ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
10 ta' Mejju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/756 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/757 tat-3 ta’ Mejju 2021 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Ennstaler Steirerkas (DOP)

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/758 tas-7 ta’ Mejju 2021 dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/759 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-eċċezzjonijiet mir-rekwiżit ta’ passaport tal-pjanti, l-istatus tal-Italja, tal-Irlanda, tal-Litwanja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja jew ta’ ċerti żoni tagħhom bħala żoni protetti, u r-referenza għal żona protetta fil-Portugall

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/760 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji bil-liċenzji u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/761 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 rigward il-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom ( 1 )

46

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/762 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mid-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti għall-iġjene tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2021) 3127)

50

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/756

tal-24 ta’ Marzu 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23b tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16a(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-marda tal-coronavirus (COVID-19) hi marda infettiva kkaġunata minn coronavirus li għadu kemm ġie skopert (SARS-CoV-2). Fit-30 ta’ Jannar 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat it-tifqigħa tal-COVID-19 bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali. Fil-11 ta’ Marzu 2020, id-WHO ikkaratterizzat il-COVID-19 bħala pandemija.

(2)

Il-pandemija tal-COVID-19 ħolqot emerġenza tas-saħħa pubblika mingħajr preċedent li ħasdet il-ħajja ta’ mijiet ta’ eluf madwar id-dinja, u li affettwat b’mod partikolari lill-anzjani u lill-persuni b’kundizzjonijiet tas-saħħa eżistenti jew preeżistenti.

(3)

Il-COVID-19 hija marda kumplessa li taffettwa ħafna proċessi fiżjoloġiċi. It-tilqimiet kontra l-COVID-19 jitqiesu bħala kontromiżura medika effiċjenti tul il-pandemija li qed inġarrbu, b’mod partikolari għall-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli u anki għall-popolazzjoni kollha kemm hi.

(4)

Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-Kummissjoni s’issa awtorizzat diversi tilqimiet kontra l-COVID-19.

(5)

Il-mutazzjonijiet tal-virus SARS-CoV-2 huma fenomenu naturali mistenni. It-tilqimiet awtorizzati mhumiex neċessarjament inqas effettivi kontra l-mutazzjonijiet, iżda hemm ir-riskju li jistgħu jkunu.

(6)

Biex tiġi żgurata l-effettività kontinwa tat-tilqimiet awtorizzati kontra l-COVID-19, jaf ikun hemm bżonn modifiki li jinvolvu tibdil fil-kompożizzjoni tagħhom ħalli jkunu jipproteġu kontra varjanti ġodda jew multipli fil-kuntest tal-pandemija jew mod ieħor. Bidliet bħal dawn, li jinvolvu sostituzzjoni jew żieda ta’ serotip, razza jew antiġene, jew ta’ taħlita ta’ serotipi, razez jew antiġeni, jenħtieġ li jitqiesu bħala varjazzjonijiet fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 (3). Xi tilqimiet huma bbażati fuq teknoloġija tal-aċidu nuklejku li tikkawża rispons immunitarju. Il-modifiki f’dawk it-tilqimiet jistgħu jinkludu bidliet fis-sekwenza tal-kodiċi.

(7)

L-istess approċċ jenħtieġ li jitħaddem għall-coronaviruses umani kollha.

(8)

Id-dispożizzjonijiet dwar dawn il-varjazzjonijiet jenħtieġ li jiġu razzjonalizzati, speċjalment tul pandemija. F’konformità mal-approċċ imħaddem għat-tilqimiet kontra l-influwenza tal-bniedem, il-proċeduri jenħtieġ li japplikaw għat-tilqimiet kollha tal-coronavirus umani u jsegwu skeda ta’ żmien aċċellerata. Iżda meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu data addizzjonali waqt il-valutazzjoni tagħhom, jenħtieġ li dawn ma jkunux meħtieġa jieħdu deċiżjoni qabel ma tiġi finalizzata l-valutazzjoni ta’ dik id-data.

(9)

Tul pandemija, jista’ jkun fl-interess tas-saħħa pubblika li jiġu pproċessati varjazzjonijiet abbażi ta’ data inqas komprensiva mis-soltu. Iżda dan l-approċċ jenħtieġ li jkun soġġett għal rekwiżit li d-data tkompli tiġi kkumplimentata aktar tard, biex ikun konfermat li l-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji għadu favorevoli.

(10)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Is-sitwazzjoni pandemika rigward l-influwenza umana u l-coronavirus uman

(1)   B’deroga mill-Kapitolu I, II, IIa u III, fejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew l-Unjoni, fil-qafas tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jikkonfermaw is-sitwazzjoni pandemika rigward l-influwenza umana jew il-coronavirus uman, l-awtoritajiet rilevanti jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għall-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni, eċċezzjonalment u temporanjament jistgħu jaċċettaw varjazzjoni fit-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ tilqima kontra l-influwenza umana jew ta’ tilqima kontra l-coronavirus uman, meta ċerta data farmaċewtika, klinika jew mhux klinika tkun nieqsa.

(2)   L-awtorità rilevanti tista’ titlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni supplimentari biex tlesti l-valutazzjoni tagħha fi żmien stabbilit minnha.

(3)   Il-varjazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati skont il-paragrafu 1 biss jekk il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji tal-prodott mediċinali jkun favorevoli.

(4)   Meta tiġi aċċettata varjazzjoni skont il-paragrafu 1, id-detentur għandu jippreżenta d-data klinika u mhux klinika nieqsa fi żmien stabbilit mill-awtorità rilevanti.

(5)   Fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għall-kummerċjalizzazzjoni, id-data nieqsa u ż-żmien għas-sottomissjoni jew għall-konformità għandhom jiġu speċifikati fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Meta l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tkun ingħatat f’konformità mal-Artikolu 14-a tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, dan jista’ jsir bħala parti mill-obbligi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu.

(*1)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).”"

(2)

Fil-punt (a) tal-Artikolu 23(1)a, jiżdied il-punt (ix) li ġej:

“(ix)

varjazzjonijiet relatati ma’ bidliet fis-sustanza attiva ta’ tilqima tal-coronavirus uman, inkluż sostituzzjoni jew żieda ta’ serotip, razza, antiġene jew sekwenza ta’ kodiċi jew kombinament ta’ serotipi, razez, antiġeni jew sekwenzi ta’ kodiċi għal tilqima tal-coronavirus uman;”

(3)

Fil-punt 1 tal-Anness I, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

sostituzzjoni ta’ sustanza attiva bijoloġika b’waħda bi struttura molekulari xi ftit differenti fejn il-karatteristiċi tal-effikaċja/tas-sikurezza ma jkunux differenti ferm, għajr:

bidliet fis-sustanza attiva ta’ tilqima staġunali, prepandemika jew pandemika kontra l-influwenza umana;

sostituzzjoni jew żieda ta’ serotip, razza, antiġene jew sekwenza ta’ kodiċi jew kombinament ta’ serotipi, razez, antiġeni jew sekwenzi ta’ kodiċi għal tilqima tal-coronavirus uman;

sostituzzjoni jew żieda ta’ serotip, razza jew antiġene jew kombinament ta’ serotipi, razez jew antiġeni għal tilqima veterinarja kontra l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jew il-marda tal-ilsien blu;

sostituzzjoni ta’ razza għal tilqima veterinarja kontra l-influwenza ekwina;”

(4)

Fil-punt 2 tal-Anness II, jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)

varjazzjonijiet relatati ma’ sostituzzjoni jew żieda ta’ serotip, razza, antiġene jew sekwenza ta’ kodiċi jew kombinament ta’ serotipi, razez, antiġeni jew sekwenzi ta’ kodiċi għal tilqima tal-coronavirus uman;”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/757

tat-3 ta’ Mejju 2021

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Ennstaler Steirerkas” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Awstrija biex l-isem “Ennstaler Steirerkas” jiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Ennstaler Steirerkas” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Ennstaler Steirerkas” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.3. Ġobon, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 20, 19.1.2021, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/758

tas-7 ta’ Mejju 2021

dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(3) u 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 10(2), flimkien mal-Artikolu 10(7) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi proċeduri speċifiċi għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (3).

(2)

L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jimponi obbligu fuq il-Kummissjoni biex tadotta Regolament li jirtira mis-suq addittivi tal-għalf li għalihom ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda notifika msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ta’ dak ir-Regolament f’perjodu ta’ żmien speċifikat. L-istess obbligu japplika għall-addittivi tal-għalf li għalihom ma tkun tressqet l-ebda applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet, jew li għalihom tkun tressqet applikazzjoni li wara ġiet irtirata.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn l-addittivi tal-għalf jiġu rtirati mis-suq. Peress li l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jagħmilx distinzjoni bejn l-awtorizzazzjonijiet maħruġa b’limitu ta’ żmien u l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien, għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jiġi previst l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf li l-perjodi ta’ awtorizzazzjoni limitati tagħhom skont id-Direttiva 70/524/KEE jkunu diġà skadew.

(4)

Fil-każ ta’ addittivi tal-għalf li għalihom tressqu biss applikazzjonijiet għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, jew ikunu ġew irtirati biss l-applikazzjonijiet għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, jenħtieġ li l-irtirar mis-suq jkun jikkonċerna biss l-ispeċijiet ta’ annimali u l-kategoriji ta’ annimali li għalihom ma tkun tressqet l-ebda applikazzjoni jew li għalihom l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

(5)

Bħala konsegwenza tal-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf, jixraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet li jawtorizzawhom, fejn dawn id-dispożizzjonijiet jkunu għadhom fis-seħħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (4) jiġi emendat skont dan. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 (5) jitħassar, peress li ż-żewġ entrati fl-Anness tiegħu jridu jitħassru bħala riżultat tal-irtirar mis-suq tal-beta-karoten biex jintuża għall-kanarini kif previst fl-Anness I, Kapitolu I.A., parti 2, u bħala riżultat tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin biex jintuża għall-għasafar ornamentali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 (6). Barra minn hekk, bħala konsegwenza kemm tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 kif ukoll tal-irtirar mis-suq ta’ dak l-addittiv għal speċijiet u użi mhux awtorizzati permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145 (7), huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 (8) li stabbilixxa limiti massimi ta’ residwi għall-canthaxanthin.

(6)

Fir-rigward tal-addittivi tal-għalf li l-awtorizzazzjoni tagħhom ma skadietx sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati, li matulu l-ħażniet eżistenti tal-addittivi kkonċernati, it-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew prodotti b’dawk l-addittivi jkunu jistgħu jintużaw kollha, filwaqt li titqies il-ħajja ta’ ċertu għalf fuq l-ixkaffa li fih l-addittivi inkwistjoni.

(7)

L-irtirar mis-suq tal-prodotti elenkati fl-Anness I ma jżommhomx milli jiġu awtorizzati jew soġġetti għall-miżura li tikkonċerna l-istatus tagħhom f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

Għal diversi sustanzi, mikroorganiżmi jew preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), hemm inċertezza dwar jekk dawn humiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-inċertezza tista’ tirriżulta mill-inklużjoni ta’ ċerti prodotti kemm fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kif ukoll fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-inċertezza tista’ tirriżulta minn diversi dubji jew mistoqsijiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali jew mill-operaturi ekonomiċi li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-linji gwida stabbiliti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE (10).

(9)

Din l-inċertezza dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tista’ tipperikola l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-għalf fl-Unjoni, peress li d-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf u prodotti oħra tal-għalf għandhom implikazzjonijiet għall-kundizzjonijiet tat-tqegħid tagħhom fis-suq, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli rilevanti.

