2.   Kull fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu mingħajr dewmien jeżamina l-ilmenti kollha li jirċievi permezz tal-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1 u jirreintegra l-kontenut jew jirriattiva l-aċċess għalih, mingħajr dewmien żejjed, fejn it-tneħħija tiegħu jew diżattivazzjoni tal-aċċess għalih ma kinitx ġustifikata. Huwa għandu jinforma lill-ilmentatur bl-eżitu tal-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih.

Fejn l-ilment jiġi miċħud, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jipprovdi lill-ilmentatur bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tieghu.

Ir-reintegrazzjoni tal-kontenut jew ir-riattivazzjoni tal-aċċess għalihma għandhomx jipprekludu proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jew tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

Informazzjoni għal fornituri ta’ kontenut

1.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi, jew jiddiżattiva l-aċċess għal, kontenut terroristiku, huwa għandu jagħmel disponibbli lill-fornitur ta’ kontenut informazzjoni dwar tali tneħħija jew diżattivazzjoni.

2.   Fuq talba tal-fornitur ta’ kontenut, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jew jinforma lill-fornitur ta’ kontenut dwar ir-raġunijiet għat-tneħħija jew għad-diżattivazzjoni u dwar id-drittijiet tiegħu għall-kontestazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija jew jipprovdi lill-fornitur ta’ kontenut kopja tal-ordni ta’ tneħħija.

3.   L-obbligu taħt il-paragrafi 1 u 2 ma għandux japplika fejn l-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta’ tneħħija tiddeċiedi li huwa meħtieġ u proporzjonat li ma jkun hemm l-ebda żvelar għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi, sakemm ikun meħtieġ, iżda mhux aktar minn sitt ġimgħat minn dik id-deċiżjoni. F’tali każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma għandu jiżvela l-ebda informazzjoni dwar it-tneħħija ta’, jew id-diżattivazzjoni ta’ aċċess għal, kontenut terroristiku.

Dik l-awtorità kompetenti tista’ testendi dak il-perijodu b’sitt ġimgħat oħra fejn tali nuqqas ta’ żvelar jibqa’ ġustifikat.

TAQSIMA IV

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-KOOPERAZZJONI

Artikolu 12

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti biex:

(a)

joħorġu ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 3;

(b)

jiskrutinizzaw ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 4;

(c)

jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 5;

(d)

jimponu penali skont l-Artikolu 18.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li jinħatar jew jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt fi ħdan l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 biex tittratta talbiet għal kjarifika u feedback relattivament għal ordnijiet ta’ tneħħija maħruġa minn dik l-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-punt ta’ kuntatt tkun disponibbli pubblikament.

3.   Sas-7 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u dwar kwalunkwe modifika fir-rigward tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika u kwalunkwe modifika tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Sas-7 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru online li jelenka l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u l-punt ta’ kuntatt maħtur jew stabbilit skont fil-paragrafu 2 għal kull awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe modifika fir-rigward tagħhom regolarment.

Artikolu 13

Awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħat meħtieġa u riżorsi suffiċjenti biex jiksbu l-għanijiet ta’, u jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt, dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iwettqu l-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhom ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp ieħor fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt l-Artikolu 12(1).

L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprevjeni s-superviżjoni taħt il-liġi kostituzzjonali nazzjonali.

Artikolu 14

Kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, l-awtoritajiet kompetenti u l-Europol

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni, jikkoordinaw u jikkooperaw ma’ xulxin u, fejn xieraq, mal-Europol, fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ tneħħija, partikularment biex jevitaw id-duplikazzjoni ta’ sforzi, itejbu l-koordinazzjoni u jevitaw l-interferenza f’investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni, jikkoordinaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 12(1) fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi meħuda taħt l-Artikolu 5 u penali imposti taħt l-Artikolu 18. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 12(1) ikollhom fil-pussess tagħhom l-informazzjoni kollha rilevanti.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprevedu mezzi jew mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni adatti u siguri biex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi skambjata b’mod f’waqtu.

4.   Għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament kif ukoll biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ sforzi, l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jistgħu jużaw għodod dedikati, inklużi dawk stabbiliti mill-Europol, biex jiffaċilitaw b’mod partikolari:

(a)

l-ipproċessar u l-feedback relatati ma’ ordnijiet ta’ tneħħija taħt l-Artikolu 3; u

(b)

il-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati u implimentati miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 5.

5.   Fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting isiru jafu b’kontenut terroristiku li jinvolvi theddida imminenti għall-ħajja, huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali fl-Istati Membri kkonċernati. Fejn ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-Istati Membri kkonċernati, il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jinnotifikaw lill-punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 12(2) fl-Istat Membru fejn ikollhom l-istabbiliment prinċipali tagħhom jew fejn ir-rappreżentant legali tagħhom jirrisjedi jew ikun stabbilit, u jibagħtu informazzjoni dwar dak il-kontenut terroristiku lill-Europol għal segwitu xieraq.

