|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
3.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/1 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA Nru 1/2021
tat-12 ta’ Marzu 2021
li temenda l-Kapitolu III u l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà [2021/714]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim tal-25 ta’ Ġunju 2009 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 21(2) u 22(4) tiegħu,
Billi, bil-konklużjoni tal-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti impenjaw ruħhom li jiggarantixxu fit-territorji rispettivi tagħhom livell ekwivalenti ta’ sigurtà permezz ta’ miżuri doganali bbażati fuq il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea,
Billi mill-konklużjoni tal-Ftehim ’l hawn, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2) li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju ġew sostitwiti bid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (5) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (6),
Billi aktar dispożizzjonijiet rilevanti għall-miżuri doganali ta’ sigurtà ġew adottati mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (7),
Billi mill-konklużjoni tal-Ftehim ’l hawn, saru emendi dwar il-miżuri doganali ta’ sigurtà f’dik il-leġiżlazzjoni,
Billi jenħtieġ li l-emendi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li huma relevanti għaż-żamma ta’ livell ekwivalenti ta’ sigurtà bejn il-Partijiet Kontraenti, jiġu riflessi fil-Ftehim,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikoli 9 sa 14 tal-Kapitolu III tal-Ftehim huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-sigurtà u s-sikurezza
1. Il-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu u japplikaw għat-trasport tal-oġġetti lejn jew minn pajjiżi terzi, il-miżuri doganali ta’ sigurtà stabbiliti f’dan il-Kapitolu u għaldaqstant, biex jiżguraw livell ekwivalenti ta’ sigurtà u sikurezza fil-fruntieri esterni tagħhom.
2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lura milli japplikaw il-miżuri doganali ta’ sigurtà stabbiliti f’dan il-Kapitolu għat-trasport tal-oġġetti bejn it-territorji doganali tagħhom.
3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe ftehim ma’ pajjiż terz fl-oqsma koperti minn dan il-Kapitolu sabiex jiżguraw il-konsistenza ma’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari jekk il-ftehim propost jinkludi dispożizzjonijiet li jiddegoraw mill-miżuri doganali ta’ sigurtà stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Artikolu 10
Dikjarazzjonijiet qabel id-dħul u l-ħruġ tal-oġġetti
1. Għall-finijiet tas-siġurtà u s-sikurezza, l-oġġetti mdaħħla fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti minn pajjiżi terzi għandhom ikunu koperti minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għajr għall-oġġetti ttrasportati b’mezzi ta’ trasport li jgħaddu biss mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorji doganali mingħajr waqfa f’dawk it-territorji.
2. Għall-finijiet tas-siġurtà u s-sikurezza, l-oġġetti ħerġin mit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti li huma maħsuba għal pajjiżi terzi għandhom ikunu koperti minn dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għajr għall-oġġetti ttrasportati b’mezzi ta’ trasport li jgħaddu biss mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorji doganali mingħajr waqfa f’dawk it-territorji.
3. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata qabel l-oġġetti jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti jew jitilqu minnhom.
4. Meta jkun hemm obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ għall-oġġetti deħlin fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti jew ħerġin minnhom, iżda din id-dikjarazzjoni ma tkunx ġiet ippreżentata, waħda mill-persuni msemmija fil-paragrafi 5 jew 6 għandha tippreżenta minnufih din id-dikjarazzjoni jew, jekk ikollha l-permess tal-awtoritajiet doganali, għandha minflok tippreżenta dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni għal ħażna temporanja li għandu jkun fiha tal-anqas id-dettalji meħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu l-analiżi tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza fuq dawk l-oġġetti abbażi tad-dikjarazzjoni doganali jew tad-dikjarazzjoni għal ħażna temporanja.
5. Kull Parti Kontraenti għandha tiddetermina l-persuni responsabbli għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ kif ukoll tispeċifika l-awtoritajiet kompetenti biex jirċevuhom.
6. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata mit-trasportatur.
Minkejja l-obbligi tat-trasportatur, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tista’ minflok tiġi ppreżentata minn waħda mill-persuni li ġejjin:
|
(a) |
l-importatur jew il-konsenjatarju jew persuna oħra li f’isimha jew li għan-nom tagħha jaġixxi t-trasportatur; |
|
(b) |
kwalunkwe persuna li hi kapaċi tippreżenta l-oġġetti inkwistjoni jew li tara li jiġu ppreżentati fl-uffiċju doganali tal-ewwel dħul. |
F’każijiet speċifiċi, meta d-dettalji kollha tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul meħtieġa għall-analiżi tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza ma jkunux jistgħu jinkisbu mill-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu, persuni oħra li jkollhom dawk id-dettalji u d-drittijiet xierqa biex jipprovduhom jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu dawk id-dettalji.
Kull persuna li tippreżenta d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tkun responsabbli għad-dettalji li din tkun ippreżentat.
7. B’deroga mill-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, sad-dati tal-implimentazzjoni tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Anness I, kull Parti Kontraenti għandha tiddetermina l-persuni li huma meħtieġa jippreżentaw id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, u l-mezzi għall-preżentazzjoni tagħha, għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata magħha u għat-talba tal-emendar u/jew l-invalidazzjoni tagħha.
8. L-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddefinixxu l-każijiet li fihom dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni għal ħażna temporanja tista’ tintuża bħala dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ, dment li:
|
(a) |
id-dikjarazzjoni doganali jew id-dikjarazzjoni għal ħażna temporanja jkun fiha d-dettalji kollha meħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ, u |
|
(b) |
id-dikjarazzjoni li tissostitwixxiha tiġi ppreżentata qabel jiskadi t-terminu fl-uffiċċju doganali kompetenti għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ. |
9. L-Anness I jistabbilixxi:
|
— |
is-sistema elettronika relatata mad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, |
|
— |
il-forma u d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ, |
|
— |
l-eċċezjonijiet mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ, |
|
— |
il-post fejn għandha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ, |
|
— |
it-termini ta’ żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ, |
|
— |
l-arranġamenti tekniċi għas-sistemi elettroniċi użati għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, |
|
— |
l-arranġament ta’ finanzjament li jikkonċerna r-responsabbiltajiet, l-impenji u l-aspettattivi mal-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2, |
|
— |
kwalunkwe dispożizzjoni oħra meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 11
Operatur ekonomiku awtorizzat
1. Parti Kontraenti għandha tagħti, soġġetta għall-kriterji stabbiliti fl-Anness II, l-istatus ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” għal finijiet ta’ sigurtà lil kwalunkwe operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju doganali tagħha u fil-każ tal-Iżvizzera fl-esklavi doganali tagħha ta’ Samnaun u Sampuoir.
L-operaturi ekonomiċi awtorizzati għandhom igawdu minn faċilitazzjonijiet fir-rigward tal-kontrolli doganali relatati mas-sigurtà.
Soġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat mogħti minn Parti Kontraenti għandu jiġi rikonoxxut mill-Parti Kontraenti l-oħra, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli doganali, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu implimentati l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi li jipprevedu l-arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat.
2. L-Anness II jistabbilixxi:
|
— |
ir-regoli għall-għoti tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, b’mod partikolari l-kriterji għall-għoti ta’ dan l-istatus u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom, |
|
— |
it-tip ta’ faċilitazzjonijiet li għandhom jingħataw, |
|
— |
ir-regoli dwar is-sospensjoni, l-annullament u r-revoka tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, |
|
— |
l-arranġamenti għall-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti dwar l-operaturi ekonomiċi awtorizzati tagħhom, |
|
— |
kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 12
Kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza u ġestjoni tar-riskju relatata mas-sigurtà u s-sikurezza
1. Il-kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza, għajr il-verifiki għall-għarrieda, għandhom primarjament ikunu ibbażati fuq l-analiżi tar-riskju bl-użu ta’ tekniki elettroniċi ta’ pproċessar tad-data, bl-iskop li jiġu identifikati u evalwati r-riskji u li jiġu żviluppati l-kontromiżuri meħtieġa, abbażi tal-kriterji żviluppati mill-Partijiet Kontraenti.
2. Il-kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza għandhom jitwettqu fi ħdan qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskju, ibbażat fuq l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskju u ta’ riżultati mill-analiżi tar-riskju bejn l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti. L-awtorità doganali tal-Iżvizzera, permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali msemmi fl-Artikolu 23, għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ kriterji u standards komuni tar-riskju, miżuri ta’ kontroll u oqsma ta’ kontroll prijoritarju fir-rigward tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ. Il-kontrolli bbażati fuq tali informazzjoni u kriterji għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għal kontrolli doganali oħra.
3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw Sistema Komuni ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskju, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ kriterji u standards komuni tar-riskju, ta’ oqsma komuni ta’ kontroll prijoritarju u ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet doganali, u dwar ir-riżultati mill-analiżi tar-riskju u riżultati mill-kontroll.
4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrikonoxxu l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom relatati mas-sigurtà u s-sikurezza.
5. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri doganali ta’ sigurtà
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina kif il-Partijiet Kontraenti jkollhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu u ma’ dawk tal-Annessi ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jieħu l-forma ta’:
|
— |
valutazzjonijiet, li jsiru regolarment, tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, u b’mod partikolari tal-ekwivalenza tal-miżuri doganali ta’ sigurtà, |
|
— |
rieżami biex jittejjeb il-mod li bih jiġi applikat jew biex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex jissodisfa aħjar l-objettivi tiegħu, |
|
— |
l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tematiċi bejn l-esperti taż-żewġ Partijiet Kontraenti u ta’ awditi tal-proċeduri amministrattivi, inklużi ż-żjarat fuq il-post. |
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li l-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu jikkonformaw mad-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 14
Protezzjoni tas-sigriet professjonali u tad-data personali
L-informazzjoni skambjata mill-Partijiet Kontraenti bħala parti mill-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu għandha tgawdi mill-protezzjoni estiża għas-sigriet professjonali u d-data personali kif iddefinita mil-liġijiet rilevanti applikabbli fit-territorju tal-Parti Kontraenti riċevitriċi. It-trasferiment tad-data personali għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data tal-Parti Kontraenti trasferenti.
B’mod partikolari, din l-informazzjoni ma tistax tiġi ttrasferita aktar lil persuni għajr l-entitajiet kompetenti fil-Parti Kontraenti riċevitriċi, u lanqas ma tista’ tintuża minn dawk l-awtoritajiet għal finijiet għajr dawk previsti f’dan il-Ftehim.”.
Artikolu 2
L-Annessi I u II tal-Ftehim huma ssostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara li l-aħħar Parti Kontraenti tkun innotifikat lill-Parti Kontraenti l-oħra dwar it-tlestija tar-rekwiżiti interni tagħha.
Din għandha tiġi applikata fuq bażi proviżorja mill-15 ta’ Marzu 2021.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera,
Il-President
Sabine HENZLER
(1) ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat- 2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/234 tas-7 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 63, 23.2.2021, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 558), emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/235 tat-8 ta’ Frar 2021 (ĠU L 63, 23.2.2021, p. 386).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).