(10)

Sabiex titnaqqas l-inċertezza rigward l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, li jiċċaraw dak l-istatus. Dawn il-miżuri jġibu konsistenza fit-trattament tal-prodotti kkonċernati u jiffaċilitaw il-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali, filwaqt li jgħinu lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jaġixxu f’qafas li jipprevedi livell xieraq ta’ ċertezza tad-dritt.

(11)

Biex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti humiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li ssir referenza għal-linji gwida stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE, għad-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf, il-materjali tal-għalf u prodotti oħra. B’mod partikolari, dawk il-linji gwida jipprevedu diversi kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istess waqt f’evalwazzjoni każ b’każ sabiex jinħoloq profil ta’ kull prodott speċifiku, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu. Il-kriterji utli għad-differenzjazzjoni bejn l-addittivi tal-għalf u l-materjali tal-għalf jinkludu l-metodu tal-produzzjoni u tal-ipproċessar, id-definizzjoni kimika u l-livell ta’ standardizzazzjoni jew purifikazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tal-modalità tal-użu, il-funzjonalità tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ konsistenza, prodotti bi proprjetajiet simili jenħtieġ li jiġu klassifikati b’analoġija.

(12)

Il-prodotti taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju huma inklużi fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza preskritta minn dik id-dispożizzjoni. Dawn ġew inklużi wkoll fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 (11). Madankollu, l-eżami mill-ġdid tal-profil ta’ dawk il-prodotti fir-rigward tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE wassal għall-konklużjoni li jenħtieġ li dawn jiġu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. B’mod partikolari, huma ddefiniti bil-funzjonijiet speċifiċi tagħhom imsemmija fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf u l-istatus tagħhom bħala addittivi tal-għalf jippermetti li jkun hemm aktar lok għall-ġestjoni effettiva tagħhom f’termini ta’ sikurezza u ta’ modalità tal-użu. Barra minn hekk, titqies il-klassifikazzjoni tagħhom bħala addittivi għall-użu fl-ikel.

(13)

Minħabba l-istatus tal-addittivi tal-għalf tal-prodotti taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju, jeħtieġ li dawn jiġu rtirati mis-suq kif previst bl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla perjodu tranżizzjonali itwal għall-irtirar mis-suq ta’ dawk l-addittivi u tal-għalf li jkun fihom dawn l-addittivi, sabiex titqies l-inċertezza tad-dritt dwar il-klassifikazzjoni tagħhom, li jippermetti lill-partijiet interessati jressqu applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tal-għalf skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(14)

Il-biċċa l-kbira tal-prodotti elenkati fl-Anness II huma inklużi fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (12). Madankollu, huma kollha, barra minn hekk, jew elenkati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf jew ġew irtirati mis-suq bħala addittivi skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Sabiex tiġi provduta ċ-ċertezza tad-dritt dwar l-istatus ta’ dawk il-prodotti, il-profili rispettivi tagħhom ġew eżaminati fid-dawl tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE, li wassal għall-konklużjoni li jenħtieġ li dawn ma jibqgħux jiġu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(15)

Fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti elenkati fl-Anness II li għadhom permessi fis-suq bħala addittivi tal-għalf, u t-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, ta’ materjali tal-għalf u ta’ għalf kompost li fihom dawk il-prodotti, jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex l-operaturi ta’ negozju tal-għalf ikunu jistgħu jadattaw. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk il-prodotti jitħassru mir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf.

(16)

Il-prodotti ksilitol, lattat tal-ammonju u l-aċetat tal-ammonju huma inklużi fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 68/2013. Madankollu, ġew espressi xi dubji, b’mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali dwar l-istatus legali tagħhom, li wassal għal eżami tal-profili rispettivi tagħhom abbażi tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE. Abbażi ta’ dak l-eżami, ġie konkluż li jenħtieġ li dawk il-prodotti jkunu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. B’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-ksilitol huma simili ħafna għal dawk tal-mannitol u s-sorbitol, li huma kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf, u l-klassifikazzjoni tal-ksilitol bħala addittiv tal-għalf, b’analoġija ġġib konsistenza fit-trattament ta’ dawk il-prodotti simili. Barra minn hekk, titqies il-klassifikazzjoni tal-ksilitol bħala addittiv għall-użu fl-ikel. Fir-rigward tal-lattat tal-ammonju u l-aċetat tal-ammonju, dawn huma sustanzi ddefiniti sew kimikament li huma ppurifikati u li jeżerċitaw funzjoni speċifika ddefinita fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u l-istatus tagħhom tal-addittivi tal-għalf jippermetti ambitu mtejjeb għall-ġestjoni effettiva tagħhom f’termini ta’ sikurezza u ta’ modalità tal-użu. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tal-lattat tal-ammonju u tal-aċetat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf iġġib konsistenza ma’ prodotti simili oħra meqjusa bħala addittivi tal-għalf, bħall-propjonat tal-ammonju u formjat tal-ammonju.

(17)

Bħala riżultat tal-klassifikazzjoni tal-ksilitol, tal-lattat tal-ammonju, tal-aċetat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li jippermetti lill-partijiet interessati jadattaw għall-istatus il-ġdid ta’ dawk il-prodotti, inkluż is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, u l-ipproċessar ulterjuri tagħhom, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar mis-suq

L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness I għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali kif speċifikat f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali biex l-addittivi tal-għalf jiġu rtirati mis-suq

1.   Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi tal-għalf imsemmija f’Kapitoli I.A u I.C tal-Anness I jistgħu jkompli jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2022.

2.   It-taħlitiet lesti minn qabel prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Awwissu 2022.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jew bit-taħlitiet minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2023.

4.   B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-addittivi tal-għalf taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju elenkati fil-Kapitolu I.A tal-Anness I, u l-għalf prodott b’dawk l-addittivi, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2028.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 358/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 358/2005, titħassar l-entrata E 141 “Chlorophyll copper complex”.

Artikolu 4

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 880/2004 u (KE) Nru 775/2008 huma mħassra.

Artikolu 5

Prodotti li mhumiex ikkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

1.   Is-sustanzi, il-mikroorganiżmi jew il-preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), stipulati fl-Anness II, mhumiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li huma legalment fis-suq u li huma ttikkettati bħala addittivi tal-għalf u bħala taħlitiet lesti minn qabel it-30 ta’ Mejju 2024 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet. L-istess japplika għal prodotti tal-għalf jew għalf kompost li jirreferi għal dawk il-prodotti fit-tikketti tiegħu bħala addittivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

Artikolu 6

Prodotti mhux ikkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

1.   Is-sustanzi, il-mikroorganiżmi jew il-preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), stipulati fl-Anness III, huma addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2028.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 tat-2 ta’ Marzu 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jawtorizza mingħajr limitu ta’ żmien l-użu ta’ beta-karoten u kantaksantin bħala addittivi f’materjali ta’ għalf li jappartjenu lill-grupp ta’ materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 68).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta’ Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta’ tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (ĠU L 229, 3.9.2015, p. 5).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145 tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE u t-tħassir ta’ dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawk l-addittivi tal-għalf (ĠU L 166, 29.6.2017, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 tal-4 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE (ĠU L 207, 5.8.2008, p. 5).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).


ANNESS I

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 1

KAPITOLU I.A.

L-addittivi tal-għalf li kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien

Parti 1

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha ta’ annimali

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta’ annimali

Preżervattivi

E 331

Ċitrati tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 332

Ċitrati tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 325

Lattat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 326

Lattat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

Aġenti emulsjonanti u stabbilizzanti, aġenti tat-tħaxxin u ġelifikanti

E 420

Sorbitol

L-ispeċijiet kollha

E 421

Mannitol

L-ispeċijiet kollha

Leganti, antiagglomeranti u koagulanti

E 558

Bentonit-montmorillonit

L-ispeċijiet kollha

Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili

 

Riboflavina jew Vitamina B2. Il-forom kollha minbarra:

Ir-riboflavina f’forma solida prodotta mill-Ashbya gossypii DSM 23096 (1) [3a825i];

Ir-riboflavina f’forma solida prodotta mill-Bacillus subtilis DSM 17339 u/jew DSM 23984 (1) [3a825ii];

Il-melħ tal-monosodju tal-ester 5’-monofosfat tar-riboflavina f’forma solida prodott wara l-fosforilazzjoni tar-riboflavina 98 % prodotta mill-Bacillus subtilis DSM 17339 u/jew DSM 23984  (1) [3a826];

Ir-Riboflavina (80 %) prodotta mill-Bacillus subtilis KCCM-10445  (2).

L-ispeċijiet kollha

E 160 a

Betakaroten. Il-forom kollha minbarra l-betakaroten awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta’ Kummissjoni (UE) 2015/1103  (3) [3a160(a)]

L-ispeċijiet kollha

Addittivi tas-silaġġ

Mikroorganiżmi

 

Enterococcus faecium CNCM I-3236/ATCC 19434

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus subtilis MBS-BS-01

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 11520

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti

Sustanzi kuluranti oħra

E 153

Iswed tal-karbonju bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali - ddefiniti b’mod botaniku

 

Allium cepa L.: Basal tal-ikel CoE 24

L-ispeċijiet kollha

 

Allium sativum L.: Estratt tat-tewm (b’bażi ta’ ilma)

L-ispeċijiet kollha

 

Amyris balsamifera L.: Żejt tal-Amyris CoE 33

L-ispeċijiet kollha

 

Anacardium occidentale L.: Żejt tal-anakardju CoE 34

L-ispeċijiet kollha

 

Anethum graveolens L.: Estratt miż-żerriegħa tax-xibt CAS 8006-75-5 CoE 42 EINECS 289-790-8

L-ispeċijiet kollha

 

Apium graveolens L.: Estratt miż-żerriegħa tal-karfus CAS 89997-35-3 FEMA 2270 CoE 52 EINECS 289-668-4

L-ispeċijiet kollha

 

Artemisia absinthium L.: Żejt tal-assenzju/erbajanka CAS 8008-93-3 FEMA 3116 CoE 61 EINECS 284-503-2

L-ispeċijiet kollha

 

Artemisia annua L.: Estratt tal-mugwort annwali (b’bażi ta’ ilma)/Żejt tal-mugwort annwali

L-ispeċijiet kollha

 

Artemisia pallens Wall.: Żejt tad-davana CAS 8016-03-3 FEMA 2359 CoE 69 EINECS 295-155-6

L-ispeċijiet kollha

 

Bacopa monnieri (L.) Pennell: Tintura tal-gratiola bil-weraq tas-sagħtar

L-ispeċijiet kollha

 

Carum carvi L. = Apium carvi L.: Estratt taż-żerriegħa tal-karwija/oleoreżina tal-Karwija CAS 8000-42-8 CoE 112 EINECS 288-921-6

L-ispeċijiet kollha

 

Cimicifuga simplex (Wormsk. ex DC.) Ledeb.

