ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 149

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
30 ta' April 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż lill-qarrej

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

2

 

*

Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra

10

 

*

Ftehim bejn L-unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-gran brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward proċeduri TA’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

2540

 

*

Dikjarazzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni u tal-Ftehim dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

2549

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

2560

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/1


Avviż lill-qarrej

Minħabba li kien tard ħafna meta tlestew in-negozjati tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata, u l-Ftehim bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użi Sikuri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari (“il-Ftehimiet”), ma kienx possibbli li tipproċedi r-reviżjoni legali lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet qabel ma dawn ġew iffirmati u applikati proviżorjament. B’riżultat ta’ dan, it-testi tal-Ftehimiet ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Diċembru 2020 (1) seta’ kien fihom żbalji tekniċi u ineżattezzi.

Kif previst fl-Artikolu 780 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u l-Artikolu 25 tal-Ftehim għall-Kooperazzjoni dwar l-Użi Sikuri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari, immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehimiet, il-Partijiet ipproċedew bir-reviżjoni legali lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża.

Permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi tal-21 ta’ April 2021, il-Partijiet stabbilew it-testi riveduti tal-Ftehimiet f’dawk il-lingwi kollha bħala awtentiċi u definittivi. Dawn it-testi awtentiċi u definittivi jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehimiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fil-31 ta’ Diċembru 2020.


(1)  ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2.


30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/689

tad-29 ta’ April 2021

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, (1)

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/2252 (2), dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, (il-"Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni") u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (il-"Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni"). Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni (il-'Ftehimiet') ġew iffirmati fit-30 ta' Diċembru 2020, soġġett għall-konklużjoni tagħhom f'data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi l-bażi għal relazzjoni wiesgħa bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li tinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi, azzjonijiet komuni u proċeduri speċjali. Il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni huwa ftehim supplimentari għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, marbut intrinsikament ma' dan tal-aħħar b'mod partikolari fir-rigward tad-dati tal-bidu tal-applikazzjoni u t-terminazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet tkun imsejsa fuq il-bażi ġuridika li tipprevedi l-istabbiliment ta' assoċjazzjoni li tippermetti lill-Unjoni tidħol f'impenji fl-oqsma kollha koperti mit-Trattati.

(3)

Fid-dawl tal-karattru eċċezzjonali u uniku tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, li huwa ftehim komprensiv ma' pajjiż li ħareġ mill-Unjoni, il-Kunsill, b'dan, qed jiddeċiedi li juża l-possibbiltà li l-Unjoni teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward tar-Renju Unit.

(4)

Huwa xieraq li jiġu definiti l-arranġamenti għar-rappreżentanza tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija u fil-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Il-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), għandha tirrappreżenta lill-Unjoni u tesprimi l-pożizzjonijiet tal-Unjoni kif stabbiliti mill-Kunsill f'konformità mat-Trattati. Il-Kunsill għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta' tfassil ta' politiki u ta' koordinazzjoni kif previst fl-Artikolu 16(1) TUE billi jistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija u fil-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Barra minn hekk, fejn il-Kunsill ta' Sħubija jew il-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jintalbu jadottaw atti b'effetti legali, il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f'isem l-Unjoni f'dawk il-korpi għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). B'mod simili, fejn il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet annwali relatati mas-sajd, għandha tagħmel dan abbażi ta' pożizzjonijiet li jitteħdu f'isem l-Unjoni, li jridu jiġu stabbiliti mill-Kunsill f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat.

(5)

Jenħtieġ li kull Stat Membru jkun jista' jibgħat rappreżentant wieħed biex jakkumpanja lir-rappreżentant tal-Kummissjoni, bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni, fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija u ta' korpi konġunti oħra stabbiliti skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

(6)

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u bis-sħiħ, kif previst fl-Artikolu 218(10) TFUE, sabiex ikun jista’ jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu skont it-Trattati.

(7)

Bil-għan li l-Unjoni tkun tista' tieħu azzjoni rapida u effettiva biex tipproteġi l-interessi tagħha f'konformità mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u sakemm ma jiġi adottat u jidħol fis-seħħ fl-Unjoni att leġiżlattiv speċifiku li jirregola l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tieħu miżuri ta' rimedju, bħas-sospensjoni tal-obbligi taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew kwalunkwe ftehim supplimentari, f'każijiet ta' ksur ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew fejn ċerti kondizzjonijiet ma jiġux issodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-kummerċ f'merkanzija, tal-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, tat-trasport bit-triq, tas-sikurezza tal-avjazzjoni, tas-sajd u tal-programmi tal-Unjoni, kif speċifikat fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll li tieħu miżuri ta' rimedju, miżuri ta' riekwilibriju u kontromiżuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma b'mod sħiħ lill-Kunsill fi żmien opportun dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta dawn il-miżuri bil-ħsieb li tippermetti skambju ta' fehmiet sinifikanti fil-Kunsill. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-fehmiet espressi. Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta tali miżuri. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, jenħtieġ li tinforma lill-Kunsill fi żmien opportun bir-raġunijiet tagħha.

(8)

Sabiex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi fi żmien opportun fejn ma jkunux baqgħu ssodisfati l-kondizzjonijiet rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tieħu ċerti deċiżjonijiet li jissospendu l-benefiċċji mogħtija lir-Renju Unit skont l-Anness dwar Prodotti Organiċi u l-Anness dwar Prodotti Mediċinali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma b'mod sħiħ lill-Kunsill fi żmien opportun dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta dawn il-miżuri bil-ħsieb li tippermetti skambju ta' fehmiet sinifikanti fil-Kunsill. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-fehmiet espressi. Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta tali miżuri. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, jenħtieġ li tinforma lill-Kunsill fi żmien opportun bir-raġunijiet tagħha.

(9)

Kull meta l-Unjoni tkun meħtieġa taġixxi sabiex tkun konformi mal-Ftehimiet, tali azzjoni għandha tittieħed f'konformità mat-Trattati, filwaqt li jiġu rrispettati l-limiti tas-setgħat mogħtija lil kull istituzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk hija l-Kummissjoni li għandha tipprovdi lir-Renju Unit l-informazzjoni jew in-notifiki meħtieġa mill-Ftehimiet, ħlief fejn il-Ftehimiet jirreferu għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji speċifiċi oħra tal-Unjoni, u li għandha tikkonsulta mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet speċifiċi. Hija wkoll il-Kummissjoni li għandha tirrappreżenta lill-Unjoni quddiem it-tribunal tal-arbitraġġ fejn xi tilwim ikun ġie ppreżentat għall-arbitraġġ f'konformità mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. F'konformità mad-dmir ta' kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) TUE, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kunsill bil-quddiem, pereżempju billi tippreżentalu l-punti prinċipali tal-osservazzjonijiet li l-Unjoni jkun biħsiebha tippreżenta lit-tribunal tal-arbitraġġ, u tieħu kemm jista' jkun kont tal-kummenti li jkunu saru mill-Kunsill.

(10)

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni ma jeskludix il-possibbiltà li l-Istati Membri jidħlu f'arranġamenti jew ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet speċifiċi koperti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fl-oqsma tat-trasport bl-ajru, il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dwana u tal-VAT u tas-sigurtà soċjali taħt ċerti kondizzjonijiet.

(11)

Huwa għalhekk neċessarju li jiġi stabbilit qafas li għandu jiġi segwit mill-Istati Membri meta jiddeċiedu li jidħlu f'arranġamenti jew ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit fl-oqsma tat-trasport bl-ajru, tal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dwana u tal-VAT u tas-sigurtà soċjali, inkluż il-kondizzjonijiet u l-proċedura biex l-Istati Membri jinnegozjaw u jikkonkludu tali arranġamenti jew ftehimiet bilaterali, b'tali mod li jiġi żgurat li dawn ikunu kompatibbli mal-għan tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u mal-liġi tal-Unjoni u jieħdu kont tas-suq intern u tal-interessi usa' tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri li biħsiebhom jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit f'oqsma mhux koperti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jinfurmaw, b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom u dwar il-progress tan-negozjati.

(12)

Jiġi mfakkar li, f'konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 774(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ambitu territorjali ta' ftehimiet futuri inkluża fil-minuti tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Novembru 2018,il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni la japplika għal Ġibiltà u lanqas m'għandu effetti f'dak it-territorju. Kif previst f'dik id-dikjarazzjoni, "dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jkun hemm ftehimiet separati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fir-rigward ta' Ġibiltà" u, "mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Unjoni u b'rispett sħiħ għall-integrità territorjali tal-Istati Membri tagħha kif garantita mill-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawk il-ftehimiet separati ser jirrikjedu qbil minn qabel mir-Renju ta' Spanja".

(13)

L-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri b'rabta ma' kwalunkwe negozjar li għaddej jew futur dwar ftehimiet internazzjonali, jew dwar l-iffirmar jew il-konklużjoni tagħhom ma' kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew b'rabta ma' kwalunkwe negozjar futur dwar kwalunkwe ftehim supplimentari, jew dwar l-iffirmar jew il-konklużjoni tiegħu, imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

(14)

Minħabba li n-negozjati tal-Ftehimiet tlestew tard ħafna, ma kienx possibbli li ssir r-reviżjoni legali-lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet qabel l-iffirmar tagħhom. Għalhekk, immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehimiet, il-Partijiet bdew ir-reviżjoni legali-lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet fl-24 lingwa awtentika kollha. Permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi, il-Partijiet stabbilew dawk it-testi riveduti tal-Ftehimiet b'dawk il-lingwi kollha bħala awtentiċi u definittivi. Dawk it-testi awtentiċi u definittivi ħadu post ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehimiet u huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-"Ftehim Euratom"), huwa soġġett għal proċedura separata.

(16)

Jenħtieġ li l-Ftehimiet jiġu approvati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet għajr dawk li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom. (3)

2.   Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni. (4)

3.   It-testi awtentiċi u definittivi tal-Ftehimiet li ħadu post ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehimiet huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija, fil-Kumitat ta' Sħubija tal-Kummerċ, fil-Kumitati Speċjalizzati fil-Kummerċ u l-Kumitati Speċjalizzati stabbiliti skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll fi kwalunkwe Kumitat Speċjalizzat fil-Kummerċ addizzjonali jew Kumitat Speċjalizzat li jkun stabbilit f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 7(4) jew il-punt (g) tal-Artikolu 8(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

Kull Stat Membru għandu jkun jista' jibgħat rappreżentant wieħed biex jakkumpanja lir-rappreżentant tal-Kummissjoni, bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni, fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija u ta' korpi konġunti oħra stabbiliti skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

2.   Sabiex il-Kunsill ikun f'pożizzjoni li jeżerċita b'mod sħiħ il-funzjonijiet tiegħu ta' tfassil ta' politiki, ta' koordinazzjoni u ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'konformità mat-Trattati, b'mod partikolari bl-istabbiliment tal-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija, fil-Kumitat ta' Sħubija tal-Kummerċ, fil-Kumitati Speċjalizzati fil-Kummerċ u l-Kumitati Speċjalizzati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Kunsill jirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati ma' kull laqgħa ta' dawk il-korpi konġunti jew ma' kull att li għandu jiġi adottat permezz tal-proċedura bil-miktub fi żmien suffiċjenti qabel dik il-laqgħa jew dak l-użu tal-proċedura bil-miktub, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien ġranet tax-xogħol qabel dik il-laqgħa jew dak l-użu tal-proċedura bil-miktub.

Il-Kunsill għandu wkoll jiġi informat fi żmien opportun dwar id-diskussjonijiet u l-eżitu tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija, il-Kumitat ta' Sħubija tal-Kummerċ, il-Kumitati Speċjalizzati fil-Kummerċ u l-Kumitati Speċjalizzati u dwar l-użu tal-proċedura bil-miktub, u għandu jirċievi l-abbozz ta' minuti u d-dokumenti kollha relatati ma' tali laqgħat jew użu tal-proċedura.

3.   Il-Parlament Ewropew għandu jitqiegħed f'pożizzjoni li jeżerċita b'mod sħiħ il-prerogattivi istituzzjonali tiegħu matul il-proċess kollu f'konformità mat-Trattati.

4.   Għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Dak ir-rapport annwali għandu jsemmi kif xieraq kwalunkwe evoluzzjoni rilevanti fil-liġi tar-Renju Unit relatata mal-oqsma tal-kontroll tas-sussidji u t-tassazzjoni koperti mit-Titolu XI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll kwalunkwe evoluzzjoni rilevanti fil-livelli ta' protezzjoni tal-istandards tax-xogħol u dawk soċjali, tal-ambjent u tal-klima koperti minn dak it-Titolu. Wara dak il-perijodu inizjali ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment, u mill-inqas kull sentejn, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 3

1.   Sakemm jidħol fis-seħħ fl-Unjoni att leġiżlattiv speċifiku li jirregola l-adozzjoni tal-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (k) ta' dan il-paragrafu, kwalunkwe deċiżjoni mill-Unjoni biex tieħu t-tali miżuri għandha tittieħed mill-Kummissjoni, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, fir-rigward:

(a)

tas-sospensjoni tat-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodott(i) kkonċernat(i) kif stabbilit fl-Artikolu 34tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(b)

tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju u s-sospensjoni tal-obbligi kif stabbilit fl-Artikolu 374 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(c)

tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' riekwilibriju u l-kontromiżuri kif stabbilit fl-Artikolu 411 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(d)

tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju kif stabbilit fl-Artikolu 469 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(e)

tal-miżuri ta' kumpens u s-sospensjoni tal-obbligi kif stabbilit fl-Artikolu 501 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(f)

tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju u s-sospensjoni tal-obbligi kif stabbilit fl-Artikolu 506 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(g)

tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programmi tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikoli 718 u 719 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(h)

tal-offerta jew aċċettazzjoni ta' kumpens temporanju jew is-sospensjoni tal-obbligi fil-kuntest ta' konformità b'segwitu għal proċedura ta' arbitraġġ jew ta' grupp ta' esperti taħt l-Artikolu 749 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, ħlief kif previst fir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(i)

tal-miżuri ta' salvagwardja u l-miżuri ta' riekwilibriju kif stabbilit fl-Artikolu 773 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(j)

il-miżuri ta' salvagwardja kif stabbilit fl-Artikolu 448 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(k)

is-sospensjoni tal-obbligi ta' aċċettazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 457 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod sħiħ lill-Kunsill fi żmien opportun dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li tippermetti skambju ta' fehmiet sinifikanti fil-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-fehmiet espressi. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew, kif xieraq.

3.   Fejn ikun hemm it-tħassib partikolari ta' Stat Membru wieħed jew aktar, dak jew dawk l-Istat(i) Membru/i, jista'/jistgħu jitlob/jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien opportun bir-raġunijiet tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid id-drittijiet u l-obbligi taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni kif kienu jeżistu qabel l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.   Jekk, minħabba diverġenzi sinifikanti persistenti, il-miżuri ta’ riekwilibriju kif imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1idumu aktar minn sena, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tattiva l-klawżola ta’ rieżami prevista fl-Artikolu 411 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba fi żmien opportun u għandha tikkunsidra li tgħarraf kif xieraq lill-Kunsill ta’ Sħubija dwar dik il-kwistjoni, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien opportun bir-raġunijiet tagħha.

6.   Qabel ma jiġi adottat att leġiżlattiv speċifiku li jirregola l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022, il-Kunsill għandu jwettaq rieżami tal-arranġamenti li jinsabu f'dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Fejn Stat Membru wieħed jew aktar iqajmu diffikultà sostanzjali li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-sajd, il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba bħala prijorità u jekk xieraq għandha tpoġġi dik il-kwistjoni quddiem il-Kunsill ta' Sħubija, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. F'każ li ma tkun instabet ebda soluzzjoni sodisfaċenti, dik il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata mill-iktar fis possibbli, fil-kuntest tar-rieżamijiet previsti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Fejn dik id-diffikultà tippersisti, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li jiġi negozjat u konkluż ftehim li jagħmel l-emendi meħtieġa għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

Artikolu 5

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tieħu, f'isem l-Unjoni, kwalunkwe deċiżjoni biex:

(a)

tikkonferma jew tissospendi r-rikonoxximent tal-ekwivalenza wara l-valutazzjoni mill-ġdid tal-ekwivalenza li għandha titwettaq sal-31 ta' Diċembru 2023 f'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Anness 14 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(b)

tissospendi r-rikonoxximent tal-ekwivalenza f'konformità mal-Artikolu 3(5) u (6) tal-Anness 14 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(c)

taċċetta d-dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura maħruġa minn awtorità tar-Renju Unit għall-faċilitajiet tal-manifattura li jinsabu barra t-territorju tal-awtorità emittenti u biex tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet li skonthom l-Unjoni taċċetta dawk id-dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura f'konformità mal-Artikolu 5(3) u (4) tal-Anness 12 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(d)

tadotta kwalunkwe arranġament ta' implimentazzjoni meħtieġ għall-iskambju ta' dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura ma' awtorità tar-Renju Unit skont l-Artikolu 6 tal-Anness 12għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u għall-iskambju ta' informazzjoni ma' awtorità tar-Renju Unit rigward l-ispezzjonijiet ta' faċilitajiet tal-manifattura skont l-Artikolu 7 ta' dak l-Anness;

(e)

tissospendi r-rikonoxximent ta' spezzjonijiet jew l-aċċettazzjoni ta' dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura maħruġa mir-Renju Unit u tinnotifika lir-Renju Unit bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 9 tal-Anness 12 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u tidħol f'konsultazzjonijiet mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 8(3) ta' dak l-Anness;

(f)

tissospendi totalment jew parzjalment, għall-prodotti kollha, jew għal xi wħud minnhom, elenkati fl-Appendiċi C għall-Anness 12 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, ir-rikonoxximent ta' spezzjonijiet u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura tal-Parti l-oħra f'konformità mal-Artikolu 9(1) ta' dak l-Anness.

2.   Għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 3.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jinnegozjaw, jiffirmaw u jikkonkludu l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 419(4) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk l-arranġamenti għandhom isiru biss għall-fini stabbilit fl- Artikolu 419(4) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u f'konformità mat-termini tiegħu, u m'għandhom jirregolaw l-ebda kwistjoni oħra irrispettivament minn jekk tali kwistjonijiet jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu I tal-Intestatura Tnejn tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(b)

dawk l-arranġamenti m'għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni.

Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 419(9) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni soġġett għat-termini tiegħu u f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali. Meta jagħtu dawk l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri m'għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jinnegozjaw, jiffirmaw u jikkonkludu l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 419(9) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk l-arranġamenti għandhom isiru biss għall-fini stabbilit fl-Artikolu 419(9) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u f'konformità mat-termini tiegħu, u m'għandhom jirregolaw l-ebda kwistjoni oħra irrispettivament minn jekk dawn il-kwistjonijiet jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu I tal-Intestatura Tnejn tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(b)

dawk l-arranġamenti m'għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni.

Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jinnegozjaw, jiffirmaw u jikkonkludu ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 41 tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi u dazji jew fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fir-rigward ta' suġġetti mhux koperti mill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ftehim previst għandu jkun kompatibbli ma', u m'għandux jimmina, il-funzjonament tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew tas-suq intern;

(b)

il-ftehim previst għandu jkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u m'għandux iqiegħed f'riskju l-kisba ta' objettiv tal-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat jew b'xi mod ieħor ikun ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni;

(c)

il-ftehim previst għandu jikkonforma mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità proklamat fit-TFUE.

Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

1.   Kull Stat Membru li jkollu l-intenzjoni li jinnegozja arranġament bilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (3) jew ftehim bilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar in-negozjati mar-Renju Unit dwar tali arranġamenti jew ftehimiet u, fejn xieraq, jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

2.   Malli jitlestew in-negozjati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-abbozz tal-arranġament jew ftehim li jirriżulta lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan mingħajr dewmien.

3.   Fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-abbozz ta' arranġament jew ftehim, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta', rispettivament, l-Artikolu 6(1) jew (3) jew l-Artikolu 7 jkunux sodisfatti. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-kondizzjonijiet ikunu ssodisfati, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiffirma u jikkonkludi l-arranġament jew il-ftehim inkwistjoni.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kopja tal-arranġament jew tal-ftehim lill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu jew, fejn l-arranġament jew il-ftehim għandu jiġi applikat b'mod proviżorju, fi żmien xahar mill-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu.

Artikolu 9

L-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit f'oqsma mhux koperti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandhom jinfurmaw, b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, lill-Kummissjoni fi żmien debitu dwar l-intenzjonijiet tagħhom u dwar il-progress tan-negozjati.

Artikolu 10

L-eżerċizzju ta' kompetenza tal-Unjoni permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fi kwalunkwe negozjar li jkun għaddej jew futur għal ftehimiet internazzjonali, jew fl-iffirmar jew konklużjoni tagħhom, ma' kwalunkwe pajjiż terz ieħor jew b'rabta ma' kwalunkwe negozjar futur dwar kwalunkwe ftehim supplimentari, jew dwar l-iffirmar jew il-konklużjoni tiegħu, imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

Artikolu 11

Il-President tal-Kunsill, f'isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika/i prevista/i fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, inkluż in-notifika dwar it-tlestija tar-rekwiżiti u l-proċeduri interni biex jiġi stabbilit il-kunsens li tintrabat, u fl-Artikolu 19(1) tal-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni.

Artikolu 12

Id-Dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  L-Approvazzjoni tas-27 ta’ April 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tad-29 ta' Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2).

(3)  Ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 2540 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50).


30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/10


FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOPERAZZJONI

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra

PREAMBOLU

L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

U

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

1.

Filwaqt li JIRRIAFFERMAW l-impenn tagħhom għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, li jikkostitwixxu elementi essenzjali ta’ dan il-ftehim u tal-ftehimiet supplimentari,

2.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU l-importanza tal-kooperazzjoni dinjija sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess komuni,

3.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU l-importanza tat-trasparenza fil-kummerċ u l-investiment internazzjonali għall-benefiċċju tal-partijiet ikkonċernati kollha,

4.

Filwaqt li JFITTXU li jistabbilixxu regoli ċari u vantaġġużi b'mod reċiproku li jirregolaw il-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet,

5.

Filwaqt li JIKKUNSIDRAW li biex jiggarantixxu l-ġestjoni effiċjenti u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretti ta’ dan il-Ftehim u ta’ kull dokument supplimentari ieħor, kif ukoll il-konformità mal-obbligi skont dawn il-ftehimiet, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jiżguraw governanza kumplessiva, b’mod partikolari regoli għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u għall-infurzar li jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tal-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tal-Unjoni u tar-Renju Unit kif ukoll l-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea,

6.

Filwaqt li JIBNU fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-Ftehim ta’ Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, magħmul fil-15 ta’ April 1994, u strumenti multilaterali u bilaterali oħra ta’ kooperazzjoni,

7.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU l-awtonomija rispettiva tal-Partijiet u d-drittijiet li jirregolaw fit-territorji tagħhom biex jiksbu objettivi leġittimi ta’ politika pubblika, bħall-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika, is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni pubblika, is-sikurezza, l-ambjent inkluż it-tibdil fil-klima, il-morali pubblika, il-protezzjoni soċjali jew tal-konsumatur, il-benesseri tal-annimali, il-protezzjoni u l-privatezza tad-data u l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali, filwaqt li jirsistu biex itejbu l-livelli għolja ta’ protezzjoni rispettivi tagħhom,

8.

Filwaqt li JEMMNU fil-benefiċċji ta’ ambjent kummerċjali prevedibbli li jrawwem il-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet u jevita d-distorsjoni tal-kummerċ u l-vantaġġi kompetittivi inġusti, b’mod li jwassal għal żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu,

9.

Filwaqt LI JIRRIKONOXXU l-ħtieġa għal sħubija ekonomika ambizzjuża, estensiva u bilanċjata li trid tkun imsejsa fuq kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta u żvilupp sostenibbli, permezz ta’ oqfsa effettivi u robusti għal sussidji u kompetizzjoni u impenn biex iżommu l-livelli għoljin ta’ protezzjoni rispettivi tagħhom fl-oqsma tal-istandards tax-xogħol u l-istandards soċjali, l-ambjent, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u t-tassazzjoni,

10.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li jkun żgurat suq miftuħ u sigur għan-negozji, inkluż għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għall-prodotti u s-servizzi tagħhom billi jiġu indirizzati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ u l-investiment,

11.

Filwaqt li JINNOTAW l-importanza li jiġu ffaċilitati opportunitajiet ġodda għan-negozji u l-konsumaturi permezz tal-kummerċ diġitali, u li jiġu indirizzati l-ostakli mhux ġustifikati għall-flussi tad-data u għall-kummerċ iffaċilitati b’mezzi elettroniċi, filwaqt li jiġu rispettati r-regoli tal-Partijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali,

12.

Filwaqt li JIXTIEQU li dan il-Ftehim jikkontribwixxi għall-benesseri tal-konsumaturi permezz ta’ politiki li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumaturi u benesseri ekonomiku, kif ukoll li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti,

13.

Filwaqt li JIKKUNSIDRAW l-importanza tal-konnettività transfruntiera bl-ajru, bit-triq u bil-baħar, għall-passiġġieri u għall-merkanzija, u l-ħtieġa li jkunu żgurati standards għoljin fil-forniment tas-servizzi tat-trasport bejn il-Partijiet,

14.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU l-benefiċċji tal-kummerċ u tal-investiment fl-enerġija u fil-materja prima, u l-importanza li jkun appoġġat it-twassil ta’ provvisti tal-enerġija kosteffiċjenti, nodfa u siguri lill-Unjoni u lir-Renju Unit,

15.

Filwaqt li JINNUTAW l-interess tal-Partijiet li jistabbilixxu qafas li jiffaċilita l-kooperazzjoni teknika u li jiżviluppa arranġamenti kummerċjali ġodda għal interkonnetturi li jagħtu riżultati robusti u effiċjenti għall-perjodi kollha taż-żmien,

16.

Filwaqt li JINNUTAW li l-kooperazzjoni u l-kummerċ bejn il-Partijiet f’dawn l-oqsma jenħtieġ ikunu bbażati fuq kompetizzjoni ġusta fis-swieq tal-enerġija u fuq aċċess nondiskriminatorju għan-networks,

17.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU l-benefiċċji tal-enerġija sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari dik offshore fl-Ibħra tat-Tramuntana, u l-effiċjenza enerġetika,

18.

XEWQANA li jippromwovu l-użu paċifiku tal-ilmijiet li jmissu mal-kosti tagħhom u l-użu ottimali u ekwu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar li jinsabu fihom, inkluż il-ġestjoni sostenibbli kontinwa ta’ stokkijiet kondiviżi;

19.

Filwaqt li JINNOTAW li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u li b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit hu Stat kostali indipendenti bi drittijiet u obbligi korrispondenti skont il-liġi internazzjonali,

20.

Filwaqt li JAFFERMAW li d-drittijiet sovrani tal-Istati kostali eżerċitati mill-Partijiet għall-fini ta’ esplorazzjoni, sfruttament, konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin fl-ilmijiet tagħhom jenħtieġ jitwettqu skont u f’konformità mal-prinċipji tal-liġi internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, magħmula f’Montego Bay fl-10 ta’ Diċembru 1982 (Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar),

21.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU l-importanza tal-koordinazzjoni tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali li jgawdu l-persuni li jiċċaqilqu bejn il-Partijiet biex jaħdmu, jibqgħu jew jgħixu, u l-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom,

22.

Filwaqt li JIKKUNSIDRAW li l-kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess komuni, bħax-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni, ir-riċerka nukleari u l-ispazju, fil-forma tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi korrispondenti tal-Unjoni b’kundizzjonijiet ġusti u xierqa se tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ Partijiet,

23.

Filwaqt li JIKKUNSIDRAW li l-kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni relatata mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom, se tippermetti t-tisħiħ tas-sigurtà tar-Renju Unit u tal-Unjoni,

24.

Filwaqt li JIXTIEQU li jiġi konkluż ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni biex tiġi pprovduta bażi ġuridika għal din il-kooperazzjoni,

25.

Filwaqt li JIRRIKONOXXU li l-Partijiet jistgħu jissupplimentaw dan il-Ftehim bi ftehimiet oħra li jiffurmaw parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali kumplessivi tagħhom kif regolati minn dan il-Ftehim u li dan il-Ftehim dwar il-Proċeduri tas-Sigurtà għall-Iskambju u l-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata huwa konkluż bħala tali ftehim supplimentari u jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet permezz ta’ dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari ieħor,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U ISTITUZZJONALI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-bażi għal relazzjoni wiesgħa bejn il-Partijiet, f’ambjent ta’ prosperità u viċinanza tajba kkaratterizzat minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi bbażati fuq il-kooperazzjoni, li jirrispettaw l-awtonomija u s-sovranità tal-Partijiet.

Artikolu 2

Ftehimiet supplimentari

1.   Jekk l-Unjoni u r-Renju Unit jikkonkludu ftehimiet bilaterali oħra bejniethom, dawn il-ftehimiet għandhom jikkostitwixxu ftehimiet supplimentari għal dan il-Ftehim sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dawk il-ftehimiet. Dawn il-ftehimiet supplimentari għandhom ikunu parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali kumplessivi kif regolati minn dan il-Ftehim u għandhom jiffurmaw parti mill-qafas ġenerali.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll għal:

(a)

ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra; u

(b)

ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra.

Artikolu 3

Bona fide

1.   Il-Partijiet għandhom, b’rispett reċiproku sħiħ u in bona fide, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan il-Ftehim u minn kull ftehim supplimentari.

2.   Dawn għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, ġenerali jew partikolari, biex jiżguraw li jkunu jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim u kull ftehim supplimentari, u għandhom joqogħdu lura minn kull miżura li tista’ tipperikola l-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim jew ta’ kull ftehim supplimentari.

TITOLU II

PRINĊIPJI TA’ INTERPRETAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 4

Il-liġi internazzjonali pubblika

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u ta’ kull ftehim supplimentari għandhom jiġu interpretati in bona fede fis-sens ordinarju tagħhom fil-kuntest tagħhom u fid-dawl tal-oġġettiv u l-iskop tal-ftehim f’konformità mar-regoli konswetudinarji ta’ interpretazzjoni tad-liġi internazzjonali pubblika, inkluż dawk kodifikati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, magħmula fi Vjenna fit-23 ta’ Mejju tal-1969.

2.   Għal aktar ċertezza, la dan il-Ftehim u lanqas xi ftehim supplimentari ma jistabbilixxu obbligu li d-dispożizzjonijiet tagħhom jiġu interpretati skont il-liġi domestika ta’ xi waħda mill-Partijiet.

3.   Għal aktar ċertezza, interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari ieħor li ssir mill-qrati ta’ xi Parti ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-qrati tal-Parti l-oħra.

Artikolu 5

Drittijiet privati

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu SSC.67 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u bl-eċċezzjoni, fir-rigward tal-Unjoni, tat-Tielet Parti ta' dan il-Ftehim, xejn f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari ma għandu jiġi interpretat li jagħti drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni għajr dawk maħluqa bejn il-Partijiet skont il-liġi internazzjonali pubblika, jew li jippermetti li dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari jiġu invokati direttament fis-sistemi ġuridiċi domestiċi tal-Partijiet.

2.   Parti ma għandhiex tipprevedi dritt ta’ azzjoni skont il-liġi tagħha kontra l-Parti l-oħra għax il-Parti l-oħra tkun aġixxiet bi ksur ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari.

Artikolu 6

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim u ta’ kull ftehim supplimentari, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"suġġett tad-data" tfisser persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni jew identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna fiżika;

(b)

"jum" tfisser jum kalendarju;

(c)

"Stat Membru" tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(d)

"data personali" tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ suġġett tad-data;

(e)

"Stat" tfisser Stat Membru jew ir-Renju Unit, skont il-kuntest;

(f)

"territorju" ta’ Parti tfisser fir-rigward ta’ kull Parti, it-territorji li għalihom japplika dan il-Ftehim skont l-Artikolu 774;

(g)

"il-perjodu ta’ tranżizzjoni" tfisser il-perjodu previst fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ; u

(h)

"Ftehim dwar il-Ħruġ" tfisser il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, inklużi l-Protokolli tiegħu.

2.   Kwalunkwe referenza għal "l-Unjoni", "Parti" jew "Partijiet" f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari għandha tinftiehem li ma tinkludix lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor jew ħlief fejn il-kuntest jeżiġi mod ieħor.

TITOLU III

QAFAS ISTITUZZJONALI

Artikolu 7

Kunsill ta’ Sħubija

1.   B’dan qed jiġi stabbilit Kunsill ta’ Sħubija. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti skont il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu diskussi.

2.   Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jkun kopresedut minn Membru tal-Kummissjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit fil-livell Ministerjali. Għandu jiltaqa’ meta jintalab mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena, u għandu jistabbilixxi l-iskeda tal-laqgħat tiegħu u l-aġenda tiegħu b’kunsens reċiproku.

3.   Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jissorvelja l-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u ta’ kull ftehim supplimentari. Għandu jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ta’ kull ftehim supplimentari. Kull Parti tista’ tirreferi lill-Kunsill ta’ Sħubija kull kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari.

4.   Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jkollu s-setgħa li:

(a)

jadotta deċiżjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha previsti f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari;

(b)

jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ta’ xi ftehim supplimentari;

(c)

jadotta, permezz ta’ deċiżjoni, emendi għal dan il-Ftehim jew għal xi ftehim supplimentari fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari;

(d)

għajr b’rabta mat-Titolu III tal-Ewwel Parti, sa tmiem ir-raba’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jadotta deċiżjonijiet li jemendaw dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari, dment li dawn l-emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, jindirizzaw ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħra;

(e)

jiddiskuti kwalunkwe materja relatata mal-oqsma koperti minn dan il-Ftehim jew minn xi ftehim supplimentari;

(f)

jiddelega wħud mis-setgħat tiegħu lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali jew lil Kumitat Speċjalizzat, għajr dawk is-setgħat u r-responsabbiltajiet imsemmija fil-punt (g) ta' dan il-paragrafu;

(g)

permezz ta’ deċiżjoni, jistabbilixxi Kumitati Speċjalizzati għall-Kummerċ u Kumitati Speċjalizzati, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1), ixolji kwalunkwe Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ jew Kumitat Speċjalizzat, jew jibdel il-kompiti assenjati lilhom; u

(h)

jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet dwar it-trasferiment ta’ data personali f’oqsma speċifiċi koperti minn dan il-Ftehim jew minn xi ftehim supplimentari.

5.   Il-ħidma tal-Kunsill ta’ Sħubija għandha tkun regolata mir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness 1. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jemenda dan l-Anness.

Artikolu 8

Kumitati

1.   Il-Kumitati li ġejjin huma b’dan stabbiliti:

(a)

il-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titoli I sa VII, il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, it-Titoli minn IX sa XII tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti, is-Sitt Intestatura tat-Tieni Parti, u mill-Anness 27;

(b)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Oġġetti li jindirizza kwistjonijiet koperti mill-Kapitolu 1 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti u l-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti;

(c)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini, li jindirizza kwistjonijiet koperti mill-Kapitoli 2 u 5 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti, il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali u d-dispożizzjonijiet dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, it-tariffi u l-imposti, il-valutazzjoni doganali u l-oġġetti msewwija;

(d)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, li jindirizza kwistjonijiet koperti mill-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti;

(e)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, li jindirizza kwistjonijiet koperti mill-Kapitolu 4 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti u mill-Artikolu 323;

(f)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar is-Servizzi, l-Investiment u l-Kummerċ Diġitali, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titoli II sa IV tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti u l-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti;

(g)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Proprjetà Intellettwali, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titolu V tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti;

(h)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Akkwist Pubbliku, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titolu VI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti;

(i)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titolu X tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti;

(j)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u Żvilupp Sostenibbli, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titolu XI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti u mill-Anness 27;

(k)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru ta’ Taxxi u Dazji, li jindirizza kwistjonijiet koperti mill-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati mat-taxxi u d-dazji;

(l)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija,

(i)

li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titolu VIII tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu 4, l-Artikolu 323 u l-Anness 27, u

(ii)

li jista’ jiddiskuti u jipprovdi għarfien espert lill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ rilevanti dwar kwistjonijiet li jappartjenu għall-Kapitolu 4 u l-Artikolu 323;

(m)

il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bl-Ajru, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titolu I tat-Tieni Intestatura tat-Tieni Parti;

(n)

il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Titolu II tat-Tieni Intestatura tat-Tieni Parti;

(o)

il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Tielet Intestatura tat-Tieni Parti;

(p)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, li jindirizza kwistjonijiet koperti mir-Raba’ Intestatura tat-Tieni Parti u l-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali;

(q)

il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd, li jindirizza kwistjonijiet koperti mill-Ħames Intestatura tat-Tieni Parti;

(r)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, li jindirizza kwistjonijiet koperti mit-Tielet Parti; u

(s)

il-Kumitat Speċjalizzat għall-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni, li jindirizza kwistjonijiet koperti mill-Ħames Parti.

2.   Rigward il-kwistjonijiet relatati mat-Titoli minn I sa VII, il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, it-Titoli IX sa XII tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti, is-Sitt Intestatura tat-Tieni Parti u l-Anness 27, il-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollu s-setgħa li:

(a)

jassisti lill-Kunsill ta’ Sħubija fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u, b’mod partikolari, jirrapporta lill-Kunsill ta’ Sħubija u jwettaq il-kompiti assenjati lilu minn dan tal-aħħar,

(b)

jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari;

(c)

jadotta deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet kif previst f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari jew meta din is-setgħa tiġi delegata lilu mill-Kunsill ta’ Sħubija;

(d)

jissorvelja l-ħidma tal-Kumitati Speċjalizzati għall-Kummerċ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(e)

jesplora l-aktar mod xieraq biex jipprevjeni jew issolvi kull diffikultà li tista’ tinqala’ b’rabta mal-interpretazzjoni u mal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari, mingħajr preġudizzju għat-Titolu I tas-Sitt Parti;

(f)

jeżerċita s-setgħat delegati lilu mill-Kunsill ta’ Sħubija skont il-punt (f) tal-Artikolu 7(4);

(g)

jistabbilixxi, permezz ta’ deċiżjoni, Kumitati Speċjalizzati għall-Kummerċ, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ixolji kwalunkwe Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ, jew jibdel il-kompiti assenjati lilu; u

(h)

jistabbilixxi, jissorvelja, jikkoordina u jxolji Gruppi ta’ Ħidma, jew jiddelega s-superviżjoni tagħhom lil Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ.

3.   Rigward il-kwistjonijiet relatati mal-qasam ta’ kompetenza tagħhom, il-Kumitati Speċjalizzati għall-Kummerċ għandu jkollhom is-setgħa li:

(a)

jimmonitorjaw u jirrevedu l-implimentazzjoni u jiżguraw il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari;

(b)

jassistu lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u, b’mod partikolari, jirrapportaw lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali u jwettqu l-kompiti assenjati lilhom minn dan tal-aħħar,

(c)

iwettqu l-ħidma teknika ta’ tħejjija meħtieġa biex jappoġġaw il-funzjonijiet tal-Kunsill ta’ Sħubija u tal-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali, inkluż meta dawn il-korpi jkollhom jadottaw deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet,

(d)

jadottaw deċiżjonijiet fir-rigward tal-materji kollha fejn dan ikun previst f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari;

(e)

jiddiskutu kwistjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari, mingħajr preġudizzju għat-Titolu I tas-Sitt Parti; u

(f)

jipprovdu forum għall-Partijiet biex jiskambjaw informazzjoni, jiddiskutu l-aqwa prattiki u jaqsmu l-esperjenza tal-implimentazzjoni;

4.   Rigward il-kwistjonijiet relatati mal-qasam ta’ kompetenza tagħhom, il-Kumitati Speċjalizzati għandu jkollhom is-setgħa li:

(a)

jimmonitorjaw u jirrevedu l-implimentazzjoni u jiżguraw il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari;

(b)

jassistu lill-Kunsill ta’ Sħubija fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u, b’mod partikolari, jirrapportaw lill-Kunsill ta’ Sħubija u jwettqu il-kompiti assenjati lilhom minn dan tal-aħħar;

(c)

jadottaw deċiżjonijiet, inkluż emendi, u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-materji kollha fejn dan ikun previst f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari, jew li dwarhom il-Kunsill ta’ Sħubija jkun iddelega s-setgħat tiegħu lil Kumitat Speċjalizzat skont il-punt (f) tal-Artikolu 7(4);

(d)

jiddiskutu kwistjonijiet tekniċi li jqumu mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari;

(e)

jipprovdu forum għall-Partijiet biex jiskambjaw informazzjoni, jiddiskutu l-aħjar prattiki u jaqsmu l-esperjenza fl-implimentazzjoni,

(f)

jistabbilixxu, jissorveljaw, jikkoordinaw u jxolju Gruppi ta’ Ħidma; u

(g)

jipprovdu forum għall-konsultazzjoni skont l-Artikolu 738(7).

5.   Il-Kumitati għandu jkollhom rappreżentanti ta’ kull Parti. Kull Parti għandha tiżgura li r-rappreżentanti tagħha fil-Kumitati jkollhom l-għarfien espert xieraq b’rabta mal-kwistjonijiet diskussi.

6.   Il-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali għandu jkun kopresedut minn rappreżentant għoli tal-Unjoni u minn rappreżentant tar-Renju Unit b’responsabbiltà dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, jew nominati tagħhom. Għandu jiltaqa’ meta jintalab mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena, u għandu jistabbilixxi l-iskeda tal-laqgħat tiegħu u l-aġenda tiegħu b’kunsens reċiproku.

7.   Il-Kumitati Speċjalizzati għall-Kummerċ u l-Kumitati Speċjalizzati għandhom ikunu kopreseduti minn rappreżentant tal-Unjoni u minn rappreżentant tar-Renju Unit. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, jew sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor, dawn għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena.

8.   Il-Kumitati għandhom jistabbilixxu l-iskeda u l-aġenda tal-laqgħat tagħhom b’kunsens reċiproku.

9.   Il-ħidma tal-Kumitati għandha tiġi regolata bir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness 1.

10.   B’deroga mill-paragrafu 9, Kumitat jista’ jadotta u sussegwentement jemenda r-regoli tiegħu stess li għandhom jirregolaw il-ħidma tiegħu.

Artikolu 9

Gruppi ta’ Ħidma

1.   Il-Gruppi ta’ Ħidma li ġejjin huma b’dan stabbiliti:

(a)

il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Prodotti Organiċi, taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ;

(b)

il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Vetturi bil-Mutur u l-Partijiet tagħhom, taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ;

(c)

il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Prodotti Mediċinali, taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ;

(d)

il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

2.   Il-Gruppi ta’ Ħidma għandhom, taħt is-superviżjoni tal-Kumitati, jassistu lill-Kumitati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u, b’mod partikolari, iħejju l-ħidma tal-Kumitati u jwettqu l-kompiti assenjati lilhom minn dawn tal-aħħar.

3.   Il-Gruppi ta’ Ħidma għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit u għandhom ikunu kopreseduti minn rappreżentant tal-Unjoni u minn rappreżentant tar-Renju Unit.

4.   Il-Gruppi ta’ Ħidma għandhom jistabbilixxu r-regoli ta’ proċedura, l-iskeda u l-aġenda tal-laqgħat tagħhom b’kunsens reċiproku.

Artikolu 10

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill ta’ Sħubija jew, skont il-każ, minn Kumitat, għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet u għall-korpi kollha stabbiliti skont dan il-Ftehim u skont xi ftehim supplimentari, inkluż it-tribunal tal-arbitraġġ imsemmi fit-Titolu I tas-Sitt Parti. Ir-rakkomandazzjonijiet ma għandu jkollhom l-ebda forza vinkolanti.

2.   Il-Kunsill ta’ Sħubija jew, skont il-każ, xi Kumitat, għandu jadotta deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet b’kunsens reċiproku.

Artikolu 11

Kooperazzjoni parlamentari

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Parlament tar-Renju Unit jistgħu jistabbilixxu Assemblea ta’ Sħubija Parlamentari magħmula minn Membri tal-Parlament Ewropew u minn Membri tal-Parlament tar-Renju Unit, bħala forum għall-iskambju tal-fehmiet dwar is-sħubija.

2.   Meta tiġi stabbilita, l-Assemblea ta’ Sħubija Parlamentari:

(a)

tista’ titlob informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ta’ xi ftehim supplimentari mill-Kunsill ta’ Sħubija, li sussegwentement għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba lil din l-Assemblea;

(b)

għandha tkun infurmata bid-deċiżjonijiet u bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Sħubija; u

(c)

tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Sħubija.

Artikolu 12

Parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lis-soċjetà ċivili dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ta’ kull ftehim supplimentari, b’mod partikolari permezz ta’ interazzjoni mal-gruppi konsultattivi domestiċi u mal-Forum tas-Soċjetà Ċivili msemmi fl-Artikoli 13 u 14.

Artikolu 13

Gruppi konsultattivi domestiċi

1.   Kull Parti għandha tikkonsulta, dwar il-kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim u minn xi ftehim supplimentari, lil grupp jew gruppi konsultattivi domestiċi ġodda jew eżistenti tagħha, magħmulin minn rappreżentanza ta’ organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet nongovernattivi, organizzazzjonijiet tan-negozju u ta’ min iħaddem, kif ukoll trade unions, attivi fil-qasam ekonomiku, soċjali, tal-iżvilupp sostenibbli, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u oħrajn. Kull Parti tista’ tlaqqa’ lill-grupp jew gruppi konsultattivi domestiċi tagħha f’konfigurazzjonijiet differenti biex jiddiskutu l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet differenti ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari.

2.   Kull Parti għandha tikkunsidra l-fehmiet jew ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mill-grupp jew il-gruppi konsultattivi domestiċi tagħha. Ir-rappreżentanti ta’ kull Parti għandhom jimmiraw li jikkonsultaw mal-grupp jew il-gruppi konsultattivi domestiċi mill-inqas darba fis-sena. Il-laqgħat jistgħu jsiru b’mezzi virtwali.

3.   Biex tippromwovi l-għarfien pubbliku tal-gruppi konsultattivi domestiċi, kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-grupp jew il-gruppi konsultattivi domestiċi tagħha kif ukoll il-punt ta’ kuntatt għal dak il-grupp jew għal dawk il-gruppi.

4.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-interazzjoni bejn il-gruppi konsultattivi domestiċi rispettivi tagħhom, inkluż bi skambju meta possibbli tad-dettalji ta’ kuntatt tal-membri tal-gruppi konsultattivi domestiċi tagħhom.

Artikolu 14

Forum tas-Soċjetà Ċivili

1.   Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta’ Forum tas-Soċjetà Ċivili biex imexxi djalogu dwar l-implimentazzjoni tat-Tieni Parti. Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jadotta linji gwida operazzjonali għat-tmexxija tal-Forum.

2.   Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet. Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili jista’ jiltaqa’ b’mezzi virtwali.

3.   Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili stabbiliti fit-territorji tal-Partijiet, inkluż il-membri tal-gruppi konsultattivi domestiċi msemmija fl-Artikolu 13. Kull Parti għandha tippromwovi rappreżentanza bilanċjata, inkluż ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi, organizzazzjonijiet tan-negozju u ta’ min iħaddem, u trade unions, attivi fil-qasam ekonomiku, soċjali, tal-iżvilupp sostenibbli, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u oħrajn.

IT-TIENI PARTI

KUMMERĊ, TRASPORT, SAJD U ARRANĠAMENTI OĦRA

L-EWWEL INTESTATURA

KUMMERĊ

TITOLU I

KUMMERĊ TAL-MERKANZIJA

KAPITOLU 1

TRATTAMENT NAZZJONALI U AĊĊESS GĦAS-SUQ TAL-MERKANZIJA (INKLUŻI RIMEDJI KUMMERĊJALI)

Artikolu 15

Objettiv

Dan il-Kapitolu għandu l-objettiv li jiffaċilita l-kummerċ tal-merkanzija bejn il-Partijiet u li jinżamm kummerċ liberalizzat tal-merkanzija f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Kamp ta’ applikazzjoni

Għajr fejn stipulat mod ieħor, dan il-Kapitolu japplika għall-kummerċ tal-merkanzija ta’ Parti.

Artikolu 17

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"tranżazzjonijiet konsulari" tfisser il-proċedura biex tinkiseb mingħand konslu tal-Parti importatriċi fit-territorju tal-Parti esportatriċi, jew fit-territorju ta’ parti terza, fattura konsulari jew viża konsulari għal fattura kummerċjali, ċertifikat ta’ oriġini, manifest, dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tal-ispeditur jew kwalunkwe dokumentazzjoni doganali oħra b’rabta mal-importazzjoni tal-oġġett;

(b)

"Ftehim dwar il-Valutazzjoni Doganali" tfisser il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-GATT 1994;

(c)

"proċedura ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni" tfisser proċedura amministrattiva, sew jekk imsejħa liċenzjar sew jekk le, li tintuża minn Parti għat-tħaddim ta’ reġimi ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni li jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni jew ta’ dokumentazzjoni oħra, għajr dik ġeneralment meħtieġa għal skopijiet ta’ żdoganar tal-merkanzija, lill-korp amministrattiv rilevanti bħala kundizzjoni bil-quddiem għall-esportazzjoni minn dik il-Parti;

(d)

"proċedura ta’ liċenzjar għall-importazzjoni" tfisser proċedura amministrattiva, sew jekk imsejħa liċenzjar sew jekk le, li tintuża minn Parti għat-tħaddim ta’ reġimi ta’ liċenzjar għall-importazzjoni li jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni jew ta’ dokumentazzjoni oħra, għajr dik ġeneralment meħtieġa għal skopijiet ta’ żdoganar tal-merkanzija, lill-korp jew il-korpi amministrattivi rilevanti bħala kundizzjoni bil-quddiem għall-importazzjoni fit-territorju tal-Parti importatriċi;

(e)

"oġġetti oriġinarji" tfisser, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, oġġett li jikkwalifika skont ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;

(f)

"rekwiżit tal-prestazzjoni" tfisser rekwiżit li:

(i)

jiġu esportati kwantità, valur jew perċentwal partikolari tal-merkanzija;

(ii)

il-merkanzija tal-Parti li tagħti liċenzja tal-importazzjoni tiġi sostitwita għal merkanzija importata;

(iii)

persuna li tibbenifika minn liċenzja għall-importazzjoni takkwista oġġetti oħra fit-territorju tal-Parti li tagħti l-liċenzja għall-importazzjoni, jew tagħti preferenza lil oġġetti manifatturati domestikament;

(iv)

persuna li tibbenifika minn liċenzja għall-importazzjoni tipproduċi oġġetti fit-territorju tal-Parti li tagħti l-liċenzja għall-importazzjoni, bi kwantità, valur jew perċentwal partikolari ta’ kontenut domestiku; jew

(v)

għandu x’jaqsam, fi kwalunkwe forma, mal-volum jew mal-valur tal-importazzjonijiet, mal-volum jew mal-valur tal-esportazzjonijiet jew mal-ammont ta’ flussi tal-munita barranija;

(g)

"oġġett manifatturat mill-ġdid" tfisser oġġett ikklassifikat fil-Kapitoli SA 32, 40, minn 84 sa 90, 94 jew 95 li:

(i)

ikun magħmul kollu jew parzjalment minn partijiet miksuba minn oġġetti użati;

(ii)

ikollu tul taċ-ċiklu tal-ħajja u prestazzjoni simili meta mqabbla ma’ oġġetti bħal dawn,, meta ġodda; u

(iii)

jingħata garanzija ekwivalenti għal dik applikabbli għal dawn l-oġġetti, meta ġodda; u

(h)

"tiswija" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar imwettqa fuq oġġett biex isewwu difetti operattivi jew ħsara materjali u li jinvolvu l-istabbiliment mill-ġdid tal-funzjoni oriġinali tal-oġġett, jew biex tkun żgurata l-konformità ma’ ħtiġijiet tekniċi għall-użu tiegħu. It-tiswija ta’ oġġett tinkludi r-restawr u l-manutenzjoni, b’żieda possibbli fil-valur tal-oġġett mir-restawr tal-funzjonalità oriġinali ta’ dak l-oġġett, iżda ma tinkludix operazzjoni jew proċess li:

(i)

jeqred il-karatteristiċi essenzjali ta’ oġġett jew joħloq oġġett ġdid jew kummerċjalment differenti;

(ii)

jittrasforma oġġett mhux lest f’wieħed lest; jew

(iii)

jintuża biex itejjeb jew jaġġorna l-prestazzjoni teknika ta’ oġġett;

Artikolu 18

Klassifikazzjoni tal-oġġetti

Il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fil-kummerċ bejn il-Partijiet taħt dan il-Ftehim hija stabbilita f’kull nomenklatura tat-tariffi rispettiva ta’ kull Parti f’konformità mas-Sistema Armonizzata (SA).

Artikolu 19

Trattament nazzjonali dwar it-tassazzjoni u r-regolamenti interni

Kull Parti għandha tagħti trattament nazzjonali lill-merkanzija tal-Parti l-oħra f’konformità mal-Artikolu III tal-GATT 1994 inklużi n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu. Għal dak il-għan, l-Artikolu III tal-GATT 1994 u n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu huma inkorporati u integrati f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.

Artikolu 20

Libertà ta’ tranżitu

Kull Parti għandha tagħti l-libertà ta’ tranżitu mit-territorju tagħha, mill-aktar rotot konvenjenti għat-tranżitu internazzjonali, għat-traffiku fi tranżitu lejn jew mit-territorju tal-Parti l-oħra jew ta’ xi pajjiż terz ieħor. Għal dak il-għan, l-Artikolu III tal-GATT 1994 u n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari huma inkorporati u integrati f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis. Il-Partijiet jifhmu li l-Artikolu V tal-GATT 1994 jinkludi l-moviment ta’ prodotti tal-enerġija permezz inter alia ta’ pipelines jew grilji tal-elettriku.

Artikolu 21

Projbizzjoni tad-dazji doganali

Għajr fejn previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, għandhom ikunu pprojbiti d-dazji doganali fuq l-oġġetti kollha li joriġinaw mill-Parti l-oħra.

Artikolu 22

Dazji fuq l-esportazzjoni, taxxi jew imposti oħra

1.   Parti ma tistax tadotta jew iżżomm xi dazju, taxxa jew imposta oħra ta’ kwalunkwe tip imposti fuq l-esportazzjoni ta’ oġġett lejn il-Parti l-oħra, jew b’rabta magħha; jew kwalunkwe taxxa interna jew imposta oħra fuq oġġett esportat lejn il-Parti l-oħra li taqbeż it-taxxa jew l-imposta li jkunu imposti fuq oġġetti simili meta jkunu destinati għall-konsum domestiku.

2.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, it-terminu "imposta oħra ta’ kwalunkwe tip" ma jinkludix tariffi jew imposti oħra li huma permessi skont l-Artikolu 23.

Artikolu 23

Tariffi u formalitajiet

1.   It-tariffi u l-imposti l-oħra li jiġu imposti minn Parti fuq importazzjoni jew esportazzjoni ta’ oġġett tal-Parti l-oħra, jew b’rabta magħhom, għandhom ikunu limitati fl-ammont għall-kost approssimattiv tas-servizzi mogħtija, u ma għandhomx jirrappreżentaw protezzjoni indiretta għall-prodotti lokali jew xi taxxa fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għal raġunijiet fiskali. Parti ma għandhiex timponi tariffi jew imposti oħra fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, jew b’rabta magħhom, fuq bażi ad valorem.

2.   Kull Parti tista’ timponi imposti jew tirkupra kostijiet biss meta jingħataw servizzi speċifiċi, b’mod partikolari, iżda mhux limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

l-attendenza, meta mitluba, ta’ ħaddiema tad-dwana barra l-ħinijiet uffiċjali jew f’xi bini ieħor li mhux il-bini doganali;

(b)

analiżi jew rapporti ta’ esperti dwar merkanzija u tariffi postali għar-ritorn ta’ merkanzija lil applikant, b’mod partikolari fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti jew l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti doganali;

(c)

eżami jew teħid ta’ kampjuni ta’ merkanzija għall-finijiet ta’ verifika, jew il-qerda ta’ merkanzija, meta jkunu involuti kostijiet oħra minbarra dawk għall-użu tal-ħaddiema tad-dwana; u

(d)

miżuri ta’ kontroll eċċezzjonali, jekk dawn ikunu meħtieġa minħabba n-natura tal-merkanzija jew riskju potenzjali.

3.   Kull Parti għandha tippubblika minnufih it-tariffi u l-imposti kollha li timponi b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni, fuq sit web uffiċjali b’mod li l-gvernijiet, in-negozjanti u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jsiru midħla tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tinkludi r-raġuni għat-tariffa jew l-imposta għas-servizz ipprovdut, l-awtorità responsabbli, it-tariffi u l-imposti li se jiġu applikati, u meta u kif għandu jsir il-ħlas. Ma għandhomx jiġu imposti tariffi u imposti ġodda jew emendati sakemm tiġi ppubblikata u tkun disponibbli faċilment informazzjoni skont dan il-paragrafu.

4.   L-ebda Parti ma għandha teżiġi tranżazzjonijiet konsulari, inklużi tariffi u imposti relatati, b’rabta mal-importazzjoni ta’ xi oġġett tal-Parti l-oħra.

Artikolu 24

Oġġetti msewwija

1.   L-ebda Parti ma għandha tapplika dazju doganali għal xi oġġett, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, li jerġa’ jidħol fit-territorju doganali tal-Parti wara li dak l-oġġett ikun ġie esportat temporanjament mit-territorju tagħha lejn it-territorju tal-Parti l-oħra għat-tiswija.

2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal oġġett importat f’bond, f’żoni ta’ kummerċ ħieles, jew fi status simili, li sussegwentement jiġi esportat għat-tiswija u li ma jiġix importat mill-ġdid f’bond, f’żoni ta’ kummerċ ħieles, jew fi status simili.

3.   Parti ma għandhiex tapplika dazju doganali għal xi oġġett, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, li jkun ġie importat temporanjament mit-territorju tal-Parti l-oħra għat-tiswija.

Artikolu 25

Oġġetti rimanufatturati

1.   Parti ma għandhiex tagħti trattament lil oġġetti rimanifatturati tal-Parti l-oħra li jkun inqas favorevoli minn dak li tagħti lil oġġetti ekwivalenti f’kundizzjoni ġdida.

2.   L-Artikolu 26 japplika għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-oġġetti rimanifatturati. Jekk Parti tadotta jew iżżomm projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti użati, din ma għandhiex tapplika dawn il-miżuri fuq l-oġġetti rimanifatturati.

3.   Parti tista’ teżiġi li l-oġġetti rimanifatturati jiġu identifikati bħala tali għad-distribuzzjoni jew il-bejgħ fit-territorju tagħha u li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha li japplikaw għal oġġetti ekwivalenti f’kundizzjoni ġdida.

Artikolu 26

Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni

1.   L-ebda Parti ma għandha tadotta jew iżżomm xi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ xi oġġett tal-Parti l-oħra jew fuq l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ xi oġġett destinat għat-territorju tal-Parti l-oħra, skont l-Artikolu XI tal-GATT 1994, inklużi n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu. Għal dak il-għan, l-Artikolu III tal-GATT 1994 u n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu huma inkorporati u integrati f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.

2.   Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm:

(a)

rekwiżiti tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni, għajr kif permess fl-infurzar tal-ordnijiet u l-impenji tad-dazju kumpensatorju u l-antidumping; jew

(b)

liċenzjar għall-importazzjoni bil-kundizzjoni li jiġi ssodisfat rekwiżit tal-prestazzjoni;

Artikolu 27

Monopolji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni

Parti ma għandhiex tiddeżinja jew iżżomm xi monopolju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, monopolju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tfisser id-dritt esklussiv jew l-għoti ta’ awtorità minn Parti lil entità biex timporta oġġett mingħand il-Parti l-oħra jew biex tesporta oġġett lejn il-Parti l-oħra.

Artikolu 28

Proċeduri ta’ liċenzjar għall-importazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri kollha ta’ liċenzjar għall-importazzjoni applikabbli għall-kummerċ tal-merkanzija bejn il-Partijiet ikunu newtrali fl-applikazzjoni u jiġu amministrati b’mod ġust, ekwitabbli, nondiskriminatorju u trasparenti.

2.   Parti waħda għandha tadotta jew iżżomm biss proċeduri ta’ liċenzjar bħala kundizzjoni għall-importazzjoni fit-territorju tagħha mit-territorju tal-Parti l-oħra, jekk ma jkunux raġonevolment disponibbli proċeduri xierqa oħra biex jintlaħaq skop amministrattiv.

3.   Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm xi proċedura mhux awtomatika ta’ liċenzjar għall-importazzjoni, sakemm din ma tkunx meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ xi miżura konsistenti ma’ dan il-Ftehim. Parti li tadotta tali proċedura mhux awtomatika ta’ liċenzjar għall-importazzjoni għandha tindika b’mod ċar il-miżura implimentata permezz ta’ dik il-proċedura.

4.   Kull Parti għandha tintroduċi u tamministra kwalunkwe proċedura ta’ liċenzjar għall-importazzjoni skont l-Artikoli 1 sa 3 tal-Ftehim dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni tad-WTO ("il-Ftehim dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni"). Għal dak il-għan, l-Artikoli 1 sa 3 tal-Ftehim dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni huma inkorporati u integrati f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.

5.   Kull Parti li tintroduċi jew timmodifika xi proċedura ta’ liċenzjar għall-importazzjoni għandha tagħmel l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli fuq sit web uffiċjali online. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli, kull meta jkun prattikabbli, mill-inqas 21 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-proċedura ta’ liċenzjar il-ġdida jew modifikata u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-data meħtieġa skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni.

6.   Fuq it-talba tal-Parti l-oħra, Parti għandha tipprovdi minnufih kull informazzjoni rilevanti rigward kwalunkwe proċedura ta’ liċenzjar għall-importazzjoni li jkun beħsiebha tadotta jew iżżomm, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 sa 3 tal-Ftehim dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni.

7.   Għal aktar ċertezza, xejn f’dan l-Artikolu ma jeżiġi li Parti tagħti liċenzja għall-importazzjoni, jew tipprevjeni lil Parti milli timplimenta l-obbligi jew l-impenji tagħha skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew skont reġimi multilaterali ta’ nonproliferazzjoni u arranġamenti ta’ kontroll tal-importazzjoni.

Artikolu 29

Proċeduri ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni

1.   Kull Parti għandha tippubblika kull proċedura ġdida ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, jew kull modifika għal xi proċedura eżistenti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni b’mod li l-gvernijiet, in-negozjanti u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jsiru midħla tagħhom. Din il-pubblikazzjoni għandha ssir, kull meta jkun prattikabbli, fi żmien 45 jum qabel ma tidħol fis-seħħ il-proċedura jew il-modifika, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mid-data meta din il-proċedura jew il-modifika tidħol fis-seħħ u, meta xieraq, il-pubblikazzjoni għandha ssir fuq sit web governattiv rilevanti.

2.   Il-pubblikazzjoni tal-proċeduri ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-testi tal-proċeduri tal-Parti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, jew ta’ kull modifika li l-Parti tagħmel lil dawk il-proċeduri;

(b)

l-oġġetti soġġetti għal kull proċedura ta’ liċenzjar;

(c)

għal kull proċedura, deskrizzjoni tal-proċess għall-applikazzjoni għal liċenzja u kwalunkwe kriterju li applikant irid jissodisfa biex ikun eliġibbli biex japplika għal liċenzja, bħall-pussess ta’ liċenzja ta’ attività, l-istabbiliment jew iż-żamma ta’ investiment, jew l-operat permezz ta’ forma partikolari ta’ stabbiliment fit-territorju ta’ Parti;

(d)

punt jew punti ta’ kuntatt minn fejn il-persuni interessati jistgħu jiksbu aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tinkiseb liċenzja għall-esportazzjoni;

(e)

il-korp jew il-korpi amministrattivi li lilhom trid tiġi ppreżentata applikazzjoni jew dokumentazzjoni rilevanti oħra;

(f)

deskrizzjoni ta’ kull miżura li tkun qed tiġi implimentata permezz tal-proċedura ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni;

(g)

il-perjodu li matulu ser tkun fis-seħħ xi proċedura ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, dment li l-proċedura ma tibqax fis-seħħ sakemm tiġi rtirata jew riveduta f’pubblikazzjoni ġdida;

(h)

jekk il-Parti jkun beħsiebha tuża proċedura ta’ liċenzjar biex tamministra kwota tal-esportazzjoni, il-kwantità ġenerali u, jekk applikabbli, il-valur tal-kwota u d-dati tal-ftuħ u tal-għeluq tal-kwota; u

(i)

kwalunkwe eżenzjoni jew eċċezzjoni li tissostitwixxi r-rekwiżit li tinkiseb liċenzja għall-esportazzjoni, kif jistgħu jintalbu jew jintużaw dawk l-eżenzjonijiet jew l-eċċezzjonijiet, u l-kriterji għall-għoti tagħhom.

3.   Fi żmien 45 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar il-proċeduri eżistenti tagħha ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b’kull proċedura ġdida ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni u b’kull modifika għall-proċeduri eżistenti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni fi żmien 60 jum mill-pubblikazzjoni. In-notifika għandha tinkludi referenza għas-sorsi fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2 u għandha tinkludi, meta xieraq, l-indirizz tas-siti web governattivi rilevanti.

4.   Għal aktar ċertezza, xejn f’dan l-Artikolu ma jobbliga li Parti tagħti liċenzja għall-esportazzjoni, jew tipprevjeni lil Parti milli timplimenta l-impenji tagħha skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll skont reġimi multilaterali ta’ nonproliferazzjoni u arranġamenti ta’ kontroll tal-esportazzjoni inkluż il-Ftehim ta’ Wassenaar dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għal Armi Konvenzjonali u Prodotti u Teknoloġiji b’Użu Doppju, il-Grupp Awstralja, il-Grupp tal-Fornituri Nukleari, u r-Reġim ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili, jew milli tadotta, iżżomm jew timplimenta reġimi ta’ sanzjonijiet indipendenti.

Artikolu 30

Valutazzjoni doganali

Kull Parti għandha tiddetermina l-valur doganali tal-merkanzija tal-Parti l-oħra importata fit-territorju tagħha skont l-Artikolu VII tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar il-Valutazzjoni Doganali. Għal dak il-għan, l-Artikolu VII tal-GATT 1994 inkluż in-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu, kif ukoll l-Artikoli 1 sa 17 tal-Ftehim dwar il-Valutazzjoni Doganali flimkien man-Noti Interpretattivi tiegħu huma inkorporati u integrati f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.

Artikolu 31

Użu ta’ preferenzi

1.   Għall-fini tal-monitoraġġ tal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim u tal-kalkolu tar-rati ta’ użu ta’ preferenzi, kull sena l-Partijiet għandhom jiskambjaw l-istatistika tal-importazzjoni għal perjodu ta’ 10 snin li jibda sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Sakemm il-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali ma jiddeċidix mod ieħor, dan il-perjodu għandu jiġi estiż awtomatikament għal ħames snin, u minn hemm 'il quddiem il-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali jista’ jiddeċiedi li jestendih aktar.

2.   L-iskambju tal-istatistika dwar l-importazzjoni għandu jkopri d-data relatata mal-aktar sena riċenti disponibbli, inkluż il-valur u, meta applikabbli, il-volum, fil-livell tal-linja tariffarja għall-importazzjonijiet tal-merkanzija tal-Parti l-oħra li jibbenefikaw minn trattament preferenzjali tad-dazju skont dan il-Ftehim u għal dawk li jirċievu trattament nonpreferenzjali.

Artikolu 32

Rimedji kummerċjali

1.   Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim Antidumping, il-Ftehim SCM, l-Artikolu XIX tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar is-Salvagwardji, u l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

2.   Il-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu ma japplikax għal investigazzjonijiet u miżuri antidumping, kumpensatorji u ta’ salvagwardja.

3.   Kull Parti għandha tapplika miżuri antidumping u kumpensatorji skont ir-rekwiżiti tal-Ftehim Antidumping u l-Ftehim SCM, u bi proċess ġust u trasparenti.

4.   Dment li ma ddewwimx bla bżonn l-andament tal-investigazzjoni, kull parti interessata f'investigazzjoni antidumping jew kumpensatorja (1) għandha tingħata l-opportunità kollha li tiddefendi l-interessi tagħha.

5.   L-awtorità investigattiva ta’ kull Parti tista’, skont il-liġi tal-Parti, tikkunsidra jekk l-ammont tad-dazju antidumping li jrid jiġi impost għandux ikun il-marġni sħiħ ta’ dumping jew ammont iżgħar.

6.   L-awtorità investigattiva ta’ kull Parti għandha, skont il-liġi tal-Parti, tikkunsidra l-informazzjoni pprovduta dwar jekk l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping jew kumpensatorju tkunx fl-interess pubbliku.

7.   Parti ma għandhiex tapplika jew iżżomm, fir-rigward tal-istess oġġett, fl-istess ħin:

(a)

miżura skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; u

(b)

miżura skont l-Artikolu XIX tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar is-Salvagwardji.

8.   It-Titolu I tas-Sitt Parti ma japplikax għall-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 33

Użu tal-kwoti tar-rati tariffarji eżistenti tad-WTO

1.   Il-prodotti li joriġinaw f’Parti waħda ma għandhomx ikunu eliġibbli li jiġu importati fil-Parti l-oħra skont il-kwoti tar-rati tariffarji ("TRQs") eżistenti tad-WTO kif definit fil-paragrafu 2. Dan għandu jinkludi t-TRQs mqassma bejn il-Partijiet f'konformità mal-Artikolu XXVIII tan-negozjati tal-GATT mibdija mill-Unjoni Ewropea fid-dokument tad-WTO G/SECRET/42/Add.2 u mir-Renju Unit fid-dokument tad-WTO G/SECRET/44 u kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni interna rispettiva ta’ kull Parti. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-istatus oriġinarju tal-prodotti għandu jiġi determinat abbażi tar-regoli tal-oriġini nonpreferenzjali applikabbli fil-Parti importatriċi.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, "TRQs eżistenti tad-WTO" tfisser dawk il-kwoti tar-rati tariffarji li huma konċessjonijiet tad-WTO tal-Unjoni Ewropea inklużi fl-abbozz tal-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tal-UE28 skont il-GATT 1994 ppreżentati lid-WTO fid-dokument G/MA/TAR/RS/506 kif emendat mid-dokumenti G/MA/TAR/RS/506/Add.1 u G/MA/TAR/RS/506/Add.2.

Artikolu 34

Miżuri f’każ ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-prevenzjoni, fis-sejbien u fil-ġlieda kontra ksur jew ċirkomvenzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, skont l-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu u l-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali. Kull Parti għandha tieħu miżuri xierqa u komparabbli biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha stess u tal-Parti l-oħra rigward l-impożizzjoni ta’ dazji fuq merkanzija li tidħol fit-territorji doganali tar-Renju Unit jew tal-Unjoni.

2.   Soġġett għall-possibbiltà ta’ eżenzjoni għal negozjanti konformi skont il-paragrafu 7, Parti tista’ tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodott jew tal-prodotti kkonċernati skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4 jekk:

(a)

dik il-Parti tkun waslet għal konstatazzjoni, ibbażata fuq informazzjoni oġġettiva, konvinċenti u verifikabbli, li twettaq ksur sistematiku u fuq skala kbira jew ċirkomvenzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, u;

(b)

il-Parti l-oħra ripetutament u mingħajr ġustifikazzjoni tirrifjuta jew tonqos b’xi mod ieħor milli tikkonforma mal-obbligi tagħha msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Parti li tkun waslet għal konstatazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandha tinnotifika lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali u għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra fil-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat.

4.   Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika, il-Parti li tkun waslet għal konstatazzjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodott jew tal-prodotti kkonċernati. F’dan il-każ, il-Parti li tkun waslet għal konstatazzjoni għandha tinnotifika s-sospensjoni temporanja, inkluż il-perjodu li matulu beħsiebha tapplika s-sospensjoni temporanja, lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali mingħajr dewmien.

5.   Is-sospensjoni temporanja għandha tapplika biss għall-perjodu meħtieġ biex jiġu miġġielda l-ksur jew iċ-ċirkomvenzjoni u jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Parti kkonċernata u fi kwalunkwe każ għal mhux aktar minn sitt xhur. Il-Parti kkonċernata għandha żżomm is-sitwazzjoni taħt rieżami u, meta tiddetermina li s-sospensjoni temporanja ma għadhiex meħtieġa, għandha ttemmha qabel tmiem il-perjodu notifikat lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali. Jekk il-kundizzjonijiet li wasslu għas-sospensjoni jippersistu mal-iskadenza tal-perjodu notifikat lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali, il-Parti kkonċernata tista’ tiddeċiedi li ġġedded is-sospensjoni. Kwalunkwe sospensjoni għandha tkun soġġetta għal konsultazzjonijiet perjodiċi fil-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali.

6.   Kull Parti għandha tippubblika, f’konformità mal-proċeduri interni tagħha, notifiki lill-importaturi dwar kull deċiżjoni li tikkonċerna s-sospensjonijiet temporanji msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

7.   Minkejja l-paragrafu 4, jekk importatur ikun jista’ jissodisfa lill-awtorità doganali tal-importazzjoni li dawn il-prodotti huma konformi bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Parti importatriċi, mar-rekwiżiti tal-Ftehim, u ma’ kull kundizzjoni xierqa oħra relatata mas-sospensjoni temporanja stabbilita mill-Parti importatriċi skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, il-Parti importatriċi għandha tippermetti lill-importatur japplika għal trattament preferenzjali b’mod retroattiv u jirkupra kwalunkwe dazju mħallas b’eċċess tar-rati tariffarji preferenzjali applikabbli meta l-prodotti jkunu ġew importati.

Artikolu 35

Immaniġġjar ta’ żbalji amministrattivi

F’każ ta’ żbalji sistematiċi mill-awtoritajiet kompetenti jew kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ġestjoni xierqa tas-sistema preferenzjali fl-esportazzjoni, li jikkonċernaw b’mod partikolari l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu jew l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali, u jekk dawn l-iżbalji jew il-kwistjonijiet iwasslu għal konsegwenzi f’termini ta’ dazji fuq l-importazzjoni, il-Parti li tkun qed tiffaċċja dawk il-konsegwenzi tista’ titlob lill-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali biex jeżamina l-possibbiltà li jadotta deċiżjonijiet, kif xieraq, biex tiġi riżolta s-sitwazzjoni.

Artikolu 36

Proprjetà kulturali

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiffaċilitaw ir-ritorn ta’ proprjetà kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Parti, filwaqt li jqisu l-prinċipji minquxa fil-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, l-Esportazzjoni u t-Trasferiment Illeċitu tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f’Pariġi fis-17 ta’ Novembru 1970.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"proprjetà kulturali" tfisser proprjetà klassifikata jew definita bħala fost it-teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku skont ir-regoli u l-proċeduri rispettivi ta’ kull Parti; u

(b)

"imneħħija illegalment mit-territorju ta’ Parti" tfisser:

(i)

imneħħija mit-territorju ta’ Parti fl-1 ta’ Jannar 1993 jew wara bi ksur tar-regoli ta’ dik il-Parti dwar il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali jew bi ksur tar-regoli tagħha dwar l-esportazzjoni ta’ proprjetà kulturali; jew

(ii)

mhux irritornata meta jagħlaq perjodu ta’ tneħħija temporanja legali jew xi ksur ta’ kundizzjoni oħra li tirregola din it-tneħħija temporanja, fl-1 ta’ Jannar 1993 jew wara.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom b’mod partikolari billi:

(a)

jinnotifikaw lill-Parti l-oħra meta tinstab proprjetà kulturali fit-territorju tagħhom u jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-proprjetà kulturali tneħħiet illegalment mit-territorju tal-Parti l-oħra;

(b)

jindirizzaw talbiet tal-Parti l-oħra għar-ritorn ta’ proprjetà kulturali li tkun tneħħiet illegalment mit-territorju ta’ dik il-Parti;

(c)

jipprevjenu kwalunkwe azzjoni li tevita r-ritorn ta’ din il-proprjetà kulturali, permezz ta’ kwalunkwe miżura interim meħtieġa; u

(d)

jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa għall-preservazzjoni fiżika tal-proprjetà kulturali li tkun tneħħiet illegalment mit-territorju tal-Parti l-oħra.

4.   Kull Parti għandha tidentifika punt ta’ kuntatt responsabbli għall-komunikazzjoni mal-punt ta’ kuntatt tal-Parti l-oħra fir-rigward ta’ kull kwistjoni li tinqala’ skont dan l-Artikolu, inkluż fir-rigward tan-notifiki u t-talbiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

5.   Il-kooperazzjoni prevista bejn il-Partijiet għandha tinvolvi lill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-proċeduri tal-esportazzjoni għall-proprjetà kulturali, kif xieraq u meħtieġ.

6.   It-Titolu I tas-Sitt Parti ma japplikax għal dan l-Artikolu.

KAPITOLU 2

REGOLI TAL-ORIĠINI

TAQSIMA 1

REGOLI TAL-ORIĠINI

Artikolu 37

Objettiv

Dan il-Kapitolu għandu l-objettiv li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw l-oriġini tal-merkanzija għall-fini tal-applikazzjoni ta’ trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim, u li jistabbilixxu l-proċeduri tal-oriġini relatati.

Artikolu 38

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"klassifikazzjoni" tfisser il-klassifikazzjoni ta’ prodott jew ta’ materjal f’xi Kapitolu, intestatura, jew subintestatura partikolari tas-Sistema Armonizzata;

(b)

"kunsinna" tfisser prodotti li jintbagħtu jew flimkien minn esportatur wieħed lil destinatarju wieħed, jew li jkunu koperti minn dokument tat-trasport uniku li jkopri t-trasport tagħhom mill-esportatur lid-destinatarju jew, jekk ma jkunx jeżisti dan it-tip ta’ dokument, li jkunu koperti minn fattura waħda;

(c)

"esportatur" tfisser persuna, li tinsab f’Parti li, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti ta’ dik il-Parti, tesporta jew tipproduċi l-prodott oriġinarju u tagħmel dikjarazzjoni dwar l-oriġini;

(d)

"importatur" tfisser persuna li timporta l-prodott oriġinarju u titlob trattament tariffarju preferenzjali għalih;

(e)

"materjal" tfisser kwalunkwe sustanza użata fil-produzzjoni ta’ prodott, inkluż kwalunkwe komponent, ingredjent, materja prima jew parti;

(f)

"materjal mhux oriġinarju" tfisser materjal li ma jikkwalifikax bħala oriġinarju skont dan il-Kapitolu, inkluż materjal li l-istatus oriġinarju tiegħu ma jistax jiġi determinat;

(g)

"prodott" tfisser il-prodott li jirriżulta mill-produzzjoni, anki jekk maħsub għall-użu bħala materjal fil-produzzjoni ta’ prodott ieħor;

(h)

"produzzjoni" tfisser kwalunkwe tip ta’ xogħol jew ta’ pproċessar, inkluż l-assemblaġġ.

Artikolu 39

Rekwiżiti ġenerali

1.   Għall-fini tal-applikazzjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali minn Parti għall-merkanzija oriġinarja tal-Parti l-oħra f’konformità ma’ dan il-Ftehim, dment li l-prodotti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha ta’ dan il-Kapitolu, il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu li joriġinaw fil-Parti l-oħra:

(a)

prodotti miksuba kompletament f’dik il-Parti fis-sens tal-Artikolu 41;

(b)

prodotti manifatturati f’dik il-Parti esklussivament minn materjali oriġinarji f’dik il-Parti; u

(c)

prodotti manifatturati f’dik il-Parti li jinkorporaw materjali mhux oriġinarji dment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 3.

2.   Jekk prodott ikun kiseb status oriġinarju, il-materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni ta’ dak il-prodott ma għandhomx jitqiesu bħala mhux oriġinarji meta dak il-prodott jiġi inkorporat bħala materjal fi prodott ieħor.

3.   L-akkwist ta’ status oriġinarju għandu jitħaddem mingħajr interruzzjoni fir-Renju Unit jew fl-Unjoni.

Artikolu 40

Kumulazzjoni tal-oriġini

1.   Prodott li joriġina f’Parti għandu jitqies li hu oriġinarju fil-Parti l-oħra jekk dak il-prodott jintuża bħala materjal fil-produzzjoni ta’ prodott ieħor f’dik il-Parti l-oħra.

2.   Il-produzzjoni mwettqa f’Parti fuq materjal mhux oriġinarju tista’ titqies sabiex jiġi determinat jekk prodott joriġinax fil-Parti l-oħra.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma jkunux japplikaw jekk il-produzzjoni mwettqa fil-Parti l-oħra ma tmurx lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43.

4.   Biex esportatur jimla d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 54(2) għal prodott imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-esportatur għandu jikseb dikjarazzjoni tal-fornitur mingħand il-fornitur kif previst fl-Anness 6 jew dokument ekwivalenti li jkun fih l-istess informazzjoni li tiddeskrivi l-materjali mhux oriġinarji kkonċernati f’dettall suffiċjenti biex ikunu jistgħu jiġu identifikati.

Artikolu 41

Prodotti miksuba kompletament

1.   Il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miksuba kompletament f'Parti:

(a)

prodotti minerali estratti jew meħuda mill-ħamrija tagħha jew minn qiegħ il-baħar tagħha;

(b)

pjanti u prodotti tal-ħxejjex imkabbra jew maħsuda hemm;

(c)

annimali ħajjin imwielda u mrobbija hemm;

(d)

prodotti miksuba minn annimali ħajjin imrobbija hemmhekk;

(e)

prodotti miksuba minn annimali maqtula li jkunu twieldu u trabbew hemmhekk;

(f)

prodotti miksuba bil-kaċċa jew is-sajd li saru hemm;

(g)

prodotti miksuba mill-akkwakultura hemmhekk jekk l-organiżmi akkwatiċi, li jinkludu l-ħut, il-molluski, il-krustaċji, invertebrati akkwatiċi oħra u pjanti akkwatiċi jitwieldu jew jitkabbru mill-materjal ta’ propagazzjoni bħal bajd, qixx, ħut li għadu ma kibirx, larva, flieles ta’ salamuna, salamun żgħir jew ħut immatur ieħor fi stadju postlarvali b’intervent fil-proċessi ta’ trobbija jew ta’ tkabbir biex tittejjeb il-produzzjoni bħall-istokkjar regolari, it-tagħlif jew il-protezzjoni kontra l-predaturi;

(h)

prodotti tas-sajd marin u prodotti oħra meħuda mill-baħar ’il barra minn xi baħar territorjali minn xi bastiment ta’ Parti;

(i)

prodotti magħmula abbord vapur fabbrika ta’ Parti esklussivament minn prodotti msemmija fil-punt (h);

(j)

prodotti estratti minn qiegħ il-baħar jew mis-saff ta’ taħt il-ħamrija 'l barra minn kwalunkwe baħar territorjali sakemm ikollhom id-dritt li jisfruttaw jew jaħdmu tali qiegħ il-baħar jew is-saff ta’ taħt il-ħamrija;

(k)

skart u ruttam li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' produzzjoni mwettqa hemmhekk;

(l)

skart u ruttam miksub minn prodotti użati miġbura hemm, dment li dawk il-prodotti jkunu xierqa biss għall-irkupru tal-materja prima;

(m)

prodotti manifatturati hemmhekk esklużivament mill-prodotti speċifikati fil-punti (a) sa (l).

2.   It-termini "bastiment ta’ Parti" u "vapur fabbrika ta’ Parti" fil-punti (h) u (i) tal-paragrafu 1 ifissru bastiment u vapur fabbrika li:

(a)

ikun reġistrat fi Stat Membru jew fir-Renju Unit;

(b)

ibaħħar bil-bandiera ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit; u

(c)

ikun jissodisfa xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikollu bħala proprjetarji, sa’ mill-anqas 50%, ċittadini ta’ xi Stat Membru jew tar-Renju Unit; jew

(ii)

ikun proprjetà ta’ persuni ġuridiċi li kull waħda minnhom:

(A)

ikollha l-uffiċċju prinċipali u l-post prinċipali tan-negozju tagħha fl-Unjoni jew fir-Renju Unit; u

(B)

ikollhom bħala proprjetarji, sa’ mill-anqas 50%, entitajiet pubbliċi, ċittadini jew persuni ġuridiċi ta’ xi Stat Membru jew tar-Renju Unit.

Artikolu 42

Tolleranzi

1.   Jekk prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 3 minħabba l-użu ta’ materjal mhux oriġinarju fil-produzzjoni tiegħu, dak il-prodott għandu madankollu jitqies bħala li joriġina f’Parti, dment li:

(a)

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni tal-prodotti kklassifikati fil-Kapitoli 2 u minn 4 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, għajr il-prodotti tas-sajd ipproċessati klassifikati fil-Kapitolu 16, ma jaqbiżx il-15 % tal-piż tal-prodott;

(b)

għall-prodotti l-oħra kollha, ħlief għall-prodotti kklassifikati fil-Kapitoli minn 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata, il-valur totali tal-materjali mhux oriġinarji ma jaqbiżx l-10% tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott; jew

(c)

għall-prodotti kklassifikati fil-Kapitoli minn 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata, japplikaw it-tolleranzi stabbiliti fin-Noti 7 u 8 tal-Anness 2.

2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax jekk il-valur jew il-piż tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni ta’ prodott jaqbeż kwalunkwe wieħed mill-perċentwali għall-valur jew il-piż massimu tal-materjali mhux oriġinarji kif speċifikat fir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 3.

3.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax għal prodotti miksuba kompletament f’Parti skont is-sens tal-Artikolu 41. Jekk l-Anness 3 ikun jeżiġi li l-materjali użati fil-produzzjoni ta’ prodott ikunu miksuba kompletament, japplikaw il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 43

Produzzjoni insuffiċjenti

1.   Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 39(1), prodott ma għandux jitqies li joriġina f’Parti jekk il-produzzjoni tal-prodott f’Parti tikkonsisti biss minn waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin imwettqa fuq materjali mhux oriġinarji:

(a)

operazzjonijiet ta’ preservazzjoni bħat-tnixxif, l-iffriżar, iż-żamma f’salmura u operazzjonijiet simili oħra li għandhom l-iskop uniku li jiżguraw li l-prodott jibqa’ f’kundizzjoni tajba matul it-trasport u l-ħżin; (2)

(b)

it-tqassim jew l-immuntar ta’ pakketti;

(c)

il-ħasil, it-tindif; it-tneħħija ta’ trab, ossidu, żjut, żebgħa jew xi kisi ieħor;

(d)

mogħdija jew pressa tat-tessuti u ta' oġġetti tessili;

(e)

proċessi sempliċi ta' żebgħa u lostru;

(f)

it-tfesdiq u l-maċinazzjoni parzjali jew sħiħa tar-ross; illustrar u gglejżjar ta' ċereali u ross; ibbliċjar tar-ross;

(g)

operazzjonijiet għall-kolorazzjoni jew aromi fiz-zokkor jew fil-iffurmar taċ-ċangaturi taz-zokkor; tħin parzjali jew totali taz-zokkor f’forma solida;

(h)

it-tqaxxir, it-tneħħija tal-għadma jew tal-qoxra ta’ frott, ġewż u ħaxix;

(i)

it-tifrik, it-tħin sempliċi jew il-qtugħ sempliċi;

(j)

għarbil, skrining, tqassim, klassifikar, għoti ta' grad jew tqabbil (inkluż it-tfassil ta' settijiet ta' oġġetti);

(k)

tqegħid sempliċi fi fliexken, laned, flasks, boroż, kontenituri, jew kaxxi, twaħħil fuq kartun jew twavel u l-proċessi sempliċi l-oħra kollha ta' ppakkjar;

(l)

twaħħil jew stampar ta’ marki, tikketti, logos u oħrajn bħal sinjali distintivi fuq il-prodotti jew fuq l-ippakkjar tagħhom;

(m)

it-taħlit sempliċi ta’ prodotti, kemm jekk ta’ tipi differenti u kemm jekk le; it-taħlit taz-zokkor ma’ xi materjal;

(n)

sempliċi żieda ta’ ilma jew dilwizzjoni bl-ilma jew sustanza oħra li ma tbiddilx materjalment il-karatteristiċi tal-prodott, jew id-deidratazzjoni jew id-denaturazzjoni tal-prodotti;

(o)

assemblaġġ sempliċi ta’ partijiet ta’ oġġetti sabiex jiġi kostitwit prodott sħiħ jew iż-żarmar ta’ prodotti f’partijiet;

(p)

it-tbiċċir tal-annimali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-operazzjonijiet għandhom jitqiesu sempliċi jekk ma jkunu meħtieġa la ħiliet speċjali u lanqas makkinarji, apparati jew tagħmir manifatturati jew installati speċjalment għat-twettiq ta’ dawk l-operazzjonijiet.

Artikolu 44

Unità ta’ kwalifika

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-unità ta' kwalifika għandha tkun il-prodott partikolari li jitqies bħala l-unità bażika meta l-prodott jiġi kklassifikat taħt is-Sistema Armonizzata.

2.   Fil-każ ta’ kunsinna li tkun tikkonsisti f’għadd ta’ prodotti identiċi klassifikati fl-istess intestatura tas-Sistema Armonizzata, kull prodott għandu jitqies b’mod individwali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 45

Materjali tal-ippakkjar u kontejners għall-vjeġġi

Il-materjali tal-ippakkjar u l-kontejners għall-vjeġġi li jintużaw biex jiġi protett prodott matul it-trasportazzjoni għandhom jiġu injorati meta jiġi ddeterminat jekk prodott ikunx oriġinarju.

Artikolu 46

Materjali tal-ippakkjar u kontejners għall-bejgħ bl-imnut

Il-materjali tal-imballaġġ u l-kontenituri li fihom il-prodott huwa ppakkjat għall-bejgħ bl-imnut, jekk klassifikati mal-prodott, ma għandhomx jitqiesu fid-determinazzjoni tal-oriġini tal-prodott, ħlief għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ta’ materjali mhux oriġinarji jekk il-prodott ikun soġġett għal valur massimu ta’ materjali mhux oriġinarji skont l-Anness 3.

Artikolu 47

Aċċessorji, spare parts u għodod

1.   L-aċċessorji, spare parts, għodod u materjali tal-istruzzjoni jew materjali oħra ta’ informazzjoni għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed bil-biċċa tagħmir, magna, apparat jew vettura inkwistjoni jekk:

(a)

huma klassifikati u konsenjati mal-prodott, iżda mhux fatturati separatament minnu; u

(b)

huma tat-tipi, il-kwantitajiet u l-valur li huma konswetudinarji għal dak il-prodott.

2.   L-aċċessorji, l-ispare parts, l-għodod u materjali tal-istruzzjoni u ta’ informazzjoni oħra msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiesu meta tiġi determinata l-oriġini tal-prodott, ħlief għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ta’ materjali mhux oriġinarji jekk il-prodott ikun soġġett għal valur massimu ta’ materjali mhux oriġinarji skont l-Anness 3.

Artikolu 48

Settijiet

Is-settijiet, kif definiti fir-Regola Ġenerali 3 għall-Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, għandhom jitqiesu bħala oriġinarji f’Parti jekk il-komponenti kollha jkunu oriġinarji. Jekk sett ikun magħmul minn komponenti oriġinarji u mhux oriġinarji, is-sett bħala element sħiħ għandu jitqies bħala oriġinarju f’Parti jekk il-valur tal-komponenti mhux oriġinarji ma jkunx jaqbeż il-15% tal-prezz tal-oġġett mill-fabbrika tas-sett.

Artikolu 49

Elementi newtrali

Biex jiġi determinat jekk prodott joriġinax f'Parti, ma għandux ikun hemm bżonn li tiġi stabbilita l-oriġini tal-elementi li ġejjin li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tiegħu:

(a)

fjuwil, enerġija, katalisti u solventi;

(b)

impjant, tagħmir, spare parts u materjali użati fil-manutenzjoni ta’ tagħmir u ta’ bini;

(c)

magni, għodod, ċipep u forom;

(d)

lubrikanti, griż, materjali komposti u materjali oħra użati fil-produzzjoni jew użati biex jitħaddmu tagħmir u binjiet;

(e)

ingwanti, nuċċalijiet, żraben, ilbies, tagħmir u provvisti tas-sikurezza;

(f)

tagħmir, apparati u provvisti użati għat-testijiet jew l-ispezzjoni tal-prodott; u

(g)

materjali oħra użati fil-produzzjoni li mhumiex inkorporati fil-prodott u lanqas maħsuba biex jiġu inkorporati fil-kompożizzjoni finali tal-prodott.

Artikolu 50

Segregazzjoni tal-kontabbiltà

1.   Materjali funġibbli oriġinarji u mhux oriġinarji jew prodotti funġibbli għandhom jiġu ssegregati fiżikament waqt il-ħżin biex jinżamm l-istatus oriġinarju u mhux oriġinarju tagħhom.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, "materjali funġibbli" jew "prodotti funġibbli" tfisser materjali jew prodotti li huma tal-istess tip u kwalità kummerċjali, bl-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, u li ma jkunux jistgħux jiġu distinti minn xulxin għall-finijiet ta’ oriġini.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, materjali funġibbli oriġinarji u mhux oriġinarji jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ prodott mingħajr ma jiġu segregati fiżikament waqt il-ħażna jekk jintuża metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, prodotti funġibbli oriġinarji u mhux oriġinarji kklassifikati fil-Kapitoli 10, 15, 27, 28, 29, l-intestaturi minn 32.01 sa 32.07, jew l-intestaturi minn 39.01 sa 39.14 tas-Sistema Armonizzata] jistgħu jinħażnu f’Parti qabel l-esportazzjoni lejn il-Parti l-oħra mingħajr ma jkunu fiżikament segregati, sakemm jintuża metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà.

5.   Il-metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà msemmi fil-paragrafi 3 u 4 għandu jiġi applikat f’konformità ma’ metodu ta’ ġestjoni tal-inventarju skont il-prinċipji kontabilistiċi li jiġu ġeneralment aċċettati fil-Parti.

6.   Il-metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà għandu jkun kwalunkwe metodu li jiżgura li fi kwalunkwe ħin ma jkunx hemm aktar materjali jew prodotti li jirċievu status oriġinarju milli kieku l-materjali jew il-prodotti jkunu ġew segregati fiżikament.

7.   Parti tista’ titlob, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha, li l-użu ta’ metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà jkun soġġett għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni preliminari mill-awtoritajiet doganali ta’ dik il-Parti. L-awtoritajiet doganali tal-Parti għandha tissorvelja l-użu tal-awtorizzazzjonijiet u tista’ tirtira xi awtorizzazzjoni jekk id-detentur jagħmel użu mhux xieraq tal-metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà jew jonqos milli jissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 51

Prodotti ritornati

Jekk prodott li joriġina f’xi Parti u jkun esportat minn dik il-Parti lil pajjiż terz, jirritorna għand dik il-Parti, dan għandu jitqies bħala mhux oriġinarju sakemm ma jkunx jista’ jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità doganali ta’ dik il-Parti li l-prodott ritornat:

(a)

ikun l-istess bħal dak esportat; u

(b)

ma saritlux xi operazzjoni lil hinn minn dik li kien meħtieġa biex jinżamm f’kundizzjoni tajba waqt li kien f’dak il-pajjiż jew waqt li kien qed jiġi esportat.

Artikolu 52

Non-alterazzjoni

1.   Prodott oriġinarju dikjarat għall-użu domestiku fil-Parti importatriċi ma għandux, wara l-esportazzjoni u qabel ma jiġi ddikjarat għal użu domestiku, ġie alterat, trasformat b’xi mod jew soġġett għal operazzjonijiet għajr dawk ta’ preservazzjoni f’kundizzjoni tajba jew ta’ żieda jew ta’ twaħħil ta’ marki, ta’ tikketti, ta’ siġilli jew ta’ xi dokumentazzjoni oħra biex tiġi żgurata l-konformità ma’ rekwiżiti domestiċi speċifiċi tal-Parti importatriċi.

2.   Il-ħżin jew il-wiri ta’ prodott jista’ jseħħ f’pajjiż terz dment li l-prodott jibqa’ fis-superviżjoni doganali f’dak il-pajjiż terz.

3.   Il-qsim tal-kunsinni jista’ jseħħ f’pajjiż terz jekk isir mill-esportatur jew taħt ir-responsabbiltà tal-esportatur, dment li dawn jibqgħu taħt superviżjoni doganali f’dak il-pajjiż terz.

4.   F’każ ta’ dubju dwar jekk ikunux rispettati r-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 1 sa 3, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista’ titlob lill-importatur jipprovdi evidenza ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, li tista’ tingħata bi kwalunkwe mezz, inklużi dokumenti tat-trasport kuntrattwali bħal poloz ta’ kargu jew evidenza fattwali jew konkreta bbażata fuq il-kummerċjalizzazzjoni jew l-enumerazzjoni tal-pakketti jew ta’ kwalunkwe evidenza relatata mal-prodott innifsu.

Artikolu 53

Rieżami ta’ rifużjoni ta’, jew eżenzjoni minn, dazji doganali

Mhux qabel sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini, għandu jwettaq rieżami tal-iskemi tar-rifużjoni tad-dazju u l-ipproċessar attiv rispettivi tal-Partijiet. Għal dak il-fini, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, sa mhux aktar tard minn 60 jum minn dik it-talba, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi lill-Parti li tagħmel it-talba b’informazzjoni disponibbli u statistika dettaljata li tkopri l-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jew il-ħames snin ta’ qabel jekk dak il-perjodu jkun iqsar, dwar it-tħaddim tal-iskema tagħha tar-rifużjoni tad-dazju u l-ipproċessar attiv. Fid-dawl ta’ din ir-reviżjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Sħubija għall-emendar tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u tal-Annessi tiegħu, bil-ħsieb li jiġu introdotti limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet fir-rigward tar-rifużjoni tad-dazji doganali jew l-eżenzjoni minnhom.

TAQSIMA 2:

PROĊEDURI TAL-ORIĠINI

Artikolu 54

Talba għal trattament tariffarju preferenzjali

1.   Il-Parti importatriċi għandha, mal-importazzjoni, tagħti trattament tariffarju preferenzjali lil prodott oriġinarju fil-Parti l-oħra, fis-sens ta’ dan il-Kapitolu, abbażi ta’ talba mill-importatur għat-trattament tariffarju preferenzjali. L-importatur għandu jkun responsabbli għall-korrettezza tat-talba għal trattament tariffarju preferenzjali u għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

2.   Talba għal trattament tariffarju preferenzjali għandha tkun ibbażata fuq:

(a)

dikjarazzjoni dwar l-oriġini li l-prodott hu oriġinarju magħmula mill-esportatur; jew

(b)

l-għarfien tal-importatur li l-prodott hu oriġinarju.

3.   L-importatur li jagħmel it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali bbażat fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini kif issir referenza fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu jżomm id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini u, meta jkun meħtieġ mill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi, jipprovdi kopja ta’ din lil dik l-awtorità.

Artikolu 55

Żmien it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali

1.   Talba għal trattament tariffarju preferenzjali u l-bażi għal dik it-talba kif imsemmi fl-Artikolu 54(2) għandhom jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni doganali dwar l-importazzjoni f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti importatriċi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk l-importatur ma jkunx għamel talba għal trattament tariffarju preferenzjali fil-mument tal-importazzjoni, il-Parti importatriċi tagħti trattament tariffarju preferenzjali u tħallas lura jew tibgħat lura kwalunkwe dazju doganali żejjed imħallas sakemm:

(a)

it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali ssir sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-importazzjoni, jew tali perjodu itwal ta’ żmien kif speċifikat fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti importatriċi;

(b)

l-importatur jipprovdi l-bażi għat-talba kif imsemmi fl-Artikolu 54(2); u

(c)

il-prodott kien jitqies li joriġina u kien jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha fis-sens tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu li kieku kien ġie ddikjarat mill-importatur fil-mument tal-importazzjoni.

L-obbligi l-oħra applikabbli għall-importatur skont l-Artikolu 54 jibqgħu l-istess.

Artikolu 56

Dikjarazzjoni dwar l-oriġini

1.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista’ ssir minn esportatur ta’ prodott abbażi tal-informazzjoni li turi li l-prodott hu oriġinarju, filwaqt li dan jinkludi informazzjoni dwar l-istatus oriġinarju tal-materjali użati fil-produzzjoni tal-prodott. L-esportatur għandu jkun responsabbli għall-korrettezza tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini u tal-informazzjoni pprovduta.

2.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha ssir billi tintuża waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi stabbiliti fl-Anness 7 f’fattura jew xi dokument ieħor li jiddeskrivi l-prodott oriġinarju f’biżżejjed dettall biex dak il-prodott ikun jista’ jiġi identifikat. L-esportatur għandu jkun responsabbli biex jipprovdi biżżejjed dettall li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott oriġinarju. Il-Parti importatriċi ma għandhiex teħtieġ li l-importatur jippreżenta traduzzjoni tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini.

3.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal 12-il xahar mid-data meta tkun saret jew għal tali perjodu itwal kif ipprovdut mill-Parti tal-importazzjoni sa massimu ta’ 24 xahar.

4.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista’ tapplika għal:

(a)

vjeġġ wieħed ta’ prodott wieħed jew aktar importat f’Parti; jew

(b)

diversi vjeġġi tal-istess prodotti importati f’Parti fil-perjodu speċifikat fid-dikjarazzjoni dwar l-oriġini li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

5.   Jekk, fuq it-talba tal-importatur, prodotti żarmati jew mhux armati fis-sens tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata li jaqgħu fit-Taqsimiet minn XV sa XXI tas-Sistema Armonizzata jkunu importati ftit ftit, tkun tista’ tintuża dikjarazzjoni dwar l-oriġini waħda għal prodotti bħal dawn skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi.

Artikolu 57

Diskrepanzi

L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi ma għandhiex tirrifjuta talba għal trattament tariffarju preferenzjali minħabba żbalji jew diskrepanzi minuri fid-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew biss minħabba li fattura nħarġet f’pajjiż terz.

Artikolu 58

Għarfien tal-importatur

1.   Għall-finijiet ta’ talba għal trattament tariffarju preferenzjali li ssir skont il-punt (b) tal-Artikolu 54(2), l-għarfien tal-importatur li prodott joriġina fil-Parti esportatriċi għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni li turi li l-prodott joriġina u jissodisfa r-rekwiżiti previsti f’dan il-Kapitolu.

2.   Qabel ma jintalab it-trattament preferenzjali, fil-każ li importatur ma jkunx jista’ jikseb l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bħala riżultat tal-fatt li l-esportatur iqis li dik l-informazzjoni hija informazzjoni kunfidenzjali jew għal xi raġuni oħra, l-esportatur jista’ jipprovdi dikjarazzjoni dwar l-oriġini biex l-importatur ikun jista’ jitlob it-trattament tariffarju preferenzjali abbażi tal-punt (a) tal-Artikolu 54(2).

Artikolu 59

Rekwiżiti ta’ żamma tar-rekords

1.   Għal minimu ta’ tliet snin wara d-data tal-importazzjoni tal-prodott, importatur li jagħmel talba għal trattament tariffarju preferenzjali għal prodott importat fil-Parti importatriċi għandu jżomm:

(a)

jekk it-talba kienet ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini maħruġa mill-esportatur; jew

(b)

jekk it-talba kienet ibbażata fuq l-għarfien tal-importatur, ir-rekords kollha li juru li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti biex jinkiseb status oriġinarju.

2.   Esportatur li ppreżenta dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandu, għal tal-anqas erba’ snin wara dik id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini, iżomm kopja tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini u tar-rekords l-oħra kollha li juru li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti biex jinkiseb status oriġinarju.

3.   Ir-rekords li għandhom jinżammu skont dan l-Artikolu jistgħu jinżammu f’format elettroniku.

Artikolu 60

Kunsinni żgħar

1.   B’deroga mill-Artikoli 54 sa 58, dment li l-prodott ikun ġie ddikjarat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu u l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi ma jkollha l-ebda dubju dwar il-veraċità ta’ dik id-dikjarazzjoni, il-Parti importatriċi tagħti trattament tariffarju preferenzjali lil:

(a)

prodott mibgħut f’pakkett żgħir minn persuni privati lil persuni privati;

(b)

prodott li jifforma parti mill-bagalji personali ta’ vjaġġatur; u

(c)

għar-Renju Unit, minbarra l-punti (a) u (b) ta' dan l-Artikolu, kunsinni oħra ta’ valur baxx.

2.   Il-prodott li ġejjin huma esklużi mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

prodotti, li l-importazzjoni tagħhom tifforma parti minn serje ta’ importazzjonijiet li jistgħu raġonevolment jitqiesu li saru separatament bil-għan li jiġu evitati r-rekwiżiti tal-Artikolu 54;

(b)

għall-Unjoni:

(i)

prodott importat kummerċjalment; l-importazzjonijiet li jsiru b’mod rari u li jikkonsistu biss fi prodotti għall-użu personali tar-riċevituri jew tal-vjaġġaturi jew tal-familji tagħhom ma għandhomx jitqiesu importazzjonijiet kummerċjali jekk ikun evidenti min-natura u mill-kwantità tal-prodotti li m’hemmx intenzjoni ta’ skop kummerċjali; u

(ii)

prodotti, li l-valur totali tagħhom jeċċedi EUR 500 fil-każ ta’ prodotti mibgħuta f’pakketti żgħar, jew l-EUR 1 200 fil-każ ta' prodotti li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-vjaġġaturi. L-ammonti li għandhom jintużaw fi kwalunkwe munita nazzjonali partikolari għandhom ikunu l-ekwivalenti f'dik il-munita tal-ammonti f'euro hekk kif kienu fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru. L-ammonti tar-rata tal-kambju għandhom jiġu ppubblikati għal dakinhar mill-Bank Ċentrali Ewropew, sakemm ma jiġix ikkomunikat ammont differenti lill-Kummissjoni Ewropea sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena, u għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lir-Renju Unit dwar l-ammonti rilevanti. L-Unjoni tista’ tistabbilixxi limiti oħra li se tikkomunika lir-Renju Unit; u

(c)

għar-Renju Unit, prodotti li l-valur totali tagħhom jaqbeż il-limiti stabbiliti skont il-liġi domestika tar-Renju Unit. Ir-Renju Unit se jikkomunika dawn il-limiti lill-Unjoni.

3.   L-importatur għandu jkun responsabbli għall-korrettezza tad-dikjarazzjoni u għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Ir-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords stabbiliti fl-Artikolu 59 ma għandhomx japplikaw għall-importatur skont dan l-Artikolu.

Artikolu 61

Verifika

1.   L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista’ twettaq verifika dwar jekk prodott hux oriġinarju jew jekk ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Kapitolu humiex sodisfatti, abbażi ta’ metodi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li jistgħu jinkludu għażla aleatorja. Tali verifika tista’ ssir permezz ta’ talba għal informazzjoni mill-importatur li għamel it-talba msemmija fl-Artikolu 54, fil-ħin li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, qabel ir-rilaxx tal-prodotti, jew wara r-rilaxx tal-prodotti.

2.   L-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tkopri aktar mill-elementi li ġejjin:

(a)

jekk it-talba kienet ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini, dik id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini; u

(b)

informazzjoni għall-adempiment mal-kriterji tal-oriġini, li hija:

(i)

fejn il-kriterju tal-oriġini jkun "miksub kompletament", il-kategorija applikabbli (bħall-ħsad, l-estrazzjoni, is-sajd) u l-post tal-produzzjoni;

(ii)

fejn il-kriterju tal-oriġini jkun ibbażat fuq tibdil fil-klassifikazzjoni tariffarja, lista tal-materjali mhux oriġinarji kollha, inkluż il-klassifikazzjoni tariffarja tagħhom (f'format b'żewġ (2), erba’ (4) jew sitt (6) figuri skont il-kriterji tal-oriġini);

(iii)

fejn il-kriterju tal-oriġini jkun ibbażat fuq metodu tal-valur, il-valur tal-prodott finali kif ukoll il-valur tal-materjali kollha mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni ta’ dak il-prodott;

(iv)

fejn il-kriterju tal-oriġini jkun ibbażat fuq il-piż, il-piż tal-prodott finali kif ukoll il-piż tal-materjali mhux oriġinarji rilevanti użati fil-prodott finali;

(v)

fejn il-kriterju tal-oriġini jkun ibbażat fuq proċess tal-produzzjoni speċifiku, deskrizzjoni speċifika ta’ dak il-proċess;

3.   Meta jipprovdi l-informazzjoni mitluba, l-importatur jista’ jżid kwalunkwe informazzjoni oħra li hu jqis li hi rilevanti għall-fini ta’ verifika.

4.   Jekk it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali tkun ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini, l-importatur għandu jipprovdi dik id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini iżda jista’ jwieġeb lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi li l-importatur mhux f’pożizzjoni li jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

5.   Jekk it-talba għal trattament preferenzjali tkun ibbażata fuq l-għarfien tal-importatur, wara li l-ewwel ikun talab informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi li tagħmel il-verifika tista’ titlob lill-importatur li jipprovdi informazzjoni addizzjonali jekk dik l-awtorità doganali tqis li tkun neċessarja informazzjoni addizzjonali sabiex jiġi vverifikat l-istatus oriġinarji tal-prodott jew jekk ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Kapitolu jkunu ġew sodisfatti. L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista’ titlob dokumentazzjoni u informazzjoni speċifiċi mingħand l-importatur, jekk xieraq.

6.   Jekk l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tiddeċiedi li tissospendi l-għoti tat-trattament tariffarju preferenzjali lill-prodott ikkonċernat waqt li tistenna r-riżultati tal-verifika, din għandha toffri li tirrilaxxa l-prodotti lill-importatur soġġetta għal miżuri xierqa ta’ prekawzjoni li jinkludu l-garanziji. Kull sospensjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali għandha tintemm malajr kemm jista’ jkun wara li l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tkun aċċertat l-istatus oriġinarju tal-prodotti kkonċernati, jew l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 62

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   Biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandhom jikkooperaw, permezz tal-awtorità doganali ta’ kull Parti, fil-verifika ta’ jekk prodott hux oriġinarju u konformi mar-rekwiżiti l-oħra previsti f’dan il-Kapitolu.

2.   Jekk it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali kienet ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini, kif xieraq wara li tkun talbet għall-ewwel darba l-informazzjoni skont l-Artikolu 61(1) u abbażi tat-tweġiba mill-importatur, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi li tkun qed twettaq il-verifika tista’ titlob ukoll informazzjoni mingħand l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi fi żmien perjodu ta’ sentejn wara l-importazzjoni tal-prodotti, jew mill-mument li t-talba ssir skont il-punt (a) tal-Artikolu 55(2), jekk l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi li tkun qed tagħmel il-verifika tqis li tkun neċessarja informazzjoni addizzjonali sabiex tkun tista’ tivverifika l-istatus oriġinarju tal-prodott jew biex tivverifika li r-rekwiżiti l-oħra previsti f’dan il-Kapitolu jkunu sodisfatti. It-talba għall-informazzjoni għandha tinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini;

(b)

l-identità tal-awtorità doganali li toħroġ it-talba;

(c)

l-isem tal-esportatur;

(d)

is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika; u

(e)

kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

Minbarra dan, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista’ titlob lill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi biex tipprovdi dokumentazzjoni u informazzjoni speċifiċi, fejn xieraq.

3.   F’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tista’ titlob dokumentazzjoni jew eżaminazzjoni billi ssejjaħ għal kwalunkwe evidenza jew billi żżur il-bini tal-esportatur biex tirrieżamina r-rekords u tosserva l-faċilitajiet użati fil-produzzjoni tal-prodott.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha tipprovdi lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dokumentazzjoni mitluba, fejn disponibbli;

(b)

opinjoni dwar l-istatus tal-oriġini tal-prodott;

(c)

id-deskrizzjoni tal-prodott li jkun soġġett għall-eżaminazzjoni u l-klassifikazzjoni tariffarja rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

(d)

deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni li jkun biżżejjed biex isostni l-istatus oriġinarju tal-prodott;

(e)

informazzjoni dwar il-mod kif saret l-eżaminazzjoni tal-prodott; u

(f)

dokumentazzjoni ta’ sostenn, fejn xieraq.

5.   L-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi ma għandhiex tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (d) u (f) tal-paragrafu 4 lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi jekk dik l-informazzjoni titqies kunfidenzjali mill-esportatur.

6.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet doganali u għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe bidla f’dawk id-dettalji ta’ kuntatt fi żmien 30 jum mid-data tal-bidla.

Artikolu 63

Ċaħda tat-trattament tariffarju preferenzjali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista’ tiċħad trattament tariffarju preferenzjali, jekk:

(a)

fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 61(1):

(i)

ma tkun ingħatat l-ebda tweġiba mill-importatur;

(ii)

fejn it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali kienet ibbażata fuq dikjarazzjoni dwar l-oriġini, ma tkun ingħatat l-ebda dikjarazzjoni dwar l-oriġini; jew

(iii)

fejn it-talba għal trattament tariffarju preferenzjali tkun ibbażata fuq l-għarfien tal-importatur, l-informazzjoni pprovduta mill-importatur mhix adegwata biex tikkonferma li l-prodott huwa oriġinarju;

(b)

fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 61(5):

(i)

ma tkun ingħatat l-ebda tweġiba mill-importatur; jew

(ii)

l-informazzjoni pprovduta mill-importatur tkun inadegwata biex jiġi kkonfermat li l-prodott hu oriġinarju;

(c)

fi żmien għaxar xhur (3) mid-data tat-talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 62(2):

(i)

ma ngħatat l-ebda tweġiba mill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi; jew

(ii)

l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tkun inadegwata biex jiġi kkonfermat li l-prodott hu oriġinarju.

2.   L-awtorità doganali tal-Parti importatriċi tista’ tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali għal prodott li għalih l-importatur jitlob trattament tariffarju preferenzjali meta l-importatur jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu għajr dawk relatati mal-istatus oriġinarju tal-prodotti.

3.   Jekk l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi jkollha biżżejjed informazzjoni biex tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’każijiet meta l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tkun ipprovdiet opinjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(4) li fiha tikkonferma l-istatus oriġinarju tal-prodotti, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi għandha tinnotifika lill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi bl-intenzjoni tagħha li tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali fi żmien xahrejn mid-data tar-riċezzjoni ta’ dik l-opinjoni.

Jekk issir tali notifika, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Il-perjodu għall-konsultazzjoni jista’ jiġi estiż abbażi ta’ każ b’każ permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet. Il-konsultazzjoni tista’ ssir skont il-proċedura stabbilita mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini.

Mal-iskadenza tal-perjodu għall-konsultazzjoni, jekk l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi ma tkunx tista’ tikkonferma li l-prodott huwa oriġinarju, din tista’ tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali jekk ikollha ġustifikazzjoni suffiċjenti biex tagħmel dan u wara li tkun tat lill-importatur id-dritt li jinstema’. Madankollu, meta l-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tikkonferma l-istatus oriġinarju tal-prodotti u tipprovdi ġustifikazzjoni għal tali konklużjoni, l-awtorità doganali tal-Parti importatriċi ma għandhiex tiċħad it-trattament tariffarju preferenzjali lil prodott għar-raġuni unika li l-Artikolu 62(5) ġie applikat.

4.   Fil-każijiet kollha, ir-riżoluzzjoni tad-differenzi bejn l-importatur u l-awtorità doganali tal-Parti tal-importazzjoni għandha tkun skont il-liġi tal-Parti tal-importazzjoni.

Artikolu 64

Kunfidenzjalità

1.   Kull Parti għandha żżomm, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe informazzjoni pprovduta lilha mill-Parti l-oħra skont dan il-Kapitolu, u għandha tipproteġi dik l-informazzjoni li tkun żvelata.

2.   Fejn, minkejja l-Artikolu 62(5), tkun inkisbet informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali mill-esportatur mill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi jew tal-Parti importatriċi bl-applikazzjoni tal-Artikoli 61 u 62, dik l-informazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li informazzjoni kunfidenzjali miġbura skont dan il-Kapitolu ma għandhiex tintuża għal finijiet li mhumiex l-amministrazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' ta’ deċiżjonijiet u determinazzjonijiet marbuta mal-oriġini u ma’ kwistjonijiet doganali, ħlief bil-permess tal-persuna jew Parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni kunfidenzjali.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, Parti tista' tippermetti informazzjoni miġbura skont dan il-Kapitolu biex jintuża fi kwalunkwe proċedimenti amministrattivi, ġudizzjarji, jew kważi ġudizzjarji istitwiti għal nuqqas ta' konformità mal-liġijiet relatati mad-dwana li jimplimentaw dan il-Kapitolu. Parti għandha tinnotifika lill-persuna jew Parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni qabel ma tintuża.

Artikolu 65

Miżuri amministrattivi u sanzjonijiet

Kull Parti għandha tiżgura li jsir infurzar effettiv ta’ dan il-Kapitolu. Kull Parti għandha tara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimponu miżuri amministrattivi u, fejn xieraq, sanzjonijiet, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, fuq kwalunkwe persuna li tfassal dokument, jew twassal biex jitfassal dokument, li jkun fih informazzjoni żbaljata li tkun ipprovduta għall-fini ta' kisba ta' trattament tariffarju preferenzjali għal prodott, li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 59, jew li ma tipprovdix l-evidenza jew tirrifjuta żjara kif issir referenza fl-Artikolu 62(3).

TAQSIMA 3:

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 66

Ceuta u Melilla

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, fil-każ tal-Unjoni, it-terminu "Parti" ma jinkludix lil Ceuta u Melilla.

2.   Il-prodotti li joriġinaw fir-Renju Unit, meta jiġu importati f’Ceuta u Melilla, għandhom, f’kull aspett, ikunu soġġetti għall-istess trattament doganali skont dan il-Ftehim bħal dak li japplika għall-prodotti oriġinarji mit-territorju doganali tal-Unjoni skont il-Protokoll 2 tal-Att tal-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża mal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju Unit għandu jagħti lill-importazzjonijiet ta’ prodotti koperti minn dan il-Ftehim u li joriġinaw minn Ceuta u Melilla l-istess trattament doganali bħal dak li jingħata lil prodotti importati mill-Unjoni, u li joriġinaw minnha.

3.   Ir-regoli tal-oriġini u l-proċeduri tal-oriġini msemmija f’dan il-Kapitolu japplikaw mutatis mutandis għal prodotti esportati mir-Renju Unit lejn Ceuta u Melilla u għal prodotti esportati minn Ceuta u Melilla lejn ir-Renju Unit.

4.   Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.

5.   L-Artikolu 40 japplika għall-importazzjoni u għall-esportazzjonijiet ta’ prodotti bejn l-Unjoni, ir-Renju Unit u Ceuta u Melilla.

6.   L-esportaturi għandhom idaħħlu "ir-Renju Unit" jew "Ceuta u Melilla" fil-kamp 3 tat-test tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini, skont l-oriġini tal-prodott.

7.   L-awtorità doganali tar-Renju ta’ Spanja għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu f’Ceuta u Melilla.

Artikolu 67

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal prodotti fi tranżitu jew maħżuna

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jistgħu jiġu applikati għal prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew ikunu fi tranżitu mill-Parti esportatriċi lejn il-Parti importatriċi, jew fil-kontroll doganali fil-Parti importatriċi mingħajr il-ħlas ta’ dazji tal-importazzjoni u ta’ taxxi, soġġett għal talba għal trattament tariffarju preferenzjali msemmija fl-Artikolu 54 lill-awtorità doganali tal-Parti importatriċi, fi żmien tnax-il xahar minn dik id-data.

Artikolu 68

Emendar ta’ dan il-Kapitolu u l-Annessi tiegħu

Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jemenda dan il-Kapitolu u l-Annessi tiegħu.

KAPITOLU 3

MIŻURI SANITARJI U FITOSANITARJI

Artikolu 69

Objettivi

L-objettivi ta’ dan il-Kapitolu huma li:

(a)

jipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti fit-territorji tal-Partijiet filwaqt li jiffaċilita l-kummerċ bejn il-Partijiet;

(b)

ikompli bl-implimentazzjoni tal-Ftehim SPS;

(c)

jiżgura li l-miżuri sanitarji u fitosanitarji (sanitary and phytosanitary, "SPS") tal-Partijiet ma joħolqux ostakli bla bżonn għall-kummerċ;

(d)

jippromwovi trasparenza akbar u fehim tal-applikazzjoni tal-miżuri SPS ta’ kull Parti;

(e)

isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, fil-promozzjoni ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli, fil-protezzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali u fiċ-ċertifikazzjoni elettronika;

(f)

isaħħaħ il-kooperazzjoni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti sabiex jiġu żviluppati standards, linji gwida u rakkomandazzjonijiet internazzjonali dwar is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza alimentari u s-saħħa tal-pjanti u

(g)

jippromwovi l-implimentazzjoni minn kull Parti ta’ standards, ta’ linji gwida u ta’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 70

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għall-miżuri SPS kollha ta’ Parti li jistgħu, direttament jew indirettament, jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet.

2.   Dan il-Kapitolu jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet separati fir-rigward tal-kooperazzjoni fit-trattament xieraq tal-annimali, fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u fis-sistemi tal-ikel sostenibbli.

Artikolu 71

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Anness A tal-Ftehim SPS;

(b)

id-definizzjonijiet adottati taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Codex Alimentarius (il-"Codex");

(c)

id-definizzjonijiet adottati taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-"OIE"); u

(d)

id-definizzjonijiet adottati taħt l-awspiċji tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (l-"IPPC").

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"kundizzjonijiet tal-importazzjoni" tfisser kwalunkwe miżura SPS li jkun jeħtieġ li tiġi ssodisfata għall-importazzjoni ta’ prodotti; u

(b)

"żona protetta" għal pest regolat speċifikat tal-pjanti tfisser żona ġeografika ddefinita uffiċjalment li fiha dak il-pest ma jkunx stabbilit minkejja kundizzjonijiet favorevoli u l-preżenza tiegħu f’partijiet oħra tat-territorju tal-Parti, u fejn dak il-pest ma jkunx permess li jiġi introdott.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji jista’ jadotta definizzjonijiet oħra għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu filwaqt li jqis il-glossarji u d-definizzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Codex, l-OIE u l-IPPC.

4.   Id-definizzjonijiet taħt il-Ftehim SPS jipprevalu sal-punt li jkun hemm inkonsistenza bejn id-definizzjonijiet adottati mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji jew adottati fl-awspiċi tal-Codex, tal-OIE, tal-IPPC u d-definizzjonijiet skont il-Ftehim SPS. Fil-każ ta’ inkonsistenza bejn id-definizzjonijiet adottati mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji u d-definizzjonijiet stabbiliti fil-Codex, l-OIE jew l-IPPC, għandhom jipprevalu d-definizzjonijiet stabbiliti fil-Codex, l-OIE jew l-IPPC.

Artikolu 72

Drittijiet u obbligi

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim SPS. Dan jinkludi d-dritt li jiġu adottati miżuri f’konformità mal-Artikolu 5(7) tal-Ftehim SPS.

Artikolu 73

Prinċipji ġenerali

1.   Il-Partijiet għandhom japplikaw miżuri SPS sabiex jiksbu l-livell xieraq ta’ protezzjoni tagħhom li huwa bbażat fuq valutazzjonijiet tar-riskju f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti, inkluż l-Artikolu 5 tal-Ftehim SPS.

2.   Il-Partijiet ma għandhomx jużaw miżuri SPS sabiex joħolqu ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ.

3.   Fir-rigward tal-proċeduri u tal-approvazzjonijiet SPS relatati mal-kummerċ stabbiliti skont dan il-Kapitolu, kull Parti għandha tiżgura li dawk il-proċeduri u l-miżuri SPS relatati:

(a)

jinbdew u jitlestew mingħajr dewmien żejjed;

(b)

ma jinkludux talbiet għal informazzjoni mhux meħtieġa, xjentifikament u teknikament mhux ġustifikati jew ta’ piż bla bżonn li jistgħu jdewmu l-aċċess għas-swieq ta’ xulxin;

(c)

ma jiġux applikati b’mod li jkun jikkostitwixxi diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli kontra t-territorju sħiħ tal-Parti l-oħra jew partijiet mit-territorju tal-Parti l-oħra fejn ikunu jeżistu kundizzjonijiet SPS identiċi jew simili; u

(d)

ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati u ma jkunux ta’ restrizzjoni għall-kummerċ aktar milli jkun meħtieġ sabiex jinkiseb il-livell xieraq ta’ protezzjoni.

4.   Il-Partijiet ma għandhomx jużaw il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 jew kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali, biex idewmu l-aċċess għas-swieq tagħhom mingħajr ġustifikazzjoni xjentifika u teknika.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe proċedura amministrattiva li teħtieġ, rigward il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa tal-pjanti ma tkunx aktar ta’ piż jew ta’ restrizzjoni fuq il-kummerċ milli meħtieġ biex tagħti lill-Parti importatriċi kunfidenza adegwata li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti. Kull Parti għandha tiżgura li l-effetti negattivi fuq il-kummerċ ta’ kwalunkwe proċedura amministrattiva jinżammu għall-minimu u li l-proċessi ta’ approvazzjoni jibqgħu sempliċi u veloċi filwaqt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Parti importatriċi.

6.   Il-Parti importatriċi ma għandhiex tistabbilixxi xi sistema jew proċedura amministrattiva addizzjonali li tfixkel bla bżonn il-kummerċ.

Artikolu 74

Ċertifikazzjoni uffiċjali

1.   Jekk il-Parti importatriċi tkun teħtieġ ċertifikati uffiċjali, iċ-ċertifikati mudell għandhom ikunu:

(a)

stabbiliti f’konformità mal-prinċipji kif stabbiliti fl-istandards internazzjonali tal-Codex, tal-IPPC u tal-OIE; kif ukoll

(b)

applikabbli għall-importazzjonijiet mill-partijiet kollha tat-territorju tal-Parti esportatriċi.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji jista’ jaqbel dwar każijiet speċifiċi meta ċ-ċertifikati mudell imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu stabbiliti biss għal parti jew għal partijiet tat-territorju tal-Parti esportatriċi. Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ ċertifikazzjoni elettronika u ta’ teknoloġiji oħra sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ.

Artikolu 75

Kundizzjonijiet u proċeduri tal-importazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi li jkollha kull Parti skont il-Ftehim SPS u dan il-Kapitolu, il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni tal-Parti importatriċi għandhom japplikaw għat-territorju kollu tal-Parti esportatriċi b’mod konsistenti.

2.   Il-Parti esportatriċi għandha tiżgura li l-prodotti esportati lejn il-Parti l-oħra, bħal annimali u prodotti tal-annimali, pjanti u prodotti tal-pjanti, jew oġġetti oħra relatati, jissodisfaw ir-rekwiżiti SPS tal-Parti importatriċi.

3.   Il-Parti importatriċi tista’ teħtieġ li l-importazzjonijiet ta’ prodotti partikolari jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata meta ssir talba mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Parti esportatriċi li oġġettivament turi, għas-sodisfazzjon tal-Parti importatriċi, li r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tal-Parti importatriċi jkunu sodisfatti. L-awtorità kompetenti rilevanti tal-Parti esportatriċi tista’ tagħmel talba għal awtorizzazzjoni fir-rigward tat-territorju kollu tal-Parti esportatriċi. Il-Parti importatriċi għandha tilqa’ talbiet bħal dawn fuq dik il-bażi, meta dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni tal-Parti importatriċi kif stabbilit f’dan il-paragrafu.

4.   Il-Parti importatriċi ma għandhiex tintroduċi rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni li huma addizzjonali għal dawk li japplikaw fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ tali rekwiżiti għal prodotti ulterjuri ma tkunx ġustifikata biex jittaffa riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti.

5.   Il-Parti importatriċi għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Parti l-oħra l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-prodotti kollha. Il-Parti importatriċi għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni tagħha jiġu applikati b’mod proporzjonat u mhux diskriminatorju.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri proviżorji skont l-Artikolu 5(7) tal-Ftehim SPS, għal prodotti, jew oġġetti oħra relatati, li għalihom ikun jeżisti tħassib fitosanitarju, il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu ristretti għal miżuri li jipproteġu kontra pesti regolati tal-Parti importatriċi u għandhom ikunu applikabbli għat-territorju kollu tal-Parti esportatriċi.

7.   Minkejja l-paragrafi 1 u 3, fil-każ ta’ talbiet għal awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għal prodotti speċifiċi, meta l-Parti esportatriċi tkun talbet li tiġi eżaminata biss għal parti jew għal ċerti partijiet tat-territorju tagħha (fil-każ tal-Unjoni, Stati Membri individwali), il-Parti importatriċi għandha tipproċedi minnufih bl-eżami ta’ dik it-talba. Jekk il-Parti importatriċi tirċievi talbiet fir-rigward tal-prodott speċifiku minn aktar minn parti waħda tal-Parti esportatriċi jew, jekk jaslu talbiet ulterjuri fir-rigward ta’ prodott li jkun diġà ġie awtorizzat, il-Parti importatriċi għandha tħaffef it-tlestija tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, filwaqt li tqis ir-reġim SPS identiku jew simili applikabbli fil-partijiet differenti tal-Parti esportatriċi.

8.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri kollha ta’ kontroll, spezzjoni u approvazzjoni tal-SPS jinbdew u jitlestew mingħajr dewmien żejjed. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu limitati għal dak li jkun meħtieġ għall-proċess ta’ approvazzjoni sabiex titqies l-informazzjoni diġà disponibbli fil-Parti importatriċi bħal dwar il-qafas leġiżlattiv u r-rapporti tal-awditjar tal-Parti esportatriċi.

9.   Ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati relatati mal-livell ta’ protezzjoni tagħha, kull Parti għandha tipprovdi perjodu ta’ tranżizzjoni bejn il-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fil-proċeduri ta’ approvazzjoni tagħha u l-applikazzjoni tagħha biex tippermetti lill-Parti l-oħra ssir familjari ma’ tali bidliet u tadatta għalihom. Kull Parti ma għandhiex ittawwal bla bżonn il-proċess ta’ approvazzjoni għall-applikazzjonijiet ippreżentati qabel il-pubblikazzjoni tal-bidliet.

10.   Fir-rigward tal-proċessi stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 8, għandhom jittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

hekk kif il-Parti importatriċi tkun ikkonkludiet b’mod pożittiv il-valutazzjoni tagħha, hija għandha tieħu minnufih il-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi meħtieġa kollha sabiex tippermetti li jsir kummerċ mingħajr dewmien żejjed;

(b)

il-Parti esportatriċi għandha:

(i)

tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa mill-Parti importatriċi; u

(ii)

tagħti aċċess raġonevoli lill-Parti importatriċi għal proċeduri tal-awditjar u oħrajn rilevanti.

(c)

il-Parti importatriċi għandha tistabbilixxi lista ta’ pesti regolati għal prodotti, jew oġġetti relatati oħra, meta jkun hemm tħassib fitosanitarju. Din il-lista għandu jkun fiha:

(i)

pesti mhux magħrufa li jseħħu fi kwalunkwe parti tat-territorju tagħha stess;

(ii)

il-pesti magħrufa li jseħħu fit-territorju tagħha stess u taħt kontroll uffiċjali;

(iii)

il-pesti magħrufa bħala preżenti f’partijiet tat-territorju tagħha stess u li għalihom ikunu stabbiliti żoni ħielsa mill-pesti jew żoni protetti; kif ukoll

(iv)

pesti mhux ta’ kwarantina magħrufa li jseħħu fit-territorju tagħha stess u taħt kontroll uffiċjali għal materjal għat-tħawwil speċifikat;

11.   Il-Parti importatriċi għandha taċċetta kunsinni mingħajr il-ħtieġa li l-Parti importatriċi tivverifika l-konformità ta’ dawk il-kunsinni qabel it-tluq tagħhom mit-territorju tal-Parti esportatriċi.

12.   Parti tista’ tiġbor tariffi għall-kostijiet imġarrba sabiex twettaq kontrolli fil-fruntiera SPS speċifiċi, li jenħtieġ li ma jaqbżux l-irkupru tal-kostijiet.

13.   Il-Parti importatriċi għandu jkollha d-dritt li twettaq kontrolli tal-importazzjoni fuq prodotti importati mill-Parti esportatriċi għall-finijiet li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-importazzjoni SPS tagħha.

14.   Il-kontrolli tal-importazzjoni mwettqa fuq prodotti importati mill-Parti esportatriċi għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju SPS assoċjat ma’ tali importazzjonijiet. Il-kontrolli tal-importazzjoni għandhom jitwettqu biss sa fejn ikunu meħtieġa sabiex jiġu protetti l-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, mingħajr dewmien żejjed u b’effett minimu fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet.

15.   L-informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ prodotti mill-Parti esportatriċi ikkontrollati fuq l-importazzjoni għandha ssir disponibbli mill-Parti importatriċi fuq talba tal-Parti esportatriċi.

16.   Jekk il-kontrolli tal-importazzjoni jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet relevanti tal-importazzjoni, l-azzjoni li tieħu l-Parti importatriċi trid tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju involut u ma għandhiex tkun ta’ restrizzjoni għall-kummerċ aktar milli jkun meħtieġ sabiex jinkiseb il-livell xieraq ta’ protezzjoni SPS tal-Parti.

Artikolu 76

Lista ta’stabbilimenti approvati

1.   Kull meta jkun ġustifikat, il-Parti importatriċi tista’ żżomm lista ta’ stabbilimenti approvati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-importazzjoni tagħha bħala kundizzjoni li tippermetti l-importazzjoni ta’ prodotti tal-annimali minn dawn l-istabbilimenti.

2.   Sakemm ma jkunx ġustifikat biex jittaffa riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, il-listi ta’ stabbilimenti approvati għandhom ikunu meħtieġa biss għall-prodotti li għalihom ikunu ntalbu fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   Il-Parti esportatriċi għandha tinforma lill-Parti importatriċi bil-lista tagħha ta’ stabbilimenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Parti importatriċi li għandha tkun ibbażata fuq il-garanziji pprovduti mill-Parti esportatriċi.

4.   Jekk tintalab mill-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tapprova stabbilimenti li jinsabu fit-territorju tal-Parti esportatriċi abbażi ta’ garanziji pprovduti mill-Parti esportatriċi, mingħajr spezzjoni minn qabel ta’ stabbilimenti individwali.

5.   Sakemm il-Parti importatriċi ma titlobx informazzjoni addizzjonali u soġġett għall-għoti ta’ garanziji mill-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tieħu l-miżuri leġiżlattivi jew amministrattivi meħtieġa, skont il-proċeduri legali applikabbli tagħha, biex tippermetti l-importazzjonijiet minn dawk l-istabbilimenti mingħajr dewmien żejjed.

6.   Il-lista tal-istabbilimenti approvati għandha tkun disponibbli pubblikament mill-Parti importatriċi.

7.   Fejn il-Parti importatriċi tiddeċiedi li tirrifjuta t-talba tal-Parti esportatriċi biex taċċetta ż-żieda ta’ stabbiliment mal-lista ta’ stabbilimenti approvati, hija għandha tinforma lill-Parti esportatriċi mingħajr dewmien u għandha tippreżenta tweġiba, inkluża informazzjoni dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità li wasslu għar-rifjut tal-approvazzjoni tal-istabbiliment.

Artikolu 77

Trasparenza u skambju ta’ informazzjoni

1.   Kull Parti għandha tfittex it-trasparenza fir-rigward tal-miżuri SPS applikabbli għall-kummerċ u għal dawk il-finijiet għandha twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tikkomunika minnufih lill-Parti l-oħra kwalunkwe bidla fil-miżuri SPS u fil-proċeduri ta’ approvazzjoni tagħha, inklużi bidliet li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti SPS ta’ importazzjoni tal-Parti l-oħra għal ċerti prodotti;

(b)

ittejjeb il-fehim reċiproku tal-miżuri SPS tagħha u tal-applikazzjoni tagħhom;

(c)

tiskambja informazzjoni mal-Parti l-oħra dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-miżuri SPS, inkluż il-progress ta’ evidenza xjentifika ġdida li jaffettwa, jew jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet bil-għan li jitnaqqsu l-effetti kummerċjali negattivi;

(d)

jekk tintalab mill-Parti l-oħra, tikkomunika l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi fi żmien 20 jum ta’ xogħol;

(e)

jekk tintalab mill-Parti l-oħra, tikkomunika l-istat attwali tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti speċifiċi fi żmien 20 jum ta’ xogħol;

(f)

tikkomunika lill-Parti l-oħra kwalunkwe bidla sinifikanti fl-istruttura jew l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Parti;

(g)

jekk tintalab, tikkomunika r-riżultati ta’ kontroll uffiċjali ta' Parti u rapport li jikkonċerna r-riżultati tal-kontroll imwettaq;

(h)

jekk tintalab, tikkomunika r-riżultati ta’ kontroll tal-importazzjoni previst fil-każ ta’ kunsinna rifjutata jew mhux konformi; u

(i)

jekk tintalab, tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, valutazzjoni tar-riskju jew opinjoni xjentifika prodotta minn Parti li tkun rilevanti għal dan il-Kapitolu.

2.   Fejn Parti tkun għamlet disponibbli l-informazzjoni fil-paragrafu 1 permezz ta’ notifika lir-Reġistru Ċentrali tan-Notifiki tad-WTO jew lill-korp internazzjonali rilevanti li jistabbilixxi l-istandards, f’konformità mar-regoli rilevanti tagħhom, ir-rekwiżiti fil-paragrafu, 1 kif japplikaw għal dik l-informazzjoni, ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 78

Adattament għall-kundizzjonijiet reġjonali

1.   Il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu l-kunċett ta’ tqassim f’żoni inklużi żoni ta’ mard jew żoni ħielsa mill-pesti, żoni protetti u żoni bi prevalenza baxxa ta’ mard jew organiżmi ta’ ħsara u għandhom japplikawh għall-kummerċ bejn il-Partijiet, skont il-Ftehim SPS, inklużi l-linji gwida biex titmexxa ’l quddiem l-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 6 tal-Ftehim SPS (id-Deċiżjoni tal-Kumitat tad-WTO/SPS, G/SPS/48) u l-istandards ta’ rakkomandazzjonijiet rilevanti, u l-linji gwida tal-OIE u l-IPPC. Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji jista’ jiddefinixxi aktar dettalji għal dawn il-proċeduri, filwaqt li jqis kwalunkwe standards, linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Ftehim SPS, tal-OIE u tal-IPPC.

2.   Il-Partijiet jistgħu jaqblu wkoll li jikkooperaw fuq il-kunċett ta’ kompartimentalizzazzjoni kif imsemmi fil-Kapitoli 4.4 u 4.5 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE u l-Kapitoli minn 4.1 u 4.2 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE.

3.   Meta jistabbilixxu jew iżommu ż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw fatturi bħall-pożizzjoni ġeografika, l-ekosistemi, is-sorveljanza epidemjoloġika u l-effettività tal-kontrolli SPS.

4.   Fir-rigward tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali, meta tistabbilixxi jew iżżomm kundizzjonijiet tal-importazzjoni fuq it-talba tal-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tirrikonoxxi ż-żoni ħielsa mill-mard stabbiliti mill-Parti esportatriċi bħala bażi għall-kunsiderazzjoni għad-determinazzjoni jekk tiġix permessa jew tinżammx l-importazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 8 u 9.

5.   Il-Parti esportatriċi għandha tidentifika l-partijiet tat-territorju tagħha msemmija fil-paragrafu 4 u, jekk tintalab, tipprovdi spjegazzjoni sħiħa u data ta’ sostenn abbażi tal-istandards tal-OIE, jew b’modi oħra stabbiliti mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji abbażi tal-għarfien miksub permezz tal-esperjenza tal-awtoritajiet rilevanti tal-Parti esportatriċi.

6.   Fir-rigward tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti, u ta’ oġġetti relatati oħra, meta tistabbilixxi jew iżżomm kundizzjonijiet fitosanitarji tal-importazzjoni fuq talba tal-Parti esportatriċi, il-Parti importatriċi għandha tirrikonoxxi ż-żoni ħielsa mill-pesti, il-postijiet tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti, is-siti tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti, iż-żoni ta’ prevalenza baxxa ta’ pesti u ż-żoni protetti stabbiliti mill-Parti esportatriċi bħala bażi għall-kunsiderazzjoni għad-determinazzjoni ta’ għoti ta’ permess għall-importazzjoni jew ta’ żamma tal-importazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 8 u 9.

7.   Il-Parti esportatriċi għandha tidentifika ż-żoni ħielsa mill-pesti, il-postijiet tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti, is-siti ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti u ż-żoni bi prevalenza baxxa ta’ pesti jew iż-żoni protetti. Jekk tintalab mill-Parti importatriċi, il-Parti esportatriċi għandha tipprovdi spjegazzjoni sħiħa u data ta’ sostenn ibbażata fuq l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji żviluppati fl-IPPC, jew b’modi oħra kif stabbilit mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, abbażi tal-għarfien miksub permezz tal-esperjenza tal-awtoritajiet fitosanitarji rilevanti tal-Parti esportatriċi.

8.   Il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu żoni ħielsa mill-mard u żoni protetti li jkunu fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

9.   Il-paragrafu 8 għandu japplika wkoll għal adattamenti sussegwenti għaż-żoni ħielsa mill-mard u ż-żoni protetti (fil-każ taż-żoni ħielsa mill-pesti tar-Renju Unit), ħlief f’każijiet ta’ bidliet sinifikanti fis-sitwazzjonijiet tal-mard jew tal-pesti.

10.   Il-Partijiet jistgħu jwettqu awditi u verifiki skont l-Artikolu 79 biex jiġu implimentati l-paragrafi 4 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

11.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-objettiv ta’ żamma tal-fiduċja fil-proċeduri fir-rigward tal-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-mard jew mill-pesti, ta’ postijiet ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti, ta’ siti ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti u ta’ żoni bi prevalenza baxxa ta’ pesti jew ta’ mard u ta’ żoni protetti, bl-għan li jimminimizzaw it-tfixkil fil-kummerċ.

12.   Il-Parti importatriċi għandha tibbaża d-determinazzjoni tagħha tal-istatus tas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti tal-Parti esportatriċi jew ta’ partijiet minnha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Parti esportatriċi f’konformità mal-Ftehim SPS, mal-istandards tal-OIE u tal-IPPC, u tikkunsidra kwalunkwe determinazzjoni magħmula mill-Parti esportatriċi.

13.   Fejn il-Parti importatriċi ma taċċettax id-determinazzjoni magħmula mill-Parti esportatriċi kif imsemmi fil-paragrafu 12 ta’ dan l-Artikolu, il-Parti importatriċi għandha tiġġustifika u tispjega b’mod oġġettiv lill-Parti esportatriċi r-raġunijiet għal dak ir-rifjut u, jekk mitluba, tidħol f’konsultazzjonijiet, skont l-Artikolu 80(2).

14.   Kull Parti għandha tiżgura li l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 9, 12 u 13 jitwettqu mingħajr dewmien żejjed. Il-Parti importatriċi għandha tħaffef ir-rikonoxximent tal-marda jew l-istatus tal-pesti meta l-istatus ikun ġie rkuprat wara tifqigħa.

15.   Fejn Parti tqis li reġjun speċifiku jkollu status speċjali fir-rigward ta’ marda speċifika u li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu 1.2 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE jew fil-Kapitolu 1.2 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE, hija tista’ titlob ir-rikonoxximent ta’ dan l-istatus. Il-Parti importatriċi tista’ titlob garanziji addizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni tal-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali li jkunu adegwati għall-istatus miftiehem.

Artikolu 79

Awditi u verifiki

1.   Il-Parti importatriċi tista’ twettaq awditi u verifiki ta’ dawn li ġejjin:

(a)

is-sistema kollha ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni tal-awtoritajiet tal-Parti l-oħra jew parti minnha;

(b)

ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa bis-sistema ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni tal-Parti esportatriċi.

2.   Il-Partijiet għandhom iwettqu dawk l-awditi u l-verifiki f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim SPS, b’kunsiderazzjoni tal-istandards internazzjonali, tal-linji gwida u tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Codex, tal-OIE jew tal-IPPC.

3.   Għall-finijiet tat-twettiq ta’ tali awditi u verifiki, il-Parti importatriċi tista’ twettaq awditi u verifiki permezz ta’ talbiet għal informazzjoni mingħand il-Parti esportatriċi jew permezz ta’ żjarat ta’ awditjar u verifika fil-Parti esportatriċi, li jistgħu jinkludu:

(a)

valutazzjoni kompleta jew parzjali tal-programm ta’ kontroll totali tal-awtoritajiet responsabbli, inkluż, fejn xieraq, rieżamijiet tal-attivitajiet ta’ awditu regolatorju u ta’ spezzjoni;

(b)

verifiki fil-post; u

(c)

il-ġbir ta’ informazzjoni u ta’ data sabiex jiġu vvalutati l-kawżi ta’ problemi rikorrenti jew emerġenti fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ prodotti.

4.   Il-Parti importatriċi għandha taqsam mal-Parti esportatriċi r-riżultati u l-konklużjonijiet tal-awditi u tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 1. Il-Parti importatriċi tista’ tippubblika dawn ir-riżultati.

5.   Qabel il-bidu ta’ awditu jew verifika, il-Partijiet għandhom jiddiskutu l-għanijiet u l-ambitu tal-awditu jew tal-verifika, il-kriterji jew ir-rekwiżiti li fuqhom il-Parti esportatriċi se tiġi vvalutata, u l-itinerarju u l-proċeduri għat-twettiq tal-awditu jew tal-verifika li għandhom jiġu stabbiliti fi pjan ta’ awditu jew ta’ verifika. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Parti importatriċi għandha tipprovdi lill-Parti esportatriċi bi pjan ta’ awditu jew ta’ verifika mill-inqas 30 jum qabel il-bidu tal-awditu jew tal-verifika.

6.   Il-Parti importatriċi għandha tipprovdi lill-Parti esportatriċi bl-opportunità li tikkummenta dwar l-abbozz tar-rapport tal-awditu jew tal-verifika. Il-Parti importatriċi għandha tipprovdi rapport finali bil-miktub lill-Parti esportatriċi normalment fi żmien xahrejn mid-data tar-riċezzjoni ta’ dawk il-kummenti.

7.   Kull Parti għandha ġġarrab il-kostijiet tagħha stess assoċjati ma’ tali awditu jew verifika.

Artikolu 80

Notifika u konsultazzjoni

1.   Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed rigward:

(a)

tibdil sinifikanti fl-istatus ta’ pest jew ta’ marda;

(b)

l-okkorrenza ta’ marda tal-annimali ġdida;

(c)

konstatazzjoni ta’ importanza epidemjoloġika fir-rigward ta’ marda tal-annimali;

(d)

problema sinifikanti relatata mas-sikurezza alimentari identifikata minn Parti;

(e)

kwalunkwe miżura addizzjonali lil hinn mir-rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-miżuri SPS rispettivi tagħhom meħuda għall-kontroll jew għall-qerda tal-marda tal-annimali jew għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u kwalunkwe tibdil fil-politiki ta’ prevenzjoni, inklużi l-istrateġiji tat-tilqim;

(f)

jekk tintalab, ir-riżultati ta’ kontroll uffiċjali ta' Parti u rapport li jikkonċerna r-riżultati tal-kontroll imwettaq; u

(g)

kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-funzjonijiet ta’ sistema jew ta’ bażi tad-data.

2.   Jekk Parti jkollha tħassib sinifikanti rigward is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-pjanti, jew is-saħħa tal-annimali, jew miżura SPS li l-Parti l-oħra tkun ipproponiet jew implimentat, dik il-Parti tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet tekniċi mal-Parti l-oħra. Il-Parti rikjesta jenħtieġ li twieġeb għat-talba mingħajr dewmien żejjed. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa bl-għan li jiġi evitat kull xkiel għall-kummerċ u, kif jista’ jkun il-każ, bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni aċċettabbli għat-tnejn.

3.   Il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jsiru permezz ta’ konferenza bit-telefown, permezz ta’ vidjokonferenza, jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni miftiehem b’mod reċiproku mill-Partijiet.

Artikolu 81

Miżuri ta’ emerġenza

1.   Jekk il-Parti importatriċi tqis li jkun hemm riskju serju għall-ħajja u għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, din tista’ mingħajr notifika minn qabel tieħu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti. Għall-kunsinni li jkunu fi tranżitu bejn il-Partijiet, il-Parti importatriċi għandha tikkunsidra l-aktar soluzzjoni addattata u proporzjonata sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn tal-kummerċ.

2.   Il-Parti li tieħu l-miżuri għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar miżura SPS ta’ emerġenza malajr kemm jista’ jkun wara d-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-miżura u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun ħadet id-deċiżjoni. Jekk Parti titlob sabiex isiru konsultazzjonijiet tekniċi għall-indirizzar tal-miżura SPS ta’ emerġenza, il-konsultazzjonijiet tekniċi jridu jsiru fi żmien għaxart (10) ijiem min-notifika tal-miżura SPS ta’ emerġenza. Il-Partijiet għandhom iqisu kull informazzjoni pprovduta permezz tal-konsultazzjonijiet tekniċi. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru sabiex jiġi evitat tfixkil żejjed fil-kummerċ. Il-Partijiet jistgħu jqisu l-għażliet għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni jew tas-sostituzzjoni tal-miżuri.

3.   Il-Parti importatriċi għandha tikkunsidra, fi żmien xieraq, informazzjoni li tkun ġiet ipprovduta mill-Parti esportatriċi meta tieħu d-deċiżjoni tagħha fir-rigward ta’ kunsinni li, fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura SPS ta’ emerġenza, ikunu qed jiġu ttrasportati bejn il-Partijiet sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn għall-kummerċ.

4.   Il-Parti importatriċi għandha tiżgura li kull miżura ta’ emerġenza meħuda għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma tinżammx mingħajr evidenza xjentifika, jew, f’każijiet fejn l-evidenza xjentifika ma tkunx biżżejjed, tiġi adottata skont l-Artikolu 5(7) tal-Ftehim SPS.

Artikolu 82

Fora internazzjonali multilaterali

Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw f’fora internazzjonali multilaterali dwar l-iżvilupp ta’ standards, ta’ linji gwida u ta’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 83

Implimentazzjoni u awtoritajiet kompetenti

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, kull Parti għandha tqis dan kollu li ġej:

(a)

id-deċiżjonijiet tal-Kumitat SPS tad-WTO;

(b)

il-ħidma tal-korpi internazzjonali rilevanti għall-iffissar tal-istandards;

(c)

kwalunkwe għarfien u esperjenza tal-passat li jkollha fil-kummerċ mal-Parti esportatriċi; u

(d)

l-informazzjoni pprovduta mill-Parti l-oħra.

2.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin, mingħajr dewmien, deskrizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe tibdil sinifikanti f’dawn l-awtoritajiet kompetenti.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jkollhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex jimplimentaw dan il-Kapitolu b’mod effettiv.

Artikolu 84

Kooperazzjoni fit-trattament xieraq tal-annimali

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-annimali huma ħlejqiet senzjenti. Huma jirrikonoxxu wkoll ir-rabta bejn it-trattament xieraq aħjar tal-annimali u sistemi sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel.

2.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw f’fora internazzjonali sabiex jippromwovu l-iżvilupp tal-aħjar prattiki possibbli fit-trattament xieraq tal-annimali u l-implimentazzjoni tagħhom. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex isaħħu u jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandards tal-OIE dwar it-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom, b’enfasi fuq l-annimali tar-razzett.

3.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni, għarfien espert u esperjenzi fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali, b’mod partikolari relatati mat-tnissil, maż-żamma, mal-immaniġġjar, mat-trasport u mat-tbiċċir ta’ annimali li jipproduċu l-ikel.

4.   Il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fir-riċerka fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali b’rabta mat-tnissil tal-annimali u mat-trattament tal-annimali fl-irziezet, matul it-trasport u waqt it-tbiċċir.

Artikolu 85

Kooperazzjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi

1.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu qafas għal djalogu u għal kooperazzjoni bl-għan li jsaħħu l-ġlieda kontra l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li r-reżistenza għall-antimikrobiċi hija theddida serja għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. L-użu ħażin ta’ antimikrobiċi fil-produzzjoni tal-annimali, inkluż l-użu mhux terapewtiku, jista’ jikkontribwixxi għal reżistenza għall-antimikrobiċi li tista’ tirrappreżenta riskju għall-ħajja tal-bniedem. Il-Partijiet jirrikonoxxu li n-natura tat-theddida teħtieġ approċċ transnazzjonali u approċċ “Saħħa Waħda”.

3.   Bl-għan li jiġġieldu kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkooperaw fuq livell internazzjonali ma’ programmi ta’ ħidma reġjonali jew multilaterali sabiex inaqqsu l-użu mhux meħtieġ tal-antibijotiċi fil-produzzjoni tal-annimali u jaħdmu lejn il-waqfien tal-użu tal-antibijotiċi bħal promoturi tat-tkabbir fuq livell internazzjonali bil-għan li tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”, u f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Globali.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkollaboraw fl-iżvilupp ta’ linji gwida, ta’ standards, ta’ rakkomandazzjonijiet u ta’ azzjonijiet internazzjonali f’organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti li għandhom l-għan li jippromwovu l-użu prudenti u responsabbli tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-annimali u fil-prattiki veterinarji.

5.   Id-djalogu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri, fost l-oħrajn:

(a)

il-kollaborazzjoni sabiex jingħata segwitu għal linji gwida, għal standards, għal rakkomandazzjonijiet u għal azzjonijiet eżistenti u futuri żviluppati f’organizzazzjonijiet internazzjonali, u f’inizjattivi u pjanijiet nazzjonali eżistenti u futuri rilevanti li għandhom l-għan li jippromwovu l-użu prudenti u responsabbli tal-antibijotiċi u relatati mal-produzzjoni tal-annimali u mal-prattiki veterinarji;

(b)

il-kollaborazzjoni fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OIE, tad-WHO u tal-Codex, b’mod partikolari CAC-RCP61/2005;

(c)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiki agrikoli tajbin;

(d)

il-promozzjoni tar-riċerka, tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp;

(e)

il-promozzjoni ta’ approċċi multidixxiplinari għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, inkluż l-approċċ “Saħħa Waħda” tad-WHO, tal-OIE u tal-Codex.

Artikolu 86

Sistemi sostenibbli tal-ikel

Kull Parti għandha tħeġġeġ lis-servizzi tagħha tas-sikurezza tal-ikel, tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti sabiex jikkooperaw mal-kontropartijiet tagħhom fil-Parti l-oħra bil-għan li jippromwovu metodi sostenibbli għall-produzzjoni tal-ikel u sistemi sostenibbli tal-ikel.

Artikolu 87

Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji

Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji għandu jissorvelja l-implimentazzjoni u l-operat ta’ dan il-Kapitolu u għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

minnufih jiċċara u jindirizza, fejn possibbli, kwalunkwe kwistjoni li Parti tqajjem b’rabta mal-iżvilupp, mal-adozzjoni jew mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti, l-istandards u r-rakkomandazzjonijiet sanitarji u fitosanitarji skont dan il-Kapitolu jew il-Ftehim SPS;

(b)

jiddiskuti l-proċessi li għaddejjin dwar l-iżvilupp ta’ regolamenti ġodda;

(c)

jiddiskuti malajr kemm jista’ jkun it-tħassib espress minn Parti fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ importazzjoni SPS applikati mill-Parti l-oħra;

(d)

jirrevedi regolarment il-miżuri SPS tal-Partijiet, inklużi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u l-proċessi ta’ approvazzjoni tal-fruntieri, u l-applikazzjoni tagħhom, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet, skont il-prinċipji, l-objettivi u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim SPS. Kull Parti għandha tidentifika x’azzjoni xierqa se tieħu, inkluż fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u fiżiċi, filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ dan ir-rieżami u abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness 10 ta' dan il-Ftehim:

(e)

jiskambja fehmiet, informazzjoni u esperjenzi fir-rigward tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tal-benesseri tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika mwettqa skont l-Artikoli 84 u 85;

(f)

meta jintalab minn Parti, jikkunsidra x’jikkostitwixxi bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-mard jew tal-pest imsemmija fl-Artikolu 78(9);

(g)

jadotta deċiżjonijiet biex:

(i)

jiżdiedu d-definizzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 71;

(ii)

jiġu definiti l-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 74(2);

(iii)

jiġu definiti d-dettalji għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 78(1);

(iv)

jiġu stabbiliti modi oħra ta’ appoġġ għall-ispjegazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 78(5) u (7).

KAPITOLU 4

OSTAKLI TEKNIĊI GĦALL-KUMMERĊ

Artikolu 88

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jiffaċilita l-kummerċ fil-merkanzija bejn il-Partijiet billi jipprevjeni, jidentifika u jelimina ostakli tekniċi mhux meħtieġa għall-kummerċ.

Artikolu 89

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għall-preparazzjoni, għall-adozzjoni u għall-applikazzjoni tal-istandards, tar-regolamenti tekniċi, u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità kollha, li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ tal-merkanzija bejn il-Partijiet.

2.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal:

(a)

speċifikazzjonijiet ta’ xiri mħejjija minn korpi governattivi għar-rekwiżiti tal-produzzjoni jew tal-konsum ta’ dawn il-korpi; jew

(b)

miżuri SPS li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu.

3.   L-Annessi ta’ dan il-Kapitolu japplikaw, minbarra dan il-Kapitolu, fir-rigward ta’ prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-Annessi. Kwalunkwe dispożizzjoni f'Anness għal dan il-Kapitolu li standard jew korp jew organizzazzjoni internazzjonali għandhom jitqiesu jew jiġu rikonoxxuti bħala rilevanti ma għandhiex iżżomm lil standard żviluppat minn kwalunkwe korp ieħor jew organizzazzjoni oħra milli jitqies bħala standard internazzjonali rilevanti skont l-Artikolu 91(4) u (5).

Artikolu 90

Relazzjoni mal-Ftehim dwar l-OTK

1.   L-Artikoli 2 sa 9 u l-Annessi minn 1 u 3 tal-Ftehim dwar l-OTK huma inkorporati f’dan il-Ftehim u saru parti minnu, mutatis mutandis.

2.   It-termini msemmija f’dan il-Kapitolu u fl-Annessi ta’ dan il-Kapitolu għandu jkollhom l-istess tifsira li għandhom fil-Ftehim dwar l-OTK.

Artikolu 91

Regolamenti tekniċi

1.   Kull Parti għandha twettaq valutazzjonijiet tal-impatt tar-regolamenti tekniċi ppjanati f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħha. Ir-regoli u l-proċeduri msemmija f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 8 jistgħu jipprevedu eċċezzjonijiet.

2.   Kull Parti għandha tivvaluta l-alternattivi regolatorji u mhux regolatorji disponibbli għar-regolament tekniku propost li jistgħu jilħqu l-objettivi leġittimi tal-Parti, f’konformità mal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-OTK.

3.   Kull Parti għandha tuża l-istandards internazzjonali rilevanti bħala bażi għar-regolamenti tekniċi tagħha ħlief meta tkun tista’ turi li tali standards internazzjonali jkunu mezz ineffettiv jew mhux xieraq għall-ilħuq tal-objettivi leġittimi segwiti.

4.   L-istandards internazzjonali żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) u l-Kummissjoni Codex Alimentarius (Codex) għandhom ikunu l-istandards internazzjonali rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, l-Artikolu 5 u l-Anness 3 tal-Ftehim dwar l-OTK.

5.   Standard żviluppat minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra jista’ wkoll jitqies bħala standard internazzjonali rilevanti fis-sens tal-Artikolu 2, l-Artikolu 5 u l-Anness 3 tal-Ftehim dwar l-OTK, dment li:

(a)

ikun ġie żviluppat minn korp ta’ standardizzazzjoni li jfittex jistabbilixxi kunsens jew:

(i)

fost id-delegazzjonijiet nazzjonali tal-Membri parteċipanti tad-WTO li jirrappreżentaw il-korpi nazzjonali kollha ta’ standardizzazzjoni fit-territorju tagħhom li adottaw, jew jistennew li jadottaw, standards dwar il-materja li magħħa hija relatata l-attività ta’ standardizzazzjoni internazzjonali, jew,

(ii)

fost il-korpi governattivi tal-Membri parteċipanti tad-WTO; u

(b)

ikun ġie żviluppat skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat tad-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ dwar il-Prinċipji għall-Iżvilupp ta’ Standards Internazzjonali, Gwidi u Rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Artikoli 2, 5 u l-Anness 3 tal-Ftehim dwar l-OTK (4).

6.   Fejn Parti ma tużax l-istandards internazzjonali bħala bażi għal regolament tekniku, jekk tintalab mill-Parti l-oħra, hija għandha tidentifika kwalunkwe devjazzjoni sostanzjali mill-istandard internazzjonali rilevanti, tispjega r-raġunijiet għaliex dawn l-istandards ġew iġġudikati bħala mhux xierqa jew ineffettivi għall-objettiv segwit, u tipprovdi l-evidenza xjentifika jew teknika li fuqha kienet ibbażata dik il-valutazzjoni.

7.   Kull Parti għandha tirrieżamina r-regolamenti tekniċi tagħha sabiex iżżid il-konverġenza ta’ dawn ir-regolamenti tekniċi mal-istandards internazzjonali rilevanti, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, kwalunkwe żvilupp ġdid fl-istandards internazzjonali rilevanti jew kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkustanzi li jkunu wasslu għal diverġenza minn kwalunkwe standards internazzjonali rilevanti.

8.   F’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħha u mingħajr preġudizzju għat-Titolu X ta' din l-Intestatura, meta tkun qed tiżviluppa regolament tekniku ewlieni li jista’ jkollu effett sinifikanti fuq il-kummerċ, kull Parti għandha tiżgura li jkunu jeżistu proċeduri li jippermettu lill-persuni jesprimu l-opinjoni tagħhom f’konsultazzjoni pubblika, ħlief meta jinqalgħu jew ikun hemm riskju li jinqalgħu problemi urġenti relatati mas-sikurezza, mas-saħħa, mal-ambjent jew mas-sigurtà nazzjonali. Kull Parti għandha tippermetti lill-persuni tal-Parti l-oħra jipparteċipaw f’tali konsultazzjoni f’termini mhux anqas favorevoli minn dawk mogħtija liċ-ċittadini tagħha stess, u għandha tagħmel ir-riżultati ta’ dawk il-konsultazzjonijiet pubbliċi.

Artikolu 92

Standards

1.   Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-korpi ta’ standardizzazzjoni stabbiliti fit-territorju tagħha, kif ukoll lill-korpi ta’ standardizzazzjoni reġjonali li tagħhom tkun membru Parti jew il-korpi ta’ standardizzazzjoni stabbiliti fit-territorju tagħha:

(a)

sabiex jipparteċipaw, fil-limiti tar-riżorsi tagħhom, fit-tħejjija tal-istandards internazzjonali mill-korpi internazzjonali ta’ standardizzazzjoni rilevanti;

(b)

sabiex jużaw l-istandards internazzjonali bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief meta t-tali standards internazzjonali jkunu ineffettivi jew mhux adatti, pereżempju minħabba livell insuffiċjenti ta’ protezzjoni, fatturi klimatiċi jew ġeografiċi fundamentali jew problemi teknoloġiċi fundamentali;

(c)

sabiex jevitaw milli jagħmlu l-istess xogħol, jew milli jidħlu fi trikkib fuq ix-xogħol tal-korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

(d)

sabiex jirrieżaminaw f’intervalli regolari l-istandards nazzjonali u reġjonali li ma jkunux ibbażati fuq l-istandards internazzjonali rilevanti, bl-għan li jżidu l-konverġenza ta’ dawk l-istandards ma’ standards internazzjonali rilevanti;

(e)

sabiex jikkooperaw mal-korpi rilevanti ta’ standardizzazzjoni tal-Parti l-oħra f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni internazzjonali, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni fil-korpi internazzjonali ta’ standardizzazzjoni jew fil-livell reġjonali;

(f)

sabiex irawmu kooperazzjoni bilaterali bejn il-korpi ta’ standardizzazzjoni tal-Parti l-oħra; kif ukoll

(g)

sabiex jiskambjaw informazzjoni bejn il-korpi ta’ standardizzazzjoni.

2.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar:

(a)

l-użu tagħhom tal-istandards b’sostenn tar-regolamenti tekniċi; kif ukoll

(b)

il-proċessi ta’ standardizzazzjoni rispettivi tagħhom, u l-firxa ta’ kemm jużaw l-istandards internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali bħala bażi għall-istandards nazzjonali tagħhom.

3.   Fejn isiru obbligatorji standards f’abbozz ta’ regolament tekniku jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, permezz tal-inkorporazzjoni jew tar-referenza, għandhom japplikaw l-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 94 u fl-Artikolu 2 jew 5 tal-Ftehim dwar l-OTK.

Artikolu 93

Valutazzjoni tal-konformità

1.   L-Artikolu 91 dwar it-tħejjija, l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ regolamenti tekniċi għandu japplika wkoll għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, mutatis mutandis.

2.   Fejn Parti tkun teħtieġ valutazzjoni tal-konformità bħala assigurazzjoni pożittiva li prodott ikun konformi ma’ regolament tekniku, hija għandha:

(a)

tagħżel proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu proporzjonati għar-riskji involuti kif iddeterminat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju;

(b)

tqis bħala prova tal-konformità mar-regolamenti tekniċi l-użu tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-fornitur, jiġifieri dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa mill-manifattur taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur mingħajr valutazzjoni obbligatorja ta’ terza persuna, bħala garanzija tal-konformità fost l-għażliet għall-wiri tal-konformità mar-regolamenti tekniċi;

(c)

fejn tintalab tagħmel hekk mill-Parti l-oħra, tipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji użati sabiex tagħżel il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal prodotti speċifiċi.

3.   Fejn Parti tkun teħtieġ valutazzjoni tal-konformità ta’ terza persuna bħala garanzija pożittiva li prodott ikun konformi ma’ regolament tekniku u hija ma tkunx irriżervat dan il-kompitu għal awtorità governattiva kif speċifikat fil-paragrafu 4, hija għandha:

(a)

tuża akkreditament, kif xieraq, bħala mezz biex tintwera kompetenza teknika għall-kwalifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità; Mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha li tistabbilixxi rekwiżiti għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, kull Parti tirrikonoxxi r-rwol siewi li l-akkreditazzjoni operata b’awtorità derivata mill-gvern u fuq bażi mhux kummerċjali jista’ jkollha fil-kwalifikazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

tuża l-istandards internazzjonali rilevanti għall-akkreditazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità;

(c)

tħeġġeġ lill-korpi ta’ akkreditazzjoni u lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinsabu fit-territorju tagħha sabiex jissieħbu fi kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali rilevanti li jiffunzjona għall-armonizzazzjoni jew għall-faċilitazzjoni tal-aċċettazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

jekk żewġ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jew aktar ikunu awtorizzati minn Parti sabiex iwettqu proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità meħtieġa għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott, tiżgura li l-operaturi ekonomiċi jkollhom għażla fost il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità iddeżinjati mill-awtoritajiet ta’ Parti għal prodott partikolari jew għal sett ta’ prodotti;

(e)

tiżgura li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu indipendenti mill-manifatturi, mill-importaturi u mill-operaturi ekonomiċi b’mod ġenerali u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess bejn il-korpi tal-akkreditazzjoni u l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(f)

tippermetti lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jużaw sottokuntratturi sabiex iwettqu ttestjar jew spezzjonijiet fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità, inklużi sottokuntratturi li jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra, u tista’ titlob lis-sottokuntratturi jissodisfaw l-istess rekwiżiti li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jeħtieġlu jissodisfa sabiex iwettaq tali ttestjar jew spezzjonijiet huwa stess; u

(g)

tippubblika fuq sit web wieħed lista tal-korpi li tkun iddeżinjat sabiex twettaq tali valutazzjoni tal-konformità u l-informazzjoni rilevanti dwar l-ambitu tad-deżinjazzjoni ta’ kull korp bħal dan.