ANNESS
L-Annessi I u II tal-Ftehim huma ssostitwiti bl-Annessi li ġejjin:
“ANNESS I
DIKJARAZZJONIJIET FIL-QOSOR TAD-DĦUL U TAL-ĦRUĠ
TITOLU I
DIKJARAZZJONI FIL-QOSOR TAD-DĦUL
Artikolu 1
Sistema Elettronika relatata mad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. Is-Sistema elettronika ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (ICS2) għandha tintuża għal:
|
(a) |
il-preżentazzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u ta’ informazzjoni oħra relatata ma’ dawk id-dikjarazzjonijiet, relatata mal-analiżi tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza doganali, inkluż l-appoġġ għas-sigurtà tal-avjazzjoni, u relatata mal-miżuri li jridu jittieħdu abbażi tar-riżultati minn dik l-analiżi; |
|
(b) |
l-iskambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u r-riżultati mill-analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul, li tikkonċerna informazzjoni oħra meħtieġa biex issir dik l-analiżi tar-riskju, u li tikkonċerna l-miżuri meħuda abbażi tal-analiżi tar-riskju, inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar il-postijiet ta’ kontroll u r-riżultati minn dawk il-kontrolli; |
|
(c) |
l-iskambju ta’ informazzjoni biex tiġi mmonitorjata u evalwata l-implimentazzjoni tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju għas-sigurtà u s-sikurezza u dik tal-miżuri ta’ kontroll u tal-oqsma ta’ kontroll prijoritarju. |
2. Id-dati tal-iżvilupp u tal-ħruġ tal-implimentazzjoni sekwenzjali tas-sistema elettronika msemmija f’dan l-Anness huma d-dati stabbiliti fis-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (ICS2) tal-proġett tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (1).
Il-Partijiet Kontraenti huma mistennija li jkunu lesti fl-istess żmien għal kull ħarġa fil-bidu tal-perjodu tal-implimentazzjoni. Meta jitqies xieraq, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jaqbdu gradwalment mas-sistema sa tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni previst għal kull ħarġa. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippubblikaw l-iskadenzi u l-istruzzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi fuq is-sit web tagħhom.
3. L-operaturi ekonomiċi għandhom jużaw interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti tal-UE, imfassla mill-Partijiet Kontraenti bi qbil ma’ xulxin, għall-preżentati, it-talbiet għal emendi, it-talbiet għal invalidazzjonijiet, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-awtoritajiet doganali.
4. L-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jippermettu li s-sistemi ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport jintużaw għall-preżentazzjoni tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dment li dawn is-sistemi jkun fihom id-dettalji meħtieġa u dawk id-dettalji jkunu disponibbli fit-termini ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 7.
Artikolu 2
Forma u kontenut tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, u n-notifika tal-wasla ta’ bastiment tal-baħar jew ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun fiha d-dettalji stabbiliti fil-kolonni li ġejjin tal-Anness B tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2):
|
(a) |
F10 sa F16; |
|
(b) |
F20 sa F33; |
|
(c) |
F40 sa F45; |
|
(d) |
F50 u F51; |
|
(e) |
G2. |
Id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandhom jikkonformaw mal-formats, mal-kodiċijiet u mal-kardinalitajiet rispettivi stabbiliti fl-Anness B tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3) u għandhom jimtlew skont in-noti f’dawk l-Annessi.
2. Id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jistgħu jiġu pprovduti permezz tal-preżentazzjoni ta’ aktar minn sett ta’ data wieħed minn aktar minn persuna waħda.
3. Is-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tintuża biex tiġi ppreżentata talba għal emenda jew invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tad-dettalji fiha.
Fejn aktar minn persuna waħda jitolbu emenda jew invalidazzjoni tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, kull waħda minn dawk il-persuni għandha tkun permessa biss li titlob l-emenda jew l-invalidazzjoni tad-dettalji li din tkun ippreżentat.
4. L-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti, li rreġistraw id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, għandhom jinnotifikaw minnufih lill-persuna li ppreżentat it-talba għal emenda jew invalidazzjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jirreġistrawha jew jirrifjutawha.
Fejn l-emendi jew l-invalidazzjoni tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġu ppreżentati minn persuna differenti mit-trasportatur, l-awtoritajiet doganali għandhom ukoll jinnotifikaw lit-trasportatur, dment li t-trasportatur ikun talab li jiġi nnotifikat u jkollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1).
5. Skont l-Artikolu 10(8) tal-Ftehim, sad-data tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 3 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan l-Anness, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jwettqu l-analiżi tar-riskju relatata mas-sigurtà u s-sikurezza abbażi tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu ppreżentata fis-Sistema Ġdida ta’ tranżitu Kompjuterizzata (NCTS) skont il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ tranżitu (4), inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-analiżi tar-riskju bejn il-Partijiet Kontraenti involuti, għall-oġġetti ttrasportati bil-baħar, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bit-triq u bil-ferrovija.
L-NCTS hija s-sistema elettronika li tippermetti l-komunikazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti, u bejn il-Partijiet Kontraenti u l-operaturi ekonomiċi għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali għal tranżitu inklużi d-dettalji kollha meħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew tal-ħruġ u n-notifiki relatati ma’ dawk l-oġġetti.
Qabel l-implimentazzjoni tal-ħarġa 3 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan l-Anness, il-Partijiet Kontraenti għandhom jivvalutaw jekk, wara dik id-data, l-awtoritajiet doganali jistgħux ikomplu jwettqu l-analiżi tar-riskju abbażi tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu li jkun fiha d-dettalji ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ippreżentati fl-NCTS (5) u għandhom jimmodifikaw il-Ftehim jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 3
Eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma għandhiex tkun meħtieġa fir-rigward tal-oġġetti li ġejjin:
|
(a) |
enerġija elettrika; |
|
(b) |
oġġetti deħlin permezz ta’ pipeline; |
|
(c) |
oġġetti ta’ korrispondenza, jiġifieri ittri, kartolini, ittri bil-braille u materjal stampat li ma jkunux soġġetti għal dazju tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni; |
|
(d) |
oġġetti f’kunsinni postali mċaqalqa skont ir-regoli tal-Unjoni Postali Universali, kif ġej:
|
|
(e) |
oġġetti li għalihom dikjarazzjoni doganali bil-fomm jew is-sempliċi qsim tal-fruntiera jkun permess skont ir-regoli stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti, dment li dawn ma jkunux qed jinġarru skont kuntratt ta’ trasport; |
|
(f) |
oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi; |
|
(g) |
oġġetti koperti mill-carnets ATA jew CPD dment li dawn ma jkunux qed jinġarru skont kuntratt ta’ trasport; |
|
(h) |
oġġetti intitolati għal eżenzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna tat-18 ta’ April 1961 dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, il-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-24 ta’ April 1963 dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari jew konvenzjonijiet konsulari oħra jew il-Konvenzjoni ta’ New York tas-16 ta’ Diċembru 1969 dwar il-Missjonijiet Speċjali; |
|
(i) |
armi u tagħmir militari mdaħħla fit-territorju doganali ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti mill-awtoritajiet inkarigati mid-difiża militari tat-territorju, fi trasport militari jew trasport imħaddem għall-użu uniku tal-awtoritajiet militari; |
|
(j) |
l-oġġetti li ġejjin imdaħħla fit-territorju doganali ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti direttament minn installazzjonijiet offshore imħaddma minn persuna stabbilita fit-territorju doganali ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti:
|
|
(k) |
oġġetti f’kunsinni li l-valur intrinsiku tagħhom ma jaqbiżx it-EUR 22, dment li l-awtoritajiet doganali jaċċettaw, bil-qbil tal-operatur ekonomiku, li jwettqu analiżi tar-riskju billi jużaw l-informazzjoni li tkun tinsab fis-sistema użata mill-operatur ekonomiku, jew ipprovduta minnha, kif ġej:
|
|
(l) |
oġġetti mċaqalqa taħt il-kopertura tal-formola 302 tan-NATO prevista fil-Konvenzjoni bejn il-Partijiet tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana rigward l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmata f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951, jew taħt il-kopertura tal-formola 302 tal-UE prevista fil-punt 51 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446; |
|
(m) |
oġġetti miġjuba lil waħda mill-Partijiet Kontraenti minn Ceuta u Melilla, Heligoland, ir-Repubblika ta’ San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-muniċipalità ta’ Livigno u l-esklavi doganali Żvizzeri ta’ Samnaun u Sampuoir; |
|
(n) |
l-oġġetti li ġejjin abbord bastimenti u inġenji tal-ajru:
|
|
(o) |
prodotti tas-sajd u prodotti oħra meħuda mill-baħar barra t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti permezz tal-bastimenti tas-sajd tagħhom; |
|
(p) |
bastimenti, u l-oġġetti li dawn ikunu qed iġorru, li jidħlu fl-ibħra territorjali ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti bl-uniku skop li jgħabbu provvisti mingħajr ma jagħmlu konnessjoni ma’ kwalunkwe faċilità portwarja; |
|
(q) |
oġġetti tad-dar kif iddefiniti fil-leġiżlazzjoni tal-Partijiet Kontraenti rispettivi dment li dawn ma jkunux qed jinġarru skont kuntratt ta’ trasport. |
2. Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma għandhiex tkun meħtieġa fil-każijiet previsti fi ftehim internazzjonali konkluż bejn Parti Kontraenti u pajjiż terz dwar is-sigurtà, soġġett għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim.
3. Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma għandhiex tkun meħtieġa f’każijiet meta l-oġġetti jitilqu temporanjament mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti matul it-trasport bil-baħar jew bl-ajru bejn żewġ punti ta’ dawk it-territorji doganali u mingħajr ma jkunu waqfu f’pajjiż terz.
Artikolu 4
Post għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali li jkun kompetenti għas-superviżjoni doganali fuq il-post fit-territorju doganali ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti fejn il-mezz tat-trasport li qed jġorr l-oġġetti jasal jew, meta jkun applikabbli, ikun iddestinat li jasal, minn pajjiż terz jew territorju terz (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-'uffiċċju doganali tal-ewwel dħul').
2. Fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata permezz tal-preżentazzjoni ta’ aktar minn sett ta’ data wieħed, jew permezz tal-preżentazzjoni tas-sett ta’ data minimu, il-persuna li tippreżenta s-sett ta’ data parzjali jew minimu għandha tagħmel dan lill-uffiċċju doganali li, skont l-għarfien tagħha, jenħtieġ li jkun l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul. Jekk dik il-persuna ma tkunx taf il-post fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti li fih il-mezz tat-trasport li qed iġorr l-oġġetti jkun mistenni li jasal l-ewwel, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul jista’ jiġi ddeterminat abbażi tal-post li fih jiġu kkonsenjati l-oġġetti.
3. L-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata f’uffiċċju doganali ieħor, dment li dan tal-aħħar jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament minnufih id-dettalji meħtieġa lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul.
Artikolu 5
Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jirreġistraw kull preżentata ta’ dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul mar-riċezzjoni tagħha u għandhom jinnotifikaw minnufih lid-dikjarant jew lir-rappreżentant tiegħu bir-reġistrazzjoni tagħha u għandhom jikkomunikaw Numru ta’ Referenza Ewlieni tal-preżentata u d-data tar-reġistrazzjoni lil dik il-persuna.
2. Mid-data tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata minn persuna oħra għajr it-trasportatur, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw minnufih lit-trasportatur bir-reġistrazzjoni, dment li t-trasportatur ikun talab li jiġi nnotifikat u jkollu aċċess għal dik is-sistema elettronika.