= C. racemosa (L.) Nutt.: Estratt tas-sarashina shoma

L-ispeċijiet kollha

 

Cinnamomum aromaticum Nees, C. cassia Nees ex Blume: Estratt tal-qoxra tas-siġra tal-Cassia CAS 84961-46-6 FEMA 2257 CoE 131 EINECS 284-635-0

L-ispeċijiet kollha

 

Cinnamomum zeylanicum Bl., C. verum J.S. Presl: Oleoreżina tal-qoxra tas-siġra tal-kannella CAS 84961-46-6 FEMA 2290 CoE 133 EINECS 283-479-0

L-ispeċijiet kollha

 

Citrus aurantium L.: Żejt tan-neroli bigarade CAS 8016-38-4 FEMA 2771 CoE 136 EINECS 277-143-2/Essenza assoluta tal-petitgrain bigarade CAS 8014-17-3 CoE 136 EINECS 283-881-6

L-ispeċijiet kollha

 

Citrus reticulata Blanco: Mandolin, terpeni tat-Tanġerina CoE 142

L-ispeċijiet kollha

 

Citrus x paradisi Macfad.: Żejt tal-grapefruit magħsur CAS 8016-20-4 FEMA 2530 CoE 140 EINECS 289-904-6/Estratt tal-grapefruit CoE 140

L-ispeċijiet kollha

 

Glycyrrhiza glabra L.: Estratt ta’ għud is-sus (b’bażi ta’ solvent) CAS 97676-23-8 FEMA 2628 CoE 218 EINECS 272-837-1

L-ispeċijiet kollha

 

Juniperus communis L.: Estratt tal-frotta tal-ġnibru CAS 84603-69-0 CoE 249 EINECS 283-268-3

L-ispeċijiet kollha

 

Laurus nobilis L.: Estratt tal-weraq tar-randa/oleoreżina tal-weraq tar-randa CAS 84603-73-6 FEMA 2613 CoE 255 EINECS 283-272-5

L-ispeċijiet kollha

 

Lavandula latifolia Medik.: Żejt tal-lavanda spike CoE 256

L-ispeċijiet kollha

 

Lepidium meyenii Walp.: Estratt tal-maca

L-ispeċijiet kollha

 

Leptospermum scoparium J. R. et G. Forst.: Żejt tas-siġra tat-te tal-ġummar

L-ispeċijiet kollha

 

Macleaya cordata (Willd.) R. Br.: Essenza assoluta tal-peprin tal-Plume/estratt tal-peprin tal-Plume/żejt tal-peprin tal-Plume/tintura tal-peprin tal-Plume

L-ispeċijiet kollha

 

Mallotus philippinensis (Lam.) Muell. Arg.: Estratt tal-kamala CoE 535

L-ispeċijiet kollha

 

Malpighia glabra L.: Estratt tal-aċerola

L-ispeċijiet kollha

 

Malus sylvestris Mill.: Konċentrat tat-tuffieħ CoE 386

L-ispeċijiet kollha

 

Medicago sativa L.: Tintura tal-alfalfa CoE 274

L-ispeċijiet kollha

 

Melissa officinalis L.: Żejt tal-melissa CoE 280

L-ispeċijiet kollha

 

Mentha pulegium L.: Żejt tal-plejju CAS 8013-99-8 FEMA 2839 CoE 283 EINECS 290-061-1

L-ispeċijiet kollha

 

Myristica fragrans Houtt.: Żejt tal-mace CAS 8007-12-3 FEMA 2653 CoE 296 EINECS 282-013-3/Oleoreżina tan-noċemuskata CAS 8408268-8 CoE 296 EINECS 282-013-3

L-ispeċijiet kollha

 

Myroxylon balsamum (L.) Harms: Estratt tal-balzmu tat-tolu (b’bażi ta’ solvent) CAS 9000-64-0 FEMA 3069 CoE 297 EINECS 232-550-4

L-ispeċijiet kollha

 

Myroxylon balsamum (L.) Harms var. Pereirae: Estratt tal-balzmu tal-peru (b’bażi ta’ solvent) CAS 8007-00-9 FEMA 2117, 2116 CoE 298 EINECS 232-352-8

L-ispeċijiet kollha

 

Ocimum basilicum L.: Żejt tal-ħabaq CAS 801573-4 FEMA 2119 CoE 308 EINECS 283-900-8

L-ispeċijiet kollha

 

Opopanax chironium (L.) Koch, Commiphora erythrea Engler: Żejt tal-opoponax CAS 8021- 36-1 CoE 313 EINECS 232-558-8

L-ispeċijiet kollha

 

Passiflora edulis Sims. = P. incarnata L.: Estratt tal-frotta tal-fjura tal-passjoni (b’bażi ta’ ilma) CoE 321

L-ispeċijiet kollha

 

Pelargonium asperum Her. ex Spreng.: Żejt tal-ġeranju

L-ispeċijiet kollha

 

Peumus boldus Mol.: Estratt tal-boldu CoE 328/Tintura tal-boldu CoE 328

L-ispeċijiet kollha

 

Pinus pinaster Soland.: Żejt tal-arżnu

L-ispeċijiet kollha

 

Pimenta racemosa (Mill.) J.W.Moore: Żejt tar-randa CAS 8006-78-8 CoE 334

L-ispeċijiet kollha

 

Piper methysticum G. Forst.: Tintura tal-kawa-kawa

L-ispeċijiet kollha

 

Quillaja saponaria Molina: Estratt tal-Quillaia (b’bażi ta’ solvent) CoE 391/Konċentrat tal-Quillaia

L-ispeċijiet kollha

 

Ribes nigrum L.: Estratt tar-ribes CoE 399

L-ispeċijiet kollha

 

Satureja hortensis L.: Żejt tas-savory summer CAS 8016-68-0 FEMA 3013 CoE 425 EINECS 283-922-8

L-ispeċijiet kollha

 

Sophora japonica L.: Żejt tas-siġra tal-pagoda

L-ispeċijiet kollha

 

Styrax benzoin Dryand., S. tonkinensis (Pierre) Craib ex Hartwich: Reżinojd tal-benżoin CAS 9000 -05-9 FEMA 2133 CoE 439 EINECS 232-523-7

L-ispeċijiet kollha

 

Tagetes erecta L., T. glandulifera Schrank., T. minuta L. e.a.: Żejt tat-tagetes CAS 8016- 84-0 FEMA 3040 CoE 443/494 EINECS 294-862-7

L-ispeċijiet kollha

 

Thea sinensis L. = Camellia thea Link. = Camellia sinensis (L.) O. Kuntze: Tintura tat-te CoE 451

L-ispeċijiet kollha

 

Uncaria tomentosa L. = Ourouparia guianensis Aubl.: Estratt tad-difer tal-qattus

L-ispeċijiet kollha

 

Valeriana officinalis L.: Tintura tal-għerq tal-valerjana CoE 473

L-ispeċijiet kollha

 

Vetiveria zizanoides (L.) Nash.: Żejt tal-vetiver CAS 8016-96-4 CoE 479 EINECS 282-490-8

L-ispeċijiet kollha

 

Vitis vinifera L.: Żejt tal-cognac aħdar CAS 8016-21-5 FEMA 2331 CoE 485 EINECS 232-403-4/Żejt tal-cognac abjad CAS 801621-5 FEMA 2332 CoE 485 EINECS 232-403-4

L-ispeċijiet kollha

 

Vitis vinifera L.: Estratt taż-żerriegħa tal-għeneb CoE 485

L-ispeċijiet kollha

 

Yucca mohavensis Sarg. = Y. schidigera Roezl ex Ortgies: Estratt tal-yucca mojave (b’bażi ta’ solvent) CAS 90147-57-2 FEMA 3121 EINECS 290-449-0/konċentrat tal-Yucca/residwu tal-Yucca

L-ispeċijiet kollha

 

Zingiber officinale Rosc.: Estratt tal-ġinġer CAS 84696-15-1 FEMA 2521 CoE 489 EINECS 283-634-2

L-ispeċijiet kollha

Prodotti naturali u prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru tal-CAS 1128 -08-1/3-Metil-2-pentilciklopent-2-en-1-one/Nru. tal-Flavis 07.140

L-ispeċijiet kollha

 

Nru. tal-CAS 352195-40-5/Disodju Inożina-5-Mono-fosfat (IMP)

L-ispeċijiet kollha

Parti 2

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għal ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet u kategorija ta’ annimali

Mikroelementi

E 7

Molibdenu — Mo, Molibdat tas-sodju

L-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali kollha minbarra n-nagħaġ

Regolaturi tal-aċidità

E 503 (i)

Karbonat tal-ammonju

Qtates; Klieb

E 503 (ii)

Karbonat tal-idroġenu tal-ammonju

Qtates; Klieb

E 525

Idrossidu tal-potassju

Qtates; Klieb

E 526

Idrossidu tal-kalċju

Qtates; Klieb

Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti

Karotenojde u ksantofilli

E 160 a

Betakaroten

Kanarji

Sustanzi kuluranti oħra

E 141

Klorofilla tar-ram kumpless bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel

L-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali kollha minbarra klieb u qtates

E 141

Klorofilla tar-ram kumpless bħala sustanza kuluranti

[grupp funzjonali 2 a (iii)]

Għasafar ornamentali li jieklu l-ħbub; Rodituri żgħar; Ħut ornamentali

E 153

Iswed tal-karbonju bħala sustanza kuluranti

[grupp funzjonali 2 a (iii)]

Ħut ornamentali

E 172

Ossidu tal-ħadid Aħmar, Iswed & Isfar bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel

Żwiemel

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali - ddefiniti b’mod botaniku

 

Helianthus annuus L.: Estratt tal-ġirasol

Qtates; Klieb

 

Hyssopus officinalis L. = H. decumbens Jord. & Fourr.: Żejt tal-Hyssop CAS 8006-83-5 FEMA 2591 CoE 235 EINECS 283-266-3

Qtates; Klieb

 

Sus scrofa (estratt mill-glandoli pankreatiċi tal-ħnieżer bix-xaħam imneħħi)

Qtates u klieb u annimali domestiċi karnivori u omnivori oħra bħall-inmsa

Aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

3.2.7.

Taħlitiet ta:

(a)

Monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur u,

(b)

DL-metijonina, teknikament pura

protett bil-kopolimeru vinil-piridina/stiren

Baqar tal-ħalib

KAPITOLU I.B.

Addittivi tal-għalf li kienu awtorizzati għal perjodu limitat

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta’ annimali

Koċċidjostatiċi u sustanzi mediċinali oħra

E 758

Kloridrat tar-robenidina 66 g/kg (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belġju SA)

Dundjani

E 770

Maduramiċina tal-ammonju alfa 1 g/100 g (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belġju SA)

Dundjani

KAPITOLU I.C.

Addittivi tal-għalf li għalihom ma ġietx ippreżentata notifika msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta’ annimali

Aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

3.2.6.

L-liżina fosfat u l-prodotti sekondarji tagħha prodotti b’fermentazzjoni mal-Brevibacterium lactofermentum NRRL B-11470

Tjur tat-trobbija; Ħnieżer


(1)  Dawk il-forom tar-riboflavina ġew awtorizzati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/901 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5’-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) (sorsi ta’ vitamina B2) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 41).

(2)  Din il-forma ta’ riboflavina kienet soġġetta għaċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1254 tad-19 ta’ Settembru 2018 dwar iċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni tar-riboflavina (80 %) prodotta mill-Bacillus subtilis KCCM-10445 bħala addittiv tal-għalf li jappartjeni għall-grupp funzjonali ta’ vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili (ĠU L 237, 20.9.2018, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1103 tat-8 ta’ Lulju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-beta-karotene bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 57).


ANNESS II

Prodotti li mhumiex addittivi tal-għalf fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)

1.   

Dqiq taż-żerriegħa tat-tamarind

2.   

Diidroġenuortofosfat tal-potassju

3.   

Idroġenuortofosfat dipotassiku

4.   

Ortofosfat tripotassiku

5.   