6.   L-awtoritajiet kompetenti huma mħeġġa jibagħtu kopji tal-ordnijiet ta’ tneħħija lill-Europol biex b’hekk din tkun tista’ tipprovdi rapport annwali li jinkludi analiżi tat-tipi ta’ kontenut terroristiku soġġett għal ordni biex jitneħħa jew biex l-aċċess għalih jiġi diżattivat skont dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Il-punti ta’ kuntatt ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting

1.   Kull fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jaħtar jew jistabbilixxi punt ta’ kuntatt għar-riċezzjoni ta’ ordnijiet ta’ tneħħija b’mezzi elettroniċi u l-ipproċessar mingħajr dewmien tagħhom skont l-Artikoli 3 u 4. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar il-punt ta’ kuntatt issir disponibbli pubblikament.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tispeċifika l-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, imsemmija fir-Regolament 1/58 (15) li bihom jista’ jiġi indirizzat il-punt ta’ kuntatt u li bihom għandhom isiru skambji ulterjuri rigward ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 3. Fost dawk il-lingwi għandu jkun hemm tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit.

TAQSIMA V

IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR

Artikolu 16

Ġuriżdizzjoni

1.   L-Istat Membru tal-istabbiliment prinċipali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jkollu l-ġuriżdizzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 5, 18 u 21. Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li ma jkollux l-istabbiliment prinċipali tiegħu fl-Unjoni għandu jitqies li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit.

2.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li ma jkollux l-istabbiliment prinċipali tiegħu fl-Unjoni jonqos milli jaħtar rappreżentant legali, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom ġuriżdizzjoni.

3.   Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru teżerċita l-ġuriżdizzjoni taħt il-paragrafu 2, hija għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 17

Rappreżentant legali

1.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li ma jkollux l-istabbiliment prinċipali tiegħu fl-Unjoni għandu jaħtar, bil-miktub, persuna fiżika jew ġuridika bħala r-rappreżentant legali tiegħu fl-Unjoni għall-finijiet tar-riċezzjoni ta’, il-konformità ma’, u l-infurzar ta’, ordnijiet ta’ tneħħija, u deċiżjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jipprovdu lir-rappreżentant legali tagħhom is-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex jikkonforma ma’ dawk l-ordnijiet ta’ tneħħija u deċiżjonijiet u biex jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti.

Ir-rappreżentant legali għandu jkun jirrisjedi jew ikun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jipprovdi s-servizzi tiegħu.

3.   Ir-rappreżentant legali jista’ jinżamm responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà ta’, jew għal azzjonijiet legali kontra, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting.

4.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jinforma lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(1) tal-Istat Membru fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit dwar il-ħatra.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni dwar ir-rappreżentant legali.

TAQSIMA VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għall-fini li jiġi indirizzat il-ksur tal-Artikolu 3(3) u (6), l-Artikolu 4(2) u (7), l-Artikolu 5(1), (2), (3), (5) u (6), l-Artikoli 6, 7, 10 u 11, l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 17.

Il-penali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sas-7 ta’ Ġunju 2022, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeċiedu jekk għandhomx jimponu penali u meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali, iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi:

(a)

in-natura, is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(b)

jekk il-ksur kienx intenzjonali jew negliġenti;

(c)

ksur preċedenti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;

(d)

is-saħħa finanzjarja tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;

(e)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting mal-awtoritajiet kompetenti;

(f)

in-natura u d-daqs tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, b’mod partikolari jekk huwiex impriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju;

(g)

il-grad ta’ tort tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, b’kont meħud tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħuda minnu biex jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku jew persistenti ta’ konformità mal-obbligi taħt l-Artikolu 3(3) ikun soġġett għal penali finanzjarji sa 4 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting tas-sena preċedenti tan-negozju.

Artikolu 19

Rekwiżiti tekniċi u emendi għall-annessi

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bir-rekwiżiti tekniċi neċessarji għall-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għat-trażmissjoni ta’ ordnijiet ta’ tneħħija.

2.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex temenda l-annessi sabiex tiġi indirizzata b’mod effettiv il-ħtieġa possibbli għal titjib fir-rigward tal-kontenut tal-mudelli għall-ordnijiet ta’ tneħħija u biex tipprovdi informazzjoni dwar l-impossibbiltà li jiġu eżegwiti ordnijiet ta’ tneħħija.

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mis-7 ta’ Ġunju 2022.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 19 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 21

Monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u jibagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jkunu ħadu taħt dan ir-Regolament fis-sena kalendarja preċedenti. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija maħruġa u l-għadd ta’ elementi ta’ kontenut terroristiku li jkunu tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat, u r-rapidità tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni;

(b)

il-miżuri speċifiċi meħuda skont l-Artikolu 5, inkluż l-ammont ta’ elementi ta’ kontenut terroristiku li jkunu tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat u r-rapidità tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni;

(c)

l-għadd ta’ talbiet għal aċċess maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kontenut ippreżervat mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting taħt l-Artikolu 6;

(d)

l-għadd ta’ proċeduri ta’ lmenti mibdija u l-azzjonijiet meħuda mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting taħt l-Artikolu 10;

(e)

l-għadd ta’ proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju mibdija u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.