4.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jipprekludi lil Parti milli teħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ prodotti speċifiċi titwettaq mill-awtoritajiet governattivi speċifikati tagħha. Jekk Parti teħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità titwettaq mill-awtoritajiet governattivi speċifikati tagħha, dik il-Parti għandha:

(a)

tillimita t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità għall-kost approssimattiv tas-servizzi mogħtija u, fuq talba ta’ applikant għal valutazzjoni tal-konformità, tispjega kif kwalunkwe tariffa li timponi għal din il-valutazzjoni tal-konformità tkun limitata għall-kost approssimattiv tas-servizzi mogħtija; kif ukoll

(b)

tagħmel disponibbli għall-pubbliku t-tariffi tal-valutazzjoni tal-konformità.

5.   Minkejja l-paragrafi 2 sa 4, kull Parti għandha taċċetta d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-fornitur bħala prova ta’ konformità mar-regolamenti tekniċi tagħha f’dawk l-oqsma ta’ prodotti fejn tagħmel dan fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

6.   Kull Parti għandha tippubblika u żżomm lista tal-oqsma tal-prodott imsemmija fil-paragrafu 5 għal skopijiet ta’ informazzjoni, flimkien mar-referenzi għar-regolamenti tekniċi applikabbli.

7.   Minkejja l-paragrafu 5, kull Parti tista’ tintroduċi rekwiżiti għall-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni obbligatorji ta’ terza persuna għall-oqsma tal-prodotti msemmija f’dak il-paragrafu, dment li dawn ir-rekwiżiti jkunu ġġustifikati abbażi ta’ objettivi leġittimi u jkunu proporzjonati għall-iskop li jagħtu lill-Parti importatriċi kunfidenza adegwata li l-prodotti jikkonformaw mar-regolamenti jew mal-istandards tekniċi applikabbli, filwaqt li jitqiesu r-riskji li jkun joħloq in-nuqqas ta’ konformità.

8.   Parti li tipproponi li tintroduċi l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 7 għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi stadju bikri u għandha tqis il-kummenti tal-Parti l-oħra fit-tfassil ta’ kwalunkwe tali proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 94

Trasparenza

1.   Ħlief fejn jinqalgħu jew jheddu li jinqalgħu problemi urġenti ta’ sikurezza, tas-saħħa, ta’ ħarsien tal-ambjent jew tas-sigurtà nazzjonali, kull Parti għandha tippermetti lill-Parti l-oħra tipprovdi kummenti bil-miktub dwar ir-regolamenti tekniċi u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità proposti notifikati fi żmien perjodu ta’ mill-inqas 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tan-notifika ta’ tali regolamenti jew proċeduri lir-Reġistru Ċentrali tan-Notifiki tad-WTO. Parti għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva għal kull talba raġonevoli għall-estensjoni ta’ dak il-perjodu għall-kummenti.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi l-verżjoni elettronika tat-test notifikat sħiħ flimkien man-notifika. F’każ li t-test notifikat ma jkunx miktub b’waħda mil-lingwi uffiċjali tad-WTO, il-Parti li tinnotifika għandha tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u komprensiva tal-kontenut tal-miżura fil-format tan-notifika tad-WTO.

3.   Jekk Parti tirċievi kummenti bil-miktub dwar ir-regolament tekniku propost tagħha jew il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-Parti l-oħra, din għandha:

(a)

jekk mitluba mill-Parti l-oħra, tiddiskuti l-kummenti bil-miktub bil-parteċipazzjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti tagħha, fi żmien meta jkunu jistgħu jitqiesu; kif ukoll

(b)

twieġeb bil-miktub għall-kummenti mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni tar-regolament tekniku jew tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.

4.   Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tippubblika fuq sit web it-tweġibiet tagħha għall-kummenti li tirċievi wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni tar-regolament tekniku adottat jew tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.

5.   Kull Parti għandha, fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi informazzjoni dwar l-objettivi, il-bażi ġuridika u l-ħsieb wara kwalunkwe regolament tekniku jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li l-Parti tkun adottat jew tkun qiegħda tipproponi li tadotta.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li r-regolamenti tekniċi u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li tkun adottat jiġu ppubblikati fuq sit web li jkun aċċessibbli mingħajr ħlas.

7.   Kull Parti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ regolamenti tekniċi jew ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u tat-testi finali adottati permezz ta’ addendum għan-notifika oriġinali lid-WTO.

8.   Kull Parti għandha tħalli intervall raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni ta’ regolamenti tekniċi u d-dħul fis-seħħ tagħhom sabiex l-operaturi ekonomiċi tal-Parti l-oħra jingħataw żmien biżżejjed sabiex jadattaw. "Intervall raġonevoli" tfisser perjodu ta' mill-inqas sitt xhur, sakemm dan ma jkunx ineffettiv sabiex jintlaħqu l-objettivi leġittimi segwiti.

9.   Parti għandha tqis b’mod pożittiv talba raġonevoli mill-Parti l-oħra, li tkun ġiet riċevuta qabel tmiem il-perjodu ta’ kummenti stabbilit fil-paragrafu 1, sabiex testendi l-perjodu ta’ żmien bejn l-adozzjoni tar-regolament tekniku u d-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief fejn id-dewmien ikun ineffettiv sabiex jintlaħqu l-objettivi leġittimi segwiti.

10.   Kull Parti għandha tiżgura li l-punt ta’ kuntatt għall-mistoqsijiet stabbilit taħt l-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar l-OTK jipprovdi informazzjoni u tweġibiet f’waħda mil-lingwi uffiċjali tad-WTO għal domandi raġonevoli mill-Parti l-oħra jew mingħand persuni interessati tal-Parti l-oħra dwar regolamenti tekniċi u proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità adottati.

Artikolu 95

Imarkar u tikkettar

1.   Ir-regolamenti tekniċi ta’ Parti jistgħu jinkludu jew jindirizzaw esklussivament rekwiżiti obbligatorji ta’ mmarkar jew ta’ tikkettar. F’każijiet bħal dawn, il-prinċipji tal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-OTK japplikaw għal dawn ir-regolamenti tekniċi.

2.   Fejn Parti teħtieġ immarkar jew tikkettar obbligatorju ta’ prodotti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

għandha titlob biss informazzjoni li tkun rilevanti għall-konsumaturi jew għall-utenti tal-prodott jew li tindika li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi obbligatorji;

(b)

ma għandhiex teħtieġ approvazzjoni, reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni minn qabel tat-tikketti jew tal-marki tal-prodotti, u lanqas xi żborż ta’ tariffi, bħala prekondizzjoni għat-tqegħid fis-suq minnha ta’ prodotti li, kieku, huma konformi mar-rekwiżiti tekniċi obbligatorji tagħha, sakemm dan ma jkunx neċessarju fid-dawl tal-objettivi leġittimi;

(c)

jekk il-Parti tkun tesiġi l-użu ta’ numru ta’ identifikazzjoni uniku mill-operaturi ekonomiċi, hija għandha toħroġ tali numru lill-operaturi ekonomiċi tal-Parti l-oħra mingħajr dewmien bla bżonn u fuq bażi mhux diskriminatorja;

(d)

sakemm l-informazzjoni elenkata fil-punt (i), (ii) jew (iii) ma tkunx qarrieqa, kontradittorja jew li toħloq konfużjoni b’rabta mal-informazzjoni li l-Parti importatriċi teħtieġ fir-rigward tal-merkanzija, il-Parti importatriċi għandha tippermetti:

(i)

informazzjoni b’lingwi oħra flimkien mal-lingwa meħtieġa mill-Parti importatriċi tal-merkanzija;

(ii)

nomenklaturi, pittogrammi, simboli jew grafiki aċċettati internazzjonalment; u

(iii)

informazzjoni addizzjonali ma’ dik meħtieġa fil-Parti importatriċi tal-merkanzija;

(e)

għandha taċċetta li t-tikkettar, inkluż it-tikkettar supplimentari jew il-korrezzjonijiet għat-tikkettar, iseħħu, fi mħażen doganali jew f’żoni ddeżinjati oħra fil-pajjiż tal-importazzjoni bħala alternattiva għat-tikkettar fil-pajjiż tal-oriġini sakemm tali tikkettar ma jkunx meħtieġ li jitwettaq minn persuni approvati għal raġunijiet ta’ saħħa jew ta’ sigurtà pubblika; u

(f)

sakemm ma tqisx li l-objettivi leġittimi jistgħu jiġu mminati, din għandha tagħmel ħilitha sabiex taċċetta l-użu ta’ tikketti mhux permanenti jew li jinqalgħu, jew marki jew tikkettar fid-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament, minflok ma teħtieġ tikketti jew immarkar imwaħħla fiżikament mal-prodott.

Artikolu 96

Kooperazzjoni fis-sorveljanza tas-suq u fis-sikurezza u l-konformità tal-prodotti mhux tal-ikel

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni fis-sorveljanza tas-suq, fil-konformità u fis-sikurezza tal-prodotti mhux tal-ikel għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u għall-protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ utenti oħra, u l-importanza tal-bini ta’ fiduċja reċiproka bbażata fuq informazzjoni kondiviża.

2.   Sabiex jiggarantixxu l-funzjonament indipendenti u imparzjali tas-sorveljanza tas-suq, il-Partijiet għandhom jiżguraw:

(a)

is-separazzjoni tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq mill-funzjonijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità; kif ukoll

(b)

in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jaffettwa l-imparzjalità tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kontroll tagħhom jew tas-superviżjoni tal-operaturi ekonomiċi.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u tal-konformità tal-prodotti mhux tal-ikel, li tista’ tinkludi b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

attivitajiet u miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar;

(b)

metodi ta’ valutazzjoni tar-riskju u ttestjar tal-prodotti;

(c)

sejħiet lura koordinati ta’ prodotti mis-suq jew azzjonijiet simili oħra;

(d)

kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi u regolatorji, sabiex itejbu s-sikurezza u l-konformità tal-prodotti mhux tal-ikel;

(e)

kwistjonijiet emerġenti ta’ rilevanza sinifikanti għas-saħħa u għas-sikurezza;

(f)

attivitajiet relatati mal-istandardizzazzjoni;

(g)

tpartit ta’ uffiċċjali;

4.   Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jagħmel ħiltu kollha biex jistabbilixxi fl-Anness 16, mill-aktar fis possibbli u preferibbilment fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, arranġament għall-iskambju regolari ta’ informazzjoni bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni Rapida għall-prodotti mhux tal-ikel (RAPEX), jew is-suċċessur tagħha, u l-bażi tad-data relatata mas-sorveljanza tas-suq u mas-sikurezza tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2005 dwar is-Sikurezza tal-Prodotti, jew is-suċċessur tagħhom, dwar is-sikurezza ta’ prodotti mhux tal-ikel u miżuri preventivi, restrittivi u korrettivi relatati.

L-arranġament għandu jistabbilixxi l-modalitajiet li fihom:

(a)

l-Unjoni għandha tipprovdi lir-Renju Unit b’informazzjoni magħżula mis-sistema ta’ informazzjoni tagħha RAPEX, jew mis-suċċessur tagħha, kif imsemmi fid-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti, jew is-suċċessur tagħha;

(b)

ir-Renju Unit għandu jipprovdi lill-Unjoni b’informazzjoni magħżula mill-bażi tad-data tiegħu relatata mas-sorveljanza tas-suq u mas-sikurezza tal-prodotti, stabbilita skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2005 dwar is-Sikurezza tal-Prodotti, jew is-suċċessur tagħhom; u

(c)

il-Partijiet għandhom jinformaw lil xulxin dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu u miżura meħuda b’rispons għall-informazzjoni skambjata.

5.   Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jistabbilixxi fl-Anness 17 arranġament dwar l-iskambju regolari ta’ informazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi, dwar miżuri meħuda fuq prodotti mhux tal-ikel mhux konformi, minbarra dawk koperti mill-paragrafu 4.

6.   Kull Parti għandha tuża l-informazzjoni miksuba skont il-paragrafi 3, 4 u 5 għall-iskop uniku tal-protezzjoni tal-konsumaturi, tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-ambjent.

7.   Kull Parti għandha tittratta l-informazzjoni miksuba skont il-paragrafi 3, 4 u 5 bħala kunfidenzjali.

8.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ informazzjoni li trid tiġi skambjata, il-modalitajiet għall-iskambju u l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta’ data personali. Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet sabiex jiddetermina jew jemenda l-arranġamenti stabbiliti fl-Annessi 16 u 17.

9.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "sorveljanza tas-suq" tfisser attivitajiet imwettqa u miżuri meħuda mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar, inkluż l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda f’kooperazzjoni ma’ operaturi ekonomiċi, abbażi tal-proċeduri ta’ Parti biex tippermetti lil dik il-Parti timmonitorja jew tindirizza s-sikurezza tal-prodotti u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha.

10.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe miżura meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew tal-infurzar tagħha biex tirtira jew issejjaħ lura mis-suq tagħha jew biex tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq tagħha ta’ prodott importat mit-territorju tal-Parti l-oħra, għal raġunijiet relatati man-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, tkun proporzjonata, tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom hija bbażata l-miżura u tiġi komunikata mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti.

Artikolu 97

Diskussjonijiet tekniċi

1.   Jekk Parti tqis li abbozz jew proposta ta’ regolament tekniku jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-Parti l-oħra jista’ jkollha effett sinifikanti fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet, din tista’ titlob diskussjonijiet tekniċi dwar il-kwistjoni. It-talba għandha ssir bil-miktub lill-Parti l-oħra u għandha tidentifika:

(a)

il-miżura inkwistjoni;

(b)

id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jew ta’ Anness ta’ dan il-Kapitolu li miegħu huwa relatat it-tħassib; kif ukoll

(c)

ir-raġunijiet għat-talba, inkluża deskrizzjoni tat-tħassib tal-Parti rikjedenti dwar il-miżura.

2.   Parti għandha tibgħat it-talba tagħha lill-punt ta’ kuntatt tal-Parti l-oħra ddeżinjat skont l-Artikolu 99.

3.   Fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, il-Partijiet għandhom jiltaqgħu sabiex jiddiskutu t-tħassib imqajjem fit-talba, personalment jew permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza, fi żmien 60 jum mid-data tat-talba u għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jirriżolvu l-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun. Jekk Parti rikjedenti temmen li l-kwistjoni tkun urġenti, tista’ titlob li kwalunkwe laqgħa ssir f’perjodu iqsar ta’ żmien. F’każijiet bħal dawn, il-Parti li twieġeb għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva għal tali talba.

Artikolu 98

Kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tar-regolamenti tekniċi, l-istandards u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, meta dan ikun fl-interess reċiproku tagħhom, u mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-ordnijiet deċiżjonali u legali rispettivi tagħhom stess. Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ jista’ jiskambja fehmiet fir-rigward tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni mwettqa skont dan l-Artikolu jew l-Annessi għal dan il-Kapitolu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom ifittxu li jidentifikaw, jiżviluppaw u jippromwovu attivitajiet ta’ kooperazzjoni ta’ interess reċiproku. Dawn l-attivitajiet jistgħu, partikolarment, jirrigwardaw:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenza u data relatata mar-regolamenti tekniċi, l-istandards u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

l-iżgurar ta’ interazzjoni u ta’ kooperazzjoni effiċjenti tal-awtoritajiet regolatorji rispettivi tagħhom f’livell internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali;

(c)

l-iskambju ta’ informazzjoni, sa fejn possibbli, dwar ftehimiet u arranġamenti internazzjonali rigward ostakli tekniċi għall-kummerċ li għalihom hi Parti waħda mill-Partijiet jew it-tnejn li huma. kif ukoll

(d)

l-istabbiliment ta’ inizjattivi li jiffaċilitaw il-kummerċ jew il-parteċipazzjoni fihom.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni skont l-Annessi ta’ dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni Ewropea għandha taġixxi f’isem l-Unjoni.

Artikolu 99

Punti ta’ kuntatt

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiddeżinja punt ta’ kuntatt għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta’ kuntatt, għall-punt ta’ kuntatt, inkluża informazzjoni dwar l-uffiċjali rilevanti. Il-Partijiet minnufih għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kwalunkwe tibdil f’dawk id-dettalji ta’ kuntatt.

2.   Il-punt ta’ kuntatt għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni mitluba mill-punt ta’ kuntatt tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u, jekk possibbli, fi żmien 60 jum mid-data tar-riċezzjoni tat-talba.

Artikolu 100

Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ

Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ għandu jissorvelja l-implimentazzjoni u l-operat ta’ dan il-Kapitolu u l-Annessi tiegħu, u għandu jiċċara u jindirizza minnufih, fejn possibbli, kwalunkwe kwistjoni mqajma minn Parti relatata mal-iżvilupp, mal-adozzjoni jew mal-applikazzjoni ta’ regolamenti tekniċi, ta’ standards u ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità skont dan il-Kapitolu jew il-Ftehim dwar l-OTK.

KAPITOLU 5

DWANA U FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ

Artikolu 101

Objettiv

L-objettivi ta’ dan il-Kapitolu huma:

(a)

li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fil-qasam tad-dwana u tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ u li jiġu appoġġati jew jinżammu, fejn rilevanti, livelli xierqa ta’ kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni u tal-prattiki doganali tagħhom bl-għan li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri rilevanti, kif ukoll il-kapaċità amministrattiva tal-amministrazzjonijiet rilevanti, jissodisfaw l-objettivi ta’ promozzjoni tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ filwaqt li jiżguraw kontrolli doganali effettivi u l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni doganali u tal-liġijiet u tar-regolamenti relatati mal-kummerċ, il-protezzjoni xierqa tas-sigurtà u tas-sikurezza taċ-ċittadini u r-rispett tal-projbizzjonijiet u tar-restrizzjonijiet u tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet;

(b)

li jissaħħu l-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Partijiet fil-qasam tal-VAT u l-assistenza reċiproka fil-pretensjonijiet relatati mat-taxxi u mad-dazji;

(c)

li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni ta’ kull Parti ma tkunx diskriminatorja u li l-proċeduri doganali jkunu bbażati fuq l-użu ta’ metodi moderni u kontrolli effettivi għall-ġlieda kontra l-frodi u li jiġi promoss il-kummerċ leġittimu; u

(d)

li jiġi żgurat li l-objettivi leġittimi tal-ordni pubbliku, inkluż b’rabta mas-sigurtà, mas-sikurezza u mal-ġlieda kontra l-frodi ma jiġu kompromessi bl-ebda mod.

Artikolu 102

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu u tal-Anness 18 u l-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali u l-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u dazji, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"Ftehim dwar l-Ispezzjoni ta’ Qabel it-Tagħbija" tfisser il-Ftehim dwar l-Ispezzjoni ta’ Qabel it-Tagħbija inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;

(b)

"il-Konvenzjonijiet ATA u ta’ Istanbul" tfisser il-Konvenzjoni Doganali dwar il-Carnet ATA għad-Dħul Temporanju ta’ Oġġetti li saret fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 1961 u l-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar id-Dħul Temporanju li saret fis-26 ta’ Ġunju 1990;

(c)

"Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu" tfisser il-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu;

(d)

"Mudell tad-Data Doganali tad-WCO" tfisser il-librerija ta’ komponenti tad-data u ta’ mudelli elettroniċi għall-iskambju ta’ data kummerċjali u għall-kumpilazzjoni ta’ standards internazzjonali dwar data u informazzjoni użati fl-applikazzjoni tal-faċilitazzjoni u tal-kontrolli regolatorji fil-kummerċ globali, kif ippubblikata mit-Tim tal-Proġett tal-Mudelli tad-Data tad-WCO minn żmien għal żmien;

(e)

"leġiżlazzjoni doganali" tfisser kull dispożizzjoni legali jew regolatorja applikabbli fit-territorji tal-Partijiet, li tirregola d-dħul jew l-importazzjoni, il-ħruġ jew l-esportazzjoni, it-tranżitu tal-merkanzija u t-tqegħid ta’ merkanzija skont xi reġim jew proċedura doganali oħra, inklużi l-miżuri ta’ projbizzjoni, ta’ restrizzjoni u ta’ kontroll;

(f)

"informazzjoni" tfisser kwalunkwe data, dokument, immaġni, rapport, komunikazzjoni jew kopja awtentikata, fi kwalunkwe format, inkluż f’format elettroniku, kemm jekk ipproċessata jew analizzata kif ukoll jekk le;

(g)

"persuna" tfisser kwalunkwe persuna kif definita fil-punt (l) tal-Artikolu 512 (5);

(h)

"Qafas SAFE" tfisser il-Qafas SAFE ta’ Standards li Jiżguraw u Jiffaċilitaw il-Kummerċ Globali adottat fis-Sessjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali f’Ġunju 2005 fi Brussell u kif aġġornat minn żmien għal żmien; u

(i)

"Ftehim tad-WTO ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ" tfisser il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ mehmuż mal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim tad-WTO (deċiżjoni tas-27 ta’ Novembru 2014).

Artikolu 103

Kooperazzjoni doganali

1.   L-awtoritajiet rilevanti tal-Partijiet għandhom jikkooperaw f’materji doganali bl-għan li jappoġġaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 101, filwaqt li jqisu r-riżorsi tal-awtoritajiet rispettivi tagħhom. Għall-fini ta’ dan it-Titolu, tapplika l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-Simplifikazzjoni tal-Formalitajiet fuq il-Kummerċ fil-Merkanzija.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw kooperazzjoni, inkluż fl-oqsma li ġejjin:

(a)

jiskambjaw informazzjoni li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni doganali, l-implimentazzjoni tagħha, u l-proċeduri doganali; partikolarment fl-oqsma li ġejjin:

(i)

is-simplifikazzjoni u l-immodernizzar tal-proċeduri doganali;

(ii)

il-faċilitazzjoni tal-movimenti ta’ tranżitu u tat-trasportazzjoni;

(iii)

ir-relazzjonijiet mal-komunità tan-negozju; u

(iv)

is-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-ġestjoni tar-riskji;

(b)

jaħdmu flimkien fuq l-aspetti relatati mad-dwana tal-iżgurar u l-iffaċilitar tal-katina tal-provvista internazzjonali skont il-Qafas SAFE;

(c)

il-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp ta’ inizjattivi konġunti relatati mal-importazzjoni, mal-esportazzjoni u ma’ proċeduri doganali oħra inkluża l-assistenza teknika, kif ukoll l-iżgurar ta’ servizz effettiv lill-komunità tan-negozju;

(d)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tad-dwana f’organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WTO u d-WCO, u l-iskambju ta’ informazzjoni u/jew id-diskussjoni bl-għan li jistabbilixxu, fejn possibbli, pożizzjonijiet komuni f’dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali u fil-UNCTAD, fil-UNECE;

(e)

l-impenn għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tad-data tagħhom għall-importazzjoni, għall-esportazzjoni u għal proċeduri doganali oħra billi jimplimentaw standards u elementi tad-data komuni f’konformità mal-mudell tad-Data Doganali tad-WCO;

(f)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tagħhom fit-tekniki ta’ ġestjoni tar-riskju, inkluża l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u fejn xieraq, tal-informazzjoni dwar ir-riskju u tar-riżultati tal-kontrolli. Fejn ikun rilevanti u xieraq, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw ukoll ir-rikonoxximent reċiproku tat-tekniki ta’ ġestjoni tar-riskju, tal-istandards u tal-kontrolli tar-riskju u tal-miżuri tas-sigurtà doganali; il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw ukoll, fejn rilevanti u xieraq, l-iżvilupp ta’ kriterji u standards tar-riskju, miżuri ta’ kontroll u oqsma prijoritarji ta’ kontroll kompatibbli;

(g)

l-istabbiliment tar-rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati sabiex jissalvagwardjaw u jiffaċilitaw il-kummerċ;

(h)

it-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet jew aġenziji governattivi oħra fir-rigward tal-programmi ta’ Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati, li jistgħu jinkisbu, fost l-oħrajn, billi jintlaħaq qbil dwar l-ogħla standards, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-benefiċċji u tiġi minimizzata d-duplikazzjoni bla bżonn;

(i)

l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fl-operazzjonijiet doganali b’enfasi b’mod partikolari fuq l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

(j)

iż-żamma ta’ proċeduri doganali, fejn ikun xieraq u prattikabbli li jsir dan, inkluża l-applikazzjoni ta’ dokument amministrattiv uniku għad-dikjarazzjoni doganali; u

(k)

l-iskambju, fejn rilevanti u xieraq u skont l-arranġamenti li għandhom jiġu miftiehma, ta’ ċerti kategoriji ta’ informazzjoni relatata mad-dwana bejn l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet permezz ta’ komunikazzjoni strutturata u rikorrenti, għall-finijiet tat-titjib tal-ġestjoni tar-riskju u tal-effettività tal-kontrolli doganali, l-immirar tal-oġġetti f’riskju f’termini ta’ ġbir ta’ dħul jew ta’ sikurezza u sigurtà, u l-iffaċilitar tal-kummerċ leġittimu; tali skambji jistgħu jinkludu d-data ta’ dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet, bil-possibbiltà li jiġi esplorat, b’inizjattivi pilota, l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi interoperabbli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni fis-sottomissjoni ta’ tali informazzjoni. L-iskambji skont dan il-punt għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-iskambji ta’ informazzjoni li jistgħu jsiru bejn il-Partijiet skont il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.

3.   Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta’ kooperazzjoni previsti f’dan il-Ftehim, l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin b’assistenza amministrattiva reċiproka fil-kwistjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu f’konformità mal-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.

4.   Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet skont dan il-Kapitolu għandu jkun soġġett għall-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali, mutatis mutandis, kif ukoll għal kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Partijiet.

Artikolu 104

Leġiżlazzjoni u proċeduri doganali u oħrajn relatati mal-kummerċ

1.   Kull Parti għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri doganali tagħha:

(a)

ikunu konsistenti ma’ strumenti u ma’ standards internazzjonali applikabbli fil-qasam tad-dwana u tal-kummerċ, inklużi l-Ftehim tad-WTO ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-elementi sostantivi tal-Konvenzjoni Riveduta ta’ Kjoto dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija, kif ukoll il-Qafas SAFE u l-Mudell tad-Data Doganali tad-WCO;

(b)

jipprovdu l-protezzjoni u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu filwaqt li jqisu l-evoluzzjoni tal-prattiki kummerċjali permezz ta’ infurzar effettiv inkluż f’każ ta’ ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti tagħha, l-evażjoni tad-dazju u l-kuntrabandu u billi jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti leġiżlattivi;

(c)

ikunu bbażati fuq leġiżlazzjoni li tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja, tevita piżijiet mhux meħtieġa fuq l-operaturi ekonomiċi, tipprevedi aktar faċilitazzjoni għall-operaturi b’livelli għoljin ta’ konformità, inkluż trattament favorevoli fir-rigward tal-kontrolli doganali qabel ir-rilaxx tal-oġġetti, u tiżgura salvagwardji kontra l-frodi u attivitajiet illeċiti jew li jistgħu jagħmlu l-ħsara filwaqt li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-sikurezza taċ-ċittadini u rispett lejn il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet u l-interessi finanzjarji tal-partijiet; u

(d)

ikun fihom regoli li jiżguraw li kull penali li tiġi imposta għal ksur tar-regolamenti doganali jew tar-rekwiżiti proċedurali tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja u li l-impożizzjoni ta’ tali penali ma tirriżultax f’dewmien mhux ġustifikat.

Jenħtieġ li kull Parti tirrieżamina perjodikament il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri doganali tagħha. Il-proċeduri doganali jenħtieġ li jiġu applikati wkoll b’mod li jkun prevedibbli, konsistenti u trasparenti.

2.   Bl-għan li ttejjeb il-metodi ta’ ħidma, u tiżgura n-nondiskriminazzjoni, it-trasparenza, l-effiċjenza, l-integrità u l-ġustifikabbiltà tal-operazzjonijiet, kull Parti għandha:

(a)

tissimplifika u tirrieżamina r-rekwiżiti u l-formalitajiet, kull fejn ikun possibbli bl-għan li jiġu żgurati r-rilaxx u l-iżdoganar rapidi tal-oġġetti;

(b)

taħdem lejn aktar simplifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tad-data u d-dokumentazzjoni meħtieġa mid-dwana u aġenziji oħra; u

(c)

tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji kollha tal-fruntieri, kemm internament kif ukoll transfruntiera, biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ qsim tal-fruntieri u jitjieb il-kontroll, waqt li jitqiesu kontrolli konġunti fil-fruntieri fejn fattibbli u xieraq;

Artikolu 105

Rilaxx tal-merkanzija

1.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri doganali li:

(a)

jipprovdu għar-rilaxx immedjat tal-oġġetti f'perjodu li ma jkunx itwal milli jkun hemm bżonn sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha;

(b)

jipprovdu l-preżentazzjoni u l-ipproċessar elettroniċi avvanzati tad-dokumentazzjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa qabel il-wasla tal-oġġetti, biex jippermettu r-rilaxx tal-merkanzija minnufih mal-wasla jekk ma jkunx ġie identifikat l-ebda riskju permezz ta’ analiżi tar-riskju jew jekk ma jkunux se jitwettqu verifiki każwali jew verifiki oħra;

(c)

jipprovdu għall-possibbiltà, fejn xieraq u jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet, għar-rilaxx ta’ oġġetti għal ċirkolazzjoni libera fl-ewwel punt tal-wasla; u

(d)

jippermettu r-rilaxx tal-oġġetti qabel id-determinazzjoni finali tad-dazji doganali, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti, jekk tali determinazzjoni ma ssirx qabel, jew mal-wasla, jew malajr kemm jista’ jkun wara l-wasla u dment li r-rekwiżiti regolatorji l-oħra kollha jkunu ġew sodisfatti.

2.   Bħala kundizzjoni għal tali rilaxx, kull Parti tista’ teħtieġ garanzija għal kwalunkwe ammont li jkun għadu ma ġiex determinat fil-forma ta’ avall, ta’ depożitu jew ta’ strument xieraq ieħor previst fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha. Tali garanzija ma għandhiex tkun akbar mill-ammont li l-Parti tkun teħtieġ sabiex tiżgura li l-pagament tad-dazji doganali, tat-taxxi, tat-tariffi u tal-imposti finalment dovuti għall-oġġetti koperti mill-garanzija. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata meta ma tibqax meħtieġa.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganli u awtoritajiet oħra responsabbli mill-kontrolli fuq il-fruntieri u l-proċeduri marbutin mal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ oġġetti jikkooperaw ma’ xulxin u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom sabiex ikun iffaċilitat il-kummerċ u jitħaffef ir-rilaxx tal-merkanzija.

Artikolu 106

Proċeduri doganali simplifikati

1.   Kull Parti għandha taħdem favur is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-formalitajiet tagħha għall-proċeduri doganali sabiex tnaqqas iż-żmien u l-kostijiet tagħhom għan-negozjanti jew għall-operaturi, li jinkludu l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

2.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri li jippermettu lin-negozjanti jew lill-operaturi li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha jibbenefikaw minn simplifikazzjoni ulterjuri tal-proċeduri doganali. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

dikjarazzjonijiet doganali li jkun fihom sett imnaqqas ta’ data jew ta’ dokumenti ta’ sostenn;

(b)

dikjarazzjonijiet doganali perjodiċi għad-determinazzjoni u għall-pagament tad-dazji doganali u tat-taxxi li jkopru diversi importazzjonijiet f’perjodu partikolari, wara r-rilaxx ta’ dawk l-oġġetti importati;

(c)

awtovalutazzjoni u l-ħlas differit tad-dazji u t-taxxi doganali u sa wara r-rilaxx ta’ dawk l-oġġetti importati; u

(d)

l-użu ta’ garanzija b’ammont imnaqqas jew rinunzja mill-obbligu li tingħata garanzija.

3.   Fejn Parti tagħżel li tadotta waħda minn dawn il-miżuri, hija toffri, fejn jitqies xieraq u prattikabbli minn dik il-Parti u skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, dawn is-simplifikazzjonijiet lin-negozjanti kollha li jissodisfaw il-kriterji rilevanti.

Artikolu 107

Tranżitu u trasbord

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 20, għandha tapplika l-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu.

2.   Kull Parti għandha tiżgura l-faċilitazzjoni u l-kontroll effettiv ta’ operazzjonijiet ta’ trasbord u l-movimenti ta’ tranżitu mit-territorji rispettivi tagħha.

3.   Kull Parti għandha tippromwovi u timplimenta arranġamenti ta’ tranżitu reġjonali bl-għan li tiffaċilita l-kummerċ f’konformità mal-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu.

4.   Kull Parti għandha tiżgura l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-aġenziji kkonċernati kollha fit-territorji rispettivi tagħhom sabiex tiffaċilita t-traffiku fi tranżitu.

5.   Kull Parti għandha tippermetti li l-oġġetti maħsuba għall-importazzjoni jitmexxew fit-territorju tagħha taħt kontroll doganali minn uffiċċju doganali tad-dħul għal uffiċċju doganali ieħor fit-territorju tagħha minn fejn kieku l-oġġetti jiġu rilaxxati jew żdoganati.

Artikolu 108

Ġestjoni tar-riskji

1.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm sistema ta’ ġestjoni tar-riskji għall-kontrolli doganali bl-għan li tnaqqas il-probabbiltà u l-impatt ta’ avveniment li jkun jipprevjeni l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali, jikkomprometti l-interess finanzjarju tal-Partijiet jew iġib miegħu theddida għas-sigurtà u għas-sikurezza tal-Partijiet u tar-residenti tagħhom, għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-ambjent jew għall-konsumaturi.

2.   Il-kontrolli doganali, minbarra verifiki każwali, għandhom primarjament ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju tat-tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data.

3.   Kull Parti għandha tfassal u tapplika l-ġestjoni tar-riskju b’tali mod li jiġu evitati diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli, jew restrizzjonijiet moħbija għall-kummerċ internazzjonali.

4.   Kull Parti għandha tikkonċentra l-kontrolli doganali u kontrolli rilevanti oħra fuq il-fruntieri fuq kunsinni ta’ riskju għoli u għandha tħaffef ir-rilaxx ta’ kunsinni b’riskju baxx. Kull Parti tista’ wkoll tagħżel il-kunsinni għal dawn il-kontrolli fuq bażi aleatorja bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tagħha.

5.   Kull Parti għandha tibbaża l-ġestjoni tar-riskju fuq il-valutazzjoni tar-riskju permezz ta’ kriterji ta’ selettività adegwati.

Artikolu 109

Awditu ta’ wara l-iżdoganar

1.   Sabiex tħaffef ir-rilaxx tal-merkanzija, kull Parti għandha tadotta jew iżżomm awditu ta’ wara l-iżdoganar sabiex tiżgura l-konformità ma’ liġijiet u ma’ regolamenti doganali u oħrajn relatati.

2.   Kull Parti għandha tagħżel persuni u konsenji għall-awditi ta’ wara l-iżdoganar abbażi tar-riskju, u din l-għażla tista’ tinkludi l-użu ta’ kriterji ta’ selettività xierqa. Kull Parti għandha twettaq l-awditi ta’ wara l-iżdoganar b’mod trasparenti. Meta persuna tkun involuta fil-proċess tal-awditjar u jkunu nkisbu riżultati konklużivi, il-Parti għandha tinnotifika lill-persuna li r-rekord tagħha ġie awditjat bir-riżultat, bid-drittijiet u bl-obbligi tal-persuna u bir-raġunijiet għar-riżultati, mingħajr dewmien.

3.   L-informazzjoni miksuba fl-awditi ta’ wara l-iżdoganar tista’ tintuża fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji ulterjuri.

4.   Il-Partijiet għandhom, kull meta jkun prattikabbli, jużaw ir-riżultati tal-awditjar ta’ wara l-iżdoganar għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju.

Artikolu 110

Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati

1.   Kull Parti għandha tmexxi programm ta’ sħubija għall-operaturi li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fl-Anness 18.

2.   Il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu l-programmi rispettivi tagħhom għall-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati skont l-Anness 18.

Artikolu 111

Pubblikazzjoni u disponibbiltà ta’ informazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni doganali tagħha u liġijiet u regolamenti oħra tagħha relatati mal-kummerċ kif ukoll il-proċeduri amministrattivi ġenerali tagħha u l-informazzjoni rilevanti ta’ applikazzjoni ġenerali li jirrigwardaw il-kummerċ, ikunu ppubblikati u disponibbli minnufih għal kwalunkwe persuna interessata b’mod faċilment aċċessibbli, inkluż, kif xieraq, permezz tal-Internet.

2.   Kull Parti għandha tippubblika minnufih leġiżlazzjoni ġdida u proċeduri ġenerali relatati ma’ kwistjonijiet doganali u ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ kmieni kemm jista’ jkun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe tali leġiżlazzjoni jew proċedura, u għandha tippubblika minnufih kwalunkwe bidla u interpretazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni u proċeduri. Tali pubblikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

avviżi rilevanti ta’ natura amministrattiva;

(b)

il-proċeduri tal-importazzjoni, tal-esportazzjoni u tat-tranżitu (inklużi l-proċeduri tal-portijiet, tal-ajruporti, u dawk marbutin mal-punti ta’ dħul), u l-formoli u d-dokumenti meħtieġa;

(c)

ir-rati applikati tad-dazju u tat-taxxi, ta’ kull tip, imposti fuq, jew fir-rigward ta’, importazzjonijiet jew esportazzjonijiet;

(d)

tariffi u imposti li jiġu imposti minn, jew f’isem, aġenziji tal-gvern fuq, jew fir-rigward ta’, importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew it-tranżitu;

(e)

ir-regoli għall-klassifikazzjoni jew il-valutazzjoni tal-prodotti għal finijiet doganali;

(f)

il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet amministrattivi ta’ applikazzjoni ġenerali li jkollhom x’jaqsmu mar-regoli tal-oriġini;

(g)

restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet tal-importazzjoni, l-esportazzjoni jew tat-tranżitu;

(h)

id-dispożizzjonijiet dwar il-penali għall-ksur ta’ formalitajiet tal-importazzjoni, tal-esportazzjoni, jew tat-tranżitu;

(i)

proċeduri ta’ appell;

(j)

ftehimiet jew partijiet minn ftehimiet ma’ kwalunkwe pajjiż jew pajjiżi, li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjoni, mal-esportazzjoni jew mat-tranżitu;

(k)

il-proċeduri relatati mal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji;

(l)

il-ħinijiet tal-operat u proċeduri operatorji għall-uffiċċji doganali fil-portijiet u fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri; u

(m)

il-punti ta’ kuntatt għal domandi dwar informazzjoni.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li jkun hemm perjodu ta’ żmien raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni, ta’ proċeduri u ta’ tariffi jew ta’ imposti ġodda jew emendati u d-dħul fis-seħħ tagħhom;

4.   Kull Parti għandha tagħmel dawn li ġejjin disponibbli permezz tal-internet:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri tal-importazzjoni, tal-esportazzjoni u tat-tranżitu tagħha, inklużi l-proċeduri ta’ appell, li tinforma dwar il-passi prattiċi meħtieġa għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni, u għat-tranżitu;

(b)

il-formoli u d-dokumenti meħtieġa għall-importazzjoni fit-territorju ta’ dik il-Parti, għall-esportazzjoni jew għat-tranżitu minnu; u

(c)

informazzjoni ta’ kuntatt dwar il-punti ta’ kuntatt għall-mistoqsijiet.

Kull parti għandha tiżgura li d-deskrizzjonijiet, il-formoli, id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu jinżammu aġġornati.

5.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar għall-mistoqsijiet sabiex twieġeb għal mistoqsijiet mill-gvernijiet, min-negozjanti u minn partijiet interessati oħra dwar kwistjonijiet doganali u oħrajn relatati mal-kummerċ fi żmien raġonevoli. Il-Partijiet ma għandhomx jeħtieġu l-ħlas ta’ tariffa għat-tweġib tal-mistoqsijiet.

Artikolu 112

Deċiżjonijiet bil-quddiem

1.   Kull Parti għandha, permezz tal-awtoritajiet doganali tagħha, toħroġ deċiżjonijiet bil-quddiem fuq applikazzjoni mill-operaturi ekonomiċi li jistabbilixxu t-trattament li għandu jingħata lill-oġġetti konċernati. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jinħarġu bil-miktub jew f’format elettroniku f’limitu ta’ żmien u għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Parti emittenti.

2.   Id-deċiżjonijiet bil-quddiem għandhom ikunu validi għal perjodu minimu ta’ tliet snin mid-data tal-bidu tal-validità tagħhom sakemm id-deċiżjoni ma tibqax konformi mal-liġi jew ikunu nbidlu l-fatti jew iċ-ċirkustanzi li jsostnu d-deċiżjoni oriġinali.

3.   Parti tista’ tirrifjuta li toħroġ deċiżjoni bil-quddiem jekk il-kwistjoni mqajma fl-applikazzjoni tkun is-suġġett ta’ rieżami amministrattiva jew għal stħarriġ ġudizzjarju, jew jekk l-applikazzjoni ma tkunx relatata ma’ xi użu maħsub tad-deċiżjoni bil-quddiem jew ma’ kwalunkwe użu maħsub ta’ proċedura doganali. Jekk Parti tonqos milli toħroġ deċiżjoni bil-quddiem, hija għandha mill-ewwel tinnotifika lill-applikant bil-miktub, u tistipula l-fatti rilevanti u fuq liema bażi tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha.

4.   Kull Parti għandha tippubblika, tal-anqas:

(a)

ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni għal deċiżjoni bil-quddiem, inkluża l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-format;

(b)

il-perjodu ta’ żmien għall-ħruġ ta’ deċiżjoni bil-quddiem; u

(c)

it-tul ta’ żmien li fih id-deċiżjoni bil-quddiem hija valida.

5.   Jekk Parti tirrevoka, timmodifika, tinvalida jew tannulla deċiżjoni bil-quddiem, hija għandha tagħti avviż bil-miktub lill-applikant li fih tistipula l-fatti rilevanti u l-bażi għad-deċiżjoni tagħha. Parti għandha biss tirrevoka, timmodifika, tinvalida jew tannulla deċiżjoni bil-quddiem b’effett retroattiv, meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet abbażi ta’ informazzjoni mhux kompluta, mhux korretta, falza, jew qarrieqa.

6.   Deċiżjoni bil-quddiem maħruġa minn Parti għandha tkun vinkolanti għal dik il-Parti fir-rigward tal-applikant li jkun fittixha. Il-Parti tista’ tistipula li d-deċiżjoni bil-quddiem tkun vinkolanti għall-applikant.

7.   Kull Parti għandha tipprovdi, wara talba bil-miktub tad-detentur, rieżami ta’ deċiżjoni bil-quddiem jew ta’ deċiżjoni li tirrevoka, timmodifika jew tinvalida deċiżjoni bil-quddiem.

8.   Kull Parti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet bil-quddiem, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni personali u kummerċjalment kunfidenzjali.

9.   Għandhom jinħarġu deċiżjonijiet bil-quddiem fir-rigward ta’ dawn:

(a)

il-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġetti;

(b)

l-oriġini tal-oġġetti; u

(c)

kwalunkwe kwistjoni oħra li l-Partijiet jistgħu jaqblu dwarha.

Artikolu 113

Kummissarji tad-dwana

Id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri doganali ta’ Parti ma għandhomx jirrikjedu l-użu mandatorju ta’ kummissarji tad-dwana jew ta’ aġenti oħra. Kull Parti għandha tippubblika l-miżuri tagħha dwar l-użu ta’ kummissarji tad-dwana. Kull Parti għandha tapplika regoli trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, jekk u meta tagħti l-liċenzja lill-kummissarji tad-dwana.

Artikolu 114

Spezzjonijiet qabel it-tagħbija

Parti ma għandhiex teħtieġ l-użu mandatorju ta’ spezzjonijiet qabel it-tagħbija kif iddefiniti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Ispezzjonijiet Qabel it-Tagħbija, jew kwalunkwe attività ta’ spezzjoni oħra mwettqa fid-destinazzjoni, minn kumpaniji privati, qabel l-iżdoganar.

Artikolu 115

Rieżami u appell

1.   Kull Parti għandha tipprovdi proċeduri effettivi, immedjati, mhux diskriminatorji u faċilment aċċessibbli sabiex tiggarantixxi d-dritt ta’ appell kontra azzjonijiet amministrattivi, sentenzi u deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali jew ta’ awtoritajiet kompetenti oħra li jaffettwaw l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti jew oġġetti fi tranżitu.

2.   Il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)

appell amministrattiv quddiem jew rieżami minn awtorità amministrattiva ogħla jew indipendenti mill-uffiċjal, jew mill-uffiċċju li joħroġ id-deċiżjoni; u

(b)

appell ġudizzjarju jew rieżami tad-deċiżjoni.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li, f’każijiet fejn id-deċiżjoni dwar l-appell jew ir-rieżami skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 ma tingħatax fil-perjodu ta’ żmien previst fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha jew ma tingħatax mingħajr dewmien żejjed, il-petizzjonant ikollu d-dritt għal appell jew għal rieżami amministrattiv jew ġudizzjarju ulterjuri jew għal kwalunkwe rikors ieħor quddiem l-awtorità ġudizzjarja skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ dik il-Parti.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-petizzjonant jingħata r-raġunijiet għad-deċiżjoni amministrattiva sabiex il-petizzjonant ikun jista’ jirrikorri għal proċeduri ta’ appell jew ta’ stħarriġ fejn ikunu meħtieġa.

Artikolu 116

Ir-relazzjonijiet mal-komunità tan-negozju

1.   Kull Parti għandha tagħmel konsultazzjonijiet puntwali u regolari mar-rappreżentanti tal-kummerċ dwar proposti leġiżlattivi u proċeduri ġenerali relatati ma’ kwistjonijiet doganali u ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ. Għal dak il-għan, kull Parti għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa bejn l-amministrazzjonijiet u l-komunità tan-negozju.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li r-rekwiżiti u l-proċeduri doganali rispettivi tagħha jibqgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-komunità tal-kummerċ, isegwu l-aħjar prassi, u jirrestrinġu l-kummerċ mill-inqas possibbli.

Artikolu 117

Dħul temporanju

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "dħul temporanju" tfisser il-proċedura doganali li biha ċerta merkanzija, inkluż il-mezz tat-trasport, tkun tista' tiddaħħal f’territorju doganali eżentata b’mod kondizzjonali mill-pagament ta’ dazji u ta’ taxxi tal-importazzjoni u mingħajr l-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew ta’ restrizzjonijiet ta’ karattru ekonomiku, bil-kundizzjoni li l-merkanzija tkun importata għal skop speċifiku u tkun maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid f’perjodu speċifikat mingħajr ma tkun saritilha ebda bidla ħlief għal deprezzament normali minħabba l-użu magħmul minn dik il-merkanzija.

2.   Kull Parti għandha tikkonċedi d-dħul temporanju, b’ħelsien kondizzjonali totali mid-dazji u mit-taxxi tal-importazzjoni u mingħajr l-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew projbizzjonijiet ta’ karattru ekonomiku, kif previst fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha, għat-tipi ta’ merkanzija li ġejjin:

(a)

merkanzija għal wiri jew għal użu f’esibizzjonijiet, f'fieri, f'kungressi jew f'attivitajiet simili (merkanzija maħsuba għall-wiri jew dimostrazzjoni f’avveniment; merkanzija maħsuba għall-użu b’konnessjoni mal-wiri ta’ prodotti barranin f’avveniment; tagħmir li jinkludi tagħmir tal-interpretazzjoni, apparat ta’ reġistrazzjoni tal-ħoss u tal-immaġni u films ta’ karattru edukattiv, xjentifiku jew kulturali maħsuba għall-użu f’laqgħat, konferenzi jew kungressi internazzjonali); prodotti miksuba inċidentalment matul l-avveniment minn merkanzija importata temporanjament, bħala riżultat tad-dimostrazzjoni ta’ makkinarju jew apparat esibiti;

(b)

tagħmir professjonali (tagħmir għall-istampa, għax-xandir bil-ħoss jew bit-televiżjoni li huwa meħtieġ għar-rappreżentanti tal-istampa, tax-xandir jew tat-televiżjoni li jżuru t-territorju ta’ pajjiż ieħor għall-finijiet ta’ rappurtar, sabiex jittrażmettu jew jirreġistraw materjal għal programmi speċifiċi; tagħmir ċinematografiku meħtieġ għal persuna li żżur it-territorju ta’ pajjiż ieħor sabiex tagħmel film jew films speċifiċi; kwalunkwe tagħmir ieħor meħtieġ għall-eżerċizzju ta’ telefonata, negozju jew professjoni ta’ persuna li tkun qed iżżur it-territorju ta’ pajjiż ieħor biex twettaq kompitu speċifiku, dment li dan ma jkunx se jintuża għall-manifattura industrijali jew għall-ippakkjar ta’ merkanzija jew (ħlief fil-każ ta’ għodod tal-idejn) għall-isfruttament ta’ riżorsi naturali, għall-kostruzzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni ta’ bini jew għat-trasferiment tal-art u proġetti simili; apparat anċillari għat-tagħmir imsemmi hawn fuq, u aċċessorji għal dan); partijiet komponenti importati għat-tiswija ta’ tagħmir professjonali li jkunu ammessi temporanjament;

(c)

merkanzija importata b’konnessjoni ma’ operazzjoni kummerċjali iżda li l-importazzjoni tagħha fiha nnifisha ma tikkostitwix operazzjoni kummerċjali (pakketti li huma importati mimlija għar-riesportazzjoni vojta jew mimlija, jew huma importati vojta għall-esportazzjoni mill-ġdid mimlija; kontejners, kemm jekk mimlija bil-merkanzija u kemm jekk le, u aċċessorji u tagħmir għal kontejners imdaħħla temporanjament, li huma importati b’kontejner li ser jiġi esportat mill-ġdid separatament jew flimkien ma’ kontejner ieħor, jew huma importati separatament biex jiġu esportati mill-ġdid ma’ kontejner u partijiet komponenti maħsuba għat-tiswija ta’ kontejners mogħtija dħul temporanju; palits; kampjuni; filmati ta’ reklamar; merkanzija oħra importata b’konnessjoni ma’ operazzjoni kummerċjali);

(d)

merkanzija importata b’konnessjoni ma’ operazzjoni ta’ manifattura (matriċi, blokok, pjanċi, forom, tpinġijiet, pjanti, mudelli u oġġetti simili oħra; strumenti ta’ kejl, kontroll u iċċekkjar u oġġetti simili oħrajn; għodod u strumenti speċjali, importati għall-użu waqt proċess ta’ manifattura); mezzi ta’ sostituzzjoni ta’ produzzjoni (strumenti, apparat u magni magħmula disponibbli lil klijent minn fornitur jew sewwej, sakemm tasal il-kunsinna jew jissewwew oġġetti simili);

(e)

merkanzija importata esklussivament għal skopijiet edukattivi, xjentifiċi jew kulturali (tagħmir xjentifiku, materjal pedagoġiku, materjal tal-benessri għall-baħħara, u kwalunkwe merkanzija oħra importata b’rabta ma’ attivitajiet edukattivi, xjentifiċi jew kulturali); spare parts għal tagħmir xjentifiku u għal materjal pedagoġiku li jkun ingħata dħul temporanju; għodod iddisinjati apposta għall-manutenzjoni, għall-ivverifikar, għall-kejl jew għat-tiswija ta’ tali tagħmir;

(f)

ħwejjeġ personali (l-oġġetti kollha, ġodda jew użati, li vjaġġatur jista’ jeħtieġ raġonevolment għall-użu personali tiegħu jew tagħha matul il-vjaġġ, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi kollha tal-vjaġġ, iżda eskluża l-merkanzija kollha importata għal skopijiet kummerċjali); merkanzija importati għal skopijiet ta’ sport (artikoli tal-isports u oġġetti oħra għal użu minn vjaġġaturi f’logħob sportiv jew demostrazzjonijiet sportivi jew għal taħriġ fit-territorju tad-dħul temporanju);

(g)

materjal pubbliċitarju turistiku (merkanzija importata bl-iskop li jħeġġu lill-pubbliku jżur pajjiż barrani ieħor, b’mod partikolari sabiex jattendi laqgħat jew wirjiet kulturali, reliġjużi, turistiċi, sportivi jew professjonali li jsiru hemmhekk);

(h)

merkanzija importata għal skopijiet umanitarji (tagħmir mediku, kirurġiku u tal-laboratorju u kunsinni ta’ sokkors, bħal vetturi u mezzi oħra tat-trasport, kutri, tined, djar prefabbrikati jew merkanzija oħra ta’ ħtieġa primarja, mibgħuta bħala għajnuna lil dawk affettwati minn diżastri naturali u minn katastrofi simili); u

(i)

annimali importati għal skopijiet speċifiċi (dressage, taħriġ, tnissil, nagħla jew użin, trattament veterinarju, ittestjar (pereżempju, bl-għan ta’ xiri), il-parteċipazzjoni f’wirjiet, f’esibizzjonijiet, f’kompetizzjonijiet jew f’dimostrazzjonijiet, divertiment (annimali taċ-ċirklu, eċċ.), mawriet (inklużi annimali domestiċi tal-vjaġġaturi), eżerċizzju ta’ funzjoni (klieb jew żwiemel tal-pulizija; klieb rilevaturi, klieb għall-persuni neqsin mid-dawl, eċċ.), operazzjonijiet ta’ salvataġġ, transumanza jew ragħa, twettiq ta’ xogħol jew ta’ trasport, skopijiet mediċi (konsenja ta’ veleni tas-serp, eċċ.).

3.   Kull Parti għandha, għad-dħul temporanju tal-merkanzija msemmi fil-paragrafu 2 u irrispettivament mill-oriġini tagħha, taċċetta carnet kif preskritt għall-finijiet tal-Konvenzjonijiet ATA u ta’ Istanbul maħruġa fil-Parti l-oħra, approvat hemmhekk u garantit minn assoċjazzjoni li tifforma parti mill-katina internazzjonali ta’ garanzija, iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti u validu fit-territorju doganali tal-Parti importatriċi.

Artikolu 118

Punt uniku ta’ servizz

Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tistabbilixxi jew iżżomm punt uniku ta’ servizz li jippermetti lin-negozjanti jissottomettu d-dokumentazzjoni jew id-data meħtieġa għall-importazzjoni, għall-esportazzjoni, jew għat-tranżitu ta’ merkanzija permezz ta’ punt uniku ta’ kuntatt għall-awtoritajiet jew għall-aġenziji parteċipanti.

Artikolu 119

Faċilitazzjoni tat-traffiku roll-on, roll-off

1.   B’rikonoxximent tal-volum għoli ta’ qsim bil-baħar u, b’mod partikolari, tal-volum għoli ta’ traffiku roll-on, roll-off bejn it-territorji doganali rispettivi tagħhom, il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw sabiex jiffaċilitaw tali traffiku kif ukoll modi alternattivi oħra ta’ traffiku.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu:

(a)

id-dritt ta’ kull Parti li tadotta formalitajiet u proċeduri doganali li jiffaċilitaw il-kummerċ bejn il-Partijiet fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom; u

(b)

id-dritt tal-portijiet, l-awtoritajiet tal-port u l-operaturi li jaġixxu, fi ħdan l-ordnijiet legali tal-Partijiet rispettivi tagħhom, skont ir-regoli tagħhom u l-mudelli tal-operat u tan-negozju tagħhom.

3.   Għal dan il-għan, il-Partijiet:

(a)

għandhom jadottaw jew iżommu proċeduri li jippermettu l-preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni tal-importazzjoni kif ukoll ta’ informazzjoni oħra meħtieġa, inklużi l-manifesti, sabiex jibda l-ipproċessar qabel ma jaslu l-oġġetti, bl-għan li jitħaffef l-iżdoganar tal-merkanzija hekk kif tasal. u

(b)

jimpenjaw ruħhom li jiffaċilitaw l-użu mill-operaturi tal-proċedura ta’ tranżitu, inklużi s-simplifikazzjonijiet tal-proċedura ta’ tranżitu kif previst skont il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu.

4.   Il-Partijiet jiftiehmu li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali rispettivi tagħhom fuq rotot bilaterali ta’ qsim tal-baħar, u li jiskambjaw informazzjoni dwar il-funzjonament tal-portijiet li jittrattaw it-traffiku bejniethom u dwar ir-regoli u l-proċeduri applikabbli. Dawn se jippubblikaw, u jippromwovu l-għarfien mill-operaturi tal-informazzjoni dwar il-miżuri li għandhom fis-seħħ u l-proċessi stabbiliti mill-portijiet biex jiffaċilitaw tali traffiku.

Artikolu 120

Kooperazzjoni amministrattiva fil-VAT u assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ taxxi u ta’ dazji

L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiżguraw konformità mal-leġiżlazzjoni tal-VAT u sabiex jirkupraw pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u ma’ dazji f’konformità mal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u ma' dazji.

Artikolu 121

Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar Koperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini

1.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini għandu:

(a)

jwettaq konsultazzjonijiet b’mod regolari; u

(b)

fir-rigward tar-rieżami tad-dispożizzjonijiet tal-Anness18:

(i)

jivvalida b’mod konġunt il-membri tal-programmi biex jidentifikaw il-punti b’saħħithom u dawk dgħajfa fl-implimentazzjoni tal-Anness 18; u

(ii)

jiskambja skambji ta’ fehmiet dwar id-data li trid tiġi kondiviża u t-trattament tal-operaturi.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini jista’ jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet:

(a)

dwar l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mad-dwana, dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ tekniki ta’ ġestjoni tar-riskju, standards u kontrolli tar-riskju, miżuri doganali ta’ sigurtà, dwar deċiżjonijiet avvanzati, dwar approċċi komuni għall-valutazzjoni doganali u dwar kwistjonijiet oħra relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

(b)

dwar l-arranġamenti relatati mal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva f'materji doganali, u dwar kwistjonijiet oħra relatati mal-implimentazzjoni ta’ dak il-Protokoll;

(c)

dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-Anness 18; u

(d)

dwar il-proċeduri għall-konsultazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 63 u dwar kwalunkwe kwistjoni teknika jew amministrattiva relatata mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, inkluż dwar noti interpretattivi bl-għan li jiżguraw l-amministrazzjoni uniformi tar-regoli tal-oriġini.

Artikolu 122

Emendi

1.   Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jemenda:

(a)

l-Anness 18, il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali, u l-lista ta’ oġġetti stabbilita fl-Artikolu 117(2); u

(b)

il-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u ma’ dazji

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u fl-irkupru ta’ taxxi u ta’ dazji jista’ jemenda l-valur imsemmi fl-Artikolu 33(4) tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u ma’ dazji.

TITOLU II

SERVIZZI U INVESTIMENT

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 123

Objettiv u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jistabbilixxu klima favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investiment bejniethom.

2.   Il-Partijiet itennu d-dritt tagħhom li jirregolaw fit-territorji tagħhom sabiex jiksbu l-objettivi ta’ politika leġittimi, bħal: il-protezzjoni tas-saħħa pubblika; is-servizzi soċjali; l-edukazzjoni pubblika; is-sikurezza; l-ambjent, li jinkludi t-tibdil fil-klima; il-moralità pubblika; il-protezzjoni soċjali u tal-konsumatur; il-privatezza u l-protezzjoni tad-data jew il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.

3.   Dan it-Titolu ma japplikax għal miżuri li jaffettwaw persuni fiżiċi ta’ Parti li jfittxu aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Parti l-oħra, u lanqas għal miżuri rigward in-nazzjonalità, iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti.

4.   Dan it-Titolu ma għandux jimpedixxi lil Parti milli tapplika miżuri sabiex tirregola d-dħul jew is-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi fit-territorju tagħha, inklużi dawk il-miżuri neċessarji sabiex jipproteġu l-integrità tal-fruntieri tagħha, u sabiex jiżguraw il-moviment ordnat ta’ persuni fiżiċi bejniethom, dment li tali miżuri ma jiġux applikati b’tali mod li jxejjen jew ifixkel il-benefiċċji dovuti lill-Parti l-oħra skont it-termini ta’ dan it-Titolu. Il-fatt biss li tkun meħtieġa viża għall-persuni fiżiċi ta’ ċerti pajjiżi u mhux għal dawk ta’ pajjiżi oħra ma għandux jitqies li jxejjen jew idgħajjef il-benefiċċji skont dan it-Titolu.

5.   Dan it-Titolu ma japplikax għal:

(a)

servizzi tal-ajru jew servizzi relatati b’appoġġ għas-servizzi tal-ajru (6), għajr dawn li ġejjin:

(i)

servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru;

(ii)

servizzi ta’ sistema kompjuterizzata ta’ prenotazzjoni;

(iii)

servizzi fuq l-art;

(iv)

is-servizzi li ġejjin ipprovduti bl-użu ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, soġġett għall-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet li jirregolaw id-dħul ta’ inġenji tal-ajru fit-territorju tagħhom, it-tluq minnu u l-operat fih. it-tifi tan-nar mill-ajru; it-taħriġ fit-titjir; l-isprejjar; l-istħarriġ; l-immeppjar; il-fotografija; u s-servizzi agrikoli, industrijali u ta’ spezzjoni oħra fl-ajru; u

(v)

il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru;

(b)

servizzi awdjoviżivi;

(c)

il-kabotaġġ marittimu nazzjonali (7); u

(d)

it-trasport fuq passaġġi tal-ilma interni.

6.   Dan it-Titolu ma japplikax għal kwalunkwe miżura ta’ Parti fir-rigward tal-akkwist pubbliku ta’ merkanzija jew ta’ servizzi mixtrija għal skopijiet governattivi, u mhux bl-għan ta’ bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-għan ta’ użu fil-forniment ta’ merkanzija jew ta’ servizz għall-bejgħ kummerċjali, kemm jekk l-akkwist ikun "akkwist kopert" fis-sens tal-Artikolu 277 kif ukoll jekk le.

7.   Ħlief għall-Artikolu 132, dan it-Titolu ma japplikax għal sussidji jew għal għotjiet ipprovduti mill-Partijiet, inklużi self, garanziji u assigurazzjoni appoġġati mill-gvern.

Artikolu 124

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva" tfisser attivitajiet li jitwettqu, inklużi servizzi li jiġu forniti, la fuq bażi kummerċjali u lanqas f’kompetizzjoni ma’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar; (8)

(b)

"servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru" tfisser tali attivitajiet meta jitwettqu fuq inġenju tal-ajru jew fuq parti minnu waqt li jkun irtirat mis-servizz u ma jinkludux l-hekk imsejħa manutenzjoni bil-linja;

(c)

"servizzi tas-sistema kompjuterizzata ta’ prenotazzjoni" tfisser servizzi pprovduti b’sistemi kompjuterizzati li fihom informazzjoni dwar l-iskedi, id-disponibbiltà, in-nollijiet u r-regoli dwar in-nollijiet tat-trasportaturi tal-ajru, li bihom jistgħu jsiru l-prenotazzjonijiet jew jinħarġu l-biljetti;

(d)

"intrapriża koperta" tfisser intrapriża fit-territorju ta’ Parti stabbilita f’konformità mal-punt (h) minn investitur tal-Parti l-oħra, f’konformità mal-liġi applikabbli, eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew stabbilita wara;

(e)

"kummerċ transfruntier fis-servizzi" tfisser il-provvista ta’ servizz:

(i)

mit-territorju ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra; jew

(ii)

fit-territorju ta’ Parti lill-konsumatur tas-servizz tal-Parti l-oħra;

(f)

"attività ekonomika" tfisser kwalunkwe attività ta’ natura industrijali, kummerċjali jew professjonali jew attivitajiet ta’ nies tas-sengħa, inkluża l-provvista ta’ servizzi, ħlief għal attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva;

(g)

"impriża" tfisser persuna ġuridika jew fergħa jew uffiċċju rappreżentattiv ta’ persuna ġuridika;

(h)

"stabbiliment" tfisser l-istabbiliment jew l-akkwist ta’ persuna ġuridika, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni kapitali, jew permezz tal-ħolqien ta’ fergħa jew ta’ uffiċċju rappreżentattiv fit-territorju ta’ Parti, bl-għan li jinħolqu jew jinżammu rabtiet ekonomiċi dejjiema;

(i)

"servizzi fuq l-art" tfisser il-provvista f’ajruport, fuq bażi ta’ tariffi jew kuntrattwali, tas-servizzi li ġejjin: ir-rappreżentanza, l-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-linji tal-ajru; immaniġġjar tal-passiġġieri; immaniġġjar tal-bagalji; servizzi tar-rampa; catering; ġarr ta’ merkanzija bl-ajru u mmaniġġjar tal-posta; forniment tal-fjuwil f’inġenji tal-ajru; servizzjar u tindif tal-inġenji tal-ajru; trasport bis-superfiċje; u operazzjonijiet ta’ titjiriet, amministrazzjoni tal-ekwipaġġ u ppjanar tat-titjiriet; is-servizzi fuq l-art ma jinkludux: awtoforniment ta’ servizz; sigurtà; tiswija u manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru; jew ġestjoni jew operat tal-infrastruttura ċentralizzata essenzjali tal-ajruport, bħal faċilitajiet ta' tneħħija tas-silġ, sistemi ta' distribuzzjoni tal-fjuwil, sistemi ta' mmaniġġjar tal-bagalji u sistemi fissi tat-trasport bejn l-ajruporti;

(j)

"investitur ta’ Parti" tfisser persuna fiżika jew ġuridika ta’ Parti li tfittex li tistabbilixxi, qed tistabbilixxi jew stabbilixxiet impriża f’konformità mal-punt (h) fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(k)

"persuna ġuridika ta’ Parti" (9) tfisser:

(i)

għall-Unjoni:

(A)

persuna ġuridika kkostitwita jew organizzata skont id-dritt tal-Unjoni jew ta’ mill-anqas wieħed mill-Istati Membri tagħha u involuta, fit-territorju tal-Unjoni, f’operazzjonijiet kummerċjali sostantivi, mifhuma mill-Unjoni, f’konformità man-notifika tagħha tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għad-WTO (WT/REG39/1), bħala ekwivalenti għall-kunċett ta’ "rabta effettiva u kontinwa" mal-ekonomija ta’ Stat Membru mnaqqax fl-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); u

(B)

kumpaniji marittimi stabbiliti barra mill-Unjoni, u kkontrollati minn persuni fiżiċi ta’ Stat Membru, li l-bastimenti tagħhom ikunu rreġistrati fi Stat Membru, u jtajru l-bandiera tiegħu;

(ii)

għar-Renju Unit:

(A)

persuna ġuridika kkostitwita jew organizzata skont id-dritt tar-Renju Unit u involuta f’operazzjonijiet kummerċjali sostantivi fit-territorju tar-Renju Unit; u

(B)

kumpaniji marittimi stabbiliti barra mir-Renju Unit u kkontrollati minn persuni fiżiċi tar-Renju Unit, li l-bastimenti tagħhom ikunu rreġistrati fir-Renju Unit, u jtajru l-bandiera tiegħu;

(l)

"operazzjoni" tfisser it-twettiq, il-ġestjoni, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija jew il-bejgħ jew forma oħra ta’ disponiment ta’ intrapriża;

(m)

"kwalifiki professjonali" tfisser kwalifiki attestati b’evidenza ta’ kwalifika formali, ta’ esperjenza professjonali, jew permezz ta’ attestazzjoni oħra tal-kompetenza;

(n)

"il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru" tfisser l-opportunitajiet li t-trasportatur tal-ajru konċernat liberament ibigħ jew jikkummerċjalizza s-servizzi tat-trasport bl-ajru tiegħu inklużi l-aspetti kollha tal-kummerċjalizzazzjoni bħar-riċerka dwar is-suq, ir-reklamar u d-distribuzzjoni, iżda mhux l-ipprezzar tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jew il-kundizzjonijiet applikabbli;

(o)

"servizz" tfisser kwalunkwe servizz fi kwalunkwe settur, għajr is-servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva;

(p)

"servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta' awtorità governattiva" tfisser kwalunkwe servizz li la jiġi pprovdut fuq bażi kummerċjali, u lanqas b’kompetizzjoni ma’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizz;

(q)

"fornitur ta’ servizz" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tfittex li tipprovdi jew tforni servizz;

(r)

"fornituri ta’ servizz ta’ Parti" tfisser persuna fiżika jew ġuridika ta’ Parti li tkun qed tfittex li tforni servizz jew li diġà tfornih.

Artikolu 125

Ċaħda tal-benefiċċji

1.   Parti tista’ tiċħad il-benefiċċji ta’ dan it-Titolu u tat-Titolu IV ta' din l-Intestatura lil investitur jew lil fornitur ta’ servizz tal-Parti l-oħra, jew lil impriża koperta, jekk il-Parti li tiċħad tadotta jew iżżomm miżuri relatati maż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li:

(a)

jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma’ dak l-investitur, il-fornitur ta’ servizz jew l-impriża koperta; jew

(b)

jinkisru jew jiġu evitati li kieku l-benefiċċji ta’ dan it-Titolu u t-Titolu IV ta' din l-Intestatura jingħataw lil dak l-investitur, il-fornitur ta’ servizz jew l-impriża koperta, inkluż fejn il-miżuri jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid ta’ xi wieħed minnhom jew tikkontrollah.

2.   Għal ċertezza akbar, il-paragrafu 1 huwa applikabbli għat-Titolu IV ta’ din l-Intestatura sa fejn jirrelata ma’ servizzi jew investiment li fir-rigward tagħhom Parti tkun ċaħdet il-benefiċċji ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 126

Rieżami

1.   Bil-għan li jintroduċu t-titjib possibbli fid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, u b’mod konsistenti mal-impenji meħuda minnhom skont ftehimiet internazzjonali, il-Partijiet għandhom jirrieżaminaw il-qafas legali tagħhom relatat mal-kummerċ fis-servizzi u l-investiment, inkluż dan il-Ftehim, f’konformità mal-Artikolu 776.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex, fejn xieraq, jirrieżaminaw il-miżuri mhux konformi u r-riżervi stabbiliti fl-Annessi 19, 20, 21 u 22 u l-attivitajiet għal viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir imsemmija fl-Anness 21, bil-għan li jaqblu ma’ titjib eventwali fl-interess reċiproku tagħhom.

3.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tas-servizzi finanzjarji.

KAPITOLU 2

LIBERALIZZAZZJONI TAL-INVESTIMENT

Artikolu 127

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw l-istabbiliment ta’ impriża sabiex twettaq attivitajiet ekonomiċi u l-operat ta’ tali impriża minn:

(a)

investituri tal-Parti l-oħra;

(b)

impriżi koperti; u

(c)

għall-finijiet tal-Artikolu 132, kwalunkwe impriża fit-territorju tal-Parti li tadotta jew iżżomm il-miżura.

Artikolu 128

Aċċess għas-suq

Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ impriża minn investitur tal-Parti l-oħra jew minn impriża koperta, jew l-operat ta’ impriża koperta, jew abbażi tat-territorju kollu tagħha jew abbażi ta’ subdiviżjoni territorjali, miżuri li:

(a)

jimponu limitazzjonijiet fuq:

(i)

in-numru ta’ impriżi li jistgħu jwettqu attività ekonomika speċifika kemm jekk fil-forma ta’ kwoti numeriċi, ta’ monopolji, ta’ drittijiet esklużivi jew ta’ rekwiżit ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi;

(ii)

il-valur totali tat-tranżazzjonijiet jew tal-assi fil-forma ta’ kwoti numeriċi jew tar-rekwiżit ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi;

(iii)

in-numru totali ta’ operazzjonijiet jew il-kwantità totali ta’ produzzjoni mfissra f’termini ta’ unitajiet numeriċi ddeżinjati fil-forma ta’ kwoti jew ir-rekwiżit ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi; (10) (11)

(iv)

il-parteċipazzjoni ta’ kapital barrani f’termini ta’ limitu perċentwali massimu fuq parteċipazzjoni azzjonarja barranija jew fuq il-valur totali ta’ investiment barrani individwali jew aggregat; jew

(v)

in-numru totali ta’ persuni fiżiċi li jistgħu jiġu impjegati f’settur partikolari jew li impriża tista’ timpjega u li jkunu meħtieġa għat-twettiq ta’ attività ekonomika, u direttament relatati magħha, fil-forma ta’ kwoti numeriċi jew tar-rekwiżit ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi; jew

(b)

ir-restrizzjoni jew il-ħtieġa ta’ tipi speċifiċi ta’ entitajiet ġuridiċi jew ta’ impriżi konġunti li permezz tagħhom investitur tal-Parti l-oħra jkun jista’ jwettaq attività ekonomika.

Artikolu 129

Trattament nazzjonali

1.   Kull Parti għandha tagħti lill-investituri tal-Parti l-oħra u lill-impriżi koperti trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-investituri tagħha stess u lill-impriżi tagħhom, fir-rigward tal-istabbiliment u tal-operat tagħhom fit-territorju tagħha.

2.   It-trattament mogħti minn Parti skont il-paragrafu 1 ifisser:

(a)

fir-rigward ta’ livell reġjonali jew lokali ta’ gvern tar-Renju Unit, trattament xejn anqas favorevoli mill-aktar trattament favorevoli mogħti, f’sitwazzjonijiet simili, minn dak il-livell ta’ gvern lil investituri tar-Renju Unit u lill-impriżi tagħhom fit-territorju tiegħu; u

(b)

fir-rigward ta’ gvern ta’, jew fi, Stat Membru, trattament xejn anqas favorevoli mill-aktar trattament favorevoli mogħti, f’sitwazzjonijiet simili, minn dak il-gvern lil investituri ta’ dak l-Istat Membru u lill-impriżi tagħhom fit-territorju tiegħu.

Artikolu 130

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

1.   Kull Parti għandha tagħti lill-investituri tal-Parti l-oħra u lill-impriżi koperti trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-investituri ta’ pajjiż terz u lill-impriżi tagħhom, fir-rigward tal-istabbiliment fit-territorju tagħha.

2.   Kull Parti għandha tagħti lill-investituri tal-Parti l-oħra u lill-impriżi koperti trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-investituri ta’ pajjiż terz u lill-impriżi tagħhom, fir-rigward tal-operat fit-territorju tagħha.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jiġu interpretati bħala li jobbliga(w) lil Parti testendi għall-investituri tal-Parti l-oħra u għall-impriżi koperti l-benefiċċju ta’ kwalunkwe trattament li jirriżulta minn:

(a)

ftehim internazzjonali għall-evitar tat-taxxa doppja jew ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat għalkollox jew primarjament mat-tassazzjoni; jew

(b)

miżuri li jipprevedu r-rikonoxximent, inkluż ir-rikonoxximent tal-istandards jew il-kriterji għall-awtorizzazzjoni, għal-liċenzjar, jew għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuna fiżika jew ta’ impriża sabiex twettaq attività ekonomika, jew ir-rikonoxximent ta’ miżuri prudenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-Anness tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji.

4.   Għal ċertezza akbar, it-"trattament" imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jinkludix proċeduri ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u stat previsti fi ftehimiet internazzjonali oħra.

5.   Għal ċertezza akbar, l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet sostantivi fi ftehimiet internazzjonali oħra konklużi minn Parti ma’ pajjiż terz, jew is-sempliċi traspożizzjoni formali ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fil-liġi domestika sal-punt li jkun meħtieġ sabiex jiġu inkorporati fl-ordinament ġuridiku domestiku, minnhom infushom ma jikkostitwixxux it-"trattament" imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. Il-miżuri ta’ Parti skont dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu tali trattament u b’hekk iwasslu għal ksur ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 131

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Parti ma għandhiex teħtieġ li impriża koperta taħtar individwi ta’ xi nazzjonalità partikolari bħala eżekuttivi, maniġers jew membri tal-bordijiet tad-diretturi.

Artikolu 132

Rekwiżiti ta’ prestazzjoni

1.   Parti ma għandhiex timponi jew tinforza xi rekwiżit jew tinforza xi impenn, b’rabta mal-istabbiliment jew mal-operat ta’ kwalunkwe impriża fit-territorju tagħha:

(a)

sabiex tesporta livell jew perċentwal partikolari ta’ merkanzija jew ta’ servizzi;

(b)

sabiex tikseb ċertu livell jew perċentwal ta’ kontenut domestiku;

(c)

sabiex tixtri, tuża jew tagħti preferenza lil merkanzija mmanifatturata jew servizzi pprovduti fit-territorju tagħha, jew sabiex tixtri merkanzija jew servizzi mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew mingħand kwalunkwe entità oħra fit-territorju tagħha;

(d)

sabiex tirrelata bi kwalunkwe mod il-volum jew il-valur tal-importazzjonijiet mal-volum jew mal-valur tal-esportazzjonijiet jew mal-ammont ta’ influssi ta’ muniti barranin assoċjat ma’ tali impriża;

(e)

sabiex tirrestrinġi l-bejgħ ta’ merkanzija jew ta’ servizzi fit-territorju tagħha li t-tali impriża tipproduċi jew tforni, billi tirrelata dak il-bejgħ bi kwalunkwe mod mal-volum jew mal-valur tal-esportazzjonijiet jew tal-influssi ta’ muniti barranin tagħha;

(f)

sabiex tittrasferixxi teknoloġija, proċess tal-produzzjoni jew għarfien proprjetarju ieħor lil persuna fiżika jew ġuridika jew lil kwalunkwe entità oħra fit-territorju tagħha (12);

(g)

sabiex tforni esklussivament mit-territorju ta’ dik il-Parti oġġett manifatturat jew servizz ipprovdut mill-impriża lejn suq reġjonali jew globali speċifiku;

(h)

sabiex tistabbilixxi l-kwartieri ġenerali għal reġjun speċifiku tad-dinja li jkun usa’ mit-territorju tal-Parti jew tas-suq dinji fit-territorju tagħha;

(i)

sabiex timpjega numru jew perċentwal partikolari ta’ persuni fiżiċi ta’ dik il-Parti;

(j)

sabiex tikseb livell jew valur partikolari ta’ riċerka u ta’ żvilupp fit-territorju tagħha;

(k)

sabiex tirrestrinġi l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni; jew

(l)

fir-rigward ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ liċenzja li jkun jeżisti fil-mument meta jiġi impost jew infurzat ir-rekwiżit, jew meta kwalunkwe impenn jiġi infurzat, jew fir-rigward ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ liċenzja futur iffirmat liberament bejn l-impriża u persuna fiżika jew persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra fit-territorju tagħha, jekk ir-rekwiżit ikun impost jew infurzat jew l-impenn jiġi infurzat, b’mod li jikkostitwixxi interferenza diretta ma’ dak il-kuntratt ta’ liċenzja b’eżerċizzju ta’ awtorità governattiva mhux ġudizzjarja ta’ Parti, sabiex tadotta:

(i)

rata jew ammont ta’ royalty li jkun anqas minn ċertu livell; jew

(ii)

żmien determinat tat-terminu ta’ kuntratt ta’ liċenzja;

Dan il-punt ma japplikax meta l-kuntratt ta’ liċenzja jiġi konkluż bejn l-impriża u l-Parti. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, "kuntratt ta’ liċenzja" tfisser kwalunkwe kuntratt li jikkonċerna l-liċenzjar ta’ teknoloġija, ta’ proċess tal-produzzjoni, jew ta’ għarfien proprjetarju ieħor.

2.   Parti ma għandhiex tikkondizzjona r-riċezzjoni jew il-kontinwazzjoni tar-riċezzjoni ta’ vantaġġ, b’rabta mal-istabbiliment jew mal-operat ta’ impriża fit-territorju tagħha, mill-konformità ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kisba ta’ ċertu livell jew perċentwal ta' kontenut domestiku;

(b)

ix-xiri, l-użu jew l-għoti ta’ preferenza lil merkanzija mmanifatturata jew servizzi pprovduti fit-territorju tagħha, jew li tixtri merkanzija jew servizzi mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew mingħand kwalunkwe entità oħra fit-territorju tagħha;

(c)

ir-relazzjoni bi kwalunkwe mod tal-volum jew tal-valur tal-importazzjonijiet mal-volum jew il-valur tal-esportazzjonijiet jew mal-ammont ta’ dħul tal-munita barranija assoċjat ma’ tali intrapriża;

(d)

ir-restrizzjoni tal-bejgħ ta’ merkanzija jew ta’ servizzi fit-territorju tagħha li dik l-impriża tipproduċi jew tforni billi tirrelata dak il-bejgħ bi kwalunkwe mod mal-volum jew mal-valur tal-esportazzjonijiet jew tal-influssi ta’ muniti barranin tagħha; jew

(e)

ir-restrizzjoni tal-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni.

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux jiġi interpretat fis-sens li jimpedixxi lil Parti milli jikkondizzjona r-riċezzjoni jew il-kontinwazzjoni tar-riċezzjoni ta’ vantaġġ, b’konnessjoni mal-istabbiliment jew mal-operat ta’ kwalunkwe impriża fit-territorju tagħha, fuq il-konformità ma’ rekwiżit li l-produzzjoni, il-forniment ta’ servizz, it-taħriġ jew ir-reklutaġġ tal-ħaddiema, il-bini jew l-espansjoni ta’ faċilitajiet partikolari, jew it-twettiq ta’ riċerka u ta’ żvilupp, isiru fit-territorju tagħha.

4.   Il-punti (f) u (l) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikawx fejn:

(a)

ir-rekwiżit jiġi impost jew infurzat, jew l-impenn jiġi infurzat, minn qorti, minn tribunal amministrattiv jew minn awtorità tal-kompetizzjoni skont il-liġi tal-kompetizzjoni ta’ Parti biex jiġu evitati jew rimedjati restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni; jew

(b)

Parti tawtorizza l-użu ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali f’konformità mal-Artikolu 31 jew 31bis tal-Ftehim TRIPS, jew tadotta jew iżżomm miżuri li jeżiġu l-iżvelar ta’ data jew ta’ informazzjoni proprjetarja li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 39 tal-Ftehim TRIPS u li huma konsistenti ma’ dan.

5.   Il-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 u l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma japplikawx għar-rekwiżiti ta’ kwalifika għal merkanzija jew għal servizzi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-promozzjoni tal-esportazzjoni u fi programmi ta’ għajnuna barranija.

6.   Għal ċertezza akbar, dan l-Artikolu ma jipprekludix l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti ta’ kwalunkwe impenn mogħti bejn persuni għajr Parti li ma kinitx direttament jew indirettament imposta jew meħtieġa minn dik il-Parti.

7.   Għal ċertezza akbar, il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma japplikawx għar-rekwiżiti imposti minn Parti importatriċi b’rabta mal-kontenut ta’ merkanzija neċessarja sabiex tikkwalifika għal tariffi preferenzjali jew għal kwoti preferenzjali.

8.   Il-punt (l) tal-paragrafu 1 ma japplikax jekk ir-rekwiżit jiġi impost jew infurzat, jew l-impenn jiġi infurzat, minn tribunal bħala remunerazzjoni ekwitabbli skont il-liġijiet tal-Parti dwar id-dritt tal-awtur.

9.   Parti la għandha timponi u lanqas tinforza xi miżura inkonsistenti mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim dwar Miżuri ta’ Investiment Relatat mal-Kummerċ (TRIMs), anki meta tali miżura tkun ġiet elenkata minn dik il-Parti fl-Anness 19 jew 20.

10.   Għal ċertezza akbar, dan l-Artikolu ma għandux jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li Parti tippermetti li jiġi pprovdut servizz partikolari fuq bażi transfruntiera fejn dik il-Parti tadotta jew iżżomm restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq tali forniment ta’ servizzi li jkunu konsistenti mar-riżervi, mal-kundizzjonijiet jew mal-kwalifiki speċifikati fir-rigward ta’ settur, ta’ subsettur jew ta’ attività elenkati fl-Anness 19 jew 20.

11.   Kundizzjoni għar-riċezzjoni jew għall-kontinwazzjoni tar-riċezzjoni ta’ vantaġġ imsemmija fil-paragrafu 2 ma tikkostitwixxix rekwiżit jew impenn għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 133

Miżuri mhux konformi u eċċezzjonijiet

1.   L-Artikoli 128, 129, 130, 131 u 132 m'għandhomx japplikaw għal:

(a)

kwalunkwe miżura mhux konformi eżistenti ta’ Parti fil-livell ta’:

(i)

għall-Unjoni:

(A)

l-Unjoni, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(B)

il-gvern ċentrali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(C)

gvern reġjonali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19; jew

(D)

gvern lokali, minbarra dak imsemmi fil-punt (C); u

(ii)

għar-Renju Unit:

(A)

il-gvern ċentrali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19;

(B)

gvern reġjonali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19;

jew

(C)

gvern lokali;

(b)

il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta’ kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; jew

(c)

modifika ta’ kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, dment li ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif din kienet teżisti immedjatament qabel il-modifika, mal-Artikolu 128, 129, 130, 131 jew 132.

2.   L-Artikoli 128, 129, 130, 131 u 132 ma japplikawx għal miżura ta’ Parti li tkun konsistenti mar-riżervi, mal-kundizzjonijiet jew mal-kwalifiki speċifikati fir-rigward ta’ settur, ta’ subsettur jew ta’ attività elenkati fl-Anness 20.

3.   L-Artikoli 129 u 130 ta' dan il-Ftehim ma japplikaw għall-ebda miżura li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-Artikolu 3 jew 4 tal-Ftehim TRIPS, jew deroga minnhom, kif speċifikament previst fl-Artikoli 3 sa 5 ta’ dak il-Ftehim.

4.   Għal ċertezza akbar, l-Artikoli 129 u 130 ma għandhomx jinftiehmu bħala li jipprevjenu lil Parti milli tippreskrivi rekwiżiti ta’ informazzjoni, inkluż għal finijiet statistiċi, b’rabta mal-istabbiliment jew mal-operat ta’ investituri tal-Parti l-oħra jew ta’ impriżi koperti, dment li ma jkunux jikkostitwixxu mezz sabiex jiġu evitati l-obbligi ta’ dik il-Parti skont dawk l-Artikoli.

KAPITOLU 3

KUMMERĊ TRANSFRUNTIER FIS-SERVIZZI

Artikolu 134

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għal miżuri minn Parti li jaffettwaw il-kummerċ transfruntier fis-servizzi minn fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra.

Artikolu 135

Aċċess għas-suq

Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm, la abbażi tat-territorju kollu tagħha u lanqas abbażi ta’ subdiviżjoni territorjali, miżuri li:

(a)

jimponu limitazzjonijiet fuq:

(i)

in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi li jistgħu jfornu servizz speċifiku, kemm jekk fil-forma ta’ kwoti numeriċi, ta’ monopolji, ta’ fornituri ta’ servizzi esklussivi jew tar-rekwiżit ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi;

(ii)

il-valur totali ta’ tranżazzjonijiet ta’ servizz jew assi fil-forma ta’ kwoti numeriċi jew ir-rekwiżit ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi; jew

(iii)

in-numru totali ta’ operazzjonijiet ta’ servizz jew il-kwantità totali ta’ produzzjoni ta’ servizz imfissra f’termini ta’ unitajiet numeriċi ddeżinjati fil-forma ta’ kwoti jew ir-rekwiżit ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi (13); jew

(b)

jirrestrinġu jew jirrikjedu tipi speċifiċi ta’ entità ġuridika jew ta’ impriża konġunta li permezz tagħhom fornitur ta’ servizz jista’ jipprovdi servizz.

Artikolu 136

Preżenza lokali

Parti ma għandhiex tirrikjedi li fornitur ta’ servizz tal-Parti l-oħra jistabbilixxi jew iżomm intrapriża jew ikun residenti fit-territorju tagħha bħala kundizzjoni għall-provvista transfruntiera ta’ servizz.

Artikolu 137

Trattament nazzjonali

1.   Kull Parti għandha tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet bħalhom, lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tagħha stess.

2.   Parti tista’ tissodisfa r-rekwiżit tal-paragrafu 1 billi tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra, trattament formalment identiku jew trattament formalment differenti għal dak li tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi simili tagħha stess.

3.   Trattament formalment identiku jew trattament formalment differenti għandu jitqies bħala anqas favorevoli jekk jimmodifika l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni favur is-servizzi jew il-fornituri ta’ servizzi tal-Parti meta mqabbla ma’ servizzi jew ma’ fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra.

4.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jeħtieġ li xi Parti tikkumpensa għal kwalunkwe żvantaġġ kompetittiv inerenti li jirriżulta mill-karattru barrani tas-servizzi rilevanti jew tal-fornituri rilevanti ta’ servizzi.

Artikolu 138

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

1.   Kull Parti għandha tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pajjiż terz.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jiġi interpretat bħala li jobbliga lil Parti testendi għas-servizzi u għall-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra l-benefiċċju ta’ kwalunkwe trattament li jirriżulta minn:

(a)

ftehim internazzjonali għall-evitar tat-taxxa doppja jew ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat għalkollox jew primarjament mat-tassazzjoni; jew

(b)

miżuri li jipprevedu r-rikonoxximent, inklużi l-istandards jew il-kriterji għall-awtorizzazzjoni, għal-liċenzjar, jew għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuna fiżika jew ta’ impriża sabiex twettaq attività ekonomika, jew ta’ miżuri prudenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-Anness tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji.

3.   Għal ċertezza akbar, l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet sostantivi fi ftehimiet internazzjonali oħra konklużi minn Parti ma’ pajjiż terz, jew sempliċi traspożizzjoni formali ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fil-liġi domestika sal-punt li jkun meħtieġ sabiex jiġu inkorporati fl-ordinament ġuridiku domestiku, minnhom infushom ma jikkostitwixxux it-"trattament" imsemmi fil-paragrafu 1. Il-miżuri ta’ Parti skont dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu tali trattament u b’hekk iwasslu għal ksur ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 139

Miżuri mhux konformi

1.   L-Artikoli 135, 136, 137 u 138 m'għandhomx japplikaw għal:

(a)

kwalunkwe miżura mhux konformi eżistenti ta’ Parti fil-livell ta’:

(i)

għall-Unjoni:

(A)

l-Unjoni, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(B)

il-gvern ċentrali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(C)

gvern reġjonali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19; jew

(D)

gvern lokali, minbarra dak imsemmi fil-punt (C); u

(ii)

għar-Renju Unit:

(A)

il-gvern ċentrali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19;

(B)

gvern reġjonali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19; jew

(C)

gvern lokali;

(b)

il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta’ kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; jew

(c)

modifika ta’ kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu sa fejn ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif din kienet teżisti immedjatament qabel il-modifika, mal-Artikoli 135, 136, 137 u 138.

2.   L-Artikoli 135, 136, 137 u 138 ma japplikawx għal kwalunkwe miżura ta’ Parti li tkun konsistenti mar-riżervi, mal-kundizzjonijiet jew mal-kwalifiki speċifikati fir-rigward ta’ settur, ta’ subsettur jew ta’ attività elenkati fl-Anness 20.

KAPITOLU 4

DĦUL U SOĠĠORN TEMPORANJU TA’ PERSUNI FIŻIĊI GĦAL FINIJIET TA’ NEGOZJU

Artikolu 140

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Dan il-Kapitolu japplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi permezz tad-dħul u tas-soġġorn temporanju fit-territorju tagħha ta’ persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra, li jkunu viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta’ stabbiliment, fornituri ta’ servizzi kuntrattwali, professjonisti indipendenti, ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali u viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir.

2.   Sa fejn l-impenji mhumiex meħuda f’dan il-Kapitolu, ir-rekwiżiti kollha previsti fil-liġi ta’ Parti fir-rigward tad-dħul u tas-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi għandhom ikomplu japplikaw, inklużi l-liġijiet u r-regolamenti dwar it-tul tas-soġġorn.

3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-rekwiżiti kollha pprovduti fil-liġijiet u fir-regolamenti ta’ Parti rigward ix-xogħol u l-miżuri tas-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inklużi l-liġijiet u r-regolamenti li jirrigwardaw il-pagi minimi kif ukoll il-ftehimiet kollettivi dwar il-pagi.

4.   Impenji dwar id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali ma japplikawx f’każijiet li fihom l-intenzjoni jew l-effett tad-dħul u tas-soġġorn temporanju jkun ta’ xkiel jew ta’ xi effett ieħor fi kwalunkwe tilwima jew negozjar relatat mal-impjiegi jew mal-ġestjoni, jew fl-impjieg ta’ kwalunkwe persuna fiżika li tkun involuta f’dik it-tilwima.

5.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

"viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta’ stabbiliment" tfisser persuni fiżiċi li jaħdmu f’kariga superjuri f'persuna ġuridika ta’ Parti, li:

(i)

huma responsabbli għat-twaqqif ta’ impriża tat-tali persuna ġuridika fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(ii)

ma joffrux jew ma jipprovdux servizzi jew mhumiex involuti fi kwalunkwe attività ekonomika oħra li mhijiex dik meħtieġa għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ dik l-impriża;

(iii)

ma jirċevux remunerazzjoni minn sors li jinsab fil-Parti l-oħra;

(b)

"fornituri ta’ servizzi kuntrattwali" tfisser persuni fiżiċi impjegati minn persuna ġuridika ta’ Parti (minbarra permezz ta’ aġenzija għal servizzi ta’ kollokament u ta’ provvista ta’ persunal), li ma jkunux stabbiliti fit-territorju tal-Parti l-oħra u jkunu kkonkludew kuntratt bona fide, li ma jaqbiżx it-12-il xahar, sabiex jipprovdu servizzi lil konsumatur finali fil-Parti l-oħra li jirrikjedu l-preżenza temporanja tal-impjegati tagħhom li:

(i)

ikunu offrew l-istess tip ta’ servizzi bħall-impjegati tal-persuna ġuridika għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom għad-dħul u għas-soġġorn temporanju;

(ii)

ikollhom, f’dik id-data, tal-anqas tliet snin esperjenza professjonali, miksuba wara li jkunu laħqu l-età maġġuri, fis-settur tal-attività li jkun l-oġġett tal-kuntratt, lawrja universitarja jew kwalifika li turi għarfien ta’ livell ekwivalenti u l-kwalifiki professjonali legalment meħtieġa sabiex jeżerċitaw dik l-attività fil-Parti l-oħra (14); u

(iii)

ma jirċevux remunerazzjoni minn sors li jinsab fil-Parti l-oħra;

(c)

"professjonisti indipendenti" tfisser persuni fiżiċi involuti fil-provvista ta’ servizz u stabbiliti bħala persuni li jaħdmu għal rashom fit-territorju ta’ Parti li:

(i)

ma jkunux stabbiliti fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(ii)

ikunu kkonkludew kuntratt bona fide (minbarra permezz ta’ aġenzija għal servizzi ta’ kollokament u ta’ provvista tal-persunal) għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar sabiex jipprovdu servizzi lil konsumatur finali fil-Parti l-oħra, li jirrikjedu l-preżenza tagħhom fuq bażi temporanja; u

(iii)

ikollhom, fid-data tal-applikazzjoni tagħhom għal dħul u għal soġġorn temporanju, tal-anqas sitt snin esperjenza professjonali fl-attività rilevanti, lawrja universitarja jew kwalifika li turi għarfien ta’ livell ekwivalenti u l-kwalifiki professjonali legalment meħtieġa sabiex tiġi eżerċitata dik l-attività fil-Parti l-oħra (15);

(d)

"ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali" tfisser persuni fiżiċi, li:

(i)

ikunu ġew impjegati minn persuna ġuridika ta’ Parti, jew kienu sħab fiha, għal perjodu, immedjatament qabel id-data tat-trasferiment intra-ażjendali, ta’ mhux anqas minn sena fil-każ ta’ maniġers u ta’ speċjalisti u ta’ mhux anqas minn sitt xhur fil-każ ta’ impjegati trainees;

(ii)

fiż-żmien tal-applikazzjoni tirrisjedi barra mit-territorju tal-Parti l-oħra;

(iii)

jiġu ttrasferiti temporanjament lil impriża tal-persuna ġuridika fit-territorju tal-Parti l-oħra li tkun membru tal-istess grupp bħall-persuna ġuridika oriġinarja, inklużi l-uffiċċju rappreżentattiv, is-sussidjarja, il-fergħa jew il-kumpanija prinċipali tagħha (16); u

(iv)

li jappartjeni għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(A)

maniġers (17);

(B)

speċjalisti: jew

(C)

impjegati trainees;

(e)

"maniġer" tfisser persuna fiżika li taħdem f’pożizzjoni superjuri, li primarjament tidderieġi l-ġestjoni tal-impriża fil-Parti l-oħra, li tirċievi superviżjoni jew direzzjoni ġenerali prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew mill-azzjonisti tan-negozju jew mill-ekwivalenti tagħhom u li r-responsabbiltajiet tagħha jinkludu:

(i)

it-tmexxija tal-impriża jew ta’ dipartiment jew ta’ subdiviżjoni tagħha;

(ii)

is-superviżjoni u l-kontroll tax-xogħol ta’ impjegati superviżorji, professjonali jew maniġerjali oħra; u kif ukoll

(iii)

l-awtorità ta’ rakkomandazzjoni tar-reklutaġġ, tas-sensja jew ta’ twettiq ta’ azzjonijiet oħra relatati mal-persunal;

(f)

"speċjalista" tfisser persuna fiżika li għandha għarfien speċjalizzat, essenzjali għall-oqsma ta’ attività, għat-tekniki jew għall-ġestjoni tal-impriża, li għandha tiġi vvalutata filwaqt li jitqies mhux biss l-għarfien speċifiku għall-impriża, iżda wkoll jekk il-persuna għandhiex livell għoli ta’ kwalifiki, inkluża esperjenza professjonali adegwata ta’ tip ta’ xogħol jew ta’ attività li teħtieġ għarfien tekniku speċifiku, inkluża sħubija possibbli ta’ professjoni akkreditata; u

(g)

"impjegat trainee" tfisser persuna fiżika li għandha lawrja universitarja li tiġi ttrasferita temporanjament għal skopijiet ta’ żvilupp tal-karriera jew li tikseb taħriġ fit-tekniki jew fil-metodi tan-negozju u li titħallas matul il-perjodu ta’ trasferiment (18).

6.   Il-kuntratt ta’ servizz imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 5 għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Parti fejn jiġi eżegwit il-kuntratt.

Artikolu 141

Ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali u viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta’ stabbiliment

1.   Soġġett għall-kundizzjonijiet u l-kwalifiki speċifikati fl-Anness 21:

(a)

kull Parti għandha tippermetti:

(i)

id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali;

(ii)

id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta’ stabbiliment mingħajr il-ħtieġa ta’ permess tax-xogħol jew proċedura oħra ta’ approvazzjoni minn qabel b’intenzjoni simili; u

(iii)

l-impjieg fit-territorju tagħha ta’ ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali tal-Parti l-oħra;

(b)

Parti ma għandhiex iżżomm jew tadotta limitazzjonijiet fil-forma ta’ kwoti numeriċi jew ta’ testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi dwar in-numru totali ta’ persuni fiżiċi li, f’settur speċifiku, ikunu awtorizzati jidħlu bħala viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta’ stabbiliment jew li investitur tal-Parti l-oħra jista’ jimpjega bħala ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali, la abbażi ta’ subdiviżjoni territorjali u lanqas abbażi tat-territorju kollu tagħha; u u

(c)

kull Parti għandha tagħti lill-ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali u lill-viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta’ stabbiliment tal-Parti l-oħra, matul is-soġġorn temporanju tagħhom fit-territorju tagħha, trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-persuni fiżiċi tagħha stess.

2.   It-tul tas-soġġorn permissibbli għandu jkun għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin għall-maniġers u għall-ispeċjalisti, sa sena għall-impjegati trainees u sa 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ sitt xhur għall-viżitaturi kummerċjali għall-finijiet ta’ stabbiliment.

Artikolu 142

Viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir

1.   Soġġett għall-kundizzjonijiet u l-kwalifiki rilevanti speċifikati fl-Anness 21, kull Parti għandha tippermetti d-dħul u s-soġġorn temporanju ta' viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir tal-Parti l-oħra sabiex jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness 21, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir ma jkunux involuti fil-bejgħ tal-merkanzija tagħhom jew fil-forniment ta’ servizzi lill-pubbliku ġenerali;

(b)

il-viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir ma jirċevux remunerazzjoni, f’isimhom stess, mill-Parti fejn iqattgħu s-soġġorn temporanju; kif ukoll

(c)

il-viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir ma jkunux involuti fil-provvista ta’ servizz fil-qafas ta’ kuntratt konkluż bejn persuna ġuridika li ma tkunx stabbilita fit-territorju tal-Parti fejn ikunu qed iqattgħu s-soġġorn temporanju, u konsumatur hemmhekk, ħlief kif previst fl-Anness 21.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor Anness 21, Parti għandha tippermetti d-dħul ta’ viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir mingħajr ir-rekwiżit ta’ permess tax-xogħol, test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jew proċeduri oħra ta’ approvazzjoni minn qabel b’intenzjoni simili.

3.   Jekk viżitaturi kummerċjali għal żmien qasir ta’ Parti jkunu involuti fil-provvista ta’ servizz lil konsumatur fit-territorju tal-Parti fejn ikunu qed iqattgħu s-soġġorn temporanju skont l-Anness 21, dik il-Parti għandha tagħtihom, fir-rigward tal-provvista ta’ dak is-servizz, trattament mhux inqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-fornituri ta' servizzi tagħha stess.

4.   It-tul ta’ soġġorn permissibbli għandu jkun għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ sitt xhur.

Artikolu 143

Fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti

1.   Fis-setturi, fis-subsetturi u fl-attivitajiet speċifikati fl-Anness 22 u soġġett għall-kundizzjonijiet u għall-kwalifiki rilevanti speċifikati fih:

(a)

Parti għandha tippermetti d-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u ta’ professjonisti indipendenti fit-territorju tagħha;

(b)

Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm limitazzjonijiet fuq in-numru totali ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u ta’ professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra li jkunu permessi d-dħul u s-soġġorn temporanju, fil-forma ta’ kwoti numeriċi jew test tal-ħtiġijiet ekonomiċi; u

(c)

kull Parti għandha tagħti lill-fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u ta’ professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi tagħhom fit-territorju tagħha, trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-fornituri ta’ servizzi tagħha stess.

2.   L-aċċess mogħti skont dan l-Artikolu huwa relatat biss mas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt u ma jagħtix id-dritt li jintuża t-titolu professjonali tal-Parti fejn jiġi pprovdut is-servizz.

3.   In-numru ta’ persuni koperti mill-kuntratt ta’ servizz ma għandux ikun akbar milli meħtieġ sabiex jiġi ssodisfat il-kuntratt, kif jista’ jkun meħtieġ mil-liġi tal-Parti fejn jiġi pprovdut is-servizz.

4.   It-tul ta’ soġġorn permissibbli għandu jkun għal perjodu kumulattiv ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, jew għat-tul tal-kuntratt, skont liema jkun l-anqas.

Artikolu 144

Miżuri mhux konformi

Sa fejn il-miżura rilevanti taffettwa s-soġġorn temporanju ta' persuni fiżiċi għal finijiet professjonali, il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 141(1), l-Artikolu 142(3) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 143(1) ma japplikawx għal:

(a)

kwalunkwe miżura mhux konformi eżistenti ta’ Parti fil-livell ta’:

(i)

għall-Unjoni:

(A)

l-Unjoni, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(B)

il-gvern ċentrali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(C)

gvern reġjonali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19; jew

(D)

gvern lokali, minbarra dak imsemmi fil-punt (C); u

(ii)

għar-Renju Unit:

(A)

il-gvern ċentrali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19;

(B)

suddiviżjoni reġjonali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19; jew

(C)

gvern lokali;

(b)

il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta’ kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu;

(c)

modifika ta’ kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu sa fejn ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif kienet teżisti immedjatament qabel il-modifika, mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 141(1), l-Artikolu 142(3) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 143(1); jew

(d)

kwalunkwe miżura ta’ Parti konsistenti ma’ kundizzjoni jew ma’ kwalifika speċifikata fl-Anness 20.

Artikolu 145

Trasparenza

1.   Kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar miżuri rilevanti li jirrigwardaw id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra, imsemmija fl-Artikolu 140(1).

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha, sa fejn ikun possibbli, tinkludi l-informazzjoni li ġejja rilevanti għad-dħul u għas-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi:

(a)

il-kategoriji tal-viża, tal-permessi jew ta’ kwalunkwe tip simili ta’ awtorizzazzjoni rigward id-dħul u r-residenza temporanja;

(b)

id-dokumentazzjoni meħtieġa u l-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti;

(c)

il-metodu ta’ mili ta’ applikazzjoni u l-alternattivi għall-preżentazzjoni, bħal uffiċċji konsulari jew online;

(d)

tariffi tal-applikazzjoni u skeda ta’ żmien indikattiva għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni;

(e)

it-tul massimu ta’ soġġorn skont kull tip ta’ awtorizzazzjoni deskritti fis-subparagrafu (a);

(f)

il-kundizzjonijiet għal kwalunkwe estensjoni jew tiġdid disponibbli;

(g)

ir-regoli rigward id-dipendenti li jakkumpanjaw;

(h)

il-proċeduri disponibbli għar-rieżami jew għall-appell; u

(i)

il-liġijiet rilevanti ta’ applikazzjoni ġenerali li jappartjenu għad-dħul u għas-soġġorn temporanju tal-persuni fiżiċi għal finijiet kummerċjali.

3.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, kull Parti għandha tieħu impenn li tinforma minnufih lill-Parti l-oħra bl-introduzzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit ġdid u proċedura ġdida jew bit-tibdiliet fi kwalunkwe rekwiżit u proċedura li jaffettwaw l-applikazzjoni effettiva għall-awtorizzazzjoni tad-dħul, għas-soġġorn temporanju u, fejn applikabbli, għall-awtorizzazzjoni ta’ xogħol fil-Parti msemmija l-ewwel.

KAPITOLU 5

QAFAS REGOLATORJU

TAQSIMA 1

REGOLAMENTAZZJONI DOMESTIKA

Artikolu 146

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din it-Taqsima tapplika għall-miżuri tal-Partijiet li huma relatati mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta’ liċenzjar, mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta’ kwalifika, mal-formalitajiet u mal-istandards tekniċi li jaffettwaw:

(a)

kummerċ transfruntier fis-servizzi;

(b)

l-istabbiliment jew l-operat; jew

(c)

il-provvista ta’ servizz permezz tal-preżenza ta’ persuna fiżika ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra kif stabbilit fl-Artikolu 140.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri relatati mal-istandards tekniċi, din it-Taqsima tapplika biss għal miżuri li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, it-terminu "standards tekniċi" ma jinkludix standards tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni għas-servizzi finanzjarji.

2.   Din it-Taqsima ma tapplikax għar-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ liċenzjar, għar-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ kwalifika, għall-formalitajiet u l-istandards tekniċi skont miżura:

(a)

li ma tikkonformax mal-Artikolu 128 jew 129 u tissemma fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 133(1) jew mal-Artikolu 135, 136 jew 137 u tissemma' fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 139(1) jew mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 141(1), jew l-Artikolu 142(3) jew mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 143(1) u tissemma fl-Artikolu 144; jew

(b)

tissemma fl-Artikolu 133(2) jew fl-Artikolu 139(2).

3.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"awtorizzazzjoni" tfisser il-permess biex titwettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 li jirriżultaw minn proċedura li persuna fiżika jew ġuridika jeħtiġilha taderixxi magħha biex turi konformità mar-rekwiżiti ta’ liċenzjar, mar-rekwiżiti ta’ kwalifika, mal-istandards tekniċi jew mal-formalitajiet għall-finijiet ta’ kisba, żamma jew tiġdid ta’ dak il-permess; u

(b)

"awtorità kompetenti" tfisser gvern jew awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew korp mhux governattiv fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati minn gvernijiet jew minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, li jkun intitolat jieħu deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a).

Artikolu 147

Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

Kull Parti għandha, sa fejn ikun prattikabbli, tevita li applikant ikun meħtieġ li jikkuntattja aktar minn awtorità kompetenti waħda għal kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. Jekk attività li għaliha tintalab awtorizzazzjoni taqa’ fil-ġuriżdizzjoni ta’ diversi awtoritajiet kompetenti, jistgħu jkunu meħtieġa diversi applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.

Artikolu 148

Perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni

Jekk Parti tkun teħtieġ awtorizzazzjoni, għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha, sa fejn ikun prattikabbli, jippermettu s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni fi kwalunkwe ħin matul is-sena. Jekk jeżisti perjodu ta’ żmien speċifiku għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, il-Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jippermettu perjodu ta’ żmien raġonevoli għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni.

Artikolu 149

Applikazzjonijiet elettroniċi u aċċettazzjoni ta’ kopji

Jekk Parti tkun teħtieġ awtorizzazzjoni, hija għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha:

(a)

sa fejn possibbli jipprevedu li l-applikazzjonijiet jitwettqu b’mezzi elettroniċi, inkluż mit-territorju tal-Parti l-oħra; u

(b)

jaċċettaw kopji ta’ dokumenti, li jkunu awtentikati f’konformità mal-liġi domestika tal-Parti, minflok dokumenti oriġinali, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jeħtieġu dokumenti oriġinali sabiex jipproteġu l-integrità tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni.

Artikolu 150

Ipproċessar tal-applikazzjonijiet

1.   Jekk Parti tkun teħtieġ awtorizzazzjoni, hija għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha:

(a)

jipproċessaw l-applikazzjonijiet matul is-sena. Fejn dak ma jkunx possibbli, din l-informazzjoni għandha ssir pubblika minn qabel, sa fejn ikun prattikabbli;

(b)

sa fejn ikun prattikabbli, jipprovdu perjodu ta’ żmien indikattiv għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni. Dan il-perjodu taż-żmien għandu jkun raġonevoli sa fejn ikun prattikabbli;

(c)

fuq it-talba tal-applikant, jipprovdu mingħajr dewmien żejjed informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjoni;

(d)

sa fejn ikun prattikabbli, jaċċertaw mingħajr dewmien żejjed il-kompletezza ta’ applikazzjoni għall-ipproċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Parti;

(e)

jekk jikkunsidraw applikazzjoni bħala kompluta għall-finijiet tal-ipproċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Parti (19), f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni jiżguraw li:

(i)

l-ipproċessar tal-applikazzjoni ikun komplut; kif ukoll

(ii)

l-applikant jiġi informat bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, sa fejn ikun possibbli, bil-miktub; (20)

(f)

jekk jikkunsidraw applikazzjoni bħala inkompluta għall-finijiet tal-ipproċessar skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Parti, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, sa fejn prattikabbli:

(i)

jinformaw lill-applikant li l-applikazzjoni mhix kompluta;

(ii)

fuq it-talba tal-applikant jidentifikaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex l-applikazzjoni titqies kompluta jew inkella jipprovdu gwida dwar għaliex l-applikazzjoni tkun meqjusa bħala inkompluta; u

(iii)

jipprovdu lill-applikant l-opportunità li jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex tiġi kkompletata l-applikazzjoni; (21)

madankollu, jekk l-ebda waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tkun prattikabbli, u l-applikazzjoni tiġi rrifjutata minħabba inkompletezza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jinformaw lill-applikant f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; u

(g)

jekk applikazzjoni tiġi rrifjutata, jew b’inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-applikant, jinformaw lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut u bil-perjodu ta’ żmien għal appell kontra dik id-deċiżjoni u, jekk applikabbli, bil-proċeduri għas-sottomissjoni mill-ġdid ta’ applikazzjoni; applikant ma għandux jinżamm milli jissottometti applikazzjoni oħra biss għaliex qabel tkun ġiet irrifjutata applikazzjoni.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jagħtu awtorizzazzjoni malli jiġi stabbilit, abbażi ta’ eżaminazzjoni xierqa, li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jiksibha.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li, ladarba tingħata, l-awtorizzazzjoni tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien żejjed, soġġetta għat-termini u għall-kundizzjonijiet applikabbli (22).

Artikolu 151

Tariffi

1.   Għall-attivitajiet ekonomiċi kollha minbarra s-servizzi finanzjarji, kull Parti għandha tiżgura li t-tariffi tal-awtorizzazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tagħha jkunu raġonevoli u trasparenti u minnhom infushom ma jillimitawx il-provvista tas-servizz rilevanti jew it-twettiq ta’ kwalunkwe attività ekonomika oħra. Fid-dawl tal-ispiża u l-piż amministrattiv, kull Parti hija mħeġġa taċċetta l-ħlas tat-tariffi tal-awtorizzazzjoni b’mezzi elettroniċi.

2.   Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha, fir-rigward tat-tariffi ta’ awtorizzazzjoni li huma jitolbu, jipprovdu lill-applikanti skeda ta’ tariffi jew informazzjoni dwar kif jiġu ddeterminati l-ammonti tat-tariffi, u ma jużawx it-tariffi bħala mezz sabiex jevitaw l-impenji jew l-obbligi tal-Parti.

3.   It-tariffi tal-awtorizzazzjoni ma jinkludux it-tariffi għall-użu ta’ riżorsi naturali, il-pagamenti għall-irkant, il-proċedura tal-offerti jew mezzi nondiskriminatorji oħra għall-għoti ta’ konċessjonijiet jew ta’ kontribuzzjonijiet mandatorji għall-provvista ta’ servizzi universali.

Artikolu 152

Valutazzjoni tal-kwalifiki

Jekk Parti tkun teħtieġ eżaminazzjoni sabiex tivvaluta l-kwalifiki ta’ applikant għal awtorizzazzjoni, hija għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jiskedaw tali eżaminazzjoni f’intervalli raġonevolment frekwenti u tipprovdi perjodu ta’ żmien raġonevoli sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu li ssirilhom l-eżaminazzjoni. Sa fejn ikun prattikabbli, kull Parti għandha taċċetta talbiet f’format elettroniku sabiex jitwettqu t-tali eżaminazzjonijiet u għandha tikkunsidra l-użu ta’ mezzi elettroniċi f’aspetti oħra tal-proċessi ta’ eżaminazzjoni.

Artikolu 153

Pubblikazzjoni u informazzjoni disponibbli

1.   Jekk Parti teħtieġ awtorizzazzjoni, il-Parti għandha tippubblika minnufih l-informazzjoni meħtieġa għall-persuni li jwettqu jew li jfittxu li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 146(1) li għalihom l-awtorizzazzjoni tkun meħtieġa sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti, mal-formalitajiet, mal-istandards tekniċi u mal-proċeduri għall-kisba, għaż-żamma, għall-emendar u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. Tali informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn tkun teżisti:

(a)

ir-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ liċenzjar u ta’ kwalifika u l-formalitajiet;

(b)

informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(c)

tariffi ta’ awtorizzazzjoni;

(d)

standards tekniċi applikabbli;

(e)

proċeduri għall-appell jew għar-rieżami ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet;

(f)

proċeduri għall-monitoraġġ jew għall-infurzar tal-konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet tal-liċenzji jew tal-kwalifiki;

(g)

opportunitajiet għall-involviment pubbliku, bħal permezz ta’ seduti jew kummenti; u

(h)

perjodi taż-żmien indikattivi għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni.

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, "pubblikazzjoni" tfisser li tiġi inkluża f’pubblikazzjoni uffiċjali, bħal ġurnal uffiċjali, jew fuq sit web uffiċjali. Il-Partijiet għandhom jikkonsolidaw il-pubblikazzjonijiet elettroniċi f’portal online uniku jew inkella jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmluhom aċċessibbli faċilment permezz ta’ mezzi elettroniċi alternattivi.

2.   Kull Parti għandha tirrikjedi lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tagħha li twieġeb għal kwalunkwe talba għal informazzjoni jew assistenza, sa fejn ikun prattikabbli.

Artikolu 154

Standards tekniċi

Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti tagħha, meta jadottaw standards tekniċi, sabiex jadottaw standards tekniċi żviluppati permezz ta’ proċessi miftuħa u trasparenti, u għandha tħeġġeġ lil kwalunkwe korp, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, iddeżinjat sabiex jiżviluppa standards tekniċi sabiex jagħmel dan permezz ta’ proċessi miftuħa u trasparenti.

Artikolu 155

Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri relatati mal-awtorizzazzjoni jkunu bbażati fuq kriterji li jipprekludu lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw is-setgħa tagħhom ta’ valutazzjoni b’mod arbitrarju u jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-kompetenza u l-kapaċità li jiġi pprovdut servizz jew kwalunkwe attività ekonomika oħra, inkluż li dan isir f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji ta’ Parti bħar-rekwiżiti tas-saħħa u rekwiżiti ambjentali. Biex jiġi evitat kull dubju, il-Partijiet jifhmu li meta jaslu għad-deċiżjonijiet, awtorità kompetenti tista’ tibbilanċja l-kriterji;

2.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ikunu:

(a)

ċari u mingħajr ambigwità;

(b)

oġġettivi u trasparenti;

(c)

prestabbiliti;

(d)

magħmulin disponibbli għal pubbliku minn qabel;

(e)

imparzjali; u

(f)

aċċessibbli faċilment.

3.   Jekk Parti tadotta jew iżżomm miżura relatata mal-awtorizzazzjoni, hija għandha tiżgura li:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tipproċessa l-applikazzjonijiet, u tilħaq u tamministra d-deċiżjonijiet tagħha, b’mod oġġettiv u imparzjali u b’mod indipendenti mill-influwenza żejda ta’ kwalunkwe persuna li twettaq l-attività ekonomika li għaliha tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni; u

(b)

il-proċeduri nfushom ma jipprevjenux li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti.

Artikolu 156

Numru limitat ta’ liċenzji

Jekk in-numru ta’ liċenzji disponibbli għal attività partikolari jkun limitat minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi naturali disponibbli jew in-nuqqas ta’ kapaċità teknika, Parti għandha tapplika proċedura tal-għażla għal kandidati potenzjali li tipprovdi garanziji sħaħ ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza, inkluż, b’mod partikolari, reklamar adegwat dwar it-tnedija, il-kondotta u t-tlestija tal-proċedura. Fl-istabbiliment tar-regoli għall-proċedura tal-għażla, Parti tista’ tqis l-objettivi leġittimi tal-politika, inklużi kunsiderazzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-preservazzjoni tal-wirt kulturali.

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ APPLIKAZZJONI ĠENERALI

Artikolu 157

Proċeduri ta’ rieżami għal deċiżjonijiet amministrattivi

Parti għandha żżomm tribunali jew proċeduri ġudizzjarji, ta’ arbitraġġ jew amministrattivi li jipprovdu, fuq talba ta’ investitur jew ta’ fornitur ta’ servizz affettwat tal-Parti l-oħra, għar-rieżami fil-pront ta’ deċiżjonijiet amministrattivi, u, jekk ikunu ġġustifikati, rimedji xierqa għat-tali deċiżjonijiet amministrattivi, li jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operat, il-kummerċ transfruntier fis-servizzi jew il-forniment ta’ servizz permezz tal-preżenza ta’ persuna fiżika ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra. Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, "deċiżjonijiet amministrattivi" tfisser deċiżjoni jew azzjoni b’effett legali li tapplika għal persuna, għal merkanzija jew għal servizz speċifiku f’każ individwali, u tkopri n-nuqqas li tittieħed deċiżjoni amministrattiva jew li tittieħed tali azzjoni meta dan ikun meħtieġ mil-liġi ta’ Parti. Jekk dawn il-proċeduri ma jkunux indipendenti mill-awtorità kompetenti fdata bid-deċiżjoni amministrattiva kkonċernata, Parti għandha tassigura li l-proċeduri jipprevedu rieżami oġġettiv u imparzjali.

Artikolu 158

Kwalifiki professjonali

1.   F’dan l-Artikolu ma hemm xejn li jimpedixxi lil Parti milli tobbliga li l-persuni fiżiċi jkollhom il-kwalifiki professjonali meħtieġa speċifikati fit-territorju fejn titwettaq l-attività, għas-settur ta’ attività kkonċernat (23).

2.   Il-korpi u l-awtoritajiet professjonali, li huma rilevanti għas-settur tal-attività kkonċernata fit-territorji rispettivi tagħhom, jistgħu jiżviluppaw u jipprovdu rakkomandazzjonijiet konġunt dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali lill-Kunsill ta’ Sħubija. Tali rakkomandazzjonijiet konġunti għandhom ikunu appoġġati minn valutazzjoni bbażata fuq l-evidenza ta’:

(a)

il-valur ekonomiku ta’ arranġament previst dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali; u

(b)

il-kompatibbiltà tar-reġimi rispettivi, jiġifieri l-punt sa fejn ir-rekwiżiti applikati minn kull Parti għall-awtorizzazzjoni, il-liċenzjar, l-operat u ċ-ċertifikazzjoni huma kompatibbli.

3.   Malli jirċievi rakkomandazzjoni konġunta, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jirrieżamina l-konsistenza tiegħu ma’ dan it-Titolu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’, wara tali rieżami, jiżviluppa u jadotta arranġament dwar il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali permezz ta’ deċiżjoni bħala anness għal dan il-Ftehim, li għandu jitqies li jifforma parti integrali minn dan it-Titolu (24).

4.   Arranġament imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprevedi l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali miksuba fl-Unjoni u l-kwalifiki professjonali miksuba fir-Renju Unit relatati ma’ attività koperta minn dan it-Titolu u t-Titolu III ta' din l-Intestatura.

5.   Il-Linji Gwida għall-arranġamenti dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali stabbiliti fl-Anness 24 għandhom jitqiesu fl-iżvilupp tar-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u mill-Kunsill ta’ Sħubija meta jivvaluta jekk għandux jiġi adottat tali Arranġament, kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

TAQSIMA 3

SERVIZZI TA’ KONSENJA

Artikolu 159

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din it-Taqsima tapplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi ta’ konsenja flimkien mal-Kapitoli 1, 2, 3 u 4 ta’ dan it-Titolu, u għat-Taqsimiet 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"servizzi ta’ konsenja" tfisser servizzi postali, servizzi ta’ kurrier, servizzi ta’ konsenja express jew servizzi ta’ posta express, li jinkludu l-attivitajiet li ġejjin: il-ġbir, is-separazzjoni, it-trasport u l-konsenja ta’ oġġetti postali;

(b)

"servizzi ta’ konsenja express" tfisser il-ġbir, is-separazzjoni, it-trasport u l-konsenja ta’ oġġetti postali b’veloċità mgħaġġla u b’affidabbiltà u tista’ tinkludi elementi ta’ valur miżjud bħall-ġbir mill-punt tal-oriġini, il-konsenja personali lid-destinatarju, it-traċċar, il-possibbiltà li tinbidel id-destinazzjoni u d-destinatarju fi tranżitu jew il-konferma tar-riċevuta;

(c)

"servizzi tal-posta express" tfisser servizzi internazzjonali ta’ konsenja express ipprovduti permezz tal-Koperattiva tal-EMS, li hija l-assoċjazzjoni volontarja ta’ operaturi postali ddeżinjati skont l-Unjoni Postali Universali (UPU);

(d)

"liċenzja" tfisser awtorizzazzjoni li awtorità regolatorja ta’ Parti tista’ teħtieġ fornitur individwali sabiex dak il-fornitur joffri servizzi postali jew tal-kurrier;

(e)

"oġġett postali" tfisser oġġett sa 31,5 kg indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr minn kwalunkwe tip ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja, kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat, u jista’ jinkludi oġġetti bħal ittra, pakkett, gazzetta jew katalgu;

(f)

"monopolju postali" tfisser id-dritt esklużiv li jiġu pprovduti servizzi ta’ konsenja speċifikati fit-territorju ta’ Parti jew f’subdiviżjoni ta’ dan skont il-liġi ta’ dik il-Parti; u

(g)

"servizz universali" tfisser il-provvista permanenti ta’ servizz ta’ konsenja ta’ kwalità speċifikata fil-punti kollha fit-territorju ta’ Parti jew ta’ subdiviżjoni tiegħu bi prezzijiet affordabbli għall-utenti kollha.

Artikolu 160

Servizz universali

1.   Kull Parti għandha d-dritt li tiddefinixxi t-tip ta’ obbligu ta’ servizz universali li tixtieq iżżomm u li tiddeċiedi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu. Kwalunkwe obbligu ta’ servizz universali għandu jiġi amministrat b’mod trasparenti, mhux diskriminatorju u newtrali fir-rigward tal-fornituri kollha soġġetti għall-obbligu.

2.   Jekk Parti teħtieġ li s-servizzi tal-posta espress ’il ġewwa jiġu forniti abbażi ta’ servizz universali, din ma għandhiex tagħti trattament preferenzjali lil dawk is-servizzi fuq servizzi internazzjonali oħra ta’ konsenja rapida.

Artikolu 161

Finanzjament ta’ servizzi universali

Parti ma għandhiex timponi tariffi jew imposti oħra fuq il-provvista ta’ servizz ta’ konsenja li ma huwiex servizz universali għall-finijiet ta’ finanzjament tal-provvista ta’ servizz universali. Dan l-Artikolu ma japplikax għal miżuri ta’ tassazzjoni jew għal tariffi amministrattivi applikabbli b’mod ġenerali.

Artikolu 162

Prevenzjoni ta’ prattiki li jikkawżaw distorsjoni tas-suq

Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri ta’ servizzi postali soġġetti għal obbligu ta’ servizz universali jew ta’ monopolju postali ma jkunux involuti fi prattiki li joħolqu distorsjoni bħal:

(a)

l-użu ta’ dħul derivat mill-provvista tas-servizz soġġett għal obbligu ta’ servizz universali jew minn monopolju postali għal sussidju inkroċjat tal-provvista ta’ servizz ta’ konsenja rapida jew kwalunkwe servizz ta’ konsenja li ma jkunx soġġett għal obbligu ta’ servizz universali; jew

(b)

li b’mod mhux ġustifikat jiddifferenzjaw bejn il-klijenti fir-rigward ta’ tariffi jew ta’ termini u ta’ kundizzjonijiet oħra għall-provvista ta’ servizz soġġett għal servizz universali jew għal monopolju postali.

Artikolu 163

Liċenzji

1.   Jekk Parti tkun teħtieġ liċenzja għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsenja, din għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku:

(a)

ir-rekwiżiti kollha ta’ liċenzjar u l-perjodu taż-żmien normalment mitlub biex tintlaħaq deċiżjoni b’rabta ma’ applikazzjoni għal liċenzja; kif ukoll

(b)

it-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji.

2.   Il-proċeduri, l-obbligi u r-rekwiżiti ta’ liċenzja għandhom ikunu trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq kriterji oġġettivi.

3.   Jekk applikazzjoni għal liċenzja tiġi miċħuda mill-awtorità kompetenti, din għandha tinforma lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut bil-miktub. Kull Parti għandha tistabbilixxi proċedura ta’ appell permezz ta’ korp indipendenti disponibbli għall-applikanti li l-liċenzja tagħhom tkun ġiet irrifjutata. Dak il-korp jista’ jkun qorti.

Artikolu 164

Indipendenza tal-korp regolatorju

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm korp regolatorju li għandu jkun legalment distint u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja. Jekk Parti tkun is-sid jew tikkontrolla fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja, din għandha tiżgura s-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja minn attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.

2.   Il-korpi regolatorji għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod trasparenti u f’waqtu u jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati sabiex iwettqu l-kompitu assenjat lilhom. Id-deċiżjonijiet tagħhom għandhom ikunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq.

TAQSIMA 4

SERVIZZI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI

Artikolu 165

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima tapplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi ta’ konsenja flimkien mal-Kapitoli 1, 2, 3 u 4 ta’ dan it-Titolu, u għat-Taqsimiet 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 166

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"faċilitajiet assoċjati" tfisser servizzi assoċjati, infrastruttura fiżika u faċilitajiet jew elementi oħra assoċjati ma’ network tat-telekomunikazzjoni jew ma’ servizz tat-telekomunikazzjoni li jippermettu jew isostnu l-provvista ta’ servizzi permezz ta’ dak in-network jew is-servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan;

(b)

"utent finali" jfisser konsumatur aħħari jew abbonat għal servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni, inkluż fornitur ta’ servizz li ma jkunx fornitur ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni;

(c)

"faċilitajiet essenzjali" tfisser faċilitajiet ta’ network pubbliku tat-telekomunikazzjoni jew servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni li:

(i)

jiġu pprovduti b’mod esklussiv jew predominanti minn fornitur wieħed jew minn għadd limitat ta’ fornituri; u

(ii)

ma jistgħux b’mod prattiku jiġu ekonomikament jew teknikament sostitwiti sabiex jiġi pprovdut servizz;

(d)

"interkonnessjoni" tfisser il-konnessjoni ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni użati mill-istess fornituri jew minn fornituri differenti ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni sabiex l-utenti ta’ fornitur wieħed ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-utenti tal-istess fornitur jew ta’ fornitur ieħor jew jaċċessaw servizzi pprovduti minn fornitur ieħor irrispettivament jekk dawk is-servizzi jiġux ipprovduti mill-fornituri involuti jew minn kwalunkwe fornitur ieħor li jkollu aċċess għan-network;

(e)

"servizz internazzjonali tar-roaming mobbli" tfisser servizz mobbli kummerċjali pprovdut skont ftehim kummerċjali bejn il-fornituri ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni li jippermetti lil utent finali juża l-apparat mobbli domestiku tiegħu jew apparat ieħor għal servizzi ta’ trażmissjoni tal-vuċi, ta’ data jew ta’ messaġġi waqt li jkun barra mit-territorju li fih jinsab in-network pubbliku tat-telekomunikazzjoni tal-utent finali;

(f)

"servizz ta’ aċċess għall-internet" tfisser servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni li jipprovdi aċċess għall-internet u, b’hekk, konnettività ma’ virtwalment kull punt aħħari tal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-network u mit-tagħmir terminali użati;

(g)

"ċirkwit mikri" tfisser servizzi jew faċilitajiet tat-telekomunikazzjoni, inklużi dawk ta’ natura virtwali, li jwarrbu l-kapaċità għall-użu ddedikat jew għad-dispożizzjoni ta’ utent bejn żewġ punti ddeżinjati jew aktar;

(h)

"fornitur ewlieni" tfisser fornitur ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni li jkollu l-kapaċità li jaffettwa materjalment it-termini tal-parteċipazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-prezz u tal-provvista, f’suq rilevanti għan-networks tat-telekomunikazzjoni jew għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bħala riżultat ta’ kontroll fuq il-faċilitajiet essenzjali jew tal-użu tal-pożizzjoni tiegħu f’dak is-suq;

(i)

"element tan-network" tfisser faċilità jew tagħmir użat fil-provvista ta’ servizz tat-telekomunikazzjoni, inklużi l-karatteristiċi, il-funzjonijiet u l-kapaċitajiet ipprovduti permezz ta’ dik il-faċilità jew dak it-tagħmir;

(j)

"portabbiltà tan-numri" tfisser il-kapaċità tal-abbonati li jitolbu dan li jżommu l-istess numri tat-telefown, fl-istess post fil-każ ta’ linja fissa, mingħajr telf tal-kwalità, tal-affidabbiltà jew tal-konvenjenza meta jaqilbu bejn l-istess kategorija ta’ fornituri ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni;

(k)

"network pubbliku tat-telekomunikazzjoni" tfisser kwalunkwe network tat-telekomunikazzjoni użat kompletament jew primarjament għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni li jappoġġa t-trasferiment ta’ informazzjoni bejn il-punti ta’ terminazzjoni tan-network;

(l)

"servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni" tfisser kwalunkwe servizz tat-telekomunikazzjoni li jiġi offrut lill-pubbliku b’mod ġenerali;

(m)

"abbonat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun parti minn kuntratt ma’ fornitur ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni għall-provvista ta’ tali servizzi;

(n)

"telekomunikazzjonijiet" tfisser it-trażmissjoni u r-riċevuta ta’ sinjali bi kwalunkwe mezz elettromanjetiku;

(o)

"network tat-telekomunikazzjoni" tfisser sistemi ta’ trażmissjoni u, fejn applikabbli, tagħmir ta’ switching jew ta’ routing u riżorsi oħrajn, inklużi elementi tan-network li ma jkunux attivi, li jippermettu t-trażmissjoni u r-riċevuta ta’ sinjali permezz ta’ wajer, radju, mezzi ottiċi jew mezzi elettromanjetiċi oħrajn;

(p)

"awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni" tfisser il-korp jew il-korpi inkarigati minn Parti bir-regolamentazzjoni tan-networks tat-telekomunikazzjoni u tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni koperti minn din it-Taqsima;

(q)

"servizz tat-telekomunikazzjoni" tfisser servizz li jikkonsisti kompletament jew prinċipalment fit-trażmissjoni u fir-riċevuta ta’ sinjali, inklużi sinjali tax-xandir, fuq networks tat-telekomunikazzjoni, inklużi dawk użati għax-xandir, iżda mhux servizz li jipprovdi, jew li jeżerċita kontroll editorjali fuq, kontenut trażmess bl-użu ta’ networks tat-telekomunikazzjoni u ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(r)

"servizz universali" tfisser is-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifikata li jridu jkunu disponibbli għall-utenti kollha, jew għal sett ta’ utenti, fit-territorju ta’ Parti, jew f’subdiviżjoni tiegħu, irrispettivament mill-post ġeografiku tagħhom u bi prezz affordabbli; u

(s)

"utent" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni.

Artikolu 167

Awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni li:

(a)

tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe fornitur ta’ networks tat-telekomunikazzjoni, ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni;

(b)

tuża proċeduri u toħroġ deċiżjonijiet li jkunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq;

(c)

taġixxi b’mod indipendenti u ma tfittix jew tieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe korp ieħor fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilha bil-liġi biex tinforza l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 169, 170, 171, 173 u 174;

(d)

ikollha s-setgħa regolatorja, kif ukoll riżorsi finanzjarji u umani adegwati, sabiex twettaq il-kompiti msemmija fil-punt (c) ta' dan l-Artikolu;

(e)

ikollha s-setgħa li tiżgura li l-fornituri ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni jipprovduh, fil-pront fuq talba, bl-informazzjoni kollha (25), inkluża l-informazzjoni finanzjarja, li hija meħtieġa sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti msemmija fil-punt (c) ta' dan l-Artikolu; u

(f)

teżerċita s-setgħat tagħha b’mod trasparenti u f’waqtu.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-kompiti assenjati lill-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni jsiru pubbliċi f’forma faċilment aċċessibbli u ċara, b’mod partikolari meta dawk il-kompiti jiġu assenjati lil aktar minn korp wieħed.

3.   Parti li żżomm sjieda jew kontroll tal-fornituri ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni għandha tiżgura s-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew mal-kontroll.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li utent jew fornitur ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni affettwat minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni jkollu d-dritt ta’ appell quddiem korp ta’ appell li jkun indipendenti mill-awtorità regolatorja u minn partijiet oħra affettwati. Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-appell, id-deċiżjoni għandha tibqa’ tgħodd, sakemm ma jingħatawx miżuri interim f’konformità mal-liġi tal-Parti.

Artikolu 168

Awtorizzazzjoni sabiex jiġu pprovduti networks u servizzi tat-telekomunikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tippermetti l-provvista ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni formali minn qabel.

2.   Kull Parti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-kriterji, il-proċeduri u t-termini u l-kundizzjonijiet kollha applikabbli li skonthom il-fornituri jkunu jistgħu jipprovdu networks tat-telekomunikazzjoni jew servizzi tat-telekomunikazzjoni.

3.   Kwalunkwe kriterju ta’ awtorizzazzjoni u proċedura applikabbli għandhom ikunu sempliċi kemm jista’ jkun, oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati. L-obbligi u l-kundizzjonijiet kollha imposti fuq jew assoċjati ma’ awtorizzazzjoni għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti, proporzjonati u għandhom ikunu relatati mas-servizzi jew man-networks ipprovduti.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li applikant għal awtorizzazzjoni jirċievi bil-miktub ir-raġunijiet għal kwalunkwe ċaħda jew revoka ta’ awtorizzazzjoni jew għall-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-fornitur. F’każijiet bħal dawn, l-applikant għandu jkollu dritt ta’ appell quddiem korp ta’ appell.

5.   It-tariffi amministrattivi imposti fuq il-fornituri għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati mal-kostijiet amministrattivi mġarrba b’mod raġonevoli fil-ġestjoni, fil-kontroll u fl-infurzar tal-obbligi stabbiliti f’din it-Taqsima (26).

Artikolu 169

Interkonnessjoni

Kull Parti għandha tiżgura li fornitur ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jkollu d-dritt u, meta jintalab minn fornitur ieħor ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, l-obbligu li jinnegozja interkonnessjoni għall-finijiet tal-provvista ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni.

Artikolu 170

Aċċess u użu

1.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe impriża jew fornitur ta’ servizz kopert tal-Parti l-oħra jingħata aċċess għal networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni u l-użu tagħhom b’termini u b’kundizzjonijiet raġonevoli u nondiskriminatorji (27). Dan l-obbligu għandu jiġi applikat, fost l-oħrajn, permezz tal-paragrafi 2 sa 5.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-impriżi koperti jew il-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess għal kwalunkwe network pubbliku tat-telekomunikazzjoni jew servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni offrut fit-territorju tagħha jew f’livell transfruntier u l-użu tiegħu, inklużi ċirkwiti privati mikrija, u għal dak il-għan għandha tiżgura, soġġett għall-paragrafu 5, li tali impriżi u fornituri jkollhom il-permess li:

(a)

jixtru jew jikru u jqabbdu terminal jew tagħmir ieħor li joħloq interfaċċa man-network u li jkun neċessarju għat-twettiq tal-operazzjonijiet tagħhom;

(b)

li joħolqu interkonnessjoni bejn ċirkwiti privati mikrija jew proprjetà tagħhom u networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ċirkwiti mikrija jew proprjetà ta’ impriża jew fornitur ta’ servizz ieħor kopert; kif ukoll

(c)

jużaw il-protokolli operattivi tal-għażla tagħhom fl-operazzjonijiet tagħhom, għajr kif meħtieġ sabiex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni lill-pubbliku b’mod ġenerali.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-impriżi jew il-fornituri ta’ servizzi koperti tal-Parti l-oħra jkunu jistgħu jużaw in-networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni u s-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni għall-moviment ta’ informazzjoni fil-pajjiż u b’mod transfruntier, inkluż għall-komunikazzjoni intrakorporattiva tagħhom, u għall-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-bażijiet ta’ data jew inkella maħżuna f’forma li tinqara elettronikament fit-territorju ta’ kwalunkwe Parti.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, Parti tista’ tieħu miżuri bħal dawn li jkunu meħtieġa sabiex tiżgura s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, soġġett għar-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b’mod li jkun jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi jew mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata jew ta’ tixjin jew indeboliment tal-benefiċċji skont dan it-Titolu.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li l-ebda kundizzjoni ma tkun imposta fuq l-aċċess għan-networks jew għas-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni u għall-użu tagħhom minbarra dawk neċessarji sabiex:

(a)

tissalvagwardja r-responsabbilitajiet tas-servizz pubbliku tal-fornituri ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, b’mod partikolari l-abbilità tagħhom li jagħmlu s-servizzi tagħhom disponibbli għall-pubbliku b’mod ġenerali; jew

(b)

tipproteġi l-integrità teknika tan-networks jew tas-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni.

Artikolu 171

Riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar it-telekomunikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li, fil-każ ta’ tilwima li tinqala’ bejn il-fornituri ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni b’rabta mad-drittijiet u mal-obbligi li jirriżultaw minn din it-Taqsima, u fuq talba ta’ kwalunkwe parti involuta fit-tilwima, l-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni toħroġ deċiżjoni vinkolanti fi żmien raġonevoli sabiex tiġi riżolta t-tilwima.

2.   Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni għandha tkun disponibbli mill-pubbliku, wara li jkunu tqiesu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità kummerċjali. Il-partijiet konċernati għandhom jingħataw dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u għandu jkollhom id-dritt ta’ appell imsemmi fl-Artikolu 167(4).

3.   Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tiftaħ kawża quddiem awtorità ġudizzjarja.

Artikolu 172

Salvagwardji kompetittivi fuq fornituri ewlenin

Kull Parti għandha tintroduċi jew iżżomm miżuri xierqa sabiex jiġi evitat li fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni li, waħidhom jew flimkien, ikunu fornitur ewlieni milli jipparteċipaw fi prattiki antikompetittivi jew jissoktawhom. B’mod partikolari, dawn il-prattiki antikompetittivi għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)

l-involviment f’sussidjar inkroċjat antikompetittiv;

(b)

l-użu ta’ informazzjoni miksuba mingħand il-kompetituri b’riżultati antikompetittivi; kif ukoll

(c)

in-nuqqas ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi oħrajn ta’ informazzjoni teknika f’waqtha dwar il-faċilitajiet essenzjali u informazzjoni kummerċjalment rilevanti li huma jkollhom bżonn sabiex jipprovdu s-servizzi.

Artikolu 173

Interkonnessjoni ma’ fornituri ewlenin

1.   Kull Parti għandha tiżgura li fornituri ewlenin ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu interkonnessjoni fi kwalunkwe punt teknikament fattibbli fin-network. Tali interkonnessjoni għandha tiġi pprovduta:

(a)

skont termini u kundizzjonijiet mhux diskriminatorji (inkluż fir-rigward ta’ rati, ta’ standards tekniċi, ta’ speċifikazzjonijiet, ta’ kwalità u ta’ manutenzjoni) u ta’ kwalità xejn anqas favorevoli minn dik ipprovduta għal servizzi simili proprji ta’ tali fornitur ewlieni, jew għal servizzi simili tas-sussidjarji tiegħu jew ta’ affiljati oħrajn;

(b)

b’mod f’waqtu, skont termini u kundizzjonijiet (inkluż fir-rigward ta’ rati, ta’ standards tekniċi, ta’ speċifikazzjonijiet, ta’ kwalità u ta’ manutenzjoni) li jkunu trasparenti, raġonevoli, u b’kunsiderazzjoni tal-fattibbiltà ekonomika, u diżaggregati biżżejjed sabiex il-fornitur ma jkollux bżonn iħallas għal elementi jew għal faċilitajiet tan-network li ma jkunx jeħtieġ sabiex jiġi pprovdut is-servizz; kif ukoll

(c)

fuq talba, f’punti minbarra l-punti tat-terminazzjoni tan-network offruti lill-maġġoranza tal-utenti, soġġett għal imposti li jirriflettu l-kost tal-kostruzzjoni tal-faċilitajiet addizzjonali meħtieġa.

2.   Il-proċeduri applikabbli għal interkonnessjoni ma’ fornitur ewlieni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3.   Il-fornituri ewlenin għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-ftehimiet ta’ interkonnessjoni tagħhom jew l-offerti ta’ interkonnessjoni ta’ referenza tagħhom, fejn xieraq.

Artikolu 174

Aċċess għall-faċilitajiet essenzjali ta’ fornituri ewlenin

Kull Parti għandha tiżgura li fornituri ewlenin fit-territorju tagħha jagħmlu l-faċilitajiet essenzjali tagħhom disponibbli għall-fornituri ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni b’termini u b’kundizzjonijiet raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-iskop li jiġu pprovduti servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, għajr meta dan ma jkunx meħtieġ biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva abbażi tal-fatti miġbura u tal-valutazzjoni tas-suq imwettqa mill-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni. Il-faċilitajiet essenzjali tal-fornitur ewlieni jistgħu jinkludu elementi tan-network, servizzi ta’ ċirkwiti mikrija u faċilitajiet assoċjati.

Artikolu 175

Riżorsi skarsi

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-allokazzjoni u l-għoti tad-drittijiet tal-użu ta’ riżorsi skarsi, inklużi l-ispettru tar-radju, in-numri u d-drittijiet tal-linji jitwettaq b’mod miftuħ, oġġettiv, puntwali, trasparenti, nondiskriminatorju u proporzjonat u billi jitqiesu l-objettivi ta’ interess ġenerali. Il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-obbligi mehmuża mad-drittijiet tal-użu għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati.

2.   L-użu kurrenti ta’ meded ta’ frekwenzi allokati għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, iżda m’hemmx bżonn ta’ identifikazzjoni dettaljata tal-frekwenzi allokati għal użu governattiv speċifiku.

3.   Il-Partijiet għandhom jiddependu fuq approċċi bbażati fuq is-suq, bħal proċeduri tal-offerti, biex jassenjaw spettru għal użu kummerċjali.

4.   Il-Partijiet jifhmu li l-miżuri ta’ Parti li talloka u tassenja l-ispettru u ġġestixxi l-frekwenza ma jkunux fihom infushom inkonsistenti mal-Artikoli 128 u 135. Kull Parti żżomm id-dritt li tistabbilixxi u tapplika miżuri ta’ ġestjoni tal-ispettru u l-frekwenza li jista’ jkollha l-effett li tillimita n-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, dment li tagħmel dan b’mod konsistenti ma’ dan il-Ftehim. Dan jinkludi l-ħila ta’ allokazzjoni ta’ meded ta’ frekwenzi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet attwali u futuri u d-disponibbiltà tal-ispettru.

Artikolu 176

Servizz universali

1.   Kull Parti għandha d-dritt li tiddefinixxi t-tip ta’ obbligi ta’ servizz universali li tixtieq iżżomm u li tiddeċiedi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom.

2.   Kull Parti għandha tamministra l-obbligi ta’ servizz universali b’mod proporzjonat, trasparenti, oġġettiv u mhux diskriminatorju, li jkun newtrali fir-rigward tal-kompetizzjoni u mhux aktar ta’ piż milli meħtieġ għat-tip ta’ servizz universali ddefinit mill-Parti.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri ta’ servizz universali jkunu miftuħa għall-fornituri kollha ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni. Tali deżinjazzjoni għandha ssir permezz ta’ mekkaniżmu effiċjenti, trasparenti u mhux diskriminatorju.

4.   Jekk Parti tiddeċiedi li tikkumpensa lill-fornituri ta’ servizz universali, għandha tiżgura li tali kumpens ma jaqbiżx il-kost nett ikkawżat mill-obbligu ta’ servizz universali.

Artikolu 177

Portabbiltà tan-numri

Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu portabbiltà tan-numri b’termini u kundizzjonijiet raġonevoli.

Artikolu 178

Aċċess għall-internet miftuħ

1.   Kull Parti għandha tiżgura li, soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti tagħha, il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jippermettu lill-utenti ta’ dawk is-servizzi:

(a)

jaċċessaw u jqassmu informazzjoni u kontenut, jużaw u jipprovdu applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, soġġetti għal ġestjoni tan-network mhux diskriminatorja, raġonevoli, trasparenti u proporzjonata; u

(b)

jużaw apparati tal-għażla tagħhom, dment li tali apparati ma jagħmlux ħsara lis-sigurtà ta’ apparati oħra, lin-network jew lis-servizzi pprovduti fuq in-network.

2.   Għal aktar ċarezza, xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jżomm lill-Partijiet milli jadottaw miżuri bil-għan li jipproteġu s-sikurezza pubblika fir-rigward tal-utenti online.

Artikolu 179

Kunfidenzjalità tal-informazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri li jiksbu informazzjoni minn fornitur ieħor fil-proċess ta’ arranġamenti ta’ negozjar skont l-Artikoli 169, 170, 173 u 174 jużaw dik l-informazzjoni biss għall-iskop li għalih ġiet ipprovduta u jirrispettaw f’kull ħin il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna.

2.   Kull Parti għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni u tad-data tat-traffiku relatata trażmessi fl-użu tan-networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew tas-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, soġġett għar-rekwiżit li l-miżuri applikati għal dak l-għan ma jikkostitwixxux mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi.

Artikolu 180

Parteċipazzjoni azzjonarja barranija

Fir-rigward tal-provvista ta’ networks tat-telekomunikazzjoni jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni permezz tal-istabbiliment u minkejja l-Artikolu 133, Parti ma għandhiex timponi rekwiżiti ta’ impriża konġunta jew tillimita l-parteċipazzjoni ta’ kapital barrani f’termini ta’ limiti perċentwali massimi fuq parteċipazzjoni azzjonarja barranija jew il-valur totali ta’ investiment barrani individwali jew aggregat.

Artikolu 181

Roaming mobbli internazzjonali (28)

1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi tagħhom li jikkooperaw fil-promozzjoni ta’ rati trasparenti u raġonevoli għas-servizzi ta’ roaming mobbli internazzjonali b’modi li jistgħu jgħinu jippromwovu t-tkabbir tal-kummerċ fost il-Partijiet u jtejbu l-benessri tal-konsumaturi.

2.   Il-Partijiet jistgħu jagħżlu li tieħu pass biex issaħħaħ it-trasparenza u l-kompetizzjoni fir-rigward tar-rati tar-roaming mobbli internazzjonali u tal-alternattivi teknoloġiċi għas-servizzi tar-roaming, fosthom billi:

(a)

jiżguraw li l-informazzjoni rigward ir-rati għall-konsumaturi tkun faċilment aċċessibbli għall-utenti finali; u

(b)

jimminimizzaw ix-xkiel għall-użu ta’ alternattivi teknoloġiċi għar-roaming, li bih l-utenti finali, meta jżuru t-territorju ta’ Parti mit-territorji ta’ Partijiet oħra, jistgħu jaċċessaw is-servizzi tat-telekomunikazzjoni billi jużaw l-apparat tal-għażla tagħhom.

3.   Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-fornituri ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni fit-territorju tagħha biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni b’mod pubbliku informazzjoni dwar ir-rati għall-konsumaturi għas-servizzi tar-roaming mobbli internazzjonali għall-vuċi, għad-data u għall-messaġġi testwali offruti lill-utenti finali tagħhom meta jżuru t-territorju tal-Parti l-oħra.

4.   Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jeħtieġ li Parti tirregola r-rati jew il-kundizzjonijiet għas-servizzi ta’ roaming mobbli internazzjonali.

TAQSIMA 5

SERVIZZI FINANZJARJI

Artikolu 182

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tapplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi finanzjarji flimkien mal-Kapitoli 1, 2, 3 u 4 ta’ dan it-Titolu, u għat-Taqsimiet 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, it-terminu "attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva" msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 124 jfisser dan li ġej (29):

(a)

attivitajiet immexxija minn bank ċentrali jew minn awtorità monetarja jew minn xi entità pubblika fit-twettiq ta’ politiki monetarji jew dwar ir-rati tal-kambju;

(b)

attivitajiet li jifformaw parti minn sistema statutorja ta’ pjanijiet tas-sigurtà soċjali jew ta’ pjanijiet pubbliċi dwar l-irtirar; kif ukoll

(c)

attivitajiet oħra mmexxija minn entità pubblika f’isem jew jew bil-garanzija jew bl-użu tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi tal-Parti jew tal-entitajiet pubbliċi tagħha.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 124 ta’ din it-Taqsima, jekk Parti tippermetti li xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu titwettaq mill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tagħha f’kompetizzjoni ma’ entità pubblika jew ma’ fornitur ta’ servizzi finanzjarji, "attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva" ma jinkludux dawk l-attivitajiet.

4.   Il-punt (a) tal-Artikolu 124 ma japplikax għal servizzi koperti minn din it-Taqsima.

Artikolu 183

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"servizz finanzjarju" tfisser kwalunkwe servizz ta’ natura finanzjarja offrut minn fornitur ta’ servizz finanzjarju ta’ Parti u tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni u relatati magħha:

(A)

assigurazzjoni diretta (inkluż il-koassigurazzjoni):

(aa)

assigurazzjoni tal-ħajja;

(bb)

assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(B)

riassigurazzjoni u retroċessjoni;

(C)

intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni, bħas-senserija u l-aġenzija; u

(D)

servizzi awżiljarji għall-assigurazzjoni, bħal konsulenza, valutazzjoni attwarjali, valutazzjoni tar-riskju u servizzi ta’ saldu tal-pretensjonijiet;

(ii)

servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni):

(A)

aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi ripagabbli oħrajn mill-pubbliku;

(B)

self ta’ kull tip, inklużi, inter alia, kreditu tal-konsumatur, kreditu b’ipoteka, fatturar u ffinanzjar tat-tranżazzjonijiet kummerċjali;

(C)

leasing finanzjarja;

(D)

is-servizzi kollha ta' pagament u ta' trażmissjoni ta' flus, inkluż il-kreditu, il-kards tal-kreditu u tad-debitu, travellers cheques u bonifiċi bankarji;

(E)

garanziji u impenji;

(F)

in-negozjar għan-nom proprju jew għan-nom ta’ klijenti, kemm jekk fil-borża, f’suq finanzjarju barra l-borża jew b’xi mod ieħor, ta’ dawn li ġejjin:

(aa)

strumenti tas-suq monetarju (inklużi ċekkijiet, kontijiet, ċertifikati ta’ depożiti);

(bb)

munita barranija;

(cc)

prodotti derivattivi li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal, futuri u opzjonijiet;

(dd)

strumenti tar-rati tal-kambju u tar-rati tal-imgħax, inklużi prodotti bħal swaps u ftehimiet tar-rata forward;

(ee)

titoli trasferibbli; u

(ff)

strumenti u assi finanzjarji oħra negozjabbli, inklużi ingotti tad-deheb;

(G)

parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, inklużi s-sottoskrizzjoni u l-pjazzament bħala aġent (kemm jekk pubblikament u kemm jekk privatament) u l-provvista ta’ servizzi relatati ma’ tali ħruġ;

(H)

senserija tal-kambju;

(I)

l-immaniġġjar ta’ assi, bħall-ġestjoni tal-flus jew tal-portafolli, il-forom kollha ta’ ġestjoni ta’ investimenti kollettivi, il-ġestjoni ta’ fondi tal-pensjonijiet, is-servizzi ta’ kustodja, ta’ depożitu u fiduċjarji;

(J)

servizzi ta' saldu u likwidazzjoni għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti oħra negozjabbli.

(K)

l-għoti u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u software relatat; u

(L)

servizzi ta’ konsulenza, ta’ intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħrajn fuq l-attivitajiet kollha elenkati fil-punti (A) sa (K), inklużi r-referenza u l-analiżi tal-kreditu, ir-riċerka u l-pariri dwar l-investimenti u l-portafolli, il-pariri dwar l-akkwiżizzjonijiet u dwar ir-ristrutturar u l-istrateġija korporattivi;

(b)

"fornitur ta’ servizzi finanzjarji" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika ta’ Parti li tforni jew li tfittex li tforni servizzi finanzjarji u ma tinkludix entità pubblika;

(c)

"servizz finanzjarju ġdid" tfisser servizz ta’ natura finanzjarja, fosthom servizzi marbuta ma’ prodotti eżistenti u ma’ prodotti ġodda jew il-mod li bih jitwassal prodott, li ma jkunx fornit minn xi fornitur ta’ servizzi finanzjarji fit-territorju ta’ Parti iżda li jkun fornit fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(d)

"entità pubblika" tfisser:

(i)

gvern, bank ċentrali jew awtorità monetarja ta’ Parti, jew entità fis-sjieda jew fil-kontroll ta’ Parti, li tkun prinċipalment involuta fit-twettiq ta’ funzjonijiet jew ta’ azzjonijiet governattivi għal skopijiet governattivi, mhux inkluża entità prinċipalment involuta fil-provvista ta’ servizzi finanzjarji b’termini kummerċjali; jew

(ii)

entità privata, li twettaq funzjonijiet li normalment jitwettqu minn bank ċentrali jew awtorità monetarja, meta tkun qiegħda teżerċita dawk il-funzjonijiet;

(e)

"organizzazzjoni awtoregolatorja" tfisser kwalunkwe korp mhux governattiv, inkluż suq tat-titoli jew tal-futuri, aġenzija tal-ikklerjar, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni oħra, li teżerċita awtorità regolatorja jew superviżorja fuq il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji permezz ta’ statut jew delegazzjoni minn gvernijiet jew minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, fejn applikabbli.

Artikolu 184

Konċessjoni prudenzjali

1.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri għal raġunijiet prudenzjali (30), fosthom:

(a)

il-protezzjoni ta’ investituri, ta’ depożituri, ta’ detenturi ta’ polza jew ta’ persuni li lilhom ikun dovut obbligu fiduċjarju mill-fornitur ta’ servizz finanzjarju; jew

(b)

l-iżgurar tal-integrità u tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ Parti.

2.   Jekk tali miżuri ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ma għandhomx jintużaw bħala mezz sabiex jiġu evitati l-impenji jew l-obbligi tal-Parti taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 185

Informazzjoni kunfidenzjali

Mingħajr preġudizzju għat-Tielet Parti, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li jeħtieġ li xi Parti tiżvela informazzjoni relatata mal-affarijiet u mal-kontijiet ta’ konsumaturi individwali jew xi informazzjoni kunfidenzjali jew proprjetarja fil-pussess ta’ entitajiet pubbliċi.

Artikolu 186

Standards internazzjonali

Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom sabiex jiżguraw li l-istandards miftiehma internazzjonalment fis-settur tas-servizzi finanzjarji għar-regolamentazzjoni u għas-superviżjoni, għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għall-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, jiġu implimentati u applikati fit-territorju tagħhom. Dawn l-istandards miftiehma internazzjonalment huma, fost l-oħrajn, dawk adottati minn: il-G20; il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja; il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, b’mod partikolari l-"Prinċipju Fundamentali għal Kontroll Bankarju Effikaċi" tiegħu; l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni , b’mod partikolari l-"Prinċipji Fundamentali tal-Assigurazzjoni" tagħha; l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, b’mod partikolari l-"Objettivi u Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli" tagħha; it-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja; u mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni għal Finijiet tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku.

Artikolu 187

Servizzi finanzjarji ġodda għat-territorju ta’ Parti

1.   Kull Parti għandha tippermetti lil fornitur ta’ servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra stabbilit fit-territorju tagħha jforni kwalunkwe servizz finanzjarju ġdid li hija tippermetti lill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tagħha stess li jfornu, f’sitwazzjonijiet simili, f’konformità mal-liġi tagħha, dment li l-introduzzjoni tas-servizz finanzjarju l-ġdid ma tkunx teħtieġ liġi ġdida jew l-emendar ta’ liġi eżistenti. Dan ma japplikax għal fergħat tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju ta’ Parti.

2.   Parti tista’ tiddetermina l-forma istituzzjonali u ġuridika li biha jista’ jiġi pprovdut is-servizz u tista’ teħtieġ l-awtorizzazzjoni għall-provvista tas-servizz. Fejn tkun meħtieġa tali awtorizzazzjoni, għandha tittieħed deċiżjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi rrifjutata biss għal raġunijiet prudenzjali.

Artikolu 188

Organizzazzjonijiet awtoregolatorji

Fejn Parti tkun teħtieġ sħubija jew parteċipazzjoni fi kwalunkwe organizzazzjoni awtoregolatorja, jew aċċess għal din, sabiex il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra jfornu servizzi finanzjarji fit-territorju tagħha, il-Parti għandha tiżgura l-osservanza minn dik l-organizzazzjoni awtoregolatorja tal-obbligi skont l-Artikoli 129, 130, 137 u 138.

Artikolu 189

Sistemi tal-ikklerjar u ta’ pagament

Skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jagħtu trattament nazzjonali, kull Parti tagħti lill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħha aċċess għal sistemi ta’ pagament u tal-ikklerjar operati minn entitajiet pubbliċi, u għal faċilitajiet uffiċjali ta’ finanzjament u ta’ rifinanzjament li jkunu disponibbli fil-perkors normali tan-negozju. Dan l-Artikolu ma jagħtix aċċess għall-faċilitajiet mutwanti tal-aħħar istanza tal-Parti.

TAQSIMA 6

SERVIZZI TAT-TRASPORT MARITTIMU INTERNAZZJONALI

Artikolu 190

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din it-Taqsima għandha tapplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali minbarra l-Kapitoli 1, 2, 3, 4 u t-Taqsima 1 ta’dan il-Kapitolu.

2.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima u tal-Kapitoli 1, 2, 3 u 4 ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali" tfisser it-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija minn bastimenti li jbaħħru bejn port ta’ Parti waħda u port tal-Parti l-oħra jew ta’ pajjiż terz, jew bejn portijiet ta’ Stati Membri differenti, li jinkludi l-ikkuntrattar dirett ma’ fornituri ta’ servizzi tat-trasport oħra, bil-ħsieb li jiġu koperti operazzjonijiet tat-trasport mill-bieb sal-bieb jew multimodali b’dokument uniku tat-trasport, iżda ma jinkludix id-dritt li jiġu pprovduti tali servizzi oħra tat-trasport;

(b)

"operazzjonijiet tat-trasport mill-bieb sal-bieb jew multimodali" tfisser it-trasport ta’ merkanzija internazzjonali bl-użu ta’ aktar minn modalità waħda tat-trasport, li tinkludi parti mill-vjaġġ fuq il-baħar, b’dokument uniku tat-trasport;

(c)

"merkanzija internazzjonali" tfisser merkanzija ttrasportata bejn port ta’ Parti waħda u port tal-Parti l-oħra jew ta’ pajjiż terz, jew bejn portijiet ta’ Stati Membri differenti;

(d)

"servizzi marittimi awżiljari" tfisser servizzi ta’ maniġġar tal-merkanzija marittima, servizzi ta' żdoganar tal-merkanzija, servizzi ta’ stazzjon u depot tal-kontejners, servizzi ta’ aġenzija marittima, servizzi ta’ dispaċċ ta’ merkanzija marittima u servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ;

(e)

"servizzi ta’ mmaniġġar ta’ merkanzija marittima" tfisser attivitajiet eżerċitati minn kumpaniji ta' burdnara, inklużi operaturi tat-terminal, imma ma tinkludix l-attivitajiet diretti tal-persuni li jaħdmu fil-baċiri tat-tarzni, jekk dik il-forza tax-xogħol tkun organizzata indipendentement mill-kumpaniji tal-burdnara jew tal-operaturi tat-terminal; l-attivitajiet koperti jinkludu l-organizzazzjoni u s-superviżjoni ta’:

(i)

it-tagħbija jew il-ħatt ta’ merkanzija fuq jew minn bastiment;

(ii)

l-irbit jew il-ħall tal-merkanzija; u

(iii)

ir-riċevuta jew il-konsenja u ż-żamma sigura tal-merkanzija qabel it-trasportazzjoni jew wara r-rilaxx;

(f)

"servizzi ta’ żdoganar" tfisser attivitajiet li jikkonsistu fit-twettiq f’isem parti oħra tal-formalitajiet doganali li jikkonċernaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport tal-merkanzija li sejra għad-destinazzjoni tagħha, irrispettivament minn jekk dawn is-servizzi jkunux l-attività ewlenija tal-fornitur ta’ servizz jew komplement tas-soltu tal-attività ewlenija tiegħu;

(g)

"servizzi ta’ stazzjon u ta’ depot tal-kontejners" tfisser attivitajiet li jikkonsistu fil-ħżin, fil-mili, fl-istrippaġġ jew fit-tiswija ta’ kontejners u fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kontejners għat-trasportazzjoni, kemm jekk f’żoni tal-port kif ukoll f’ilmijiet interni;

(h)

"servizzi ta’ aġenzija marittima" tfisser attivitajiet li jikkonsistu fir-rappreżentanza, f'żona ġeografika partikolari, bħala aġent tal-interessi tan-negozju ta’ linja jew ta’ kumpanija tal-bastimenti waħda jew aktar għall-finijiet li ġejjin:

(i)

il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' servizzi tat-trasport marittimu u servizzi relatati, mill-ħruġ ta' stimi għall-ħruġ ta' fatturi, u l-ħruġ ta' poloz tal-kargu f'isem il-linji jew il-kumpaniji, l-akkwist u l-bejgħ mill-ġdid tas-servizzi meħtieġa relatati, it-tħejjija tad-dokumentazzjoni, u l-provvista ta' informazzjoni kummerċjali; u

(ii)

ir-rappreżentanza tal-linji marittimi jew tal-kumpaniji biex jiġi organizzat fejn isorġi l-bastiment jew fejn jittieħed il-kontroll tal-merkanziji meta jkun meħtieġ;

(i)

"servizzi sussidjarji" tfisser mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet, li jistgħu jitqiesu bħala kabotaġġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, it-trasport minn qabel u ’l quddiem bil-baħar ta’ merkanzija internazzjonali, inklużi merkanzija f’kontejners, merkanzija li titgħabba individwalment u merkanzija xotta jew likwida bl-ingrossa, bejn portijiet li jinsabu fit-territorju ta’ Parti, dment li tali merkanzija internazzjonali tkun "en route", jiġifieri, diretta lejn destinazzjoni, jew ġejja minn port tat-tagħbija, barra mit-territorju ta’ dik il-Parti;

(j)

"servizzi ta’ dispaċċ ta’ merkanzija marittima" tfisser l-attività li tikkonsisti fl-organizzazzjoni u fil-monitoraġġ tal-operazzjonijiet tat-trasportazzjoni f’isem l-ispedituri, permezz tal-arranġament tat-trasport u tas-servizzi relatati, it-tħejjija tad-dokumentazzjoni u l-provvista ta’ informazzjoni kummerċjali;

(k)

"servizzi portwarji" tfisser servizzi pprovduti f’żona ta’ port marittimu jew fuq l-aċċess għall-passaġġi fuq l-ilma għal tali żona mill-korp maniġerjali ta’ port, mis-sottokuntratturi tiegħu, jew minn fornituri oħra ta’ servizzi sabiex isostnu t-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri; u

(l)

"servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ" tfisser servizzi ta’ ħżin ta’ prodotti ffriżati jew imkessħa, servizzi ta’ ħżin bl-ingrossa ta’ likwidi jew gassijiet, u servizzi ta’ magazzinaġġ u ħżin oħra.

Artikolu 191

Obbligi

1.   Mingħajr preġudizzju għal miżuri mhux konformi jew għal miżuri oħra msemmija fl-Artikoli 133 u 139, kull Parti għandha timplimenta l-prinċipju ta’ aċċess mhux ristrett għas-swieq u għan-negozji marittimi internazzjonali fuq bażi kummerċjali u mhux diskriminatorja billi:

(a)

tagħti lil bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Parti l-oħra, jew operati minn fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra, trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti lill-bastimenti tagħha stess, fir-rigward ta’, fost l-oħrajn:

(i)

l-aċċess għall-portijiet;

(ii)

l-użu tal-infrastruttura tal-portijiet;

(iii)

l-użu ta’ servizzi awżiljarji marittimi; u u

(iv)

faċilitajiet doganali u l-assenjament ta’ postijiet ta’ rmiġġ u ta’ faċilitajiet għat-tagħbija u għall-ħatt, inklużi t-tariffi u l-imposti relatati;

(b)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-fornituri tas-servizz tat-trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra, b'termini u kundizzjonijiet li jkunu kemm raġonevoli kif ukoll mhux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-fornituri jew il-bastimenti tagħha stess jew għall-bastimenti jew il-fornituri ta’ pajjiż terz (inklużi tariffi u imposti, speċifikazzjonijiet u kwalità tas-servizz li għandu jiġi pprovdut), is-servizzi tal-port li ġejjin: il-pilotaġġ, l-għajnuna għall-irmunkar, il-provvista ta’ bżonnijiet, fjuwil u ilma, il-ġbir taż-żibel u r-rimi tal-iskart tas-saborra, servizzi ta’ kaptan portwali, għajnunijiet għan-navigazzjoni, faċilitajiet ta’ tiswija tal-emerġenza, ankraġġ, irmiġġ, servizzi ta’ rbit u ħall mill-irmiġġ u servizzi operazzjonali bbażati fuq l-art li huma essenzjali għall-operazzjonijiet tal-bastiment, inklużi mezzi ta’ komunikazzjoni, provvisti ta’ ilma u ta’ elettriku.

(c)

tippermetti lill-fornituri internazzjonali ta’ servizzi tat-trasport marittimu tal-Parti l-oħra, soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti fejn applikabbli, sabiex jerġgħu jippożizzjonaw kontejners vojta li huma proprjetà tagħhom ta’ jew mikrija, li ma jinġarrux bħala merkanzija bi ħlas, bejn portijiet tar-Renju Unit jew bejn portijiet ta’ Stat Membru; u

(d)

tippermetti lill-fornituri internazzjonali ta’ servizzi tat-trasport marittimu tal-Parti l-oħra jipprovdu servizzi sussidjarji f’punt ċentrali bejn il-portijiet tar-Renju Unit jew bejn il-portijiet ta’ Stat Membru, soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti fejn applikabbli.