Artikolu 6
Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
Fejn ma tapplika l-ebda waħda mir-rinunzji mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fl-Artikolu 10 tal-Ftehim u fl-Artikolu 3 ta' dan l-Anness, id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandhom jiġu pprovduti kif ġej:
|
(a) |
għall-oġġetti ttrasportati bl-ajru,
|
|
(b) |
għall-oġġetti ttrasportati bil-baħar, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bit-triq u bil-ferrovija, bil-preżentazzjoni ta’ sett ta’ data wieħed jew aktar permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan l-Anness, mid-data tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 3 ta’ dik is-sistema. |
Artikolu 7
Termini ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. Meta l-oġġetti jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti bil-baħar, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata fit-termini ta’ żmien li ġejjin:
|
(a) |
għall-merkanzija fil-kontejners, għajr meta japplika l-punt (c) jew il-punt (d), mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel l-oġġetti jitgħabbew fuq il-bastiment li fuqu jkollhom jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(b) |
għall-merkanzija bl-ingrossa jew li titgħabba individwalment, għajr meta japplika l-punt (c) jew il-punt (d), mhux aktar tard minn erba’ sigħat qabel il-wasla tal-bastiment fl-ewwel port ta’ dħul fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(c) |
mhux aktar tard minn sagħtejn qabel il-wasla tal-bastiment fl-ewwel port ta’ dħul fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti fil-każ ta’ oġġetti ġejjin minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(d) |
għal moviment, għajr meta japplika l-punt (c), bejn territorju barra t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti u dawk tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, ta’ Azores, ta’ Madeira jew tal-Gżejjer Kanarji, meta l-vjaġġ idum anqas minn 24 siegħa, mhux aktar tard minn sagħtejn qabel il-wasla fl-ewwel port ta’ dħul fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti. |
2. Fejn l-oġġetti jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti bl-ajru, id-dettalji sħaħ tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandhom jiġu preżentati malajr kemm jista’ jkun u, fi kwalunkwe każ, fi ħdan it-termini ta’ żmien li ġejjin:
|
(a) |
għal titjiriet ta’ anqas minn erba’ sigħat, mhux aktar tard mill-ħin tat-tluq attwali tal-inġenju tal-ajru; |
|
(b) |
għal titjiriet oħra, mhux aktar tard minn erba’ sigħat qabel il-wasla tal-inġenju tal-ajru fl-ewwel ajruport fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti. |
3. Mid-data tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 1 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), l-operaturi postali u t-trasportaturi express għandhom jippreżentaw tal-anqas is-sett ta’ data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn qabel ma l-oġġetti jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru li fuqu jkollhom jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti.
4. Mid-data tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), l-operaturi ekonomiċi għajr l-operaturi postali u t-trasportaturi express għandhom jippreżentaw tal-anqas is-sett ta’ data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn qabel ma l-oġġetti jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru li fuqu jkollhom jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti.
5. Mid-data tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), meta s-sett ta’ data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul biss ikun ġie pprovdut fi ħdan it-termini ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, id-dettalji l-oħra għandhom jiġu pprovduti fi ħdan it-termini ta’ żmien speċifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
6. Sad-data tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), is-sett ta’ data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ippreżentata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul sħiħa għall-oġġetti f’kunsinni postali li jkollhom Parti Kontraenti bħala destinazzjoni finali u għall-oġġetti f’kunsinni express b’valur intrinsiku li ma jaqbiżx it-EUR 22.
7. Fejn l-oġġetti jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti bil-ferrovija, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata fi ħdan it-termini ta’ żmien li ġejjin:
|
(a) |
fejn il-vjaġġ bil-ferrovija mill-aħħar stazzjon tal-formazzjoni tal-ferrovija li jinsab f’pajjiż terz sal-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul jieħu anqas minn sagħtejn, mhux aktar tard minn siegħa qabel il-wasla tal-oġġetti fuq il-post li għalih ikun kompetenti dak l-uffiċċju doganali; |
|
(b) |
fil-każijiet l-oħrajn kollha, mhux aktar tard minn sagħtejn qabel il-wasla tal-oġġetti fuq il-post li għalih ikun kompetenti l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul. |
8. Fejn l-oġġetti jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti bit-triq, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn siegħa qabel il-wasla tal-oġġetti fuq il-post li għalih ikun kompetenti l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul.
9. Fejn l-oġġetti jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti bil-passaġġi fuq l-ilma interni, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata tal-anqas sagħtejn qabel il-wasla tal-oġġetti fuq il-post li għalih ikun kompetenti l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul.
10. Fejn l-oġġetti jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti permezz ta’ mezz tat-trasport li, hu stess, jiġi ttrasportat fuq mezz tat-trasport attiv, it-terminu għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandu jkun it-terminu applikabbli għall-mezz tat-trasport attiv.
11. It-termini ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1 sa 10 ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ force majeure.
12. Soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim, it-termini ta’ żmien imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 10 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw fejn jiġi pprovdut mod ieħor fil-ftehimiet internazzjonali dwar is-sigurtà bejn Parti Kontraenti u pajjiżi terzi.
Artikolu 8
Analiżi tar-riskju relatata mas-sigurtà u s-sikurezza u kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza li huma relatati mad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul
1. L-analiżi tar-riskju għandha titlesta qabel il-wasla tal-oġġetti fl-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul, dment li d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tkun ġiet ippreżentata fit-termini ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 7, sakemm ma jiġix identifikat riskju jew ikun meħtieġ li titwettaq analiżi tar-riskju addizzjonali.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ewwel analiżi tar-riskju dwar l-oġġetti li għandhom jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti bl-ajru għandha titwettaq malajr kemm jista’ jkun mar-riċezzjoni tas-sett ta’ data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 7(3) u (4).
2. L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jlesti l-analiżi tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza wara l-iskambju ta’ informazzjoni li ġej permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1):
|
(a) |
immedjatament wara r-reġistrazzjoni, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jagħmel id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għall-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti indikati f’dawk id-dettalji u għall-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti li jkunu rreġistraw fis-sistema elettronika informazzjoni relatata mar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza li taqbel mad-dettalji ta’ dik id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul; |
|
(b) |
fit-termini ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 7, l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandhom iwettqu analiżi tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza u, jekk dawn jidentifikaw riskju, dawn għandhom jagħmlu r-riżultati disponibbli għall-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul; |
|
(c) |
l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jqis l-informazzjoni dwar ir-riżultati mill-analiżi tar-riskju pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti msemmija fil-punt (a) biex ilesti l-analiżi tar-riskju; |
|
(d) |
l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jagħmel ir-riżultati mill-analiżi tar-riskju mlestija disponibbli għall-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti li kkontribwixxew għall-analiżi tar-riskju u għal dawk li huma potenzjalment ikkonċernati mill-moviment tal-oġġetti; |
|
(e) |
l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jinnotifika t-tlestija tal-analiżi tar-riskju lill-persuni li ġejjin, dment li dawn ikunu talbu li jiġu nnotifikati u jkollhom aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1):
|
3. Fejn l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul jirrikjedi aktar informazzjoni dwar id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għat-tlestija tal-analiżi tar-riskju, dik l-analiżi għandha titlesta wara li tkun ġiet ipprovduta dik l-informazzjoni.
Għal dawk il-finijiet, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jitlob dik l-informazzjoni mill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew, fejn jkun applikabbli, mill-persuna li ppreżentat id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Fejn dik il-persuna tkun differenti mit-trasportatur, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jinforma lit-trasportatur, dment li t-trasportatur ikun talab li jiġi nnotifikat u jkollu aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1).
4. Fejn l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul ikollu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta li l-oġġetti mdaħħla bl-ajru jistgħu jkunu ta’ theddida serja għas-sigurtà tal-avjazzjoni, huwa għandu jirrikjedi li l-kunsinna, qabel ma tiġi mgħobbija fuq inġenju tal-ajru li jkun sejjer dirett lejn it-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti, tiġi skrinjata bħala Merkanzija u Posta ta’ Riskju Għoli skont il-punt 4 tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (6) li jistabbilixxi miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.
L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jinnotifika lill-persuni li ġejjin, dment li dawn ikollhom aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1):
|
— |
id-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha; |
|
— |
it-trasportatur, jekk ikun differenti mid-dikjarant u mir-rappreżentant tiegħu/tagħha. |
Wara dik in-notifika, il-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew, fejn jkun applikabbli, il-persuna li ppreżentat id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tipprovdi lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul ir-riżultati minn dak l-iskrinjar u l-informazzjoni l-oħra kollha rilevanti relatata. L-analiżi tar-riskju għandha titlesta biss wara li tkun ġiet ipprovduta dik l-informazzjoni.
5. Fejn l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul ikollu raġunijiet raġonevoli biex iqis li l-oġġetti mdaħħla bl-ajru jew il-merkanzija fil-kontejners mdaħħla bil-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a), ikunu ta’ theddida tant serja għas-sigurtà u s-sikurezza li tkun meħtieġa azzjoni immedjata, dan għandu jagħti struzzjonijiet biex l-oġġetti ma jitgħabbewx fuq il-mezz ta’ trasport rilevanti.
L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jinnotifika lill-persuni li ġejjin, dment li dawn ikollhom aċċess għas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1):
|
— |
id-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha; |
|
— |
it-trasportatur, jekk ikun differenti mid-dikjarant u mir-rappreżentant tiegħu/tagħha. |
Dik in-notifika għandha ssir minnufih wara l-identifikazzjoni tar-riskju rilevanti u, fil-każ ta’ merkanzija fil-kontejners imdaħħla bil-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a), mhux aktar tard minn 24 siegħa mir-riċezzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew, fejn jkun applikabbli, tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul mit-trasportatur.
L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu wkoll jinforma minnufih lill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti b’dik in-notifika u jagħmel disponibbli għalihom id-dettalji rilevanti tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.
6. Fejn kunsinna tkun ġiet identifikata bħala li tkun ta’ theddida ta’ tali natura li tkun meħtieġa azzjoni immedjata mal-wasla tal-mezz tat-trasport, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jieħu dik l-azzjoni mal-wasla tal-oġġetti.
7. Wara li jlesti l-analiżi tar-riskju, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul jista’ jirrakkomanda, permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), l-aktar post u miżuri xierqa biex jitwettaq kontroll.
L-uffiċċju doganali kompetenti għall-post li jkun ġie rrakkomandat bħala l-aktar xieraq għall-kontroll għandu jiddeċiedi dwar il-kontroll u għandu jagħmel, permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), ir-riżultati minn dik id-deċiżjoni disponibbli għall-uffiċċji doganali kollha tal-Partijiet Kontraenti potenzjalment ikkonċernati mill-moviment tal-oġġetti, sa mhux aktar tard mill-mument tal-preżentazzjoni tal-oġġetti fl-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul.
8. L-uffiċċji doganali għandhom jagħmlu r-riżultati mill-kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza tagħhom disponibbli għal awtoritajiet doganali oħra tal-Partijiet Kontraenti permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 1(1) fejn:
|
(a) |
ir-riskji jiġu vvalutati minn awtorità doganali bħala li jkunu sinifikanti u li jeħtieġu kontroll doganali u r-riżultati mill-kontroll jistabbilixxu li jkun seħħ l-avveniment li jwassal għar-riskji; jew |
|
(b) |
ir-riżultati mill-kontroll ma jistabbilixxux li jkun seħħ l-avveniment li jwassal għar-riskji, iżda l-awtorità doganali kkonċernata tqis li t-theddida tippreżenta riskju għoli xi mkien ieħor fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; jew |
|
(c) |
ikun meħtieġ li r-regoli jiġu applikati b’mod uniformi f’dan il-Ftehim. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw fis-sistema msemmija fl-Artikolu 12(3) tal-Ftehim l-informazzjoni dwar ir-riskji msemmija taħt il-punti a) u b) ta' dan il-paragrafu.
9. Fejn l-oġġetti li għalihom l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġi eżentat skont l-Artikolu 3(1)(c) sa (f), (h) sa (m), (o) u (q) jiddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti, l-analiżi tar-riskju għandha titwettaq mal-preżentazzjoni tal-oġġetti.
10. L-oġġetti ppreżentati lid-dwana jistgħu jiġu rilaxxati malli tkun saret l-analiżi tar-riskju u r-riżultati mill-analiżi tar-riskju u, fejn ikun meħtieġ, il-miżuri meħuda, jippermettu dan ir-rilaxx.