2.   Sas-7 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistipula l-indikaturi u l-mezzi li għandhom jintużaw għall-ġbir tad-data u evidenza oħra neċessarja, u l-intervalli li fihom għandu jsir dan il-ġbir. Għandu jispeċifika l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u l-analiżi tad-data u evidenza oħra biex jimmonitorjaw il-progress u jevalwaw dan ir-Regolament skont l-Artikolu 23.

Artikolu 22

Rapport ta’ implimentazzjoni

Sas-7 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ taħt l-Artikolu 21 u l-informazzjoni li tirriżulta mill-obbligi ta’ trasparenza taħt l-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tar-rapport.

Artikolu 23

Evalwazzjoni

Sas-7 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu inklużi:

(a)

il-funzjonament u l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ salvagwardja, b’mod partikolari dawk previsti fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikoli 7 sa 11;

(b)

l-impatt tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fuq il-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali; u

(c)

il-kontribut ta’ dan ir-Regolament għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika.

Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tar-rapport.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-ħtieġa u l-fattibbiltà li tiġi stabbilita pjattaforma Ewropea dwar il-kontenut terroristiku online biex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-7 ta’ Ġunju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A.P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 67.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-16 ta’ Marzu 2021 (ĠU C 135, 16.4.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

(4)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60 I, 2.3.2018, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(14)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(15)  Ir-Regolament Nr 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).


ANNESS I

ORDNI TA’ TNEĦĦIJA

(Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/784 (ir-“Regolament”) id-destinatarju ta’ din l-ordni ta’ tneħħija għandu jneħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għall-kontenut terroristiku, fl-Istati Membri kollha mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien siegħa minn meta jirċievi l-ordni ta’ tneħħija.

F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament, id-destinatarju għandu jippreserva l-kontenut u d-data relatata, li jkunu tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat, għal sitt xhur jew aktar fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-qrati.

F’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament, din l-ordni ta’ tneħħija għandha tintbagħat b’waħda mill-lingwi magħżula mid-destinatarju.

TAQSIMA A:

L-Istat Membru tal-awtorità kompetenti emittenti:

……

NB: id-dettalji tal-awtorità kompetenti emittenti għandhom jiġu pprovduti fit-Taqsimiet E u F

Id-destinatarju u, fejn rilevanti, ir-rappreżentant legali:

……

Punt ta’ kuntatt:

……

L-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit:

……

Ħin u data tal-ħruġ tal-ordni ta’ tneħħija:

……

Numru ta’ referenza tal-ordni ta’ tneħħija:

……

TAQSIMA B: Kontenut terroristiku li għandu jitneħħa jew li l-aċċess għalih għandu jiġi diżattivat fl-Istati Membri kollha mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien siegħa minn meta jirċievi l-ordni ta’ tneħħija:

URL u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u l-lok eżatt tal-kontenut terroristiku:

……

Ir-raġunijiet għaliex il-materjal jitqies li huwa kontenut terroristiku, taħt il-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament.

Il-materjal (jekk jogħġbok immarka l-kaxxa/kaxex rilevanti):

Image 2

jinstiga persuni oħrajn biex iwettqu atti terroristiċi, billi pereżempju jigglorifika atti terroristiċi, billi jiddifendi t-twettiq ta’ tali reati (il-punt (7)(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament)

Image 3

jissolleċita persuni oħrajn biex iwettqu jew biex jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ reati terroristiċi (il-punt (7)(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament)

Image 4

jissolleċita persuni oħrajn biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku (il-punt (7)(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament)

Image 5

jagħti istruzzjoni dwar il-produzzjoni jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew ta’ sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jingħata kontribut għat-twettiq ta’ reati terroristiċi (il-punt (7)(d) tal-Artikolu 2 tar-Regolament)

Image 6

jikkostitwixxi theddida ta’ twettiq ta’ xi wieħed mir-reati terroristiċi (il-punt (7)(e) tal-Artikolu 2 tar-Regolament)

Informazzjoni addizzjonali dwar għaliex il-materjal jitqies li huwa kontenut terroristiku:

……

……

……

TAQSIMA C: Informazzjoni lill-fornitur ta’ kontenut

Għandu jiġi nnotat li (jekk jogħġbok immarka l-kaxxa jekk applikabbli):

Image 7 għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, id-destinatarju ma għandux jinforma lill-fornitur tal-kontenut dwar it-tneħħija ta’, jew dwar diżattivazzjoni tal-aċċess għal, il-kontenut terroristiku

Jekk il-kaxxa ma tapplikax, ara t-Taqsima G għad-dettalji tal-possibbiltajiet għall-kontestazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti emittenti taħt il-liġi nazzjonali (għandha tintbagħat kopja tal-ordni ta’ tneħħija lill-fornitur tal-kontenut, jekk mitluba)

TAQSIMA D: Informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit

Jekk jogħġbok, immarka l-kaxxa jew kaxex rilevanti

Image 8

L-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit huwa differenti mill-Istat Membru tal-awtorità kompetenti emittenti

Image 9

Kopja tal-ordni ta’ tneħħija tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit

TAQSIMA E: Dettalji tal-awtorità kompetenti emittenti

Tip (jekk jogħġbok, immarka l-kaxxa rilevanti):

Image 10

imħallef, qorti jew imħallef investigattiv

Image 11

awtorità tal-infurzar tal-liġi

Image 12

awtorità kompetenti oħra Image 13 jekk jogħġbok, imla wkoll it-Taqsima F

Dettalji tal-awtorità kompetenti emittenti jew tar-rappreżentant tagħha li jiċċertifikaw li l-ordni ta’ tneħħija hija akkurata u korretta:

Isem l-awtorità kompetenti emittenti:

……

Isem ir-rappreżentant tagħha u l-pożizzjoni li għandu (titolu u grad):

……

Nru tal-fajl:

……

Indirizz:

……

Nru tat-telefon (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt):

……

Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt):

……

Indirizz tal-email…

Data…

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli) u firma (1):

……

TAQSIMA F: Dettalji ta’ kuntatt għal segwitu

Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti emittenti għal feedback dwar il-ħin tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni tal-aċċess, jew biex tingħata xi kjarifika ulterjuri:

……

Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit:

……

TAQSIMA G: Informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ rimedju

Informazzjoni dwar il-korp jew qorti kompetenti, l-iskadenzi u l-proċeduri għall-kontestazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija:

Il-korp jew qorti kompetenti li quddiemhom tista’ tiġi kkontestata l-ordni ta’ tneħħija:

……

Skadenza għall-kontestazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija (jiem/xhur li jibdew minn)

……

Link għad-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali:

……


(1)  Mhijiex meħtieġa firma jekk l-ordni ta’ tneħħija tintbagħat permezz ta’ kanali ta’ preżentazzjoni awtentikata li jistgħu jiggarantixxu l-awtentiċità tal-ordni ta’ tneħħija.


ANNESS II

FEEDBACK WARA T-TNEĦĦIJA TA’, JEW WARA D-DIŻATTIVAZZJONI TAL-AĊĊESS GĦAL, KONTENUT TERRORISTIKU

(Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

TAQSIMA A:

Id-destinatarju tal-ordni ta’ tneħħija:

……

L-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija:

……

Ir-referenza tal-fajl tal-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija:

……

Ir-referenza tal-fajl tad-destinatarju:

……

Ħin u data meta waslet l-ordni ta’ tneħħija:

……

TAQSIMA B: Miżuri meħuda f’konformità mal-ordni ta’ tneħħija

(Jekk jogħġbok, immarka l-kaxxa rilevanti):

Image 14

il-kontenut terroristiku tneħħa

Image 15

l-aċċess għall-kontenut terroristiku ġie diżattivat fl-Istati Membri kollha

Ħin u data tal-miżura meħuda:

……

TAQSIMA C: Dettalji tad-destinatarju

Isem il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting:

……

JEW

Isem ir-rappreżentant legali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting:

……

L-Istat Membru tal-istabbiliment prinċipali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting:

……

JEW

L-Istat Membru tar-residenza jew tal-istabbiliment tar-rappreżentant legali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting:

……

Isem il-persuna awtorizzata:

……

L-indirizz tal-email tal-punt ta’ kuntatt:

……

Data:

……


ANNESS III

INFORMAZZJONI DWAR L-IMPOSSIBBILTÀ LI TIĠI EŻEGWITA ORDNI TA’ TNEĦĦIJA

(Artikolu 3(7) u (8) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

TAQSIMA A:

Id-destinatarju tal-ordni ta’ tneħħija:

……

L-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija:

……

Ir-referenza tal-fajl tal-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija:

……

Ir-referenza tal-fajl tad-destinatarju:

……

Ħin u data meta waslet l-ordni ta’ tneħħija:

……

TAQSIMA B: Noneżekuzzjoni

(1)

L-ordni ta’ tneħħija ma tistax tiġi eżegwita fi żmien l-iskadenza għar-raġunijiet li ġejjin (jekk jogħġbok, immarka l-kaxxa jew kaxex rilevanti):

Image 16

force majeure jew impossibbiltà de facto mhux attribwibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, inkluż għal raġunijiet tekniċi jew operazzjonali oġġettivament ġustifikabbli

Image 17

l-ordni ta’ tneħħija fiha żbalji ċari

Image 18

l-ordni ta’ tneħħija ma fihiex biżżejjed informazzjoni

(2)

Jekk jogħġbok agħti aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għan-noneżekuzzjoni:

……

(3)

Jekk fl-ordni ta’ tneħħija jkun hemm żbalji ċari u/jew ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni, jekk jogħġbok speċifika x’inhuma l-iżbalji u x’inhi l-informazzjoni jew kjarifika ulterjuri meħtieġa:

……

TAQSIMA C: Dettalji tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jew ir-rappreżentant legali tiegħu

Isem il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting:

……

JEW

Isem ir-rappreżentant legali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting:

……

Isem il-persuna awtorizzata:

……

Dettalji ta’ kuntatt (indirizz tal-email):

……

Firma:

……

Ħin u data:

……


17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/110


REGOLAMENT (UE) 2021/785 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2021

li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jiġġieldu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-attivitajiet f’dawk l-oqsma.