2.   Fl-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1, Parti:

(a)

ma għandhiex tintroduċi arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-merkanzija fi ftehimiet ta' futuri ma' pajjiżi terzi li jikkonċernaw servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali, inkluż kummerċ f'tagħbija niexfa u likwida u kummerċ tal-linji marittimi, u għandhom itemmu, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, tali arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-merkanzija f'każ li dawn jeżistu fi ftehimiet preċedenti;

(b)

ma għandhiex tadotta jew iżżomm miżura li teħtieġ li l-merkanzija internazzjonali kollha jew parti minnha tiġi trasportata esklussivament minn bastimenti rreġistrati f’dik il-Parti jew li fis-sjieda jew fil-kontroll ta’ persuni fiżiċi ta’ dik il-Parti;

(c)

tabolixxi u tastjeni milli tintroduċi kwalunkwe miżura unilaterali jew ostaklu amministrattiv, tekniku u ostakli oħra li jistgħu jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija jew ikollhom effetti diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa tas-servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali; u

(d)

ma għandhiex tipprevjeni lill-fornituri ta’ servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra milli jikkuntrattaw direttament ma’ fornituri oħra ta’ servizzi tat-trasport għal operazzjonijiet tat-trasport mill-bieb sal-bieb jew multimodali.

TAQSIMA 7

SERVIZZI LEGALI

Artikolu 192

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tapplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi legali ddeżinjati flimkien mal-Kapitoli 1, 2, 3, u 4 ta’ dan it-Titolu u għat-Taqsimiet 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jaffettwa d-dritt ta’ Parti li tirregola u tissorvelja l-provvista ta’ servizzi legali ddeżinjati fit-territorju tagħha b’mod mhux diskriminatorju.

Artikolu 193

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"servizzi legali ddeżinjati" tfisser servizzi legali fir-rigward tad-dritt tal-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż ta’ domiċilju u d-dritt internazzjonali pubbliku, minbarra d-dritt tal-Unjoni Ewropea;

(b)

"ġuriżdizzjoni tad-domiċilju" tfisser il-ġuriżdizzjoni (jew parti mill-ġuriżdizzjoni) tal-Istat Membru tal-Unjoni jew tar-Renju Unit li fiha avukat akkwista t-titolu professjonali tal-ġuriżdizzjoni lokali tiegħu jew, fil-każ ta' avukat li kiseb titolu professjonali tal-ġuriżdizzjoni domiċiljari f'aktar minn ġuriżdizzjoni waħda, kwalunkwe waħda minn dawk il-ġuriżdizzjonijiet;

(c)

"il-liġi dwar il-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju" tfisser il-liġi tal-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju tal-avukat (31);

(d)

"titlu professjonali tal-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju" tfisser:

(i)

għal avukat tal-Unjoni, titlu professjonali miksub fi Stat Membru li jawtorizza l-forniment ta’ servizzi legali f’dak l-Istat Membru; jew

(ii)

għal avukat tar-Renju Unit, it-titlu tal-avukat, barrister jew solicitor, li jawtorizza l-provvista ta’ servizzi legali fi kwalunkwe parti tal-ġuriżdizzjoni tar-Renju Unit;

(e)

"avukat" tfisser:

(i)

persuna fiżika tal-Unjoni li hija awtorizzata fi Stat Membru biex tipprovdi servizzi legali taħt titolu professjonali tal-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju; jew

(ii)

persuna fiżika tar-Renju Unit li hija awtorizzata fi kwalunkwe parti tal-ġuriżdizzjoni tar-Renju Unit li tipprovdi servizzi legali taħt titolu professjonali tal-ġuriżdizzjoni domiċiljari;

(f)

"avukat tal-Parti l-oħra" tfisser:

(i)

fejn "il-Parti l-oħra" tkun l-Unjoni, l-avukat imsemmi fil-punt (e)(i); jew

(ii)

fejn "il-Parti l-oħra" tkun ir-Renju Unit, l-avukat imsemmi fil-punt (e)(ii); u

(g)

"servizzi legali" tfisser is-servizzi li ġejjin:

(i)

servizzi ta’ pariri legali; u

(ii)

servizzi ta’ arbitraġġ legali, ta’ konċiljazzjoni u ta’ medjazzjoni (iżda bl-esklużjoni ta’ tali servizzi meta pprovduti minn persuni fiżiċi kif stabbilit fl-Artikolu 140). (32)

"Servizzi legali" ma jinkludux rappreżentanza legali quddiem aġenziji amministrattivi, qrati u tribunali uffiċjali oħra debitament kostitwiti ta’ Parti, servizzi ta’ konsulenza legali, awtorizzazzjoni legali u ta’ ċertifikazzjoni pprovduti minn professjonisti legali b’funzjonijiet pubbliċi, bħal nutara, "huissiers de justice" jew "officiers publics et ministériels" oħra, u servizzi pprovduti minn bailiffs li huma maħtura permezz ta' att uffiċjali tal-gvern.

Artikolu 194

Obbligi

1.   Parti għandha tippermetti avukat tal-Parti l-oħra li jipprovdi fit-territorju tagħha servizzi legali ddeżinjati skont it-titolu professjonali tal-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju ta' dak l-avukat skont l-Artikoli 128, 129, 135, 137 u 143.

2.   Fejn Parti (il-"ġuriżdizzjoni ospitanti") teħtieġ reġistrazzjoni fit-territorju tagħha bħala kundizzjoni għal avukat tal-Parti l-oħra biex jipprovdi servizzi legali ddeżinjati skont il-paragrafu 1, ir-rekwiżiti u l-proċess għal tali reġistrazzjoni ma għandhomx:

(a)

ikunu inqas favorevoli minn dawk li japplikaw għal persuna fiżika ta’ pajjiż terz li tkun qed tipprovdi servizzi legali fir-rigward tad-dritt ta’ pajjiż terz jew tad-dritt internazzjonali pubbliku skont it-titolu professjonali ta’ pajjiż terz ta’ dik il-persuna fit-territorju tal-ġuriżdizzjoni ospitanti; u

(b)

jammontaw għal jew ikunu ekwivalenti għal kwalunkwe rekwiżit ta’ rikwalifikazzjoni fil-professjoni legali tal-ġuriżdizzjoni ospitanti jew ammessi għaliha.

3.   Il-paragrafu 4 japplika għall-provvista ta’ servizzi legali ddeżinjati skont il-paragrafu 1 permezz tal-istabbiliment.

4.   Parti għandha tippermetti lil persuna ġuridika tal-Parti l-oħra tistabbilixxi fergħa fit-territorju tagħha li permezz tagħha jiġu pprovduti servizzi legali ddeżinjati (33) skont il-paragrafu 1, f’konformità ma’ u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li ċertu perċentwal tal-azzjonisti, sidien, sħab, jew diretturi ta’ persuna ġuridika jkunu kkwalifikati jew jipprattikaw ċerta professjoni bħal avukati jew kontabilisti.

Artikolu 195

Miżuri mhux konformi

1.   L-Artikolu 194 ma japplikax għal:

(a)

kwalunkwe miżura mhux konformi eżistenti ta’ Parti fil-livell ta’:

(i)

għall-Unjoni:

(A)

l-Unjoni, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(B)

il-gvern ċentrali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19;

(C)

gvern reġjonali ta’ Stat Membru, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19; jew

(D)

gvern lokali, minbarra dak imsemmi fil-punt (C); u

(ii)

għar-Renju Unit:

(A)

il-gvern gvern ċentrali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19;

(B)

gvern reġjonali, kif stabbilit fl-Iskeda tar-Renju Unit fl-Anness 19; jew

(C)

gvern lokali;

(b)

il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; jew

(c)

modifika ta’ kwalunkwe miżura mhux konformi msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu sa fejn ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif din kienet teżisti immedjatament qabel il-modifika mal-Artikolu 194.

2.   L-Artikolu 194 ma japplikax għal kwalunkwe miżura ta' Parti li tkun konsistenti mar-riżervi, mal-kundizzjonijiet jew mal-kwalifiki speċifikati fir-rigward ta' settur, ta' subsettur jew ta' attività elenkati fl-Anness 20.

3.   Din it-Taqsima tapplika mingħajr preġudizzju għall-Anness 22.

TITOLU III

KUMMERĊ DIĠITALI

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 196

Objettiv

L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jiffaċilita l-kummerċ diġitali, li jindirizza ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ permezz ta’ mezzi elettroniċi u li jiżgura ambjent online miftuħ, sikur u affidabbli għan-negozji u għall-konsumaturi.

Artikolu 197

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu japplika għall-miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-kummerċ permezz ta’ mezzi elettroniċi.

2.   Dan it-Titolu ma japplikax għal servizzi awdjoviżivi.

Artikolu 198

Dritt għar-regolamentazzjoni

Il-Partijiet itennu d-dritt tagħhom li jirregolaw fit-territorji tagħhom sabiex jiksbu l-objettivi ta’ politika leġittimi, bħall-ħarsien tas-saħħa pubblika, is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni pubblika, is-sikurezza, l-ambjent inkluż it-tibdil fil-klima, il-morali pubbliċi, il-protezzjoni soċjali u tal-konsumatur, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, jew il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.

Artikolu 199

Eċċezzjonijiet

Għal ċertezza akbar, xejn f’dan it-Titolu ma jipprevjeni lill-Partijiet milli jadottaw jew iżommu miżuri f’konformità mal-Artikoli 184, 412 u 415 għar-raġunijiet ta' interess pubbliku stabbiliti fihom.

Artikolu 200

Definizzjonijiet

1.   Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 124 japplikaw għal dan it-Titolu.

2.   Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tuża servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni għal skopijiet oħra li mhumiex professjonali;

(b)

"komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser kwalunkwe forma ta’ reklamar kummerċjali li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika tikkomunika messaġġi ta’ kummerċjalizzazzjoni direttament lil utent permezz ta’ servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni u tkopri tal-anqas il-posta elettronika u l-messaġġi testwali u multimedjali (SMS u MMS);

(c)

"awtentikazzjoni elettronika" tfisser proċess elettroniku li jippermetti l-konferma ta’:

(i)

l-identifikazzjoni elettronika ta’ persuna fiżika jew ġuridika, jew

(ii)

l-oriġini u l-integrità tad-data f’forma elettronika;

(d)

"servizz elettroniku ta’ konsenja rreġistrat" tfisser servizz li permezz tiegħu tkun possibbli t-trażmissjoni ta’ data bejn terzi persuni b’mezzi elettroniċi u jipprovdi evidenza relatata mal-ġestjoni tad-data trażmessa, inkluż prova li d-data ntbagħtet u ġiet riċevuta, u li jipproteġi d-data trażmessa kontra r-riskju ta' telf, serq, dannu jew kwalunkwe bidla mhux awtorizzata;

(e)

"siġill elettroniku" tfisser data f’forma elettronika użata minn persuna ġuridika li tiġi mehmuża jew assoċjata loġikament ma’ data oħra f’forma elettronika biex jiġu żgurati l-oriġini u l-integrità ta’ din tal-aħħar;

(f)

"firma elettronika" tfisser data f'forma elettronika li tiġi mehmuża jew assoċjata b'mod loġiku ma' data oħra f’forma elettronika li:

(i)

tintuża minn persuna fiżika biex taqbel dwar id-data f’forma elettronika li hija relatata magħha; u

(ii)

tkun marbuta mad-data f’forma elettronika li magħha tkun relatata b’tali mod li kwalunkwe bidla sussegwenti fid-data tkun tista’ tiġi identifikata;

(g)

"timbru tal-ħin elettroniku" tfisser data fil-forma elettronika li torbot data oħra f’forma elettronika ma’ ħin partikolari u b’hekk tiġi stabbilita evidenza li din tal-aħħar kienet teżisti f’dak il-ħin;

(h)

"servizz fiduċjarju elettroniku" tfisser servizz elettroniku li jikkonsisti f’dawn:

(i)

il-ħolqien, il-verifika, u l-validazzjoni ta’ firem elettroniċi, ta’ siġilli elettroniċi, ta’ kronogrammi elettroniċi, ta’ servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrata u ta’ ċertifikati marbuta ma’ dawk is-servizzi;

(ii)

il-ħolqien, il-verifika u l-validazzjoni ta’ ċertifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi; jew

(iii)

il-preservazzjoni ta’ firem, ta’ siġilli jew ta’ ċertifikati elettroniċi marbuta ma’ dawk is-servizzi;

(i)

"data tal-gvern" tfisser data li tkun proprjetà ta’ jew miżmuma minn kwalunkwe livell ta’ gvern u minn korpi mhux governattivi fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom minn kwalunkwe livell ta’ gvern;

(j)

"servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni" tfisser kwalunkwe servizz tat-telekomunikazzjoni li jiġi offrut lill-pubbliku b’mod ġenerali;

(k)

"utent" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni.

KAPITOLU 2

FLUSSI TAD-DATA U PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Artikolu 201

Flussi transfruntieri tad-data

1.   Il-Partijiet huma impenjati li jiżguraw flussi transfruntieri tad-data biex jiffaċilitaw il-kummerċ fl-ekonomija diġitali. Għal dak il-għan, il-flussi transfruntieri tad-data ma għandhomx ikunu ristretti bejn il-Partijiet minn Parti:

(a)

jeħtieġu l-użu ta’ faċilitajiet tal-kompjuter jew elementi tan-network fit-territorju tal-Parti għall-ipproċessar, inkluż bl-impożizzjoni tal-użu ta’ faċilitajiet tal-kompjuter jew elementi tan-network li huma ċċertifikati jew approvati fit-territorju ta’ Parti;

(b)

jeħtieġu l-lokalizzazzjoni tad-data fit-territorju tal-Parti għall-ħżin jew l-ipproċessar;

(c)

jipprojbixxu l-ħżin jew l-ipproċessar fit-territorju tal-Parti l-oħra; jew

(d)

jagħmlu t-trasferiment transfruntier tad-data kontinġenti fuq l-użu ta’ faċilitajiet tal-kompjuter jew elementi tan-network fit-territorju tal-Partijiet jew fuq rekwiżiti ta’ lokalizzazzjoni fit-territorju tal-Partijiet.

2.   Il-Partijiet għandhom iżommu l-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni taħt rieżami u jivvalutaw il-funzjonament tagħha fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Parti tista’, fi kwalunkwe ħin, tipproponi lill-Parti l-oħra biex tirrieżamina l-lista ta’ restrizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1. Din it-talba għandha tingħata konsiderazzjoni simpatetika.

Artikolu 202

Protezzjoni ta' data personali u privatezza

1.   Kull Parti tirrikonoxxi li l-individwi għandhom dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza u li standards għoljin f’dan ir-rigward jikkontribwixxu għall-fiduċja fl-ekonomija diġitali u għall-iżvilupp tal-kummerċ.

2.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jżomm Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, inkluż fir-rigward ta’ trasferimenti transfruntieri tad-data, dment li l-liġi tal-Parti tipprevedi strumenti li jippermettu trasferimenti skont kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ġenerali (34) għall-protezzjoni tad-data trasferita.

3.   Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 2 li tadotta jew iżżomm.

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Artikolu 203

Dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi

1.   It-trażmissjonijiet elettroniċi għandhom jitqiesu bħala provvista ta' servizz fis-sens tat-Titolu II ta' din l-Intestatura.

2.   Il-Partijiet ma għandhomx jimponu dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi.

Artikolu 204

Ebda awtorizzazzjoni minn qabel

1.   Parti ma għandhiex teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel tal-provvista ta’ servizz b’mezzi elettroniċi biss bil-patt li servizz jingħata online, u ma għandhiex tadotta jew iżżomm kwalunkwe rekwiżit ieħor li jkollu effett ekwivalenti.

Servizz ikun pprovdut online meta jiġi pprovdut b’mezzi elettroniċi u mingħajr ma l-partijiet ikunu preżenti fl-istess ħin.

2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal servizzi tat-telekomunikazzjoni, għal servizzi tax-xandir, għal servizzi tal-logħob tal-azzard, għal servizzi ta’ rappreżentanza legali jew għal servizzi ta’ nutara jew ta’ professjonijiet ekwivalenti sal-punt li jinvolvu konnessjoni diretta u speċifika mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika.

Artikolu 205

Konklużjoni ta’ kuntratti b’mezzi elettroniċi

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-kuntratti jkunu jistgħu jiġu konklużi b’mezzi elettroniċi u li l-liġi tagħha la toħloq ostakli għall-użu ta’ kuntratti elettroniċi u lanqas ma twassal sabiex il-kuntratti jiġu mċaħħda mill-effett legali u mill-validità unikament minħabba li l-kuntratt ikun sar b’mezzi elettroniċi.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a)

servizzi tax-xandir;

(b)

servizzi tal-logħob tal-ażżard;

(c)

servizzi ta’ rappreżentanza legali;

(d)

servizzi ta’ nutara jew ta’ professjonijiet ekwivalenti li jinvolvu konnessjoni diretta u speċifika mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika;

(e)

kuntratti li jeħtieġu xhieda personali;

(f)

kuntratti li jistabbilixxu jew jittrasferixxu drittijiet fi proprjetà immobbli;

(g)

kuntratti li jinħtieġu bil-liġi l-involviment ta’ qrati, ta’ awtoritajiet pubbliċi jew ta’ professjonijiet li jeżerċitaw awtorità pubblika;

(h)

kuntratti ta’ garanzija mogħtija, kollaterali forniti minn persuni li jaġixxu għal finijiet barra mis-sengħa, min-negozju jew mill-professjoni tagħhom; jew

(i)

kuntratti regolati bil-liġi tal-familja jew bil-liġi tas-suċċessjoni.

Artikolu 206

Awtentikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji elettroniċi

1.   Parti ma għandhiex tiċħad l-effett legali u l-ammissibbiltà bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji ta’ dokument elettroniku, ta’ firma elettronika, ta’ siġill elettroniku jew ta’ kronogramma elettronika jew ta’ data mibgħuta u riċevuta bl-użu ta’ servizz elettroniku ta’ konsenja rreġistrata biss abbażi li tkun f’forma elettronika.

2.   Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm miżuri li:

(a)

jipprojbixxu lill-partijiet għal tranżazzjoni elettronika milli jiddeterminaw b’mod reċiproku l-metodi xierqa ta’ awtentikazzjoni elettronika għat-tranżazzjoni tagħhom; jew

(b)

jipprevjenu lill-partijiet għal tranżazzjoni elettronika milli jkunu jistgħu jagħtu prova lill-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi li l-użu ta’ awtentikazzjoni elettronika jew ta’ servizz fiduċjarju elettroniku f’dik it-tranżazzjoni jikkonforma mal-obbligi legali applikabbli.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, Parti tista’ teħtieġ li għal kategorija partikolari ta’ tranżazzjonijiet, il-metodu ta’ awtentikazzjoni elettronika jew ta’ servizz fiduċjarju jiġi ċċertifikat minn awtorità akkreditata f’konformità mal-liġi tagħha jew jissodisfa ċerti standards tal-prestazzjoni li għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u huma relatati biss mal-karatteristiċi speċifiċi tal-kategorija tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 207

Trasferiment ta’ kodiċi tas-sors jew aċċess għalih

1.   Parti ma għandhiex teħtieġ it-trasferiment tal-kodiċi tas-sors ta’ software li jkun proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika tal-Parti l-oħra, jew l-aċċess għalih.

2.   Għal aktar akbar:

(a)

l-eċċezzjonijiet ġenerali, l-eċċezzjonijiet ta’ sigurtà u l-konċessjoni prudenzjali msemmija fl-Artikolu 199 japplikaw għal miżuri ta’ Parti adottati jew miżmuma fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ċertifikazzjoni; u

(b)

il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax għat-trasferiment volontarju ta’ kodiċi tas-sors fuq bażi kummerċjali minn persuna fiżika jew ġuridika tal-Parti l-oħra, jew għall-għoti ta’ aċċess għal dan, bħal fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ akkwist pubbliku jew ta’ kuntratt innegozjat liberament.

3.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa:

(a)

rekwiżit minn qorti jew tribunal amministrattiv, jew rekwiżit minn awtorità tal-kompetizzjoni skont il-liġi tal-kompetizzjoni ta’ Parti biex tipprevjeni jew tirrimedja restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(b)

rekwiżit min korp regolatorju skont il-liġijiet jew ir-regolamenti ta’ Parti relatata mal-protezzjoni tas-sikurezza pubblika fir-rigward tal-utenti online, soġġett għal salvagwardji kontra żvelar mhux awtorizzat;

(c)

il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali; u

(d)

id-dritt ta’ Parti li tieħu miżuri f'konformità mal-Artikolu III tal-GPA kif inkorporat mill-Artikolu 277 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 208

Il-fiduċja tal-konsumaturi online

1.   Filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza tat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumatur fil-kummerċ diġitali, kull Parti għandha tadotta jew iżżomm miżuri sabiex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi involuti fi tranżazzjonijiet ta’ kummerċ elettroniku, inklużi miżuri, iżda mhux huma biss, li:

(a)

jipprojbixxu prattiki kummerċjali frawdolenti u qarrieqa;

(b)

jirrikjedu li l-fornituri ta’ oġġetti u ta’ servizzi jaġixxu bona fide u jirrispettaw prattiki kummerċjali ġusti, inkluż permezz tal-projbizzjoni milli l-konsumaturi jintalbu jħallsu għal oġġetti u għal servizzi mhux mitluba;

(c)

jirrikjedu li l-fornituri ta’ oġġetti jew ta’ servizzi jipprovdu lill-konsumaturi informazzjoni ċara u dettaljata, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji, rigward l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, it-tranżazzjoni konċernata, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew tas-servizzi u l-prezz sħiħ li jinkludi l-imposti applikabbli kollha, u d-drittijiet applikabbli tal-konsumatur (fil-każ ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji, dan jinkludi l-għoti ta’ tali informazzjoni mill-fornitur ta’ oġġetti jew ta’ servizzi); u

(d)

jagħtu lill-konsumaturi aċċess għal rimedju għal ksur tad-drittijiet tagħhom, inkluż dritt għal rimedji jekk l-oġġetti jew is-servizzi jitħallsu u ma jiġux ikkonsenjati jew ipprovduti kif miftiehem.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jagħtu lill-aġenziji tagħhom għall-protezzjoni tal-konsumatur jew lil korpi rilevanti oħra setgħat ta’ infurzar adegwati u l-importanza tal-kooperazzjoni bejn dawn l-aġenziji sabiex jipproteġu lill-konsumaturi u jtejbu l-fiduċja tal-konsumaturi online.

Artikolu 209

Komunikazzjonijiet mhux solleċitati ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-utenti jkunu protetti b’mod effettiv kontra komunikazzjonijiet mhux solleċitati ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta ma jintbagħtux lil utenti li jkunu persuni fiżiċi sakemm ma jkunux taw il-kunsens tagħhom f’konformità mal-liġijiet ta’ kull Parti sabiex jirċievu tali komunikazzjonijiet.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, Parti għandha tippermetti lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu ġabru, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi ta’ dik il-Parti, id-dettalji ta’ kuntatt ta’ utent fil-kuntest tal-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, jibagħtu komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lil dak l-utent għall-oġġetti jew għas-servizzi simili tagħhom stess.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta jkunu identifikabbli biċ-ċar bħala tali, jiżvelaw biċ-ċar f’isem min isiru u jkun fihom l-informazzjoni neċessarja sabiex ir-riċevituri jkunu jistgħu jitolbu waqfien mingħajr ħlas u fi kwalunkwe ħin.

5.   Kull Parti għandha tipprovdi lill-utenti aċċess għal rimedju kontra l-fornituri ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta li ma jikkonformawx mal-miżuri adottati jew miżmuma skont il-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 210

Data ta’ gvern miftuħ

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-iffaċilitar tal-aċċess pubbliku għad-data tal-gvern u l-użu tagħha jikkontribwixxi biex jistimula l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-kompetittività, il-produttività u l-innovazzjoni.

2.   Sa fejn Parti tagħżel li tagħmel id-data tal-gvern aċċessibbli għall-pubbliku, hija għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura, sa fejn ikun prattikabbli, li d-data:

(a)

tkun f’format li jippermettilha li titfittex, tiġi rkuprata, użata, użata mill-ġdid u distribwita mill-ġdid faċilment;

(b)

tkun f'format li jinqara mill-magni u li jkun iffaċilitat minn teknoloġiji spazjali;

(c)

tkun tinkludi metadata deskrittiva, li jkun kemm jista’ jkun standard;

(d)

tkun disponibbli permezz ta’ interfaċċi għall-programmi tal-applikazzjonijiet affidabbli, faċli għall-utent u disponibbli mingħajr ħlas;

(e)

tiġi aġġornata fuq bażi regolari;

(f)

ma tkunx soġġetta li tuża kundizzjonijiet li jkunu diskriminatorji jew li jirrestrinġu bla bżonn li terġa' tintuża; u

(g)

issir disponibbli għall-użu mill-ġdid f’konformità sħiħa mar-regoli rispettivi tal-Partijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali.

3.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw biex jidentifikaw modi li bihom kull Parti tista’ tespandi l-aċċess għal u l-użu ta' data pubblika li l-Parti tkun għamlet pubblika, bil-ħsieb li ttejjeb u tiġġenera opportunitajiet ta’ negozju, lil hinn mill-użu tagħha mis-settur pubbliku.

Artikolu 211

Kooperazzjoni dwar kwistjonijiet regolatorji fir-rigward tal-kummerċ diġitali

1.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kwistjonijiet regolatorji fil-kuntest tal-kummerċ diġitali, li għandhom jindirizzaw dan li ġej:

(a)

ir-rikonoxximent u l-faċilitazzjoni ta’ servizzi ta’ awtentikazzjoni elettronika interoperabbli u servizzi fiduċjarji elettroniċi;

(b)

it-trattament ta’ komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta;

(c)

il-protezzjoni tal-konsumaturi; u

(d)

kwalunkwe kwistjoni oħra rilevanti għall-iżvilupp ta’ kummerċ diġitali, inkluż teknoloġiji emerġenti.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għar-regoli u s-salvagwardji ta' Parti għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, inkluż dwar it-trasferimenti transfruntieri tad-data personali.

Artikolu 212

Fehim dwar is-servizzi tal-informatika

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li, għall-fini tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi u l-investiment skont it-Titolu II ta' din l-Intestatura, is-servizzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati, irrispettivament minn jekk jitwasslux permezz ta’ network, inkluż l-internet:

(a)

konsulenza, adattament, strateġija, analiżi, ippjanar, speċifikazzjoni, disinn, żvilupp, installazzjoni, implimentazzjoni, integrazzjoni, ittestjar, debugging, aġġornament, appoġġ, assistenza teknika jew ġestjoni tal-kompjuters jew tas-sistemi tal-kompjuter jew għalihom;

(b)

programmi tal-kompjuter definiti bħala s-settijiet ta’ struzzjonijiet meħtieġa sabiex il-kompjuters jaħdmu u jikkomunikaw (fihom u minnhom infushom), kif ukoll konsulenza, strateġija, analiżi, ippjanar, speċifikazzjoni, disinn, żvilupp, installazzjoni, implimentazzjoni, integrazzjoni, ittestjar, debugging, aġġornament, adattament, manutenzjoni, appoġġ, assistenza teknika, ġestjoni jew l-użu ta’ programmi tal-kompjuter jew għalihom;

(c)

ipproċessar ta data, ħżin ta' data, żamma ta' data jew servizzi ta' bażi tad-data;

(d)

servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija għal makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju, inklużi l-kompjuters; u

(e)

servizzi ta’ taħriġ għall-persunal tal-klijenti, b’rabta ma’ programmi tal-kompjuter, kompjuters jew sistemi tal-kompjuter, u li ma jkunux ikklassifikati xi mkien ieħor.

2.   Għal ċertezza akbar, is-servizzi ffaċilitati minn servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati, minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 1, ma għandhomx jitqiesu bħala servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati fihom infushom.

TITOLU IV

MOVIMENTI KAPITALI, PAGAMENTI, TRASFERIMENTI U MIŻURI TEMPORANJI TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 213

Objettivi

L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jippermetti l-moviment liberu tal-kapital u tal-pagamenti relatati mat-tranżazzjonijiet liberalizzati skont dan il-Ftehim.

Artikolu 214

Kont kurrenti

Kull Parti għandha tippermetti, f’munita liberament konvertibbli u f’konformità mal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali, kwalunkwe pagament u trasferiment fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fuq il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 215

Movimenti tal-kapital

1.   Kull Parti għandha tippermetti, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fil-kont kapitali u finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti, il-moviment liberu ta' kapital għall-fini ta’ liberalizzazzjoni tal-investimenti u ta' tranżazzjonijiet oħra kif previst fit-Titolu II ta' din l-Intestatura.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar is-Servizzi, l-Investiment u l-Kummerċ Diġitali sabiex jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital bejniethom bl-għan li jippromwovu l-kummerċ u l-investiment.

Artikolu 216

Miżuri li jaffettwaw il-movimenti tal-kapital, il-pagamenti jew it-trasferimenti

1.   L-Artikoli 214 u 215 ma għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprevjenu lil Parti milli tapplika l-liġijiet u r-regolamenti tagħha relatati ma':

(a)

falliment, insolvenza, jew il-protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri;

(b)

il-ħruġ, in-negozjar jew it-trattament ta’ titoli, jew futuri, għażliet u strumenti finanzjarji oħra;

(c)

ir-rapportar finanzjarju jew iż-żamma ta’ rekords ta’ movimenti ta’ kapital, ta’ pagamenti jew ta’ trasferimenti meta jkunu meħtieġa biex jassistu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-awtoritajiet regolatorji finanzjarji;

(d)

reati kriminali jew penali, prattiki qarrieqa jew frodulenti;

(e)

żgurar tal-konformità ma’ ordnijiet jew sentenzi fi proċedimenti ġuridiċi jew amministrattivi; jew

(f)

skemi tas-sigurtà soċjali jew ta’ rtirar pubbliku jew ta’ tfaddil obbligatorju.

2.   Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu applikati arbitrarju jew diskriminatorju, jew jikkostitwixxu b’xi mod ieħor restrizzjoni moħbija fuq il-movimenti tal-kapital, fuq il-pagamenti jew fuq it-trasferimenti.

Artikolu 217

Miżuri temporanji ta’ salvagwardja

1.   F’ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ diffikultajiet serji għall-operazzjoni tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Unjoni, jew ta’ theddida għal din, l-Unjoni tista’ tadotta jew iżżomm miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ movimenti tal-kapital, ta’ pagamenti jew ta’ trasferimenti għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati sal-punt li jkun strettament meħtieġ.

Artikolu 218

Restrizzjonijiet f’każ ta’ diffikultajiet tal-bilanċ tal-pagamenti u ta’ diffikultajiet finanzjarji esterni

1.   Jekk Parti jkollha diffikultajiet serji tal-bilanċ tal-pagamenti jew diffikultajiet finanzjarji esterni serji, jew theddida ta’ dawn, hija tista’ tadotta jew iżżomm miżuri restrittivi fir-rigward tal-movimenti tal-kapital, tal-pagamenti jew tat-trasferimenti (35).

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu konsistenti mal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali;

(b)

ma jmorrux lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 1;

(c)

ikunu temporanji u eliminati gradwalment b’mod progressiv hekk kif is-sitwazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 titjieb;

(d)

jevitaw ħsara mhux meħtieġa għall-interessi kummerċjali, ekonomiċi jew finanzjarji tal-Parti l-oħra; u

(e)

ikunu mhux diskriminatorji meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi f’sitwazzjonijiet simili.

3.   Fil-każ tal-kummerċ ta' oġġetti, kull Parti tista’ tadotta jew iżżomm miżuri restrittivi sabiex tissalvagwardja l-pożizzjoni finanzjarja esterna tagħha jew il-bilanċ tal-pagamenti tagħha. Dawk il-miżuri għandhom ikunu konformi mal-GATT tal-1994 u mal-Fehim tad-dispożizzjonijiet tal-Bilanċ tal-Pagamenti tal-Ftehim Ġenerali tal-1994 dwar it-Tariffi u l-Kummerċ.

4.   Fil-każ ta’ kummerċ fis-servizzi, kull Parti tista’ tadotta miżuri restrittivi sabiex tissalvagwardja l-pożizzjoni finanzjarja esterna tagħha jew il-bilanċ tal-pagamenti tagħha. Dawk il-miżuri għandhom ikunu skont l-Artikolu XII tal-GATS.

5.   Parti li żżomm jew li tkun adottat il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinnotifikahom minnufih lill-Parti l-oħra.

6.   Jekk Parti tadotta jew iżżomm restrizzjonijiet skont dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom minnufih jorganizzaw konsultazzjonijiet fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar is-Servizzi, l-Investiment u l-Kummerċ Diġitali sakemm ma jsirux konsultazzjonijiet f’fora oħra. Il-Kumitat għandu jivvaluta d-diffikultajiet tal-bilanċ tal-pagamenti jew id-diffikultajiet finanzjarji esterni li wasslu għall-miżuri rispettivi, filwaqt li jqis fatturi bħal:

(a)

in-natura u l-firxa tad-diffikultajiet;

(b)

l-ambjent ekonomiku u kummerċjali estern; u

(c)

miżuri korrettivi alternattivi li jistgħu jkunu disponibbli.

7.   Il-konsultazzjonijiet skont il-paragrafu 6 għandhom jindirizzaw il-konformità ta’ kwalunkwe miżura restrittiva mal-paragrafi 1 u 2. Il-konstatazzjonijiet rilevanti kollha ta’ natura statistika jew fattwali ppreżentati mill-Fond Monetarju Internazzjonali, fejn disponibbli, għandhom jiġu aċċettati u l-konklużjonijiet għandhom iqisu l-valutazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali tal-bilanċ tal-pagamenti u s-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-Parti kkonċernata.

TITOLU V

PROPRJETÀ INTELLETTWALI

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 219

Objettivi

L-objettivi ta’ dan it-Titolu huma li:

(a)

jiġu ffaċilitati l-produzzjoni, il-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u ta’ servizzi innovattivi u kreattivi bejn il-Partijiet billi jitnaqqsu d-distorsjonijiet u x-xkiel għal tali kummerċ, u b’hekk jingħata kontribut għal ekonomija aktar sostenibbli u inklużiva; u

(b)

jiġi żgurat livell adegwat u effettiv ta’ protezzjoni u ta’ infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Artikolu 220

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu għandu jikkomplementa u jispeċifika aktar id-drittijiet u l-obbligi ta’ kull Parti skont il-Ftehim TRIPS u trattati internazzjonali oħra fil-qasam tal-proprjetà intellettwali li huma partijiet għalihom.

2.   Dan it-Titolu ma jipprekludix lil xi Parti milli tintroduċi protezzjoni u infurzar aktar estensivi tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali milli meħtieġ skont dan it-Titolu, dment li tali protezzjoni u infurzar ma jmorrux kontra dan it-Titolu.

Artikolu 221

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"Konvenzjoni ta' Pariġi" tfisser il-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali tal-20 ta' Marzu 1883, kif riveduta l-aħħar fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967;

(b)

"Konvenzjoni ta' Berna" tfisser il-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi tad-9 ta' Settembru 1886 riveduta f'Pariġi fl-24 ta' Lulju 1971 u emendata fit-28 ta' Settembru 1979;

(c)

"Konvenzjoni ta’ Ruma" tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Artisti tal-Ispettakli, tal-Produtturi tal-Fonogrammi u tal-Organizzazzjonijiet tax-Xandir magħmula f’Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1961;

(d)

"WIPO" tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali;

(e)

"drittijiet ta' proprjetà intellettwali" tfisser il-kategoriji kollha ta’ proprjetà intellettwali li huma koperti mill-Artikoli 225 sa 255 ta' dan il-Ftehim u t-Taqsimiet 1 sa 7 tal-Parti II tal-Ftehim TRIPS. Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tinkludi protezzjoni kontra l-kompetizzjoni inġusta kif imsemmi fl-Artikolu 10bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi;

(f)

"nazzjonali" tfisser, fir-rigward tal-liġi rilevanti ta’ proprjetà intellettwali, persuna ta’ Parti li tissodisfa l-kriterji għall-eliġibbiltà għall-protezzjoni previsti fil-Ftehim TRIPS u fil-ftehimiet multilaterali konklużi u amministrati fl-awspiċji tad-WIPO, li għalihom Parti tkun parti kontraenti.

Artikolu 222

Ftehimiet internazzjonali

1.   Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom biex ikunu konformi mal-istandards internazzjonali li huma parti fihom:

(a)

il-Ftehim TRIPS;

(b)

il-Konvenzjoni ta’ Ruma;

(c)

il-Konvenzjoni ta’ Berne;

(d)

it-Trattat tad-WIPO dwar id-Dritt tal-Awtur, adottat f’Ġinevra fl-20 ta’ Diċembru 1996;

(e)

it-Trattat tad-WIPO dwar l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi, adottat f’Ġinevra fl-20 ta’ Diċembru 1996;

(f)

il-Protokoll Relatat mal-Ftehim ta’ Madrid Dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki adottat f’Madrid fis-27 ta’ Ġunju 1989 kif emendat l-aħħar fit-12 ta’ Novembru 2007;

(g)

it-Trattat dwar il-Liġi tat-Trademarks, adottat f’Ġinevra fis-27 ta’ Ottubru 1994;

(h)

it-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat, adottat fis-27 ta' Ġunju 2013 f’Marrakexx;

(i)

l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim tal-Aja dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinni Industrijali, adottat f'Ġinevra fit-2 ta' Lulju 1999.

2.   Kull Parti għandha tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha sabiex tirratifika jew taderixxi mal-ftehimiet internazzjonali li ġejjin:

(a)

it-Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi, adottat f’Bejġing fl-24 ta’ Ġunju 2012;

(b)

it-Trattat ta’ Singapore dwar il-Liġi tat-Trademarks, adottat f’Singapore fis-27 ta’ Marzu 2006.

Artikolu 223

Eżawriment

Dan it-Titolu ma għandux jaffettwa l-libertà tal-partijiet li jiddeterminaw jekk japplikax l-eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u skont liema kundizzjonijiet.

Artikolu 224

Trattament nazzjonali

1.   Fir-rigward tal-kategoriji kollha tal-proprjetà intellettwali koperti minn dan it-Titolu, kull Parti għandha tagħti liċ-ċittadini tal-Parti l-oħra trattament xejn anqas favorevoli mit-trattament li tagħti liċ-ċittadini tagħha stess rigward il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, soġġetti, fejn applikabbli, għall-eċċezzjonijiet li diġà huma previsti, rispettivament, fil-Konvenzjoni ta’ Pariġi, fil-Konvenzjoni ta’ Berne, fil-Konvenzjoni ta’ Ruma u fit-Trattat dwar Proprjetà Intellettwali fir-Rigward ta’ Ċirkwiti Integrati, magħmula f’Washington fis-26 ta’ Mejju 1989. Fir-rigward ta’ artisti tal-ispettaklu, ta’ produtturi ta’ fonogrammi u ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir, dan l-obbligu japplika biss għad-drittijiet previsti skont dan il-Ftehim.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, "protezzjoni" għandha tinkludi kwistjonijiet li jaffettwaw id-disponibbiltà, l-akkwist, il-kamp ta' applikazzjoni, iż-żamma, u l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali kif ukoll kwistjonijiet li jaffettwaw l-użu tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali indirizzati speċifikament f’dan it-Titolu, inklużi miżuri għall-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni ta' miżuri teknoloġiċi effettivi msemmija fl-Artikolu 234 u miżuri li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tad-drittijiet kif imsemmija fl-Artikolu 235.

3.   Parti tista’ tagħmel użu mill-eċċezzjonijiet permessi skont il-paragrafu 1 fir-rigward tal-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi tagħha, inkluż li tirrikjedi li ċittadin tal-Parti l-oħra jiddeżinja indirizz għan-notifika fit-territorju tagħha, jew li jaħtar aġent fit-territorju tiegħu, jekk tali eċċezzjonijiet:

(a)

ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet jew mar-regolamenti tal-Parti li ma jkunux inkonsistenti ma' dan it-Titolu; jew

(b)

ma jiġux applikati b’mod li jkun jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ.

4.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal proċeduri previsti fi ftehimiet multilaterali konklużi fl-awspiċi tad-WIPO relatati mal-akkwist jew maż-żamma tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

KAPITOLU 2

STANDARDS LI JIRRIGWARDJAW ID-DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

TAQSIMA 1

DRITTIJIET TAL-AWTUR U DRITTIJIET RELATATI

Artikolu 225

Awturi

Kull Parti għandha tipprovdi lill-awturi d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:

(a)

ir-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, bi kwalunkwe mezz u fi kwalunkwe forma, sħiħa jew parzjali, tax-xogħlijiet tagħhom;

(b)

kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, bil-bejgħ jew b’xi mod ieħor tal-forom oriġinali ta’ xogħlijiethom jew ta’ kopji tagħhom;

(c)

kull komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiethom, b’mezz bil-fili jew mingħajr fili, inkluż li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku xogħlijiethom b’mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom;

(d)

il-kiri kummerċjali lill-pubbliku ta’ oriġinali jew ta’ kopji ta’ xogħlijiethom; kull Parti tista’ tipprovdi li dan il-punt ma japplikax għal bini jew xogħlijiet tal-arti applikata.

Artikolu 226

Artisti tal-ispettaklu

Kull Parti għandha tipprovdi lill-artisti tal-ispettaklu d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-ispettakli tagħhom;

(b)

ir-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, b’kull mezz u f’kull forma tar-reġistrazzjonijiet tal-ispettakli tagħhom;

(c)

id-distribuzzjoni għall-pubbliku, permezz ta’ bejgħ jew b’xi mod ieħor, tar-reġistrazzjonijiet tal-ispettakli tagħhom;

(d)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ reġistrazzjonijiet tal-ispettakli tagħhom, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom;

(e)

ix-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-ispettakli tagħhom, għajr meta l-ispettaklu nnifsu diġà jkun spettaklu mxandar jew ikun magħmul minn reġistrazzjoni;

(f)

il-kiri kummerċjali lill-pubbliku tar-reġistrazzjoni tal-ispettakli tagħhom.

Artikolu 227

Produtturi ta’ fonogrammi

Kull Parti għandha tipprovdi lill-produtturi tal-fonogrammi d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:

(a)

ir-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, bi kwalunkwe mezz u fi kwalunkwe forma, sħiħa jew parzjali, tal-fonogrammi tagħhom;

(b)

id-distribuzzjoni għall-pubbliku, bil-bejgħ jew b’xi mod ieħor, tal-fonogrammi tagħhom, inkluż ta’ kopji tagħhom;

(c)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-fonogrammi tagħhom, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom;

(d)

il-kiri kummerċjali tal-fonogrammi tagħhom lill-pubbliku.

Artikolu 228

Organizzazzjonijiet tax-xandir

Kull Parti għandha tipprovdi lill-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:

(a)

ir-reġistrazzjoni tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandiriet ikunu trażmessi bil-fili sew jekk bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita;

(b)

ir-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, bi kwalunkwe mezz u fi kwalunkwe forma, tar-reġistrazzjonijiet tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawk ix-xandiriet ikunu trażmessi bil-fili jew bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita;

(c)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, tar-reġistrazzjonijiet tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawk ix-xandiriet jiġu trażmessi bil-fili kif jew inkella bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita, b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom;

(d)

id-distribuzzjoni lill-pubbliku, permezz ta’ bejgħ jew b’xi mod ieħor, tar-reġistrazzjonijiet, inkluż ta’ kopji tagħhom, tax-xandiriet tagħhom, kemm jekk dawn ix-xandiriet ikunu trażmessi bil-fili jew inkella bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita;

(e)

ix-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk tali komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku wara l-ħlas ta’ tariffa għad-dħul.

Artikolu 229

Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi ppubblikati għalihom skopijiet kummerċjali

1.   Kull Parti għandha tipprovdi dritt sabiex tiżgura li titħallas remunerazzjoni ekwitabbli unika mill-utent lill-artisti tal-ispettaklu u lill-produtturi ta’ fonogrammi, jekk tintuża fonogramma ppubblikata għall-finijiet kummerċjali, jew tintuża riproduzzjoni ta’ tali fonogramma, għax-xandir jew għal kwalunkwe komunikazzjoni lill-pubbliku.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li r-remunerazzjoni ekwitabbli unika tinqasam bejn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi rilevanti. Kull Parti tista’ tippromulga leġiżlazzjoni li, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi, tistabbilixxi t-termini li skont dawn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi għandhom jaqsmu r-remunerazzjoni ekwitabbli unika.

3.   Kull Parti tista’ tagħti drittijiet aktar estensivi, fir-rigward tax-xandir u tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi ppubblikati għal skopijiet kummerċjali, lill-artisti tal-ispettaklu u lill-produtturi tal-fonogrammi.

Artikolu 230

Perjodu ta’ protezzjoni

1.   Id-drittijiet ta' awtur ta' xogħol għandhom jibqgħu għall-ħajja tal-awtur u għal 70 sena wara l-mewt tal-awtur, irrispettivament mid-data meta x-xogħol isir disponibbli legalment għall-pubbliku.

2.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, kull Parti tista’ tipprevedi regoli speċifiċi dwar il-kalkolu tat-terminu ta’ protezzjoni tal-kompożizzjoni mużikali bil-kliem, ix-xogħlijiet ta’ awtur konġunt kif ukoll xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi. Kull Parti tista’ tipprevedi regoli speċifiċi dwar il-kalkolu tat-terminu ta’ protezzjonali għal xogħlijiet anonimi jew psewdonimi.

3.   Id-drittijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir għandhom jiskadu 50 sena wara l-ewwel trażmissjoni ta’ xandira, sew jekk din ix-xandira tkun trażmessa bil-fili jew bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita.

4.   Id-drittijiet tal-artisti għall-wirjiet tagħhom għajr f’fonogrammi għandhom jiskadu 50 sena wara d-data ta’ reġistrazzjoni tal-wirja jew, jekk ippubblikata legalment jew ikkomunikata legalment lill-pubbliku matul dan iż-żmien, 50 sena minn din l-ewwel pubblikazzjoni jew din l-ewwel komunikazzjoni lill-pubbliku, skont liema minnhom tkun l-ewwel.

5.   Id-drittijiet tal-artisti għall-wirjiet tagħhom irreġistrati f’fonogrammi għandhom jiskadu 50 sena wara d-data tar-reġistrazzjoni tal-wirja, jew jekk ippubblikati legalment jew ikkomunikati lill-pubbliku matul dan iż-żmien, 70 sena minn tali att, skont liema tiġi l-ewwel.

6.   Id-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi għandhom jiskadu 50 sena wara li ssir ir-reġistrazzjoni jew, jekk ikunu ppubblikati legalment għall-pubbliku matul dan iż-żmien, 70 sena minn tali pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni legali, jekk il-fonogramma tkun ġiet ikkomunikata legalment lill-pubbliku matul dan iż-żmien, il-perjodu ta’ protezzjoni għandu jkun ta’ 70 sena minn tali att ta’ komunikazzjoni. Kull Parti tista’ tipprevedi miżuri effettivi sabiex tiżgura li l-profitt ġenerat tul l-20 sena ta’ protezzjoni lil hinn minn 50 sena jinqasam ġustament bejn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi.

7.   It-termini stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jingħaddu mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena li ssegwi s-sena tal-avveniment li jagħti bidu għalihom.

8.   Kull Parti tista’ tipprovdi għal perjodi ta’ protezzjoni itwal minn dawk previsti f’dan l-Artikolu.

Artikolu 231

Dritt ta’ bejgħ mill-ġdid

1.   Kull waħda mill-Partijiet għandha tipprovdi, għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti grafika jew tal-plastik, dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, li jiġi ddefinit bħala dritt inaljenabbli, li ma jistax jiġi rrinunzjat, lanqas minn qabel, sabiex jirċievi royalty ibbażata fuq il-prezz tal-bejgħ miksub għal kwalunkwe bejgħ mill-ġdid tax-xogħol, sussegwentement wara l-ewwel trasferiment tax-xogħol mill-awtur.

2.   Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 japplika għall-atti kollha ta’ bejgħ mill-ġdid li jinvolvu bħala bejjiegħa, xerrejja jew intermedjarji professjonisti tas-suq tal-arti, bħal kmamar fejn jinbiegħu oġġetti bl-irkant, galleriji tal-arti u, b’mod ġenerali, kwalunkwe negozjant ta’ xogħlijiet tal-arti.

3.   Kull Parti tista’ tipprovdi li d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax għal atti ta’ bejgħ mill-ġdid li fihom il-bejjiegħ ikun kiseb ix-xogħol direttament mill-awtur inqas minn tliet snin qabel dak il-bejgħ mill-ġdid u li fih il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ma jkunx jaqbeż ċertu ammont minimu.

4.   Il-proċedura għall-ġbir tar-remunerazzjoni u tal-ammonti ta’ din għandha tiġi ddeterminata mil-liġi ta’ kull Parti.

Artikolu 232

Immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet

1.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom ta’ mmaniġġjar kollettiv bl-għan li jrawmu d-disponibbiltà tax-xogħlijiet u ta’ materja protetta oħra fit-territorji rispettivi tagħhom u t-trasferiment tad-dħul mid-drittijiet bejn l-organizzazzjonijiet rispettivi ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-użu ta’ dawn ix-xogħlijiet jew ta’ materja protetta oħra.

2.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu t-trasparenza tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, b’mod partikolari fir-rigward tad-dħul mid-drittijiet li jiġbru, tat-tnaqqis li japplikaw għad-dħul mid-drittijiet li jiġbru, tal-użu tad-dħul mid-drittijiet miġbur, tal-politika ta’ distribuzzjoni u tar-repertorju tagħhom.

3.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiffaċilitaw l-arranġamenti bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv rispettivi tagħhom dwar it-trattament nondiskriminatorju tad-detenturi tad-drittijiet li d-drittijiet tagħhom jiġu mmaniġġjati minn dawn l-organizzazzjonijiet skont il-ftehimiet ta’ rappreżentanza.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jappoġġaw l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorju tagħhom u li jirrappreżentaw organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra stabbilita fit-territorju tal-Parti l-oħra permezz ta’ ftehim ta’ rappreżentanza, bil-għan li jiżguraw li huma jħallsu b’mod preċiż, regolari u diliġenti l-ammonti dovuti lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv rappreżentati u jipprovdu lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv irrappreżentata bl-informazzjoni dwar l-ammont ta’ dħul mid-drittijiet miġbur f’isimha u dwar kwalunkwe tnaqqis li jsir għal dak id-dħul mid-drittijiet.

Artikolu 233

Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet

Kull Parti għandha tillimita l-limitazzjonijiet jew l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 225 sa 229 għal ċerti każijiet speċjali li ma jmorrux kontra sfruttament normali tax-xogħol jew ta' affarijiet oħra u li ma jippreġudikawx b'mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet.

Artikolu 234

Protezzjoni ta’ miżuri teknoloġiċi

1.   Kull waħda mill-Partijiet tipprovdi protezzjoni legali adegwata kontra ċ-ċirkomvenzjoni ta’ kwalunkwe miżura teknoloġika effettiva li l-persuna konċernata twettaq fl-għarfien, jew b’motivi raġonevoli li jkollha għarfien, li tkun trid tasal għal dak l-objettiv. Kull Parti tista’ tipprovdi għal reġim speċifiku għall-protezzjoni legali ta’ miżuri teknoloġiċi użati għall-protezzjoni ta’ programmi tal-kompjuter.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi protezzjoni ġuridika adegwata kontra l-manifattura, l-importazzjoni, id-distribuzzjoni, il-bejgħ, il-kiri, ir-reklamar għall-bejgħ jew għall-kiri, jew il-pussess għal skopijiet kummerċjali, ta’ apparat, ta’ prodotti jew ta’ komponenti, jew il-provvista ta’ servizzi li:

(a)

ikunu ppubbliċizzati, irreklamati jew ikkummerċjalizzati għall-fini ta’ ċirkomvenzjoni ta’;

(b)

ikollhom biss skop jew użu limitat sinifikanti kummerċjalment għajr l-iskop ta’ ċirkomvenzjoni ta’; jew

(c)

ikunu primarjament imfassla, magħmula, adattati jew imwettqa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw iċ-ċirkomvenzjoni ta’ kwalunkwe miżura teknoloġika effettiva.

3.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, l-espressjoni "miżuri teknoloġiċi" tfisser kwalunkwe teknoloġija, apparat jew komponent li, fil-proċess normali tat-tħaddim tiegħu, ikun imfassal biex jevita jew jillimita atti, fir-rigward ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra, li ma jkunux awtorizzati mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur jew tad-drittijiet relatati, koperti minn din it-Taqsima. Miżuri teknoloġiċi għandhom jitqiesu "effettivi" meta l-użu ta’ xogħol protett jew ta’ materja protetta oħra ikun ikkontrollat mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta’ applikazzjoni ta’ kontroll għal aċċess jew ta’ proċess ta’ protezzjoni, bħal kriptaġġ, scrambling jew trasformazzjoni oħra tax-xogħol jew ta’ affarijiet oħra jew mekkaniżmu ta’ kontroll tal-ikkupjar, li jilħaq l-objettiv ta’ protezzjoni.

4.   Minkejja l-protezzjoni legali prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull Parti tista’ tieħu miżuri xierqa, kif meħtieġ, sabiex tiżgura li l-protezzjoni legali adegwata kontra ċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżuri teknoloġiċi effettivi prevista f’konformità ma’ dan l-Artikolu ma tipprevjenix lill-benefiċjarji ta’ eċċezzjonijiet jew ta’ limitazzjonijiet previsti f’konformità mal-Artikolu 233 milli jgawdu tali eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet.

Artikolu 235

Obbligi rigward informazzjoni dwar l-immaniġġjar ta’ drittijiet

1.   Kull Parti għandha tipprovdi protezzjoni legali adegwata kontra kwalunkwe persuna li konxjament twettaq xi wieħed mill-atti li ġejjin mingħajr ma jkollha l-awtorità:

(a)

it-tneħħija jew it-tibdil ta’ kwalunkwe informazzjoni elettronika dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet;

(b)

id-distribuzzjoni, l-importazzjoni għad-distribuzzjoni, ix-xandir, il-komunikazzjoni jew it-tpoġġija għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, ta’ xogħlijiet jew ta’ affarijiet oħra protetti skont din it-Taqsima, li minnhom tkun tneħħiet jew ġiet mibdula mingħajr awtorizzazzjoni informazzjoni elettronika dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet;

jekk tali persuna tkun taf, jew ikollha motivi raġonevoli sabiex tkun taf, li billi tagħmel dan tkun qiegħda tikkawża, tippermetti, tiffaċilita jew taħbi ksur ta’ kwalunkwe dritt tal-awtur jew ta’ kwalunkwe dritt relatat kif previst mil-liġi ta’ Parti.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "informazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet" tfisser kwalunkwe informazzjoni pprovduta mid-detenturi tad-drittijiet li tidentifika x-xogħol jew ħaġa oħra msemmija f’dan l-Artikolu, l-awtur jew kwalunkwe detentur ieħor ta’ drittijiet, jew informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu tax-xogħol jew ħaġa oħra, u kwalunkwe numru jew kodiċi li jirrappreżentaw tali informazzjoni.

3.   Il-paragrafu 2 japplika meta xi waħda minn dawn l-elementi ta’ informazzjoni tkun assoċjata ma’ kopja ta’, jew tidher b’rabta mal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol jew ta’ ħaġa oħra msemmija f’dan l-Artikolu.

TAQSIMA 2

TRADEMARKS

Artikolu 236

Klassifikazzjoni ta’ trademarks

Kull Parti għandha żżomm sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ trademarks li tkun konsistenti mal-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti u s-Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tat-Trademarks tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif emendat u rivedut.

Artikolu 237

Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trademark

Trademark tista’ tikkonsisti fi kwalunkwe sinjal, b’mod partikolari kliem, inklużi ismijiet personali, jew disinji, ittri, ċifri, kuluri, il-forma ta’ oġġetti jew l-imballaġġ ta’ oġġetti, jew ħsejjes, dment li dawn is-sinjali jkunu jistgħu:

(a)

jagħmlu distinzjoni bejn l-oġġetti jew is-servizzi ta’ impriża minn dawk ta’ impriżi oħra; u

(b)

jiġu rrappreżentati fir-reġistru rispettiv tat-trademarks ta’ kull Parti, b’mod li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku jiddeterminaw is-suġġett ċar u preċiż tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tagħhom.

Artikolu 238

Drittijiet mogħtija minn trademark

1.   Kull Parti għandha tipprovdi li r-reġistrazzjoni ta’ trademark tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklużivi inkorporati fiha. Il-proprjetarju għandu jkun intitolat jipprevjeni lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fil-kummerċ:

(a)

kwalunkwe sinjal li jkun identiku għat-trademark reġistrata b’rabta mal-oġġetti jew mas-servizzi li jkunu identiċi għal dawk li għalihom tkun irreġistrata t-trademark;

(b)

kwalunkwe sinjal li, minħabba l-identiċità jew is-similarità tiegħu għat-trademark reġistrata u l-identiċità jew is-similarità tal-oġġetti jew tas-servizzi koperti mit-trademark u s-sinjal, tkun teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku, li tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trademark reġistrata.

2.   Il-proprjetarju ta’ trademark reġistrata għandu jkun intitolat jipprevjeni lit-terzi persuni kollha milli jġibu oġġetti, fil-kuntest ta’ attività kummerċjali, fil-Parti fejn it-trademark tkun irreġistrata mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemm, meta tali oġġetti, inkluż l-imballaġġ, ikunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn jew mill-Parti l-oħra u jkollhom fuqhom mingħajr awtorizzazzjoni trademark li tkun identika għat-trademark reġistrata fir-rigward ta’ tali oġġetti, jew li ma tistax tiġi distinta fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trademark.

3.   L-intitolament tal-proprjetarju ta’ trademark skont il-paragrafu 2 għandu jiskadi jekk matul il-proċedimenti sabiex jiġi ddeterminat jekk it-trademark reġistrata tkunx inkisret, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jipprovdi evidenza li l-proprjetarju tat-trademark reġistrata ma jkunx intitolat li jipprojbixxi t-tqegħid tal-oġġetti fis-suq fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali.

Artikolu 239

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

1.   Kull Parti għandha tipprovdi għal sistema għar-reġistrazzjoni tat-trademarks li fiha kull deċiżjoni negattiva finali, meħuda mill-amministrazzjoni tat-trademark rilevanti, inklużi r-rifjuti parzjali tar-reġistrazzjoni, għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lill-parti rilevanti, debitament motivata u soġġetta għal appell.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi għall-possibbiltà li terzi persuni jopponu l-applikazzjonijiet għal trademarks jew, fejn xieraq, għar-reġistrazzjonijiet ta’ trademarks. Tali proċedimenti ta’ oppożizzjoni jkunu kontenzjużi.

3.   Kull Parti għandha tipprovdi bażi tad-data elettronika disponibbli għall-pubbliku tal-applikazzjonijiet għat-trademarks u tar-reġistrazzjonijiet tat-trademarks.

4.   Kull Parti għandha tagħmel l-aħjar sforzi biex tipprovdi sistema għall-applikazzjoni elettronika għal u l-ipproċessar, ir-reġistrazzjoni u ż-żamma ta’ trademarks.

Artikolu 240

Trademarks magħrufin sew

Għall-fini tal-għoti ta’ effett lill-protezzjoni ta’ trademarks magħrufin sewwa, kif imsemmi fl-Artikolu 6bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u fl-Artikolu 16(2) u (3) tal-Ftehim TRIPS, kull Parti għandha tapplika r-Rakkomandazzjoni Konġunta Rigward Dispożizzjonijiet dwar il-Protezzjoni ta’ Marki Magħrufin Sewwa, adottata mill-Assemblea tal-Unjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u mill-Assemblea Ġenerali tad-WIPO fl-Erbgħa u Tletin Serje ta’ Laqgħat tal-Assemblej tal-Istati Membri tad-WIPO mill-20 sad-29 ta’ Settembru 1999.

Artikolu 241

Eċċezzjonijiet għad-drittijiet mogħtija minn trademark

1.   Kull Parti għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet limitati għad-drittijiet mogħtija minn trademark bħall-użu ġust ta’ termini deskrittivi li jinkludu indikazzjonijiet ġeografiċi, u jistgħu jipprovdu eċċezzjonijiet limitati oħra, dment li tali eċċezzjonijiet iqisu l-interessi leġittimi tal-proprjetarju tat-trademark u ta’ terzi persuni.

2.   It-trademark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju sabiex jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża, fl-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali:

(a)

l-isem jew l-indirizz tat-terza persuna, fejn dik it-terza persuna tkun persuna fiżika;

(b)

sinjali jew indikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tip, mal-kwalità, mal-kwantità, mal-iskop intiż, mal-valur, mal-oriġini ġeografika, maż-żmien tal-produzzjoni tal-oġġetti jew mal-għoti tas-servizz, jew ma’ karatteristiċi oħra tal-oġġetti jew tas-servizzi; jew

(c)

it-trademark bl-għan li tidentifika jew tagħmel referenza għal oġġetti jew servizzi bħala l-oġġetti jew is-servizzi tal-proprjetarju ta’ dik it-trademark, b’mod partikolari meta l-użu ta’ dik it-trademark ikun meħtieġ sabiex wieħed jindika l-iskop intiż ta’ prodott jew ta’ servizz, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aċċessorji jew ta’ spare parts,

dment li t-terza persuna tużahom f’konformità ma’ prattiki onesti f’materji industrijali jew kummerċjali.

3.   It-trademark ma għandhiex tagħti lill-proprjetarju d-dritt li jipprojbixxi lit-terza persuna milli tuża matul attivitajiet kummerċjali, dritt preċedenti li japplika biss f’lokalità partikolari jekk dak id-dritt ikun rikonoxxut mil-liġijiet tal-Parti inkwistjoni u jintuża fil-limiti tat-territorju fejn ikun rikonoxxut.

Artikolu 242

Raġunijiet għar-revoka

1.   Kull Parti għandha tipprovdi li trademark għandha tkun suġġettibbli għar-revoka jekk, f'perjodu kontinwu ta' ħames snin, hija ma tkunx intużat ġenwinament fit-territorju rilevanti ta' Parti mill-proprjetarju jew bil-kunsens tal-proprjetarju fir-rigward tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun ġiet irreġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta' użu.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi li trade mark għandha tkun suġġettibbli għar-revoka jekk, f'perjodu kontinwu ta' ħames snin wara d-data tat-tlestija tal-proċedura ta' reġistrazzjoni ma tkunx intużat ġenwinament fit-territorju rilevanti mill-proprjetarju jew bil-kunsens tal-proprjetarju, fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għan-nuqqas ta' użu.

3.   Madankollu, l-ebda persuna ma tista’ titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fi trademark jistgħu jiġu rrevokati fejn, matul l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-revoka, ikun inbeda jew tkompla l-użu ġenwin tat-trademark. Madankollu, il-bidu jew l-issoktar tal-użu f’perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-revoka li jkun beda mhux qabel l-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin tan-nuqqas ta’ użu, għandu jiġi injorat fejn it-tħejjijiet għall-bidu jew għall-issoktar iseħħu biss wara li l-proprjetarju jsir jaf li tkun tista’ tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar-revoka.

4.   Trademark tista’ wkoll tkun soġġetta għal revoka jekk, wara d-data li fiha tkun ġiet irreġistrata:

(a)

bħala konsegwenza tal-attività jew in-nuqqas ta' attività tal-proprjetarju, tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ għal oġġett jew servizz li għalihom ġiet irreġistrata;

(b)

bħala konsegwenza tal-użu li jsir minnha mill-proprjetarju tat-trademark jew bil-kunsens tal-proprjetarju fir-rigward tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom hi ġiet irreġistrata, hija tista' tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tan-natura, il-kwalità jew l-oriġini ġeografika ta' dawk l-oġġetti jew servizzi.

Artikolu 243

Id-dritt ta’ projbizzjoni ta’ atti preparatorji fir-rigward tal-użu tal-imballaġġ jew ta' mezzi oħra

Jekk ikun jeżisti r-riskju li l-imballaġġ, it-tikketti, it-tabelli, il-karatteristiċi jew l-apparat ta' sigurtà jew ta' awtentiċità, jew kwalunkwe mezz ieħor li fuqu hi mwaħħla t-trademark, ikunu jistgħu jintużaw fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi u li dak l-użu ikun jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trademark, il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi l-azzjonijiet li ġejjin jekk dawn jitwettqu fl-eżerċizzju tal-kummerċ:

(a)

it-twaħħil ta’ sinjal identiku jew simili għat-trademark fuq l-imballaġġ, it-tikketti, it-tabelli, il-karatteristiċi jew l-apparat ta' sigurtà jew ta' awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li fuqu tista' titwaħħal il-marka; jew

(b)

l-offerta jew it-tqegħid fis-suq, jew il-ħażna għal dawn l-għanijiet, jew l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' imballaġġ, tikketti, tabelli, karatteristiċi jew apparat ta' sigurtà jew ta' awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li fuqu hi mwaħħla l-marka.

Artikolu 244

Applikazzjonijiet mala fide

Trademark għandha tkun suxxettibbli li tiġi ddikjarata invalida meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tkun saret mala fide mill-applikant. Kull Parti tista’ tipprovdi li tali trademark ma għandhiex tkun irreġistrata.

TAQSIMA 3

DISINN

Artikolu 245

Protezzjoni ta’ disinji reġistrati

1.   Kull Parti għandha tipprovdi għall-protezzjoni ta’ disinji maħluqa indipendentement li jkunu oriġinali u ġodda. Din il-protezzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta’ reġistrazzjoni u għandha tagħti drittijiet esklużivi lid-detenturi tagħhom f’konformità ma’ din it-Taqsima.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, Parti tista’ tikkunsidra li disinn li jkollu karattru individwali jkun oriġinali.

2.   Id-detentur ta’ disinn reġistrat għandu jkollu d-dritt li jipprevjeni lil terzi persuni li ma jkollhomx il-kunsens tad-detentur tal-anqas milli jagħmlu, joffru għall-bejgħ, ibigħu, jimportaw, jesportaw, jaħżnu l-prodott li jkollu d-disinn protett u li jinkorpora d-disinn protett jew li juża oġġetti li jkollhom fuqhom jew li jinkorporaw id-disinn protett fejn tali atti jitwettqu għal finijiet kummerċjali.

3.   Disinn li jiġi applikat għal prodott, jew inkorporat fi prodott, li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless għandu jitqies biss li jkun ġdid u oriġinali:

(a)

jekk il-parti komponenti, ladarba tiġi inkorporata fil-prodott kumpless, tibqa’ tidher matul l-użu normali ta’ dan tal-aħħar; u

(b)

sa fejn dawk il-karatteristiċi li jidhru tal-parti komponenti jissodisfaw minnhom infushom ir-rekwiżiti relatati man-novità u mal-oriġinalità.

4.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 3, "użu normali" għandha tfisser l-użu mill-utent finali, esklużi xogħol ta’ manutenzjoni, ta’ servizzjar jew ta’ tiswija.

Artikolu 246

Durata tal-protezzjoni

Id-durata tal-protezzjoni disponibbli għal disinni rreġistrati, inkluż it-tiġdid ta' disinni rreġistrati, għandha tammonta għal terminu totali ta' 25 sena mid-data meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni (36).

Artikolu 247

Protezzjoni ta’ disinji mhux reġistrati

1.   Kull Parti għandha tagħti lid-detenturi ta’ disinn mhux reġistrat id-dritt li jipprevjenu l-użu tad-disinn mhux reġistrat minn xi terza persuna li ma jkollhiex il-kunsens tad-detentur biss jekk l-użu kkontestat jirriżulta mill-ikkupjar tad-disinn mhux reġistrat fit-territorju rispettiv tagħhom (37). Tali użu għandu tal-anqas ikopri l-offerta għall-bejgħ, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-prodott.

2.   Id-durata tal-protezzjoni disponibbli għad-disinn mhux reġistrat għandha tammonta għal tal-anqas tliet snin mid-data li fiha d-disinn ikun sar disponibbli għall-pubbliku għall-ewwel darba fit-territorju tal-Parti rispettiva.

Artikolu 248

Eċċezzjonijiet u esklużjonijiet

1.   Kull Parti tista’ tipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-protezzjoni tad-disinji, li jinkludu disinji mhux reġistrati, dment li tali eċċezzjonijiet ma jkunux f’kunflitt mhux raġonevoli mal-użu normali tad-disinji, u ma jippreġudikawx b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur tad-disinn, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi ta’ terzi persuni.

2.   Il-protezzjoni ma għandhiex testendi għal disinji ddettati biss mill-kunsiderazzjonijiet tekniċi jew funzjonali. Disinn ma għandux jeżisti fil-karatteristiċi tad-dehra ta' prodott li bilfors ikollhom jiġu riprodotti fl-għamla u fil-qisien eżatti tagħhom sabiex jippermettu li l-prodott li fih ikun inkorporat id-disinn jew li għalih issir l-applikazzjoni jiġi konness ma' prodott ieħor jew imdaħħal fih, madwaru jew miegħu b’tali mod li wieħed miż-żewġ prodotti jkun jista' jwettaq il-funzjoni tiegħu.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, disinn għandu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 245(1), jibqa' f'disinn, li jkollu l-iskop li jippermetti l-assemblaġġ multiplu jew il-konnessjoni ta' prodotti interkambjabbli b'mod reċiproku f'sistema modulari.

Artikolu 249

Relazzjoni mad-dritt tal-awtur

Kull Parti għandha tiżgura li disinni, li jinkludi disinni mhux irreġistrati, għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal protezzjoni skont il-liġi tad-drittijiet tal-awtur ta’ dik il-Parti mid-data li fiha d-disinn ikun inħoloq jew ikun ġie stabbilit fi kwalunkwe forma. Il-punt sa fejn, u l-kundizzjonijiet li bihom, tingħata din il-protezzjoni, inkluż il-livell meħtieġ tal-oriġinalità, jiġu stabbiliti minn kull Parti.

TAQSIMA 4

PRIVATTIVI

Artikolu 250

Privattivi u saħħa pubblika

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tad-Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, adottata fl-14 ta’ Novembru 2001 mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Doha (id-"Dikjarazzjoni ta’ Doha"). Fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi skont din it-Taqsima, kull Parti għandha tiżgura konsistenza mad-Dikjarazzjoni ta’ Doha.

2.   Kull Parti għandha timplimenta l-Artikolu 31bis tal-Ftehim TRIPS, kif ukoll l-Anness tal-Ftehim TRIPS u l-Appendiċi għall-Anness tal-Ftehim TRIPS.

Artikolu 251

Estensjoni tal-perjodu ta' protezzjoni mogħti minn privattiva fuq prodotti mediċinali u fuq prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-prodotti mediċinali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (38) protetti bi privattiva fit-territorju rispettiv tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni qabel ma jitpoġġew fis-swieq rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-perjodu li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal privattiva u l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jitpoġġa fis-suq, kif iddefinit għal dak l-iskop mil-leġiżlazzjoni rilevanti, jista’ jqassar il-perjodu ta’ protezzjoni effettiva skont il-privattiva.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi għal protezzjoni ulterjuri, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, għal prodott li jkun protett bi privattiva u li kien soġġett għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 sabiex tikkumpensa lid-detentur ta’ privattiva għat-tnaqqis ta’ protezzjoni effettiva tal-privattivi. It-termini u kundizzjonijiet għall-provvediment ta’ tali protezzjoni ulterjuri, inkluż it-tul tagħha, għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Partijiet.

3.   Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, "prodott mediċinali" tfisser:

(a)

kwalunkwe sustanza jew taħlita ta’ sustanzi bi proprjetajiet għat-trattament jew prevenzjoni ta’ mard fil-bnedmin jew fl-annimali; jew

(b)

kwalunkwe sustanza jew taħlita ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw jew jiġu amministrati lill-bniedem jew lill-annimali, jew bil-ħsieb li jiġu restawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta’ azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex issir dijanjosi medika.

TAQSIMA 5

PROTEZZJONI TA' INFORMAZZJONI MHUX ŻVELATA

Artikolu 252

Protezzjoni ta’ sigrieti tal-mestier

1.   Kull Parti għandha tipprovdi għal proċeduri u għal rimedji ġudizzjarji ċivili xierqa għal kwalunkwe detentur ta’ sigriet tal-mestier sabiex jipprevjeni, u jikseb rimedju għall-akkwiżizzjoni, għall-użu jew għall-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier meta dan isir b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti.

2.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"sigriet tal-mestier" tfisser informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

tkun sigrieta fis-sens li ma tkunx, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni u fl-assemblaġġ preċiżi tal-komponenti tagħha, magħrufa b’mod ġenerali jew aċċessibbli b’mod faċli għall-persuni li ġeneralment jittrattaw dan it-tip ta’ informazzjoni inkwistjoni;

(ii)

ikollha valur kummerċjali għaliex tkun sigrieta; u

(iii)

kienet soġġetta għal passi raġonevoli skont iċ-ċirkustanzi, mill-persuna li jkollha l-kontroll legali tal-informazzjoni, sabiex tinżamm sigrieta;

(b)

"detentur ta’ sigriet tal-mestier" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li legalment tikkontrolla sigriet tal-mestier.

3.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, tal-anqas dawn il-forom ta’ kondotta għandhom jiġu kkunsidrati li jmorru kontra prattiki kummerċjali onesti:

(a)

l-akkwiżizzjoni ta’ sigriet tal-mestier mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet tal-mestier, kull meta jinkiseb permezz ta’ aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku, jew bl-approprjazzjoni jew bl-ikkupjar ta’ dan, li jkun legalment fil-kontroll tad-detentur tas-sigriet tal-mestier, u li jkun fih is-sigriet tal-mestier jew li minnu wieħed jista’ jiddeduċi s-sigriet tal-mestier;

(b)

l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier kull meta jsir, mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet tal-mestier, minn persuna li tinstab li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

tkun kisbet is-sigriet tal-mestier b’mod msemmi fil-punt (a);

(ii)

tkun qed tikser ftehim ta’ kunfidenzjalità jew kwalunkwe dover ieħor biex ma tiżvelax is-sigriet tal-mestier; jew

(iii)

tkun qed tikser dover kuntrattwali jew kull dover ieħor li jillimita l-użu tas-sigriet tal-mestier;

(c)

l-akkwiżizzjoni, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier kull meta jitwettqu minn persuna li, fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni, tal-użu jew tal-iżvelar, kienet taf jew missha kienet taf fiċ-ċirkustanzi li s-sigriet tal-mestier kien inkiseb direttament jew indirettament minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela sigriet tal-mestier b’mod illegali fis-sens tal-punt (b).

4.   Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jinftiehem bħala li jeżiġi li xi waħda mill-Partijiet tikkunsidra kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin ta’ kondotta li tmur kontra prattiki kummerċjali onesti:

(a)

skoperta jew kreazzjoni indipendenti;

(b)

l-inġinerija inversa ta’ prodott li jkun sar disponibbli għall-pubbliku jew li jkun legalment fil-pussess tal-akkwirent tal-informazzjoni, fejn l-akkwirent tal-informazzjoni jkun ħieles minn kwalunkwe dmir legalment validu sabiex tiġi limitata l-akkwiżizzjoni tas-sigriet tal-mestier;

(c)

l-akkwiżizzjoni, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier meħtieġa jew permessi mil-liġi ta’ kull Parti;

(d)

l-eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiema jew tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal informazzjoni u għal konsultazzjoni f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti ta’ dik il-Parti.

5.   Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jinftiehem li jaffettwa l-eżerċizzju tal-libertà ta’ espressjoni u tal-informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni, kif protetti f’kull Parti, li jirrestrinġi l-mobilità tal-impjegati, jew li jaffettwa l-awtonomija tas-sħab soċjali u d-dritt tagħhom li jidħlu fi ftehimiet kollettivi, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Partijiet.

Artikolu 253

Il-protezzjoni tad-data ppreżentata sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jitpoġġa prodott mediċinali fis-suq

1.   Kull Parti għandha tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali sottomessa biex tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta’ prodotti mediċinali fis-suq ("awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq") kontra l-iżvelar lil terzi persuni, sakemm ma jittiħdux passi biex jiġi żgurat li d-data tkun protetta kontra użu kummerċjali inġust jew għajr meta l-iżvelar ikun meħtieġ għal interess pubbliku prevalenti.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li għal perjodu limitat ta’ żmien li għandu jiġi ddeterminat mil-liġi domestika tagħha u f’konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni stabbilita fil-liġi domestika tagħha, l-awtorità responsabbli għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma taċċettax xi applikazzjoni sussegwenti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li tiddependi fuq ir-riżultati ta’ testijiet prekliniċi jew provi kliniċi ppreżentati fl-applikazzjoni lil dik l-awtorità għall-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, mingħajr il-kunsens espliċitu tad-detentur tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, sakemm il-ftehimiet internazzjonali rikonoxxuti miż-żewġ Partijiet ma jipprovdux mod ieħor.

3.   Kull Parti għandha tiżgura wkoll li, għal perjodu taż-żmien limitat li għandu jiġi ddeterminat mil-liġi domestika tagħha u f’konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni stabbilita fil-liġi domestika tagħha, prodott mediċinali li huwa sussegwentement awtorizzat minn dik l-awtorità abbażi tar-riżultati tat-testijiet prekliniċi u l-provi kliniċi msemmija fil-paragrafu 2 ma jitqiegħedx fis-suq mingħajr il-kunsens espliċitu tad-detentur tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, sakemm il-ftehimiet internazzjonali rikonoxxuti miż-żewġ Partijiet ma jipprovdux mod ieħor.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal perjodi addizzjonali ta' protezzjoni li kull Parti tista’ tipprovdi fil-liġi ta' dik il-Parti.

Artikolu 254

Il-protezzjoni tad-data ppreżentata sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew għal prodotti bijoċidali

1.   Kull Parti għandha tirrikonoxxi dritt temporanju tas-sid ta’ rapport ta’ test jew ta’ studju sottomess għall-ewwel darba sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq rigward is-sikurezza u l-effikaċja ta’ sustanza attiva, ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew ta’ prodott bijoċidali. Matul tali perjodu, ir-rapport ta’ test jew ta’ studju ma għandux jintuża għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe persuna oħra li tfittex li tikseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal sustanza attiva, għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew għal prodott bijoċidali, sakemm il-kunsens espliċitu tal-ewwel sid ma jkunx ġie ppruvat. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dan id-dritt jissejjaħ protezzjoni tad-data.

2.   Ir-rapport ta’ test jew ta’ studju ppreżentat għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanza attiva jew ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun meħtieġ għall-awtorizzazzjoni jew għal emenda ta’ awtorizzazzjoni sabiex ikun permess l-użu fuq uċuħ tar-raba’ oħra; u

(b)

ikun iċċertifikat bħala konformi mal-prinċipji ta’ prattika tal-laboratorji tajba jew ta’ prattika sperimentali tajba.

3.   Il-perjodu ta’ protezzjoni tad-data għandu jkun tal-anqas ta' 10 snin mill-għoti tal-ewwel awtorizzazzjoni minn awtorità rilevanti fit-territorju tal-Parti.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-korpi pubbliċi responsabbli għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma jużawx l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal kwalunkwe awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq suċċessiva, irrispettivament minn jekk ikunx sar disponibbli għall-pubbliku jew le.

5.   Kull Parti għandha tistabbilixxi regoli sabiex jiġi evitat l-ittestjar doppju fuq annimali vertebrati.

TAQSIMA 6

VARJETAJIET TA' PJANTI

Artikolu 255

Protezzjoni tad-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti

Kull Parti għandha tipproteġi d-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (UPOV) kif riveduta l-aħħar f’Ġinevra fid-19 ta’ Marzu 1991. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jippromwovu u jinfurzaw dawn id-drittijiet.

KAPITOLU 3

INFURZAR TAD-DRITTIJIET TA' PROPRJETÀ INTELLETTWALI

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 256

Obbligi ġenerali

1.   Kull Parti għandha tipprovdi taħt il-liġi rispettiva tagħha għall-miżuri, għall-proċeduri u għar-rimedji meħtieġa sabiex tiżgura l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Għall-finijiet tat-Taqsimiet 1, 2 u 4 ta' dan il-Kapitolu, it-terminu "drittijiet ta’ proprjetà intellettwali" ma għandux jinkludi d-drittijiet koperti mit-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2.

2.   Il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu ġusti u ekwitabbli;

(b)

ma jkunux ikkumplikati jew għaljin bla bżonn, jew jinvolvu limiti ta’ żmien mhux raġonevoli jew dewmien mhux ġustifikat;

(c)

ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(d)

jiġu applikati b’mod li jevita l-ħolqien ta’ ostakli għall-kummerċ leġittimu u li jipprovdi għal salvagwardji kontra l-abbuż tagħhom.

Artikolu 257

Persuni intitolati sabiex japplikaw għall-applikazzjoni tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji

Kull Parti għandha tagħraf bħala persuni intitolati biex ifittxu l-applikazzjoni tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji msemmija fit-Taqsimiet 2 u 4 ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

id-detenturi tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’konformità mal-liġi ta’ Parti;

(b)

il-persuni l-oħra kollha awtorizzati li jużaw dawk id-drittijiet, b’mod partikolari d-detenturi ta’ liċenzja, sa fejn u kif permess mil-liġi ta’ Parti u f’konformità ma’ din; u

(c)

federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet (39), sa fejn ikun permess mil-liġi ta' Parti u f'konformità ma' din.

TAQSIMA 2

INFURZAR ĊIVILI U AMMINISTRATTIV

Artikolu 258

Miżuri għall-preservazzjoni tal-evidenza

1.   Kull Parti għandha tassigura li, anki qabel il-bidu tal-proċeduri fuq il-merti tal-każ, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq applikazzjoni minn parti li tkun ippreżentat evidenza raġonevolment disponibbli sabiex issostni l-allegazzjonijiet tagħha li d-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħha jkun inkiser jew ikun ser jinkiser, jordnaw miżuri proviżorji fil-pront u effettivi sabiex tiġi ppreżervata l-evidenza rilevanti fir-rigward tal-allegat ksur, soġġett għas-salvagwardji xierqa u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

2.   Tali miżuri jistgħu jinkludu d-deskrizzjoni dettaljata, bit-teħid ta’ kampjuni jew mingħajr, jew bil-qbid fiżiku tal-oġġetti allegatament foloz jew mingħajr, u, f’każi xierqa, tal-materjali u tal-għodod użati fil-produzzjoni u/jew fid-distribuzzjoni ta’ dawn l-oġġetti u d-dokumenti relatati magħhom.

Artikolu 259

Evidenza

1.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jordnaw, fuq applikazzjoni minn parti li tkun ippreżentat evidenza raġonevolment disponibbli suffiċjenti sabiex issostni l-allegazzjonijiet tagħha u, meta tissostanzja dawk l-allegazzjonijiet, ikollha evidenza speċifikata li tinsab fil-kontroll tal-parti opposta, li din l-evidenza tiġi prodotta mill-parti opposta, soġġetta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.

2.   Kull Parti għandha tieħu wkoll il-miżuri meħtieġa biex tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jordnaw, fejn xieraq, f’każijiet ta’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali mwettaq fuq skala kummerċjali, skont l-istess kundizzjonijiet bħal fil-paragrafu 1, il-komunikazzjoni ta’ dokumenti bankarji, finanzjarji jew kummerċjali fil-kontroll tal-parti opposta, soġġett għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 260

Dritt għall-informazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li, fil-kuntest tal-proċedimenti ċivili fir-rigward ta’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u bħala tweġiba għal talba ġustifikata u proporzjonata mir-rikorrent, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jordnaw lill-kontraventur jew lil kwalunkwe persuna oħra sabiex tipprovdi informazzjoni dwar l-oriġini u n-networks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 "kwalunkwe persuna oħra" tfisser persuna li:

(a)

tkun instabet fil-pussess tal-oġġetti foloz fuq skala kummerċjali;

(b)

tkun instabet li kienet qiegħda tuża s-servizzi foloz fuq skala kummerċjali;

(c)

tkun instabet li kienet qiegħda tipprovdi servizzi fuq skala kummerċjali użati fl-attivitajiet li jwasslu għal ksur; jew

(d)

kienet indikata mill-persuna msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) bħala li kienet involuta fil-produzzjoni, fil-manifattura jew fid-distribuzzjoni tal-oġġetti jew fil-provvista tas-servizzi.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, kif xieraq:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, tal-manifatturi, tad-distributuri, tal-fornituri u ta’ detenturi preċedenti oħra tal-oġġetti jew tas-servizzi, kif ukoll tal-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut intenzjonati;

(b)

informazzjoni dwar il-kwantitajiet prodotti, manifatturati, ikkonsenjati, riċevuti jew ordnati, kif ukoll il-prezz miksub għall-oġġetti jew għas-servizzi inkwistjoni.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal liġijiet oħra ta’ Parti li:

(a)

jagħtu lid-detentur tad-dritt id-drittijiet li jirċievi informazzjoni aktar sħiħa;

(b)

jirregolaw l-użu fil-proċedimenti ċivili tal-informazzjoni kkomunikata skont dan l-Artikolu;

(c)

jirregolaw ir-responsabbiltà għall-użu ħażin tad-dritt għall-informazzjoni;

(d)

jagħtu opportunità għal rifjut li tiġi pprovduta informazzjoni li tkun tisforza lill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 tammetti l-parteċipazzjoni tagħha stess jew dik ta’ qraba tagħha fi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali;

(e)

jirregolaw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi tal-informazzjoni jew l-ipproċessar ta' data personali.

Artikolu 261

Miżuri proviżorji u kawtelatorji

1.   Kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura li l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha, bit-talba tal-applikant, ikunu jistgħu joħorġu kontra l-kontraventur allegat inġunzjoni interlokutorja maħsuba sabiex tipprevjeni kwalunkwe ksur imminenti ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, jew jipprojbixxu, fuq bażi proviżorja u soġġetta, fejn ikun xieraq, għal pagament rikorrenti ta’ penali fejn dan ikun previst fil-liġi ta’ dik il-Parti, il-kontinwazzjoni tal-ksur allegat ta’ dak id-dritt, jew li tali kontinwazzjoni tkun soġġetta għad-depożitu ta’ garanziji maħsuba sabiex ikun żgurat il-kumpens tad-detentur tad-dritt. Inġunzjoni interlokutorja tista’ tinħareġ wkoll, skont l-istess kundizzjonijiet, kontra intermedjarju li s-servizzi tiegħu jkunu qed jintużaw minn terzi persuna sabiex jinkiser dritt ta’ proprjetà intellettwali.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha jkunu jistgħu, fuq talba tal-applikant, jordnaw is-sekwestru jew il-konsenja ta’ oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, sabiex jipprevjenu d-dħul jew il-moviment tagħhom fil-kanali tal-kummerċ.

3.   Fil-każ ta’ ksur allegat imwettaq fuq skala kummerċjali, kull Parti għandha tassigura li, jekk l-applikant juri ċirkustanzi li aktarx jipperikolaw l-irkupru tad-danni, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw is-sekwestru prekawzjonarju tal-proprjetà mobbli u immobbli ta’ min allegatament ikun kiser id-drittijiet, fosthom is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji u assi oħra tagħhom. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jordnaw il-komunikazzjoni ta' dokumenti bankarji, finanzjarji jew kummerċjali, jew l-aċċess xieraq għall-informazzjoni rilevanti.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom, b’rispett tal-miżuri li saret referenza għalihom fil-paragrafi 1, u 3, l-awtorità li jitolbu lill-applikant jipprovdi kwalunkwe evidenza raġonevoli sabiex ikunu sodisfatti bi grad suffiċjenti ta’ ċertezza li l-applikant ikun id-detentur tad-dritt u li d-dritt tal-applikant qed jinkiser, jew li tali ksur ikun imminenti.

Artikolu 262

Miżuri korrettivi

1.   Kull Parti għandha tassigura li l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha jistgħu jordnaw, fuq talba tar-rikorrent, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dannu dovut lid-detentur tad-dritt minħabba l-ksur, u mingħajr l-ebda tip ta’ kumpens, il-qerda ta’ oġġetti li jkunu nstabu li qegħdin jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali jew mill-inqas it-tneħħija definittiva ta’ dawn l-oġġetti mill-kanali tal-kummerċ. Jekk ikun xieraq, skont l-istess kundizzjonijiet, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw ukoll il-qerda ta’ materjali u ta’ affarijiet użati b’mod predominanti fil-ħolqien jew fil-manifattura ta’ dawk l-oġġetti.

2.   L-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ kull Parti għandu jkollhom l-awtorità li jordnaw li dawk il-miżuri jitwettqu bl-ispejjeż kontra l-kontraventur, sakemm ma jiġux invokati raġunijiet partikolari sabiex dan ma jsirx.

Artikolu 263

Inġunzjonijiet

Kull Parti għandha tassigura li, fejn tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja b’konstatazzjoni ta’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu joħorġu inġunzjoni kontra kontraventur li tkun immirata sabiex tipprojbixxi l-kontinwazzjoni tal-ksur. Kull Parti għandha tiżgura wkoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu joħorġu inġunzjoni kontra intermedjarji li s-servizzi tagħhom jintużaw minn terza persuna sabiex jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali.

Artikolu 264

Miżuri alternattivi

Kull Parti tista’ tipprovdi li, f’każijiet xierqa u bit-talba tal-persuna li tista’ tkun soġġetta għall-miżuri previsti fl-Artikolu 262 jew 263, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw kumpens pekunjarju li jkollu jitħallas lill-parti li ġġarrab dannu minflok ma jiġu applikati l-miżuri previsti f'dawn iż-żewġ Artikoli jekk dik il-persuna tkun aġixxiet b’mod mhux intenzjonali u mingħajr negliġenza, jekk l-eżekuzzjoni tal-miżuri inkwistjoni tkun tikkawża lill-persuna dannu sproporzjonat u jekk il-kumpens pekunjarju lill-parti li ġġarrab id-dannu jidher li jkun raġonevolment sodisfaċenti.

Artikolu 265

Danni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha, fuq l-applikazzjoni tal-parti li ġġarrab id-danni, jordnaw lill-kontraventur li xjentement kien involut, jew kellu raġunijiet validi sabiex ikun jaf li qed jinvolvi ruħu, f’attività li qed tikkawża ksur, sabiex iħallas kumpens għad-danni lid-detentur tad-dritt skont il-ħsara attwali mġarrba minnu bħala riżultat tal-ksur.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li meta l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha jistabbilixxu d-danni:

(a)

Huma jqisu l-aspetti kollha xierqa, bħalma huma l-konsegwenzi ekonomiċi negattivi, fosthom il-profitti mitlufa, li tkun sofriet il-parti li ssofri dannu, kwalunkwe qligħ inġust li jkun għamel il-kontraventur u, f’każijiet xierqa, elementi li ma jkunux fatturi ekonomiċi, bħal danni morali kkawżat lid-detentur tad-dritt mill-ksur; jew

(b)

bħala alternattiva għall-punt (a), huma jistgħu, f’każijiet xierqa, jiddeterminaw id-danni bħala somma f’daqqa abbażi ta’ elementi bħal tal-anqas l-ammont ta’ royalties jew ta’ tariffi li kien ikollhom jitħallsu li kieku l-kontraventur talab l-awtorizzazzjoni sabiex juża d-dritt ta’ proprjetà intellettwali inkwistjoni.

3.   Fejn il-kontraventur jkun daħal f’attività li twassal għal ksur, u ma kienx jaf jew ma kellux raġunijiet validi sabiex ikun jaf, kull Parti tista’ tistabbilixxi li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw li jiġu rkuprati l-profitti jew il-pagament tad-danni, li jistgħu jkunu stabbiliti minn qabel.

Artikolu 266

Spejjeż legali

Kull Parti għandha tiżgura li l-ispejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli u proporzjonati mħallsa mill-parti rebbieħa, bħala regola ġenerali, jitħallsu mill-parti telliefa, sakemm l-ekwità ma tippermettix li jsir dan.

Artikolu 267

Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji

Kull Parti għandha tiżgura li, fil-proċedimenti legali istitwiti għall-ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jordnaw, bit-talba tal-applikant u bl-ispejjeż għall-kontraventur, miżuri xierqa għat-tixrid tal-informazzjoni li tikkonċerna d-deċiżjoni, inklużi l-wiri tad-deċiżjoni u l-pubblikazzjoni tagħha kollha kemm hi jew ta’ parti minnha.

Artikolu 268

Preżunzjoni tal-oriġini minn awtur jew ta’ sjieda

Bl-għan li jiġu applikati l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji previsti fil-Kapitlu 3:

(a)

għall-awtur ta’ xogħol letterarju jew artistiku, fin-nuqqas ta’ prova kontrarja, biex ikun ikkunsidrat tali, u konsegwentement biex ikun intitolat li jiftaħ proċedimenti ta’ ksur, għandu jkun suffiċjenti li l-isem tal-awtur jidher fuq ix-xogħol bil-mod tas-soltu; u

(b)

il-punt (a) japplika mutatis mutandis għad-detenturi tad-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fir-rigward tal-materja protetta tagħhom.

Artikolu 269

Proċeduri amministrattivi

Sal-punt li kwalunkwe rimedju ċivili jista’ jiġi ordnat fuq il-merti tal-każ bħala riżultat ta’ proċeduri amministrattivi, proċeduri bħal dawn għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ekwivalenti fis-sustanza ma’ dawk stabbiliti f’din it-Taqsima.

TAQSIMA 3

PROĊEDURI U RIMEDJI ĠUDIZZJARJI ĊIVILI GĦAL SIGRIETI TAL-MESTIER

Artikolu 270

Proċeduri u rimedji ġudizzjarji ċivili għal sigrieti tal-mestier

1.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe persuna li tipparteċipa fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili msemmija fl-Artikolu 252(1), jew li jkollha aċċess għal dokumenti li jifformaw parti minn dawk il-proċedimenti, ma jkollhiex permess tuża jew tiżvela kwalunkwe sigriet tal-mestier jew allegat sigriet tal-mestier li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jkunu identifikaw, b'rispons għal applikazzjoni debitament motivata minn parti interessata, bħala kunfidenzjali u li tkun saret konxja tagħha bħala riżultat ta' tali parteċipazzjoni jew aċċess.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 jibqa’ fis-seħħ wara li jintemmu l-proċedimenti ġudizzjarji ċivili, għaż-żmien meħtieġ kif ikun xieraq.

3.   Fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili msemmija fl-Artikolu 252(1), kull Parti għandha tipprevedi li l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha jkollhom l-awtorità li tal-anqas:

(a)

jordnaw miżuri proviżorji, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti rispettivi tagħhom, sabiex iwaqqfu u jipprojbixxu l-użu jew l-iżvelar tas-sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti;

(b)

jordnaw miżuri, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti rispettivi tagħhom, li jordnaw il-waqfien jew, skont il-każ, il-projbizzjoni, tal-użu jew tal-iżvelar tas-sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti;

(c)

jordnaw, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti rispettivi tagħhom, lil kwalunkwe persuna li tkun kisbet, użat jew żvelat sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti u li kienet taf jew missha kienet taf li kienet qed tikseb, tuża jew tiżvela sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti sabiex tħallas lid-detentur tas-sigriet tal-mestier id-danni xierqa għall-ħsara attwali mġarrba bħala riżultat ta’ tali kisba, użu jew żvelar tas-sigriet tal-mestier;

(d)

jieħdu miżuri speċifiċi meħtieġa sabiex jippreservaw il-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe sigriet tal-mestier jew allegat sigriet tal-mestier użat jew imsemmi fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 252(1). Tali miżuri speċifiċi jistgħu jinkludu, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti rispettivi ta’ kull Parti, inklużi d-drittijiet tad-difiża, il-possibbiltà ta’ restrizzjoni tal-aċċess għal ċerti dokumenti fis-sħuħija tagħhom jew f’parti minnhom; ta’ restrizzjoni tal-aċċess għas-seduti u għar-rekords jew għat-traskritt korrispondenti tagħhom; u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, li fiha s-siltiet li jinkludu s-sigrieti kummerċjali jkunu tneħħew jew tgħattew.

(e)

jimponu sanzjonijiet fuq kwalunkwe persuna li tipparteċipa fil-proċedimenti legali li tonqos jew tirrifjuta milli tikkonforma mal-ordnijiet tal-qorti dwar il-protezzjoni tas-sigriet tal-mestier jew tal-allegat sigriet tal-mestier.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li applikazzjoni għall-miżura, għall-proċeduri jew għar-rimedji previsti f’dan l-Artikolu tiġi miċħuda meta sigriet tal-mestier ikun allegatament inkiseb, intuża jew ġie żvelat b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha:

(a)

sabiex jinkixfu mġiba ħażina, għemil ħażin jew attività illegali għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku ġenerali;

(b)

bħala żvelar mill-impjegati lir-rappreżentanti tagħhom bħala parti mill-eżerċizzju leġittimu minn dawk ir-rappreżentanti tal-funzjonijiet tagħhom u meta din tkun meħtieġa għalhekk;

(c)

sabiex jiġi protett interess leġittimu rikonoxxut mil-liġijiet u mir-regolamenti ta’ dik il-Parti.

TAQSIMA 4

INFURZAR FIL-FRUNTIERI

Artikolu 271

Miżuri fil-fruntieri

1.   Fir-rigward ta’ oġġetti taħt kontroll doganali, kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri li taħthom detentur tad-dritt ikun jista’ jippreżenta applikazzjonijiet lil awtorità kompetenti (40) għas-sospensjoni tar-rilaxx ta' oġġetti suspettati jew għaż-żamma tagħhom. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, "oġġetti suspettati" tfisser oġġetti suspettati bi ksur ta’ trademarks, ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ privattivi, ta’ mudelli ta’ utilità, ta’ disinji industrijali, ta’ topografiji ta’ ċirkwiti integrati u ta’ drittijiet ta’ varjetajiet tal-pjanti.

2.   Kull Parti għandu jkollha fis-seħħ sistemi elettroniċi għall-ġestjoni mid-dwana tal-applikazzjonijiet approvati jew reġistrati.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha ma jitolbux il-ħlas ta’ tariffa sabiex ikopru l-ispejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-proċessar ta’ applikazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jiddeċiedu dwar l-għoti jew ir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

5.   Kull Parti għandha tipprovdi sabiex l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għal diversi konsenji.

6.   Fir-rigward ta’ oġġetti taħt kontroll doganali, kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet doganali tagħha jistgħu jaġixxu b’inizjattiva tagħhom stess sabiex jissospendu r-rilaxx jew iżommu oġġetti suspettati.

7.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet doganali tagħha jużaw l-analiżi tar-riskju sabiex jidentifikaw oġġetti suspettati.

8.   Kull Parti tista’ tawtorizza lill-awtorità doganali tagħha li tipprovdi detentur tad-dritt, wara talba, b’informazzjoni dwar oġġetti, li jinkludu d-deskrizzjoni u l-kwantitajiet attwali jew stmati tagħhom, u jekk ikun magħruf, l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur, l-importatur, l-esportatur jew id-destinatarju, u l-pajjiż ta’ oriġini jew il-provenjenza tal-oġġetti, li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li nżammu.

9.   Kull Parti għandu jkollha stabbiliti proċeduri li jippermettu l-qerda ta’ oġġetti suspettati, mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji minn qabel għad-determinazzjoni formali tal-ksur, meta l-persuni konċernati jaqblu mal-qerda jew ma jopponuhiex. F’każijiet li fihom l-oġġetti suspettati ma jinqerdux, kull Parti għandha tiżgura li, għajr f’ċirkustanzi eċċezzjonali, tali oġġetti jintremew lil hinn mill-kanali kummerċjali b’mod li jiġi evitat kull dannu għad-detentur tad-dritt.

10.   Kull Parti għandu jkollha fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-qerda rapida ta’ oġġetti bi trademark falza u piratati mibgħuta f’konsenji postali jew b’kurrieri rapidi.

11.   Kull Parti għandha tipprevedi li, fejn jiġi mitlub mill-awtoritajiet doganali, id-detentur tal-applikazzjoni approvata jew irreġistrata għandu jkun obbligati li jirrimborża l-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet doganali, jew partijiet oħra li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet doganali, mill-mument tad-detenzjoni jew tas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti, inkluż il-ħżin, il-ġestjoni, u l-kostijiet kollha relatati mal-qerda jew mar-rimi tal-oġġetti.

12.   Kull Parti tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dan l-Artikolu għall-importazzjoni ta’ oġġetti mqiegħda fis-suq f’pajjiż ieħor mid-detenturi tad-drittijiet jew bil-kunsens tagħhom. Parti tista’ teskludi mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi.

13.   Kull Parti għandha tippermetti lill-awtoritajiet doganali tagħha jżommu djalogu regolari u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti u ma’ awtoritajiet oħra involuti fl-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

14.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-kummerċ internazzjonali f’oġġetti suspettati. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom, sa fejn possibbli, jaqsmu informazzjoni rilevanti dwar il-kummerċ ta’ oġġetti suspettati li jaffettwaw lill-Parti l-oħra.

15.   Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta’ kooperazzjoni, il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali japplika fir-rigward ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li l-awtoritajiet doganali ta’ Parti jkunu kompetenti għall-infurzar tagħhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 272

Konsistenza mal-GATT tal-1994 u mal-Ftehim TRIPS

Meta jimplimentaw miżuri fil-fruntieri għall-infurzar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali, kemm jekk koperti minn din it-Taqsima kif ukoll jekk ma jkunux, il-Partijiet għandhom jiżguraw il-konsistenza mal-obbligi tagħhom skont il-GATT tal-1994 u l-Ftehim TRIPS u, b’mod partikolari, mal-Artikolu V tal-GATT tal-1994, mal-Artikolu 41 u t-Taqsima 4 tal-Parti III tal-Ftehim TRIPS.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 273

Kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bl-għan li jsostnu l-implimentazzjoni tal-impenji u tal-obbligi meħuda taħt dan it-Titolu.

2.   L-oqsma ta’ kooperazzjoni jinkludu l-attivitajiet li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom biss:

(a)

skambju ta’ informazzjoni dwar il-qafas legali fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u tar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni u l-infurzar;

(b)

skambju ta’ esperjenza dwar il-progress leġiżlattiv, dwar l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u dwar l-infurzar fil-livell ċentrali u subċentrali mill-korpi doganali, tal-pulizija, amministrattivi u ġudizzjarji;

(c)

il-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata l-esportazzjoni ta’ oġġetti foloz, fosthom il-koordinazzjoni ma’ pajjiżi oħra;

(d)

assistenza teknika, bini tal-kapaċitajiet, skambju u taħriġ tal-persunal;

(e)

protezzjoni u difiża tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u t-tixrid ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward, fost l-oħrajn, fi ċrieki kummerċjali u fis-soċjetà ċivili;

(f)

sensibilizzazzjoni pubblika tal-konsumaturi u d-detenturi tad-drittijiet;

(g)

it-titjib tal-kooperazzjoni istituzzjonali, partikolarment bejn l-uffiċċji ta’ proprjetà intellettwali tal-Partijiet;

(h)

l-edukazzjoni u l-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku ġenerali dwar politiki li jikkonċernaw il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

(i)

il-promozzjoni tal-protezzjoni u tal-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’kollaborazzjoni pubblika-privata li tinvolvi impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(j)

il-formulazzjoni ta’ strateġiji effettivi sabiex jiġu identifikati udjenzi u ħolqien ta’ programmi ta’ komunikazzjoni sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur u tal-media dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inkluż ir-riskju għas-saħħa u għas-sikurezza u r-rabta mal-kriminalità organizzata.

3.   Il-Partijiet għandhom, direttament jew permezz tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Proprjetà Intellettwali, iżommu kuntatt dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni u mal-funzjonament ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 274

Inizjattivi volontarji tal-partijiet ikkonċernati

Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiffaċilita l-inizjattivi volontarji tal-partijiet konċernati sabiex tnaqqas il-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inkluż online u fi swieq oħra b’enfasi fuq problemi konkreti u filwaqt li tfittex soluzzjonijiet prattiċi li jkunu realistiċi, bilanċjati, proporzjonati u ġusti għal dawk kollha konċernati inkluż bil-modi li ġejjin:

(a)

kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tlaqqa’ lill-partijiet konċernati b’mod kunsenswali fit-territorju tagħha bl-għan li tiffaċilita inizjattivi volontarji sabiex jinstabu soluzzjonijiet u jiġu riżolti differenzi fir-rigward tal-protezzjoni u tal-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u jitnaqqas il-ksur;

(b)

il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiskambjaw informazzjoni ma’ xulxin rigward sforzi bl-għan li jiffaċilitaw inizjattivi volontarji ta’ partijiet konċernati fit-territorji rispettivi tagħhom; u

(c)

il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jippromwovu djalogu miftuħ u kooperazzjoni fost il-partijiet konċernati tal-Partijiet, u sabiex iħeġġu lill-partijiet konċernati tal-Partijiet isibu soluzzjonijiet u jirriżolvu b’mod konġunt id-differenzi rigward il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u jnaqqsu l-ksur.

Artikolu 275

Rieżami relattiv għal indikazzjonijiet ġeografiċi

B’nota tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ ftehim bilaterali preċedenti bejn ir-Renju Unit minn naħa u tal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika min-naħa l-oħra, il-Partijiet jistgħu flimkien jagħmlu sforzi raġonevoli biex jaqblu dwar regoli għall-protezzjoni u l-infurzar domestiku effettiv tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħhom.

TITOLU VI

AKKWIST PUBBLIKU

KAPITOLU 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 276

Objettiv

L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jiggarantixxi l-aċċess lill-fornituri ta’ kull Parti għal opportunitajiet akbar għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku u għat-tisħiħ tat-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Artikolu 277

Inkorporazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-GPA u tal-akkwist kopert

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-GPA speċifikati fit-Taqsima A tal-Anness 25, inkluż l-Annessi ta' kull Parti tal-Appendiċi I għall-GPA, huma b’dan inkorporati f'dan it-Titolu.

2.   Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, "akkwist kopert" tfisser akkwist li għalih japplika l-Artikolu II tal-GPA u, barra minn hekk, akkwist elenkat fit-Taqsima B tal-Anness 25.

3.   Fir-rigward tal-akkwist kopert, kull Parti għandha tapplika, mutatis mutandis, id-dispożizzjonijiet tal-GPA speċifikati fit-Taqsima A tal-Anness 25 għall-fornituri, għall-oġġetti jew għas-servizzi tal-Parti l-oħra.

KAPITOLU 2

REGOLI ADDIZZJONALI GĦALL-AKKWIST KOPERT

Artikolu 278

Użu ta’ mezzi elettroniċi fl-akkwist

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-entitajiet tal-akkwist tagħha jwettqu l-akkwist kopert b’mezzi elettroniċi sal-aktar punt prattikabbli.

2.   Entità tal-akkwist titqies li qed twettaq akkwist kopert b’mezzi elettroniċi, jekk l-entità tuża mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għal dawn:

(a)

il-pubblikazzjoni ta’ avviżi u ta’ dokumenti tal-offerti fil-proċeduri tal-akkwist; u

(b)

il-preżentazzjoni ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ offerti.

3.   Ħlief għal sitwazzjonijiet speċifiċi, tali mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu mhux diskriminatorji, ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-użu ġenerali u ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess għall-proċedura tal-akkwist.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-entitajiet tal-akkwist tagħha jirċievu u jipproċessaw fatturi elettroniċi f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha.

Artikolu 279

Pubblikazzjoni elettronika

Fir-rigward tal-akkwist kopert, l-avviżi kollha tal-akkwist inklużi avviżi ta’ akkwist intiż, avviżi fil-qosor, avviżi ta’ akkwist ippjanat u avviżi ta’ għoti ta’ kuntratt għandhom ikunu direttament aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, mingħajr ħlas, permezz ta’ punt uniku ta’ aċċess fuq l-internet.

Artikolu 280

Evidenza ta’ sostenn

Kull Parti għandha tiżgura li fid-data tas-sottomissjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni jew fid-data tas-sottomissjoni ta’ offerti, l-entitajiet tal-akkwist ma jeħtiġux li l-fornituri jippreżentaw l-evidenza ta’ sostenn kollha jew parti minnha, li ma jinsabux f’sitwazzjoni fejn fornitur jista’ jiġi eskluż u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex jiġi żgurat it-twettiq xieraq tal-akkwist.

Artikolu 281

Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni

Kull Parti għandha tiżgura li meta l-entitajiet tal-akkwist tagħha jeżiġu li fornitur, bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni f’akkwist kopert, juri esperjenza preċedenti, dawn ma jeżiġux li l-fornitur ikollu tali esperjenza fit-territorju ta’ dik il-Parti.

Artikolu 282

Sistemi ta’ reġistrazzjoni u proċeduri ta’ kwalifika

Parti li tieħu ħsieb sistema ta’ reġistrazzjoni tal-fornituri għandha tiżgura li l-fornituri interessati jkunu jistgħu jitolbu reġistrazzjoni fi kwalunkwe ħin. Kwalunkwe fornitur interessat li jkun għamel talba għandu jiġi informat f’perjodu ta’ żmien raġonevoli bid-deċiżjoni li jagħti jew jirrifjuta din it-talba.

Artikolu 283

Proċedura selettiva ta’ offerti

Kull Parti għandha tiżgura li fejn entità tal-akkwist tuża proċedura selettiva ta’ offerti ta’ kuntratt, l-entità tal-akkwist tindirizza l-istediniet għall-preżentazzjoni tal-offerti lil għadd ta’ fornituri li jkun biżżejjed biex tiżgura kompetizzjoni ġenwina mingħajr ma taffettwa l-effiċjenza operazzjonali tas-sistema tal-akkwist pubbliku.

Artikolu 284

Prezzijiet baxxi wisq

Minbarra l-paragrafu 6 tal-Artikolu XV tal-GPA, jekk entità tal-akkwist tirċievi offerta bi prezz li jkun anqas b’mod anormali mill-prezzijiet f’offerti oħra sottomessi, din tista’ tivverifika wkoll mal-fornitur jekk il-prezz iqisx l-għoti ta’ sussidji.

Artikolu 285

Kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u tax-xogħol

Kull Parti għandha tiżgura li l-entitajiet ta’ akkwist tagħha jistgħu jqisu kunsiderazzjonijiet ambjentali, tax-xogħol u soċjali fil-proċedura ta’ akkwist kollha, dment li dawk il-kunsiderazzjonijiet ikunu kompatibbli mar-regoli stabbiliti mill-Kapitoli 1 u 2 u jkunu indikati fin-notifika ta’ akkwist ippjanat jew f’notifika oħra użata bħala notifika ta’ akkwist ippjanat jew fajl tal-offerta.

Artikolu 286

Proċeduri domestiċi ta’ rieżami

1.   Fejn awtorità amministrattiva imparzjali tiġi ddeżinjata minn Parti skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu XVIII tal-GPA, dik il-Parti għandha tiżgura li:

(a)

il-membri tal-awtorità ddeżinjata jkunu indipendenti, imparzjali, u liberi minn influwenza esterna matul it-terminu tal-ħatra;

(b)

il-membri tal-awtorità ddeżinjata ma jingħatawx is-sensja kontra r-rieda tagħhom matul il-mandat, sakemm is-sensja tagħhom ma tkunx meħtieġa mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorità ddeżinjata; u

(c)

il-President jew mill-inqas membru ieħor tal-awtorità ddeżinjata jkollu kwalifiki legali u professjonali ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-imħallfin, l-avukati jew esperti legali oħra kkwalifikati skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti.

2.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm fis-seħħ proċeduri li jipprevedu miżuri interim rapidi biex tinżamm l-opportunità tal-fornitur biex jieħu sehem fl-akkwist pubbliku. Tali miżuri interim, speċifikati fis-subparagrafu 7(a) tal-Artikolu XVIII tal-GPA, jistgħu jirriżultaw fis-sospensjoni tal-proċess tal-akkwist pubbliku jew, jekk entità tal-akkwist tkun ikkonkludiet kuntratt u jekk Parti tkun stipulat hekk, f’sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-proċeduri jistgħu jipprevedu li meta jiġi deċiż jekk jenħtieġx jiġu applikati miżuri bħal dawn jistgħu jitqiesu l-konsegwenzi negattivi prevalenti għall-interessi kkonċernati, inkluż l-interess pubbliku. Kawża ġusta għal nuqqas ta’ azzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub.

3.   F’każ li fornitur interessat jew parteċipanti ppreżenta sfida lill-awtorità ddeżinjata msemmija fil-paragrafu 1, kull Parti għandha, fil-prinċipju, tiżgura li l-entità tal-akkwist ma għandhiex tikkonkludi l-kuntratt sakemm dik l-awtorità tkun ħadet deċiżjoni jew rakkomandazzjoni dwar il-kontestazzjoni fir-rigward ta’ miżuri interim, azzjoni korrettiva jew kumpens għal telf jew danni batuti, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 5 u 6 f’konformità mar-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri tagħha. Kull Parti tista’ tipprovdi li f’ċirkustanzi inevitabbli u debitament ġustifikati, il-kuntratt xorta waħda jista’ jiġi konkluż.

4.   Kull Parti tista’ tipprovdi għal:

(a)

perjodu sospensiv bejn id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt u l-konklużjoni ta’ kuntratt biex jingħata biżżejjed żmien lill-fornituri li ma jirbħux biex jivvalutaw jekk ikunx xieraq li jiftħu proċedura ta’ rieżami; jew

(b)

perjodu twil biżżejjed biex fornitur interessat jippreżenta kontestazzjoni, li tista’ tikkostitwixxi motivazzjoni għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt.

5.   Azzjoni korrettiva skont is-subparagrafu 7(b) tal-Artikolu XVIII tal-GPA tista’ tinkludi waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tneħħija ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji fl-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fi kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura tal-offerti u t-twettiq ta’ proċeduri ġodda tal-offerti;

(b)

ir-ripetizzjoni tal-proċedura tal-offerti mingħajr ma jitbiddlu l-kundizzjonijiet;

(c)

l-annullament tad-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tal-kuntratt u l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni ġdida tal-kuntratt;

(d)

it-terminazzjoni ta’ kuntratt jew id-dikjarazzjoni tal-ineffettività tiegħu; jew

(e)

l-adozzjoni ta’ miżuri oħra bl-għan li jiġi rimedjat ksur tal-Kapitoli 1 u 2, pereżempju ordni biex titħallas somma partikolari sakemm iseħħ ir-rimedju effettiv tal-ksur.

6.   F’konformità mas-subparagrafu 7(b) tal-Artikolu XVIII tal-GPA, kull Parti tista’ tipprovdi għall-għoti ta’ kumpens għat-telf jew għall-ħsarat imġarrba. F’dan ir-rigward, jekk il-korp ta’ rieżami tal-Parti ma jkunx qorti u fornitur jemmen li kien hemm ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti domestiċi li jimplimentaw l-obbligi skont il-Kapitoli 1 u 2 ta' dan it-Titolu, il-fornitur jista’ jippreżenta l-każ quddiem qorti, inkluż bl-għan li jfittex kumpens, f’konformità mal-proċeduri ġudizzjarja tal-Parti.

7.   Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm il-proċeduri neċessarji li bihom jiġu effettivament implimentati d-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa minn korpi ta’ rieżami, jew id-deċiżjonijiet li bihom huma effettivament infurzati minn korpi ta’ rieżami ġudizzjarju.

KAPITOLU 3

TRATTAMENT NAZZJONALI LIL HINN MILL-AKKWIST KOPERT

Artikolu 287

Definizzjonijiet

1.   Għall-fini ta’ dan il-Kapitolu, it-trattament mogħti minn Parti taħt dan il-Kapitolu jfisser:

(a)

fir-rigward tar-Renju Unit, trattament xejn anqas favorevoli mill-aktar trattament favorevoli mogħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-fornituri tar-Renju Unit; u

(b)

fir-rigward ta’ Stat Membru, trattament xejn anqas favorevoli mill-aktar trattament favorevoli mogħti, f’sitwazzjonijiet simili, f’dak l-Istat Membru lill-fornituri ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, fornitur ta’ Parti, li jkun persuna ġuridika tfisser:

(a)

għall-Unjoni, persuna ġuridika kkostitwita jew organizzata skont id-dritt tal-Unjoni jew ta’ tal-anqas wieħed mill-Istati Membri tagħha u involuta f’operazzjonijiet kummerċjali sostantivi, mifhuma mill-Unjoni, f’konformità man-notifika tagħha tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għad-WTO (WT/REG39/1), bħala ekwivalenti għall-kunċett ta’ "rabta effettiva u kontinwa" mal-ekonomija ta’ Stat Membru mnaqqax fl-Artikolu 54 TFUE, fit-territorju tal-Unjoni; u

(b)

għar-Renju Unit, persuna ġuridika kostitwita jew organizzata taħt id-dritt tar-Renju Unit u involuta f’operazzjonijiet sostantivi ta’ negozju fit-territorju tar-Renju Unit.

Artikolu 288

Trattament nazzjonali ta’ fornituri stabbiliti lokalment

1.   Fir-rigward ta’ kwalunkwe akkwist pubbliku, miżura ta’ Parti ma għandhiex twassal biex il-fornituri tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħha permezz tal-kostituzzjoni, tal-akkwiżizzjoni jew tal-manutenzjoni ta’ persuna ġuridika jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli milli jiġu ttrattati l-fornituri tal-Parti stess (41).

2.   L-applikazzjoni tal-obbligu ta’ trattament nazzjonali previst f’dan l-Artikolu tibqa’ soġġetta għal eċċezzjonijiet ta’ sigurtà u ġenerali kif iddefiniti fl-Artikolu III tal-GPA, anki jekk l-akkwist ma jkunx akkwist kopert f’konformità ma’ dan it-Titolu.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 289

Modifiki u rettifiki ta’ impenji ta’ aċċess għas-suq

Kull Parti tista’ timmodifika jew tirrettifika l-impenji tagħha ta’ aċċess għas-suq fis-Subtaqsima rispettiva tagħha skont it-Taqsima B tal-Anness 25 f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 290 sa 293.

Artikolu 290

Modifiki

1.   Parti li jkun beħsiebha timmodifika Subtaqsima tat-Taqsima B tal-Anness 25, għandha:

(a)

tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub; u

(b)

tinkludi fin-notifika proposta għal aġġustamenti ta’ kumpens xierqa lill-Parti l-oħra sabiex jinżamm livell ta’ impenji ta’ aċċess għas-suq paragunabbli ma’ dak li kien jeżisti qabel il-modifika.

2.   Minkejja l-punt (b) tal-paragrafu 1, Parti mhijiex meħtieġa tipprovdi aġġustamenti kumpensatorji lill-Parti l-oħra jekk il-modifika proposta tkun tkopri entità tal-akkwist li fuqha l-Parti effettivament tkun eliminat il-kontroll jew l-influwenza tagħha fir-rigward tal-akkwist kopert.

Il-kontroll jew l-influwenza ta’ Parti fuq l-akkwist kopert ta’ entitajiet tal-akkwist ikun preżunt eliminat b’mod effettiv jekk l-entità tal-akkwist tkun skoperta għall-kompetizzjoni fi swieq li għalihom l-aċċess ma jkunx ristrett.

3.   Il-Parti l-oħra tista’ toġġezzjona għall-modifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jekk tikkontesta li:

(a)

aġġustament kumpensatorju propost skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ikun adegwat sabiex jinżamm livell komparabbli ta’ impenji miftiehma reċiprokament ta’ aċċess għas-suq; jew

(b)

il-modifika tkopri entità tal-akkwist li fuqha l-Parti effettivament tkun eliminat il-kontroll jew l-influwenza tagħha kif previst fil-paragrafu 2.

Il-Parti l-oħra għandha toġġezzjona bil-miktub fi żmien 45 jum mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew titqies li aċċettat l-aġġustament jew il-modifika kumpensatorji, inkluż għall-finijiet tat-Titolu I tas-Sitt Parti.

Artikolu 291

Rettifiki

1.   Parti li jkun beħsiebha tirrettifika Subtaqsima skont it-Taqsima B tal-Anness 25 għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub.

It-tibdiliet li ġejjin għal Subtaqsima skont it-Taqsima B tal-Anness 25 għandhom jitqiesu bħala rettifika, dment li dawn ma jaffettwawx l-impenji miftiehma b’mod reċiproku għall-aċċess għas-suq previsti f’dan it-Titolu:

(a)

tibdil fl-isem ta’ entità tal-akkwist;

(b)

fużjoni ta’ żewġ entitajiet tal-akkwist jew aktar elenkati f’dik is-Subtaqsima; u

(c)

is-separazzjoni ta’ entità tal-akkwist elenkata f’dik is-Subtaqsima f’żewġ entitajiet tal-akkwist jew aktar li jiżdiedu mal-entitajiet tal-akkwist elenkati fl-istess Subtaqsima.

2.   Parti tista’ tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar oġġezzjoni għal rettifika proposta fi żmien 45 jum minn meta tirċievi n-notifika. Parti li tippreżenta oġġezzjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet għall-kunsiderazzjoni tar-rettifika proposta mhux bħala tibdil previst fil-paragrafu 1, u tiddeskrivi l-effett tar-rettifika proposta fuq l-impenji ta’ aċċess għas-suq miftiehma b’mod reċiproku previsti f’dan it-Titolu. Jekk ma tiġi ppreżentata bil-miktub ebda tali oġġezzjoni fi żmien 45 jum wara li tkun irċeviet in-notifika, il-Parti għandha titqies li tkun qablet mar-rettifika proposta.

Artikolu 292

Konsultazzjoni u riżoluzzjoni ta’ tilwim

Jekk Parti toġġezzjona għall-modifika proposta jew għall-aġġustamenti kumpensatorji proposti msemmija fl-Artikolu 290 jew għar-rettifika proposta msemmija fl-Artikolu 291, il-Partijiet għandhom ifittxu li jirriżolvu l-kwistjoni permezz ta’ konsultazzjonijiet. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fi żmien 60 jum mir-riċezzjoni tal-oġġezzjoni, il-Parti li tkun qed tfittex li timmodifika jew tirrettifika s-Subtaqsima tagħha skont it-Taqsima B tal-Anness 25 tista’ tirreferi l-kwistjoni għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim f’konformità mat-Titolu I tas-Sitt Parti, biex tiddetermina jekk l-oġġezzjoni hix ġustifikata.

Artikolu 293

Emendar tat-Taqsima B tal-Anness 25

Jekk Parti ma toġġezzjonax għall-modifika skont l-Artikolu 290(3) jew għal rettifika skont l-Artikolu 291(2), jew il-modifiki jew ir-rettifiki jiġu miftiehma bejn il-Partijiet permezz tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 292, jew ikun hemm riżoluzzjoni finali tal-kwistjoni skont it-Titolu I tas-Sitt Parti, il-Kunsill ta' Sħubija għandu jemenda s-Subtaqsima rilevanti skont it-Taqsima B tal-Anness 25 biex jiġu riflessi l-modifiki jew ir-rettifiki korrispondenti jew l-aġġustamenti kumpensatorji.

Artikolu 294

Kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw mill-kooperazzjoni fil-promozzjoni internazzjonali tal-liberalizzazzjoni reċiproka tas-swieq tal-akkwist pubbliku.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli lil xulxin statistika annwali dwar l-akkwist kopert, skont id-disponibbiltà teknika.

TITOLU VII

INTRAPRIŻI ŻGĦAR U TA' DAQS MEDJU

Artikolu 295

Objettiv

L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jibbenefikaw minn din l-Intestatura.

Artikolu 296

Kondiviżjoni tal-informazzjoni

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew tieħu ħsieb is-sit web aċċessibbli għall-pubbliku għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju b’informazzjoni dwar din l-Intestatura, inklużi:

(a)

sommarju ta' din l-Intestatura;

(b)

deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet f' din l-Intestatura li kull Parti tqis li huma rilevanti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju taż-żewġ Partijiet; u

(c)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li kull Parti tqis li tkun utli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju interessati li jibbenefikaw minn din l-Intestatura.

2.   Kull Parti għandha tinkludi link tal-internet fis-sit web previst fil-paragrafu 1 għal dawn:

(a)

test ta' din l-Intestatura;

(b)

sit web ekwivalenti tal-Parti l-oħra; u

(c)

siti web tal-awtoritajiet tagħha stess li l-Parti tqis li jkunu jipprovdu informazzjoni siewja lil persuni interessati fil-kummerċ u fin-negozju fit-territorju tagħha.

3.   Kull Parti għandha tinkludi link tal-internet fis-sit web imsemmi fil-paragrafu 1 għal siti web tal-awtoritajiet tagħha stess b’informazzjoni relatata ma’ dawn li ġejjin:

(a)

il-liġijiet u r-regolamenti doganali, il-proċeduri għall-importazzjoni, għall-esportazzjoni u għat-tranżitu kif ukoll il-formoli, id-dokumenti u informazzjoni oħra meħtieġa;

(b)

il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri li jikkonċernaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inkluż indikazzjonijiet ġeografiċi;

(c)

il-liġijiet u r-regolamenti tekniċi li jinkludu, fejn meħtieġ, proċeduri obbligatorji ta’ valutazzjoni tal-konformità u links għal listi ta' korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, f’każijiet li fihom il-valutazzjoni tal-konformità ta’ terza persuna tkun obbligatorja, kif previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu I;

(d)

il-liġijiet u r-regolamenti dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji relatati mal-importazzjoni u mal-esportazzjoni kif previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu I;

(e)

il-liġijiet u r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku, il-punt uniku ta’ aċċess fuq l-internet għal avviżi dwar l-akkwist pubbliku kif previst fit-Titolu VI u dispożizzjonijiet rilevanti oħra li jinsabu f'dak it-Titolu;

(f)

proċeduri għar-reġistrazzjoni ta’ kumpanija; u

(g)

informazzjoni oħra li l-Parti tqis li tista’ tkun ta’ għajnuna għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

4.   Kull Parti għandha tinkludi link tal-internet fis-sit web previst fil-paragrafu 1 għal bażi tad-data li tkun tista’ titfittex elettronikament bil-kodiċi tan-nomenklatura tariffarja u li tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-aċċess għas-suq tagħha:

(a)

fir-rigward ta’ miżuri tariffarji u ta’ informazzjoni relatata mat-tariffi:

(i)

ir-rati tad-dazji u tal-kwoti doganali, inklużi dawk għan-nazzjon l-aktar iffavorit, ir-rati li jikkonċernaw pajjiżi mhux trattati bħan-nazzjon l-aktar iffavorit u r-rati preferenzjali u l-kwoti tar-rati tariffarji;

(ii)

id-dazji tas-sisa;

(iii)

it-taxxi (taxxa fuq il-valur miżjud/taxxa fuq il-bejgħ);

(iv)

it-tariffi doganali jew tariffi oħra, inklużi tariffi oħra speċifiċi għall-prodotti;

(v)

ir-regoli tal-oriġini kif previsti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu I;

(vi)

ir-restituzzjoni tad-dazji, id-diferiment, jew tipi oħra ta’ eżenzjoni li jnaqqsu, iroddu lura jew jirrinunzjaw id-dazji doganali;

(vii)

il-kriterji użati sabiex jiġi ddeterminat il-valur doganali tal-oġġett; u

(viii)

miżuri tariffarji oħra;

(b)

fir-rigward ta’ miżuri mhux tariffarji relatati man-nomenklatura tariffarja:

(i)

l-informazzjoni meħtieġa għall-proċeduri tal-importazzjoni; u

(ii)

l-informazzjoni relatata ma’ miżuri mhux tariffarji.

5.   Kull Parti għandha b’mod regolari, jew jekk tintalab mill-Parti l-oħra, taġġorna l-informazzjoni u l-links imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 li żżomm fuq is-sit web tagħha sabiex tiżgura li tali informazzjoni u links ikunu aġġornati u preċiżi.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni u l-links imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 jiġu ppreżentati b’mod adegwat sabiex jintużaw mill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Kull Parti għandha tieħu impenn li tagħmel l-informazzjoni disponibbli bl-Ingliż.

7.   L-ebda tariffa ma għandha tapplika għall-aċċess għall-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafi 1 sa 4 għal kwalunkwe persuna ta’ xi waħda mill-Partijiet.

Artikolu 297

Punti ta’ kuntatt għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiddeżinja punt ta’ kuntatt biex iwettaq il-funzjonijiet elenkati f’dan l-Artikolu u tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta’ kuntatt tiegħu. Il-Partijiet minnufih għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kwalunkwe tibdil f’dawk id-dettalji ta’ kuntatt.

2.   Il-punti ta’ kuntatt tal-Partijiet għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom:

(a)

ifittxu li jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jitqiesu fl-implimentazzjoni ta' din l-Intestatura u li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju taż-żewġ Partijiet jistgħu jieħdu vantaġġ minn din l-Intestatura;

(b)

jikkunsidraw modi kif isaħħu l-kooperazzjoni f'kwistjonijiet ta' rilevanza għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju bejn il-Partijiet bil-għan li jżidu l-opportunitajiet kummerċjali u ta’ investiment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(c)

jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 296 tkun aġġornata, preċiża u rilevanti għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju. Kull Parti tista', permezz tal-punt ta’ kuntatt għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, tissuġġerixxi informazzjoni addizzjonali li l-Parti l-oħra tista’ tinkludi fis-siti web tagħha li għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 296;

(d)

jeżaminaw kwalunkwe kwistjoni rilevanti għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju b’rabta mal-implimentazzjoni ta' din l-Intestatura, inkluż:

(i)

l-iskambju ta’ informazzjoni sabiex il-Kunsill ta’ Sħubija jiġi megħjun fil-kompitu tiegħu li jimmonitorja u jimplimenta l-aspetti relatati mal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ta' din l-Intestatura;

(ii)

l-assistenza ta’ kumitati speċjalizzati, ta’ gruppi ta’ ħidma konġunti u ta’ punti ta’ kuntatt stabbiliti b’dan il-Ftehim fil-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ rilevanza għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(e)

jirrapportaw b’mod perjodiku dwar l-attivitajiet tagħhom, b’mod konġunt jew individwali, lill-Kunsill ta’ Sħubija għall-kunsiderazzjoni tiegħu; u

(f)

jikkunsidraw kwalunkwe kwistjoni oħra li tirriżulta minn dan il-Ftehim li tappartjeni għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif jistgħu jaqblu l-Partijiet.

3.   Il-punti ta’ kuntatt għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-Partijiet għandhom iwettqu xogħolhom permezz tal-kanali ta’ komunikazzjoni deċiżi mill-Partijiet, li jistgħu jinkludu posta elettronika, vidjokonferenzi jew mezzi oħra. Dawn jistgħu jiltaqgħu wkoll, kif ikun xieraq.

4.   Il-punti ta’ kuntatt għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju jistgħu jfittxu li jikkooperaw ma’ esperti u ma’ organizzazzjonijiet esterni, kif xieraq, fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 298

Relazzjoni mas-Sitt Parti

It-Titolu I tas-Sitt Parti ma japplikax għal dan it-Titolu.

TITOLU VIII

ENERĠIJA

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 299

Objettivi

L-objettivi ta’ dan it-Titolu huma li jiffaċilita l-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet fl-oqsma tal-enerġija u l-materja prima, u li jappoġġa s-sigurtà tal-provvista u s-sostenibbiltà ambjentali, speċjalment bil-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f’dawn l-oqsma.

Artikolu 300

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija" tfisser l-Aġenzija stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42);

(b)

"awtorizzazzjoni" tfisser il-permess, il-liċenzja, il-konċessjoni jew strument amministrattiv jew kuntrattwali simili li permezz tagħhom l-awtorità kompetenti ta' Parti tintitola lil entità biex teżerċita ċerta attività ekonomika fit-territorju tagħha;

(c)

"ibbilanċjar" tfisser:

(i)

għas-sistemi tal-elettriku, l-azzjonijiet u l-proċessi kollha, fil-perjodi kollha ta’ żmien, li permezz tagħhom l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jiżguraw, b’mod kontinwu, iż-żamma tal-frekwenza tas-sistema f’firxa ta’ stabbiltà predefinita u f’konformità mal-ammont ta’ riservi meħtieġa fir-rigward tal-kwalità rikjesta;

(ii)

għas-sistemi tal-gass, l-azzjonijiet imwettqa mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass biex jibdel il-flussi tal-gass għal ġewwa jew barra n-network ta’ trażmissjoni, ħlief dawk l-azzjonijiet relatati mal-gass li ma jkunx hemm rendikont tiegħu bħala maħruġ mis-sistema u l-gass użat mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għall-operazzjoni tas-sistema;

(d)

"distribuzzjoni" tfisser:

(i)

b’rabta mal-elettriku, it-trasport tal-elettriku fuq sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ għoli, vultaġġ medju u vultaġġ baxx bil-ħsieb li dan jitwassal lill-klijenti, iżda mhux inkluża l-provvista;

(ii)

b’rabta mal-gass, it-trasport tal-gass naturali minn pipeline networks lokali jew reġjonali bi skop tal-konsenja tiegħu lill-klijent, iżda li ma tinkludix il-fornitura;

(e)

"operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun responsabbli li tħaddem u tiżgura l-manutenzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass f’żona partikolari, u jekk ikun meħtieġ, li tiżviluppaha, u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma’ domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass;

(f)

"interkonnettur tal-elettriku" tfisser linja ta' trażmissjoni:

(i)

bejn il-Partijiet, ħlief linja li tkun kompletament fis-suq uniku tal-elettriku fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq;

(ii)

bejn il-Gran Brittanja u s-suq uniku tal-elettriku fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq li huwa barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (i);

(g)

"prodotti tal-enerġija" tfisser il-prodotti li minnhom tiġi ġġenerata l-enerġija elenkati bil-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (SA) korrispondenti fl-Anness 26;

(h)

"entità" tirreferi għal kwalunkwe persuna fiżika, persuna ġuridika jew intrapriża jew grupp tagħhom;

(i)

"interkonnettur tal-gass" tfisser linja ta’ trażmissjoni li taqsam jew tifrex minn naħa għall-oħra tal-fruntiera bejn il-Partijiet;

(j)

"ġenerazzjoni" tfisser il-produzzjoni tal-elettriku;

(k)

"materja prima" tirreferi għall-prodotti elenkati bil-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (SA) korrispondenti fl-Anness 26;

(l)

"punt ta' interkonnessjoni" tfisser, b’rabta mal-gass, punt fiżiku jew virtwali li jgħaqqad is-sistemi ta’ dħul u ħruġ tal-Unjoni u tar-Renju Unit jew li jgħaqqad sistema ta’ dħul u ħruġ ma’ interkonnettur, sa fejn dawn il-punti jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ prenotazzjoni mill-utenti tan-network;

(m)

"materja prima" tirreferi għall-prodotti elenkati bil-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (SA) korrispondenti fl-Anness 26;

(n)

"enerġija rinnovabbli" tfisser tip ta’ enerġija, inkluż l-enerġija elettrika, prodotta minn sorsi rinnovabbli mhux fossili;

(o)

"prodott ta' kapaċità standard" tfisser, b'rabta mal-gass, ammont partikolari ta' kapaċità tat-trasport matul perjodu ta’ ħin partikolari, f’punt ta’ interkonnessjoni speċifiku;

(p)

"trażmissjoni" tfisser:

(i)

b’rabta mal-elettriku, it-trasport tal-elettriku permezz ta’ sistema ta’ vultaġġ għoli ħafna u vultaġġ għoli bil-ħsieb li jitwassal lill-klijenti jew lid-distributuri, iżda ma tinkludix il-provvista;

(ii)

b’rabta mal-gass, it-trasport tal-gass naturali permezz ta’ network li fih prinċipalment pipelines ta’ pressa għolja, għajr network ta’ pipeline upstream u għajr il-parti tal-pipelines bi pressa għolja użata primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali, bil-ħsieb li jitwassal lill-klijent, iżda ma tinkludix il-provvista;

(q)

"operatur tas-sistema ta' trażmissjoni" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq il-funzjoni ta’ trażmissjoni jew li tkun responsabbli li tħaddem u tiżgura l-manutenzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jew tal-gass f’żona partikolari’, u jekk ikun meħtieġ, li tiżviluppaha, u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma’ domandi raġonevoli għat-trasport tal-gass jew tal-elettriku, skont il-każ;

(r)

"network ta' pipelines upstream" tfisser kwalunkwe pipeline jew network ta’ pipelines imħaddem jew mibni bħala parti minn proġett tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass, jew użat biex jinġarr il-gass naturali minn proġett wieħed jew aktar għal impjant tal-ipproċessar jew terminali jew destinazzjoni kostali finali.

2.   Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, referenzi għal "nondiskriminatorju" u "nondiskriminazzjoni" jfissru trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit kif iddefinit fl-Artikoli 130 u 138 u trattament nazzjonali kif iddefinit fl-Artikoli 129 u 137, kif ukoll it-trattament skont it-termini u kundizzjonijiet li mhuwiex inqas favorevoli minn dak mogħti lil kwalunkwe entità simili oħra f’sitwazzjonijiet simili.

Artikolu 301

Relazzjoni ma’ Titoli oħra

1.   Il-Kapitolu 2 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu II ta' din l-Intestatura japplikaw għall-enerġija u l-materja prima. Fil-każ ta’ kwalunkwe inkonsistenza bejn dan it-Titolu u t-Titolu II ta' din l-Intestatura u l-Annessi 19 sa 24, it-Titolu II ta' din l-Intestatura u l-Annessi 19 sa 24 għandhom jipprevalu.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 20 jekk Parti jkollha jew timplimenta sistema ta’ negozjar virtwali bil-gass naturali jew bl-elettrika permezz ta’ pipelines jew grilji tal-elettriku, jiġifieri sistema li ma teħtieġx identifikazzjoni fiżika tal-gass naturali jew tal-elettriku fi tranżitu imma li hija bbażata fuq sistema ta’ inputs u outputs netti, ir-rotot l-aktar konvenjenti għat-tranżitu internazzjonali kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li jinkludu tali negozjar virtwali.

3.   Meta jkun japplika l-Kapitolu 3 tat-Titolu XI ta' din l-Intestatura, ikun japplika wkoll l-Anness 27. Il-Kapitolu 3 tat-Titolu XI ta' din l-Intestatura japplika għall-Anness 27. L-Artikolu 375 japplika għat-tilwim li jirriżulta bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness 27.

Artikolu 302

Prinċipji

Kull Parti tippreserva d-dritt li tadotta, iżżomm u tinforza miżuri neċessarji biex jiġu segwiti objettivi leġittimi tal-politika pubblika, bħall-iżgurar tal-provvista ta’ prodotti tal-enerġija u ta’ materja prima, il-protezzjoni tas-soċjetà, l-ambjent, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika u l-konsumaturi u l-promozzjoni tas-sigurtà u s-sikurezza, b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

KAPITOLU 2

ELETTRIKU U GASS

TAQSIMA 1

KOMPETIZZJONI FIS-SWIEQ TAL-ELETTRIKU U TAL-GASS

Artikolu 303

Kompetizzjoni fis-swieq u nondiskriminazzjoni

1.   Bl-objettiv li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, kull Parti għandha tiżgura li l-qafas regolatorju tagħha għall-produzzjoni, il-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-provvista tal-elettriku jew tal-gass naturali ma jkunx diskriminatorju fir-rigward tar-regoli, it-tariffi u t-trattament.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-klijenti jkunu liberi li jagħżlu, jew jibdlu, il-fornitur tal-elettriku jew tal-gass naturali tal-għażla tagħhom fis-swieq tal-konsumaturi rispettivi tagħhom skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti li tiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità, id-dispożizzjonijiet f’dan il-Kapitolu relatati mal-gass naturali japplikaw ukoll għall-bijogass u l-gass mill-bijomassa jew għal tipi oħra ta’ gass sa fejn dan il-gass ikun jista’ b’mod tekniku u sigur jiġi injettat fis-sistema tal-gass naturali u trasportat permezz tagħha.

4.   Dan l-Artikolu ma japplikax għall-kummerċ transfruntier u hu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti li tirregola sabiex tilħaq għanijiet leġittimi ta’ politika pubblika bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

Artikolu 304

Dispożizzjonijiet relatati mas-swieq tal-elettriku u tal-gass bl-ingrossa

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali bl-ingrossa jirriflettu l-provvista u d-domanda attwali. Għal dak il-għan, kull Parti għandha tiżgura li r-regoli tas-suq bl-ingrossa tal-elettriku u tal-gass naturali:

(a)

iħeġġu l-formazzjoni libera tal-prezzijiet;

(b)

ma jistabbilixxux limiti tekniċi fuq l-ipprezzar li jirrestrinġu l-kummerċ;

(c)

jippermettu d-dispaċċ effiċjenti tal-assi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, tal-ħżin tal-enerġija u tar-rispons tad-domanda u l-użu effiċjenti tas-sistema tal-elettriku;

(d)

jippermettu l-użu effiċjenti tas-sistema tal-gass naturali; u

(e)

jippermettu l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u jiżguraw it-tħaddim u l-iżvilupp effiċjenti u sigur tas-sistema tal-elettriku.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li s-swieq tal-ibbilanċjar ikunu organizzati b’tali mod li jiżguraw:

(a)

in-nondiskriminazzjoni bejn il-parteċipanti u l-aċċess nondiskriminatorju lill-parteċipanti;

(b)

li s-servizzi jkunu definiti b’mod trasparenti;

(c)

li s-servizzi jiġu akkwistati b’mod trasparenti bbażat fuq is-suq, b’kont meħud tal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda; u

(d)

li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli jingħataw termini raġonevoli u nondiskriminatorji meta jakkwistaw prodotti u servizzi.

Parti tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-punt (c) jekk ikun hemm nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq għas-servizzi ta’ bbilanċjar.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kapaċità fis-swieq tal-elettriku jkun definit b’mod ċar, trasparenti, proporzjonat u nondiskriminatorju. L-ebda Parti ma hija meħtieġa tippermetti kapaċità li tinsab fit-territorju tal-Parti l-oħra biex tipparteċipa fi kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kapaċità fis-swieq tal-elettriku tagħha.

4.   Kull Parti għandha tivvaluta l-azzjonijiet meħtieġa biex tiffaċilita l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli.

5.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti li tirregola sabiex tilħaq għanijiet leġittimi ta’ politika pubblika bbażati fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Artikolu 305

Projbizzjoni tal-abbuż tas-suq fis-swieq tal-elettriku u tal-gass bl-ingrossa

1.   Kull Parti għandha tipprojbixxi l-manipulazzjoni tas-suq u l-abbuż minn informazzjoni privileġġata fis-swieq bl-ingrossa tal-elettriku u tal-gass naturali, inklużi s-swieq finanzjarji barra l-borża, skambji tal-elettriku u tal-gass naturali u swieq għan-negozjar tal-elettriku u tal-gass naturali, ta’ kapaċità, ta’ servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi anċillari f’kull perjodu ta’ żmien, inklużi s-swieq bil-quddiem, ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

2.   Kull Parti għandha timmonitorja l-attività tal-kummerċ f’dawn is-swieq bil-ħsieb li ssib u tipprevjeni l-kummerċ abbażi informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw, inkluż f’konformità mal-Artikolu 318 bil-għan tas-sejbien u tal-prevenzjoni ta’ negozjar ibbażat fuq informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq u, jekk xieraq, jistgħu jiskambjaw informazzjoni inkluż dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tas-suq u ta’ infurzar.

Artikolu 306

Aċċess ta’ terzi persuni għan-networks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ aċċess ta’ terzi persuni għan-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni bbażata fuq tariffi ppubblikati li jiġu ppubblikati b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorju.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 302, kull Parti għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni fit-territorju tagħha jagħtu aċċess għas-sistemi ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni tagħhom lill-entitajiet fis-suq ta’ dik il-Parti fi żmien raġonevoli wara d-data tat-talba għal aċċess.

Kull Parti għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jittrattaw lill-produtturi tal-enerġija rinnovabbli b’mod raġonevoli u mhux diskriminatorju fir-rigward tal-konnessjoni man-network tal-elettriku u l-użu tiegħu.

L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni jista’ jirrifjuta l-aċċess fil-każ li ma jkollux il-kapaċità meħtieġa. Għandhom jingħataw raġunijiet debitament sostanzjati għal tali rifjut.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-objettivi leġittimi tal-politika pubblika, kull Parti għandha tiżgura li l-imposti applikati għall-entitajiet fis-suq ta’ dik il-Parti mill-operaturi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għall-aċċess għan-networks, il-konnessjoni magħhom jew l-użu tagħhom, u, fejn applikabbli, l-imposti għar-rinforzi tan-network relatati, ikunu jirriflettu l-kostijiet u jkunu trasparenti b’mod xieraq. Kull Parti għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tat-termini, il-kundizzjonijiet, it-tariffi u l-informazzjoni kollha li tista’ tkun meħtieġa għall-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ aċċess għas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni u l-użu tagħhom.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li t-tariffi u l-imposti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju fir-rigward tal-entitajiet fis-suq ta’ dik il-Parti.

Artikolu 307

Tħaddim tas-sistema u separazzjoni tal-operaturi tan-network ta’ trażmissjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod trasparenti u nondiskriminatorju.

2.   Kull Parti għandha timplimenta arranġamenti għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li jkunu effettivi fit-tneħħija ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jirriżulta mill-istess persuna li teżerċita kontroll fuq operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u produttur jew fornitur.

Artikolu 308

Objettivi ta’ politika pubblika għal aċċess ta’ terzi persuni u separazzjoni tas-sjieda

1.   Fejn ikun meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu ta' politika pubblika u abbażi ta' kriterji oġġettivi, kull Parti tista' tiddeċiedi li ma tapplikax l-Artikoli 306 u 307 għal dawn li ġejjin:

(a)

swieq jew sistemi emerġenti jew iżolati;

(b)

infrastruttura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 28.

2.   Fejn ikun meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu ta' politika pubblika u abbażi ta' kriterji oġġettivi, kull Parti tista' tiddeċiedi li ma tapplikax l-Artikoli 303 u 304 għal:

(a)

swieq jew sistemi tal-elettriku żgħar jew iżolati;

(b)

swieq jew sistemi tal-gass naturali żgħar, emerġenti jew iżolati.

Artikolu 309

Eżenzjonijiet eżistenti għall-interkonnetturi

Kull Parti għandha tiżgura li l-eżenzjonijiet mogħtija lill-interkonnessjonijiet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43) u fil-qafas tal-liġi li tittrasponi l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44) fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom, li t-termini tagħhom jestendu lil hinn mill-perjodu ta’ tranżizzjoni, jibqgħu japplikaw f'konformità mal-liġijiet tal-ġuriżdizzjonijiet rispettivi u t-termini applikabbli.

Artikolu 310

Awtorità regolatorja indipendenti

1.   Kull Parti għandha tiżgura d-deżinjazzjoni u l-manteniment ta’ awtorità jew awtoritajiet regolatorji indipendenti operazzjonalment għall-elettriku u l-gass bis-setgħat u d-dmirijiet li ġejjin:

(a)

tiffissa jew tapprova t-tariffi, l-imposti u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks imsemmija fl-Artikolu 306, jew il-metodoloġiji sottostanti għalihom;

(b)

Tiżgura l-konformità mal-arranġamenti msemmija fl-Artikoli 307 u 308;

(c)

toħroġ deċiżjonijiet tal-inqas fir-rigward tal-punti (a) u (b);

(d)

timponi rimedji effettivi.

2.   Fit-twettiq ta’ dawn id-dmirijiet u fl-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji indipendenti għandhom jaġixxu b’mod imparzjali u trasparenti.

TAQSIMA 2

NEGOZJAR BL-INTERKONNETTURI

Artikolu 311

Użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-elettriku

1.   Bil-għan li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-elettriku u jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni fuq l-interkonnetturi tal-elettriku tkun ibbażata fuq is-suq, trasparenti u mhux diskriminatorja;;

(b)

il-livell massimu tal-kapaċità tal-interkonnetturi tal-elettriku jkun magħmul disponibbli, b’rispett:

(i)

tal-ħtieġa li jiġi żgurat it-tħaddim sigur tas-sistema; u

(ii)

tal-aktar użu effiċjenti tas-sistemi;

(c)

il-kapaċità tal-interkonnettur tal-elettriku tista’ tiġi mnaqqsa biss f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u kwalunkwe tali tnaqqis iseħħ b’mod mhux diskriminatorju;

(d)

l-informazzjoni fuq il-kalkolu tal-kapaċità tiġi ppubblikata b’appoġġ għall-objettivi ta’ dan l-Artikolu;

(e)

ma hemmx tariffi tan-network fuq tranżazzjonijiet individwali fuq interkonnetturi tal-elettriku, u l-ebda prezzijiet ta’ riżerva għall-użu tagħhom;

(f)

l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni fost l-interkonnetturi tal-elettriku huma kkoordinati bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni kkonċernati u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit; din il-koordinazzjoni għandha tinvolvi l-iżvilupp ta’ arranġamenti biex jinkisbu eżiti robusti u effiċjenti għall-perjodi ta’ żmien rilevanti kollha, li huma forward, ġurnata minn qabel, dakinhar, u bbilanċjar; u

(g)

arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kapaċitajiet u l-ġestjoni tal-konġestjoni jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ interkonnessjoni tal-elettriku ekonomikament effiċjenti u għall-investiment fiha.

2.   Il-koordinazzjoni u l-arranġamenti msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tinvolvi jew timplika l-parteċipazzjoni mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit fil-proċeduri tal-Unjoni għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni.

3.   Kull Parti għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-konklużjoni, malajr kemm jista’ jkun, ta’ ftehim bejn bosta partijiet b’rabta mal-kumpens għall-kostijiet tal-ospitar ta’ flussi transfruntieri ta’ elettriku bejn:

(a)

operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistema ta’ intertrażmissjoni stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010 (45); u

(b)

l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit.

4.   Il-ftehim bejn bosta partijiet imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkollu l-għan li jiżgura li:

(a)

l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit jiġu ttrattati fuq bażi ekwivalenti għal operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni f’pajjiż li jkun qed jipparteċipa fil-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni; u

(b)

it-trattament tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit ma jkunx aktar favorevoli meta mqabbel ma’ dak li jkun japplika għal operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni li jipparteċipa fil-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni.

5.   Minkejja l-punt (e) tal-paragrafu 1, sakemm jiġi konkluż il-ftehim multilaterali msemmi fil-paragrafu 3, tista’ tkun imposta tariffa għall-użu tas-sistema ta’ trażmissjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet skedati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

Artikolu 312

Arranġamenti għan-negozjar tal-elettriku fil-perjodi kollha taż-żmien

1.   Għall-allokazzjoni tal-kapaċitajiet u l-ġestjoni tal-konġestjoni fl-istadju ta’ ġurnata minn qabel, il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija, bi prijorità, għandu jieħu l-passi meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 317 biex jiżgura li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jiżviluppaw arranġamenti li jistabbilixxu proċeduri tekniċi f’konformità mal-Anness 29 f’perjodu taż-żmien speċifiku.

2.   Jekk il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija ma jirrakkomandax li l-Partijiet jimplimentaw tali proċeduri tekniċi f’konformità mal-Artikolu 317(4), dan għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif meħtieġ sabiex il-kapaċità tal-interkonnettur tal-elettriku tiġi allokata fil-perjodu ta’ żmien tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem f’konformità mal-Anness 29.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija għandu jirrieżamina l-arranġamenti għall-perjodi ta’ żmien kollha, u għall-perjodi ta’ żmien tal-ibbilanċjar u ta’ dakinhar b’mod partikolari, u jista’ jirrakkomanda li kull Parti titlob lill-operaturi tagħha tas-sistemi ta’ trażmissjoni biex iħejju proċeduri tekniċi f’konformità mal-Artikolu 317 biex itejbu l-arranġamenti għal perjodu taż-żmien partikolari.

4.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija għandu jirrieżamina jekk il-proċeduri tekniċi żviluppati f’konformità mal-paragrafu 1 għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 29, u għandu jindirizza minnufih kwalunkwe kwistjoni li tiġi identifikata.

Artikolu 313

Użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-gass

1.   Bil-għan li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-gass u jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

ikun magħmul disponibbli l-livell massimu tal-kapaċità tal-interkonnetturi tal-gass, b’rispett għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u filwaqt li jitqiesu:

(i)

il-ħtieġa li jiġi żgurat it-tħaddim sigur tas-sistema; u

(ii)

l-aktar użu effiċjenti tas-sistemi;

(b)

il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni għall-interkonnetturi tal-gass ikunu bbażati fuq is-suq, trasparenti u mhux diskriminatorji, u li l-irkant jintuża b’mod ġenerali għall-allokazzjoni tal-kapaċità f’punti ta’ interkonnessjoni.

2.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li:

(a)

l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jagħmlu ħilithom biex joffru b’mod konġunt prodotti ta’ kapaċità standard li jikkonsistu f’kapaċità ta’ dħul u ta’ ħruġ korrispondenti fuq iż-żewġ naħat ta’ punt ta’ interkonnessjoni;

(b)

l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jikkoordinaw il-proċeduri relatati mal-użu tal-interkonnetturi bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni u l-operaturi kkonċernati tas-sistemi ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit.

3.   Il-koordinazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ma għandhiex tinvolvi jew timplika l-parteċipazzjoni mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit fil-proċeduri tal-Unjoni relatati mal-użu tal-interkonnetturi tal-gass.

TAQSIMA 3

ŻVILUPP TAN-NETWORK U SIGURTÀ TAL-PROVVISTA

Artikolu 314

Żvilupp tan-network

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiffaċilitaw l-iżvilupp f’waqtu u l-interoperabbiltà tal-infrastruttura tal-enerġija li tikkollega t-territorji tagħhom.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network għas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass jitfasslu, jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment.

Artikolu 315

Kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-provvista

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u tal-gass naturali.

2.   Il-Partijiet għandhom jaqsmu informazzjoni dwar kwalunkwe riskju identifikat skont l-Artikolu 316 fil-ħin.

3.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 316. Għall-Unjoni, dawn il-pjanijiet jistgħu jkunu fil-livell ta’ Stat Membru jew reġjonali.

4.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed meta jkun hemm informazzjoni affidabbli li jistgħu jseħħu tfixkil jew kriżi oħra relatata mal-provvista tal-elettriku jew tal-gass naturali u dwar il-miżuri ppjanati jew meħuda.

5.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin f’każ ta’ tfixkil reali jew kriżi oħra fid-dawl tal-possibbiltà ta’ miżuri koordinati ta’ mitigazzjoni u restawr.

6.   Il-Partijiet għandhom jikkondividu l-aħjar prattiki fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-adegwatezza fuq terminu qasir u staġjonali.

7.   Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw oqfsa adegwati għall-kooperazzjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u tal-gass naturali.

Artikolu 316

Tħejjija għar-riskji u pjanijiet ta’ emerġenza

1.   Kull Parti għandha tivvaluta r-riskji li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku jew tal-gass naturali, inklużi l-probabbiltà u l-impatt ta’ dawn ir-riskji, fosthom ir-riskji transfruntier.

2.   Kull Parti għandha tistabbilixxi u taġġorna regolarment il-pjanijiet biex tindirizza r-riskji identifikati li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku jew tal-gass naturali. Pjanijiet bħal dawn għandhom jinkludu l-miżuri meħtieġa biex jitneħħew jew jittaffew il-probabbiltà u l-impatt ta’ kwalunkwe riskju identifikat skont il-paragrafu 1 u l-miżuri meħtieġa għat-tħejjija u l-mitigazzjoni tal-impatt ta’ kriżi tal-elettriku jew tal-gass naturali.

3.   Il-miżuri li jinsabu fil-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom:

(a)

ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonat, nondiskriminatorju u verifikabbli;

(b)

ma jfixklux b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn il-Partijiet; u

(c)

ma jipperikolawx is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku jew tal-gass naturali tal-Parti l-oħra.

Fil-każ ta’ kriżi, il-Partijiet għandhom jattivaw biss miżuri mhux ibbażati fuq is-suq bħala l-aħħar għażla.

TAQSIMA 4

KOOPERAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 317

Kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jiżviluppaw arranġamenti ta’ ħidma li jkunu effiċjenti u inklużivi sabiex jappoġġaw l-ippjanar u l-kompiti operazzjonali assoċjati mal-ilħuq tal-objettivi ta’ dan it-Titolu, inkluż, meta rrakkomandata mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija, it-tħejjija tal-proċeduri tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 311 sa 315.

L-arranġamenti ta’ ħidma msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu oqfsa għall-kooperazzjoni bejn in-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2019/943 ("ENTSO-E") u n-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) ("ENTSOG"), minn naħa, u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għall-elettriku u l-gass fir-Renju Unit, min-naħa l-oħra. Dawn l-oqfsa għandhom ikopru mill-inqas l-oqsma li ġejjin:

(a)

is-swieq tal-elettriku u tal-gass;

(b)

l-aċċess għan-networks;

(c)

is-sigurtà tal-provvista tal-gass u tal-elettriku;

(d)

l-enerġija offshore;

(e)

l-ippjanar tal-infrastruttura;

(f)

l-użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-gass u tal-elettriku; u

(g)

id-dekarbonizzazzjoni tal-gass u l-kwalità tal-gass.

Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija għandu jaqbel dwar gwida dwar l-arranġamenti tal-ħidma u l-oqfsa għall-kooperazzjoni għad-disseminazzjoni lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni hekk kif ikun prattikabbli.

L-oqfsa għall-kooperazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu ma għandux jinvolvi, jew jikkonferixxi status komparabbli ma’, sħubija fl-ENTSO-E jew fl-ENTSOG mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tar-Renju Unit.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija jista’ jirrakkomanda li kull Parti titlob lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tagħha biex iħejju l-proċeduri tekniċi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-operaturi rispettivi tagħha tas-sistema ta’ trażmissjoni jitolbu l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u tal-awtorità regolatorja fir-Renju Unit iddeżinjata f'konformità mal-Artikolu 310 dwar il-proċeduri tekniċi, rispettivament, f'każ ta' nuqqas ta' qbil u fi kwalunkwe każ qabel il-finalizzazzjoni ta' dawn il-proċeduri tekniċi. L-operaturi rispettivi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Partijiet għandhom jippreżentaw dawn l-opinjonijiet flimkien mal-abbozz tal-proċeduri tekniċi lill-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija.

4.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija għandu jirrieżamina l-abbozz tal-proċeduri tekniċi, u jista’ jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw tali proċeduri fl-arranġamenti domestiċi rispettivi tagħhom, b’kont meħud tal-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit iddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 310. Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija għandu jimmonitorja t-tħaddim effettiv ta’ tali proċeduri tekniċi u jista’ jirrakkomanda li dawn jiġu aġġornati.

Artikolu 318

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u l-awtorità regolatorja tar-Renju Unit iddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 310 jiżviluppaw kuntatti u jidħlu f’arranġamenti amministrattivi mill-aktar fis possibbli sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim. Il-kuntatti u l-arranġament amministrattivi għandhom ikopru mill-inqas l-oqsma li ġejjin:

(a)

is-swieq tal-elettriku u tal-gass;

(b)

l-aċċess għan-networks;

(c)

il-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq fis-swieq tal-elettriku u tal-gass bl-ingrossa;

(d)

is-sigurtà tal-provvista tal-gass u tal-elettriku;

(e)

l-ippjanar tal-infrastruttura;

(f)

l-enerġija offshore;

(g)

l-użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-gass u tal-elettriku;

(h)

il-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni; u

(i)

id-dekarbonizzazzjoni tal-gass u l-kwalità tal-gass.

Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija għandu jaqbel dwar gwida dwar l-arranġamenti amministrattivi għal tali kooperazzjoni għad-disseminazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji, hekk kif ikun prattikabbli.

2.   L-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinvolvu jew jikkonferixxu status komparabbli għal parteċipazzjoni fl-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija mill-awtorità regolatorja tar-Renju Unit iddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 310.

KAPITOLU 3

ENERĠIJA SIKURA U SOSTENIBBLI

Artikolu 319

Enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

1.   Kull Parti għandha tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Kull Parti għandha tiżgura li r-regoli tagħha li japplikaw għal-liċenzjar jew miżuri ekwivalenti applikabbli għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli jkunu meħtieġa u proporzjonati.

2.   L-Unjoni tafferma mill-ġdid il-mira għas-sehem tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-2030 kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47).

L-Unjoni tafferma mill-ġdid il-miri tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija għall-2030 kif stabbiliti fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48).

3.   Ir-Renju Unit jirriafferma:

(a)

l-ambizzjoni tiegħu għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 kif stabbilit fil-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima;

(b)

l-ambizzjoni tiegħu għal-livell assolut ta’ konsum primarju u finali tal-enerġija primarja u finali fl-2030 kif stabbilit fil-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima.

4.   Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati b’rabta mal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 320

Appoġġ għall-enerġija rinnovabbli

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli jiffaċilita l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku.

2.   Il-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-bijomassa għandhom jiġu appoġġati bħala enerġija rinnovabbli jekk jissodisfaw kriterji robusti għas-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, li huma soġġetti għal verifika.

3.   Kull Parti għandha tiddefinixxi b’mod ċar kwalunkwe speċifikazzjoni teknika li għandha tiġi ssodisfata minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta’ sostenn. Tali speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom iqisu l-kooperazzjoni żviluppata skont l-Artikoli 91, 92 u 323.

Artikolu 321

Kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore billi jaqsmu l-aqwa prattiki u, fejn xieraq, jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ proġetti speċifiċi.

2.   Abbażi tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana, il-Partijiet għandhom jippermettu l-ħolqien ta’ forum speċifiku għad-diskussjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-ministeri u l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, il-ministeri u l-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-industrija tal-enerġija offshore u l-partijiet ikkonċernati b’mod aktar wiesa’, b’rabta mal-iżvilupp tal-grilja offshore u l-potenzjal kbir ta’ enerġija rinnovabbli fir-reġjun tal-Baħar tat-Tramuntana. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi tal-anqas l-oqsma li ġejjin:

(a)

proġetti ibridi u konġunti;

(b)

ippjanar tal-ispazju marittimu;

(c)

qafas ta’ appoġġ u finanzjament;

(d)

l-aqwa prattiki dwar l-ippjanar rispettiv tal-grilja onshore u offshore;

(e)

Il-qsim tal-informazzjoni dwar teknoloġiji ġodda; u

(f)

l-iskambju tal-aqwa prattiki b’rabta mar-regoli, ir-regolamenti u l-istandards tekniċi rilevanti.

Artikolu 322

Riskji u sikurezza offshore

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni bil-għan li jinżammu livelli għoljin ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali għall-operazzjonijiet kollha taż-żejt u tal-gass offshore.

2.   Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri adattati biex jipprevjenu aċċidenti maġġuri f’operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u jillimitaw il-konsegwenzi ta’ aċċidenti bħal dawn.

3.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tagħhom li huma kompetenti għas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. Ir-regolamentazzjoni tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe funzjoni relatata mal-liċenzjar ta’ operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

Artikolu 323

Kooperazzjoni dwar standards

F’konformità mal-Artikoli 92 u 98, il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi u l-korpi ta’ standardizzazzjoni li jinsabu fit-territorji rispettivi għall-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tal-istandards internazzjonali fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-politika dwar l-enerġija sostenibbli u l-klima.

Artikolu 324

Riċerka, żvilupp u innovazzjoni

Il-Partijiet għandhom jippromwovu r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli.

KAPITOLU 4

PRODOTTI TAL-ENERĠIJA U MATERJA PRIMA

Artikolu 325

Ipprezzar tal-esportazzjoni

Parti ma għandhiex timponi prezz għall-esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija jew materja prima lill-Parti l-oħra li jkun ogħla mill-prezz mitlub għal dawk il-prodotti tal-enerġija jew materja prima meta jkunu destinati għas-suq domestiku, permezz ta’ kwalunkwe miżura bħal liċenzji jew rekwiżiti ta’ prezz minimu.

Artikolu 326

Prezzijiet regolati

Jekk Parti tiddeċiedi li tirregola l-prezz tal-provvista domestika lill-konsumaturi tal-elettriku jew tal-gass naturali, hi tista’ tagħmel dan biss biex tikseb objettiv ta’ politika pubblika, u tista’ tagħmlu biss billi timponi prezz regolat li jkun definit b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat.

Artikolu 327

Awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi u l-ġenerazzjoni tal-elettriku

1.   Jekk Parti tkun teħtieġ awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni jew għall-produzzjoni tal-idrokarburi u għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, dik il-Parti għandha tagħti tali awtorizzazzjonijiet abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li jitfasslu u jiġu ppubblikati qabel il-bidu tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet f’konformità mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri ġenerali stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II ta' din l-Intestatura.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 301, kull Parti tista’ tagħti awtorizzazzjonijiet relatati mal-esplorazzjoni għall-idrokarburi jew mal-produzzjoni tagħhom mingħajr ma tikkonforma mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri relatati mal-pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 153 abbażi ta' eżenzjonijiet ġustifikati b'mod dovut kif previst fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jew il-kontribuzzjonijiet in natura meħtieġa minn entitajiet li lilhom tingħata awtorizzazzjoni ma għandhomx jinterferixxu mal-ġestjoni u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ tali entitajiet.

4.   Kull Parti għandha tipprevedi li applikant għal awtorizzazzjoni jkollu d-dritt li jappella kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni quddiem awtorità li hija ogħla jew indipendenti mill-awtorità li tkun ħarġet id-deċiżjoni jew li titlob li tali awtorità ogħla jew indipendenti tirrieżamina d-deċiżjoni. Kull Parti għandha tiżgura li l-applikant jingħata r-raġunijiet għad-deċiżjoni amministrattiva sabiex l-applikant ikun jista’ jirrikorri għall-proċeduri ta’ appell jew ta’ rieżami jekk ikun meħtieġ. Ir-regoli applikabbli għall-appell jew għar-rieżami għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 328

Sikurezza u integrità tat-tagħmir tal-enerġija u tal-infrastruttura

Dan it-Titolu ma għandux jiġi interpretat bħala li jipprevjeni Parti milli tadotta miżuri temporanji meħtieġa biex tipproteġi s-sikurezza u tippreserva l-integrità tat-tagħmir jew l-infrastruttura tal-enerġija, dment li dawk il-miżuri ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 329

Implimentazzjoni effettiva u emendi

1.   Il-Kunsill tas-Sħubija jista' jemenda l-Anness 26 u l-Anness 28. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jaġġorna l-Anness 27 kif meħtieġ biex jiżgura t-tħaddim ta' dak l-Anness matul iż-żmien.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija jista' jemenda l-Anness 29.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet kif meħtieġ biex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Kapitoli ta’ dan it-Titolu li għalih huwa responsabbli.

Artikolu 330

Djalogu

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu djalogu regolari sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 331

Terminazzjoni ta’ dan it-Titolu

1.   Dan it-Titolu għandu jieqaf japplika fit-30 ta’ Ġunju 2026.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, bejn l-1 ta’ Lulju 2026 u l-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiddeċiedi li dan it-Titolu japplika sal-31 ta’ Marzu 2027. Bejn l-1 ta’ April 2027 u l-31 ta’ Diċembru 2027, kif ukoll fi kwalunkwe mument fi kwalunkwe sena, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiddeċiedi li dan it-Titolu japplika sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

3.   Dan l-Artikolu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 509, 521 u 779.

TITOLU IX

TRASPARENZA

Artikolu 332

Objettiv

1.   Filwaqt li jirrikonoxxu l-impatt li l-ambjenti regolatorji rispettivi tagħhom jista’ jkollhom fuq il-kummerċ u fuq l-investiment bejniethom, il-Partijiet għandhom l-għan li jipprovdu ambjent regolatorju prevedibbli u proċeduri effiċjenti għall-operaturi ekonomiċi, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

2.   Il-Partijiet jaffermaw l-impenji tagħhom fir-rigward tat-trasparenza skont il-Ftehim tad-WTO, u jibnu fuq dawk l-impenji fid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu.