Diidroġenuortofosfat tal-ammonju

6.   

Idroġenuortofosfat diammoniku

7.   

Diidroġenudifosfat disodiku

8.   

Difosfat tetrapotassiku

9.   

Trifosfat pentapotassiku

10.   

Seskwikarbonat tas-sodju

11.   

Idroġenukarbonat tal-potassju

12.   

Ossidu tal-kalċju

13.   

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin (esteri tas-sukrożju u aċidi xaħmin li jittieklu)

14.   

Sukrogliċeridi (taħlita ta’ esteri tas-sukrożju u mono u digliċeridi tal-aċidi xaħmin li jittieklu)

15.   

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin li jittieklu mhux polimerizzati

16.   

Mono-esteri tal-propan-1,2-diol (propilenglikol) u aċidi xaħmin li jittieklu, waħedhom jew f’taħlitiet ma’ diesteri

17.   

Merluccius capensis, Galeorhinus australis e.a.,/Qarquċa


ANNESS III

Prodotti li huma addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)

1.   

Ksilitol

2.   

Lattat tal-ammonju

3.   

Aċetat tal-ammonju


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/759

tas-7 ta’ Mejju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-eċċezzjonijiet mir-rekwiżit ta’ passaport tal-pjanti, l-istatus tal-Italja, tal-Irlanda, tal-Litwanja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja jew ta’ ċerti żoni tagħhom bħala żoni protetti, u r-referenza għal żona protetta fil-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) u (6), l-Artikolu 35(1) u (2), u l-Artikolu 79(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) stabbilixxa regoli rigward il-passaporti tal-pjanti għall-moviment fl-Unjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra. Barra minn hekk, fl-Anness III, dak ir-Regolament irrikonoxxa ċerti Stati Membri u żoni fl-Istati Membri bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti. Barra minn hekk, ċerti żoni protetti ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti temporanji sat-30 ta’ April 2020, sabiex jippermettu lil kull Stat Membru kkonċernat jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha biex juri li l-pesti kkonċernati ma dehrux fl-Istat Membru jew f’żona kkonċernata, jew biex ilesti jew ikompli bl-isforzi rigward l-eradikazzjoni tal-pest ikkonċernat.

(2)

L-esperjenza wriet li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti regoli fir-rigward tal-eċċezzjonijiet mir-rekwiżit ta’ passaport tal-pjanti, kif stabbilit fl-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, jenħtieġ li jiġi estiż. B’mod partikolari, għal raġunijiet ta’ konsistenza u sabiex jiġu koperti l-każijiet kollha tal-pjanti regolati, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, tali eċċezzjonijiet jenħtieġ li jkopru wkoll iż-żrieragħ tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li mhumiex soġġetti għall-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(1), 30(1) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

(3)

Għall-Italja, it-territorju ta’ Campania u dak ta’ ċerti partijiet ta’ Piemonte ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. Fl-2020, l-Italja ppreżentat informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. hija issa stabbilita fil-muniċipalitajiet ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napli, u Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno, u fit-territorju sħiħ ta’ Piemonte. Għalhekk jenħtieġ li dawk il-muniċipalitajiet u t-territorji kollu ta’ Piemonte m’għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al..

(4)

Barra minn hekk, ċerti partijiet tat-territorju tal-Italja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta temporanja fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta’ April 2020. Minn riżultati ta’ stħarriġ provduti mill-Italja fl-2019 u fl-2020, jidher li l-pest ta’ kwarantina fiż-żona protetta, li nstab fit-tifqigħat sporadiċi u iżolati f’xi partijiet taż-żona protetta, jew ġie eradikat jew qiegħed taħt eradikazzjoni u li l-partijiet li jifdal taż-żona protetta jibqgħu ħielsa minn dak il-pest. Dik l-informazzjoni turi wkoll li sa issa l-ebda eradikazzjoni ma damet aktar minn sentejn. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent ta’ dawk il-partijiet tat-territorju tal-Italja bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. jenħtieġ li jkompli mingħajr ebda limitu ta’ żmien.

(5)

It-territorji tal-Irlanda, tal-Litwanja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti temporanji fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta’ April 2020. Minn riżultati ta’ stħarriġ provduti mill-Irlanda, mil-Litwanja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja fl-2019 u fl-2020, jidher li l-pest ta’ kwarantina fiż-żona protetta, li nstab fit-tifqigħat sporadiċi u iżolati f’xi partijiet taż-żoni protetti, jew ġie eradikat jew qiegħed taħt eradikazzjoni u li l-partijiet li jifdal taż-żona protetta jibqgħu ħielsa minn dak il-pest. Dik l-informazzjoni turi wkoll li sa issa l-ebda eradikazzjoni tat-tifqigħa ma damet aktar minn sentejn. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent tat-territorji tal-Irlanda, tal-Litwanja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. jenħtieġ li jkompli mingħajr ebda limitu ta’ żmien.

(6)

Barra minn hekk, fl-2020, is-Slovakkja ppreżentat informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. hija issa stabbilita fl-ibliet ta’ Valice, Jesenské u Rimavská Sobota fil-Kontea ta’ Rimavská Sobota. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-ibliet ma jibqgħux jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al..

(7)

L-Irlanda talbet li t-territorju tagħha jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller. Fuq il-bażi ta’ stħarriġ li ġie mwettaq fl-2018 u fl-2019, l-Irlanda ppreżentat evidenza li l-pest ikkonċernat ma jidhirx fit-territorju tagħha, minkejja l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet favorevoli għal dak il-pest hemmhekk. Madankollu, huwa meħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Għaldaqstant, l-Irlanda jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta temporanja fir-rigward tat- Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller sat-30 ta’ April 2023.

(8)

Għall-finijiet ta’ konsistenza mal-emendi tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jelenka ż-żoni protetti u l-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, jenħtieġ li jsiru l-bidliet korrispondenti fl-Annessi IX u X ta’ dak ir-Regolament, li jelenkaw il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti hija pprojbita u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li jkunu se jiġu introdotti f’żoni protetti, jew jinġarru fihom skont rekwiżiti speċjali, rispettivament.

(9)

Fuq il-bażi ta’ informazzjoni li waslet mill-Portugall, il-gżira Terceira kienet diġà ġiet eskluża miż-żona protetta tal-Portugall fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-Gonipterus scutellatus Gyllenhal bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2210 (3), mingħajr ma ġie emendat l-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi emendata r-referenza ta’ dik iż-żona protetta f’dak l-Anness ukoll.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġi emendat skont dan.

(11)

Fl-interess taċ-ċarezza, l-emendi relatati ma’ żoni li ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 sat-30 ta’ April 2020, jenħtieġ li japplikaw b’mod retroattiv b’effett mill-1 ta’ Mejju 2020.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti speċjali tal-Anness VIII jew tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament jew ta’ dawk previsti mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikoli 28(1), 30(1) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.”;

(2)

L-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(3)

L-Anness IX huwa emendat f’konformità mal-Parti 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(4)

L-Anness X huwa emendat f’konformità mal-Parti 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punti li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2020:

il-punt (2) tal-Artikolu 1, minbarra l-punt (2) tal-Parti 1 tal-Anness;

il-punt (3) tal-Artikolu 1;

il-punt (4) tal-Artikolu 1, minbarra l-punt (3) tal-Parti 3 tal-Anness.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2210 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi III, VI, VII, IX, X, XI u XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tar-rekwiżiti li jikkonċernaw iż-żona protetta tal-Irlanda ta’ Fuq u l-projbizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mir-Renju Unit (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 28).


ANNESS

PARTI 1

Emendi għall-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

It-tabella fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sezzjoni (a) “Batterji”, it-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 1 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

l-Italja (Abruzzo, Apúlia, Basilicata, Calabria, Campania (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno), Lazio, Liguria, Lombardija (minbarra l-provinċji ta’ Milan, Mantua, Sondrio u Varese, u l-kommuni ta’ Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo f’Monza fil-provinċja ta’ Brianza), Marche (minbarra l-kommuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), Molise, Sardinja, Sqallija (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Maniace, Bronte, Adrano fil-provinċja ta’ Catania u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), Toscana, Umbria, Valle d’Aosta, Veneto (minbarra l-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-kommuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova u l-kommuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio, Zimella fil-provinċja ta’ Verona));”;

(b)

il-punti (g) sa (k) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

l-Irlanda (minbarra l-belt ta’ Galway);

(h)

il-Litwanja (minbarra l-muniċipalità ta’ Kėdainiai fir-reġjun ta’ Kaunas);

(i)

is-Slovenja (minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta’ Dol pri Ljubljani, Lendava, Litija, Moravče, Renče-Vogrsko, Velika Polana u Žužemberk, u l-abitati ta’ Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta’ Ivančna Gorica);

(j)

is-Slovakkja (minbarra l-kontea ta’ Dunajská Streda, u l-ibliet ta’ Hronovce u Hronské Kľačany fil-Kontea ta’ Levice, Dvory nad Žitavou fil-Kontea ta’ Nové Zámky, Málinec fil-Kontea ta’ Poltár, Valice, Jesenské u Rimavská Sobota fil-Kontea ta’ Rimavská Sobota, Hrhov fil-Kontea ta’ Rožňava, Veľké Ripňany fil-Kontea ta’ Topoľčany, Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín fil-Kontea ta’ Trebišov).”;

(2)

fis-sezzjoni (c) “Insetti u akari”, il-punt 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“19.

Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller

THAUPI

(a)

sat-30 ta’ April 2023: l-Irlanda;

(b)

ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq).”

Parti 2

Emendi għall-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 1, it-tielet kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (Abruzzo, Apúlia, Basilicata, Calabria, Campania (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno), Lazio, Liguria, Lombardija (minbarra l-provinċji ta’ Milan, Mantua, Sondrio u Varese, u l-kommuni ta’ Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza Brianza), Marche (minbarra l-kommuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), Molise, Sardinja, Sqallija (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Maniace, Bronte, Adrano fil-provinċja ta’ Catania u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), Toscana, Umbria, Valle d’Aosta, Veneto (minbarra l-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-kommuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova u l-kommuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio, Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(b)

il-punti (g) sa (i) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

il-Litwanja (minbarra l-muniċipalità ta’ Kėdainiai fir-reġjun ta’ Kaunas);

(h)

is-Slovenja (minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta’ Dol pri Ljubljani, Lendava, Litija, Moravče, Renče-Vogrsko, Velika Polana u Žužemberk, u l-abitati ta’ Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta’ Ivančna Gorica);

(i)

is-Slovakkja (minbarra l-kontea ta’ Dunajská Streda, u l-ibliet ta’ Hronovce u Hronské Kľačany fil-Kontea ta’ Levice, Dvory nad Žitavou fil-Kontea ta’ Nové Zámky, Málinec fil-Kontea ta’ Poltár, Valice, Jesenské u Rimavská Sobota fil-Kontea ta’ Rimavská Sobota, Hrhov fil-Kontea ta’ Rožňava, Veľké Ripňany fil-Kontea ta’ Topoľčany, Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín fil-Kontea ta’ Trebišov);”.