(2)

Appoġġ li ngħata qabel għal tali attivitajiet permezz tad-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (il-programm Erkole), emendata u estiża bid-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-programm Erkole II), imħassra u sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (il-programm Erkole III), għamilha possibbli li jissaħħu l-attivitajiet imwettqa mill-Unjoni u l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(3)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, kif ukoll għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni rigward il-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u ‘l quddiem, tipprevedi obbligazzjoni fuq l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jirrapportaw irregolaritajiet u frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) hija għodda elettronika sigura ta’ komunikazzjoni li tiffaċilita l-issodisfar tal-obbligu mill-Istati Membri, kif ukoll mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jirrappurtaw l-irregolaritajiet li jiskopru, u li tappoġġa wkoll il-ġestjoni u l-analiżi tal-irregolaritajiet.

(4)

Filwaqt li l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-frodi hija indiskutibbli, l-importanza, inter alia, tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Kontra l-Frodi (AFIS), kif ukoll tal-istrateġiji kontra l-frodi fil-livell nazzjonali jenħtieġ li tiġi wkoll rikonoxxuta bis-sħiħ.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (7) jipprevedu li l-Unjoni għandha tappoġġa l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.

(6)

Dak l-appoġġ jingħata lil għadd ta’ attivitajiet operazzjonali. Dawn jinkludu l-AFIS), pjattaforma tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tikkonsisti minn sett ta’ applikazzjonijiet imħaddma skont sistema komuni ta’ informazzjoni ġestita mill-Kummissjoni. I hija wkoll mħaddma taħt il-pjattaforma tal-AFIS. Is-sistema ta’ informazzjoni komuni teħtieġ finanzjament stabbli u prevedibbli matul is-snin sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha.

(7)

Il-pjattaforma AFIS fiha diversi sistemi ta’ informazzjoni, inkluż is-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali. Is-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali hija sistema ta’ informazzjoni awtomatizzata li għandha l-għan li tassisti lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ operazzjonijiet li jkunu qed jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola, billi żżid, permezz ta’ disseminazzjoni aktar rapida ta’ informazzjoni, l-effettività tal-kooperazzjoni u tal-proċeduri ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tagħhom li l-missjoni tagħhom tkopri tali operazzjonijiet. L-infrastruttura unika tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali tkopri kemm il-kooperazzjoni amministrattivi u l-kooperazzjoni tal-pulizija abbażi tal-Pilastru preċedenti tal-Unjoni, Ġustizzja u Affarijiet Interni. Id-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali teknikament ma tistax tkun diżassoċjata mid-dimensjoni amministrattiva tagħha billi t-tnejn huma mħaddma taħt sistema ta’ teknoloġija tal-informazzjoni komuni. Meta wieħed iqis li s-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali nnifisha hija biss waħda minn diversi sistemi ta’ informazzjoni mħaddma taħt il-pjattaforma tal-l-AFIS u li l-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija huwa inqas mill-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, id-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija tal-pjattaforma tal-AFIS hija meqjusa bħala anċillari għad-dimensjoni amministrattiva tagħha.

(8)

Bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni, l-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tar-rappurtar ta’ irregolaritajiet, u tal-assistenza amministrattiva reċiproka u tal-kooperazzjoni f’materji doganali u agrikoli jenħtieġ li jingħaqad flimkien u jiġi integrat f’programm uniku, il-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi (“il-Programm”). Jenħtieġ li l -Programm jiġi stabbilit għal perjodu ta’ seba’ snin sabiex it-tul tiegħu jiġi allinjat ma’ dak tal-qafas finanzjarju pluriennali stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom)2020/2093 (8).

(9)

Il-Programm għalhekk jenħtieġ li jinkludi komponent simili għall-programm Erkole III, it-tieni komponent li jiżgura l-finanzjament tal-IMS, u t-tielet komponent li jiffinanzja l-attivitajiet fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluż il-pjattaforma AFIS.

(10)

Jenħtieġ li l-Programm jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u korpi rilevanti oħra tal-Unjoni, inkluż l–Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), fejn xieraq, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (9), sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, mingħajr ma jiġu affettwati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, u sabiex ikun żgurat l-użu aktar effettiv tar-riżorsi b’mod aktar effettiv milli jista’ jsir fil-livell nazzjonali. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa u ġustifikata peress li tgħin lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tinkoraġġixxi l-użu ta’ strutturi komuni tal-Unjoni sabiex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tappoġġa r-rappurtar ta’ data dwar irregolaritajiet u dwar każijiet ta’ frodi.

(11)

Barra minn hekk, l-appoġġ għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jindirizza l-aspetti kollha tal-baġit tal-Unjoni, kemm fuq in-naħa tad-dħul kif ukoll fuq in-naħa tal-infiq. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat b’mod xieraq il-fatt li l-Programm huwa l-uniku programm tal-Unjoni li jipproteġi speċifikament l-infiq tal-baġit tal-Unjoni.