Artikolu 333

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, "deċiżjoni amministrattiva" tfisser deċiżjoni jew azzjoni b’effett legali li tapplika għal persuna, oġġett jew servizz speċifiku f’każ individwali, u tkopri n-nuqqas li tittieħed deċiżjoni jew din l-azzjoni meta hekk ikun meħtieġ skont il-liġi ta’ Parti.

Artikolu 334

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan it-Titolu japplika fir-rigward tat-Titoli I sa VIII u t-Titoli X sa XII ta' din l-Intestatura u s-Sitt Intestatura.

Artikolu 335

Pubblikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti, il-proċeduri u d-deċiżjonijiet amministrattivi tagħha ta’ applikazzjoni ġenerali jiġu ppubblikati minnufih permezz ta’ mezz iddeżinjat uffiċjalment u, fejn fattibbli, b’mezzi elettroniċi, jew li jsiru disponibbli b’mod ieħor b’tali mod li jippermettu lil kwalunkwe persuna ssir familjari magħhom.

2.   Sa fejn ikun xieraq, kull Parti għandha tipprovdi spjegazzjoni tal-objettiv ta’ miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u r-raġuni għalihom.

3   Kull Parti għandha tipprovdi perjodu ta’ żmien raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-liġijiet u tar-regolamenti tagħha, ħlief jekk ma jkunx possibbli għal raġunijiet ta’ urġenza.

Artikolu 336

Mistoqsijiet

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm mekkaniżmi xierqa u proporzjonati sabiex twieġeb mistoqsijiet minn kwalunkwe persuna rigward kwalunkwe liġi jew regolament.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi minnufih informazzjoni u twieġeb għall-mistoqsijiet mill-Parti l-oħra li jappartjenu għal kwalunkwe liġi jew regolament kemm jekk fis-seħħ kif ukoll jekk ippjanat, sakemm ma jkunx stabbilit mekkaniżmu speċifiku skont dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 337

Amministrazzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni ġenerali

1.   Kull Parti għandha tamministra l-liġijiet, ir-regolamenti, il-proċeduri u d-deċiżjonijiet amministrattivi tagħha ta’ applikazzjoni ġenerali b’mod oġġettiv, imparzjali u raġonevoli.

2.   Meta jinbdew proċedimenti amministrattivi relatati ma’ persuni, ma’ oġġetti jew ma’ servizzi tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ liġijiet jew ta’ regolamenti, kull Parti għandha:

(a)

tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi lill-persuni li jkunu affettwati direttament mill-proċedimenti amministrattiv, b’avviż raġonevoli, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, li jinkludi deskrizzjoni tan-natura tal-proċedimenti, dikjarazzjoni tal-awtorità legali li permezz tagħha jitnedew il-proċedimenti u deskrizzjoni ġenerali ta’ kwalunkwe kwistjoni li dwarha jkun hemm kontroversja; u

(b)

tagħti opportunità raġonevoli lil tali persuni sabiex jippreżentaw fatti u argumenti b’appoġġ tal-pożizzjonijiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni amministrattiva finali, sa fejn jippermettu ż-żmien, in-natura tal-proċedimenti u l-interess pubbliku.

Artikolu 338

Rieżami u appell

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm tribunali u proċeduri ġudizzjarji, arbitrali jew amministrattivi għall-fini tar-rieżami jew tal-istħarriġ fil-pront u, jekk tkun ġustifikata, għall-korrezzjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi. Kull Parti għandha tiżgura li t-tribunali tagħha jmexxu proċeduri għal appell jew għal stħarriġ b’mod mhux diskriminatorju u imparzjali. Dawn it-tribunali għandhom ikunu imparzjali u indipendenti mill-awtorità inkarigata bl-infurzar amministrattiv.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-partijiet għall-proċedimenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 jingħataw opportunità raġonevoli biex jappoġġaw jew jiddefendu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom.

3.   F’konformità mal-liġi tagħha, kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni adottata fil-proċedimenti msemmija fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq l-evidenza u fuq is-sottomissjonijiet tar-rekord jew, fejn applikabbli, fuq ir-rekord ikkumpilat mill-awtorità amministrattiva kompetenti.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li d-deċiżjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu implimentati mill-awtorità fdata bl-infurzar amministrattiv, soġġett għal appell jew rieżami ulterjuri kif previst fil-liġi tagħha.

Artikolu 339

Relazzjoni ma’ Titoli oħra

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi dwar it-trasparenza stabbiliti f’dawk it-Titoli ta’ din l-Intestatura li fir-rigward tagħhom japplika dan it-Titolu.

TITOLU X

PRATTIKI REGOLATORJI TAJBA U KOOPERAZZJONI REGOLATORJA

Artikolu 340

Prinċipji ġenerali

1.   Kull Parti għandha tkun libera li tiddetermina l-approċċ tagħha għal prattiki regolatorji tajbin skont dan il-Ftehim b’mod konsistenti mal-qafas ġuridiku, mal-prattika, mal-proċeduri u mal-prinċipji fundamentali tagħha stess (49)li huwa l-bażi tas-sistema regolatorja tagħha.

2.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li Parti:

(a)

tiddevja minn proċeduri domestiċi tagħha għat-tħejjija u għall-adozzjoni ta’ miżuri regolatorji;

(b)

tieħu azzjonijiet li jdgħajfu jew jimpedixxu l-adozzjoni f’waqtha ta’ miżuri regolatorji għall-ilħuq tal-objettivi tal-ordni pubbliku tagħha; jew

(c)

tikseb xi eżitu regolatorju partikolari.

3.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jaffettwa d-dritt ta’ Parti li tiddefinixxi jew tirregola l-livelli proprji tagħha ta’ protezzjoni fit-tiftix jew fil-prosegwiment tal-objettivi tal-ordni pubbliku tagħha f’oqsma bħal:

(a)

is-saħħa pubblika;

(b)

il-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, u l-benessri tal-annimali;

(c)

is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

(d)

il-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(e)

l-ambjent, li jinkludi t-tibdil fil-klima;

(f)

il-protezzjoni tal-konsumatur;

(g)

il-protezzjoni soċjali u s-sigurtà soċjali;

(h)

il-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà;

(i)

id-diversità kulturali;

(j)

l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u l-protezzjoni tal-investituri;

(k)

is-sigurtà tal-enerġija; u

(l)

il-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus.

Għal aktar ċertezza, għall-finijiet, b’mod partikolari, tal-punti (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu, il-mudelli differenti ta’ relazzjonijiet industrijali, inklużi r-rwol u l-awtonomija tas-sħab soċjali, kif previst fil-liġi jew fil-prattiki nazzjonali ta’ Parti, għandhom ikomplu japplikaw, inklużi liġijiet u prattiki li jikkonċernaw in-negozjar kollettiv u l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi.

4.   Il-miżuri regolatorji ma għandhomx jikkostitwixxu ostaklu moħbi għall-kummerċ.

Artikolu 341

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"awtorità regolatorja" tfisser:

(i)

għall-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea; u

(ii)

għar-Renju Unit, il-Gvern tal-Maestà Tagħha tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u l-amministrazzjonijiet devoluti tar-Renju Unit.

(b)

"miżuri regolatorji" tfisser:

(i)

għall-Unjoni:

(A)

regolamenti u direttivi, kif previst fl-Artikolu 288 TFUE; u

(B)

l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati, kif previsti fl-Artikoli 290 u 291 TFUE, rispettivament; u

(ii)

għar-Renju Unit:

(A)

leġiżlazzjoni primarja; u

(B)

leġiżlazzjoni sekondarja.

Artikolu 342

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu japplika għal miżuri regolatorji proposti jew maħruġa, kif rilevanti, mill-awtorità regolatorja ta’ kull Parti fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni koperta mit-Titoli I sa IX, it-Titolu XI u t-Titolu XII ta' din l-Intestatura u s-Sitt Intestatura.

2.   L-Artikoli 351 u 352 japplikaw ukoll għal miżuri oħra ta’ applikazzjoni ġenerali maħruġa jew proposti mill-awtorità regolatorja ta’ Parti fir-rigward ta’ xi kwistjoni koperta mit-Titoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li tkun rilevanti għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja, bħal linji gwida, dokumenti ta’ politika jew rakkomandazzjonijiet.

3.   Dan it-Titolu ma japplikax għall-awtoritajiet regolatorji u għall-miżuri, għall-prattiki jew għall-approċċi regolatorji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.   Kull dispożizzjoni speċifika fit-Titoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu sal-punt meħtieġ għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi.

Artikolu 343

Koordinazzjoni interna

Kull Parti għandu jkollha stabbiliti proċessi jew mekkaniżmi interni ta’ koordinazzjoni jew ta’ rieżami fir-rigward ta’ miżuri regolatorji li l-awtorità regolatorja tagħha tkun qed tħejji. Proċessi jew mekkaniżmi bħal dawn jenħtieġ li jfittxu, fost l-oħrajn, li:

(a)

irawmu prattiki regolatorji tajbin, inklużi dawk stabbiliti f’dan it-Titolu;

(b)

jidentifikaw u jevitaw duplikazzjoni żejda u rekwiżiti inkonsistenti bejn il-miżuri regolatorji tal-Parti stess;

(c)

jiżguraw konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Parti dwar il-kummerċ u l-investiment; u

(d)

jippromwovu l-kunsiderazzjoni tal-impatt tal-miżuri regolatorji li qed jitħejjew, inkluż l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (50), f’konformità mar-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħha.

Artikolu 344

Deskrizzjoni tal-proċessi u tal-mekkaniżmi

Kull Parti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku deskrizzjonijiet tal-proċessi jew tal-mekkaniżmi użati mill-awtorità regolatorja tagħha biex tħejji, tevalwa jew tirrieżamina l-miżuri regolatorji. Dawn id-deskrizzjonijiet għandhom jirreferu għal-linji gwida, għar-regoli jew għall-proċeduri rilevanti, li jinkludu dawk rigward opportunitajiet għall-pubbliku sabiex jipprovdi kummenti.

Artikolu 345

Informazzjoni bikrija dwar miżuri regolatorji ppjanati

1.   Kull Parti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħha, tal-anqas fuq bażi annwali, lista ta’ miżuri regolatorji ewlenin ippjanati (51) li l-awtorità regolatorja tagħha tistenna b’mod raġonevoli li tipproponi jew tadotta fi żmien sena. L-awtorità regolatorja ta’ kull Parti tista’ tiddetermina x’jikkostitwixxi miżura regolatorja ewlenija għall-finijiet tal-obbligi tagħha skont dan it-Titolu.

2.   Fir-rigward ta’ kull miżura regolatorja ewlenija inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, kull Parti jenħtieġ li tagħmel disponibbli għall-pubbliku wkoll, kmieni kemm jista’ jkun:

(a)

deskrizzjoni qasira tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-objettivi tagħha; u

(b)

jekk disponibbli, iż-żmien stmat għall-adozzjoni tagħha, inkluża kull opportunità għal konsultazzjoni pubblika.

Artikolu 346

Konsultazzjoni pubblika

1.   Meta tħejji miżura regolatorja ewlenija, kull Parti, f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħha, għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha:

(a)

tippubblika l-abbozz ta’ miżura regolatorja jew id-dokumenti ta’ konsultazzjoni li jipprovdu biżżejjed dettalji dwar il-miżura regolatorja li qed titħejja biex kwalunkwe persuna titħalla tivvaluta jekk u kif l-interessi tal-persuna jistgħu jiġu affettwati b’mod sinifikanti;

(b)

toffri, fuq bażi mhux diskriminatorja, opportunitajiet raġonevoli għal kwalunkwe persuna biex tipprovdi kummenti; u

(c)

tikkunsidra l-kummenti riċevuti.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha tagħmel użu minn mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni u għandha tfittex li żżomm servizzi online li jkunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas għall-finijiet tal-pubblikazzjoni tal-miżuri jew tad-dokumenti regolatorji rilevanti tat-tip imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u għall-finijiet ta’ riċevuta ta’ kummenti relatati mal-konsultazzjonijiet pubbliċi.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħha, sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 347

Valutazzjoni tal-impatt

1.   Kull Parti tafferma l-intenzjoni tagħha li tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha twettaq, f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħha, valutazzjonijiet tal-impatt għal miżuri regolatorji ewlenin li tkun qed tħejji. Regoli u proċeduri bħal dawn jistgħu jipprevedu eċċezzjonijiet.

2.   Meta twettaq valutazzjoni tal-impatt, kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha jkollha proċessi u mekkaniżmi fis-seħħ li jippromwovu l-kunsiderazzjoni tal-fatturi li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa għall-miżura regolatorja, inklużi n-natura u s-sinifikat tal-kwistjoni li l-miżura regolatorja jkollha l-għan li tindirizza;

(b)

kull għażla regolatorja u mhux regolatorja fattibbli u xierqa li tikseb l-objettivi tal-politika pubblika tal-Parti, inkluża l-għażla li ma tirregolax;

(c)

sa fejn ikun possibbli u rilevanti, l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali potenzjali ta’ dawn l-għażliet, inkluż l-impatt fuq il-kummerċ u fuq l-investiment internazzjonali u, f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħha, l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; u

(d)

fejn xieraq, kif l-għażliet ikkunsidrati huma relatati ma’ standards internazzjonali rilevanti, inklużi r-raġunijiet għal kwalunkwe diverġenza.

3.   Fir-rigward ta’ valutazzjoni tal-impatt li awtorità regolatorja tkun wettqet għal miżura regolatorja, kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha tħejji rapport finali li jispjega l-fatturi li tkun qieset fil-valutazzjoni tagħha u l-konstatazzjonijiet rilevanti tagħha. Sa fejn ikun possibbli, kull Parti għandha tagħmel dawn ir-rapporti disponibbli għall-pubbliku mhux aktar tard minn meta l-proposta għal miżura regolatorja msemmija fil-punt (b)(i)(A) jew (b)(ii)(A) tal-Artikolu 341 jew miżura regolatorja msemmija fil-punt (b)(i)(B) jew (b)(ii)(B) ta' dak l-Artikolu tkun saret disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 348

Evalwazzjoni retrospettiva

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha jkollha fis-seħħ proċessi jew mekkaniżmi biex twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi perjodiċi tal-miżuri regolatorji fis-seħħ fejn xieraq.

2.   Meta twettaq evalwazzjoni retrospettiva perjodika, kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tikkunsidra jekk ikunx hemm opportunitajiet sabiex jintlaħqu b’mod aktar effettiv l-objettivi tal-ordni pubbliku u jitnaqqsu piżijiet regolatorji żejda, inkluż fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha tagħmel disponibbli għall-pubbliku kull pjan eżistenti għal u r-riżultati ta’ tali evalwazzjonijiet retrospettivi.

Artikolu 349

Reġistru regolatorju

Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri regolatorji li jkunu fis-seħħ jiġu ppubblikati f’reġistru ddeżinjat li jidentifika l-miżuri regolatorji u li jkun disponibbli għall-pubbliku online mingħajr ħlas. Jenħtieġ li r-reġistru jippermetti tfittxijiet għal miżuri regolatorji permezz ta’ ċitazzjonijiet jew bil-kliem. Kull ċertu żmien, kull Parti għandha taġġorna r-reġistru tagħha.

Artikolu 350

Skambju ta’ informazzjoni dwar prattiki regolatorji tajba

Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar il-prattiki regolatorji tajbin tagħhom kif stabbilit f’dan it-Titolu, inkluż fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja.

Artikolu 351

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja

1.   Il-Partijiet jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja fuq bażi volontarja, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom stess u l-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tagħhom. Parti tista’ tirrifjuta milli twettaq attivitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja jew tista’ tirtira minnhom. Parti li tirrifjuta milli twettaq attivitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja jew li tirtira minnhom jenħtieġ li tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha lill-Parti l-oħra.

2.   Kull Parti tista’ tipproponi attività ta’ kooperazzjoni regolatorja lill-Parti l-oħra. Din għandha tippreżenta l-proposta tagħha permezz tal-punt ta' kuntatt iddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 353. Il-Parti l-oħra għandha tirrieżamina dik il-proposta f’perjodu raġonevoli u għandha tinforma lill-Parti li tipproponi meta hi tqis li l-attività proposta tkun xierqa għal kooperazzjoni regolatorja.

3.   Biex tidentifika l-attivitajiet li huma xierqa għall-kooperazzjoni regolatorja, kull Parti għandha tqis:

(a)

il-lista msemmija fl-Artikolu 345(1); u

(b)

proposti għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja ppreżentati minn persuni ta’ Parti li jkunu sostanzjati u akkumpanjati minn informazzjoni rilevanti.

4.   Jekk il-Partijiet jiddeċiedu li jinvolvu ruħhom f’attività ta’ kooperazzjoni regolatorja, l-awtorità regolatorja ta’ kull Parti għandha tagħmel ħilitha, jekk xieraq:

(a)

li tinforma lill-awtorità regolatorja tal-Parti l-oħra dwar it-tħejjija ta’ miżuri regolatorji eżistenti ġodda jew dwar ir-reviżjoni tagħhom u miżuri oħra ta’ applikazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 342(2) li huma rilevanti għall-attività ta' kooperazzjoni regolatorja;

(b)

fuq talba, li tipprovdi informazzjoni u tiddiskuti miżuri regolatorji u miżuri oħra ta’ applikazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 342(2) li jkunu rilevanti għall-attività ta’ kooperazzjoni regolatorja; u

(c)

meta tħejji miżuri regolatorji ġodda jew riveduti eżistenti jew miżuri oħra ta’ applikazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 342(2), tikkunsidra, sa fejn ikun fattibbli, kwalunkwe approċċ regolatorju mill-Parti l-oħra dwar l-istess kwistjoni jew dwar kwistjoni relatata.

Artikolu 352

Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja

1.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ u l-promozzjoni ta’ prattiki regolatorji tajbin u tal-kooperazzjoni regolatorja bejn il-Partijiet;

(b)

l-iskambju ta’ fehmiet fir-rigward tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni proposti jew imwettqa skont l-Artikolu 351;

(c)

it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni regolatorja u tal-koordinazzjoni f’fora internazzjonali, inkluż, fejn xieraq, fi skambji bilaterali perjodiċi ta’ informazzjoni dwar attivitajiet kurrenti jew ippjanati rilevanti.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja jista’ jistieden lil persuni interessati jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu.

Artikolu 353

Punti ta’ kuntatt

Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiddeżinja punt ta’ kuntatt sabiex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet.

Artikolu 354

Non-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim

It-Titolu I tas-Sitt Parti ma japplikax fir-rigward ta’ tilwim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.

TITOLU XI

KUNDIZZJONIJIET EKWI GĦAL KOMPETIZZJONI MIFTUĦA U ĠUSTA U ŻVILUPP SOSTENIBBLI

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 355

Prinċipji u objettivi

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-kummerċ u l-investiment bejn l-Unjoni u r-Renju Unit skont it-termini stabbiliti f’dan il-Ftehim, jirrikjedi kundizzjonijiet li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta bejn il-Partijiet u li jiżguraw li l-kummerċ u l-investiment iseħħu b'mod li jwassal għall-iżvilupp sostenibbli.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-iżvilupp sostenibbli jinkludi l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien tal-ambjent, filwaqt li t-tlieta huma interdipendenti u jsaħħu lil xulxin u jaffermaw l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investiment internazzjonali b’mod li jikkontribwixxi għall-objettiv ta’ żvilupp sostenibbli.

3.   Kull Parti tirriafferma l-ambizzjoni tagħha li tikseb newtralità fil-klima mifruxa fuq l-ekonomija sal-2050.

4.   Il-Partijiet jaffermaw il-fehim komuni li r-relazzjoni ekonomika tagħhom tista’ tipprovdi biss benefiċċji b’mod li huwa reċiprokament sodisfaċenti jekk l-impenji relatati mal-kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta jkomplu jippersistu maż-żmien, bil-prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kummerċ jew l-investiment, u bil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli. Madankollu, il-Partijiet jirrikonoxxu li l-iskop ta’ dan it-Titolu mhuwiex li jarmonizza l-istandards tal-Partijiet. Il-Partijiet huma determinati li jżommu u jtejbu l-istandards għoljin rispettivi tagħhom fl-oqsma koperti minn dan it-Titolu.

Artikolu 356

Dritt għar-regolamentazzjoni, approċċ prekawzjonarju (52) u informazzjoni xjentifika u teknika

1.   Il-Partijiet jaffermaw id-dritt ta’ kull Parti li tistabbilixxi l-politiki u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma koperti minn dan it-Titolu, li tiddetermina l-livelli ta’ protezzjoni li tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk li jaqgħu taħt dan it-Titolu.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li, f’konformità mal-approċċ ta’ prekawzjoni, meta jkun hemm motivi raġonevoli għal tħassib li hemm theddid potenzjali ta’ ħsara serja jew irriversibbli għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, in-nuqqas ta’ ċertezza xjentifika sħiħa ma għandux jintuża bħala raġuni għall-prevenzjoni ta’ Parti milli tadotta miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ tali ħsara.

3.   Meta tħejji jew timplimenta miżuri mmirati sabiex iħarsu l-ambjent jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, kull Parti għandha tqis l-informazzjoni xjentifika u teknika li tkun rilevanti u disponibbli, standards internazzjonali, linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 357

Riżoluzzjoni tat-tilwim

It-Titolu I tas-Sitt Parti ma japplikax għal dan il-Kapitolu, ħlief għall-Artikolu 356(2). L-Artikoli 408 u 409 japplikaw għall-Artikolu 355(3).

KAPITOLU 2

POLITIKA DWAR IL-KOMPETIZZJONI

Artikolu 358

Prinċipji u definizzjonijiet

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta’ kompetizzjoni ħielsa u mingħajr distorsjoni fir-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment tagħhom. Il-Partijiet jirrikonoxxu li prattiki tan-negozju antikompetittivi jistgħu jgħawwġu l-funzjonament xieraq tas-swieq u jdgħajfu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni kummerċjali.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, "attur ekonomiku" tfisser entità jew grupp ta’ entitajiet li jikkostitwixxu entità ekonomika waħda, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha, involuti f’attività ekonomika billi joffru oġġetti jew servizzi f’suq.

Artikolu 359

Liġi tal-kompetizzjoni

1.   B'rikonoxximent tal-prinċipji fl-Artikolu 358, kull Parti għandha żżomm liġi tal-kompetizzjoni li tindirizza b’mod effettiv il-prattiki kummerċjali antikompetittivi li ġejjin:

(a)

il-ftehimiet bejn atturi ekonomiċi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ atturi ekonomiċi u l-prattiki miftiehma, li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni;

(b)

abbuż min-naħa ta’ attur ekonomiku wieħed jew aktar ta’ pożizzjoni dominanti; u

(c)

għar-Renju Unit fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, u għall-Unjoni konċentrazzjonijiet, bejn atturi ekonomiċi li jista’ jkollhom effetti antikompetittivi sinifikanti.

2.   Il-liġi tal-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għall-atturi ekonomiċi kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom jew status ta' sjieda.

3.   Kull Parti tista’ tipprevedi eżenzjonijiet mil-liġi tal-kompetizzjoni tagħha fl-insegwiment ta’ objettivi leġittimi ta’ politika pubblika, dment li dawn l-eżenzjonijiet ikunu trasparenti u jkunu proporzjonati għal dawk l-objettivi.

Artikolu 360

Infurzar

1.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tinforza l-liġi tal-kompetizzjoni tagħha fit-territorju tagħha.

2.   Kull Parti għandha żżomm awtorità jew awtoritajiet operazzjonalment indipendenti li jkunu kompetenti għall-infurzar effettiv tal-liġi tal-kompetizzjoni tagħha.

3.   Kull Parti għandha tapplika l-liġi tal-kompetizzjoni tagħha b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju, b’mod li jirrispetta l-prinċipji tal-ġustizzja proċedurali, inklużi d-drittijiet tad-difiża tal-atturi ekonomiċi kkonċernati, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom jew status ta' sjieda.

Artikolu 361

Kooperazzjoni

1.   Biex jilħqu l-objettivi ta’ dan il-Kapitolu u jitjieb l-infurzar effettiv tal-liġi tal-kompetizzjoni rispettiva tagħhom, il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni rispettivi tagħhom fir-rigward tal-iżviluppi fil-politika tal-kompetizzjoni u fl-attivitajiet ta’ infurzar.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni Ewropea jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tar-Renju Unit, min-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw u jikkoordinaw, meta jkun possibbli u xieraq, l-attivitajiet tal-infurzar tagħhom fir-rigward tal-istess kondotta jew tranżazzjonijiet jew dawk relatati.

3.   Biex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tar-Renju Unit, min-naħa l-oħra, jistgħu jiskambjaw informazzjoni sa fejn ikun permess bil-liġi u bir-regolamenti ta’ kull Parti.

4.   Biex jimplimentaw l-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu jidħlu fi ftehim separat dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tar-Renju Unit, li jista’ jinkludi kundizzjonijiet għall-iskambju u l-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 362

Riżoluzzjoni tat-tilwim

Dan il-Kapitolu ma għandux ikun soġġett għar-riżoluzzjoni tat-tilwim taħt it-Titolu I tas-Sitt Parti.

KAPITOLU 3

KONTROLL TA’ SUSSIDJI

Artikolu 363

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"attur ekonomiku" tfisser entità jew grupp ta’ entitajiet li jikkostitwixxu entità ekonomika waħda, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha, involuti f’attività ekonomika billi joffru oġġetti jew servizzi f’suq;

(b)

"sussidju" tfisser assistenza finanzjarja li:

(i)

tinħoloq mir-riżorsi tal-Partijiet, inklużi:

(A)

trasferiment dirett jew kontinġenti ta’ fondi bħal għotjiet diretti, self jew garanziji ta’ self;

(B)

fejn dħul li jkun dovut jiġi ċedut; jew

(C)

il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi;

(ii)

tagħti vantaġġ ekonomiku lil attur ekonomiku wieħed jew aktar;

(iii)

tkun speċifika fis-sens li tibbenefika, mill-aspett legali jew bħala fatt, lil ċerti atturi ekonomiċi meta mqabbla ma' oħrajn fir-rigward tal-produzzjoni ta' ċerti oġġetti jew servizzi; u

(iv)

ikollu, jew jista’ jkollu. effett fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1:

(a)

miżura fiskali ma għandhiex titqies bħala speċifika ħlief jekk:

(i)

ċerti atturi ekonomiċi jiksbu tnaqqis fl-obbligazzjoni ta’ taxxa li kienu jġarrbu taħt ir-reġim ta’ tassazzjoni normali; u

(ii)

dawk l-atturi ekonomiċi jiġu ttrattati b'mod aktar vantaġġuż minn oħrajn f’pożizzjoni komparabbli fl-istess reġim ta' tassazzjoni normali; għall-finijiet ta’ dan il-punt, tassazzjoni normali hija ddefinita skont l-objettiv intern tagħha, il-karatteristika tagħha (bħall-bażi tat-taxxa, il-persuna taxxabbli, l-avveniment taxxabbli jew ir-rata tat-taxxa) u minn awtorità li hija awtonoma minn lat istituzzjonali, proċedurali, ekonomiku u finanzjarju u li jkollha l-kompetenza li tfassal il-karatteristiċi tar-reġim tat-tassazzjoni;

(b)

minkejja l-punt (a), sussidju ma għandux jitqies bħala speċifiku jekk ikun iġġustifikat bil-prinċipji inerenti għat-tfassil tas-sistema ġenerali. Fil-każ ta’ miżuri tat-taxxa, eżempji ta’ prinċipji inerenti bħal dawn huma l-ħtieġa li jkunu miġġielda l-frodi jew l-evażjoni tat-taxxa, il-ġestibbiltà amministrattiva biex tkun evitata t-taxxa doppja, il-prinċipju tan-newtralità fiskali, in-natura progressiva tat-taxxa fuq id-dħul u l-għan ridistributtiv tagħha, jew il-ħtieġa li tiġi rispettata l-kapaċità ta’ ħlas tal-kontribwenti;

(c)

minkejja l-punt (a), imposti ta’ fini speċjali ma għandhomx jitqiesu bħala speċifiċi jekk it-tfassil tagħhom ikun meħtieġ minħabba objettivi mhux ekonomiċi tal-politika pubblika, bħall-ħtieġa li jiġu limitati l-impatti negattivi ta’ ċerti attivitajiet jew prodotti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, sakemm l-objettivi tal-politika pubblika ma jkunux diskriminatorji (53).

Artikolu 364

Kamp ta’ applikazzjoni u eċċezzjonijiet

1.   L-Artikoli 366, 367 u 374 ma japplikawx għal sussidji mogħtija biex jikkumpensaw għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew okkorrenzi mhux ekonomiċi eċċezzjonali oħra.

2.   Xejn f’dan il-Kapitolu ma jipprevjeni lill-Partijiet milli jagħtu sussidji ta’ natura soċjali li huma mmirati għall-konsumatur finali.

3.   Is-sussidji mogħtija temporanjament biex jirrispondu għal emerġenza ekonomika nazzjonali jew globali għandhom ikunu mmirati, proporzjonati u effettivi biex jirrimedjaw dik l-emerġenza. L-Artikoli 367 u 374 ma japplikawx għal tali sussidji.

4.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal sussidji fejn l-ammont totali mogħti lil attur ekonomiku waħdu jkun inqas minn 325 000 Dritt Speċjali ta’ Prelevament fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jemenda dan il-livell limitu.

5.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal sussidji li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Parti IV jew l-Anness 2 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura u s-sussidji relatati mal-kummerċ fil-ħut u prodotti tal-ħut.

6.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal sussidji marbuta mas-settur awdjoviżiv.

7.   L-Artikolu 371 ma japplikax għas-sussidji ffinanzjati minn riżorsi ta’ Parti  fil-livell sovranazzjonali.

8.   Għall-finijiet ta' sussidji lil linji tal-ajru, kull referenza għall-"effett fuq il-kummerċ jew investiment bejn il-Partijiet" f'dan il-Kapitolu għandha tinftiehem bħala "effett fuq il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Partijiet fil-provvista ta' servizzi tat-trasport bl-ajru", inklużi dawk is-servizzi tat-trasport bl-ajru li mhumiex koperti mit-Titolu I tat-Tieni Intestatura.

Artikolu 365

Servizzi ta’ interess ekonomiku pubbliku

1.   Is-sussidji mogħtija lil atturi ekonomiċi li ġew assenjati kompiti partikolari fl-interess pubbliku, inklużi obbligi ta’ servizz pubbliku, huma soġġetti għall-Artikolu 366 sa fejn l-applikazzjoni tal-prinċipji previsti f’dan l-Artikolu ma tfixkilx il-prestazzjoni minn punt ta' liġi jew fatt tal-kompitu partikolari assenjat lill-attur ekonomiku kkonċernat. Il-kompitu għandu jiġi assenjat minn qabel b’mod trasparenti.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-ammont ta’ kumpens mogħti lil attur ekonomiku li jiġi assenjat kompitu fl-interess pubbliku jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom imġarrba fit-twettiq ta’ dak il-kompitu, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-kompitu. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-kumpens mogħti ma jintużax għas-sussidju inkroċjat ta’ attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-kompitu assenjat. Kumpens ta’ inqas minn 15-il miljun Dritt Speċjali ta’ Prelevament għal kull kompitu ma għandux ikun soġġett għall-obbligi skont l-Artikolu 369. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jemenda dan il-livell limitu.

3.   Dan il-Kapitolu ma japplikax fejn il-kumpens totali għal kull attur ekonomiku li jipprovdi kompiti fl-interess pubbliku jkun inqas minn 750 000 Dritt Speċjali ta’ Prelevament matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jemenda dan il-livell limitu.

Artikolu 366

Prinċipji

1.   Bil-ħsieb li jiġu żgurati li s-sussidji ma jingħatawx fejn ikollhom, jew ikun jista’ jkollhom effett materjali fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet, kull Parti għandu jkollha u żżomm sistema effettiva ta’ kontroll fuq is-sussidji li tiżgura li l-għoti ta’ sussidju jkun jirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

(a)

is-sussidji jsegwu objettiv speċifiku ta’ politika pubblika biex jirrimedjaw falliment tas-suq identifikat jew biex jindirizzaw raġuni ta’ ekwità bħal diffikultajiet soċjali jew tħassib dwar id-distribuzzjoni ("l-objettiv");

(b)

is-sussidji jkunu proporzjonati u limitati għal dak li jkun meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv;

(c)

is-sussidji jkunu mfassla biex iġibu bidla fl-imġiba ekonomika tal-benefiċjarju li twassal għall-kisba tal-objettiv u li ma tinkisibx fin-nuqqas tas-sussidji li jiġu pprovduti;

(d)

is-sussidji normalment ma jkunux maħsuba biex jikkumpensaw l-ispejjeż li kieku l-benefiċjarju kien iġarrab fl-assenza ta’ xi sussidju;

(e)

is-sussidji jkunu strument ta’ politika adatt biex jinkiseb objettiv ta’ politika pubblika u dan l-objettiv ma jistax jinkiseb permezz ta’ mezzi oħra inqas distorsivi;

(f)

il-kontributi pożittivi tas-sussidji għall-kisba tal-objettiv ipaċu kull effett negattiv, b'mod partikolari l-effetti negattivi fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kull Parti għandha tapplika l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 367, fejn rilevanti, jekk is-sussidji kkonċernati għandhom jew jista’ jkollhom effett materjali fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

3.   Hija r-responsabbiltà ta’ kull Parti li tiddetermina kif l-obbligi tagħha fil-paragrafi 1 u 2 jiġu implimentat fit-tfassil tas-sistema tagħha ta’ kontroll tas-sussidji fil-liġi domestika tagħha stess bil-kundizzjoni li kull Parti għandha tiżgura li l-obbligi taħt il-paragrafi 1 u 2 jiġu implimentati fil-liġi tagħha b’mod li l-legalità ta’ sussidju individwali tiġi ddeterminata mill-prinċipji.

Artikolu 367

Sussidji pprojbiti u sussidji soġġetti għal kundizzjonijiet

1.   Il-kategoriji tas-sussidji msemmija fl-Artikolu 366(2) u l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu applikati għalihom huma dawn li ġejjin. Il-Kunsill tas-Sħubija jista’ jaġġorna dawn id-dispożizzjonijiet kif ikun meħtieġ biex jassigura t-tħaddim ta’ dan l-Artikolu matul iż-żmien.

Sussidji fil-forma ta’ garanziji bla limitu

2.   Għandhom ikunu pprojbiti sussidji fil-forma ta’ garanzija ta’ djun jew responsabbiltajiet ta’ attur ekonomiku mingħajr ebda limitazzjoni għar-rigward tal-ammont ta’ din il-garanzija u ta’ kemm iddum.

Salvataġġ u ristrutturar

3.   Għandhom ikunu pprojbiti sussidji għar-ristrutturar ta’ attur ekonomiku f’diffikultà jew insolventi mingħajr ma l-attur ekonomiku jkun ħejja pjan kredibbli ta’ ristrutturazzjoni. Il-pjan ta’ ristrutturar għandu jkun ibbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi bil-għan li jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-attur ekonomiku f’diffikultà jew insolventi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Waqt it-tħejjija tal-pjan ta’ ristrutturar, l-attur ekonomiku jista’ jirċievi assistenza għal-likwidità temporanja fil-forma ta’ self jew garanziji għal self. Ħlief għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, attur ekonomiku jew is-sidien tiegħu, kredituri jew investituri ġodda għandhom jikkontribwixxu fondi jew assi sinifikanti għall-ispiża tar-ristrutturar. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, attur ekonomiku f’diffikultà jew insolventi huwa wieħed li kważi ċertament joħroġ min-negozju fi żmien qasir jew medju mingħajr is-sussidju.

4.   Għajr f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, is-sussidji għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ atturi ekonomiċi insolventi jew f’diffikultà jenħtieġ li jkunu permessi biss jekk is-sussidji jikkontribwixxu għal objettiv ta’ interess pubbliku billi jevitaw tbatija soċjali jew jipprevjenu falliment serju tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward tat-telf ta’ impjiegi jew it-tfixkil ta’ servizz importanti li jkun diffiċli li jiġi replikat. Ħlief fil-każ ta’ ċirkostanzi imprevedibbli mhux ikkawżati mill-benefiċjarju, jenħtieġ li ma jingħatawx aktar minn darba fi kwalunkwe perjodu ta’ ħames snin.

5.   Il-paragrafi 3 u 4 ma japplikawx għal sussidji lil banek f’diffikultà jew insolventi, istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji tal-assikurazzjoni.

Banek, istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji tal-assikurazzjoni

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 184, is-sussidji għar-ristrutturar tal-banek istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji tal-assikurazzjoni jistgħu jingħataw biss fuq il-bażi ta’ pjan ta’ ristrutturar kredibbli li jreġġa’ lura l-vijabbiltà fit-tul. Jekk ritorn għall-vijabbiltà fit-tul ma jkunx jista’ jintwera b’mod kredibbli, kull sussidju lill-banek, istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji tal-assikurazzjoni għandu jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-likwidazzjoni ordnata tagħhom u l-ħruġ mis-suq filwaqt li jiġu minimizzati l-ammont tas-sussidju u l-effett negattiv fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

7.   Għandu jiġi żgurat li l-awtorità awtorizzanti tkun remunerata kif xieraq għas-sussidju tar-ristrutturar u li l-benefiċjarju, l-azzjonisti tiegħu, il-kredituri tiegħu jew il-grupp kummerċjali li jappartjeni għalih, jikkontribwixxu b’mod sinifikattiv għall-ispejjeż ta’ ristrutturar jew likwidazzjoni mir-riżorsi tagħhom stess. Sussidji li jappoġġaw dispożizzjonijiet ta’ likwidità għandhom ikunu temporanji, ma għandhomx jintużaw biex jassorbu telf u ma għandhomx isiru appoġġ kapitali. Għandha titħallas remunerazzjoni xierqa lill-awtorità awtorizzanti għas-sussidji li jkunu ngħataw biex ikunu appoġġati d-dispożizzjonijiet tal-likwidità.

Sussidji għall-esportazzjoni

8.   Sussidji kontinġenti fil-liġi jew fil-fatt (54), kemm jekk waħedhom kif ukoll bħala waħda minn diversi kundizzjonijiet oħra, mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni relatata ma’ oġġetti jew servizzi, għandhom ikunu pprojbiti, ħlief fir-rigward ta’:

(a)

assikurazzjoni tal-kreditu għal żmien qasir għal riskji mhux kummerċjali; jew

(b)

krediti ta’ esportazzjoni u garanziji ta’ kreditu tal-esportazzjoni jew programmi tal-assikurazzjoni li jkunu permissibbli skont il-Ftehim SCM, moqri b’kull aġġustament meħtieġ għall-kuntest.

9.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 8 "riskji kummerċjali" tfisser ir-riskji kummerċjali u politiċi b’perjodu massimu ta’ riskju ta’ anqas minn sentejn fuq xerrejja pubbliċi u mhux pubbliċi fil-pajjiżi b’riskju kummerċjabbli (55). Pajjiż jista’ jinftiehem li jkun tneħħa mill-grupp ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli jekk ikun nuqqas ta’ kapaċità ta-suq privata minħabba li:

(a)

kontrazzjoni sinifikanti tal-kapaċità ta’ assikurazzjoni tal-kreditu privata;

(b)

deterjorament sinifikanti tal-klassifika tas-settur sovran; jew

(c)

deterjorament sinifikanti tal-prestazzjoni tas-settur korporattiv.

10.   Tali tneħħija temporanja ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli għandha tidħol fis-seħħ, kemm-il darba l-Parti konċernata, skont deċiżjoni ta’ din il-Parti fuq il-bażi tal-kriterji fil-paragrafu 9, u biss jekk din il-Parti tadotta tali deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha titqies bħala li tikkostitwixxi notifika lill-Parti l-oħra ta’ tali tneħħija temporanja sa fejn tkun ikkonċernata l-ewwel Parti.

11.   Jekk assiguratur sussidjat jipprovdi assikurazzjoni tal-kreditu, kull assikurazzjoni għal riskji kummerċjabbli għandha tkun provduta fuq bażi kummerċjali. F’tali każ, l-assiguratur ma għandux, la direttament u lanqas indirettament, jibbenefika minn sussidji għall-provvista ta’ assigurazzjoni għal riskji kummerċjabbli.

Sussidji kontinġenti fuq l-użi ta’ kontenut domestiku

12.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 132 u 133, għandhom ikunu pprojbiti sussidji kontinġenti, jew waħedhom jew bħala parti minn diversi kundizzjonijiet, fuq l-użu ta' oġġetti jew servizzi domestiċi flok dawk importati.

Proġetti kbar ta’ kooperazzjoni transfruntiera jew internazzjonali

13.   Sussidji jistgħu jingħataw fil-kuntest ta’ proġetti kbar ta’ kooperazzjoni transfruntiera jew internazzjonali, bħalma huma dawk għat-trasport, l-enerġija, l-ambjent, ir-riċerka u l-iżvilupp, u proġetti mnedija għall-ewwel darba biex jinċentivaw il-ħolqien u t-tnedija ta’ teknoloġiji ġodda (eskluża l-manifattura). Il-benefiċċji ta’ proġetti bħal dawn ta’ kooperazzjoni transfruntiera jew internazzjonali ma jridux ikunu limitati għall-atturi ekonomiċi jew għas-settur jew l-Istati parteċipanti, iżda jrid ikollhom benefiċċju u relevanza usa permezz ta’ effetti li joħorġu minnhom li ma jmorrux esklużivament għall-Istat li jagħti s-sussidju, is-settur rilevanti u l-benefiċjarju.

Enerġija u ambjent

14.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta’ sistema tal-enerġija sigura, affordabbli u sostenibbli u tas-sostenibbiltà ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima li jirrappreżenta theddida eżistenzjali għall-umanità. Għaldaqstant, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 366, is-sussidji relatati mal-enerġija u mal-ambjent għandhom ikunu mmirati, u jipprovdu inċentiv għall-benefiċjarju, biex jipprovdi sistema tal-enerġija sikura, affordabbli u sostenibbli kif ukoll suq tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb u kompetittiv jew biex iżid il-livell ta’ protezzjoni ambjentali meta mqabbel mal-livell li kien jinkiseb fin-nuqqas tas-sussidju. Sussidji bħal dawn ma għandhomx itaffu lill-benefiċjarju mill-obbligi li jirriżultaw mir-responsabbiltajiet tiegħu bħala persuna li tniġġeż skont il-liġi tal-Parti rilevanti.

Sussidji lil trasportaturi tal-ajru għat-tħaddim tar-rotot

15.   Is-sussidji ma għandhomx jingħataw lil trasportaturi tal-ajru (56) għat-tħaddim ta’ rotot ħlief:

(a)

fejn hemm obbligu ta’ servizz pubbliku, skont l-Artikolu 365;

(b)

f’każijiet speċjali fejn dan il-finanzjament jipprovdi benefiċċji lis-soċjetà in ġenerali; jew

(c)

bħala sussidji tal-bidu biex jinfetħu rotot ġodda għal ajruporti reġjonali dment li tali sussidji jżidu l-mobilità ta’ ċittadini u jistimulaw żvilupp reġjonali.

Artikolu 368

Użu ta’ sussidji

Kull Parti għandha tiżgura li l-atturi ekonomiċi jużaw is-sussidji biss għall-fini speċifiku li għalih ikunu ngħataw.

Artikolu 369

Trasparenza

1.   Fir-rigward ta’ xi sussidju mogħti jew miżmum fit-territorju tagħha, kull Parti għandha, fi żmien sitt xhur mill-għoti tas-sussidju, tagħmel disponibbli għall-pubbliku, f’sit web uffiċjali jew bażi ta’ data pubblika, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-bażi ġuridika u l-objettiv tal-politika jew l-iskop tas-sussidju;

(b)

l-isem tal-benefiċjarju tas-sussidju, meta disponibbli;

(c)

id-data tal-għoti tas-sussidju, kemm idum is-sussidju u kull limitu ta’ żmien ieħor marbut mas-sussidju; u

(d)

l-ammont tas-sussidju jew l-ammont ibbaġitjat għas-sussidju.

2.   Għal sussidji fil-forma ta’ miżuri ta’ tassazzjoni, l-informazzjoni għandha ssir pubblika fi żmien sena mid-data li fiha tkun dovuta d-dikjarazzjoni tat-taxxa. L-obbligi ta' trasparenza għal sussidji fil-forma ta' miżuri ta' tassazzjoni jikkonċernaw l-istess informazzjoni kif elenkata fil-paragrafu 1, ħlief għall-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (d) ta' dan il-paragrafu, li tista' tiġi pprovduta bħala medda.

3.   Barra mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar is-sussidju disponibbli skont il-paragrafu 4 jew 5.

4.   Għall-Unjoni, il-konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu tfisser li fir-rigward ta’ xi sussidju mogħti jew miżmum fit-territorju tagħha, fi żmien sitt xhur mill-għoti ta’ tas-sussidju, l-informazzjoni tkun disponibbli pubblikament, f’sit web uffiċjali jew bażi tad-data pubblika, li tippermetti lill-partijiet interessati biex jivvalutaw il-konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 366.

5.   Għar-Renju Unit, il-konformità mal-paragrafu 3 tfisser li r-Renju Unit għandu jiżgura:

(a)

jekk parti interessata tikkomunika lill-awtorità awtorizzanti li hija tista’ tapplika għal rieżami minn qorti jew tribunal ta’ :

(i)

l-għotja ta’ sussidju mill-awtorità awtorizzanti; jew

(ii)

kull deċiżjoni rilevanti mill-awtorità awtorizzanti jew il-korp jew awtorità indipendenti;

(b)

sussegwentement, fi żmien 28 jum mit-talba li tkun saret bil-miktub, l-awtorità awtorizzanti, il-korp jew l-awtorità indipendenti għandhom jipprovdu lil dik il-parti interessata l-informazzjoni li tippermetti lill-parti interessata biex tevalwa l-applikazzjoni tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 366, soġġett għal xi restrizzjonijiet proporzjonati li jsegwu objettiv leġittimu bħalma hija s-sensittività kummerċjali, kunfidenzjalità jew privileġġ legali.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi pprovduta lill-parti interessati għall-finijiet biex tgħinha tagħmel deċiżjoni infurmata dwar jekk tagħmilx talba jew biex tifhem u tidentifika sew il-kwistjonijiet li ma jaqblux mat-talba proposta.

6.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 372 u 373, "parti interessata" tfisser kull persuna fiżika jew legali, attur ekonomiku jew assoċjazzjoni ta’ atturi ekonomiċi li l-interess tagħhom jista’ jkun affettwat mill-għoti ta’ sussidju, b’mod partikulari il-benefiċjarju, l-atturi ekonomiċi li jkunu qed jikkompetu mal-benefiċjarju jew assoċjazzjoni tal-kummerċ rilevanti.

7.   L-obbligi f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Partijiet skont il-liġi rispettivi tagħhom dwar il-libertà tal-informazzjoni jew l-aċċess għal dokumenti.

Artikolu 370

Konsultazzjonijiet dwar il-kontroll fuq is-sussidji

1.   Jekk Parti tqis li jkun ingħata sussidju mill-Parti l-oħra jew li jkun hemm evidenza ċara li l-Parti l-oħra jkollha l-intenzjoni li tagħti sussidju, u li l-għoti tiegħu tas-sussidju jkollu jew jista’ jkollu effett negattiv fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet, hija tista’ titlob lill-Parti l-oħra spjega ta’ kif il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 366 ikunu ġew rispettati għar-rigward ta' dak is-sussidju.

2.   Parti tista’ titlob ukoll l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 369(1) sa fejn din tkun għadha ma ġietx magħmula disponibbli pubblikat f’sit web uffiċjali jew bażi tad-data pubblika skont l-Artikolu 369(1), jew ma tkunx ġiet magħmula disponibbli b’mod faċli li jista’ jiġi aċċessat malajr.

3.   Il-Parti l-oħra għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba bil-miktub mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tar-riċezzjoni tat-talba. Jekk ma tkunx tista’ tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni mitluba, dik il-Parti għandha tispjega n-nuqqas ta’ tali informazzjoni fit-tweġiba tagħha bil-miktub.

4.   Jekk, wara li tkun irċeviet l-informazzjoni mitluba, il-Parti rikjedenti tkun għadha tqis li s-sussidju mogħti, jew li jkun hemm intenzjoni li jingħata mill-Parti għandu jew jista’ jkollu effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet, il-Parti rikjedenti tista’ titlob konsultazzjoni fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u Żvilupp Sostenibbli. It-talba għandha tkun bil-miktub u għandha tinkludi spjegazzjoni tar-raġunijiet tal-Parti li tagħmel it-talba, għalfejn qiegħda titlob konsultazzjoni.

5.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u Żvilupp Sostenibbli għandu jagħmel kull sforz biex jasal għal riżoluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti tal-kwistjoni. Għandu jorganizza l-ewwel laqgħa tiegħu fi żmien 30 jum mit-talba għall-konsultazzjoni.

6.   Iż-żminijiet tal-konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 3 u 5 jistgħu jiġu estiżi bi ftehim bejn il-Partijiet.

Artikolu 371

Awtorità jew korp indipendenti u l-kooperazzjoni

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm awtorità jew korp operazzjonalment indipendenti bi rwol xieraq fir-reġim tagħha tal-kontroll tas-sussidji. Din l-awtorità jew dan il-korp indipendenti għandu jkollhom il-garanziji neċessarji ta’ indipendenza biex jeżerċitaw il-funzjonijiet operazzjonali tagħhom u għandhom jaġixxu b’mod imparzjali.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet jew lill-korpi indipendenti rispettivi tagħhom biex jikkooperaw ma’ xulxin dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-funzjonijiet rispettivi tagħhom, inkluża l-applikazzjoni tal-Artikoli 363 sa 369 kif applikabbli, fil-limiti stabbiliti mill-oqfsa legali rispettivi tagħhom. Il-Partijiet, jew l-awtoritajiet jew entitajiet indipendenti rispettivi tagħhom, jistgħu jaqblu dwar qafas separat rigward il-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet indipendenti.

Artikolu 372

Qrati u tribunali

1.   Kull Parti għandha tiżgura, skont il-liġijiet u l-proċeduri ġenerali u kostituzzjonali tagħha, li l-qrati jew it-tribunali tagħha jkunu kompetenti biex:

(a)

jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet dwar is-sussidju meħuda minn awtorità awtorizzanti jew, fejn rilevanti, l-awtorità jew korp indipendenti għall-konformità mal-liġi ta' dik il-Parti li timplimenta l-Artikolu 366;

(b)

jirrieżaminaw kull deċiżjoni rilevanti oħra tal-awtorità jew korp indipendenti u kull nuqqas rilevanti ta’ azzjoni;

(c)

jimponu rimedji li huma effettivi fir-rigward tal-punt (a) jew (b) ta' hawn fuq, inklużi s-sospensjoni, il-projbizzjoni jew ir-rekwiżit ta' azzjoni mill-awtorità awtorizzanti, l-għoti ta' danni, u l-irkupru ta’ sussidju mill-benefiċjarju tiegħu, jekk u sa fejn dawk ir-rimedji jkunu disponibbli taħt il-liġijiet rispettivi fid-data meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ;

(d)

jisimgħu talbiet minn partijiet interessati fir-rigward ta’ sussidji li huma soġġetti għal dan il-Kapitolu; jekk parti interessata jkollha locus standi biex tippreżenta talba fir-rigward ta’ sussidju skont il-liġi tal-Parti.

2.   Kull Parti għandu jkollha d-dritt li tintervjeni mal-permess, fejn meħtieġ, tal-Qorti jew tat-Tribunal ikkonċernat, f'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri ġenerali tal-Parti l-oħra fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi biex jinżammu jew, fejn meħtieġ, jinħolqu l-kompetenzi, ir-rimedji u d-drittijiet ta’ intervent imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u l-Artikolu 373, xejn f’dan l-Artikolu ma jeħtieġ li xi waħda mill-Partijiet toħloq ta’ drittijiet ta’ azzjoni, rimedji, proċeduri jew twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni jew ir-raġunijiet għal rieżami tal-awtoritajiet pubbliċi rispettivi tagħhom, lil hinn minn dawk eżistenti fil-liġi tagħhom fid-data li dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.

4.   Xejn f’dan l-Artikolu ma jeħtieġ li xi waħda mill-Partijiet twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni jew ir-raġunijiet ta’ rieżami mill-qrati u t-tribunali tal-Atti tal-Parlament tar-Renju Unit, l-Atti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew l-atti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea lil hinn minn dawk eżistenti fil-liġi tagħha fid-data li dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ (57).

Artikolu 373

Rkupru

1.   Kull Parti għandha jkollha stabbilit mekkaniżmu għall-irkupru fir-rigward ta’ sussidji, f’konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għal rimedji oħra li jeżistu fil-liġi ta’ dik il-Parti (58).

2.   Kull Parti għandha tiżgura li, dment li l-parti interessata kif definita fl-Artikolu 369 tkun ikkontestat deċiżjoni biex tingħata sussidju quddiem qorti jew tribunal fil-perjodu ta' żmien speċifikat, kif definit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-irkupru jista’ jiġi ordnat jekk qorti jew tribunal ta’ Parti jikkonstataw li sar żball materjali tal-liġi, f’li:

(a)

miżura li tikkostitwixxi sussidju ma kinitx trattata minn min ta dak is-sussidju bħala sussidju;

(b)

min jagħti s-sussidju jkun naqas li japplika l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 366 kif implimentati fil-liġi ta’ dik il-Parti, jew applikahom b’tali mod li jaqgħu taħt l-istandard ta’ rieżami applikabbli fil-liġi ta’ dik il-Parti; jew

(c)

min jagħti s-sussidju, billi jiddeċiedi li jagħti dan is-sussidju, ikun aġixxa barra l-ambitu tas-setgħat tiegħu jew ikun għamel użu ħażin ta' dawn is-setgħat fir-rigward tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 366, kif implimentati fil-liġi ta' dik il-Parti.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-perjodu ta’ żmien speċifikat għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)

għall-Unjoni, dan għandu jibda fid-data li fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 369 (1), (2) u (4) tkun saret disponibbli fis-sit web uffiċjali jew fil-bażi ta’ data pubblika u ma tkunx iqsar minn xahar;

(b)

għar-Renju Unit:

(i)

għandu jibda fid-data li fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 369(1) u (2) tkun saret disponibbli fis-sit web uffiċjali jew fil-bażi ta’ data pubblika;

(ii)

għandha tintemm xahar wara, sakemm, qabel dik id-data, il-parti interessata ma tkunx talbet informazzjoni skont il-proċess speċifikat fl-Artikolu  369(5);

(iii)

ladarba l-parti interessata tkun irċeviet l-informazzjoni identifikata fil-punt (b) tal-Artikolu 369(5) suffiċjenti għall-finijiet identifikati fl-Artikolu  369(5), għandu jkun hemm perjodu ieħor ta’ xahar li fi tmiemu għandu jintemm il-perjodu ta’ żmien speċifikat;

(iv)

id-data tar-riċezzjoni tal-informazzjoni fil-punt (iii) ser tkun id-data li fiha l-awtorità awtorizzanti tiċċertifika li hija pprovdiet l-informazzjoni identifikata fil-punt (b) tal-Artikolu 369(5) suffiċjenti għal dawk l-għanijiet, irrispettivament minn korrispondenza ulterjuri jew kjarifika wara dik id-data;

(v)

il-perjodi ta' żmien identifikati fil-punti (i), (ii) u (iii) jistgħu jiżdiedu bil-leġiżlazzjoni.

4.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3 fir-rigward ta’ skemi, il-perjodu ta’ żmien speċifikat jibda meta tiġi ppubblikata l-informazzjoni skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu, mhux meta jsiru pagamenti sussegwenti, fejn:

(a)

sussidju apparentement jingħata skont it-termini ta’ skema;

(b)

il-manifattur tal-iskema jkun għamel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni meħtieġa li tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 369(1) u (2) fir-rigward tal-iskema; u

(c)

l-informazzjoni pprovduta dwar l-iskema skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu fiha informazzjoni dwar is-sussidju li tippermetti lil parti interessata tiddetermina jekk tistax tiġi affettwata mill-iskema, li bħala minimu għandha tkopri l-għan tas-sussidju, il-kategoriji ta’ benefiċjarji, it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għas-sussidju u l-bażi għall-kalkolu tas-sussidju (inkluża kull kundizzjoni rilevanti relatata mal-proporzjonijiet jew l-ammonti ta’ sussidju).

5.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-irkupru ta’ sussidju mhuwiex meħtieġ meta sussidju jingħata fuq il-bażi ta’ Att tal-Parlament tar-Renju Unit, ta’ att tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew ta' att tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

6.   Xejn f’dan l-Artikolu ma jżomm Parti milli tagħżel li tipprovdi sitwazzjonijiet addizzjonali fejn l-irkupru jkun rimedju, lil hinn minn dawk speċifikati f’dan l-Artikolu, skont il-liġi tagħha.

7.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-irkupru huwa għodda importanti ta’ rimedju f’kull sistema ta’ kontroll tas-sussidji. Fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, il-Partijiet għandhom, fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija, jikkunsidraw mekkaniżmi addizzjonali jew alternattivi għall-irkupru, kif ukoll emendi korrispondenti għal dan l-Artikolu. Fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija, kull Parti tista’ tipproponi emendi li jippermettu arranġamenti differenti għall-mekkaniżmi rispettivi tagħhom għall-irkupru. Parti għandha tikkunsidra proposta magħmula mill-Parti l-oħra in bona fede u taqbel magħha, sakemm dik il-Parti tqis li jkun fiha arranġamenti li jirrappreżentaw mill-inqas mezz effettiv li jiżgura l-irkupru daqs il-mekkaniżmi eżistenti tal-Parti l-oħra. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ sussegwentement jagħmel emendi korrispondenti għal dan l-Artikolu (59).

Artikolu 374

Miżuri ta’ rimedju

1.   Parti tista’ twassal lill-Parti l-oħra talba bil-miktub għal informazzjoni u konsultazzjonijiet rigward sussidju li hija tqis li tikkawża, jew hemm riskju serju li dan jikkawża, effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet. F’din it-talba, il-Parti rikjedenti għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-Partijiet ikunu jistgħu jsibu soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, inkluża deskrizzjoni tas-sussidju u t-tħassib tal-Parti li tagħmel it-talba rigward l-effett tagħha fuq il-kummerċ jew l-investiment.

2.   Mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tar-riċezzjoni tat-talba, il-Parti li ssirilha t-talba għandha tagħti tweġiba bil-miktub li tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Parti rikjedenti, u l-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet, li jitqiesu konklużi 60 jum mid-data tal-kunsinna ta’ dik it-talba, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor. Il-konsultazzjonijiet, u b’mod partikolari l-informazzjoni kollha ddeżinjata bħala kunfidenzjali u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu kunfidenzjali u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' xi waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe proċediment ulterjuri.

3.   Mhux aktar kmieni minn 60 jum mid-data tal-kunsinna tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Parti rikjedenti tista’ unilateralment tieħu miżuri ta’ rimedju xierqa jekk ikun hemm evidenza li sussidju tal-Parti li ssirilha t-talba jikkawża, jew ikun hemm riskju serju li dan jikkawża, effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.

4.   Mhux aktar kmieni minn 45 jum mid-data tal-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Parti rikjedenti għandha tinnotifika lill-Parti li ssirilha t-talba dwar il-miżuri ta’ rimedju li biħsiebha tieħu skont il-paragrafu 3. Il-Parti rikjedenti għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-miżuri li biħsiebha tieħu biex il-Partijiet ikunu jistgħu jsibu soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat. Il-Parti rikjedenti ma tistax tieħu dawk il-miżuri ta’ rimedju qabel 15-il jum mid-data tal-kunsinna tan-notifika ta’ dawk il-miżuri lill-Parti li ssirilha t-talba.

5.   Il-valutazzjoni minn Parti jekk teżistix theddida ta' dannu serju għandha tkun ibbażata fuq il-fatti u mhux sempliċiment fuq allegazzjoni, konġettura jew possibbiltà remota. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi li toħloq sitwazzjoni meta s-sussidju jikkawża tali effett negattiv sinifikanti, trid tkun prevedibbli b’mod ċar.

6.   Il-valutazzjoni minn Parti tal-eżistenza ta’ sussidju jew ta’ effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet ikkawżat mis-sussidju għandha tkun ibbażata fuq evidenza affidabbli u mhux biss fuq suppożizzjonijiet jew possibbiltà remota, u għandha tkun relatata ma’ prodotti identifikabbli, fornituri ta’ oġġetti jew atturi ekonomiċi oħra, inkluż, jekk rilevanti, fil-każ ta’ skemi ta’ sussidju.

7.   Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jżomm lista illustrattiva ta’ dak li jista’ jammonta għal effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet skont it-tifsira ta' dan l-Artikolu . Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li jadottaw miżuri ta’ rimedju.

8.   Il-miżuri ta’ rimedju meħuda skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu ristretti għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat sabiex jiġi rimedjat l-effett negattiv sinifikanti kkawżat jew biex jiġi indirizzat ir-riskju serju ta’ tali effett. Għandha tingħata prijorità għal dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.

9.   Fi żmien ħamest ijiem mid-data li fiha l-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 3 jidħlu fis-seħħ u mingħajr ma jkun hemm rikors minn qabel għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 738, il-Parti notifikata tista’ titlob, skont l-Artikolu 739(2), l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ permezz ta’ talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti rikjedenti sabiex it-tribunal tal-arbitraġġ jiddeċiedi jekk:

(a)

miżura ta’ rimedju meħuda mill-Parti rikjedenti tkun inkonsistenti mal-paragrafu 3 jew 8;

(b)

il-Parti rikjedenti ma pparteċipatx fil-konsultazzjonijiet wara li l-Parti rikjesta tkun tat l-informazzjoni mitluba u qablet li jsiru tali konsultazzjonijiet; jew

(c)

kien hemm nuqqas milli tittieħed jew tiġi nnotifikata miżura ta’ rimedju skont il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 3 jew 4 rispettivament.

Din it-talba ma għandux ikollha effett sospensiv fuq il-miżuri ta’ rimedju. Barra minn hekk, it-tribunal tal-arbitraġġ ma għandux jivvaluta l-applikazzjoni mill-Partijiet tal-Artikoli 366 u 367.

10.   It-tribunal tal-arbitraġġ stabbilit wara t-talba msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu għandu jmexxi l-proċedimenti tiegħu skont l-Artikolu 760 u jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fi żmien 30 jum mit-twaqqif tiegħu.

11.   Fil-każ ta’ deċiżjoni kontra l-Parti konvenuta, il-Parti konvenuta għandha, mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ, tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet biex tikkonforma ma’ dik id-deċiżjoni.

12.   Sussegwentement għal deċiżjoni kontra l-Parti konvenuta fil-proċedura msemmija fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, il-Parti lmentatriċi tista’ titlob lit-tribunal tal-arbitraġġ, fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni tiegħu, biex jiddetermina livell ta’ sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim jew ftehim supplimentari li ma jaqbiżx il-livell ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment ikkawżat mill-applikazzjoni tal-miżuri rimedjali, jekk issib li l-inkonsistenza tal-miżuri rimedjali mal-paragrafu 3 jew 8 ta' dan l-Artikolu hija sinifikanti. It-talba għandha tipproponi livell ta' sospensjoni tal-obbligi f'konformità mal-prinċipji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 761. Il-Parti lmentatriċi tista’ tissospendi l-obbligi skont dan il-Ftehim jew ftehim supplimentari skont il-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi stabbilit mit-tribunal tal-arbitraġġ. Tali sospensjoni ma għandhiex tiġi applikata qabel 15-il jum wara tali deċiżjoni.

13.   Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew xi ftehim internazzjonali ieħor biex il-Parti l-oħra tiġi prekluża milli tieħu miżuri skont dan l-Artikolu, inkluż meta dawn il-miżuri jikkonsistu f’sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim jew ftehim supplimentari.

14.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk l-impożizzjoni jew iż-żamma ta’ miżuri ta’ rimedju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott humiex ristretti għal dak li huwa strettament neċessarju jew proporzjonat għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, Parti:

(a)

għandha tieħu kont tal-miżuri kumpensatorji applikati jew miżmuma skont l-Artikolu 32(3); u

(b)

tista' tieħu kont tal-miżuri anti-dumping applikati jew miżmuma skont l-Artikolu 32(3).

15.   Parti ma għandhiex tapplika simultanjament miżura ta’ rimedju skont dan l-Artikolu u miżura ta' riekwilibriju skont l-Artikolu 411 biex tirrimedja l-impatt fuq il-kummerċ jew l-investiment ikkawżat direttament mill-istess sussidju.

16.   Jekk Parti li kontra tagħha ttieħdu miżuri ta’ rimedju ma tippreżentax talba skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu f’perjodu ta’ żmien stipulat f’dan il-paragrafu, din il-Parti tista’ tibda proċedura ta’ arbitraġġ msemmija fl-Artikolu 739 biex tikkumbatti miżura ta’ rimedju fuq ir-raġunijiet stipulati fil-paragrafu 9 ta’ dan l- Artikolu mingħajr ma qabel tirrikorri għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 738. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta' urġenza għall-fini tal-Artikolu 744.

17.   Għall-finijiet tal-proċedimenti skont il-paragrafi 9 u 16, meta jivvaluta jekk miżura ta’ rimedju hijiex strettament meħtieġa jew proporzjonata, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jqis kif xieraq il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6, kif ukoll il-paragrafi 13, 14 u 15.

Artikolu 375

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.   Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, it-Titolu I tas-Sitt Parti japplika għal tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, ħlief għall-Artikoli 371 u 372.

2.   Tribunal ta' arbitraġġ ma għandu ebda ġuriżdizzjoni rigward:

(a)

sussidju individwali, inkluż jekk tali sussidju rrispettax il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 366(1), minbarra fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 367(2), l-Artikolu 367(3), (4) u (5), l-Artikolu 367(8) sa (11) u l-Artikolu 367(12); u

(b)

jekk ir-rimedju ta' rkupru fis-sens tal-Artikolu 373 ġiex applikat b'mod korrett fi kwalunkwe każ individwali.

3.   It-Titolu I tas-Sitt Parti għandu japplika għall-Artikolu 374 f'konformità ma' dak l-Artikolu u l-Artikolu 760.

KAPITOLU 4

INTRAPRIŻI TAL-ISTAT, INTRAPRIŻI MOGĦTIJA DRITTIJIET JEW PRIVILEĠĠI SPEĊJALI U MONOPOLJI DDEŻINJATI

Artikolu 376

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"arranġament" tfisser l-Arranġament għal Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati, żviluppat fil-qafas tal-OECD jew ta’ impriża suċċessur, kemm jekk żviluppata fi jew inkella barra mill-qafas tal-OECD, li tkun ġiet adottata minn tal-anqas 12-il Membru oriġinali tad-WTO li ilhom Parteċipanti għall-Arranġament mill-1 ta' Jannar 1979;

(b)

"attivitajiet kummerċjali" tfisser attivitajiet, li r-riżultat aħħari tagħhom huwa l-produzzjoni ta’ oġġett jew il-provvista ta’ servizz li għandu jinbiegħ fis-suq rilevanti fi kwantitajiet u bi prezzijiet iddeterminati minn impriża fil-funzjoni tal-kundizzjonijiet tal-provvista u tad-domanda, u li jitwettqu b’orjentazzjoni lejn il-kisba ta’ profitt; attivitajiet imwettqa minn intrapriża li topera fuq bażi mhux ta’ profitt jew fuq bażi ta’ rkupru tal-ispejjeż mhumiex attivitajiet imwettqa b’orjentazzjoni lejn il-kisba ta’ profitt;

(c)

"kunsiderazzjonijiet kummerċjali" tfisser kunsiderazzjonijiet tal-prezz, tal-kwalità, tad-disponibbiltà, kemm hu kummerċjabbli, tat-trasport u ta’ patti u ta’ kundizzjonijiet oħra tax-xiri jew tal-bejgħ, jew fatturi oħra li normalment jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ intrapriża bi sjieda privata li topera skont il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq rilevanti tan-negozju jew tal-industrija;

(d)

"entità koperta" tfisser:

(i)

monopolju ddeżinjat;

(ii)

impriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali; jew

(iii)

intrapriża tal-Istat;

(e)

"monopolju ddeżinjat" tfisser entità, li tinkludi konsorzju jew aġenzija tal-gvern, li f’suq rilevanti fit-territorju ta’ Parti tiġi ddeżinjata bħala l-uniku fornitur jew akkwirent ta’ prodott jew ta’ servizz, iżda ma tinkludix entità li tkun ingħatat dritt esklużiv ta’ proprjetà intellettwali purament minħabba tali għotja; f’dan il-kuntest, tiddeżinja tfisser li tistabbilixxi jew tawtorizza monopolju, jew li tespandi l-ambitu ta’ monopolju sabiex ikopri oġġett jew servizz addizzjonali;

(f)

"intrapriża" tfisser intrapriża kif definita fil-punt (g) tal-Artikolu 124;

(g)

"Impriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali" tfisser kwalunkwe impriża, pubblika jew privata, li lilha Parti tkun tat drittijiet jew privileġġi speċjali, fil-liġi jew fil-fatt;

(h)

"servizz ipprovdut fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva" tfisser servizz ipprovdut fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva kif definiti fil-GATS;

(i)

"drittijiet jew privileġġi speċjali" tfisser drittijiet jew privileġġi li bihom Parti tiddeżinja jew tillimita għal tnejn jew aktar in-numru ta’ impriżi awtorizzati sabiex ifornu oġġett jew servizz, għajr skont kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji, li jaffettwaw sostanzjalment l-abbiltà ta’ kwalunkwe impriża oħra sabiex tipprovdi l-istess oġġett jew servizz fl-istess żona ġeografika taħt kundizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti;

(j)

"impriża tal-Istat" tfisser impriża li fiha Parti:

(i)

tkun is-sid dirett ta’ aktar minn 50 % tal-kapital azzjonarju;

(ii)

tikkontrolla, direttament jew indirettament, l-eżerċizzju ta’ aktar minn 50% tad-drittijiet tal-vot;

(iii)

ikollha s-setgħa li taħtar maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi jew ta’ kwalunkwe korp maniġerjali ekwivalenti ieħor; jew

(iv)

ikollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq l-intrapriża. Għall-istabbiliment ta’ kontroll, l-elementi legali u fattwali rilevanti kollha għandhom jitqiesu każ b’każ.

Artikolu 377

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għall-entitajiet koperti, fil-livelli kollha tal-gvern, involuti f’attivitajiet kummerċjali. Jekk entità koperta twettaq kemm attivitajiet kummerċjali kif ukoll attivitajiet mhux kummerċjali, huma biss l-attivitajiet kummerċjali li jkunu koperti minn dan il-Kapitolu.

2.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal:

(a)

entitajiet koperti meta jaġixxu bħala entitajiet tal-akkwist, kif definit fl-Anness 1 sa 3 tal-Appendiċi 1 għal-GPA ta' kull Parti u l-paragrafu 1 tas-subtaqsimiet rispettivi ta’ kull Parti fit-Taqsima B tal-Anness 25 rispettivi tagħhom, li jagħmlu akkwist kopert kif definit fl-Artikolu 277(2);

(b)

kwalunkwe servizz ipprovdut fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva.

3.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal entità koperta, jekk fi kwalunkwe waħda mit-tliet snin kontabilistiċi konsekuttivi preċedenti, id-dħul annwali derivat mill-attivitajiet kummerċjali tal-impriża jew tal-monopolju kkonċernat kien anqas minn 100 miljun Dritt Speċjali ta’ Prelevament.

4.   L-Artikolu 380 ma japplikax għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji minn entità koperta skont mandat tal-gvern, jekk dak il-forniment ta’ servizzi finanzjarji:

(a)

jappoġġa l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet, dment li dawk is-servizzi:

(i)

mhumiex maħsuba biex jispustaw il-finanzjament kummerċjali; jew

(ii)

huma offruti b’patti mhux aktar favorevoli minn dawk li jistgħu jinkisbu għal servizzi finanzjarji komparabbli fis-suq kummerċjali; jew

(b)

jappoġġa l-investiment privat barra mit-territorju tal-Parti, dment li dawn is-servizzi huma:

(i)

mhumiex maħsuba biex jispustaw il-finanzjament kummerċjali; jew

(ii)

huma offruti b’patti mhux aktar favorevoli minn dawk li jistgħu jinkisbu għal servizzi finanzjarji komparabbli fis-suq kummerċjali; jew

(c)

hu offrut b’patti konsistenti ma' dan l-Arranġament, jekk il-forniment ta' dawn is-servizzi jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Arranġament.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 380 ma japplikax għas-setturi li ġejjin: is-servizzi awdjoviżivi; il-kabotaġġ marittimu nazzjonali (60); u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, kif stabbilit fl-Artikolu 123(5).

6.   L-Artikolu 380 ma japplikax sa fejn entità koperta ta’ Parti tixtri jew tbigħ oġġetti jew servizzi skont:

(a)

kwalunkwe miżura eżistenti mhux konformi li l-Parti żżomm, tkompli ġġedded jew temenda skont l-Artikolu 133(1) jew 139(1) kif stabbilit fl-Iskedi tagħha għall-Annessi 19 u 20, kif applikabbli; jew

(b)

kwalunkwe miżura mhux konformi li l-Parti tadotta jew iżżomm fir-rigward ta’ setturi, sottosetturi, jew attivitajiet skont l-Artikolu 133(2) jew 139(2) kif stabbilit fl-Iskedi tagħha għall-Annessi 19 u 20, kif applikabbli.

Artikolu 378

Relazzjoni mal-Ftehim tad-WTO

Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu XVII tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar l-Interpretazzjoni tal-Artikolu XVII tal-GATT 1994, kif ukoll skont il-paragrafi 1, 2 u 5 tal-Artikolu VIII tal-GATS.

Artikolu 379

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi ta’ kull Parti skont dan il-Kapitolu, xejn f’dan il-Kapitolu ma jżomm lil Parti milli tistabbilixxi jew iżżomm entità koperta.

2.   L-ebda Parti ma għandha titlob jew tinkoraġġixxi entità koperta biex taġixxi f’manjiera inkonsistenti ma’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 380

Trattament nondiskriminatorju u kunsiderazzjonijiet kummerċjali

1.   Kull Parti għandha tiżgura li kull waħda mill-entitajiet koperti tagħha, meta tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali:

(a)

taġixxi skont kunsiderazzjonijiet kummerċjali fix-xiri jew bejgħ minnha ta’ prodott jew ta’ servizz, ħlief biex tissodisfa xi terminu tal-mandat tagħha ta’ servizz pubbliku li ma jkunx inkonsistenti mal-punt (b) jew (c);

(b)

fix-xiri minnha ta’ prodott jew ta’ servizz:

(i)

tagħti lil prodott jew servizz forniti minn intrapriża tal-Parti l-oħra trattament xejn anqas favorevoli milli tagħti lil prodotti jew servizzi simili forniti minn impriżi tal-Parti; u

(ii)

tagħti lil oġġett jew servizz forniti minn entità koperta fit-territorju tal-Parti trattament xejn anqas favorevoli milli j tagħti lil oġġetti jew servizzi simili forniti minn impriżi tal-Parti fis-suq rilevanti fit-territorju tal-Parti; u

(c)

fil-bejgħ minnha ta’ oġġett jew servizz:

(i)

tagħti lil intrapriża tal-Parti l-oħra trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti lill-intrapriżi tal-Parti; u

(ii)

tagħti lil entità koperta fit-territorju tal-Parti trattament xejn anqas favorevoli milli tagħti lil impriżi tal-Parti fis-suq rilevanti fit-territorju tal-Parti (61).

2.   Il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 ma jipprekludux entità koperta milli:

(a)

tixtri jew tipprovdi oġġetti jew servizzi fuq termini jew kundizzjonijiet differenti, inklużi termini jew kundizzjonijiet relatati mal-prezz, dment li tali termini jew kundizzjonijiet differenti huma skont kunsiderazzjonijiet kummerċjali; jew

(b)

tirrifjuta li tixtri jew tforni oġġetti jew servizzi, dment li tali rifjut isir f’konformità mal-kunsiderazzjonijiet kummerċjali.

Artikolu 381

Qafas regolatorju

1.   Kull Parti għandha tirrispetta u tagħmel l-aħjar użu mill-istandards internazzjonali rilevanti inklużi l-Linji Gwida tal-OECD dwar il-Governanza Korporattiva tal-Impriżi tal-Istat.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe korp regolatorju, u kwalunkwe korp ieħor li jeżerċita funzjoni regolatorja, li l-Parti tistabbilixxi jew iżżomm:

(a)

ikun indipendenti minn, u ma jkunx responsabbli għal, xi waħda mill-impriżi regolati minn dak il-korp; u

(b)

f’ċirkustanzi simili, jaġixxi b’mod imparzjali fir-rigward tal-impriżi kollha regolati minn dak il-korp, inklużi l-entitajiet koperti; l-imparzjalità li biha l-korp jeżerċita l-funzjonijiet regolatorji tiegħu trid tiġi vvalutata skont mudell ġenerali jew prattika ta’ dak il-korp.

Għal dawk is-setturi li fihom il-Partijiet ikunu qablu dwar obbligi speċifiċi relatati ma’ tali korp f’dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim għandhom jipprevalu.

3.   Kull Parti għandha tapplika l-liġijiet u r-regolamenti tagħha għal entitajiet koperti b’mod konsistenti u nondiskriminatorju.

Artikolu 382

Skambju ta’ informazzjoni

1.   Parti li jkollha raġuni sabiex temmen li l-interessi tagħha skont dan il-Kapitolu jkunu qed jiġu affettwati ħażin mill-attivitajiet kummerċjali ta’ entità tal-Parti l-oħra tista’ titlob lill-Parti l-oħra bil-miktub sabiex tipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet kummerċjali tal-entità relatata mat-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu f’konformità mal-paragrafu 2.

2.   Sakemm it-talba msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi spjegazzjoni ta’ kif l-attivitajiet tal-entità jistgħu jkunu qed jaffettwaw l-interessi tal-Parti rikjedenti skont dan il-Kapitolu u tindika liema mill-kategoriji ta’ informazzjoni li ġejjin hija pprovduta jew għandha tiġi pprovduta, il-Parti rikjesta għandha tipprovdi l-informazzjoni hekk mitluba:

(a)

is-sjieda u l-istruttura tal-votazzjoni tal-entità, b’indikazzjoni tal-perċentwal kumulattiv tal-ishma u l-perċentwal ta’ drittijiet tal-vot li l-Parti rikjesta, u l-entitajiet koperti tagħha b’mod kumulattiv għandhom fl-entità;

(b)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe sehem speċjali jew ta’ dritt speċjali tal-vot jew ta’ drittijiet oħra li l-Parti rikjesta, l-entitajiet koperti tagħha jkollhom, sa fejn dawn id-drittijiet ikunu differenti minn dawk marbuta mal-ishma komuni ġenerali tal-entità;

(c)

deskrizzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-entità u tal-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi tagħha jew ta’ kwalunkwe korp ekwivalenti;

(d)

deskrizzjoni tad-dipartimenti tal-gvern jew tal-korpi pubbliċi li jirregolaw jew jimmonitorjaw l-entità, deskrizzjoni tal-obbligi ta’ rapportar imposti fuqha minn dawk id-dipartimenti jew il-korpi pubbliċi, u d-drittijiet u l-prattiki ta’ dawk id-dipartimenti jew il-korpi pubbliċi fir-rigward tal-ħatra, tas-sensja jew tar-remunerazzjoni ta’ eżekuttivi superjuri ta’ membri tal-bord tad-diretturi tagħha jew ta’ kwalunkwe korp ekwivalenti;

(e)

id-dħul annwali u l-assi totali tal-entità tul l-aktar perjodu ta’ tliet snin reċenti li għalih ikun hemm informazzjoni disponibbli;

(f)

kwalunkwe eżenzjoni, immunità u miżura ta’ akkumpanjament li minnha l-entità tibbenefika skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti rikjesta;

(g)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward l-entità li hi disponibbli pubblikament, li tinkludi rapporti finanzjarji annwali u awditi minn partijiet terzi.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jesiġu li Parti tiżvela informazzjoni kunfidenzjali li l-iżvelar tagħha jkun inkonsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, ikun jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella jkun imur b’xi mod ieħor kontra l-interess pubbliku jew ikun jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriżi partikolari.

4.   Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, il-Parti li ssirilha t-talba għandha tipprovdi lill-Parti rikjedenti, bil-miktub, ir-raġunijiet għaliex dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli.

KAPITOLU 5

TASSAZZJONI

Artikolu 383

Governanza tajba

Il-Partijiet jirrikonoxxu u jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw il-prinċipji ta’ governanza tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa, b’mod partikolari l-istandards globali dwar it-trasparenza tat-taxxa u l-iskambju tal-informazzjoni u kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-taxxa. Il-Partijiet itennu l-appoġġ tagħhom għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-OECD għall-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (Base Erosion and Profit Shifting, BEPS) u jaffermaw l-impenn tagħhom li jimplimentaw l-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS. Il-Partijiet jippromwovu l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni u jiffaċilitaw il-ġbir tad-dħul mit-taxxa.

Artikolu 384

Standards tat-tassazzjoni

1.   Parti ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni previst fil-leġiżlazzjoni tagħha fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni taħt il-livell previst mill-istandards u mir-regoli li ġew miftiehma fl-OECD fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, rigward:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni kemm jekk fuq talba, spontanjament jew awtomatikament, dwar il-kontijiet finanzjarji, id-deċiżjonijiet tat-taxxa transfruntiera, ir-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, u l-arranġamenti potenzjali transfruntieri ta’ ppjanar tat-taxxa;

(b)

ir-regoli dwar il-limitazzjoni tal-imgħax, korporazzjonijiet barranin ikkontrollati u diskrepanzi ibridi.

2.   Parti ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni previst fil-leġiżlazzjoni tagħha fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tar-rapportar pubbliku pajjiż b’pajjiż mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mid-ditti tal-investiment, ħlief ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi.

Artikolu 385

Riżoluzzjoni tat-tilwim

Dan il-Kapitolu ma għandux ikun soġġett għar-riżoluzzjoni tat-tilwim taħt it-Titolu I tas-Sitt Parti.

KAPITOLU 6

STANDARDS TAX-XOGĦOL U SOĊJALI

Artikolu 386

Definizzjoni

1.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, "livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali" tfisser il-livelli ta' protezzjoni previsti b'mod globali fil-liġi u fl-istandards (62) ta’ Parti, f'kull wieħed minn dawn l-oqsma:

(a)

drittijiet fundamentali fix-xogħol;

(b)

l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(c)

kundizzjonijiet tax-xogħol u standards tal-impjieg ġusti;

(d)

id-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni fil-livell tal-kumpaniji; jew

(e)

ristrutturar ta’ impriżi.

2.   Għall-Unjoni, "livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali" tfisser livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali li huma applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni u li huma komuni fihom.

Artikolu 387

Nonrigressjoni mill-livelli ta’ protezzjoni

1.   Il-Partijiet jaffermaw id-dritt ta’ kull Parti li tistabbilixxi l-politiki u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma koperti minn dan il-Kapitolu, li tiddetermina l-livelli ta’ protezzjoni li tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk li jaqgħu f’dan il-Kapitolu.

2.   Parti ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas, b’mod li jaffettwa l-kummerċ jew l-investiment, il-livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali taħt il-livelli fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż billi tonqos milli tinforza b’mod effettiv il-liġi u l-istandards tagħha.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li kull Parti żżomm id-dritt li teżerċita diskrezzjoni raġonevoli u li tieħu deċiżjonijiet in bona fide rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-infurzar tax-xogħol fir-rigward ta’ liġi tax-xogħol oħra determinata li jkollha prijorità ogħla, sakemm l-eżerċizzju ta’ dik id-diskrezzjoni, u dawk id-deċiżjonijiet, ma jkunux inkonsistenti mal-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu.

4.   Il-Partijiet għandhom ikomplu jagħmlu ħilithom biex iżidu l-livell rispettiv tagħhom ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali skont dan il-Kapitolu.

Artikolu 388

Infurzar

Għall-finijiet tal-infurzar kif imsemmi fl-Artikolu 387 kull Parti għandu jkollha u żżomm sistema għal infurzar domestiku effettiv, u b’mod partikolari sistema effettiva ta’ spezzjonijiet tax-xogħol f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħha relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u mal-protezzjoni tal-ħaddiema; tiżgura li jkunu disponibbli proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji li jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-individwi bil-locus standi jippreżentaw azzjoni fil-ħin kontra ksur tal-liġi tax-xogħol u l-istandards soċjali; u tipprovdi rimedji xierqa u effettivi, inkluż provvediment proviżorju, kif ukoll sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi. Fl-implimentazzjoni domestika u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 387, kull Parti għandha tirrispetta r-rwol u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, jekk rilevanti, skont il-liġi u l-prattika applikabbli.

Artikolu 389

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha permezz ta’ djalogu, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jindirizzaw kull nuqqas ta’ qbil dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

2.   B'deroga mit-Titolu I tas-Sitt Parti, fil-każ ta' tilwim bejn il-Partijiet rigward l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandu jkollhom rikors esklużivament għall-proċeduri stabbiliti taħt l-Artikoli 408, 409 u 410.

KAPITOLU 7

AMBJENT U KLIMA

Artikolu 390

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, "livell ta’ protezzjoni ambjentali" tfisser il-livell ta’ protezzjoni previsti b’mod ġenerali fil-liġi ta’ Parti li għandu l-iskop li jipproteġi l-ambjent, inkluża l-prevenzjoni ta’ ħsara lill-ħajja jew lis-saħħa tal-bniedem minn impatti ambjentali, inkluż f’kull wieħed mill-oqsma li ġejjin:

(a)

emissjonijiet industrijali;

(b)

emissjonijiet fl-arja u kwalità tal-arja;

(c)

natura u konservazzjoni tal-bijodiversità;

(d)

immaniġġar tal-iskart;

(e)

protezzjoni u ħarsien tal-ambjent akkwatiku;

(f)

protezzjoni u ħarsien tal-ambjent tal-baħar;

(g)

il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżultaw mill-produzzjoni, l-użu, ir-rilaxx u r-rimi ta’ sustanzi kimiċi; jew

(h)

il-ġestjoni tal-impatti fuq l-ambjent mill-produzzjoni agrikola jew alimentari, speċjalment minħabba l-użu ta’ antibijotiċi u dekontaminanti.

2.   Għall-Unjoni, "livelli ta’ protezzjoni ambjentali" tfisser livelli ta’ protezzjoni ambjentali li huma applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni u li huma komuni fihom.

3.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu "livell ta' protezzjoni klimatika" tfisser il-livell ta’ protezzjoni fir-rigward tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u sustanzi qerrieda tal-ożonu. Fir-rigward tal-gassijiet serra, dan ifisser:

(a)

għall-Unjoni, il-mira ta’ 40 % fl-ekonomija kollha sal-2030, inkluża s-sistema tal-Unjoni tal-ipprezzar;

(b)

għar-Renju Unit, is-sehem tar-Renju Unit fl-ekonomija kollha ta’ din il-mira għall-2030, inkluża s-sistema tar-Renju Unit għall-ipprezzar tal-karbonju.

Artikolu 391

Nonrigressjoni mill-livelli ta’ protezzjoni

1.   Il-Partijiet jaffermaw id-dritt ta’ kull Parti li tistabbilixxi l-politiki u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma koperti minn dan il-Kapitolu, li tiddetermina l-livelli ta’ protezzjoni ambjentali jew livelli ta’ protezzjoni klimatika li tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu.

2.   Parti ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas, b’mod li jaffettwa l-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet, il-livelli ambjentali tagħha ta’ protezzjoni jew il-livell ta’ protezzjoni klimatika tagħha taħt il-livelli li huma fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż billi tonqos milli tinforza b’mod effettiv il-liġi ambjentali jew il-livell ta’ protezzjoni tal-klima tagħha.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li kull Parti żżomm id-dritt li teżerċita diskrezzjoni raġonevoli u li tieħu deċiżjonijiet in bona fide rigward l-allokazzjoni ta’ riżorsi ta’ infurzar ambjentali fir-rigward ta’ liġijiet ambjentali oħra u politiki dwar il-klima determinati li jkollhom prijoritajiet ogħla, sakemm l-eżerċizzju ta’ dik id-diskrezzjoni, u dawk id-deċiżjonijiet, ma jkunux inkonsistenti mal-obbligi tagħha taħt dan il-Kapitolu.

4.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, sa fejn il-miri huma previsti fil-liġi ta’ Parti fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 390, dawn jiġu inklużi fil-livelli ta' protezzjoni ambjentali ta' Parti fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni. Dawn il-miri jinkludu dawk li l-kisba tagħhom hija prevista għal data li hija sussegwenti għal it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għas-sustanzi qerrieda tal-ożonu.

5.   Il-Partijiet għandhom ikomplu jagħmlu ħilithom biex iżidu l-livelli ta’ protezzjoni ambjentali rispettivi tagħhom jew il-livelli ta’ protezzjoni klimatika rispettiv tagħhom, kif imsemmi f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 392

Prezzar tal-karbonju

1.   Kull Parti għandu jkollha fis-seħħ sistema effettiva ta’ pprezzar tal-karbonju mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.   Kull sistema għandha tkopri l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku, mill-ġenerazzjoni tas-saħħa, mill-industrija u mill-avjazzjoni.

3.   L-effettività tas-sistemi tal-ipprezzar tal-karbonju rispettivi tal-Partijiet għandha tippreserva l-livell ta' protezzjoni previst fl-Artikolu 391.

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-avjazzjoni għandha tiġi inkluża fi żmien mhux itwal minn sentejn, jekk ma tkunx diġà inkluża. L-ambitu tas-sistema tal-Unjoni ta’ pprezzar tal-karbonju għandu jkopri titjiriet li jitilqu miż-Żona Ekonomika Ewropea lejn ir-Renju Unit.

5.   Kull Parti għandha żżomm is-sistema tagħha tal-ipprezzar tal-karbonju sakemm din tkun għodda effettiva għal kull Parti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u, fi kwalunkwe każ, għandha tippreserva l-livell ta' protezzjoni previst fl-Artikolu 391.

6.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw dwar l-ipprezzar tal-karbonju. Għandhom jikkunsidraw serjament li jorbtu s-sistemi rispettivi tagħhom tal-ipprezzar tal-karbonju b’mod li jippreserva l-integrità ta’ dawn is-sistemi u jipprevedi l-possibbiltà li tiżdied l-effettività tagħhom.

Artikolu 393

Prinċipji ambjentali u klimatiċi

1.   B’kont meħud tal-fatt li l-Unjoni u r-Renju Unit jikkondividu bijosfera komuni fir-rigward tat-tniġġis transfruntier, kull Parti timpenja ruħha li tirrispetta l-prinċipji ambjentali rikonoxxuti internazzjonalment li hija impenjat ruħha għalihom, bħal fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio de Janeiro fl-14 ta' Ġunju 1992 (id-"Dikjarazzjoni Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp"), u fi ftehimiet ambjentali multilaterali, inkluż il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, magħmula fi New York fid-9 ta' Mejju 1992 ("UNFCCC") u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, magħmula f’Rio de Janeiro fil-5 ta' Ġunju 1992 (il-"Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika"), b’mod partikolari:

(a)

il-prinċipju li l-ħarsien tal-ambjent għandu jiġi integrat fit-tfassil tal-politiki, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt;

(b)

il-prinċipju ta’ azzjoni preventiva biex tiġi evitata l-ħsara ambjentali;

(c)

l-approċċ ta' prekawzjoni msemmi fl-Artikolu 356(2);

(d)

il-prinċipju li l-ħsara lill-ambjent jenħtieġ li, bħala prijorità, tissewwa f’ras il-għajn; u

(e)

il-prinċipju li “min iniġġes iħallas”.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenji rispettivi tagħhom għal proċeduri għall-evalwazzjoni tal-impatt mistenni ta’ attività proposta fuq l-ambjent, u jekk proġetti, pjanijiet u programmi speċifikati x’aktarx ikollhom effetti ambjentali, inklużi tas-saħħa, sinifikanti, inkluża valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew valutazzjoni jew valutazzjoni ambjentali strateġika, kif ikun xieraq.

3.   Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu, jekk xieraq u f’konformità mal-liġijiet tagħha, id-determinazzjoni tal-ambitu ta’ rapport ambjentali u t-tħejjija tiegħu, it-twettiq ta’ parteċipazzjoni u konsultazzjonijiet pubbliċi u l-kunsiderazzjoni tar-rapport ambjentali u r-riżultati u tar-riżultati tal-parteċipazzjoni u tal-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-proġett approvat, jew fil-pjan jew il-programm adottat.

Artikolu 394

Infurzar

1.   Għall-fini tal-infurzar kif imsemmi fl-Artikolu 391, kull Parti għandha, f'konformità mal-liġijiet domestiċi tagħha, tiżgura li:

(a)

l-awtoritajiet domestiċi kompetenti biex jinfurzaw il-liġi rilevanti fir-rigward tal-ambjent u l-klima jqisu b’mod xieraq il-ksur allegat ta’ tali liġi li jiġu għall-attenzjoni tagħhom; dawn l-awtoritajiet għandu jkollhom disponibbli rimedji adegwati u effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni kif ukoll sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi jekk xieraq; u

(b)

ikunu disponibbli proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji nazzjonali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi b’interess suffiċjenti li jippreżentaw azzjonijiet kontra ksur ta’ liġi ambjentali u li jfittxu rimedji effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni, u li l-proċedimenti ma jkunux għaljin b’mod projbittiv u jitwettqu b’mod ġust, ekwu u trasparenti.

Artikolu 395

Kooperazzjoni fil-monitoraġġ u fl-infurzar

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni Ewropea u l-korpi superviżorji tar-Renju Unit jiltaqgħu b'mod regolari ma' xulxin u jikkooperaw fuq il-monitoraġġ u l-infurzar effettiv tal-liġi fir-rigward tal-ambjent u l-klima kif imsemmi fl-Artikolu 391.

Artikolu 396

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha permezz ta’ djalogu, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jindirizzaw kull nuqqas ta’ qbil dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

2.   B'deroga mit-Titolu I tas-Sitt Parti, fil-każ ta' tilwim bejn il-Partijiet rigward l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandu jkollhom rikors esklużivament għall-proċeduri stabbiliti taħt l-Artikoli 408, 409 u 410.

KAPITOLU 8

STRUMENTI OĦRA GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Artikolu 397

Kuntest u objettivi

1.   Il-Partijiet ifakkru fl-Aġenda 21 u fid-Dikjarazzjoni Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Johannesburg ta’ Implimentazzjoni tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2002, id-Dikjarazzjoni tal-2008 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta, adottata f’Ġinevra fl-10 ta' Ġunju 2008 mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol waqt is-97 Sessjoni tagħha (id-"Dikjarazzjoni ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta"), id-Dokument ta’ Eżitu tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp sostenibbli tal-2012 intitolat "The Future We Want" approvat bir-Riżoluzzjoni 66/288 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU adottata fis-27 ta' Lulju 2012 u l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata bir-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha.

2.   Fid-dawl tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li ssaħħaħ l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari d-dimensjonijiet tax-xogħol u ambjentali tiegħu, fir-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment tal-Partijiet u f’dan ir-rigward li tikkumplimenta l-impenji tal-Partijiet fil-qafas tal-Kapitoli 6 u 7.

Artikolu 398

Trasparenza

1.   Il-Partijiet jenfasizzaw l-importanza li tiġi żgurata t-trasparenza bħala element neċessarju biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni pubblika u biex l-informazzjoni ssir pubblika fil-kuntest ta’ dan il-Kapitolu. F’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħhom, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, tat-Titolu IX u tat-Titolu X, kull Parti għandha:

(a)

tiżgura li kull miżura ta’ applikazzjoni ġenerali għall-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Kapitolu titwettaq b’mod trasparenti, inkluż billi l-pubbliku jiġu pprovdut b’opportunitajiet raġonevoli u b’biżżejjed żmien biex jikkummenta, billi tippubblika t-tali miżuri;

(b)

tiżgura li l-pubbliku ġenerali jingħata aċċess għall-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew għalihom, kif ukoll tiżgura d-disseminazzjoni attiva ta’ dik l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali b’mezzi elettroniċi;

(c)

tinkoraġġixxi dibattitu pubbliku mal-atturi mhux statali u bejniethom dwar l-iżvilupp u d-definizzjoni ta’ politiki li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta’ liġi rilevanti għal dan il-Kapitolu mill-awtoritajiet pubbliċi tagħha; b’rabta mal-ambjent, dan għandu jinkludi l-parteċipazzjoni pubblika fi proġetti, pjanijiet u programmi; u

(d)

tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għal-liġijiet u għall-istandards tagħha rilevanti għal dan il-Kapitolu, kif ukoll il-proċeduri ta’ infurzar u konformità, billi tieħu passi biex tavvanza l-għarfien u l-fehim tal-pubbliku; b’rabta mal-liġijiet u mal-istandards tax-xogħol, dan għandu jinkludi l-ħaddiema, l-impjegaturi u r-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 399

L-istandards u l-ftehimiet multilaterali dwar ix-xogħol

1.   Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b’mod li jwassal għal xogħol deċenti għal kulħadd, kif espress fid-Dikjarazzjoni ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta.

2.   F’konformità mal-Kostituzzjoni tal-ILO u mad-Dikjarazzjoni ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fil-Post tax-Xogħol u s-Segwitu għaliha, adottata f’Ġinevra fit-18 ta’ Ġunju 1998 mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol waqt is-86 Sessjoni tagħha, kull Parti timpenja ruħha li tirrispetta, tippromwovi u timplimenta b’mod effettiv l-istandards fundamentali tax-xogħol rikonoxxuti internazzjonalment, kif definiti fil-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, li huma:

(a)

il-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv;

(b)

l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ xogħol furzat jew obbligatorju;

(c)

l-abolizzjoni effettiva tat-tħaddim tat-tfal; u

(d)

l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u dik professjonali.

3.   Kull Parti għandha tagħmel sforzi kostanti u sostnuti biex tirratifika l-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO jekk ma tkunx għadha rratifikathom.

4.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw b’mod regolari u, kif ikun xieraq, informazzjoni dwar is-sitwazzjonijiet u l-avvanzi rispettivi tal-Istati Membri u tar-Renju Unit fir-rigward tar-ratifika tal-Konvenzjonijiet jew tal-protokolli tal-ILO kklassifikati bħala aġġornati mill-ILO u ta’ strumenti internazzjonali rilevanti oħra.

5.   Kull Parti timpenja ruħha li timplimenta b’mod effettiv il-Konvenzjonijiet kollha tal-ILO li r-Renju Unit u l-Istati Membri rratifikaw rispettivament u d-dispożizzjonijiet differenti tal-Karta Soċjali Ewropea li, bħala membri tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Istati Membri u r-Renju Unit aċċettaw rispettivament (63).

6.   Kull Parti għandha tkompli tippromwovi, permezz tal-liġijiet u tal-prattiki tagħha, l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO kif stabbilita fid-Dikjarazzjoni ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta (l-"Aġenda tal-ILO għal Xogħol Deċenti") u f’konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO u ma’ impenji internazzjonali oħra, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)

kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd, fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, pagi u qligħ, ħinijiet tax-xogħol, liv tal-maternità u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol;

(b)

is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, inkluża l-prevenzjoni ta’ korriment jew mard fil-post tax-xogħol u l-kumpens fil-każ ta’ tali korriment jew mard; u

(c)

in-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż għall-ħaddiema migranti.

7.   Kull Parti għandha tipproteġi u tippromwovi d-djalogu soċjali dwar kwistjonijiet ta’ xogħol fost il-ħaddiema u l-impjegaturi, u l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, u mal-awtoritajiet governattivi rilevanti.

8.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien fuq aspetti relatati mal-kummerċ tal-politiki u tal-miżuri tax-xogħol, inkluż f’fora multilaterali, bħall-ILO, skont kif xieraq. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri fost l-oħrajn:

(a)

aspetti relatati mal-kummerċ tal-implimentazzjoni ta’ Konvenzjonijiet fundamentali, ta’ prijorità u oħrajn aġġornati tal-ILO;

(b)

aspetti relatati mal-kummerċ tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO, inkluż dwar l-interkonnessjonijiet bejn il-kummerċ u l-okkupazzjoni sħiħa u produttiva, l-aġġustament tas-suq tax-xogħol, l-istandards fundamentali tax-xogħol, ix-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali, id-djalogu soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

(c)

l-impatt tal-liġi u l-istandards tax-xogħol fuq il-kummerċ u l-investiment, jew l-impatt tal-liġi dwar il-kummerċ u l-investiment fuq ix-xogħol;

(d)

id-djalogu u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tax-xogħol fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali rispettivi tagħhom, u l-implimentazzjoni tagħhom; u

(e)

kull forma oħra ta’ kooperazzjoni meqjusa xierqa.

9.   Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw kull opinjoni pprovduta mir-rappreżentanti tal-ħaddiema, mill-impjegaturi u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jidentifikaw oqsma ta’ kooperazzjoni, u jwettqu attivitajiet ta’ kooperazzjoni.

Artikolu 400

Ftehimiet multilaterali dwar l-ambjent

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-Assemblea tan-NU għall-Ambjent tal-Programm tan-NU għall-Ambjent u tal-governanza u l-ftehimiet ambjentali multilaterali bħala rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi u għall-istress ambjentali globali jew reġjonali u jenfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ reċiproku bejn il-politiki, ir-regoli u l-miżuri kummerċjali u ambjentali.

2.   Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti timpenja ruħha li timplimenta b’mod effettiv il-ftehimiet ambjentali multilaterali, il-protokolli u l-emendi li tkun irratifikat fil-liġi u fil-prattiki tagħha.

3.   Il-Partijiet għandhom regolarment u kif xieraq jiskambjaw informazzjoni dwar:

(a)

is-sitwazzjonijiet rispettivi tagħhom fir-rigward tar-ratifika u tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali, inklużi l-protokolli u l-emendi tagħhom;

(b)

in-negozjati li jkunu jinsabu għaddejjin ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali; u

(c)

l-opinjonijiet rispettivi ta' kull Parti dwar l-adeżjoni għal ftehimiet ambjentali multilaterali addizzjonali.

4.   Il-Partijiet itennu d-dritt ta’ kull Parti li tadotta jew iżżomm miżuri sabiex issaħħaħ l-objettivi ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali li tkun parti għalihom. Il-Partijiet ifakkru li l-miżuri adottati jew infurzati biex jimplimentaw tali ftehimiet ambjentali multilaterali jistgħu jkunu ġġustifikati skont l-Artikolu 412.

5.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien dwar aspetti relatati mal-kummerċ ta’ politiki u ta’ miżuri ambjentali, inkluż f’fora multilaterali, bħall-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Programm tan-NU għall-Ambjent, l-Assemblea tan-NU għall-Ambjent, ftehimiet ambjentali multilaterali, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) jew id-WTO kif xieraq. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri fost l-oħrajn:

(a)

inizjattivi dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, inklużi dawk immirati lejn il-promozzjoni ta’ ekonomija ċirkolari u t-tkabbir ekoloġiku u t-tnaqqis tat-tniġġis;

(b)

inizjattivi għall-promozzjoni ta’ oġġetti u ta’ servizzi ambjentali, inkluż billi jiġu indirizzati ostakli tariffarji u mhux tariffarji relatati;

(c)

l-impatt tad-dritt dwar l-ambjent u l-istandards ambjentali fuq il-kummerċ u l-investiment; jew l-impatt tad-dritt dwar il-kummerċ u l-investiment fuq l-ambjent;

(d)

l-implimentazzjoni tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar L-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ta’ Chicago tas-7 ta’ Diċembru 1944, u ta’ miżuri oħra biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni, inkluż fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru; u

(e)

aspetti oħra relatati mal-kummerċ ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali, inklużi l-protokolli, l-emendi u l-implimentazzjoni tagħhom.

6.   Il-kooperazzjoni skont il-paragrafu 5 tista’ tinkludi skambji tekniċi, skambji ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki, proġetti ta’ riċerka, studji, rapporti, konferenzi u workshops.

7.   Il-Partijiet jikkunsidraw l-opinjonijiet jew il-kontributi mill-pubbliku u mill-partijiet konċernati interessati għad-definizzjoni u għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tagħhom, u dawn jistgħu jinvolvu lil tali partijiet konċernati ulterjorment f’dawn l-attivitajiet, kif ikun xieraq.

Artikolu 401

Kummerċ u tibdil fil-klima

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġu miġġielda t-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu, u r-rwol tal-kummerċ u tal-investiment fit-twettiq ta’ dan l-objettiv, b’mod konsistenti mal-UNFCCC, mal-iskop u mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi adottat f’Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fil-Wieħed u Għoxrin Sessjoni tagħha (il-"Ftehim ta’ Pariġi"), u ma’ ftehimiet ambjentali multilaterali u ma’ strumenti multilaterali oħra fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

2.   Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti:

(a)

timpenja ruħha li timplimenta b’mod effettiv il-UNFCCC, u l-Ftehim ta’ Pariġi li wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu huwa li jsaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima u biex iż-żieda medja globali fit-temperatura tiġi limitata għal ferm inqas minn 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jsir sforz biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali;

(b)

għandha tippromwovi l-appoġġ reċiproku tal-politiki u tal-miżuri dwar il-kummerċ u l-klima u b’hekk tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u żvilupp reżiljenti għall-klima; u

(c)

għandha tiffaċilita t-tneħħija ta’ ostakli għall-kummerċ u għall-investiment f’oġġetti u f’servizzi ta’ rilevanza partikolari għall-mitigazzjoni u għall-adattament tat-tibdil fil-klima, bħall-enerġija rinnovabbli, prodotti u servizzi effiċjenti fl-enerġija, pereżempju permezz tal-indirizzar ta’ ostakli tariffarji u mhux tariffarji jew permezz tal-adozzjoni ta’ oqfsa ta’ politika li jwasslu għall-użu tal-aħjar soluzzjonijiet disponibbli.

3.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien sabiex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f’aspetti relatati mal-kummerċ tal-politiki u tal-miżuri dwar it-tibdil fil-klima bilateralment, reġjonalment u f’fora internazzjonali, kif xieraq, inkluż il-UNFCCC, id-WTO, il-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu magħmul fis-26 ta' Awwissu 1987 (il-"Protokoll ta’ Montreal"), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u l-ICAO. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri fost l-oħrajn:

(a)

id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, bħal dwar mezzi għall-promozzjoni tar-reżiljenza għall-klima, l-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport sostenibbli, l-iżvilupp ta’ infrastruttura sostenibbli u reżiljenti għall-klima, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet, is-swieq internazzjonali tal-karbonju;

(b)

l-appoġġ għall-iżvilupp u għall-adozzjoni ta’ miżuri ambizzjużi u effettivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-IMO li għandhom jiġu implimentati minn vapuri involuti fil-kummerċ internazzjonali;

(c)

l-appoġġ għall-iżvilupp u għall-adozzjoni ta’ miżuri ambizzjużi u effettivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-ICAO; u

(d)

l-appoġġ għal proċess ambizzjuż ta’ eliminazzjoni gradwali tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u għal proċess ta’ tnaqqis gradwali tal-idrofluworokarburi skont il-Protokoll ta’ Montreal permezz ta’ miżuri għall-kontroll tal-produzzjoni, il-konsum u l-kummerċ tagħhom; l-introduzzjoni ta’ alternattivi għalihom li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; l-aġġornament ta’ standards ta’ sikurezza u standards rilevanti oħra kif ukoll billi jiġi miġġieled il-kummerċ illegali ta’ sustanzi regolati mill-Protokoll ta’ Montreal.

Artikolu 402

Kummerċ u diversità bijoloġika

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-konservazzjoni u tal-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika u r-rwol tal-kummerċ fl-ilħuq ta’ dawk l-objettivi, inkluż bil-promozzjoni tal-kummerċ sostenibbli jew il-kontroll jew ir-restrizzjoni tal-kummerċ bi speċijiet fil-periklu, b’mod konsistenti mal-ftehimiet ambjentali multilaterali li huma parti minnhom, u d-deċiżjonijiet adottati fil-qafas tagħhom, b’mod speċjali l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (Convention on Biological Diversity, CBD) u l-protokolli tagħha, u l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu, magħmula f’Washington D.C. Fit-3 ta' Marzu 1973 ("CITES").

2.   Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti għandha:

(a)

timplimenta miżuri effettivi sabiex tiġġieled kontra l-kummerċ illegali ta’ organiżmi selvaġġi, inkluż fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, kif xieraq;

(b)

tippromwovi l-użu tas-CITES bħala strument għall-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-inklużjoni tal-ispeċijiet tal-annimali u tal-pjanti fl-Appendiċijiet għas-CITES fejn l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ dik l-ispeċi jitqies f’riskju minħabba l-kummerċ internazzjonali;

(c)

tinkoraġġixxi l-kummerċ fi prodotti derivati minn użu sostenibbli ta’ riżorsi bijoloġiċi u tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-bijodiversità; u

(d)

tkompli tieħu miżuri biex tippreserva d-diversità bijoloġika meta tkun soġġetta għal pressjonijiet marbuta mal-kummerċ u l-investiment, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi.

3.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet relatati mal-kummerċ li huma rilevanti għal dan l-Artikolu, inkluż f’fora multilaterali, bħas-CITES u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont kif xieraq. Tali kooperazzjoni tista' tkopri fost l-oħrajn: il-kummerċ fl-organiżmi selvaġġi u fil-prodotti bbażati fuq ir-riżorsi naturali, il-valutazzjoni u l-valutazzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi relatati, u l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom konsistenti mal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, magħmul f’Nagoya fid-29 ta' Ottubru 2010.

Artikolu 403

Kummerċ u foresti

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex jipprovdu funzjonijiet ambjentali u opportunitajiet ekonomiċi u soċjali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, u r-rwol tal-kummerċ fil-kisba ta’ dan l-objettiv.

2.   Fid-dawl tal-paragrafu 1 u b’mod konsistenti mal-obbligi internazzjonali tagħha, kull Parti għandha:

(a)

tkompli timplimenta miżuri għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ relatat, inkluż fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, kif xieraq, u tippromwovi l-kummerċ fi prodotti tal-foresti maħsuda b’mod legali;

(b)

tippromwovi l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-kummerċ u tal-konsum tal-injam u tal-prodotti tal-injam maħsud f’konformità mal-liġi tal-pajjiż tal-ħsad u minn foresti ġestiti b’mod sostenibbli; u

(c)

tiskambja informazzjoni mal-Parti l-oħra dwar inizjattivi relatati mal-kummerċ dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-governanza tal-foresti u dwar il-konservazzjoni tal-kopertura tal-foresti u l-kooperazzjoni biex jiġi mmassimizzat l-impatt u l-appoġġ reċiproku tal-politiki rispettivi tagħhom ta’ interess reċiproku.

3.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom dwar aspetti kummerċjali tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-konservazzjoni tal-kopertura tal-foresti u l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam, inkluż f’fora multilaterali, kif xieraq.

Artikolu 404

Kummerċ u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-akkwakultura

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-ekosistemi kif ukoll tal-promozzjoni ta’ akkwakultura responsabbli u sostenibbli, u r-rwol tal-kummerċ fl-ilħuq ta’ dawk l-objettivi.

2.   Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti:

(a)

timpenja ruħha li taġixxi b'mod konsistenti u tikkonforma, kif xieraq, mal-ftehimiet rilevanti tan-NU u tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura ("FAO"), mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, mal-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni ta’ Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi f’Żona Limitata u Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna, magħmula fi New York fl-4 ta' Awwissu 1995, mal-Ftehim tal-FAO li Jippromwovi l-Osservanza tal-Miżuri Internazzjonali ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd f’Ibħra Internazzjonali, magħmul f’Ruma fl-24 ta' Novembru 1993, mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli u mal-Ftehim tal-FAO dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port biex Jipprevjenu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Irrapportat u Mhux Irregolat ("IUU"), approvat f’Ruma fit-22 ta' Novembru 2009 waqt is-36 Sessjoni tal-Konferenza tal-FAO, u li tieħu sehem fl-inizjattiva tal-FAO dwar ir-Reġistru Globali tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Bastimenti Refriġeraturi tat-Trasport u tal-Bastimenti tal-Provvista Refriġeraturi;

(b)

għandha tippromwovi sajd sostenibbli u governanza tajba tas-sajd billi tipparteċipa b’mod attiv fil-ħidma ta’ organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali rilevanti li fihom hija membru, osservatur, jew parti mhux kontraenti li tikkoopera, inklużi l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (Regional Fisheries Management Organizations, RFMOs) permezz ta’, fejn applikabbli, monitoraġġ effettiv, kontroll jew infurzar tar-riżoluzzjonijiet, tar-rakkomandazzjonijiet jew tal-miżuri tal-RFMOs; u l-implimentazzjoni tal-iskema tagħha ta’ dokumentazzjoni tal-qbid u ta’ ċertifikazzjoni, u miżuri tal-Istat tal-port;

(c)

għandha tadotta u żżomm l-għodod effettivi rispettivi tagħha biex tiġġieled is-sajd IUU, inklużi miżuri biex teskludi l-prodotti tas-sajd IUU mill-flussi tal-kummerċ, u tikkoopera għal dak il-għan; u

(d)

għandha tippromwovi l-iżvilupp ta’ akkwakultura sostenibbli u responsabbli, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji li jinsabu fil-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli, kif xieraq.

3.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien fuq aspetti ta’ konservazzjoni u relatati mal-kummerċ tal-politiki u tal-miżuri tas-sajd u l-akkwakultura, inkluż fid-WTO, l-RFMOs u f’fora multilaterali oħra, kif xieraq, bil-għan li jippromwovu prattiki tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli u kummerċ bi prodotti tal-ħut minn operazzjonijiet tas-sajd u tal-akkwakultura ġestiti b’mod sostenibbli.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Ħames Intestatura.

Artikolu 405

Kummerċ u investiment li jiffavorixxu l-iżvilupp sostenibbli

1.   Il-Partijiet jikkonfermaw l-impenn tagħhom li jsaħħu l-kontribut tal-kummerċ u tal-investiment għall-għan ta’ żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu.

2.   Skont il-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom ikomplu jippromwovu:

(a)

politiki kummerċjali u ta’ investiment li jappoġġaw l-erba’ objettivi strateġiċi tal-Aġenda tal-ILO dwar ix-Xogħol Deċenti, b’mod konsistenti mad-Dikjarazzjoni ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta, inkluż il-paga minima li tiggarantixxi l-għajxien, is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, u aspetti oħra relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(b)

il-kummerċ u l-investiment f’oġġetti u f’servizzi ambjentali, bħall-enerġija rinnovabbli u prodotti u servizzi effiċjenti fl-enerġija, inkluż permezz tal-indirizzar ta’ ostakli mhux tariffarji relatati jew permezz tal-adozzjoni ta’ oqfsa ta’ politika li jwasslu għall-użu tal-aħjar soluzzjonijiet disponibbli;

(c)

il-kummerċ f’oġġetti u servizzi li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u għal prattiki ambjentali sani, fosthom dawk li jkunu s-suġġett ta’ skemi volontarji tal-assigurazzjoni tas-sostenibbiltà bħalma huma skemi ta’ kummerċ ġust u etiku u ekotikketti; u

(d)

kooperazzjoni f’fora multilaterali dwar kwistjonijiet f’dan l-Artikolu.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi għall-iżvilupp sostenibbli billi jiġu rieżaminati, immonitorjati u vvalutati l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-azzjonijiet possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 406

Kummerċ u ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen tal-provvista permezz ta’ mġiba responsabbli fin-negozju / prattiki ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva u r-rwol tal-kummerċ fit-twettiq ta’ dan l-objettiv.

2.   Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti għandha:

(a)

tinkoraġġixxi r-responsabbiltà soċjali korporattiva / imġiba responsabbli fin-negozju, inkluż billi tipprovdi oqfsa ta’ politika ta’ appoġġ li jħeġġu l-adozzjoni ta’ prattiki rilevanti min-negozji; u

(b)

tappoġġa l-aderenza, l-implimentazzjoni, is-segwitu u d-disseminazzjoni ta’ strumenti internazzjonali rilevanti, bħal-Linji Gwida tal-OECD għal Impriżi Multinazzjonali, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO tal-Prinċipji li jikkonċernaw Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, il-Patt Globali tan-NU, u l-prinċipji Gwida tan-NU, il-Prinċipji ta’ Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-utilità ta’ linji gwida internazzjonali speċifiċi għas-settur fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva / mġiba responsabbli fin-negozju u għandhom jinkoraġġixxu ħidma konġunta f’dan ir-rigward. Fir-rigward tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal ktajjen ta’ provvista responsabbli ta’ minerali minn żoni affettwati minn kunflitt u minn żoni ta’ riskju għoli u s-supplimenti tagħha, il-Partijiet għandhom jimplimentaw ukoll miżuri sabiex jippromwovu l-adozzjoni ta’ din il-Gwida.

4.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien sabiex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f’aspetti relatati mal-kummerċ ta’ kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu, inkluż f’fora multilaterali, kif ikun xieraq, fost l-oħrajn permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, tal-aħjar prattiki u ta’ inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni.

Artikolu 407

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha permezz ta’ djalogu, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jindirizzaw kull nuqqas ta’ qbil dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

2.   B'deroga mit-Titolu I tas-Sitt Parti, fil-każ ta' tilwim bejn il-Partijiet rigward l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandu jkollhom rikors esklużivament għall-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 408 u 409.

KAPITOLU 9

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI U ISTITUZZJONALI

Artikolu 408

Konsultazzjonijiet

1.   Parti tista’ titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra dwar xi kwistjoni li tinqala' skont l-Artikolu 355(3) u l-Kapitoli 6, 7 [Ambjent u klima], u 8 billi tibgħat talba bil-miktub lill-Parti l-oħra. Fit-talba bil-miktub tagħha, il-Parti lmentatriċi għandha tispeċifika r-raġunijiet u l-bażi għat-talba, inkluża l-identifikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, filwaqt li tispeċifika d-dispożizzjonijiet li tqis applikabbli. Il-konsultazzjonijiet iridu jibdew fil-pront wara li Parti twassal talba għal konsultazzjonijiet, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tal-konsenja tat-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux fuq perjodu itwal.

2.   Il-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet bl-għan li jsibu riżoluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku għall-kwistjoni. Matul il-konsultazzjonijiet, kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra biżżejjed informazzjoni li jkollha sabiex tippermetti eżami komplet tal-kwistjonijiet imqajma. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ persunal tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għandhom l-għarfien espert fil-kwistjoni soġġetta għall-konsultazzjonijiet.

3.   Fi kwistjonijiet relatati mal-Artikolu 355(3) jew mal-ftehimiet jew l-istrumenti multilaterali msemmija fil-Kapitoli 6 7, jew 8 il-Partijiet għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli mill-ILO jew korpi jew organizzazzjonijiet rilevanti stabbiliti skont ftehimiet ambjentali multilaterali. Jekk ikun rilevanti, il-Partijiet għandhom b’mod konġunt ifittxu parir mingħand tali organizzazzjonijiet jew il-korpi tagħhom, jew mingħand kwalunkwe espert jew korp ieħor li jqisu xieraq.

4.   Kull Parti tista' titlob, fejn xieraq, il-fehmiet tal-gruppi konsultattivi domestiċi msemmija fl-Artikolu 13 jew parir espert ieħor.

5.   Kull riżoluzzjoni li tintlaħaq mill-Partijiet għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 409

Bord ta’ esperti

1.   Għal kull kwistjoni li mhijiex indirizzata b’mod sodisfaċenti permezz ta' konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 408, Parti tista', 90 jum wara li tkun irċeviet talba għal konsultazzjonijiet skont dak l-Artikolu, titlob li jitlaqqa' bord ta' esperti biex jeżamina din il-kwistjoni, billi tibgħat talba bil-miktub lill-Parti l-oħra. It-talba għandha tidentifika l-miżura inkwistjoni, tispeċifika u tispjega kif dik il-miżura ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jew Kapitoli b’mod suffiċjenti biex l-ilment jiġi ppreżentat b’mod ċar.

2.   Il-Bord tal-Esperti għandu jkun magħmul minn tliet membri.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu, fl-ewwel laqgħa tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jistabbilixxi lista ta’ mill-inqas 15-il individwu li jkunu lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord. Kull Parti għandha tinnomina mill-inqas ħames persuni mil-lista biex iservu bħala membri tal-bord. Il-Partijiet għandhom ukoll jinnominaw mill-anqas tliet persuni li ma huma nazzjonali ta’ ebda Parti u li jkunu disposti u kapaċi jservu bħala l-president ta’ bord ta’ esperti. Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jiżgura li l-lista tinżamm aġġornata u li n-numru ta’ esperti jinżamm għal tal-anqas 15-il individwu.

4.   L-esperti li jkunu ġew proposti bħala membri tal-bord għandu jkollhom għarfien speċjalizzat jew kompetenzi fil-qasam tal-liġi tax-xogħol jew ambjentali, fi kwistjonijiet oħra indirizzati f’din it-Taqsima, jew fir-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet li jinqalgħu taħt ftehimiet internazzjonali. Iridu jservu fil-kapaċitajiet individwali tagħhom u ma jiħdux struzzjonijiet mingħand kwalunkwe organizzazzjoni jew gvern fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mat-tilwima. Ma jistgħux ikunu affiljati ma’ xi waħda mill-Partijiet u lanqas ma jieħdu struzzjonijiet mingħandhom. Huma ma għandhomx ikunu persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit.

5.   Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti, it-termini ta’ referenza għandhom ikunu:

"li tiġi eżaminata, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti, il-kwistjoni msemmija fit-talba għall-istabbiliment tal-bord ta’ esperti, u li jiġi ppreżentat rapport, f’konformità ma’ dan l-Artikolu li jasal għal konklużjonijiet dwar il-konformità tal-miżura mad-dispożizzjonijiet rilevanti".

6.   Fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati ma’ ftehimiet multilaterali koperti f’dan It-Titolu, jenħtieġ li l-bord ta’ esperti jfittex informazzjoni mill-ILO jew mill-korpi rilevanti stabbiliti skont dawn il-ftehimiet, inklużi kull gwida, konklużjoni jew deċiżjoni interpretattiva pertinenti adottati mill-ILO u dawn il-korpi.

7.   Il-bord ta’ esperti jista’ jitlob u jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub jew kull informazzjoni oħra minn persuni b’informazzjoni rilevanti jew għarfien speċjalizzat.

8.   Il-bord ta’ esperti għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli lil kull Parti, b’tali mod li jippermettilhom jippreżentaw l-kummenti tagħhom fi żmien 20 jum minn meta jirċevuha.

9.   Il-bord ta’ esperti għandu joħroġ rapport interim lill-Partijiet u rapport finali li jistabbilixxi l-konklużjonijiet ta' fatt, id-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, inklużi fir-rigward ta’ jekk il-Parti konvenuta tkunx konformi mal-obbligi tagħha taħt dan il-Kapitolu jew Kapitoli u r-raġunament bażiku wara kwalunkwe konklużjoni u determinazzjoni li tasal għaliha. Għal ċertezza akbar, il-Partijiet huma tal-istess fehma li jekk fir-rapport tiegħu l-Bord jagħmel rakkomandazzjonijiet, il-Parti konvenuta ma jkollhiex għalfejn issegwi dawn ir-rakkomandazzjonijiet biex tiżgura l-konformità ma' dan il-Ftehim.

10.   Il-bord ta’ esperti għandu jgħaddi r-rapport interim lill-Partijiet fi żmien 100 ġurnata wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti. Meta l-bord ta’ esperti jqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-President tal-bord ta’ esperti għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord jippjana li joħroġ ir-rapport interim tiegħu. Il-bord ta’ esperti ma għandu, taħt l-ebda ċirkostanza, joħroġ ir-rapport finali tiegħu aktar tard minn 125 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti.

11.   Kull Parti tista’ tibgħat talba motivata lill-bord ta’ esperti biex jirrieżamina aspetti partikolari tar-rapport interim fi żmien 25 ġurnata mill-wasla tagħha. Parti tista’ tikkummenta fuq it-talba tal-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum mill-wasla tat-talba.

12.   Wara kunsiderazzjoni ta’ dawk il-kummenti il-bord ta’ esperti għandu jħejji r-rapport finali. Jekk ma tasal l-ebda talba għar-rieżami ta’ aspetti partikolari tar-rapport interim fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 11, ir-rapport interim għandu jsir ir-rapport finali tal-bord ta’ esperti.

13.   Il-bord ta’ esperti għandu jgħaddi r-rapport finali tiegħu lill-Partijiet fi żmien 175 ġurnata wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti. Meta l-bord ta’ esperti jqis li dan il-limitu ta’ żmien ma jistax jintlaħaq, il-president tiegħu għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-miktub, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord ta’ esperti jippjana li jagħti r-rapport finali tiegħu. Il-bord ta’ esperti ma għandu, fl-ebda ċirkostanza, joħroġ ir-rapport finali tiegħu aktar tard minn 195 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti.

14.   Ir-rapport finali għandu jinkludi diskussjoni dwar kwalunkwe talba bil-miktub mill-Partijiet dwar ir-rapport interim u jindirizza b’mod ċar il-kummenti tal-Partijiet.

15.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu r-rapport finali disponibbli għall-pubbliku fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tiegħu mill-bord ta’ esperti.

16.   Jekk ir-rapport finali tal-bord ta’ esperti jiddetermina li Parti ma kkonformatx mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu jew Kapitoli rilevanti, il-Partijiet għandhom, fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tar-rapport finali, jiddiskutu miżuri xierqa li għandhom jiġu implimentati filwaqt li jitqies ir-rapport tal-bord ta’ esperti. Mhux aktar tard minn 105 ijiem wara li r-rapport ikun ġie ppreżentat lill-Partijiet, il-Parti konvenuta għandha tinforma lill-gruppi konsultattivi domestiċi tagħha stabbiliti skont l-Artikolu 13 u lill-Parti lmentatriċi dwar id-deċiżjoni tagħha rigward xi miżura li għandha tiġi implimentata.

17.   Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jimmonitorja s-segwitu għar-rapport tal-bord ta’ esperti. Il-gruppi konsultattivi domestiċi tal-Partijiet stabbiliti skont l-Artikolu 13 jistgħu jippreżentaw kummenti lill-Kumitati Speċjalizzati għall-Kummerċ dwar il-Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u l-Iżvilupp Sostenibbli f’dan ir-rigward.

18.   Meta l-Partijiet ma jaqblux dwar l-eżistenza jew il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ xi miżura meħuda biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità, il-Parti lmentatriċi tista’ tibgħat talba, li għandha tkun bil-miktub, lill-bord ta’ esperti oriġinali biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-talba għandha tidentifika kull miżura inkwistjoni u tispjega kif din il-miżura mhijiex konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti b’mod suffiċjenti biex tippreżenta l-ilment b’mod ċar. Il-bord ta’ esperti għandu jagħti l-konklużjonijiet tiegħu lill-Partijiet fi żmien 45 jum mid-data tal-wasla tat-talba.

19.   Ħlief jekk previst mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-Artikolu 739(1), l-Artikolu 740 and l-Artikoli 753 sa 758, kif ukoll l-Annessi 48 and 49, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 410

Bord ta’ esperti għal oqsma ta’ nonrigressjoni

1.   L-Artikolu 409 għandu japplika għal tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Kapitoli 6 u 7.

2.   Għall-finijiet ta' tali tilwim, addizzjonalment għall-Artikoli elenkati fl-Artikolu 409(19), l-Artikoli 749 u 750 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li, fejn il-Parti konvenuta tagħżel li ma tieħu l-ebda azzjoni biex tikkonforma mar-rapport tal-bord tal-esperti u ma’ dan il-Ftehim, kwalunkwe rimedju awtorizzat skont l-Artikolu 749 jibqa' disponibbli għall-Parti lmentatriċi.

Artikolu 411

Riekwilibriju

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu d-dritt ta’ kull Parti li tiddetermina l-politiki u l-prijoritajiet futuri tagħha fir-rigward tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali, ambjentali jew tal-klima, jew fir-rigward tal-kontroll tas-sussidji, b’mod konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk skont dan il-Ftehim. Fl-istess ħin il-Partijiet jirrikonoxxu li diverġenzi sinifikanti f’dawn l-oqsma jistgħu jkunu kapaċi li jimpattaw il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet kundizzjonijiet b’mod li jbiddel iċ-ċirkostanzi li ffurmaw il-bażi għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Jekk ikun hemm impatti materjali fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet bħala riżultat ta’ diverġenzi sinifikanti bejn il-Partijiet fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1, kull Parti tista’ tieħu miżuri ta’ riekwilibriju xierqa biex tindirizza s-sitwazzjoni. Miżuri ta’ salvagwardja bħal dawn għandhom jiġu ristretti fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata tagħhom għal dak li jkun strettament meħtieġ sabiex jinstab rimedju għas-sitwazzjoni. Għandha tingħata prijorità li dawk il-miżuri li l-anqas ifixklu t-twettiq ta’ dan il-Ftehim. Il-valutazzjoni ta’ Parti ta’ dawk l-impatti għandha tkun ibbażata fuq evidenza affidabbli u mhux biss fuq konġettura jew possibbiltà remota.

3.   Il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw għall-miżuri ta’ riekwilibriju meħuda skont il-paragrafu 2:

(a)

il-Parti kkonċernata għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Parti l-oħra permezz tal-Kunsill ta’ Sħubija dwar il-miżuri ta’ riekwilibriju li biħsiebha tieħu, filwaqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-Partijiet għandhom jidħlu minnufih f’konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu konklużi fi żmien 14-il jum mid-data tat-twassil tan-notifika, sakemm ma jkunux konklużi b’mod konġunt qabel dak il-limitu ta’ żmien;

(b)

jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku, il-Parti kkonċernata tista’ tadotta miżuri ta’ riekwilibriju mhux qabel ħamest ijiem mill-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-Parti notifikata ma titlobx fl-istess perjodu ta’ ħamest ijiem, skont l-Artikolu 739(2) (64), l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ permezz ta’ talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti l-oħra sabiex it-tribunal tal-arbitraġġ jiddeċiedi jekk il-miżuri ta’ riekwilibriju notifikati humiex konsistenti mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jmexxi l-proċediment tiegħu skont l-Artikolu 760 u jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fi żmien 30 jum mit-twaqqif tiegħu. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ ma jagħtix id-deċiżjoni finali tiegħu f’dak il-perjodu ta’ żmien, il-Parti kkonċernata tista’ tadotta l-miżuri ta’ riekwilibriju mhux qabel tlett ijiem wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien ta’ 30 jum. F’dak il-każ, il-Parti l-oħra tista’ tieħu kontromiżuri proporzjonati għall-miżuri ta’ riekwilibriju adottati sakemm it-tribunal tal-arbitraġġ jagħti d-deċiżjoni tiegħu. Għandha tingħata prijorità li dawk il-miżuri li l-anqas ifixklu t-twettiq ta’ dan il-Ftehim. Il-punt (a) għandu japplika mutatis mutandis għal tali kontromiżuri, li jistgħu jiġu adottati mhux aktar kmieni minn tlett ijiem wara l-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet;

(d)

jekk it-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab li l-miżuri ta’ riekwilibriju jkunu konsistenti mal-paragrafu 2, il-Parti kkonċernata tista’ tadotta l-miżuri ta’ riekwilibriju kif notifikati lill-Parti l-oħra;

(e)

jekk it-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab li l-miżuri ta’ riekwilibriju ma jkunux konsistenti mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Parti kkonċernata għandha, fi żmien tlett ijiem mill-għoti tad-deċiżjoni, tinnotifika lill-Parti lmentatriċi bil-miżuri (65) li biħsiebha tadotta biex tikkonforma mad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ. L-Artikolu 748(2) u l-Artikoli 749 (66) u 750 għandhom japplikaw mutatis mutandis, jekk il-Parti lmentatriċi tqis li l-miżuri notifikati mhumiex konformi mad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-proċeduri skont l-Artikolu 748(2) u l-Artikoli 749 u 750 ma għandu jkollhom l-ebda effett ta’ sospensjoni fuq l-applikazzjoni tal-miżuri notifikati skont dan il-paragrafu;

(f)

jekk il-miżuri ta’ riekwilibriju jkunu ġew adottati qabel id-deċiżjoni tal-arbitraġġ skont il-punt (c), kull kontromiżura adottata skont dak il-punt għandha tiġi rtirata minnufih, u fl-ebda każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem, wara l-għoti tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ;

(g)

Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew xi ftehim internazzjonali ieħor biex il-Parti l-oħra tiġi prekluża milli tieħu miżuri skont il-paragrafi 2 u 3, inkluż meta dawn il-miżuri jikkonsistu f’sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim jew ftehim supplimentari;

(h)

jekk il-Parti notifikata ma tressaqx talba skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu fil-perjodu ta’ żmien stipulat fih, dik il-Parti tista’ mingħajr ma tirrikorri minn qabel għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 738 tibda l-proċedura ta’ arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 739. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-finijiet tal-Artikolu 744.

4.   Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-impenji magħmula mill-Partijiet f’dan il-Ftehim fuq bażi aktar dejjiema, kull Parti tista’ titlob, mhux qabel erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, rieżami tal-operazzjoni ta' din l-Intestatura. Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li intestaturi oħra ta’ dan il-Ftehim jistgħu jiżdiedu mar-rieżami.

5.   Tali rieżami għandu jibda fuq talba ta’ Parti, jekk din il-Parti tqis li l-miżuri skont il-paragrafu 2 jew 3 ittieħdu ta’ spiss minn waħda mill-Partijiet jew miż-żewġ Partijiet, jew jekk miżura li jkollha impatt materjali fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet tkun ġiet applikata għal perjodu ta’ 12-il xahar. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-miżuri inkwistjoni huma dawk li ma ġewx ikkontestati jew li ma nstabux li ma kinux meħtieġa minn tribunal tal-arbitraġġ skont il-punt (d) jew (h) tal-paragrafu 3. Dan ir-rieżami jista’ jibda qabel erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

6.   Ir-rieżami mitlub skont il-paragrafu 4 jew 5 għandha tibda fi żmien tliet xhur mit-talba u titlesta fi żmien sitt xhur.

7.   Rieżami fuq il-bażi tal-paragrafu 4 jew 5 tista’ tiġi ripetuta f’intervalli sussegwenti ta’ mhux inqas minn erba’ snin wara l-konklużjoni tar-rieżami preċedenti. Jekk Parti tkun talbet rieżami skont il-paragrafu 4 jew 5, hija ma tistax titlob rieżami ulterjuri skont il-paragrafu 4 jew 5 għal mill-inqas erba’ snin mill-konklużjoni tar-rieżami preċedenti jew, jekk applikabbli, mid-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe ftehim emendatorju.

8.   Ir-rieżami għandu jindirizza jekk dan il-Ftehim iwettaqx bilanċ xieraq bejn id-drittijiet u l-obbligi bejn il-Partijiet, b’mod partikolari fir-rigward tat-tħaddim ta' din l-Intestatura, u jekk, b’riżultat ta’ dan, teżistix il-ħtieġa ta’ xi modifika tat-termini ta’ dan il-Ftehim.

9.   Il-Kunsill ta’ Sħubija jista' jiddeċiedi li ma tenħtieġ l-ebda azzjoni bħala riżultat tar-rieżami. Jekk Parti tqis li wara r-rieżami ikun hemm bżonn emenda għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jinnegozjaw u jikkonkludu ftehim li jagħmel l-emendi meħtieġa. Dawn in-negozjati għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet identifikati fir-rieżami.

10.   Jekk ftehim emendatorju msemmi fil-paragrafu 9 ma jiġix konkluż fi żmien sena mid-data li fiha l-Partijiet ikunu bdew in-negozjati, kwalunkwe Parti tista’ tagħti avviż biex ittemm din l-Intestatura jew kwalunkwe Intestatura oħra ta' dan il-Ftehim li ġiet miżjuda mar-rieżami, jew il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jkomplu n-negozjati. Jekk Parti ttemm din l-Intestatura, it-Tielet Intestatura għandha tintemm fl-istess data. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva tliet xhur wara d-data ta’ tali avviż.

11.   Jekk din l-Intestatura tiġi tterminata skont il-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, it-Tieni Intestatura għandha tiġi tterminata fl-istess data, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jintegraw il-partijiet rilevanti tat-Titolu XI ta' din l-Intestatura fit-Tieni Intestatura.

12.   It-Titolu I tas-Sitt Parti ma japplikax għall-paragrafi 4 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

TITOLU XII

EĊĊEZZJONIJIET

Artikolu 412

Eċċezzjonijiet ġenerali

1.   Xejn fil-Kapitolu 1 u fil-Kapitolu 5 tat-Titolu I, fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II, fit-Titolu III, fit-Titolu VIII u fil-Kapitolu 4 tat-Titolu XI ma għandu jinftiehem bħala li jipprevjeni lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri kompatibbli mal-Artikolu XX tal-GATT 1994. Għal dak il-għan, l-Artikolu XX tal-GATT 1994, inklużi n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu, huwa inkorporat u integrat f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.

2.   Soġġett għar-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata bejn pajjiżi fejn jipprevalu kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq il-liberalizzazzjoni tal-investiment jew fuq il-kummerċ fis-servizzi, xejn fit-Titolu II, fit-Titolu III, fit-Titolu IV, fit-Titolu VIII u fil-Kapitolu 4 tat-Titolu XI ma għandu jinftiehem bħala li jipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar minn kwalunkwe Parti ta’ miżuri:

(a)

meħtieġa sabiex iħarsu s-sigurtà pubblika u l-morali pubblika jew biex iżommu l-ordni pubbliku (67);

(b)

meħtieġa sabiex iħarsu l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti;

(c)

meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mal-liġijiet jew regolamenti li mhumiex inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu ma’:

(i)

il-prevenzjoni ta’ prattiki qarrieqa u frodulenti jew it-trattament tal-effetti ta’ inadempjenza ta’ kuntratti;

(ii)

il-protezzjoni tal-privatezza tal-individwi fejn għandu x’jaqsam l-ipproċessar u t-tqassim tad-data personali u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ rekords u kontijiet individwali; u

(iii)

is-sigurtà.

3.   Għal aktar ċertezza, il-Partijiet jifhmu li, sa fejn miżuri bħal dawn ikunu inkonsistenti b’xi mod ieħor mad-dispożizzjonijiet tal-kapitoli jew tat-titoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu:

(a)

il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jinkludu miżuri ambjentali, li jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti;

(b)

il-punt (g) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994 japplika għal miżuri relatati mal-konservazzjoni ta’ riżorsi naturali eżawribbli ħajjin u mhux ħajjin; u

(c)

il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali jistgħu jaqgħu taħt il-punt (b) jew (g) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994 jew taħt il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma Parti tieħu kwalunkwe miżura prevista fil-punti (i) u (j) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994, dik il-Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha, bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fi żmien 30 jum mill-għoti tal-informazzjoni, il-Parti tista’ tapplika l-miżuri rilevanti. Jekk ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċi li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmlu l-informazzjoni jew l-eżami minn qabel impossibbli, il-Parti li jkun biħsiebha tieħu l-miżuri tista’ tapplika minnufih il-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa sabiex tindirizza s-sitwazzjoni. Dik il-Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra minnufih b’dan.

Artikolu 413

Tassazzjoni

1.   Xejn fit-Titoli I sa VII, fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, fit-Titoli IX sa XII ta' din l-Intestatura jew fis-Sitt Intestatura ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha u tar-Renju Unit, taħt kwalunkwe konvenzjoni dwar it-taxxa. Fil-każ ta’ xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u kwalunkwe tali konvenzjoni dwar it-taxxa, il-konvenzjoni dwar it-taxxa għandha tipprevali fir-rigward tal-inkonsistenza. Fir-rigward ta’ konvenzjoni dwar it-taxxa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju Unit, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti taħt dan il-Ftehim u li l-konvenzjoni dwar it-taxxa għandhom jiddeterminaw b’mod konġunt jekk teżistix xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u l-konvenzjoni dwar it-taxxa (68).

2.   L-Artikoli 130 u 138 ma għandhomx japplikaw għal vantaġġ mogħti taħt xi konvenzjoni dwar it-taxxa.

3.   Soġġett għar-rekwiżit li l-miżuri tat-taxxa ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata bejn pajjiżi fejn jipprevalu kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ u l-investiment, xejn fit-Titoli minn I sa VII, fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, fit-Titoli IX sa XII ta' din l-Intestatura jew fis-Sitt Intestatura ma għandu jinftiehem bħala li jipprevjeni l-adozzjoni, iż-żamma jew l-infurzar minn Parti ta’ kwalunkwe miżura li:

(a)

hija mmirata sabiex tiżgura l-impożizzjoni jew il-ġbir ekwu jew effettiv (69) ta’ taxxi diretti; jew

(b)

tagħmel distinzjoni bejn kontribwenti li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom jew fir-rigward tal-post fejn ikun investit il-kapital tagħhom.

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"residenza" tfisser residenza għall-finijiet tat-taxxa;

(b)

"konvenzjoni dwar it-taxxa" tfisser konvenzjoni għall-evitar tat-taxxa doppja jew kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat għalkollox jew primarjament mat-tassazzjoni; u

(c)

"taxxi diretti" jinkludu t-taxxi kollha fuq l-introjtu jew fuq il-kapital, inklużi t-taxxi fuq il-qligħ mill-aljenazzjoni tal-proprjetà, it-taxxi fuq il-patrimonji, il-wirt u d-donazzjonijiet, it-taxxi fuq il-pagi jew fuq is-salarji mħallsa mill-impriżi u t-taxxi fuq l-apprezzament tal-kapital.

Artikolu 414

Eżenzjonijiet tad-WTO

Jekk obbligu fit-Titoli minn I sa XII ta' din l-Intestatura jew fis-Sitt Intestatura ta’ din il-Parti jkun sostanzjalment ekwivalenti għal obbligu li jinsab fil-Ftehim tad-WTO, kwalunkwe miżura meħuda f’konformità ma’ eżenzjoni adottata skont l-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO titqies konformi mad-dispożizzjoni sostanzjalment ekwivalenti f’dan il-Ftehim.

Artikolu 415

Eċċezzjonijiet ta’ sigurtà

Xejn fit-Titoli minn I sa XII ta' din l-Intestatura jew fis-Sitt Intestatura ma għandu jinftiehem bħala:

(a)

li jirrikjedi lil Parti tagħti jew tippermetti l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni, li hija tqis li l-iżvelar tagħha tmur kontra l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha; jew

(b)

li jwaqqaf lil Parti milli tieħu kull azzjoni li tikkunsidra neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha:

(i)

li jkunu konnessi mal-produzzjoni jew mat-traffikar tal-armi, tal-munizzjon u tal-istrumenti tal-gwerra u ma’ tali produzzjoni, traffikar u tranżazzjonijiet li jsiru f’merkanzija u f’materjali, f’servizzi u f’teknoloġija oħrajn, u ma’ attivitajiet ekonomiċi, imwettqa direttament jew indirettament għall-fini ta’ forniment ta’ stabbiliment militari;

(ii)

li jkunu relatati ma’ materjali fissili u fużjonabbli jew mal-materjali meħuda minnhom; jew

(iii)

fi żmien ta’ gwerra jew ta’ emerġenza oħra f’relazzjonijiet internazzjonali; jew

(c)

li jipprevjeni lil Parti milli tieħu xi azzjoni fit-twettiq tal-obbligi tagħha skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali.

Artikolu 416

Informazzjoni kunfidenzjali

1.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 384, xejn fit-Titoli I sa XII ta' din l-Intestatura jew fis-Sitt Intestatura ta' din il-Parti ma għandu jinftiehem bħala li jeħtieġ li Parti tagħmel disponibbli informazzjoni kunfidenzjali, li d-l-iżvelar tagħha tkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi, jew inkella tkun kontra l-interess pubbliku, jew li tkun tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriżi partikolari, pubbliċi jew privati, ħlief meta tribunal tal-arbitraġġ ikun jeħtieġ tali informazzjoni kunfidenzjali fil-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim taħt it-Titolu I tas-Sitt Parti, jew fejn bord ta’ esperti jitlob tali informazzjoni konfidenzjali fi proċedimenti skont l-Artikolu 409 jew 410. F’każijiet bħal dawn, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiżgura li l-kunfidenzjalità tkun protetta bis-sħiħ f’konformità mal-Anness 48.

2.   Meta Parti tippreżenta informazzjoni lill-Kunsill ta’ Sħubija jew lil Kumitati li hija kkunsidrata bħala kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali, sakemm il-Parti li tissottomettiha ma taqbilx mod ieħor.

IT-TIENI INTESTATURA

AVJAZZJONI

TITOLU I

TRASPORT BL-AJRU

Artikolu 417

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"trasportatur tal-ajru" tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja operattiva valida jew ekwivalenti;

(b)

"trasportatur tal-ajru tal-Unjoni" tfisser trasportatur tal-ajru li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 422(1);

(c)

"trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit" tfisser trasportatur tal-ajru li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 422(1) jew l-Artikolu 422(2);

(d)

"servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru" tfisser servizzi tat-traffiku tal-ajru, servizzi ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni u ta’ sorveljanza, servizzi meteoroloġiċi għan-navigazzjoni bl-ajru, u servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika;

(e)

"ċertifikat tal-operatur tal-ajru" tfisser dokument maħruġ lil trasportatur tal-ajru li jafferma li t-trasportatur tal-ajru inkwistjoni jkollu l-kapaċità u l-organizzazzjoni professjonali li jiżgura l-operat sikur ta’ inġenji tal-ajru għall-attivitajiet tal-avjazzjoni speċifikati fiċ-ċertifikat;

(f)

"ġestjoni tat-traffiku tal-ajru" tfisser l-aggregazzjoni tal-funzjonijiet fl-ajru u dawk ibbażati fl-art (servizzi ta’ traffiku tal-ajru, amministrazzjoni ta’ spazju tal-ajru u amministrazzjoni tal-fluss ta’ traffiku tal-ajru) rekwiżita biex ikun żgurat il-moviment sikur u effiċjenti tal-ajruplan matul il-fażijiet kollha tal-operazzjonijiet;

(g)

“trasport bl-ajru” tfisser il-ġarr b’inġenji tal-ajru ta’ passiġġieri, ta’ bagalji, ta’ merkanzija, u ta’ posta, separatament jew flimkien, offrut lill-pubbliku bi ħlas jew b’kiri;

(h)

"determinazzjoni taċ-ċittadinanza" tfisser il-konstatazzjoni li t-trasportatur tal-ajru li jipproponi li jopera servizzi tal-ajru skont dan it-Titolu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 422 rigward is-sjieda tiegħu, il-kontroll effettiv, u s-sede prinċipali;

(i)

"awtoritajiet kompetenti" tfisser, għar-Renju Unit, l-awtoritajiet tar-Renju Unit responsabbli mill-funzjonijiet regolatorji u amministrattivi li jaqgħu fuq ir-Renju Unit skont dan it-Titolu; u għall-Unjoni, l-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri responsabbli mill-funzjonijiet regolatorji u amministrattivi li jaqgħu fuq l-Unjoni skont dan it-Titolu;

(j)

"il-Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, magħmula f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944, u tinkludi:

(i)

kwalunkwe emenda li daħlet fis-seħħ skont l-Artikolu 94(a) tal-Konvenzjoni u li ġiet irratifikata kemm mir-Renju Unit kif ukoll mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri konċernati, kif ikun rilevanti għas-suġġett inkwistjoni; u

(ii)

kwalunkwe Anness jew kull emenda adottata għalih skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni, sa fejn tali Anness jew emenda jkunu effettivi fi kwalunkwe waqt effettivi għar-Renju Unit u għall-Istat Membru jew għall-Istati Membri konċernati, kif ikun rilevanti għas-suġġett inkwistjoni;

(k)

"diskriminazzjoni" tfisser differenzjazzjoni ta’ kwalunkwe tip mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inklużi servizzi pubbliċi, fir-rigward tal-operat tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, jew fir-rigward tat-trattament tagħhom minn awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal tali servizzi;

(l)

"kontroll effettiv" tfisser relazzjoni kostitwita permezz ta’ jeddijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew konġuntament u b’kont meħud tal-konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew liġi involuta, jagħtu l-possibbiltà li direttament jew indirettament tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq xi impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

(i)

id-dritt li jintużaw l-assi kollha jew parti minnhom ta’ impriża;

(ii)

jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-korpi ta’ xi impriża jew b’xi mod ieħor jinfluwenzaw b’mod deċiżiv it-tmexxija tal-operat kummerċjali tal-impriża;

(m)

" determinazzjoni tal-idoneità" tfisser il-konstatazzjoni li trasportatur tal-ajru li jipproponi li jopera servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim ikollu kapaċità finanzjarja sodisfaċenti u għarfien espert maniġerjali adegwat biex jopera tali servizzi u huwa dispost jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mar-rekwiżiti li jirregolaw l-operat ta’ tali servizzi;

(n)

"kost sħiħ" tfisser il-kost tas-servizz ipprovdut, li jista’ jinkludi ammonti xierqa għall-kost tal-kapital u għad-deprezzament tal-assi, kif ukoll il-kostijiet tal-manutenzjoni, tal-operat, tal-ġestjoni u tal-amministrazzjoni;

(o)

"ICAO" tfisser l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti;

(p)

"post prinċipali tan-negozju" tfisser l-uffiċċju ewlieni jew l-uffiċċju reġistrat ta’ trasportatur tal-ajru li fih jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll tal-operat, inkluża l-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tat-trasportatur tal-ajru;

(q)

"spezzjoni fir-rampa" tfisser eżami mill-awtorità kompetenti ta’ Parti jew tar-rappreżentanti ddeżinjati tagħha, abbord u madwar inġenju tal-ajru tal-Parti l-oħra, għall-verifika kemm tal-validità tad-dokumenti rilevanti tal-inġenju tal-ajru u ta’ dawk tal-membri tal-ekwipaġġ tiegħu kif ukoll il-kundizzjoni apparenti tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir tiegħu;

(r)

"awtoforniment ta’ servizz" tfisser it-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ servizzi fuq l-art minn trasportatur tal-ajru direttament għalih stess jew għal trasportatur tal-ajru ieħor fejn:

(i)

wieħed ikollu l-maġġoranza tal-ishma fl-ieħor; jew

(ii)

korp wieħed ikollu maġġoranza ta’ ishma f’kull korp;

(s)

"servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati" tfisser servizzi tal-ajru li huma skedati u mwettqa għal remunerazzjoni skont skeda ta’ żmien ippubblikata, jew li tant huma regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu serje sistematika rikonoxxuta, u li huma miftuħa għal prenotazzjoni diretta mill-membri tal-pubbliku; u t-titjiriet li jinvolvu sezzjoni żejda, ikkawżati minn traffiku żejjed mit-titjiriet skedati;

(t)

"waqfa għal finijiet mhux tat-traffiku" tfisser inżul għal kwalunkwe fini għajr it-tlugħ abbord jew il-ħatt ta’ passiġġieri, ta’ bagalji, ta’ merkanzija u/jew ta’ posta fit-trasport bl-ajru;

(u)

"tariffa" tfisser kull tariffa, rata jew imposta għall-ġarr ta’ passiġġieri, ta’ bagalji jew ta’ merkanzija (eskluża l-posta) fit-trasport bl-ajru (inkluż kull mod ieħor tat-trasport b’rabta ma’ dan) li jiġu imposti mit-trasportaturi tal-ajru, inklużi l-aġenti tagħhom, u l-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponibbiltà ta’ tali tariffa, rata jew imposta;

(v)

"imposta tal-utent" tfisser imposta fuq it-trasportaturi tal-ajru għall-provvista ta’ faċilitajiet jew ta’ servizzi tal-ajruport, tan-navigazzjoni bl-ajru (inklużi titjiriet li jgħaddu minn fuq), jew faċilitajiet jew servizzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni inklużi servizzi u faċilitajiet relatati, jew imposti relatati mal-ambjent inklużi imposti relatati mal-istorbju u imposti sabiex jiġu indirizzati problemi ta’ kwalità tal-arja lokali fl-ajruporti jew madwarhom.

Artikolu 418

Skeda tar-rotot

1.   Soġġett għall-Artikolu 419, l-Unjoni għandha tagħti lir-Renju Unit id-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit joperaw, filwaqt li jwettqu trasport bl-ajru, fuq ir-rotot speċifikati hawn taħt:

Punti fit-territorju tar-Renju Unit – Punti Intermedji – Punti fit-territorju tal-Unjoni – Punti Lil Hinn.

2.   Soġġett għall-Artikolu 419, ir-Renju Unit għandu jagħti lill-Unjoni d-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni joperaw, filwaqt li jwettqu trasport bl-ajru, fuq ir-rotot speċifikati hawn taħt:

Punti fit-territorju tal-Unjoni – Punti Intermedji – Punti fit-territorju tar-Renju Unit – Punti Lil Hinn.

Artikolu 419

Drittijiet tat-traffiku

1.   Kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra d-dritt għat-trasportaturi tal-ajru rispettivi, bl-għan li jwettqu trasport bl-ajru fuq ir-rotot stabbiliti fl-Artikolu 418, biex:

(a)

itiru fit-territorju tagħha mingħajr ma jillandjaw;

(b)

jagħmlu waqfiet fit-territorju tagħha għal skopijiet mhux ta’ traffiku.

2.   Ir-Renju Unit għandu jgawdi d-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tiegħu jagħmlu waqfiet fit-territorju tal-Unjoni sabiex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru skedati u mhux skedati bejn xi punt li jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u xi punt li jinsab fit-territorju tal-Unjoni (it-tielet u r-raba’ drittijiet tat-traffiku liberu).

3.   L-Unjoni għandha tgawdi d-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tagħha jagħmlu waqfiet fit-territorju tar-Renju Unit sabiex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru skedati u mhux skedati bejn kwalunkwe punt li jinsab fit-territorju tal-Unjoni u kwalunkwe punt li jinsab fit-territorju tar-Renju Unit (it-tielet u r-raba’ drittijiet tat-traffiku liberu).

4.   Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, l-Istati Membri u r-Renju Unit jistgħu, soġġett għar-regoli u l-proċeduri interni rispettivi tal-Partijiet, jidħlu f’arranġamenti bilaterali li permezz tagħhom, bħala suġġett ta’ dan il-Ftehim, jagħtu lil xulxin id-drittijiet li ġejjin:

(a)

għar-Renju Unit, id-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tiegħu jagħmlu waqfiet fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat biex jipprovdu servizzi tat-trasport tal-ajru skedati u mhux skedati tal-merkanzija kollha, bejn punti li jinsabu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punti li jinsabu f’pajjiż terz bħala parti minn servizz b’oriġini jew destinazzjoni fit-territorju tar-Renju Unit (il-ħames libertà tad-drittijiet tat-traffiku);

(b)

għall-Istat Membru kkonċernat, id-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jagħmlu waqfiet fit-territorju tar-Renju Unit biex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru skedati u mhux skedati tal-merkanzija kollha, bejn punti li jinsabu fit-territorju tar-Renju Unit u punti li jinsabu f’pajjiż terz, bħala parti minn servizz b’oriġini jew destinazzjoni fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru (il-ħames libertà tad-drittijiet tat-traffiku).

5.   Id-drittijiet mogħtija reċiprokament f’konformità mal-paragrafu 4 għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

6.   L-ebda Parti ma għandha tillimita b’mod unilaterali l-volum tat-traffiku, il-kapaċità, il-frekwenza, ir-regolarità, l-għażla tar-rotot, l-oriġini jew id-destinazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru operati f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4, jew it-tip jew it-tipi ta’ inġenji tal-ajru operati għal dak l-għan mit-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra, ħlief kif jista’ jkun meħtieġ għal raġunijiet doganali, tekniċi, operazzjonali, ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, ta’ sikurezza, ambjentali jew ta’ protezzjoni tas-saħħa, b’mod mhux diskriminatorju, jew sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan it-Titolu.

7.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jitqies li jagħti lir-Renju Unit id-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tiegħu jtellgħu abbord fit-territorju ta’ Stat Membru passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li tinġarr għal kumpens u li tkun maħsuba għal punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor.

8.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jitqies li jagħti lill-Unjoni d-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tagħha jtellgħu abbord fit-territorju tar-Renju Unit passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li tinġarr għal kumpens u li tkun destinata għal punt ieħor fit-territorju tar-Renju Unit.

9.   Soġġett għar-regoli u l-proċeduri interni tal-Partijiet, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw servizzi tat-trasport bl-ajru mhux skedati lil hinn mid-drittijiet previsti f’dan l-Artikolu sakemm dawn ma jikkostitwixxux forma moħbija ta’ servizzi skedati, u jistgħu jistabbilixxu arranġamenti bilaterali rigward il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-ġestjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward l-applikazzjonijiet tat-trasportaturi tal-ajru.

Artikolu 420

Arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċijiet u arranġamenti ta’ spazju mblukkat

1.   Is-servizzi tat-trasport bl-ajru f’konformità mal-Artikolu 419 jistgħu jiġu pprovduti permezz ta’ arranġamenti ta’ spazju mblukkat jew ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, kif ġej:

(a)

trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit jista’ jaġixxi bħala t-trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ kwalunkwe trasportatur li jopera li jkun trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jew trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, jew ma’ kwalunkwe trasportatur li jopera ta’ pajjiż terz li, skont id-dritt tal-Unjoni jew, kif applikabbli, skont id-dritt tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri konċernati, igawdi d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa kif ukoll id-dritt għat-trasportaturi tal-ajru tiegħu li jeżerċitaw dawk id-drittijiet permezz tal-arranġament inkwistjoni;

(b)

trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jista’ jaġixxi bħala t-trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ kwalunkwe trasportatur li jopera li jkun trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jew trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, jew ma’ kwalunkwe trasportatur li jopera ta’ pajjiż terz li, skont il-liġi tar-Renju Unit igawdi d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa kif ukoll id-dritt għat-trasportaturi tal-ajru tiegħu li jeżerċitaw dawk id-drittijiet permezz tal-arranġament inkwistjoni;

(c)

trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit jista’ jaġixxi bħala t-trasportatur li jopera ma’ kwalunkwe trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jew trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, jew ma’ kwalunkwe trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ pajjiż terz li, skont id-dritt tal-Unjoni jew, kif applikabbli, skont id-dritt tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri konċernati, igawdi d-drittijiet meħtieġa sabiex jidħol fl-arranġament inkwistjoni;

(d)

trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jista’ jaġixxi bħala t-trasportatur li jopera ma’ kwalunkwe trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jew trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, jew ma’ kwalunkwe trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ pajjiż terz li, skont id-dritt tar-Renju Unit, igawdi d-drittijiet meħtieġa sabiex jidħol fl-arranġament inkwistjoni;

(e)

fil-kuntest tal-arranġamenti previsti skont il-punti (a) sa (d),, trasportatur tal-ajru ta’ Parti waħda jista’ jaġixxi bħala t-trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni f’arranġament ta’ spazju mblukkat jew ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, fis-servizzi bejn kwalunkwe par punti li kemm l-oriġini kif ukoll id-destinazzjoni tagħhom jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b), skont il-każ, fir-rigward tat-trasportatur li jopera; u

(ii)

is-servizz tat-trasport inkwistjoni jifforma parti minn trasport mit-trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni bejn punt fit-territorju tal-Parti tiegħu u dak il-punt ta’ destinazzjoni fit-territorju tal-Parti l-oħra.

2.   Trasportatur tal-ajru ta’ Parti waħda jista’ jaġixxi bħala t-trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni f’arranġament ta’ spazju mblukkat jew ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, f’servizzi bejn kwalunkwe par punti li wieħed minnhom jinsab fit-territorju tal-Parti l-oħra u l-ieħor jinsab f’pajjiż terz, dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1, skont il-każ, fir-rigward tat-trasportatur li jopera; u

(b)

is-servizz tat-trasport inkwistjoni jifforma parti minn trasport mit-trasportatur ta’ kummerċjalizzazzjoni bejn punt fit-territorju tal-Parti tiegħu u dak il-punt f’pajjiż terz.

3.   Fir-rigward ta’ kull biljett mibjugħ li jinvolvi l-arranġamenti msemmija f’dan l-Artikolu, ix-xerrej għandu jiġi informat mal-prenotazzjoni dwar liema trasportatur tal-ajru jkun ser jopera kull settur tas-servizz. Fejn dan ma jkunx possibbli, jew fil-każ ta’ tibdil wara l-prenotazzjoni, l-identità tat-trasportatur li jopera għandha tiġi kkomunikata lill-passiġġier malli tiġi stabbilita. Fil-każijiet kollha, l-identità tat-trasportatur jew tat-trasportaturi li joperaw għandha tiġi kkomunikata lill-passiġġier waqt ir-reġistrazzjoni (check-in), jew qabel ma jitla’ abbord meta ma jkun meħtieġ l-ebda reġistrazzjoni għal titjira konnessa.

4.   Il-Partijiet jistgħu jirrikjedu li l-arranġamenti msemmija f’dan l-Artikolu jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-għan li tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih u ma’ rekwiżiti oħra previsti f’dan il-Ftehim, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni ġusta, tas-sikurezza u tas-sigurtà.

5.   Fl-ebda każ ir-rikors għal arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi jew ta’ spazju mblukkat ma għandu jirriżulta fl-eżerċitar ta’ drittijiet tat-traffiku mit-trasportaturi tal-ajru tal-Partijiet fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim għajr dawk previsti fl-Artikolu 419.

Artikolu 421

Flessibbiltà operazzjonali

Id-drittijiet mogħtija b’mod reċiproku mill-Partijiet f’konformità mal-Artikolu 419(2), (3) u (4) għandhom jinkludu, fil-limiti stabbiliti fihom, il-prerogattivi kollha li ġejjin:

(a)

li jiġu operati titjiriet f’xi waħda jew fiż-żewġ direzzjonijiet;

(b)

li jiġu kkombinati numri ta’ titjiriet differenti fi ħdan operazzjoni waħda ta’ inġenju tal-ajru;

(c)

li jinqdew punti fl-iskeda tar-rotot fi kwalunkwe taħlita u fi kwalunkwe ordni;

(d)

li jiġi ttrasferit it-traffiku bejn l-inġenji tal-ajru tal-istess trasportatur tal-ajru fi kwalunkwe punt (tibdil tal-gauge);

(e)

li jinġarr traffiku ta’ waqfa minn kwalunkwe punt kemm ġewwa kif ukoll jekk barra t-territorju ta’ xi waħda mill-Partijiet;

(f)

li jinġarr traffiku ta’ tranżitu mit-territorju tal-Parti l-oħra;

(g)

li jingħaqad flimkien traffiku fuq l-istess inġenju tal-ajru irrispettivament minn fejn ikun joriġina tali traffiku;

(h)

li jinqeda aktar minn punt wieħed fuq l-istess servizz (koterminalizzazzjoni).

Artikolu 422

Awtorizzazzjonijiet operattivi u permessi tekniċi

1.   Mar-riċezzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva minn trasportatur tal-ajru ta’ Parti, fil-forma u l-mod preskritti, biex jopera servizzi tat-trasport bl-ajru skont dan it-Titolu, il-Parti l-oħra għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tekniċi xierqa bl-inqas dewmien proċedurali possibbli, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit:

(i)

it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, u jkun effettivament ikkontrollat mir-Renju Unit, min-nazzjonali tiegħu, jew mit-tnejn li huma;

(ii)

it-trasportatur tal-ajru jkollu s-sede prinċipali tiegħu fit-territorju tar-Renju Unit, u jkun liċenzjat f’konformità mad-dritt tar-Renju Unit; u

(iii)

it-trasportatur tal-ajru jkollu ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, li għandu jkun identifikat b’mod ċar, u dik l-awtorità teżerċita u żżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru;

(b)

fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru tal-Unjoni:

(i)

it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, u jkun ikkontrollat b’mod effettiv minn Stat Membru wieħed jew aktar, minn stati membri oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea, mill-Iżvizzera, minn nazzjonali ta’ tali stati, jew minn taħlita tagħhom;

(ii)

it-trasportatur tal-ajru jkollu s-sede prinċipali tiegħu fit-territorju tal-Unjoni u jkollu liċenzja operattiva valida f’konformità mad-dritt tal-Unjoni; u

(iii)

it-trasportatur tal-ajru jkollu ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, jew minn awtorità tal-Unjoni f’isimha, l-awtorità ċertifikanti tkun identifikata b’mod ċar, u dak l-Istat Membru jeżerċita u jżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru.

(c)

l-Artikolu 434 u 435 jkunu rispettati, kif ukoll

(d)

it-trasportatur tal-ajru jissodisfa l-kundizzjonijiet preskritti taħt il-liġijiet u r-regolamenti li normalment japplikaw għall-operat ta’ trasport internazzjonali bl-ajru mill-Parti li tikkunsidra l-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet.

2.   Minkejja l-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tal-operat xierqa għandhom jingħataw lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a)(ii), (a)(iii), (c) u (d) tal-paragrafu 1 jkunu rispettati;

(b)

it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, u jkun ikkontrollat b’mod effettiv minn Stat Membru wieħed jew aktar, minn stati membri oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea, mill-Iżvizzera, minn nazzjonali ta’ tali stati, jew minn taħlita tagħhom, kemm jekk waħedhom jew flimkien mar-Renju Unit u/jew ma’ nazzjonali tar-Renju Unit;

(c)

fil-jum li jintemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni, it-trasportatur tal-ajru kellu liċenzja operattiva valida f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-evidenza ta’ kontroll regolatorju effettiv tinkludi, iżda mhux limitatament, dawn li ġejjin:

(a)

li t-trasportatur bl-ajru kkonċernat ikollu liċenzja operattiva valida jew permess validu maħruġ mill-awtorità kompetenti u jissodisfa l-kriterji tal-Parti li toħroġ il-liċenzja operattiva jew il-permess għall-operat tas-servizzi internazzjonali tal-ajru; u

(b)

li dik il-Parti jkollha u żżomm programmi ta’ sorveljanza tas-sikurezza u tas-sigurtà għal dak it-trasportatur tal-ajru f’konformità mal-istandards tal-ICAO.

4.   Meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet tal-operat u l-permessi tekniċi, kull Parti għandha tittratta lit-trasportaturi kollha tal-Parti l-oħra mingħajr diskriminazzjoni.

5.   Mar-riċezzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva minn trasportatur tal-ajru ta’ Parti, il-Parti l-oħra għandha tirrikonoxxi kwalunkwe determinazzjoni tal-idoneità jew determinazzjoni taċ-ċittadinanza jew it-tnejn li huma magħmula mill-ewwel Parti fir-rigward ta’ dak it-trasportatur tal-ajru daqslikieku dik id-determinazzjoni tkun saret mill-awtoritajiet kompetenti tagħha stess, u ma għandhiex tistħarreġ aktar tali kwistjonijiet, għajr kif previst fl-Artikolu 424(3).

Artikolu 423

Pjanijiet, programmi u skedi operazzjonali

In-notifika ta’ pjanijiet, ta’ programmi jew ta’ skedi operazzjonali għal servizzi tal-ajru operati skont dan it-Titolu jistgħu jkunu meħtieġa minn Parti għall-finijiet ta’ informazzjoni biss. Meta Parti tkun teħtieġ tali notifika, din għandha timminimizza l-piż amministrattiv assoċjat mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta’ notifika tagħha li jkun jiġġarrab mill-intermedjarji tat-trasport bl-ajru u mit-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra.

Artikolu 424

Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-awtorizzazzjoni operattiva

1.   L-Unjoni tista’ tieħu azzjoni kontra trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet u permessi mogħtija f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 422(1), ma tkunx issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati hemm;

(b)

fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet u permessi mogħtija f’konformità mal-Artikolu 422(2), ma tkunx issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati hemm;

(c)

it-trasportatur tal-ajru jkun naqas milli jikkonforma mal-liġijiet u mar-regolamenti msemmija fl-Artikolu 426; jew

(d)

tali azzjoni tkun meħtieġa sabiex tipprevjeni, tipproteġi kontra jew tikkontrolla t-tixrid ta’ mard, jew inkella tipproteġi s-saħħa pubblika b’xi mod ieħor.