11. L-analiżi tar-riskju għandha titwettaq ukoll jekk id-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġu emendati f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (4). F’dak il-każ, mingħajr preġudizzju għat-terminu stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għall-merkanzija fil-kontejners imdaħħla bil-baħar, l-analiżi tar-riskju għandha titlesta minnufih mar-riċezzjoni ta' dawk id-dettalji sakemm ma jiġix identifikat riskju jew ikun meħtieġ li titwettaq analiżi tar-riskju addizzjonali.
Artikolu 9
L-għoti tad-dettalji ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minn persuni oħra
1. Mid-data stabbilita għall-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), fejn, għall-istess oġġetti ttrasportati bl-ajru, persuna waħda jew aktar għajr it-trasportatur tkun ikkonkludiet kuntratt ta’ trasport wieħed jew aktar kopert minn polza waħda jew aktar tal-vjaġġ bl-ajru, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
(a) |
il-persuna li toħroġ polza tal-vjaġġ bl-ajru għandha tinforma lill-persuna li tkun ikkonkludiet kuntratt ta’ trasport magħha bil-ħruġ ta’ dik il-polza tal-vjaġġ bl-ajru; |
|
(b) |
fil-każ ta’ arranġament ta’ kotagħbija tal-oġġetti, il-persuna li toħroġ il-polza tal-vjaġġ bl-ajru għandha tinforma lill-persuna li magħha din daħlet f’dak l-arranġament dwar il-ħruġ ta’ dik il-polza tal-vjaġġ bl-ajru; |
|
(c) |
it-trasportatur u kwalunkwe waħda mill-persuni li joħorġu polza tal-vjaġġ bl-ajru għandhom jipprovdu, fid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-identità ta’ kwalunkwe persuna li ma għamlitx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għalihom; |
|
(d) |
jekk il-persuna li toħroġ il-polza tal-vjaġġ bl-ajru ma tagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għas-sieħeb kuntrattwali tagħha li joħroġ polza tal-vjaġġ bl-ajru lilha, jew lis-sieħeb kuntrattwali tagħha li miegħu kkonkludiet arranġament ta’ kotagħbija tal-oġġetti, il-persuna li ma tagħmilx id-dettalji meħtieġa disponibbli għandha tipprovdi dawk id-dettalji lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul. |
2. Mid-data stabbilita għall-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), fejn l-operatur postali ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tal-kunsinni postali disponibbli għat-trasportatur li jkun obbligat li jippreżenta l-bqija tad-dettalji tad-dikjarazzjoni permezz ta’ dik is-sistema, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
(a) |
l-operatur postali tad-destinazzjoni, jekk l-oġġetti jiġu kkonsenjati lill-Partijiet Kontraenti, jew l-operatur postali tal-Partijiet Kontraenti tal-ewwel dħul, jekk l-oġġetti jkunu għaddejjin mill-Partijiet Kontraenti, għandu jipprovdi dawk id-dettalji lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul; u |
|
(b) |
it-trasportatur għandu jipprovdi, fid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-identità tal-operatur postali li ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għalih. |
3. Mid-data stabbilita għall-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), fejn it-trasportatur express ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ta’ kunsinni express ttrasportati bl-ajru disponibbli għat-trasportatur, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
(a) |
it-trasportatur express għandu jipprovdi dawk id-dettalji lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul; u |
|
(b) |
it-trasportatur għandu jipprovdi, fid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-identità tat-trasportatur express li ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għalih. |
4. Mid-data stabbilita għall-implimentazzjoni tal-ħarġa 3 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), fejn, fil-każ ta’ trasport bil-baħar jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni, għall-istess merkanzija, kuntratt ta’ trasport addizzjonali wieħed jew aktar kopert minn polza ta’ kargu waħda jew aktar ikun ġie konkluż minn persuna waħda jew aktar għajr it-trasportatur, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
(a) |
il-persuna li toħroġ il-polza ta’ kargu għandha tinforma lill-persuna li kkonkludiet kuntratt ta’ trasport magħha dwar il-ħruġ ta’ dik il-polza ta’ kargu; |
|
(b) |
fil-każ ta’ arranġament ta’ kotagħbija tal-oġġetti, il-persuna li toħroġ il-polza ta’ kargu għandha tinforma lill-persuna li magħha din daħlet f’dak l-arranġament dwar il-ħruġ ta’ dik il-polza ta’ kargu. |
|
(c) |
it-trasportatur u kwalunkwe waħda mill-persuni li joħorġu polza ta’ kargu għandhom jipprovdu, fid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-identità ta’ kwalunkwe persuna li tkun ikkonkludiet kuntratt ta’ trasport magħhom u li ma tkunx ipprovdiethom bid-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul; |
|
(d) |
il-persuna li toħroġ il-polza ta’ kargu għandha tipprovdi, fid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-identità tal-konsenjatarju, indikat fil-polza ta’ kargu bħala li ma jkollux poloz ta’ kargu sottostanti, li ma jkunx għamel id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għaliha; |
|
(e) |
jekk il-persuna li toħroġ il-polza ta’ kargu ma tagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għas-sieħeb kuntrattwali tagħha li joħroġ polza ta’ kargu lilha, jew lis-sieħeb kuntrattwali tagħha li miegħu kkonkludiet arranġament ta’ kotagħbija tal-oġġetti, il-persuna li ma tagħmilx id-dettalji meħtieġa disponibbli għandha tipprovdi dawk id-dettalji lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul; |
|
(f) |
jekk il-konsenjatarju indikat fil-polza ta’ kargu li ma jkollu l-ebda polza ta’ kargu sottostanti ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul disponibbli għall-persuna li toħroġ dik il-polza ta’ kargu, dan għandu jipprovdi dawk id-dettalji lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul. |
Artikolu 10
Devjazzjoni ta’ bastiment tal-baħar jew ta’ inġenju tal-ajru li jidħol fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti
1. Mid-data stabbilita għall-perjodu tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), fejn inġenju tal-ajru jiġi ddevjat u jkun wasal fl-ewwel post f’uffiċċju doganali li jinsab f’pajjiż li ma jkunx ġie indikat bħala pajjiż tar-rotta fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul attwali għandu, permezz ta’ dik is-sistema, jirkupra d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, ir-riżultati mill-analiżi tar-riskju u r-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll li jkunu saru mill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul mistenni.
2. Mid-data stabbilita għall-perjodu tal-implimentazzjoni tal-ħarġa 3 tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1(1), fejn bastiment tal-baħar jiġi ddevjat u jkun wasal fl-ewwel post f’uffiċċju doganali li jinsab f’pajjiż li ma jkunx ġie indikat bħala pajjiż tar-rotta fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul attwali għandu, permezz ta’ dik is-sistema, jirkupra d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, ir-riżultati mill-analiżi tar-riskju u r-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll li jkunu saru mill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul mistenni.
TITOLU II
ARRANĠAMENTI TEKNIĊI GĦAS-SISTEMA TA’ KONTROLL TAL-IMPORTAZZJONI 2
Artikolu 11
Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2
1. L-ICS2 għandha tappoġġa l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u l-Partijiet Kontraenti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-analiżi tar-riskju mill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza u l-miżuri doganali mmirati biex itaffu dawk ir-riskji inklużi l-kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza, u l-komunikazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-fini tal-issodisfar tar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.
2. L-ICS2 għandha tikkonsisti minn dawn il-komponenti komuni li ġejjin żviluppati fil-livell tal-Unjoni:
|
(a) |
interfaċċa kondiviża tal-kummerċjanti; |
|
(b) |
repożitorju komuni. |
3. L-Iżvizzera għandha tiżviluppa sistema ta’ dħul nazzjonali bħala komponent nazzjonali disponibbli fl-Iżvizzera.
4. L-Iżvizzera tista’ tiżviluppa interfaċċa nazzjonali tal-kummerċjanti bħala komponent nazzjonali disponibbli fl-Iżvizzera.
5. L-ICS2 għandha tintuża għall-finijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-preżentazzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul, u tat-talbiet għal emendi u invalidazzjonijiet skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim u dan l-Anness; |
|
(b) |
ir-riċezzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul estratti mid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Ftehim u dan l-Anness; |
|
(c) |
il-preżentazzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ informazzjoni rigward il-wasla u n-notifiki ta’ wasla ta’ bastiment tal-baħar jew ta’ inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim u dan l-Anness; |
|
(d) |
ir-riċezzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ informazzjoni rigward il-preżentazzjoni ta’ oġġetti lill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim u dan l-Anness; |
|
(e) |
ir-riċezzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ informazzjoni rigward talbiet u riżultati tal-analiżi tar-riskju, rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, deċiżjonijiet dwar kontrolli, u riżultati mill-kontroll skont l-Artikoli 10 u 12 tal-Ftehim u dan l-Anness; |
|
(f) |
ir-riċezzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u l-komunikazzjoni tan-notifiki u l-informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi u mingħandhom skont l-Artikoli 10 u 12 tal-Ftehim u dan l-Anness; |
|
(g) |
il-preżentazzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ informazzjoni mill-operaturi ekonomiċi mitluba mill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti skont l-Artikoli 10 u 12 tal-Ftehim u dan l-Anness. |
6. L-ICS2 għandha tintuża biex tappoġġa l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni mill-Partijiet Kontraenti tal-implimentazzjoni tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju għas-sigurtà u s-sikurezza u tal-miżuri ta’ kontroll u l-oqsma ta’ kontroll prijoritarju msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim.
7. L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tal-ICS2 għandhom jitwettqu billi tintuża l-pjattaforma tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u l-Firma Diġitali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"UUM&DS", Uniform User Management and Digital Signature) imsemmija fl-Artikolu 13.
8. L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-uffiċjali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tal-ICS2 għandhom jitwettqu billi jintużaw is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Unjoni.
9. L-interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti għandha tkun punt ta’ dħul fl-ICS2 għall-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 1.
10. L-interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti għandha tkun interoperabbli mar-repożitorju komuni tal-ICS2 msemmi fil-paragrafi 12 sa 14.
11. L-interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti għandha tintuża għall-preżentati, it-talbiet għal emendi, it-talba għal invalidazzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u għan-notifiki ta’ wasla, kif ukoll għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti u l-operaturi ekonomiċi.
12. Ir-repożitorju komuni tal-ICS2 għandu jintuża mill-Partijiet Kontraenti għall-ipproċessar tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul, tat-talbiet għal emenda, tat-talbiet għal invalidazzjoni, tan-notifiki ta’ wasla, tal-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-oġġetti, tal-informazzjoni dwar it-talbiet u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju, tar-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, tad-deċiżjonijiet dwar il-kontroll, tar-riżultati mill-kontroll u tal-informazzjoni skambjata mal-operaturi ekonomiċi.
13. Ir-repożitorju komuni tal-ICS2 għandu jintuża mill-Partijiet Kontraenti għall-fini ta’ statistika u evalwazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul bejn il-Partijiet Kontraenti.
14. Ir-repożitorju komuni tal-ICS2 għandu jkun interoperabbli mal-interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti, mal-interfaċċji nazzjonali tal-kummerċjanti fejn jiġu żviluppati mill-Partijiet Kontraenti, u mas-sistemi ta’ dħul nazzjonali.
15 L-awtorità doganali ta’ Parti Kontraenti għandha tuża r-repożitorju komuni biex tikkonsulta awtorità doganali tal-Parti Kontraenti l-oħra skont l-Artikolu 10 u 12 tal-Ftehim u dan l-Anness qabel ma tlesti l-analiżi tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza. L-awtorità doganali ta’ Parti Kontraenti għandha wkoll tuża r-repożitorju komuni biex tikkonsulta mal-Parti Kontraenti l-oħra dwar il-kontrolli rrakkomandati, id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tal-kontrolli rrakkomandati u dwar ir-riżultati mill-kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza skont l-Artikolu 10 u 12 tal-Ftehim u dan l-Anness.