(12)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens l-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (10), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(13)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (ir-Regolament Finanzjarju) japplika għal dan il-Programm. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(14)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mistenni. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqiesu l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(15)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi lista indikattiva tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati sabiex tkun żgurata l-kontinwità fil-finanzjament tal-azzjonijiet kollha fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluż tal-pjattaforma AFIS.

(16)

Jenħtieġ li l-azzjonijiet jkunu eliġibbli abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-Programm. L-objettivi speċifiċi tal-Programm jenħtieġ li jinkludu l-forniment ta’ assistenza teknika speċjali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħal pereżempju permezz tal-forniment ta’ għarfien speċifiku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat u għodod effettivi tal-IT; permezz tal-iżgurar tal-appoġġ meħtieġ għall-investigazzjonijiet u l-faċilitazzjoni tagħhom, b’mod partikolari billi jinħolqu skwadri ta’ investigazzjoni konġunti u operazzjonijiet transfruntiera; jew billi jissaħħu l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi. Barra minn hekk, l-azzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jinkludu wkoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat immirat u workshops dwar l-analiżi tar-riskju u, fejn xieraq, konferenzi u studji ukoll.

(17)

Ix-xiri ta’ tagħmir permezz tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta’ kontroll doganali ikollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont dak l-istrument ikun hemm obbligu li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni fl-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm jiżgura bl-istess mod li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni fl-appoġġ tal-Unjoni u, jenħtieġ li, fil-prinċipju, jiffoka l-appoġġ tiegħu lejn l-akkwist ta’ tipi ta’ tagħmir li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta’ kontroll doganali, jew għal tagħmir li l-benefiċjarji tiegħu huma awtoritajiet li mhumiex dawk taħt il-mira tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta’ kontroll doganali. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li t-tagħmir iffinanzjat ikun xieraq għall-iskopijiet ta’ kontribut għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni.

(18)

Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għal parteċipazzjoni mill-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għal parteċipazzjoni mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew f’arranġamenti simili. Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra sakemm dawn jidħlu fi ftehim speċifiku li jkopri l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni.

(19)

Filwaqt li jitqiesu l-evalwazzjonijiet preċedenti tal-programmi Erkole u sabiex jissaħħaħ il-Programm, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkunx assoċjat ma’ dan il-Programm tkun possibbli fuq bażi eċċezzjonali.

(20)

B’mod partikolari, jenħtieġ li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi li għandhom fis-seħħ ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-Unjoni, bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni b’rabta mad-dwana u permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, partikularment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi relatati ma’ żviluppi teknoloġiċi ġodda.

(21)

Jenħtieġ li l-Programm jiġi implimentat b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri elenkati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2013 bit-titlu “L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta’ kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk — Strateġija komprensiva tal-UE”, kif ukoll ir-rapport ta’ progress tat-12 ta’ Mejju 2017 dwar l-implimentazzjoni ta’ dik il-komunikazzjoni.

(22)

L-Unjoni rratifikat il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (il-“Protokoll”) fl-2016. Il-Protokoll iservi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni sa fejn jirrigwarda l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu transfruntiera tal-prodotti tat-tabakk, li jikkawża telf fid-dħul. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġja lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk fil-funzjonijiet tiegħu relatati ma’ dan il-Protokoll. Jenħtieġ li jappoġġja wkoll attivitajiet oħra organizzati mis-Segretarjat b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk.

(23)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), u mar-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (13), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14) u (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż il-frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L- UPPE għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffetwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(24)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (16), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta’ deċiżjoni adottata skont dak il-Ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw abbażi ta’ strumenti ġuridiċi oħrajn. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tirrikjedi li pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(25)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (17), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti jkun marbut.

(26)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta’ ħidma li jistipulaw, inter alia, il-prijoritajiet u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-għotjiet għall-azzjonijiet.

(27)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddetermina r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament għall-għotjiet.

(28)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18), jenħtieġ li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll regolamentazzjoni żejda. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post. L-evalwazzjoni għandha titwettaq fil-ħin u b’mod indipendenti u oġġettiv.

(29)

Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta’ indikaturi biex jitkejjel kemm intlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm fejn dan jitqies li huwa neċessarju, kif ukoll biex jiġi ssupplimentat dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni. Huwa partikularment importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(30)

Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transfruntiera tal-kwistjonijiet involuti, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-valur aġġunt tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(31)

L-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 huwa l-bażi ġuridika għall-finanzjament tal-AFIS. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jissostitwixxi dik il-bażi ġuridika b’ oħra ġdida. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jitħassru.

(32)

Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 li jistabbilixxi l-programm Erkole III kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi segwitu għall-programm Erkole III, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2021. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 jenħtieġ li jitħassar.

(33)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm huwa maħsub li jikkontribwixxi sabiex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30 % tal-baġit tal-Unjoni jappoġġja l-objettivi klimatiċi.

(34)

F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li l-azzjoni tinbeda qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja mhumiex eliġibbli, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jippreġudika l-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li fid-deċiżjoni ta’ finanzjament jiġu previsti, matul perijodu ta’ żmien limitat fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, u f’każijiet debitament ġustifikati biss, l-eliġibbiltà tal-attivitajiet u l-kostijiet mill-bidu tas-sena finanzjarja 2021, anke jekk dawn ġew implimentati u mġarrba qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja.