2.   Ir-Renju Unit jista’ jieħu azzjoni kontra trasportatur tal-ajru tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

ma tkunx issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 422(1);

(b)

it-trasportatur tal-ajru jkun naqas milli jikkonforma mal-liġijiet u r-regolamenti msemmijin fl-Artikolu 426; jew

(c)

tali azzjoni tkun meħtieġa sabiex tipprevjeni, tipproteġi kontra jew tikkontrolla t-tixrid ta’ mard, jew inkella tipproteġi s-saħħa pubblika b’xi mod ieħor.

3.   Fejn Parti jkollha motivi raġonevoli sabiex temmen li trasportatur tal-ajru tal-Parti l-oħra jkun fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew 2, skont il-każ, u li trid tittieħed azzjoni f’dak ir-rigward, dik il-Parti għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra malajr kemm jista’ jkun bir-raġunijiet għar-rifjut, għas-sospensjoni jew għal-limitazzjoni maħsuba tal-awtorizzazzjoni operattiva jew tal-permess tekniku u titlob konsultazzjonijiet.

4.   Tali konsultazzjonijiet għandhom jibdew mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 30 jum mir-riċezzjoni tat-talba għall-konsultazzjonijiet. In-nuqqas li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti fi żmien 30 jum jew f’perjodu ta’ żmien miftiehem mid-data tal-bidu ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, jew in-nuqqas li tittieħed l-azzjoni korrettiva miftiehma, għandu jikkostitwixxi raġuni għall-Parti li talbet il-konsultazzjonijiet sabiex tieħu azzjoni bl-għan li tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, timponi kundizzjonijiet fuq jew tillimita l-awtorizzazzjoni operattiva jew il-permessi tekniċi tat-trasportatur tal-ajru jew tat-trasportaturi tal-ajru konċernati sabiex tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 422 u 426. Meta jkunu ttieħdu miżuri sabiex tiġi rrifjutata, irrevokata, sospiża jew limitata l-awtorizzazzjoni operattiva jew il-permess tekniku ta’ trasportatur tal-ajru, Parti jista’ jkollha rikors għal arbitraġġ f’konformità mal-Artikolu 739, mingħajr ma jkollha rikors preċedenti għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 738. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-fini tal-Artikolu 744. Bit-talba ta’ Parti, it-tribunal jista’, sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali tiegħu, jordna l-adozzjoni ta’ miżuri interim ta’ rimedju, inklużi l-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri meħuda minn kwalunkwe Parti skont dan l-Artikolu.

5.   Minkejja l-paragrafi 3 u 4, fil-każijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, u fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, Parti tista’ tieħu azzjoni immedjata jew urġenti fejn meħtieġ minħabba emerġenza, jew sabiex tipprevjeni nuqqas ta’ konformità ulterjuri. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, aktar nuqqas ta’ konformità tfisser li l-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità diġà tkun tqajmet bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

6.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu XI tal-Ewwel Intestatura, l-Artikolu 427(4), l-Artikolu 434(4), (6) u (8) u l-Artikolu 435(12) u għall-proċedura ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim stabbilita fit-Titolu I tas-Sitt Parti jew għall-miżuri li jirriżultaw minnhom.

Artikolu 425

Sjieda u kontroll ta’ trasportaturi tal-ajru

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-benefiċċji potenzjali tat-tkomplija tal-liberalizzazzjoni tas-sjieda u tal-kontroll tat-trasportaturi tal-ajru rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jiftiehmu li jeżaminaw fil-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport tal-Ajru għal-liberalizzazzjoni tas-sjieda u tal-kontroll tat-trasportaturi tal-ajru tagħhom fi żmien 12-il xahar mir-riċezzjoni ta’ talba sabiex jagħmlu dan minn xi waħda mill-Partijiet. B’riżultat ta’ din l-eżami, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jemendaw dan it-Titolu.

Artikolu 426

Konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti

1.   Il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Parti li għandhom x’jaqsmu mal-ammissjoni għat-territorju tagħha, l-operat fi ħdanu, u t-tluq minnu ta’ inġenji tal-ajru involuti fit-trasport internazzjonali bl-ajru għandhom jiġu rrispettati mit-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra meta jidħlu fit-territorju ta’ dik il-Parti, joperaw fih jew joħorġu minnu, rispettivament.

2.   Il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Parti relatati mal-ammissjoni fit-territorju tagħha, mal-operat fi ħdanu, jew mat-tluq minnu ta’ passiġġieri, ta’ ekwipaġġ, ta’ bagalji, ta’ merkanzija jew ta’ posta fuq inġenji tal-ajru (inklużi regolamenti relatati mad-dħul, mal-ikklerjar, mal-immigrazzjoni, mal-passaporti, mad-dwana u mal-kwarantina, jew fil-każ tal-posta, ir-regolamenti postali) għandhom jiġu rrispettati minn, jew f’isem, tali passiġġieri, ekwipaġġ, bagalji, merkanzija, u posta li jinġarru mit-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra waqt li jkunu deħlin fit-territorju ta’ dik il-Parti, joperaw fih jew joħorġu minnu, rispettivament.

3.   Il-Partijiet għandhom jippermettu, fit-territorju rispettiv tagħhom, lit-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra jieħdu miżuri biex jiġi żgurat li jiġu ttrasportati biss persuni bid-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa għad-dħul fit-territorju tal-Parti l-oħra jew għal tranżitu minnu.

Artikolu 427

Nondiskriminazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għat-Titolu XI tal-Ewwel Intestatura, il-Partijiet għandhom jeliminaw, fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom, kull forma ta’ diskriminazzjoni li taffettwa b’mod negattiv l-opportunità ġusta u ugwali tat-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra li jikkompetu fl-eżerċizzju tad-drittijiet previsti f’dan it-Titolu.

2.   Parti (il-"Parti inizjatriċi") tista’ tipproċedi f’konformità mal-paragrafi 3 sa 6 meta tqis li l-opportunitajiet ġusti u ugwali tat-trasportaturi tal-ajru tagħha biex jikkompetu fl-eżerċizzju tad-drittijiet previsti f’ dan it-Titolu huma affettwati b’mod negattiv mid-diskriminazzjoni pprojbita mill-paragrafu 1.

3.   Il-Parti inizjatriċi għandha tippreżenta talba bil-miktub għal konsultazzjonijiet lill-Parti l-oħra (il-"Parti rispondenti"). Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien perjodu ta’ 30 jum mir-riċezzjoni tat-talba, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.

4.   Fejn il-Parti inizjatriċi u l-Parti rispondenti jonqsu milli jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni fi żmien 60 jum mir-riċezzjoni tat-talba għall-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Parti inizjatriċi tista’ tieħu miżuri kontra t-trasportaturi tal-ajru kollha jew parti minnhom li jkunu bbenefikaw minn diskriminazzjoni pprojbita mill-paragrafu 1, inkluża azzjoni biex tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, timponi kundizzjonijiet jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet operattivi jew il-permessi tekniċi tat-trasportaturi tal-ajru kkonċernati.

5.   Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 4 preċedenti għandhom ikunu xierqa, proporzjonati u ristretti fl-ambitu u fid-durata tagħhom għal dak li huwa strettament meħtieġ, bl-għan li jitnaqqas id-dannu għat-trasportaturi tal-ajru tal-Parti li qed taġixxi u li jiġi eliminat il-vantaġġ indebitu miksub mit-trasportaturi tal-ajru li kontrihom ittieħdu dawn il-miżuri.

6.   Fejn il-konsultazzjonijiet ma jkunux irriżolvew il-kwistjoni jew fejn ikunu ttieħdu miżuri skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, Parti tista’ tirrikorri għall-arbitraġġ f’konformità mal-Artikolu 739, mingħajr ma jkun hemm rikors minn qabel għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 738. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-fini tal-Artikolu 744. Bit-talba ta’ Parti, it-tribunal jista’, sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali tiegħu, jordna l-adozzjoni ta’ miżuri interim ta’ rimedju, inklużi l-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri meħuda minn kwalunkwe Parti skont dan l-Artikolu.

7.   Minkejja l-paragrafu 2, il-Partijiet ma għandhomx jipproċedu skont il-paragrafi 3 sa 6 fir-rigward ta’ kondotta li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu XI tal-Ewwel Intestatura.

Artikolu 428

Eżerċizzju ta’ negozju

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-ostakli għall-eżerċizzju ta’ negozju li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru jkunu ta’ xkiel għall-benefiċċji fil-qafas ta’ dan it-Titolu. Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fit-tneħħija tal-ostakli għall-eżerċizzju ta’ negozju għat-trasportaturi tal-ajru taż-żewġ Partijiet meta tali ostakli jkunu jistgħu jxekklu l-operazzjonijiet kummerċjali, joħolqu distorsjonijiet għall-kompetizzjoni jew jaffettwaw l-opportunitajiet indaqs sabiex jikkompetu.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bl-Ajru għandu jimmonitorja l-progress fl-indirizzar effettiv ta’ kwistjonijiet relatati ma’ ostakli għall-eżerċizzju ta’ negozju għat-trasportaturi tal-ajru.

Artikolu 429

Operazzjonijiet kummerċjali

1.   Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin id-drittijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7. Għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet, it-trasportaturi tal-ajru ta’ kull waħda mill-Partijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jżommu sponsor lokali.

2.   Fir-rigward tar-rappreżentanti tat-trasportaturi tal-ajru:

(a)

l-istabbiliment ta’ uffiċċji u ta’ faċilitajiet mit-trasportaturi tal-ajru ta’ Parti waħda fit-territorju tal-Parti l-oħra kif ikun meħtieġ sabiex jiġu pprovduti servizzi skont dan it-Titolu għandu jkun permess mingħajr restrizzjoni jew diskriminazzjoni;

(b)

mingħajr preġudizzju għar-regolamenti dwar is-sikurezza u s-sigurtà, meta tali uffiċċji u faċilitajiet ikunu jinsabu f’ajruport, dawn jistgħu jkunu soġġetti għal limitazzjonijiet fuq il-bażi tad-disponibbiltà tal-ispazju;

(c)

kull Parti, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha relatati mad-dħul, mar-residenza u mal-impjieg, għandha tawtorizza t-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra sabiex idaħħlu u jżommu fit-territorju tal-Parti awtorizzanti dawk tal-persunal maniġerjali, tal-bejgħ, tekniku, operazzjonali, u ta’ persunal speċjalist ieħor tagħhom stess li t-trasportatur tal-ajru jqis b’mod raġonevoli bħala meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru skont dan it-Titolu. Fejn ikunu meħtieġa awtorizzazzjonijiet tal-impjieg għall-persunal imsemmi f’dan il-paragrafu, inkluż dak li jwettaq ċerti dmirijiet temporanji, il-Partijiet għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal tali awtorizzazzjonijiet mingħajr dewmien, soġġett għal-liġijiet u għar-regolamenti rilevanti.

3.   Fir-rigward tas-servizzi fuq l-art fit-trasport bl-ajru:

(a)

kull Parti għandha tippermetti t-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra jwettqu awtoforniment ta’ servizzi fit-territorju tagħha mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr dawk ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza jew ta’ sigurtà, jew li jirriżultaw b’xi mod ieħor minn restrizzjonijiet fiżiċi jew operazzjonali;

(b)

kull Parti ma għandhiex timponi fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra l-għażla ta’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizzi fuq l-art fost dawk li jkunu preżenti fis-suq f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Parti fejn jiġu pprovduti s-servizzi;

(c)

mingħajr preġudizzju għall-punt (a), fejn il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Parti jillimitaw jew jirrestrinġu bi kwalunkwe mod il-kompetizzjoni libera bejn il-fornituri ta’ servizzi fuq l-art, dik il-Parti għandha tiżgura li s-servizzi fuq l-art kollha meħtieġa jkunu disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra u li dawn jiġu pprovduti b’termini xejn anqas favorevoli minn dawk li bihom jiġu pprovduti lil kwalunkwe trasportatur tal-ajru ieħor.

4.   Fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti, kull Parti għandha tiżgura li r-regolamenti, il-linji gwida u l-proċeduri tagħha għall-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti fit-territorju tagħha jiġu applikati b’mod trasparenti, effettiv, mhux diskriminatorju u puntwali.

5.   Fir-rigward tal-ispejjeż lokali u tat-trasferiment ta’ fondi u tal-qligħ:

(a)

id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Ewwel Intestatura japplikaw għall-kwistjonijiet regolati b’dan it-Titolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 422;

(b)

il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin il-benefiċċji stabbiliti fil-punti (c) sa (e);

(c)

għandu jkun possibbli li l-bejgħ u x-xiri ta’ servizzi tat-trasport u ta’ servizzi relatati mit-trasportaturi tal-ajru tal-Partijiet, fid-diskrezzjoni tat-trasportatur tal-ajru, jiġu ddenominati f’lira sterlina jekk il-bejgħ jew ix-xiri jseħħ fit-territorju tar-Renju Unit, jew, jekk il-bejgħ jew ix-xiri jseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru, jiġu ddenominati fil-munita ta’ dak l-Istat Membru;

(d)

it-trasportaturi tal-ajru ta’ kull Parti għandhom jitħallew iħallsu għall-ispejjeż lokali fil-munita lokali, skont id-diskrezzjoni tagħhom;

(e)

it-trasportaturi tal-ajru ta’ kull Parti għandhom ikunu permessi, fuq talba, jiġbru d-dħul miksub fit-territorju tal-Parti l-oħra mill-bejgħ ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru u minn attivitajiet assoċjati direttament marbuta mat-trasport bl-ajru li jaqbeż is-somom żborżati lokalment, fi kwalunkwe ħin, bi kwalunkwe mod, lill-pajjiż tal-għażla tagħhom. Il-konverżjoni u r-rimessa fil-pront għandhom ikunu permessi mingħajr restrizzjonijiet jew tassazzjoni fir-rigward tagħhom bir-rata tal-kambju tas-suq applikabbli għat-tranżazzjonijiet u għar-rimessa attwali fid-data meta t-trasportatur jagħmel l-applikazzjoni inizjali għal rimessa u ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi imposta għajr dawk li normalment jiġu imposti mill-banek talli jwettqu tali konverżjoni jew rimessa.

6.   Fir-rigward tat-trasport intermodali:

(a)

fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri, il-Partijiet ma għandhomx jissoġġettaw lill-fornituri tat-trasport bis-superfiċje għal-liġijiet u għar-regolamenti li jirregolaw it-trasport bl-ajru fuq il-bażi unika li tali trasport bis-superfiċje jkun miżmum minn trasportatur tal-ajru f’ismu stess;

(b)

soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni u kwalifika msemmijin fit-Titolu II tal-Ewwel Intestatura u fl-Annessi tiegħu, kif ukoll fit-Titolu I tat-Tielet Intestatura u l-Annessi tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru ta’ kull Parti għandhom jitħallew, mingħajr restrizzjoni, jużaw b’konnessjoni mat-trasport internazzjonali bl-ajru kwalunkwe trasport fuq xi superfiċe ta’ merkanzija lejn jew minn xi punti fit-territorji tal-Partijiet, jew f’pajjiżi terzi, inkluż it-trasport lejn l-ajruporti kollha b’faċilitajiet doganali, u minnhom, u inkluż, fejn ikun applikabbli, id-dritt tat-trasport ta’ merkanzija li tkun għadha soġġetta għal kontroll doganali skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Tali merkanzija, kemm jekk tinġarr bil-baħar jew bl-ajru, għandu jkollha aċċess għall-proċessar u għall-faċilitajiet doganali tal-ajruport. It-trasportaturi tal-ajru jistgħu jagħżlu li jwettqu t-trasport bis-superfiċje tagħhom stess jew li jipprovduh permezz ta’ arranġamenti, inkluża kondiviżjoni tal-kodiċi, ma’ trasportaturi bis-superfiċje oħrajn, inkluż it-trasport bis-superfiċje operat minn trasportaturi tal-ajru oħra u minn fornituri indiretti tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru. Servizzi tal-merkanzija intermodali bħal dawn jistgħu jiġu offruti bħala servizz b’tibdil tal-operatur u bi prezz uniku għat-trasport bl-ajru u bis-superfiċje kombinat, dment li t-trasportaturi jiġu informati dwar il-fornituri tat-trasport involut.

7.   Fir-rigward tal-leasing:

(a)

il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin id-dritt li t-trasportaturi tal-ajru tagħhom jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru f’konformità mal-Artikolu 419 bil-modi kollha li ġejjin:

(i)

l-użu tal-inġenji tal-ajru taħt kuntratt ta‘ leasing mingħajr ekwipaġġ mingħand kwalunkwe lokatur;

(ii)

fil-każ ta’ trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, l-użu ta’ inġenji tal-ajru taħt kuntratt ta‘ leasing bl-ekwipaġġ minn trasportaturi tal-ajru oħrajn tal-Partijiet;

(iii)

fil-każ ta’ trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, l-użu ta’ inġenji tal-ajru taħt kuntratt ta‘ leasing bl-ekwipaġġ minn trasportaturi tal-ajru oħra tal-Unjoni;

(iv)

jużaw inġenji tal-ajru taħt kuntratt ta‘ leasing bl-ekwipaġġ mingħand trasportaturi tal-ajru għajr dawk imsemmijin fil-punti (ii) u (iii), rispettivament, dment li l-leasing tkun ġustifikata fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet eċċezzjonali, ħtiġijiet ta’ kapaċità staġonali jew diffikultajiet operazzjonali tal-lokatarju u li l-leasing ma teċċedix it-tul ta’ żmien li jkun strettament meħtieġ biex jiġu sodisfatti dawk il-ħtiġijiet jew jingħelbu dawk id-diffikultajiet;

(b)

il-Partijiet jistgħu jirrikjedu li l-arranġamenti ta’ leasing jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-fini ta’ verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu u mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tas-sigurtà applikabbli;

(c)

madankollu, ferjn Parti tkun teħtieġ tali approvazzjoni, hija għandha tagħmel ħilitha biex tħaffef il-proċeduri tal-approvazzjoni u timminimizza l-piżijiet amministrattivi għat-trasportaturi tal-ajru kkonċernati;

(d)

id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu huma mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u għar-regolamenti ta’ Parti fir-rigward tal-leasing ta’ inġenji tal-ajru mit-trasportaturi tal-ajru ta’ dik il-Parti.

Artikolu 430

Dispożizzjonijiet fiskali

1.   Mal-wasla fit-territorju ta’ Parti, l-inġenji tal-ajru operati fit-trasport internazzjonali bl-ajru mit-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra, it-tagħmir regolari tagħhom, il-fjuwil, il-lubrikanti, il-provvisti tekniċi konsumabbli, it-tagħmir tal-art, l-ispare parts (inklużi l-magni), il-provvisti tal-inġenji tal-ajru (inklużi iżda mhux limitati għal oġġetti bħall-ikel, ix-xarbiet u x-xorb, it-tabakk u prodotti oħra maħsuba għall-bejgħ jew għall-użu minn passiġġieri fi kwantitajiet limitati matul it-titjira), u oġġetti oħra maħsuba jew użati biss għall-operat jew għas-servizzjar ta’ inġenji tal-ajru involuti fit-trasport internazzjonali bl-ajru għandhom, fuq il-bażi tar-reċiproċità, u dment li tali tagħmir u provvisti jibqgħu abbord l-inġenju tal-ajru, ikunu eżentati mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjoni, mit-taxxi fuq il-proprjetà u mill-imposti kapitali, mid-dazji doganali, mit-taxxi tas-sisa, mit-tariffi tal-ispezzjoni, mit-taxxa fuq il-valur miżjud jew minn taxxi indiretti simili oħra, u minn tariffi u minn imposti simili imposti mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali jew mill-Unjoni.

2.   L-oġġetti li ġejjin għandhom ikunu eżentati wkoll, fuq il-bażi tar-reċiproċità, mit-taxxi, mill-imposti, mid-dazji, mit-tariffi u mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

il-provvisti ta’ fuq l-inġenji tal-ajru li jiddaħħlu jew li jiġu pprovduti fit-territorju ta’ Parti waħda u li jittellgħu abbord, b’limiti raġonevoli, għall-użu fuq l-inġenji tal-ajru li jkunu ser itiru ’l barra mit-territorju ta’ trasportatur tal-ajru tal-Parti l-oħra użat fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu ser jintużaw waqt parti mill-vjaġġ li jitwettaq fuq it-territorju msemmi;

(b)

it-tagħmir ta’ fuq l-art u l-partijiet tal-bdil (inklużi l-magni) li jiddaħħlu fit-territorju ta’ Parti waħda għaż-żamma fi stat tajjeb, għall-manutenzjoni jew għat-tiswija ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru tal-Parti l-oħra li jintuża fit-trasport internazzjonali bl-ajru;

(c)

lubrifikanti u provvisti tekniċi konsumabbli, barra minn fjuwil, li jiddaħħlu jew li jiġu pprovduti fit-territorju ta’ Parti waħda biex jintużaw f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawk il-provvisti jkunu ser jintużaw waqt parti mill-vjaġġ li jitwettaq fuq it-territorju msemmi; u

(d)

materjal stampat, kif previst bil-leġiżlazzjoni doganali ta’ kull Parti, li jiddaħħal jew li jiġi pprovdut fit-territorju ta’ Parti waħda u li jittella’ abbord għall-użu fuq l-inġenji tal-ajru li jkunu ser itiru ’l barra mit-territorju ta’ trasportatur tal-ajru tal-Parti l-oħra involut fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu ser jintużaw waqt parti mill-vjaġġ li jitwettaq fuq it-territorju msemmi.

3.   It-tagħmir regolari li jinġarr abbord, kif ukoll il-materjal, il-provvisti u l-ispare parts imsemmija fil-paragrafu 1, li normalment jinżammu abbord l-inġenju tal-ajru operat minn trasportatur tal-ajru ta’ Parti waħda, jistgħu jinħattu fit-territorju tal-Parti l-oħra biss bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali ta’ dik il-Parti u jista’ jkun meħtieġ li jinżammu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll tal-istess awtoritajiet sa meta jerġgħu jiġu esportati jew inkella sa meta jintremew f’konformità mar-regolamenti applikabbli.

4.   L-eżenzjoni mid-dazji doganali, mid-dazji tas-sisa nazzjonali u minn tariffi nazzjonali simili previsti f’dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli wkoll f’sitwazzjonijiet fejn it-trasportatur tal-ajru jew it-trasportaturi tal-ajru ta’ Parti waħda jkunu daħlu f’arranġamenti ma’ trasportatur tal-ajru ieħor jew trasportaturi tal-ajru oħrajn għall-kiri jew it-trasferiment tal-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 fit-territorju tal-Parti l-oħra, dment li t-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew it-trasportaturi tal-ajru l-oħrajn igawdu b’mod simili minn tali eżenzjoni mingħand il-Parti l-oħra.

5.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jipprevjeni lil kwalunkwe waħda mill-Partijiet milli timponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq oġġetti mibjugħa lill-passiġġieri għajr għall-konsum abbord waqt settur ta’ servizz tal-ajru bejn żewġ punti fit-territorju tagħha li fiha l-imbarkazzjoni jew l-iżbark ikunu permessi.

6.   Il-bagalji u l-merkanzija fi tranżitu dirett fit-territorju ta’ Parti għandhom ikunu eżentati mit-taxxi, mid-dazji doganali, mit-tariffi u minn imposti simili oħra.

7.   Jista’ jkun meħtieġ li t-tagħmir u l-provvisti msemmija fil-paragrafu 2 jinżammu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti.

8.   Id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet rispettivi fis-seħħ bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri għall-evitar tat-taxxa doppja fuq l-introjtu u fuq il-kapital jibqgħu mhux affettwati minn dan it-Titolu.

9.   L-eżenzjoni mid-dazji doganali, mid-dazji tas-sisa nazzjonali u minn tariffi nazzjonali simili ma għandhiex testendi għal imposti bbażati fuq il-kost tas-servizzi pprovduti lil trasportatur tal-ajru ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Artikolu 431

Imposti tal-utenti

1.   L-imposti tal-utenti li jistgħu jiġu imposti minn Parti waħda fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra għall-użu tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu relatati mal-kostijiet u mhux diskriminatorji. F’kull każ, dawn l-imposti mill-utenti għandhom jiġu vvalutati fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra skont termini li ma jkunux inqas vantaġġużi mit-termini l-aktar vantaġġużi applikabbli għal kwalunkwe trasportatur tal-ajru ieħor f’ċirkostanzi simili fiż-żmien li jiġu applikati l-imposti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 429(5), kull Parti għandha tiżgura li l-imposti tal-utenti għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li jistgħu jiġu imposti fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra, ikunu ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji b’mod inġust, u mqassma b’mod ekwu fost il-kategoriji ta’ utenti. L-imposti tal-utenti stabbiliti fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra jistgħu jirriflettu, iżda ma jaqbżux, il-kost sħiħ tal-provvista ta’ faċilitajiet u ta’ servizzi xierqa tal-ajruport, tal-ambjent tal-ajruport u tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruport jew fi ħdan is-sistema tal-ajruport. Tali imposti jistgħu jinkludu redditu raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament. Il-faċilitajiet u s-servizzi li għalihom jiġu stabbiliti l-imposti tal-utenti għandhom jiġu pprovduti fuq bażi effiċjenti u ekonomika. Fi kwalunkwe każ, dawn l-imposti tal-utenti għandhom jiġu vvalutati fuq it-trasportatur tal-ajru tal-Parti l-oħra skont termini li ma jkunux inqas vantaġġużi mit-termini l-aktar vantaġġużi applikabbli għal kwalunkwe trasportatur tal-ajru ieħor f’ċirkostanzi simili fiż-żmien li jiġu applikati l-imposti.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, kull Parti għandha tiżgura li jsiru konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti tal-imposti fit-territorju tagħha u t-trasportaturi tal-ajru li jużaw is-servizzi u l-faċilitajiet ikkonċernati u li l-kompetenti l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti tal-imposti u t-trasportaturi tal-ajru jiskambjaw tali informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-imposti jipprovdu lill-utenti avviż raġonevoli minn qabel dwar kwalunkwe proposta għal tibdiliet fl-imposti tal-utenti sabiex l-utenti jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom qabel ma jsir kwalunkwe tibdil.

Artikolu 432

Tariffi

1.   Il-Partijiet għandhom jippermettu li t-tariffi jiġu stabbiliti liberament mit-trasportaturi tal-ajru tal-Partijiet fuq il-bażi ta’ kompetizzjoni ġusta f’konformità ma’ dan it-Titolu.

2.   Il-Partijiet ma għandhomx jissoġġettaw it-tariffi tat-trasportaturi tal-ajru ta’ xulxin għal approvazzjoni.

Artikolu 433

Statistika

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qafas tal-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bl-Ajru sabiex jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni statistika relatata mat-trasport bl-ajru skont dan it-Titolu.

2.   Fuq talba, kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-istatistika mhux kunfidenzjali u mhux kummerċjalment sensittiva disponibbli relatata mat-trasport bl-ajru skont dan it-Titolu, kif meħtieġ skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet, fuq bażi mhux diskriminatorja, u skont kif ikun meħtieġ b’mod raġonevoli.

Artikolu 434

Sigurtà tal-avjazzjoni

1.   Il-Partijiet itennu mill-ġdid l-importanza ta’ kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni.

2.   Iċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà, iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u l-liċenzji maħruġa jew ivvalidati minn Parti waħda u li jkunu għadhom fis-seħħ għandhom jiġu rikonoxxuti bħala validi mill-Parti l-oħra u mill-awtoritajiet kompetenti tagħha għall-fini tal-operat ta’ servizzi bl-ajru skont dan it-Titolu, dment li tali ċertifikati jew liċenzji jkunu nħarġu jew ġew ivvalidati skont, tal-anqas, l-istandards internazzjonali rilevanti stabbiliti skont il-Konvenzjoni u f’konformità magħhom.

3.   Kull Parti tista’ titlob f’kull ħin li jsiru konsultazzjonijiet rigward l-istandards tas-sikurezza miżmuma u amministrati mill-Parti l-oħra f’oqsma relatati mal-faċilitajiet ajrunawtiċi, mal-ekwipaġġ tat-titjira, mal-inġenji tal-ajru u mal-operat tal-inġenji tal-ajru. Konsultazzjonijiet bħal dawn għandhom isiru fi żmien 30 jum minn meta ssir it-talba.

4.   Jekk, wara konsultazzjonijiet bħal dawn, Parti waħda ssib li l-Parti l-oħra ma żżommx u ma tamministrax b’mod effettiv standards ta’ sikurezza fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu tal-anqas ugwali għall-istandards minimi stabbiliti f’dak iż-żmien skont il-Konvenzjoni, l-ewwel Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b’dawk il-konstatazzjoniet u bil-passi meqjusa neċessarji sabiex tikkonforma ma’ dawk l-istandards minimi, u l-Parti l-oħra għandha tieħu azzjoni korrettiva xierqa. In-nuqqas mill-Parti l-oħra milli tieħu azzjoni xierqa fi żmien 15-il jum jew tali perjodu ieħor li jista’ jiġi miftiehem għandu jkun ir-raġuni għaliex il-Parti rikjedenti tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, timponi kundizzjonijiet fuq jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet operattivi jew il-permessi tekniċi, jew inkella tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, timponi kundizzjonijiet fuq jew tillimita l-operazzjonijiet tat-trasportaturi tal-ajru taħt is-sorveljanza tas-sikurezza tal-Parti l-oħra.

5.   Kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn, jew, taħt arranġament ta’ leasing, f’isem trasportatur tal-ajru jew trasportaturi tal-ajru ta’ Parti waħda jista’, waqt li jkun fit-territorju tal-Parti l-oħra, ikun soġġett għal spezzjoni fir-rampa, dment li dan ma jwassalx għal dewmien mhux raġonevoli fl-operat tal-inġenju tal-ajru.

6.   L-ispezzjoni fir-rampa jew serje ta’ spezzjonijiet fir-rampa tista’ tagħti lok għal:

(a)

tħassib serju li inġenju tal-ajru jew l-operat ta’ inġenju tal-ajru ma jikkonformax mal-istandards minimi stabbiliti f’dak iż-żmien skont il-Konvenzjoni; jew

(b)

tħassib serju li jkun hemm nuqqas ta’ manutenzjoni effettiva u ta’ amministrazzjoni ta’ standards tas-sikurezza stabbiliti f’dak iż-żmien skont il-Konvenzjoni.

F’każ li l-Parti li wettqet l-ispezzjoni jew l-ispezzjonijiet fir-rampa tistabbilixxi tħassib serju kif imsemmi fil-punt (a) jew (b), din għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra li jkunu responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportatur tal-ajru li jopera l-inġenju tal-ajru dwar it-tali konstatazzjonijiet u tinformahom bil-passi meqjusa neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ dawn l-istandards minimi. In-nuqqas li tittieħed azzjoni korrettiva xierqa fi żmien 15-il jum jew perjodu miftiehem ieħor għandu jikkostitwixxi raġuni sabiex l-ewwel Parti tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, timponi kundizzjonijiet fuq jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet operattivi jew il-permessi tekniċi jew tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, timponi kundizzjonijiet fuq jew tillimita l-operazzjonijiet tat-trasportatur tal-ajru li jopera l-inġenju tal-ajru.

7.   Fil-każ li l-aċċess għall-iskop li titwettaq spezzjoni fir-rampa ta’ inġenju tal-ajru operat mit-trasportatur tal-ajru jew mit-trasportaturi tal-ajru ta’ Parti waħda f’konformità mal-paragrafu 5 jiġi miċħud, il-Parti l-oħra għandha tkun libera li tiddeduċi li jirriżulta tħassib serju kif imsemmi fil-paragrafu 6 u tipproċedi f’konformità mal-paragrafu 6.

8.   Kull Parti tirriżerva d-dritt li immedjatament tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet operattivi jew il-permessi tekniċi jew li tissospendi jew tillimita b’mod ieħor l-operazzjonijiet ta’ trasportatur tal-ajru jew trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra, jekk l-ewwel Parti tikkonkludi, b’riżultat ta’ spezzjoni fir-rampa, ta’ serje ta’ spezzjonijiet fir-rampa, ta’ ċaħda ta’ aċċess għal spezzjoni fir-rampa, ta’ konsultazzjoni jew b’xi mod ieħor, li dik l-azzjoni immedjata tkun essenzjali għas-sikurezza tal-operat ta’ trasportatur tal-ajru. Il-Parti li tieħu tali miżuri għandha tinforma minnufih lill-Parti l-oħra u tipprovdilha r-raġunijiet li wasslu għal dik l-azzjoni tagħha.

9.   Kwalunkwe azzjoni minn Parti waħda f’konformità mal-paragrafu 4, 6 jew 8 għandha titwaqqaf ladarba ma tibqax teżisti l-bażi għat-twettiq ta’ dik l-azzjoni.

10.   Fejn ikunu ttieħdu miżuri minn Parti skont il-paragrafu 4, 6 jew 8, f’każ ta’ tilwima, Parti tista’ tirrikorri għall-arbitraġġ f’konformità mal-Artikolu 739, mingħajr ma tagħmel rikors minn qabel għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 738. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-fini tal-Artikolu 744. Bit-talba tal-Parti lmentatriċi, it-tribunal jista’, sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali tiegħu, jordna l-adozzjoni ta’ miżuri interim ta’ rimedju, inkluża l-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri meħuda minn kwalunkwe Parti skont dan l-Artikolu.

Artikolu 435

Sigurtà tal-avjazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu, fuq talba, lil xulxin l-assistenza kollha meħtieġa biex tiġi indirizzata kwalunkwe theddida għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, inkluż biex jiġu evitati atti ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili u atti illegali oħra kontra s-sikurezza ta’ tali inġenji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tagħhom, tal-ajruporti u tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni bl-ajru, u kwalunkwe theddida oħra għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

2.   Il-Partijiet għandhom, fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, jaġixxu f’konformità mal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni stabbiliti mill-ICAO. Huma għandhom jirrikjedu li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-reġistri tagħhom u l-operaturi tal-ajruporti fit-territorju tagħhom jaġixxu, tal-anqas, f’konformità ma’ tali standards tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Kull Parti għandha, fuq talba, tipprovdi notifika lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe differenza bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki tagħha u l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu. Kull Parti tista’ fi kwalunkwe ħin titlob konsultazzjonijiet, li għandhom isiru mingħajr dewmien, mal-Parti l-oħra sabiex jiġu diskussi dawk id-differenzi.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li fit-territorju tagħha jittieħdu miżuri effettivi sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi protetta kontra atti ta’ interferenza mhux skont il-liġi, inkluż l-iskrinjar tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-idejn tagħhom, l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, l-iskrinjar u l-kontrolli tas-sigurtà għal persuni għajr il-passiġġieri, inklużi l-membri tal-ekwipaġġ u l-oġġetti li jġorru magħhom, l-iskrinjar u l-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija, għall-posta, għall-provvisti tat-titjiriet u tal-ajruport, u l-kontroll tal-aċċess għaż-żoni tal-ajru u għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta. Kull Parti taqbel li d-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-Parti l-oħra relatati mal-ammissjoni u mal-operat fit-territorju tagħha ta’ inġenji tal-ajru, jew mat-tluq minnu, għandhom jiġu osservati.

4.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-avjazzjoni sal-ogħla punt, sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar it-theddida, il-vulnerabbiltà u r-riskju soġġett għall-ftehim reċiproku ta’ arranġamenti xierqa għat-trasferiment, għall-użu, għall-ħżin u għar-rimi sikuri ta’ informazzjoni klassifikata, sabiex jiddiskutu u jaqsmu l-aħjar prattiki, standards tal-prestazzjoni u ta’ sejbien tat-tagħmir ta’ sigurtà, l-aħjar prattiki u r-riżultati tal-monitoraġġ tal-konformità, u fi kwalunkwe qasam ieħor li l-Partijiet jistgħu jidentifikaw. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżviluppaw u jmantnu arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-esperti tekniċi dwar l-iżvilupp u r-rikonoxximent ta’ standards tas-sigurtà tal-avjazzjoni bil-għan li jiffaċilitaw din il-kooperazzjoni, inaqqsu d-duplikazzjoni amministrattiva u jrawmu avviż bikri u diskussjoni minn qabel dwar inizjattivi u rekwiżiti ġodda tas-sigurtà.

5.   Kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-Parti l-oħra, fuq talba, ir-riżultati tal-awditi mwettqa mill-ICAO u l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-istat awditjat, soġġett għall-ftehim reċiproku ta’ arranġamenti xierqa għat-trasferiment, għall-użu, għall-ħżin u għar-rimi sikuri ta’ tali informazzjoni.

6.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw rigward l-ispezzjonijiet tas-sigurtà mwettqa minnhom fit-territorju ta’ kwalunkwe Parti permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmi, inklużi arranġamenti amministrattivi, għall-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ tali spezzjonijiet tas-sigurtà. Il-Partijiet jiftiehmu li jikkunsidraw b’mod pożittiv talbiet biex jipparteċipaw, bħala osservaturi, fi spezzjonijiet tas-sigurtà mwettqa mill-Parti l-oħra.

7.   Soġġett għall-paragrafu 9, u b’rispett sħiħ u reċiproku għas-sovranità tal-Parti l-oħra, Parti tista’ tadotta miżuri ta’ sigurtà għad-dħul fit-territorju tagħha. Meta jkun possibbli, dik il-Parti għandha tieħu kont tal-miżuri ta’ sigurtà diġà applikati mill-Parti l-oħra u kwalunkwe fehma li l-Parti l-oħra tista’ toffri. Kull Parti tirrikonoxxi li xejn f’dan l-Artikolu ma jillimita l-kapaċità ta’ Parti li tirrifjuta d-dħul fit-territorju tagħha ta’ kwalunkwe titjira li hija tqis bħala theddida għas-sigurtà tagħha.

8.   Parti tista’ tieħu miżuri ta’ emerġenza sabiex tilqa’ kontra theddida speċifika għas-sigurtà. Tali miżuri għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-Parti l-oħra. Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata sabiex tiġi protetta s-sigurtà tal-avjazzjoni, meta tikkunsidra l-miżuri ta’ sigurtà, Parti għandha tevalwa l-effetti avversi possibbli fuq it-trasport internazzjonali bl-ajru u, sakemm ma tkunx kostretta bil-liġi, għandha tieħu kont tat-tali effetti meta tiddetermina l-miżuri li jkunu meħtieġa u adegwati sabiex tindirizza t-tħassib dwar is-sigurtà.

9.   Fir-rigward tas-servizzi tal-ajru diretti lejn it-territorju tagħha, Parti ma tistax teħtieġ li l-miżuri ta’ sigurtà jiġu implimentati fit-territorju tal-Parti l-oħra. Meta Parti tqis li theddida speċifika teħtieġ b’mod urġenti l-implimentazzjoni ta’ miżuri temporanji minbarra l-miżuri diġà fis-seħħ fit-territorju tal-Parti l-oħra, din għandha, tinforma lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta’ dik it-theddida sa fejn ikun konsistenti mal-ħtieġa li tiġi protetta l-informazzjoni dwar is-sigurtà, u tal-miżuri proposti. Il-Parti l-oħra għandha tqis b’mod pożittiv tali proposta, u tista’ tiddeċiedi li timplimenta miżuri addizzjonali li hija tqis meħtieġa. Tali miżuri għandhom ikunu proporzjonati u limitati fiż-żmien.

10.   Meta jseħħ inċident jew meta jkun hemm theddida ta’ inċident ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili jew atti illegali oħra kontra s-sikurezza tal-inġenji tal-ajru, tal-passiġġieri, tal-membri tal-ekwipaġġ, tal-ajruporti jew tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni bl-ajru, il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza lil xulxin billi jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u miżuri xierqa oħra maħsuba biex itemmu dak l-inċident jew dik it-theddida malajr u mingħajr periklu.

11.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha li hija tqis prattikabbli sabiex tiżgura li inġenju tal-ajru li jkun soġġett għal att ta’ ħtif illegali jew għal atti oħra ta’ interferenza illegali u li jkun fuq l-art fit-territorju tagħha jinżamm l-art ħlief jekk ikun meħtieġ it-tluq tiegħu minħabba d-dmir prevalenti li tiġi protetta l-ħajja umana. Fejn ikun prattikabbli, tali miżuri għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

12.   Meta Parti jkollha raġunijiet validi biex temmen li l-Parti l-oħra ma segwietx id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, dik il-Parti tista’ titlob għal konsultazzjonijiet immedjati mal-Parti l-oħra. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien 30 jum mir-riċezzjoni ta’ tali talba. In-nuqqas li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti fi żmien 15-il jum jew f’perjodu ieħor miftiehem mid-data ta’ tali talba għandu jikkostitwixxi motivi validi għall-Parti li tkun talbet il-konsultazzjonijiet sabiex tieħu azzjoni bl-għan li tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, timponi kundizzjonijiet fuq jew tillimita l-awtorizzazzjoni operattiva u l-permessi tekniċi ta’ trasportatur tal-ajru jew ta’ trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra sabiex tiżgura l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Meta jkun meħtieġ minn emerġenza, jew sabiex jiġi evitat aktar nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, Parti tista’ tieħu azzjoni interim qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ 15-il jum imsemmi f’dan il-paragrafu.

13.   Kwalunkwe azzjoni li tittieħed f’konformità mal-paragrafu 8 għandha titwaqqaf meta l-Parti inkwistjoni tqis li l-azzjoni ma għadhiex meħtieġa jew ġiet sostitwita minn miżuri oħra għall-mitigazzjoni tat-theddida. Kwalunkwe azzjoni meħuda f’konformità mal-paragrafu 12 għandha titwaqqaf malli l-Parti l-oħra tikkonforma ma’ dan l-Artikolu. Fil-każ ta’ azzjoni meħuda f’konformità mal-paragrafu 8 jew 12, din tista’ titwaqqaf kif miftiehem reċiprokament mill-Partijiet.

14.   Fejn il-miżuri jew l-azzjonijiet ikunu ttieħdu f’konformità mal-paragrafu 7, 8, 9 jew 12 ta' dan l-Artikolu, Parti tista’ tirrikorri għad-dispożizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim tat-Titolu I tas-Sitt Parti. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-fini tal-Artikolu 744.

Artikolu 436

Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

1.   Il-Partijiet u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom u l-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jikkooperaw ma’ xulxin b’tali mod li jtejbu l-funzjonament sikur u effiċjenti tat-traffiku tal-ajru fir-reġjun Ewropew. Il-Partijiet għandhom ifittxu l-interoperabbiltà bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ xulxin.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-prestazzjoni u l-imposti ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-funzjonijiet tan-network, bl-għan li jottimizzaw l-effiċjenza ġenerali tat-titjiriet, inaqqsu l-kostijiet, jimminimizzaw l-impatt ambjentali u jsaħħu s-sikurezza u l-kapaċità tal-flussi tat-traffiku tal-ajru bejn is-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-Partijiet.

3.   Il-Partijiet jiftiehmu li jippromwovu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tagħhom sabiex jiskambjaw data dwar it-titjiriet u jikkoordinaw il-flussi tat-traffiku sabiex jottimizzaw l-effiċjenza tat-titjiriet, bl-għan li jiksbu prevedibbiltà mtejba, puntwalità u kontinwità tas-servizz għat-traffiku tal-ajru.

4.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fuq il-programmi ta’ modernizzazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tagħhom, inklużi l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp u ta’ użu, u jħeġġu l-parteċipazzjoni reċiproka f’attivitajiet ta’ validazzjoni u ta’ dimostrazzjoni bl-għan li jiżguraw l-interoperabbiltà globali.

Artikolu 437

Responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru

Il-Partijiet itennu l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, magħmula f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 (il-“Konvenzjoni ta’ Montreal”).

Artikolu 438

Protezzjoni tal-konsumatur

1.   Il-Partijiet jikkondividu l-objettiv li jiksbu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għandhom jikkooperaw għal dak il-għan.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri effettivi u mhux diskriminatorji biex jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fit-trasport bl-ajru. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-aċċess xieraq għall-informazzjoni, l-assistenza inkluża dik għall-persuni b’diżabbiltajiet u b’mobbiltà mnaqqsa, ir-rimborż u, jekk applikabbli, il-kumpens f’każ ta’ imbark miċħud, kanċellazzjoni jew dewmien, u proċeduri effiċjenti għat-trattament tal-ilmenti.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tal-konsumaturi, inklużi l-miżuri li jippjanaw f’dak ir-rigward.

Artikolu 439

Relazzjoni ma’ ftehimiet oħrajn

1.   Soġġett għall-paragrafi 4 u 5, il-ftehimiet u arranġamenti preċedenti relatati mas-suġġett ta’ dan it-Titolu bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri, sal-punt li dawn ma jkunux ġew sostitwiti bid-dritt tal-Unjoni, huma sostitwiti b’dan il-Ftehim.

2.   Ir-Renju Unit u Stat Membru ma jistgħux jagħtu lil xulxin xi dritt b’rabta mat-trasport bl-ajru lil, minn jew fit-territorji rispettivi tagħhom minbarra dawk stabbiliti b’mod espliċitu f’dan it-Titolu, ħlief kif previst fl-Artikolu 419(4) u (9).

3.   Jekk il-Partijiet isiru partijiet għal xi ftehim multilaterali, jew japprovaw deċiżjoni adottata mill-ICAO jew minn xi organizzazzjoni internazzjonali oħra, li tindirizza kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu, huma għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bl-Ajru sabiex jiġi ddeterminat jekk dan it-Titolu jenħtieġx li jiġi rivedut sabiex jieħu t-tali żviluppi f’kunsiderazzjoni.

4.   Xejn f’dan it-Titolu m’għandu jaffettwa l-validità u l-applikazzjoni ta’ ftehimiet eżistenti u futuri dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit fir-rigward ta’ territorji taħt is-sovranità rispettiva tagħhom li ma jkunux koperti bl-Artikolu 774.

5.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jaffettwa kwalunkwe dritt disponibbli għar-Renju Unit u l-Istati Membri fil-qafas tal-Ftehim Multilaterali dwar id-Drittijiet Kummerċjali tas-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru Mhux Skedat fl-Ewropa, iffirmat f’Pariġi fit-30 ta’ April 1956, sa fejn tali drittijiet imorru lil hinn minn dawk stipulati f’dan it-Titolu.

Artikolu 440

Sospensjoni u Terminazzjoni

1.   Sospensjoni ta’ dan it-Titolu, kompletament jew parzjalment, skont l-Artikolu 749, tista’ tiġi implimentata mhux qabel l-ewwel jum tal-istaġun tat-traffiku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) wara l-istaġun li matulu tkun ġiet innotifikata s-sospensjoni.

2.   Mat-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont l-Artikolu 779, jew mat-terminazzjoni ta’ dan it-Titolu skont l-Artikolu 441 jew l-Artikolu 521 jew l-Artikolu 509, id-dispożizzjonijiet tiegħu li jirregolaw il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Titolu għandhom ikomplu japplikaw wara d-data tal-waqfien imsemmija fl-Artikolu 779 jew l-Artikolu 441 jew l-Artikolu 521 jew l-Artikolu 509, sa tmiem l-istaġun tat-traffiku tal-IATA li jkun għaddej f’dik id-data.

3.   Il-Parti li tissospendi dan it-Titolu, kompletament jew parzjalment, jew li ttemm dan il-Ftehim jew dan it-Titolu għandha tinforma lill-ICAO dwar dan.

Artikolu 441

Terminazzjoni ta’ dan it-Titolu

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779, l-Artikolu 521, u l-Artikolu 509, kull Parti tista’ fi kwalunkwe mument ittemm dan it-Titolu, permezz ta’ notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi. F’dan il-każ, dan it-Titolu ma jibqax fis-seħħ fl-ewwel jum tad-disa’ xahar wara d-data tan-notifika.

Artikolu 442

Reġistrazzjoni ta’ dan il-Ftehim

Dan il-Ftehim u kwalunkwe emenda għalih għandhom, sa fejn ikun rilevanti, jiġu rreġistrati mal-ICAO, f’konformità mal-Artikolu 83 tal-Konvenzjoni.

TITOLU II

SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI

Artikolu 443

Objettivi

L-objettivi ta’ dan it-Titolu huma li:

(a)

jippermetti l-aċċettazzjoni reċiproka, kif prevista fl-Annessi ta’ dan it-Titolu, ta’ konstatazzjonijiet ta’ konformità magħmula u taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Parti jew mill-organizzazzjonijiet approvati;

(b)

jippromwovi l-kooperazzjoni lejn livell għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u ta’ kompatibbiltà ambjentali;

(c)

jiffaċilita d-dimensjoni multinazzjonali tal-industrija tal-avjazzjoni ċivili;

(d)

jiffaċilita u jippromwovi l-fluss liberu tal-prodotti u tas-servizzi ajrunawtiċi ċivili.

Artikolu 444

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"organizzazzjoni approvata" tfisser kwalunkwe persuna ġuridika ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Parti sabiex teżerċita privileġġi relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Titolu;

(b)

"ċertifikat" tfisser kwalunkwe approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor maħruġ bħala forma ta’ rikonoxximent tal-konformità li prodott ajrunawtiku ċivili, organizzazzjoni, jew persuna ġuridika jew fiżika, tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli li jirriżultaw mil-liġijiet u r-regolamenti ta’ Parti;

(c)

"prodott ajrunawtiku ċivili" tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru ċivili, magna ta’ inġenju tal-ajru, jew skrun ta’ inġenju tal-ajru, jew subassemblaġġ, apparat, parti jew komponent, installat jew li għandu jiġi installat fuqu;

(d)

"awtorità kompetenti" tfisser aġenzija tal-Unjoni jew tal-gvern jew entità tal-gvern responsabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili li tiġi ddeżinjata minn Parti għall-finijiet ta’ dan it-Titolu sabiex twettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

(i)

tivvaluta l-konformità ta’ prodotti, ta’ organizzazzjonijiet, ta’ faċilitajiet, ta’ operazzjonijiet u ta’ servizzi ajrunawtiċi ċivili soġġetti għas-superviżjoni tagħha mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’liġijiet, f’regolamenti u f’dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ dik il-Parti;

(ii)

twettaq il-monitoraġġ tal-konformità kontinwa tagħhom ma’ dawn ir-rekwiżiti; u

(iii)

tieħu azzjonijiet ta’ infurzar biex tiżgura l-konformità tagħhom ma’ dawn ir-rekwiżiti;

(e)

"konstatazzjonijiet ta’ konformità" tfisser id-determinazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’liġijiet u f’regolamenti ta’ Parti bħala riżultat ta’ azzjonijiet bħal ittestjar, spezzjonijiet, kwalifiki, approvazzjonijiet u monitoraġġ;

(f)

"monitoraġġ" tfisser is-sorveljanza regolari minn awtorità kompetenti ta’ Parti biex tiġi ddeterminata l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’liġijiet u regolamenti ta’ dik il-Parti;

(g)

"aġent tekniku" tfisser, għall-Unjoni, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ("EASA"), jew is-suċċessur tagħha, u għar-Renju Unit, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit ("CAA"), jew is-suċċessur tagħha; u

(h)

"il-Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, magħmula f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944, u tinkludi:

(i)

kull emenda li daħlet fis-seħħ taħt l-Artikolu 94(a) tal-Konvenzjoni u li ġiet irratifikata kemm mir-Renju Unit kif ukoll mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri konċernati, kif ikun rilevanti għas-suġġett inkwistjoni; u

(ii)

kull Anness jew kull emenda adottata għalih taħt l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni, sa fejn tali Anness jew emenda jkunu effettivi fi kwalunkwe waqt effettivi għar-Renju Unit u għall-Istat Membru jew għall-Istati Membri konċernati, kif ikun rilevanti għas-suġġett inkwistjoni.

Artikolu 445

Kamp ta’ applikazzjoni u implimentazzjoni

1.   Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:

(a)

ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u l-monitoraġġ ta’ prodotti ajrunawtiċi ċivili;

(b)

iċ-ċertifikati ambjentali u ttestjar ta’ prodotti ajrunawtiċi ċivili;

(c)

ċertifikati tad-disinn u tal-produzzjoni, u l-monitoraġġ ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni;

(d)

ċertifikati tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni;

(e)

l-għoti ta’ liċenzji u taħriġ lill-persunal;

(f)

l-evalwazzjoni tal-kwalifikazzjoni permezz tas-simulatur tat-titjir;

(g)

it-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru;

(h)

il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru; u

(i)

oqsma oħra relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni soġġett għall-Annessi tal-Konvenzjoni.

2.   Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Titolu għandu jiġi stabbilit permezz ta’ annessi li jkopru kull qasam ta’ kooperazzjoni stabbilit fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni jista’ jadotta biss annessi kif imsemmi fil-paragrafu 2 meta kull Parti tkun stabbiliet li l-istandards, ir-regoli, il-prattiki, il-proċeduri u s-sistemi tal-avjazzjoni ċivili tal-Parti l-oħra jiżguraw livell ta’ sikurezza ekwivalenti biżżejjed sabiex jippermettu l-aċċettazzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-konformità li jkunu saru u ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tagħha jew minn organizzazzjonijiet approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.

4.   Kull anness imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiddeskrivi t-termini, il-kundizzjonijiet u l-metodi għall-aċċettazzjoni reċiproka tal-konstatazzjonijiet tal-konformità u taċ-ċertifikati, u, jekk meħtieġ, l-arranġamenti tranżizzjonali.

5.   L-aġenti tekniċi jistgħu jiżviluppaw proċeduri ta’ implimentazzjoni għal kull anness individwali. Id-differenzi tekniċi bejn l-istandards, ir-regoli, il-prattiki, il-proċeduri u s-sistemi tal-avjazzjoni ċivili tal-Partijiet għandhom jiġu indirizzati fl-annessi msemmija fil-paragrafu 2 u fil-proċeduri ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 446

Obbligi ġenerali

1.   Kull Parti għandha taċċetta l-konstatazzjonijiet tal-konformità magħmula u ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-organizzazzjonijiet approvati tal-Parti l-oħra, f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-annessi msemmija fl-Artikolu 445(2).

2.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jimplika l-aċċettazzjoni reċiproka tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi tal-Partijiet.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħha jibqgħu kapaċi u jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom skont dan it-Titolu.

Artikolu 447

Preservazzjoni tal-awtorità regolatorja

Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jiġi interpretat li jillimita l-awtorità ta’ Parti sabiex tiddetermina, permezz tal-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi tagħha, il-livell ta’ protezzjoni li hija tqis xieraq għas-sikurezza u għall-ambjent.

Artikolu 448

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Kull Parti tista’ tieħu l-miżuri kollha xierqa u immedjati kull meta tqis li hemm riskju raġonevoli li prodott ajrunawtiku ċivili, servizz jew kwalunkwe attività li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Titolu tista’ tikkomprometti s-sikurezza jew l-ambjent, jaf ma tissodisfax il-miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi applikabbli tagħha, jew inkella jaf tonqos milli tissodisfa rekwiżit fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-anness applikabbli ta’ dan it-Titolu.

2.   Fejn xi waħda mill-Partijiet tieħu miżuri skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tinforma bil-miktub lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum ta’ xogħol li tkun ħadet tali miżuri, u tagħti r-raġunijiet għalihom.

Artikolu 449

Komunikazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jiddeżinjaw, u jinnotifikaw lil xulxin, punt ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom ikunu kollha bl-Ingliż.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin lista tal-awtoritajiet kompetenti, u wara, lista aġġornata kull meta jkun hemm bżonn.

Artikolu 450

Trasparenza, kooperazzjoni regolatorja u assistenza reċiproka

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra tinżamm informata bil-liġijiet u bir-regolamenti tagħha relatati ma’ dan it-Titolu u dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti f’tali liġijiet u regolamenti.

2.   Il-Partijiet għandhom jinformaw lil xulxin, sa fejn ikun possibbli, bir-reviżjonijiet sinifikanti proposti minnhom għal-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u r-rekwiżiti rilevanti tagħhom, u għas-sistemi tagħhom għall-ħruġ taċ-ċertifikati, jekk dawn ir-reviżjonijiet jista’ jkollhom impatt fuq dan it-Titolu. Sa fejn ikun possibbli, huma għandhom joffru lil xulxin l-opportunità sabiex jikkummentaw dwar dawn ir-reviżjonijiet u jqisu kif xieraq it-tali kummenti.

3.   Għall-fini li jinvestigaw u jirriżolvu kwistjonijiet ta’ sikurezza speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra jipparteċipaw bħala osservaturi fl-attivitajiet ta’ superviżjoni ta’ xulxin kif speċifikat fl-anness applikabbli ta’ dan it-Titolu.

4.   Għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ spezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti għandhom jassistu, jekk ikun meħtieġ, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra bl-objettiv li jipprovdu aċċess mingħajr xkiel għal entitajiet regolati soġġetti għas-superviżjoni tagħha.

5.   Biex tkun żgurata l-fiduċja kontinwa minn kull Parti fl-affidabbiltà tal-proċessi għall-konstatazzjonijiet ta’ konformità tal-Parti l-oħra, kull aġent tekniku jista’ jipparteċipa bħala osservatur fl-attivitajiet ta’ superviżjoni tal-Parti l-oħra, f’konformità mal-proċeduri ddefiniti fl-annessi ta’ dan it-Titolu. Din il-parteċipazzjoni ma għandhiex tammonta għal parteċipazzjoni sistematika fl-attività ta’ sorveljanza tal-Parti l-oħra.

Artikolu 451

Skambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza

Il-Partijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 453 u soġġett għal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom, għandhom:

(a)

jipprovdu lil xulxin, fuq talba u b’mod puntwali, l-informazzjoni disponibbli għall-aġenti tekniċi tagħhom relatata ma’ inċidenti, ma’ aċċidenti serji jew ma’ okkorrenzi fir-rigward ta’ prodotti, ta’ servizzi jew ta’ attivitajiet ajrunawtiċi ċivili koperti bl-annessi ta’ dan it-Titolu; u

(b)

jiskambjaw informazzjoni oħra dwar is-sikurezza skont kif jistgħu jiftiehmu l-aġenti tekniċi.

Artikolu 452

Kooperazzjoni f’attivitajiet ta’ infurzar

Il-Partijiet, permezz tal-aġenti tekniċi jew tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, soġġett għal-liġijiet u għar-regolamenti applikabbli kif ukoll għad-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa, għandhom jipprovdu meta mitluba kooperazzjoni reċiproka u assistenza f’investigazzjonijiet jew f’attivitajiet ta’ infurzar li jikkonċernaw kwalunkwe ksur allegat jew suspettat tal-liġijiet jew tar-regolamenti li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Titolu. Barra minn hekk, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra minnufih dwar kwalunkwe investigazzjoni meta jkunu involuti interessi reċiproċi.

Artikolu 453

Kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data u tal-informazzjoni

1.   Kull Parti għandha, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha, iżżomm il-kunfidenzjalità tad-data u tal-informazzjoni li tirċievi mill-Parti l-oħra skont dan it-Titolu. Tali data u informazzjoni tista’ tintuża biss mill-Parti li tirċievi d-data u l-informazzjoni għall-finijiet ta’ dan it-Titolu.

2.   B’mod partikolari, soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, il-Partijiet la għandhom jiżvelaw lil terzi persuna, inkluż il-pubbliku, u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiżvelaw lil terzi persuna, inkluż il-pubbliku, ebda data u informazzjoni li huma jirċievu mill-Parti l-oħra skont dan it-Titolu li tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali, proprjetà intellettwali, informazzjoni kunfidenzjali kummerċjali jew finanzjarja, data riżervata jew informazzjoni relatata ma’ investigazzjoni li tkun għaddejja. Għal dak il-għan, tali data u informazzjoni għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali.

3.   Parti jew awtorità kompetenti ta’ Parti tista’, meta tipprovdi data u informazzjoni lill-Parti l-oħra jew lil awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra, tiddeżinja d-data jew l-informazzjoni li hija tqis bħala kunfidenzjali u li ma għandhiex tkun soġġetta għal żvelar. F’dak il-każ, il-Parti jew l-awtorità kompetenti tagħha għandhom jimmarkaw b’mod ċar tali data jew informazzjoni bħala kunfidenzjali.

4.   Jekk Parti ma taqbilx mad-deżinjazzjoni li tkun saret mill-Parti l-oħra jew minn awtorità kompetenti ta’ dik il-Parti f’konformità mal-paragrafu 3, il-Parti preċedenti tista’ titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni.

5.   Kull Parti għandha tieħu l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha li jkunu meħtieġa biex tipproteġi d-data u l-informazzjoni li tirċievi skont dan it-Titolu minn żvelar mhux awtorizzat.

6.   Il-Parti li tirċievi d-data u l-informazzjoni mill-Parti l-oħra skont dan it-Titolu ma għandha tikseb ebda dritt ta’ proprjetà fuq tali data u informazzjoni minħabba li tkun irċevietha mill-Parti l-oħra.

Artikolu 454

Adozzjoni u emendi tal-Annessi ta’ dan it-Titolu

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni jista’ jemenda l-Anness 30, jadotta jew jemenda Annessi kif previst fl-Artikolu 445(2) u jħassar kwalunkwe anness.

Artikolu 455

Irkupru tal-kostijiet

Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li kwalunkwe tariffa jew ħlas impost minn Parti jew mill-aġent tekniku tagħha fuq persuna ġuridika jew fiżika li l-attivitajiet tagħha jkunu koperti b’dan it-Titolu jkunu ġusti, raġonevoli u proporzjonati mas-servizzi pprovduti u ma għandhomx joħolqu ostaklu għall-kummerċ.

Artikolu 456

Ftehimiet oħra u arranġamenti preċedenti

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, dan it-Titolu għandu jissostitwixxi kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan it-Titolu li ġiet implimentata f’konformità mal-Artikolu 445.

2.   L-aġenti tekniċi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrevedu jew itemmu, kif xieraq, l-arranġamenti preċedenti bejniethom.

3.   Soġġett għall-paragrafi 1 u 2, xejn f’dan it-Titolu ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet li jirriżultaw minn kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor.

Artikolu 457

Sospensjoni tal-obbligi ta’ aċċettazzjoni reċiproka

1.   Parti għandu jkollha d-dritt li tissospendi, kompletament jew parzjalment, l-obbligi ta’ aċċettazzjoni tagħha skont l-Artikolu 446(1), meta l-Parti l-oħra tikser materjalment l-obbligi tagħha skont dan it-Titolu.

2.   Qabel ma teżerċita d-dritt tagħha li tissospendi l-obbligi ta’ aċċettazzjoni tagħha, Parti għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet bl-għan li tfittex it-twettiq tal-miżuri korrettivi tal-Parti l-oħra. Waqt il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet għandhom, fejn xieraq, jikkunsidraw l-effetti tas-sospensjoni.

3.   Id-drittijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu eżerċitati biss jekk il-Parti l-oħra tonqos milli tieħu miżuri korrettivi f’perjodu ta’ żmien xieraq wara l-konsultazzjonijiet. Jekk Parti teżerċita dritt fil-qafas ta’ dan l-Artikolu, din għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tissospendi l-obbligi ta’ aċċettazzjoni u tispjega r-raġunijiet għas-sospensjoni.

4.   Tali sospensjoni għandha tibda ssir effettiva 30 jum wara d-data tan-notifika, sakemm, qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu, il-Parti li tkun bdiet is-sospensjoni ma tinnotifikax lill-Parti l-oħra bil-miktub li tkun ser tirtira n-notifika tagħha.

5.   Tali sospensjoni ma għandhiex taffettwa l-validità tal-konstatazzjonijiet ta’ konformità u ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-organizzazzjonijiet approvati tal-Parti l-oħra qabel id-data li fiha tkun daħlet fis-seħħ is-sospensjoni. Kwalunkwe sospensjoni bħal din li tkun saret effettiva tista’ tiġi rtirata immedjatament wara skambju ta’ noti diplomatiċi għal dak l-għan mill-Partijiet.

Artikolu 458

Terminazzjoni ta’ dan it-Titolu

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779, l-Artikolu 521 u l-Artikolu 509, kull Parti tista’ fi kwalunkwe mument ittemm dan it-Titolu, permezz ta’ notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi. F’dan il-każ, dan it-Titolu ma jibqax fis-seħħ fl-ewwel jum tad-disa’ xahar wara d-data tan-notifika.

IT-TIELET INTESTATURA

TRASPORT BIT-TRIQ

TITOLU I

TRASPORT TA’ MERKANZIJA BIT-TRIQ

Artikolu 459

Objettiv

1.   L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jiżgura, fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq, konnettività kontinwa bejn, tramite u ġewwa t-territorji tal-Partijiet u li jistabbilixxi r-regoli li jkunu applikabbli għal tali trasport.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li ma jiħdux miżuri diskriminatorji meta japplikaw dan it-Titolu.

3.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jaffettwa t-trasport ta’ merkanzija bit-triq fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet minn operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq stabbilit f’dak it-territorju.

Artikolu 460

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu japplika għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq bi skop kummerċjali bejn, tramite u ġewwa t-territorji tal-Partijiet u huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti mill-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport.

2.   Kwalunkwe trasport ta’ merkanzija bit-triq li għalih ma tiġi riċevuta l-ebda remunerazzjoni diretta jew indiretta u li ma jiġġenera l-ebda introjtu direttament jew indirettament għas-sewwieq tal-vettura jew għal oħrajn, u li ma jkunx marbut ma’ attività professjonali għandu jitqies bħala t-trasport ta’ merkanzija għal skop mhux kummerċjali.

Artikolu 461

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu u flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 124, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"vettura" tfisser vettura bil-mutur reġistrata fit-territorju ta’ Parti, jew vettura kombinata akkoppjata li l-vettura bil-mutur tagħha tkun reġistrata fit-territorju ta’ Parti, u li tintuża esklużivament għat-trasport ta’ merkanzija;

(b)

"operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika involuta fit-trasport ta’ merkanzija bi skop kummerċjali, permezz ta’ vettura;

(c)

"operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti" tfisser operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li jkun persuna ġuridika stabbilita fit-territorju ta’ Parti jew persuna fiżika ta’ Parti;

(d)

"parti ta’ stabbiliment" tfisser il-Parti li fiha jkun stabbilit operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq;

(e)

"sewwieq" tfisser kwalunkwe persuna li ssuq vettura anki għal perjodu qasir, jew li tinġarr f’vettura bħala parti mid-dmirijiet tagħha sabiex tkun disponibbli għas-sewqan jekk meħtieġ;

(f)

"tranżitu" tfisser il-moviment ta’ vetturi fit-territorju ta’ Parti mingħajr tagħbija jew ħatt ta’ merkanzija;

(g)

"miżuri regolatorji" tfisser:

(i)

għall-Unjoni:

(A)

regolamenti u direttivi, kif previst fl-Artikolu 288 TFUE; u

(B)

l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni, kif previsti fl-Artikoli 290 u 291 TFUE, rispettivament; u

(ii)

għar-Renju Unit:

(A)

leġiżlazzjoni primarja; u

(B)

leġiżlazzjoni sekondarja.

Artikolu 462

Trasport tal-merkanzija bejn, tramite u ġewwa t-territorji tal-Partijiet

1.   Dment li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti, l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti jistgħu jwettqu:

(a)

vjaġġi mgħobbija b’vettura, mit-territorju tal-Parti ta’ stabbiliment lejn it-territorju tal-Parti l-oħra, u bil-kontra, bi tranżitu jew mingħajr mit-territorju ta’ pajjiż terz;

(b)

vjaġġi mgħobbija b’vettura mit-territorju tal-Parti ta’ stabbiliment lejn it-territorju tal-istess Parti bi tranżitu tramite t-territorju tal-Parti l-oħra;

(c)

vjaġġi mgħobbija b’vettura lejn jew mit-territorju tal-Parti ta’ stabbiliment bi tranżitu tramite t-territorju tal-Parti l-oħra;

(d)

vjaġġi mhux mgħobbija b’vettura flimkien mal-vjaġġi msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2.   L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti jistgħu jwettqu biss vjaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jekk:

(a)

ikollhom liċenzja valida maħruġa f’konformità mal-Artikolu 463, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 464; u

(b)

il-vjaġġ jitwettaq minn sewwieqa li jkollhom Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali f’konformità mal-Artikolu 465(1).

3.   Soġġett għall-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu jwettqu sa żewġ vjaġġi bit-tagħbija minn Stat Membru wieħed tal-Unjoni lejn Stat Membru ieħor tal-Unjoni, mingħajr ma jirritornaw lejn it-territorju tar-Renju Unit, dment li vjaġġi bħal dawn isegwu vjaġġ mit-territorju tar-Renju Unit permess skont il-punt (a) tal-paragrafu 1.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, soġġett għall-paragrafu 6 u dment li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti, l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu jwettqu vjaġġ wieħed bit-tagħbija fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni dment li l-operazzjoni:

(a)

tinvolvi vjaġġ mit-territorju tar-Renju Unit permess mill-punt (a) tal-paragrafu 1; u

(b)

titwettaq fi żmien sebat ijiem mill-ħatt tal-merkanzija li tkun inġarret fil-vjaġġ imsemmi fil-punt (a) fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru tal-Unjoni.

5.   Soġġett għall-paragrafu 6 u dment li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti, l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit stabbiliti fl-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jwettqu sa żewġ vjaġġi bit-tagħbija fit-territorju tal-Irlanda, dment li operazzjonijiet bħal dawn:

(a)

jinvolvu vjaġġ mit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq permess mill-punt (a) tal-paragrafu 1; u

(b)

jitwettqu fi żmien sebat ijiem mill-ħatt fit-territorju tal-Irlanda tal-merkanzija li tkun inġarret fil-vjaġġ imsemmi fil-punt (a).

6.   L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit għandhom ikunu limitati għal massimu ta’ żewġ vjaġġi fit-territorju tal-Unjoni skont il-paragrafi 3, 4 u 5 qabel ma jirritornaw fit-territorju tar-Renju Unit.

7.   Dment li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti, l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jistgħu jwettqu sa żewġ vjaġġi bit-tagħbija fit-territorju tar-Renju Unit, dment li operazzjonijiet bħal dawn:

(a)

jinvolvu vjaġġ mit-territorju tal-Unjoni permess mill-punt (a) tal-paragrafu 1; u

(b)

jitwettqu fi żmien sebat ijiem mill-ħatt fit-territorju tar-Renju Unit tal-merkanzija li tkun inġarret fil-vjaġġ imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 463

Rekwiżiti għall-operaturi

1.   L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti li jwettqu vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 462 għandu jkollhom liċenzja valida maħruġa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu biss, f’konformità mal-liġi tal-Partijiet, lill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 li jirregola l-ammissjoni għall-professjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u l-eżerċitar tagħha.

3.   Kopja vera ċċertifikata tal-liċenzja għandha tinżamm abbord il-vettura u għandha tiġi ppreżentata fuq it-talba ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat minn kull Parti. Il-liċenzja u l-kopji veri ċċertifikati għandhom jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Appendiċi 31-A-1-3 tal-Parti A tal-Anness 31, li jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħha. Il-liċenzja għandu jkun hemm fiha tal-anqas tnejn mill-karatteristiċi tas-sigurtà elenkati fl-Appendiċi 31-A-1-4 tal-Parti A tal-Anness 31.

4.   L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 li tistipula r-rekwiżiti għall-istazzjonar tas-sewwieqa meta jwettqu vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 462(3) sa (7).

Artikolu 464

Eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ liċenzjar

It-tipi ta’ trasport ta’ merkanzija u ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija li ġejjin li jsiru flimkien ma’ dan it-trasport jistgħu jitwettqu mingħajr liċenzja valida kif imsemmija fl-Artikolu 463:

(a)

it-trasport tal-posta bħala servizz universali;

(b)

it-trasport ta’ vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li waqfu jiffunzjonaw;

(c)

sal-20 ta’ Mejju 2022, it-trasport ta’ merkanzija f’vetturi bil-mutur li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom, inkluża dik tat-trailers, ma taqbiżx it-3,5 tunnellati;

(d)

mill-21 ta’ Mejju 2022, it-trasport ta’ merkanzija f’vetturi bil-mutur li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom, inkluża dik tat-trailers, ma taqbiżx it-2,5 tunnellati;

(e)

it-trasport ta’ prodotti mediċinali, ta’ apparat, ta’ tagħmir u ta’ oġġetti oħra meħtieġa għall-kura medika f’assistenza ta’ emerġenza, b’mod partikolari għal diżastri naturali u għal assistenza umanitarja;

(f)

it-trasport ta’ merkanzija f’vetturi dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-oġġetti li jinġarru jkunu l-proprjetà tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew inbiegħu, inxtraw, inkrew jew ingħataw b’lokazzjoni, ġew prodotti, estratti, proċessati jew imsewwija mill-operatur;

(ii)

l-iskop tal-vjaġġ huwa li tinġarr merkanzija lejn jew mill-bini tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew li jmexxihom, jew ġewwa jew barra l-operatur għall-ħtiġijiet tiegħu stess;

(iii)

il-vetturi użati għal tali trasport jkunu misjuqa minn persunal impjegat minn operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, jew imqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu, taħt obbligu kuntrattwali;

(iv)

il-vetturi li jġorru l-merkanzija jkunu proprjetà tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, inxtraw minnu b’termini differiti jew inkrew; u

(v)

tali trasport ma jkunx aktar milli anċillari għall-attivitajiet ġenerali tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq;

(g)

it-trasport ta’ merkanzija permezz ta’ vetturi bil-mutur b’veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx l-40 km/h.

Artikolu 465

Rekwiżiti għas-sewwieqa

1   Is-sewwieqa ta’ vetturi li jwettqu vjaġġi kif imsemmijin fl-Artikolu 462 għandhom:

(a)

ikollhom Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali maħruġ f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness 31; u

(b)

jikkonformaw mar-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tax-xogħol, il-perjodi ta’ mistrieħ, il-pawżi u l-użu tat-takografi f’konformità mat-Taqsimiet minn 2 sa 4 tal-Parti B tal-Anness 31.

2.   Il-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta’ Ekwipaġġi ta’ Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (AETR), magħmul f’Ġinevra fl-1 ta' Lulju 1970, għandu japplika, minflok il-punt (b) tal-paragrafu 1, għal operazzjonijiet internazzjonali tat-trasport bit-triq imwettqa parzjalment barra mit-territorju tal-Partijiet, għall-vjaġġ kollu.

Artikolu 466

Rekwiżiti għal vetturi

1.   Parti ma għandhiex tirrifjuta jew tipprojbixxi l-użu fit-territorju tagħha ta’ vettura li tkun qed twettaq vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 462 jekk il-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 tal- Parti C tal-Anness 31.

2.   Il-vetturi li jwettqu l-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 462 għandhom ikunu mgħammra b’takografu mibni, installat, użat, ittestjat u kkontrollat f’konformità mat-Taqsima 2 tal- Parti C tal-Anness 31.

Artikolu 467

Regoli dwar it-traffiku fit-toroq

Is-sewwieqa ta’ vetturi li jwettqu t-trasport ta’ merkanzija skont dan it-Titolu għandhom, meta jkunu fit-territorju tal-Parti l-oħra, jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ f’dak it-territorju dwar it-traffiku fit-toroq.

Artikolu 468

Żvilupp tal-liġijiet u Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq

1.   Meta Parti tipproponi miżura regolatorja ġdida f’qasam kopert mill-Anness 31, din għandha:

(a)

tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miżura regolatorja proposta malajr kemm jista’ jkun; u

(b)

iżżomm lill-Parti l-oħra informata bil-progress fir-rigward tal-miżura regolatorja.

2.   Fuq talba minn waħda mill-Partijiet, għandu jsir skambju tal-fehmiet fil-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq mhux aktar tard minn xahrejn wara l-preżentazzjoni tat-talba, dwar jekk il-miżura regolatorja ġdida proposta tkunx tapplika għall-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 462, jew le.

3.   Meta Parti tadotta miżura regolatorja ġdida msemmija fil-paragrafu 1, din għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra, u tipprovdilha t-test tal-miżura regolatorja l-ġdida fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni tagħha.

4.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jiltaqa’ biex jiddiskuti kwalunkwe miżura regolatorja ġdida adottata, wara talba ta’ waħda mill-Partijiet fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tat-talba, irrispettivament minn jekk tkunx saret notifika f’konformità mal-paragrafu 1 jew 3 jew le, jew diskussjoni f’konformità mal-paragrafu 2.

5.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq jista’:

(a)

jemenda l-Anness 31 biex iqis l-iżviluppi regolatorji u/jew teknoloġiċi, jew biex jiżgura l-implimentazzjoni sodisfaċenti ta’ dan it-Titolu;

(b)

jikkonferma li l-emendi magħmula mill-miżura regolatorja l-ġdida jikkonformaw mal-Anness 31; jew

(c)

jiddeċiedi fuq xi miżura oħra mmirata biex tissalvagwardja l-funzjoni sewwa ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 469

Miżuri ta’ rimedju

1   Jekk Parti tqis li l-Parti l-oħra tkun adottat miżura regolatorja ġdida li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 31, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq ma jkunx ħa deċiżjoni skont l-Artikolu 468, u l-Parti l-oħra xorta tapplika d-dispożizzjonijiet tal-miżura regolatorja l-ġdida għall-operaturi, għas-sewwieqa jew għall-vetturi tat-trasport bit-triq tal-Parti, il-Parti tista’, wara li tinnotifika lill-Parti l-oħra, tadotta miżuri ta’ rimedju xierqa, inkluż is-sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim jew xi Ftehim supplimentari, dment li tali miżuri:

(a)

ma jeċċedux il-livell ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment ikkawżat minħabba l-miżura regolatorja ġdida adottata mill-Parti l-oħra li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 31; u

(b)

isiru effettivi mhux qabel ma jgħaddu sebat ijiem minn meta l-Parti li jkollha ħsieb li tieħu miżuri bħal dawn tkun innotifikat lill-Parti l-oħra skont dan il-paragrafu.

2.   Il-miżuri ta’ rimedju xierqa għandhom jieqfu japplikaw:

(a)

meta l-Parti li tkun ħadet tali miżuri tkun sodisfatta li l-Parti l-oħra tkun qed tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan it-Titolu; jew

(b)

f’konformità ma’ sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ.

3.   Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor biex tipprekludi lill-Parti l-oħra milli tissospendi l-obbligi taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 470

Tassazzjoni

1.   Vetturi użati għall-ġarr ta’ merkanzija f’konformità ma’ dan it-Titolu għandhom ikunu eżentati mit-taxxi u mill-ħlasijiet imposti fuq il-pussess jew iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi fit-territorju tal-Parti l-oħra.

2.   L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

(a)

taxxa jew imposta fuq il-konsum tal-fjuwil;

(b)

imposta għall-użu ta’ triq jew network ta’ toroq; jew

(c)

imposta għall-użu ta’ pontijiet, mini jew laneċ partikolari.

3.   Il-fjuwil li jinsab fit-tankijiet standard tal-vetturi u tal-kontenituri u ta’ kontejners speċjali, li jiddaħħal b’mod temporanju, li jintużaw direttament għall-iskop ta’ propulsjoni u, fejn xieraq, għat-tħaddim, waqt it-trasport, ta’ sistemi ta’ refriġerazzjoni u sistemi oħra, kif ukoll lubrifikanti preżenti fil-vetturi bil-mutur u meħtieġa għall-operazzjoni normali tagħhom matul il-vjaġġ, għandhom ikunu ħielsa minn dazji doganali u kwalunkwe taxxa u imposta oħra, bħall-VAT u d-dazji tas-sisa, u ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-importazzjoni.

4.   L-ispare parts importati għat-tiswija ta’ vettura fit-territorju ta’ Parti waħda li tkun ġiet irreġistrata jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni fil-Parti l-oħra, għandhom jiddaħħlu taħt il-kopertura ta’ dħul temporanju mingħajr dazju u mingħajr projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni. Il-parts mibdula huma soġġetti għad-dazji doganali u taxxi oħra (VAT) u għandhom jiġu esportati mill-ġdid jew meqruda taħt il-kontroll tal-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra.

Artikolu 471

Obbligi f’Titoli oħra

L-Artikoli 135 u 137 huma inkorporati f’dan it-Titolu u jagħmlu parti minnu u japplikaw għat-trattament tal-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li jwettqu vjaġġi f’konformità mal-Artikolu 462.

Artikolu 472

Terminazzjoni ta’ dan it-Titolu

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779, l-Artikolu 521 u l-Artikolu 509, kull Parti tista’ fi kwalunkwe mument ittemm dan it-Titolu, permezz ta’ notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi. F’dan il-każ, dan it-Titolu ma jibqax fis-seħħ fl-ewwel jum tad-disa’ xahar wara d-data tan-notifika.

TITOLU II

TRASPORT TA’ PASSIĠĠIERI BIT-TRIQ

Artikolu 473

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jiżgura, fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri bit-triq, konnettività kontinwa bejn, tramite u ġewwa t-territorji tal-Partijiet u li jistabbilixxi r-regoli li jkunu applikabbli għal tali trasport. Dan japplika għat-trasport okkażjonali, regolari u dak regolari speċjali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn, tramite u ġewwa t-territorji tal-Partijiet.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li ma jiħdux miżuri diskriminatorji meta japplikaw dan it-Titolu.

3.   Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jaffettwa t-trasport ta’ passiġġieri fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet minn operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq stabbilit f’dak it-territorju.

Artikolu 474

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu u flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 124, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"kowċijiet u xarabankijiet" huma vetturi li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, huma xierqa għat-trasport ta’ aktar minn disa’ persuni, inkluż is-sewwieq, u huma maħsuba għal dak l-iskop;

(b)

"servizzi tat-trasport tal-passiġġieri" tfisser servizzi tat-trasport bit-triq għall-pubbliku jew għal kategoriji speċifiċi ta’ utenti, forniti bi ħlas mill-persuna ttrasportata jew mill-organizzatur tat-trasport, permezz ta’ kowċijiet u xarabankijiet;

(c)

"operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, kemm jekk ikollha l-personalità ġuridika tagħha stess kif ukoll jekk tkun dipendenti fuq awtorità li jkollha tali personalità, li tforni servizzi tat-trasport tal-passiġġieri;

(d)

"operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti" tfisser operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri li jkun stabbilit fit-territorju ta’ Parti;

(e)

"servizzi regolari" tfisser servizzi tat-trasport tal-passiġġieri forniti bi frekwenza speċifikata tul rotot speċifikati, li bihom il-passiġġieri jistgħu jinġabru u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien iddeterminati minn qabel;

(f)

"servizzi regolari speċjali" tfisser servizzi, organizzati minn kwalunkwe persuna, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifikati ta’ persuni bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra, sa fejn dawn is-servizzi jkunu operati bil-kundizzjonijiet speċifikati għal servizzi regolari. Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:

(i)

it-trasport ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol, u

(ii)

it-trasport ta’ tfal tal-iskola u ta’ studenti lejn u mill-istituzzjoni edukattiva.

Il-fatt li servizz regolari speċjali jista’ jiġi varjat skont il-ħtiġiet tal-utent u ma għandux jaffettwa l-klassifikazzjoni tiegħu bħala servizz regolari;

(g)

"grupp" tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

persuna fiżika jew ġuridika assoċjata waħda jew aktar u l-persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi prinċipali tagħha,

(ii)

persuna fiżika jew persuna ġuridika assoċjati waħda jew aktar li jkollhom l-istess persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi prinċipali;

(h)

"Ftehim Interbus" tfisser il-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, kif emendat sussegwentement, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003;

(i)

"tranżitu" tfisser il-moviment ta’ kowċijiet u xarabankijiet fit-territorju ta’ Parti mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri;

(j)

"servizzi okkażjonali" tfisser servizzi li mhumiex servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali, u li huma karatterizzati fuq kollox mill-fatt li jġorru gruppi ta’ passiġġieri li jinġemgħu fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tal-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri.

Artikolu 475

It-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn, tramite u ġewwa t-territorji tal-Partijiet

1.   L-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti jista’, meta jipprovdi servizzi regolari u regolari speċjali, iwettaq vjaġġi mgħobbija mit-territorju ta’ Parti lejn it-territorju tal-Parti l-oħra, bi tranżitu jew mingħajr mit-territorju ta’ pajjiż terz, u vjaġġi mingħajr tagħbija relatati ma’ dawn il-vjaġġi.

2.   L-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri jistgħu, meta jipprovdu servizzi regolari u regolari speċjali, iwettqu vjaġġi bit-tagħbija mit-territorju tal-Parti, li fiha huwa stabbilit l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, lejn it-territorju tal-istess Parti bi tranżitu tramite t-territorju tal-Parti l-oħra, u vjaġġi mingħajr tagħbija relatati ma’ tali vjaġġi.

3.   Operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti ma jistax jopera servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali li jkollhom kemm l-oriġini kif ukoll id-destinazzjoni fit-territorju tal-Parti l-oħra.

4.   Meta s-servizz tat-trasport tal-passiġġieri msemmi fil-paragrafu 1 ikun parti minn servizz lejn jew mit-territorju tal-Parti fejn ikun stabbilit l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, il-passiġġieri jistgħu jinġabru jew jitniżżlu fit-territorju tal-Parti l-oħra en route, dment li l-waqfa tkun awtorizzata f’konformità mar-regoli applikabbli f’dak it-territorju.

5.   Fejn is-servizz tat-trasport tal-passiġġieri msemmi f’dan l-Artikolu jkun parti minn servizz regolari internazzjonali jew servizz regolari speċjali bejn l-Irlanda u r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, il-passiġġieri jistgħu jinġabru u jitniżżlu f’Parti waħda minn operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri stabbilit fil-Parti l-oħra.

6.   L-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri stabbiliti fit-territorju ta’ Parti minnhom jistgħu, fuq bażi temporanja, jipprovdi servizzi okkażjonali fil-gżira tal-Irlanda bil-ġbir u bit-tniżżil tal-passiġġieri fit-territorju tal-Parti l-oħra.

7.   L-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri jistgħu, meta joffru servizzi okkażjonali, iwettqu vjaġġ bit-tagħbija mit-territorju ta’ Parti tramite t-territorju tal-Parti l-oħra lejn it-territorju ta’ Parti mhux Kontraenti għall-Ftehim Interbus, inkluż vjaġġ mhux mgħobbi relatat.

8.   Is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jitwettqu bl-użu ta’ kowċijiet u xarabankijiet reġistrati fil-Parti fejn ikun stabbilit jew jirrisjedi l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri. Dawk il-kowċijiet u xarabankijiet għandhom jikkonformaw mal-istandards tekniċi stabbiliti fl-Anness 2 tal-Ftehim Interbus.

Artikolu 476

Kundizzjonijiet għall-provvista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 475

1.   Is-servizzi regolari għandhom ikunu miftuħa għall-operaturi kollha tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti, soġġetti għal prenotazzjoni obbligatorja fejn xieraq.

2.   Is-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 477, u mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

3.   In-natura regolari tas-servizz ma għandhiex tkun affettwata minn xi aġġustament fil-kundizzjonijiet operazzjonali tas-servizz.

4.   L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, in-nuqqas ta’ servizz f’ċerti waqfiet u s-servizz ta’ waqfiet addizzjonali fuq is-servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu regolati mill-istess regoli applikabbli għas-servizzi regolari eżistenti.

5.   Għandhom ikunu japplikaw it-Taqsimiet V (Dispożizzjonijiet soċjali) u VI (Dispożizzjonijiet doganali u fiskali) tal-Ftehim Interbus kif ukoll l-Annessi 1 (Kundizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri) u 2 (Standards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u għall-kowċijiet) tiegħu.

6.   Għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, is-servizzi regolari speċjali ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni meta jkunu koperti minn kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri.

7.   Is-servizzi okkażjonali koperti minn dan it-Titolu skont l-Artikolu 475 ma għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni. Madankollu, l-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lil l-istess pubbliku bħal dawn tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni f’konformità mat-Taqsima VIII tal-Ftehim Interbus.

Artikolu 477

Awtorizzazzjoni

1.   L-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 475 għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-Parti li fit-territorju tagħha jkun stabbilit l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri (l-"awtorità awtorizzanti").

2.   Jekk operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri jkun stabbilit fl-Unjoni, l-awtorità awtorizzanti għandha tkun l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ destinazzjoni.

3.   Fil-każ ta’ grupp ta’ operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri li biħsiebhom joperaw servizz imsemmi fl-Artikolu 475, l-awtorità awtorizzanti għandha tkun l-awtorità kompetenti li lilha tiġi indirizzata l-applikazzjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 478(1).

4.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u ma għandhomx ikunu trasferibbli. Madankollu, operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti li jkun irċieva awtorizzazzjoni jista’, bil-kunsens tal-awtorità awtorizzanti, jopera s-servizz permezz ta’ sottokuntrattur, jekk din il-possibbiltà tkun konformi mal-liġi tal-Parti. F’dan il-każ, l-isem tas-sottokuntrattur u r-rwol tiegħu għandhom jiġu indikati fl-awtorizzazzjoni. Is-sottokuntrattur għandu jkun operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti u għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan it-Titolu.

Fil-każ ta’ grupp ta’ operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri li biħsiebhom joperaw is-servizzi msemmija fl-Artikolu 475, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ fl-ismijiet tal-operaturi kollha tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri tal-grupp u għandha tiddikjara l-ismijiet ta’ dawk l-operaturi kollha. Din għandha tingħata lill-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri inkarigati mill-operaturi l-oħra tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti għal dawn l-għanijiet u li jkunu talbuha, u għandhom jingħataw kopji veri ċċertifikati lill-operaturi l-oħra tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 479(3), il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni ma għandux jaqbeż il-ħames snin. Dan jista’ jiġi stabbilit għal perjodu iqsar, jew fuq talba tal-applikant jew permezz ta’ kunsens reċiproku tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet li fit-territorju tagħhom jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri.

6.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

it-tip ta’ servizz;

(b)

ir-rotta tas-servizz, b’mod partikolari l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla;

(c)

il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni; u

(d)

il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet.

7.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-mudell stabbilit fl-Anness 32.

8.   L-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti li jwettaq servizz imsemmi fl-Artikolu 475 jista’ juża vetturi addizzjonali sabiex jittratta sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Tali vetturi addizzjonali jistgħu jintużaw biss bl-istess kundizzjonijiet kif stabbilit fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

F’dan il-każ, minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 483(1) u (2), l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri għandu jiżgura li tinġarr kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri li jwettaq is-servizz regolari jew is-servizz regolari speċjali u l-impriża li tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew jinġarr dokument ekwivalenti fil-vettura u li dan jiġi ppreżentat fuq it-talba ta’ kwalunkwe uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.

Artikolu 478

Sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu sottomessi mill-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti lill-awtorità awtorizzanti msemmija fl-Artikolu 477(1).

Għal kull servizz għandha tiġi sottomessa applikazzjoni waħda biss. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 477(3), din għandha tiġi ppreżentata mill-operatur maħtur mill-operaturi l-oħra għal dawn il-finijiet. L-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-awtorità awtorizzanti tal-Parti fejn jkun stabbilit l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri li jkun issottomettiha.

2.   L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu ppreżentati fuq il-bażi tal-mudell stabbilit fl-Anness 33.

3.   L-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri li japplika għall-awtorizzazzjoni għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra li huwa jqis rilevanti jew li tintalab mill-awtorità awtorizzanti, b’mod partikolari d-dokumenti elenkati fl-Anness 33.

Artikolu 479

Proċedura ta’ awtorizzazzjoni

1.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet li fit-territorju tagħhom jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra, u mal-valutazzjoni tagħha, lil dawn l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti li s-servizzi jgħaddu mit-territorji tagħhom mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri.

Fir-rigward tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu dawk tal-Istati Membri li fit-territorji tagħhom jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri, u li s-servizzi jgħaddu mit-territorji tagħhom mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri.

2.   L-awtoritajiet kompetenti li l-qbil tagħhom ikun intalab għandhom jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom rigward l-applikazzjoni fi żmien erba’ xhur. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi kkalkolat mid-data tar-riċezzjoni tat-talba għal ftehim kif tkun tidher fil-konferma tar-riċevuta. Jekk id-deċiżjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti li mingħandhom ikun intalab il-ftehim, tkun negattiva, din għandu jkun fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet xierqa. Jekk l-awtorità awtorizzanti ma tirċievi l-ebda tweġiba fi żmien erba’ xhur, l-awtoritajiet kompetenti kkonsultati għandhom jitqiesu li jkunu qablu u l-awtorità awtorizzanti tkun tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti li t-territorju tagħhom jinqasam mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri jistgħu jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzanti bil-kummenti tagħhom fi żmien erba’ xhur.

3.   Fir-rigward tas-servizzi li kienu ġew awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70) qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li fir-rigward tagħhom tiskadi l-awtorizzazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn, soġġett għall-bidliet meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 475, il-kundizzjonijiet tal-operat ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti fl-awtorizzazzjoni mogħtija fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-awtorità tal-awtorizzazzjoni rilevanti skont dan it-Titolu tista’, wara applikazzjoni jew mod ieħor, toħroġ awtorizzazzjoni korrispondenti skont dan it-Titolu lill-operatur tat-trasport bit-triq. Fejn tinħareġ tali awtorizzazzjoni, il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti li fit-territorji tagħhom jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri, kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandu jitqies bħala li ġie mogħti. Dawn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet kompetenti li t-territorju tagħhom jinqasam mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri jistgħu, f’kull waqt, jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzanti bil-kummenti li jista’ jkollhom;

(b)

fejn jiġi applikat il-punt (a), il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni korrispondenti mogħtija skont dan it-Titolu ma għandux jestendi lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ validità speċifikat fl-awtorizzazzjoni mogħtija qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

4.   L-awtorità awtorizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri.

5.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata, minbarra:

(a)

jekk l-applikant ma jkunx kapaċi jipprovdi s-servizz li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni bl-apparat direttament għad-dispożizzjoni tal-applikant;

(b)

jekk l-applikant ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport bit-triq, u b’mod partikolari mal-kundizzjonijiet u mar-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, jew ikun wettaq xi ksur serju tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq ta’ Parti, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u għall-perjodi tas-sewqan u tal-mistrieħ għas-sewwieqa;

(c)

jekk fil-każ ta’ applikazzjoni għal tiġdid ta’ awtorizzazzjoni ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;

(d)

Parti tiddeċiedi, fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljata, li s-servizz konċernat ikun jaffettwa b’mod serju l-vijabbiltà ta’ servizz komparabbli kopert minn kuntratt jew minn diversi kuntratti ta’ servizz pubbliku li jikkonformaw mal-liġi tal-Parti rigward is-sezzjonijiet diretti konċernati. F’każ bħal dak, il-Parti għandha tistabbilixxi kriterji, fuq bażi mhux diskriminatorja, sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizz li tkun saret applikazzjoni għalih ikunx jaffettwa serjament il-vijabbiltà tas-servizz komparabbli msemmi hawn fuq, u għandha tikkomunikahom lill-Partijiet l-oħra msemmija fil-paragrafu 1; jew

(e)

Parti tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljata li l-iskop prinċipali tas-servizz mhuwiex li jġorr passiġġieri bejn waqfiet li jinsabu fit-territorji tal-Partijiet.

Fil-każ li s-servizz eżistenti jkun qiegħed serjament jaffettwa l-vijabilità ta’ servizz komparabbli kopert minn kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew aktar li jikkonforma mal-liġi ta’ Parti fuq is-sezzjonijiet diretti konċernati, minħabba raġunijiet eċċezzjonali li ma setgħux ikunu previsti meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, Parti tista’, bi qbil mal-Parti l-oħra, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni sabiex jitħaddem is-servizz internazzjonali tal-kowċ u tax-xarabank wara li jingħata sitt xhur żmien lill-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri.

Il-fatt li operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn operatur ieħor tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri jew il-fatt li l-konnessjoni inkwistjoni diġà tkun operata minn operaturi oħra tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ma għandux minnu nnifsu jikkostitwixxi ġustifikazzjoni għar-rifjut tal-applikazzjoni.

6.   Wara li tkun temmet il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5, l-awtorità awtorizzanti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut formali tal-applikazzjoni.

Fid-deċiżjonijiet ta’ rifjut tal-applikazzjoni għandhom jiġu ddikjarati r-raġunijiet li fuqhom ikunu ġew ibbażati l-istess deċiżjonijiet. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-impriżi tat-trasport jingħataw l-opportunità li jagħmlu rappreżentazzjonijiet fl-eventwalità li l-applikazzjoni tagħhom tiġi rrifjutata.

L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħha u għandha tibgħatilhom kopja ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni.

Artikolu 480

Tiġdid u modifika tal-awtorizzazzjoni

1.   L-Artikolu 479 għandu japplika, mutatis mutandis, għal applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-alterazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom iridu jitwettqu s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.

2.   Fejn l-awtorizzazzjoni eżistenti tiskadi fi żmien sitt xhur mid-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ, il-perjodu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 479(2) għandhom jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzanti dwar il-qbil, jew dwar il-kummenti tagħhom, mal-applikazzjoni f’konformità ma’ dak l-Artikolu, huwa ta’ xahrejn.

3.   Fil-każ ta’ alterazzjoni minuri fil-kundizzjonijiet operattivi, b’mod partikolari l-aġġustament ta’ intervalli, ta’ nollijiet u ta’ skedi tal-ħinijiet, l-awtorità awtorizzanti kulma jkollha bżonn huwa li tipprovdi l-informazzjoni marbuta mal-alterazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra. Tibdiliet fl-iskedi tal-ħinijiet jew fl-intervalli li jaffettwaw il-ħinijiet tal-kontrolli fuq il-fruntieri bejn il-Partijiet jew fuq il-fruntieri ta’ pajjiżi terzi ma għandhomx jitqiesu bħala alterazzjoni minuri.

Artikolu 481

Skadenza ta’ awtorizzazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 479(3), awtorizzazzjoni għal servizz imsemmi fl-Artikolu 475 għandha tiskadi fi tmiem il-perjodu ta’ validità tagħha jew tliet xhur wara li l-awtorità awtorizzanti tkun irċeviet notifika mingħand id-detentur tagħha dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira s-servizz. Din in-notifika għandu jkollha dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.

2.   Fejn id-domanda għal servizz ma tibqax teżisti, il-perjodu ta’ notifika previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ xahar.

3.   L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra konċernata li l-awtorizzazzjoni tkun skadiet.

4.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-utenti tas-servizz konċernati bl-irtirar tiegħu xahar qabel permezz ta’ pubbliċità xierqa.

Artikolu 482

Obbligi tal-operaturi tat-trasport

1.   Ħlief fil-każ ta’ force majeure, l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti li jwettaq servizz imsemmi fl-Artikolu 475 għandu jniedi s-servizz mingħajr dewmien u, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha sabiex jiggarantixxi servizz tat-trasport li jissodisfa l-istandards ta’ kontinwità, ta’ regolarità u ta’ kapaċità u jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati f’konformità mal-Artikolu 477(6) u mal-Anness 32.

2.   L-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri ta’ Parti għandu juri r-rotta tas-servizz, il-waqfiet tax-xarabank, l-iskeda tal-ħinijiet, in-nollijiet u l-kundizzjonijiet tal-ġarr b’tali mod li jiżgura li tali informazzjoni tkun faċilment disponibbli għall-utenti kollha.

3.   Għandu jkun possibbli għall-Partijiet li jagħmlu tibdiliet fil-kundizzjonijiet operattivi li jirregolaw servizz imsemmi fl-Artikolu 475, bi ftehim komuni u bi qbil mad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 483

Dokumenti li għandhom jinżammu fuq il-kowċ jew fuq ix-xarabank

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 477(8), fuq il-kowċ jew fuq ix-xarabank għandhom jinżammu l-awtorizzazzjoni jew kopja vera ċċertifikata tagħha għat-twettiq tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 475 u l-liċenzja tal-operatur tal-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri jew kopja vera ċċertifikata tagħha għall-ġarr internazzjonali ta’ passiġġieri bit-triq kif stabbilit skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni u dawn għandhom jiġu ppreżentati fuq it-talba ta’ kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu kif ukoll għall-Artikolu 477(8), fil-każ ta’ servizz regolari speċjali, il-kuntratt bejn l-organizzatur u l-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, jew kopja tiegħu, kif ukoll dokument li jagħti prova li l-passiġġieri jikkostitwixxu kategorija speċifika bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra għall-finijiet ta’ servizz regolari speċjali, għandhom iservu wkoll bħala dokumenti ta’ kontroll, għandhom jinżammu fil-vettura u għandhom jiġu ppreżentati jekk jintalbu minn xi uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.

3.   L-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri li jipprovdu servizzi okkażjonali taħt l-Artikolu 475(6) u (7) għandhom iġorru formola tal-vjaġġ mimlija, skont il-mudell li jinsab fl-Anness 34. Il-kotba tal-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu pprovduti mill-awtorità kompetenti tat-territorju li fih l-operatur ikun irreġistrat, jew mill-korpi maħtura mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 484

Regoli dwar it-traffiku fit-toroq

Is-sewwieqa tal-kowċijiet u xarabankijiet li jwettqu t-trasport tal-passiġġieri skont dan it-Titolu għandhom, meta jkunu fit-territorju tal-Parti l-oħra, jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ f’dak it-territorju li jikkonċernaw it-traffiku fit-toroq.

Artikolu 485

Applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom jieqfu japplikaw mid-data li fiha l-Protokoll għall-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali regolari u t-trasport regolari speċjali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank jidħol fis-seħħ għar-Renju Unit, jew sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak il-Protokoll għall-Unjoni, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel, ħlief għall-fini tal-operazzjonijiet skont l-Artikolu 475(2), (5), (6) u (7).

Artikolu 486

Obbligi f’Titoli oħra

L-Artikoli 135 u 137 huma inkorporati f’dan it-Titolu u jagħmlu parti minnu u japplikaw għat-trattament tal-operaturi tat-trasport li jwettqu vjaġġi f’konformità mal-Artikolu 475.

Artikolu 487

Kumitat Speċjalizzat

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq jista’ jemenda l-Annessi 32, 33 u 34 biex iqis l-iżviluppi regolatorji. Jista’ jadotta miżuri rigward l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu.

IR-RABA’ INTESTATURA

KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI U VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA

TITOLU I

KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

Artikolu 488

Ħarsa ġenerali

L-Istati Membri tal-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jikkoordinaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom f’konformità mal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, biex jiżguraw l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali tal-persuni koperti minnu.

Artikolu 489

Residenti legali

1.   Il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali japplika għal persuni li jirrisjedu legalment fi Stat Membru jew fir-Renju Unit.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-intitolamenti għall-benefiċċji fi flus li jirrigwardaw perjodi preċedenti ta’ residenza legali ta’ persuni koperti mill-Artikolu SSC.2 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

Artikolu 490

Sitwazzjonijiet transfruntieri

1.   Il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali japplika biss għal sitwazzjonijiet li jinqalgħu bejn Stat Membru wieħed jew aktar u r-Renju Unit.

2.   Il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali ma għandux japplika għal persuni li s-sitwazzjonijiet tagħhom huma ristretti fl-aspetti kollha għar-Renju Unit jew għall-Istati Membri tal-Unjoni.

Artikolu 491

Applikazzjonijiet għall-immigrazzjoni

Il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt li Stat Membru jew ir-Renju Unit jitolbu tariffa tas-saħħa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali b’rabta ma’ applikazzjoni għal permess ta’ dħul, ta’ soġġorn, ta’ xogħol, jew ta’ residenza f’dak l-Istat.

TITOLU II

VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA

Artikolu 492

Viżi għal żjarat qosra

1.   Il-Partijiet jinnutaw li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim iż-żewġ Partijiet jipprovdu għal vjaġġar mingħajr viża għal żjarat qosra fir-rigward tan-nazzjonali tagħhom skont il-liġi domestika tagħhom. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bi kwalunkwe intenzjoni li timponi ħtieġa ta’ viża għal żjarat qosra minn nazzjonali tal-Parti l-oħra fi żmien xieraq u, jekk possibbli, mill-inqas tliet xhur qabel ma tali ħtieġa tidħol fis-seħħ.

2.   Soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u għall-Artikolu 781, fil-każ li r-Renju Unit jiddeċiedi li jimponi ħtieġa ta’ viża għal żjarat qosra fuq nazzjonali ta’ Stat Membru, dik il-ħtieġa għandha tapplika għan-nazzjonali tal-Istati Membri kollha.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament magħmul bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda dwar iż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar.

IL-ĦAMES INTESTATURA

SAJD

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET INIZJALI

Artikolu 493

Drittijiet sovrana ta’ Stati kostali eżerċitati mill-Partijiet

Il-Partijiet jaffermaw li d-drittijiet sovrani tal-Istati Kostali eżerċitati mill-Partijiet għall-fini ta’ esplorazzjoni, sfruttament, konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin fl-ilmijiet tagħhom għandhom jitwettqu skont u f’konformità mal-prinċipji tal-liġi internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

Artikolu 494

Objettivi u prinċipji

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd għal stokkijiet kondiviżi fl-ilmijiet rispettivi tagħhom ikunu sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-kisba ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjali, b'rispett sħiħ tad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati kostali indipendenti kif eżerċitati mill-Partijiet.

2.   Il-Partijiet jikkondividu l-objettiv li jisfruttaw l-istokkijiet kondiviżi b'rati intenzjonati li jżommu u progressivament jirrestawraw il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li jistadu għalihom ogħla mil-livelli tal-bijomassa li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

3.   Il-Partijiet għandhom iqisu l-prinċipji li ġejjin:

(a)

li jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd;

(b)

li jippromwovu s-sostenibbiltà fit-tul (ambjentali, soċjali u ekonomika) u l-aħjar użu tal-istokkijiet kondiviżi;

(c)

li jibbażaw d-deċiżjonijiet tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni għas-sajd fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, prinċipalment dak ipprovdut mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES);

(d)

li jiżguraw is-selettività fis-sajd biex jiġi protett il-ħut li jkun għadu qed jikber u l-ġlejjeb tal-ħut, u biex jiġu evitati u jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali mhux mixtieqa;

(e)

li jqisu kif dovut u jimminimizzaw l-impatti dannużi tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar u li jqisu kif dovut il-ħtieġa li tiġi ppreservata d-diversità bijoloġika tal-baħar;

(f)

li japplikaw miżuri proporzjonati u mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, filwaqt li tiġi ppreservata l-awtonomija regolatorja tal-Partijiet;

(g)

li jiżguraw il-ġbir u l-kondiviżjoni f'waqtha ta' data kompluta u preċiża rilevanti għall-konservazzjoni tal-istokkijiet kondiviżi u għall-ġestjoni tas-sajd;

(h)

li jiżguraw il-konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tas-sajd u jiġġieldu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat; u

(i)

li jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha ta' kwalunkwe miżura miftiehma fl-oqfsa regolatorji tal-Partijiet.

Artikolu 495

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"EEZ" (ta’ Parti) tfisser, skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar:

(i)

fil-każ tal-Unjoni, iż-żoni ekonomiċi esklussivi stabbiliti mill-Istati Membri tagħha li jmissu mat-territorji Ewropej tagħhom;

(ii)

iż-żona ekonomika esklussiva stabbilita mir-Renju Unit;

(b)

"approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd" tfisser approċċ li permezz tiegħu n-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku adegwat ma jiġġustifikax il-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta’ miżuri ta' ġestjoni sabiex jiġu kkonservati l-ispeċijiet fil-mira, l-ispeċijiet assoċjati jew dipendenti u l-ispeċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

(c)

"stokkijiet kondiviżi" tfisser ħut, inkluż frott tal-baħar, ta’ kwalunkwe tip li jinsab fl-ilmijiet tal-Partijiet, li jinkludi l-molluski u l-krustaċji;

(d)

"TAC" tfisser il-qabda totali permissibbli, li hija l-kwantitajiet massimi ta’ stokk (jew stokkijiet) ta’ deskrizzjoni partikolari li tista’ tinqabad matul perjodu partikolari;

(e)

"stokkijiet bla kwota" tfisser stokkijiet li mhumiex ġestiti permezz tat-TACs;

(f)

"baħar territorjali" (ta’ Parti) tfisser, skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar:

(i)

fil-każ tal-Unjoni, b’deroga mill-Artikolu 774(1), il-baħar territorjali stabbilit mill-Istati Membri tagħha li jmissu mat-territorji Ewropej tagħhom;

(ii)

il-baħar territorjali stabbilit mir-Renju Unit;

(g)

"ilmijiet" (ta’ Parti) tfisser:

(i)

fir-rigward tal-Unjoni, b’deroga mill-Artikolu 774(1), l-EEZs tal-Istati Membri u l-ibħra territorjali tagħhom;

(ii)

fir-rigward tar-Renju Unit, l-EEZ tiegħu u l-baħar territorjali tiegħu, bl-esklużjoni għall-finijiet tal-Artikoli 500 u 501 u l-Anness 38 il-baħar territorjali maġenb il-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey u l-Isle of Man;

(h)

"bastiment" (ta’ Parti) tfisser:

(i)

fil-każ tar-Renju Unit, bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit, irreġistrat fir-Renju Unit, fil-Bailiwick ta’ Guernsey, fil-Bailiwick ta’ Jersey jew fl-Isle of Man, u liċenzjat minn amministrazzjoni tas-sajd tar-Renju Unit;

(ii)

fil-każ tal-Unjoni, bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u reġistrat fl-Unjoni.

KAPITOLU 2

KONSERVAZZJONI U SFRUTTAMENT SOSTENIBBLI

Artikolu 496

Ġestjoni tas-sajd

1.   Kull Parti għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura applikabbli għall-ilmijiet tagħha biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2), u b’kont meħud tal-prinċipji imsemmija fl-Artikolu 494(3).

2.   Parti għandha tibbaża l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

Parti ma għandhiex tapplika l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għall-bastimenti tal-Parti l-oħra fl-ilmijiet tagħha sakemm ma tapplikax ukoll l-istess miżuri għall-bastimenti tagħha stess.

It-tieni subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Partijiet skont il-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port, l-Iskema ta’ Kontroll u Infurzar tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal, il-Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Infurzar tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, u r-Rakkomandazzjoni 18–09 mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat.

Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jista’ jemenda l-lista tal-obbligi internazzjonali preeżistenti msemmija fit-tielet subparagrafu.

3.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar miżuri ġodda kif imsemmi fil-paragrafu 1 li x’aktarx jaffettwaw il-bastimenti tal-Parti l-oħra qabel ma jiġu applikati dawk il-miżuri, u tagħti biżżejjed żmien lill-Parti l-oħra biex tipprovdi kummenti jew tfittex kjarifika.

Artikolu 497

Awtorizzazzjonijiet, konformità u infurzar

1.   Fejn bastimenti jkollhom aċċess għas-sajd fl-ilmijiet tal-Parti l-oħra skont l-Artikolu 500 u l-Artikolu 502:

(a)

kull Parti għandha tikkomunika fi żmien suffiċjenti lill-Parti l-oħra lista ta' bastimenti li għalihom tkun qiegħda titlob awtorizzazzjonijiet jew liċenzji tas-sajd; u

(b)

l-Parti l-oħra għandha toħroġ awtorizzazzjoni jew liċenzja tas-sajd.

2.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-konformità tal-bastimenti tagħha mar-regoli applikabbli għal dawk il-bastimenti fl-ilmijiet tal-Parti l-oħra, inklużi l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jew tal-liċenzja.

KAPITOLU 3

ARRANĠAMENTI DWAR L-AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET U R-RIŻORSI

Artikolu 498

Opportunitajiet tas-sajd

1.   Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jistabbilixxu l-iskeda tal-konsultazzjonijiet bil-għan li jaqblu t-TACs għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 35 għas-sena jew għas-snin ta' wara. L-iskeda għandha tqis il-konsultazzjonijiet annwali l-oħra bejn l-Istati kostali li jaffettwaw lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma.

2.   Il-Partijiet għandhom ikollhom konsultazzjonijiet kull sena biex jaqblu, sal-10 ta' Diċembru ta' kull sena, it-TACs għas-sena ta' wara għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 35. Dan għandu jinkludi skambju bikri ta’ fehmiet dwar il-prijoritajiet hekk kif jasal il-parir dwar il-livell tat-TACs. Il-Partijiet għandhom jiddeterminaw dawk it-TACs:

(a)

fuq il-bażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, kif ukoll ta' fatturi rilevanti oħra, inklużi l-aspetti soċjoekonomiċi; u

(b)

f'konformità ma' kwalunkwe strateġija pluriennali applikabbli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni miftiehma mill-Partijiet.

3.   L-ishma tal-Partijiet mit-TACs għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 35, għandhom jiġu allokati bejn il-Partijiet skont l-ishma tal-kwota stipulati f’dak l-Anness.

4.   Il-konsultazzjonijiet annwali jistgħu jkopru wkoll, inter alia:

(a)

trasferimenti ta' partijiet mill-ishma tat-TACs ta’ Parti lil Parti oħra;

(b)

lista ta' stokkijiet li għalihom is-sajd huwa pprojbit;

(c)

id-determinazzjoni tat-TAC għal kwalunkwe stokk li mhuwiex elenkat fl-Anness 35 jew fl-Anness 36 u l-ishma rispettivi tal-Partijiet minn dawk l-istokkijiet;

(d)

miżuri għall-ġestjoni tas-sajd, inklużi, fejn xieraq, limiti tal-isforz tas-sajd;

(e)

stokkijiet oħra ta' interess reċiproku għall-Partijiet minbarra dawk elenkati fl-Annessi għal din l-Intestatura.

5.   Il-Partijiet jistgħu jagħmlu konsultazzjonijiet bil-għan li jiddeterminaw b'mod konġunt TACs emendati jekk xi waħda mill-Partijiet titlob dan.

6.   Rekord bil-miktub li jiddokumenta l-arranġamenti magħmula bejn il-Partijiet bħala riżultat ta’ konsultazzjonijiet skont dan l-Artikolu għandu jiġi ppreżentat u ffirmat mill-kapijiet tad-delegazzjoni tal-Partijiet.

7.   Kull Parti għandha tagħti avviż suffiċjenti lill-Parti l-oħra qabel ma tistabbilixxi jew temenda t-TACs għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 37.

8.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għal trasferimenti volontarji matul is-sena ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn il-Partijiet, li għandu jitħaddem darba fis-sena. Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd għandu jiddeċiedi dwar id-dettalji ta’ dan il-mekkaniżmu. Il-partijiet għandhom jikkunsidraw li jagħmlu t-trasferimenti ta’ opportunitajiet tas-sajd għal stokkijiet li huma, jew li huma projettati li jkunu, mhux mistada biżżejjed disponibbli skont il-valur tas-suq permezz ta’ dak il-mekkaniżmu.

Artikolu 499

TACs proviżorji

1.   Jekk il-Partijiet ma jkunux qablu dwar TAC għal stokk elenkat fl-Anness 35 jew fit-tabelli A jew B tal-Anness 36 sal-10 ta’ Diċembru, huma għandhom minnufih jerġgħu jibdew il-konsultazzjonijiet bl-għan kontinwu li jintlaħaq qbil dwar it-TAC. Il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom ta’ spiss bil-ħsieb li jesploraw l-għażliet kollha possibbli biex jintlaħaq ftehim fl-iqsar żmien possibbli.

2.   Jekk stokk elenkat fl-Anness 35 jew fit-tabelli A jew B tal-Anness 36 jibqa’ mingħajr TAC maqbul fl-20 ta’ Diċembru, kull Parti għandha tistabbilixxi TAC proviżorja li tikkorrispondi għal-livell rakkomandat mill-ICES, li tapplika mill-1 ta’ Jannar.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, it-TACs għal stokkijiet speċjali għandhom jiġu stabbiliti skont il-linji gwida adottati taħt il-paragrafu 5.

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "stokkijiet speċjali" tfisser:

(a)

stokkijiet fejn il-parir tal-ICES huwa li t-TAC ikun żero;

(b)

stokkijiet maqbuda f’sajd imħallat, jekk dak l-istokk jew stokk ieħor fl-istess sajd ikun vulnerabbli; jew

(c)

stokkijiet oħra li l-Partijiet jikkunsidraw li jeħtieġu trattament speċjali.

5.   Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd għandu jadotta linji gwida sal-1 ta’ Lulju 2021 għall-istabbiliment ta’ TACs proviżorji għal stokkijiet speċjali.

6.   Kull sena meta l-ICES jagħti parir dwar it-TACs, il-Partijiet għandhom jiddiskutu, bħala prijorità, l-istokkijiet speċjali u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe linja gwida stabbilita skont il-paragrafu 5 għall-istabbiliment tat-TACs proviżorji minn kull Parti.

7.   Kull Parti għandha tistabbilixxi s-sehem tagħha għal kull TAC proviżorju, li ma għandux jaqbeż is-sehem tagħha kif stabbilit fl-Anness korrispondenti.

8.   It-TACs u l-ishma proviżorji msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 7 għandhom japplikaw sakemm jintlaħaq ftehim taħt il-paragrafu 1.

9.   Kull Parti għandha, minnufih, tinnotifika lill-Parti l-oħra bit-TACs proviżorji tagħha skont il-paragrafu 2 u 3 u bis-sehem proviżorju tagħha minn kull TAC skont il-paragrafu 7.

Artikolu 500

Aċċess għall-ilmijiet

1.   Sakemm ikun sar qbil dwar it-TACs, kull Parti għandha tagħti aċċess lill-bastimenti tal-Parti l-oħra biex jistadu fl-ilmijiet tagħha fis-subżoni rilevanti tal-ICES dik is-sena. L-aċċess għandu jingħata f’livell u b’kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-konsultazzjonijiet annwali.

2.   Il-partijiet jistgħu jiftiehmu, f’konsultazzjonijiet annwali, dwar aktar kundizzjonijiet speċifiċi ta’ aċċess fir-rigward ta’:

(a)

l-opportunitajiet tas-sajd miftehma;

(b)

kwalunkwe strateġija pluriennali għal stokkijiet bla kwota żviluppata skont il-punt (c) tal-Artikolu 508(1); u

(c)

kwalunkwe miżura teknika u ta’ konservazzjoni miftiehma mill-Partijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 496.

3.   Il-Partijiet għandhom iwettqu l-konsultazzjonijiet annwali, inkluż dwar il-livell u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess imsemmija fil-paragrafu 1, in bona fide u bl-objettiv li jiġi żgurat bilanċ reċiprokament sodisfaċenti bejn l-interessi taż-żewġ Partijiet.

4.   B’mod partikolari, ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet annwali għandu normalment jirriżulta f’li kull Parti tagħti:

(a)

l-aċċess għall-ħut tal-istokkijiet elenkati fl-Anness 35 u t-tabelli A, B u F tal-Anness 36 fl-EEZ ta’ xulxin (jew jekk l-aċċess jingħata skont il-punt (c), fl-EEZs u fid-diviżjonijiet imsemmija f’dak il-punt) f’livell li jkun raġonevolment proporzjonat mal-ishma rispettivi tal-Partijiet tat-TACs;

(b)

l-aċċess għall-istokkijiet tal-ħut mingħajr kwota fl-EEZ ta’ xulxin (jew jekk l-aċċess jingħata skont il-punt (c), fl-EEZs u fid-diviżjonijiet imsemmija f’dak il-punt), f’livell li tal-anqas ikun ekwivalenti għat-tunnellaġġ medju mistad minn dik il-Parti fl-ilmijiet tal-Parti l-oħra matul il-perjodu 2012-2016; u

(c)

l-aċċess għall-ilmijiet tal-Partijiet bejn sitt u tnax-il mil nawtiku mil-linji bażi fid-diviżjonijiet 4c u 7d-g tal-ICES għal bastimenti li jikkwalifikaw sal-punt li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit kellhom aċċess għal dawk l-ilmijiet fl-31 ta’ Diċembru 2020.

Għall-finijiet tal-punt (c), "bastiment li jikkwalifika" tfisser bastiment ta’ Parti li ħadem fiż-żona msemmija fis-sentenza preċedenti f’erba’ mis-snin bejn l-2012 u l-2016, jew is-sostituzzjoni diretta tiegħu.

Il-konsultazzjonijiet annwali msemmija fil-punt (c) jistgħu jinkludu impenji finanzjarji xierqa u trasferimenti ta’ kwoti bejn il-Partijiet.

5.   Matul l-applikazzjoni ta’ TAC proviżorja, u sakemm tintlaħaq TAC maqbula, il-Partijiet għandhom jagħtu aċċess proviżorju għall-ħut fis-subżoni rilevanti tal-ICES kif ġej:

(a)

għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 35 u stokkijiet mhux tal-kwota, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu fil-livelli previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4;

(b)

għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 36 mill-1 ta’ Jannar sal-14 ta’ Frar fil-livelli previsti fil-punti (a) tal-paragrafu 4; u

(c)

fir-rigward tal-aċċess għall-ħut fiż-żona ta’ sitt sa tnax-il mil nawtiku, l-aċċess skont il-punti (c) tal-paragrafu 4 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar f’livell ekwivalenti għat-tunnellaġġ medju fix-xahar mistad f’dik iż-żona fit-3 xhur preċedenti.

Tali aċċess, għal kull wieħed mill-istokkijiet rilevanti fil-punti (a) u (b), għandu jkun fi proporzjon mal-perċentwal medju tas-sehem ta’ Parti mit-TAC annwali li l-bastimenti ta’ dik il-Parti jkunu stadu fl-ilmijiet tal-Parti l-oħra fis-subżoni rilevanti tal-ICES matul l-istess perjodu tat-tliet snin kalendarji preċedenti. L-istess għandu japplika, mutatis mutandis, għall-aċċess għall-istokkijiet tal-ħut barra mill-kwota.

Sal-15 ta’ Jannar b’relazzjoni mas-sitwazzjoni fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, sal-31 ta’ Jannar fir-rigward tal-istokkijiet elenkati fl-Anness 36, u sal-15 ta’ Marzu fir-rigward tal-istokkijiet l-oħra kollha, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra tal-bidla fil-livell u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-ilmijiet li ser japplikaw mill-1 ta’ Frar fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, mill-15 ta’ Frar fir-rigward tal-istokkijiet elenkati fl-Anness 36, u mill-1 ta’ April fir-rigward tal-istokkijiet l-oħra kollha għas-subżoni rilevanti tal-ICES.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 499(1) u (8), wara l-perjodu ta’ xahar b’relazzjoni mas-sitwazzjoni fil-punt (c) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, xahar u nofs fir-rigward tal-istokkijiet elenkati fl-Anness 36 u tliet xhur fir-rigward tal-istokkijiet l-oħra kollha, il-Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu dwar arranġamenti ta’ aċċess proviżorji ulterjuri fil-livell ġeografiku xieraq bil-għan li jimminimizzaw it-tfixkil fl-attivitajiet tas-sajd.

7.   Fl-għoti ta’ aċċess skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, Parti tista’ tqis il-konformità ta’ bastiment individwali jew gruppi ta’ bastimenti mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tagħha matul is-sena preċedenti, u l-miżuri meħuda mill-Parti l-oħra skont l-Artikolu 497(2) matul is-sena preċedenti.

8.   Dan l-Artikoli għandu japplika soġġett għall-Anness 38.

Artikolu 501

Miżuri kumpensatorji fil-każ ta’ rtirar jew tnaqqis tal-aċċess

1.   Konsegwentement għal notifika minn Parti ("il-Parti ospitanti") skont l-Artikolu 500(5), il-Parti l-oħra ("il-Parti tas-sajd") tista’ tieħu miżuri kumpensatorji proporzjonati għall-impatt ekonomiku u soċjetali tal-bidla fil-livell u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-ilmijiet. Tali impatt għandu jitkejjel fuq il-bażi ta’ evidenza affidabbli u mhux biss fuq konġettura u possibbiltà remota. Filwaqt li tagħti prijorità lil dawk il-miżuri kumpensatorji li l-inqas ifixklu l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim, il-Parti tas-sajd tista’ tissospendi, kompletament jew parzjalment, l-aċċess għall-ilmijiet tagħha u t-trattament tariffarju preferenzjali mogħti lill-prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 21.

2.   Miżura kumpensatorja msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista’ tidħol fis-seħħ l-iktar kmieni sebat ijiem wara li l-Parti tas-sajd tkun avżat lill-Parti ospitanti dwar is-sospensjoni maħsuba taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fi kwalunkwe każ, mhux qabel l-1 ta’ Frar b’relazzjoni mas-sitwazzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 500(5), il-15 ta’ Frar fir-rigward tal-Anness 36 u l-1 ta’ April fir-rigward ta’ stokkijiet oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Speċjalizzat bil-ħsieb li jilħqu soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli. Din in-notifika għandha tidentifika:

(a)

id-data li fiha l-Parti tas-sajd tkun beħsiebha tapplika s-sospensjoni; u

(b)

l-obbligi li għandhom jiġu sospiżi u l-livell tas-sospensjoni maħsuba.

3.   Wara n-notifika tal-miżuri kumpensatorji skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Parti ospitanti tista’ titlob l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 739, mingħajr ma tirrikorri għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 738. It-Tribunal tal-arbitraġġ jista’ biss jirrevedi l-konformità tal-miżuri kumpensatorji mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-fini tal-Artikolu 744.

4.   Meta l-kundizzjonijiet għat-teħid tal-miżuri kumpensatorji msemmija fil-paragrafu 1 ma jibqgħux jiġu sodisfatti, dawn il-miżuri għandhom jiġu rtirati immedjatament.

5.   Konsegwentement għal deċiżjoni kontra l-Parti tas-sajd fil-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Parti ospitanti tista’ titlob lit-tribunal tal-arbitraġġ, fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni tiegħu, biex jiddetermina livell ta’ sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim li ma jaqbiżx il-livell ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment ikkawżat mill-applikazzjoni tal-miżuri kumpensatorji, jekk issib li l-inkonsistenza tal-miżuri kumpensatorji mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija sinifikanti. It-talba għandha tipproponi livell ta’ sospensjoni skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe prinċipju rilevanti stabbilit fl-Artikolu 761. Il-parti ospitanti tista’ tapplika l-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim skont il-livell ta’ sospensjoni stabbilit mit-tribunal tal-arbitraġġ, mhux qabel 15 jum wara tali deċiżjoni.

6.   Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor biex tipprekludi lill-Parti l-oħra milli tissospendi l-obbligi taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 502

Arranġamenti speċfiċi ta’ aċċess relattivi għall-ilmijiet tal-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey u l-Isle of Man

1.   B’deroga mill-Artikoli 500(1) u (3) sa (7), l-Artikolu 501 u l-Anness 38, kull Parti għandha tagħti lill-bastimenti tal-Parti l-oħra aċċess għal ħut fl-ilmijiet tagħha li jirriflettu l-firxa attwali u n-natura tal-attività tas-sajd li jista’ jintwera li twettqet matul il-perjodu li jibda fl-1 ta’ Frar 2017 u li jintemm fil-31 ta’ Jannar 2020 minn bastimenti li jikkwalifikaw tal-Parti l-oħra fl-ilmijiet u taħt kwalunkwe arranġament tat-trattat li kien jeżisti fil-31 ta’ Jannar 2020.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u, sa fejn l-Artikoli l-oħra f’din l-Intestatura japplikaw fir-rigward tal-arranġamenti għall-aċċess stabbiliti skont dan l-Artikolu:

(a)

"bastiment tas-sajd li jikkwalifika" tfisser, fir-rigward ta’ attività tas-sajd imwettqa fl-ilmijiet maġenb il-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey, l-Isle of Man jew Stat Membru, kwalunkwe bastiment tas-sajd li stad fil-baħar territorjali maġenb dak it-territorju jew dak l-Istat Membru f’aktar minn għaxart ijiem fi kwalunkwe wieħed mit-tliet perjodi ta’ 12-il xahar li jintemmu fil-31 ta’ Jannar, jew bejn l-1 ta’ Frar 2017 u l-31 ta’ Jannar 2020;

(b)

"bastiment (ta’ Parti)" tfisser, fir-rigward tar-Renju Unit, bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit u rreġistrat fil-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man, u liċenzjat minn amministrazzjoni tas-sajd tar-Renju Unit;

(c)

"ilmijiet" (ta’ Parti) tfisser:

(i)

fir-rigward tal-Unjoni, l-baħar territorjali maġenb Stat Membru; u

(ii)

fir-rigward tar-Renju Unit, il-baħar territorjali maġenb il-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey u l-Isle of Man.

3.   Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jiddeċiedi, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, li dan l-Artikolu, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din l-Intestatura sa fejn dawn ikunu relatati mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli kif ukoll l-Artikolu 520(3) sa (8) għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey u l-Isle of Man wara 30 jum minn din id-deċiżjoni.

4.   Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiddeċiedi li jemenda dan l-Artikolu, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din l-Intestatura sa fejn dawn ikunu relatati mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli.

Artikolu 503

Perjodi ta’ notifika relatati mal-importazzjoni u l-ħatt dirett tal-prodotti tas-sajd

1.   L-Unjoni għandha tapplika l-perjodi ta’ notifika li ġejjin għall-prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit u rreġistrati fil-Bailiwick ta’ Guernsey jew il-Bailiwick ta’ Jersey fil-baħar territorjali li jmiss ma’ dawk it-territorji jew fil-baħar territorjali maġenb Stat Membru:

(a)

notifika minn qabel li tingħata bejn tlieta u ħames sigħat qabel il-ħatt l-art ta’ prodotti tas-sajd friski fit-territorju tal-Unjoni;

(b)

notifika minn qabel taċ-ċertifikat tal-qbid validat għall-moviment dirett ta’ kunsinni ta’ prodotti tas-sajd bil-baħar li tingħata bejn siegħa u tliet sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-post tad-dħul fit-territorju tal-Unjoni.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu biss, "prodotti tas-sajd" tfisser l-ispeċi kollha ta’ ħut tal-baħar, molluski u krustaċji.

Artikolu 504

Allinjament taż-żoni ta’ ġestjoni

1.   Sal-1 ta’ Lulju 2021, il-Partijiet għandhom jitolbu parir mill-ICES dwar l-allinjament taż-żoni ta’ ġestjoni u tal-unitajiet ta’ valutazzjoni użati mill-ICES għall-istokkijiet immarkati b’asterisk fl-Anness 35.

2.   Fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-parir imsemmi fil-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom jirrevedu b’mod konġunt dak il-parir u għandhom jikkunsidraw b’mod konġunt l-aġġustamenti għaż-żoni ta’ ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, bil-ħsieb li jaqblu fuq bidliet konsegwenzjali fil-lista tal-istokkijiet u l-ishma stabbiliti fl-Anness 35.

Artikolu 505

Ishma tat-TACs għal ċerti stokkijiet oħra

1.   L-ishma tat-TACs rispettivi tal-Partijiet għall-ċerti stokkijiet oħra huma stipulati fl-Anness 36.

2.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Istati rilevanti u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bl-ishma tagħha skont l-arranġament ta’ kondiviżjoni stabbilit fit-tabelli A sa D tal-Anness 36.

3.   Kwalunkwe bidla sussegwenti f’dawk l-ishma fit-tabelli C sa D tal-Anness 36 hija kwistjoni għall-fora multilaterali rilevanti.

4.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kunsill ta’ Sħubija fl-Artikolu 508(3), kwalunkwe bidla sussegwenti fl-ishma fit-tabelli A u B tal-Anness 36 wara t-30 ta’ Ġunju 2026 hija kwistjoni għall-fora multilaterali rilevanti.

5.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jittrattaw il-ġestjoni ta’ dawk l-istokkijiet fit-tabelli A sa D tal-Anness 36 b’mod konformi mal-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti tal-Artikolu 494.

KAPITOLU 4

ARRANĠAMENTI DWAR IL-GOVERNANZA

Artikolu 506

Miżuri ta’ rimedju u riżoluzzjoni ta’ tilwim

1.   Fir-rigward ta’ allegat nuqqas minn Parti (il-“Parti konvenuta”) li tikkonforma ma’ din l-Intestatura (għajr fir-rigward ta’ allegati nuqqasijiet ittrattati skont il-paragrafu 2), il-Parti l-oħra (il-“Parti lmentatriċi”) tista’, wara li tinnotifika lill-Parti konvenuta:

(a)

tissospendi, kompletament jew parzjalment, l-aċċess għall-ilmijiet tagħha u t-trattament tariffarju preferenzjali mogħti lill-prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 21; u

(b)

jekk tqis li s-sospensjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tkunx proporzjonata mal-impatt ekonomiku u soċjetali tal-allegat nuqqas, hija tista’ tissospendi, kompletament jew parzjalment, it-trattament tariffarju preferenzjali ta’ merkanzija oħra skont l-Artikolu 21; u

(c)

jekk tqis li s-sospensjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu mhijiex proporzjonata mal-impatt ekonomiku u soċjetali tal-allegat nuqqas, hija tista’ tissospendi, kompletament jew parzjalment, l-obbligi taħt l-Ewwel Intestatura ta' din il-Parti bl-eċċezzjoni tat-Titolu XI. Jekk l-Ewwel Intestatura ta' din il-Parti tiġi sospiża fl-intier tagħha, it-Tielet Intestatura ta' din il-Parti tiġi sospiża wkoll.

2.   Fir-rigward ta’ allegat nuqqas minn Parti (il-"Parti konvenuta") li tikkonforma mal-Artikolu 502, 503 jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din l-Intestatura sa fejn din tkun relatata mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli, il-Parti l-oħra (il-“Parti lmentatriċi”), wara li tkun notifikat lill-Parti konvenuta:

(a)

tista’ tissospendi, kompletament jew parzjalment, l-aċċess għall-ilmijiet tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 502;

(b)

jekk tqis li s-sospensjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tkunx proporzjonata mal-impatt ekonomiku u soċjetali tal-allegat nuqqas, hija tista’ tissospendi, kompletament jew parzjalment, it-trattament tariffarju preferenzjali mogħti lill-prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 21;

(c)

jekk tqis li s-sospensjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu ma tkunx proporzjonata mal-impatt ekonomiku u soċjetali tal-allegat nuqqas, hija tista’ tissospendi, kompletament jew parzjalment, it-trattament tariffarju preferenzjali ta’ merkanzija oħra skont l-Artikolu 21.

B’deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, miżuri ta’ rimedju li jaffettwaw l-arranġamenti stabbiliti skont l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din l-Intestatura sa fejn tirrelata mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli ma jistgħux jittieħdu bħala riżultat ta’ allegat nuqqas ta’ konformità ta’ Parti mad-dispożizzjonijiet ta' din l-Intestatura mhux konnessi ma’ dawk l-arranġamenti.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu proporzjonati man-nuqqas allegat mill-Parti konvenuta u l-impatt ekonomiku u soċjetali tiegħu.

4.   Miżura msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tista’ ssir effettiva mhux qabel sebat ijiem wara li l-Parti lmentatriċi tkun tat lill-Parti konvenuta avviż tas-sospensjoni proposta. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd bil-ħsieb li jilħqu soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli. Din in-notifika għandha tidentifika:

(a)

il-mod li bih il-Parti lmentatriċi tqis li l-Parti konvenuta naqset milli tikkonforma;

(b)

id-data li fiha l-Parti lmentatriċi tkun beħsiebha tapplika s-sospensjoni; u

(c)

il-livell ta’ sospensjoni maħsub.

5.   Il-parti lmentatriċi trid, fi żmien 14-il jum min-notifika msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, tikkontesta l-allegat nuqqas mill-Parti konvenuta li tikkonforma ma’ din l-Intestatura, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, billi titlob l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 739. Ir-rikors għall-arbitraġġ skont dan l-Artikolu għandu jsir mingħajr ma jsir rikors minn qabel għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 738. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-fini tal-Artikolu 744.

6.   Is-sospensjoni għandha tieqaf tapplika jekk:

(a)

il-Parti lmentatriċi tkun sodisfatta li l-Parti konvenuta qed timxi mal-obbligi tagħha skont dan il-Protokoll; jew

(b)

il-bord tal-arbitraġġ ikun iddeċieda li l-Parti konvenuta ma naqsitx milli tikkonforma mal-obbligi rilevanti tagħha skont dan il-Protokoll.

7.   Konsegwentement għal deċiżjoni kontra l-Parti lmentatriċi fil-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Parti konvenuta tista’ titlob lit-tribunal tal-arbitraġġ, fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni tiegħu, biex jiddetermina livell ta’ sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim li ma jaqbiżx il-livell ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment ikkawżat mill-applikazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju, jekk issib li l-inkonsistenza tal-miżuri ta’ rimedju mal-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu hija sinifikanti. It-talba għandha tipproponi livell ta’ sospensjoni skont il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe prinċipju rilevanti stabbilit fl-Artikolu 761. Il-Parti konvenuta tista’ tapplika l-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim skont il-livell ta’ sospensjoni stabbilit mit-tribunal tal-arbitraġġ, mhux qabel 15 jum wara tali deċiżjoni.

8.   Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor biex tipprekludi lill-Parti l-oħra milli tissospendi l-obbligi taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 507

Kondiviżjoni ta’ data

Il-Partijiet għandhom jikkondividu tali informazzjoni skont kif ikun meħtieġ biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din l-Intestatura, soġġett għal-liġijiet ta’ kull Parti.

Artikolu 508

Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd

1.   Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jista’ b’mod partikolari:

(a)

jipprovdi forum għad-diskussjoni u l-kooperazzjoni b'relazzjoni mal-ġestjoni tas-sajd sostenibbli;

(b)

iqis l-iżvilupp ta' strateġiji pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni bħala l-bażi għall-istabbiliment ta' TACs u miżuri oħra ta' ġestjoni;

(c)

jiżviluppa strateġiji pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet mhux tal-kwota kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 500(2);

(d)

iqis miżuri għall-ġestjoni u l-konservazzjoni tas-sajd, inklużi miżuri ta' emerġenza u miżuri biex tiġi żgurata s-selettività tas-sajd;

(e)

jikkunsidra approċċi għall-ġbir ta’ data għal skopijiet xjentifiċi u għall-ġestjoni tas-sajd, il-kondiviżjoni ta’ tali data (inkluża informazzjoni rilevanti għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-infurzar tal-konformità), u l-konsultazzjoni ma’ korpi xjentifiċi rigward l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(f)

iqis miżuri biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli applikabbli, inklużi programmi konġunti ta' kontroll, monitoraġġ u sorveljanza u l-iskambju ta' data biex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd u l-kontroll u l-infurzar;

(g)

jiżviluppa l-linji gwida għall-istabbiliment tat-TACs imsemmija fl-Artikolu 499(5);

(h)

iħejji għal konsultazzjonijiet annwali;

(i)

jikkunsidra kwistjonijiet relatati mad-deżinjazzjoni tal-portijiet għall-ħatt l-art, inkluż il-faċilitazzjoni tan-notifika f’waqtha mill-Partijiet ta’ tali deżinjazzjonijiet u ta’ kwalunkwe bidla f’dawk id-deżinjazzjonijiet;

(j)

jistabbilixxi skedi ta’ żmien għan-notifika tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 496(3), il-komunikazzjoni tal-listi ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 497(1) u n-notifika msemmija fl-Artikolu 498(7);

(k)

jipprovdi forum għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 501(2) u l-Artikolu 506(4);

(l)

jiżviluppa linji gwida biex jappoġġa l-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 500;

(m)

jiżviluppa mekkaniżmu għal trasferimenti volontarji matul is-sena ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn il-Partijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 498(8); u

(n)

jikkunsidra l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 502 u l-Artikolu 503.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jista’ jadotta miżuri, inklużi deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet:

(a)

ir-reġistrazzjoni ta’ kwistjonijiet miftiehma mill-Partijiet wara konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 498;

(b)

fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni msemmija fil-punti (b), (c), (d), (e), (f), (g), (i), (j), (l), (m) u (n) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

l-emenda tal-lista ta’ obbligi internazzjonali pre-eżistenti msemmija fl-Artikolu 496(2);

(d)

fir-rigward ta’ kwalunkwe aspett ieħor ta’ kooperazzjoni fil-ġestjoni sostenibbli tas-sajd skont din l-Intestatura; u

(e)

dwar il-modalitajiet ta’ rieżami skont l-Artikolu 510.

3.   Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jkollu s-setgħa jemenda l-Annessi 35, 36 u 37.

Artikolu 509

Terminazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779 jew l-Artikolu 521, kull Parti tista’ fi kwalunkwe mument ittemm din l-Intestatura, permezz ta’ notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi. F’dak il-każ, l-Ewwel Intestatura, it-Tieni Intestatura, it-Tielet Intestatura u din l-Intestatura ma għandhomx jibqgħu fis-seħħ fl-ewwel jum tad-disa’ xahar wara d-data tan-notifika.

2.   Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ din l-Intestatura skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 779 jew l-Artikolu 521, l-obbligi li l-Partijiet ikunu daħlu għalihom taħt din l-Intestatura għas-sena li tkun għaddejja fiż-żmien meta din l-Intestatura ma tibqax fis-seħħ għandhom ikomplu japplikaw sa tmiem is-sena.

3.   Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, it-Tieni Intestatura tista’ tibqa’ fis-seħħ, jekk il-Partijiet jiftiehmu li jintegraw il-partijiet rilevanti tat-Titolu XI fl-Ewwel Intestatura.

4.   B’deroga mill-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779 jew l-Artikolu 521:

(a)

sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-Partijiet, l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din l-Intestatura sa fejn tirrigwarda l-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm:

(i)

jiġu terminati minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet, bl-għoti ta’ avviż ta’ tliet snin tat-terminazzjoni lill-Parti l-oħra; jew

(ii)

jekk qabel, id-data li fiha l-Artikolu 520(3) sa (5) ma jibqgħux fis-seħħ;

(b)

għall-finijiet tal-punt (a)(i), avviż ta’ terminazzjoni jista’ jingħata fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man u l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 u kull dispożizzjoni oħra ta’ din l-Intestatura sa fejn tirrelata mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli, għandhom jibqgħu fis-seħħ għal dawk it-territorji li fir-rigward tagħhom avviż ta’ terminazzjoni ma ngħatax; u

(c)

għall-finijiet tal-punt (a)(ii), jekk il-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 520 ma jibqgħux fis-seħħ fir-rigward ta’ wieħed jew aktar (iżda mhux kollha) mill-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man, l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din l-Intestatura sa fejn tirrelata mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli, għandhom jibqgħu fis-seħħ għal dawk it-territorji fi li fir-rigward tagħhom il-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 520 jibqgħu fis-seħħ.

Artikolu 510

Klawżola ta' rieżami

1.   Il-Partijiet, fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija, għandhom jirrevedu b’mod konġunt l-implimentazzjoni ta’ din l-Intestatura erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ aġġustament imsemmi fl-Artikolu 1 tal-Anness 38 bil-għan li jiġi kkunsidrat jekk l-arranġamenti, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet, jistgħux jiġu kodifikati u msaħħa aktar.

2.   Tali rieżami jista’ jiġi ripetut f’intervalli sussegwenti ta’ erba’ snin wara l-konklużjoni tal-ewwel rieżami.

3.   Il-Partijiet għandhom jiddeċiedu minn qabel dwar il-modalitajiet tar-rieżami permezz tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd.

4.   Ir-rieżami għandu, b’mod partikolari, jippermetti evalwazzjoni, fir-rigward tas-snin preċedenti, ta’:

(a)

id-dispożizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet ta’ xulxin skont l-Artikolu 500;

(b)

l-ishma tat-TACs stabbiliti fl-Annessi 35, 36 u 37;

(c)

l-għadd u l-daqs tat-trasferimenti bħala parti mill-konsultazzjonijiet annwali skont l-Artikolu 498(4) u kwalunkwe trasferiment skont l-Artikolu 498(8);

(d)

il-varjazzjonijiet fit-TACs annwali;

(e)

il-konformità miż-żewġ Partijiet mad-dispożizzjonijiet f’din l-Intestatura u l-konformità tal-bastimenti ta’ kull Parti mar-regoli applikabbli għal dawk il-bastimenti meta jkunu fl-ilmijiet tal-Parti l-oħra;

(f)

in-natura u l-firxa tal-kooperazzjoni skont din l-Intestatura; u

(g)

kwalunkwe element ieħor li l-Partijiet jiddeċiedu, bil-quddiem, permezz tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd.

Artikolu 511

Relazzjoni ma’ ftehimiet oħrajn

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, din l-Intestatura għandha jkun mingħajr preġudizzju għal ftehimiet oħrajn eżistenti li jikkonċernaw is-sajd minn dgħajjes ta' Parti waħda fi ħdan iż-żoni tas-sajd taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Parti l-oħra.

2.   Din l-Intestatura għandha tieħu post u tissostitwixxi kwalunkwe ftehim jew arranġament eżistenti fir-rigward tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-baħar territorjali maġenb il-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man u fir-rigward tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit irreġistrati fil-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man fil-baħar territorjali maġenb Stat Membru. Madankollu, jekk il-Kunsill ta’ Sħubija jieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 502 biex il-Ftehim ma jibqax japplika fir-rigward tal-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man, il-ftehimiet jew l-arranġamenti rilevanti ma għandhomx jiġu sostitwiti fir-rigward ta’ tali territorju jew territorji li għalihom ittieħdet tali deċiżjoni.

IS-SITT INTESTATURA

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 512

Definizzjonijiet

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għall-finijiet tat-Tieni Parti, il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali u l-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u dazji, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"awtorità doganali" tfisser:

(i)

fir-rigward tal-Unjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea li huma responsabbli għall-materji doganali jew, kif xieraq, l-amministrazzjonijiet doganali u kwalunkwe awtorità oħra mogħtija s-setgħa fl-Istati Membri tal-Unjoni biex japplikaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni doganali, u

(ii)

fir-rigward tar-Renju Unit, Her Majesty’s Revenue and Customs u kwalunkwe awtorità oħra responsabbli għal kwistjonijiet doganali;

(b)

"dazju doganali" tfisser kwalunkwe dazju jew tariffa ta’ kwalunkwe tip imposta fuq l-importazzjoni ta’ prodott jew b’rabta magħhom iżda ma tinkludix:

(i)

imposta ekwivalenti għal taxxa interna imposta b’mod konsistenti mal-Artikolu 19;

(ii)

dazju antidumping, ta’ salvagwardja speċjali, kumpensatorju jew ta’ salvagwardja applikat b’mod konsistenti mal-GATT 1994, il-Ftehim Antidumping, il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, il-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji jew il-Ftehim dwar is-Salvagwardji, kif xieraq; jew

(iii)

tariffa jew imposta oħra imposta fuq jew b’rabta ma’ importazzjoni li hija limitata fl-ammont għall-ispiża approssimattiva tas-servizzi mogħtija;

(c)

"CPC" tfisser il-Klassifikazzjoni Proviżorja Ċentrali tal-Prodotti (Statistical Papers Series M No.77, Department of International Economic and Social Affairs, Statistical Office of the United Nations, New York, 1991);

(d)

"eżistenti" tfisser b’effett fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(e)

"prodotti ta’ Parti" tfisser prodotti domestiċi fis-sens tal-GATT 1994, u jinkludu prodotti oriġinarji ta’ dik il-Parti;

(f)

"Sistema Armonizzata" jew "SA" tfisser is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, inklużi n-noti legali kollha u l-emendi għalihom żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

(g)

"intestatura" tfisser l-ewwel erba’ ċifri fin-numru ta’ klassifikazzjoni tariffarja taħt is-Sistema Armonizzata;

(h)

"persuna ġuridika" tfisser kull entità ġuridika debitament kostitwita jew organizzata b’xi mod ieħor skont id-dritt applikabbli, kemm jekk tkun għal skopijiet ta’ profitt kif ukoll għal skopijiet oħra, u kemm jekk tkun proprjetà privata jew tal-gvern, inkluża kwalunkwe korporazzjoni, trust, sħubija, impriża konġunta, impriża individwali jew assoċjazzjoni;

(i)

"miżura" tfisser kwalunkwe miżura minn Parti, kemm jekk fil-forma ta' liġi, regolament, regola, proċedura, deċiżjoni, azzjoni amministrattiva, jew kwalunkwe forma oħra; (71)

(j)

"miżuri ta’ Parti" tfisser kwalunkwe miżura adottata jew miżmuma minn:

(i)

gvernijiet jew awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali; u

(ii)

korpi mhux governattivi fl-eżerċitar tas-setgħat iddelegati mill-gvernijiet jew l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali;

"miżuri ta’ Parti" tinkludi miżuri adottati jew miżmuma minn entitajiet elenkati fis-sottoparagrafi (i) u (ii) billi jagħtu struzzjonijiet, jidderieġu jew jikkontrollaw, direttament jew indirettament, il-kondotta ta’ entitajiet oħra fir-rigward ta’ dawk il-miżuri.

(k)

"persuna fiżika ta’ Parti" tfisser (72):

(i)

għall-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ Stat Membru skont il-liġi tiegħu; (73) u

(ii)

għar-Renju Unit, ċittadin Brittaniku;

(l)

"persuna" tfisser persuna fiżika jew persuna ġuridika;

(m)

"miżura sanitarja jew fitosanitarja" tfisser kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1 tal-Anness A tal-Ftehim SPS;

(n)

"pajjiż terz" tfisser pajjiż jew territorju lil hinn mill-ambitu territorjali ta’ dan il-Ftehim; u

(o)

"WTO" tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Artikolu 513

Ftehimiet tad-WTO

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Ftehimiet tad-WTO huma msejħa kif ġej:

(a)

"Ftehim dwar l-Agrikoltura" tfisser il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;

(b)

"Ftehim dwar l-Anti-dumping" tfisser il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994;

(c)

"GATS" tfisser il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, inkluż fl-Anness 1B tal-Ftehim tad-WTO;

(d)

"GATT 1994" tfisser il-Ftehim Ġenerali tal-1994 dwar it-Tariffi u l-Kummerċ li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;

(e)

"GPA" tfisser il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi fl-Anness 4 għall-Ftehim tad-WTO (74);

(f)

"Ftehim ta’ Salvagwardji" tfisser il-Ftehim dwar is-Salvagwardji, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;

(g)

"Ftehim SCM" tfisser il-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;

(h)

"Ftehim SPS" tfisser il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta’ Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;

(i)

"Ftehim TBT" tfisser il-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, li jinsab fl-Anness 1 tal-Ftehim tad-WTO;

(j)

"Ftehim TRIPS" tfisser il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ li jinsab fl-Anness 1C tal-Ftehim tad-WTO; u

(k)

"il-Ftehim WTO" tfisser il-Ftehim ta’ Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ magħmul f'Marrakexx fil-15 ta’ April 1994.

Artikolu 514

Stabbiliment ta’ żona ta’ kummerċ ħieles

Il-Partijiet b’dan jistabbilixxu żona ta’ kummerċ ħieles, f’konformità mal-Artikolu XXIV tal-GATT 1994 u mal-Artikolu V tal-GATS.

Artikolu 515

Relazzjoni mal-Ftehim tad-WTO

Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom lejn xulxin skont il-Ftehim tad-WTO u ftehimiet oħra li l-Partijiet huma parti għalihom.

Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lil xi Parti taġixxi b’mod inkonsistenti mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim tad-WTO.

Artikolu 516

Il-ġurisprudenza tad-WTO

L-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti għandhom iqisu l-interpretazzjonijiet rilevanti fir-rapporti tal-bordijiet tad-WTO u tal-Korp tal-Appell adottati mill-Korp għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, kif ukoll fid-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ skont il-Qbil dwar ir-Riżoluzzjoni tat-Tilwim.

Artikolu 517

Twettiq tal-obbligi

Kull Parti għandha tadotta kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont din il-Parti, inklużi dawk meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità magħha mill-gvernijiet u mill-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, kif ukoll mill-korpi mhux governattivi fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati lilhom.

Artikolu 518

Referenzi għal-liġijiet u għal Ftehimiet oħra

1.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, meta ssir referenza f’din il-Parti għal-liġijiet u għar-regolamenti ta’ Parti, dawk il-liġijiet u r-regolamenti għandhom jinftiehmu li jinkludu l-emendi tagħhom.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fejn issir referenza għall-ftehimiet internazzjonali jew dawn jiġu inkorporati f’din il-Parti, fis-sħuħija tagħhom jew f’parti minnhom, dawn għandhom jinftiehmu li jinkludu l-emendi tagħhom jew fil-ftehimiet suċċessuri tagħhom li jidħlu fis-seħħ għaż-żewġ Partijiet fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim jew wara l-iffirmar. Jekk tqum xi kwistjoni rigward l-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim bħala riżultat tat-tali emendi jew tal-ftehimiet suċċessuri, il-Partijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin bl-għan li jsibu soluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku għal din il-kwistjoni skont il-bżonn.

Artikolu 519

Kompiti tal-Kunsill ta’ Sħubija fit-Tieni Parti

Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’:

(a)

jadotta deċiżjonijiet biex jemenda:

(i)

il-Kapitolu 2 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti u l-Annessi tiegħu, skont l-Artikolu 68;

(ii)

l-arranġamenti stabbiliti fl-Annessi 16 u 17, skont l-Artikolu 96(8);

(iii)

l-Appendiċijiet 15-A u 15-B, skont l-Artikolu 2(3) tal-Anness 15;

(iv)

l-Appendiċi 15-C, skont l-Artikolu 3(3) tal-Anness 15;

(v)

l-Appendiċijiet 14-A, 14-B, 14-C u 14-D, skont l-Artikolu 1 tal-Anness 14;

(vi)

l-Appendiċijiet 12-A, 12-B u 12-C, skont l-Artikolu 11 tal-Anness 12;

(vii)

l-Anness dwar l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati, il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali, il-Protokoll dwar il-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u dazji, u l-lista ta’ merkanzija stabbilita fl-Artikolu 117(2), skont l-Artikolu 122;

(viii)

is-Subtaqsima rilevanti taħt it-Taqsima B tal-Anness 25, skont l-Artikolu 293;

(ix)

l-Annessi 26, 27 u 28, skont l-Artikolu 329;

(x)

l-Artikolu 364(4) skont dak il-paragrafu, it-tielet sentenza tal-Artikolu 365(2) skont ir-raba’ sentenza ta’ dak il-paragrafu, l-Artikolu 365(3) skont dak il-paragrafu, l-Artikolu 367 skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu u l-Artikolu 373 skont il-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu;

(xi)

l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-Ħames Intestatura, skont l-Artikolu 502(4);

(xii)

l-Annessi 35, 36 u 37, skont l-Artikolu 508(3);

(xiii)

kwalunkwe dispożizzjoni, protokoll, appendiċi jew anness oħrajn, li għalihom il-possibbiltà ta’ tali deċiżjoni tkun prevista b’mod espliċitu f’din il-Parti;

(b)

jadotta deċiżjonijiet biex jagħti interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti.

Artikolu 520

Applikazzjoni ġeografika

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim dwar it-trattament tariffarju tal-prodotti, inklużi r-regoli tal-oriġini u s-sospensjoni temporanja ta’ dan it-trattament, għandhom japplikaw ukoll, fir-rigward tal-Unjoni, għal dawk iż-żoni tat-territorju doganali tal-Unjoni, kif definit mill-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (75), li mhumiex koperti mill-punt (a) tal-Artikolu 774(1).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 774(2), (3) u (4), id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont din il-Parti għandhom japplikaw ukoll fir-rigward taż-żoni lil hinn mill-baħar territorjali ta’ kull Parti, inkluż qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu, li fuqhom dik il-Parti teżerċita drittijiet sovrani jew ġuriżdizzjoni skont id-dritt internazzjonali inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u l-liġijiet u r-regolamenti tagħha li huma konsistenti mad-dritt internazzjonali (76).

3.   Soġġett għall-eċċezzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kapitoli 1, 2 u 5 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura u l-Protokolli u l-Annessi ta’ dawk il-Kapitoli għandhom japplikaw ukoll, fir-rigward tar-Renju Unit, għat-territorji msemmija fl-Artikolu 774(2). Għal dak il-għan, it-territorji msemmija fl-Artikolu 774(2) għandhom jitqiesu bħala parti mit-territorju doganali tar-Renju Unit. L-awtoritajiet doganali tat-territorji msemmija fl-Artikolu 774(2) għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-Kapitoli, u l-Protokolli u l-Annessi għal dawn il-Kapitoli, fit-territorji rispettivi tagħhom. Ir-referenzi għal "awtorità doganali" f’dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinqraw kif xieraq. Madankollu, talbiet u komunikazzjonijiet magħmula taħt dawn il-Kapitoli, u l-Protokolli u l-Annessi għal dawn il-Kapitoli, għandhom jiġu amministrati mill-awtorità doganali tar-Renju Unit.

4.   L-Artikolu 110, l-Anness 18 u l-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi u dazji ma għandhomx japplikaw għall-Bailiwick ta’ Jersey jew il-Bailiwick ta’ Guernsey.

5.   Il-Kapitoli 3 u 4 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura u l-Annessi għal dawk il-Kapitoli għandhom japplikaw ukoll, fir-rigward tar-Renju Unit, għat-territorji msemmija fl-Artikolu 774(2). L-awtoritajiet tat-territorji msemmija fl-Artikolu 774(2) għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-Kapitoli, u l-Annessi għal dawn il-Kapitoli, fit-territorji rispettivi tagħhom u r-referenzi rilevanti għandhom jinqraw kif xieraq. Madankollu, talbiet u komunikazzjonijiet magħmula taħt dawn il-Kapitoli, u l-Annessi għal dawn il-Kapitoli, għandhom jiġu amministrati mill-awtoritajiet tar-Renju Unit.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779 u l-Artikolu 521 u sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-Partijiet, il-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-ewwel ta’:

(a)

l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet snin wara avviż bil-miktub ta’ terminazzjoni lill-Parti l-oħra; jew

(b)

id-data li fiha l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-Ħames Intestatura sa fejn tirrelata mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli ma jibqgħux fis-seħħ.

7.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 6, avviż ta’ terminazzjoni jista’ jingħata fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man u l-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal dawk it-territorji li fir-rigward tagħhom ma ngħatax avviż ta’ terminazzjoni.

8.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 6, jekk l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-Ħames Intestatura sa fejn din tirrelata mal-arranġamenti previsti f’dawk l-Artikoli ma jibqgħux fis-seħħ fir-rigward ta’ wieħed jew aktar (iżda mhux kollha) tal-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey jew l-Isle of Man, il-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikomplu jkunu fis-seħħ għal dawk it-territorji li fir-rigward tagħhom l-Artikolu 502, l-Artikolu 503 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-Ħames Intestatura sa fejn din tirrigwarda l-arranġamenti previsti f'dawk l-Artikoli jibqgħu fis-seħħ.

Artikolu 521

Terminazzjoni tat-Tieni Parti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779, kull Parti tista’ fi kwalunkwe mument ittemm din il-Parti permezz ta’ notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi. F’dak il-każ, din il-Parti ma tibqax fis-seħħ fl-ewwel jum tad-disa’ xahar wara d-data tan-notifika. Ir-Raba’ Intestatura u l-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali ma għandhomx jiġu terminati taħt dan l-Artikolu.

IT-TIELET PARTI

INFURZAR TAL-LIĠI U KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'MATERJI KRIMINALI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 522

Objettiv

1.   L-objettiv ta' din il-Parti huwa li tipprevedi l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, minn naħa, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom.

2.   Din il-Parti tapplika biss għall-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali li jseħħu esklużivament bejn ir-Renju Unit, minn naħa, u l-Unjoni u l-Istati Membri min-naħa l-oħra. Ma tapplikax għal sitwazzjonijiet li jinqalgħu bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u lanqas ma tapplika għall-attivitajiet tal-awtoritajiet b'responsabbiltajiet għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali meta jaġixxu f'dan il-qasam.

Artikolu 523

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din il-Parti, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru jew ir-Renju Unit;

(b)

"kategoriji speċjali ta' data personali" tfisser data personali, li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, data ġenetika, data bijometrika pproċessata biex tiġi identifikata b'mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna fiżika;

(c)

"data ġenetika" tfisser id-data personali kollha relatata mal-karatteristiċi ġenetiċi tal-individwu li jkunu ntirtu jew inkisbu, li tagħti informazzjoni unika dwar il-fiżjoloġija jew is-saħħa ta' dak l-individwu, li tirriżulta b'mod partikolari minn analiżi ta' kampjun bijoloġiku mill-individwu inkwistjoni;

(d)

"data bijometrika" tfisser data personali li tirriżulta minn ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta' persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta' dik il-persuna fiżika, bħall-immaġnijiet tal-wiċċ jew id-data dattiloskopika;

(e)

"ipproċessar" tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatizzati kif ukoll jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(f)

"ksur ta' data personali" tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bidliet, żvelar mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal, data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b'xi mod ieħor;

(g)

"sistema ta' arkivjar" tfisser kwalunkwe sett strutturat ta' data personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, sew jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(h)

"Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja" tfisser il-Kumitat b'dak l-isem stabbilit bl-Artikolu 8.

Artikolu 524

Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

1.   Il-kooperazzjoni prevista f'din il-Parti hija bbażata fuq ir-rispett fit-tul tal-Partijiet u tal-Istati Membri għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, inkluż kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u fuq l-importanza li d-drittijiet u l-libertajiet f'dik il-Konvenzjoni jingħataw effett domestikament.

2.   Xejn f'din il-Parti ma jimmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji legali kif riflessi, b'mod partikolari, fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u, fil-każ tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 525

Protezzjoni tad-data personali

1.   Il-kooperazzjoni prevista f'din il-Parti hija bbażata fuq l-impenn fit-tul tal-Partijiet li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali.

2.   Sabiex jirriflettu dan il-livell għoli ta' protezzjoni, il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali pproċessata skont din il-Parti tkun soġġetta għal salvagwardji effettivi fir-reġimi tal-protezzjoni tad-data rispettivi tal-Partijiet, inkluż li:

(a)

id-data personali tiġi pproċessata b'mod legali u ġust, f'konformità mal-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop, l-akkuratezza u l-limitazzjoni tal-ħżin;

(b)

l-ipproċessar tal-kategoriji speċjali tad-data personali huwa permess biss sa fejn ikun meħtieġ u soġġett għal salvagwardji xierqa adattati għar-riskji speċifiċi tal-ipproċessar;

(c)

jiġi żgurat livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju tal-ipproċessar permezz ta' miżuri tekniċi u organizzazzjonali rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta' kategoriji speċjali tad-data personali;

(d)

is-suġġetti tad-data jingħataw drittijiet infurzabbli ta' aċċess, rettifika u tħassir, soġġetti għal restrizzjonijiet possibbli previsti mil-liġi li jikkostitwixxu miżuri meħtieġa u proporzjonati f'soċjetà demokratika biex jiġu protetti objettivi importanti ta' interess pubbliku;

(e)

fil-każ ta' ksur tad-data li joħloq riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, l-awtorità superviżorja kompetenti tiġi nnotifikata mingħajr dewmien żejjed dwar il-ksur; fejn il-ksur x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, is-suġġetti tad-data jiġu notifikati wkoll, soġġett għal restrizzjonijiet possibbli previsti mil-liġi li jikkostitwixxu miżuri meħtieġa u proporzjonati f'soċjetà demokratika biex jiġu protetti objettivi importanti ta' interess pubbliku;

(f)

trasferimenti ulterjuri lejn pajjiż terz huma permessi biss soġġetti għal kundizzjonijiet u salvagwardji xierqa għat-trasferiment li jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni ma jiġix imminat;

(g)

is-superviżjoni tal-konformità mas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data u l-infurzar tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data huma żgurati minn awtoritajiet indipendenti; u

(h)

is-suġġetti tad-data jingħataw drittijiet infurzabbli għal rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv fil-każ li s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data jkunu nkisru.

3.   Ir-Renju Unit minn naħa u l-Unjoni, ukoll f'isem kwalunkwe Stat Membru tagħha, min-naħa l-oħra, għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja dwar l-awtoritajiet superviżorji responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-kooperazzjoni skont din il-Parti u biex jiżguraw il-konformità magħhom. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw biex jiżguraw konformità ma' din il-Parti.

4.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti f'din il-Parti japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali kompletament jew parzjalment b'mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar mhux b'mezzi awtomatizzati tad-data personali li jifformaw parti minn sistema ta' arkivjar jew li jkunu maħsuba biex jifformaw parti minn sistema ta' arkivjar.

5.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċifika f'din il-Parti relatata mal-ipproċessar tad-data personali.

Artikolu 526

Ambitu tal-kooperazzjoni jekk Stat Membru ma jibqax jipparteċipa f'miżuri analogi skont id-dritt tal-Unjoni

1.   Dan l-Artikolu japplika jekk Stat Membru ma jibqax jipparteċipa f'dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja analogi għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti ta' din il-Parti, jew ma jibqax igawdi drittijiet skonthom.

2.   Ir-Renju Unit jista' jinnotifika lill-Unjoni bil-miktub bl-intenzjoni tiegħu li jieqaf iħaddem id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din il-Parti fir-rigward ta' dak l-Istat Membru.

3.   Notifika mogħtija skont il-paragrafu 2 tidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha l-Istat Membru ma jibqax jipparteċipa fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew igawdi drittijiet skonthom.

4.   Jekk ir-Renju Unit jagħti notifika skont dan l-Artikolu dwar l-intenzjoni tiegħu li jieqaf japplika d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din il-Parti, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jiltaqa' biex jiddeċiedi liema miżuri huma meħtieġa biex jiżgura li kwalunkwe kooperazzjoni mibdija skont din il-Parti li tkun affettwata mill-waqfien tiġi konkluża b'mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tad-data personali kollha miksuba permezz tal-kooperazzjoni skont dan it-Titolu qabel jieqaf japplika, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni li skontu tkun ġiet trasferita d-data personali jinżamm wara li tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.

5.   L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit bil-miktub, permezz ta' mezzi diplomatiċi, bid-data li fiha l-Istat Membru jkun ser jerġa' jibda l-parteċipazzjoni tiegħu fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni, jew it-tgawdija tad-drittijiet skonthom. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din il-Parti għandha terġa' tiddaħħal f'dik id-data jew, jekk aktar tard, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih tkun ingħatat dik in-notifika.

6.   Biex tiffaċilita l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Unjoni għandha tinforma lir-Renju Unit meta Stat Membru ma jibqax jipparteċipa fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali analogi għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din il-Parti, jew igawdi drittijiet skontu.

TITOLU II

SKAMBJI TA' DATA DWAR ID-DNA, IL-MARKI TAS-SWABA' U R-REĠISTRAZZJONI TAL-VETTURI

Artikolu 527

Objettiv

L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tar-Renju Unit, minn naħa, u l-Istati Membri, min-naħa l-oħra, dwar it-trasferiment awtomatizzat ta' profili tad-DNA, data dattiloskopika u ċerta data domestika dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi.