(2)

fil-punt 2, it-tielet kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (Abruzzo, Apúlia, Basilicata, Calabria, Campania (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno), Lazio, Liguria, Lombardija (minbarra l-provinċji ta’ Milan, Mantua, Sondrio u Varese, u l-kommuni ta’ Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza Brianza), Marche (minbarra l-kommuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), Molise, Sardinja, Sqallija (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Maniace, Bronte, Adrano fil-provinċja ta’ Catania u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), Toscana, Umbria, Valle d’Aosta, Veneto (minbarra l-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-kommuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova u l-kommuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio, Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(b)

il-punti (g) sa (i) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

il-Litwanja (minbarra l-muniċipalità ta’ Kėdainiai fir-reġjun ta’ Kaunas);

(h)

is-Slovenja (minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta’ Dol pri Ljubljani, Lendava, Litija, Moravče, Renče-Vogrsko, Velika Polana u Žužemberk, u l-abitati ta’ Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta’ Ivančna Gorica);

(i)

is-Slovakkja (minbarra l-kontea ta’ Dunajská Streda, u l-ibliet ta’ Hronovce u Hronské Kľačany fil-Kontea ta’ Levice, Dvory nad Žitavou fil-Kontea ta’ Nové Zámky, Málinec fil-Kontea ta’ Poltár, Valice, Jesenské u Rimavská Sobota fil-Kontea ta’ Rimavská Sobota, Hrhov fil-Kontea ta’ Rožňava, Veľké Ripňany fil-Kontea ta’ Topoľčany, Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín fil-Kontea ta’ Trebišov);”.

Parti 3

Emendi għall-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

L-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 3, ir-raba’ kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (Abruzzo, Apúlia, Basilicata, Calabria, Campania (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno), Lazio, Liguria, Lombardija (minbarra l-provinċji ta’ Milan, Mantua, Sondrio u Varese, u l-kommuni ta’ Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza Brianza), Marche (minbarra l-kommuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), Molise, Sardinja, Sqallija (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Maniace, Bronte, Adrano fil-provinċja ta’ Catania u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), Toscana, Umbria, Valle d’Aosta, Veneto (minbarra l-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-kommuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova u l-kommuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio, Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(b)

il-punti (g) sa (i) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

il-Litwanja (minbarra l-muniċipalità ta’ Kėdainiai fir-reġjun ta’ Kaunas)

(h)

is-Slovenja (minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta’ Dol pri Ljubljani, Lendava, Litija, Moravče, Renče-Vogrsko, Velika Polana u Žužemberk, u l-abitati ta’ Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta’ Ivančna Gorica);

(i)

is-Slovakkja (minbarra l-kontea ta’ Dunajská Streda, u l-ibliet ta’ Hronovce u Hronské Kľačany fil-Kontea ta’ Levice, Dvory nad Žitavou fil-Kontea ta’ Nové Zámky, Málinec fil-Kontea ta’ Poltár, Valice, Jesenské u Rimavská Sobota fil-Kontea ta’ Rimavská Sobota, Hrhov fil-Kontea ta’ Rožňava, Veľké Ripňany fil-Kontea ta’ Topoľčany, Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín fil-Kontea ta’ Trebišov);”.

(2)

fil-punt 9, ir-raba’ kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (Abruzzo, Apúlia, Basilicata, Calabria, Campania (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno), Lazio, Liguria, Lombardija (minbarra l-provinċji ta’ Milan, Mantua, Sondrio u Varese, u l-kommuni ta’ Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza Brianza), Marche (minbarra l-kommuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), Molise, Sardinja, Sqallija (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Maniace, Bronte, Adrano fil-provinċja ta’ Catania u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), Toscana, Umbria, Valle d’Aosta, Veneto (minbarra l-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-kommuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova u l-kommuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio, Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(b)

il-punti (g) sa (i) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

il-Litwanja (minbarra l-muniċipalità ta’ Kėdainiai fir-reġjun ta’ Kaunas)

(h)

is-Slovenja (minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta’ Dol pri Ljubljani, Lendava, Litija, Moravče, Renče-Vogrsko, Velika Polana u Žužemberk, u l-abitati ta’ Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas,Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta’ Ivančna Gorica);

(i)

is-Slovakkja (minbarra l-kontea ta’ Dunajská Streda, u l-ibliet ta’ Hronovce u Hronské Kľačany fil-Kontea ta’ Levice, Dvory nad Žitavou fil-Kontea ta’ Nové Zámky, Málinec fil-Kontea ta’ Poltár, Valice, Jesenské u Rimavská Sobota fil-Kontea ta’ Rimavská Sobota, Hrhov fil-Kontea ta’ Rožňava, Veľké Ripňany fil-Kontea ta’ Topoľčany, Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín fil-Kontea ta’ Trebišov);”.

(3)

Fil-punt 16, it-test fir-raba’ kolonna, “Żoni protetti”, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-Irlanda

(b)

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(4)

Fil-punt 19, it-test fir-raba’ kolonna, Żoni protetti, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-Greċja

(b)

il-Portugall (Azores, minbarra l-gżira Terceira)”.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/760

tas-7 ta’ Mejju 2021

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji bil-liċenzji u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-Artikolu 223(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) sa (d), u l-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (4) jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u li jissostitwixxi u jħassar ċertu numru ta’ atti li fetħu dawn il-kwoti u jipprevedi regoli speċifiċi.

(2)

Sabiex jiġi ċċarat preċiżament sa meta l-Istati Membri jridu jinnotifikaw il-kwantitajiet koperti mil-liċenzji u l-informazzjoni relatata mas-sistema elettronika tar-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (“is-sistema elettronika LORI”) imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (5), jenħtieġ li ċ-ċertifikati tal-awtentiċità u ċ-ċertifikati tal-IMA1, l-Artikoli 16, 17 u 61 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġu emendati.

(3)

Ir-regoli dwar il-validità taċ-ċertifikati tal-IMA 1 għall-prodotti tal-ħalib jeħtieġ li jiġu emendati u allinjati mar-regoli ġenerali dwar il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-importazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 titħassar.

(4)

F’każ li l-operaturi japplikaw għal-liċenzji tal-esportazzjoni elettronikament, jenħtieġ li jitħallew ukoll jippreżentaw bl-istess mod id-dikjarazzjoni tal-eliġibbiltà tal-importaturi tal-Istati Uniti li takkumpanja l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni skont il-kwoti tal-ġobon miftuħin mill-Istati Uniti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat.

(5)

Skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, l-Istati Membri għandhom id-dmir li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data kollha li tirreferi għall-operaturi li ressqu applikazzjonijiet għall-esportazzjoni skont il-kwoti tal-ġobon miftuħin mill-Istati Uniti, inkluż in-numru EORI tagħhom. Peress li mhux l-operaturi kollha huma meħtieġa jkollhom tali numru, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw dan in-numru biss f’każ li l-operaturi jkollhom. Għalhekk, dak l-Artikolu jeħtieġ li jiġi emendat.

(6)

Skont l-Artikoli 71(3), u 72(2), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, u b’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament, l-operaturi li japplikaw għal kwoti tariffarji tal-esportazzjoni ġestiti minn pajjiżi terzi u soġġetti għal regoli speċifiċi tal-Unjoni, u għal kwoti tariffarji tal-importazzjoni ġestiti b’dokumenti maħruġa mill-pajjiżi esportaturi, jistgħu jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzji kull xahar, fi kwalunkwe jum. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ta’ dan il-metodu ta’ ġestjoni, jenħtieġ li d-deroga mill-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament tirreferi għall-Artikolu kollu u mhux biss għall-paragrafi 1 u 2 tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Artikolu 72(4) ta’ dak ir-Regolament jiġi kkoreġut bl-introduzzjoni ta’ referenza speċifika għaċ-ċertifikati tal-IMA 1.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-mili tat-Taqsimiet 8 u 24 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-liċenzji, fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tal-oġġetti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 22 u 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, kif ukoll il-kaxxi rilevanti tal-kwoti tariffarji fl-Annessi II sa XII ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/991 (6) jiftaħ tliet kwoti tariffarji għar-ross li joriġina mill-Vjetnam. Sabiex il-ġestjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji tiġi armonizzata mar-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, jenħtieġ li t-tabelli u r-regoli li jirregolaw dawk it-tliet kwoti tariffarji jiġu integrati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991 jitħassar. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 27 u 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġu emendati, u jenħtieġ li jiġi integrat l-Artikolu ġdid 29a f’dak ir-Regolament.

(9)

Jenħtieġ li t-tabella li tikkonċerna l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4450 stabbilita fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 tiġi aġġornata bil-klassifikazzjoni l-ġdida taċ-ċanga u bl-isem il-ġdid tal-awtorità kompetenti għall-ħruġ taċ-Ċertifikati ta’ awtentiċità kkomunikati mill-Arġentina.

(10)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ fehim dwar l-età massima tal-annimali bovini li l-karkassi tagħhom huma eliġibbli taħt il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4002 stabbilit fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, jenħtieġ li t-tabella rilevanti ta’ dak l-Anness tiġi emendata.

(11)

Sabiex jiġu esklużi l-flettijiet tal-vagant mill-prodotti eliġibbli taħt il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4038 u 09.4170 stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, jenħtieġ li t-tabelli rilevanti ta’ dak l-Anness jiġu emendati.

(12)

Ir-referenza għall-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) fil-kaxxa “Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera” tat-tabelli ta’ diversi kwoti tariffarji mhijiex meħtieġa, u tista’ tiġi interpretata ħażin. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina u kwistjonijiet konsegwenti għall-operaturi kummerċjali, jenħtieġ li tali referenza titħassar. Fl-istess sens, jenħtieġ li l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (8) jiġi emendat biex jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tar-referenza tiegħu għall-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-referenza għaċ-ċertifikati tal-awtentiċità fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 tiġi estiża għad-dokumenti kollha msemmija fil-Kapitolu II u fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(13)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji rregolati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 jenħtieġ li jitħassru ċerti kwoti prinċipali għall-butir u l-vitella u li s-subkwoti rilevanti jiġu ġestiti bħala kwoti tariffarji.

(14)

Wara żball fl-integrazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 (9) fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, jenħtieġ li t-tabella tal-kwota tariffarja taħt in-numru tal-ordni 09.0141 tiġi integrata man-numri tal-ordni l-oħra kollha li jirregolaw il-prodotti elenkati fid-deskrizzjoni tal-prodott tagħha, b’effett fuq il-perjodu tal-kwoti tariffarji kurrenti.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) Nru 2020/1988 jiġu emendati skont dan.