(35)

Sabiex tiġi żgurata kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u biex tkun possibbli l-implimentazzjoni tal-Programm mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi (il-“Programm”) għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

Huwa jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata tali finanzjament.

Artikolu 2

Objettivi tal-programm

1.   L-objettivi ġenerali tal-Programm huma li:

(a)

jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)

jappoġġja l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.

2.   L–objettivi speċifiċi tal-Programm huma li:

(a)

jipprevjeni u jiġġieled kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)

jappoġġja r-rappurtar ta’ irregolaritajiet, inkluż il-frodi, fir-rigward tal-fondi b’ġestjoni kondiviża u l-fondi ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni;

(c)

jipprovdi għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġ għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli.

Artikolu 3

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perijodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 181,207 miljun fi prezzijiet kurrenti.

2.   L-allokazzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

EUR 114,207 miljun għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (a);

(b)

EUR 7 miljun għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (b);

(c)

EUR 60 miljun għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (c).

3.   Sa 2 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, l-allokazzjoni indikattiva fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tikkunsidra b’mod xieraq il-fatt li l-Programm huwa l-unika programm tal-Unjoni li jindirizza n-naħa tal-infiq tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 4

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u f’konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili u f’konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi oħra, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li l-ftehim:

(i)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(iii)

ma jagħti lill-pajjiż terz ebda setgħa ta’ teħid ta’deċiżjoni fir-rigward tal-programm tal-Unjoni;

(iv)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (d), (ii) għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 5

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta ma’ korp imsemmi fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe forma minn dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet u akkwist, kif ukoll ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u ta’ sussistenza kif previst fl-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament għal azzjonijiet imwettqa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari biex ikopri t-tipi ta’ kostijiet imsemmija fil-lista indikattiva fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

4.   Fejn l-azzjoni appoġġata tinvolvi l-akkwist ta’ tagħmir, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni biex tiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ ta’ programmi tal-Unjoni.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni permezz ta’ deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji li jkunu meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

KAPITOLU II

Għotjiet

Artikolu 7

Għotjiet

L-għotjiet taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija taħt il-Programm ma għandhiex taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli. Kwalunkwe finanzjament li jaqbeż dak il-limitu massimu għandu jingħata biss f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, li għandhom jiġu definiti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 11, u tali finanzjament ma għandux jaqbeż id-90 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 9

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 li għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

2.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra prevista fil-programmi ta’ ħidma skont l-Artikolu 11, l-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jitqiesu eliġibbli għal finanzjament:

(a)

il-forniment ta’ għarfien tekniku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat u għodod effettivi tal-IT li jtejbu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali u multidixxiplinarja u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni;

(b)

it-titjib tal-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi, l-iżgurar tal-appoġġ meħtieġ u l-iffaċilitar ta’ investigazzjonijiet, b’mod partikolari fl-istabbiliment ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti u ta’ operazzjonijiet transfruntiera;

(c)

il-forniment ta’ appoġġ tekniku u operazzjonali għall-investigazzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra;

(d)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-IT fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi, iż-żieda fl-iskambju ta’ data u l-iżvilupp u l-forniment ta’ għodod tal-IT għall-investigazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-ħidma ta’ intelligence;

(e)

l-organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat, workshops rigward l-analiżi tar-riskju, konferenzi u studji li għandhom l-għan li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost is-servizzi kkonċernati mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(f)

kwalunkwe azzjoni oħra, ipprovduta mill-programmi ta’ ħidma skont l-Artikolu 11, li tkun meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ġenerali u speċifiċi previsti fl-Artikolu 2.

3.   Fejn l-azzjoni li għandha tiġi appoġġata tinvolvi l-akkwist ta’ tagħmir, il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tagħmir iffinanzjat huwa xieraq għall-iskop li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Artikolu 10

Entitajiet eliġibbli

1.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   L-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli taħt il-Programm:

(a)

awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 u li huma stabbiliti fi:

(i)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)

pajjiż terz assoċjat mal-Programm; jew

(iii)

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;

(b)

istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u entitajiet bla skop ta’ qligħ li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2, dment li jkunu ġew stabbiliti u jkunu ilhom joperaw għal mill-inqas sena fi:

(i)

Stat Membru;

(ii)

f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm; jew

(iii)

f’pajjiż terz elenkat fi programm ta’ ħidma bil-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;

(c)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

3.   L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm għandhom ikunu eċċezzjonalment eliġibbli taħt il-Programm fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ azzjoni partikolari. Tali entitajiet għandhom fil-prinċipju jerfgħu l-kostijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom, ħlief f’każijiet li għandhom jiġu debitament ġustifikati fil-programm ta’ ħidma.

KAPITOLU III

Programmar, monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 11

Programm ta’ ħidma

Sabiex il-Programm jiġi implimentat, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 12

Monitoraġġ u rappurtar

1.   L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 huma stipulati fl-Anness II.

2.   Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 14, biex temenda l-Anness II fir-rigward tal-indikaturi fejn tqis li dan ikun meħtieġ, kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b’mod annwali dwar il-prestazzjoni tal-Programm kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tar-Rapport Annwali tagħha dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Ġlieda kontra l-frodi.