Artikolu 528

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi" tfisser awtorità domestika tal-pulizija, tad-dwana jew awtorità oħra li tkun awtorizzata mil-liġi domestika sabiex issib, tipprevjeni u tinvestiga reati jew attivitajiet kriminali u sabiex teżerċita l-awtorità u tieħu miżuri koerċittivi fil-kuntest ta' tali attivitajiet; aġenziji, korpi jew unitajiet oħra li jittrattaw b'mod speċjali kwistjonijiet ta' sigurtà nazzjonali mhumiex awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi għall-finijiet ta' dan it-Titolu;

(b)

"tiftix" u "paragun" kif imsemmijin fl-Artikoli 530, 531, 534 u 539 tfisser il-proċeduri li bihom jiġi stabbilit jekk hemmx taqbila bejn, rispettivament, id-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika li ġiet ikkomunikata minn Stat wieħed u d-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika maħżuna fil-bażijiet ta' data ta' Stat wieħed, diversi minnhom jew l-Istati l-oħra kollha;

(c)

"tiftix awtomatizzat", kif imsemmi fl-Artikolu 537, tfisser proċedura ta' aċċess online sabiex jiġu kkonsultati l-bażijiet ta' data ta' Stat wieħed, diversi minnhom jew l-Istati l-oħra kollha;

(d)

"parti nonkodifikanti tad-DNA" tfisser reġjuni ta' kromosoma li mhumiex espressi ġenetikament, jiġifieri mhux magħruf li jipprovdu xi proprjetajiet funzjonali ta' organiżmu;

(e)

"profil tad-DNA" tfisser kodiċi b'ittri jew b'ċifri li jirrappreżenta sett ta' karatteristiċi ta' identifikazzjoni tal-parti nonkodifikanti ta' kampjun analizzat ta' DNA uman, jiġifieri l-istruttura molekulari partikolari fid-diversi pożizzjonijiet (loci) tad-DNA;

(f)

"data ta' referenza tad-DNA" tfisser il-profil tad-DNA u n-numru ta' referenza; Id-data ta' referenza tad-DNA għandha tinkludi biss profili tad-DNA stabbiliti mill-parti non-kodifikanti tad-DNA u numru ta' referenza; Id-data ta' referenza tad-DNA ma għandu jkun fiha l-ebda data li minnha s-suġġett tad-data jista' jiġi identifikat direttament; Id-data ta' referenza tad-DNA li ma tkunx attribwita lil xi persuna fiżika (profili tad-DNA mhux identifikati) għandha tkun rikonoxxibbli bħala tali;

(g)

"profil tad-DNA ta' referenza" tfisser il-profil tad-DNA ta' persuna identifikata;

(h)

"profil tad-DNA mhux identifikat" tfisser il-profil tad-DNA miksub minn traċċi miġbura matul l-investigazzjoni ta' reati kriminali u li jappartjenu għal persuna li għadha ma ġietx identifikata;

(i)

"nota" tfisser l-immarkar ta' Stat fuq profil tad-DNA fil-bażi ta' data domestika tiegħu li jindika li diġà kien hemm konkordanza għal dak il-profil tad-DNA f'tiftixa jew f'paragun ta' Stat ieħor;

(j)

"data dattiloskopika" tfisser immaġini ta' marki tas-swaba', immaġini ta' marki tas-swaba' latenti, marki tal-pala tal-id, marki tal-pala latenti u mudelli ta' tali immaġini (minutiae kodifikati), meta dawn jinħażnu u jiġu ttrattati f'bażi ta' data awtomatizzata;

(k)

"data ta' referenza dattiloskopika" tfisser data dattiloskopika u numru ta' referenza; Id-data ta' referenza tad-DNA ma għandu jkun fiha l-ebda data li minnha s-suġġett tad-data jista' jiġi identifikat direttament; Id-data ta' referenza dattiloskopika li ma tkunx attribwita lil xi persuna fiżika (data dattiloskopika mhux identifikata) għandha tkun rikonoxxibbli bħala tali;

(l)

"data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi" tfisser is-sett ta' data kif speċifikat fil-Kapitolu 3 tal-Anness 39;

(m)

"każ individwali", kif imsemmi fl-Artikolu 530(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 534(1), it-tieni sentenza u l-Artikolu 537(1), tfisser investigazzjoni unika jew fajl ta' taħrika; jekk tali fajl jkun fih aktar minn profil wieħed ta' DNA, jew minn biċċa waħda ta' data dattiloskopika jew ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, dawn jistgħu jiġu trażmessi flimkien bħala talba waħda;

(n)

"attività tal-laboratorju" tfisser kwalunkwe miżura meħuda f'laboratorju meta jiġu lokalizzati u rkuprati t-traċċi fuq l-oġġetti, kif ukoll l-iżvilupp, l-analiżi u l-interpretazzjoni tal-evidenza forensika rigward il-profili tad-DNA u d-data dattiloskopika, bl-għan li jiġu pprovduti opinjonijiet esperti jew li tiġi skambjata evidenza forensika;

(o)

"riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorju" tfisser kwalunkwe output analitiku u interpretazzjoni assoċjata direttament;

(p)

"fornitur ta' servizzi forensiċi" tfisser kwalunkwe organizzazzjoni, pubblika jew privata, li twettaq attivitajiet fil-laboratorju b'talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji;

(q)

"korp domestiku tal-akkreditazzjoni" tfisser l-uniku korp fi Stat Membru li jwettaq l-akkreditazzjoni b'awtorità derivata mill-Istat.

Artikolu 529

Stabbiliment ta' fajls domestiċi għall-analiżi tad-DNA

1.   L-Istati Membri għandhom jiftħu u jżommu fajls domestiċi għall-analiżi tad-DNA għall-investigazzjoni ta' reati kriminali.

2.   Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu, l-Istati għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tad-data ta' referenza tad-DNA mill-fajls domestiċi tagħhom għall-analiżi tad-DNA kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati għandhom jiddikjaraw il-fajls domestiċi għall-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikoli 529 sa 532 u l-Artikoli 535, 536 u 539 u l-kondizzjonijiet għat-tiftix awtomatizzat kif imsemmi fl-Artikolu 530(1).

Artikolu 530

Tiftix awtomatizzat ta' profili tad-DNA

1.   Għall-investigazzjoni ta' reati kriminali, l-Istati għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 535, aċċess għad-data ta' referenza tad-DNA fil-fajls tagħhom għall-analiżi tad-DNA, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat billi jipparagunaw il-profili tad-DNA. It-tiftix jista' jsir biss f'każijiet individwali u f'konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat rikjedenti.

2.   Jekk tfittxija awtomatizzata turi li profil tad-DNA fornut jaqbel mal-profili tad-DNA mdaħħla fil-fajl imfittex tal-Istat rikjest, l-Istat rikjest għandu jibgħat lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat rikjedenti b'mod awtomatizzat id-data ta' referenza tad-DNA li magħha tkun instabet konkordanza. Jekk ma tkun tista' tinstab l-ebda konkordanza, dan għandu jiġi nnotifikat awtomatikament.

Artikolu 531

Paragun awtomatizzat ta' profili tad-DNA

1.   Għall-investigazzjoni ta' reati kriminali, l-Istati, permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali tagħhom, għandhom iqabblu l-profili tad-DNA mhux identifikati tagħhom mal-profili tad-DNA kollha mid-data ta' referenza tal-fajls tal-analiżi tad-DNA domestiċi oħra f'konformità ma' arranġamenti prattiċi reċiprokament aċċettati bejn l-Istati kkonċernati. Il-profili tad-DNA għandhom jiġu forniti u pparagunati f'forma awtomatizzata. Il-profili tad-DNA mhux identifikati għandhom jiġu forniti għal paragun meta previst skont id-dritt domestiku tal-Istat rikjedenti biss.

2.   Jekk Stat Membru, bħala riżultat tal-paragun imsemmi fil-paragrafu 1, isib li kwalunkwe profil tad-DNA fornit minn Stat ieħor jaqbel ma' wieħed minn dawk fil-fajls tiegħu għall-analiżi tad-DNA, huwa għandu, mingħajr dewmien, iforni lill-punt ta' kuntatt nazzjonali ta' dak l-Istat l-ieħor bid-data ta' referenza tad-DNA li magħha instabet konkordanza.

Artikolu 532

Ġbir ta' materjal ċellulari u provvista ta' profili tad-DNA

Meta, f'investigazzjonijiet jew fi proċedimenti kriminali kurrenti, ma jkun hemm l-ebda profil tad-DNA disponibbli għal individwu partikolari preżenti fit-territorju ta' Stat rikjest, l-Istat rikjest għandu jipprovdi assistenza legali billi jiġbor u jeżamina materjal ċellulari mingħand dak l-individwu u billi jforni l-profil tad-DNA miksub lill-Istat rikjedenti, jekk:

(a)

l-Istat rikjedenti jispeċifika l-iskop li għalih qed jagħmel it-talba;

(b)

l-Istat rikjedenti jipproduċi mandat għall-investigazzjoni jew dikjarazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, kif mitlub mid-dritt domestiku ta' dak l-Istat, li turi li r-rekwiżiti għall-ġbir u għall-eżaminazzjoni tal-materjali ċellulari jkunu ssodisfati li kieku l-individwu konċernat kien preżenti fit-territorju tal-Istat rikjedenti; u

(c)

skont id-dritt l-Istat rikjest, ikunu ssodisfati r-rekwiżiti għall-ġbir u għall-eżaminazzjoni tal-materjal ċellulari u għall-provvista tal-profil tad-DNA miksub.

Artikolu 533

Data dattiloskopika

Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tad-data ta' referenza dattiloskopika mill-fajl għas-sistemi awtomatizzati domestiċi għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' stabbiliti għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati kriminali.

Artikolu 534

Tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika

1.   Għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali, l-Istati għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 535, aċċess għad-data ta' referenza fis-sistemi awtomatizzati għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' li huma jkunu stabbilew għal dak il-għan, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat billi jipparagunaw id-data dattiloskopika. It-tiftix jista' jsir biss f'każijiet individwali u f'konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat rikjedenti.

2.   Il-konferma ta' konkordanza tad-data dattiloskopika mad-data ta' referenza miżmuma mill-Istat rikjest għandha ssir mill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat rikjedenti permezz tal-provvista awtomatizzata tad-data ta' referenza meħtieġa għal konkordanza ċara.

Artikolu 535

Punti ta' kuntatt nazzjonali

1.   Għall-għanijiet tal-forniment tad-data kif imsemmi fl-Artikoli 530, 531 u 534, l-Istati għandhom jinnominaw punti ta' kuntatt nazzjonali.

2.   Fir-rigward tal-Istati Membri, il-punti ta' kuntatt nazzjonali maħtura għal skambju analogu ta' data fl-Unjoni għandhom jitqiesu bħala l-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-fini ta' dan it-Titolu.

3.   Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati bid-dritt domestiku applikabbli.

Artikolu 536

Provvista ta' data personali ulterjuri u ta' informazzjoni oħra

Jekk il-proċedura msemmija fl-Artikoli 530, 531 u 534 turi konkordanza bejn profili tad-DNA jew data dattiloskopika, il-forniment ta' data personali ulterjuri disponibbli u informazzjoni oħra relatata mad-data ta' referenza għandha tiġi rregolata mil-liġi domestika, inkluż ir-regoli tal-assistenza legali, tal-Istat rikjest mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 539(1).

Artikolu 537

Tiftix awtomatizzat ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.   Għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati kriminali u fit-trattament ta' reati oħra fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati jew tal-prosekuzzjoni pubblika fl-Istat rikjedenti, kif ukoll fiż-żamma tas-sigurtà pubblika, l-Istati għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 2, aċċess għad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi domestika li ġejja, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat f'każijiet individwali:

(a)

data relatata ma' sidien jew ma' operaturi; u

(b)

data relatata mal-vetturi.

2.   It-tfittxijiet jistgħu jsiru biss skont il-paragrafu 1 bin-numru sħiħ tax-xażì jew bin-numru sħiħ tar-reġistrazzjoni u f'konformità mad-dritt domestiku tal-Istat rikjedenti.

3.   Għall-finijiet tal-provvista tad-data kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati għandhom jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali għat-talbiet li jaslulu minn Stati oħra. Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati bid-dritt domestiku applikabbli.

Artikolu 538

Akkreditazzjoni tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju

1.   L-Istati għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi forensiċi tagħhom li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju jkunu akkreditati minn korp domestiku ta' akkreditazzjoni bħala konformi mal-istandard EN ISO/IEC 17025.

2.   Kull Stat għandu jiżgura li r-riżultati tal-fornituri akkreditati ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju fi Stati oħrajn jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet tiegħu responsabbli għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati kriminali, bħala ugwalment affidabbli daqs ir-riżultati tal-fornituri domestiċi ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju akkreditati skont l-istandard EN ISO/IEC 17025.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tar-Renju Unit ma għandhomx iwettqu tfittxijiet u paraguni awtomatizzati skont l-Artikoli 530, 531 u 534 qabel ma r-Renju Unit ikun implimenta u applika l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma jaffettwawx ir-regoli domestiċi dwar il-valutazzjoni ġudizzjarja tal-evidenza.

5.   Ir-Renju Unit għandu jikkomunika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin adottati għall-implimentazzjoni u għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 539

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, l-Istati għandhom jagħmlu disponibbli l-kategoriji kollha tad-data għat-tiftix u t-tqabbil mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati oħra taħt kundizzjonijiet ugwali għal dawk li taħthom huma disponibbli għat-tiftix u t-tqabbil mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. L-Istati għandhom jipprovdu aktar data personali disponibbli u informazzjoni oħra relatata mad-data ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 536 lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati oħra għall-finijiet ta' dan it-Titolu taħt kundizzjonijiet ugwali għal dawk li taħthom ikunu pprovduti lill-awtoritajiet domestiċi.

2.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 530, 531, 534 u 537, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali huma stabbiliti fl-Anness 39.

3.   Id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri f'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (77) u 2008/616/ĠAI (78) għandhom ikunu japplikaw ukoll fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Renju Unit.

Artikolu 540

Evalwazzjoni ex ante

1.   Sabiex jiġi vverifikat jekk ir-Renju Unit issodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 539 u fl-Anness 39, għandhom isiru żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota, sal-punt meħtieġ mill-Anness 39, fir-rigward ta' u taħt kundizzjonijiet u arranġamenti aċċettabbli għar-Renju Unit. Fi kwalunkwe każ, għandha titwettaq prova pilota fir-rigward tat-tiftix tad-data skont l-Artikolu 537.

2.   Fuq il-bażi ta' rapport ta' evalwazzjoni kumplessiva dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni u, fejn applikabbli, il-prova pilota, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tiddetermina d-data jew id-dati minn meta d-data personali tista' tiġi pprovduta mill-Istati Membri lir-Renju Unit skont dan it-Titolu.

3.   Sakemm joħroġ l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lir-Renju Unit data personali kif imsemmi fl-Artikoli 530, 531, 534 u 536 sad-data jew dati determinati mill-Unjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, iżda għal mhux aktar minn disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jista' jestendi dan il-perjodu darba sa massimu ta' disa' xhur.

Artikolu 541

Sospensjoni u diżapplikazzjoni

1.   F'każ li l-Unjoni tqis li jkun meħtieġ li dan it-Titolu jiġi emendat, minħabba li jiġi emendat id-dritt tal-Unjoni relatat mas-suġġett regolat b'dan it-Titolu, jew dan ikun jinsab fil-proċess li jiġi emendat b'mod sostanzjali, hija tista' tinnotifika lir-Renju Unit dwar dan bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar emenda formali ta' dan il-Ftehim fir-rigward ta' dan it-Titolu. Wara din in-notifika, il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet.

2.   Jekk fi żmien disa' xhur minn dik in-notifika l-Partijiet ma jkunux laħqu ftehim li jemenda dan it-Titolu, l-Unjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu jew kwalunkwe dispożizzjoni minn dan it-Titolu għal perjodu sa disa' xhur. Qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu, il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar estensjoni tas-sospensjoni għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn disa' xhur. Jekk sa tmiem il-perjodu ta' sospensjoni l-Partijiet ma jkunux laħqu ftehim li jemenda dan it-Titolu, id-dispożizzjonijiet sospiżi ma għandhomx jibqgħu japplikaw fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, sakemm l-Unjoni ma tinfurmax lir-Renju Unit li ma għadhiex interessata temenda dan it-Titolu. F'dak il-każ, id-dispożizzjonijiet sospiżi ta' dan it-Titolu għandhom jerġgħu jiddaħħlu fis-seħħ.

3.   Jekk tingħata notifika ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jiltaqa' biex jiddeċiedi x'passi huma meħtieġa biex jiġi żgurat li kull kooperazzjoni mibdija skont dan it-Titolu u affettwata mis-sospensjoni tiġi konkluża b'mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tad-data personali kollha miksuba permezz ta' kooperazzjoni skont dan it-Titolu qabel ma jieqfu japplikaw b'mod proviżorju d-dispożizzjonijiet ikkonċernati mis-sospensjoni, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni li taħtu tkun ġiet trasferita d-data personali jinżamm wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni.

TITOLU III

TRASFERIMENT U PROĊESSAR TAD-DATA TAR-REĠISTRU TAL-ISMIJIET TAL-PASSIĠĠIERI

Artikolu 542

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu jistabbilixxi regoli li taħthom id-data tar-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri tista' tiġi ttrasferita lil, tiġi pproċessata u tintuża mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għal titjiriet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, u jistabbilixxi s-salvagwardji speċifiċi f'dak ir-rigward.

2.   Dan it-Titolu japplika għal trasportaturi tal-ajru li joperaw titjiriet tal-passiġġieri bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

3.   Dan it-Titolu japplika wkoll għal trasportaturi li jinkorporaw jew jaħżnu data fl-Unjoni u li joperaw titjiriet tal-passiġġieri lejn jew mir-Renju Unit.

4.   Dan it-Titolu jipprevedi wkoll il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni fir-rigward tad-data tal-PNR.

Artikolu 543

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"trasportatur tal-ajru" tfisser impriża tat-trasport bl-ajru b'liċenzja operattiva valida jew ekwivalenti li tippermettilha twettaq il-ġarr tal-passiġġieri bl-ajru bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni;

(b)

"reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri" (PNR) tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta' kull passiġġier li jinkludi l-informazzjoni meħtieġa sabiex tippermetti li l-prenotazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl-ajru tal-prenotazzjonijiet u parteċipanti għal kull vjaġġ ipprenotat minn persuna jew f'isimha, kemm jekk inkluża f'sistemi ta' prenotazzjoni, f'sistemi tal-kontroll tat-tluq, użati sabiex jiġu vverifikati l-passiġġieri fuq titjiriet, jew f'sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonalitajiet; speċifikament, kif użata f'dan it-Titolu, id-data tal-PNR tikkonsisti fl-elementi stabbiliti fl-Anness 40;

(c)

"Awtorità kompetenti tar-Renju Unit" tfisser l-awtorità tar-Renju Unit responsabbli sabiex tirċievi u tipproċessa d-data tal-PNR skont dan il-Ftehim; jekk ir-Renju Unit ikollu aktar minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu jipprovdi faċilità ta' punt uniku għad-data tal-passiġġieri li tippermetti lit-trasportaturi tal-ajru jittrasferixxu d-data tal-PNR lil punt ta' dħul uniku għat-trażmissjoni tad-data u għandu jaħtar punt uniku ta' kuntatt sabiex jirċievi u jagħmel talbiet skont l-Artikolu 546;

(d)

"Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri" ("PIUs") tfisser l-Unitajiet stabbiliti jew maħtura mill-Istati Membri li huma responsabbli biex jirċievu u jipproċessaw id-data tal-PNR;

(e)

"terroriżmu" tfisser kwalunkwe reat elenkat fl-Anness 45;

(f)

"reat serju" tfisser kwalunkwe reat punibbli b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin skont il-liġi domestika tar-Renju Unit.

Artikolu 544

Finijiet tal-użu tad-data tal-PNR

1.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li d-data tal-PNR riċevuta skont dan it-Titolu tiġi pproċessata b'mod strett għall-finijiet tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni, tal-investigazzjoni jew tal-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew ta' reati serji u biex jiġi ssorveljat il-proċessar tad-data tal-PNR skont it-termini stabbiliti f'dan il-Ftehim.

2.   F'każijiet eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tista' tipproċessa d-data tal-PNR meta dan ikun neċessarju sabiex tipproteġi l-interessi vitali ta' kwalunkwe persuna fiżika, bħal f'każ ta':

(a)

riskju ta' mewt jew ta' korriment gravi; jew

(b)

riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika, b'mod partikolari kif identifikat skont standards rikonoxxuti internazzjonalment.

3.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tista' tipproċessa wkoll data tal-PNR fuq bażi ta' każ b'każ meta l-iżvelar tad-data rilevanti tal-PNR tkun ordnata minn qorti jew minn tribunal amministrattiv tar-Renju Unit fi proċediment direttament relatat ma' xi wieħed mill-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 545

Żgurar li tiġi pprovduta d-data tal-PNR

1.   L-UE tiżgura li t-trasportaturi tal-ajru ma jinżammux milli jittrasferixxu d-data tal-PNR lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit skont dan it-Titolu.

2.   L-Unjoni għandha tiżgura li t-trasportaturi tal-ajru jkunu jistgħu jittrasferixxu d-data tal-PNR lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit permezz ta' aġenti awtorizzati, li jaġixxu f'isem u taħt ir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru, skont dan it-Titolu.

3.   Ir-Renju Unit ma għandux jeħtieġ li trasportatur tal-ajru jipprovdi elementi tad-data tal-PNR li ma jkunux diġà nġabru jew inżammu mit-trasportatur tal-ajru għall-finijiet ta' prenotazzjoni.

4.   Ir-Renju Unit għandu jħassar kwalunkwe data ttrasferita lilu minn trasportatur tal-ajru, skont dan it-Titolu, malli tasal, jekk dak l-element ta' data ma jkunx elenkat fl-Anness 40.

Artikolu 546

Kooperazzjoni tal-pulizija u ġuridika

1.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha taqsam mal-Europol jew mal-Eurojust, fl-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom, jew mal-PIUs tal-Istati Membri l-informazzjoni analitika rilevanti u adatta kollha li jkun fiha data tal-PNR malajr kemm jista' jkun f'każijiet speċifiċi fejn meħtieġ għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni ta' terroriżmu jew reati serji.

2.   B'talba tal-Europol jew tal-Eurojust, fl-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom, jew tal-PIU ta' Stat Membru, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tikkondividi d-data tal-PNR, ir-riżultati tal-ipproċessar ta' dik id-data, jew informazzjoni analitika li jkun fiha data tal-PNR, f'każijiet speċifiċi fejn meħtieġ għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni ta' terroriżmu jew reati serji.

3.   Il-PIUs tal-Istati Membri għandhom jikkondividu mal-awtorità kompetenti tar-Renju Unit l-informazzjoni analitika rilevanti u xierqa kollha li jkun fiha d-data tal-PNR malajr kemm jista' jkun f'każijiet speċifiċi fejn meħtieġ għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' terroriżmu jew reati serji.

4.   B'talba tal-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, il-PIUs tal-Istati Membri għandhom jikkondividu d-data tal-PNR, ir-riżultati tal-ipproċessar ta' dik id-data, jew informazzjoni analitika li jkun fiha data tal-PNR, f'każijiet speċifiċi fejn meħtieġ għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni ta' terroriżmu jew reati serji.

5.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 tiġi kondiviża f'konformità mal-ftehimiet u l-arranġamenti dwar l-infurzar tal-liġi jew il-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Europol, l-Eurojust, jew l-Istat Membru rilevanti. B'mod partikolari, l-iskambju ta' informazzjoni mal-Europol skont dan l-Artikolu għandu jsir permezz tal-linja ta' komunikazzjoni sigura stabbilita għall-iskambju ta' informazzjoni permezz tal-Europol.

6.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit u l-PIUs tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont minimu ta' data tal-PNR meħtieġ biss jiġi kondiviż skont il-paragrafi minn 1 sa 4.

Artikolu 547

Nondiskriminazzjoni

Ir-Renju Unit għandu jiżgura li s-salvagwardji applikabbli għall-ipproċessar tad-data tal-PNR japplikaw għall-persuni fiżiċi kollha fuq bażi ugwali mingħajr diskriminazzjoni illegali.

Artikolu 548

Użu ta' kategoriji speċjali ta' data personali

Kwalunkwe proċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għandu jkun ipprojbit skont dan it-Titolu. Sal-punt li kwalunkwe data tal-PNR li tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tinkludi kategoriji speċjali ta' data personali, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tħassar tali data.

Artikolu 549

Sigurtà u integrità tad-data

1.   Ir-Renju Unit għandu jimplimenta miżuri regolatorji, proċedurali jew tekniċi sabiex jipproteġi d-data tal-PNR minn aċċess, proċessar jew telf aċċidentali, illegali jew mhux awtorizzat.

2.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura l-verifika tal-konformità u l-protezzjoni, is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data. F'dak ir-rigward, ir-Renju Unit għandu:

(a)

japplika proċeduri ta' kriptaġġ, ta' awtorizzazzjoni u ta' dokumentazzjoni għad-data tal-PNR;

(b)

jillimita l-aċċess għad-data tal-PNR għall-uffiċjali awtorizzati;

(c)

iżomm id-data tal-PNR f'ambjent fiżiku sigur li jkun protett b'kontrolli tal-aċċess; u

(d)

tistabbilixxi mekkaniżmu li jiżgura li l-mistoqsijiet marbuta mad-data tal-PNR isiru b'mod li jkun konsistenti mal-Artikolu 544.

3.   Jekk id-data tal-PNR ta' persuna fiżika tiġi aċċessata jew żvelata mingħajr awtorizzazzjoni, ir-Renju Unit għandu jieħu miżuri sabiex jinnotifika lil dik il-persuna fiżika, jimmitiga r-riskju ta' ħsara, u jieħu azzjoni korrettiva.

4.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tinforma minnufih lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja bi kwalunkwe inċident sinifikanti ta' aċċess, ipproċessar jew telf aċċidentali, illegali jew mhux awtorizzat ta' data tal-PNR.

5.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li kwalunkwe ksur tas-sigurtà tad-data, b'mod partikolari kwalunkwe ksur li jwassal għall-qerda jew għat-telf, għall-alterazzjoni, għall-iżvelar jew għall-aċċess mhux awtorizzat aċċidentali jew illegali jew għal kwalunkwe forma illegali ta' pproċessar, ikun soġġett għal miżuri korrettivi effettivi u dissważivi li jistgħu jinkludu sanzjonijiet.

Artikolu 550

Trasparenza u notifika tal-passiġġieri

1.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tagħmel dan li ġej disponibbli fis-sit web tagħha:

(a)

lista tal-leġiżlazzjoni li tawtorizza l-ġbir tad-data tal-PNR;

(b)

l-iskopijiet għall-ġbir tad-data tal-PNR;

(c)

il-mod li bih tiġi protetta d-data tal-PNR;

(d)

il-mod kif u sa fejn tista' tiġi żvelata d-data tal-PNR;

(e)

informazzjoni dwar id-drittijiet għall-aċċess, il-korrezzjoni, in-notazzjoni u r-rimedju; u

(f)

l-informazzjoni ta' kuntatt għad-domandi.

2.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu ma' terzi persuni interessati, bħall-industrija tal-avjazzjoni u tal-ivvjaġġar bl-ajru, sabiex jippromwovu t-trasparenza, fil-ħin tal-prenotazzjoni, bl-iskop tal-ġbir, tal-proċessar u tal-użu tad-data tal-PNR, u dwar kif jitolbu aċċess, korrezzjoni u rimedju. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b'informazzjoni ċara u sinifikanti fir-rigward tat-trasferiment tad-data tal-PNR skont dan it-Titolu, inkluż id-dettalji tal-awtorità riċeventi, l-iskop tat-trasferiment u d-dritt li jintalbu mill-awtorità riċeventi aċċess għad-data personali tal-passiġġier li tkun ġiet ittrasferita u l-korrezzjoni tagħha.

3.   Meta d-data tal-PNR miżmuma skont l-Artikolu 552 tkun intużat soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 553 jew tkun ġiet żvelata f'konformità mal-Artikolu 555 jew mal-Artikolu 556, ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-passiġġieri kkonċernati bil-miktub, b'mod individwali u fi żmien raġonevoli malli din in-notifika ma tkunx għadha tista' tipperikola l-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi konċernati sal-punt li l-informazzjoni rilevanti ta' kuntatt tal-passiġġieri tkun disponibbli jew tkun tista' tinġibed, b'kont meħud tal-isforzi raġonevoli. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar kif il-persuna fiżika kkonċernat tista' tfittex rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju.

Artikolu 551

Proċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR

1.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandu tiżgura li kwalunkwe proċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR ikun ibbażat fuq mudelli u kriterji mhux diskriminatorji, speċifiċi u affidabbli stabbiliti minn qabel biex tkun tista':

(a)

jaslu għal riżultati li jkollhom fil-mira persuni fiżiċi li jistgħu jkunu taħt suspett raġonevoli ta' involviment jew parteċipazzjoni f'terroriżmu jew reati serji; jew

(b)

f'ċirkustanzi eċċezzjonali, tipproteġi l-interessi vitali ta' kwalunkwe persuna fiżika kif stabbilit fl-Artikolu 544(2).

2.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tiżgura li l-bażijiet tad-data li magħhom titqabbel id-data tal-PNR ikunu affidabbli, aġġornati u limitati għal dawk il-bażijiet tad-data li tuża fir-rigward tal-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 544.

3.   Ir-Renju Unit ma għandu jieħu l-ebda deċiżjoni li taffettwa b'mod negattiv persuna fiżika b'mod sinifikanti unikament fuq il-bażi tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR.

Artikolu 552

Żamma tad-data tal-PNR

1.   Ir-Renju Unit ma għandux iżomm data tal-PNR għal aktar minn ħames snin mid-data li fiha jirċievi d-data tal-PNR.

2.   Mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-trasferiment tad-data tal-PNR imsemmi fil-paragrafu 1, id-data tal-PNR kollha għandha tiġi depersonalizzata billi jiġu mistura l-elementi tad-data li ġejjin li jistgħu jservu biex jidentifikaw direttament il-passiġġier li miegħu hija relatata d-data tal-PNR jew kwalunkwe persuna fiżika oħra:

(a)

l-ismijiet, inklużi l-ismijiet tal-passiġġieri l-oħra fuq il-PNR u n-numru ta' passiġġieri fuq il-PNR li jivvjaġġaw flimkien;

(b)

l-indirizzi, in-numri tat-telefon u l-informazzjoni ta' kuntatt elettroniku tal-passiġġier, il-persuni li għamlu l-prenotazzjoni tat-titjira għall-passiġġier, il-persuni li permezz tagħhom jista' jiġi kkuntattjat passiġġier tal-ajru u l-persuni li għandhom jiġu informati fil-każ ta' emerġenza;

(c)

l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-pagamenti u l-kontijiet, sa fejn ikun fiha kwalunkwe informazzjoni li tista' sservi biex tidentifika persuna fiżika;

(d)

informazzjoni dwar dawk li jivvjaġġaw ta' spiss;

(e)

informazzjoni supplimentari oħra (OSI), informazzjoni ta' servizz speċjali (SSI) u informazzjoni dwar talba għal servizz speċjali (SSR), sal-punt li jkun fihom kwalunkwe informazzjoni li tista' sservi biex tiġi identifikata persuna fiżika; u

(f)

kwalunkwe data ta' informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri (API) li tkun inġabret.

3.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tista' tneħħi s-satar tad-data tal-PNR biss jekk ikun meħtieġ biex twettaq investigazzjonijiet għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 544. Tali data tal-PNR mhux mistura għandha tkun aċċessibbli biss għal għadd limitat ta' uffiċjali awtorizzati speċifikament.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, ir-Renju Unit għandu jħassar id-data tal-PNR tal-passiġġieri wara t-tluq tagħhom mill-pajjiż sakemm valutazzjoni tar-riskju ma tindikax il-ħtieġa li tinżamm tali data tal-PNR. Sabiex tiġi stabbilita dik il-ħtieġa, ir-Renju Unit għandu jidentifika evidenza oġġettiva li minnha jista' jiġi inferit li ċerti passiġġieri jippreżentaw l-eżistenza ta' riskju f'termini tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, sakemm ma tkunx disponibbli informazzjoni fid-data eżatta tat-tluq, id-data tat-tluq jenħtieġ li titqies bħala l-aħħar jum tal-perjodu ta' soġġorn legali massimu fir-Renju Unit tal-passiġġier konċernat.

6.   L-użu tad-data miżmuma skont dan l-Artikolu huwa soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 553.

7.   Korp amministrattiv indipendenti fir-Renju Unit għandu jivvaluta fuq bażi annwali l-approċċ applikat mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-ħtieġa li tinżamm id-data tal-PNR skont il-paragrafu 4.

8.   Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 4, ir-Renju Unit jista' jżomm id-data tal-PNR, meħtieġa għal kwalunkwe azzjoni speċifika, rieżami, investigazzjoni, azzjoni ta' infurzar, proċediment ġudizzjarju, prosekuzzjoni, jew infurzar ta' penali, sakemm tiġi konkluża.

9.   Ir-Renju Unit għandu jħassar id-data tal-PNR fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data tal-PNR.

10.   Il-paragrafu 11 japplika minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li jipprevjenu lir-Renju Unit milli jagħmel l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa biex jittrasforma s-sistemi ta' pproċessar tal-PNR li kienu joperaw fir-Renju Unit meta kienet tapplika għalih id-dritt tal-Unjoni f'sistemi li jippermettu li d-data tal-PNR titħassar skont il-paragrafu 4.

11.   Ir-Renju Unit jista' jidderoga mill-paragrafu 4 fuq bażi temporanja għal perjodu interim, li t-tul tiegħu huwa pprovdut fil-paragrafu 13, sakemm ir-Renju Unit jimplimenta malajr kemm jista' jkun l-aġġustamenti tekniċi. Matul il-perjodu interim, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tipprevjeni l-użu tad-data tal-PNR li trid titħassar skont il-paragrafu 4 billi tapplika s-salvagwardji addizzjonali li ġejjin għal dik id-data tal-PNR:

(a)

id-data tal-PNR għandha tkun aċċessibbli biss għal għadd limitat ta' uffiċjali awtorizzati u fejn meħtieġ biss biex jiġi ddeterminat jekk id-data tal-PNR għandhiex titħassar skont il-paragrafu 4;

(b)

it-talba għall-użu tad-data tal-PNR għandha tiġi rrifjutata f'każijiet fejn id-data trid titħassar skont il-paragrafu 4, u ma għandu jingħata l-ebda aċċess ulterjuri għal dik id-data meta d-dokumentazzjoni msemmija fil-punt (d) tindika li talba preċedenti għall-użu tkun ġiet irrifjutata;

(c)

it-tħassir tad-data tal-PNR għandu jiġi żgurat mill-aktar fis possibbli bl-użu tal-aħjar sforzi, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċjali msemmija fil-paragrafu 10; u

(d)

dawn li ġejjin għandhom jiġu ddokumentati skont l-Artikolu 554, u tali dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-korp amministrattiv indipendenti msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu:

(i)

kwalunkwe talba biex tintuża d-data tal-PNR;

(ii)

id-data u l-ħin tal-aċċess għad-data tal-PNR għall-fini li jiġi vvalutat jekk hux meħtieġ li tad-data tal-PNR titħassar;

(iii)

li t-talba għall-użu tad-data tal-PNR ġiet irrifjutata fuq il-bażi li d-data tal-PNR kellha titħassar skont il-paragrafu 4, inklużi d-data u l-ħin tar-rifjut; u

(iv)

id-data u l-ħin tat-tħassir tad-data tal-PNR skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu.

12.   Ir-Renju Unit għandu jipprovdi lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u għal darb'oħra sena wara, jekk il-perjodu interim jiġi estiż b'sena:

(a)

rapport mill-korp amministrattiv indipendenti msemmi fil-paragrafu 7, ta' dan l-Artikolu, li għandu jinkludi l-opinjoni tal-awtorità superviżorja tar-Renju Unit imsemmija fl-Artikolu 525(3) dwar jekk is-salvagwardji previsti fil-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu ġewx applikati b'mod effettiv; u

(b)

il-valutazzjoni tar-Renju Unit dwar jekk iċ-ċirkostanzi speċjali msemmija fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu għadhomx jeżistu, flimkien ma' deskrizzjoni tal-isforzi li saru biex is-sistemi tal-ipproċessar tal-PNR tar-Renju Unit jiġu ttrasformati f'sistemi li jippermettu li d-data tal-PNR titħassar skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

13.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jiltaqa' fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim biex jikkunsidra r-rapport u l-valutazzjoni previsti fil-paragrafu 12. Fejn iċ-ċirkostanzi speċjali msemmija fil-paragrafu 10 jippersistu, il-Kunsill ta' Sħubija għandu jestendi b'sena l-perjodu interim imsemmi fil-paragrafu 11. Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jestendi l-perjodu interim b'sena oħra għall-aħħar darba, taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess proċedura bħal tal-ewwel estensjoni fejn, barra minn hekk, ikun sar progress sostanzjali, għalkemm ma kienx għadu possibbli li s-sistemi tal-ipproċessar tal-PNR tar-Renju Unit jiġu ttrasformati f'sistemi li jippermettu li d-data tal-PNR titħassar skont il-paragrafu 4.

14.   Jekk ir-Renju Unit iqis li rifjut mill-Kunsill ta' Sħubija li jagħti waħda minn dawk l-estensjonijiet ma kienx ġustifikat, huwa jista' jissospendi dan it-Titolu b'avviż ta' xahar.

15.   Fit-tielet anniversarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-paragrafi 10 sa 14 ma jibqgħux japplikaw.

Artikolu 553

Kundizzjonijiet għall-użu tad-data tal-PNR

1.   L-Awtorità Kompetenti tar-Renju Unit tista' tuża data tal-PNR miżmuma f'konformità mal-Artikolu 552 għal skopijiet oħra minbarra kontrolli ta' sigurtà u fuq il-fruntieri, inkluż kwalunkwe żvelar skont l-Artikolu 555 u l-Artikolu 556, biss meta ċirkustanzi ġodda bbażati fuq raġunijiet oġġettivi jindikaw li d-data tal-PNR ta' passiġġier wieħed jew aktar tista' tagħti kontribut effettiv għall-kisba tal-finijiet stipulati fl-Artikolu 544.

2.   L-użu tad-data tal-PNR mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit skont il-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal rieżami minn qabel minn qorti jew minn korp amministrattiv indipendenti fir-Renju Unit fuq il-bażi ta' talba motivata mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ippreżentata fil-qafas legali domestiku tal-proċeduri għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati, ħlief:

(a)

f'każijiet ta' urġenza stabbilita b'mod validu; jew

(b)

għall-fini tal-verifika tal-affidabbiltà u tal-munita tal-mudelli u tal-kriterji stabbiliti minn qabel li fuqhom huwa bbażat il-proċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR, jew tad-definizzjoni ta' mudelli u ta' kriterji ġodda għal tali proċessar.

Artikolu 554

Illoggjar u dokumentazzjoni tal-ipproċessar tad-data tal-PNR

L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tilloggja u tiddokumenta l-ipproċessar kollu ta' data tal-PNR. Hija għandha tuża biss tali loggjar jew dokumentazzjoni biex:

(a)

timmonitorja lilha nnifisha u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar tad-data;

(b)

tiżgura, kif xieraq, l-integrità tad-data;

(c)

tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data; u

(d)

tiżgura sorveljanza.

Artikolu 555

Żvelar fir-Renju Unit

1.   L-Awtorità Kompetenti tar-Renju Unit ma għandhiex tiżvela data tal-PNR lil awtoritajiet governattivi oħrajn fir-Renju Unit sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-data tal-PNR tiġi ddivulgata lill-awtoritajiet pubbliċi li l-funzjonijiet tagħhom ikunu relatati direttament mal-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 544;

(b)

id-data tal-PNR tiġi ddivulgata biss fuq bażi ta' każ b'każ;

(c)

id-divulgazzjoni tkun meħtieġa, fiċ-ċirkostanzi partikolari, għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 544;

(d)

jiġi ddivulgat biss l-ammont minimu ta' data tal-PNR meħtieġ;

(e)

l-awtorità pubblika riċeventi toffri protezzjoni li tkun ekwivalenti għas-salvagwardji deskritti f'dan it-Titolu; u

(f)

l-awtorità pubblika riċeventi ma tiżvelax id-data tal-PNR lil entità oħra sakemm l-iżvelar ma jkunx ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.

2.   Meta tiġi trasferita informazzjoni analitika li jkun fiha data tal-PNR miksuba skont dan it-Titolu, għandhom japplikaw is-salvagwardji stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 556

Żvelar barra mir-Renju Unit

1.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ma tiddivulgax id-data tal-PNR lil awtoritajiet pubbliċi f'pajjiżi terzi sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-data tal-PNR tiġi ddivulgata lill-awtoritajiet pubbliċi li l-funzjonijiet tagħhom ikunu relatati direttament mal-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 544;

(b)

id-data tal-PNR tiġi ddivulgata biss fuq bażi ta' każ b'każ;

(c)

id-data tal-PNR tiġi ddivulgata biss jekk dan ikun meħtieġ għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 544;

(d)

jiġi ddivulgat biss l-ammont minimu ta' data tal-PNR meħtieġ; u

(e)

il-pajjiż terz li lilu tiġi żvelata d-data tal-PNR ikun jew ikkonkluda ftehim mal-Unjoni li jipprovdi għall-protezzjoni ta' data personali komparabbli ma' dan il-Ftehim jew ikun soġġett għal deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont id-dritt tal-Unjoni, li ssib li l-pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data fis-sens tad-dritt tal-Unjoni.

2.   Bħala eċċezzjoni għall-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tista' tittrasferixxi d-data tal-PNR lil pajjiż terz jekk:

(a)

il-kap ta' dik l-awtorità, jew uffiċjal anzjan b'mandat speċifiku mill-kap, iqis li l-iżvelar huwa meħtieġ għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' theddida serja u imminenti għas-sigurtà pubblika jew għall-protezzjoni tal-interessi vitali ta' kwalunkwe persuna fiżika; u

(b)

l-pajjiż terz jipprovdi assigurazzjoni bil-miktub, skont arranġament, ftehim jew mod ieħor, li l-informazzjoni għandha tkun protetta f'konformità mas-salvagwardji applikabbli skont il-liġi tar-Renju Unit għall-ipproċessar tad-data tal-PNR riċevuta mill-Unjoni, inklużi dawk stabbiliti f'dan it-Titolu.

3.   Trasferiment f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi dokumentat. Dokumentazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli lill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 525(3) dwar it-talba, inkluż id-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità riċeventi u d-data tal-PNR trasferita.

4.   Jekk, f'konformità mal-paragrafi 1 jew 2, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tiżvela data tal-PNR miġbura skont dan it-Titolu li toriġina fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru dwar l-iżvelar mill-aktar fis possibbli. Ir-Renju Unit għandu jagħmel dik in-notifika f'konformità mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti dwar l-infurzar tal-liġi jew il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn ir-Renju Unit u dak l-Istat Membru.

5.   Meta tiġi trasferita informazzjoni analitika li jkun fiha data tal-PNR miksuba skont dan it-Titolu, għandhom japplikaw is-salvagwardji stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 557

Metodu tat-trasferiment

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jittrasferixxu data tal-PNR lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit esklużivament fuq il-bażi tal-"metodu push", metodu li bih it-trasportaturi tal-ajru jittrasferixxu data tal-PNR fil-bażi ta' data tal-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, u f'konformità mal-proċeduri li ġejjin li għandhom jiġu osservati mit-trasportaturi tal-ajru, li permezz tagħhom:

(a)

jittrasferixxu d-data tal-PNR b'mezzi elettroniċi f'konformità mar-rekwiżiti tekniċi tal-awtorità kompetenti tar-Renju Unit jew, fil-każ ta' ħsara teknika, bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta' sigurtà tad-data;

(b)

jittrasferixxu data tal-PNR b'format ta' messaġġi li jkun aċċettat b'mod reċiproku; u

(c)

jittrasferixxu data tal-PNR b'mod sigur billi jużaw il-protokolli komuni meħtieġa mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit.

Artikolu 558

Frekwenza tat-trasferiment

1.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha titlob lit-trasportaturi tal-ajru sabiex jittrasferixxu d-data tal-PNR:

(a)

inizjalment minn mhux qabel 96 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat tas-servizz tat-titjira; u

(b)

numru massimu ta' ħames darbiet kif speċifikat mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit.

2.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tippermetti lit-trasportaturi tal-ajru jillimitaw it-trasferiment imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għall-aġġornamenti tad-data tal-PNR ittrasferita kif imsemmi fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu.

3.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tinforma lit-trasportaturi tal-ajru bil-ħinijiet speċifikati għat-trasferimenti.

4.   F'każijiet speċifiċi fejn ikun hemm indikazzjoni li jkun meħtieġ aċċess addizzjonali għad-data tal-PNR biex twieġeb għal theddida speċifika marbuta mal-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 544, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tista' teħtieġ li operatur tal-ajru jipprovdi data tal-PNR qabel, matul u wara l-iskedar tat-trasferimenti. Fl-eżerċitar ta' dik id-diskrezzjoni, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha taġixxi b'mod ġudizzjuż u proporzjonat, u għandha tuża l-metodu ta' trasferiment deskritt fl-Artikolu 557.

Artikolu 559

Kooperazzjoni

L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit u l-PIUs tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex isegwu l-koerenza tar-reġimi tal-ipproċessar tad-data tal-PNR tagħhom b'mod li jkompli jtejjeb is-sigurtà tal-individwi tar-Renju Unit, tal-Unjoni u ta' bnadi oħra.

Artikolu 560

Nonderoga

Dan it-Titolu ma għandux jiġi interpretat li jidderoga minn kwalunkwe obbligu bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri jew pajjiżi terzi biex jagħmlu jew iwieġbu għal talba taħt strument ta' assistenza reċiproka.

Artikolu 561

Konsultazzjoni u rieżami

1.   Il-Partijiet għandhom javżaw lil xulxin dwar kwalunkwe miżura li tkun ser tiġi ppromulgata u li tista' taffettwa dan it-Titolu.

2.   Meta jwettqu rieżamijiet konġunti ta' dan it-Titolu kif imsemmi fl-Artikolu 691(1), il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lin-neċessità u l-proporzjonalità tal-ipproċessar u taż-żamma tad-data tal-PNR għal kull skop stabbilit fl-Artikolu 544. Ir-rieżamijiet konġunti għandhom ukoll jinkludu eżaminazzjoni ta' kif l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tkun żgurat li l-mudelli, kriterji u bażijiet ta' data prestabbiliti msemmija fl-Artikolu 551 ikunu affidabbli, rilevanti u attwali, u jqisu d-data statistika.

Artikolu 562

Sospensjoni tal-kooperazzjoni skont dan it-Titolu

1.   F'każ li xi waħda mill-Partijiet tqis li l-kontinwazzjoni tal-operat ta' dan it-Titolu ma għadhiex xierqa, hija tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra kif xieraq bl-intenzjoni tagħha li tissospendi l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu. Wara din in-notifika, il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet.

2.   Meta fi żmien sitt xhur minn dik in-notifika l-Partijiet ma jkunux waslu għal riżoluzzjoni, kwalunkwe Parti tista' tiddeċiedi li tissospendi l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu, il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar estensjoni tas-sospensjoni għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn sitt xhur. Jekk sa tmiem il-perjodu ta' sospensjoni l-Partijiet ma jkunux waslu għal riżoluzzjoni fir-rigward ta' dan it-Titolu, dan it-Titolu għandu jieqaf japplika fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, sakemm il-Parti notifikanti ma tinfurmax lill-Parti l-oħra li tixtieq tirtira n-notifika. F'dak il-każ, id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jerġgħu jiddaħħlu fis-seħħ.

3.   Jekk dan it-Titolu jiġu sospiż skont dan l-Artikolu, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jiltaqa' biex jiddeċiedi x'passi huma meħtieġa biex jiġi żgurat li kull kooperazzjoni mibdija skont dan it-Titolu u affettwata mis-sospensjoni tiġi konkluża b'mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tad-data personali kollha miksuba permezz ta' kooperazzjoni skont dan it-Titolu qabel ma jieqfu japplikaw b'mod proviżorju d-dispożizzjonijiet ikkonċernati mis-sospensjoni, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni li taħtu tkun ġiet trasferita d-data personali jinżamm wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni.

TITOLU IV

KOOPERAZZJONI DWAR INFORMAZZJONI OPERAZZJONALI

Artikolu 563

Kooperazzjoni dwar Informazzjoni Operazzjonali

1.   L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa għall-Partijiet biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u tal-Istati Membri jkunu kapaċi, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-liġi domestika tagħhom u fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-poteri tagħhom, u sa fejn dan ma jkunx previst fit-Titoli l-oħra ta' din il-Parti, jassistu lil xulxin permezz tad-dispożizzjoni ta' informazzjoni rilevanti għall-iskop li:

(a)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali;

(b)

l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c)

is-salvagwardja kontra, u l-prevenzjoni ta', theddid għas-sikurezza pubblika; u

(d)

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

2.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, "awtorità kompetenti" tfisser pulizija domestika, awtorità doganali jew awtorità oħra li hija kompetenti skont il-liġi domestika biex twettaq attivitajiet għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-informazzjoni, inkluż informazzjoni dwar persuni mfittxija jew nieqsa kif ukoll oġġetti, jistgħu jintalbu minn awtorità kompetenti tar-Renju Unit jew ta' Stat Membru, jew jingħataw b'mod spontanju lil awtorità kompetenti tar-Renju Unit jew ta' Stat Membru. L-informazzjoni tista' tiġi pprovduta bi tweġiba għal talba jew spontanjament, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-liġi domestika li tapplika għall-awtorità kompetenti li tipprovdi u fl-ambitu tas-setgħat tagħha.

4.   tista' tintalab u tingħata informazzjoni sa fejn il-kundizzjonijiet tal-liġi domestika japplikaw għall-awtorità kompetenti rikjedenti jew li tipprovdi ma jistipulawx li t-talba jew dispożizzjoni ta' informazzjoni għandha ssir jew tingħadda permezz ta'awtoritajiet ġudizzjarji.

5.   F'każijiet urġenti, l-awtorità kompetenti li tipprovdi għandha twieġeb għal talba, jew tipprovdi informazzjoni spontanjament, malajr kemm jista' jkun.

6.   Awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti tista', f'konformità mal-liġi domestika rilevanti, fil-mument li tagħmel it-talba jew fi żmien aktar tard, tfittex il-kunsens tal-Istat li jipprovdi l-informazzjoni biex l-informazzjoni tintuża għal finijiet evidenzjali fi proċedimenti quddiem awtorità ġudizzjarja. L-Istat li jipprovdi jista' soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu VIII u l-kundizzjonijiet tal-liġi domestika li japplikaw għalih, jagħti kunsens għall-informazzjoni li qed tintuża għal skopijiet evidenzjali quddiem awtorità ġudizzjarja fl-Istat rikjedenti. Bl-istess mod, fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta spontanjament, l-Istat fornitur jista' jagħti l-kunsens tiegħu biex l-informazzjoni tintuża għal finijiet evidenzjali fi proċedimenti quddiem awtorità ġudizzjarja fl-Istat riċeventi. Jekk il-kunsens ma jingħatax skont dan il-paragrafu, l-informazzjoni riċevuta ma għandhiex tintuża għal finijiet evidenzjali fi proċedimenti quddiem awtorità ġudizzjarja.

7.   L-awtorità kompetenti li tipprovdi tista', skont il-liġi domestika rilevanti, timponi kundizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni pprovduta.

8.   Awtorità kompetenti tista' tipprovdi taħt dan it-Titolu kwalunkwe tip ta' informazzjoni li jkollha, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-liġi domestika li tapplika għaliha u fl-ambitu tas-setgħat tagħha. Dan jista' jinkludi informazzjoni minn sorsi oħra, biss jekk it-trasferiment ulterjuri ta' dik l-informazzjoni jkun permess fil-qafas li taħtu tkun inkisbet mill-awtorità kompetenti li tkun qed tipprovdi l-informazzjoni.

9.   Tista' tiġi pprovduta informazzjoni taħt dan it-Titolu permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni adatt, inkluża l-linja ta' komunikazzjoni sigura għall-fini tal-għoti ta' informazzjoni permezz tal-Europol.

10.   Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa l-operazzjoni jew il-konklużjoni ta' ftehimiet bilaterali bejnir-Renju Unit u l-Istati Membri, sakemm l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Huwa ma għandu jaffettwa lanqas l-ebda setgħa oħra li hija disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jew tal-Istati Membri skont id-dritt domestiku jew internazzjonali applikabbli biex tingħata assistenza permezz tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

TITOLU V

KOOPERAZZJONI MAL-EUROPOL

Artikolu 564

Objettiv

L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi relazzjonijiet ta' kooperattiva bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mill-Istati Membri u r-Renju Unit, kif ukoll il-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja, it-terroriżmu u forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 566.

Artikolu 565

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"Europol" tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (79) (ir-"Regolament Europol");

(b)

"awtorità kompetenti" tfisser, għall-Unjoni, l-Europol u, għar-Renju Unit, awtorità ta' infurzar tal-liġi domestika responsabbli taħt liġi domestika biex tevita u tikkumbatti r-reati kriminali;

Artikolu 566

Forom ta' reati

1.   Il-kooperazzjoni stabbilita skont dan it-Titolu hija marbuta mal-forom ta' kriminalità fi ħdan il-kompetenza tal-Europol, kif elenkat fl-Anness 41, inkluż reati kriminali relatati.

2.   Reati kriminali relatati huma reati kriminali mwettqa sabiex jinkisbu l-mezzi bl-għan li jitwettqu l-forom ta' reati msemmija fil-paragrafu 1, reati kriminali mwettqa sabiex jiġu ffaċilitati jew jitwettqu tali reati, u reati kriminali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-impunità ta' tali reati.

3.   Fejn il-lista ta' forom ta' reati li għalihom hija kompetenti l-Europol taħt il-liġi tal-Unjoni tinbidel, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jista' fuq proposta mill-Unjoni, jemenda l-Anness 41 kif xieraq mid-data ta' meta l-bidla għall-kompetenza tal-Europol tidħol fis-seħħ.

Artikolu 567

Ambitu tal-kooperazzjoni

Il-kooperazzjoni tista', flimkien mal-iskambju ta' data personali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Titolu u f'konformità mal-kompiti tal-Europol kif deskritti fir-Regolament tal-Europol, b'mod partikolari tinkludi:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni bħal għarfien speċjalizzat;

(b)

rapporti ġenerali dwar is-sitwazzjoni;

(c)

ir-riżultati tal-analiżi strateġika;

(d)

informazzjoni dwar proċeduri ta' investigazzjoni kriminali;

(e)

informazzjoni dwar metodi ta' prevenzjoni tal-kriminalità;

(f)

parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-taħriġ; u

(g)

l-għoti ta' pariri u appoġġ f'investigazzjonijiet kriminali individwali kif ukoll kooperazzjoni operazzjonali.

Artikolu 568

Punt ta' kuntatt nazzjonali u uffiċjali ta' kollegament

1.   Ir-Renju Unit għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali biex jaġixxi bħala l-punt ċentrali ta' kuntatt bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

2.   L-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandu jseħħ bejn il-Europol u l-punt ta' kuntatt nazzjonali imsemmi fil-paragrafu 1. Madankollu, dan ma jipprekludix skambji diretti ta' informazzjoni bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, jekk jitqiesu xierqa kemm mill-Europol kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

3.   Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jkun ukoll il-punt ta' kuntatt ċentrali fir-rigward tar-rieżami, tal-korrezzjoni u tat-tħassir ta' data personali.

4.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni stabbilita taħt dan it-Titolu, ir-Renju Unit għandu jissekonda uffiċjal ta' kollegament wieħed jew aktar lill-Europol. Il-Europol tista' tissekonda uffiċjal ta' kollegament wieħed jew aktar lir-Renju Unit.

5.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li l-uffiċjal(i) ta' kollegament tiegħu jkollu/jkollhom aċċess rapidu u, fejn ikun teknikament possibbli, dirett, għall-bażijiet ta' data domestiċi rilevanti tar-Renju Unit li jkunu meħtieġa sabiex iwettaq/iwettqu l-kompiti tiegħu/tagħhom.

6.   In-numru ta' uffiċjali ta' kollegament, id-dettalji tal-kompiti tagħhom, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-ispejjeż involuti għandhom ikunu rregolati b'arranġamenti ta' ħidma konklużi bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif imsemmi fl-Artikolu 577.

7.   L-uffiċjali ta' kollegament mir-Renju Unit u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat operazzjonali. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri u l-uffiċjali ta' kollegament ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi, il-persunal tal-Europol u partijiet konċernati oħra jistgħu jattendu laqgħat organizzati mill-uffiċjali ta' kollegament jew mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

Artikolu 569

Skambji ta' informazzjoni

1.   L-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-objettiv u mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu. Id-data personali għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw b'mod ċar, mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment ta' data personali, l-iskop jew l-iskopijiet speċifiċi li għalihom tkun qed tiġi ttrasferita d-data personali. Għal trasferimenti lill-Europol, l-iskop jew l-iskopijiet ta' tali trasferiment għandu/għandhom ikun(u) speċifikat(i) f'konformità mal-iskopijiet speċifiċi tal-proċessar stabbiliti fir-Regolament tal-Europol. Jekk l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi ma tkunx għamlet dan, l-awtorità kompetenti riċeventi, bi qbil mal-awtorità trasferenti, għandha tipproċessa d-data personali sabiex tiddetermina r-rilevanza tagħha kif ukoll il-fini jew il-finijiet li għalihom għandha tiġi pproċessata ulterjorment. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipproċessaw id-data personali għal skop ieħor għajr l-iskop li għalih tkun ġiet ipprovduta biss jekk ikunu awtorizzati li jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu d-data personali għandhom jieħdu impenn li fih jiddikjaraw li tali data tiġi pproċessata biss għall-iskop li għalih tkun ġiet ittrasferita. Id-data personali għandha titħassar malli ma tibqax meħtieġa għall-iskop li għalih tkun ġiet ittrasferita.

4.   Il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom jiddeterminaw mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-wasla tad-data personali, jekk u sa liema punt dik id-data personali hija meħtieġa għall-fini li għalih ġiet trasferita u jinformaw lill-awtorità trasferenti dwar dan.

Artikolu 570

Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal data personali trasferita u fuq l-użu ulterjuri tagħha

1.   L-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tista' tindika, fil-mument tat-trasferiment ta' data personali, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew fuq l-użu li għandu jsir minnha, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż fir-rigward tat-trasferiment ulterjuri, tat-tħassir jew tal-qerda tagħha wara ċertu perjodu ta' żmien, jew il-proċessar ulterjuri tagħha. Jekk il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir evidenti wara li d-data personali tkun ġiet ittrasferita, l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tirċievi kif xieraq.

2.   L-awtorità kompetenti li tirċievi għandha tikkonforma ma' kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess jew fuq l-użu ulterjuri tad-data personali indikata mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi kif deskritt fil-paragrafu 1.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni trasferita taħt dan it-Titolu nġabret, inħażnet u ġiet trasferita skont il-qafas legali rispettiv tagħha. Kull Parti għandha tiżgura, sa fejn ikun possibbli, li tali informazzjoni ma tkunx inkisbet bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Lanqas ma għandha tiġi trasferita tali informazzjoni jekk, sa fejn ikun raġonevolment prevedibbli, tista' tintuża biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe forma ta' trattament krudili jew inuman.

Artikolu 571

Kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data

1.   It-trasferiment ta' data personali fir-rigward ta' vittmi ta' reat kriminali, ta' xhieda jew ta' persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali, jew fir-rigward ta' persuni taħt it-18-il sena, għandu jkun ipprojbit sakemm tali trasferiment ma jkunx strettament meħtieġ u proporzjonat f'każijiet individwali għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra reat kriminali.

2.   Ir-Renju Unit u l-Europol għandhom jiżguraw kull wieħed li l-ipproċessar ta' data personali skont il-paragrafu 1 ikun soġġett għal salvagwardji addizzjonali, inklużi restrizzjonijiet fuq l-aċċess, miżuri ta' sigurtà addizzjonali u limitazzjonijiet fuq trasferimenti ulterjuri.

Artikolu 572

Faċilitazzjoni tal-fluss ta' data personali bejn ir-Renju Unit u l-Europol

Fl-interess ta' benefiċċji operazzjonali reċiproċi, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw fil-futur bil-ħsieb li jiżguraw li l-iskambji ta' data bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ikunu jistgħu jseħħu malajr kemm jista' jkun, u biex jikkunsidraw l-inkorporazzjoni ta' kwalunkwe proċess u żvilupp tekniku ġdid li jistgħu jassistu f'dak l-objettiv, filwaqt li jitqies li r-Renju Unit mhuwiex Stat Membru.

Artikolu 573

Valutazzjoni tal-affidabbiltà tas-sors u l-preċiżjoni tal-informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw kemm jista' jkun, mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment tal-informazzjoni, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

fejn ma hemm ebda dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni tiġi pprovduta minn sors li ta prova li huwa dejjem affidabbli;

(b)

fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li huwa affidabbli;

(c)

fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li mhuwiex affidabbli;

(d)

meta l-affidabbiltà tas-sors ma tkunx tista' tiġi vvalutata.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw kemm jista' jkun, mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment tal-informazzjoni, il-preċiżjoni tal-informazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

informazzjoni li ma hemmx dubju dwar il-preċiżjoni tagħha;

(b)

informazzjoni magħrufa personalment mis-sors iżda li mhijiex magħrufa personalment mill-uffiċjal li qed jgħaddiha;

(c)

informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors iżda kkorroborata minn informazzjoni oħra diġà rreġistrata;

(d)

informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors u li ma tistax tiġi korroborata.

3.   Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi, fuq il-bażi ta' informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, tasal għall-konklużjoni li l-valutazzjoni tal-informazzjoni jew tas-sors tagħha pprovduta mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 teħtieġ korrezzjoni, hija għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u għandha tipprova taqbel dwar emenda għall-valutazzjoni. L-awtorità kompetenti li tirċievi ma għandhiex tbiddel il-valutazzjoni tal-informazzjoni riċevuta jew tas-sors tagħha mingħajr tali ftehim.

4.   Jekk awtorità kompetenti tirċievi informazzjoni mingħajr valutazzjoni, hija għandha tipprova kemm jista' jkun u fejn possibbli bi ftehim mal-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li diġà tkun fil-pussess tagħha.

5.   Jekk ma tkun tista' ssir l-ebda valutazzjoni affidabbli, l-informazzjoni għandha tiġi evalwata kif previst fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-punt (d) tal-paragrafu 2.

Artikolu 574

Sigurtà tal-iskambju ta' informazzjoni

1.   Il-miżuri tekniċi u organizzattivi mpoġġija fis-seħħ, biex jiżguraw is-sigurtà tal-iskambju ta' informazzjoni skont dan it-Titolu għandhom jiġu stabbiliti f'arranġamenti amministrattivi bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif imsemmi fl-Artikolu 577.

2.   Il-Partijiet jaqblu dwar l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-operat ta' linja ta' komunikazzjoni sigura għall-fini ta' skambju ta' informazzjoni bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

3.   L-arranġamenti amministrattivi bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif imsemmi fl-Artikolu 576 għandhom jirregolaw it-termini tal-linja ta' komunikazzjoni sigura u l-kundizzjonijiet ta' użu.

Artikolu 575

Responsabbiltà għall-proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' data personali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli, f'konformità mal-oqfsa legali rispettivi tagħhom, għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil individwu bħala riżultat ta' żbalji legali jew fattwali fl-informazzjoni skambjata. Sabiex tiġi evitata r-responsabbiltà skont l-oqfsa legali rispettivi tagħhom fir-rigward ta' parti li ġġarrab dannu, la l-Europol u lanqas l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ma jistgħu jasserixxu li l-awtorità kompetenti l-oħra tkun ittrasferiet informazzjoni impreċiża.

2.   Jekk danni jingħataw jew kontra l-Europol jew kontra l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit minħabba l-użu minn kwalunkwe waħda minnhom ta' informazzjoni li ġiet ikkomunikata bi żball mill-oħra, jew ikkomunikata bħala riżultat ta' nuqqas min-naħa tal-parti l-oħra li tikkonforma mal-obbligi tagħhom, l-ammont imħallas bħala kumpens skont il-paragrafu 1 mill-Europol jew mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandu jitħallas lura mill-ieħor, sakemm l-informazzjoni ma ntużatx bi ksur ta' dan it-Titolu.

3.   Il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ma għandhomx jitolbu lil xulxin iħallsu għal danni punittivi jew mhux kompensatorji skont il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 576

Skambju ta' informazzjoni klassifikata u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u sensittiva mhux klassifikata, jekk meħtieġ skont dan it-Titolu, għandhom jiġu rregolati f'arranġamenti ta' ħidma u amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 577 bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

Artikolu 577

Arranġamenti tax-xogħol u amministrattivi

1.   Id-dettalji tal-kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Europol, kif xieraq sabiex jikkomplementaw u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom ikunu s-suġġett ta' arranġamenti tax-xogħol f'konformità ,mal-Artikolu 23(4) tar-Regolament Europol u ta' arranġamenti amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Europol konklużi bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

2.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni f'dan it-Titolu u filwaqt li jiġi rifless l-istatus tar-Renju Unit bħala li mhuwiex Stat Membru, il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom, soġġett għal deċiżjoni mill-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol, jinkludu, f'arranġamenti ta' ħidma jew arranġamenti amministrattivi, skont il-każ, dispożizzjonijiet li jikkomplementaw jew jimplimentaw dan it-Titolu, b'mod partikolari li jippermettu:

(a)

konsultazzjonijiet bejn il-Europol u rappreżentant wieħed jew aktar tal-punt ta' kuntatt nazzjonali tar-Renju Unit dwar kwistjonijiet ta' politika u kwistjonijiet ta' interess komuni bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tagħhom u jiġu kkoordinati l-attivitajiet rispettivi tagħhom u biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit;

(b)

il-parteċipazzjoni ta' rappreżentant wieħed jew aktar tar-Renju Unit bħala osservatur jew osservaturi f'laqgħat speċifiċi tal-Kapijiet tal-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol f'konformità mar-regoli tal-proċedimenti ta' tali laqgħat;

(c)

l-assoċjazzjoni ta' rappreżentant wieħed jew aktar tar-Renju Unit ma' proġetti ta' analiżi operazzjonali, f'konformità mar-regoli stabbiliti mill-korpi ta' governanza xierqa tal-Europol;

(d)

l-ispeċifikazzjoni tal-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-ispejjeż involuti;jew

(e)

il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u l-Europol f'każ ta' ksur tal-privatezza jew tas-sigurtà.

3.   Is-sustanza tal-arranġamenti tax-xogħol u amministrattivi tista' tiġi stabbilita flimkien f'dokument wieħed.

Artikolu 578

Notifika ta' implimentazzjoni

1.   Ir-Renju Unit u l-Europol għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku dokument li jistabbilixxi f'forma li tinftiehem id-dispożizzjonijiet dwar il-proċessar ta' data personali ttrasferita skont dan it-Titolu inklużi l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data u kull wieħed għandu jiżgura li kopja ta' dak id-dokument tiġi pprovduta lill-ieħor.

2.   Jekk ma jkunx diġà fis-seħħ, ir-Renju Unit u l-Europol għandhom jadottaw regoli li jispeċifikaw kif ser tiġi infurzata fil-prattika l-konformità mad-dispożizzjonijiet rigward il-proċessar ta' data personali. Ir-Renju Unit u l-Europol għandhom jibagħtu kopja ta' dawk ir-regoli lill-ieħor u lill-awtoritajiet superviżorji rispettivi.

Artikolu 579

Setgħat tal-Europol

Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jiġi interpretat li joħloq obbligu fuq il-Europol li tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit lil hinn mill-kompetenza tal-Europol kif stabbilita fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.

TITOLU VI

KOOPERAZZJONI MAL-EUROJUST

Artikolu 580

Objettiv

L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fil-ġlieda kontra reati serji kif imsemmi fl-Artikolu 582.

Artikolu 581

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"Eurojust" tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, imwaqqfa skont ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (80) (ir-"Regolament Eurojust");

(b)

"awtorità kompetenti" tfisser, għall-Unjoni, il-Eurojust, irrappreżentata mill-Kulleġġ jew minn Membru Nazzjonali u, għar-Renju Unit, awtorità domestika b'responsabbiltajiet skont id-dritt domestiku relatati mal-investigazzjoni u mal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali;

(c)

"Kulleġġ" tfisser il-Kulleġġ tal-Eurojust, kif imsemmi fir-Regolament Eurojust;

(d)

"Membru Nazzjonali" tfisser il-Membru Nazzjonali ssekondat lill-Eurojust minn kull Stat Membru, kif imsemmi fir-Regolament Eurojust;

(e)

"Assistent" tfisser persuna li tista' tassisti Membru Nazzjonali u d-Deputat tal-Membru Nazzjonali, jew il-Prosekutur ta' Kuntatt, kif imsemmi fir-Regolament tal-Eurojust u fl-Artikolu 585(3) rispettivament;

(f)

"Prosekutur ta' Kuntatt" tfisser prosekutur pubbliku ssekondat mir-Renju Unit lill-Eurojust u soġġett għal-liġi domestika tar-Renju Unit fir-rigward tal-istatus tal-prosekutur pubbliku;

(g)

"Maġistrat ta' Kuntatt" tfisser maġistrat mibgħut mill-Eurojust fir-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 586;

(h)

"Korrispondent Domestiku għal Kwistjonijiet dwar it-Terroriżmu" tfisser il-punt ta' kuntatt magħżul mir-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 584, responsabbli għat-trattament ta' korrispondenza relatata ma' kwistjonijiet ta' terroriżmu.

Artikolu 582

Forom ta' reati

1.   Il-kooperazzjoni kif stabbilita skont dan it-Titolu hija relatata mal-forom ta' reati serji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol, kif elenkati fl-Anness 42, inkluż reati kriminali relatati.

2.   Reati kriminali relatati huma reati kriminali mwettqa sabiex jinkisbu l-mezzi bil-għan li jitwettqu l-forom ta' reati serji msemmija fil-paragrafu 1, reati kriminali mwettqa sabiex jiġu ffaċilitati jew jitwettqu tali reati serji, u reati kriminali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-impunità ta' tali reati serji.

3.   Fejn il-lista ta' forom ta' reati serji li għalihom hija kompetenti l-Eurojust taħt il-liġi tal-Unjoni tinbidel, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jista' fuq proposta mill-Unjoni, jemenda l-Anness 42 kif xieraq mid-data ta' meta l-bidla għall-kompetenza tal-Eurojust tidħol fis-seħħ.

Artikolu 583

Ambitu tal-kooperazzjoni

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jikkooperaw fl-oqsma ta' attività stabbiliti fl-Artikoli 2 u 54 tar-Regolament Eurojust u f'dan it-Titolu.

Artikolu 584

Punt ta' kuntatt għall-Eurojust

1.   Ir-Renju Unit għandu jistabbilixxi jew jaħtar tal-anqas punt ta' kuntatt wieħed għall-Eurojust fl-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

2.   Ir-Renju Unit għandu jaħtar wieħed mill-punti ta' kuntatt tiegħu bħala l-Korrispondent Domestiku tar-Renju Unit għal Kwistjonijiet relatati mat-Terroriżmu.

Artikolu 585

Prosekutur ta' Kollegament

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni stabbilita taħt dan it-Titolu, ir-Renju Unit għandu jissekonda Prosekutur ta' Kollegament lill-Eurojust.

2.   Il-mandat u kemm idum is-sekondar għandhom jiġu ddeterminati mir-Renju Unit.

3.   Il-Prosekutur ta' Kollegament jista' jkun assistit minn sa ħames Assistenti, li jirriflettu l-volum ta' kooperazzjoni. Meta jkun meħtieġ, l-Assistenti jistgħu jissostitwixxu lill-Prosekutur ta' Kollegament jew jaġixxu f'ismu.

4.   Ir-Renju Unit għandu jinforma lill-Eurojust dwar in-natura u l-firxa tas-setgħat ġudizzjarji tal-Prosekutur ta' Kollegament u tal-Assistenti tiegħu fir-Renju Unit stess sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità ma' dan it-Titolu. Ir-Renju Unit għandu jistabbilixxi l-kompetenza tal-Prosekutur ta' Kollegament tiegħu u tal-Assistenti tiegħu sabiex jaġixxu fir-rigward ta' awtoritajiet ġudizzjarji barranin.

5.   Il-Prosekutur ta' Kollegament u l-Assistenti tiegħu għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fir-rekord kriminali domestiku jew fi kwalunkwe reġistru ieħor tar-Renju Unit f'konformità mad-dritt domestiku fil-każ ta' prosekutur jew ta' persuna b'kompetenza ekwivalenti.

6.   Il-Prosekutur ta' Kollegament u l-Assistenti tiegħu għandu jkollhom is-setgħa li jikkuntattjaw direttament lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

7.   L-għadd ta' Assistenti msemmija f'paragrafu 3 ta' dan l-Artiklu, id-dettalji tal-kompiti tal-Prosekuturi ta' Kuntatt u l-Assistenti tal-Prosekuturi ta' Kuntatt, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-kostijiet involuti, għandhom ikunu mmexxija minn arranġament ta' ħidma konkluż bejn il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif imsemmi fl-Artikolu 594.

8.   Id-dokumenti ta' ħidma tal-Prosekutur ta' Kollegament u tal-Assistenti tiegħu għandhom jinżammu b'mod invjolabbli mill-Eurojust.

Artikolu 586

Maġistrat ta' Kollegament

1.   Għall-fini li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni ġudizzjarja mar-Renju Unit f'każijiet li fihom il-Eurojust tipprovdi assistenza, il-Eurojust tista' tibgħat Maġistrat ta' Kollegament lir-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament Eurojust.

2.   Id-dettalji tal-kompiti tal-Maġistrat ta' Kollegament imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-drittijiet u l-obbligi tal-Maġistrat ta' Kollegament u l-ispejjeż involuti, għandhom ikunu rregolati minn arranġament ta' ħidma konkluż bejn l-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif imsemmi fl-Artikolu 594.

Artikolu 587

Laqgħat operazzjonali u strateġiċi

1.   Il-Prosekutur ta' Kollegament, l-Assistenti tal-Prosekutur ta' Kollegament, u r-rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti oħra tar-Renju Unit, inkluż il-punt ta' kuntatt għall-Eurojust, jistgħu jipparteċipaw f'laqgħat fir-rigward ta' kwistjonijiet strateġiċi fuq stedina tal-President tal-Eurojust u f'laqgħat fir-rigward ta' kwistjonijiet operazzjonali bl-approvazzjoni tal-Membri Nazzjonali kkonċernati.

2.   Il-Membri Nazzjonali, id-Deputati u l-Assistenti tagħhom, id-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust u l-persunal tal-Eurojust jistgħu jattendu laqgħat organizzati mill-Prosekutur ta' Kollegament, l-Assistenti tal-Prosekutur ta' Kollegament, jew awtoritajiet kompetenti oħra tar-Renju Unit, inkluż il-punt ta' kuntatt għall-Eurojust.

Artikolu 588

Skambju ta' data mhux personali

Il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jiskambjaw kwalunkwe data mhux personali sa fejn dik id-data tkun rilevanti għall-kooperazzjoni taħt dan it-Titolu, u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni skont l-Artikolu 593.

Artikolu 589

Skambju ta' data personali

1.   Id-data personali mitluba u riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti skont dan it-Titolu għandha tiġi pproċessata minnhom biss għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 580, għall-finijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u soġġett għar-restrizzjonijiet fuq l-aċċess jew l-użu ulterjuri msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tindika b'mod ċar, mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment ta' data personali, l-iskop jew l-iskopijiet speċifiċi li għalihom tkun qed tiġi ttrasferita d-data.

3.   L-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tista' tindika, fil-mument tat-trasferiment ta' data personali, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew fuq l-użu li għandu jsir minnha, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż fir-rigward tat-trasferiment ulterjuri, tat-tħassir jew tal-qerda tagħha wara ċertu perjodu ta' żmien, jew il-proċessar ulterjuri tagħha. Jekk il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir evidenti wara li d-data personali tkun ġiet provduta, l-awtorità li tittrasferixxi għandha tinforma lill-awtorità li tirċievi kif xieraq.

4.   L-awtorità kompetenti li tirċievi għandha tikkonforma ma' kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess jew fuq l-użu ulterjuri tad-data personali indikata mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi kif previst fil-paragrafu 3.

Artikolu 590

Kanali ta' trażmissjoni

1.   L-informazzjoni għandha tiġi skambjata:

(a)

jew bejn il-Prosekutur ta' Kollegament jew l-Assistenti tal-Prosekutur ta' Kollegament jew, jekk l-ebda wieħed ma jinħatar jew ikun disponibbli mod ieħor, il-punt ta' kuntatt tar-Renju Unit għall-Eurojust u l-Membri Nazzjonali kkonċernati jew il-Kulleġġ;

(b)

jekk il-Eurojust tkun stazzjonat Maġistrat ta' Kollegament fir-Renju Unit, bejn il-Maġistrat ta' Kollegament u kwalunkwe awtorità kompetenti tar-Renju Unit; f'dak il-każ, il-Prosekutur ta' Kollegament għandu jiġi infurmat bi kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bħal dan; jew

(c)

direttament bejn awtorità kompetenti fir-Renju Unit u l-Membri Nazzjonali konċernati jew il-Kulleġġ; f'dak il-każ, il-Prosekutur ta' Kollegament u, jekk applikabbli, il-Maġistrat ta' Kollegament, għandhom jiġu informati dwar kwalunkwe tali skambju ta' informazzjoni.

2.   Il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jaqblu li jużaw kanali oħra għall-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet partikolari.

3.   Il-Eurojust kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom it-tnejn jiżguraw li r-rappreżentanti rispettivi tagħhom ikunu awtorizzati jiskambjaw informazzjoni fil-livell xieraq f'konformità mal-liġi tar-Renju Unit u mar-Regolament Eurojust rispettivament, u li dawn jiġu skrinjati b'mod adegwat.

Artikolu 591

Trasferimenti ulterjuri

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u l-Eurojust ma għandhom jikkomunikaw l-ebda informazzjoni pprovduta mill-oħra lil kwalunkwe pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali mingħajr il-kunsens ta' kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jew tal-Eurojust li tkun ipprovdiet l-informazzjoni u mingħajr salvagwardji xierqa rigward il-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 592

Responsabbiltà għall-proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' data personali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli, f'konformità mal-oqfsa legali rispettivi tagħhom, għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil individwu bħala riżultat ta' żbalji legali jew fattwali fl-informazzjoni skambjata. Sabiex tiġi evitata r-responsabbiltà skont l-oqfsa legali rispettivi tagħhom fir-rigward ta' parti li ġġarrab dannu, la l-Eurojust u lanqas l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ma jistgħu jasserixxu li l-awtorità kompetenti l-oħra tkun ittrasferiet informazzjoni impreċiża.

2.   Jekk tintlaqa' t-talba għad-danni kontra xi awtorità kompetenti minħabba l-użu tagħha ta' informazzjoni li tkun ġiet ikkomunikata bi żball mill-oħra, jew ikkomunikata bħala riżultat ta' nuqqas min-naħa tal-oħra milli tikkonforma mal-obbligi tagħha, l-ammont imħallas bħala kumpens skont il-paragrafu 1 mill-awtorità kompetenti għandu jitħallas lura mill-oħra, sakemm l-informazzjoni ma tkunx intużat bi ksur ta' dan it-Titolu.

3.   Il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ma għandhomx jitolbu lil xulxin iħallsu għal danni punittivi jew mhux kompensatorji skont il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 593

Skambju ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u sensittiva mhux klassifikata, jekk meħtieġ skont dan it-Titolu, għandhom jiġu rregolati f'arranġament ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 594 konkluż bejn il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

Artikolu 594

Arranġament tax-xogħol

Il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-Partijiet kif xieraq għall-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu għandhom ikunu s-suġġett ta' arranġament tax-xogħol konkluż bejn il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit f'konformità mal-Artikoli 47(3) u 56(3) tar-Regolament Eurojust.

Artikolu 595

Setgħat tal-Eurojust

Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jiġi interpretat li joħloq obbligu fuq il-Eurojust li tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit lil hinn mill-kompetenza tal-Eurojust kif stabbilita fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.

TITOLU VII

ĊESSJONI

Artikolu 596

Objettiv

L-għan ta' dan it-Titolu huwa li jiżgura li s-sistema ta' estradizzjoni bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, tkun ibbażata fuq mekkaniżmu ta' konsenja skont mandat ta' arrest f'konformità mat-termini ta' dan it-Titolu.

Artikolu 597

Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-kooperazzjoni permezz tal-mandat ta' arrest għandha tkun meħtieġa u proporzjonata filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-persuna rikjesta u l-interessi tal-vittmi, b'kunsiderazzjoni tas-serjetà tal-att, tal-piena probabbli li tkun imposta, u tal-possibbiltà li Stat jieħu miżuri anqas kostretti mill-konsenja tal-persuna rikjesta, b'mod partikolari bil-għan li jiġu evitati perjodi twal bla bżonn ta' arrest preventiv (qabel is-smigħ tal-kawża).

Artikolu 598

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"mandat ta' arrest" tfisser deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat bil-ħsieb tal-arrest u l-konsenja minn Stat ieħor ta' persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta' prosekuzzjoni kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni;

(b)

"awtorità ġudizzjarja" tfisser awtorità li, skont id-dritt domestiku, tkun imħallef, qorti jew prosekutur pubbliku. Prosekutur pubbliku jitqies bħala awtorità ġudizzjarja biss sa fejn id-dritt domestiku jistabbilixxi hekk;

(c)

"awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni" tfisser l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat ta' eżekuzzjoni li tkun kompetenti sabiex teżegwixxi l-mandat ta' arrest permezz tad-dritt domestiku ta' dak l-Istat;

(d)

"awtorità ġudizzjarja emittenti" tfisser l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat emittenti li hija kompetenti biex toħroġ mandat ta' arrest bis-saħħa tal-liġi domestika ta' dak l-Istat.

Artikolu 599

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Mandat ta' arrest jista' jinħareġ għal atti li huma punibbli bil-liġi tal-Istat li joħroġ sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas 12-il xahar jew, fejn sentenza ġiet mogħtija jew ordni ta' detenzjoni ġiet magħmula, għal sentenzi jew ordnijiet ta' detenzjoni ta' mill-inqas erba' xhur.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, il-konsenja hija soġġetta għall-kundizzjoni li l-atti li għalihom ikun inħareġ il-mandat ta' arrest jikkostitwixxu reat skont id-dritt tal-Istat ta' eżekuzzjoni, ikunu xi jkunu l-elementi kostitwenti tiegħu jew il-mod li bih ikun deskritt.

3.   Soġġett għall-Artikolu 600, il-punti (b) sa (h) tal-Artikolu 601(1), u l-Artikoli 602, 603 u 604, Stat ma għandux jirrifjuta li jeżegwixxi mandat ta' arrest maħruġ fir-rigward tal-imġiba li ġejja fejn tali mġiba hija punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni ta' perjodu massimu ta' mill-inqas 12-il xahar:

(a)

l-imġiba ta' kwalunkwe persuna li tikkontribwixxi għat-twettiq minn grupp ta' persuni li jaġixxu bi skop komuni ta' reat wieħed jew aktar fil-qasam tat-terroriżmu msemmi fl-Artikoli 1 u 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu, magħmula fi Strasburgu fis-27 ta' Jannar 1977, jew fir-rigward ta' traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u ta' sustanzi psikotropiċi, jew ta' omiċidju volontarju, ta' ħtif ta' persuna, ta' żamma illegali, ta' teħid ta' ostaġġi jew ta' stupru, anki meta dik il-persuna ma tiħux sehem fl-eżekuzzjoni proprja tar-reat jew tar-reati konċernati; tali kontribuzzjoni għandha tkun intenzjonata u ssir bl-għarfien li l-parteċipazzjoni ser tikkontribwixxi għall-kisba tal-attivitajiet kriminali tal-grupp; jew

(b)

terroriżmu kif definit fl-Anness 45.

4.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li jaġixxu f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħhom, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li, abbażi tar-reċiproċità, il-kundizzjoni tal-kriminalità doppja msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix applikata, dment li r-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ikun:

(a)

wieħed mir-reati elenkati fil-paragrafu 5, kif definit mil-liġi tal-Istat emittenti; u

(b)

punibbli fl-Istat li joħroġ il-mandat b'piena li ċċaħħad il-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin.

5.   Ir-reati msemmija fil-paragrafu 4 huma:

il-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;

terroriżmu kif definit fl-Anness 45;

it-traffikar tal-bnedmin;

l-isfruttament sesswali ta' tfal u l-pornografija tat-tfal;

it-traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u f'sustanzi psikotropiċi;

it-traffikar illeċitu f'armi, f'munizzjon u fi splussivi;

korruzzjoni, inkluż tixħim;

frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, ta' Stat Membru jew tal-Unjoni;

il-ħasil ta' rikavat tal-kriminalità;

falsifikazzjoni ta' flus;

kriminalità tal-informatika;

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu u ta' speċi u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu;

faċilitazzjoni ta' dħul u residenza mhux awtorizzati;

qtil;

offiża gravi fuq il-persuna;

il-kummerċ illeċitu ta' organi u ta' tessuti tal-bniedem;

il-ħtif ta' persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta' ostaġġi;

razziżmu u ksenofobija;

serq organizzat jew bl-użu ta' armi;

it-traffikar illeċitu ta' beni kulturali, inklużi oġġetti antiki u opri tal-arti;

imbrolji;

rikattar u estorsjoni;

il-falsifikazzjoni u l-piraterji ta' prodotti;

il-falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u t-traffikar ta' dawn;

il-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament;

it-traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir;

it-traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjoattivi;

traffikar ta' vetturi misruqin;

stupru;

inċendju volontarju;

reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji tal-ispazju; u

sabotaġġ.

Artikolu 600

Raġunijiet għan-nuqqas obbligatorju ta' eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest

L-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest għandha tiġi rifjutata:

(a)

jekk ir-reat li fuqu jkun ibbażat il-mandat ta' arrest ikun kopert minn amnestija fl-Istat eżekutur, fejn dak l-Istat kellu ġuriżdizzjoni sabiex jipprosegwixxi r-reat taħt il-liġi kriminali tiegħu stess;

(b)

jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti li teżegwixxi tiġi informata li l-persuna rikjesta tkun finalment ġiet iġġudikata minn Stat fir-rigward tal-istess atti dment li, jekk tkun ġiet imposta piena, din tkun ġiet eżegwita, tinsab fil-proċess li tiġi eżegwita jew ma tistax tibqa' tiġi eżegwita skont id-dritt tal-Istat fejn tinqata' s-sentenza; jew

(c)

jekk il-persuna li hija s-suġġett tal-mandat ta' arrest ma tistax, minħabba l-età tal-persuna, tinżamm kriminalment responsabbli għall-atti li fuqhom huwa bbażat il-mandat ta' arrest taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 601

Raġunijiet oħrajn għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest

1.   L-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest għandha tiġi rifjutata:

(a)

jekk, f'wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 599(2), l-att li fuqu huwa bbażat il-mandat ta' arrest ma jikkostitwixxix reat skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dwana u kambju, l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest m'għandhiex tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta' regoli fir-rigward ta' regolamenti dwar taxxi jew dazji, dwana u kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti;

(b)

jekk il-persuna li tkun is-suġġett tal-mandat ta' arrest tkun qed tiġi mħarrka fl-Istat ta' eżekuzzjoni għall-istess att bħal dak li fuqu jkun ibbażat il-mandat ta' arrest;

(c)

jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat ta' eżekuzzjoni ddeċidew jew li ma jiħdux azzjoni kriminali għar-reat li fuqu hu bbażat il-mandat ta' arrest Ewropew jew li jwaqqfu l-proċedimenti, jew fejn sentenza finali li ma tħalliex li jsiru proċedimenti oħra ingħatat lill-persuna rikjesta fi Stat, fir-rigward tal-istess atti;

(d)

jekk il-prosekuzzjoni kriminali jew il-piena tal-persuna rikjesta tkun preskritta skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u l-atti jkunu jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat skont il-liġi kriminali tiegħu stess;

(e)

jekk l-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi tiġi informata li l-persuna rikjesta tkun finalment ġiet iġġudikata minn pajjiż terz fir-rigward tal-istess atti dment li, jekk tkun ġiet imposta piena, din tkun ġiet eżegwita, tkun fil-proċess li tiġi eżegwita jew ma tkunx tista' tibqa' tiġi eżegwita skont il-liġi tal-pajjiż fejn tinqata' s-sentenza;

(f)

jekk il-mandat ta' arrest ġie maħruġ għall-finijiet ta' eżekuzzjoni ta' piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, u l-persuna rikjesta qed toqgħod fi, jew hi ċittadina jew residenta tal-Istat ta' eżekuzzjoni u dak l-Istat jintrabat li jesegwixxi l-piena jew l-ordni ta' detenzjoni skont il-liġi domestika tiegħu; jekk ikun meħtieġ il-kunsens tal-persuna rikjesta għat-trasferiment tal-piena jew l-ordni ta' detenzjoni lill-Istat ta' eżekuzzjoni, l-Istat ta' eżekuzzjoni jista' jirrifjuta li jesegwixxi l-mandat ta' arrest biss wara li l-persuna rikjesta tagħti l-kunsens għat-trasferiment tal-piena jew l-ordni ta' detenzjoni;

(g)

jekk il-mandat ta' arrest ikun relatat ma' reati li:

(i)

huma kkunsidrati mil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni bħala atti li twettqu kompletament jew parzjalment fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew f'post li hu ttrattat bħala tali; jew

(ii)

ġew imwettqa barra mit-territorju tal-Istat emittenti u l-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni ma tippermettix il-prosekuzzjoni għall-istess reati jekk imwettqa barra t-territorju tiegħu;

(h)

jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen abbażi ta' elementi oġġettivi li l-mandat ta' arrest inħareġ għall-fini ta' prosekuzzjoni jew kastig ta' persuna fuq il-bażi tas-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali ta' dik il-persuna, jew li l-pożizzjoni ta' dik il-persuna tista' tiġi ppreġudikata għal kwalunkwe waħda minn dawk ir-raġunijiet;

(i)

jekk il-mandat ta' arrest ikun inħareġ għall-fini ta' eżekuzzjoni ta' piena li ċċaħħad il-libertà jew ta' ordni ta' detenzjoni, u l-persuna rikjesta ma dehritx personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni, sakemm il-mandat ta' arrest ma jiddikjarax li l-persuna, f'konformità ma' rekwiżiti proċedurali ulterjuri ddefiniti fid-dritt domestika tal-Istat li joħroġ il-mandat:

(i)

fi żmien debitu:

(A)

jew kienet ikkonvokata personalment u b'hekk infurmata bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni, jew b'mezzi oħra effettivament irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta' dik il-kawża b'tali mod li ġie stabbilit b'mod inekwivoku li l-persuna kienet konxja tad-data u l-post tal-proċess skedat;

u

(B)

kien infurmat li tista' tingħata deċiżjoni jekk dik il-persuna ma dehritx għall-kawża;

jew

(ii)

kienet konxja tad-data u l-post tal-proċess skedat, kienet tat mandat lil avukat, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, sabiex jiddefendiha fil-proċess, u ġiet tabilħaqq difiża minn dak l-avukat fil-proċess;

jew

(iii)

wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u wara li kienet informata espliċitament dwar id-dritt ta' proċess ġdid, jew appell, li fih il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-kawża, inkluża evidenza ġdida, u li jista' jwassal sabiex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

(A)

iddikjarat espressament li l-persuna ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

(B)

ma talbitx proċess ġdid jew appell fil-perjodu ta' żmien applikabbli;

jew

(iv)

ma kinitx innotifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:

(A)

ser tiġi notifikata personalment biha mingħajr dewmien wara ċ-ċediment u ser tiġi informata espressament bid-dritt għal kawża mill-ġdid jew appell li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermettu li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali;

u

(B)

ser tiġi infurmata dwar il-perijodu ta' żmien li fih il-persuna għandha titlob tali kawża mill-ġdid jew appell, kif imsemmi fil-mandat ta' arrest rilevanti.

2.   Jekk il-mandat ta' arrest jinħareġ għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' piena li ċċaħħad il-libertà jew ta' ordni ta' detenzjoni taħt il-kundizzjonijiet tal-punti (i) u (iv) tal-paragrafu 1 u l-persuna konċernata ma tkunx irċeviet minn qabel xi informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza tal-proċedimenti kriminali kontriha, dik il-persuna, meta tiġi informata bil-kontenut tal-mandat ta' arrest, titlob li tirċievi kopja tas-sentenza qabel il-konsenja tagħha. Minnufih wara li tkun ġiet infurmata bit-talba, l-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-persuna konċernata l-kopja tas-sentenza permezz tal-awtorità tal-eżekuzzjoni. It-talba tal-persuna konċernata la għandha ddewwem il-proċedura ta' konsenja u lanqas id-deċiżjoni ta' eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest. Il-forniment tas-sentenza lill-persuna konċernata għandu jkun għal finijiet biss ta' informazzjoni; ma għandux jitqies bħala notifika formali tas-sentenza u lanqas ma jistabbilixxi xi limiti ta' żmien applikabbli biex jintalab proċess ġdid jew appell.

3.   Meta persuna tiġi kkonsenjata skont il-kondizzjonijiet fil-punt (i) (iv) tal-paragrafu 1 u dik il-persuna tkun talbet proċess mill-ġdid jew appell, sakemm dawk il-proċedimenti jiġu ffinalizzati, id-detenzjoni ta' dik il-persuna li tkun qed tistenna tali kawża mill-ġdid jew appell għandha tiġi rieżaminata f'konformità mal-liġi domestika tal-Istat emittenti, jew fuq bażi regolari jew fuq talba tal-persuna kkonċernata. Stħarriġ bħal dan għandu b'mod partikolari jinkludi l-possibbiltà ta' sospensjoni jew ta' interruzzjoni tad-detenzjoni. Il-proċess ġdid jew l-appell għandu jibda fi żmien debitu wara l-konsenja.

Artikolu 602

Eċċezzjoni għal reati politiċi

1.   L-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest ma tistax tiġi rrifjutata għar-raġuni li r-reat jista' jitqies mill-Istat ta' eżekuzzjoni bħala reat politiku, bħala reat marbut ma' reat politiku jew bħala reat ispirat minn motivi politiċi.

2.   Madankollu, ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu kull wieħed minnhom jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li l-paragrafu 1 ser jiġi applikat biss fir-rigward ta' dawn:

(a)

ir-reati msemmija fl-Artikoli 1 u 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu;

(b)

reati ta' konfoffa jew assoċjazzjoni biex jitwettaq wieħed jew aktar mir-reati msemmija fl-Artikoli 1 u 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trażżin tat-Terroriżmu, jekk dawk ir-reati ta' kospirazzjoni jew assoċjazzjoni jikkorrispondu għad-deskrizzjoni tal-imġiba msemmija fl-Artikolu 599(3) ta' dan il-Ftehim; u

(c)

it-terroriżmu kif definit fl-Anness 45 għal dan il-Ftehim.

3.   Jekk mandat ta' arrest ikun inħareġ minn Stat li jkun għamel notifika kif imsemmi fil-paragrafu 2, jew minn Stat li f'ismu tkun saret tali notifika, l-Istat li jeżegwixxi l-mandat ta' arrest jista' japplika reċiproċità.

Artikolu 603

Eċċezzjoni minħabba n-nazzjonalità

1.   L-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-persuna rikjesta hija ċittadina tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   Ir-Renju Unit, u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li ċ-ċittadini proprji ta' dak l-Istat mhux ser jiġu ċeduti jew li l-konsenja taċ-ċittadini proprji tagħhom ser tiġi awtorizzata biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati. In-notifika għandha tkun ibbażata fuq raġunijiet relatati mal-prinċipji jew il-prattika fundamentali tal-ordni legali domestiku tar-Renju Unit jew tal-Istat li f'ismu tkun saret notifika. F'każ bħal dan, l-Unjoni, f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha jew ir-Renju Unit, skont il-każ, tista' tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fi żmien raġonevoli wara li tirċievi n-notifika tal-Parti l-oħra li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' eżekuzzjoni tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit, skont il-każ, jistgħu jirrifjutaw li jikkonsenjaw liċ-ċittadini tagħha lil dak l-Istat jew li l-konsenja għandha tiġi awtorizzata biss taħt ċerti kondizzjonijiet speċifikati.

3.   F'ċirkostanzi fejn Stat ikun irrifjuta li jeżegwixxi mandat ta' arrest fuq il-bażi li, fil-każ tar-Renju Unit, ikun għamel notifika jew, fil-każ ta' Stat Membru, l-Unjoni tkun għamlet notifika f'ismu, kif imsemmi fil-paragrafu 2, dak l-Istat għandu jikkunsidra li jibda proċedimenti kontra ċ-ċittadin tiegħu stess li jkunu proporzjonati mas-suġġett tal-mandat ta' arrest, wara li jittieħed kont tal-fehmiet tal-Istat emittenti. F'ċirkostanzi fejn awtorità ġudizzjarja tiddeċiedi li ma tibdiex tali proċedimenti, il-vittma tar-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ta' arrest għandha tkun tista' tirċievi informazzjoni dwar id-deċiżjoni f'konformità mal-liġi domestika applikabbli.

4.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat jibdew proċedimenti kontra ċ-ċittadin tiegħu stess skont il-paragrafu 3, dak l-Istat għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa biex jassistu lill-vittmi u lix-xhieda f'ċirkostanzi fejn ikunu residenti ta' Stat ieħor, b'mod partikolari fir-rigward tal-mod li bih jitmexxew il-proċedimenti.

Artikolu 604

Garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat li joħroġ il-mandat f'każijiet partikolari

L-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista' tkun soġġetta għall-garanziji li ġejjin:

(a)

jekk ir-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ta' arrest huwa punibbli b'sentenza ta' għomor il-ħabs jew ordni ta' detenzjoni tul il-ħajja fl-Istat emittenti, l-Istat ta' eżekuzzjoni jista' jagħmel l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest soġġetta għall-kundizzjoni li l-Istat emittenti jagħti garanzija meqjusa suffiċjenti mill-Istat ta' eżekuzzjoni li l-Istat emittenti ser jirrevedi l-piena jew il-miżura imposta, b'talba jew mhux aktar tard minn 20 sena, jew ser jinkoraġġixxi l-applikazzjoni ta' miżuri ta' klemenza li għalihom il-persuna hija intitolata tapplika taħt il-liġi jew il-prattika ta' tali miżura ta' ħruġ;

(b)

jekk persuna li hija s-suġġett ta' mandat ta' arrest għall-finijiet ta' prosekuzzjoni tkun ċittadina jew residenta tal-Istat ta' eżekuzzjoni, il-konsenja ta' dik il-persuna tista' tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemgħet, tiġi ritornata lill-Istat ta' eżekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk il-piena ta' kustodja jew l-ordni ta' detenzjoni mogħtija fil-konfront tagħha fl-Istat emittenti; jekk ikun meħtieġ il-kunsens tal-persuna rikjesta għat-trasferiment tal-piena jew l-ordni ta' detenzjoni lill-Istat ta' eżekuzzjoni, il-garanzija li l-persuna tiġi rritornata lill-Istat ta' eżekuzzjoni biex tiskonta l-piena tal-persuna hija soġġetta għall-kondizzjoni li l-persuna rikjesta, wara li tkun instemgħet, tagħti l-kunsens tagħha biex tintbagħat lura lill-Istat ta' eżekuzzjoni;

(c)

jekk ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li hemm riskju reali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuna rikjesta, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista' titlob, kif xieraq , garanziji addizzjonali fir-rigward tat-trattament tal-persuna rikjesta wara l-konsenja tal-persuna qabel ma tiddeċiedi jekk teżegwixxix il-mandat ta' arrest.

Artikolu 605

Rikors għall-awtorità ċentrali

1.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja dwar, fil-każ tar-Renju Unit, l-awtorità ċentrali tiegħu u, fil-każ tal-Unjoni, l-awtorità ċentrali għal kull Stat, wara li tkun ħatret tali awtorità, jew, jekk is-sistema legali tal-Istat rilevanti tipprevedi dan, ta' aktar minn awtorità ċentrali waħda biex tassisti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   Meta jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja skont il-paragrafu 1, ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jindikaw kull wieħed li, bħala riżultat tal-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tal-Istati rilevanti, l-awtorità ċentrali jew l-awtoritajiet ċentrali huma responsabbli għat-trażmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta' mandati ta' arrest kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatata mat-trażmissjoni amministrattiva u r-riċevuta ta' mandati ta' arrest. Tali indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat emittenti.

Artikolu 606

Kontenut u forma tal-mandat ta' arrest

1.   Il-mandat ta' arrest għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skont il-formola li tinsab fl-Anness 43:

(a)

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna rikjesta;

(b)

l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat;

(c)

evidenza ta' sentenza eżegwibbli, mandat ta' arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli oħra li jkollha l-istess effett li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 599;

(d)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 599;

(e)

deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom twettaq ir-reat, inklużi l-ħin, il-post u l-grad ta' parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna rikjesta;

(f)

il-piena imposta, jekk ikun hemm sentenza finali, jew l-iskala stabbilita ta' pieni għar-reat skont id-dritt tal-Istat li joħroġ il-mandat; u

(g)

jekk possibbli, konsegwenzi oħrajn tar-reat.

2.   Il-mandat ta' arrest għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni. Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li ser tiġi aċċettata traduzzjoni b'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali.

Artikolu 607

Trażmissjoni ta' mandat ta' arrest

Jekk il-post fejn tinsab il-persuna rikjesta jkun magħruf, l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat tista' tittrażmetti l-mandat ta' arrest direttament lill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 608

Proċeduri dettaljati għat-trażmissjoni ta' mandat ta' arrest

1.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat ma tkunx taf liema awtorità hija l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni kompetenti, din għandha tagħmel id-domandi meħtieġa, sabiex tikseb dik l-informazzjoni mingħand l-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   L-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat tista' titlob lill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali ("Interpol") sabiex tittrażmetti mandat ta' arrest.

3.   L-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat tista' tittrażmetti l-mandat ta' arrest bi kwalunkwe mezz sigur li kapaċi jipproduċi rekords bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' eżekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tal-mandat ta' arrest.

4.   Id-diffikultajiet kollha dwar it-trażmissjoni jew l-awtentiċità ta' kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest għandhom jiġu ttrattati b'kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji involuti, jew, fejn xieraq, bl-involviment tal-awtoritajiet ċentrali tal-Istati.

5.   Jekk l-awtorità li tirċievi mandat ta' arrest ma tkunx kompetenti sabiex taġixxi fuqu, hija għandha awtomatikament tgħaddi l-mandat ta' arrest lill-awtorità kompetenti fl-Istat tagħha u għandha tinforma lill-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat kif meħtieġ.

Artikolu 609

Drittijiet ta' persuna rikjesta

1.   Jekk persuna rikjesta tiġi arrestata għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni, f'konformità mad-dritt domestiku tagħha, għandha tinforma lil dik il-persuna dwar il-mandat ta' arrest u dwar il-kontenut tiegħu, u wkoll dwar il-possibbiltà ta' għoti ta' kunsens sabiex tiġi kkonsenjata lill-Istat li joħroġ il-mandat.

2.   Persuna rikjesta li tiġi arrestata għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest u li ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa tal-proċedimenti tal-mandat ta' arrest għandu jkollha d-dritt li tkun assistita minn interpretu u li tiġi pprovduta bi traduzzjoni bil-miktub fil-lingwa nattiva tal-persuna rikjesta jew fi kwalunkwe lingwa oħra li dik il-persuna titkellem jew tifhem, skont il-liġi domestika tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.   Persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt li tkun assistita minn avukat f'konformità mad-dritt domestiku tal-Istat ta' eżekuzzjoni malli tiġi arrestata.

4.   Il-persuna rikjesta għandha tiġi infurmata bid-dritt tal-persuna li taħtar avukat fl-Istat emittenti bil-għan li jassisti lill-avukat fl-Istat ta' eżekuzzjoni fil-proċedimenti tal-mandat ta' arrest. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 621.

5.   Persuna rikjesta li tiġi arrestata għandu jkollha d-dritt li l-awtoritajiet konsulari tal-Istat taċ-ċittadinanza ta' dik il-persuna, jew jekk dik il-persuna tkun apolida, l-awtoritajiet konsulari tal-Istat fejn tirrisjedi s-soltu dik il-persuna, jiġu infurmati bl-arrest mingħajr dewmien żejjed u jikkomunikaw ma' dawk l-awtoritajiet, jekk dik il-persuna tkun tixtieq hekk.

Artikolu 610

Żamma tal-persuna f'detenzjoni

Meta persuna tiġi arrestata fuq il-bażi ta' mandat ta' arrest, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-persuna rikjesta jenħtieġx li tibqa' f'detenzjoni, f'konformità mad-dritt tal-Istat ta' eżekuzzjoni. Il-persuna tista' tiġi rilaxxata proviżorjament fi kwalunkwe ħin f'konformità mad-dritt domestiku tal-Istat ta' eżekuzzjoni, dment li l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat tieħu l-miżuri kollha li hija tqis meħtieġa sabiex tipprevjeni milli l-persuna taħrab.

Artikolu 611

Kunsens għall-konsenja

1.   Jekk il-persuna arrestata tindika l-kunsens tagħha għal konsenja, dak il-kunsens u, jekk meħtieġ, ir-rinunzja espliċita għad-dritt għar-"regola ta' speċjalità", imsemmija fl-Artikolu 625(2), irid jingħata quddiem l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni, skont id-dritt nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   Kull Stat għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-kunsens u, fejn xieraq, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, ikunu stabbiliti b'tali mod li juri li l-persuna konċernata tkun esprimiethom volontarjament u b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak l-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat.

3.   Il-kunsens u, fejn adatt, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu rreġistrati formalment f'konformità mal-proċedura stabbilita mid-dritt domestiku tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

4.   Fil-prinċipju, il-kunsens ma jistax jiġi rrevokat. Kull Stat jista' jipprevedi li l-kunsens u, jekk adatt, ir-rinunzja msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu revokati f'konformità mar-regoli applikabbli skont il-liġi domestika tiegħu. F'tali każ, il-perjodu bejn id-data tal-kunsens u dik tar-revoka tiegħu m'għandux jiġi kkunsidrat fl-istabbiliment tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 621. Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li jixtiequ jirrikorru għal din il-possibbiltà, filwaqt li jispeċifikaw il-proċeduri li bihom ir-revoka tal-kunsens hija possibbli u kwalunkwe emenda għal dawk il-proċeduri.

Artikolu 612

Smigħ tal-persuna rikjesta

Meta l-persuna arrestata ma tagħtix il-kunsens tagħha għall-konsenja kif imsemmi fl-Artikolu 611, dik il-persuna għandha tkun intitolata li tinstema' mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni, skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 613

Deċiżjoni ta' konsenja

1.   L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha tiddeċiedi jekk il-persuna għandhiex tiġi kkonsenjata fil-limiti ta' żmien u skont il-kundizzjonijiet definiti f'dan it-Titolu, b'mod partikolari l-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 597.

2.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ssib li l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat emittenti ma tkunx biżżejjed biex hija tkun tista' tiddeċiedi dwar il-konsenja, hija għandha titlob li l-informazzjoni supplementari meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 597, l-Artikoli 600 sa 602, l-Artikolu 604 u l-Artikolu 606, tiġi pprovduta b'urġenza u tista' tiffissa limitu ta' żmien biex tirċeviha, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġu osservati l-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 615.

3.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tibgħat kwalunkwe informazzjoni utli addizzjonali lill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 614

Deċiżjoni fil-każ ta' talbiet multipli

1.   Jekk żewġ Stati jew aktar ikunu ħarġu mandat ta' arrest Ewropew jew mandat ta' arrest għall-istess persuna, id-deċiżjoni dwar liema minn dawk il-mandati ta' arrest għandha tiġi esegwita għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni b'konsiderazzjoni debita taċ-ċirkostanzi kollha u speċjalment is-serjetà relattiva u l-post tar-reati, id-dati rispettivi tal-mandat ta' arrest jew il-mandat ta' arrest Ewropew u jekk inħarġux għall-finijiet ta' prosekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, u ta' obbligi legali ta' Stati Membri dwar il-libertà ta' moviment u ta' nondiskriminazzjoni u b'mod partikolari għal raġunijiet ta' nondiskriminazzjoni fuq bażi ta' ċittadinanza.

2.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ta' Stat Membru tista' titlob il-parir tal-Eurojust sabiex tagħmel l-għażla msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Fil-każ ta' kunflitt bejn mandat ta' arrest u talba għall-estradizzjoni ppreżentata minn pajjiż terz, id-deċiżjoni dwar jekk il-mandat ta' arrest jew it-talba għall-estradizzjoni tiħux preċedenza għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni bil-kunsiderazzjoni xierqa taċ-ċirkustanzi kollha, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u dawk imsemmija fil-konvenzjoni applikabbli.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati skont l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Artikolu 615

Termini preskrittivi u proċeduri għad-deċiżjoni ta' eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest

1.   Mandat ta' arrest għandu jiġi ttrattat bħala kwistjoni ta' urġenza.

2.   F'każijiet fejn il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens tagħha għall-konsenja, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest għandha tittieħed fi żmien għaxart ijiem wara li jkun ingħata l-kunsens.

3.   F'każijiet oħra, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għandha tittieħed 60 jum wara l-arrest tal-persuna rikjesta.

4.   Fejn f'każijiet speċifiċi l-mandat ta' arrest ma jkunx jista' jiġi eżegwit fit-termini preskrittivi stabbiliti fil-paragrafu 2 jew 3, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat dwar dak il-fatt, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien. F'każijiet bħal dan, it-termini preskrittivi jistgħu jiġu estiżi bi 30 jum ieħor.

5.   Sakemm l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni finali dwar il-mandat ta' arrest, hija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva tal-persuna jibqgħu ssodisfati.

6.   Iridu jingħataw raġunijiet għal kwalunkwe rifjut ta' eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest.

Artikolu 616

Sitwazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni

1.   Meta l-mandat ta' arrest jkun inħareġ għall-fini tat-tmexxija ta' proċedimenti kriminali, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha:

(a)

jew taqbel li l-persuna rikjesta għandha tinstema' skont l-Artikolu 617; jew

(b)

taqbel mat-trasferiment temporanju tal-persuna rikjesta.

2.   Il-kundizzjonijiet u d-durata tat-trasferiment temporanju għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim reċiproku bejn l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat u dik ta' eżekuzzjoni.

3.   Fil-każ ta' trasferiment temporanju, il-persuna għandha tkun tista' tirritorna fl-Istat ta' eżekuzzjoni biex tattendi seduti li jikkonċernaw lil dik il-persuna bħala parti mill-proċedura ta' konsenja.

Artikolu 617

Smigħ tal-persuna sakemm tittieħed id-deċiżjoni

1.   Il-persuna rikjesta għandha tinstema' minn awtorità ġudizzjarja. Għal dan il-għan, il-persuna rikjesta għandha tkun assistita minn avukat maħtur skont il-liġi tal-Istat emittenti.

2.   Il-persuna rikjesta għandha tinstema' f'konformità mad-dritt tal-Istat ta' eżekuzzjoni u bil-kundizzjonijiet iddeterminati bi ftehim reċiproku bejn l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat u dik ta' eżekuzzjoni.

3.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni kompetenti tista' tinkariga awtorità ġudizzjarja oħra tal-Istat tagħha sabiex tieħu sehem fis-smigħ tal-persuna rikjesta sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 618

Privileġġi u immunitajiet

1.   Meta l-persuna mitluba tgawdi minn privileġġ jew immunità rigward ġuriżdizzjoni jew eżekuzzjoni fl-Istat ta' eżekuzzjoni, il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 615 jibdew jiddekorru biss, jew jekk, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tkun infurmata bil-fatt li l-privileġġ jew l-immunità tkun ġiet irtirata.

2.   L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għal konsenja effettiva jkunu ssodisfati meta l-persuna ma tibqax tgawdi aktar dan il-privileġġ jew l-immunità.

3.   Meta s-setgħa ta' rinunzja tal-privileġġ jew tal-immunità taqa' taħt awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha titlob lil dik l-awtorità li teżerċita dik is-setgħa minnufih. Meta s-setgħa ta' rinunzja tal-privileġġ jew tal-immunità taqa' taħt l-awtorità ta' Stat ieħor, ta' pajjiż terz jew ta' organizzazzjoni internazzjonali, l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat għandha titlob dik l-awtorità biex teżerċita dik is-setgħa.

Artikolu 619

Obbligi internazzjonali f'kompetizzjoni

1.   Dan il-Ftehim ma jippreġudikax l-obbligi tal-Istat ta' eżekuzzjoni fejn il-persuna rikjesta ġiet estradita lejn dak l-Istat minn pajjiż terz u fejn dik il-persuna hija protetta minn dispożizzjonijiet tal-arranġament li taħtu dik il-persuna ġiet estradita fir-rigward tar-regola ta' speċjalità. L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jitlob mingħajr dewmien il-kunsens tal-pajjiż terz li minnu l-persuna rikjesta ġiet estradita sabiex il-persuna rikjesta tkun tista' tiġi kkonsenjata lill-Istat li ħareġ il-mandat ta' arrest. Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 615 ma jibdewx jiddekorru sal-jum li fih ma tibqax tapplika din ir-regola tal-ispeċjalità.

2.   Sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-pajjiż terz li minnu tkun ġiet estradita l-persuna rikjesta, l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għal konsenja effettiva jibqgħu ssodisfati.

Artikolu 620

Notifika tad-deċiżjoni

L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat bid-deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed dwar il-mandat ta' arrest.

Artikolu 621

Termini preskrittivi għall-konsenja tal-persuna

1.   Il-persuna rikjesta għandha tiġi konsenjata malajr kemm jista' jkun f'data miftehma bejn l-awtoritajiet ikkonċernati.

2.   Il-persuna rikjesta għandha tiġi kkonsenjata mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest.

3.   Jekk il-konsenja tal-persuna rikjesta fil-limitu ta' żmien fil-paragrafu 2 ma tħallietx minħabba ċirkustanzi li mhumiex fil-kontroll ta' xi wieħed mill-Istati, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' eżekuzzjoni u dawk li joħroġu l-mandat għandhom jikkuntattjaw lil xulxin immedjatament u jiftiehmu dwar data ġdida ta' konsenja. F'dak il-każ, il-konsenja għandha sseħħ fi żmien għaxart ijiem mid-data l-ġdida hekk miftiehma.

4.   Il-konsenja tista' eċċezzjonalment tiġi posposta temporanjament għal raġunijiet umanitarji serji, per eżempju jekk hemm raġunijiet sostanzjali biex jitwemmen li l-konsenja tpoġġi manifestament f'periklu l-ħajja jew is-saħħa tal-persuna rikjesta. L-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest għandha sseħħ malli dawk ir-raġunijiet ma jibqgħux jeżistu. L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat u tiftiehem dwar data ġdida ta' konsenja. F'dak il-każ, il-konsenja għandha ssir fi żmien għaxart ijiem mid-data l-ġdida miftiehma.

5.   Mal-iskadenza tal-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafi minn 2 sa 4, jekk il-persuna rikjesta għadha qed tinżamm f'kustodja, dik il-persuna għandha tinħeles. L-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji u emittenti għandhom jikkuntattjaw lil xulxin malli jidher li persuna għandha tiġi rilaxxata skont dan il-paragrafu u jaqblu dwar l-arranġamenti għall-konsenja ta' dik il-persuna.

Artikolu 622

Konsenja posposta jew kundizzjonali

1.   Wara li tiddeċiedi li teżegwixxi l-mandat ta' arrest, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista' tipposponi l-konsenja tal-persuna rikjesta sabiex dik il-persuna rikjesta ikunu jistgħu jittieħdu passi kontriha fl-Istat ta' eżekuzzjoni jew, jekk din diġà tkun ġiet issentenzjata, sabiex tkun tista' tiskonta, fit-territorju tagħha, sentenza mogħtija għal att minbarra dak imsemmi fil-mandat ta' arrest fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   Minflok ma tipposponi l-konsenja, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista' tikkonsenja temporanjament il-persuna rikjesta lill-Istat li joħroġ il-mandat taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati bi qbil reċiproku bejn l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni u dik li toħroġ il-mandat. Il-ftehim isir bil-miktub u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet kollha fl-Istat emittenti.

Artikolu 623

Tranżitu

1.   Kull Stat għandu jippermetti t-tranżitu mit-territorju tiegħu ta' persuna rikjesta li tkun qed tiġi kkonsenjata sakemm tkun ingħatat informazzjoni dwar:

(a)

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna soġġetta għall-mandat ta' arrest;

(b)

l-eżistenza ta' mandat ta' arrest;

(c)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat; u

(d)

id-deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi tar-reat, inklużi d-data u l-post.

2.   L-Istat, li f'ismu tkun saret notifika skont l-Artikolu 603(2) fis-sens li ċ-ċittadini tiegħu ma jiġux ċeduti jew li l-konsenja tiġi awtorizzata biss taħt ċerti kondizzjonijiet speċifiċi, jista' jirrifjuta t-tranżitu taċ-ċittadini tiegħu stess mit-territorju tiegħu taħt l-istess termini jew jissottomettih għall-istess kondizzjonijiet.

3.   L-Istati għandhom jinnominaw awtorità responsabbli li tirċievi rikjesti għat-tranżitu u d-dokumenti meħtieġa, kif ukoll kwalunkwe korrispondenza uffiċjali oħra konnessa ma' rikjesti għat-tranżitu.

4.   Ir-rikjesta għat-tranżitu u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nnominata skont il-paragrafu 3 bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub. L-Istat ta' tranżitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu bl-istess proċedura.

5.   Dan l-Artikolu ma japplikax fil-każ ta' trasport bl-ajru mingħajr waqfa skedata. Madankollu, jekk ikun hemm illandjar mhux skedat, l-Istat li joħroġ il-mandat għandu jipprovdi lill-awtorità nnominata skont il-paragrafu 3 bl-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1.

6.   Jekk tranżitu jikkonċerna persuna li għandha tiġi estradita minn pajjiż terz għal Stat, dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis. B'mod partikolari referenzi għal "mandat ta' arrest" għandhom jiġu ttrattati bħala referenzi għal "talba għal estradizzjoni".

Artikolu 624

Tnaqqis tal-perjodu ta' detenzjoni skontat fl-Istat ta' eżekuzzjoni

1.   L-Istat li joħroġ il-mandat għandu jnaqqas il-perjodi kollha ta' detenzjoni li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest mill-perjodu totali ta' detenzjoni li jkollu jiġi skontat fl-Istat li joħroġ il-mandat bħala riżultat tal-għoti ta' piena li ċċaħħad il-libertà jew ta' ordni ta' detenzjoni.

2.   L-informazzjoni kollha li tikkonċerna t-tul ta' żmien ta' detenzjoni tal-persuna mitluba abbażi tal-mandat ta' arrest għandha tintbagħat mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni jew l-awtorità ċentrali nnominata taħt l-Artikolu 605 lill-awtorità ġudizzjarja emittenti fil-mument tal-konsenja.

Artikolu 625

Prosekuzzjoni possibbli għal reati oħrajn

1.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu kull wieħed jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li, f'relazzjonijiet ma' Stati oħra li għalihom tapplika l-istess notifika, il-kunsens ikun preżunt li ngħata għall-prosekuzzjoni, għas-sentenzjar jew għad-detenzjoni ta' persuna bil-ħsieb li tiġi eżegwita piena li ċċaħħad il-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta' persuna, minbarra dak li għalih ġiet ikkonsenjata, sakemm f'każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

2.   Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, persuna kkonsenjata ma tistax tiġi mħarrka, sentenzjata jew b'xi mod ieħor imċaħħda mil-libertà għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta' dik il-persuna minbarra dak li għalih il-persuna ġiet ikkonsenjata.

3.   Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-persuna, wara li kellha opportunità li titlaq mit-territorju tal-Istat lil fih ġiet ikkonsenjata dik il-persuna, ma għamlitx dan fi żmien 45 jum mir-rilaxx finali ta' dik il-persuna, jew irritornat f'dak it-territorju wara li telqet minnu;

(b)

ir-reat ma jkunx punibbli b'piena li ċċaħħad il-libertà jew b'ordni ta' detenzjoni;

(c)

il-proċedimenti kriminali ma jwasslux għall-applikazzjoni ta' miżura li tillimita l-libertà personali;

(d)

il-persuna tista' tkun soġġetta għal piena jew miżura li ma tinvolvix iċ-ċaħda tal-libertà, b'mod partikolari piena finanzjarja jew miżura minflok penali finanzjarja, anke jekk il-piena jew il-miżura tista' twassal għal restrizzjoni tal-libertà personali tal-persuna;

(e)

il-persuna tat il-kunsens biex tiġi konsenjata, fejn adatt fl-istess ħin li l-persuna rrinunzjat għar-regola tal-ispeċjalità, skont l-Artikolu 611;

(f)

il-persuna, wara l-konsenja tal-persuna, irrinunzjat espressament għall-benefiċċju tar-regola tal-ispeċjalità fir-rigward ta' reati speċifiċi qabel il-konsenja tal-persuna; ir-rinunzja trid tiġi mogħtija quddiem l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat emittenti u tiġi rreġistrata skont il-liġi domestika ta' dak l-Istat; Ir-rinunzja trid issir b'mod li jkun jidher ċar li l-persuna tagħtu volontarjament u b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi; għal dan il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat; u

(g)

l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna tagħti l-kunsens tagħha skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

4.   Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni, flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 606(1) u traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 606(2). Il-kunsens għandu jingħata fejn i-reat li għalih jintalab minnu nnifsu jkun soġġett għal konsenja f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu. Il-kunsens għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 600 u mill-bqija jista' jiġi miċħud biss għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 601, jew l-Artikolu 602(2) u l-Artikolu 603(2). Id-deċiżjoni għandha tittieħed mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi rċevuta t-talba. Għas-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 604, l-Istat emittenti jrid jagħti l-garanziji previsti fih.

Artikolu 626

Konsenja jew estradizzjoni sussegwenti

1.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu kull wieħed jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li, f'relazzjonijiet ma' Stati oħra li għalihom tapplika l-istess notifika, il-kunsens għall-konsenja ta' persuna lil Stat li ma jkunx l-Istat ta' eżekuzzjoni skont mandat ta' arrest jew mandat ta' arrest Ewropew maħruġ għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta' dik il-persuna jkun preżunt li ngħata, sakemm f'każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

2.   Fi kwalunkwe każ, persuna li ġiet konsenjata lill-Istat emittenti skont mandat ta' arrest jew mandat ta' arrest Ewropew tista' tiġi kkonsenjata lil Stat li mhux l-Istat ta' eżekuzzjoni skont mandat ta' arrest jew mandat ta' arrest Ewropew maħruġ għal kwalunkwe reat imwettaq qabel iċ-ċediment tal-persuna mingħajr il-kunsens tal-Istat ta' eżekuzzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

Il-persuna rikjesta, wara li kellha opportunità li titlaq mit-territorju tal-Istat lil fih ġiet ikkonsenjata dik il-persuna, ma għamlitx dan fi żmien 45 jum mir-rilaxx finali ta' dik il-persuna, jew irritornat f'dak it-territorju wara li telqet minnu;

(b)

il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens biex tiġi konsenjata lil Stat minbarra l-Istat ta' eżekuzzjoni skont mandat ta' arrest jew mandat ta' arrest Ewropew; Il-kunsens irid jingħata quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat emittenti u jiġi rreġistrat skont il-liġi domestika ta' dak l-Istat; għandu jsir b'mod li jkun jidher ċar li l-persuna tagħtu volontarjament u b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi; għal dan il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat; u

(c)

il-persuna rikjesta mhijiex soġġetta għar-regola tal-ispeċjalità, f'konformità mal-punt (a), (e), (f) jew (g) tal-Artikolu 625(3).

3.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tagħti l-kunsens għall-konsenja lil Stat ieħor skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

it-talba għall-kunsens għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 607, flimkien mal-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 606(1) u t-traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 606(2);

(b)

il-kunsens għandu jingħata fejn ir-reat li għalih jintalab minnu nnifsu jkun soġġett għal konsenja f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim;

(c)

id-deċiżjoni għandha tittieħed mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi rċevuta t-talba; u

(d)

il-kunsens għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 600 u mill-bqija jista' jiġi miċħud biss għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 601, l-Artikolu 602(2) u l-Artikolu 603(2).

4.   Għas-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 604, l-Istat emittenti għandu jagħti l-garanziji previsti fih.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, persuna li ġiet ikkonsenjata skont mandat ta' arrest ma għandhiex tiġi estradita f'pajjiż terz mingħajr il-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat li kkonsenja l-persuna. Dan il-kunsens għandu jingħata f'konformità mal-Konvenzjonijiet li bihom ikun marbut dak l-Istat, kif ukoll skont id-dritt domestiku tiegħu.

Artikolu 627

Trasferiment ta' proprjetà

1.   Bit-talba tal-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha, f'konformità mad-dritt domestiku tagħha, tissekwestra u tikkonsenja proprjetà li:

(a)

tista' tkun meħtieġa bħala evidenza; jew

(b)

tkun inkisbet mill-persuna rikjesta bħala riżultat tar-reat.

2.   Il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ttrasferita anki jekk il-mandat ta' arrest ma jkunx jista' jiġi eżegwit minħabba l-mewt jew il-ħarba tal-persuna rikjesta.

3.   Jekk il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 tkun soġġetta għal sekwestru jew għal konfiska fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, dan l-Istat jista', jekk il-proprjetà tkun meħtieġa f'konnessjoni ma' proċedimenti kriminali pendenti, iżommha temporanjament jew jittrasferiha lill-Istat li joħroġ il-mandat, bil-kundizzjoni li tiġi rritornata.

4.   Kwalunkwe dritt li l-Istat ta' eżekuzzjoni jew terzi persuni jistgħu jkunu kisbu fil-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreservat. Jekk jeżistu drittijiet bħal dawn, l-Istat li joħroġ il-mandat għandu jirritorna l-proprjetà mingħajr ħlas lill-Istat ta' eżekuzzjoni malli jintemmu l-proċedimenti kriminali.

Artikolu 628

Spejjeż

1.   Spejjeż imġarrba fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest għandhom jiġġarrbu minn dak l-Istat.

2.   L-ispejjeż l-oħrajn kollha għandhom jiġġarrbu mill-Istat ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 629

Relazzjoni ma' strumenti legali oħrajn

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom fir-relazzjonijiet bejn l-Istati u pajjiżi terzi, dan it-Titolu, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-konvenzjonijiet li ġejjin applikabbli fil-qasam tal-estradizzjoni fir-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit, minn naħa waħda, u l-Istati Membri, min-naħa l-oħra:

(a)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, magħmula f'Pariġi fit-13 ta' Diċembru 1957, u l-protokolli addizzjonali tagħha; u

(b)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu f'dak li għandu x'jaqsam mal-estradizzjoni.

2.   Jekk il-Konvenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu japplikaw għat-territorji ta' Stati jew għat-territorji li Stat ikun responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom, u li għalihom ma japplikax dan it-Titolu, dawk il-Konvenzjonijiet ikomplu jirregolaw ir-relazzjonijiet eżistenti bejn dawk it-territorji u Stati l-oħrajn.

Artikolu 630

Reviżjoni tan-notifiki

Meta jwettqu r-rieżami konġunt ta' dan it-Titolu kif imsemmi fl-Artikolu 691(1), il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jżommu n-notifiki magħmula skont l-Artikolu 599(4), l-Artikolu 602(2) u l-Artikolu 603(2). Jekk in-notifiki msemmija fl-Artikolu 603(2) ma jiġġeddux, dawn għandhom jiskadu ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. In-notifiki kif imsemmija fl-Artikolu 603(2) jistgħu jiġġeddu jew isiru ġodda biss matul it-tliet xhur qabel il-ħames anniversarju tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u, sussegwentement, kull ħames snin minn hemm' il quddiem, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 603(2) jiġu ssodisfati f'dak iż-żmien.

Artikolu 631

Mandati ta' arrest kurrenti f'każ ta' diżapplikazzjoni

Minkejja l-Artikolu 526, l-Artikolu 692 u l-Artikolu 693, id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu japplikaw fir-rigward ta' mandati ta' arrest fejn il-persuna rikjesta ġiet arrestata qabel id-diżapplikazzjoni ta' dan it-Titolu għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest, irrispettivament mid-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni dwar jekk il-persuna rikjesta għandhiex tibqa' f'detenzjoni jew tiġix rilaxxata proviżorjament.

Artikolu 632

Applikazzjoni għal mandati ta' arrest Ewropew eżistenti

Dan it-Titolu għandu japplika fir-rigward ta' mandati ta' arrest Ewropej maħruġa skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (81) minn Stat qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fejn il-persuna rikjesta ma tkunx ġiet arrestata għall-fini tal-eżekuzzjoni tagħha qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni.

TITOLU VIII

ASSISTENZA REĊIPROKA

Artikolu 633

Objettiv

1.   L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jissupplimenta d-dispożizzjonijiet u jiffaċilita l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, ta' dawn:

(a)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali, magħmula fi Strasburgu fl-20 ta' April 1959 (l-"Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka");

(b)

il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, magħmul fi Strasburgu fis-17 ta' Marzu 1978; u

(c)

it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, magħmul fi Strasburgu fit-8 ta' Novembru 2001.

2.   Dan it-Titolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IX, li jieħu preċedenza fuq dan it-Titolu.

Artikolu 634

Definizzjoni ta' awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, “awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità li tkun kompetenti sabiex tibgħat jew tirċievi talbiet għal assistenza reċiproka f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u mal-Protokolli tagħha u kif iddefinit mill-Istati fid-dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom indirizzati lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa. "Awtorità kompetenti" tinkludi wkoll korpi tal-Unjoni notifikati skont il-punt (d) tal-Artikolu 690; fir-rigward ta' tali korpi tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu japplikaw kif xieraq.

Artikolu 635

Formola għal talba għal assistenza reċiproka

1.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jistabbilixxi formola standard għal talbiet għal assistenza reċiproka, billi jadotta anness ta' dan il-Ftehim.

2.   Jekk il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jkun adotta deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 1, it-talbiet għal assistenza reċiproka għandhom isiru bl-użu tal-formola standard.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jista' jemenda formola standard għal talbiet għal assistenza reċiproka skont kif meħtieġ.

Artikolu 636

Kondizzjonijiet għal talba għal assistenza reċiproka

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti tista' tagħmel talba għal assistenza reċiproka biss jekk tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(a)

it-talba tkun meħtieġa u proporzjonata għall-fini tal-proċedimenti filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata; u

(b)

il-miżura investigattiva jew il-miżuri investigattivi indikati fit-talba setgħu ġew ordnati taħt l-istess kundizzjonijiet f'każ domestiku simili.

2.   L-Istat rikjest jista' jikkonsulta lill-Istat rikjedenti jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest tkun tal-fehma li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma jkunux issodisfati. Wara l-konsultazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti tista' tiddeċiedi li tirtira t-talba għal assistenza reċiproka.

Artikolu 637

Rikors għal tip differenti ta' miżura investigattiva

1.   Fejn possibbli, l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest għandha tikkunsidra, rikors għal miżura investigattiva għajr il-miżura indikata fit-talba għal assistenza reċiproka jekk:

(a)

il-miżura investigattiva indikata fit-talba ma tkunx teżisti taħt id-dritt tal-Istat rikjest; jew

(b)

il-miżura investigattiva indikata fit-talba ma tkunx disponibbli f'każ domestiku simili.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-raġunijiet għal rifjut disponibbli skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha u skont l-Artikolu 639, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-miżuri investigattivi li ġejjin, li għandhom dejjem ikunu disponibbli skont il-liġi tal-Istat rikjest:

(a)

il-kisba ta' informazzjoni li tinsab fil-bażijiet ta' data miżmuma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji li hija aċċessibbli direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest fil-qafas ta' proċedimenti kriminali;

(b)

is-smigħ ta' xhud, ta' espert, ta' vittma, ta' persuna suspettata jew akkużata jew ta' terza persuna fit-territorju tal-Istat rikjest;

(c)

kwalunkwe miżura investigattiva mhux koerċitiva kif definita taħt il-liġi tal-Istat rikjest; u

(d)

l-identifikazzjoni ta ' persuni li jkollhom abbonament ta' numru tat-telefon speċifiku jew indirizz IP speċifiku.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest tista' tirrikorri wkoll għal miżura investigattiva għajr il-miżura indikata fit-talba għal assistenza reċiproka jekk il-miżura investigattiva magħżula mill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest tkun tikseb l-istess riżultat b'mezzi anqas intrużivi mill-miżura investigattiva indikata fit-talba.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest tiddeċiedi li tirrikorri għal miżura differenti minn dik indikata fit-talba għall-assistenza reċiproka kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew 3, hija għandha l-ewwel tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti, li tista' tiddeċiedi li tirtira jew tissupplimenta t-talba.

5.   Jekk il-miżura investigattiva indikata fit-talba ma tkunx teżisti skont id-dritt tal-Istat rikjest jew ma tkunx disponibbli f'każ domestiku simili u fejn ma jkun hemm l-ebda miżura investigattiva oħra li jkollha l-istess riżultat bħall-miżura investigattiva rikjesta, l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti li mhux possibbli li tipprovdi l-għajnuna rikjesta.

Artikolu 638

Obbligu li tingħata informazzjoni

L-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti bi kwalunkwe mezz u mingħajr dewmien żejjed jekk:

(a)

ikun impossibbli li tiġi eżegwita t-talba għal assistenza reċiproka minħabba li t-talba ma tkunx kompluta jew tkun manifestament żbaljata; jew

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest, matul l-eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza reċiproka, tqis mingħajr aktar domandi li jista' jkun xieraq li jitwettqu miżuri investigattivi mhux previsti inizjalment, jew li ma setgħux jiġu speċifikati meta saret it-talba għal assistenza reċiproka, sabiex l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti tkun tista' tieħu azzjoni ulterjuri fil-każ speċifiku.

Artikolu 639

Ne bis in idem

L-assistenza reċiproka tista' tiġi rrifjutata, flimkien mar-raġunijiet għal rifjut previsti taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha, għar-raġuni li l-persuna li fir-rigward tagħha tintalab l-assistenza u li hija soġġetta għal investigazzjonijiet kriminali, prosekuzzjonijiet jew proċedimenti oħra, inkluż proċedimenti ġudizzjarji, fl-Istat rikjedenti, tkun ġiet finalment iġġudikata minn Stat ieħor fir-rigward tal-istess atti, dment li, jekk tkun ġiet imposta penali, din tkun ġiet infurzata, tkun fil-proċess li tiġi infurzata jew ma tkunx tista' tiġi infurzata aktar skont il-liġi tal-Istat fejn inqatgħet is-sentenza.

Artikolu 640

Termini preskrittivi

1.   L-Istat rikjest għandu jiddeċiedi jekk jeżegwixxix it-talba għal assistenza reċiproka malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi t-talba u għandu jinforma lill-Istat rikjedenti bid-deċiżjoni tiegħu.

2.   Talba għal assistenza reċiproka għandha tiġi eżegwita malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum wara li tkun saret id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun saret il-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 636(2).

3.   Jekk fit-talba għal assistenza reċiproka jkun indikat li, minħabba skadenzi proċedurali, is-serjetà tar-reat jew ċirkostanzi oħra partikolarment urġenti, ikun meħtieġ limitu ta' żmien iqsar minn dak previst fil-paragrafu 1 jew 2, jew jekk fit-talba jkun indikat li miżura għal assistenza reċiproka għandha titwettaq f'data speċifika, l-Istat rikjest għandu jieħu kont kemm jista' jkun sħiħ ta' dak ir-rekwiżit.

4.   Jekk issir talba għal assistenza reċiproka biex jittieħdu miżuri proviżorji skont l-Artikolu 24 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest għandha tiddeċiedi dwar il-miżura proviżorja, u għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti, malajr kemm jista' jkun wara li tirċievi t-talba. Qabel ma tneħħi kwalunkwe miżura proviżorja meħuda skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest, kull fejn possibbli, għandha tagħti lill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti opportunità li tippreżenta r-raġunijiet tagħha favur it-tkomplija tal-miżura.

5.   Jekk f'każ speċifiku, it-termini preskrittivi previsti fil-paragrafu 1 jew 2, jew il-limitu ta' żmien jew id-data speċifika imsemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jiġu rrispettati, jew id-deċiżjoni dwar it-teħid ta' miżuri proviżorji f'konformità mal-paragrafu 4 tiġi ttardjata, l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti bi kwalunkwe mezz, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti dwar it-twaqqit xieraq għall-eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza reċiproka.

6.   Il-limiti ta' żmien imsemmija f'dan l-Artikolu ma japplikawx jekk it-talba għal assistenza reċiproka ssir fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mir-reati u l-ksur li ġejjin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha, kif definit fil-liġi tal-Istat rikjedenti:

(a)

eċċess ta' veloċità, jekk l-ebda korriment jew mewt ma tkun ġiet ikkawżata lil persuna oħra u jekk il-veloċità eċċessiva ma kinitx sinifikanti;

(b)

nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sikurezza;

(c)

nuqqas ta' waqfien f'dawl aħmar jew sinjal ieħor ta' waqfien obbligatorju;

(d)

meta ma jintlibisx elmu protettiv; jew

(e)

l-użu ta' karreġġata pprojbita (bħall-użu pprojbit ta' karreġġata ta' emerġenza, karreġġata riżervata għat-trasport pubbliku, jew karreġġata magħluqa għal xogħlijiet fit-toroq).

7.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jżomm l-operat tal-paragrafu 6 taħt rieżami. Huwa għandu jimpenja ruħu li jistabbilixxi limiti ta' żmien għat-talbiet li għalihom japplika l-paragrafu 6 fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, filwaqt li jitqies il-volum tat-talbiet. Jista' jiddeċiedi wkoll li l-paragrafu 6 ma għandux japplika aktar.

Artikolu 641

Trażmissjoni ta' talbiet għal assistenza reċiproka

1.   Minbarra l-kanali ta' komunikazzjoni previsti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha, meta t-trażmissjoni diretta tkun prevista fid-dispożizzjonijiet rispettivi tagħhom, it-talbiet għal assistenza reċiproka jistgħu jiġu trażmessi wkoll direttament mill-prosekuturi pubbliċi fir-Renju Unit lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2.   Minbarra l-kanali ta' komunikazzjoni previsti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha, f'każijiet urġenti, kwalunkwe talba għal assistenza reċiproka, kif ukoll informazzjoni spontanja, jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-Europol jew l-Eurojust, f'konformità mad-dispożizzjonijiet fit-Titoli rispettivi ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 642

Skwadri ta' Investigazzjoni Konġunti

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati jistabbilixxu Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta, ir-relazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Iskwadra ta' Investigazzjoni Konġunta għandha tkun irregolata bid-dritt tal-Unjoni, minkejja l-bażi ġuridika msemmija fil-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta.

TITOLU IX

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI TA' REKORDS KRIMINALI

Artikolu 643

Objettiv

1.   L-għan ta' dan it-Titolu huwa li jippermetti l-iskambju bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, ta' informazzjoni estratta mir-rekord kriminali.

2.   Fir-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu huma:

(a)

jissupplimentaw l-Artikoli 13 u 22(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali u tal-Protokolli addizzjonali tagħha tas-17 ta' Marzu 1978 u tat-8 ta' Novembru 2001; u

(b)

jissostitwixxu l-Artikolu 22(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali, kif issupplimentata mill-Artikolu 4 tal-Protokoll Addizzjonali tagħha tas-17 ta' Marzu 1978.

3.   Fir-relazzjonijiet bejn Stat Membru, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, kull wieħed għandu jirrinunzja għad-dritt li joqgħod fuq ir-riżervi tiegħu għall-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali u għall-Artikolu 4 tal-Protokoll Addizzjonali tagħha tas-17 ta' Marzu 1978.

Artikolu 644

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"kundanna" tfisser kwalunkwe deċiżjoni finali minn qorti kriminali kontra persuna fiżika b'rabta ma' reat kriminali, sa fejn din id-deċiżjoni tkun iddaħħlet fir-rekord kriminali tal-Istat tal-kundanna;

(b)

"proċedimenti kriminali" tfisser l-istadju ta' qabel il-proċess kriminali, l-istadju tal-proċess u l-eżekuzzjoni ta' kundanna;

(c)

"rekord kriminali" tfisser ir-reġistru jew ir-reġistri nazzjonali li jiġbor jew jiġbru l-kundanni skont id-dritt domestiku.

Artikolu 645

Awtoritajiet ċentrali

Kull Stat għandu jaħtar awtorità ċentrali waħda jew aktar li għandha tkun kompetenti għall-iskambju ta' informazzjoni estratta mir-rekord kriminali skont dan it-Titolu u għall-iskambji msemmija fl-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali.

Artikolu 646

Notifiki

1.   Kull Stat għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-kundanni kollha mogħtija fit-territorju tiegħu jkunu akkumpanjati, meta pprovduti lir-rekord kriminali tiegħu, minn informazzjoni dwar in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet tal-persuna kundannata jekk dik il-persuna tkun ċittadin ta' Stat ieħor.

2.   L-awtorità ċentrali ta' kull Stat għandha tinforma lill-awtorità ċentrali ta' kwalunkwe Stat ieħor dwar il-kundanni kriminali kollha mogħtija fit-territorju tagħha fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat imsemmi l-aħħar, kif ukoll dwar kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir sussegwenti ta' informazzjoni li tinsab fir-rekord kriminali, kif imdaħħla fir-rekord kriminali. L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lil xulxin tal-anqas darba fix-xahar.

3.   Jekk l-awtorità ċentrali ta' Stat issir taf bil-fatt li persuna kkundannata hija ċittadina ta' żewġ Stati oħra jew aktar, hija għandha tibgħat l-informazzjoni rilevanti lil kull wieħed minn dawk l-Istati, anki jekk il-persuna kkundannata hija ċittadin tal-Istat li fit-territorju tiegħu dik il-persuna ġiet ikkundannata.

Artikolu 647

Ħżin ta' kundanni

1.   L-awtorità ċentrali ta' kull Stat għandha taħżen l-informazzjoni kollha nnotifikata skont l-Artikolu 646.

2.   L-awtorità ċentrali ta' kull Stat għandha tiżgura li jekk tibdil jew tħassir sussegwenti jiġi nnotifikat skont l-Artikolu 646(2), isir tibdil jew tħassir identiku għall-informazzjoni maħżuna skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-awtorità ċentrali ta' kull Stat għandha tiżgura li tingħata biss informazzjoni li tkun ġiet aġġornata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu meta twieġeb għat-talbiet magħmula skont l-Artikolu 648.

Artikolu 648

Talbiet għal informazzjoni

1.   Jekk tintalab informazzjoni mir-rekord kriminali ta' Stat Membru fil-livell domestiku bl-għan li jinfetħu proċedimenti kriminali kontra persuna jew għal kwalunkwe skop ieħor minbarra proċedimenti kriminali, l-awtorità ċentrali ta' dak l-Istat tista', f'konformità mad-dritt nazzjonali, tippreżenta talba lill-awtorità ċentrali ta' Stat ieħor sabiex l-informazzjoni u d-data relatata jiġu estratti mir-rekord kriminali.

2.   Jekk persuna titlob lill-awtorità ċentrali ta' Stat li ma jkunx l-Istat taċ-ċittadinanza tal-persuna, informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu stess, dik l-awtorità ċentrali għandha tippreżenta talba lill-awtorità ċentrali tal-Istat tan-nazzjonalità tal-persuna għal informazzjoni u għad-data relatata sabiex tiġi estratta mir-rekord kriminali sabiex tkun tista' tinkludi tali informazzjoni u data relatata fl-estratt li jiġi provdut lill-persuna konċernata.

Artikolu 649

Tweġibiet għat-talbiet

1.   It-tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni għandhom jiġu trażmessi mill-awtorità ċentrali tal-Istat rikjest lill-awtorità ċentrali tal-Istat rikjedenti, malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum ta' xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba.

2.   L-awtorità ċentrali ta' kull Stat għandha twieġeb għat-talbiet li jsiru għal skopijiet oħra għajr dak tal-proċedimenti kriminali f'konformità mad-dritt domestiku tiegħu.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, meta jwieġbu għal talbiet magħmula għall-finijiet ta' reklutaġġ għal attivitajiet volontarji professjonali jew organizzati li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal, l-Istati għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-eżistenza ta' kundanni kriminali għal reati relatati ma' abbuż sesswali jew ma' sfruttament sesswali tat-tfal, ma' pornografija tat-tfal, ma' solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali, inklużi inċitament, għajnuna u kompliċità jew tentattiv sabiex jitwettaq kwalunkwe wieħed minn dawk ir-reati, kif ukoll ta' informazzjoni dwar l-eżistenza ta' kwalunkwe skwalifika mill-eżerċitar ta' attivitajiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal li tirriżulta minn dawk il-kundanni kriminali.

Artikolu 650

Mezz ta' komunikazzjoni

L-iskambju bejn l-Istati ta' informazzjoni estratta mir-rekord kriminali għandu jsir b'mod elettroniku skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali stabbiliti fl-Anness 44.

Artikolu 651

Kundizzjonijiet għall-użu ta' data personali

1.   Kull Stat jista' juża d-data personali li jirċievi bi tweġiba għat-talba tiegħu skont l-Artikolu 649 biss għall-finijiet li għalihom intalab.

2.   Jekk l-informazzjoni tkun intalbet għal kwalunkwe skop għajr dak tal-proċedimenti kriminali, id-data personali riċevuta skont l-Artikolu 649 jistgħu jintużaw mill-Istat rikjedenti f'konformità mad-dritt domestiku tiegħu biss fil-limiti speċifikati mill-Istat rikjest fil-forma stabbilita fil-Kapitolu 2 tal-Anness 44.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, id-data personali pprovduta minn Stat bi tweġiba għal talba skont l-Artikolu 649 tista' tintuża mill-Istat rikjedenti biex jipprevjeni theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika.

4.   Kull Stat għandu jiżgura li l-awtoritajiet ċentrali tiegħu ma jiżvelawx data personali nnotifikata skont l-Artikolu 646 lill-awtoritajiet f'pajjiżi terzi sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-data personali tiġi ddivulgata biss fuq bażi ta' każ b'każ;

(b)

id-data personali tiġi żvelata lill-awtoritajiet li l-funzjonijiet tagħhom huma direttament relatati mal-finijiet li għalihom id-data personali tiġi żvelata skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

(c)

id-data personali tiġi żvelata biss jekk dan ikun meħtieġ:

(i)

għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali;

(ii)

għal kwalunkwe skop għajr dak ta' proċedimenti kriminali; jew

(iii)

għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għall-ordni pubbliku;

(d)

id-data personali tista' tintuża mill-pajjiż terz rikjedenti biss għall-iskopijiet li għalihom tkun intalbet l-informazzjoni u fil-limiti speċifikati mill-Istat li jkun innotifika d-data personali skont l-Artikolu 646; u

(e)

id-data personali tiġi żvelata biss jekk l-awtorità ċentrali, wara li tkun ivvalutat iċ-ċirkostanzi kollha tat-trasferiment tad-data personali lejn il-pajjiż terz, tikkonkludi li jeżistu salvagwardji xierqa li jipproteġu d-data personali.

2.   Dan l-Artikolu ma japplikax għal data personali miksuba minn Stat skont dan it-Titolu u li toriġina minn dak l-Istat.

TITOLU X

ĠLIEDA KONTRA L-ĦASIL TAL-FLUS U KONTRA L-FINANZJAMENT TAT-TERRORIŻMU

Artikolu 652

Objettiv

L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mill-Unjoni u r-Renju Unit għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom.

Artikolu 653

Miżuri għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għall-ġlieda kontrihom

1.   Il-Partijiet jaqblu li jappoġġaw l-isforzi internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għall-ġlieda kontrihom. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li jikkooperaw sabiex jiġi evitat l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom biex isir ħasil tal-qligħ mill-attivitajiet kriminali kollha inkluż it-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni u li jiġġieldu kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

2.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, kif xieraq fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom.

3.   Kull waħda mill-Partijiet għandha żżomm reġim komprensiv biex tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u regolarment tirrieżamina l-ħtieġa li ssaħħaħ dak ir-reġim, filwaqt li tqis il-prinċipji u l-objettivi tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

Artikolu 654

Trasparenza tas-sjieda benefiċjarja għal entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħra

1.   Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"sid benefiċjarju" tfisser kwalunkwe individwu fir-rigward ta' entità korporattiva li, skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti:

(i)

jeżerċita jew ikollu d-dritt li jeżerċita kontroll finali fuq il-ġestjoni tal-entità;

(ii)

fl-aħħar mill-aħħar jippossjedi jew jikkontrolla direttament jew indirettament aktar minn 25 % tad-drittijiet tal-vot jew ishma jew interessi oħra ta' sjieda fl-entità, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Parti li tiddefinixxi perċentwal aktar baxx; jew

(iii)

inkella jikkontrolla jew ikollu d-dritt li jikkontrolla l-entità;

Fir-rigward ta' entitajiet ġuridiċi bħal fondazzjonijiet, Anstalt u sħubiji b'responsabbiltà limitata, kull Parti għandha d-dritt li tiddetermina kriterji simili għall-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju, jew, jekk tagħżel dan, li tapplika d-definizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 655(1), b'kont meħud tal-forma u l-istruttura ta' tali entitajiet.

Fir-rigward ta' entitajiet legali oħra mhux imsemmija hawn fuq, kull Parti għandha tqis il-forom u l-istrutturi differenti ta' tali entitajiet u l-livelli ta' riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma' tali entitajiet, bil-ħsieb li jiġu deċiżi l-livelli xierqa ta' trasparenza tas-sjieda benefiċjarja;

(b)

"informazzjoni bażika dwar sid benefiċjarju" tfisser l-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid tas-sid benefiċjarju, il-pajjiż tar-residenza u n-nazzjonalità, kif ukoll in-natura u l-firxa tal-interess miżmum jew tal-kontroll eżerċitat fuq l-entità mis-sid benefiċjarju;

(c)

"awtoritajiet kompetenti" tfisser:

(i)

awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, li għandhom responsabbiltajiet iddeżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu;

(ii)

awtoritajiet pubbliċi li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew li jkollhom il-funzjoni tal-ittraċċar, il-qbid jew l-iffriżar u l-konfiska tal-assi kriminali;

(iii)

awtoritajiet pubbliċi li għandhom responsabbiltajiet superviżorji jew ta' monitoraġġ immirati biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Parti li tidentifika awtoritajiet kompetenti addizzjonali li jistgħu jaċċessaw informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-entitajiet ġuridiċi fit-territorju tagħha jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar is-sidien benefiċjarji. Kull Parti għandha tistabbilixxi mekkaniżmi biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jkollhom aċċess f'waqtu għal tali informazzjoni.

3.   Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm reġistru ċentrali li jżomm informazzjoni adegwata, aġġornata u preċiża dwar is-sidien benefiċjarji. Fil-każ tal-Unjoni, ir-reġistri ċentrali għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri. Dan l-obbligu ma għandux japplika fir-rigward ta' entitajiet ġuridiċi elenkati f'borża li huma soġġetti għal rekwiżiti ta' żvelar fir-rigward ta' livell adegwat ta' trasparenza. Jekk l-ebda sid benefiċjarju ma jiġi identifikat fir-rigward ta' entità, ir-reġistru għandu jżomm informazzjoni alternattiva, bħal dikjarazzjoni li ebda sid benefiċjarju ma ġie identifikat jew dettalji tal-persuna fiżika jew persuni fiżiċi li jkollhom il-kariga ta' uffiċjal maniġerjali anzjan fl-entità ġuridika.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru jew ir-reġistri ċentrali tagħha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tagħha mingħajr restrizzjoni u fil-ħin.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li informazzjoni bażika dwar is-sidien benefiċjarji tkun disponibbli għal kull membru tal-pubbliku. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet limitati għad-disponibbiltà pubblika tal-informazzjoni skont dan il-paragrafu f'każijiet jekk l-aċċess pubbliku jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskji sproporzjonati, bħal riskji ta' frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew b'xi mod ieħor legalment inkapaċi.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li jkun hemm sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra kull persuna ġuridika jew fiżika li tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti imposti fuqhom b'rabta mal-kwistjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu.

7.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra fil-ħin, b'mod effettiv u mingħajr ħlas. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw modi biex jiżguraw l-iskambju sigur ta' informazzjoni.

Artikolu 655

Trasparenza tas-sjieda benefiċjarja tal-arranġamenti legali

1.   Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"sid benefiċjarju" tfisser is-settlor, il-protettur (jekk ikun hemm), il-fiduċjarji, il-benefiċjarju jew il-klassi ta' benefiċjarji, kwalunkwe persuna li jkollha pożizzjoni ekwivalenti fir-rigward ta' arranġament ġuridiku bi struttura jew funzjoni simili għal trust espressa, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq trust jew arranġament legali simili;

(b)

"awtoritajiet kompetenti" tfisser:

(i)

awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, li għandhom responsabbiltajiet iddeżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu;

(ii)

awtoritajiet pubbliċi li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew il-funzjoni tal-ittraċċar, il-qbid jew l-iffriżar u l-konfiska tal-assi kriminali;

(iii)

awtoritajiet pubbliċi li għandhom responsabbiltajiet superviżorji jew ta' monitoraġġ immirati biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Parti li tidentifika awtoritajiet kompetenti addizzjonali li jistgħu jaċċessaw informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-fiduċjarji ta' trusts espressi jżommu informazzjoni adegwata, akkurata u aġġornata dwar is-sidien benefiċjarji. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw ukoll għal arranġamenti legali oħra identifikati minn kull Parti bħala li għandhom struttura jew funzjoni simili għat-trusts.

3.   Kull Parti għandha tistabbilixxi mekkaniżmi biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jkollhom aċċess f'waqtu għal informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar is-sidien benefiċjarji ta' trusts speċifiċi u arranġamenti legali oħra bi struttura jew funzjoni simili għal trusts fit-territorju tagħha.

4.   Jekk l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja dwar trusts jew arranġamenti legali simili tinżamm f'reġistru ċentrali, l-Istat ikkonċernat għandu jiżgura li l-informazzjoni tkun adegwata, preċiża u aġġornata, u li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess f'waqtu u mingħajr restrizzjonijiet għal tali informazzjoni. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkunsidraw modi biex jipprovdu aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja dwar trusts u arranġamenti legali simili lil individwi jew organizzazzjonijiet li jistgħu juru interess leġittimu li jaraw tali informazzjoni.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li jkun hemm sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra kull persuna ġuridika jew fiżika li tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti imposti fuqhom b'rabta mal-kwistjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra fil-ħin, b'mod effettiv u mingħajr ħlas. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw modi biex jiżguraw l-iskambju sigur ta' informazzjoni.

TITOLU XI

IFFRIŻAR U KONFISKA

Artikolu 656

Għanijiet u prinċipji tal-kooperazzjoni

1.   L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jipprevedi kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit, minn naħa waħda, u l-Istati Membri, min-naħa l-oħra, sa fejn ikun l-aktar possibbli għall-finijiet ta' investigazzjonijiet u proċedimenti mmirati lejn l-iffriżar ta' proprjetà bil-ħsieb tal-konfiska sussegwenti tagħha u investigazzjonijiet u proċedimenti mmirati lejn il-konfiska ta' proprjetà fil-qafas tal-proċedimenti f'materji kriminali. Dan ma jipprekludix kooperazzjoni oħra skont l-Artikolu 665(5) u (6). Dan it-Titolu jipprevedi wkoll kooperazzjoni ma' korpi tal-Unjoni maħtura mill-Unjoni għall-finijiet ta' dan it-Titolu.

2.   Kull Stat għandu jikkonforma, skont il-kundizzjonijiet previsti f'dan it-Titolu, ma' talbiet minn Stat ieħor:

(a)

għall-konfiska ta' elementi speċifiċi ta' proprjetà, kif ukoll għall-konfiska tar-rikavat li tikkonsisti f'rekwiżit li titħallas somma flus li tikkorrispondi għall-valur tar-rikavat;

(b)

għal assistenza investigattiva u miżuri proviżorji bil-ħsieb ta' kwalunkwe forma ta' konfiska msemmija fil-punt (a).

3.   Assistenza investigattiva u miżuri proviżorji mfittxija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom jitwettqu kif permess mil-liġi domestika tal-Istat rikjest u f'konformità magħha. Jekk it-talba li tikkonċerna waħda minn dawn il-miżuri tispeċifika formalitajiet jew proċeduri li huma meħtieġa skont il-liġi domestika tal-Istat rikjedenti, anki jekk ma jkunux familjari għall-Istat rikjest, dan tal-aħħar għandu jikkonforma ma' dawk it-talbiet sal-punt li l-azzjoni mfittxija ma tmurx kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi domestika tiegħu.

4.   L-Istat rikjest għandu jiżgura li t-talbiet li jkunu ġejjin minn Stat ieħor sabiex jiġu identifikati, ittraċċati, iffriżati jew issekwestrati r-rikavat u l-istrumenti, jirċievu l-istess prijorità bħal dawk magħmula fil-qafas tal-proċeduri domestiċi.

5.   Meta jitlob il-konfiska, għajnuna fl-investigazzjoni u miżuri proviżorji għall-finijiet ta' konfiska, l-Istat rikjedenti għandu jiżgura li l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità jiġu rrispettati.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu japplikaw minflok il-Kapitoli tal-"kooperazzjoni internazzjonali" tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil tal-Flus, it-Tiftix, il-Qbid u l-Konfiska tar-Rikavati mill-Kriminalità u dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu, magħmula f'Varsavja fis-16 ta' Mejju 2005 (il-"Konvenzjoni tal-2005") u l-Konvenzjoni dwar il-Ħasil, it-Tiftix, is-Sekwestru u l-Konfiska tar-Rikavati mill-Kriminalità, magħmula fi Strasburgu fit-8 ta' Novembru 1990 (il-"Konvenzjoni tal-1990"). L-Artikolu 657 ta' dan il-Ftehim jissostitwixxi d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-2005 u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-1990. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma jaffettwawx l-obbligi tal-Istati skont id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Konvenzjoni tal-2005 u tal-Konvenzjoni tal-1990.

Artikolu 657

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"konfiska" tfisser penali jew miżura, ordnata minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali jew reati kriminali, li jirriżultaw fil-privazzjoni finali ta' proprjetà;

(b)

"iffriżar" jew "sekwestru" tfisser il-projbizzjoni temporanja tat-trasferiment, il-qerda, il-konverżjoni, it-trasferiment jew il-moviment ta' proprjetà jew it-teħid temporanju ta' kustodja jew kontroll ta' proprjetà fuq il-bażi ta' ordni maħruġa minn qorti jew awtorità kompetenti oħra;

(c)

"mezzi strumentali" tfisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tintuża, bi kwalunkwe mod, kompletament jew parzjalment, biex jitwettaq reat kriminali jew biex jitwettqu reati kriminali;

(d)

"awtorità ġudizzjarja" tfisser awtorità li, skont id-dritt domestiku, tkun imħallef, qorti jew prosekutur pubbliku; prosekutur pubbliku jitqies bħala awtorità ġudizzjarja biss sa fejn id-dritt domestiku jistabbilixxi hekk;

(e)

"rikavat" tfisser kwalunkwe benefiċċju ekonomiku, derivat minn jew miksub, direttament jew indirettament, minn reati kriminali, jew ammont ta' flus ekwivalenti għal dak il-benefiċċju ekonomiku; tista' tikkonsisti minn kwalunkwe proprjetà kif definita f'dan l-Artikolu;

(f)

"proprjetà" tinkludi proprjetà ta' kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli, u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din, li l-Istat rikjedenti jikkunsidra li tkun:

(i)

ir-rikavat minn reat kriminali, jew l-ekwivalenti tiegħu, sew l-ammont sħiħ tal-valur ta' tali rikavat jew parti biss minn tali rikavat;

(ii)

il-mezzi strumentali ta' reat kriminali, jew il-valur tali mezzi strumentali;

(iii)

soġġett għall-konfiska skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra relatata mas-setgħat ta' konfiska skont il-liġi tal-Istat rikjedenti, wara proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali, inklużi l-konfiska ta' terza persuna, il-konfiska u l-konfiska estiża mingħajr kundanna finali.

Artikolu 658

Obbligu ta' assistenza

L-Istati għandhom jagħtu lil xulxin, b'talba, l-aktar miżura wiesgħa possibbli ta' assistenza fl-identifikazzjoni u fit-traċċar tal-istrumenti, tar-rikavat u ta' proprjetà oħra li tista' tiġi konfiskata. Tali assistenza għandha tinkludi kull miżura li tipprovdi u tiżgura evidenza dwar l-eżistenza, il-post jew il-moviment, in-natura, l-istatus legali jew il-valur ta' dawk il-mezzi strumentali, rikavati jew proprjetà oħra.

Artikolu 659

Talbiet għal informazzjoni dwar kontijiet bankarji u kaxex ta' depożitu sikur

1.   L-Istat rikjest għandu, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiddetermina, bi tweġiba għal talba mibgħuta minn Stat ieħor, jekk persuna fiżika jew ġuridika li hija s-suġġett ta' investigazzjoni kriminali għandhiex jew tikkontrollax kont wieħed jew aktar, ta' kwalunkwe natura, fi kwalunkwe bank li jinsab fit-territorju tiegħu u, jekk iva, jipprovdi d-dettalji tal-kontijiet identifikati. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu b'mod partikolari l-isem tad-detentur tal-kont tal-klijent u n-numru IBAN, u fil-każ ta' kaxex ta' depożitu sikur l-isem tal-lokatarju jew numru ta' identifikazzjoni uniku.

2.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 japplika biss sa fejn l-informazzjoni tkun fil-pussess tal-bank li jkun qiegħed iżomm il-kont.

3.   Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 680, l-Istat rikjedenti għandu, fit-talba:

(a)

jindika għaliex jikkunsidra li l-informazzjoni mitluba x'aktarx li hija ta' valur sostanzjali għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali dwar ir-reat;

(b)

jiddikjara għal liema raġunijiet jippreżumi li l-banek fl-Istat rikjest iżommu l-kont u jispeċifika, sa fejn ikun l-aktar possibbli, liema banek u kontijiet jistgħu jkunu involuti; u

(c)

jinkludi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun disponibbli li tista' tiffaċilita l-eżekuzzjoni tat-talba.

4.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li dan l-Artikolu ser jiġi estiż għal kontijiet miżmuma f'istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji. Tali notifiki jistgħu jsiru soġġetti għall-prinċipju ta' reċiproċità.

Artikolu 660

Talbiet għal informazzjoni dwar tranżazzjonijiet bankarji

1.   B'talba minn Stat ieħor, l-Istat rikjest għandu jipprovdi d-dettalji tal-kontijiet bankarji speċifikati u tal-operazzjonijiet bankarji li jkunu twettqu matul perjodu speċifikat permezz ta' kont wieħed jew aktar speċifikat fit-talba, inklużi d-dettalji ta' kwalunkwe kont li jibgħat jew jirċievi.

2.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 japplika biss sa fejn l-informazzjoni tkun fil-pussess tal-bank li jkun qiegħed iżomm il-kont.

3.   Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 680, fit-talba tiegħu l-Istat rikjedenti għandu jindika fit-talba tiegħu għaliex iqis l-informazzjoni mitluba rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali dwar ir-reat.

4.   L-Istat rikjest jista' jagħmel l-eżekuzzjoni ta' din it-talba dipendenti fuq l-istess kundizzjonijiet li japplika fir-rigward ta' talbiet għal tiftix u sekwestru.

5.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li dan l-Artikolu ser jiġi estiż għal kontijiet miżmuma f'istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji. Tali notifiki jistgħu jsiru soġġetti għall-prinċipju ta' reċiproċità.

Artikolu 661

Talbiet għall-monitoraġġ ta' tranżazzjonijiet bankarji

1.   L-Istat rikjest għandu jiżgura li, b'talba ta' Stat ieħor, ikun jista' jimmonitorja, matul perjodu speċifikat, l-operazzjonijiet bankarji li jkunu qed jitwettqu permezz ta' kont wieħed jew aktar speċifikati fit-talba u jikkomunika r-riżultati tal-monitoraġġ lill-Istat rikjedenti.

2.   Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 680, fit-talba tiegħu l-Istat rikjedenti għandu jindika fit-talba tiegħu għaliex iqis l-informazzjoni mitluba rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali dwar ir-reat.

3.   Id-deċiżjoni ta' monitoraġġ għandha tittieħed f'kull każ individwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjest, skont il-liġi domestika tiegħu.

4.   Id-dettalji prattiċi rigward il-monitoraġġ għandhom ikunu miftehma bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati rikjedenti u ta' dak rikjest.

5.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li dan l-Artikolu ser jiġi estiż għal kontijiet miżmuma f'istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji. Tali notifiki jistgħu jsiru soġġetti għall-prinċipju ta' reċiproċità.

Artikolu 662

Informazzjoni spontanja

Mingħajr preġudizzju għall-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti tiegħu stess, Stat jista' mingħajr talba minn qabel jgħaddi lil Stat ieħor informazzjoni dwar il-mezzi strumentali, ir-rikavat u proprjetà oħra li tista' tiġi kkonfiskata, fejn iqis li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni tista' tgħin lill-Istat riċeventi biex jibda jew iwettaq investigazzjonijiet jew proċedimenti jew jista' jwassal għal talba minn dak l-Istat skont dan it-Titolu.

Artikolu 663

Obbligu li jittieħdu miżuri proviżorji

1.   B'talba ta' Stat ieħor li jkun fetaħ investigazzjoni jew proċedimenti kriminali, jew investigazzjoni jew proċedimenti għall-fini ta' konfiska, l-Istat rikjest għandu jieħu l-miżuri proviżorji meħtieġa, bħall-iffriżar jew is-sekwestru, biex jipprevjeni kwalunkwe negozjar fi, trasferiment jew disponiment ta' proprjetà li, fi stadju aktar tard, tista' tkun is-suġġett ta' talba għal konfiska jew li tista' tissodisfa t-talba.

2.   Stat li jkun irċieva talba għal konfiska skont l-Artikolu 665 għandu, jekk ikun mitlub, jieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' kwalunkwe proprjetà li tkun is-suġġett tat-talba jew li tista' tissodisfa t-talba.

3.   Meta tasal talba skont dan l-Artikolu, l-Istat rikjest għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonforma mat-talba mingħajr dewmien u bl-istess veloċità u prijorità bħal fil-każ ta' każ domestiku simili u jibgħat konferma mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz ta' preżentazzjoni ta' rekord bil-miktub lill-Istat rikjedenti.

4.   Jekk l-Istat rikjedenti jiddikjara li l-iffriżar immedjat huwa meħtieġ billi hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jemmen li l-proprjetà inkwistjoni ser titneħħa jew tinqered immedjatament, l-Istat rikjest għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonforma mat-talba fi żmien 96 siegħa minn meta jirċievi t-talba u jibgħat konferma lill-Istat rikjedenti bi kwalunkwe mezz ta' preżentazzjoni ta' rekord bil-miktub u mingħajr dewmien.

5.   Jekk l-Istat rikjest ma jkunx jista' jikkonforma mal-limitu ta' żmien skont il-paragrafu 4, l-Istat rikjest għandu jinforma immedjatament lill-Istat rikjedenti, u jikkonsulta mal-Istat rikjedenti dwar il-passi xierqa li jmiss.

6.   Kull skadenza tal-limiti ta' żmien skont il-paragrafu 4 ma trendix nulli r-rekwiżiti mqiegħda fuq l-Istat rikjest minn dan l-Artikolu.

Artikolu 664

Eżekuzzjoni tal-miżuri proviżorji

1.   Wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri proviżorji mitluba f'konformità mal-Artikolu 663(1), l-Istat rikjedenti għandu jipprovdi spontanjament u malajr kemm jista' jkun lill-Istat rikjest l-informazzjoni kollha li tista' tixħet dubju fuq il-firxa ta' dawk il-miżuri jew timmodifikaha. L-Istat rikjedenti għandu jipprovdi wkoll mingħajr dewmien l-informazzjoni komplementari kollha meħtieġa mill-Istat rikjest u li hija meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri proviżorji u għas-segwitu tagħhom.

2.   Qabel ma titneħħa kwalunkwe miżura proviżorja meħuda skont l-Artikolu 663, l-Istat rikjest għandu, jekk possibbli, jagħti lill-Istat rikjedenti l-opportunità li jippreżenta r-raġunijiet tiegħu favur it-tkomplija tal-miżura.