(16)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni f’waqtha tal-emendi meta l-operaturi jippreżentaw l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-kwoti tariffarji b’perjodi li jibdew f’Lulju 2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-emendi għall-kwoti tariffarji ġestiti bil-liċenzji japplikaw mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal-liċenzja wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jimmodifikaw ir-rekwiżiti tal-prova tal-oriġini għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4123, 09.4125, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4130 u 09.4154, li jenħtieġ li japplikaw mill-bidu tal-perjodi tal-kwoti tariffarji kurrenti. Jenħtieġ li l-emendi għall-kwoti tariffarji ġestiti fuq il-prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” japplikaw għall-perjodu tal-kwoti tariffarji kurrenti sa mill-bidu tagħhom. Jenħtieġ li l-emendi li jikkonċernaw l-integrazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991 fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 japplikaw mill-perjodu tal-kwota tariffarja li jmiss li jibda fl-1 ta’ Jannar 2022.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-kelma “qabel” hija sostitwita b’“mhux aktar tard minn”;

(ii)

fil-punt (b), il-kelma “qabel” hija sostitwita b’“mhux aktar tard minn”;

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-kelma “qabel” hija sostitwita b’“mhux aktar tard minn”;

(ii)

fil-punt (b), il-kelma “qabel” hija sostitwita b’“mhux aktar tard minn”;

(iii)

fil-punt (c), il-kelma “qabel” hija sostitwita b’“mhux aktar tard minn”;

(2)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-kelma “qabel” hija sostitwita b’“mhux aktar tard minn”;

(b)

fil-punt (b), il-kelma “qabel” hija sostitwita b’“mhux aktar tard minn”;

(3)

l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 22

Kontenut tal-applikazzjoni u tal-liċenzja

L-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja għandhom fil-każijiet kollha jsemmu fit-Taqsima 24 waħda mill-entrati elenkati fl-Anness XIV.”;

(4)

l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

fir-raba’ paragrafu, il-kliem “u 09.4168” huwa sostitwit b’“,09.4168, 09.4729, 09.4730 u 09.4731”;

(b)

jiżdied is-sitt paragrafu li ġej:

“Għall-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.4729, 09.4730 u 09.4731 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, f’konformità mal-Artikolu 16, lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet f’piż tal-prodott u l-Kummissjoni għandha tittrasforma dawn il-kwantitajiet f’ekwivalenti ta’ piż speċifikat fl-Anness III.”;

(5)

l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “u 09.4168” huwa sostitwit b’“, 09.4168, 09.4119, 09.4130 u 09.4154”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“B’deroga mill-Artikolu 6(5), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-kwoti tariffarji 09.4729, 09.4730 u 09.4731 għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss u għal kodiċi tan-NM wieħed biss. Id-deskrizzjoni tal-prodotti u l-kodiċi tan-NM tagħhom għandhom jissemmew fit-Taqsimiet 15 u 16, rispettivament, tal-applikazzjoni tal-liċenzja.”;

(6)

Jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

“Artikolu 29a

Ċertifikat tal-awtentiċità

1.   Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, maħruġ minn korp kompetenti tal-Vjetnam elenkat fl-Anness III, li jiddikjara li r-ross jappartjeni għal waħda mill-varjetajiet speċifiċi ta’ ross fragranti stabbilit għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4731 għandu jitfassal fuq formola f’konformità mal-kampjun stabbilit fl-Anness XIV.2 ROSS — Parti D. Oriġini Vjetnam. Il-formoli għandhom ikunu stampati u kkompletati bl-Ingliż.

2.   Kull ċertifikat tal-awtentiċità għandu jkollu numru tas-serje individwali allokat mill-awtoritajiet tal-ħruġ fil-kaxxa ta’ fuq tal-lemin. Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tal-oriġinal.

3.   Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jkun validu għal 120 jum mid-data tal-ħruġ. Għandu jkun validu biss jekk il-kaxxi jkunu mimlija kif suppost u jkun iffirmat. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandhom jitqiesu li ġew iffirmati kif suppost jekk ikunu jinkludu d-data u l-post tal-ħruġ kif ukoll it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew tal-persuni awtorizzati li jiffirmawhom.

4.   Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet doganali sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika mill-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4731. Il-korp kompetenti tal-Vjetnam elenkat fl-Anness III, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’kull informazzjoni rilevanti, li tista’ tassisti fil-verifika tal-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità, b’mod partikolari kampjuni tat-timbri li tkun użat.”;

(7)

fl-Artikolu 53, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Għandha tiġi ppreżentata kopja awtentikata kif xieraq taċ-ċertifikat tal-IMA 1, flimkien mal-liċenzja tal-importazzjoni korrispondenti u l-prodotti relatati magħha, lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni fl-istess ħin li fih titressaq id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.”;

(8)

fl-Artikolu 59, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mill-importatur innominat tal-Istati Uniti li tiddikjara l-eliġibbiltà tiegħu għall-importazzjoni skont ir-regoli tal-Istati Uniti dwar il-liċenzjar tal-importazzjoni tal-kwota tariffarja għall-ħalib stipulati fil-parti 6 tas-sottotitolu A tat-Titolu 7 tal-Kodiċi tar-Regolamenti Federali. Fil-każ ta’ applikazzjoni elettronika, tista’ tiġi ppreżentata kopja elettronika ta’ din id-dikjarazzjoni.”;

(9)

l-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

lista tal-applikanti, li tiddikjara l-isem, l-indirizz u n-numru EORI tagħhom, jekk applikabbli;”

(b)

fil-paragrafu 3, il-kelma “Qabel” hija sostitwita bil-kliem “Mhux aktar tard minn”;

(10)

fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   B’deroga mill-Artikolu 6, l-operaturi jistgħu jressqu aktar minn applikazzjoni għal liċenzja waħda kull xahar, u l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe jum, filwaqt li jitqies l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.”;

(11)

l-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   B’deroga mill-Artikolu 6, l-operaturi jistgħu jressqu aktar minn applikazzjoni għal-liċenzja waħda fix-xahar, u l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe jum, b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivverifika li l-informazzjoni mniżżla fuq iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità u fuq iċ-ċertifikat tal-IMA 1 tikkorrispondi mal-informazzjoni li rċeviet mill-Kummissjoni. Jekk dan ikun il-każ u sakemm ma jingħatawx struzzjonijiet mod ieħor mill-Kummissjoni, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha toħroġ il-liċenzji tal-importazzjoni mingħajr dewmien, sa mhux aktar tard minn sitt ijiem kalendarji minn meta tirċievi l-applikazzjoni ppreżentata ma’ ċertifikat ta’ awtentiċità jew ma’ ċertifikat tal-IMA 1.”;

(12)

l-Annessi I, II, III, IV, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII u XIV.2 ROSS huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 53(2), il-punti (b) u (c) u l-Artikolu 53(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 ma għandhomx japplikaw għall-kwoti tariffarji u l-kwoti subtariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0138, 09.0139, 09.0140, 09.0141, 09.0165, 09.0166, 09.0167, 09.0168, 09.0169, 09.0142, 09.0143, 09.0161, 09.0162, 09.0163, 09.0164, 09.0146, 09.0147, 09.0148, 09.0149, 09.0150, 09.0151, 09.0152, 09.0159, 09.0160, 09.0154, 09.0155, 09.0156, 09.0157 u 09.0158.”;

(2)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Meta jkun meħtieġa dokumenti addizzjonali, dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Jekk ikun meħtieġ, l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrikjedu wkoll li d-dikjarant jew l-importatur jagħti prova tal-oriġini tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew dispożizzjonijiet rilevanti għall-arranġament kummerċjali kkonċernat.”;

(3)

l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0141, 09.0165, 09.0166, 09.0167, 09.0168 u 09.0169”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-importazzjoni fi ħdan il-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0141, 09.0165, 09.0166, 09.0167, 09.0168 u 09.0169 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.”;

(4)

l-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Ġestjoni tal-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0161, 09.0162, 09.0163 u 09.0164

Il-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0161 u 09.0163 għandhom jintużaw biex japplikaw għall-kodiċi NM ex 0202 20 30; il-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0162 u 09.0164 għandhom jintużaw biex japplikaw għall-kodiċi NM ex 0202 30 10, ex 0202 30 50, ex 0202 30 90 u ex 0206 29 91.”;

(5)

l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Artikolu 18

“Definizzjonijiet għall-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0161, 09.0162, 09.0163 u 09.0164”;

(b)

fil-paragrafu 1, jitħassar in-numru tal-ordni “09.0144”;

(c)

fil-paragrafu 2, jitħassar in-numru tal-ordni “09.0145”;

(6)

l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Artikolu 19

“Definizzjonijiet speċifiċi għall-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0161, 09.0162, 09.0163 u 09.0164”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-kliem “09.0144 u 09.0145 u l-kwoti subtariffarji taħt in-numri tal-ordni jitħassru“;

(7)

l-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0159 u 09.0160

Il-kwota tariffarja 09.0159 għandha tintuża biex tapplika għall-kodiċi NM 0405 10; il-kwota tariffarja 09.0160 għandha tintuża biex tapplika għall-kodiċi NM 0405 90.”;

(8)

l-Annessi I u II huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1 għandu japplika mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal-liċenzja wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu:

(a)

il-punti (2)(d) u (3)(e) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-bidu tal-perjodu tal-kwoti tariffarji kurrenti;

(b)

l-Artikolu 1, il-punt (4), il-punt (5)(b) u l-punt (6), u l-punt (1), il-punt (3)(f) u l-punt (12) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-bidu tal-perjodi tal-kwoti tariffarji kurrenti.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/991 tat-13 ta’ Mejju 2020 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 221, 10.07.2020, p. 64).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1).


ANNESS I

L-Annessi I, II, III, IV, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII u XIV.2 ROSS tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, taħt ir-ringiela relatata mal-kwota tariffarja 09.4168, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

“09.4729

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Le

Iva

 

Le

09.4730

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Le

Iva

 

Le

09.4731

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Le

Iva

 

Le”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4125 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘M’għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, mill-Kanada u mir-Renju Unit’”;

(b)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabelli li jirreferu għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4131 u 09.4133 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘M’għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(c)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabelli li jirreferu għall-kwota tariffarja bin-numri tal-ordni 09.4120, 09.4121 u 09.4122 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’.

It-Taqsima 24 tal-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tindika waħda mill-entrati elenkati fl-Anness XIV.1 ta’ dan ir-Regolament”;

(d)

il-kaxxa “Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera” tat-tabelli li jirreferu għall-kwota tariffarja bin-numri tal-ordni 09.4123 u 09.4125 hija sostitwita b’dan li ġej:

Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera

Le”;

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ (kwoti tariffarji) bin-numru tal-ordni 09.4119 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mill-Indja, mill-Pakistan, mit-Tajlandja, mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit’”;

(b)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4130 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mill-Awstralja, mit-Tajlandja, mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit’”;

(c)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.4138, 09.4148, 09.4166 u 09.4168 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(d)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4154, hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mill-Awstralja, mill-Guyana, mit-Tajlandja, mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit’”;

(e)

il-kaxxa “Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera” tat-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4130 u 09.4154 hija sostitwita b’dan li ġej:

Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera

Le”;

(f)

jiżdiedu t-tabelli li ġejjin:

Numru tal-ordni

09.4729

Ftehim internazzjonali jew att ieħor

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/753 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 186, 12.6.2020, p. 1).

Perjodu tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

Subperjodi tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Applikazzjoni għal liċenzja

F’konformità mal-Artikoli 6, 7, 8 u 29 ta’ dan ir-Regolament

Deskrizzjoni tal-prodott

Ross meħluf [espress f’ekwivalenti ta’ ross meħluf]

Oriġini

Il-Vjetnam

Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-liċenzja. Jekk iva, il-korp awtorizzat biex joħroġha

Le

Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera

Iva. Prova tal-oriġini kif definita fl-Artikolu 15(2) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandha tiġi ppreżentata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera.

Kwantità f’kilogrammi

20 000 000  kg [espressi f’ekwivalenti ta’ ross meħluf], diviżi kif ġej:

10 000 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

5 000 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

5 000 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

0 kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Kodiċijiet NM

1006 10 30

1006 10 50

1006 10 71

1006 10 79

1006 20 11

1006 20 13

1006 20 15

1006 20 17

1006 20 92

1006 20 94

1006 20 96

1006 20 98

Dazju doganali fil-kwota

EUR 0

Prova tal-kummerċ

Iva. 25 tunnellata

Sigurtà għal-liċenzja tal-importazzjoni

EUR 30 kull 1 000 kg

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

It-Taqsima 8 tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinkludi l-isem “Viet Nam” jew “Viet-Nam” jew “Vietnam” u l-kaxxa “Iva” għandha tiġi mmarkata b’salib.