16. L-interfaċċa nazzjonali tal-kummerċjanti, fejn tiġi żviluppata mill-Partijiet Kontraenti, għandha tkun punt ta’ dħul fl-ICS2 għall-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 1 fejn il-preżentata tkun indirizzata lill-Parti Kontraenti li tħaddem l-interfaċċa nazzjonali tal-kummerċjanti.
17. Fir-rigward tal-preżentati, l-emendi, l-invalidazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u n-notifiki ta’ wasla, kif ukoll tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħżlu li jużaw l-interfaċċa nazzjonali tal-kummerċjanti, fejn tiġi żviluppata, jew l-interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti.
18. L-interfaċċa nazzjonali tal-kummerċjanti, fejn tiġi żviluppata, għandha tkun interoperabbli mar-repożitorju komuni tal-ICS2.
19. Meta l-Iżvizzera tiżviluppa interfaċċa nazzjonali tal-kummerċjanti, din għandha tinforma lill-Unjoni b’dan.
20. Għandha tintuża sistema ta’ dħul nazzjonali mill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti għall-iskambju tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul misluta mid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Ftehim, għall-iskambju ta’ informazzjoni u notifiki mar-repożitorju komuni għal informazzjoni rigward il-wasla ta’ bastiment tal-baħar jew ta’ inġenju tal-ajru, għal informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-oġġetti, għall-ipproċessar ta’ talbiet għal analiżi tar-riskju, u għall-iskambju u l-ipproċessar ta’ informazzjoni rigward ir-riżultati mill-analiżi tar-riskju, ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, ta’ deċiżjonijiet dwar il-kontroll u ta’ riżultati mill-kontroll.
21. Is-sistema ta’ dħul nazzjonali għandha tintuża wkoll fil-każijiet fejn awtorità doganali ta’ Parti Kontraenti titlob aktar informazzjoni mingħand l-operaturi ekonomiċi u tirċievi informazzjoni dwar dan.
22. Is-sistema ta’ dħul nazzjonali għandha tkun interoperabbli mar-repożitorju komuni.
23. Is-sistema ta’ dħul nazzjonali għandha tkun interoperabbli mas-sistemi żviluppati fil-livell nazzjonali għall-irkupru tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 20.
Artikolu 12
Funzjonament tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 u Taħriġ fl-użu tagħha
1 Il-komponenti komuni għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, implimentati u ġestiti mill-Unjoni. Il-komponenti nazzjonali għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, implimentati u ġestiti mill-Iżvizzera.
2. L-Iżvizzera għandha tiżgura li l-komponenti nazzjonali jkunu interoperabbli mal-komponenti komuni.
3. L-Unjoni għandha twettaq il-manutenzjoni tal-komponenti komuni u l-Iżvizzera għandha twettaq il-manutenzjoni tal-komponenti nazzjonali tagħha.
4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw it-tħaddim mingħajr interruzzjoni tas-sistemi elettroniċi.
5. L-Unjoni tista’ tibdel il-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi biex issewwi xi ħsarat, iżżid funzjonalitajiet ġodda jew timmodifika dawk eżistenti.
6. L-Unjoni għandha tinforma lill-Iżvizzera dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fil-komponenti komuni.
7. L-Iżvizzera għandha tinforma lill-Unjoni bil-bidliet u bl-aġġornamenti fil-komponenti nazzjonali li jista’ jkollhom riperkussjonijiet fuq il-funzjonament tal-komponenti komuni.
8. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fis-sistemi elettroniċi skont il-paragrafi 6 u 7 disponibbli pubblikament.
9. F’dan il-każ ta’ falliment temporanju tal-ICS2, għandu japplika l-pjan tal-kontinwità tan-negozju ddeterminat mill-Partijiet Kontraenti.
10. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi li tirriżulta minn ħsara temporanja.
11. L-Unjoni għandha tappoġġa lill-Iżvizzera fl-użu u fil-funzjonament tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi billi tipprovdi l-materjal xieraq ta’ taħriġ.
Artikolu 13
Pjattaforma tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u l-Firma Diġitali
1. Pjattaforma tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u l-Firma Diġitali (jew “UUM&DS”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn is-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Partijiet Kontraenti msemmija fil-paragrafu 6 għall-finijiet tal-għoti ta’ aċċess awtorizzat sikur għas-sistemi elettroniċi lill-uffiċjali u l-operaturi ekonomiċi tal-Partijiet Kontraenti.
2. Il-pjattaforma tal-UUM&DS għandha tikkonsisti minn dawn il-komponenti komuni li ġejjin:
|
(a) |
sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess; |
|
(b) |
sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni. |
3. Il-pjattaforma tal-UUM&DS għandha tintuża biex jiġu żgurati l-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess ta’:
|
(a) |
l-operaturi ekonomiċi bl-iskop li jkollhom aċċess għall-ICS2; |
|
(b) |
l-uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti bl-iskop li jkollhom aċċess għall-komponenti komuni tal-ICS2 u għall-finijiet ta’ manutenzjoni u ġestjoni tal-pjattaforma tal-UUM&DS. |
4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess biex tivvalida t-talbiet għal aċċess ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi fi ħdan il-pjattaforma tal-UUM&DS billi tkun interoperabbli mas-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Partijiet Kontraenti msemmija fil-paragrafu 6.
5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu s-sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni biex tiġġestixxi r-regoli dwar l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni għall-validazzjoni tad-data ta’ identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi bl-iskop li jkun permess l-aċċess għas-sistemi elettroniċi.
6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess biex jiżguraw:
|
(a) |
reġistrazzjoni u ħżin sikuri tad-data ta’ identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi; |
|
(b) |
skambju sikur tad-data ta’ identifikazzjoni ffirmata u kriptata tal-operaturi ekonomiċi. |
Artikolu 14
Ġestjoni u Sjieda u Sigurtà tad-Data
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li d-data rreġistrata fil-livell nazzjonali tikkorrispondi mad-data rreġistrata fil-komponenti komuni u li tinżamm aġġornata.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li d-data li ġejja tikkorrispondi u tinżamm aġġornata mad-data fir-repożitorju komuni tal-ICS2:
|
(a) |
data rreġistrata fil-livell nazzjonali u kkomunikata mis-sistema ta’ dħul nazzjonali lir-repożitorju komuni; |
|
(b) |
data riċevuta mir-repożitorju komuni għas-sistema ta’ dħul nazzjonali. |
3. Id-data fil-komponenti komuni tal-ICS2 li tiġi kkomunikata lil jew irreġistrata fl-interfaċċa kondiviża tal-kummerċjanti minn operatur ekonomiku tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-operatur ekonomiku.
4. Id-data fil-komponenti komuni tal-ICS2:
|
(a) |
ikkomunikata lil Parti Kontraenti minn operatur ekonomiku permezz tal-interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti fir-repożitorju komuni tista’ tiġi aċċessata u pproċessata minn dik il-Parti Kontraenti fir-repożitorju komuni. Fejn ikun meħtieġ, dik il-Parti Kontraenti tista’ wkoll taċċessa din l-informazzjoni rreġistrata fl-interfaċċa armonizzata tal-kummerċjanti; |
|
(b) |
ikkomunikata lil jew irreġistrata fir-repożitorju komuni minn Parti Kontraenti tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dik il-Parti Kontraenti; |
|
(c) |
imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu tista’ wkoll tiġi aċċessata u pproċessata mill-Parti Kontraenti l-oħra fejn din tal-aħħar tkun involuta fl-analiżi tar-riskju u/jew fil-proċess ta’ kontroll li magħhom tirrelata d-data skont l-Artikolu 10 u 12 tal-Ftehim u dan l-Anness. |
|
(d) |
tista’ tiġi pproċessata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Partijiet Kontraenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c) u fl-Artikolu 11(6). Ir-riżultati ta’ dan l-ipproċessar jistgħu jiġu aċċessati mill-Kummissjoni u mill-Partijiet Kontraenti. |
5. Id-data fil-komponent komuni tal-ICS2 li hija rreġistrata fir-repożitorju komuni mill-Unjoni tista’ tiġi aċċessata mill-Partijiet Kontraenti. Din id-data tista’ tiġi pproċessata mill-Unjoni.
6. L-Unjoni għandha tkun sid is-sistema tal-komponenti komuni.
7. L-Iżvizzera għandha tkun sid is-sistema tal-komponenti nazzjonali.
8. L-Unjoni għandha tiżgura s-sigurtà tal-komponenti komuni filwaqt li l-Iżvizzera għandha tiżgura s-sigurtà tal-komponenti nazzjonali tagħha.
9. Għal dawk il-finijiet, il-Partijiet Kontraenti għandhom tal-anqas jieħdu l-miżuri meħtieġa biex:
|
(a) |
jimpedixxu kwalunkwe persuna mhux awtorizzata milli jkollha aċċess għall-installazzjonijiet li jintużaw għall-ipproċessar tad-data; |
|
(b) |
jimpedixxu d-dħul ta’ data u kwalunkwe konsultazzjoni, modifika jew tħassir ta’ data minn persuni mhux awtorizzati; |
|
(c) |
jidentifikaw kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b). |
10. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe attività li tista’ tirriżulta fi ksur jew f’suspett ta’ ksur tas-sigurtà tas-sistemi elettroniċi.
11. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ sigurtà li jikkonċernaw is-sistemi kollha.
12. Id-data rreġistrata fil-komponenti tal-ICS2 għandha tinħażen għal minimu ta’ tliet snin wara r-reġistrazzjoni tagħha. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jaqbżu dan il-perjodu fejn ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.
Artikolu 15
Proċessar ta’ data personali
Għall-ICS2 u l-UUM&DS b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali fihom:
|
(a) |
l-Iżvizzera u l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jaġixxu bħala kontrolluri f’konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 14 tal-Ftehim; |
|
(b) |
il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala proċessur u għandha tikkonforma mal-obbligi imposti fuqha f’dak ir-rigward skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għajr li, fejn tiġi pproċessata d-data għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju għas-sigurtà u s-sikurezza u tal-miżuri ta’ kontroll u l-qasam ta’ kontroll prijoritarju, il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala kontrollur konġunt. |
Artikolu 16
Parteċipazzjoni fl-iżvilupp, fil-manutenzjoni u fil-ġestjoni tal-ICS2
L-Unjoni għandha tippermetti lill-esperti Żvizzeri jipparteċipaw bħala osservaturi għal oġġetti li jikkonċernaw l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-ICS2 fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti Doganali u tal-gruppi ta’ ħidma rispettivi. L-Unjoni għandha tiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ dwar il-parteċipazzjoni tal-esperti Żvizzeri fil-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma li fihom jiġu rrappreżentati biss għadd limitat ta’ Stati Membri tal-Unjoni u li jirrapportaw lill-Grupp ta’ Esperti Doganali.