Artikolu 665

Obbligu ta' konfiska

1.   L-Istat li jkun irċieva talba għall-konfiska ta' proprjetà li tkun tinsab fit-territorju tiegħu għandu:

(a)

jeżegwixxi ordni ta' konfiska magħmula minn qorti ta' Stat rikjedenti fir-rigward ta' tali proprjetà; jew

(b)

jippreżenta t-talba lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-fini li jikseb ordni ta' konfiska u, jekk tingħata tali ordni, jinfurzaha.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati għandhom, kull meta jkun meħtieġ, ikollhom il-kompetenza li jibdew proċedimenti ta' konfiska skont il-liġi domestika tagħhom stess.

3.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-konfiska li tikkonsisti f'rekwiżit li titħallas somma ta' flus li tikkorrispondi għall-valur tar-rikavat, jekk il-proprjetà li għaliha tista' tiġi eżegwita l-konfiska tkun tinsab fl-Istat rikjest. F'dawn il-każijiet, jekk tiġi infurzata l-konfiska skont il-paragrafu 1, l-Istat rikjest għandu, jekk ma jinkisibx il-pagament, jissodisfa t-talba dwar kwalunkwe proprjetà disponibbli għal dak il-għan.

4.   Jekk talba għall-konfiska tikkonċerna oġġett speċifiku ta' proprjetà, l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest jistgħu jaqblu li l-Istat rikjest jista' jinforza l-konfiska fil-forma ta' rekwiżit li titħallas somma ta' flus li tikkorrispondi għall-valur tal-proprjetà.

5.   Stat għandu jikkoopera kemm jista' jkun skont il-liġi domestika tiegħu ma' Stat li jitlob l-eżekuzzjoni ta' miżuri ekwivalenti għal konfiska ta' proprjetà, jekk it-talba ma tkunx inħarġet fil-qafas ta' proċedimenti f'materji kriminali, sa fejn tali miżuri jkunu ordnati minn awtorità ġudizzjarja tal-Istat rikjedenti fir-rigward ta' reat kriminali, dment li jkun ġie stabbilit li l-proprjetà tikkostitwixxi rikavat jew:

(a)

proprjetà oħra li fiha r-rikavat ikun ġie ttrasformat jew ikkonvertit;

(b)

proprjetà akkwistata minn sorsi leġittimi, jekk ir-rikavat ikun ġie mħallat, kompletament jew parzjalment, ma' dik il-proprjetà, sal-valur ivvalutat tar-rikavat imħallat; jew

(c)

introjtu jew benefiċċju ieħor derivat mir-rikavat, minn proprjetà li fiha r-rikavat minn reat ikun ġie ttrasformat jew ikkonvertit jew minn proprjetà li magħha ikun ġie mħallat ir-rikavat ta' reat, sal-valur ivvalutat tar-rikavat imħallat, bl-istess mod u sal-istess livell bħar-rikavat.

6.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 5 jinkludu miżuri li jippermettu l-qbid, id-detenzjoni u s-sekwestru ta' proprjetà u assi permezz ta' rikorsi lill-qrati ċivili.

7.   L-Istat rikjest għandu jieħu d-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska mingħajr dewmien, u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi t-talba. L-Istat rikjest għandu jibgħat konferma lill-Istat rikjedenti permezz ta' kwalunkwe mezz ta' produzzjoni ta' rekord bil-miktub u mingħajr dewmien. Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal posponiment skont l-Artikolu 672, l-Istat rikjest għandu jieħu l-miżuri konkreti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska mingħajr dewmien u, tal-anqas, bl-istess ħeffa u prijorità bħal fil-każ ta' każ domestiku simili.

8.   Jekk l-Istat rikjest ma jkunx jista' jikkonforma mal-limitu ta' żmien skont il-paragrafu 7, l-Istat rikjest għandu jinforma immedjatament lill-Istat rikjedenti, u jikkonsulta lill-Istat rikjedenti dwar il-passi xierqa li jmiss.

9.   Kull skadenza tal-limitu ta' żmien skont il-paragrafu 7 ma trendix nulli r-rekwiżiti mqiegħda fuq l-Istat rikjest minn dan l-Artikolu.

Artikolu 666

Eżekuzzjoni ta' konfiska

1.   Il-proċeduri għall-kisba u l-infurzar tal-konfiska skont l-Artikolu 665 għandhom ikunu rregolati mil-liġi domestika tal-Istat rikjest.

2.   L-Istat rikjest għandu jkun marbut bis-sejbiet dwar il-fatti sa fejn dawn jiġu ddikjarati f'kundanna jew f'deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn qorti tal-Istat rikjedenti jew sa fejn dik il-kundanna jew deċiżjoni ġudizzjarja tkun ibbażata b'mod impliċitu fuqhom.

3.   Jekk il-konfiska tikkonsisti fir-rekwiżit li titħallas somma ta' flus, l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest għandha tikkonverti l-ammont ta' din fil-munita ta' dak l-Istat bir-rata tad-deċiżjoni tal-kambju applikabbli fiż-żmien meta tittieħed id-deċiżjoni li tiġi infurzata l-konfiska.

Artikolu 667

Proprjetà konfiskata

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-proprjetà kkonfiskata skont l-Artikoli 665 u 666 għandha tiġi rilaxxata mill-Istat rikjest skont il-liġi domestika u l-proċeduri amministrattivi tiegħu.

2.   Jekk jaġixxi fuq it-talba magħmula minn Stat ieħor skont l-Artikolu 665, l-Istat rikjest għandu, sa fejn ikun permess mil-liġi domestika tiegħu u jekk jintalab jagħmel dan, jagħti konsiderazzjoni prijoritarja għar-ritorn tal-proprjetà kkonfiskata lill-Istat rikjedenti sabiex ikun jista' jagħti kumpens lill-vittmi tar-reat jew jirritorna tali proprjetà lis-sidien leġittimi tagħhom.

3.   Jekk jaġixxi fuq it-talba magħmula minn Stat ieħor skont l-Artikolu 665, u wara li jkun ħa kont tad-dritt ta' vittma għar-restituzzjoni jew kumpens ta' proprjetà skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istat rikjest għandu jiddisponi mill-flus miksuba bħala riżultat tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska kif ġej:

(a)

jekk l-ammont ikun EUR 10 000 jew anqas, l-ammont għandu jmur għand l-Istat rikjest; jew

(b)

jekk l-ammont ikun akbar minn EUR 10 000, l-Istat rikjest għandu jittrasferixxi 50 % tal-ammont irkuprat lill-Istat rikjedenti.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ, jagħtu kunsiderazzjoni speċjali lill-konklużjoni ta' tali ftehimiet jew arranġamenti oħra dwar id-disponiment ta' proprjetà kif iqisu xieraq.

Artikolu 668

Dritt ta' infurzar u ammont massimu ta' konfiska

1.   Talba għal konfiska magħmula skont l-Artikolu 665 ma taffettwax id-dritt tal-Istat rikjedenti li jinforza l-ordni ta' konfiska huwa stess.

2.   Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jiġi interpretat li jippermetti li l-valur totali tal-konfiska jaqbeż l-ammont tas-somma ta' flus speċifikata fl-ordni ta' konfiska. Jekk Stat isib li dan jista' jseħħ, l-Istati kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet sabiex jevitaw dan l-effett.

Artikolu 669

Priġunerija f'każ ta' inadempjenza

L-Istat rikjest ma għandux jimponi priġunerija f'każ ta' inadempjenza jew kwalunkwe miżura oħra li tirrestrinġi l-libertà ta' persuna bħala riżultat ta' talba skont l-Artikolu 665 mingħajr il-kunsens tal-Istat rikjedenti.

Artikolu 670

Raġunijiet għar-rifjut

1.   Il-kooperazzjoni skont dan it-Titolu tista' tiġi rrifjutata jekk:

(a)

l-Istat rikjest jikkunsidra li l-eżekuzzjoni tat-talba tmur kontra l-prinċipju ta' ne bis in idem; jew

(b)

ir-reat li għalih tirreferi t-talba ma jkunx jikkostitwixxi reat skont il-liġi domestika tal-Istat rikjest jekk jitwettaq fil-ġuriżdizzjoni tiegħu; madankollu, din ir-raġuni għal rifjut tapplika għall-kooperazzjoni skont l-Artikoli 658 sa 662 biss sa fejn l-assistenza mitluba tinvolvi azzjoni kostretta.

2.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li, fuq il-bażi tar-reċiproċità, il-kundizzjoni tal-kriminalità doppja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tiġix applikata dment li r-reat li jwassal għat-talba jkun:

(a)

wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 599(5), kif definit mil-liġi tal-Istat rikjedenti; u

(b)

punibbli fl-Istat rikjedenti b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin.

3.   Kooperazzjoni skont l-Artikoli 658 sa 662, sa fejn l-assistenza mitluba tinvolvi azzjoni kostretta, u skont l-Artikoli 663 u 664 tista' tiġi rrifjutata wkoll jekk il-miżuri mfittxija ma setgħux jittieħdu skont il-liġi domestika tal-Istat rikjest għall-finijiet ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti f'każ domestiku simili.

4.   Jekk il-liġi domestika tal-Istat rikjest hekk teħtieġ, il-kooperazzjoni skont l-Artikoli 658 sa 662, sa fejn l-assistenza mitluba tinvolvi azzjoni kostretta, u skont l-Artikoli 663 u 664 tista' tiġi rrifjutata wkoll jekk il-miżuri mfittxija jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effetti simili ma tkunx permessa skont il-liġi domestika tal-Istat rikjedenti, jew fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjedenti, jekk it-talba ma tkunx awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja li taġixxi fir-rigward ta' reati kriminali.

5.   Kooperazzjoni skont l-Artikoli 665 sa 669 tista' wkoll tiġi rifjutata jekk:

(a)

skont il-liġi domestika tal-Istat rikjest, il-konfiska ma tkunx prevista fir-rigward tat-tip ta' reat li miegħu hija relatata t-talba;

(b)

mingħajr preġudizzju għall-obbligu skont l-Artikolu 665(3), tkun kuntrarja għall-prinċipji tal-liġi domestika tal-Istat rikjest dwar il-limiti ta' konfiska fir-rigward tar-relazzjoni bejn reat u:

(i)

vantaġġ ekonomiku li jista' jiġi kkwalifikat bħala r-rikavat tiegħu; jew

(ii)

proprjetà li tista' tiġi kkwalifikata bħala l-istrumenti tiegħu;

(c)

skont il-liġi domestika tal-Istat rikjest, il-konfiska ma tistax tibqa' tiġi imposta jew infurzata minħabba l-iskadenza taż-żmien;

(d)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 665(5) u (6), it-talba ma tirrigwardax kundanna preċedenti, jew deċiżjoni ta' natura ġudizzjarja jew dikjarazzjoni f'tali deċiżjoni li reat jew diversi reati twettqu, li fuq il-bażi tagħhom il-konfiska ġiet ordnata jew mitluba;

(e)

il-konfiska jew ma tkunx infurzabbli fl-Istat rikjedenti, jew tkun għadha soġġetta għal mezzi ordinarji ta' appell; jew

(f)

it-talba tkun relatata ma' ordni ta' konfiska li tirriżulta minn deċiżjoni mogħtija in absentia tal-persuna li kontriha tkun inħarġet l-ordni u, fl-opinjoni tal-Istat rikjest, il-proċedimenti mwettqa mill-Istat rikjedenti li wasslu għal tali deċiżjoni ma jkunux issodisfaw id-drittijiet minimi ta' difiża rikonoxxuti bħala dovuti lil kull persuna li kontriha ssir akkuża kriminali.

6.   Għall-fini tal-punt (f) tal-paragrafu 5, deċiżjoni ma titqiesx li ngħatat in absentia jekk:

(a)

tkun ġiet ikkonfermata jew iddikjarata wara oppożizzjoni mill-persuna konċernata; jew

(b)

tkun saret fl-appell, sakemm l-appell ikun ġie ppreżentat mill-persuna konċernata.

7.   Meta jikkunsidra, għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 5 jekk id-drittijiet minimi ta' difiża jkunux ġew ssodisfati, l-Istat rikjest għandu jieħu kont li l-persuna kkonċernata tkun deliberatament fittxet li tevadi l-ġustizzja jew il-fatt li dik il-persuna, wara li kellha l-possibbiltà li tippreżenta rimedju legali kontra d-deċiżjoni meħuda in absentia, tkun għażlet li ma tagħmilx dan. L-istess japplika meta l-persuna kkonċernata, wara li tkun ġiet debitament innotifikata biċ-ċitazzjoni biex tidher, tkun iddeċidiet li ma tagħmilx dan jew li titlob għal aġġornament.

8.   L-Istati ma għandhomx jinvokaw is-segretezza bankarja bħala raġuni biex jirrifjutaw xi kooperazzjoni skont dan it-Titolu. Jekk il-liġi domestika tiegħu titlob hekk, Stat rikjest jista' jeħtieġ li talba għal kooperazzjoni li tkun tinvolvi t-tneħħija tas-segretezza bankarja tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja li qed taġixxi fir-rigward ta' reati kriminali.

9.   L-Istat rikjest ma għandux jinvoka l-fatt li:

(a)

il-persuna taħt investigazzjoni jew soġġetta għal ordni ta' konfiska mill-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti tkun persuna ġuridika bħala ostaklu biex tingħata kwalunkwe kooperazzjoni skont dan it-Titolu;

(b)

il-persuna fiżika li kontriha tkun inħarġet ordni ta' konfiska tar-rikavat tkun mietet jew persuna ġuridika li kontriha tkun inħarġet ordni ta' konfiska tar-rikavat sussegwentement tkun ġiet xolta bħala ostaklu għall-għoti ta' assistenza skont il-punt (a) tal-Artikolu 665(1); jew

(c)

il-persuna li tkun qed tiġi investigata jew soġġetta għal ordni ta' konfiska mill-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti tissemma fit-talba kemm bħala l-awtur tar-reat kriminali sottostanti kif ukoll tar-reat tal-ħasil tal-flus bħala ostaklu biex tiġi offruta kwalunkwe kooperazzjoni skont dan it-Titolu.

Artikolu 671

Konsultazzjoni u informazzjoni

Jekk ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska tkun tinvolvi riskju reali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-Istat rikjest għandu, qabel ma jiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska, jikkonsulta lill-Istat rikjedenti u jista' jirrikjedi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tiġi provduta.

Artikolu 672

Posponiment

L-Istat rikjest jista' jipposponi azzjoni b'talba jekk tali azzjoni tippreġudika investigazzjonijiet jew proċedimenti mill-awtoritajiet tiegħu.

Artikolu 673

L-għoti parzjali jew kundizzjonali ta' talba

Qabel ma jirrifjuta jew jipposponi l-kooperazzjoni skont dan it-Titolu, l-Istat rikjest għandu, jekk xieraq wara li jkun ikkonsulta lill-Istat rikjedenti, iqis jekk it-talba tistax tingħata parzjalment jew tkun soġġetta għal tali kundizzjonijiet li huwa jqis meħtieġa.

Artikolu 674

Notifika tad-dokumenti

1.   L-Istati għandhom jagħtu lil xulxin l-aktar miżura wiesgħa ta' assistenza reċiproka fl-għoti ta' dokumenti ġudizzjarji lil persuni affettwati minn miżuri proviżorji u konfiska.

2.   Xejn f'dan l-Artikolu ma huwa maħsub biex jinterferixxi ma':

(a)

il-possibbiltà li jintbagħtu dokumenti ġudizzjarji, permezz ta' mezzi postali, direttament lil persuni barra mill-pajjiż; u

(b)

il-possibbiltà li uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat ta' oriġini jwettqu n-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji direttament permezz tal-awtoritajiet konsulari ta' dak l-Istat jew permezz tal-awtoritajiet ġudizzjarji, inklużi uffiċjali ġudizzjarji u uffiċjali, jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istat ta' destinazzjoni.

3.   Meta jinnotifika dokumenti ġudizzjarji lil persuni barra mill-pajjiż affettwati minn miżuri proviżorji jew ordnijiet ta' konfiska maħruġa fl-Istat akkreditanti, dak l-Istat għandu jindika liema rimedji legali huma disponibbli skont il-liġi domestika tiegħu għal tali persuni.

Artikolu 675

Rikonoxximent ta' deċiżjonijiet barranin

1.   Meta tiġi ttrattata talba għal kooperazzjoni skont l-Artikoli 663 sa 669, l-Istat rikjest għandu jirrikonoxxi kwalunkwe deċiżjoni maħruġa minn awtorità ġudizzjarja meħuda fl-Istat rikjedenti fir-rigward tad-drittijiet mitluba minn terzi persuni.

2.   Ir-rikonoxximent jista' jiġi rrifjutat jekk:

(a)

terzi persuni ma kellhomx opportunità adegwata biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom;

(b)

id-deċiżjoni hija inkompatibbli ma' deċiżjoni li diġà ttieħdet fl-Istat rikjest dwar l-istess kwistjoni;

(c)

hija inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Istat rikjest; jew

(d)

id-deċiżjoni ttieħdet b'mod kuntrarju għad-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni esklużiva previsti mil-liġi domestika tal-Istat rikjest.

Artikolu 676

Awtoritajiet

1.   Kull Stat għandu jinnomina awtorità ċentrali biex tkun responsabbli biex tibgħat u twieġeb talbiet magħmula taħt dan it-Titolu, l-eżekuzzjoni ta' tali talbiet jew it-trażmissjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni tagħhom.

2.   L-Unjoni tista' taħtar korp tal-Unjoni li jista’, minbarra l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jagħmel u, jekk ikun xieraq, iwettaq talbiet skont dan it-Titolu. Kull talba bħal din għandha tiġi ttrattata għall-finijiet ta' dan it-Titolu bħala talba minn Stat Membru. L-Unjoni tista' wkoll taħtar dan il-korp tal-Unjoni bħala l-awtorità ċentrali responsabbli għall-finijiet biex tibgħat u twieġeb talbiet magħmula skont dan it-Titolu minn, jew lil, dan il-korp.

Artikolu 677

Komunikazzjoni diretta

1.   L-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkomunikaw direttament ma' xulxin.

2.   F'każijiet urġenti, talbiet jew komunikazzjonijiet skont dan it-Titolu jistgħu jintbagħtu direttament mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat rikjedenti lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat rikjest. F'każijiet bħal dawn, għandha tintbagħat kopja fl-istess ħin lill-awtorità ċentrali tal-Istat rikjest permezz tal-awtorità ċentrali tal-Istat rikjedenti.

3.   Jekk issir talba skont il-paragrafu 2 u l-awtorità ma tkunx kompetenti biex tittratta t-talba, hija għandha tirreferi t-talba lill-awtorità nazzjonali kompetenti u tinforma direttament lill-Istat rikjedenti li għamlet dan.

4.   Talbiet jew komunikazzjonijiet skont l-Artikoli 658 sa 662, li ma jinvolvux azzjoni koerċittiva, jistgħu jiġu trażmessi direttament mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjedenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjest.

5.   Abbozzi ta' talbiet jew komunikazzjonijiet skont dan it-Titolu jistgħu jintbagħtu direttament mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat rikjedenti lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat rikjest qabel talba formali biex jiġi żgurat li t-talba formali tkun tista' tiġi ttrattata b'mod effiċjenti malli tasal u li jkun fiha biżżejjed informazzjoni u dokumentazzjoni ta' sostenn biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi tal-Istat rikjest.

Artikolu 678

Forma tat-talba u lingwi

1.   It-talbiet kollha skont dan it-Titolu għandhom isiru bil-miktub. Dawn jistgħu jiġu trażmessi elettronikament, jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta' telekomunikazzjoni, dment li l-Istat rikjedenti jkun lest, f'talba, li jipproduċi rekord bil-miktub ta' tali komunikazzjoni u l-oriġinal fi kwalunkwe ħin.

2.   Talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom isiru f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat rikjest jew fi kwalunkwe lingwa oħra notifikata mill-Istat rikjest, jew fir-rigward tiegħu, skont il-paragrafu 3.

3.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja bil-lingwa jew lingwi li, minbarra l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat, jistgħu jintużaw biex isiru talbiet skont dan it-Titolu.

4.   Talbiet skont l-Artikolu 663 għal miżuri proviżorji għandhom isiru bl-użu tal-formola preskritta fl-Anness 46.

5.   Talbiet skont l-Artikolu 665 għal konfiska għandhom isiru bl-użu tal-formola preskritta fl-Anness 46.

6.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jista' jemenda l-formoli msemmija fil-paragrafi 4 u 5 skont kif ikun meħtieġ.

7.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni, li taġixxi f'isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li jeħtieġu t-traduzzjoni ta' kwalunkwe dokument ta' sostenn f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat rikjest jew fi kwalunkwe lingwa oħra indikata f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Fil-każ ta' talbiet skont l-Artikolu 663(4), tali traduzzjoni tad-dokumenti ta' sostenn tista' tiġi pprovduta lill-Istat rikjest fi żmien 48 siegħa wara t-trażmissjoni tat-talba, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 663(4).

Artikolu 679

Legalizzazzjoni

Id-dokumenti trażmessi fl-applikazzjoni ta' dan it-Titolu huma eżentati mill-formalitajiet kollha tal-legalizzazzjoni.

Artikolu 680

Kontenut tat-talba

1.   Kull talba għal kooperazzjoni skont dan it-Titolu għandha tispeċifika:

(a)

l-awtorità li tagħmel it-talba u l-awtorità li twettaq l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti;

(b)

l-għan u r-raġuni għat-talba;

(c)

il-kwistjonijiet, inklużi l-fatti rilevanti (bħad-data, il-post u ċ-ċirkostanzi tar-reat) li magħhom huma relatati l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti, ħlief fil-każ ta' talba għal notifika;

(d)

sakemm il-kooperazzjoni tinvolvi azzjoni koerċittiva:

(i)

it-test tad-dispożizzjonijiet statutorji jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dikjarazzjoni tal-liġi applikabbli rilevanti; u

(ii)

indikazzjoni li l-miżura mfittxija jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effetti simili tista' tittieħed fit-territorju tal-Istat rikjedenti skont il-liġi domestika tiegħu stess;

(e)

jekk ikun meħtieġ u sa fejn ikun possibbli:

(i)

dettalji tal-persuna jew tal-persuni konċernati, inklużi l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-post, u, fil-każ ta' persuna ġuridika, is-sede tagħha; u

(ii)

l-proprjetà li fir-rigward tagħha tintalab il-kooperazzjoni, il-post fejn tinsab, il-konnessjoni tagħha mal-persuna jew mal-persuni konċernati, kwalunkwe konnessjoni mar-reat, kif ukoll kull informazzjoni disponibbli dwar persuni, interessi fil-proprjetà; u

(f)

kwalunkwe proċedura partikolari li l-Istat rikjedenti jixtieq li tiġi segwita.

2.   Talba għal miżuri proviżorji skont l-Artikolu 663 fir-rigward tas-sekwestru ta' proprjetà li fuqha tista' titwettaq ordni ta' konfiska li tikkonsisti fir-rekwiżit li titħallas somma ta' flus għandha tindika wkoll ammont massimu li għalih jintalab l-irkupru f'dik il-proprjetà.

3.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kull talba skont l-Artikolu 665 għandu jkun fiha:

(a)

fil-każ tal-punt (a) tal-Artikolu 665(1):

(i)

kopja ċċertifikata vera tal-ordni ta' konfiska magħmula mill-qorti fl-Istat rikjedenti u dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom tkun saret l-ordni, jekk ma jkunux indikati fl-ordni nnifisha;

(ii)

attestazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti li l-ordni ta' konfiska hija infurzabbli u mhijiex soġġetta għal mezzi ordinarji ta' appell;

(iii)

informazzjoni dwar sa fejn jintalab l-infurzar tal-ordni; u

(iv)

informazzjoni dwar il-ħtieġa li tittieħed kwalunkwe miżura proviżorja;

(b)

fil-każ tal-punt (b) tal-Artikolu 665(1), dikjarazzjoni tal-fatti invokati mill-Istat rikjedenti li hija suffiċjenti sabiex tippermetti lill-Istat rikjest jitlob l-ordni skont il-liġi domestika tiegħu;

(c)

fejn terzi persuni kellhom l-opportunità li jitolbu drittijiet, dokumenti li juru li dan kien il-każ.

Artikolu 681

Talbiet difettużi

1.   Jekk talba ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu jew l-informazzjoni pprovduta ma tkunx biżżejjed sabiex tippermetti lill-Istat rikjest jittratta t-talba, dak l-Istat jista' jitlob lill-Istat rikjedenti jemenda t-talba jew jimliha b'informazzjoni addizzjonali.

2.   L-Istat rikjest jista' jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-wasla ta' tali emendi jew informazzjoni.

3.   Sakemm jaslu l-emendi jew l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 665, l-Istat rikjest jista' jieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 658 sa 664.

Artikolu 682

Il-pluralità tat-talbiet

1.   Jekk l-Istat rikjest jirċievi aktar minn talba waħda skont l-Artikolu 663 jew l-Artikolu 665 fir-rigward tal-istess persuna jew proprjetà, il-pluralità tat-talbiet ma għandhiex tipprevjeni lil dak l-Istat milli jittratta t-talbiet li jinvolvu t-teħid ta' miżuri proviżorji.

2.   Fil-każ ta' pluralità ta' talbiet skont l-Artikolu 665, l-Istat rikjest għandu jikkunsidra li jikkonsulta lill-Istati rikjedenti.

Artikolu 683

Obbligu li jingħataw raġunijiet

L-Istat rikjest għandu jagħti raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjuta, jipposponi jew jagħmel kundizzjonali kwalunkwe kooperazzjoni skont dan it-Titolu.

Artikolu 684

Informazzjoni

1.   L-Istat rikjest għandu jinforma minnufih lill-Istat rikjedenti dwar:

(a)

l-azzjoni mibdija fuq il-bażi ta' talba skont dan it-Titolu;

(b)

ir-riżultat finali tal-azzjoni mwettqa fuq il-bażi tat-talba skont dan it-Titolu;

(c)

deċiżjoni li tiġi rrifjutata, posposta jew kundizzjonali, kompletament jew parzjalment, kwalunkwe kooperazzjoni skont dan it-Titolu;

(d)

kwalunkwe ċirkostanza li tagħmel impossibbli t-twettiq tal-azzjoni mfittxija jew li x'aktarx tittardjaha b'mod sinifikanti; u

(e)

fil-każ ta' miżuri proviżorji meħuda skont talba skont l-Artikoli 658 sal-Artikolu 663, tali dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tagħha li awtomatikament iwasslu għat-tneħħija tal-miżura proviżorja.

2.   L-Istat rikjedenti għandu jinforma minnufih lill-Istat rikjest dwar:

(a)

kwalunkwe rieżami, deċiżjoni jew kull fatt ieħor li minħabba fih l-ordni ta' konfiska ma tibqax kompletament jew parzjalment infurzabbli; u

(b)

kwalunkwe żvilupp, fattwali jew legali, li minħabba fih kwalunkwe azzjoni skont dan it-Titolu ma tibqax iġġustifikata.

3.   Jekk Stat, fuq il-bażi tal-istess ordni ta' konfiska, jitlob konfiska f'aktar minn Stat wieħed, huwa għandu jinforma lill-Istati kollha li huma affettwati minn infurzar tal-ordni dwar it-talba.

Artikolu 685

Restrizzjonijiet tal-użu

1.   L-Istat rikjest jista' jagħmel l-eżekuzzjoni ta' talba dipendenti fuq il-kondizzjoni li l-informazzjoni jew l-evidenza miksuba, mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel, ma tintużax jew tiġi trażmessa mill-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti għal investigazzjonijiet jew proċedimenti għajr dawk speċifikati fit-talba.

2.   Mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Istat rikjest, l-informazzjoni jew l-evidenza pprovduta minnu skont dan it-Titolu ma għandhiex tintuża jew tiġi trażmessa mill-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti f'investigazzjonijiet jew proċedimenti għajr dawk speċifikati fit-talba.

3.   Id-data personali kkomunikata skont dan it-Titolu tista' tintuża mill-Istat li lilu tkun ġiet trasferita:

(a)

għall-finijiet tal-proċedimenti li għalihom japplika dan it-Titolu;

(b)

għal proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi oħra direttament relatati mal-proċedimenti msemmija fil-punt (a);

(c)

sabiex jiġi evitat theddid gravi u immedjat għas-sigurtà pubblika; jew

(d)

għal kull fini ieħor, biss bil-kunsens minn qabel tal-Istat li jikkomunika, sakemm l-Istat ikkonċernat ma jkunx kiseb il-kunsens tas-suġġett tad-data.

4.   Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal data personali mhux ikkomunikata iżda miksuba mod ieħor skont dan it-Titolu.

5.   Dan l-Artikolu ma japplikax għal data personali miksuba mir-Renju Unit jew minn Stat Membru skont dan it-Titolu u li toriġina minn dak l-Istat.

Artikolu 686

Kunfidenzjalità

1.   L-Istat rikjedenti jista' jirrikjedi li l-Istat rikjest iżomm kunfidenzjali l-fatti u s-sustanza tat-talba, ħlief sa fejn huwa neċessarju biex jeżegwixxi t-talba. Jekk l-Istat rikjest ma jkunx jista' jikkonforma mar-rekwiżit ta' kunfidenzjalità, dan għandu jinforma minnufih lill-Istat rikjedenti.

2.   L-Istat rikjedenti għandu, jekk ma jmurx kontra l-prinċipji bażiċi tal-liġi domestika tiegħu u jekk jintalab hekk, iżomm kunfidenzjali kwalunkwe evidenza u informazzjoni pprovduta mill-Istat rikjest, ħlief sa fejn l-iżvelar tagħha jkun meħtieġ għall-investigazzjonijiet jew għall-proċedimenti deskritti fit-talba.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tiegħu, Stat li jkun irċieva informazzjoni spontanja skont l-Artikolu 662 għandu jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit ta' kunfidenzjalità kif meħtieġ mill-Istat li jipprovdi l-informazzjoni. Jekk l-Istat riċeventi ma jkunx jista' jikkonforma ma' tali rekwiżit, dan għandu jinforma minnufih lill-Istat emittenti.

Artikolu 687

Spejjeż

L-ispejjeż ordinarji tal-konformità ma' talba għandhom jitħallsu mill-Istat rikjest. Jekk ikunu meħtieġa spejjeż ta' natura sostanzjali jew straordinarja biex ikun hemm konformità ma' talba, l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest għandhom jikkonsultaw sabiex jaqblu dwar il-kondizzjonijiet li fuqhom għandha tiġi eżegwita t-talba u kif ser jitħallsu l-ispejjeż.

Artikolu 688

Danni

1.   Fejn azzjoni legali dwar ir-responsabbiltà għad-danni li jirriżultaw minn att jew omissjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni skont dan it-Titolu tkun inbdiet minn persuna, l-Istati konċernati għandhom iqisu li jikkonsultaw lil xulxin, jekk xieraq, sabiex jiddeterminaw kif għandha titqassam kwalunkwe somma ta' danni dovuti.

2.   Stat li jkun sar soġġett għal litigazzjoni għad-danni għandu jagħmel ħiltu biex jinforma lill-Istat l-ieħor b'tali litigazzjoni jekk dak l-Istat jista' jkollu interess fil-każ.

Artikolu 689

Rimedji legali

1.   Kull Stat għandu jiżgura li l-persuni affettwati mill-miżuri skont l-Artikoli 663 sa 666 jkollhom rimedji legali effettivi sabiex jippreżervaw id-drittijiet tagħhom.

2.   Ir-raġunijiet sostantivi għall-miżuri mitluba skont l-Artikoli 663 sa 666 ma għandhomx jiġu kkontestati quddiem qorti fl-Istat rikjest.

TITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 690

Notifiki

1.   Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jagħmlu kwalunkwe waħda min-notifiki previsti fl-Artikolu 602(2), fl-Artikolu 603(2), u fl-Artikolu 611(4) u għandhom, sa fejn ikun possibbli li jsir dan, jindikaw jekk għandhiex issir tali notifika.

Sa fejn tali notifika jew indikazzjoni ma tkunx saret fir-rigward ta' Stat, fil-punt fiż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jsiru notifiki fir-rigward ta' dak l-Istat mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Matul dak il-perjodu interim, kwalunkwe Stat li fir-rigward tiegħu ma tkun saret l-ebda notifika prevista fl-Artikolu 602(2), l-Artikolu 603(2), jew l-Artikolu 611(4), u li ma kienx is-suġġett ta' indikazzjoni li tali notifika ma għandhiex issir, jista' jagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti f'dak l-Artikolu daqslikieku tali notifika kienet saret fir-rigward ta' dak l-Istat. Fil-każ tal-Artikolu 603(2), Stat jista' biss jagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti f'dak l-Artikolu sa fejn dan ikun kompatibbli mal-kriterji biex issir notifika.

2.   In-notifiki msemmija fl-Artikolu 599(4), l-Artikolu 605(1), l-Artikolu 606(2), l-Artikolu 625(1), l-Artikolu 626(1), l-Artikolu 659(4), l-Artikolu 660(5), l-Artikolu 661(5), l-Artikolu 670(2), u l-Artikolu 678(3) u (7) jistgħu jsiru fi kwalunkwe ħin.

3.   In-notifiki msemmija fl-Artikolu 605(1), l-Artikolu 606(2) u l-Artikolu 678(3) u (7) jistgħu jiġu modifikati fi kwalunkwe ħin.

4.   In-notifiki msemmija fl-Artikolu 602(2), l-Artikolu 603(2), l-Artikolu 605(1), l-Artikolu 611(4), l-Artikolu 659(4), l-Artikolu 660(5), u l-Artikolu 661(5) jistgħu jiġu rtirati fi kwalunkwe ħin.

5.   L-Unjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar in-notifiki tar-Renju Unit imsemmija fl-Artikolu 605(1) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Unjoni bl-identità tal-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità responsabbli biex tirċievi u tipproċessa d-data tal-PNR taħt it-Titolu III;

(b)

l-awtorità kkunsidrata bħala l-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi għall-finijiet tat-Titolu V u deskrizzjoni qasira tal-kompetenzi tagħha;

(c)

il-punt ta' kuntatt nazzjonali maħtur skont l-Artikolu 568(1);

(d)

l-awtorità kkunsidrata bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet tat-Titolu VI u deskrizzjoni qasira tal-kompetenzi tagħha;

(e)

il-punt ta' kuntatt maħtur skont l-Artikolu 584(1);

(f)

il-Korrispondent Domestiku tar-Renju Unit għal Kwistjonijiet dwar it-Terroriżmu maħtur skont l-Artikolu 584(2);

(g)

l-awtorità kompetenti permezz tal-liġi domestika tar-Renju Unit biex teżegwixxi mandat ta' arrest, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 598, u l-awtorità kompetenti permezz tal-liġi domestika tar-Renju Unit biex toħroġ mandat ta' arrest, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 598;

(h)

l-awtorità maħtura mir-Renju Unit skont l-Artikolu 623(3);

(i)

l-awtorità ċentrali maħtura mir-Renju Unit skont l-Artikolu 645;

(j)

l-awtorità ċentrali maħtura mir-Renju Unit skont l-Artikolu 676(1).

L-Unjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.   Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha, f'isimha jew f'isem l-Istati Membri tagħha, skont il-każ, tinnotifika lir-Renju Unit dwar l-identità tal-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri stabbilita jew maħtura minn kull Stat Membru għall-finijiet biex tirċievi u tipproċessa data tal-PNR skont it-Titolu III;

(b)

l-awtorità kompetenti permezz tal-liġi domestika ta' kull Stat Membru biex teżegwixxi mandat ta' arrest, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 598, u l-awtorità kompetenti permezz tal-liġi domestika ta' kull Stat Membru biex toħroġ mandat ta' arrest, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 598;

(c)

l-awtorità maħtura għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 623(3);

(d)

il-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 634;

(e)

l-awtorità ċentrali maħtura minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 645;

(f)

l-awtorità ċentrali maħtura minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 676(1);

(g)

kwalunkwe korp tal-Unjoni maħtur skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 676(2) u jekk huwiex maħtur ukoll bħala awtorità ċentrali skont l-aħħar sentenza ta' dak il-paragrafu.

8.   In-notifiki li jsiru skont il-paragrafu 6 jew 7 jistgħu jiġu modifikati fi kwalunkwe ħin. Tali modifiki għandhom jiġu nnotifikati lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.

9.   Ir-Renju Unit u l-Unjoni jistgħu jinnotifikaw aktar minn awtorità waħda fir-rigward tal-punti (a), (b), (d), (e), (g), (h), (i) u (j) tal-paragrafu 6 u fir-rigward tal-paragrafu 7. rispettivament u jistgħu jillimitaw tali notifiki għal finijiet partikolari biss.

10.   Jekk l-Unjoni tagħmel in-notifiki msemmija f'dan l-Artikolu, hija għandha tindika għal liema mill-Istati Membri tagħha tapplika n-notifika jew jekk hijiex qed tagħmel in-notifika f'isimha stess.

Artikolu 691

Rieżami u evalwazzjoni

1.   Din il-Parti għandha tiġi riveduta b'mod konġunt skont l-Artikolu 776 jew b'talba ta' xi waħda mill-Partijiet fejn ikun hemm qbil konġunt.

2.   Il-Partijiet għandhom jiddeċiedu minn qabel dwar kif għandu jsir ir-rieżami u għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-kompożizzjoni tat-timijiet ta' rieżami rispettivi tagħhom. It-timijiet ta' rieżami għandhom jinkludu persuni b'għarfien espert xieraq fir-rigward tal-kwistjonijiet taħt rieżami. Soġġett għal-liġijiet applikabbli, il-parteċipanti kollha f'rieżami għandhom ikunu meħtieġa jirrispettaw il-kunfidenzjalità tad-diskussjonijiet u jkollhom awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà xierqa. Għall-finijiet ta' tali rieżamijiet, ir-Renju Unit u l-Unjoni għandhom jagħmlu arranġamenti għal aċċess xieraq għad-dokumentazzjoni, is-sistemi u l-persunal rilevanti.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-rieżami għandu b'mod partikolari jindirizza l-implimentazzjoni prattika, l-interpretazzjoni u l-iżvilupp ta' din il-Parti.

Artikolu 692

Terminazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779, kull Parti tista' fi kwalunkwe mument ittemm din il-Parti permezz ta' notifika bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi. F'dan il-każ, din il-Parti ma tibqax fis-seħħ fl-ewwel jum tad-disa' xahar wara d-data tan-notifika.

2.   Madankollu, jekk din il-Parti tiġi tterminata minħabba li r-Renju Unit jew Stat Membru jkun iddenunzja l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jew il-Protokolli 1, 6 jew 13 tagħha, din il-Parti ma għandhiex tibqa' fis-seħħ mid-data li fiha tali denunzja ssir effettiva jew, jekk in-notifika tat-terminazzjoni tagħha ssir wara dik id-data, fil-ħmistax-il jum wara tali notifika.

3.   Jekk waħda mill-Partijiet tagħti avviż ta' terminazzjoni skont dan l-Artikolu, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jiltaqa' biex jiddeċiedi liema miżuri huma meħtieġa biex jiżgura li kwalunkwe kooperazzjoni mibdija skont din il-Parti tiġi konkluża b'mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tad-data personali kollha miksuba permezz tal-kooperazzjoni skont din il-Parti qabel ma tieqaf milli tkun fis-seħħ, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni skont liema tkun ġiet trasferita d-data personali jinżamm wara li tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.

Artikolu 693

Sospensjoni

1.   Fil-każ ta' nuqqasijiet serji u sistemiċi f'Parti waħda fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali jew tal-prinċipju tal-istat tad-dritt, il-Parti l-oħra tista' tissospendi din il-Parti jew it-Titoli tagħha, permezz ta' notifika bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi. Tali notifika għandha tispeċifika n-nuqqasijiet serji u sistemiċi li fuqhom tkun ibbażata s-sospensjoni.

2.   Fil-każ ta' nuqqasijiet serji u sistemiċi f'Parti waħda fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, inkluż jekk dawk in-nuqqasijiet ikunu wasslu biex ma tibqax tapplika deċiżjoni ta' adegwatezza rilevanti, il-Parti l-oħra tista' tissospendi din il-Parti jew Titoli tagħha, permezz ta' notifika bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi. Tali notifika għandha tispeċifika n-nuqqasijiet serji u sistemiċi li fuqhom hija bbażata s-sospensjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, "deċiżjoni ta' adegwatezza rilevanti" tfisser:

(a)

fir-rigward tar-Renju Unit, deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (82) jew leġiżlazzjoni suċċessur analoga, li tattesta l-livell adegwat ta' protezzjoni;

(b)

fir-rigward tal-Unjoni, deċiżjoni adottata mir-Renju Unit li tiċċertifika l-livell adegwat ta' protezzjoni għall-finijiet ta' trasferimenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti 3 tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-2018 (83) jew leġiżlazzjoni suċċessur analoga.

4.   Fir-rigward tas-sospensjoni tat-Titolu III jew tat-Titolu X, ir-referenzi għal "deċiżjoni ta' adegwatezza rilevanti" jinkludu wkoll:

(a)

fir-rigward tar-Renju Unit, deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (84) (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) jew leġiżlazzjoni suċċessur analoga, li tattesta l-livell adegwat ta' protezzjoni;

(b)

fir-rigward tal-Unjoni, deċiżjoni adottata mir-Renju Unit li tiċċertifika l-livell adegwat ta' protezzjoni għall-finijiet ta' trasferimenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti 2 tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-2018 jew leġiżlazzjoni suċċessur analoga.

5.   It-Titoli kkonċernati mis-sospensjoni għandhom jieqfu japplikaw proviżorjament fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew 2, sakemm, mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kif ikun estiż, skont il-każ, f'konformità mal-punt (d) tal-paragrafu 7, il-Parti li tkun innotifikat is-sospensjoni ma tagħtix notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra, permezz ta' mezzi diplomatiċi, dwar l-irtirar tagħha tal-ewwel notifika jew ta' tnaqqis fl-ambitu tas-sospensjoni. Fil-każ tal-aħħar, it-Titoli msemmija fit-tieni notifika biss għandhom jieqfu japplikaw proviżorjament.

6.   Jekk Parti waħda tinnotifika s-sospensjoni ta' Titolu wieħed jew diversi ta' din il-Parti skont il-paragrafu 1 jew 2, il-Parti l-oħra tista' tissospendi t-Titoli kollha li jkun fadal, permezz ta' notifika bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi, b'avviż ta' tliet xhur.

7.   Man-notifika ta' sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2, il-kwistjoni għandha tkun ippreżentata immedjatament quddiem il-Kunsill ta' Sħubija. Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jesplora modi possibbli biex jippermetti lill-Parti li tkun innotifikat is-sospensjoni tipposponi d-dħul fis-seħħ tagħha, tnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni tagħha jew tirtiraha. Għal dan il-għan, fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, il-Kunsill ta' Sħubija jista’:

(a)

jaqbel dwar interpretazzjonijiet konġunti tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti;

(b)

jirrakkomanda kwalunkwe azzjoni xierqa lill-Partijiet;

(c)

jadotta adattamenti xierqa għal din il-Parti li huma meħtieġa biex jiġu indirizzati r-raġunijiet sottostanti għas-sospensjoni, b'validità massima ta' 12-il xahar; u

(d)

jestendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 b'mhux aktar minn tliet xhur.

8.   Jekk waħda mill-Partijiet tagħti notifika ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jiltaqa' biex jiddeċiedi liema miżuri huma meħtieġa biex jiġi żgurat li kwalunkwe kooperazzjoni mibdija skont din il-Parti u affettwata min-notifika tiġi konkluża b'mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tad-data personali kollha miksuba permezz ta' kooperazzjoni skont din il-Parti qabel ma jieqfu japplikaw b'mod proviżorju t-Titoli kkonċernati mis-sospensjoni, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni li taħtu tkun ġiet trasferita d-data personali jinżamm wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni.

9.   It-Titoli sospiżi għandhom jerġgħu jiddaħħlu fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Parti li tkun innotifikat is-sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 tkun tat notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra, permezz ta' mezzi diplomatiċi, tal-intenzjoni tagħha li terġa' ddaħħal it-Titoli sospiżi. Il-parti li tkun innotifikat is-sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 għandha tagħmel dan immedjatament wara li d-defiċjenzi serji u sistemiċi min-naħa tal-Parti l-oħra li fuqhom kienet ibbażata s-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu.

10.   Man-notifika tal-intenzjoni li jerġgħu jiddaħħlu t-Titoli sospiżi skont il-paragrafu 9, il-bqija tat-Titoli sospiżi skont il-paragrafu 6 għandhom jerġgħu jiddaħħlu fl-istess ħin tat-Titoli sospiżi skont il-paragrafu 1 jew 2.

Artikolu 694

Spejjeż

Il-Partijiet u l-Istati Membri, inklużi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Partijiet jew l-Istati Membri, għandhom iħallsu l-ispejjeż tagħhom stess li jirriżultaw matul l-implimentazzjoni ta' din il-Parti, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim.

TITOLU XIII

RIŻOLUZZJONI TA' TILWIM

Artikolu 695

Objettiv

L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi mekkaniżmu rapidu, effettiv u effiċjenti biex jiġi evitat u solvut tilwim bejn il-Partijiet dwar din il-Parti, inkluż tilwim li jikkonċerna din il-Parti meta jiġi applikat għal sitwazzjonijiet irregolati minn dispożizzjonijiet oħra ta' dan il-Ftehim, bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni maqbula b'mod reċiproku, fejn possibbli.

Artikolu 696

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu japplika għal tilwim bejn il-Partijiet dwar din il-Parti (id-“dispożizzjonijiet koperti”).

2.   Id-dispożizzjonijiet koperti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha ta' din il-Parti, bl-eċċezzjoni tal- Artikoli 526 u l-Artikolu 541, l-Artikolu 552(14), l-Artikoli 562, 692, 693, u 700.

Artikolu 697

Esklużività

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li ma jippreżentawx tilwima bejniethom rigward din il-Parti għal mekkaniżmu ta' soluzzjoni għajr dak previst f'dan it-Titolu.

Artikolu 698

Konsultazzjonijiet

1.   Jekk Parti (il-"Parti lmentatriċi") tqis li l-Parti l-oħra (il-"Parti konvenuta") tkun kisret obbligu skont din il-Parti, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu l-kwistjoni billi jidħlu f'konsultazzjonijiet b'rieda tajba, bil-għan li jilħqu ftehim bi qbil reċiproku.

2.   Il-Parti lmentatriċi tista' tfittex konsultazzjonijiet permezz ta' talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti konvenuta. Il-Parti lmentatriċi għandha tispeċifika fit-talba bil-miktub tagħha r-raġunijiet għat-talba, inkluża l-identifikazzjoni tal-atti jew l-ommissjonijiet li l-Parti lmentatriċi tqis li jwasslu għall-ksur ta' obbligu mill-Parti konvenuta, filwaqt li tispeċifika d-dispożizzjonijiet koperti li tqis applikabbli.

3.   Il-Parti konvenuta għandha tirrispondi għat-talba fil-pront, u mhux aktar minn ġimagħtejn mid-data ta' meta titwassal. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru regolarment f'perjodu ta' tliet xhur wara d-data tal-wasla tat-talba personalment jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta' komunikazzjoni miftiehem mill-Partijiet.

4.   Il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien tliet xhur mid-data tal-konsenja tat-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jkomplu l-konsultazzjonijiet.

5.   Il-Parti lmentatriċi tista' titlob li l-konsultazzjonijiet isiru fil-qafas tal-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jew fil-qafas tal-Kunsill ta' Sħubija. L-ewwel laqgħa għandha ssir fi żmien xahar mit-talba għall-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jista' fi kwalunkwe ħin jiddeċiedi li jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill ta' Sħubija. Il-Kunsill ta' Sħubija jista' wkoll jieħu l-inkarigu tal-kwistjoni. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, jew skont il-każ, il-Kunsill ta' Sħubija, jista' jsolvi t-tilwima b'deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha titqies bħala soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku fis-sens tal-Artikolu 699.

6.   Il-Parti lmentatriċi tista' f'kull waqt unilateralment tirtira t-talba tagħha għall-konsultazzjonijiet. F'każ bħal dan, il-konsultazzjonijiet għandhom jintemmu minnufih.

7.   Il-konsultazzjonijiet, u b'mod partikolari l-informazzjoni kollha mmarkata bħala kunfidenzjali u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu kunfidenzjali.

Artikolu 699

Soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku

1.   Il-Partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jilħqu soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku fir-rigward ta' kwalunkwe tilwima msemmija fl-Artikolu 696.

2.   Is-soluzzjoni miftehma reċiprokament tista' tiġi adottata permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jew il-Kunsill ta' Sħubija. Jekk is-soluzzjoni miftehma reċiprokament tkun tikkonsisti fi ftehim dwar interpretazzjonijiet konġunti tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti mill-Partijiet, dik is-soluzzjoni miftehma reċiprokament għandha tiġi adottata permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill ta' Sħubija.

3.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex timplimenta s-soluzzjoni miftehma reċiprokament fil-perjodu ta' żmien miftiehem.

4.   Mhux aktar tard mid-data ta' skadenza tal-perjodu ta' żmien miftiehem, il-Parti li timplimenta għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar kwalunkwe miżura meħuda biex timplimenta s-soluzzjoni miftehma reċiprokament.

Artikolu 700

Sospensjoni

1.   Fejn il-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 698 ma jkunux wasslu għal soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku skont it-tifsira tal-Artikolu 699, dment li l-Parti lmentatriċi ma tkunx irtirat it-talba tagħha għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 698(6), u fejn tqis li l-Parti konvenuta tkun fi ksur serju tal-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet koperti msemmija fl-Artikolu 698(2), il-Parti lmentatriċi tista' tissospendi t-Titoli ta' din il-Parti li għalihom ikun jappartjeni l-ksur serju, permezz ta' notifika bil-miktub permezz ta' kanali diplomatiċi. Tali notifika għandha tispeċifika l-ksur serju tal-obbligi mill-Parti konvenuta li fuqha hija bbażata s-sospensjoni.

2.   It-Titoli kkonċernati mis-sospensjoni għandhom jieqfu japplikaw proviżorjament fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew kwalunkwe data oħra miftehma reċiprokament mill-Partijiet, sakemm, mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parti lmentatriċi ma tagħtix notifika bil-miktub lill-Parti konvenuta, permezz ta' mezzi diplomatiċi, dwar l-irtirar tagħha tal-ewwel notifika jew ta' tnaqqis fl-ambitu tas-sospensjoni. Fil-każ tal-aħħar, it-Titoli msemmija fit-tieni notifika biss għandhom jieqfu japplikaw proviżorjament.

3.   Jekk il-Parti lmentatriċi tinnotifika s-sospensjoni ta' Titoli wieħed jew diversi ta' din il-Parti skont il-paragrafu 1, il-Parti konvenuta tista' tissospendi t-Titoli kollha li jkun fadal, permezz ta' notifika bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi, b'avviż ta' tliet xhur.

4.   Jekk tingħata notifika ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jiltaqa' biex jiddeċiedi liema miżuri huma meħtieġa biex jiġi żgurat li kull kooperazzjoni mibdija skont din il-Parti u affettwata min-notifika tiġi konkluża b'mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tad-data personali kollha miksuba permezz ta' kooperazzjoni skont din il-Parti qabel ma jieqfu japplikaw b'mod proviżorju t-Titoli kkonċernati mis-sospensjoni, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni li taħtu tkun ġiet trasferita d-data personali jinżamm wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni.

5.   It-Titoli sospiżi għandhom jerġgħu jiddaħħlu fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha il-Parti lmentatriċi tkun tat notifika bil-miktub lill-Parti konvenuta, permezz ta' mezzi diplomatiċi, bl-intenzjoni tagħha li terġa' ddaħħal it-Titoli sospiżi. Il-Parti lmentatriċi għandha tagħmel dan immedjatament meta tqis li l-ksur serju tal-obbligi li fuqhom kienet ibbażata s-sospensjoni ma baqax jeżisti.

6.   Man-notifika mill-Parti lmentatriċi tal-intenzjoni tagħha li terġa' ddaħħal it-Titoli sospiżi skont il-paragrafu 5, il-bqija tat-Titoli sospiżi mill-Parti konvenuta skont il-paragrafu 3 għandhom jerġgħu jiddaħħlu fl-istess ħin bħat-Titoli sospiżi mill-Parti lmentatriċi skont il-paragrafu 1.

Artikolu 701

Perjodi ta' Żmien

1.   Il-perjodi kollha ta' żmien stabbiliti f'dan it-Titolu għandhom jingħaddu f'ġimgħat jew xhur, skont il-każ, mill-jum ta' wara l-att li jirreferu għalih.

2.   Kull perjodu ta' żmien imsemmi f'dan it-Titolu jista' jiġi mmodifikat bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

IR-RABA' PARTI

IL-KOOPERAZZJONI TEMATIKA

TITOLU I

IS-SIGURTÀ TAS-SAĦĦA

Artikolu 702

Kooperazzjoni fis-sigurtà tas-saħħa

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "theddida transfruntiera serja għas-saħħa" tfisser periklu għall-ħajja jew inkella periklu serju għas-saħħa ta' oriġini bijoloġika, kimika, ambjentali jew mhux magħrufa li jinxtered jew li jinvolvi riskju sinifikanti ta' tixrid bejn il-fruntieri ta' mill-anqas Stat Membru wieħed u tar-Renju Unit.

2.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar theddida transfruntiera serja għas-saħħa li taffettwa lill-Parti l-oħra u għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħmlu dan fil-ħin.

3.   Jekk ikun hemm theddida transfruntiera serja għas-saħħa, wara talba bil-miktub mir-Renju Unit, l-Unjoni tista' tagħti lir-Renju Unit aċċess ad hoc għas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija (Early Warning and Response System "EWRS") fir-rigward tat-theddida partikolari biex il-Partijiet u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jivvalutaw ir-riskji għas-saħħa pubblika, u jikkoordinaw il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. L-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex twieġeb għat-talba bil-miktub tar-Renju Unit fil-ħin.

Barra minn hekk, l-Unjoni tista' tistieden lir-Renju Unit jipparteċipa f'kumitat stabbilit fl-Unjoni u magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri għall-finijiet ta' appoġġ għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' koordinazzjoni relatati mat-theddid serju transfruntier għas-saħħa.

Iż-żewġ arranġamenti għandhom ikunu fuq bażi temporanja, u fi kwalunkwe każ għal mhux aktar mit-tul ta' żmien li xi waħda mill-Partijiet, wara li tkun ikkonsultat il-Parti l-oħra, tqis li tkun meħtieġa għat-theddida transfruntiera serja rilevanti għas-saħħa.

4.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 u kwalunkwe talba magħmula skont il-paragrafu 3, kull Parti għandha taħtar punt fokali u tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar dan. Il-punti fokali għandhom ukoll:

(a)

jagħmlu ħilithom biex jiffaċilitaw il-fehim bejn il-Partijiet dwar jekk theddida hijiex theddida transfruntiera serja għas-saħħa;

(b)

ifittxu soluzzjonijiet miftehma reċiprokament għal kwalunkwe kwistjoni teknika li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu.

5.   Ir-Renju Unit għandu josserva l-kondizzjonijiet applikabbli kollha għall-użu tal-EWRS u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat imsemmi fil-paragrafu 3, għall-perjodu ta' aċċess mogħti fir-rigward ta' theddida transfruntiera serja partikolari għas-saħħa. Jekk, wara skambji ta' kjarifika bejn il-Partijiet:

(a)

l-Unjoni tqis li r-Renju Unit ma osservax il-kondizzjonijiet jew ir-regoli ta' proċedura msemmija hawn fuq, l-Unjoni tista' ttemm l-aċċess tar-Renju Unit għall-EWRS jew il-parteċipazzjoni tiegħu f'dak il-kumitat, skont il-każ, fir-rigward ta' dik it-theddida;

(b)

ir-Renju Unit iqis li ma jistax jaċċetta l-kondizzjonijiet jew ir-regoli ta' proċedura, ir-Renju Unit jista' jirtira l-parteċipazzjoni tiegħu fl-EWRS jew il-parteċipazzjoni tiegħu f'dak il-kumitat, skont il-każ, fir-rigward ta' dik it-theddida.

6.   Jekk fl-interess reċiproku, il-Partijiet għandhom jikkooperaw f'fora internazzjonali dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal theddid stabbilit u emerġenti għas-sigurtà tas-saħħa.

7.   Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-korp rilevanti fir-Renju Unit responsabbli għas-sorveljanza, l-intelliġenza dwar l-epidemiji u l-pariri xjentifiċi dwar il-mard infettiv għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet tekniċi u xjentifiċi ta' interess reċiproku għall-Partijiet u, għal dan il-għan, jistgħu jikkonkludu memorandum ta' qbil.

TITOLU II

ĊIBERSIGURTÀ

Artikolu 703

Djalogu dwar kwistjonijiet ċibernetiċi

Il-Partijiet għandhom ifittxu li jistabbilixxu djalogu regolari sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar żviluppi ta' politika rilevanti, inkluż fir-rigward tas-sigurtà internazzjonali, is-sigurtà ta' teknoloġiji emerġenti, il-governanza tal-internet, iċ-ċibersigurtà, iċ-ċiberdifiża u ċ-ċiberkriminalità.

Artikolu 704

Kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ċibernetiċi

1.   Jekk fl-interess reċiproku tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tal-kwistjonijiet ċibernetiċi billi jikkondividu l-aħjar prattiki u permezz ta' azzjonijiet prattiċi kooperattivi mmirati biex jippromwovu u jipproteġu ċiberspazju miftuħ, liberu, stabbli u sigur ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali eżistenti, u normi għal imġiba responsabbli mill-Istat u miżuri reġjonali ta' bini ta' fiduċja ċibernetika.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom ukoll biex jikkooperaw f'korpi u fora internazzjonali rilevanti, u jagħmlu ħilithom biex isaħħu r-reżiljenza ċibernetika globali u jsaħħu l-kapaċità ta' pajjiżi terzi biex jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità b'mod effettiv.

Artikolu 705

Kooperazzjoni mal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters – l-Unjoni Ewropea

Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bord ta' Tmexxija tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters – l-Unjoni Ewropea (CERT-UE), CERT-UE u t-tim nazzjonali tar-Renju Unit ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għandhom jikkooperaw fuq bażi volontarja, f'waqtha u reċiproka għall-iskambju ta' informazzjoni dwar għodod u metodi, bħal tekniki, tattiki, proċeduri u l-aħjar prattiki, u dwar theddid u vulnerabbiltajiet ġenerali.

Artikolu 706

Parteċipazzjoni f'attivitajiet speċifiċi tal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2016/1148

1.   Bil-ħsieb li tiġi promossa l-kooperazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà filwaqt li tiġi żgurata l-awtonomija tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tar-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fuq l-istedina, li r-Renju Unit jista' jitlob ukoll, tal-President tal-Grupp ta' Kooperazzjoni f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, fl-attivitajiet li ġejjin tal-Grupp ta' Kooperazzjoni:

(a)

l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-bini tal-kapaċitajiet biex tiġi żgurata s-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni;

(b)

l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' eżerċizzji relatati mas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni;

(c)

l-iskambju ta' informazzjoni, esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar ir-riskji u l-inċidenti;

(d)

l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar is-sensibilizzazzjoni, il-programmi edukattivi u t-taħriġ; u

(e)

l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar ir-riċerka u l-iżvilupp b'rabta mas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni.

2.   Kull skambju ta' informazzjoni, esperjenzi jew l-aħjar prattiki bejn il-Grupp ta' Kooperazzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tar-Renju Unit għandhom ikunu volontarji u, fejn xieraq, reċiproċi.

Artikolu 707

Kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)

1.   Bil-ħsieb li jippromwovi l-kooperazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà filwaqt li jiżgura l-awtonomija tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni, ir-Renju Unit jista' jipparteċipa bi stedina, li r-Renju Unit jista' jitlob ukoll, tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), fl-attivitajiet li ġejjin imwettqa mill-ENISA:

(a)

il-bini ta' kapaċità;

(b)

l-għarfien u l-informazzjoni; u

(c)

is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni.

2.   Il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-attivitajiet tal-ENISA msemmija fil-paragrafu 1, inkluża kontribuzzjoni finanzjarja xierqa, għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti ta' ħidma adottati mill-Bord tat-Tmexxija tal-ENISA soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u miftehma mar-Renju Unit.

3.   L-iskambju ta' informazzjoni, esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn l-ENISA u r-Renju Unit għandu jkun volontarju u, fejn xieraq, reċiproku.

IL-ĦAMES PARTI

PARTEĊIPAZZJONI FI PROGRAMMI TAL-UNJONI, ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 708

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din il-Parti tapplika għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi, l-attivitajiet u s-servizzi tal-Unjoni skont dawn, li fihom il-Partijiet ikunu qablu li r-Renju Unit jipparteċipa.

2.   Din il-Parti ma għandhiex tapplika għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi ta' koeżjoni taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea jew programmi simili li għandhom l-istess objettiv, li jseħħ abbażi tal-atti bażiċi ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni applikabbli għal dawk il-programmi.

Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-parteċipazzjoni fil-programmi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu speċifikati fl-att bażiku applikabbli u l-ftehim ta' finanzjament konkluż taħtu. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar dispożizzjonijiet b'effett simili għall-Kapitolu 2 dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f'dawk il-programmi.

Artikolu 709

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din il-Parti, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"att bażiku" tfisser:

(i)

att ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni li jistabbilixxi programm jew attività, li jipprovdi bażi legali għal azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni jew tal-garanzija baġitarja appoġġata mill-baġit tal-Unjoni, inkluż kwalunkwe emenda u kwalunkwe att rilevanti ta' istituzzjoni tal-Unjoni li jissupplimenta jew jimplimenta dak l-att, ħlief dawk li jadottaw programmi ta' ħidma, jew

(ii)

att ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni li jistabbilixxi attività ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni għajr programmi;

(b)

"ftehim ta' finanzjament" tfisser ftehimiet relatati ma' programmi u attivitajiet tal-Unjoni skont il-Protokoll I dwar Programmi u attivitajiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni, bħal ftehimiet ta' għotja , ftehimiet ta' kontribuzzjoni, ftehimiet qafas ta' sħubija finanzjarja, ftehimiet ta' finanzjament u ftehimiet ta' garanzija;

(c)

"regoli oħra li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-programm u l-attività tal-Unjoni" tfisser ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (85) ("ir-Regolament Finanzjarju") li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, u fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħiet jew fi proċeduri oħra tal-għoti tal-Unjoni;

(d)

"Unjoni" tfisser l-Unjoni jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jew it-tnejn li huma, skont il-kuntest;

(e)

"proċedura ta' għoti tal-Unjoni" tfisser proċedura għall-għoti ta' finanzjament mill-Unjoni mnedija mill-Unjoni jew minn persuni jew entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni;

(f)

"Entità tar-Renju Unit" tfisser kwalunkwe tip ta' entità, kemm jekk persuna fiżika, persuna ġuridika jew entità oħra, li tista' tipparteċipa f'attivitajiet ta' programm jew attività tal-Unjoni f'konformità mal-att bażiku u li tirrisjedi jew tkun stabbilita fir-Renju Unit.

KAPITOLU 1

PARTEĊIPAZZJONI TAR-RENJU UNIT FIL-PROGRAMMI U L-ATTIVITAJIET TAL-UNJONI

TAQSIMA 1

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI U L-ATTIVITAJIET TAL-UNJONI

Artikolu 710

Stabbiliment tal-parteċipazzjoni

1.   Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa fi u jikkontribwixxi għall-programmi, l-attivitajiet, jew f'każijiet eċċezzjonali, il-parti tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, li huma miftuħa għall-parteċipazzjoni tiegħu, u li huma elenkati fil-Protokoll dwar Programmi u attivitajiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit ("Protokoll I").

2.   Il-Protokoll I għandu jiġi miftiehem bejn il-Partijiet. Huwa għandu jiġi adottat u jista' jiġi emendat mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni.

3.   Il-Protokoll I għandu:

(a)

jidentifika l-programmi, l-attivitajiet, jew f'każijiet eċċezzjonali, il-parti tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, li fihom għandu jipparteċipa r-Renju Unit;

(b)

jistabbilixxi t-tul tal-parteċipazzjoni, li għandu jirreferi għall-perjodu ta' żmien li matulu r-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit jistgħu japplikaw għal finanzjament mill-Unjoni jew jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni;

(c)

jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-entitajiet tar-Renju Unit, inkluż il-modalitajiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet finanzjarji kif identifikati skont l-Artikolu 714, il-modalitajiet speċifiċi tal-mekkaniżmu ta' korrezzjoni kif identifikati skont l-Artikolu 716, u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi strutturi maħluqa għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi jew attivitajiet tal-Unjoni. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u mal-atti bażiċi u mal-atti ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni li jistabbilixxu tali strutturi;

(d)

fejn applikabbli, jistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal programm tal-Unjoni implimentat permezz ta' strument finanzjarju jew garanzija baġitarja u, fejn xieraq, il-modalitajiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 717.

Artikolu 711

Konformità mar-regoli tal-programm

1.   Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa fil-programmi, l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, elenkati fil-Protokoll I skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, fl-atti bażiċi u regoli oħra li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni.

2.   It-termini u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)

l-eliġibbiltà tal-entitajiet tar-Renju Unit u kwalunkwe kondizzjonijiet oħra ta' eliġibbiltà relatati mar-Renju Unit, b'mod partikolari mal-oriġini, mal-post tal-attività jew man-nazzjonalità;

(b)

it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni, il-valutazzjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet u għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet minn entitajiet eliġibbli tar-Renju Unit.

3.   It-termini u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-entitajiet eliġibbli tal-Istati Membri, ħlief f'każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati kif previst fit-termini u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Kwalunkwe parti tista' tiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għall-ħtieġa ta' diskussjoni ta' esklużjonijiet debitament ġustifikati.

Artikolu 712

Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni

1.   Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm tal-Unjoni, jew attività, jew partijiet minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 708 għandha tkun kondizzjonali fuq li r-Renju Unit:

(a)

jagħmel kull sforz, fil-qafas tal-liġijiet domestiċi tagħha, biex jiffaċilita d-dħul u r-residenza ta' persuni involuti fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi u l-attivitajiet, jew partijiet minnhom, inklużi studenti, riċerkaturi, apprendisti jew voluntiera;

(b)

tiżgura, sa fejn ikun taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, li l-kondizzjonijiet għall-persuni msemmija fil-punt (a) biex jaċċessaw servizzi fir-Renju Unit li huma direttament relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi jew l-attivitajiet ikunu l-istess bħal dawk għan-nazzjonali tar-Renju Unit, inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe tariffa;

(c)

fir-rigward tal-parteċipazzjoni li tinvolvi l-iskambju ta' jew l-aċċess għal informazzjoni klassifikata jew sensittiva mhux klassifikata, li jkollhom fis-seħħ il-ftehimiet xierqa f'konformità mal-Artikolu 777.

2.   Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm jew attività tal-Unjoni, jew partijiet minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 708, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom:

(a)

jagħmlu kull sforz, fil-qafas tal-liġijiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri biex jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza ta' nazzjonali tar-Renju Unit involuti fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi u l-attivitajiet, jew partijiet minnhom, inklużi studenti, riċerkaturi, apprendisti jew voluntiera;

(b)

tiżgura, sa fejn ikun taħt il-kontroll tal-Unjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, li l-kondizzjonijiet għan-nazzjonali tar-Renju Unit imsemmija fil-punt (a) biex jaċċessaw servizzi fl-Unjoni li huma direttament relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi jew l-attivitajiet ikunu l-istess bħal dawk għaċ-ċittadini tal-Unjoni, inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe tariffa.

3.   Il-Protokoll I jista' jistabbilixxi aktar kondizzjonijiet speċifiċi li jirreferu għal dan l-Artikolu, li huma meħtieġa għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm jew attività tal-Unjoni, jew partijiet minnhom.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 711.

5.   Dan l-Artikolu u l-Artikolu 718, huma wkoll mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament magħmul bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda dwar iż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar.

Artikolu 713

Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-governanza tal-programmi jew l-attivitajiet

1.   Rappreżentanti jew esperti tar-Renju Unit, jew l-esperti maħtura mir-Renju Unit għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala osservaturi sakemm ma jkunux punti riżervati għall-Istati Membri biss jew marbuta ma' programm jew attività li fihom ir-Renju Unit mhux qed jipparteċipa, fil-kumitati, fil-laqgħat tal-gruppi ta' esperti jew f'laqgħat simili oħra fejn ir-rappreżentanti jew l-esperti tal-Istati Membri, jew l-esperti maħtura mill-Istati Membri jipparteċipaw, u li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-programmi, l-attivitajiet jew partijiet minnhom, li fihom jipparteċipa r-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 708 jew li huma stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta ma' dawn il-programmi, attivitajiet jew partijiet minnhom. Ir-rappreżentanti jew l-esperti tar-Renju Unit, jew l-esperti maħtura mir-Renju Unit ma għandhomx ikunu preżenti fil-mument tal-votazzjoni. Ir-Renju Unit għandu jiġi infurmat bir-riżultat tal-votazzjoni.

2.   Meta l-esperti jew l-evalwaturi ma jinħatrux fuq il-bażi tan-nazzjonalità, in-nazzjonalità ma għandhiex tkun raġuni biex jiġu esklużi n-nazzjonali tar-Renju Unit.

3.   Soġġett għall-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tar-Renju Unit fil-laqgħat imsemmija fil-paragrafu 1, jew f'laqgħat oħra relatati mal-implimentazzjoni ta' programmi jew attivitajiet, għandha tkun irregolata mill-istess regoli u proċeduri bħal dawk applikabbli għar-rappreżentanti tal-Istati Membri, b'mod partikolari d-drittijiet tal-kelma, ir-riċeviment ta' informazzjoni u dokumentazzjoni sakemm ma jikkonċernax punti riżervati biss għall-Istati Membri jew b'rabta ma' programm jew attività li fihom ir-Renju Unit mhux qed jipparteċipa, u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.

4.   Il-Protokoll I jista' jiddefinixxi modalitajiet ulterjuri għall-parteċipazzjoni ta' esperti, kif ukoll il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f'bordijiet ta' tmexxija u strutturi maħluqa għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' programmi jew attivitajiet tal-Unjoni definiti f'dak il-Protokoll.

TAQSIMA 2

REGOLI GĦALL-FINANZJAMENT TAL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI U L-ATTIVITAJIET TAL-UNJONI

Artikolu 714

Kondizzjonijiet finanzjarji

1.   Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' entitajiet tar-Renju Unit fil-programmi, attivitajiet jew partijiet minnhom tal-Unjoni, għandha tkun soġġetta għall-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit għall-finanzjament korrispondenti taħt il-baġit tal-Unjoni.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tieħu l-forma tas-somma ta':

(a)

miżata għall-parteċipazzjoni; u

(b)

kontribuzzjoni operattiva.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tieħu l-forma ta' pagament annwali magħmul f'pagament wieħed jew aktar.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 733, il-miżata għall-parteċipazzjoni għandha tkun ta' 4 % tal-kontribuzzjoni operattiva annwali u ma għandhiex tkun soġġetta għal aġġustamenti retrospettivi ħlief fir-rigward tas-sospensjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 718(7) u t-terminazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 720(6). Mill-2028 il-livell tal-miżata għall-parteċipazzjoni jista' jiġi aġġustat mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni.

5.   Il-kontribuzzjoni operattiva għandha tkopri n-nefqa operattiva u ta' appoġġ u tkun addizzjonali kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-ammonti mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni adottati definittivament għal programmi jew attivitajiet jew b'mod eċċezzjonali għal partijiet minnhom miżjuda, fejn xieraq, bi dħul assenjat estern li ma jirriżultax minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi u attivitajiet tal-Unjoni minn donaturi oħra, kif definit fil-Protokoll I.

6.   Il-kontribuzzjoni operazzjonali għandha tkun ibbażata fuq koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit bħala l-proporzjon tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tar-Renju Unit bi prezzijiet tas-suq mal-PDG tal-Unjoni bil-prezzijiet tas-suq. Il-PDG bil-prezzijiet tas-suq li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu disponibbli l-aktar tard mill-1 ta' Jannar tas-sena li fiha jsir il-pagament annwali kif previst mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (EUROSTAT), hekk kif japplika l-arranġament imsemmi fl-Artikolu 730 u skont ir-regoli ta' dan l-arranġament. Qabel ma japplika dan l-arranġament, il-PDG tar-Renju Unit għandu jkun dak stabbilit abbażi tad-data pprovduta mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD).

7.   Il-kontribuzzjoni operazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-applikazzjoni tal-kjavi tal-kontribuzzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn inizjali miżjuda kif deskritt fil-paragrafu 5 imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni adottat definittivament għas-sena applikabbli għall-finanzjament tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni jew b'mod eċċezzjonali partijiet minnhom li fihom jipparteċipa r-Renju Unit.

8.   Il-kontribuzzjoni operattiva ta' programm, attività jew parti minnha għal sena N tista' tiġi aġġustata b'mod retrospettiv ‘il fuq jew 'l isfel f'sena waħda jew aktar sussegwenti fuq il-bażi tal-impenji baġitarji magħmula fuq l-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' dik is-sena, l-implimentazzjoni tagħhom permezz ta' impenji legali u d-diżimpenn tagħhom.

L-ewwel aġġustament għandu jsir fis-sena N+1 meta l-kontribuzzjoni inizjali għandha tiġi aġġustata 'l fuq jew 'l isfel bid-differenza bejn il-kontribuzzjoni inizjali u kontribuzzjoni aġġustata kkalkulata billi jiġi applikat il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tas-sena N għas-somma:

(a)

tal-ammont ta' impenji baġitarji li saru fuq approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati fis-sena N taħt il-baġit adottat tal-Unjoni Ewropea u fuq approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għal diżimpenji li saru disponibbli mill-ġdid; u

(b)

kwalunkwe approprjazzjoni ta' dħul assenjat estern li ma tirriżultax minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi u attivitajiet tal-Unjoni minn donaturi oħra kif definit fil-Protokoll I u li kienu disponibbli fi tmiem is-sena N.

Kull sena sussegwenti, sakemm l-impenji baġitarji kollha ffinanzjati taħt l-approprjazzjonijiet li joriġinaw mis-sena N ikunu tħallsu jew ġew diżimpenjati u mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-programm jew wara tmiem il-qafas finanzjarju pluriennali li jikkorrispondi għas-sena N skont liema tiġi l-ewwel, l-Unjoni għandha tikkalkula aġġustament tal-kontribuzzjoni tas-sena N billi tnaqqas il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit bl-ammont miksub bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tas-sena N għad-diżimpenji magħmula kull sena fuq l-impenji tas-sena N iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jew mid-diżimpenji li jkunu saru disponibbli mill-ġdid.

Jekk l-approprjazzjonijiet tad-dħul assenjat estern li ma jirriżultawx minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi u attivitajiet tal-Unjoni minn donaturi oħra kif definit fil-Protokoll I jiġu kkanċellati, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għandha titnaqqas bl-ammont miksub bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tas-sena N għall-ammont ikkanċellat.

Fis-sena N+2 jew fis-snin sussegwenti, wara li jkunu saru l-aġġustamenti msemmija fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għas-sena N għandha titnaqqas ukoll b'ammont miksub billi tiġi mmultiplikata l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għas-sena N u l-proporzjon ta’:

(a)

l-impenji legali tas-sena N, iffinanzjati taħt kwalunkwe approprjazzjoni ta' impenn disponibbli fis-sena N, u li jirriżultaw minn proċeduri ta' għoti kompetittivi,

(i)

li minnhom ġew esklużi r-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit; jew

(ii)

li għalihom il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni ddeċieda, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 715 li kien hemm kważi esklużjoni tar-Renju Unit jew ta' entitajiet tar-Renju Unit; jew

(iii)

li għalihom l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tkun skadiet matul is-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 718 jew wara li tkun daħlet fis-seħħ it-terminazzjoni msemmija fl-Artikolu 720; jew

(iv)

li għalihom il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-entitajiet tar-Renju Unit tkun ġiet limitata skont l-Artikolu 722(3); u

(b)

l-ammont totali ta' impenji legali ffinanzjati taħt kwalunkwe approprjazzjoni ta' impenn tas-sena N.

Dan l-ammont ta' impenji legali għandu jiġi kkalkulat billi jittieħdu l-impenji baġitarji kollha li saru fis-sena N u jitnaqqsu d-diżimpenji li jkunu saru fuq dawn l-impenji fis-sena N+1.

9.   Fuq talba, l-Unjoni għandha tipprovdi lir-Renju Unit b'informazzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni finanzjarja tiegħu kif inkluża fl-informazzjoni relatata mal-baġit, il-kontabbiltà, il-prestazzjoni u l-evalwazzjoni pprovduta lill-awtoritajiet baġitarji u ta' kwittanza tal-Unjoni dwar il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni li fihom jipparteċipa r-Renju Unit. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b'kont debitu għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u tar-Renju Unit u hija mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni li r-Renju Unit huwa intitolat li jirċievi skont il-Kapitolu 2.

10.   Il-kontribuzzjonijiet kollha tar-Renju Unit jew il-pagamenti kollha mill-Unjoni u l-kalkolu tal-ammonti dovuti jew li għandhom jiġu riċevuti għandhom isiru f'euro.

11.   Soġġett għall-paragrafu 5 u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu jinsabu fl-Anness 47. L-Anness 47 jista' jiġi emendat mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni.

Artikolu 715

Kważi esklużjoni mill-proċedura ta' għoti ta' għotja kompetittiva

1.   Meta r-Renju Unit iqis li ċerti kondizzjonijiet stabbiliti fi proċedura ta' għotja kompetittiva jammontaw għal kważi esklużjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit, ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-proċedura kkonċernata u għandu jipprovdi ġustifikazzjoni.

2.   Fi żmien tliet xhur mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-proċedura tal-għoti kkonċernata, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jeżamina n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 sakemm ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit fil-proċedura tal-għoti kkonċernata tkun mill-inqas 25 % inqas meta mqabbla ma’:

(a)

ir-rata medja ta' parteċipazzjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit fi proċeduri ta' għoti kompetittivi simili li ma fihomx kondizzjoni bħal din u mnedija fi żmien tliet snin qabel in-notifika; jew,

(b)

fin-nuqqas ta' proċeduri ta' għoti kompetittivi simili, ir-rata medja ta' parteċipazzjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit fil-proċeduri ta' għoti kompetittivi kollha mnedija taħt il-programm, jew il-programm preċedenti, kif rilevanti, fi żmien tliet snin qabel in-notifika.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu sa tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, jiddeċiedi jekk kienx hemm kważi esklużjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit mill-proċedura tal-għoti kkonċernata fid-dawl tal-ġustifikazzjoni pprovduta mir-Renju Unit skont il-paragrafu 1 u r-rata ta' parteċipazzjoni effettiva fil-proċedura tal-għoti kkonċernata.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2 u 3, ir-rata ta' parteċipazzjoni għandha tkun il-proporzjon bejn l-għadd ta' applikazzjonijiet ippreżentati minn entitajiet tar-Renju Unit u l-għadd totali ta' applikazzjonijiet ippreżentati fl-istess proċedura ta' għoti.

Artikolu 716

Programmi li għalihom japplika mekkaniżmu ta' korrezzjoni awtomatika

1.   Għandu japplika mekkaniżmu awtomatiku ta' korrezzjoni fir-rigward ta' dawk il-programmi, l-attivitajiet jew partijiet minnhom tal-Unjoni li għalihom l-applikazzjoni ta' mekkaniżmu ta' korrezzjoni awtomatiku hija prevista fil-Protokoll I. L-applikazzjoni ta' dak il-mekkaniżmu ta' korrezzjoni awtomatiku tista' tkun limitata għal partijiet tal-programm jew tal-attività speċifikati fil-Protokoll I, li huma implimentati permezz ta' għotjiet li għalihom jiġu organizzati sejħiet kompetittivi. Ir-regoli dettaljati dwar l-identifikazzjoni tal-partijiet tal-programm jew tal-attività li għalihom il-mekkaniżmu ta' korrezzjoni awtomatika japplika jew ma japplikax jistgħu jiġu stabbiliti fil-Protokoll I.

2.   L-ammont tal-korrezzjoni awtomatika għal programm jew attività jew partijiet minnhom għandu jkun id-differenza bejn l-ammonti inizjali tal-impenji legali attwalment meħuda mal-entitajiet tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-sena inkwistjoni u l-kontribuzzjoni operazzjonali korrispondenti mħallsa mir-Renju Unit kif aġġustata skont l-Artikolu 714(8), eskluża n-nefqa ta' appoġġ, li tkopri l-istess perjodu jekk dak l-ammont ikun pożittiv.

3.   Kwalunkwe ammont imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li għalih kull waħda minn sentejn konsekuttivi taqbeż it-8 % tal-kontribuzzjoni korrispondenti tar-Renju Unit għall-programm kif aġġustat skont l-Artikolu 714(8) għandu jkun dovut mir-Renju Unit bħala kontribuzzjoni addizzjonali skont il-mekkaniżmu ta' korrezzjoni awtomatika għal kull sena mis-sentejn.

4.   Regoli dettaljati dwar l-istabbiliment tal-ammonti rilevanti tal-impenji legali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, inkluż fil-każ ta' konsorzji, u dwar il-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika jistgħu jiġu stabbiliti fil-Protokoll I.

Artikolu 717

Finanzjament fir-rigward ta' programmi implimentati permezz ta' strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji

1.   Fejn ir-Renju Unit jipparteċipa fi programm, attività tal-Unjoni jew partijiet minnhom li jkunu implimentati permezz ta' strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal programmi implimentati permezz ta' strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji skont il-baġit tal-Unjoni Ewropea implimentat skont it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għandha ssir fil-forma ta' flus kontanti. L-ammont ikkontribwit fi flus kontanti għandu jżid il-garanzija baġitarja tal-Unjoni jew il-pakkett finanzjarju tal-istrument finanzjarju.

2.   Fejn ir-Renju Unit jipparteċipa fi programm imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jkun implimentat mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, f'każ li l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment ikun jeħtieġ ikopri telf li mhuwiex kopert mill-garanzija pprovduta mill-baġit tal-Unjoni, ir-Renju Unit għandu jħallas lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment perċentwal ta' dak it-telf ugwali għall-proporzjon tal-Prodott Domestiku Gross bi prezzijiet tas-suq tar-Renju Unit u s-somma tal-Prodott Domestiku Gross bi prezzijiet tas-suq tal-Istati Membri, tar-Renju Unit u kwalunkwe pajjiż terz ieħor li jipparteċipa f'dak il-programm. Il-Prodott Domestiku Gross bil-prezzijiet tas-suq li għandu jiġi applikat għandu jkun dak disponibbli l-aktar tard mill-1 ta' Jannar tas-sena li fiha jsir il-pagament kif ipprovdut mill-EUROSTAT, malli jibda japplika l-arranġament imsemmi fl-Artikolu 730 u skont ir-regoli ta' dan l-arranġament. Qabel ma japplika dan l-arranġament, il-PDG tar-Renju Unit għandu jkun dak stabbilit abbażi tad-data pprovduta mill-OECD.

3.   Fejn xieraq, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, li b'mod partikolari jiżguraw li r-Renju Unit jirċievi s-sehem tiegħu ta' kontribuzzjonijiet mhux użati għal garanziji baġitarji u strumenti finanzjarji, għandhom jiġu speċifikati aktar fil-Protokoll I.

TAQSIMA 3

SOSPENSJONI U TERMINAZZJONI TAL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI TAL-UNJONI

Artikolu 718

Sospensjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm tal-Unjoni mill-Unjoni

1.   L-Unjoni tista' unilateralment tissospendi l-applikazzjoni tal-Protokoll I, f'relazzjoni ma' programm wieħed jew aktar tal-Unjoni, attivitajiet jew eċċezzjonalment partijiet tagħhom skont dan l-Artikolu jekk ir-Renju Unit ma jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu jew jekk ir-Renju Unit jintroduċi bidliet sinifikanti għal kondizzjoni waħda jew aktar minn dawk segwenti li eżistew meta r-Renju Unit kien jipparteċipa fi programm, attività jew eċċezzjonalment parti minnha u inklużi fil-Protokoll I, u jekk tali bidliet ikollhom impatt sinifikanti fuq l-implimentazzjoni tagħhom:

(a)

il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza fir-Renju Unit tal-persuni li huma involuti fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi u l-attivitajiet, jew partijiet minnhom, inklużi studenti, riċerkaturi, trainees jew voluntiera jinbidlu. Dan għandu japplika, b'mod partikolari, jekk ir-Renju Unit jintroduċi bidla fil-liġijiet domestiċi tiegħu għall-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza fir-Renju Unit għal dawn il-persuni, li tiddiskrimina bejn l-Istati Membri;

(b)

ikun hemm bidla fl-imposti finanzjarji, inklużi t-tariffi, li japplikaw għall-persuni msemmija fil-punt (a) sabiex iwettqu l-attivitajiet li huma jridu jwettqu sabiex jimplimentaw il-programm;

(c)

il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 712(3) huma kif ġej.

2.   L-Unjoni għandha tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni dwar l-intenzjoni tagħha li tissospendi l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programm jew l-attività konċernata. L-Unjoni għandha tidentifika l-ambitu tas-sospensjoni u tipprovdi l-ġustifikazzjoni dovuta. Sakemm l-Unjoni ma tirtirax in-notifika tagħha, is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ 45 jum wara d-data tan-notifika mill-Unjoni. Id-data li fiha s-sospensjoni tidħol fis-seħħ għandha tikkostitwixxi d-data ta' referenza tas-sospensjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Qabel in-notifika u s-sospensjoni, u matul il-perjodu ta' sospensjoni, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni jista' jiddiskuti miżuri xierqa biex tiġi evitata jew titneħħa s-sospensjoni. F'każ li l-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni jsib ftehim biex tiġi evitata s-sospensjoni fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, is-sospensjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ.

Fi kwalunkwe każ, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jiltaqa' matul il-perjodu ta' 45 jum biex jiddiskuti l-kwistjoni.

3.   Mid-data ta' referenza tas-sospensjoni, ir-Renju Unit ma għandux jiġi ttrattat bħala pajjiż li jipparteċipa fil-programm tal-Unjoni, attività, jew parti minnha kkonċernata mis-sospensjoni u b'mod partikolari, l-entitajiet tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit ma għandhomx jibqgħu eliġibbli skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 711 u l-Protokoll I, fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti tal-Unjoni li jkunu għadhom ma tlestewx f'dik id-data. Proċedura ta' għoti għandha tiġi kkunsidrata li tlestiet meta jkunu ttieħdu l-impenji legali b'riżultat ta' dik il-proċedura.

4.   Is-sospensjoni ma għandhiex taffettwa l-impenji legali li ttieħdu qabel id-data ta' referenza tas-sospensjoni. Dan il-Ftehim għandu jkompli japplika għal tali impenji legali.

5.   Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Unjoni malli jikkunsidra li tkun ġiet stabbilita mill-ġdid il-konformità mal-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, u għandu jipprovdi lill-Unjoni b'kwalunkwe evidenza rilevanti għal dan il-għan.

Fi żmien 30 jum minn dik in-notifika l-Unjoni għandha tivvaluta l-kwistjoni u tista', għal dan il-għan, titlob lir-Renju Unit biex jippreżenta evidenza addizzjonali. Iż-żmien meħtieġ biex tiġi pprovduta tali evidenza addizzjonali ma għandux jittieħed kont tiegħu fil-perjodu ġenerali għall-valutazzjoni.

Fejn l-Unjoni tkun sabet li ġiet stabbilita mill-ġdid il-konformità għall-parteċipazzjoni, hi għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni li tneħħiet is-sospensjoni. It-tneħħija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara d-data ta' notifika.

Fejn l-Unjoni tkun sabet li ma tkunx ġiet stabbilita mill-ġdid il-konformità mal-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, is-sospensjoni għandha tibqa' fis-seħħ.

6.   Ir-Renju Unit għandu jerġa' jiġi ttrattat bħala pajjiż li jipparteċipa fil-programm jew l-attività tal-Unjoni kkonċernata, u b'mod partikolari r-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit għandhom jerġgħu jkunu eliġibbli skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 711 u l-Protokoll I, fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti tal-Unjoni taħt dak il-programm jew l-attività tal-Unjoni li jkunu tnedew wara d-data li fiha t-tneħħija tas-sospensjoni tidħol fis-seħħ, jew li jkunu tnedew qabel dik id-data, u li għalihom ma tkunx skadiet l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet.

7.   Fil-każ li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm, attività, jew parti minnhom tiġi sospiża, il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit li tkun dovuta matul il-perjodu ta' sospensjoni għandha tiġi stabbilita kif ġej:

(a)

l-Unjoni għandha tikkalkula mill-ġdid il-kontribuzzjoni operazzjonali billi tuża l-proċedura deskritta fil-punt (a)(iii) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 714(8);

(b)

it-tariffa tal-parteċipazzjoni għandha tiġi aġġustata f'konformità mal-aġġustament tal-kontribuzzjoni operazzjonali.

Artikolu 719

Terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm tal-Unjoni mill-Unjoni

1.   Jekk, sa sena wara d-data ta' referenza msemmija fl-Artikolu 718(2) l-Unjoni ma tkunx neħħiet is-sospensjoni skont l-Artikolu 718, l-Unjoni għandha jew:

(a)

tivvaluta mill-ġdid il-kondizzjonijiet li bihom tista' toffri li tippermetti lir-Renju Unit ikompli jipparteċipa fil-programmi, fl-attivitajiet jew f'partijiet minnhom ikkonċernati tal-Unjoni u għandha tipproponi dawk il-kondizzjonijiet lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni fi żmien 45 jum mill-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni ta' sena bil-għan li timmodifika l-Protokoll I. Fin-nuqqas ta' ftehim dwar dawk il-miżuri mill-Kumitat Speċjalizzat fi żmien perjodu ulterjuri ta' 45 jum, it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ kif imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu; jew

(b)

ittemm unilateralment l-applikazzjoni tal-Protokoll I, fir-rigward tal-programmi tal-Unjoni, l-attivitajiet jew partijiet minnhom ikkonċernati, f'konformità ma' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-impatt tal-bidla msemmija fl-Artikolu 718 fuq l-implimentazzjoni tal-programm jew l-attività jew b'mod eċċezzjonali partijiet minnu, jew l-ammont tal-kontribuzzjoni mhux imħallsa.

2.   L-Unjoni għandha tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni bl-intenzjoni tagħha li tittermina l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm wieħed jew aktar tal-Unjoni jew attivitajiet skont il-punt (b) tal-paragrafu 1. L-Unjoni għandha tidentifika l-ambitu tat-terminazzjoni u tipprovdi l-ġustifikazzjoni dovuta. Sakemm l-Unjoni ma tirtirax in-notifika tagħha, it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ 45 jum wara d-data tan-notifika mill-Unjoni. Id-data li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ għandha tikkostitwixxi d-data ta' referenza tat-terminazzjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

3.   Mid-data ta' referenza tat-terminazzjoni 'il quddiem ir-Renju Unit ma għandux jiġi ttrattat bħala pajjiż li jipparteċipa fil-programm jew fl-attività tal-Unjoni kkonċernat mit-terminazzjoni u b'mod partikolari r-Renju Unit jew entitajiet tar-Renju Unit ma għandhomx jibqgħu jkunu eliġibbli skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 711 u l-Protokoll I, fir-rigward tal-proċeduri ta' għoti tal-Unjoni li jkunu għadhom ma tlestewx sa dik id-data. Proċedura ta' għoti għandha tiġi kkunsidrata li tkun tlestiet jekk ikunu ttieħdu l-impenji legali b'riżultat ta' dik il-proċedura.

4.   It-terminazzjoni ma għandhiex taffettwa l-impenji legali li saru qabel id-data ta' referenza tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 718(2). Dan il-Ftehim għandu jkompli japplika għal tali impenji legali.

5.   Fejn l-applikazzjoni tal-Protokoll I, jew parti minnu, tiġi tterminata fir-rigward tal-programmi jew l-attivitajiet jew partijiet minnhom eċċezzjonalment ikkonċernati:

(a)

il-kontribuzzjoni operazzjonali li tkopri n-nefqa ta' appoġġ relatata mal-impenji legali li diġà saru għandha tkompli tkun dovuta sat-tlestija ta' dawk l-impenji legali jew sat-tmiem tal-qafas finanzjarju pluriennali li taħtu jkun ġie ffinanzjat l-impenn legali;

(b)

ma għandha ssir l-ebda kontribuzzjoni ħlief dik imsemmija fil-punt (a) fis-snin ta' wara.

Artikolu 720

Terminazzjoni tal-parteċipazzjoni fi programm jew attività fil-każ ta' modifika sostanzjali fil-programmi tal-Unjoni

1.   Ir-Renju Unit jista' jtemm unilateralment il-parteċipazzjoni tiegħu fi programm jew attività tal-Unjoni jew parti minnhom msemmija fil-Protokoll I meta:

(a)

l-att bażiku ta' dak il-programm jew attività tal-Unjoni jiġi emendat sal-punt li l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew tal-entitajiet tar-Renju Unit f'dak il-programm jew attività tal-Unjoni jkunu ġew modifikati sostanzjalment, b' mod partikolari, bħala riżultat ta' bidla fl-objettivi tal-programm jew tal-attività u tal-azzjonijiet korrispondenti; jew

(b)

l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn kif imsemmi fl-Artikolu 714 jiżdied b'aktar minn 15 % meta mqabbel mal-pakkett finanzjarju inizjali ta' dak il-programm jew l-attività jew parti minnhom li fih jipparteċipa r-Renju Unit u jew il-limitu massimu korrispondenti tal-qafas finanzjarju pluriennali jkun żdied jew ikun żdied l-ammont ta' dħul estern imsemmi fl-Artikolu 714(5) għall-perjodu kollu ta' parteċipazzjoni; jew

(c)

ir-Renju Unit jew l-entitajiet tar-Renju Unit huma esklużi mill-parteċipazzjoni f'parti minn programm jew attività għal raġunijiet debitament ġustifikati, u dik l-esklużjoni tikkonċerna approprjazzjonijiet ta' impenn li jaqbżu 10 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-Unjoni adottati definittivament għal sena N għal dak il-programm jew attività.

2.   Għal dan il-għan, ir-Renju Unit għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jittermina l-Protokoll I fir-rigward tal-programm jew attività tal-Unjoni kkonċernat lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni sa mhux aktar tard minn 60 jum wara l-pubblikazzjoni tal-emenda jew tal-baġit annwali adottat jew emenda għalih f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju Unit għandu jispjega r-raġunijiet li minħabba fihom ir-Renju Unit iqis li l-emenda tbiddel sostanzjalment il-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jiltaqa' fi żmien 45 jum minn meta jirċievi notifika biex jiddiskuti l-kwistjoni.

3.   Sakemm ir-Renju Unit ma jirtirax in-notifika tiegħu, it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ 45 jum wara d-data tan-notifika mir-Renju Unit. Id-data li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ għandha tikkostitwixxi d-data ta' referenza għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

4.   Mid-data ta' referenza 'l quddiem ir-Renju Unit ma għandux jiġi ttrattat bħala pajjiż li jipparteċipa fil-programm jew attività tal-Unjoni kkonċernat mit-terminazzjoni, u b'mod partikolari r-Renju Unit jew entitajiet tar-Renju Unit ma għandhomx jibqgħu jkunu eliġibbli skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 711 u fil-Protokoll I, fir-rigward tal-proċeduri ta' għoti tal-Unjoni li jkunu għadhom ma tlestewx sa dik id-data. Proċedura ta' għoti għandha tiġi kkunsidrata li tkun tlestiet jekk ikunu ttieħdu l-impenji legali b'riżultat ta' dik il-proċedura.

5.   It-terminazzjoni ma għandhiex taffettwa l-impenji legali li saru qabel id-data ta' referenza. Dan il-Ftehim għandu jkompli japplika għal tali impenji legali.

6.   Fil-każ ta' terminazzjoni skont dan l-Artikolu fir-rigward tal-programmi jew l-attivitajiet ikkonċernati:

(a)

il-kontribuzzjoni operazzjonali li tkopri n-nefqa ta' appoġġ relatata mal-impenji legali li diġà saru għandha tkompli tkun dovuta sat-tlestija ta' dawk l-impenji legali jew sat-tmiem tal-qafas finanzjarju pluriennali li taħtu jkun ġie ffinanzjat l-impenn legali;

(b)

l-Unjoni għandha tikkalkula mill-ġdid il-kontribuzzjoni operazzjonali tas-sena meta sseħħ it-terminazzjoni billi tuża l-proċedura deskritta fil-punt (a)(iii) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 714(8). L-ebda kontribuzzjoni ħlief dik imsemmija fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu ma għandha ssir fis-snin ta' wara;

(c)

it-tariffa tal-parteċipazzjoni għandha tiġi aġġustata f'konformità mal-aġġustament tal-kontribuzzjoni operazzjonali.

TAQSIMA 4

RIEŻAMI TAL-PRESTAZZJONI U Ż-ŻIDIET FINANZJARJI

Artikolu 721

Rieżami tal-prestazzjoni

1.   Proċedura ta' rieżami tal-prestazzjoni għandha tapplika skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu fir-rigward ta' partijiet tal-programm jew tal-attività tal-Unjoni li għalihom japplika l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni msemmi fl-Artikolu 716.

2.   Ir-Renju Unit jista' jitlob lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni biex jibda l-proċedura ta' rieżami tal-prestazzjoni meta l-ammont ikkalkulat skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 716(2) huwa negattiv, u fejn l-ammont huwa ogħla minn 12 % tal-kontribuzzjonijiet korrispondenti tar-Renju Unit għall-programm jew l-attività kif aġġustati skont l-Artikolu 714(8).

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu, fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba msemmija fil-paragrafu 2, janalizza d-data rilevanti relatata mal-prestazzjoni u jadotta rapport li jipproponi miżuri xierqa biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati għal perjodu ta' tnax-il xahar wara l-adozzjoni tar-rapport. Wara l-applikazzjoni tal-miżuri, id-data dwar il-prestazzjoni matul il-perjodu inkwistjoni għandha tintuża biex tiġi kkalkulata d-differenza bejn l-ammonti inizjali dovuti taħt l-impenji legali li attwalment ittieħdu mar-Renju Unit jew mal-entitajiet tar-Renju Unit matul dik is-sena kalendarja u l-kontribuzzjoni operattiva korrispondenti mħallsa mir-Renju Unit għall-istess sena.

Jekk id-differenza msemmija fit-tieni subparagrafu tkun negattiva u taqbeż is-16 % tal-kontribuzzjoni operazzjonali korrispondenti, ir-Renju Unit jista’:

(a)

jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-programm tal-Unjoni jew f'parti minn programm ikkonċernat billi jagħti avviż 45 jum qabel il-jum maħsub għat-terminazzjoni, u jista' jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu f'konformità mal-Artikolu 720(3) sa (6); jew

(b)

jitlob lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni jadotta miżuri ulterjuri biex jindirizza l-prestazzjoni insuffiċjenti, inkluż billi jagħmel adattamenti għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programm tal-Unjoni kkonċernat u billi jaġġusta l-kontribuzzjonijiet finanzjarji futuri tar-Renju Unit fir-rigward ta' dak il-programm.

Artikolu 722

Rieżami taż-żidiet finanzjarji

1.   Ir-Renju Unit jista' jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fi Programmi tal-Unjoni li joġġezzjona għall-ammont tal-kontribuzzjoni tiegħu għal programm jew attività tal-Unjoni jekk l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn kif imsemmi fl-Artikolu 714 jiżdied b'aktar minn 5 % meta mqabbel mal-pakkett finanzjarju inizjali għal dak il-programm jew attività tal-Unjoni u jew ikun żdied il-limitu massimu korrispondenti jew ikun żdied l-ammont ta' dħul estern imsemmi fl-Artikolu 714(5) għall-perjodu kollu ta' parteċipazzjoni.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha ssir fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-baġit annwali adottat jew emenda għalih f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tar-Renju Unit li jħallas il-kontribuzzjoni tiegħu u għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' aġġustament imsemmi fl-Artikolu 714(8).

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jħejji rapport, jipproponi u jiddeċiedi dwar l-adozzjoni ta' miżuri xierqa fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-limitazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-entitajiet tar-Renju Unit għal ċerti tipi ta' azzjonijiet jew proċeduri ta' għoti jew, fejn xieraq, modifika tal-Protokoll I. Il-limitazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ser tiġi ttrattata bħala esklużjoni għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta' aġġustament imsemmi fl-Artikolu 714(8).

4.   Fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 720(1), ir-Renju Unit jista' jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fi programm jew attività tal-Unjoni msemmija fil-Protokoll I f'konformità mal-Artikolu 720(2) sa (6).

KAPITOLU 2

ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA

Artikolu 723

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika fir-rigward tal-programmi, l-attivitajiet u s-servizzi tal-Unjoni taħt il-programmi tal-Unjoni msemmija fil-Protokolli I u II dwar l-aċċess tar-Renju Unit għal servizzi stabbiliti taħt ċerti programmi u attivitajiet tal-Unjoni li fihom ir-Renju Unit ma jipparteċipax (Protokoll II).

TAQSIMA 1

PROTEZZJONI TAL-INTERESSI FINANZJARJI U RKUPRU

Artikolu 724

Twettiq ta' attività għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni msemmija f'dan il-Kapitolu għandhom jikkooperaw mill-qrib f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom.

Meta jeżerċitaw dmirijiethom fit-territorju tar-Renju Unit, l-aġenti u l-korpi investigattivi tal-Unjoni għandhom jaġixxu b'mod konsistenti mal-liġi tar-Renju Unit.

Artikolu 725

Rieżamijiet u awditi

1.   L-Unjoni għandu jkollha d-dritt li twettaq kif previst fil-ftehimiet jew kuntratti ta' finanzjament rilevanti u f'konformità mal-atti applikabbli ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni, reviżjonijiet u awditi tekniċi, xjentifiċi, finanzjarji, jew ta' tipi oħra fil-bini ta' kwalunkwe persuna fiżika residenti fi jew entità ġuridika stabbilita fir-Renju Unit u li tirċievi finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll xi terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni residenti jew stabbilita fir-Renju Unit. Tali rieżamijiet u awditi jistgħu jitwettqu mill-aġenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew minn persuni oħra b'mandat mill-Kummissjoni Ewropea f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

2.   L-aġenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-aġenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll il-persuni l-oħra b'mandat mill-Kummissjoni Ewropea, għandu jkollhom aċċess xieraq għal siti, xogħlijiet u dokumenti (f'verżjonijiet elettroniċi, fuq il-karta jew it-tnejn) u għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitwettqu tali rieżamijiet u awditi, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Tali aċċess għandu jinkludi d-dritt li jinkisbu kopji fiżiċi jew elettroniċi ta’, u estratti minn, kwalunkwe dokument jew il-kontenut ta' kwalunkwe mezz ta' data miżmum minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi awditjati, jew minn terza persuna awditjata.

3.   Ir-Renju Unit ma għandux jipprevjeni jew iqajjem xi ostaklu għad-dritt tal-aġenti u persuni oħra msemmija fil-paragrafu 2 li jidħlu fir-Renju Unit u li jkollhom aċċess għall-bini tal-persuni awditjati, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom imsemmija f'dan l-Artikolu.

4.   Minkejja s-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm jew attività, is-sospensjoni ta' parti mid-dispożizzjonijiet jew tad-dispożizzjonijiet kollha ta' din il-Parti u/jew tal-Protokoll I jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, ir-reviżjonijiet u l-awditi jistgħu jitwettqu wkoll wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni jew it-terminazzjoni rilevanti, skont it-termini stabbiliti fl-atti applikabbli ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni u kif previst fil-ftehimiet jew kuntratti ta' finanzjament rilevanti fir-rigward ta' kwalunkwe impenn legali li jimplimenta l-baġit tal-Unjoni li daħlet għalih l-Unjoni qabel ma tidħol fis-seħħ is-sospensjoni rilevanti.

Artikolu 726

Il-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, il-frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom ikunu awtorizzati jwettqu investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, fit-territorju tar-Renju Unit. Il-Kummissjoni Ewropea u l-OLAF għandhom jaġixxu f'konformità mal-atti tal-Unjoni li jirregolaw dawk il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-OLAF f'perjodu raġonevoli bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih b'rabta ma' irregolarità, frodi jew attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu fil-bini ta' kwalunkwe persuna fiżika li tirrisjedi fir-Renju Unit jew entità ġuridika stabbilita fih u li tirċievi finanzjament mill-Unjoni skont ftehim ta' finanzjament jew kuntratt, kif ukoll fil-bini ta' xi terza persuna involuta fl-implimentazzjoni ta' tali finanzjament tal-Unjoni li tirrisjedi jew tkun stabbilita fir-Renju Unit. Tali kontrolli u spezzjonijiet għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti tar-Renju Unit maħtura mir-Renju Unit. L-awtorità maħtura għandha tiġi nnotifikata fi żmien raġonevoli qabel il-verifiki u spezzjonijiet, bil-għan, l-iskop u l-bażi legali ta' dawk il-verifiki u l-ispezzjonijiet biex tkun tista' tipprovdi assistenza. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fil-post.

4.   L-aġenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-OLAF għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha (f'verżjonijiet elettroniċi, fuq il-karta jew it-tnejn) relatati mal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, li huma meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post. B'mod partikolari, l-aġenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-OLAF jistgħu jikkupjaw id-dokumenti rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom jiddeċiedu skont il-każ jekk iwettqux verifiki u spezzjonijiet fuq il-post b'mod konġunt, inkluż meta ż-żewġ partijiet ikunu kompetenti biex iwettqu investigazzjonijiet.

6.   Jekk il-persuna, l-entità jew xi terza persuna oħra li tkun suġġetta għal kontroll jew spezzjoni fuq il-post tirreżisti kontroll jew spezzjoni fil-post, l-awtoritajiet tar-Renju Unit, filwaqt li jaġixxu f'konformità mar-regoli u r-regolamenti nazzjonali, għandhom jassistu lill-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF, biex dawn ikunu jistgħu jwettqu verifika jew spezzjoni fuq il-post. Tali l-assistenza għandha tinkludi t-teħid tal-miżuri ta' prekawzjoni xierqa skont il-liġi nazzjonali, inkluż miżuri għas-salvagwardja tal-evidenza.

7.   Il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit bir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet. B'mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF għandhom jirrappurtaw malajr kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit kwalunkwe fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li jkunu saru jafu bih waqt il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tar-Renju Unit, il-Kummissjoni Ewropea tista' timponi miżuri u penali amministrattivi fuq persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta' programm jew attività f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

9.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tajba ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom jiskambjaw informazzjoni regolarment u, fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet għal dan il-Ftehim, jikkonsultaw lil xulxin, sakemm dan ma jkunx ipprojbit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mil-liġijiet tar-Renju Unit.

10.   Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni effettivi mal-OLAF, ir-Renju Unit għandu jaħtar punt ta' kuntatt.

11.   L-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli. Id-data personali inkluża fl-iskambju ta' informazzjoni għandha tiġi protetta f'konformità mar-regoli applikabbli.

12.   Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tal-Artikolu 634, fejn kwalunkwe ċittadin tar-Renju Unit, jew persuna fiżika li tirrisjedi fir-Renju Unit, jew entitajiet ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni elenkati fil-Protokoll I, direttament jew indirettament, inkluż b'rabta ma' kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' tali finanzjament tal-Unjoni, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-Unjoni responsabbli għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq ta' dawk li jwettqu reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward ta' dan il-finanzjament, u l-kompliċi tagħhom, f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-istrumenti internazzjonali applikabbli, sabiex jippermettilhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 727

Emendi għall-Artikoli 708, 723, 725 u 726

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni jista' jemenda l-Artikoli 725 u 726, b'mod partikolari biex iqis il-bidliet fl-atti ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni.

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni jista' jemenda l-Artikolu 708 u l-Artikolu 723 biex jestendi l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għal programmi, attivitajiet u servizzi oħra tal-Unjoni.

Artikolu 728

Irkupru u infurzar

1.   Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni Ewropea li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni ġuridiċi jew fiżiċi għajr l-Istati fir-rigward ta' kwalunkwe pretensjoni li tirriżulta minn programmi, attivitajiet, azzjonijiet jew proġetti tal-Unjoni għandhom ikunu infurzabbli fir-Renju Unit. L-ordni għall-infurzar tagħhom għandha tkun mehmuża mad-deċiżjoni, mingħajr ebda formalità oħra għajr verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali maħtura għal dan il-għan mir-Renju Unit. Ir-Renju Unit għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bl-awtorità nazzjonali maħtura tiegħu. F'konformità mal-Artikolu 729, il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun intitolata li tinnotifika tali deċiżjonijiet infurzabbli direttament lil persuni li jirrisjedu, u lil entitajiet ġuridiċi stabbiliti, fir-Renju Unit. L-infurzar ta' dawk id-deċiżjonijiet għandu jsir f'konformità mal-liġi tar-Renju Unit.

2.   Is-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija b'applikazzjoni ta' klawżola ta' arbitraġġ li tinsab f'kuntratt jew ftehim fir-rigward ta' programmi, attivitajiet jew partijiet minnhom tal-Unjoni skont il-Protokoll I għandhom ikunu infurzabbli fir-Renju Unit bl-istess mod bħad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni li tirrevedi l-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 u li tissospendi l-infurzar ta' tali deċiżjonijiet. Madankollu, il-Qrati tar-Renju Unit għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq ilmenti li jallegaw li l-infurzar qed jitwettaq b'mod irregolari.

TAQSIMA 2

REGOLI OĦRA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI TAL-UNJONI

Artikolu 729

Komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew fil-kontroll ta' tali programmi jew attivitajiet, għandhom ikunu intitolati jikkomunikaw direttament, inkluż permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku, ma' kwalunkwe persuna fiżika residenti fir-Renju Unit jew entità ġuridika stabbilita fir-Renju Unit li tirċievi finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll ma' xi terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni li tirrisjedi jew tkun stabbilita fir-Renju Unit. Tali persuni, entitajiet u terzi persuni jistgħu jippreżentaw direttament lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jippreżentaw fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-programm jew attività tal-Unjoni jew fuq il-bażi tal-kuntratti jew il-ftehimiet ta' finanzjament konklużi għall-implimentazzjoni ta' dak il-programm jew attività.

Artikolu 730

Kooperazzjoni statistika

L-EUROSTAT u l-Awtorità tal-Istatistika tar-Renju Unit jistgħu jistabbilixxu arranġament li jippermetti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet statistiċi rilevanti u li jinkludi li l-EUROSTAT, bi qbil mal-Awtorità tal-Istatistika tar-Renju Unit, jipprovdi data statistika dwar ir-Renju Unit għall-finijiet ta' din il-Parti, inkluż, b'mod partikolari, data dwar il-PDG tar-Renju Unit.

KAPITOLU 3

AĊĊESS MIR-RENJU UNIT GĦAL SERVIZZI TAĦT PROGRAMMI TAL-UNJONI

Artikolu 731

Regoli dwar l-aċċess għas-servizz

1.   Fejn ir-Renju Unit ma jipparteċipax fi programm jew attività tal-Unjoni skont il-Kapitolu 1, huwa jista' madankollu jkollu aċċess għas-servizzi pprovduti taħt il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, l-atti bażiċi u kwalunkwe regola oħra li tappartjeni għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni.

2.   Il-Protokoll II għandu, fejn xieraq:

(a)

jidentifika s-servizzi taħt programmi u attivitajiet tal-Unjoni, li r-Renju Unit u entitajiet tar-Renju Unit għandu jkollhom aċċess għalihom;

(b)

jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess mir-Renju Unit u mill-entitajiet tar-Renju Unit. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim u fl-atti bażiċi;

(c)

fejn applikabbli, jispeċifika l-kontribuzzjoni finanzjarja jew in natura tar-Renju Unit fir-rigward ta' servizz ipprovdut skont tali programmi u attivitajiet tal-Unjoni.

3.   Il-Protokoll II għandu jiġi adottat u jista' jiġi emendat mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni.

4.   Ir-Renju Unit u s-sidien u l-operaturi pubbliċi u privati tal-inġenji spazjali li joperaw fir-Renju Unit jew minnu għandu jkollhom aċċess għas-servizzi pprovduti skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (86) f'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dik id-Deċiżjoni sakemm jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar aċċess simili fil-Protokoll II jew sal-31 ta' Diċembru 2021.

KAPITOLU 4

RIEŻAMIJIET

Artikolu 732

Klawżola ta' rieżami

Erba' snin wara li l-Protokolli I u II isiru applikabbli, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jirrevedi l-implimentazzjoni tiegħu abbażi tad-data dwar il-parteċipazzjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit f'azzjonijiet indiretti u diretti taħt il-programm, partijiet tal-programm, attivitajiet u servizzi koperti mill-Protokolli I u II.

Wara talba minn kwalunkwe Parti, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jiddiskuti bidliet jew bidliet proposti li jaffettwaw it-termini tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi kwalunkwe wieħed mill-programmi jew partijiet ta' programmi, attivitajiet u servizzi elenkati fil-Protokolli I u II, u, jekk ikun meħtieġ, jista' jipproponi miżuri xierqa fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

KAPITOLU 5

MIŻATA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIS-SNIN MILL-2021 SAL-2026

Artikolu 733

Miżata għall-parteċipazzjoni fis-snin mill-2021 sal-2026

Il-miżata għall-parteċipazzjoni msemmija fl-Artikolu 714(4) għandu jkollha l-valur li ġej fis-snin mill-2021 sal-2026:

fl-2021: 0,5 %;

fl-2022: 1 %;

fl-2023: 1,5 %;

fl-2024: 2 %;

fl-2025: 2,5 %;

fl-2026: 3 %.

IS-SITT PARTI

SOLUZZJONI TA' TILWIM U DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

TITOLU I

RIŻOLUZZJONI TA' TILWIM

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 734

Objettiv

L-objettiv ta' dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi mekkaniżmu effettiv u effiċjenti sabiex jiġi evitat u solvut kull tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-ftehimiet supplimentari bil-għan li jsibu, fejn ikun possibbli, soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku.

Artikolu 735

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu japplika, soġġett għall-paragrafi 2, 3, 4 u 5, għal tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jew ta' kwalunkwe ftehim supplimentari ("dispożizzjonijiet koperti").

2.   Id-dispożizzjonijiet koperti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim u xi ftehim supplimentari bl-eċċezzjoni ta’:

(a)

l-Artikolu 32(1) sa (6) u l-Artikolu 36;

(b)

Anness 12;

(c)

it-Titolu VII tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(d)

it-Titolu X tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(e)

l-Artikolu 355(1), (2) u (4), l-Artikolu 356(1) u (3), il-Kapitolu 2 tat-Titolu XI tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti, l-Artikoli 371 u 372, il-Kapitolu 5 tat-Titolu XI tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti, u l-Artikolu 411(4) sa (9);

(f)

it-Tielet Parti, inkluż meta tapplika fir-rigward ta' sitwazzjonijiet irregolati minn dispożizzjonijiet oħra ta' dan il-Ftehim;

(g)

ir-Raba' Parti;

(h)

it-Titolu II tas-Sitt Parti;

(i)

l-Artikolu 782; u

(j)

il-Ftehim dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata.

3.   Il-Kunsill ta' Sħubija jista' jiġi inkarigat minn Parti bil-għan li tissolva tilwima fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   L-Artikolu 736 japplika għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

5.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, dan it-Titolu ma għandux japplika fir-rigward ta' tilwim li jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jew l-annessi tiegħu f'każijiet individwali.

Artikolu 736

Esklużività

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li ma jippreżentawx tilwima bejniethom rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jew ta' xi ftehim supplimentari għal mekkaniżmu ta' soluzzjoni minbarra dawk previsti f'dan il-Ftehim.

Artikolu 737

Għażla tal-forum f'każ ta' obbligu sostanzjalment ekwivalenti skont ftehim internazzjonali ieħor

1.   Jekk tinqala' tilwima fir-rigward ta' miżura allegatament bi ksur ta' obbligu skont dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari u ta' obbligu sostanzjalment ekwivalenti skont ftehim internazzjonali ieħor li ż-żewġ Partijiet huma parti għalih, inkluż il-Ftehim tad-WTO, il-Parti li tkun qed tfittex rimedju għandha tagħżel il-forum li fih tissolva t-tilwima.

2.   Ladarba Parti tkun għażlet il-forum u bdiet proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim jew skont dan it-Titolu jew skont ftehim internazzjonali ieħor, dik il-Parti ma għandhiex tibda tali proċeduri skont il-ftehim internazzjonali l-ieħor fir-rigward tal-miżura partikolari msemmija fil-paragrafu 1, sakemm il-forum magħżul ma jonqosx l-ewwel milli jagħmel sejbiet għal raġunijiet proċedurali jew ġuriżdizzjonali.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan it-Titolu jitqiesu li jinbdew permezz ta' talba minn Parti għall-istabbiliment ta' tribunal ta' arbitraġġ skont l-Artikolu 739;

(b)

il-proċeduri għas-soluzzjoni ta' tilwim skont il-Ftehim tad-WTO jitqiesu li jkunu nbdew minn talba ta' Parti għall-istabbiliment ta' bord skont l-Artikolu 6 tal-Qbil dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim tad-WTO; u

(c)

il-proċeduri għas-soluzzjoni ta' tilwim skont kull ftehim ieħor jitqiesu li jkunu nbdew jekk jinbdew skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak il-ftehim.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, xejn f'dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari ma għandu jipprekludi Parti milli tissospendi l-obbligi awtorizzati mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO jew awtorizzati skont il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim ta' ftehim internazzjonali ieħor li l-Partijiet ikunu parti għalih. Il-Ftehim tad-WTO jew xi ftehim internazzjonali ieħor bejn il-Partijiet ma għandux jiġi invokat biex jipprekludu Parti milli tissospendi l-obbligi skont dan it-Titolu.

KAPITOLU 2

PROĊEDURA

Artikolu 738

Konsultazzjonijiet

1.   Jekk Parti (il-Parti "lmentatriċi") tqis li l-Parti l-oħra (il-"Parti konvenuta") tkun kisret obbligu skont dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu l-kwistjoni billi jidħlu f'konsultazzjonijiet in bona fide, bil-għan li jilħqu soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku.

2.   Il-Parti lmentatriċi tista' tfittex konsultazzjonijiet permezz ta' talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti konvenuta. Fit-talba bil-miktub tagħha, il-Parti lmentatriċi għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba, inkluża l-identifikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni u l-bażi ġuridika għat-talba, kif ukoll id-dispożizzjonijiet koperti li tqis applikabbli.

3.   Il-Parti konvenuta għandha twieġeb għat-talba minnufih, u f'kull każ mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data li tirċeviha. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 30 jum mid-data meta tasal it-talba personalment jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta' komunikazzjoni miftiehem mill-Partijiet. Jekk isiru personalment, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fit-territorju tal-Parti konvenuta, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.

4.   Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 30 jum mid-data meta tasal it-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet.

5.   Konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' urġenza, inkluż dawk dwar oġġetti li jitħassru jew oġġetti jew servizzi staġjonali, għandhom isiru fi żmien 20 jum mid-data meta tasal it-talba. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi f’dak iż-żmien ta’ 20 jum, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet.

6.   Kull Parti għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni fattwali sabiex tippermetti eżami komplet tal-miżura inkwistjoni, inkluż studju dwar kif dik il-miżura tista' taffettwa l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni ta' persunal tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għandhom l-għarfien espert fil-kwistjoni soġġetta għall-konsultazzjonijiet.

7.   Għal kwalunkwe tilwima li tikkonċerna qasam għajr it-Titoli minn I sa VII, il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, it-Titoli minn IX sa XII tal-Ewwel Intestatura jew is-Sitt Intestatura tat-Tieni Parti, b'talba tal-Parti lmentatriċi, il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru fil-qafas ta' Kumitat Speċjalizzat jew tal-Kunsill ta' Sħubija. Il-Kumitat Speċjalizzat jista' fi kwalunkwe ħin jiddeċiedi li jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill ta' Sħubija. Il-Kunsill ta' Sħubija jista' wkoll jieħu l-inkarigu tal-kwistjoni. Il-Kumitat Speċjalizzat, jew, skont il-każ, il-Kunsill ta' Sħubija, jista' jsolvi t-tilwima permezz ta' deċiżjoni. Għandhom japplikaw il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-post tal-laqgħat għandu jkun soġġett għar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Speċjalizzat jew, skont il-każ, tal-Kunsill ta' Sħubija.

8.   Il-konsultazzjonijiet, u b'mod partikolari l-informazzjoni kollha indikata bħala kunfidenzjali u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu kunfidenzjali, u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet kwalunkwe waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe proċediment ulterjuri.

Artikolu 739

Proċedura ta' arbitraġġ

1.   Il-Parti lmentatriċi tista' titlob li jitwaqqaf tribunal tal-arbitraġġ jekk:

(a)

il-Parti konvenuta ma tweġibx għat-talba għal konsultazzjonijiet fi żmien għaxart ijiem mid-data meta tasal it-talba;

(b)

il-konsultazzjonijiet ma jsirux fil-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 738(3), (4) jew (5);

(c)

il-Partijiet jaqblu li ma jkollhomx konsultazzjonijiet; jew

(d)

il-konsultazzjonijiet ġew konklużi mingħajr ma nstabet soluzzjoni li jaqblu magħha t-tnejn.

2.   It-talba għall-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha ssir permezz ta' talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti konvenuta. Fit-talba tagħha, il-Parti lmentatriċi għandha tidentifika b'mod espliċitu l-miżura inkwistjoni u tispjega kif dik il-miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet koperti b'mod suffiċjenti sabiex tippreżenta l-bażi ġuridika għall-ilment b'mod ċar.

Artikolu 740

L-istabbiliment ta' tribunal tal-arbitraġġ

1.   Tribunal tal-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tliet arbitri.

2.   Mhux aktar tard minn għaxart ijiem minn meta tasal it-talba għall-istabbiliment ta' tribunal tal-arbitraġġ, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bil-għan li jaqblu dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ.

3.   Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ fil-perjodu ta' żmien previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kull Parti għandha taħtar arbitru mis-sublista għal dik il-Parti stabbilita skont l-Artikolu 752 mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żmien previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Jekk Parti tonqos milli taħtar arbitru mis-sublista tagħha f'dak il-perjodu ta' żmien, il-kopresident tal-Kunsill ta' Sħubija mill-Parti lmentatriċi għandu jagħżel, mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jiskadi dak il-perjodu ta' żmien, arbitru bil-polza mis-sublista tal-Parti li tkun naqset milli taħtar arbitru. Il-kopresident tal-Kunsill ta' Sħubija mill-Parti lmentatriċi jista' jiddelega tali għażla bil-polza tal-arbitru.

4.   Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ fil-perjodu ta' żmien previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-kopresident tal-Kunsill ta' Sħubija mill-Parti lmentatriċi għandu jagħżel, mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' żmien, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ bil-polza mis-sublista ta' presidenti stabbilita skont l-Artikolu 752. Il-kopresident tal-Kunsill ta' Sħubija mill-Parti lmentatriċi jista' jiddelega tali għażla bil-polza tal-president tat-tribunal tal-arbitraġġ.

5.   Jekk xi waħda mil-listi previsti fl-Artikolu 752 ma tkunx ġiet stabbilita jew ma jkunx fiha biżżejjed ismijiet fil-mument li ssir l-għażla skont il-paragrafu 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, l-arbitri għandhom jintgħażlu bil-polza mill-individwi li jkunu ġew formalment proposti minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet f'konformità mal-Anness 48.

6.   Id-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha tkun id-data li fiha l-aħħar wieħed mit-tliet arbitri jkun innotifika lill-Partijiet dwar l-aċċettazzjoni tal-ħatra tiegħu skont l-Anness 48.

Artikolu 741

Rekwiżiti għall-arbitri

1.   L-arbitri kollha għandhom:

(a)

ikunu wrew għarfien espert fil-liġi u l-kummerċ internazzjonali, inkluż dwar kwistjonijiet speċifiċi koperti mit-Titoli I sa VII, il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, it-Titoli minn IX sa XII tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti jew tal-Intestatura Sitta tat-Tieni Parti, jew fil-liġi u kwalunkwe kwistjoni oħra koperta minn dan il-Ftehim jew minn kwalunkwe ftehim supplimentari u, fil-każ ta' president, ikollhom ukoll esperjenza fi proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim;

(b)

ma jkunux affiljati ma' xi waħda mill-Partijiet u lanqas ma jieħdu struzzjonijiet mingħandha;

(c)

iservu fil-kapaċitajiet individwali tagħhom u ma jieħdux struzzjonijiet mingħand xi organizzazzjoni jew gvern fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mat-tilwima; u

(d)

jkunu konformi mal-Anness 49.

2.   L-arbitri kollha għandhom ikunu persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom, li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra fl-ogħla uffiċċju ġudizzjarju fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jew li jkunu ġurikonsulti ta' kompetenza rikonoxxuta.

3.   Fid-dawl tas-suġġett ta' tilwima partikolari, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jidderogaw mir-rekwiżiti elenkati fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

Artikolu 742

Il-funzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ

It-tribunal tal-arbitraġġ:

(a)

għandu jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-kwistjoni quddiemu, li tinkludi valutazzjoni oġġettiva tal-fatti tal-każ u tal-applikabbiltà tal-miżuri inkwistjoni u tal-konformità ta' dawn mad-dispożizzjonijiet koperti;

(b)

għandu jistabbilixxi, fid-deċiżjonijiet u s-sentenzi tiegħu, il-konklużjonijiet tal-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet koperti u r-raġunament wara kull konklużjoni li jagħmel; u

(c)

għandu jikkonsulta b'mod regolari mal-Partijiet u jipprovdi opportunitajiet adegwati għall-iżvilupp ta' soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku.

Artikolu 743

Termini ta' referenza

1.   Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara d-data meta jitwaqqaf it-tribunal tal-arbitraġġ, it-termini ta' referenza tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom ikunu:

"li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti koperti ta' dan il-Ftehim jew ta' ftehim supplimentari, il-kwistjoni msemmija fit-talba għall-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ, li jiddeċiedi dwar il-konformità tal-miżura inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 735 u li joħroġ deċiżjoni skont l-Artikolu 745".

2.   Jekk il-Partijiet jaqblu dwar termini ta' referenza għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw it-termini ta' referenza maqbula lit-tribunal tal-arbitraġġ fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 744

Proċedimenti urġenti

1.   Jekk Parti titlob dan, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiddeċiedi, mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data tal-istabbiliment tiegħu, jekk il-każ jikkonċernax kwistjonijiet ta' urġenza.

2.   F'każijiet ta' urġenza, il-perjodi ta' żmien applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 745 għandhom ikunu nofs iż-żmien preskritt fih.

Artikolu 745

Sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ

1.   It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jippreżenta rapport interim lill-Partijiet fi żmien 100 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ iqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinnotifika bil-miktub lill-Partijiet, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal tal-arbitraġġ jippjana li joħroġ ir-rapport interim tiegħu. It-tribunal tal-arbitraġġ ma għandux joħroġ ir-rapport interim tiegħu aktar tard minn 130 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ, taħt l-ebda ċirkostanza.

2.   Kull Parti tista' tibgħat talba bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ biex jirrevedi aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien 14-il jum mill-wasla tagħha. Parti tista' tikkummenta fuq it-talba tal-Parti l-oħra fi żmien sitt ijiem mill-wasla tat-talba.

3.   Jekk ma tasal l-ebda talba bil-miktub għar-rieżami ta' aspetti preċiżi tar-rapport interim fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rapport interim għandu jsir is-sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ.

4.   It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti s-sentenza tiegħu lill-Partijiet fi żmien 130 jum mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ iqis li l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tiegħu għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-miktub, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal tal-arbitraġġ jippjana li jagħti s-sentenza tiegħu. It-tribunal tal-arbitraġġ ma għandux jagħti s-sentenza tiegħu aktar tard minn 160 jum wara d-data li fiha jitwaqqaf it-tribunal tal-arbitraġġ, taħt l-ebda ċirkostanza.

5.   Is-sentenza għandha tinkludi diskussjoni dwar kwalunkwe talba bil-miktub mill-Partijiet dwar ir-rapport interim u tindirizza b'mod ċar il-kummenti tal-Partijiet.

6.   Għal aktar ċertezza, "sentenza" jew "sentenzi" kif imsemmija fl-Artikoli 742, 743 u 753 u l-Artikolu 754(1), (3), (4) u (6) għandhom jinftiehmu li jirreferu wkoll għar-rapport interim tat-tribunal tal-arbitraġġ.

KAPITOLU 3

KONFORMITÀ

Artikolu 746

Miżuri ta' konformità

1.   Jekk, fid-deċiżjoni tiegħu msemmija fl-Artikolu 745(4), it-tribunal tal-arbitraġġ isib li l-Parti konvenuta kisret obbligu skont dan il-Ftehim jew skont kwalunkwe ftehim supplimentari, dik il-Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma immedjatament mad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ sabiex iġġib lilha nnifisha f'konformità mad-dispożizzjonijiet koperti.

2.   Il-Parti konvenuta għandha, mhux aktar tard minn 30 jum wara li tingħata s-sentenza, tibgħat notifika lill-Parti lmentatriċi dwar il-miżuri li tkun ħadet jew li tkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma.

Artikolu 747

perjodu ta' Żmien Raġonevoli

1.   Jekk il-konformità immedjata ma tkunx possibbli, il-Parti konvenuta, mhux aktar tard minn 30 jum wara l-għoti tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4), għandha tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi dwar it-tul tal-perjodu raġonevoli ta' żmien li tkun teħtieġ għall-konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4). Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar it-tul tal-perjodu ta' żmien raġonevoli biex jikkonformaw.

2.   Jekk il-Partijiet ma jkunux qablu dwar it-tul tal-perjodu ta' żmien raġonevoli, il-Parti lmentatriċi tista', mhux aktar tard minn 20 jum wara li tingħata n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, titlob bil-miktub li t-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali jiddetermina t-tul tal-perjodu ta' żmien raġonevoli. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 20 jum mid-data meta tasal it-talba.

3.   Il-parti konvenuta għandha tagħti notifika bil-miktub dwar il-progress tagħha biex tikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4) lill-Parti lmentatriċi mill-inqas xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' żmien raġonevoli.

4.   Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jestendu l-perjodu ta' żmien raġonevoli.

Artikolu 748

Rieżami tal-Konformità

1.   Il-parti konvenuta għandha, mhux aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-perjodu raġonevoli ta' żmien, tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet biex tikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4).

2.   Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar l-eżistenza tad-dispożizzjonijiet koperti, jew il-konsistenza magħhom, ta' kwalunkwe miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità, il-Parti lmentatriċi tista' tibgħat talba, li għandha tkun bil-miktub, lit-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-talba għandha tidentifika kwalunkwe miżura inkwistjoni u tispjega kif dik il-miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet koperti b'mod suffiċjenti sabiex tippreżenta l-bażi ġuridika għall-ilment b'mod ċar. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 45 jum mid-data meta tasal it-talba.

Artikolu 749

Rimedji Temporanji

1.   Il-Parti konvenuta għandha, b'talba minn u wara konsultazzjonijiet mal-Parti lmentatriċi, tippreżenta offerta għal kumpens temporanju jekk:

(a)

il-Parti konvenuta tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi li mhuwiex possibbli li tikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4); jew

(b)

il-Parti konvenuta tonqos milli tagħti notifika ta' kwalunkwe miżura meħuda biex tikkonforma sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 746 jew qabel id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta' żmien raġonevoli; jew

(c)

it-tribunal tal-arbitraġġ isib li ma teżisti l-ebda miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità jew li l-miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità hija inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet koperti.

2.   Fi kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, il-Parti lmentatriċi tista' tibgħat notifika bil-miktub lill-Parti konvenuta li tkun biħsiebha tissospendi l-applikazzjoni tal-obbligi skont id-dispożizzjonijiet koperti jekk:

(a)

il-Parti lmentatriċi tiddeċiedi li ma tagħmilx talba skont il-paragrafu 1; jew

(b)

il-Partijiet ma jaqblux dwar il-kumpens temporanju fi żmien 20 jum wara l-iskadenza tal-perjodu raġonevoli ta' żmien jew l-għoti tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 748 jekk issir talba skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

In-notifika għandha tispeċifika l-livell ta' sospensjoni tal-obbligi maħsuba.

3.   Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-obbligi taħt l-Intestatura Erbgħa tat-Tieni Parti, il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jew l-annessi tiegħu jew il-Ħames Parti ma jistgħux jiġu sospiżi skont dan l-Artikolu;

(b)

b'deroga mill-punt (a), l-obbligi skont il-Ħames Parti jistgħu jiġu sospiżi biss meta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4) tikkonċerna l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ħames Parti;

(c)

l-obbligi barra mill-Ħames Parti ma jistgħux jiġu sospiżi meta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4) tikkonċerna l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ħames Parti; u

(d)

l-obbligi taħt it-Titolu II tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti fir-rigward tas-servizzi finanzjarji ma jistgħux jiġu sospiżi taħt dan l-Artikolu, sakemm id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 745(4) ma tikkonċernax l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' obbligi taħt it-Titolu II tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti fir-rigward tas-servizzi finanzjarji.

4.   Meta Parti tippersisti li ma tikkonformax ma' deċiżjoni ta' bord tal-arbitraġġ stabbilit skont ftehim preċedenti konkluż bejn il-Partijiet, il-Parti l-oħra tista' tissospendi l-obbligi skont id-dispożizzjonijiet koperti msemmija fl-Artikolu 735. Bl-eċċezzjoni tar-regola fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli kollha relatati mar-rimedji temporanji f'każ ta' nuqqas ta' konformità u mar-rieżami ta' kwalunkwe miżura bħal din għandhom jiġu rregolati mill-ftehim preċedenti.

5.   Is-sospensjoni tal-obbligi ma għandhiex taqbeż il-livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew l-indeboliment ikkawżata mill-ksur.

6.   Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab il-ksur fl-Intestatura Wieħed jew fl-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti, is-sospensjoni tista' tiġi applikata f'Titolu ieħor tal-istess Intestatura bħal dak li fih it-tribunal ikun sab il-ksur, b'mod partikolari jekk il-parti lmentatriċi tkun tal-fehma li tali sospensjoni hija effettiva biex twassal għall-konformità.

7.   Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab il-ksur fit-Tieni Intestatura tat-Tieni Parti:

(a)

il-parti lmentatriċi għandha l-ewwel tfittex li tissospendi l-obbligi fl-istess Titolu bħal dak li fih it-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab il-ksur;

(b)

jekk il-parti lmentatriċi tqis li mhuwiex prattikabbli jew effettiv li tissospendi l-obbligi fir-rigward tal-istess Titolu bħal dak li fih it-tribunal ikun sab il-ksur, hija tista' tfittex li tissospendi l-obbligi fit-Titolu l-ieħor skont l-istess Intestatura.

8.   Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab il-ksur fl-Ewwel Intestatura, it-Tieni Intestatura, it-Tielet Intestatura jew il-Ħames Intestatura tat-Tieni Parti, u jekk il-parti lmentatriċi tqis li mhuwiex prattikabbli jew effettiv li tissospendi l-obbligi fl-istess Intestatura bħal dik li fiha t-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab il-ksur, u li ċ-ċirkostanzi jkunu serji biżżejjed, tista' tfittex li tissospendi l-obbligi skont dispożizzjonijiet koperti oħra.

9.   Fil-każ tal-punt (b) tal-paragrafu 7 u l-paragrafu 8, il-Parti lmentatriċi għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

10.   Il-Parti lmentatriċi tista' tissospendi l-obbligi għaxart ijiem wara d-data tal-kunsinna tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 sakemm il-Parti konvenuta ma tkunx għamlet talba skont il-paragrafu 11.

11.   Jekk il-Parti konvenuta tqis li l-livell notifikat ta' sospensjoni tal-obbligi jaqbeż il-livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew l-indeboliment ikkawżati mill-ksur jew li l-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 7, il-paragrafu 8 jew il-paragrafu 9 ma jkunux ġew segwiti, hija tista' tibgħat talba bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali qabel ma jiskadi l-perjodu ta' għaxart ijiem stabbilit fil-paragrafu 10 biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar il-livell tas-sospensjoni tal-obbligi lill-Partijiet fi żmien 30 jum mid-data tat-talba. L-obbligi ma għandhomx jiġu sospiżi sakemm it-tribunal tal-arbitraġġ ikun ta d-deċiżjoni tiegħu. Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun konsistenti ma' dik id-deċiżjoni.

12.   It-tribunal tal-arbitraġġ li jaġixxi skont il-paragrafu 11 ma għandux jeżamina n-natura tal-obbligi li għandhom jiġu sospiżi iżda għandu jiddetermina jekk il-livell ta' tali sospensjoni jaqbiżx il-livell ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment ikkawżat mill-ksur. Madankollu, jekk il-kwistjoni mressqa għall-arbitraġġ tkun tinkludi pretensjoni li l-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 7, il-paragrafu 8 jew il-paragrafu 9 ma ġewx segwiti, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jeżamina dik il-pretensjoni. Fil-każ li t-tribunal tal-arbitraġġ jiddetermina li dawk il-prinċipji u l-proċeduri ma ġewx segwiti, il-parti lmentatriċi għandha tapplikahom b'mod konsistenti mal-punt (b) tal-paragrafu 7, il-paragrafu 8 u l-paragrafu 9. Il-partijiet għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ bħala finali u ma għandhomx ifittxu t-tieni proċedura ta' arbitraġġ. Dan il-paragrafu taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jdewwem id-data minn meta l-Parti lmentatriċi tkun intitolata tissospendi l-obbligi skont dan l-Artikolu.

13.   Is-sospensjoni tal-obbligi jew il-kumpens imsemmi f'dan l-Artikolu għandu jkun temporanju u ma għandux jiġi applikat wara li:

(a)

il-Partijiet ikunu laħqu soluzzjoni maqbula reċiprokament skont l-Artikolu 756;

(b)

il-Partijiet ikunu qablu li l-miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità ġġib lill-Parti konvenuta f'konformità mad-dispożizzjonijiet koperti; jew

(c)

kull miżura li tittieħed sabiex tinkiseb konformità li t-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab li kienet inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet koperti ġiet irtirata jew emendata sabiex il-Parti konvenuta tinġieb f'konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet koperti.

Artikolu 750

Rieżami ta' kwalunkwe miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità wara l-adozzjoni ta' rimedji temporanji

1.   Il-Parti konvenuta għandha tibgħat notifika lill-Parti lmentatriċi dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma wara s-sospensjoni tal-obbligi jew wara l-applikazzjoni ta' kumpens temporanju, skont il-każ. Bl-eċċezzjoni ta' każijiet skont il-paragrafu 2, il-Parti lmentatriċi għandha ttemm is-sospensjoni tal-obbligi fi żmien 30 jum mill-kunsinna tan-notifika. F'każijiet fejn ikun ġie applikat kumpens, bl-eċċezzjoni ta' każijiet skont il-paragrafu 2, il-Parti konvenuta tista' ttemm l-applikazzjoni ta' tali kumpens fi żmien 30 jum mill-kunsinna tan-notifika tagħha li hija kkonformat.

2.   Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim dwar jekk il-miżura notifikata ġġibx il-Parti konvenuta f'konformità mad-dispożizzjonijiet koperti fi żmien 30 jum mid-data li fiha tintbagħat in-notifika, il-Parti lmentatriċi għandha tibgħat talba bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 46 jum mid-data meta tasal it-talba. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ isib li l-miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet koperti, is-sospensjoni tal-obbligi jew il-kumpens, skont il-każ, għandu jintemm. Jekk ikun rilevanti, il-livell ta' sospensjoni tal-obbligi jew ta' kumpens għandu jiġi aġġustat fid-dawl tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI KOMUNI

Artikolu 751

Wasla tal-informazzjoni

1.   B'talba ta' Parti, jew b'inizjattiva tiegħu stess, it-tribunal tal-arbitraġġ jista' jfittex mingħand il-Partijiet l-informazzjoni rilevanti li huwa jqis neċessarja u xierqa. Il-Partijiet għandhom iwieġbu minnufih u b'mod sħiħ għal kwalunkwe talba mingħand it-tribunal tal-arbitraġġ għal informazzjoni bħal din.

2.   B'talba ta' Parti, jew b'inizjattiva tiegħu stess, it-tribunal tal-arbitraġġ jista' jfittex minn kwalunkwe sors kull informazzjoni li huwa jqis xierqa. It-tribunal tal-arbitraġġ jista' wkoll ifittex l-opinjoni ta' esperti kif iqis xieraq u soġġett għal kwalunkwe terminu u kondizzjoni miftiehma mill-Partijiet, fejn applikabbli.

3.   It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jikkunsidra sottomissjonijiet amicus curiae minn persuni fiżiċi ta' Parti jew persuni ġuridiċi stabbiliti f'Parti skont l-Anness 48.

4.   Kull informazzjoni miksuba mit-tribunal tal-arbitraġġ skont dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli għall-Partijiet u l-Partijiet jistgħu jippreżentaw kummenti dwar din l-informazzjoni lit-tribunal tal-arbitraġġ.

Artikolu 752

Listi ta' arbitri

1.   Il-Kunsill ta' Sħubija għandu, mhux aktar tard minn 180 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jistabbilixxi lista ta' individwi b'għarfien espert f'setturi speċifiċi koperti minn dan il-Ftehim jew il-ftehimiet supplimentari tiegħu li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta' tribunal tal-arbitraġġ. Il-lista għandha tkun ta' mill-anqas 15-il persuna u għandha tkun magħmula minn tliet sublisti:

(a)

sublista waħda ta' individwi stabbilita fuq il-bażi ta' proposti mill-Unjoni;

(b)

sublista waħda ta' individwi stabbilita fuq il-bażi ta' proposti mir-Renju Unit; u

(c)

sublista waħda ta' individwi li ma jkunu nazzjonali tal-ebda Parti li għandhom iservu bħala president tat-tribunal tal-arbitraġġ.

Kull sublista għandha tinkludi mill-anqas ħames individwi. Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jiżgura li l-lista dejjem tinżamm f'dan l-għadd minimu ta' individwi.

2.   Il-Kunsill ta' Sħubija jista' jistabbilixxi listi addizzjonali ta' individwi b'għarfien espert f'setturi speċifiċi koperti minn dan il-Ftehim jew minn xi ftehim ta' suppliment. Soġġett għall-qbil tal-Partijiet, listi addizzjonali bħal dawn jistgħu jintużaw biex jiffurmaw it-tribunal tal-arbitraġġ skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 740(3) u (5). Listi addizzjonali għandhom ikunu magħmula minn żewġ sublisti:

(a)

sublista waħda ta' individwi stabbilita fuq il-bażi ta' proposti mill-Unjoni; u

(b)

sublista waħda ta' individwi stabbilita fuq il-bażi ta' proposti mir-Renju Unit.

3.   Il-listi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jinkludu persuni li huma membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Gvern ta' Stat Membru, jew tal-Gvern tar-Renju Unit.

Artikolu 753

Sostituzzjoni tal-arbitri

Jekk matul il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan it-Titolu, arbitru ma jkunx jista' jipparteċipa, jirtira, jew ikun jeħtieġ li jiġi sostitwit minħabba li dak l-arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' Kondotta, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 740. Il-perjodu ta' żmien biex tingħata s-sentenza jew id-deċiżjoni għandu jiġi estiż għaż-żmien meħtieġ għall-ħatra tal-arbitru l-ġdid.

Artikolu 754

Deċiżjonijiet u sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ

1.   Id-deliberazzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jinżammu kunfidenzjali. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz sabiex jabbozza sentenzi u jieħu deċiżjonijiet b'kunsens. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiddeċiedi dwar il-kwistjoni b'vot ta' maġġoranza. Fl-ebda każ ma għandhom jiġu żvelati l-opinjonijiet separati tal-arbitri.

2.   Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jorbtu lill-Unjoni u lir-Renju Unit. Dawn ma għandhom joħolqu ebda dritt jew obbligu fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

3.   Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ ma jistgħux iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari.

4.   Għal aktar ċertezza, it-tribunal tal-arbitraġġ ma għandu jkollu l-ebda ġuriżdizzjoni sabiex jiddetermina l-legalità ta' miżura allegata li tikkostitwixxi ksur ta' dan il-Ftehim jew ta' kull ftehim supplimentari, skont il-liġi domestika ta' Parti. L-ebda sejba li ssir mit-tribunal tal-arbitraġġ meta tittieħed deċiżjoni dwar tilwima bejn il-Partijiet ma għandha torbot lill-qrati jew lit-tribunali domestiċi ta' xi waħda mill-Partijiet dwar it-tifsira li għandha tingħata lil-liġi domestika ta' dik il-Parti.

5.   Għal aktar ċertezza, il-qrati ta' kull Parti ma għandu jkollhom l-ebda ġuriżdizzjoni fir-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn il-Partijiet skont dan il-Ftehim.

6.   Kull Parti għandha tagħmel is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ disponibbli għall-pubbliku, soġġett għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali.

7.   L-informazzjoni ppreżentata mill-Partijiet lit-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiġi ttrattata skont ir-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti fl-Anness 48.

Artikolu 755

Sospensjoni u terminazzjoni tal-proċedimenti ta' arbitraġġ

B'talba taż-żewġ Partijiet, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jissospendi l-ħidma tiegħu fi kwalunkwe ħin għal perjodu miftiehem mill-Partijiet u li ma jaqbiżx 12-il xahar konsekuttivi. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jerġa' jibda l-ħidma tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sospensjoni b'talba bil-miktub taż-żewġ Partijiet, jew fi tmiem il-perjodu ta' sospensjoni b'talba bil-miktub ta' xi waħda mill-Partijiet. Il-Parti rikjedenti għandha tibgħat notifika lill-Parti l-oħra kif xieraq. Jekk Parti ma titlobx il-bidu mill-ġdid tal-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ meta jiskadi l-perjodu ta' sospensjoni, l-awtorità tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiskadi u l-proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwim għandha tintemm. F'każ ta' sospensjoni tal-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ, il-perjodi ta' żmien rilevanti għandhom jiġu estiżi bl-istess perjodu ta' żmien li għalih il-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ kienet sospiża.

Artikolu 756

Soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku

1.   Il-Partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jilħqu soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku fir-rigward ta' kwalunkwe tilwima msemmija fl-Artikolu 735.

2.   Jekk soluzzjoni miftehma reċiprokament tinkiseb matul proċedimenti tal-bord, il-Partijiet għandhom jinnotifikaw b'mod konġunt is-soluzzjoni miftehma lill-President tat-tribunal tal-arbitraġġ. Wara tali notifika, il-proċedimenti tal-arbitraġġ għandhom jintemmu.

3.   Is-soluzzjoni tista' tkun adottata permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill ta' Sħubija. Is-soluzzjonijiet miftehma reċiprokament għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-verżjoni żvelata lill-pubbliku ma għandhiex tinkludi xi informazzjoni li Parti tkun iddikjarat bħala kunfidenzjali.

4.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex timplimenta s-soluzzjoni miftehma reċiprokament fil-perjodu ta' żmien miftiehem.

5.   Mhux aktar tard mid-data ta' skadenza tal-perjodu ta' żmien miftiehem, il-Parti li timplimenta għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar kwalunkwe miżura li għaldaqstant ħadet biex timplimenta s-soluzzjoni miftehma reċiprokament.

Artikolu 757

Perjodi ta' Żmien

1.   Il-perjodi kollha ta' żmien stabbiliti f'dan it-Titolu għandhom jgħoddu f'jiem mill-jum ta' wara l-att li jirreferu għalih.

2.   Kull perjodu ta' żmien imsemmi f'dan it-Titolu jista' jiġi mmodifikat bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

3.   It-tribunal tal-arbitraġġ jista' fi kwalunkwe ħin jipproponi lill-Partijiet li jimmodifikaw xi perjodu ta' żmien imsemmi f'dan it-Titolu, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għall-proposta.

Artikolu 758

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha stess li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċedura tat-tribunal tal-arbitraġġ.

2.   Il-Partijiet għandhom jaqsmu flimkien u bl-istess mod l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzattivi, inklużi r-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-membri tat-tribunal tal-arbitraġġ. Ir-remunerazzjoni tal-arbitri għandha tkun f'konformità mal-Anness 48.

Artikolu 759

Anness

1.   Il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbiliti f'dan it-Titolu għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta' proċedura stabbiliti fl-Anness 48 u mwettqa skont l-Anness 49.

2.   Il-Kunsill ta' Sħubija jista' jemenda l-Annessi 48 u 49.

KAPITOLU 5

ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI GĦAL MIŻURI UNILATERALI

Artikolu 760

Proċeduri speċjali għal miżuri ta' rimedju u riekwilibriju

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 374  u l-Artikolu 411(2) u (3), dan it-Titolu japplika bil-modifiki stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   B'deroga mill-Artikolu 740 l-Anness 48 jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ fi żmien jumejn, il-kopresident tal-Kunsill ta' Sħubija mill-Parti li tressaq l-ilment għandu jagħżel, mhux aktar tard minn jum wara l-iskadenza tal-perjodu ta' jumejn, arbitru bil-polza mis-sublista ta' kull Parti u l-president tat-tribunal tal-arbitraġġ bil-polza mis-sublista ta' presidenti stabbilita skont l-Artikolu 752. Il-kopresident tal-Kunsill ta' Sħubija mill-Parti lmentatriċi jista' jiddelega tali għażla bil-polza tal-arbitru jew tal-president. Kull individwu għandu jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu liż-żewġ Partijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha jkun ġie infurmat bil-ħatra tiegħu. Il-laqgħa organizzattiva msemmija fir-Regola 10 tal-Anness 48 għandha ssir fi żmien jumejn mit-twaqqif tat-tribunal tal-arbitraġġ.

3.   B'deroga mir-Regola 11 tal-Anness 48 il-Parti lmentatriċi għandha tippreżenta s-sottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-Parti konvenuta għandha tippreżenta s-sottomissjoni bil-miktub tagħha sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-data tal-wasla tas-sottomissjoni bil-miktub tal-Parti lmentatriċi. It-Tribunal tal-arbitraġġ għandu jaġġusta kwalunkwe perjodu ta' żmien rilevanti ieħor tal-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim kif meħtieġ biex jiżgura t-twassil fil-ħin tar-rapport.

4.   L-Artikolu 745 ma japplikax u referenzi għad-deċiżjoni f'dan it-Titolu għandhom jinqraw bħala referenzi għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 374(10) jew il-punt (c) tal-Artikolu 411(3).

5.   B'deroga mill-Artikolu 748(2), it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 761

Sospensjoni tal-obbligi għall-finijiet tal-Artikolu 374(12), l-Artikolu 501(5) u l-Artikolu 506(7)

1.   Il-livell ta' sospensjoni tal-obbligi ma għandux jaqbeż il-livell ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment tal-benefiċċji skont dan il-Ftehim jew skont ftehim supplimentari li jkun ikkawżat direttament mill-miżuri ta' rimedju jew ta’ kumpens mid-data li fiha jidħlu fis-seħħ il-miżuri rimedjali jew ta’ kumpens sad-data tal-għoti tad-deċiżjoni tal-arbitraġġ.

2.   Il-livell ta' sospensjoni tal-obbligi mitluba mill-Parti lmentatriċi u d-determinazzjoni tal-livell ta' sospensjoni tal-obbligi mit-tribunal tal-arbitraġġ għandhom ikunu bbażati fuq fatti li juru li t-tħassir jew l-indeboliment jirriżultaw direttament mill-applikazzjoni tal-miżura ta' rimedju jew ta’ kumpens u jaffettwaw oġġetti, fornituri ta' servizzi, investituri jew atturi ekonomiċi oħra speċifiċi u mhux sempliċiment fuq allegazzjoni, konġettura jew possibbiltà remota.

3.   Il-livell ta' benefiċċji annullati jew indeboliti mitluba mill-Parti lmentatriċi jew iddeterminati mit-tribunal tal-arbitraġġ:

(a)

ma għandux jinkludi danni punittivi, interessi jew telf ipotetiku ta' profitti jew opportunitajiet ta' negozju;

(b)

għandu jitnaqqas bi kwalunkwe rifużjoni minn qabel ta' dazji, indennizz għal danni jew forom oħra ta' kumpens diġà riċevuti mill-operaturi kkonċernati jew mill-Parti kkonċernata; u

(c)

ma għandux jinkludi l-kontribuzzjoni għan-nullifikazzjoni jew l-indeboliment permezz ta' azzjoni volontarja jew negliġenti jew ommissjoni tal-Parti kkonċernata jew ta' kwalunkwe persuna jew entità li fir-rigward tagħha huma mfittxija rimedji wara s-sospensjoni intenzjonata tal-obbligi.

Artikolu 762

Kondizzjonijiet għal miżuri ta' riekwilibriju, rimedju, kumpens u salvagwardja

Meta Parti tieħu miżura skont l-Artikolu 374, l-Artikolu 411, l-Artikolu 469, l-Artikolu 501, l-Artikolu 506 jew l-Artikolu 773, dik il-miżura għandha tiġi applikata biss fir-rigward ta' dispożizzjonijiet koperti skont it-tifsira tal-Artikolu 735 u għandha tikkonforma, mutatis mutandis, mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 749(3).

TITOLU II

BAŻI GĦALL-KOOPERAZZJONI

Artikolu 763

Demokrazija, stat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem

1.   Il-Partijiet għandhom ikomplu jħaddnu l-valuri u l-prinċipji kondiviżi tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, li huma l-bażi tal-politiki domestiċi u internazzjonali tagħhom. F'dan ir-rigward, il-Partijiet itennu r-rispett tagħhom għad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u għat-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li huma partijiet għalihom.

2.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu dawn il-valuri u l-prinċipji komuni f'fora internazzjonali. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-promozzjoni ta' dawk il-valuri u l-prinċipji, inkluż ma' jew f'pajjiżi terzi.

Artikolu 764

Ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

1.   Il-Partijiet iqisu li t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida eżistenzjali għall-umanità u jtennu l-impenn tagħhom li jsaħħu r-rispons globali għal din it-theddida. Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem kif elaborat fil-proċess tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC"), u b'mod partikolari fil-Ftehim ta' Pariġi adottat fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fil-wieħed u għoxrin sessjoni tagħha (il-"Ftehim ta' Pariġi"), tispira l-politiki domestiċi u esterni tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Għaldaqstant, kull Parti għandha tirrispetta l-Ftehim ta' Pariġi u l-proċess stabbilit mill-UNFCCC u żżomm lura minn atti jew ommissjonijiet li jkunu jistgħu jegħlbu l-objettiv u l-iskop tal-Ftehim ta' Pariġi.

2.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f'fora internazzjonali, inkluż billi jinvolvu ruħhom ma' pajjiżi u ma' reġjuni oħra sabiex iżidu l-livell ta' ambizzjoni tagħhom fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Artikolu 765

Ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva

1.   Il-Partijiet iqisu li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva ("AQM") u tal-mezzi tat-twassil tagħhom, kemm lil atturi statali kif ukoll lil dawk mhux statali, tirrappreżenta waħda mill-aktar theddidiet serji għall-istabbiltà u għas-sigurtà internazzjonali. Għalhekk, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u li jikkontribwixxu sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (AQM) u l-mezzi tat-twassil tagħhom, permezz ta' konformità sħiħa mal-obbligi eżistenti tagħhom skont trattati u ftehimiet internazzjonali ta' diżarm u nonproliferazzjoni u ma' obbligi internazzjonali rilevanti oħra u permezz tal-implimentazzjoni nazzjonali ta' dawn.

2.   Barra minn hekk, il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkooperaw u jikkontribwixxu sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva u tal-mezzi tat-twassil tagħhom billi:

(a)

jieħdu passi sabiex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu, kif meħtieġ, u jimplimentaw bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali rilevanti l-oħrajn kollha; u

(b)

jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontrolli nazzjonali tal-esportazzjoni, li tikkontrolla l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu ta' oġġetti li huma relatati mal-AQM, li tkun tinkludi kontroll tal-użu aħħari tal-AQM fuq it-teknoloġiji b'użu doppju u li jkun fiha sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli tal-esportazzjoni.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawk il-kwistjonijiet.

Artikolu 766

Armi ħfief u ta' kalibru żgħir u armi konvenzjonali oħra

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illeċiti ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir ("SALW"), inkluż il-munizzjon tagħhom, l-akkumulazzjoni eċċeżiva tagħhom, l-amministrazzjoni ħażina tagħhom, il-ħażniet mhux siguri biżżejjed u t-tixrid bla kontroll tagħhom għadhom jikkostitwixxu theddida serja għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali.

2.   Il-Partijiet jaqblu li josservaw u jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi rispettivi tagħhom sabiex jittrattaw il-kummerċ illeċitu ta' armi SALW, inkluż il-munizzjon tagħhom, skont il-ftehimiet internazzjonali eżistenti u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif ukoll l-impenji rispettivi tagħhom fil-qafas ta' strumenti internazzjonali oħrajn applikabbli f'dan il-qasam, bħall-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-prevenzjoni, għall-ġlieda kontra u għall-qerda tal-kummerċ illeċitu tal-SALW fl-aspetti kollha tiegħu.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' sistemi domestiċi ta' kontroll għat-trasferiment ta' armi konvenzjonali f'konformità mal-istandards internazzjonali eżistenti. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li japplikaw dawn il-kontrolli b'mod responsabbli, bħala kontribut għall-paċi, għas-sigurtà u għall-istabbiltà internazzjonali u reġjonali, u għat-tnaqqis tat-tbatija tal-bnedmin, kif ukoll għall-prevenzjoni tad-diverżjoni ta' armi konvenzjonali.

4.   F'dan ir-rigward, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw b'mod sħiħ it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u li jikkooperaw ma' xulxin fil-qafas ta' dak it-Trattat, inkluż fil-promozzjoni tal-universalizzazzjoni u tal-implimentazzjoni sħiħa ta' dak it-Trattat mill-istati membri kollha tan-NU.

5.   Għalhekk, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw fl-isforzi tagħhom sabiex jirregolaw jew itejbu r-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali f'armi konvenzjonali u li jipprevjenu, jiġġieldu kontra u jeqirdu l-kummerċ illeċitu fl-armi.

6.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawn il-kwistjonijiet.

Artikolu 767

L-aktar reati serji li huma ta' tħassib għall-komunità internazzjonali

1.   Il-Partijiet itennu li l-aktar reati serji ta' tħassib għall-komunità internazzjonali fis-sħuħija tagħha ma jistgħux ma jiġux issanzjonati u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom trid tiġi żgurata billi jittieħdu miżuri fil-livell nazzjonali u billi tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali, fosthom mal-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Partijiet jaqblu li jappoġġaw bis-sħiħ l-universalità u l-integrità tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u ta' strumenti relatati.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawk il-kwistjonijiet.

Artikolu 768

Ġlieda kontra t-terroriżmu

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-livelli bilaterali, reġjonali u internazzjonali sabiex jipprevjenu u jikkumbattu l-atti ta' terroriżmu fil-forom u fil-manifestazzjonijiet kollha tiegħu f'konformità mal-liġi internazzjonali, inklużi, fejn applikabbli, l-ftehimiet internazzjonali relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet umani, kif ukoll skont il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.   Il-Partijiet għandhom itejbu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inklużi l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u l-finanzjament tat-terroriżmu, bl-għan li javvanzaw l-interessi tas-sigurtà komuni tagħhom, filwaqt li jqisu l-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Terroriżmu u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, mingħajr preġudizzju għall-infurzar tal-liġi u għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u għall-iskambji ta' intelligence.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawk il-kwistjonijiet. Dan id-djalogu, fost l-oħrajn, ikollu l-għan li jippromwovi u jiffaċilita:

(a)

il-kondiviżjoni ta' valutazzjonijiet dwar it-theddid terroristiku;

(b)

l-iskambju tal-aħjar prattiċi u tal-għarfien espert dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(c)

il-kooperazzjoni operazzjonali u l-iskambju ta' informazzjoni; u

(d)

skambji dwar il-kooperazzjoni fil-qafas ta' organizzazzjonijiet multilaterali.

Artikolu 769

Protezzjoni tad-data personali

1.   Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali. Għandhom jagħmlu ħilithom biex jaħdmu flimkien biex jippromwovu standards Internazzjonali għolja.

2.   Il-partijiet jirrikonoxxu li l-individwi għandhom dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza u li standards għoljin f'dan ir-rigward jikkontribwixxu għall-fiduċja fl-ekonomija diġitali u għall-iżvilupp tal-kummerċ, u huma faċilitatur ewlieni għal kooperazzjoni effettiva fl-infurzar tal-liġi. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw, kull waħda fil-qafas tal-liġijiet u tar-regolamenti rispettivi tagħha, l-impenji li jkunu ħadu f'dan il-Ftehim b'rabta ma' dak id-dritt.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-livell bilaterali u dak multilaterali, filwaqt li jirrispettaw il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom. Tali kooperazzjoni tista' tinkludi djalogu, skambju ta' għarfien espert u kooperazzjoni fl-infurzar, kif xieraq, fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali.

4.   Fejn dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari jipprovdu għat-trasferiment ta' data personali, tali trasferiment għandu jsir skont ir-regoli tal-Parti li tittrasferixxi dwar trasferimenti internazzjonali ta' data personali. Għal aktar ċertezza, dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċifika f'dan il-Ftehim relatata mat-trasferiment ta' data personali, b'mod partikolari l-Artikolu 202 u l-Artikolu 525, u għat-Titolu I tas-Sitt Parti. Fejn meħtieġ, kull Parti għandha tagħmel l-aħjar sforzi, filwaqt li tirrispetta r-regoli tagħha dwar it-trasferimenti internazzjonali ta' data personali, biex tistabbilixxi salvagwardji meħtieġa għat-trasferiment ta' data personali, b'kont meħud ta' kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Sħubija taħt il-punt (h) tal-Artikolu 7(4).

Artikolu 770

Kooperazzjoni globali fi kwistjonijiet ta' interess ekonomiku, ambjentali u soċjali kondiviż

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni dinjija sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess kondiviż ekonomiku, ambjentali u soċjali. Jekk ikun fl-interess reċiproku tagħhom, huma għandhom jippromwovu soluzzjonijiet multilaterali għal problemi komuni.

2.   Filwaqt li jippreservaw l-awtonomija tagħhom fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan il-Ftehim jew għal xi ftehim supplimentari, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkooperaw fi kwistjonijiet globali attwali u emerġenti ta' interess komuni bħall-paċi u s-sigurtà, it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, it-tniġġis transfruntier, il-ħarsien tal-ambjent, id-diġitalizzazzjoni, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur, it-tassazzjoni, l-istabbiltà finanzjarja u l-kummerċ u l-investiment ħielsa u ġusti. Għal dan il-għan, għandhom jagħmlu ħilithom sabiex iżommu djalogu kostanti u effettiv u li jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom f'organizzazzjonijiet u f'fora multilaterali li fihom jipparteċipaw il-Partijiet, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp ta' Sebgħa (G-7) u l-Grupp ta' Għoxrin (G-20), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Artikolu 771

Elementi essenzjali

L-Artikolu 763(1), l-Artikolu 764(1) u l-Artikolu 765(1) jikkostitwixxu elementi essenzjali tas-sħubija stabbilita b'dan il-Ftehim u kwalunkwe ftehim supplimentari.

TITOLU III

IT-TWETTIQ TAL-OBBLIGI U L-MIŻURI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 772

It-twettiq tal-obbligi deskritti bħala elementi essenzjali

1.   Jekk xi waħda mill-Partijiet tqis li jkun twettaq nuqqas serju u sostanzjali mill-Parti l-oħra biex tissodisfa xi wieħed mill-obbligi li huma deskritti bħala elementi essenzjali fl-Artikolu 771, tista' tiddeċiedi li ttemm jew tissospendi l-operat ta' dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari fl-intier tiegħu jew parti minnu.

2.   Qabel ma tagħmel dan, il-Parti li tinvoka l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha titlob li l-Kunsill ta' Sħubija jiltaqa' minnufih bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni f'waqtha u aċċettabbli għat-tnejn. Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni aċċettabbli għat-tnejn fi żmien 30 jum mid-data tat-talba lill-Kunsill ta' Sħubija, il-Parti tista' tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu b'rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u għandhom ikunu proporzjonati. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li l-anqas ifixklu l-funzjonament ta' dan il-Ftehim u kull ftehim supplimentari tiegħu.

4.   Il-partijiet jikkunsidraw li, sabiex sitwazzjoni tikkostitwixxi nuqqas serju u sostanzjali li jiġi ssodisfat xi wieħed mill-obbligi deskritti bħala elementi essenzjali fl-Artikolu 771, il-gravità u n-natura tagħha jkollhom ikunu ta' tip eċċezzjonali li jhedded il-paċi u s-sigurtà jew li jkollu riperkussjonijiet internazzjonali. Għal aktar ċertezza, att jew ommissjoni li materjalment imorru kontra l-objettiv u l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi għandhom dejjem jitqiesu bħala falliment serju u sostanzjali għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 773

Miżuri ta' salvagwardja

1.   Jekk jitfaċċaw diffikultajiet ekonomiċi, soċjetali jew ambjentali serji ta' natura settorjali jew reġjonali, inkluż fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd u l-komunitajiet dipendenti tagħhom, li jistgħu jippersistu, il-Parti kkonċernata tista' unilateralment tieħu miżuri ta' salvagwardja xierqa. Tali miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu ristretti fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u d-durata tagħhom għal dak li jkun strettament meħtieġ sabiex jinstab rimedju għas-sitwazzjoni. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li l-anqas li jfixklu l-funzjonament ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Parti konċernata għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Parti l-oħra permezz tal-Kunsill ta' Sħubija u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet minnufih fil-Kunsill ta' Sħubija bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għat-tnejn.

3.   Il-Parti konċernata ma tistax tieħu miżuri ta' salvagwardja qabel ma jgħaddi xahar mid-data tan-notifika skont il-paragrafu 2, sakemm il-proċedura ta' konsultazzjoni skont il-paragrafu 2 ma tkunx intemmet b'mod konġunt qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien imsemmi. Jekk ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jeskludu l-eżami minn qabel, il-Parti konċernata tista' tapplika minnufih il-miżuri ta' salvagwardja li huma strettament meħtieġa sabiex jinstab rimedju għas-sitwazzjoni.

Il-Parti konċernata għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Kunsill ta' Sħubija dwar il-miżuri meħuda u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.

4.   Jekk miżura ta' salvagwardja meħuda mill-Parti kkonċernata toħloq żbilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi skont dan il-Ftehim jew skont kwalunkwe ftehim supplimentari, il-Parti l-oħra tista' tieħu tali miżuri proporzjonati ta' riekwilibriju li jkunu strettament meħtieġa biex jiġi rimedjat l-iżbilanċ. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li l-anqas li jfixklu l-funzjonament ta' dan il-Ftehim. Il-paragrafi minn 2 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali miżuri ta' riekwilibriju.

5.   Kull Parti tista’, mingħajr ma jkollha rikors minn qabel għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 738, tibda l-proċedura ta' arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 739 biex tikkontesta miżura meħuda mill-Parti l-oħra b'applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

6.   Il-miżuri ta' salvagwardja msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri ta' riekwilibriju msemmija fil-paragrafu 5 jistgħu jittieħdu wkoll fir-rigward ta' ftehim supplimentari, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fih.

IS-SEBA' PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 774

Kamp ta' applikazzjoni territorjali

1.   Dan il-Ftehim japplika:

(a)

għat-territorji li għalihom huma applikabbli t-TUE, it-TFUE u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn it-Trattati; u

(b)

għat-territorju tar-Renju Unit.