Fil-qafas ta’ diskussjonijiet dwar dan, il-Parlament Ewropew jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-programm ta’ ħidma annwali. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont debitu ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

4.   Is-sistema ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u r-riżultati tal-Programm jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.   Meta twettaq evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tiżgura li huma qegħdin jitwettqu b’mod indipendenti, oġġettiv u f’waqtu u li l-evalwaturi jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom mingħajr ma jiġu influwenzati bi kwalunkwe mod.

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-Programm.

3.   Fl-aħħar tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara li jkun intemm il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti tal-Awdituri, u għandha tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Artikolu 14

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 (2) sal-31 ta’ Diċembru 2028.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 15

Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

1.   Ħlief fejn ikun hemm riskju l-prestazzjoni effettiva attivitajiet operazzjonali doganali u kontra l-frodi tkun kompromessa, il-benefiċjarji ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, partikularment meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata li tkun koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta, fuq bażi regolari, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Programm, mal-azzjonijiet meħuda skont il-Programm u mar-riżultati miksuba. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 16

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97

Fl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97, il-paragrafi 1 u 2 jitħassru.

Artikolu 17

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet li jkunu nbdew skont ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u l-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97, li għandhom ikomplu japplikaw għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u l-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

3.   F’konformità mal-Artikolu 193(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament Finanzjarju, f’każijiet debitament ġustifikati speċifikati fid-deċiżjoni ta’ finanzjament u għal perijodu limitat, l-azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament u l-kostijiet sottostanti jistgħu jitqiesu eliġibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk l-azzjonijiet ikunu ġew implimentati u dawk l-ispejjeż imġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għotja.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A.P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 10, 10.1.2019, p. 1.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-16 ta’ Marzu 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole) (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi d-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II) (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Erkole III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(10)  ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28

(11)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.)

(14)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(16)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(18)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


ANNESS I

LISTA INDIKATTIVA TAL-KOSTIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(3)

Lista indikattiva tat-tipi ta’ kostijiet li l-Programm ser jiffinanzja għal azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97:

(a)

il-kostijiet kollha tal-istallazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura teknika permanenti li tipprovdi lill-Istati Membri r-riżorsi loġistiċi, tal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċji u dawk tal-IT biex jiġu kkoordinati l-operazzjonijiet doganali u attivitajiet operazzjonali oħrajn;

(b)

ir-rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll, fejn xieraq, kwalunkwe allowance jew pagament ieħor, li jsir fir-rigward tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u, fejn xieraq, tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, li jkunu qed jieħdu sehem f’missjonijiet tal-Unjoni, f’operazzjonijiet doganali konġunti organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha, u f’korsijiet ta’ taħriġ, laqgħat ad hoc u laqgħat ta’ tħejjija u ta’ evalwazzjoni għal investigazzjonijiet amministrattivi jew azzjonijiet operazzjonali mwettqa mill-Istati Membri, meta dawn ikunu organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha;

(c)

l-infiq marbut mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-kompjuters (il-hardware), is-software u l-konnessjonijiet dedikati tan-network, u ma’ servizzi relatati ta’ produzzjoni, appoġġ u taħriġ għall-finijiet li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari azzjonijiet relatati mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(d)

l-infiq relatat mal-forniment ta’ informazzjoni u l-infiq fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u sorsi tad-data bil-fini li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari azzjonijiet relatati mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(e)

l-infiq relatat mal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali prevista fl-istrumenti adottati skont l-Artikolu 87 TFUE u b’mod partikolari fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI, dment li dawn l-istrumenti jipprevedu li l-infiq għandu jiġġarrab mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(f)

l-infiq relatat mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-komponenti tal-Unjoni tan-network ta’ komunikazzjoni komuni użat għall-finijiet tal-punt (c).


ANNESS II

INDIKATURI GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-PROGRAMM

Il-Programm ser jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta’ sett ta’ indikaturi maħsuba biex ikejlu kemm ikunu ntlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, ser tinġabar data fir-rigward tas-sett ta’ indikaturi ewlenin li ġejjin:

 

Objettiv Speċifiku 1: Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

Indikatur 1: Appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif imkejla minn:

1.1

:

ir-rata ta’ sodisfazzjoni ta’ attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-Programm;

1.2

:

il-perċentwal ta’ Stati Membri li jirċievu appoġġ kull sena tal-Programm.

 

Objettiv Speċifiku 2: Appoġġ għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, fir-rigward tal-fondi tal-ġestjoni kondiviża u l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni.

 

Indikatur 2: Ir-rata ta’ sodisfazzjoni tal-utenti għall-użu tal-IMS.

 

Objettiv Speċifiku 3: Il-forniment ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġ għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli.

 

Indikatur 3: L-għadd ta’ każijiet fejn tkun saret disponibbli informazzjoni ta’ assistenza reċiproka u l-għadd ta’ attivitajiet appoġġati relatati mal-assistenza reċiproka.