TITOLU III
Artikolu 17
Arranġamenti ta’ Finanzjament li jikkonċernaw ir-responsabbiltajiet, l-impenji u l-aspettattivi mal-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-ics2
Rigward l-estensjoni tal-użu tal-ICS2 għall-Iżvizzera, u b’kunsiderazzjoni tal-Kapitolu III u dan l-Anness, dawn l-Arranġamenti ta’ Finanzjament (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Arranġament”) jiddefinixxu l-elementi ta’ kollaborazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti, relatati mal-ICS2.
|
(a) |
Il-Kummissjoni se tiżviluppa, tittestja, timplimenta, timmaniġġja u tħaddem il-komponenti ċentrali tal-ICS2 li jikkonsistu f’interfaċċa kondiviża tal-kummerċjanti u f’repożitorju komuni (minn hawn ’il quddiem il-komponenti ċentrali tal-ICS2), inklużi l-applikazzjonijiet u s-servizzi meħtieġa għat-tħaddim u l-interkonnessjoni tagħhom mas-sistemi tal-IT fl-Iżvizzera bħat-TAPAS, l-UUM&DS u s-CCN2ng middleware, u timpenja ruħha li tagħmilhom disponibbli għall-Iżvizzera. |
|
(b) |
L-Iżvizzera se tiżviluppa, tittestja, timplimenta, tiġġestixxi u tħaddem il-komponenti nazzjonali tal-ICS2. |
|
(c) |
L-Iżvizzera u l-Kummissjoni jaqblu li jaqsmu l-kostijiet tal-iżvilupp u ta’ darba tal-komponenti ċentrali tal-ICS2 kif ukoll il-kostijiet operazzjonali tal-komponenti ċentrali tal-ICS2, u tal-applikazzjonijiet u s-servizzi relatati meħtieġa għat-tħaddim u l-interkonnessjoni tagħhom, kif ġej:
|
|
(d) |
L-Iżvizzera taqbel li tipparteċipa fil-kostijiet għall-iżvilupp u l-ittestjar tal-konformità tal-komponenti ċentrali tal-ICS2 imġarrba qabel l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Għal din il-fini:
|
|
(e) |
L-Iżvizzera taqbel li tipparteċipa fil-kostijiet tal-iżvilupp tal-komponenti ċentrali tal-ICS2. Għal din il-fini:
|
|
(f) |
L-Iżvizzera taqbel li tipparteċipa fil-kostijiet operazzjonali tal-komponenti ċentrali tal-ICS2. Għal din il-fini:
|
|
(g) |
Il-ħlas mill-Iżvizzera se jsir wara d-data tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu. Il-pagamenti kollha jridu jsiru lill-kont bankarju tal-Kummissjoni indikat fin-nota ta’ debitu, fi żmien 60 ġurnata. |
|
(h) |
Jekk l-Iżvizzera tħallas l-ammonti previsti fl-ittra (c) aktar tard mid-dati speċifikati fl-ittra (g), il-Kummissjoni tista’ timponi l-interessi fuq l-arretrati (bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet tiegħu fl-euro, ippubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dakinhar li fih tiskadi l-iskadenza għall-ħlas lura, miżjuda b’punt wieħed u nofs). L-istess rata għandha tapplika għall-pagamenti li għandhom isiru mill-Unjoni. |
|
(i) |
Jekk l-Iżvizzera titlob aġġustamenti speċifiċi jew prodotti ġodda tal-IT għall-komponenti ċentrali, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi tal-ICS2, il-bidu u t-tlestija ta’ dawk l-iżviluppi jkunu soġġetti għal ftehim separat u reċiproku rigward il-ħtiġijiet tar-riżorsi u l-kostijiet tal-iżvilupp. |
|
(j) |
Il-materjali kollha tat-taħriġ maħluqa u miżmuma mill-Partijiet Kontraenti għandhom jinqasmu mal-partijiet kollha mingħajr ħlas permezz ta’ mezzi elettroniċi. L-Iżvizzera tista’ tikkopja, tqassam, turi u twettaq ix-xogħol u tagħmel xogħlijiet derivattivi abbażi tal-materjali ta’ taħriġ kondiviżi
|
|
(k) |
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jirrikonoxxu u jissodisfaw ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-użu tal-komponenti ċentrali tal-ICS2 kif deskritt f'dan l-Anness I. |
|
(l) |
Fil-każ ta’ dubji serji dwar il-funzjonament tajjeb ta’ dan l-Anness jew tal-ICS2, kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan l-arranġament dment li l-Parti Kontraenti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem. |
TITOLU IV
DIKJARAZZJONI FIL-QOSOR TAL-ĦRUĠ
Artikolu 18
Forma u kontenut tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
1. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-data. Tista’ tintuża dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, dment li din ikun fiha d-dettalji meħtieġa.
2. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandu jkun fiha d-dettalji stabbiliti għal din id-dikjarazzjoni fil-kolonni A1 u A2 tal-Kapitolu 3 tal-Anness B tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 u tikkonforma mal-formats, mal-kodiċijiet u mal-kardinalitajiet rispettivi tagħhom stabbiliti fl-Anness B tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Din għandha timtela skont in-noti f’dawk l-Annessi. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tiġi awtentikata mill-persuna li tkun imlietha.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ bil-miktub, jew kwalunkwe mezz ieħor li jissostitwixxiha kif miftiehem bejn l-awtoritajiet doganali, f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:
|
(a) |
fejn is-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem; |
|
(b) |
fejn l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li tkun qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ ma tkunx qed tiffunzjona, dment li l-awtoritajiet doganali japplikaw l-istess livell ta’ ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ magħmula bl-użu ta’ teknika tal-ipproċessar tad-data. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ bil-miktub għandha tkun iffirmata mill-persuna li tkun imlietha. Dawn id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ bil-miktub għandhom ikunu akkumpanjati, fejn ikun meħtieġ, b’listi ta’ tagħbija jew listi xierqa oħra, u għandu jkun fihom id-dettalji msemmija fil-paragrafu 2. |
4. Kull Parti Kontraenti għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri li abbażi tagħhom il-persuna li tkun qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ tista’ timmodifika wieħed jew aktar mid-dettalji tad-dikjarazzjoni wara li tippreżentaha.
Artikolu 19
Eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
1. Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ ma għandhiex tkun meħtieġa fir-rigward tal-oġġetti li ġejjin:
|
(a) |
enerġija elettrika; |
|
(b) |
oġġetti li jitilqu permezz ta’ pipeline; |
|
(c) |
oġġetti ta’ korrispondenza, jiġifieri ittri, kartolini, ittri bil-braille u materjal stampat li ma jkunux soġġetti għal dazju tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni; |
|
(d) |
oġġetti f’kunsinni postali mċaqalqa skont ir-regoli tal-Unjoni Postali Universali; |
|
(e) |
oġġetti li għalihom dikjarazzjoni doganali bil-fomm jew dikjarazzjoni bis-sempliċi qsim tal-fruntiera tkun permessa skont il-leġiżlazzjoni tal-Partijiet Kontraenti, għajr għall-palits, il-kontejners, il-mezzi tat-trasport, kif ukoll l-ispare parts, l-aċċessorji u t-tagħmir għal dawn l-oġġetti, meta jkunu qed jinġarru skont kuntratt ta’ trasport; |
|
(f) |
oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi; |
|
(g) |
oġġetti koperti mill-Carnets ATA jew CPD; |
|
(h) |
oġġetti intitolati għal eżenzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tat-18 ta’ April 1961, il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew il-Konvenzjoni ta’ New York tas-16 ta’ Diċembru 1969 dwar il-Missjonijiet Speċjali; |
|
(i) |
armi u tagħmir militari maħruġa mit-territorju doganali ta’ Parti Kontraenti mill-awtoritajiet inkarigati mid-difiża militari tal-Partijiet Kontraenti, fi trasport militari jew trasport imħaddem għall-użu uniku tal-awtoritajiet militari; |
|
(j) |
l-oġġetti li ġejjin maħruġa mit-territorju doganali ta’ Parti Kontraenti direttament lejn installazzjonijiet offshore mħaddma minn persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti:
|
|
(k) |
oġġetti mċaqalqa taħt il-kopertura tal-formola 302 tan-NATO prevista fil-Konvenzjoni bejn il-Partijiet tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana rigward l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmata f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951, jew taħt il-kopertura tal-formola 302 tal-UE prevista fil-punt 51 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446; |
|
(l) |
oġġetti li jiġu pprovduti għall-inkorporazzjoni bħala parti minn jew aċċessorji fil-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru u għat-tħaddim tal-magni, tal-makkinarji jew ta’ tagħmir ieħor tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra li għandhom jiġu kkonsmati jew mibjugħa abbord; |
|
(m) |
oġġetti tad-dar kif iddefiniti fil-leġiżlazzjoni tal-Partijiet Kontraenti rispettivi dment li dawn ma jkunux qed jinġarru skont kuntratt ta’ trasport. |
|
(n) |
oġġetti mibgħuta mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti lejn Ceuta u Melilla, Heligoland, ir-Repubblika ta’ San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-muniċipalitajiet ta’ Livigno, u l-esklavi doganali Żvizzeri ta’ Samnaun u Sampuoir; |
|
(o) |
oġġetti li jinġarru fuq bastimenti li jivvjaġġaw bejn il-portijiet tal-Partijiet Kontraenti mingħajr ebda waqfa fi kwalunkwe port barra t-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(p) |
oġġetti li jinġarru fuq inġenji tal-ajru li jivvjaġġaw bejn l-ajruporti tal-Partijiet Kontraenti mingħajr ebda waqfa fi kwalunkwe ajruport barra t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti. |
2. Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ ma għandhiex tkun meħtieġa fil-każijiet previsti fi ftehim internazzjonali konkluż bejn Parti Kontraenti u pajjiż terz dwar is-sigurtà, soġġett għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim.
3. Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ ma għandhiex tkun meħtieġa mill-Partijiet Kontraenti għall-oġġetti fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn bastiment li jittrasporta l-oġġetti bejn il-portijiet tal-Partijiet Kontraenti jkollu jieqaf f’port barra t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti u l-oġġetti jkollhom jibqgħu mgħobbija abbord il-bastiment waqt il-waqfa fil-port barra t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(b) |
fejn inġenju tal-ajru li jittrasporta l-oġġetti bejn l-ajruporti tal-Partijiet Kontraenti jkollu jieqaf f’ajruport barra t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti u l-oġġetti jkollhom jibqgħu mgħobbija abbord l-inġenju tal-ajru waqt il-waqfa fl-ajruport barra t-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(c) |
fejn, f’port jew ajruport, l-oġġetti ma ja jinħattux mill-mezz tat-trasport li ġarrhom fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti u li se jġorrhom ’il barra minn dawk it-territorji; |
|
(d) |
fejn l-oġġetti jkunu tgħabbew f’port jew ajruport preċedenti fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti fejn ġiet ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ jew kienet applikabbli eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq u jibqgħu fuq il-mezz tat-trasport li se jġorrhom barra mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(e) |
fejn l-oġġetti f’ħażna temporanja jew imqiegħda taħt il-proċedura ta’ żona libera jiġu ttrasbordati mill-mezz ta’ trasport li wassalhom f’dik il-faċilità temporanja ta’ ħażna jew żona libera taħt is-superviżjoni tal-istess uffiċċju doganali fuq bastiment, ajruplan jew ferrovija li se jġorruhom ’il barra mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti, dment li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
|
(f) |
fejn l-oġġetti jkunu ddaħħlu fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti iżda dawn ikunu ġew miċħuda mill-awtorità doganali kompetenti u rritornati minnufih lejn il-pajjiż ta’ esportazzjoni. |
Artikolu 20
Post għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
1. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata mal-uffiċċju doganali kompetenti fit-territorju doganali tal-Parti Kontraenti fejn jitwettqu l-formalitajiet tal-ħruġ tal-oġġetti maħsuba għal pajjiżi terzi. Madankollu, dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni użata bħala dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata mal-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit-territorju doganali tagħha jitwettqu l-formalitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiż terz. Fi kwalunkwe każ, l-uffiċċju kompetenti għandu jwettaq l-analiżi tar-riskju relatata mas-sigurtà u s-sikurezza abbażi tad-data inkluża fid-dikjarazzjoni kif ukoll tal-kontrolli doganali għas-sigurtà u s-sikurezza li jitqiesu li jkunu meħtieġa.