Perjodu ta’ validità ta’ liċenzja

F’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament

Trasferibbiltà tal-liċenzja

Iva

Kwantità ta’ referenza

Le

Operatur irreġistrat fil-bażi tad-data LORI

Le

Kundizzjonijiet speċifiċi

Ir-rati ta’ konverżjoni bejn ross li jkun għadu fil-fosdqa, ross imqaxxar, ross nofsu mitħun u ross mitħun imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/2008 għandhom japplikaw


Numru tal-ordni

09.4730

Ftehim internazzjonali jew att ieħor

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/753 tal-30 ta’ Marzu 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 186, 12.6.2020, p. 1).

Perjodu tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

Subperjodi tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Applikazzjoni għal liċenzja

F’konformità mal-Artikoli 6, 7, 8 u 29 ta’ dan ir-Regolament

Deskrizzjoni tal-prodott

Ross immaċinat [espress f’ekwivalenti ta’ ross immaċinat]

Oriġini

Il-Vjetnam

Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-liċenzja. Jekk iva, il-korp awtorizzat biex joħroġha

Le

Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera

Iva. Prova tal-oriġini kif definita fl-Artikolu 15(2) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandha tiġi ppreżentata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera.

Kwantità f’kilogrammi

30 000 000  kg [espressi f’ekwivalenti ta’ ross immaċinat], diviżi kif ġej:

15 000 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

7 500 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

7 500 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

0 kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Kodiċijiet NM

1006 30 21

1006 30 23

1006 30 25

1006 30 27

1006 30 42

1006 30 44

1006 30 46

1006 30 48

1006 30 61

1006 30 63

1006 30 65

1006 30 67

1006 30 92

1006 30 94

1006 30 96

1006 30 98

Dazju doganali fil-kwota

EUR 0

Prova tal-kummerċ

Iva. 25 tunnellata

Sigurtà għal-liċenzja tal-importazzjoni

EUR 30 kull 1 000 kg

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

It-Taqsima 8 tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinkludi l-isem “Viet Nam” jew “Viet-Nam” jew “Vietnam” u l-kaxxa “Iva” għandha tiġi mmarkata b’salib.

Perjodu ta’ validità ta’ liċenzja

F’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament

Trasferibbiltà tal-liċenzja

Iva

Kwantità ta’ referenza

Le

Operatur irreġistrat fil-bażi tad-data LORI

Le

Kundizzjonijiet speċifiċi

Ir-rati ta’ konverżjoni bejn ross li jkun għadu fil-fosdqa, ross imqaxxar, ross nofsu mitħun u ross mitħun imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/2008 għandhom japplikaw


Numru tal-ordni

09.4731

Ftehim internazzjonali jew att ieħor

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/753 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 186, 12.6.2020, p. 1).

Perjodu tal-kwoti tariffarji

L-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

Subperjodi tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Applikazzjoni għal liċenzja

F’konformità mal-Artikoli 6, 7, 8 u 29 ta’ dan ir-Regolament

Deskrizzjoni tal-prodott

Ross immaċinat [espress f’ekwivalenti ta’ ross immaċinat]

varjetajiet ta’ ross fragranti li ġejjin:

Jasmine 85

ST 5

ST 20

Nang Hoa 9 (NàngHoa 9)

VD 20

RVT

OM 4900

OM 5451

Tai nguyen Cho Dao (Tàinguyên Cho Dào)

Oriġini

Il-Vjetnam

Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-liċenzja. Jekk iva, il-korp awtorizzat biex joħroġha

Le

Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera

Iva. Prova tal-oriġini kif definita fl-Artikolu 15(2) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandha tiġi ppreżentata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera.

Ċertifikat ta’ Awtentiċità (CA), li l-mudell tiegħu huwa stabbilit fl-Anness XIV.2 ROSS il-Parti D: Oriġini Vjetnam, Ċertifikat ta’ Awtentiċità ta’ dan ir-Regolament. Awtorità tal-ħruġ: Il-Ministeru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Vjetnam

Kwantità f’kilogrammi

30 000 000  kg [espressi f’ekwivalenti ta’ ross immaċinat], diviżi kif ġej:

15 000 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

7 500 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

7 500 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

0 kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

Kodiċijiet NM

1006 10 30

1006 10 50

1006 10 71

1006 10 79

1006 20 11

1006 20 13

1006 20 15

1006 20 17

1006 20 92

1006 20 94

1006 20 96

1006 20 98

1006 30 21

1006 30 23

1006 30 25

1006 30 27

1006 30 42

1006 30 44

1006 30 46

1006 30 48

1006 30 61

1006 30 63

1006 30 65

1006 30 67

1006 30 92

1006 30 94

1006 30 96

1006 30 98

Dazju doganali fil-kwota

EUR 0

Prova tal-kummerċ

Iva. 25 tunnellata

Sigurtà għal-liċenzja tal-importazzjoni

EUR 30 kull 1 000 kg

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

It-Taqsima 8 tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinkludi l-isem “Viet Nam” jew “Viet-Nam” jew “Vietnam” u l-kaxxa “Iva” għandha tiġi mmarkata b’salib.

Perjodu ta’ validità ta’ liċenzja

F’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament

Trasferibbiltà tal-liċenzja

Iva

Kwantità ta’ referenza

Le

Operatur irreġistrat fil-bażi tad-data LORI

Le

Kundizzjonijiet speċifiċi

Ir-rati ta’ konverżjoni bejn ross li jkun għadu fil-fosdqa, ross imqaxxar, ross nofsu mitħun u ross mitħun imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/2008 għandhom japplikaw”;

(4)

fl-Anness IV, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4320 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

It-Taqsima 20 għandha tindika “Zokkor maħsub biex jiġi rraffinat” u t-test kif stabbilit fl-Anness XIV.3 Parti A ta’ dan ir-Regolament

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(5)

fl-Anness VI, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4287 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Arġentina, u mir-Renju Unit’”;

(6)

fl-Anness VII, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4286 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mir-Renju Unit’”;

(7)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4003 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(b)

il-kaxex “Deskrizzjoni tal-prodott” u “Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4450 hija sostitwita b’dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-Prodott

Ċanga ta’ kwalità għolja mingħajr għadam li tissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Qatgħat taċ-ċanga magħżula li jinkisbu minn għoġġiela, għoġġiela żgħar jew erieħ li jkunu kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi tal-għoġġiela u tal-għoġġiela żgħar tqal għandhom jiġu klassifikati bħala ‘A’, ‘B’ u ‘C’. Il-karkassi tal-għoġġiela żgħar ħfief u tal-erieħ klassifikati bħala ‘A’ jew ‘B’ skont is-sistema uffiċjali ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi stabbilita mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Arġentina.”

Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-liċenzja. Jekk iva, il-korp awtorizzat biex joħroġha

Iva. Ċertifikat ta’ Awtentiċità (CA), li l-mudell tiegħu huwa stabbilit fl-Anness XIV tal-Awtorità tal-ħruġ ta’ dan ir-Regolament: Ministerio de Agricultura, Ganadería y Pesca.;”

(c)

il-kaxxa “Deskrizzjoni tal-prodott” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4002 hija sostitwita b’dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-Prodott

Laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat ta’ kwalità għolja ta’ annimali bovini li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Karkassi jew kwalunkwe qatgħa li jinkisbu minn annimali bovini li m’għandhomx aktar minn 30 xahar u li jkunu ġew mitmugħa għal 100 jum jew aktar dieta bbilanċjata nutrittiva, b’porzjonijiet b'kontenut għoli ta’ enerġija li ma jkunx fihom inqas minn 70 % ta’ qamħ u li jkunu jinkludu mill-inqas 20 libra ta’ għalf totali kuljum. Ċanġa kklassifikata bħala ‘choice’ (tal-għażla) jew ‘prime’ (tal-aqwa kwalità) skont l-istandards tal-USDA (Id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti) tissodisfa awtomatikament id-definizzjoni t’hawn fuq. Laħam ikklassifikat bħala ‘Kanada A’, ‘Kanada AA’, ‘Kanada AAA’, ‘Kanada Choice’ u ‘Kanada Prime’, ‘A1’, ‘A2’, ‘A3’ u ‘A4’, skont l-Aġenzija Kanadiża għall-Ispezzjoni tal-Ikel — il-Gvern tal-Kanada, jikkorrispondi ma’ din id-definizzjoni”.”;

(8)

fl-Anness IX, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4595 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(9)

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4038, hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(b)

il-kaxxa “Deskrizzjoni tal-prodott” tat-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.4038 u 09.4170 hija sostitwita b’dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-Prodott

Lojns u prieżet bla għadma, friski, imkessħa jew iffriżati li għandhom jinkludu:

‘il-lojns mingħajr għadam’: il-lojns u l-qatgħat tagħhom, mingħajr il-flett tal-vagant, kemm jekk bix-xaħam ta’ taħt il-ġilda jew bil-ġilda u kemm jekk le

il-perżut u l-qatgħat tal-perżut”;

(10)

fl-Anness XI, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4401 u 09.4402 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(11)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4067, 09.4068, 09.4069, 09.4070 u 09.4422 hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-Taqsima 24 id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit’”;

(b)

il-kaxex “Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni għal-liċenzja” u “Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera” tat-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4410, 09.4411 u 09.4420 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-liċenzja. Jekk iva, il-korp awtorizzat biex joħroġha

Le.

Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera

Iva. F’konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament (UE) 2015/2447”;

(12)

fl-Anness XIV.2 ROSS, tiżdied il-Parti D li ġejja:

PARTI D. Oriġini l-Vjetnam

Ċertifikat ta’ Awtentiċità

1

Esportatur (Isem u indirizz sħiħ)

ĊERTIFIKAT TA’ AWTENTIĊITÀ

għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea

Nru ORIĠINALI

Maħruġ minn (Isem u indirizz sħiħ tal-korp emittenti)

2

Destinatarju (Isem u indirizz sħiħ)

 

3

pajjiż u post tal-kultivazzjoni

4

pajjiż destinatarju fl-UE

5

Ippakkjar ta’ 5 kg jew inqas (numru ta’ pakketti)

6

Deskrizzjoni tal-merkanzija

7

Ippakkjar ta’ bejn 5 u 20 kg (numru ta’ pakketti)

8

Piż Nett (kg)

Piż gross (kg)

9

DIKJARAZZJONI MILL-ESPORTATUR Is-sottoskritt jiddikjara li l-informazzjoni murija hawn fuq hija korretta.

Post u data:

Firma:

10

ĊERTIFIKAZZJONI MILL-KORP EMITTENTI

B’dan qed jiġi ċċertifikat li r-ross deskritt hawn fuq huwa wieħed mill-varjetajiet ta’ ross fragranti elenkati fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/761 u li l-informazzjoni li tidher f’dan iċ-ċertifikat hija korretta.

Post u data:

Firma:

Timbru:

11

GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI FL-UNJONI EWROPEA”.