2. Meta l-oġġetti jitilqu mit-territorju doganali ta’ Parti Kontraenti lejn pajjiż terz permezz tat-territorju doganali tal-Parti Kontraenti l-oħra, u l-formalitajiet tal-esportazzjoni jkunu segwiti minn proċedura ta’ tranżitu skont il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ tranżitu, l-NCTS għandha tintuża biex tittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 18(2) lill-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Parti Kontraenti.
F’dan il-każ, l-uffiċċju doganali tal-ewwel Parti Kontraenti għandu jagħmel ir-riżultati tal-kontrolli doganali tiegħu relatati mas-sigurtà u s-sikurezza disponibbli għall-awtorità doganali tat-tieni Parti Kontraenti fejn:
|
(a) |
ir-riskji jiġu vvalutati minn awtorità doganali bħala li jkunu sinifikanti u li jeħtieġu kontroll doganali u r-riżultati mill-kontroll jistabbilixxu li jkun seħħ l-avveniment li jwassal għar-riskji; jew |
|
(b) |
ir-riżultati mill-kontroll ma jistabbilixxux li jkun seħħ l-avveniment li jwassal għar-riskji, iżda l-awtorità doganali kkonċernata tqis it-theddida li jiġi ppreżentat riskju għoli x’imkien ieħor fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; jew |
|
(c) |
ikun meħtieġ li r-regoli jiġu applikati b’mod uniformi fil-Ftehim. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw fis-sistema msemmija fl-Artikolu 12(3) tal-Ftehim l-informazzjoni dwar ir-riskji msemmija taħt il-punti a) u b) ta' dan il-paragrafu.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, għajr għat-trasport bl-ajru, fejn l-oġġetti jitilqu mit-territorju doganali ta’ Parti Kontraenti lejn pajjiż terz permezz tat-territorju doganali tal-Parti Kontraenti l-oħra, u l-formalitajiet tal-esportazzjoni ma jkunux segwiti minn proċedura ta’ tranżitu skont il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ tranżitu, id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata direttament lill-uffiċċju doganali kompetenti tal-ħruġ tat-tieni Parti Kontraenti fejn l-oġġetti finalment jinħarġu lejn pajjiż terz.
Artikolu 21
Termini ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
1. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tkun ppreżentata fi ħdan it-termini ta’ żmien li ġejjin:
|
(a) |
fil-każ ta’ traffiku marittimu:
|
|
(b) |
fil-każ ta’ traffiku bl-ajru, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel it-tluq minn ajruport fit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(c) |
fil-każ ta’ traffiku bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, mhux aktar tard minn siegħa qabel ma l-oġġetti jkunu se jitilqu mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(d) |
fil-każ ta’ traffiku ferrovjarju:
|
2. Fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, it-terminu għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandu jkun dak applikabbli għall-mezz tat-trasport attiv użat biex jitlaq mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti:
|
(a) |
fejn l-oġġetti jkunu waslu fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ fuq mezz ieħor tat-trasport li minnu jiġu ttrasferiti qabel jitilqu mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti (trasport intermodali); |
|
(b) |
fejn l-oġġetti jkunu waslu fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ fuq mezz tat-trasport li hu stess jiġi ttrasportat fuq mezz tat-trasport attiv meta jitlaq mit-territorji doganali tal-Partijiet Kontraenti (trasport ikkombinat). |
3. It-termini ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ force majeure.
4. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, kull Parti Kontraenti tista’ tiddeċiedi dwar termini ta’ żmien differenti:
|
(a) |
f’każijiet tat-traffiku msemmi fl-Artikolu 20(2) sabiex analiżi tar-riskju affidabbli tkun tista’ tiġi akkumulata u l-vjaġġi jiġu interċettati sabiex jitwettqu kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza, |
|
(b) |
fil-każ ta’ ftehim internazzjonali dwar is-sigurtà bejn dik il-Parti Kontraenti u pajjiż terz, soġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim. |
ANNESS II
OPERATUR EKONOMIKU AWTORIZZAT
TITOLU I
GĦOTI TAL-ISTATUS TA’ OPERATUR EKNOMIKU AWTORIZZAT
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
in-nuqqas ta’ kwalunkwe ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u tar-regoli tat-tassazzjoni, inkluż ebda rekord ta’ reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tal-applikant; |
|
(b) |
il-wiri mill-applikant ta’ livell għoli ta’ kontroll tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-fluss tal-oġġetti, permezz ta’ sistema ta’ ġestjoni tar-rekords kummerċjali u, fejn ikun xieraq, tat-trasport, li tippermetti kontrolli doganali xierqa; |
|
(c) |
is-solvenza finanzjarja, li għandha titqies bħala ppruvata fejn l-applikant ikollu kapaċità finanzjarja tajba, li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b’konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta’ attività kummerċjali kkonċernata; |
|
(d) |
standards xierqa ta’ sigurtà u sikurezza, li għandhom jitqiesu bħala ssodisfati fejn l-applikant juri li hu jkollu miżuri xierqa biex jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-katina tal-provvista internazzjonali inkluż fl-oqsma tal-integrità fiżika u l-kontrolli tal-aċċess, tal-proċessi loġistiċi u tat-trattament ta’ tipi speċifiċi ta’ oġġetti, persunal u identifikazzjoni tal-imsieħba kummerċjali tiegħu. |
Artikolu 2
Konformità
1. Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 1(a) għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk:
|
(a) |
ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja li tikkonkludi li tul dawn l-aħħar tliet snin waħda mill-persuni deskritti fil-punt (b) wettqet ksur serju jew ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali jew tar-regoli tat-tassazzjoni fir-rigward tal-attività ekonomika tiegħu/tagħha; u |
|
(b) |
l-ebda waħda mill-persuni li ġejjin ma jkollha kondotta ta’ reat kriminali serju fir-rigward tal-attività ekonomika tagħha, inkluża l-attività ekonomika tal-applikant, fejn ikun applikabbli:
|
2. Madankollu, il-kriterju msemmi fl-Artikolu 1(a) jista’ jitqies li ġie ssodisfat fejn l-awtorità doganali kompetenti, sabiex tieħu d-deċiżjoni, tqis li ksur ma kienx ta’ importanza serja, fir-rigward tal-għadd jew tad-daqs tal-operazzjonijiet relatati, u l-awtorità doganali ma jkollha ebda dubju dwar il-bona fide tal-applikant.
3. Fejn il-persuna msemmija fil-paragrafu 1(b)(3), għajr l-applikant, tkun stabbilita jew ikollha r-residenza tagħha f’pajjiż terz, l-awtorità doganali kompetenti, sabiex tieħu d-deċiżjoni, għandha tivvaluta l-issodisfar tal-kriterju msemmi fl-Artikolu 1(a) abbażi tar-rekords u l-informazzjoni li jkunu disponibbli għaliha.
4. Fejn l-applikant ikun ilu stabbilit għal anqas minn tliet snin, l-awtorità doganali kompetenti, sabiex tieħu d-deċiżjoni, għandha tivvaluta l-issodisfar tal-kriterju msemmi fl-Artikolu 1(a) abbażi tar-rekords u l-informazzjoni li jkunu disponibbli għaliha.
Artikolu 3
Sistema sodisfaċenti ta’ ġestjoni tar-rekords kummerċjali u tat-trasport
Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 1(b) għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-applikant iżomm sistema kontabilistika li tkun konsistenti mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati applikati fil-Partijiet Kontraenti fejn jinżammu l-kontijiet, tippermetti li jsir kontroll doganali bbażat fuq l-awditi u żżomm rekord storiku tad-data li jipprovdi rekord tal-awditjar minn meta d-data tidħol fil-fajl; |
|
(b) |
ir-rekords miżmuma mill-applikant għal finijiet doganali jiġu integrati fis-sistema kontabilistika tal-applikant jew jippermettu li jsiru kontroverifiki tal-informazzjoni mas-sistema kontabilistika; |
|
(c) |
l-applikant jippermetti aċċess fiżiku lill-awtorità doganali għas-sistemi kontabilistiċi tiegħu u, fejn ikun applikabbli, għar-rekords kummerċjali u tat-trasport tiegħu; |
|
(d) |
l-applikant jippermetti aċċess elettroniku lill-awtorità doganali għas-sistemi kontabilistiċi tiegħu u, fejn ikun applikabbli, għar-rekords kummerċjali u tat-trasport fejn dawk is-sistemi jew rekords jinżammu b’mod elettroniku; |
|
(e) |
l-applikant ikollu organizzazzjoni amministrattiva li tikkorrispondi għat-tip u d-daqs tan-negozju u li hija adattata għall-ġestjoni tal-fluss tal-oġġetti, u jkollu kontrolli interni li jkunu kapaċi jimpedixxu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji u li jimpedixxu u jidentifikaw tranżazzjonijiet illegali jew irregolari; |
|
(f) |
fejn ikun applikabbli, l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti għat-trattament tal-liċenzji u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-miżuri ta’ politika kummerċjali jew rigward il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli; |
|
(g) |
l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti fis-seħħ għall-arkivjar tar-rekords u l-informazzjoni tiegħu u għall-protezzjoni kontra t-telf tal-informazzjoni; |
|
(h) |
l-applikant jiżgura li l-impjegati rilevanti jiġu ordnati jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali kull meta jiltaqgħu ma’ diffikultajiet ta’ konformità u jistabbilixxi proċeduri biex l-awtoritajiet doganali jiġu infurmati b’dawn id-diffikultajiet; |
|
(i) |
l-applikant ikollu miżuri xierqa ta’ sigurtà fis-seħħ biex jipproteġi s-sistema tal-kompjuter tal-applikant minn intrużjoni mhux awtorizzata u jiżgura d-dokumentazzjoni tal-applikant; |
|
(j) |
fejn ikun applikabbli, l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti fis-seħħ għat-trattament tal-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni marbuta mal-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet, inklużi miżuri biex issir distinzjoni bejn oġġetti soġġetti għall-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet u oġġetti u miżuri oħra biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawk il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet. |
Artikolu 4
Solvenza finanzjarja
1. Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 1(c) għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat fejn l-applikant jikkonforma ma’ dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-applikant ma jkunx soġġett għal proċedimenti ta’ falliment; |
|
(b) |
matul l-aħħar tliet snin qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-applikant ikun issodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu rigward pagamenti ta’ dazji doganali u tad-dazji, it-taxxi jew it-tariffi l-oħra kollha li jinġabru fuq jew b’rabta mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti; |
|
(c) |
l-applikant juri, abbażi tar-rekords u l-informazzjoni disponibbli għall-aħħar tliet snin qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, li jkollu kapaċità finanzjarja suffiċjenti biex jissodisfa l-obbligi u l-impenji tiegħu b’kunsiderazzjoni tat-tip u l-volum tal-attività kummerċjali, inkluż li ma jkollu l-ebda assi negattivi netti, dment li dawn ma jkunux jistgħu jiġu koperti. |
2. Jekk l-applikant ikun ilu stabbilit għal anqas minn tliet snin, is-solvenza finanzjarja tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 1(c) għandha tiġi kkontrollata abbażi tar-rekords u l-informazzjoni li jkunu disponibbli.
Artikolu 5
Standards ta’ sigurtà u sikurezza
1. Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 1(d) għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-bini li għandu jintuża b’konnessjoni mal-operazzjonijiet relatati mal-awtorizzazzjoni jipprovdi protezzjoni kontra l-intrużjoni illegali u jinbena minn materjal li jiflaħ jirreżisti kontra d-dħul illegali; |
|
(b) |
ikun hemm miżuri xierqa fis-seħħ biex jimpedixxu l-aċċess mhux awtorizzat għall-uffiċċji, iż-żoni ta’ tbaħħir, ix-xtut tat-tagħbija, iż-żoni tal-merkanzija u postijiet oħra rilevanti; |
|
(c) |
ikunu ttieħdu miżuri għat-trattament tal-oġġetti li jinkludu l-protezzjoni kontra l-introduzzjoni jew l-iskambju mhux awtorizzati, l-abbuż tal-oġġetti u kontra t-tbagħbis tal-unitajiet tal-merkanzija; |
|
(d) |
l-applikant ikun ħa miżuri li jippermettu l-identifikazzjoni b'mod ċar tal-imsieħba kummerċjali tiegħu u biex jiżgura, permezz tal-implimentazzjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali xierqa jew ta’ miżuri xierqa oħra skont il-mudell kummerċjali tal-applikant, li dawk l-imsieħba kummerċjali jiżguraw is-sigurtà tal-parti tagħhom mill-katina tal-provvista internazzjonali; |
|
(e) |
l-applikant iwettaq, safejn tippermetti l-liġi nazzjonali, skrinjar ta’ sigurtà fuq l-impjegati prospettivi li jaħdmu f’pożizzjonijiet sensittivi tas-sigurtà u jwettaq kontrolli tal-isfond tal-impjegati attwali f’dawn il-pożizzjonijiet perjodikament u fejn ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi; |
|
(f) |
l-applikant ikollu l-proċeduri xierqa ta’ sigurtà fis-seħħ għal kwalunkwe fornitur tas-servizz estern kuntrattat; |
|
(g) |
l-applikant jiżgura li l-persunal tiegħu li jkollu responsabbiltajiet rilevanti għal kwistjonijiet ta’ sigurtà jipparteċipa b’mod regolari fil-programmi biex titqajjem sensibilizzazzjoni fosthom dwar dawk il-kwistjonijiet ta’ sigurtà; |
|
(h) |
l-applikant ikun ħatar persuna ta’ kuntatt kompetenti għal domandi relatati mas-sigurtà u s-sikurezza. |
2. Fejn l-applikant ikun detentur ta’ ċertifikat tas-sigurtà u s-sikurezza maħruġ abbażi ta’ konvenzjoni internazzjonali jew ta’ Standard Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, jew ta’ Standard Ewropew ta’ Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni, dawn iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu meta tkun qed tiġi kkontrollata l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(d).
Il-kriterji għandhom jitqiesu li jkunu ġew issodisfati safejn ikun ġie stabbilit li l-kriterji għall-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat ikunu identiċi jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(d).
3. Fejn l-applikant ikun aġent regolat jew konsenjatur magħruf fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala li ġew issodisfati b’rabta mas-siti u l-operazzjonijiet li għalihom l-applikant ikun kiseb l-istatus ta’ aġent regolat jew konsenjatur magħruf sal-punt li l-kriterji għall-ħruġ tal-istatus ta’ aġent regolat jew ta’ konsenjatur magħruf ikunu identiċi jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(d).
TITOLU II
FAĊILITAZZJONI MOGĦTIJA LILL-OPERATURI EKONOMIĊI AWTORIZZATI
Artikolu 6
Faċilitazzjoni mogħtija lill-operaturi ekonomiċi awtorizzati
1. Fejn operatur ekonomiku awtorizzat għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza jippreżenta f’ismu stess dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fil-forma ta’ dikjarazzjoni doganali jew ta’ dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni, ebda dettallji oħra għajr dawk iddikjarati f’dawk id-dikjarazzjonijiet ma għandhom ikunu meħtieġa.
2. Fejn operatur ekonomiku awtorizzat għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza jippreżenta, f’isem persuna oħra li hija wkoll operatur ekonomiku awtorizzat, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fil-forma ta’ dikjarazzjoni doganali jew ta’ dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni, ebda dettallji oħra għajr dawk iddikjarati f’dawk id-dikjarazzjonijiet ma għandhom ikunu meħtieġa.
Artikolu 7
Trattament iktar favorevoli rigward il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju
1. Operatur ekonomiku awtorizzat għandu jkun soġġett għal anqas kontrolli tas-sigurtà fiżiċi u bbażati fuq id-dokumenti minn operaturi ekonomiċi oħra.
2. Fejn operatur ekonomiku awtorizzat ikun ippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew ikun ġie awtorizzat jippreżenta dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni għal ħażna temporanja minflok dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew meta operatur ekonomiku awtorizzat ikun ġie awtorizzat li juża sistemi ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport għall-preżentazzjoni tad-dettalji ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul kif imsemmi fl-Artikolu 10(8) tal-Ftehim u fl-Artikolu 1(4) tal-Anness I, l-awtorità doganali kompetenti għandha, meta l-konsenja tkun intgħażlet għall-kontroll fiżiku, tinnotifika lill-operatur ekonomiku awtorizzat b’dak il-fatt. Dik in-notifika għandha ssir qabel jaslu l-oġġetti fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti.
Dik in-notifika għandha ssir disponibbli wkoll għat-trasportatur jekk dan ikun differenti mill-operatur ekonomiku awtorizzat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, dment li t-trasportatur ikun operatur ekonomiku awtorizzat u jkun konness mas-sistemi elettroniċi relatati mad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Dik in-notifika ma għandhiex tiġi pprovduta meta din tista’ xxekkel il-kontrolli li għandhom jitwettqu jew ir-riżultati tagħhom.
3. Fejn il-kunsinni ddikjarati minn operatur ekonomiku awtorizzat ikunu ntgħażlu għal kontroll fiżiku jew ibbażat fuq id-dokumenti, dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu bi prijorità.
Fuq talba minn operatur ekonomiku awtorizzat, il-kontrolli jistgħu jitwettqu f’post għajr il-post fejn l-oġġetti għandhom jiġu ppreżentati lid-dwana.
Artikolu 8
Eżenzjoni minn trattament favorevoli
It-trattament iktar favorevoli msemmi fl-Artikolu 7 ma għandux japplika għal kwalunkwe kontroll doganali tas-sigurtà relatat ma’ livelli ogħla speċifiċi ta’ periklu jew obbligi ta’ kontroll stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra.
Madankollu, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu l-ipproċessar, il-formalitajiet u l-kontrolli meħtieġa għall-kunsinni ddikjarati minn operatur ekonomiku awtorizzat bħala prijorità.
TITOLU III
SOSPENSJONI, ANNULLAMENT U REVOKA TAL-ISTATUS TA’ OPERATUR EKNOMIKU AWTORIZZAT
Artikolu 9
Sospensjoni tal-istatus
1. Deċiżjoni li tagħti l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandha tiġi sospiża mill-awtorità doganali kompetenti meta:
|
(a) |
dik l-awtorità doganali tqis li jista’ jkun hemm biżżejjed raġunijiet sabiex tiġi annullata jew revokata d-deċiżjoni, iżda ma jkunx għad għandha l-elementi meħtieġa kollha biex tiddeċiedi fuq l-annullament jew ir-revoka; |
|
(b) |
dik l-awtorità doganali tqis li l-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni mhumiex issodisfati jew li d-detentur tad-deċiżjoni ma jikkonformax mal-obbligi imposti skont dik id-deċiżjoni, u huwa xieraq li d-detentur tad-deċiżjoni jitħalla żmien biex jieħu miżuri biex jiżgura l-issodisfar tal-kondizzjonijiet jew il-konformità mal-obbligi; |
|
(c) |
id-detentur tad-deċiżjoni jitlob din is-sospensjoni minħabba li temporanjament ma jkunx jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti għad-deċiżjoni jew jikkonforma mal-obbligi imposti taħt dik id-deċiżjoni. |
2. Fil-każ imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jinnotifika lill-awtorità doganali kompetenti bil-miżuri li dan se jieħu biex jiżgura l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-konformità mal-obbligi, kif ukoll dwar il-perjodu taż-żmien li dan jeħtieġ biex jieħu dawk il-miżuri.
Meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ikun ħa, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, il-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-kundizzjonijiet u l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati minn kull operatur ekonomiku awtorizzat, l-awtorità doganali emittenti għandha tannulla s-sospensjoni.
3. Is-sospensjoni ma għandha taffettwa l-ebda proċedura doganali li tkun diġà bdiet qabel id-data tas-sospensjoni u li tkun għadha għaddejja.
4. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jiġi nnotifikat bis-sospensjoni tagħha.
Artikolu 10
Annullament tal-istatus
1. Deċiżjoni li tagħti l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandha tiġi annullata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
id-deċiżjoni tkun ittieħdet abbażi ta’ informazzjoni mhux korretta jew mhux kompluta; |
|
(b) |
id-detentur tad-deċiżjoni kien jaf jew raġevolment kellu jkun jaf li l-informazzjoni ma kinitx korretta jew kompluta; |
|
(c) |
jekk l-informazzjoni kienet korretta u kompluta, id-deċiżjoni kienet tkun differenti. |
2. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jiġi nnotifikat bl-annullament tagħha.
3. L-annullament għandu jsir effettiv mid-data li fiha d-deċiżjoni inizjali tkun saret effettiva, dment li ma jkunx speċifikat b’mod ieħor fid-deċiżjoni skont il-leġiżlazzjoni doganali.
Artikolu 11
Revoka tal-istatus
1. Deċiżjoni li tagħti l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandha tiġi rrevokata mill-awtoritajiet doganali kompetenti meta:
|
(a) |
waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet biex tittieħed dik id-deċiżjoni ma kinux issodisfati jew ma għadhomx issodisfati; jew |
|
(b) |
mal-applikazzjoni mid-detentur tad-deċiżjoni; jew |
|
(c) |
id-detentur tad-deċiżjoni jonqos milli jieħu, fil-perjodu taż-żmien preskritt tas-sospensjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), il-miżuri meħtieġa biex jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita għad-deċiżjoni jew jikkonforma mal-obbligi imposti skont dik id-deċiżjoni. |
2. Ir-revoka għandha ssir effettiva mill-jum wara n-notifika tagħha.
3. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jiġi nnotifikat bir-revoka tagħha.
TITOLU IV
Artikolu 12
Skambju ta’ informazzjoni
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinformaw regolarment lil xulxin bl-identitajiet tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati tagħhom għall-finijiet ta’ sigurtà, u jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kummerċjant (TIN, Trader Identification Number) f’format kumpatibbli mal-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI, Economic Operator Registration and Identification) |
|
(b) |
l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku awtorizzat; |
|
(c) |
in-numru tad-dokument li jagħti l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat; |
|
(d) |
l-istatus attwali (validu, sospiż, revokat); |
|
(e) |
il-perjodi tal-istatus mibdul; |
|
(f) |
id-data li fiha d-deċiżjoni u l-avvenimenti sussegwenti (sospensjoni u revoka) isiru effettivi; |
|
(g) |
l-awtorità li tkun ħarġet id-deċiżjoni. |
(1) Il-perjodu tal-implimentazzjoni għall-ħarġa 1 tal-ICS2: mill-15.3.2021 sal-1.10.2021; il-perjodu tal-implimentazzjoni għall-ħarġa 2 tal-ICS2: mill-1.3.2023 sat-2.10.2023; il-perjodu tal-implimentazzjoni għall-ħarġa 3 tal-ICS2: mill-1.3.2024 sal-1.10.2024; id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/234 tas-7 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 63, 23.2.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558), emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/235 tat-8 ta’ Frar 2021 (ĠU L 63, 23.2.2021, p. 386).
(4) Il-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-20 ta’ Mejju 1987 (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2, inklużi emendi preċedenti u futuri kif miftiehem mill-Kumitat Konġunt mill-Konvenzjoni msemmija hawn fuq).
(5) L-NCTS tiġi aġġornata biex tkopri r-rekwiżiti ġodda ta’ sigurtà mir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1), emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2019/632 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 54). L-implimentazzjoni tal-aġġornament f’fażijiet tal-NCTS hija stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151.
(6) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73, inklużi emendi preċedenti u futuri kif miftiehem mill-Kumitat Konġunt tal-Ftehim imsemmi hawn fuq).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).