ANNESS II

L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huma emendati kif ġej:

(1)

it-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0144, 09.0145, u 09.0153 jitħassru;

(2)

it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0141 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru tal-ordni

09.0141 - Ross meħluf

09.0165 - Ross fil-ħliefa

09.0166 - Ross mitħun (tal-ħabba medja jew tal-ħabba tawwalija)

09.0167 - Ross mitħun (tal-ħabba tonda)

09.0168 - Ross nofsu mitħun (tal-ħabba medja jew tal-ħabba tawwalija)

09.0169 - Ross nofsu mitħun (tal-ħabba tonda)

Bażi ġuridika speċifika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6

Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM

Ross meħluf:

 

1006 20

Ross paddy:

 

1006 10 30

 

1006 10 50

 

1006 10 71

 

1006 10 79

Ross immaċinat (tal-ħabba mezzana jew tal-ħabba twila):

 

1006 30 63

 

1006 30 65

 

1006 30 67

 

1006 30 94

 

1006 30 96

 

1006 30 98

Ross immaċinat (tal-ħabba tonda):

 

1006 30 61

 

1006 30 92

Ross parzjalment immaċinat (bil-ħabba mezzana jew bil-ħabba twila):

 

1006 30 23

 

1006 30 25

 

1006 30 27

 

1006 30 44

 

1006 30 46

 

1006 30 48

Ross parzjalment immaċinat (bil-ħabba tonda):

 

1006 30 21

 

1006 30 42

Kodiċijiet TARIC

-

Oriġini

Il-Bangladesh

Kwantità

Ekwivalenti għal 4 000 000  kg ta’ ross imfesdaq

Perjodu tal-kwota tariffarja

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

Subperjodi tal-kwota tariffarja

Mhux applikabbli

Prova tal-oriġini

Ċertifikat tal-oriġini, f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament

Dazju doganali fil-kwota

Għall-kodiċijiet NM 1006 10 30 , 1006 10 50 , 1006 10 71 u 1006 10 79 : id-dazji doganali stabbiliti fit-Tariffa Doganali Komuni mnaqqsa b’50 % u mnaqqsa b’EUR 4,34 oħra

Għall-kodiċi NM 1006 20 : id-dazju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 imnaqqas b’50 % u mnaqqas b’EUR 4,34 oħra;

Għall-kodiċi NM 1006 30 : id-dazju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imnaqqas b’EUR 16,78, imnaqqas b’50 % oħra u mnaqqas b’EUR 6,52 oħra.

Garanzija li trid tiġi mressqa f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1987

Mhux applikabbli

Kundizzjonijiet speċifiċi

F’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament”;

(3)

it-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0161 u 09.0162 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru tal-ordni

09.0161 - Bl-għadam

09.0162 - Bla għadam

Bażi ġuridika speċifika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (1), konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/106/KE (2).

Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM

Ċanga ffriżata maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti-A:

 

ex 0202 20 30 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0202 30 10 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0202 30 50 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0202 30 90 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0206 29 91 (ara l-kodiċijiet TARIC)

“prodott-A” kif iddefinit fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament

Kodiċijiet TARIC

0202203081

0202203082

0202301081

0202301082

0202305081

0202305082

0202309041

0202309042

0202309070

0206299133

0206299135

0206299151

0206299159

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit

Kwantità

15 443 000  kg ekwivalenti bl-għadam

Perjodu tal-kwota tariffarja

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju

Subperjodi tal-kwoti tariffarji

Mhux applikabbli

Prova tal-oriġini

Mhux applikabbli

Dazju doganali fil-kwota

20 % ad valorem

Garanzija li trid tiġi mressqa f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1987

Għall-kodiċi NM ex 0202 20 30 : EUR 1 414 kull 1 000  kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 10 : EUR 2 211 kull 1 000 kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 50 : EUR 2 211 kull 1 000 kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 90 : EUR 3 041 kull 1 000  kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0206 29 91 : EUR 3 041 kull 1 000  kg piż nett

Kundizzjonijiet speċifiċi

F’konformità mal-Artikoli 17 u 19 ta’ dan ir-Regolament

(4)

it-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0163 u 09.0164 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru tal-ordni

09.0163 - Bl-għadam

09.0164 - Bla għadam

Bażi ġuridika speċifika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/106/KE

Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM

Ċanga ffriżata maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti-B:

 

ex 0202 20 30 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0202 30 10 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0202 30 50 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0202 30 90 (ara l-kodiċijiet TARIC)

 

ex 0206 29 91 (ara l-kodiċijiet TARIC)

“prodott-B” kif iddefinit fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament

Kodiċijiet TARIC

0202203083

0202203084

0202301083

0202301084

0202305083

0202305084

0202309043

0202309044

0202309075

0206299137

0206299138

0206299161

0206299169

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha, minbarra r-Renju Unit

Kwantità

4 233 000  kg ekwivalenti bl-għadam

Perjodu tal-kwota tariffarja

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju

Subperjodi tal-kwota tariffarja

Mhux applikabbli

Prova tal-oriġini

Mhux applikabbli

Dazju doganali fil-kwota

Għall-kodiċi NM ex 0202 20 30 : 20 % + EUR 994,5 kull 1 000  kg nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 10 : 20 % + EUR 1 554,3 kull 1 000  kg nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 50 : 20 % + EUR 1 554,3 kull 1 000  kg nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 90 : 20 % + EUR 2 138,4 kull 1 000  kg nett

Għall-kodiċi NM ex 0206 29 91 : 20 % + EUR 2 138,4 kull 1 000  kg nett

Garanzija li trid tiġi mressqa f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1987

Għall-kodiċi NM ex 0202 20 30 : EUR 420 kull 1 000  kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 10 : EUR 657 kull 1 000  kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 50 : EUR 657 kull 1 000  kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0202 30 90 : EUR 903 kull 1 000  kg piż nett

Għall-kodiċi NM ex 0206 29 91 : EUR 903 kull 1 000  kg piż nett

Kundizzjonijiet speċifiċi

F’konformità mal-Artikoli 17 u 19 ta’ dan ir-Regolament”;

(5)

it-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0159 u 09.0160 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru tal-ordni

09.0159 - Butir

09.0160 - Oħrajn

Bażi ġuridika speċifika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6

Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib:

 

0405 10

 

0405 90

Kodiċijiet TARIC

-

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit

Kwantità

11 360 000  kg f’ekwivalenti ta’ butir, maqsumin kif ġej: 5 680 000  kg għal kull subperjodu

Perjodu tal-kwota tariffarja

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju

Subperjodi tal-kwota tariffarja

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

Prova tal-oriġini

Mhux applikabbli

Dazju doganali fil-kwota

EUR 94,80 kull 100 kg piż nett

Garanzija li trid tiġi mressqa f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1987

Mhux applikabbli

Kundizzjonijiet speċifiċi

Għall-kodiċi NM 0405 90 : 1 kg prodott = 1,22 kg butir

F’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament”;

(6)

fl-Anness II, l-intestatura tal-Parti B hija sostitwita b’dan li ġej:

“B.

Kwota tariffarja taħt in-numri tal-ordni 09.0141, 09.0165, 09.0166, 09.0167, 09.0168 u 09.0169”.


(1)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 54.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 52).”.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/46


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/761

tas-7 ta’ Mejju 2021

li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 rigward il-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(10) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/717 (2) jistabbilixxi l-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom. Dawk il-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi ġew abbozzati wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati.

(2)

Mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati lill-Kummissjoni nnotifikawlha ċerti problemi prattiċi meta jintużaw il-formoli mudelli taċ-ċertifikati żootekniċi, fir-rigward tal-verifika tal-identità tal-annimali għat-tnissil. Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-formoli mudelli taċ-ċertifikati żootekniċi jenħtieġ li jiġu emendati biex jiffaċilitaw il-verifika tal-identità tal-annimali għat-tnissil. Id-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferu għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji jenħtieġ li jingħataw f’ċertifikat żootekniku, fil-kaxxa li tikkorrispondi mar-riżultati tal-verifika tal-identità tal-annimali għat-tnissil. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Żootekniku Permanenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Awwissu 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/717 tal-10 ta’ April 2017 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom (ĠU L 109, 26.4.2017, p. 9).


ANNESS

L-Annessi I sa IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina u kaprina, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ semen ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni tal-embrijuni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.


DEĊIŻJONIJIET

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/762

tas-6 ta’ Mejju 2021

dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mid-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti għall-iġjene tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2021) 3127)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Settembru 2020, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, id-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar (“l-awtorità kompetenti”) adotta deċiżjoni biex ikunu jistgħu jsiru t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti għall-iġjene tal-bniedem (“l-azzjoni”) sas-16 ta’ Marzu 2021. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti infurmat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni u bil-ġustifikazzjoni tagħha.

(2)

Skont l-informazzjoni li tat l-awtorità kompetenti, l-azzjoni kienet meħtieġa biex titħares is-saħħa pubblika. L-użu tad-diżinfettanti tal-idejn b’bażi ta’ alkoħol hu rakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala miżura preventiva kontra t-tixrid tal-COVID-19, bħala alternattiva għall-ħasil tal-idejn bis-sapun u bl-ilma.

(3)

Il-formulazzjoni bbażata fuq il-propan-2-ol rakkomandata mid-WHO fiha l-propan-2-ol bħala sustanza attiva. Il-propan-2-ol hu approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (iġjene tal-bniedem) kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(4)

Minn mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, id-domanda għall-prodotti tad-diżinfezzjoni kienet estremament għolja fl-Irlanda u b’hekk kien hemm skarsezzi mingħajr preċedent ta’ dawn il-prodotti fis-suq Irlandiż. Il-COVID-19 tirrappreżenta theddida serja għas-saħħa pubblika fl-Irlanda u hu kruċjali li jkun hemm biżżejjed prodotti tad-diżinfezzjoni għall-kontroll tat-tixrid tagħha.

(5)

Skont il-kundizzjonijiet fl-azzjoni, il-kumpaniji li jkun beħsiebhom jagħmlu prodotti bħal dawn disponibbli fis-suq, jeħtieġ jippreżentaw informazzjoni speċifika dwar il-prodotti lill-awtorità kompetenti, u din tiddeċiedi jekk tagħtix permess biex dawk il-prodotti jkunu disponibbli fis-suq.

(6)

F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet talba motivata mingħand l-awtorità kompetenti biex titħalla testendi l-azzjoni. It-talba motivata saret abbażi ta’ tħassib li s-saħħa pubblika jaf tkun ipperikolata mill-COVID-19 wara s-16 ta’ Marzu 2021 u tqis il-fatt li hu kruċjali li fis-suq jitħallew jitpoġġew prodotti addizzjonali tad-diżinfezzjoni biex jitrażżan il-periklu kkawżat mill-COVID-19.

(7)

Skont l-awtorità kompetenti, id-domanda għall-prodotti tad-diżinfezzjoni għall-iġjene tal-bniedem għadha estremament għolja minħabba l-inċidenza kontinwa tal-COVID-19 fl-Irlanda.

(8)

L-awtorità kompetenti ħeġġet lill-kumpaniji kollha li qiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq skont l-azzjoni, biex jiksbu awtorizzazzjoni regolari tal-prodott malajr kemm jista’ jkun, biex jonqsu kemm jista’ jkun il-lakuni fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Xi kumpaniji applikaw għal awtorizzazzjoni nazzjonali tal-prodotti tagħhom. Madankollu, hu meħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet.

(9)

Peress li l-COVID-19 għadha periklu għas-saħħa pubblika u dan il-periklu ma jistax jitrażżan b’mod adegwat fl-Irlanda jekk fis-suq ma jkunx hemm prodotti addizzjonali tad-diżinfezzjoni, jixraq li l-awtorità kompetenti titħalla testendi l-azzjoni.

(10)

Filwaqt li jitqies li l-azzjoni skadiet fis-17 ta’ Marzu 2021, din id-Deċiżjoni jenħtieġ ikollha effett retroattiv.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Dipartiment Irlandiż tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar jista’ jestendi l-permess għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti tal-iġjene tal-bniedem sat-18 ta’ Settembru 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lid-Dipartiment Irlandiż tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar.

Għandha tapplika mis-17 ta’ Marzu 2021.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.