2.   Dan il-Ftehim japplika wkoll għall-Bailiwick ta' Guernsey, il-Bailiwick ta' Jersey u l-Isle of Man sal-punt stabbilit fl-Intestatura Ħamsa tat-Tieni Parti u l-Artikolu 520.

3.   Dan il-Ftehim la għandu japplika għal Ġibiltà u lanqas ma għandu jkollu xi effett f'dan it-territorju.

4.   Dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit: Anguilla; Bermuda; It-Territorju Brittaniku tal-Antartiku; It-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan; Il-British Virgin Islands; Il-Gżejjer Cayman; Il-Gżejjer Falkland; Montserrat; Pitcairn, Henderson, Ducie u l-Gżejjer Oeno; Saint Helena, Ascension u Tristan da Cunha; South Georgia s-South Sandwich Islands; u l-Gżejjer Turks u Caicos.

Artikolu 775

Relazzjoni ma' ftehimiet oħrajn

Dan il-Ftehim u xi ftehim supplimentari japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bilaterali preċedenti bejn ir-Renju Unit minn naħa waħda u l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika min-naħa l-oħra. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-obbligu tagħhom li jimplimentaw kull tali Ftehim.

Artikolu 776

Rieżami

Il-Partijiet għandhom jirrevedu b'mod konġunt l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-ftehimiet supplimentari u kwalunkwe kwistjoni relatata magħhom ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u kull ħames snin wara dan.

Artikolu 777

Informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

Xejn f'dan il-Ftehim jew f'xi ftehim supplimentari ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li Parti tagħmel disponibbli informazzjoni klassifikata.

Informazzjoni klassifikata jew materjal ipprovdut mill-Partijiet jew skambjat bejniethom skont dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari għandu jiġi ttrattat u protett f'konformità mal-Ftehim dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u kwalunkwe arranġament ta' implimentazzjoni konkluż taħtu.

Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar l-istruzzjonijiet ta' trattament biex jiżguraw il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata skambjata bejniethom.

Artikolu 778

Partijiet integrali ta' dan il-Ftehim

1.   Il-protokolli , l-Annessi, l-Appendiċijiet u n-noti f'qiegħ il-paġna għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

2.   Kull wieħed mill-Annessi ta' dan il-Ftehim, inkluż l-appendiċi tiegħu, għandu jifforma parti integrali mit-Taqsima, il-Kapitolu, it-Titolu, l-Intestatura jew il-Protokoll li jirreferi għal dak l-Anness jew li għalih issir referenza f'dak l-Anness. Għal aktar ċertezza:

(a)

l-Anness 1 jifforma parti integrali mit-Titolu III tal-Ewwel Parti;

(b)

l-Annessi 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8 u 9 jiffurmaw parti integrali mill-Kapitolu 2 tat-Titolu I tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(c)

l-Anness 10 jifforma parti integrali mill-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(d)

l-Annessi 11, 12, 13, 14, 15, 16 u 17 jiffurmaw parti integrali mill-Kapitolu 4 tat-Titolu I tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(e)

l-Anness 18 jifforma parti integrali mill-Kapitolu 5 tat-Titolu I tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(f)

l-Annessi 19, 270, 21, 22, 23 u 24 jiffurmaw parti integrali mit-Titolu II tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(g)

l-Anness 25 jifforma parti integrali mit-Titolu VI tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(h)

l-Annessi 26, 27, 28 u 29 jiffurmaw parti integrali mit-Titolu VIII tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(i)

l-Anness 27 jifforma parti integrali mit-Titolu XI tal-Intestatura Wieħed tat-Tieni Parti;

(j)

l-Anness 30 u kwalunkwe anness adottat f'konformità mal-Artikolu 454 jiffurmaw parti integrali mit-Titolu II tal-Intestatura Tnejn tat-Tieni Parti;

(k)

l-Anness 31 jifforma parti integrali mit-Titolu I tal-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti;

(l)

l-Annessi 32, 33 u 34 jiffurmaw parti integrali mit-Titolu II tal-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti;

(m)

l-Annessi 35, 36, 37 u 38 jiffurmaw parti integrali mill-Intestatura Ħamsa tat-Tieni Parti;

(n)

l-Anness 39 jifforma parti integrali mit-Titolu II tat-Tielet Parti;

(o)

l-Anness 40 jifforma parti integrali mit-Titolu III tat-Tielet Parti;

(p)

l-Anness 41 jifforma parti integrali mit-Titolu V tat-Tielet Parti;

(q)

l-Anness 42 jifforma parti integrali mit-Titolu VI tat-Tielet Parti;

(r)

l-Anness 43 jifforma parti integrali mit-Titolu VII tat-Tielet Parti;

(s)

l-Anness 44 jifforma parti integrali mit-Titolu IX tat-Tielet Parti;

(t)

l-Anness 45 jifforma parti integrali mit-Titolu III, it-Titolu VII u t-Titolu XI tat-Tielet Parti;

(u)

l-Anness 46 jifforma parti integrali mit-Titolu XI tat-Tielet Parti;

(v)

l-Anness 47 jifforma parti integrali mit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tal-Ħames Parti;

(w)

l-Annessi 48 u 49 jiffurmaw parti integrali mit-Titolu I tas-Sitt Parti;

(x)

l-Anness għall-protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet dwar taxxi u dazji jifforma parti integrali mill-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet dwar it-taxxi u d-dazji;

(y)

L-Annessi SSC-1, SSC-2, SSC-3, SSC-4, SSC-5, SSC-6, SSC-7 u SSC-8 u l-Appendiċijiet tagħhom jiffurmaw parti integrali mill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

Artikolu 779

Terminazzjoni

Kull Parti tista' tittermina dan il-Ftehim b'notifika bil-miktub b'mezzi diplomatiċi. Dan il-Ftehim u kull ftehim supplimentari ma għandhomx jibqgħu fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tnax-il xahar wara d-data tan-notifika.

Artikolu 780

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Netherlandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Irlandiża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża. Sat-30 ta' April 2021, il-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal proċess ta' reviżjoni finali mill-ġuristi-lingwisti. Minkejja s-sentenza preċedenti, il-proċess ta' reviżjoni finali mill-ġuristi-lingwisti għall-verżjoni bl-Ingliż tal-Ftehim għandu jiġi ffinalizzat sa mhux aktar tard mill-jum imsemmi fl-Artikolu 783(1) jekk dak il-jum ikun aktar kmieni mit-30 ta' April 2021.

Il-verżjonijiet lingwistiċi li jirriżultaw mill-proċess ta' reviżjoni finali mill-ġuristi-lingwisti ta' hawn fuq għandhom jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehim u għandhom jiġu stabbiliti bħala awtentiċi u definittivi permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 781

Adeżjonijiet futuri mal-Unjoni

1.   L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit bi kwalunkwe talba ġdida għall-adeżjoni ta' pajjiż terz mal-Unjoni.

2.   Matul in-negozjati bejn l-Unjoni u pajjiż terz dwar l-adeżjoni ta' dak il-pajjiż mal-Unjoni (87), l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex:

(a)

fuq talba tar-Renju Unit u, sa fejn ikun possibbli, tipprovdi kull informazzjoni dwar kull kwistjoni koperta minn dan il-Ftehim u kull ftehim supplimentari; u

(b)

tqis kwalunkwe tħassib espress mir-Renju Unit.

3.   Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jeżamina kwalunkwe effett tal-adeżjoni ta' pajjiż terz mal-Unjoni dwar dan il-Ftehim u kull ftehim supplimentari biżżejjed qabel id-data ta' tali adeżjoni.

4.   Sa fejn ikun meħtieġ, ir-Renju Unit u l-Unjoni għandhom, qabel id-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar l-adeżjoni ta' pajjiż terz mal-Unjoni:

(a)

jemendaw dan il-Ftehim jew kull ftehim supplimentari,

(b)

jistabbilixxu, permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill ta' Sħubija, kull aġġustament jew arranġament tranżizzjonali ieħor meħtieġ rigward dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari; jew

(c)

jiddeċiedu fil-Kunsill ta' Sħubija jekk:

(i)

japplikawx l-Artikolu 492 għan-nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz; jew

(ii)

jistabbilixxux arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tal-Artikolu 492 fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz u n-nazzjonali tiegħu ladarba jaderixxi mal-Unjoni.

5.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni skont il-punt (c) (i) jew (ii) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu bid-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar l-adeżjoni tal-pajjiż terz rilevanti mal-Unjoni, l-Artikolu 492 ma għandux japplika għan-nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz.

6.   Fil-każ li l-Kunsill ta' Sħubija jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 4, huwa għandu jispeċifika t-tul ta' żmien tagħhom. Il-Kunsill ta' Sħubija jista' jestendi t-tul ta' żmien ta' dawk l-arranġamenti tranżitorji.

7.   Qabel l-iskadenza tal-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kunsill ta' Sħubija għandu jiddeċiedi jekk japplikax l-Artikolu 492 għan-nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz mit-tmiem tal-arranġamenti tranżizzjonali. Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni l-Artikolu 492 ma għandux japplika fir-rigward tan-nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz mit-tmiem tal-arranġamenti tranżizzjonali.

8.   Il-punt (c) tal-paragrafu 4, u l-paragrafi 5 sa 7 huma mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Unjoni skont il-leġiżlazzjoni domestika tagħha.

9.   Għal aktar ċertezza, mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-paragrafu 4 u l-paragrafi 5 sa 7, dan il-Ftehim għandu japplika fir-rigward ta' Stat Membru ġdid tal-Unjoni mid-data tal-adeżjoni ta' dak l-Istat Membru l-ġdid mal-Unjoni.

Artikolu 782

Dispożizzjoni interim għat-trażmissjoni ta' data personali lir-Renju Unit

1.   Għat-tul tal-perjodu speċifikat, it-trażmissjoni ta' data personali mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit ma għandhiex titqies bħala trasferiment lejn pajjiż terz skont id-dritt tal-Unjoni, dment li tapplika l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit dwar il-protezzjoni tad-data fil-31 ta' Diċembru 2020, kif inhi ssejvjata u inkorporata fil-liġi tar-Renju Unit mill-Att tal-2018 dwar l-Unjoni Ewropea (Ħruġ) u kif modifikata permezz tar-Regolamenti tal-2019 dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika (Emendi eċċ) (Ħruġ mill-UE) (SI 2019/419) (88) (ir-"reġim applikabbli tal-protezzjoni tad-data")u dment li r-Renju Unit ma jeżerċitax is-setgħat maħtura mingħajr il-qbil tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija.

2.   Soġġett għall-paragrafi 3 sa 11, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fir-rigward ta' trasferimenti ta' data personali mill-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja lejn ir-Renju Unit matul il-perjodu speċifikat li sar skont id-dritt tal-Unjoni kif applikat f'dawk l-istati bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li sar f'Porto fit-2 ta' Mejju 1992, sakemm il-paragrafu 1 japplika għal trasferimenti ta' data personali mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit, dment li dawk l-istati jinnotifikaw liż-żewġ Partijiet bil-miktub dwar l-aċċettazzjoni espliċita tagħhom li japplikaw din id-dispożizzjoni.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-"setgħat maħtura" tfisser is-setgħat li ġejjin:

(a)

li jsiru regolamenti skont it-taqsimiet 17A, 17C u 74A tal-Att tal-2018 tar-Renju Unit dwar il-Protezzjoni tad-Data;

(b)

li jinħareġ dokument ġdid li jispeċifika klawżoli standard ta' protezzjoni tad-data skont it-taqsima 119A tal-Att tal-2018 tar-Renju Unit dwar il-Protezzjoni tad-Data;

(c)

li jiġi approvat abbozz ta' kodiċi ta' kondotta ġdid skont l-Artikolu 40(5) tar-Regolament Ġenerali tar-Renju Unit dwar il-Protezzjoni tad-Data ("GDPR tar-Renju Unit"), għajr kodiċi ta' kondotta li ma jistax jiġi invokat biex jipprovdi salvagwardji xierqa għat-trasferimenti ta' data personali lil pajjiż terz skont l-Artikolu 46(2)(e) tal-GDPR tar-Renju Unit;

(d)

li jiġu approvati mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni ġodda skont l-Artikolu 42(5) tal-GDPR tar-Renju Unit, għajr mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni li ma jistgħux jiġu invokati biex jipprovdu salvagwardji xierqa għat-trasferimenti ta' data personali lil pajjiż terz skont l-Artikolu 46(2)(f) tal-GDPR tar-Renju Unit;

(e)

li jiġu approvati regoli korporattivi vinkolanti ġodda skont l-Artikolu 47 tal-GDPR tar-Renju Unit;

(f)

li jiġu awtorizzati klawżoli kuntrattwali ġodda msemmija fl-Artikolu 46(3)(a) tal-GDPR tar-Renju Unit; jew

(g)

li jiġu awtorizzati arranġamenti amministrattivi ġodda msemmija fl-Artikolu 46(3)(b) tal-GDPR tar-Renju Unit.

4.   Il-"perjodu speċifikat" jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u, soġġett għall-paragrafu 5, jintemm f'waħda mid-dati li ġejjin, skont liema tiġi l-ewwel:

(a)

fid-data li fiha d-deċiżjonijiet ta' adegwatezza fir-rigward tar-Renju Unit jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 u skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, jew

(b)

fid-data ta' erba' xhur wara d-data tal-bidu tal-perjodu speċifikat, liema perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn oħra sakemm waħda mill-Partijiet ma toġġezzjonax,

5.   Soġġett għall-paragrafi 6 u 7, jekk, matul il-perjodu speċifikat, ir-Renju Unit jemenda r-reġim applikabbli tal-protezzjoni tad-data jew jeżerċita s-setgħat maħtura mingħajr il-qbil tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija, il-perjodu speċifikat għandu jintemm fid-data li fiha jiġu eżerċitati s-setgħat jew tidħol fis-seħħ l-emenda.

6.   Ir-referenzi għall-eżerċizzju tas-setgħat maħtura fil-paragrafi 1 u 5 ma jinkludux l-eżerċizzju ta' tali setgħat li l-effett tagħhom huwa limitat għall-allinjament mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

7.   Kwalunkwe ħaġa li altrimenti tkun emenda għar-reġim applikabbli tal-protezzjoni tad-data li hija:

(a)

magħmula bil-qbil tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija; jew

(b)

limitata għall-allinjament mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

ma għandhiex tiġi ttrattata bħala emenda għar-reġim applikabbli tal-protezzjoni tad-data għall-finijiet tal-paragrafu 5 u minflok għandha tiġi ttrattata bħala parti mir-reġim applikabbli tal-protezzjoni tad-data għall-finijiet tal-paragrafu 1.

8.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 5 u 7, "il-ftehim tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Sħubija" tfisser:

(a)

deċiżjoni tal-Kunsill ta' Sħubija kif deskritt fil-paragrafu 11; jew

(b)

ftehim meqjus kif deskritt fil-paragrafu 10.

9.   Fejn ir-Renju Unit jinnotifika lill-Unjoni li huwa jipproponi li jeżerċita s-setgħat maħtura jew jipproponi li jemenda r-reġim applikabbli tal-protezzjoni tad-data, kull parti tista' titlob, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, laqgħa tal-Kunsill ta' Sħubija li għandha ssir fi żmien ġimagħtejn minn tali talba.

10.   Jekk ma tintalab l-ebda laqgħa bħal din, l-Unjoni titqies li tkun qablet ma' tali eżerċizzju jew emenda matul il-perjodu speċifikat.

11.   Jekk tintalab laqgħa bħal din, f'dik il-laqgħa l-Kunsill ta' Sħubija għandu jikkunsidra l-eżerċizzju jew l-emenda proposta u jista' jadotta deċiżjoni li tiddikjara li jaqbel mal-eżerċizzju jew l-emenda matul il-perjodu speċifikat.

12.   Ir-Renju Unit għandu, sa fejn ikun raġonevolment possibbli, jinnotifika lill-Unjoni meta, matul il-perjodu speċifikat, jidħol fi strument ġdid li jista’ jiġi invokat biex jittrasferixxi data personali lil pajjiż terz skont l-Artikolu 46(2)(a) tal-GDPR tar-Renju Unit jew it-Taqsima 75 (1) (a) tal-Att tal-2018 tar-Renju Unit dwar il-Protezzjoni tad-Data matul il-perjodu speċifikat. Wara notifika mir-Renju Unit skont dan il-paragrafu, l-Unjoni tista' titlob laqgħa tal-Kunsill ta' Sħubija biex tiddiskuti l-istrument rilevanti.

13.   It-Titolu I tas-Sitt Parti ma japplikax fir-rigward ta' tilwim rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 783

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih iż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għall-istabbiliment tal-kunsens tagħhom li jintrabtu.

2.   Il-partijiet jaqblu li japplikaw proviżorjament dan il-Ftehim mill-1 ta' Jannar 2021 sakemm qabel dik id-data jkunu nnotifikaw lil xulxin li r-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom u l-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja jkunu tlestew. L-applikazzjoni proviżorja għandha tieqaf f'waħda mid-dati li ġejjin, skont liema tiġi l-ewwel:

(a)

It-28 ta' Frar 2021 jew data oħra kif deċiż mill-Kunsill ta' Sħubija; jew

(b)

il-jum imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Mid-data minn meta dan il-Ftehim jiġi applikat proviżorjament, il-Partijiet għandhom jifhmu r-referenzi f'dan il-Ftehim għad-"data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim" jew għad-"dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim" bħala referenzi għad-data minn meta dan il-Ftehim jiġi applikat proviżorjament.

Съставено в Брюксел и Лондон на тридесети декември две хиляди и двадесета година.

Hecho en Bruselas y Londres, el treinta de diciembre de dos mil veinte.

V Bruselu a v Londýně dne třicátého prosince dva tisíce dvacet.

Udfærdiget i Bruxelles og London, den tredivte december to tusind og tyve.

Geschehen zu Brüssel und London am dreißigsten Dezember zweitausendzwanzigt.

Kahe tuhande kahekümnenda aasta detsembrikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis ja Londonis.

Έγινε στις Βρυξέλλες και στο Λονδίνο, στις τριάντα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες είκοσι.

Done at Brussels and London on the thirtieth day of December in the year two thousand and twenty.

Fait à Bruxelles et à Londres, le trente décembre deux mille vingt.

Arna dhéanamh sa Bhruiséil agus i Londain, an tríochadú lá de mhí na Nollag an bhliain dhá mhíle fiche.

Sastavljeno u Bruxellesu i Londonu tridesetog prosinca godine dvije tisuće dvadesete.

Fatto a Bruxelles e Londra, addì trenta dicembre duemilaventi.

Briselē un Londonā, divi tūkstoši divdesmitā gada trīsdesmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai dvidešimtų metų gruodžio trisdešimtą dieną Briuselyje ir Londone.

Kelt Brüsszelben és Londonban, a kétezer-huszadik év december havának harmincadik napján.

Magħmul fi Brussell u Londra, fit-tletin jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u għoxrin.

Gedaan te Brussel en Londen, dertig december tweeduizend twintig.

Sporządzono w Brukseli i Londynie dnia trzydziestego grudnia roku dwa tysiące dwudziestego.

Feito em Bruxelas e em Londres, em trinta de dezembro de dois mil e vinte.

Întocmit la Bruxelles și la Londra la treizeci decembrie două mii douăzeci.

V Bruseli a Londýne tridsiateho decembra dvetisícdvadsať.

V Bruslju in Londonu, tridesetega decembra dva tisoč dvajset.

Tehty Brysselissä ja Lontoossa kolmantenakymmenentenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentä.

Som skedde i Bryssel och i London den trettionde december år tjugohundratjugo.

Image 1

Image 2

Image 3


(1)  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-partijiet interessati għandhom jiġu definiti skont l-Artikolu 6(11) tal-Ftehim Antidumping u l-Artikolu 12.9 tal-Ftehim SCM.

(2)  Operazzjonijiet ta’ preservazzjoni bħal tkessiħ, iffriżar, jew ventilazzjoni jitqiesu bħala insuffiċjenti fis-sens tal-punt (a), filwaqt li operazzjonijiet bħal ippreservar (pickling), tnixxif, jew affumikar li jkunu maħsuba biex prodott jingħata karatteristiċi speċjali jew differenti mhumiex ikkunsidrati bħala insuffiċjenti.

(3)  Il-perjodu jkun ta’ tnax-il xahar għal talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu62(2) indirizzati lill-awtorità doganali tal-Parti esportatriċi tul l-ewwel tliet xhur tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

(4)  G/TBT/9, it-13 ta’ Novembru 2000, l-Anness 4.

(5)  Għal ċertezza akbar, huwa mifhum li, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-kunċett ta’ "persuna" jinkludi kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li l-istatus legali ta' persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta skont il-liġi applikabbli bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali.

(6)  Is-servizzi tal-ajru jew servizzi relatati b’appoġġ għas-servizzi tal-ajru jinkludu, iżda mhumiex limitati għas-servizzi li ġejjin: is-servizzi pprovduti bl-użu ta’ inġenju tal-ajru li l-iskop primarju tiegħu ma jkunx it-trasport ta’ prodotti jew ta’ passiġġieri, bħal tifi tan-nar mill-ajru, titjiriet ta’ taħriġ, ġiti għall-veduti, sprejjar, stħarriġ, immappjar, fotografija, qbiż bil-paraxut, irmunkar tal-gliders, irfigħ bil-ħelikopter għall-qtugħ tas-siġar għall-injam u għall-kostruzzjoni li jsiru fl-ajru, u servizzi agrikoli, industrijali u ta’ spezzjoni oħra li jsiru fl-ajru; il-kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; u s-servizzi ta’ tħaddim tal-ajruport.

(7)  Il-kabotaġġ marittimu nazzjonali jkopri: għall-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-ambitu ta’ attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala kabotaġġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, it-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ oġġetti bejn port jew punt li jinsab fi Stat Membru u port jew punt ieħor li jinsab f’dak l-istess Stat Membru, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu, kif previst fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u traffiku li joriġina u jieqaf fl-istess port jew punt li jinsab fi Stat Membru; għar-Renju Unit, it-trasport ta’ passiġġieri jew oġġetti bejn port jew punt li jinsab fir-Renju Unit, u port jew punt ieħor li jinsab fir-Renju Unit, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu, kif previst fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u traffiku li joriġina u jieqaf fl-istess port jew punt li jinsab fir-Renju Unit.

(8)  Għal ċertezza akbar, it-terminu "attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva" meta jintuża fir-rigward ta’ miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi, jinkludi "servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva" kif definit fil-punt (p) tal-Artikolu 124.

(9)  Għal aktar ċertezza, il-kumpaniji marittimi msemmija f’dan il-punt jitqiesu biss bħala persuni ġuridiċi ta’ Parti fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom relatati mal-provvista ta’ servizzi tat-trasport marittimu.

(10)  Il-punti (a)(i) sa (iii) tal-Artikolu 128 ma jkoprux miżuri meħuda sabiex tiġi limitata l-produzzjoni ta’ prodott agrikolu jew tas-sajd.

(11)  Il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 128 ma jkoprix miżuri minn Parti li jillimitaw l-inputs għall-provvista ta’ servizzi.

(12)  Għal aktar ċertezza, il-punt (f) tal-Artikolu 132(1) huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207.

(13)  Il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 135 ma jkoprix miżuri minn Parti li jillimitaw l-inputs għall-provvista ta’ servizzi.

(14)  Fejn il-lawrja jew il-kwalifika ma tkunx inkisbet fil-Parti fejn jiġi fornit is-servizz, dik il-Parti tista’ tevalwa jekk din tkunx ekwivalenti għal lawrja universitarja meħtieġa fit-territorju tagħha.

(15)  Fejn il-lawrja jew il-kwalifika ma tkunx inkisbet fil-Parti fejn jiġi fornit is-servizz, dik il-Parti tista’ tevalwa jekk din tkunx ekwivalenti għal lawrja universitarja meħtieġa fit-territorju tagħha.

(16)  Il-maniġers u l-ispeċjalisti jistgħu jintalbu juru li għandhom il-kwalifiki professjonali u l-esperjenza meħtieġa fil-persuna ġuridika li lilha jiġu ttrasferiti.

(17)  Filwaqt li l-maniġers ma jwettqux direttament kompiti li jikkonċernaw il-provvista attwali tas-servizzi, dan ma jżommhomx milli, matul l-eżekuzzjoni ta’ dmirijiethom kif deskritti aktar 'il fuq, iwettqu tali kompiti kif jista’ jkun meħtieġ għall-forniment tas-servizzi.

(18)  L-impriża riċeventi tista’ tkun meħtieġa tippreżenta programm ta’ taħriġ li jkopri t-tul tas-soġġorn għal approvazzjoni minn qabel, li juri li l-iskop tas-soġġorn huwa għat-taħriġ. Għal AT, CZ, DE, FR, ES, HU u LT, it-taħriġ irid ikun marbut mal-lawrja universitarja li nkisbet.

(19)  Filwaqt li jibbilanċjaw ir-restrizzjonijiet tar-riżorsi mal-piż potenzjali fuq in-negozji, f’każijiet fejn ikun raġonevoli li jsir dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni kollha tiġi sottomessa f’format speċifiku biex tiġi kkunsidrata "kompluta għall-finijiet tal-ipproċessar".

(20)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (ii) billi jinformaw lil applikant bil-quddiem bil-miktub, inkluż permezz ta’ miżura ppubblikata, li nuqqas ta’ tweġiba wara perjodu ta’ żmien speċifikat mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni jindika aċċettazzjoni tal-applikazzjoni. Ir-referenza għal "bil-miktub" jenħtieġ li tinftiehem bħala li tinkludi format elettroniku.

(21)  Tali "opportunità" ma tirrikjedix li awtorità kompetenti tipprovdi estensjonijiet tal-iskadenzi.

(22)  L-awtoritajiet kompetenti mhumiex responsabbli għal dewmien minħabba raġunijiet barra mill-kompetenza tagħhom.

(23)  Għal aktar ċertezza, dan l-Artikolu ma għandux jinftiehem li jimpedixxi n-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim wieħed jew aktar bejn il-Partijiet dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali dwar kundizzjonijiet u rekwiżiti differenti minn dawk previsti f’dan l-Artikolu.

(24)  Għal aktar ċertezza, tali arranġamenti ma għandhomx iwasslu għar-rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki iżda għandhom jistabbilixxu, fl-interess reċiproku taż-żewġ Partijiet, il-kundizzjonijiet għall-awtoritajiet kompetenti li jagħtu r-rikonoxximent.

(25)  L-informazzjoni mitluba għandha tiġi ttrattata f’konformità mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità.

(26)  It-tariffi amministrattivi ma jinkludux pagamenti għad-drittijiet għall-użu ta’ riżorsi skarsi u ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-provvista ta’ servizz universali.

(27)  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "mhux diskriminatorji" tfisser trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u t-trattament nazzjonali kif iddefinit fl-Artikoli 129, 130, 136 u 137, kif ukoll skont termini u kundizzjonijiet xejn anqas favorevoli minn dawk mogħtija lil kwalunkwe utent ieħor ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni simili f’sitwazzjonijiet simili.

(28)  Dan l-Artikolu ma japplikax għal servizzi ta’ roaming fl-Unjoni Ewropea, li huma servizzi mobbli kummerċjali pprovduti skont ftehim kummerċjali bejn il-fornituri ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni li jippermettu lil utent finali juża l-apparat mobbli domestiku tiegħu jew apparat ieħor għal servizzi ta’ trażmissjoni tal-vuċi, ta’ data jew ta’ messaġġi fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih jinsab in-network pubbliku tat-telekomunikazzjoni tal-utent finali.

(29)  Għal aktar ċertezza, din il-modifika tapplika għal "servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva" fil-punt (o) tal-Artikolu 124 billi tapplika għal "attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva" fil-punt (f) tal-Artikolu 124.

(30)  Għal aktar ċertezza, dan ma għandux jipprevjeni lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri għal raġunijiet prudenzjali fir-rigward ta’ fergħat stabbiliti fit-territorju tagħha minn persuni ġuridiċi fil-Parti l-oħra.

(31)  Għal ċertezza akbar, għall-finijiet ta' dan it-Titolu, il-liġi tal-Unjoni hija parti mil-liġi tal-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju tal-avukati msemmija fil-punt (e)(i) ta’ dan l-Artikolu.

(32)  "Servizzi ta’ arbitraġġ, konċiljazzjoni u medjazzjoni legali" tfisser it-tħejjija ta’ dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lil arbitru, konċiljatur jew medjatur, kif ukoll it-tħejjija għalihom u d-dehra quddiemhom, fi kwalunkwe tilwima li tinvolvi l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-liġi. Dan ma jinkludix servizzi ta’ arbitraġġ, konċiljazzjoni u medjazzjoni f’tilwim li ma jinvolvix l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-liġi, li jaqgħu taħt servizzi inċidentali għall-konsultazzjoni tal-maniġment. Lanqas ma jinkludi li wieħed jaġixxi bħala arbitru, konċiljatur jew medjatur. Bħala subkategorija, l-arbitraġġ legali internazzjonali, is-servizzi ta’ konċiljazzjoni jew medjazzjoni jirreferu għall-istess servizzi meta t-tilwima tinvolvi partijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar.

(33)  Għal aktar ċertezza, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "servizzi legali ddeżinjati" tfisser, għas-servizzi mogħtija fl-Unjoni, servizzi legali fir-rigward tal-liġi tar-Renju Unit jew xi parti minnu u l-liġi internazzjonali pubblika (għajr il-liġi tal-Unjoni), u għas-servizzi mogħtija fir-Renju Unit, is-servizzi legali fir-rigward tal-liġi tal-Istati Membri (inkluż il-liġi tal-Unjoni) u l-liġi internazzjonali pubblika (eskluż il-liġi tal-Unjoni).

(34)  Għal ċertezza akbar, "kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ġenerali" jirreferu għal kundizzjonijiet ifformulati f’termini oġġettivi li japplikaw orizzontalment għal għadd mhux identifikat ta’ operaturi ekonomiċi u b’hekk ikopru firxa ta’ sitwazzjonijiet u każijiet.

(35)  Għal ċertezza akbar, diffikultajiet serji tal-bilanċ tal-pagamenti jew diffikultajiet finanzjarji esterni serji, jew theddida tagħhom, jistgħu jiġu kkawżati fost fatturi oħra minn diffikultajiet serji relatati ma’ politiki monetarji jew tar-rati tal-kambju, jew theddida ta’ dawn.

(36)  Kull Parti tista' tiddetermina d-data rilevanti tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tagħha stess.

(37)  Din it-taqsima ma tapplikax għall-protezzjoni magħrufa fir-Renju Unit bħala dritt ta’ disinn.

(38)  Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, it-terminu "prodott għall-protezzjoni tal-pjanti" għandu jiġi ddefinit għal kull Parti mil-leġiżlazzjonijiet rispettivi tal-Partijiet.

(39)  Għal aktar ċertezza, u sa fejn ikun permess bil-liġi ta' Parti, it-terminu "federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet" jinkludi tal-anqas korpi ta' mmaniġġar tad-drittijiet kollettivi u korpi professjonali ta' difiża li jkunu regolarment rikonoxxuti li jkollhom id-dritt li jirrappreżentaw lid-detenturi tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

(40)  Għall-Unjoni, l-awtorità kompetenti tfisser l-awtoritajiet doganali.

(41)  Għal aktar ċertezza l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ trattament nazzjonali previst f’dan l-Artikolu huwa soġġett għall-eċċezzjonijiet imsemmija fin-nota 3 tan-Noti tas-Subtaqsimiet B1 u B2 tat-Taqsima B tal-Anness 25.

(42)  Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU EU L 158, 14.6.2019, p. 22).

(43)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU UE L 158, 14.6.2019, p. 54) jew il-predeċessuri tiegħu: ĠU UE  L 176, 15.7.2003, p. 1 u ĠU UE  L 211, 14.8.2009, p. 15.

(44)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU UE L 211, 14.8.2009, p. 94) jew il-predeċessura tagħha: ĠU UE  L 176, 15.7.2003, p. 57.

(45)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010 tat-23 ta' Settembru 2010 dwar l-iffissar ta' linji gwida għall-mekkaniżmu ta' kumpens lil operaturi tas-sistemi ta' intertrażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni (ĠU UE L 250, 24.9.2010, p. 5).

(46)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU UE L 211, 14.8.2009, p. 36).

(47)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU UE L 328, 21.12.2018, p. 82).

(48)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU UE L 315, 14.11.2012, p. 1).

(49)  Għall-Unjoni, tali prinċipji jinkludu l-prinċipju ta' prekawzjoni.

(50)  Għar-Renju Unit, "intrapriżi żgħar u ta' daqs medju" tfisser negozji żgħar u ta' daqs mikro.

(51)  Fil-każ tar-Renju Unit, miżuri regolatorji ewlenin għandhom jinftiehmu bħala miżuri regolatorji sinifikanti f’konformità mad-definizzjoni ta’ tali miżuri fir-regoli u fil-proċeduri tar-Renju Unit.

(52)  Għal ċertezza akbar, b'rabta mal-implimentazzjoni tal-ftehim fit-territorju tal-Unjoni, l-approċċ ta' prekawzjoni jirreferi għall-prinċipju ta' prekawzjoni.

(53)  Għal din il-fini, diskriminazzjoni tfisser li jkun hemm trattament inqas favorevoli ta’ attur ekonomiku meta mqabbel ma’ oħrajn f’sitwazzjonijiet u li dan it-trattament differenzjali ma jkunx ġustifikat bi kriterji oġġettivi.

(54)  Għal ċertezza akbar, dan l-istandard jinkiseb meta l-fatti juru li l-għoti ta’ sussidju, mingħajr ma jkun sar legalment kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, ikun marbut mal-esportazzjoni attwata jew antiċipata jew ma’ qligħ mill-esportazzjoni. Is-sempliċi fatt li sussidju jkun ingħata lil atturi ekonomiċi li jesportaw ma għandux għal din ir-raġuni biss jitqies bħala sussidju għall-esportazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

(55)  Il-pajjiżi b’riskju kummerċjabbli huma r-Renju Unit, l-Istati Membri tal-Unjoni, l-Awstralja, il-Kanada, l-Iżlanda, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti tal-Amerka.

(56)  Għal ċertezza akbar, dan mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 364(1) u (2).

(57)  Għal ċertezza akbar, il-liġi tar-Renju Unit għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu ma tinkludi l-ebda liġi [i] li għandha effett bis-saħħa tat-Taqsima 2(1) tal-Att tal-1972 dwar il-Komunitajiet Ewropej 1972, kif stabbilita fit-Taqsima 1A tal-Att tal-2018 dwar l-Unjoni Ewropea (Ħruġ) 2018, jew [ii] li għaddiet jew saret taħt, jew għal skop speċifikat fi, it-Taqsima 2(2) tal-Att tal-1972 dwar il-Komunitajiet Ewropej.

(58)  Għar-Renju Unit, dan l-Artikolu jitlob rimedju ġdid ta’ rkupru li jkun disponibbli fit-tmiem ta’ rieżami ġudizzjarju b’suċċess, f’konformità mal-istandard ta’ rieżami skont il-liġi nazzjonali, mibdi f’perjodu ta’ żmien speċifikat; tali rieżami ma jkun bl-ebda mod ieħor imwessgħa, f'konformità mal-Artikolu 372(3). Ebda benefiċjarju ma jkun jista’ jgħolli l-aspettattiva leġittima biex jirreżisti tali rkupru.

(59)  Il-Partijiet jinnotaw li r-Renju Unit ser jimplimenta sistema ġdida ta’ kontroll tas-sussidji wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

(60)  Il-kabotaġġ marittimu nazzjonali jkopri: għall-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala kabotaġġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, it-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ oġġetti bejn port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u port jew punt ieħor li jinsab f’dak l-istess Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu, kif previst fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u traffiku li joriġina u jieqaf fl-istess port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; għar-Renju Unit, it-trasport ta’ passiġġieri jew oġġetti bejn port jew punt li jinsab fir-Renju Unit, u port jew punt ieħor li jinsab fir-Renju Unit, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu, kif previst fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u traffiku li joriġina u jieqaf fl-istess port jew punt li jinsab fir-Renju Unit.

(61)  Għal ċertezza akbar, dan il-paragrafu ma għandux japplika fir-rigward tax-xiri jew tal-bejgħ ta’ ishma, ta' stokk jew ta’ forom oħra ta' ekwità minn entità koperta bħala mezz tal-parteċipazzjoni fil-kapital tagħhom f'intrapriża oħra.

(62)  Għal aktar ċertezza, dan il-Kapitolu u l-Artikolu 411 ma japplikawx għal-liġi u l-istandards tal-Partijiet relatati mas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet.

(63)  Kull Parti żżomm id-dritt tagħha li tiddetermina l-prijoritajiet, il-politiki u l-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha fl-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjonijiet tal-ILO u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Karta Soċjali Ewropea b’mod konsistenti mal-impenji internazzjonali tagħha, inklużi dawk taħt dan it-Titolu. Il-Kunsill tal-Ewropa, stabbilit fl-1949, adotta l-Karta Soċjali Ewropea fl-1961, li ġiet riveduta fl-1996. L-Istati Membri kollha tal-UE rratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea fil-verżjoni oriġinali jew riveduta tagħha. Għar-Renju Unit, ir-referenza għall-Karta Soċjali Ewropea fil-paragrafu 5 tirreferi għall-verżjoni oriġinali tal-1961.

(64)  Għal aktar ċertezza, f’dan il-każ il-Parti ma jkollhiex rikors minn qabel għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 738.

(65)  Tali miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar jew l-aġġustament tal-miżuri ta’ riekwilibriju, kif xieraq.

(66)  Is-sospensjoni tal-obbligi taħt l-Artikolu 749 għandha tkun disponibbli biss jekk ikunu ġew applikati miżuri ta’ riekwilibriju.

(67)  L-eċċezzjonijiet tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku jistgħu jiġu invokati biss meta tinqala’ theddida ġenwina u serja biżżejjed għal wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.

(68)  Għal aktar ċertezza, din id-determinazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-Titolu I tas-Sitt Parti.

(69)  Il-miżuri li huma mmirati lejn l-assigurazzjoni tal-impożizzjoni jew il-ġbir ekwitabbli jew effettiv ta' taxxi diretti jinkludu miżuri meħuda mill-Parti skont is-sistema tat-tassazzjoni tagħha li:

(i)

japplikaw għal fornituri ta’ servizzi mhux residenti b’rikonoxximent tal-fatt li l-obbligu tat-taxxa ta’ dawk li mhumiex residenti huwa determinat fir-rigward ta’ oġġetti taxxabbli li jinkisbu jew jinsabu fit-territorju tal-Parti; jew

(ii)

japplikaw għal persuni mhux residenti sabiex jassiguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir ta’ taxxi fit-territorju tal-Parti; jew

(iii)

japplikaw għal persuni mhux residenti jew għar-residenti sabiex jipprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi, inklużi l-miżuri ta’ konformità; jew

(iv)

japplikaw għall-konsumaturi ta’ servizzi fi jew mit-territorju tal-Parti l-oħra jew ta’ pajjiż terz sabiex jiżguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir ta’ taxxi fuq konsumaturi bħal dawn miksuba minn sorsi fit-territorji tal-Parti; jew

(v)

jiddistingwu fornituri ta’ servizzi soġġetti għal taxxa fuq oġġetti taxxabbli madwar id-dinja kollha minn fornituri ta’ servizzi oħra, b’rikonoxximent tad-differenza fin-natura tal-bażi tat-taxxa bejniethom; jew

(vi)

jiddeterminaw, jallokaw jew jaqsmu d-dħul, il-profitt, il-qligħ, it-telf, it-tnaqqis jew il-kreditu ta’ persuni jew fergħat residenti, jew bejn persuni jew fergħat relatati tal-istess persuna, biex jissalvagwardjaw il-bażi tat-taxxa tal-Parti.

(70)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (riformulazzjoni) (ĠU UE UE L 300, 14.11.2009, p. 88).

(71)  Għal aktar ċertezza, it-terminu "miżura" jinkludi n-nuqqas li tittieħed azzjoni.

(72)  Dan ma jinkludix persuni fiżiċi residenti fit-territorju msemmi fl-Artikolu 774(3).

(73)  Id-definizzjoni ta’ persuna fiżika tinkludi wkoll persuni li jirrisjedu b’mod permanenti fir-Repubblika tal-Latvja li ma jkunux ċittadini tar-Repubblika tal-Latvja jew ta’ kwalunkwe Stat ieħor iżda li jkunu intitolati, skont id-dritt tar-Repubblika tal-Latvja, li jirċievu passaport ta’ persuna mhux ċittadin.

(74)  Għal aktar ċertezza, "GPA" għandha tinftiehem li tkun il-GPA, kif emendat mill-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, magħmul f'Ġinevra fit-30 ta' Marzu 2012.

(75)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU UE L 269, 10.10.2013, p. 1).

(76)  Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni, iż-żoni lil hinn mill-baħar territorjali ta’ kull Parti għandhom jinftiehmu bħala ż-żoni rispettivi tal-Istati Membri tal-Unjoni.

(77)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU UE L 210, 6.8.2008, p. 1).

(78)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU UE L 210, 6.8.2008, p. 12).

(79)  Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU UE L 135, 24.5.2016, p. 53).

(80)  Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, (ĠU UE L 295, 21.11.2018, p. 138).

(81)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU UE L 190, 18.7.2002, p. 1).

(82)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 89).

(83)  2018 kapitolu 12.

(84)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE), (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 1).

(85)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(86)  Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (ĠU UE L 158, 27.5.2014, p. 227).

(87)  Għal aktar ċertezza, il-paragrafi 2 sa 9 japplikaw fir-rigward ta' negozjati bejn l-Unjoni u pajjiż terz għall-adeżjoni mal-Unjoni li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, minkejja l-fatt li saret talba għall-adeżjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

(88)  Kif emendat bir-Regolamenti tal-2020 dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika (Emendi eċċ) (Ħruġ mill-UE) (SI 2020/1586).


ANNESS 1

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA' SĦUBIJA U L-KUMITATI

Regola 1

President

1.   L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-isem, il-pożizzjoni u d-dettalji ta' kuntatt tal-kopresidenti maħtura rispettivi tagħhom. Kopresident jitqies li jkollu l-awtorizzazzjoni li jirrappreżenta, rispettivament, lill-Unjoni jew lir-Renju Unit sad-data li kopresident ġdid ikun innotifikat lill-Parti l-oħra.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-kopresidenti previsti minn dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jittieħdu b'kunsens reċiproku.

3.   Kopresident jista' jiġi sostitwit minn persuna nominata għal laqgħa partikolari. Il-kopresident, jew il-persuna nominata tiegħu jew tagħha, għandhom jinnotifikaw lill-kopresident l-ieħor u lis-Segretarjat tal-Kunsill ta' Sħubija bin-nomina kmieni kemm jista' jkun. Kull referenza f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għall-kopresidenti għandha tinftiehem li tinkludi persuna nominata.

Regola 2

Segretarjat

Is-Segretarjat tal-Kunsill ta' Sħubija ("is-Segretarjat") għandu jkun magħmul minn uffiċjal tal-Unjoni u uffiċjal tal-Gvern tar-Renju Unit. Is-Segretarjat għandu jwettaq il-kompiti li jingħatawlu permezz ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-isem, il-pożizzjoni u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal li jkun membru tas-Segretarjat tal-Kunsill ta' Sħubija għall-Unjoni u għar-Renju Unit, rispettivament. Dan l-uffiċjal hu preżunt li jibqa' jaġixxi bħala membru tas-Segretarjat għall-Unjoni jew għar-Renju Unit sad-data li fiha l-Unjoni jew ir-Renju Unit jinnotifikaw membru ġdid.

Regola 3

Laqgħat

1.   Kull laqgħa tal-Kunsill ta' Sħubija għandha tissejjaħ mis-Segretarjat f'data u ħin maqbul mill-kopresidenti. Fejn l-Unjoni jew ir-Renju Unit ikunu kkomunikaw talba għal laqgħa permezz tas-Segretarjat, il-Kunsill ta' Sħubija għandu jagħmel ħiltu biex il-laqgħa ssir fi żmien 30 jum minn tali talba, jew qabel f'każijiet previsti f'dan il-Ftehim.

2.   Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jorganizza l-laqgħat b'mod li jalterna fi Brussell u f'Londra, sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-kopresidenti jistgħu jaqblu li laqgħa tal-Kunsill ta' Sħubija ssir permezz ta' vidjokonferenza jew telekonferenza.

Regola 4

Parteċipazzjoni fil-laqgħat

1.   Fi żmien raġonevoli qabel kull laqgħa, l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jinfurmaw lil xulxin permezz tas-Segretarjat dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom u għandhom jispeċifikaw l-isem u l-funzjoni ta' kull membru tad-delegazzjoni.

2.   Fejn xieraq, il-kopresidenti jistgħu, b'kunsens reċiproku, jistiednu esperti (jiġifieri uffiċjali mhux governattivi) biex jattendu laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett speċifiku u biss għall-partijiet tal-laqgħa fejn tali suġġetti speċifiċi jiġu diskussi.

Regola 5

Dokumenti

Id-dokumenti bil-miktub li fuqhom jissejsu d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Sħubija għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati lill-Unjoni u lir-Renju Unit mis-Segretarjat.

Regola 6

Korrispondenza

1.   L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jibagħtu l-korrispondenza lill-Kunsill ta' Sħubija permezz tas-Segretarjat. Tali korrispondenza tista' tintbagħat fi kwalunkwe forma ta' komunikazzjoni bil-miktub, inkluż permezz tal-posta elettronika.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Sħubija titwassal lill-kopresidenti u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, f'konformità mar-Regola 5.

3.   Il-korrispondenza kollha mill-kopresidenti jew indirizzata direttament lilhom għandha tintbagħat lis-Segretarjat u għandha tiġi ċċirkolata fejn xieraq, f'konformità mar-Regola 5.

Regola 7

Aġenda tal-laqgħat

1.   Għal kull laqgħa, għandu jitfassal abbozz tal-aġenda proviżorja mis-Segretarjat. Dan għandu jintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-kopresidenti sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti mitluba mill-Unjoni jew mir-Renju Unit. Kull tali talba, flimkien ma' kull dokumenti rilevanti, għandha tintbagħat lis-Segretarjat sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data li fiha tibda l-laqgħa.

3.   Mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data tal-laqgħa, il-kopresidenti għandhom jiddeċiedu dwar l-aġenda proviżorja għal-laqgħa.

4.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta' Sħubija fil-bidu ta' kull laqgħa. B'talba tal-Unjoni jew tar-Renju Unit, jista' jiġi inkluż fl-aġenda xi punt ieħor għajr dawk inklużi fl-aġenda proviżorja permezz ta' kunsens.

5.   Il-kopresidenti, b'kunsens reċiproku, jistgħu jqassru jew itawlu l-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Regola 8

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandu jitħejja mill-uffiċjal li jaġixxi bħala membru tas-Segretarjat tal-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa, fi żmien 15-il jum wara li tintemm il-laqgħa, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-kopresidenti. L-abbozz tal-minuti għandu jintbagħat għall-kummenti lill-membru tas-Segretarjat tal-Parti l-oħra. Din tal-aħħar tista' tippreżenta kummenti fi żmien sebat ijiem mid-data li fiha tirċievi l-abbozz tal-minuti.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola, jagħmlu sinteżi ta' kull punt fl-aġenda, u jispeċifikaw fejn applikabbli:

(a)

id-dokumenti ppreżentati lill-Kunsill ta' Sħubija;

(b)

kull dikjarazzjoni li wieħed mill-kopresidenti jkun talab li tiddaħħal fil-minuti; u

(c)

id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

3.   Il-minuti għandhom jinkludu bħala anness lista tal-parteċipanti li għal kull delegazzjoni tistabbilixxi l-ismijiet u l-funzjonijiet tal-individwi li jkunu attendew il-laqgħa.

4.   Is-Segretarjat għandu jaġġusta l-abbozz tal-minuti fuq il-bażi tal-kummenti li jkun irċieva u l-abbozz tal-minuti, kif rivedut, għandu jiġi approvat mill-kopresidenti fi żmien 28 jum mid-data tal-laqgħa, jew sa kwalunkwe data oħra maqbula mill-kopresidenti. Ladarba approvati, iż-żewġ verżjonijiet tal-minuti għandhom jiġu awtentikati bil-firem tal-membri tas-Segretarjat. L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jirċievu waħda minn dawn il-verżjonijiet awtentiċi kull wieħed. Il-kopresidenti jistgħu jaqblu li l-iffirmar u l-iskambju ta' kopji elettroniċi jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

Regola 9

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Fil-perjodu bejn il-laqgħat, il-Kunsill ta' Sħubija jista' jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub. It-test ta' abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandu jiġi ppreżentat bil-miktub minn kopresident lill-kopresident l-ieħor fil-lingwa operattiva tal-Kunsill ta' Sħubija. Il-parti l-oħra għandu jkollha xahar, jew kwalunkwe perjodu itwal ta' żmien speċifikat mill-Parti li qed tagħmel il-proposta, biex tesprimi l-qbil tagħha dwar l-abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni. Jekk il-Parti l-oħra ma tesprimix qbil. Id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni proposta għandha tiġi diskussa u tista' tiġi adottata fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta' Sħubija. L-abbozzi ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu li ġew adottati ladarba l-Parti l-oħra tesprimi l-qbil tagħha u għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta' Sħubija skont l-Artikolu 8.

2.   Jekk il-Kunsill ta' Sħubija jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, il-kliem "Deċiżjoni" jew "Rakkomandazzjoni", rispettivament, għandhom jiddaħħlu fit-titolu ta' tali atti. Is-Segretarjat għandu jirreġistra kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni taħt numru ta' serje u b'referenza għad-data tal-adozzjoni tagħhom.

3.   Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill ta' Sħubija għandhom jispeċifikaw id-data li fiha jidħlu fis-seħħ.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill ta' Sħubija għandhom jiġu stabbiliti f'żewġ kopji fil-lingwi awtentiċi u ffirmati mill-kopresidenti u għandhom jintbagħtu mis-Segretarjat lill-Unjoni u lir-Renju Unit immedjatament wara li jiġu ffirmati. Il-kopresidenti jistgħu jaqblu li l-iffirmar u l-iskambju ta' kopji elettroniċi jissodisfaw ir-rekwiżit għal firma.

Regola 10

Trasparenza

1.   Il-kopresidenti jistgħu jaqblu li l-Kunsill ta' Sħubija għandu jiltaqa' fil-pubbliku.

2.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Sħubija fil-ġurnal uffiċjali rispettiv jew online.

3.   Jekk l-Unjoni jew ir-Renju Unit jippreżentaw lill-Kunsill ta' Sħubija informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali jew protetta milli tkun żvelata skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni li tkun irċeviet bħala kunfidenzjali.

4.   L-aġendi proviżorji tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi qabel issir il-laqgħa tal-Kunsill ta' Sħubija. Il-minuti tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi wara l-approvazzjoni tagħhom f'konformità mal-Artikolu 8.

5.   Il-pubblikazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha ssir f'konformità mar-regoli applikabbli taż-żewġ Partijiet dwar il-protezzjoni tad-data.

Regola 11

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Sħubija għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u tar-Renju Unit.

2.   Il-lingwa operattiva tal-Kunsill ta' Sħubija għandha tkun l-Ingliż. Sakemm ma jiddeċidux mod ieħor il-kopresidenti, il-Kunsill ta' Sħubija għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumenti mħejjija bl-Ingliż.

3.   Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jadotta deċiżjonijiet dwar l-emenda jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim fil-lingwi tat-testi awtentiċi ta’ dan il-Ftehim. Kull deċiżjoni oħra tal-Kunsill ta' Sħubija, inkluż dawk li permezz tagħhom jiġu emendati dawn ir-regoli ta' proċedura, għandhom jiġu adottati fil-lingwa operattiva msemmija fil-paragrafu 2.

Regola 12

Spejjeż

1.   L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom kull wieħed minnhom jassumu kull spiża li jġarrbu bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija.

2.   L-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-parti li tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbuta mal-interpretazzjoni fil-lingwa operattiva, jew minnha, tal-Kunsill ta' Sħubija waqt il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-parti li titlob tali interpretazzjoni.

4.   Kull Parti għandha tkun responsabbli għat-traduzzjoni ta' deċiżjonijiet u dokumenti oħra fil-lingwa/i uffiċjali tagħha, jekk meħtieġ skont ir-Regola 11, u għandha tagħmel tajjeb għall-ispejjeż assoċjati ma' dawn it-traduzzjonijiet.

Regola 13

Kumitati

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' din ir-Regola, ir-Regoli minn 1 sa 12 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Kumitati.

2.   Il-Kumitati għandhom jinfurmaw lill-Kunsill ta' Sħubija bl-iskedi tal-laqgħat u l-aġendi tagħhom fi żmien suffiċjenti qabel il-laqgħat tagħhom, u għandhom jirrapportaw lill-Kunsill ta' Sħubija dwar ir-riżultati u l-konklużjonijiet ta' kull waħda mil-laqgħat tagħhom.


ANNESS 2

NOTI INTRODUTTORJI GĦAL REGOLI TAL-ORIĠINI SPEĊIFIĊI GĦALL-PRODOTT

NOTA 1

Prinċipji ġenerali

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi r-regoli ġenerali għar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness 3 kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 39(1) ta' dan il-Ftehim.

2.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u l-Anness 3, ir-rekwiżiti biex prodott ikun oriġinarju f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 39(1) ta' dan il-Ftehim huma bidla fil-klassifikazzjoni tariffarja, proċess ta' produzzjoni, valur jew piż massimu ta' materjali mhux oriġinarji, jew kwalunkwe rekwiżit ieħor speċifikat f'dan l-Anness u l-Anness 3.

3.

Ir-referenza għall-piż f'regola tal-oriġini speċifika għall-prodott tfisser il-piż nett, li huwa l-piż ta' materjal jew prodott, li ma jinkludix il-piż ta' xi imballaġġ.

4.

Dan l-Anness u l-Anness 3 huma bbażati fuq is-Sistema Armonizzata, kif emendata fl-1 ta' Jannar 2017.

NOTA 2

L-istruttura tal-lista tar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott

1.

In-Noti dwar it-taqsimiet jew il-Kapitoli, fejn applikabbli, jinqraw flimkien mar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għat-Taqsima, il-Kapitolu, l-Intestatura, jew is-subintestatura rilevanti.

2.

Kull regola tal-oriġini speċifika għall-prodott stabbilita fil-Kolonna 2 tal-Anness 3 tapplika għall-prodott korrispondenti indikat fil-Kolonna 1 tal-Anness 3.

3.

Jekk prodott ikun soġġett għal regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott alternattivi, il-prodott għandu jkun oriġinarju f'Parti jekk ikun jissodisfa waħda mill-alternattivi.

4.

Jekk prodott ikun soġġett għal regola tal-oriġini speċifika għall-prodott li tinkludi diversi rekwiżiti, il-prodott għandu jkun oriġinarju f'Parti biss jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti kollha.

5.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u l-Anness 3, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"taqsima" tfisser taqsima tas-Sistema Armonizzata;

(b)

"Kapitolu" tfisser l-ewwel żewġ ċifri fin-numru ta' klassifikazzjoni tariffarja taħt is-Sistema Armonizzata;

(c)

"intestatura" tfisser l-ewwel erba' ċifri fin-numru ta' klassifikazzjoni tariffarja taħt is-Sistema Armonizzata; u

(d)

"subintestatura" tfisser l-ewwel erba' ċifri fin-numru ta' klassifikazzjoni tariffarja taħt is-Sistema Armonizzata.

6.

Għall-finijiet tar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott, japplikaw l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

"CC" tfisser produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe Kapitolu, minbarra dik tal-prodott; dan ifisser li kull materjal mhux oriġinarju użat fil-produzzjoni tal-prodott irid jiġi kklassifikat taħt Kapitolu (livell ta' żewġ figuri tas-Sistema Armonizzata) għajr dak tal-prodott (jiġifieri bidla fil-Kapitolu);

"CTH" tfisser produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura, minbarra dik tal-prodott; dan ifisser li kull materjal mhux oriġinarju użat fil-produzzjoni tal-prodott irid jiġi kklassifikat taħt intestatura (livell ta' 4 ċifri tas-Sistema Armonizzata) għajr dik tal-prodott (jiġifieri bidla fl-intestatura);

"CTSH" tfisser produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe subintestatura, minbarra dik tal-prodott; dan ifisser li kull materjal mhux oriġinarju użat fil-produzzjoni tal-prodott irid jiġi kklassifikat taħt subintestatura (livell ta' 6 ċifri tas-Sistema Armonizzata) għajr dik tal-prodott (jiġifieri bidla fis-subintestatura).

NOTA 3

Applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott

1.

L-Artikolu 39 ta' dan il-Ftehim, dwar prodotti li jkunu kisbu status oriġinarju li jintużaw fil-produzzjoni ta' prodotti oħra, japplika irrispettivament minn jekk dan l-istatus ikunx inkiseb jew le fl-istess fabbrika f'Parti fejn jintużaw dawn il-prodotti.

2.

Jekk regola tal-oriġini speċifika għall-prodott speċifikament teskludi ċertu materjal mhux oriġinarju jew tipprevedi li l-valur jew il-piż ta' materjal mhux oriġinarju ma jistax ikun jaqbeż livell limitu speċifiku, dawn il-kundizzjonijiet ma japplikawx għall-materjal mhux oriġinarju kklassifikat band'oħra fis-Sistema Armonizzata.

Eżempju 1: meta r-regola għall-buldowżers (is-subintestatura 8429.11) teħtieġ: "CTH ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 84.31 ", l-użu ta' materjali mhux oriġinarji kklassifikati band'oħra għajr 84.29 u 84.31 -bħal viti (l-intestatura SA 73.18), wajers iżolati u kondutturi elettriċi (l-intestatura 85.44) u diversi apparati elettroniċi (il-Kapitolu 85) - mhuwiex limitat.

Eżempju 2: Meta r-regola għall-intestatura 35.05 (destrini u lamti oħrajn modifikati; kolol ibbażati fuq lamti eċċ) teħtieġ "CTH ħlief mill-materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 11.08" allura l-użu ta' materjali mhux oriġinarji kklassifikati band'oħra għajr 11.08 (lamti, inulina), bħal materjali tal-Kapitolu 10 (ċereali), mhuwiex limitat.

3.

Jekk regola tal-oriġini speċifika għall-prodott tipprevedi li prodott għandu jinħadem minn materjal partikolari, dan ma jimpedixxix l-użu ta' materjali oħra li ma jistgħux jissodisfaw dik ir-regola minħabba n-natura inerenti tagħhom.

NOTA 4

Kalkolu ta' valur massimu ta' materjali mhux oriġinarji

Għall-finijiet tar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"valur doganali" tfisser il-valur kif iddeterminat f'konformità mal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-GATT 1994;

(b)

"EXW" jew "prezz mill-fabbrika" tfisser:

(i)

Il-prezz tal-prodott imħallas jew pagabbli lill-produttur li fl-impriża tiegħu jsiru l-ħdim jew l-ipproċessar tal-aħħar, kemm-il darba l-prezz ikun jinkludi l-valur tal-materjali kollha użati u l-ispejjeż l-oħra kollha mġarrba fil-produzzjoni tal-prodott, mingħajr kull taxxa interna li titħallas lura, jew li tista' titħallas lura, meta l-prodott miksub jiġi esportat; jew

(ii)

jekk ma jkunx hemm prezz li tħallas jew pagabbli jew il-prezz effettiv li jitħallas ma jkunx jirrifletti l-ispejjeż kollha relatati mal-manifattura tal-prodott li jiġġarrbu effettivament fil-manifattura tal-prodott, il-valur tal-materjali kollha użati u l-ispejjeż l-oħrajn kollha mġarrba fil-manifattura tal-prodott fil-Parti esportatriċi:

(A)

inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi, kif ukoll il-profitt, li jistgħu faċilment jiġu allokati għall-prodott; u

(B)

esklużi l-ispejjeż tan-nol, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż l-oħra kollha mġarrba fit-trasportazzjoni tal-prodott u kwalunkwe taxxa interna tal-Parti esportatriċi li titħallas lura, jew li tista' tiġi mħallsa lura meta l-prodott miksub jiġi esportat;

(iii)

għall-finijiet tal-punt (i), fejn l-aħħar produzzjoni tkun ġiet ikkuntrattata lil produttur, it-terminu "produttur" fil-punt (i) jirreferi għall-persuna li tkun impjegat lis-sottokuntrattur.

(c)

"MaxNOM" tfisser il-valur massimu ta' materjali mhux oriġinarji espress bħala perċentwal u għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-formula li ġejja:

Image 4

(d)

"VNM" tfisser il-valur ta' materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni tal-prodott li huwa l-valur doganali tiegħu waqt l-importazzjoni, inkluż in-nol, l-assigurazzjoni jekk xieraq, l-ippakkjar u l-ispejjeż l-oħra kollha mġarrba fit-trasportazzjoni tal-materjali lejn il-port ta' importazzjoni fil-Parti fejn ikun jinstab il-produttur tal-prodott; meta l-valur tal-materjali mhux oriġinarji ma jkunx magħruf u ma jkunx jista' jiġi aċċertat, jintuża l-ewwel prezz aċċertat imħallas għall-materjali mhux oriġinarji fl-Unjoni jew fir-Renju Unit; il-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni tal-prodott jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-formula tal-valur medju ppeżat jew metodu ieħor ta' valutazzjoni tal-inventarju skont il-prinċipji tal-kontabbiltà li huma ġeneralment aċċettati fil-Parti.

NOTA 5

Definizzjonijiet tal-proċessi msemmija fit-Taqsimiet V sa VII fl-Anness 3

Għall-finijiet tar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"proċessar bijoteknoloġiku" tfisser:

(i)

koltura bijoloġika jew bijoteknoloġika (inkluż koltura taċ-ċelloli), ibridizzazzjoni jew modifikazzjoni ġenetika ta' mikro-organiżmi (batterji, viruses (inkluż fagi) eċċ) jew ċelloli umani, tal-annimali jew tal-pjanti; u

(ii)

produzzjoni, iżolament jew purifikazzjoni ta' strutturi ċellulari jew interċellulari (bħal ġeni iżolati, frammenti ta' ġeni u plażmidi), jew fermentazzjoni;

(b)

"bidla fid-daqs tal-partikoli" tfisser il-modifika intenzjonata u kkontrollata fid-daqs tal-partikoli ta' prodott, minbarra b'sempliċiment tifrik jew pressar, li tirriżulta fi prodott b'daqs tal-partikoli definit, distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli jew erja tas-superfiċje definita, rilevanti għall-finijiet tal-prodott miksub u b'karatteristiċi fiżiċi jew kimiċi differenti minn dawk tal-materjali tal-input;

(c)

"reazzjoni kimika" tfisser proċess (inkluż proċess bijokimiku) li jirriżulta f'molekula bi struttura ġdida permezz tat-tkissir ta' rabtiet intramolekulari u bil-formazzjoni ta' rabtiet intramolekulari ġodda, jew permezz tal-alterazzjoni tal-arranġament spazjali tal-atomi f'molekula, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin li mhumiex meqjusin reazzjonijiet kimiċi għall-finijiet ta' din id-definizzjoni:

(i)

it-taħlil fl-ilma jew f'solventi oħra;

(ii)

it-tneħħija ta' solventi inkluż l-ilma solventi; jew

(iii)

iż-żieda jew it-tneħħija tal-ilma tal-kristallizzazzjoni;

(d)

"distillazzjoni " tfisser:

(i)

distillazzjoni atmosferika: proċess ta' separazzjoni fejn iż-żjut mhux maħduma jiġu konvertiti, f'torri tad-distillazzjoni, fi frazzjonijiet skont il-punt tat-togħlija u l-fwar li u mbagħad ikkondensat fi frazzjonijiet likwifikati differenti; prodotti prodotti mid-distillazzjoni taż-żejt mhux maħdum jistgħu jinkludu gass likwifikat miż-żejt, nafta, gażolina, pitrolju, diżil/żejt tat-tisħin, żjut tal-gass tad-dawl u żjut lubrikanti; u

(ii)

distillazzjoni tal-vakwu: distillazzjoni fi pressa taħt dik atmosferika iżda mhux baxxa biżżejjed biex tiġi kklassifikata bħala distillazzjoni molekulari; id-distillazzjoni tal-vakwu tintuża għad-distillazzjoni ta' materjali li jagħlu b'temperatura għolja ħafna u dawk sensittivi għas-sħana bħal distillati tqal fi żjut mhux maħduma għall-produzzjoni ta' żjut tal-gass tal-vakwu minn ħfief għal tqal u residwu;

(e)

"separazzjoni tal-isomeri" tfisser l-iżolament jew is-separazzjoni ta' isomeri minn taħlita ta' isomeri;

(f)

"taħlit u amalgamar" tfisser it-taħlit intenzjonat u kkontrollat b'mod proporzjonali (inkluż id-dispersjoni) ta' materjali minbarra ż-żieda ta' dilwenti, għall-konformità ma' speċifikazzjonijiet prestabbiliti biss, li jirriżulta fil-produzzjoni ta' prodott b'karatteristiċi fiżiċi jew kimiċi li jkunu rilevanti għall-finijiet jew l-użi tal-prodott u li jkunu differenti mill-materjali tal-input;

(g)

"produzzjoni ta' materjali standard" (inkluż soluzzjonijiet standard) tfisser il-produzzjoni ta' preparazzjoni xierqa għal użi analitiċi, tal-kalibrar jew ta' referenzjar b'livelli preċiżi ta' purità jew proporzjonijiet ċertifikati mill-produttur; u

(h)

"purifikazzjoni" tfisser proċess li jirriżulta fl-eliminazzjoni ta' mill-inqas 80 % tal-kontenut tal-impuritajiet eżistenti jew it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-impuritajiet li jirriżultaw f'oġġett adattat għal waħda jew aktar mill-applikazzjonijiet li ġejjin:

(i)

sustanzi farmaċewtiċi, mediċinali, kożmetiċi, veterinarji jew ta' gradi alimentari;

(ii)

prodotti kimiċi u reaġenti għal użi analitiċi, dijanjostiċi jew tal-laboratorju;

(iii)

elementi jew komponenti għal użu fil-mikroelettronika;

(iv)

użi ottiċi speċjali;

(v)

użu bijotekniku, pereżempju, fil-kultura taċ-ċelloli, fit-teknoloġija ġenetika, jew bħala katalist;

(vi)

trasportaturi użati fi proċessi ta' separazzjoni; jew

(vii)

użi ta' grad nukleari.

NOTA 6

Definizzjonijiet tat-termini użati fit-Taqsima XI tal-Anness 3

Għall-finijiet tar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"fibri staple magħmula mill-bniedem" tfisser ħabel ta' filament sintetiku jew artifiċjali, fibri staple jew skart, tal-intestaturi minn 55.01 sa 55.07;

(b)

"fibri naturali" tfisser fibri minbarra fibri sintetiċi jew artifiċjali, li l-użu tagħhom huwa limitat għall-istadji ta' qabel ma l-fibri jinbarmu fi ħjut, inkluż l-iskart u, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, inkluż fibri li ġew imqardxa, mimxuta jew ipproċessati b'xi mod ieħor iżda mhux mibruma; "fibri naturali" tinkludi l-krin tal-intestatura 05.11, il-ħarir tal-intestaturi 50.02 u 50.03, kif ukoll il-fibri tas-suf u xagħar jew tal-annimali fin jew oħxon tal-intestaturi minn 51.01 sa 51.05, fibri tal-qoton tal-intestaturi minn 52.01 sa 52.03, u fibri veġetali oħra tal-intestaturi minn 53.01 sa 53.05;

(c)

"stampar" tfisser teknika li permezz tagħha funzjoni vvalutata b'mod oġġettiv, bħall-kulur, id-disinn, jew il-prestazzjoni teknika, tingħata lil substratt tessili b'karattru permanenti, bl-użu ta' tekniki ta' skrin, roller, diġitali jew ta' trasferiment; u

(d)

"stampar (bħala operazzjoni awtonoma)" tfisser teknika li permezz tagħha funzjoni vvalutata b'mod oġġettiv, bħall-kulur, id-disinn, jew il-prestazzjoni teknika, tingħata lil substratt tessili b'karattru permanenti, bl-użu ta' tekniki ta' skrin, roller, diġitali jew ta' trasferiment kkombinati ma' tal-inqas żewġ operazzjonijiet preparatorji jew tal-irfinar (bħall-għorik, l-ibbliċjar, l-illustrar, l-istabbiliment termiku, l-ikkuttunar, l-illustrar u l-illixxar (mogħdija), proċessar reżistenti għat-taqsir bix-xrib, irfinar permanenti, irfinar bil-fwar (decatising), mili, tiswija, tindif miż-żlielem, ġeżż, tixwit, trattament bil-fwar u għat-taqsir bix-xrib, u rfinar fl-ilma jagħli (wet decatising), kemm-il darba l-valur tal-materjali kollha mhux oriġinarji użati ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-EXW tal-prodott.

NOTA 7

Tolleranzi applikabbli għal prodotti li fihom żewġ materjali tessili bażiċi jew aktar

1.

Għall-finijiet ta' din id-Nota, il-materjali tessili bażiċi huma dawn li ġejjin:

(a)

ħarir;

(b)

suf;

(c)

xagħar aħrax tal-annimali;

(d)

xagħar fin tal-annimali;

(e)

krin;

(f)

qoton;

(g)

materjali li minnhom isiru l-karti, u karta;

(h)

kittien;

(i)

qanneb veru;

(j)

ġuta u fibri oħra tal-qanneb tessili;

(k)

sisal u fibri tessili oħra tal-ġeneru Agave;

(l)

ġewż tal-Indi, manilla, rami u fibri tessili veġetali oħra;

(m)

filamenti sintetiċi;

(n)

filamenti artifiċjali;

(o)

filamenti li minnhom jgħaddi l-kurrent;

(p)

fibri staple sintetiċi tal-polipropilen magħmula mill-bniedem;

(q)

fibri staple sintetiċi tal-poliester magħmula mill-bniedem;

(r)

fibri staple sintetiċi tal-poliammid magħmula mill-bniedem;

(s)

fibri staple sintetiċi tal-poliakrilonitril magħmula mill-bniedem;

(t)

fibri staple sintetiċi tal-poliimmid magħmula mill-bniedem;

(u)

fibri staple sintetiċi tal-politetrafluworoetilen magħmula mill-bniedem;

(v)

fibri staple sintetiċi tas-sulfur tal-polifenilen magħmulin mill-bniedem;

(w)

fibri staple sintetiċi tal-klorur tal-polivinil magħmulin mill-bniedem;

(x)

fibri staple sintetiċi oħra magħmula mill-bniedem;

(y)

fibri staple artifiċjali tal-viscose magħmula mill-bniedem;

(z)

fibri staple artifiċjali oħra magħmula mill-bniedem;

(aa)

ħjut magħmula mill-poliuretan maqsum f'segmenti flessibbli tal-polietere, kemm jekk iggimmjat u kemm jekk le;

(bb)

ħjut magħmula minn poliuretan issegmentat b'segmenti flessibbli ta' poliester kemm jekk mibrum u anke jekk le;

(cc)

il-prodotti tal-intestatura 56.05 (ħjut metallizzati) li jinkorporaw strixxa li tikkonsisti f'qalba ta' fojl tal-aluminju jew qalba ta' filament tal-plastik, irrispettivament minn jekk tkunx miksija bit-trab tal-aluminju jew le, b'wisgħa ta' mhux aktar minn 5 mm, maqbud f'adeżiv trasparenti jew ikkulurit bejn żewġ saffi ta' film tal-plastika;

(dd)

Prodotti oħra tal-intestatura 56.05;

(ee)

fibri tal-ħġieġ; u

(ff)

fibri metalliċi.

2.

Fejn issir referenza għal din in-Nota fl-Anness 3, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kolonna 2 tagħha ma għandhomx japplikaw, bħala tolleranza, għal materjali tessili bażiċi mhux oriġinarji li jintużaw fil-produzzjoni ta' prodott, sakemm:

(a)

il-prodott ikun fih żewġ materjali tessili bażiċi jew aktar; u

(b)

il-piż tal-materjali tessili bażiċi mhux oriġinarji, meħud flimkien, ma jaqbiżx l-10 % tal-piż totali tal-materjali tessili bażiċi kollha użati.

Eżempju: Għal drapp tas-suf tal-intestatura 51.12 li fih ħjut tas-suf tal-intestatura 51.07, ħjut sintetiċi ta' fibri staple tal-intestatura 55.09 u materjali għajr materjali tessili bażiċi, ħjut tas-suf mhux oriġinarji li ma jissodisfawx ir-rekwiżit stabbilit fl-Anness 3, jew ħjut sintetiċi mhux oriġinarji li ma jissodisfawx ir-rekwiżit stabbilit fl-Anness 3, jew taħlita tat-tnejn, jistgħu jintużaw, sakemm il-piż totali tagħhom ma jaqbiżx l-10 % tal-piż tal-materjali bażiċi tal-oriġini.

3.

Minkejja l-punt (b) tal-paragrafu 2, għall-prodotti li fihom "ħjut magħmula mill-poliuretan segmentat b'segmenti flessibbli ta' polieter, kemm jekk b'wajer għaddej ġo fihom (gimped) kif ukoll jekk le", it-tolleranza massima hija 20 %. Madankollu, il-perċentwal tal-materjali tessili bażiċi l-oħra mhux oriġinarji ma għandux jaqbeż l-10 %.

4.

Minkejja l-punt (b) tal-paragrafu 2, fil-każ tal-prodotti li fihom "strixxa li tikkonsisti f'qalba ta' fojl tal-aluminju jew qalba ta' filament tal-plastik, irrispettivament minn jekk tkunx miksija bit-trab tal-aluminju jew le, b'wisgħa ta' mhux aktar minn 5 mm, maqbuda bejn żewġ saffi ta' adeżiv;" it-tolleranza massima hija ta' 30 %. Madankollu, il-perċentwal tal-materjali tessili bażiċi l-oħra mhux oriġinarji ma għandux jaqbeż l-10 %.

NOTA 8

Tolleranzi oħra li japplikaw għal ċerti prodotti tessili

1.

Fejn issir referenza għal din in-Nota fl-Anness 3, jistgħu jintużaw materjali tessili mhux oriġinarji (bl-eċċezzjoni ta' kisi u kisi minn ġewwa) li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kolonna 2 għal prodott tat-tessut manifatturat, sakemm ikunu kklassifikati taħt intestatura għajr dik tal-prodott u li l-valur tagħhom ma jaqbiżx it-8 % tal-EXW tal-prodott.

2.

Materjali mhux oriġinarji li mhumiex ikklassifikati taħt il-Kapitoli minn 50 sa 63 jistgħu jintużaw mingħajr restrizzjoni fil-produzzjoni ta' prodotti tat-tessuti kklassifikati taħt il-Kapitoli minn 50 sa 63, kemm jekk ikun fihom tessuti kif ukoll jekk le.

Eżempju: Jekk rekwiżit stipulat fl-Anness 3 jipprevedi li għal ċertu oġġett tessili (bħal qalziet) għandhom jintużaw ħjut, dan ma jimpedixxix l-użu ta' oġġetti tal-metall mhux oriġinarji (bħal buttuni), minħabba li l-oġġetti tal-metall mhumiex ikklassifikati taħt il-Kapitoli minn 50 sa 63. Għall-istess raġunijiet, dan ma jimpedixxix l-użu ta' żippijiet mhux oriġinarji, anki jekk iż-żippijiet normalment jinkludu t-tessuti.

3.

Fejn rekwiżit stabbilit fl-Anness 3 jikkonsisti f'valur massimu ta' materjali mhux oriġinarji, il-valur tal-materjali mhux oriġinarji li mhumiex ikklassifikati taħt il-Kapitoli minn 50 sa 63 għandu jitqies fil-kalkolu tal-valur tal-materjali mhux oriġinarji.

NOTA 9

Prodotti agrikoli

Il-prodotti agrikoli li huma klassifikati fit-Taqsima II tas-Sistema Armonizzata u l-intestatura 24.01, li jitkabbru jew jinħasdu fit-territorju ta' Parti għandhom jiġu trattati bħala li oriġinaw fit-territorju ta' dik il-Parti, anki jekk dawn jitkabbru minn żerriegħa, basal, salvaġġ, biċċiet, tilqim, rimjiet, għajn, jew partijiet oħra ħajjin ta' pjanti importati minn pajjiż terz.


ANNESS 3

REGOLI TAL-ORIĠINI SPEĊIFIĊI GĦALL-PRODOTT

Kolonna 1

Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017) inkluż deskrizzjoni speċifika

Kolonna 2

Regola tal-oriġini speċifika għall-prodott

TAQSIMA I

ANNIMALI ĦAJJIN; PRODOTTI TAL-ANNIMALI

Kapitolu 1

Annimali ħajjin

01.01-01.06

L-annimali kollha tal-Kapitolu 1 għandhom jinkisbu sħaħ.

Kapitolu 2

Laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel

02.01-02.10

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitoli 1 u 2 użati jkunu nkisbu sħaħ.

Kapitolu 3

Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn

03.01-03.08

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitolu 3 użati jkunu nkisbu sħaħ.

Kapitolu 4

Prodotti tal-ħalib; bajd tal-għasafar; għasel naturali; prodotti tajbin għall-ikel ġejjin mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra

04.01-04.10

Produzzjoni li fiha:

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 5

Prodotti ġejjin mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra

05.01-05.11

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

TAQSIMA II

PRODOTTI VEĠETALI

Kapitolu 6

Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u bħalhom; fjuri maqtugħin u faxxina ornamentali

06.01-06.04

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitolu 6 użati jkunu nkisbu interament.

Kapitolu 7

Ħaxix u ċerti għeruq u tuberi tajbin għall-ikel

07.01-07.14

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitolu 7 użati jkunu nkisbu interament.

Kapitolu 8

Frott u ġewż tajbin għall-ikel; qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ

08.01-08.14

Produzzjoni li fiha:

il-materjali kollha tal-Kapitolu 8 użati jkunu nkisbu interament; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 9

Kafè, te, matè u ħwawar

09.01-09.10

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

Kapitolu 10

Ċereali

10.01-10.08

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitolu 10 użati jkunu nkisbu interament.

Kapitolu 11

Prodotti tal-industrija tat-tħin; malt; lamti; inulina; glutina tal-qamħ

11.01-11.09

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitoli 10 u 11, l-intestaturi 07.01, 07.14, minn 23.02 sa 23.03, jew is-subintestatura 0710.10 użati jkunu nkisbu interament.

Kapitolu 12

Żrieragħ u frott żejtnin; diversi ħabb, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u foraġġ

12.01-12.14

CTH

Kapitolu 13

Gommalakka; gomom, rażi u meraq u estratti veġetali oħrajn

13.01-13.02

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura fejn il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 14

Materjal tad-dfir veġetali; prodotti veġetali li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra

14.01-14.04

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

TAQSIMA III

XAĦMIJIET U ŻJUT TAL-ANNIMALI JEW VEĠETALI U L-PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TAL-ANNIMALI JEW VEĠETALI

Kapitolu 15

xaħmijiet u żjut tal-annimali jew veġetali u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat tal-annimali jew veġetali

15.01-15.04

CTH

15.05-15.06

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

15.07-15.08

CTSH

15.09-15.10

Produzzjoni fejn il-materjali veġetali kollha użati jkunu nkisbu interament.

15.11-15.15

CTSH

15.16-15.17

CTH

15.18-15.19

CTSH

15.20

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

15.21-15.22

CTSH

TAQSIMA IV

PREPARAZZJONIJIET TAL-IKEL; XORB, SPIRTI U ĦALL; TABAKK U SOSTITUTI MANIFATTURATI TA' TABAKK

Kapitolu 16

Preparati ta' laħam, ta' ħut jew ta' krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

1601.00-1604.18

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitoli 1, 2, 3 u 16 użati jkunu nkisbu interament (1).

1604.19

CC

1604.20

 

Preparazzjonijiet ta' surimi:

CC

Oħrajn:

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitoli 3 u 16 użati jkunu nkisbu interament (2).

1604.31-1605.69

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitoli 3 u 16 użati jkunu nkisbu interament.

Kapitolu 17

Zokkrijiet u ħlewwiet taz-zokkor

17.01

CTH

17.02

CTH, kemm-il darba l-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 11.01 sa 11.08, 17.01 u 17.03 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

17.03

CTH

17.04

 

Ċikkulata bajda:

CTH, kemm-il darba:

(a)

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

(b)

(i)

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-piż tal-prodott; jew

(ii)

il-valur totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż it-30 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott.

Oħrajn:

CTH, kemm-il darba:

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 18

Kawkaw u preparati tal-kawkaw

18.01-18.05

CTH

1806.10

CTH, kemm-il darba:

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-piż tal-prodott.

1806.20-1806.90

CTH, kemm-il darba:

(a)

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

(b)

(i)

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-piż tal-prodott; jew

(ii)

il-valur totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż it-30 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott.

Kapitolu 19

Preparazzjonijiet ta' ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; prodotti ta' koki tal-għaġina

19.01-19.05

CTH, kemm-il darba:

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament;

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-Kapitoli 2, 3 u 16 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott;

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 10.06 u 11.08 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 20

Preparati ta' ħaxix, frott, ġewż jew partijiet oħrajn tal-pjanti

20.01

CTH

20.02-20.03

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-Kapitolu 7 użati jkunu nkisbu interament.

20.04-20.09

CTH, kemm-il darba l-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 21

Preparati diversi tajbin għall-ikel

21.01-21.02

CTH, kemm-il darba:

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

2103.10

2103.20

2103.90

CTH; madankollu, jistgħu jintużaw dqiq u grixa tal-mustarda u mustarda ppreparata.

2103.30

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

21.04-21.06

CTH, kemm-il darba:

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 22

Xarbiet, spirti u ħall

22.01-22.06

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġijarji tal-intestaturi 22.07 u 22.08, sakemm:

il-materjali kollha tas-subintestaturi 0806.10, 2009.61, 2009.69 użati jkunu nkisbu interament;

il-materjali kollha tal-Kapitolu 4 użati jkunu nkisbu interament; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

22.07

CTH għajr minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 22.08, kemm-il darba l-materjali kollha tal-Kapitolu10, is-subintestaturi 0806.10, 2009.61 u 2009.69 użati jkunu nkisbu interament.

22.08-22.09

CTH għajr minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 22.07 u 22.08, kemm-il darba l-materjali kollha tas-subintestaturi 0806.10, 2009.61 u 2009.69 użati jkunu nkisbu interament.

Kapitolu 23

Residwi u skart mill-industrija tal-ikel; forraġġ tal-annimali ppreparat

23.01

CTH

2302.10-2303.10

CTH, kemm-il darba l-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-Kapitolu 10 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

2303.20-2308.00

CTH

23.09

CTH, kemm-il darba:

il-materjali kollha tal-Kapitoli 2 u 4 użati jkunu nkisbu interament;

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 10.01 sa 10.04, minn 10.07 sa 10.08, il-Kapitolu 11, u l-intestaturi 23.02 u 23.03 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott; u

il-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 17.01 u 17.02 użati ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-piż tal-prodott.

Kapitolu 24

Tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk

24.01

Produzzjoni fejn il-materjali kollha tal-intestatura 24.01 jkunu nkisbu interament.

2402.10

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura kemm-il darba l-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 24.01 użati ma jkunx jaqbeż it-30 % tal-piż tal-materjali tal-Kapitolu 24 użati.

2402.20

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott jew tat-tabakk tat-tipjip tas-subintestatura 2403.19, fejn mill-inqas 10 % bil-piż tal-materjali kollha tal-intestatura 24.01 użati jkunu nkisbu interament.

2402.90

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura kemm-il darba l-piż totali tal-materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 24.01 użati ma jkunx jaqbeż it-30 % tal-piż tal-materjali tal-Kapitolu 24 użati.

24.03

CTH, fejn mill-inqas 10 % bil-piż tal-materjali kollha tal-intestatura 24.01 użati jkunu nkisbu interament.

TAQSIMA V

PRODOTTI MINERALI

Nota tat-Taqsima: Għal definizzjonijiet ta' regoli tal-ipproċessar orizzontali f'din it-Taqsima, ara n-Nota 5 tal-Anness 2

Kapitolu 25

Melħ; kubrit; ħamrija u ġebel; materjal tat-tikħil, ġir u siment

25.01-25.30

CTH;

jew

MaxNOM 70 % (EXW).

Kapitolu 26

Minerali mhux maħduma, gagazza u rmied

26.01-26.21

CTH

Kapitolu 27

Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom; sustanzi bituminużi; xemgħat minerali

27.01-27.09

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

27.10

CTH ħlief minn bijodiżil mhux oriġinarju tas-subintestaturi 3824.99 jew 3826.00;

jew

Jgħaddu minn distillazzjoni jew reazzjoni kimika, kemm-il darba l-bijodiżil (inkluż iż-żejt veġetali idrotrattat) użat tal-intestatura 27.10 u s-subintestaturi 3824.99 u 3826.00 jinkiseb permezz tal-esterifikazzjoni, it-transesterifikazzjoni jew l-idrotrattament.

27.11-27.15

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

TAQSIMA VI

PRODOTTI TAL-INDUSTRIJA KIMIKA JEW DAWK RELATATI MAGĦHA

Nota tat-Taqsima: Għal definizzjonijiet ta' regoli tal-ipproċessar orizzontali f'din it-Taqsima, ara n-Nota 5 tal-Anness 2

Kapitolu 28

Sustanzi kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta' metalli prezzjużi, ta' metalli tal-art rari, ta' elementi radjuattivi jew ta' isotopi

28.01-28.53

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 29

Sustanzi kimiċi organiċi

2901.10-2905.42

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

2905.43-2905.44

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 17.02 u s-subintestatura 3824.60.

2905.45

CSTH, madankollu, materjali mhux oriġinarji tal-istess subintestatura bħall-prodott jistgħu jintużaw, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

2905.49-2942

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 30

Prodotti farmaċewtiċi

30.01-30.06

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 31

Fertilizzanti

31.01-31.04

CTH, madankollu jistgħu jintużaw materjali mhux oriġinarji tal-istess intestatura tal-prodott, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-EXW tal-prodott;

jew

MaxNOM 40 % (EXW).

31.05

 

Nitrat tas-sodju

Sijanamid tal-kalċju

Sulfat tal-potassju

Sulfat tal-potassju u tal-manjeżju

CTH, madankollu jistgħu jintużaw materjali mhux oriġinarji tal-istess intestatura tal-prodott, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-EXW tal-prodott;

jew

MaxNOM 40 % (EXW).

-Oħrajn

CTH, madankollu, jistgħu jintużaw materjali mhux oriġinarji tal-istess intestatura tal-prodott kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-EXW tal-prodott, u li fih il-valur tal-materjali mhux oriġinarji kollha użati ma jkunx jaqbeż il-50 % EXW tal-prodott;

jew

MaxNOM 40 % (EXW).

Kapitolu 32

Estratti għall-ikkonzar jew għaż-żbigħ; tannini u d-derivattivi tagħhom; żebgħa, pigmenti u materja koloranti oħra; żebgħa u verniċi; stokk u mastiċi oħrajn; linek

32.01-32.15

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 33

Żjut essenzjali u reżinojdi; preparati tal-fwejjaħ, kożmetiċi, jew tat-twaletta

33.01

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

3302.10

CTH, madankollu, jistgħu jintużaw materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 3302.10 kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-EXW tal-prodott.

3302.90

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

33.03

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

33.04 -33.07

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 34

Sapun, aġenti organiċi tensjoattivi, preparazzjonijiet għall-ħasil, preparazzjonijiet għal-lubrikar, xemgħat artifiċjali, xemgħat ippreparati, preparazzjonijiet għal-lostrar jew għall-għorik, xemgħat u oġġetti simili, pasta għall-immudellar, "xemgħat dentali" u preparazzjonijiet dentali b'bażi tal-ġibs

34.01-34.07

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 35

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enzimi

35.01-35.04

CTH ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-Kapitolu 4.

35.05

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 11.08.

35.06-35.07

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 36

Splussivi; prodotti pirotekniċi; sulfarini; ligi piroforiċi; ċerti preparati kombustibbli

36.01-36.06

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 37

Oġġetti fotografiċi jew ċinematografiċi

37.01-37.07

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 38

Diversi prodotti kimiċi

38.01-38.08

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

3809.10

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 11.08 sa 35.05.

3809.91-3822.00

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

38.23

Produzzjoni minn materjal mhux oriġinarju ta' kwalunkwe intestatura.

3824.10-3824.50

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

3824.60

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tas-subintestaturi 2905.43 u 2905.44.

3824.71-3825.90

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

38.26

Produzzjoni li fiha l-bijodiżil jinkiseb permezz ta' transesterifikazzjoni, esterifikazzjoni jew idrotrattament.

TAQSIMA VII

PLASTIKS U OĠĠETTI TAGĦHOM; GOMMA U OĠĠETTI TAGĦHA

Nota tat-Taqsima: Għal definizzjonijiet ta' regoli tal-ipproċessar orizzontali f'din it-Taqsima, ara n-Nota 5 tal-Anness 2

Kapitolu 39

Plastik u oġġetti magħmula minnu

39.01-39.15

CTSH;

Jgħaddu minn reazzjoni kimika, purifikazzjoni, taħlit u amalgamar, produzzjoni ta' materjali standard, bidla fid-daqs tal-partikoli, separazzjoni tal-isomeri jew proċessar bijoteknoloġiku;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

39.16-39.19

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

39.20

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

39.21-39.22

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

3923.10-3923.50

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

3923.90-3925.90

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

39.26

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 40

Gomma (lastiku) u oġġetti tagħha

40.01-40.11

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

4012.11-4012.19

CTSH;

jew

Riġenerezzjoni ta' tajers użati.

4012.20-4017.00

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA VIII

ĠLUD MHUX MAĦDUMIN, ĠILDA, FERIJIET U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM; OĠĠETTI TAS-SARĠ U TAX-XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, HANDBAGS U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI MILL-MUSRANA TAL-ANNIMALI (GĦAJR MILL-MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)

Kapitolu 41

Ġlud mhux maħdumin (għajr ferijiet) u ġilda

41.01-4104.19

CTH

4104.41-4104.49

CTSH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tas-subintestaturi minn 4104.41 sa 4104.49.

4105.10

CTH

4105.30

CTSH

4106.21

CTH

4106.22

CTSH

4106.31

CTH

4106.32-4106.40

CTSH

4106.91

CTH

4106.92

CTSH

41.07-41.13

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tas-subintestaturi minn 4104.41 sa 4104.49, 4105.30, 4106.22, 4106.32 u 4106.92. Madankollu, materjali mhux oriġinarji tas-subintestaturi 4104.41, 4104.49, 4105.30, 4106.22, 4106.32 jew 4106.92 jistgħu jintużaw kemm-il darba jgħaddu minn operazzjoni ta' kkunzar mill-ġdid.

4114.10

CTH

4114.20

CC, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tas-subintestaturi 4104.41, 4104.49, 4105.30, 4106.22, 4106.32, 4106.92 u 41.07. Madankollu, materjali mhux oriġinarji tas-subintestaturi 4104.41, 4104.49, 4105.30, 4106.22, 4106.32, 4106.92 u l-intestatura 41.07 jistgħu jintużaw kemm-il darba jgħaddu minn operazzjoni ta' kkunzar mill-ġdid.

41.15

CTH

Kapitolu 42

Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarġ u tax-xedd; oġġetti għas-safar, handbags u kontenituri simili; oġġetti mill-musrana tal-annimali (għajr mill-musrana tad-dudu tal-ħarir)

42.01-42.06

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 43

Ġild tal-fer u fer artifiċjali; il-manifattura tagħhom

4301.10-4302.20

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

4302.30

CTSH

43.03-43.04

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA IX

INJAM U OĠĠETTI TAL-INJAM; Karbonju Tal-Injam; SUFRA U OĠĠETTI TAS-SUFRA; XOGĦLIJIET TAT-TIBNA, TAL-ISPARTU JEW TA' MATERJALI TAD-DFIR OĦRAJN; XOGĦOL TAL-QFIEF U XOGĦOL TAL-QASAB

Kapitolu 44

Injam u oġġetti tal-injam; karbonju tal-injam

44.01-44.21

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 45

Sufra u oġġetti tas-sufra

45.01-45.04

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 46

Xogħlijiet tat-tibna, tal-ispartu jew ta' materjali tad-dfir oħrajn; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab

46.01-46.02

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA X

POLPA TAL-INJAM JEW TA' MATERJAL IEĦOR ĊELLULOŻIKU FIBRUŻ; (SKART U LAQX TAL-) KARTA JEW KARTUN IRKUPRAT; KARTA U KARTUN U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM

Kapitolu 47

Polpa tal-injam jew ta' materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u laqx tal-) karta jew kartun irkuprat

47.01-47.07

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 48

Karta u kartun; oġġetti tal-polpa tal-karta, tal-karta jew tal-kartun

48.01-48.23

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 49

Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn tal-industrija

tal-istampar; manuskritti, testi ttajpjati u pjanti

49.01-49.11

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA XI

TESSUTI U OĠĠETTI TAT-TESSUTI

Nota tat-Taqsima: Għal definizzjonijiet ta' termini użati għat-tolleranzi applikabbli għal ċerti prodotti magħmula minn materjali tessili, ara n-Noti 6,7 u 8 tal-Anness 2

Kapitolu 50

Ħarir

50.01-50.02

CTH

50.03

 

Imqardax jew mimxut:

Tqardix jew imxit ta' skart tal-ħarir.

Oħrajn:

CTH

50.04-50.05

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' filament kontinwu magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

Estrużjoni ta' filament kontinwu magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-liwi;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

50.06

 

Ħjut tal-ħarir u ħjut magħżula mill-iskart tal-ħarir:

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' filament kontinwu magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

Estrużjoni ta' filament kontinwu magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-liwi;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

Musrana tad-dudu tal-ħarir:

CTH

50.07

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Liwi jew xi operazzjoni mekkanika kkombinati mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Kapitolu 51

Suf, xagħar fin jew aħrax tal-annimali; raden u drapp minsuġin mill-krin

51.01-51.05

CTH

51.06-51.10

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

51.11-51.13

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Kapitolu 52

Qoton

52.01-52.03

CTH

52.04-52.07

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

52.08-52.12

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Liwi jew xi operazzjoni mekkanika kkombinati mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-kisi jew mal-laminar;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Kapitolu 53

Fibri tessili veġetali oħrajn; ħjut tal-karta u drappijiet minsuġin mill-ħjut tal-karta

53.01-53.05

CTH

53.06-53.08

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

53.09-53.11

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-kisi jew mal-laminar;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Kapitolu 54

Filamenti magħmula mill-bniedem; strixxa u oġġetti simili ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

54.01-54.06

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

54.07-54.08

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-kisi jew mal-laminar;

Liwi jew xi operazzjoni mekkanika kkombinati mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Kapitolu 55

Fibri staple magħmulin mill-bniedem

55.01-55.07

Estrużjoni ta' fibri magħmulin mill-bniedem.

55.08-55.11

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

55.12-55.16

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Liwi jew xi operazzjoni mekkanika kkombinati mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-kisi jew mal-laminar;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Kapitolu 56

Materjal tessili artab, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti minnhom

56.01

Għażil jew twaħħil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil jew mat-twaħħil;

Mili kkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

jew

Kisi, mili, laminar, jew metalizzazzjoni kkombinati ma' mill-inqas żewġ operazzjonijiet preparatorji jew tal-irfinar ewlenin oħra (bħall-ippressar bir-rombli, ipproċessar biex ma jinxtorbux, issettjar bis-sħana, irfinar permanenti), kemm-il darba l-valur tal-materjali kollha użati ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-EXW tal-prodott.

56.02

 

Feltru tal-labra tan-newl:

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem flimkien ma' formazzjoni ta' drapp; madanakollu:

il-filament tal-polipropilen mhux oriġinarju tat-titolu 54.02;

il-fibri tal-polipropilen mhux oriġinarji tal-intestatura 55.03 jew 55.06; jew

it-truf tal-filament tal-polipropilen tal-intestatura 55.01;

li d-denominazzjoni tagħhom f'kull każ ta' filament jew fibra individwali tkun inqas minn 9 decitex, jistgħu jintużaw, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż l-40 % EXW tal-prodott;

jew

Formazzjoni ta' drappijiet mhux minsuġin waħedha fil-każ ta' feltru magħmul minn fibri naturali.

Oħrajn:

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem flimkien ma' formazzjoni ta' drapp;

jew

Formazzjoni ta' drappijiet mhux minsuġin waħedha fil-każ ta' feltru ieħor magħmul minn fibri naturali.

5603.11-5603.14

Produzzjoni minn

filamenti orjentati b'mod direzzjonali jew aleatorju; jew

sustanzi jew polimeri ta' oriġini naturali jew magħmula mill-bniedem;

segwiti fiż-żewġ każi minn twaħħil fi drapp mhux minsuġ.

5603.91-5603.94

Produzzjoni minn

fibri staple orjentati b'mod direzzjonali jew aleatorju; jew

ħjut maqtugħa, ta' oriġini naturali jew magħmula mill-bniedem;

segwiti fiż-żewġ każi minn twaħħil fi drapp mhux minsuġ.

5604.10

Produzzjoni minn ħajt u spag tal-lastku, mhux miksijin bit-tessut.

5604.90

Għażil ta' fibri naturali;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

56.05

Brim ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

jew

Liwi kkombinat ma' xi operazzjoni mekkanika.

56.06

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-għażil;

Liwi kkombinat mal-brim;

Brim ta' fibri staple jew magħmulin mill-bniedem;

jew

Mili kkombinat maż-żbigħ.

56.07-56.09

Għażil ta' fibri naturali;

jew

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinati mal-għażil.

Kapitolu 57

Twapet u kisi tal-art tessili ieħor

Nota tal-Kapitolu: Għall-prodotti ta' dan il-Kapitolu, id-drapp tal-ġuta mhux oriġinarju jista' jintuża bħala rinforz.

57.01-57.05

Brim ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-insiġ jew it-trapuntar;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ jew it-trapuntar;

Produzzjoni mill-ħjut tal-kajjar jew tas-sisal jew tal-ġuta jew viskuża meħjuta f'forma ta' ċirku klassiku;

Trapuntar ikkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Trapuntar jew insiġ ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinati mal-kisi jew mal-laminar;

Mili kkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

jew

Estrużjoni ta' fibri magħmulin mill-bniedem ikkombinata ma' tekniki ta' tessuti mhux minsuġa inkluż needle punching.

Kapitolu 58

Drappijiet minsuġin speċjali; drappijiet tessili bil-bżiebeż; bizzilla; tapizzeriji; tberfiliet; rakkmu

58.01-58.04

Brim ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-insiġ jew it-trapuntar;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ jew it-trapuntar;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-mili jew mal-kisi jew mal-laminazzjoni jew mal-metalizzazzjoni;

Trapuntar ikkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Mili kkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

58.05

CTH

58.06-58.09

Brim ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-insiġ jew it-trapuntar;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ jew it-trapuntar;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-mili jew mal-kisi jew mal-laminazzjoni jew mal-metalizzazzjoni;

Trapuntar ikkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Mili kkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

58.10

Rakkmu li fih il-valur tal-materjali mhux oriġinarji ta' kull intestatura, minbarra dak tal-prodott, użat ma jaqbiżx il-50 % tal-EXW tal-prodott.

58.11

Brim ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-insiġ jew it-trapuntar;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ jew it-trapuntar;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-mili jew mal-kisi jew mal-laminazzjoni jew mal-metalizzazzjoni;

Trapuntar ikkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Mili kkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Żbigħ tal-ħjut ikkombinat mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Kapitolu 59

Drappijiet ta' tessuti mimlijin b'sustanza oħra (Impregnated), miksijin, mgħottijin jew laminati; oġġetti tessili tat-tip addattat għall-użu industrijali

59.01

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-mili jew mal-kisi jew mal-laminazzjoni jew mal-metalizzazzjoni;

jew

Mili flimkien maż-żbigħ jew mal-istampar.

59.02

 

Li fih mhux aktar minn 90 % skont il-piż ta' materjali tessili:

Insiġ.

Oħrajn:

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ.

59.03

Insiġ, niting jew xogħol tal-ganċ ikkombinati ma' mili b'sustanza oħra jew ma' kisi kew mat-tqegħid ta' għata jew mal-laminar jew mal-metalizzazzjoni;

Insiġ ikkombinat mal-istampar; jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

59.04

Ippressar bir-rombli kkombinat ma' żbigħ, kisi, laminar jew metalizzazzjoni. Drapp tal-ġuta mhux oriġinarju jista' jintuża bħala rinforz;

jew

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-mili jew mal-kisi jew mal-laminazzjoni jew mal-metalizzazzjoni. Drapp tal-ġuta mhux oriġinarju jista' jintuża bħala rinforz.

59.05

 

Mimlijin b'sustanza oħra, miksijin, mgħottijin jew laminati b'gomma, plastik jew materjali oħra:

Insiġ, niting jew formazzjoni ta' drappijiet mhux minsuġin ikkombinati mal-mili b'sustanza oħra jew mal-kisi jew mat-tqegħid ta' għata jew mal-laminar jew mal-metalizzazzjoni.

Oħrajn:

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Insiġ, niting jew formazzjoni ta' drapp mhux minsuġ ikkombinat ma' żbigħ jew ma' kisi jew ma' laminar;

Insiġ ikkombinat mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

59.06

 

Drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ:

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-innittjar jew max-xogħol bil-ganċ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata max-xogħol bil-labar jew bil-ganċ;

Xogħol bil-labar jew bil-ganċ ikkombinat mat-trattament bil-lastiku; jew

Trattament bil-gomma kkombinat ma' tal-anqas żewġ operazzjonijiet preparatorji jew ta' rfinar ewlenin (bħall-ippressar bir-rombli l-ipproċessar biex ma jinxtorbux, issettjar bis-sħana, irfinar permanenti) kemm-il darba l-valur tal-materjali kollha użati ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-EXW tal-prodott.

Drappijiet oħra magħmula minn ħjut tal-filament sintetiku, li fihom aktar minn 90 % skont il-piż ta' materjali tessili:

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ.

Oħrajn:

Insiġ, niting jew proċess ta' tessut mhux minsuġ ikkombinat ma' żbigħ jew ma' kisi jew mat-trattament bil-gomma;

Żbigħ ta' ħjut ikkombinat ma' nsiġ, niting jew proċess ta' tessut mhux minsuġ;

jew

Trattament bil-gomma kkombinat ma' tal-anqas żewġ operazzjonijiet preparatorji jew ta' rfinar ewlenin (bħall-ippressar bir-rombli l-ipproċessar biex ma jinxtorbux, issettjar bis-sħana, irfinar permanenti) kemm-il darba l-valur tal-materjali kollha użati ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-EXW tal-prodott.

59.07

Insiġ, niting jew formazzjoni ta' drapp mhux minsuġ ikkombinat ma' żbigħ jew ma' stampar jew ma' kisi jew ma' mili b'sustanzi oħra jew ma' tqegħid ta' għata;

Mili kkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

jew

Stampar (bħala operazzjoni awtonoma).

59.08

 

Mantils tal-gass inkandexxenti, mimlijin b'sustanza oħra:

Produzzjoni minn drapp tal-mantil innitjat jew maħdum bil-ġanċ f'forma ta' tubu.

Oħrajn:

CTH

59.09-59.11

Brim ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-insiġ;

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem ikkombinata mal-insiġ;

Insiġ ikkombinat maż-żbigħ jew mal-kisi jew mal-laminar;

jew

Kisi, mili, laminar, jew metalizzazzjoni kkombinati ma' mill-inqas żewġ operazzjonijiet preparatorji jew tal-irfinar ewlenin oħra (bħall-ippressar bir-rombli, ipproċessar biex ma jinxtorbux, issettjar bis-sħana, irfinar permanenti) kemm-il darba l-valur tal-materjali kollha użati ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-EXW tal-prodott.

Kapitolu 60

Drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ

60.01-60.06

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-innittjar jew max-xogħol bil-ganċ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata max-xogħol bil-labar jew bil-ganċ;

Ħjata bil-labar jew bil-ganċ ikkombinata maż-żbigħ jew mal-mili jew mal-kisi jew mal-laminazzjoni jew mal-istampar;

Mili kkombinat maż-żbigħ jew mal-istampar;

Żbigħ ta' ħjut ikkombinat man-niting jew , max-xogħol bil-ganċ; jew

Brim jew texturing ikkombinat ma' xogħol bil-labar jew bil-ganċ kemm-il darba l-valur tal-ħjut mhux mibrumin/mhux textured ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-EXW tal-prodott.

Kapitolu 61

Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

61.01-61.17

 

Miksuba billi jinħietu flimkien jew jingħaqdu b'xi mod ieħor żewġ biċċiet jew aktar ta' drapp innittjat jew maħdum bil-ganċ li nqata' f'forma jew li nkisbu direttament f'forma:

Niting jew xogħol bil-ganċ ikkombinat mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp.

Oħrajn:

Għażil ta' fibri staple naturali jew magħmulin mill-bniedem ikkombinat mal-innittjar jew max-xogħol bil-ganċ;

Estrużjoni ta' ħjut tal-filament magħmul mill-bniedem ikkombinata max-xogħol bil-labar jew bil-ganċ; jew

Niting u tfassil f'operazzjoni waħda.

Kapitolu 62

Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux innittjati u mhux maħdumin bil-ganċ

62.01

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.02

 

Irrakkmati:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux irrakkmat u mhux oriġinarju użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.03

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.04

 

Irrakkmati:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux irrakkmat u mhux oriġinarju użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.05

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.06

 

Irrakkmati:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux irrakkmat u mhux oriġinarju użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.07-62.08

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.09

 

Irrakkmati:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux irrakkmat u mhux oriġinarju użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.10

 

Tagħmir reżistenti għan-nar ta' drapp miksi b'fojl tal-poliester aluminizzat:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Kisi jew laminazzjoni kkombinati ma' fabbrikazzjoni inkluż tqattigħ ta' drapp, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux oriġinarju mhux miksi jew mhux laminat użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.11

 

Ħwejjeġ tan-nisa jew tal-bniet, irrakkmati:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux irrakkmat u mhux oriġinarju użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.12

 

Maħdumin bil-labar jew bil-ganċ miksuba billi jinħietu flimkien jew jiġu assemblati b'xi mod ieħor, żewġ biċċiet jew aktar ta' drapp maħdum bil-labar jew bil-ganċ li jew inqatgħu f'forma jew li nkisbu direttament f'forma:

Niting ikkombinat mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.13-62.14

 

Irrakkmati:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux irrakkmat u mhux oriġinarju użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.15

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.16

 

Tagħmir reżistenti għan-nar ta' drapp miksi b'fojl tal-poliester aluminizzat:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Kisi jew laminazzjoni kkombinati ma' fabbrikazzjoni inkluż tqattigħ ta' drapp, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux oriġinarju mhux miksi jew mhux laminat użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

62.17

 

Irrakkmati:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux irrakkmat u mhux oriġinarju użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott;

jew

Fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp ippreċeduti mill-istampar (bħala operazzjoni awtonoma).

Tagħmir reżistenti għan-nar ta' drapp miksi b'fojl tal-poliester aluminizzat:

Insiġ ikkombinat mal-fabbrikazzjoni inkluż it-tqattigħ tad-drapp;

jew

Kisi jew laminazzjoni kkombinati ma' fabbrikazzjoni inkluż tqattigħ ta' drapp, kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux oriġinarju mhux miksi jew mhux laminat użat ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Inforra għall-għenuq u l-pulzieri, maqtugħa:

CTH, kemm-il darba l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati ma jkunx jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp.

Kapitolu 63

Oġġetti tessili oħrajn immanifatturati; settijiet; ilbiesi qodma u oġġetti tessili qodma; ċraret

63.01-63.04

 

Tal-feltru, ta' materjali mhux minsuġin:

Formazzjoni ta' drappijiet mhux minsuġin ikkombinata mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp.

Oħrajn:

Irrakkmati:

Insiġ jew niting jew xogħol bil-ganċ ikkombinati mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp;

jew

Produzzjoni minn drapp mhux irrakkmat (għajr dak innittjat jew maħdum bil-ganċ), kemm-il darba l-valur tad-drapp mhux oriġinarju mhux irrakkmat użat ma jkun jaqbeż l-40 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

Insiġ, niting jew xogħol bil-ganċ ikkombinat mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp.

63.05

Estrużjoni ta' fibri magħmula mill-bniedem jew għażil ta' fibri staple naturali jew magħmula mill-bniedem ikkombinati mal-insiġ jew man-niting u t-tfassil, inkluż il-qtugħ tad-drapp.

63.06

 

Ta' materjali mhux minsuġin:

Formazzjoni ta' drappijiet mhux minsuġin ikkombinata mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp.

Oħrajn:

Insiġ ikkombinat mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp.

63.07

MaxNOM 40 % (EXW).

63.08

Kull biċċa fis-sett trid tissodisfa r-regola li tapplika għaliha kieku ma kinitx parti mis-sett; madankollu, jistgħu jiġu inkorporati oġġetti mhux oriġinarji, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il-15 % tal-EXW tas-sett.

63.09-63.10

CTH

TAQSIMA XII

ILBIES GĦAR-RIĠLEJN, ILBIES GĦAR-RAS, UMBRELEL, UMBRELEL TAX-XEMX, BSATEN GĦALL-MIXI, BSATEN-SIĠĠU, SWAT, FROSTI U PARTIJIET TAGĦHOM; RIX IPPREPARAT U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNU; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI MAGĦMULIN MIX-XAGĦAR TAL-BNIEDEM

Kapitolu 64

Xedd is-saqajn, getti u oġġetti bħalhom; partijiet ta' dawn l-oġġetti

64.01-64.05

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura għajr għall-assemblaġġi ta' wċuħ imwaħħla mas-suletti ta' ġewwa jew ma' komponenti oħra tas-suletti tal-intestatura 64.06.

64.06

CTH

Kapitolu 65

Xedd ir-ras u l-partijiet tiegħu

65.01-65.07

CTH

Kapitolu 66

Umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, frosti, frostini u l-partijiet tagħhom

66.01-66.03

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 67

Rix u żajbar ippreparati u oġġetti magħmulin mir-rix jew miż-żajbar; fjuri artifiċjali; oġġetti magħmulin mix-xagħar tal-bniedem

67.01-67.04

CTH

TAQSIMA XIII

OĠĠETTI TAL-ĠEBEL, ĠIBS, SIMENT, ASBESTOS, MIKA JEW MATERJALI SIMILI; PRODOTTI TA' ĊERAMIKA; ĦĠIEĠ U OĠĠETTI TAL-ĦĠIEĠ

Kapitolu 68

Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, majka jew materjali simili

68.01-68.15

CTH;

jew

MaxNOM 70 % (EXW).

Kapitolu 69

Prodotti taċ-ċeramika

69.01-69.14

CTH

Kapitolu 70

Ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

70.01-70.09

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

70.10

CTH

70.11

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

70.13

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 70.10.

70.14-70.20

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA XIV

PERLI NATURALI JEW IKKULTURATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMIPREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJA B'METALLI PREZZJUŻI, U OĠĠETTI MINNHOM; ĠOJJELLI ARTIFIĊJALI; MUNITA

Kapitolu 71

Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semiprezzjuż, metalli prezzjużi, metalli mlibbsa b'metall prezzjuż, u oġġetti magħmula minnhom; biġotterija; munita

71.01-71.05

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

71.06

 

Mhux maħduma:

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10;

Separazzjoni elettrolitika, termika jew kimika ta' metalli prezzjużi mhux oriġinarji tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10;

jew

Fużjoni jew illigar ta' metalli prezzjużi tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10 flimkien jew ma' metalli komuni jew purifikazzjoni.

Semimanifatturati jew f'forma ta' trab:

Produzzjoni minn metalli prezzjużi mhux oriġinarji mhux maħduma.

71.07

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

71.08

 

Mhux maħduma:

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10;

Separazzjoni elettrolitika, termika jew kimika ta' metalli prezzjużi mhux orġinarji tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10;

jew

Fużjoni jew illigar ta' metalli prezzjużi tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10 flimkien jew ma' metalli komuni jew purifikazzjoni.

Semimanifatturati jew f'forma ta' trab:

Produzzjoni minn metalli prezzjużi mhux oriġinarji mhux maħduma.

71.09

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

71.10

 

Mhux maħduma:

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10;

Separazzjoni elettrolitika, termika jew kimika ta' metalli prezzjużi mhux oriġinarji tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10;

jew

Fużjoni jew illigar ta' metalli prezzjużi tal-intestaturi 71.06, 71.08 u 71.10 flimkien jew ma' metalli komuni jew purifikazzjoni.

Semimanifatturati jew f'forma ta' trab:

Produzzjoni minn metalli prezzjużi mhux oriġinarji mhux maħduma.

71.11

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

71.12-71.18

CTH

TAQSIMA XV

METALLI TA' VALUR BAXX U OĠĠETTI TA' METALLI TA' VALUR BAXX

Kapitolu 72

Ħadid u Azzar

72.01-72.06

CTH

72.07

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 72.06.

72.08-72.17

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 72.08 sa 72.17.

72.18

CTH

72.19-72.23

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 72.19 sa 72.23.

72.24

CTH

72.25-72.29

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 72.25 sa 72.29.

Kapitolu 73

Oġġetti tal-ħadid jew tal-azzar

7301.10

CC, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 72.08 sa 72.17.

7301.20

CTH

73.02

CC, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 72.08 sa 72.17.

73.03

CTH

73.04-73.06

CC, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 72.13 sa 72.17, minn 72.21 sa 72.23 u minn 72.25 sa 72.29.

73.07

 

Aċċessorji tal-azzar inossidabbli għat-tubi jew għall-pajpijiet:

CTH ħlief minn matriċi fonduti mhux oriġinarji; madankollu, jistgħu jintużaw matriċi fonduti mhux oriġinarji kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż il-50 % tal-EXW tal-prodott.

Oħrajn:

CTH

73.08

CTH ħlief minn materjali mhux oriġinarji tas-subintestatura 7301.20.

7309.00-7315.19

CTH

7315.20

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

7315.81-7326.90

CTH

Kapitolu 74

Ram u oġġetti magħmula minnu

74.01-74.02

CTH

74.03

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

74.04-74.07

CTH

74.08

CTH u MaxNOM 50 % (EXW).

74.09-74.19

CTH

Kapitolu 75

Nikil u oġġetti magħmula minnu

75.01

CTH

75.02

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

75.03-75.08

CTH

Kapitolu 76

Aluminju u oġġetti magħmula minnu

76.01

CTH u MaxNOM 50 % (EXW);

jew

Trattament termali jew elettrolitiku minn aluminju mhux illigat jew skart u skrapp tal-aluminju.

76.02

CTH

76.03-76.16

CTH u MaxNOM 50 % (EXW) (3).

Kapitolu 78

Ċomb u oġġetti magħmula minnu

7801.10

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

7801.91-7806.00

CTH

Kapitolu 79

Żingu u oġġetti magħmula minnu

79.01-79.07

CTH

Kapitolu 80

Landa u oġġetti magħmula minnha

80.01-80.07

CTH

Kapitolu 81

Metalli oħrajn komuni; ċermiti; oġġetti magħmula minnhom

81.01-81.13

Produzzjoni minn materjali mhux oriġinarji ta' kwalunkwe intestatura.

Kapitolu 82

Għodod, tagħmir, pożati, mgħaref u frieket, ta' metall komuni; partijiet tagħhom tal-metall komuni

8201.10-8205.70

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8205.90

CTH, madankollu, l-għodod mhux oriġinarji tal-intestatura 82.05 jistgħu jiġu inkorporati fis-sett, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż il-15 % tal-EXW tas-sett.

82.06

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 82.02 sa 82.05; madankollu, l-għodda mhux oriġinarji tal-intestaturi minn 82.02 sa 82.05 tista' tiġi inkorporata fis-sett, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż il-15 % EXW tas-sett.

82.07-82.15

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 83

Oġġetti mixxellanji ta' metall komuni

83.01-83.11

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA XVI

MAKKINARJU U TAGĦMIR MEKKANIKU; APPARAT ELETTRIKU; PARTIJIET TAGĦHOM; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU L-ĦOSS, STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU STAMPA U ĦOSS TAT-TELEVIŻJONI, U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA' DAWN L-OĠĠETTI

Kapitolu 84

Reatturi nukleari, boilers, makkinarju u apparati mekkaniċi; partijiet tagħhom

84.01-84.06

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.07-84.08

MaxNOM 50 % (EXW).

84.09-84.12

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8413.11-8415.10

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8415.20

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8415.81-8415.90

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.16-84.20

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.21

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.22-84.24

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.25-84.30

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 84.31;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.31-84.43

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.44-84.47

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 84.48;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.48-84.55

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.56-84.65

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 84.66;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.66-84.68

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.70-84.72

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 84.73;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.73-84.78

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8479.10-8479.40

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8479.50

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8479.60-8479.82

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8479.89

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8479.90

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.80

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.81

CTSH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

84.82-84.87

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 85

Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom; reġistraturi u riprodutturi tal-ħoss, reġistraturi u riprodutturi tal-immaġni u l-ħoss televiżiv, u partijiet u aċċessorji ta' oġġetti simili

85.01-85.02

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 85.03;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.03-85.06

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.07

 

Akkumulaturi li fihom ċellola tal-batterija waħda jew aktar jew moduli tal-batteriji u ċ-ċirkwiti biex jiġu interkonnessi bejniethom,

spiss imsejħa "pakketti tal-batteriji", tat-tip użat bħala s-sors primarju tal-enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vetturi tal-intestaturi 87.02, 87.03 u 87.04

CTH ħlief minn materjali katodiċi attivi mhux oriġinarji;

jew

MaxNOM 30 % (EXW) (4).

Ċelloli tal-batteriji, moduli tal-batteriji u partijiet tagħhom, maħsuba biex jiġu inkorporati f'akkumulatur elettriku tat-tip użat bħala s-sors primarju tal-enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vetturi tal-intestaturi 87.02, 87.03 u 87.04

CTH ħlief minn materjali katodiċi attivi mhux oriġinarji;

jew

MaxNOM 35 % (EXW) (5)

oħrajn

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.08-85.18

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.19-85.21

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 85.22;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.22-85.23

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.25-85.27

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 85.29;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.28-85.34

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.35-85.37

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 85.38;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8538.10-8541.90

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8542.31-8542.39

CTH;

Il-materjali mhux oriġinarji jgħaddu minn diffużjoni;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

8542.90-8543.90

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

85.44-85.48

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA XVII

VETTURI, BIĊĊIET TAL-AJRU, BASTIMENTI U TAGĦMIR TAT-TRASPORT ASSOĊJAT

Kapitolu 86

Lokomottivi tal-linji ferrovjarji jew tat-tramm, rolling stock u partijiet tagħhom; fixtures u fittings għall-binarji jew għal-linji tat-tramm u partijiet tagħhom; tagħmir ta' sinjalar mekkaniku tat-traffiku (inkluż elettro-mekkaniku) ta' kull tip

86.01-86.09

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 86.07;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 87

Vetturi ħlief rolling-stock ta' linji ferrovjarji jew tat-tramm u partijiet u aċċessorji tagħhom

87.01

MaxNOM 45 % (EXW).

87.02-87.04

 

vetturi oħra, kemm b'magna bil-pistins b'kombustjoni interna bil-moviment alternat kif ukoll b'mutur elettriku bħala muturi għall-propulsjoni, kapaċi li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma' sors estern ta' elettriku ("ibridi rikarikabili");

vetturi b'mutur elettriku biss għall-propulsjoni

MaxNOM 45 % (EXW) u pakketti ta' batteriji tal-intestatura 85.07 tat-tip użat bħala s-sors primarju tal-enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vettura għandhom ikunu oriġinarji (6).

oħrajn

MaxNOM 45 % (EXW) (7).

87.05-87.07

MaxNOM 45 % (EXW).

87.08-87.11

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

87.12

MaxNOM 45 % (EXW).

87.13-87.16

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 88

Inġenji tal-ajru, inġenji tal-ispazju, u partijiet tagħhom

88.01-88.05

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 89

Bastimenti, dgħajjes u strutturi li jżommu f'wiċċ l-ilma

89.01-89.08

CC;

jew

MaxNOM 40 % (EXW).

TAQSIMA XVIII

STRUMENTI U APPARAT OTTIKU, FOTOGRAFIKU, ĊINEMATOGRAFIKU, GĦALL-KEJL, GĦALL-IĊĊEKKJAR, TA' PREĊIŻJONI, MEDIKU JEW KIRURĠIKU; ARLOĠĠI U ARLOĠĠI TAL-IDEJN; STRUMENTI MUŻIKALI; PARTIJIET U AĊĊESSORJI MINNHOM

Kapitolu 90

Strumenti u apparat ottiku, fotografiku, ċinematografiku, għall-kejl, għall-iċċekkjar, ta' preċiżjoni, mediku jew kirurġiku; partijiet u aċċessorji tagħhom

9001.10-9001.40

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

9001.50

CTH;

L-illixxar tal-lenti semirfinuta f'lenti oftalmika lesta b'qawwa korrettiva ottika maħsuba biex tiġi mmuntata fuq nuċċali;

Kisi tal-lenti bi trattamenti xierqa li jtejbu l-viżjoni u jiżguraw il-protezzjoni tal-utent;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

9001.90-9033.00

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 91

Arloġġi u arloġġi tal-idejn u partijiet tagħhom

91.01-91.14

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 92

Strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji ta' oġġetti bħal dawn

92.01-92.09

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA XIX

ARMI U MUNIZZJON; PARTIJIET U AĊĊESSORJI MINNHOM

Kapitolu 93

Armi u munizzjon; partijiet u aċċessorji tagħhom

93.01-93.07

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA XX

OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI

Kapitolu 94

Għamara; friex, saqqijiet, irfid għas-saqqijiet, cushions u arredament simili mimli; lampi u fittings tat-tidwil mhux speċifikati jew inklużi banda oħra; sinjali mdawlin, pjanċi tal-ismijiet imdawlin u bħalhom; bini prefabbrikat

94.01-94.06

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 95

Ġugarelli, logħob u oġġetti għall-isport; partijiet u aċċessorji tagħhom

95.03-95.08

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

Kapitolu 96

Oġġetti manifatturati varji

96.01-96.04

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

96.05

Kull element fis-sett għandu jissodisfa r-regola, li japplika għaliha li kieku ma kienx ikun inkluż fis-sett, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jiġu inkorporati oġġetti mhux oriġinarji, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż il-15 % tal-EXW tas-sett.

96.06-9608.40

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

9608.50

Kull element fis-sett għandu jissodisfa r-regola, li japplika għaliha li kieku ma kienx ikun inkluż fis-sett, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jiġu inkorporati oġġetti mhux oriġinarji, kemm-il darba l-valur totali tagħhom ma jkunx jaqbeż il-15 % tal-EXW tas-sett.

9608.60-96.20

CTH;

jew

MaxNOM 50 % (EXW).

TAQSIMA XXI

XOGĦLIJIET TAL-ARTI, BIĊĊIET TAL-KOLLEZZJONI U ANTIKITAJIET

Kapitolu 97

Xogħlijiet tal-Arti, Biċċiet tal-Kollezzjoni u Antikitajiet

97.01-97.06

CTH


(1)  Tonn, palamit u plamtu (Sarda spp.) ippreparati jew ippreservati, sħaħ jew f'biċċiet (minbarra kkapuljati) klassifikati taħt is-subintestatura 1604.14 jistgħu jitqiesu li joriġinaw taħt regoli tal-oriġini alternattivi speċifiċi għall-prodott fi kwoti annwali kif speċifikat fl-Anness 4.

(2)  Tonn ippreparat jew ippreservat, palamit jew ħut ieħor tal-ġeneru Euthynnus (minbarra sħiħ jew f'biċċiet) ikklassifikati taħt is-subintestatura 1604.20 jistgħu jitqiesu li joriġinaw taħt regoli tal-oriġini alternattivi speċifiċi għall-prodott fi kwoti annwali kif speċifikat fl-Anness 4.

(3)  Ċerti prodotti tal-aluminju jistgħu jitqiesu li joriġinaw taħt regoli tal-oriġini alternattivi speċifiċi għall-prodott fi kwoti annwali kif speċifikat fl-Anness 4.

(4)  Għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2026, japplikaw regoli tal-oriġini alternattivi speċifiċi għall-prodott, kif speċifikat fl-Anness 5.

(5)  Għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2026, japplikaw regoli tal-oriġini alternattivi speċifiċi għall-prodott, kif speċifikat fl-Anness 5.

(6)  Għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2026, japplikaw regoli tal-oriġini alternattivi speċifiċi għall-prodott, kif speċifikat fl-Anness 5.

(7)  Għall-vetturi ibridi kemm b'magna b'kombustjoni interna kif ukoll b'mutur elettriku bħala muturi għall-propulsjoni, minbarra dawk li jistgħu jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma' sors estern tal-enerġija elettrika, japplikaw regoli tal-oriġini alternattivi speċifiċi għall-prodott għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2026, kif speċifikat fl-Anness 5.


ANNESS 4

KWOTI TAL-ORIĠINI U ALTERNATTIVI GĦAR-REGOLI TA' ORIĠINI SPEĊIFIĊI GĦALL-PRODOTTI FL-ANNESS 3

Dispożizzjonijiet komuni

1.

Għall-prodotti elenkati fit-tabelli hawn taħt, ir-regoli korrispondenti tal-oriġini huma alternattivi għal dawk stabbiliti fl-Anness 3, fil-limiti tal-kwota annwali applikabbli.

2.

Dikjarazzjoni tal-oriġini maħruġa skont dan l-Anness għandu jkollha l-istqarrija li ġejja: "Kwoti tal-oriġini - Prodott oriġinarju f'konformità mal-Anness 4".

3.

Fl-Unjoni, kull kwantità msemmija f'dan l-Anness għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tieħu kull azzjoni amministrattiva li tqis xierqa għat-tmexxija effiċjenti tagħha fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni.

4.

Fir-Renju Unit, kull kwantità msemmija f'dan l-Anness għandha tiġi amministrata mill-awtorità doganali tiegħu, li għandha tieħu kull azzjoni amministrattiva li tqis xierqa għat-tmexxija effiċjenti tagħha fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli tar-Renju Unit.

5.

Il-Parti importatriċi għandha tiġġestixxi l-kwoti tal-oriġini fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel u għandha tikkalkula l-kwantità tal-prodotti mdaħħla skont dawn il-kwoti tal-oriġini fuq il-bażi tal-importazzjonijiet ta' dik il-Parti.

TAQSIMA 1

Allokazzjoni annwali tal-kwota għat-tonn fil-laned

Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017)

Deskrizzjoni tal-prodott

Regola alternattiva speċifika għall-prodott

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

(piż nett)

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mir-Renju Unit lejn l-Unjoni

(piż nett)

1604.14

Tonn, tonn qabbieżi u plamtu, ippreparati jew ippreżervati (Sarda spp.), sħaħ jew f'biċċiet (mhux ikkapuljati)

CC

3 000 tunnellata

3 000 tunnellata

1604.20

Ħut ieħor preparat jew preservat

 

Ta' tonn, tonn qabbieżi u ħut ieħor tal-ġens Euthynnus (mhux sħiħ jew f'biċċiet)

CC

4 000 tunnellata

4 000 tunnellata

Ta' ħut ieħor

-

-

-

TAQSIMA 2

Allokazzjoni annwali tal-kwota għall-prodotti tal-aluminju (1)

Tabella 1

Kwoti applikabbli mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2023

Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017)

Deskrizzjoni tal-prodott

Regola alternattiva speċifika għall-prodott

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

(piż nett)

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mir-Renju Unit lejn l-Unjoni

(piż nett)

76.03, 76.04, 76.06, 76.08-76.16

Prodotti tal-aluminju u oġġetti tal-aluminju (eskluż wajer tal-aluminju u fojl tal-aluminju)

CTH

95 000 tunnellata

95 000 tunnellata

76.05

Wajer ta' aluminju

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 76.04

76.07

Fojl tal-aluminju

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 76.06


Tabella 2

Kwoti applikabbli mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2026

Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017)

Deskrizzjoni tal-prodott

Regola alternattiva speċifika għall-prodott

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

(piż nett)

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mir-Renju Unit lejn l-Unjoni

(piż nett)

76.03, 76.04, 76.06, 76.08-76.16

Prodotti tal-aluminju u oġġetti tal-aluminju (eskluż wajer tal-aluminju u fojl tal-aluminju)

CTH

72 000 tunnellata

72 000 tunnellata

76.05

Wajer ta' aluminju

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 76.04

76.07

Fojl tal-aluminju

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 76.06


Tabella 3

Kwoti applikabbli mill-1 ta' Jannar 2027 'l quddiem

Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017)

Deskrizzjoni tal-prodott

Regola alternattiva speċifika għall-prodott

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

(piż nett)

Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mir-Renju Unit lejn l-Unjoni

(piż nett)

76.04

Biċċiet sħaħ ta' aluminju, vireg u profili

CTH

57 500 tunnellata

57 500 tunnellata

76.06

Pjanċi, folji u strixxa ta' aluminju, eħxen minn 0,2 mm

CTH

76.07

Fojl tal-aluminju

CTH, ħlief minn materjali mhux oriġinarji tal-intestatura 76.06

Rieżami tal-kwoti għall-prodotti tal-aluminju fit-Tabella 3 fit-Taqsima 2

1.

Mhux aktar kmieni minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u mhux qabel ħames snin mit-tlestija ta' kwalunkwe rieżami msemmi f'dan il-paragrafu, il-Kumitat ta' Sħubija Kummerċjali, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet u assistit mill-Kumitat Speċjalizzat tal-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini, għandu jirrieżamina l-kwoti għall-aluminju li jinsabu fit-Tabella 3 fit-Taqsima 2.

2.

Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar il-kundizzjonijiet tas-suq fiż-żewġ Partijiet u l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tagħhom ta' prodotti rilevanti.

3.

Abbażi tar-riżultat ta' rieżami mwettaq skont il-paragrafu 1, il-Kunsill ta' Sħubija jista' jadotta deċiżjoni biex tiżdied jew tinżamm il-kwantità, biex jinbidel il-kamp ta' applikazzjoni, jew biex jitqassam jew jinbidel kwalunkwe tqassim bejn il-prodotti, tal-kwoti għall-aluminju li jinsabu fit-Tabella 3 fit-Taqsima 2.


(1)  Il-kwantitajiet elenkati f'kull tabella fit-Taqsima 2 huma l-kwantitajiet sħaħ tal-kwoti disponibbli (għall-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit, u għall-esportazzjonijiet mir-Renju Unit lejn l-Unjoni, rispettivament) għall-prodotti kollha elenkati f'dik it-tabella.


ANNESS 5

REGOLI SPEĊIFIĊI TA' PRODOTTI TRANŻIZZJONALI GĦAL AKKUMULATURI ELETTRIĊI U VETTURI ELETTRIFIKATI

TAQSIMA 1

Regoli interim speċifiċi għall-prodott applikabbli mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2023

1.

Għall-prodotti elenkati fil-kolonna 1 hawn taħt, ir-regola speċifika għall-prodott elenkata fil-kolonna 2 għandha tapplika għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2023.

Kolonna 1

Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017) inkluż deskrizzjoni speċifika

Kolonna 2

Regola tal-oriġini speċifika għall-prodott applikabbli mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2023

85.07

 

Akkumulaturi li fihom ċellola tal-batterija waħda jew aktar jew moduli tal-batteriji u ċ-ċirkwiti biex jiġu interkonnessi bejniethom, spiss imsejħa "pakketti tal-batteriji", tat-tip użat bħala s-sors primarju tal-enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vetturi tal-intestaturi 87.02, 87.03 u 87.04

CTSH;

Assemblaġġ ta' pakketti tal-batteriji minn ċelloli tal-batteriji jew moduli tal-batteriji mhux oriġinarji;

jew

MaxNOM 70 % (EXW)

Ċelloli tal-batteriji, moduli tal-batteriji u partijiet tagħhom, maħsuba biex jiġu inkorporati f'akkumulatur elettriku tat-tip użat bħala s-sors primarju tal-enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vetturi tal-intestaturi 87.02, 87.03 u 87.04

CTH;

jew

MaxNOM 70 % (EXW)

87.02-87.04

 

vetturi oħra, kemm b'magna b'kombustjoni interna kif ukoll b'mutur elettriku bħala muturi għall-propulsjoni, għajr dawk kapaċi li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma' sors estern ta' elettriku ("ibridi");

vetturi oħra, kemm b'magna bil-pistins b'kombustjoni interna bil-moviment alternat kif ukoll b'mutur elettriku bħala muturi għall-propulsjoni, kapaċi li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma' sors estern ta' elettriku ("ibridi rikarikabili");

vetturi b'mutur elettriku biss għall-propulsjoni

MaxNOM 60 % (EXW)

TAQSIMA 2

Regoli interim speċifiċi għall-prodott applikabbli mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2026

1.

Għall-prodotti elenkati fil-kolonna 1 hawn taħt, ir-regola speċifika għall-prodott elenkata fil-kolonna 2 għandha tapplika għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2026.

Kolonna 1

Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017) inkluż deskrizzjoni speċifika

Kolonna 2

Regola tal-oriġini speċifika għall-prodott applikabbli mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2026

85.07

 

Akkumulaturi li fihom ċellola tal-batterija waħda jew aktar jew moduli tal-batteriji u ċ-ċirkwiti biex jiġu interkonnessi bejniethom, spiss imsejħa "pakketti tal-batteriji", tat-tip użat bħala s-sors primarju tal-enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vetturi tal-intestaturi 87.02, 87.03 u 87.04

CTH ħlief minn materjali katodiċi attivi mhux oriġinarji;

jew

MaxNOM 40 % (EXW)

Ċelloli tal-batteriji, moduli tal-batteriji u partijiet tagħhom, maħsuba biex jiġu inkorporati f'akkumulatur elettriku tat-tip użat bħala s-sors primarju tal-enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vetturi tal-intestaturi 87.02, 87.03 u 87.04

CTH ħlief minn materjali katodiċi attivi mhux oriġinarji;

jew

MaxNOM 50 % (EXW)

87.02-87.04

 

vetturi oħra, kemm b'magna b'kombustjoni interna kif ukoll b'mutur elettriku bħala muturi għall-propulsjoni, għajr dawk kapaċi li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma' sors estern ta' elettriku ("ibridi");

vetturi oħra, kemm b'magna bil-pistins b'kombustjoni interna bil-moviment alternat kif ukoll b'mutur elettriku bħala muturi għall-propulsjoni, kapaċi li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma' sors estern ta' elettriku ("ibridi rikarikabili");

vetturi b'mutur elettriku biss għall-propulsjoni

MaxNOM 55 % (EXW)

TAQSIMA 3

Rieżami tar-regoli speċifiċi għall-prodott għall-Intestatura 85.07

1.

Mhux aktar kmieni minn erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Kumitat ta' Sħubija Kummerċjali għandu, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet u assistit mill-Kumitat Speċjalizzat tal-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini, jirrieżamina r-regoli speċifiċi għall-prodott għall-intestatura 85.07 applikabbli mill-1 ta' Jannar 2027, li jinsabu fl-Anness 3.

2.

Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, għandu jsir abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar is-swieq fi ħdan il-Partijiet, bħad-disponibbiltà ta' materjali oriġinarji suffiċjenti u xierqa, il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda u informazzjoni rilevanti oħra.

3.

Abbażi tar-riżultati tar-rieżami mwettaq skont il-paragrafu 1, il-Kunsill ta' Sħubija jista' jadotta deċiżjoni biex jemenda r-regoli speċifiċi għall-prodott għall-intestatura 85.07 applikabbli mill-1 ta' Jannar 2027, li jinsabu fl-Anness 3.

ANNESS 6

DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR

1.   

Dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jkollha l-kontenut stabbilit f'dan l-Anness.

2.   

Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-punt 3, il-fornitur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal kull kunsinna ta' prodotti fil-forma prevista fl-Appendiċi 6-A u annessa mal-fattura, jew ma' kwalunkwe dokument ieħor li jiddeskrivi l-prodotti kkonċernati f'dettall suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati.

3.   

Meta fornitur jipprovdi regolarment lil klijent partikolari bi prodotti li l-produzzjoni tagħhom imwettqa f'Parti tkun mistennija li tibqa' kostanti għal perjodu ta' żmien, dak il-fornitur jista' jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda biex tkopri kunsinni sussegwenti ta' dawk il-prodotti (id-"dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil"). Dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil normalment tkun valida għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn mid-data meta ssir id-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-Parti fejn issir id-dikjarazzjoni jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil għandha titfassal fil-forma prevista fl-Appendiċi 6-B u għandha tiddeskrivi l-prodotti kkonċernati f'dettall suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent immedjatament jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil ma tibqax tapplika għall-prodotti fornuti.

4.   

Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jissottometti fi kwalunkwe ħin, fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Parti fejn issir id-dikjarazzjoni, id-dokumenti xierqa kollha li jagħtu prova li l-informazzjoni mogħtija f'dik id-dikjarazzjoni hija korretta.

Appendiċi 6-A

DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR

Id-dikjarazzjoni tal-fornitur, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir f'konformità man-noti f'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti f'qiegħ il-paġna ma għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR

Jiena, hawn taħt iffirmat, il-fornitur tal-prodotti koperti mid-dokument anness, niddikjara li:

1.

Il-materjali li ġejjin li ma joriġinawx fi [indika l-isem tal-Parti rilevanti] intużaw fi [indika l-isem tal-Parti rilevanti] biex jiġu prodotti dawn il-prodotti:

Deskrizzjoni tal-prodotti fornuti(1)

Deskrizzjoni tal-materjali mhux oriġinarji użati

L-intestatura tas-SA tal-materjali mhux oriġinarji li ntużaw(2)

Il-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati(2)(3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Valur totali

 

2.

Il-materjali l-oħra kollha użati fi [indika l-isem tal-Parti rilevanti] biex jiġu prodotti dawk il-prodotti joriġinaw fi [indika l-isem tal-Parti rilevanti]

Nimpenja ruħi li nipprovdi kwalunkwe dokument ta' prova ulterjuri meħtieġ.

… (Post u Data)

… (Isem u pożizzjoni tas-sottoskritt, isem u indirizz tal-kumpanija)

… (Firma)(6)

Appendiċi 6-B

DIKJARAZZJONI TA' FORNITUR GĦAL TERMINU TWIL

Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir f'konformità man-noti f'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti f'qiegħ il-paġna ma għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

DIKJARAZZJONI TA' FORNITUR GĦAL TERMINU TWIL

Jiena, hawn taħt iffirmat, il-fornitur tal-prodotti koperti mid-dokument anness, li jiġu fornuti b'mod regolari lil(4) …, niddikjara li:

1.

Il-materjali li ġejjin li ma joriġinawx fi [indika l-isem tal-Parti rilevanti] intużaw fi [indika l-isem tal-Parti rilevanti] biex jiġu prodotti dawn il-prodotti:

Deskrizzjoni tal-prodotti fornuti(1)

Deskrizzjoni tal-materjali mhux oriġinarji użati

L-intestatura tas-SA tal-materjali mhux oriġinarji li ntużaw(2)

Il-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati(2)(3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Valur totali

 

2.

Il-materjali l-oħra kollha użati fi [indika l-isem tal-Parti rilevanti] biex jiġu prodotti dawk il-prodotti joriġinaw f'Parti [indika l-isem tal-Parti rilevanti];

Din id-dikjarazzjoni hija valida għall-kunsinni sussegwenti kollha ta' dawn il-prodotti mibgħuta

minn … lil … (5)

Nintrabat li ninforma … (4) immedjatament jekk din id-dikjarazzjoni ma tibqax valida.

… (Post u Data)

(Isem u pożizzjoni tas-sottoskritt, isem u indirizz tal-kumpanija)

… (Firma)(6)

Noti f'qiegħ il-paġna

(1)

Meta l-fattura jew dokument ieħor li miegħu tkun annessa d-dikjarazzjoni jkun relatat ma' tipi differenti ta' prodotti, jew ma' prodotti li ma jinkorporawx materjali mhux oriġinarji sal-istess punt, il-fornitur irid jiddistingwihom b'mod ċar.

(2)

L-informazzjoni mitluba ma għandhiex għalfejn tingħata sakemm ma tkunx meħtieġa.

Eżempji:

Waħda mir-regoli għall-ħwejjeġ tal-Kapitolu 62 tipprovdi "L-insiġ ikkombinat mat-tfassil inkluż il-qtugħ tad-drapp". Jekk manifattur ta' tali lbies f'Parti juża drapp importat mill-Parti l-oħra li jkun inkiseb hemmhekk permezz tal-insiġ ta' ħajt mhux oriġinarju, huwa biżżejjed li l-fornitur fil-Parti tal-aħħar jiddeskrivi fid-dikjarazzjoni tiegħu l-materjal mhux oriġinarju użat bħala ħajt, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi indikata l-intestatura SA u l-valur ta' tali ħajt.

Produttur ta' wajer tal-ħadid tal-intestatura SA 72.17 li jkun ipproduċih minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji għandu jindika fit-tieni kolonna "vireg tal-ħadid". Meta dak il-wajer ikun se jintuża fil-produzzjoni ta' magna li għaliha r-regola fiha limitazzjoni għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati għal ċertu valur perċentwali, huwa meħtieġ li jiġi indikat fit-tielet kolonna l-valur tal-vireg mhux oriġinarji.

(3)

"valur tal-materjali mhux oriġinarji użati" tfisser il-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-produzzjoni tal-prodott, li huwa l-valur doganali tiegħu fil-mument tal-importazzjoni, inkluż it-trasport tal-merkanzija, l-assigurazzjoni jekk xieraq, l-imballaġġ u l-ispejjeż l-oħra kollha mġarrba fit-trasportazzjoni tal-materjali lejn il-port tal-importazzjoni fil-Parti fejn jinsab il-produttur tal-prodott; meta l-valur tal-materjali mhux oriġinarji ma jkunx magħruf u ma jkunx jista' jiġi aċċertat, jintuża l-ewwel prezz aċċertabbli mħallas għall-materjali mhux oriġinarji fl-Unjoni jew fir-Renju Unit.

(4)

L-isem u l-indirizz tal-klijent

(5)

Daħħal id-dati

(6)

Dan il-qasam jista' jkun fih firma elettronika, immaġni skenjata jew rappreżentazzjoni viżiva oħra tal-firma bil-miktub tal-firmatarju minflok firem oriġinali, fejn xieraq.

ANNESS 7

TEST TAD-DIKJARAZZJONI DWAR L-ORIĠINI

Id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini msemmija fl-Artikolu 56 ta' dan il-Ftehim għandha ssir bl-użu tat-test ippreżentat hawn taħt f'waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi li ġejjin u f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti esportatriċi. Jekk id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tinkiteb bl-idejn, din għandha tinkiteb bil-linka b'karattri stampati. Id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini trid issir f'konformità man-noti f'qiegħ il-paġna rispettivi. In-noti f'qiegħ il-paġna ma għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

Verżjoni bil-Bulgaru

Il-verżjoni bil-Kroat

Verżjoni biċ-Ċek

Verżjoni bid-Daniż

Verżjoni bin-Netherlandiż

Verżjoni bl-Ingliż

Verżjoni bl-Estonjan

Verżjoni bil-Finlandiż

Verżjoni bil-Franċiż

Verżjoni bil-Ġermaniż

Verżjoni bil-Grieg

Verżjoni bl-Ungeriż

Verżjoni bit-Taljan

Verżjoni bil-Latvjan

Verżjoni bil-Litwan

Verżjoni bil-Malti

Verżjoni bil-Pollakk

Verżjoni bil-Portugiż

Verżjoni bir-Rumen

Verżjoni bis-Slovakk

Verżjoni bis-Sloven

Verżjoni bl-Ispanjol

Verżjoni bl-Iżvediż

(Perjodu: minn___________ sa __________ (1))

L-esportatur tal-prodotti koperti minn dan id-dokument (Nru ta' Referenza tal-Esportatur ... (2)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat ċar b'mod mod ieħor, dawn il-prodotti huma ta'... (3) oriġini preferenzjali.

(4)

(Post u data)

(Isem il-manifattur)

(1)

Jekk id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini timtela għal konsenji multipli ta' prodotti oriġinarji identiċi skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 56(4) ta' dan il-Ftehim, indika l-perjodu li għalih għandha tapplika d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. L-importazzjonijiet kollha tal-prodott iridu jseħħu fil-perjodu indikat. Meta perjodu ma jkunx applikabbli, il-kaxxa tista' titħalla vojta.

(2)

Indika n-numru ta' referenza li bih jiġi identifikat l-esportatur. Għall-esportatur tal-Unjoni, dan ikun in-numru assenjat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni. Għall-esportatur tar-Renju Unit, dan se jkun in-numru assenjat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fir-Renju Unit . Meta l-esportatur ma jkunx ġie assenjat numru, din il-kaxxa tista' titħalla vojta.

(3)

Indika l-oriġini tal-prodott: ir-Renju Unit jew l-Unjoni.

(4)

Il-post u d-data jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun tinsab fid-dokument innifsu.

ANNESS 8

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-PRINĊIPAT TA' ANDORRA

1.   

Prodotti li joriġinaw fil-Prinċipat ta' Andorra li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 97 tas-Sistema Armonizzata għandhom jiġu aċċettati mir-Renju Unit bħala li joriġinaw fl-Unjoni skont it-tifsira ta' dan il-Ftehim.

2.   

Il-paragrafu 1 japplika biss jekk, bis-saħħa tal-unjoni doganali stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/680/KEE tas-26 ta' Novembru 1990 dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra, il-Prinċipat ta' Andorra japplika għall-prodotti li joriġinaw fir-Renju Unit l-istess trattament tariffarju preferenzjali li l-Unjoni tapplika għal tali prodotti.

3.   

It-tieni Parti, Intestatura Wieħed, Titolu I, Kapitolu 2 ta' dan il-Ftehim japplika mutatis mutandis għall-fini li jiġi definit l-istatus oriġinarju tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' din id-Dikjarazzjoni Konġunta.


ANNESS 9

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO

1.   

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika ta' San Marino għandhom jiġu aċċettati mir-Renju Unit bħala li joriġinaw fl-Unjoni skont it-tifsira ta' dan il-Ftehim.

2.   

Il-paragrafu 1 japplika biss jekk, bis-saħħa tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, magħmul fi Brussell fis-16 ta' Diċembru 1991, ir-Repubblika ta' San Marino tapplika għall-prodotti li joriġinaw fir-Renju Unit l-istess trattament tariffarju preferenzjali li l-Unjoni tapplika għal tali prodotti.

3.   

It-tieni Parti, Intestatura Wieħed, Titolu I, Kapitolu 2 ta' dan il-Ftehim japplika mutatis mutandis għall-fini li jiġi definit l-istatus oriġinarju tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' din id-Dikjarazzjoni Konġunta.


ANNESS 10

KRITERJI MSEMMIJA FIL-PUNT (d) TAL-ARTIKOLU 87

Il-kriterji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 87 ta' dan il-Ftehim huma:

(a)

l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Parti esportatriċi għall-finijiet li tinkiseb awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta' prodott partikolari fil-Parti importatriċi skont l-Artikolu 75 ta' dan il-Ftehim;

(b)

l-eżitu tal-awditi u l-verifiki mill-parti importatriċi f'konformità mal-Artikolu 79 ta' dan il-Ftehim;

(c)

il-frekwenza u s-severità tan-nuqqas ta' konformità osservat mill-parti importatriċi fuq prodotti mill-parti esportatriċi;

(d)

ir-rekord passat tal-operaturi esportaturi fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-parti importatriċi; u

(e)

valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli u kull informazzjoni pertinenti oħra dwar ir-riskju assoċjat mal-prodotti.


ANNESS 11

VETTURI BIL-MUTUR U TAGĦMIR U PARTIJIET TAGĦHOM

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"WP.29" tfisser il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi fi ħdan il-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti ("UNECE");

(b)

"il-Ftehim tal-1958" tfisser il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta' Regolamenti Tekniċi Armonizzati tan-Nazzjonijiet Uniti għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu Użati fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta' dawn ir-Regolamenti tan-Nazzjonijiet Uniti, magħmul f'Ġinevra fl-20 ta' Marzu 1958, amministrat mid-WP.29, u l-emendi u r-reviżjonijiet sussegwenti kollha tiegħu;

(c)

"il-Ftehim tal-1998" tfisser il-Ftehim dwar l-Istabbiliment ta' Regolamenti Tekniċi Globali għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu Użati fuq Vetturi bir-Roti, magħmul f'Ġinevra fil-25 ta' Ġunju 1998, amministrat mid-WP.29, u l-emendi u r-reviżjonijiet sussegwenti kollha tiegħu;

(d)

"Regolamenti tan-NU" tfisser Regolamenti adottati f'konformità mal-Ftehim tal-1958;

(e)

"GTR" tfisser Regolament Tekniku Globali stabbilit u mqiegħed fir-Reġistru Globali f'konformità mal-Ftehim tal-1998;

(f)

"SA 2017" tfisser l-edizzjoni tal-2017 tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

(g)

"approvazzjoni tat-tip" tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

(h)

"ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip" tfisser id-dokument li bih awtorità tal-approvazzjoni uffiċjalment tiċċertifika li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata għandha approvazzjoni tat-tip.

2.   It-termini msemmija f'dan l-Anness għandu jkollhom l-istess tifsira li għandhom fil-Ftehim tal-1958 jew fl-Anness 1 għall-Ftehim dwar l-OTK.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni tal-prodott

Dan l-Anness japplika għall-kummerċ bejn il-Partijiet tal-kategoriji kollha ta' vetturi bil-mutur, tagħmir u partijiet minnhom, kif definit fil-Paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata tal-UNECE dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (1), li jaqgħu taħt, inter alia, il-Kapitoli 40, 84, 85, 87 u 94 tas-SA 2017 (minn hawn 'il quddiem imsejħa "prodotti koperti").

Artikolu 3

Objettivi

Fir-rigward tal-prodotti koperti, l-għanijiet ta' dan l-Anness huma li:

(a)

jelimina u jipprevjeni kwalunkwe ostaklu tekniku bla bżonn għall-kummerċ bilaterali;

(b)

jippromwovu l-kompatibbiltà u l-konverġenza tar-regolamenti bbażati fuq standards internazzjonali;

(c)

jippromwovu r-rikonoxximent ta' approvazzjonijiet ibbażati fuq skemi ta' approvazzjoni applikati skont il-ftehimiet amministrati mid-WP.29;

(d)

isaħħaħ il-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq ibbażati fuq il-prinċipji tal-ftuħ, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza;

(e)

jippromwovi livelli għoljin ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-sikurezza u tal-ambjent; u

(f)

iżomm il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku biex jitrawwem żvilupp ta' benefiċċju reċiproku fil-kummerċ.

Artikolu 4

Standards internazzjonali rilevanti

Il-Partijiet jirrikonoxxu li d-WP.29 huwa l-korp internazzjonali rilevanti għall-istandardizzazzjoni u li r-Regolamenti u l-GTRs tan-NU skont il-Ftehim tal-1958 u l-Ftehim tal-1998 huma standards internazzjonali rilevanti għall-prodotti koperti minn dan l-Anness.

Artikolu 5

Konverġenza regolatorja bbażata fuq standards internazzjonali rilevanti

1.   Il-Partijiet għandhom joqogħdu lura milli jintroduċu jew iżommu kwalunkwe regolament tekniku domestiku, immarkar, jew proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li tiddevja mir-Regolamenti tan-NU jew il-GTRs f'oqsma koperti minn tali Regolamenti jew GTRs, inkluż fejn ir-Regolamenti tan-NU jew il-GTRs rilevanti ma jkunux tlestew iżda t-tlestija tagħhom tkun imminenti, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet sostanzjati għaliex Regolament tan-NU jew GTR speċifiku ma jkunx effettiv jew mezz mhux xieraq biex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi segwiti, pereżempju, fl-oqsma tas-sikurezza fit-toroq jew tal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem.

2.   Parti li tintroduċi regolament tekniku domestiku diverġenti, immarkar, jew proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità kif imsemmi fil-paragrafu 1, fuq talba tal-Parti l-oħra, għandha tidentifika l-partijiet tar-regolament tekniku domestiku, l-immarkar, jew il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li sostanzjalment jiddevjaw mir-Regolamenti tan-NU jew il-GTRs rilevanti u tipprovdi ġustifikazzjoni għad-diverġenza.

3.   Kull Parti għandha tikkunsidra b'mod sistematiku l-applikazzjoni tar-Regolamenti tan-NU adottati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe bidla rigward l-implimentazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema legali domestika rispettiva tagħha skont il-protokoll stabbilit skont il-Ftehim tal-1958 u f'konformità mal-Artikoli 8 u 9.

4.   Sa fejn Parti tkun introduċiet jew iżżomm regolamenti tekniċi domestiċi, marki jew proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità li jvarjaw mir-Regolamenti tan-NU jew il-GTRs kif permess mill-paragrafu 1, dik il-Parti għandha tirrieżamina dawk ir-regolamenti tekniċi domestiċi, il-marki jew il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità f'intervalli regolari, preferibbilment li ma jaqbżux il-ħames snin, bil-ħsieb li tiżdied il-konverġenza tagħhom mar-Regolamenti tan-NU jew il-GTRs rilevanti. Meta tirrieżamina r-regolamenti tekniċi domestiċi, il-marki u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, kull Parti għandha tikkunsidra jekk il-ġustifikazzjoni għad-diverġenza għadhiex teżisti. L-eżitu ta' dawn ir-rieżamijiet, inkluż kwalunkwe informazzjoni xjentifika u teknika użata, għandu jiġi nnotifikat lill-Parti l-oħra fuq talba.

5.   Kull Parti għandha toqgħod lura milli tintroduċi jew iżżomm regolamenti tekniċi, marki jew proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità domestiċi li għandhom l-effett li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew iżidu l-piż għall-importazzjoni u milli tqiegħed fis-servizz fis-suq domestiku tagħha prodotti tat-tip approvat skont ir-Regolamenti tan-NU għall-oqsma koperti minn dawk ir-Regolamenti tan-NU sakemm tali regolamenti tekniċi, marki jew proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità domestiċi ma jkunux previsti b'mod espliċitu minn dawk ir-Regolamenti tan-NU.

Artikolu 6

Approvazzjoni tat-tip u sorveljanza tas-suq

1   Kull Parti għandha taċċetta fis-suq tagħha prodotti li huma koperti minn ċertifikat validu tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU bħala konformi mar-regolamenti tekniċi, il-marki u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità domestiċi tagħha, mingħajr ma teħtieġ aktar ittestjar jew immarkar biex tivverifika jew tikkonferma l-konformità ma' kwalunkwe rekwiżit kopert miċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU kkonċernat. Fil-każ ta' approvazzjonijiet ta' vetturi, l-Approvazzjoni Universali Internazzjonali tat-Tip ta' Vettura Sħiħa tan-NU (U-IWVTA) għandha titqies valida fir-rigward tar-rekwiżiti koperti mill-U-IWVTA. Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU maħruġa minn Parti jistgħu jitqiesu validi biss jekk dik il-Parti tkun aderixxiet għar-Regolamenti tan-NU rilevanti.

2   Kull Parti għandha tkun meħtieġa taċċetta ċertifikati validi tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU maħruġa skont l-aħħar verżjoni tar-Regolamenti tan-NU li tkun aderixxiet magħhom.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala prova suffiċjenti tal-eżistenza ta' approvazzjoni tat-tip tan-NU valida:

(a)

għal vetturi sħaħ, Dikjarazzjoni ta' Konformità tan-NU valida li tiċċertifika l-konformità ma' U-IWVTA;

(b)

għal tagħmir u partijiet, marka valida tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU mwaħħla mal-prodott; jew

(c)

għal tagħmir u partijiet li magħhom ma tistax titwaħħal marka tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU, ċertifikat validu tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU.

4.   Għall-fini tat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti ta' Parti jistgħu jivverifikaw li l-prodotti koperti jikkonformaw, kif xieraq, ma'

(a)

ir-regolamenti tekniċi domestiċi kollha ta' dik il-Parti; jew

(b)

ir-regolamenti tan-NU li l-konformità magħhom ġiet iċċertifikata, f'konformità ma' dan l-Artikolu, permezz ta' Dikjarazzjoni ta' Konformità tan-NU valida li tiċċertifika l-konformità ma' U-IWVTA fil-każ ta' vetturi sħaħ, jew permezz ta' marka tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU valida mwaħħla mal-prodott jew ċertifikat validu tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU fil-każ ta' tagħmir u partijiet.

Tali verifiki għandhom jitwettqu permezz ta' teħid ta' kampjuni każwali fis-suq u f'konformità mar-regolamenti tekniċi msemmija fil-punt (a) jew (b) ta' dan il-paragrafu, skont il-każ.

5.   Il-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq biex jappoġġjaw l-identifikazzjoni u l-indirizzar tan-nuqqasijiet ta' konformità tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati.

6.   Parti tista' tieħu kwalunkwe miżura xierqa fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew fir-rigward ta' aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi, jew li b'xi mod ieħor ma jikkonformawx mar-rekwiżiti applikabbli. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tat-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kkonċernati, jew l-irtirar tagħhom mis-suq jew it-teħid lura tagħhom. Parti li tadotta jew iżżomm tali miżuri għandha tinforma minnufih lill-Parti l-oħra b'dawk il-miżuri u, fuq talba tal-Parti l-oħra, għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri.

Artikolu 7

Prodotti b'teknoloġiji ġodda jew karatteristiċi ġodda

1.   L-ebda Parti ma għandha tirrifjuta jew tirrestrinġi l-aċċess għas-suq tagħha ta' prodott li huwa kopert minn dan l-Anness u li jkun ġie approvat mill-Parti esportatriċi fuq il-bażi li l-prodott jinkorpora teknoloġija ġdida jew karatteristika ġdida li l-Parti importatriċi tkun għadha ma rregolatx, sakemm ma tkunx tista' turi li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li t-teknoloġija l-ġdida jew il-karatteristika l-ġdida toħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza jew għall-ambjent.

2.   Jekk Parti tiddeċiedi li tirrifjuta l-aċċess għas-suq tagħha jew teħtieġ l-irtirar mis-suq tagħha ta' prodott tal-Parti l-oħra kopert minn dan l-Anness fuq il-bażi li jinkorpora teknoloġija ġdida jew karatteristika ġdida li toħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza jew għall-ambjent, hija għandha tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-Parti l-oħra u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni xjentifika jew teknika rilevanti kollha kkunsidrata fid-deċiżjoni.

Artikolu 8

Kooperazzjoni

1.   Sabiex jiġi ffaċilitat aktar il-kummerċ fil-vetturi bil-mutur u l-partijiet u t-tagħmir tagħhom, u biex jiġu evitati problemi ta' aċċess għas-suq, filwaqt li jiġu żgurati s-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni kif xieraq.

2.   L-oqsma ta' kooperazzjoni taħt dan l-Artikolu jistgħu jinkludu b'mod partikolari:

(a)

l-iżvilupp u l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi jew standards relatati;

(b)

l-iskambju, sa fejn ikun possibbli, ta' riċerka, informazzjoni u riżultati marbuta mal-iżvilupp ta' regolamenti ġodda dwar is-sikurezza tal-vetturi jew standards relatati, tnaqqis avvanzat tal-emissjonijiet, u teknoloġiji emerġenti tal-vetturi;

(c)

l-iskambju ta' informazzjoni disponibbli dwar l-identifikazzjoni ta' difetti relatati mas-sikurezza jew mal-emissjonijiet u n-nuqqas ta' konformità mar-regolamenti tekniċi; u

(d)

il-promozzjoni ta' armonizzazzjoni internazzjonali akbar tar-rekwiżiti tekniċi permezz ta' fora multilaterali, bħall-Ftehim tal-1958 u l-Ftehim tal-1998, inkluż permezz ta' kooperazzjoni fl-ippjanar ta' inizjattivi b'appoġġ għal tali armonizzazzjoni.

Artikolu 9

Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi u l-Partijiet

1.   Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi bil-Mutur u l-Partijiet għandu jassisti lill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ fil-monitoraġġ u r-rieżami tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness u fl-iżgurar tal-funzjonament xieraq tiegħu.

2.   Il-funzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi bil-Mutur u l-Partijiet għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni li tinqala' skont dan l-Anness, fuq talba ta' Parti;

(b)

jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8;

(c)

iwettaq diskussjonijiet tekniċi f'konformità mal-Artikolu 97 ta' dan il-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness; u

(d)

iżomm lista ta' punti ta' kuntatt responsabbli għal kwistjonijiet li jinqalgħu taħt dan l-Anness.


(1)  ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6 tal-11 ta' Lulju 2017.


ANNESS 12

PRODOTTI MEDIĊINALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"awtorità" tfisser awtorità ta' Parti kif elenkata fl-Appendiċi 12-A;

(b)

"Prattika Tajba ta' Manifattura" jew "PTM" tfisser dik il-parti tal-assigurazzjoni tal-kwalità li tiżgura li l-prodotti jiġu prodotti u kkontrollati b'mod konsistenti f'konformità mal-istandards ta' kwalità xierqa għall-użu maħsub tagħhom u kif meħtieġ mill-awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jew mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott applikabbli, kif elenkati fl-Appendiċi 12-B;

(c)

"spezzjoni" tfisser evalwazzjoni ta' faċilità ta' manifattura biex jiġi ddeterminat jekk tali faċilità ta' manifattura tkunx qed topera f'konformità mal-Prattika Tajba ta' Manifattura u/jew impenji li saru bħala parti mill-approvazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott, li titwettaq f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Parti rilevanti, u tinkludi spezzjoni ta' qabel il-kummerċjalizzazzjoni u ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni;

(d)

"dokument uffiċjali tal-PTM" tfisser dokument maħruġ minn awtorità ta' Parti wara l-ispezzjoni ta' faċilità ta' manifattura, inkluż, pereżempju, rapporti ta' spezzjoni, ċertifikati li jaffermaw il-konformità ta' faċilità ta' manifattura mal-PTM, jew dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mal-PTM.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness japplikaw għall-prodotti mediċinali kif elenkati fl-Appendiċi 12-C.

Artikolu 3

Objettivi

Fir-rigward tal-prodotti koperti, l-għanijiet ta' dan l-Anness huma:

(a)

li jiffaċilita d-disponibbiltà tal-mediċini fit-territorju ta' kull Parti;

(b)

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet u għall-iskambju u l-aċċettazzjoni ta' dokumenti uffiċjali tal-PTM bejn il-Partijiet;

(c)

li jippromwovi s-saħħa pubblika billi jissalvagwardja s-sikurezza tal-pazjenti u s-saħħa u l-benessri tal-annimali, kif ukoll li jipproteġi livelli għoljin ta' protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent, fejn rilevanti, billi jippromwovi approċċi regolatorji f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 4

Standards internazzjonali

L-istandards rilevanti għall-prodotti koperti minn dan l-Anness għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika f'konformità mal-istandards, il-prattiki u l-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Kunsill Internazzjonali għall-Armonizzazzjoni tal-Ħtiġijiet Tekniċi għall-Farmaċewtiċi għall-Użu mill-Bniedem (ICH), u l-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Ħtiġijiet Tekniċi għar-Reġistrazzjoni ta' Prodotti Mediċinali Veterinarji (VICH).

Artikolu 5

Rikonoxximent ta' spezzjonijiet u aċċettazzjoni ta' dokumenti uffiċjali tal-PTM

1.   Parti għandha tirrikonoxxi l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Parti l-oħra u għandha taċċetta dokumenti uffiċjali tal-PTM maħruġa mill-Parti l-oħra f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-linji gwida tekniċi elenkati fl-Appendiċi 12-B.

2.   Awtorità ta' Parti tista' f'ċirkostanzi speċifiċi tagħżel li ma taċċettax dokument uffiċjali tal-PTM maħruġ minn awtorità tal-Parti l-oħra għall-faċilitajiet ta' manifattura li jinsabu fit-territorju tal-awtorità emittenti. Eżempji ta' ċirkostanzi bħal dawn jinkludu l-indikazzjoni ta' inkonsistenzi jew inadegwatezzi materjali f'rapport ta' spezzjoni, difetti fil-kwalità identifikati fis-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq jew evidenza speċifika oħra ta' tħassib serju fir-rigward tal-kwalità tal-prodott jew is-sikurezza tal-pazjenti. Kull Parti għandha tiżgura li meta awtorità ta' Parti tagħżel li ma taċċettax dokument uffiċjali tal-PTM maħruġ minn awtorità tal-Parti l-oħra, dik l-awtorità tinnotifika lill-awtorità rilevanti tal-Parti l-oħra bir-raġunijiet għaliex ma taċċettax id-dokument u tista' titlob kjarifika mingħand l-awtorità tal-Parti l-oħra. Il-parti rilevanti għandha tiżgura li l-awtorità tagħha tagħmel ħilitha biex twieġeb għat-talba għal kjarifika fil-ħin.

3.   Parti tista' taċċetta dokumenti uffiċjali tal-PTM maħruġa minn awtorità tal-Parti l-oħra għall-faċilitajiet ta' manifattura li jinsabu barra mit-territorju tal-awtorità emittenti.

4.   Kull Parti tista' tiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom hija taċċetta dokumenti uffiċjali tal-PTM maħruġa skont il-paragrafu 3.

Artikolu 6

Skambju ta' dokumenti uffiċjali tal-PTM

1.   Kull Parti għandha tiżgura li jekk awtorità ta' Parti titlob dokument uffiċjali tal-PTM mill-awtorità tal-Parti l-oħra, l-awtorità tal-Parti l-oħra għandha tagħmel ħilitha biex tittrażmetti d-dokument fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tat-talba.

2.   Kull Parti għandha tittratta l-informazzjoni f'dokument miksub skont il-paragrafu 1 bħala kunfidenzjali.

Artikolu 7

Salvagwardji

1.   Kull Parti għandha d-dritt li twettaq l-ispezzjoni tagħha stess tal-faċilitajiet ta' manifattura li ġew iċċertifikati bħala konformi mill-Parti l-oħra.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li, qabel ma twettaq spezzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità tal-Parti li jkollha l-ħsieb li twettaq l-ispezzjoni tinnotifika bil-miktub lill-awtorità rilevanti tal-Parti l-oħra dwar l-ispezzjoni, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-twettiq tal-ispezzjoni tagħha stess. L-awtorità tal-Parti li jkollha l-intenzjoni li twettaq l-ispezzjoni għandha tagħmel ħilitha biex tinnotifika lill-awtorità tal-Parti l-oħra bil-miktub mill-inqas 30 jum qabel spezzjoni proposta, iżda tista' tipprovdi avviż iqsar f'sitwazzjonijiet urġenti. L-awtorità tal-Parti l-oħra tista' tingħaqad mal-ispezzjoni.

Artikolu 8

Bidliet fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli

1.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra mill-inqas 60 jum qabel ma tadotta kwalunkwe miżura jew bidla ġdida relatata ma' Prattika Tajba ta' Manifattura li tikkonċerna kwalunkwe waħda mil-liġijiet, ir-regolamenti u l-linji gwida tekniċi rilevanti elenkati fl-Appendiċi 12-B.

2.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż bidliet fil-liġijiet, ir-regolamenti, il-linji gwida tekniċi jew il-proċeduri ta' spezzjoni rispettivi tagħhom relatati mal-Prattika Tajba ta' Manifattura sabiex kull Parti tkun tista' tikkunsidra jekk il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti uffiċjali tal-PTM skont l-Artikolu 5(1) għadhomx jeżistu.

3.   Jekk bħala riżultat ta' xi waħda mill-miżuri jew bidliet ġodda msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, Parti tqis li ma tistax tibqa' tirrikonoxxi l-ispezzjonijiet jew taċċetta dokumenti uffiċjali tal-PTM maħruġa mill-Parti l-oħra, hija għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 9 u l-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Mediċinali.

4.   Kwalunkwe notifika skont dan l-Artikolu għandha ssir permezz tal-punti ta' kuntatt maħtura fil-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Mediċinali.

Artikolu 9

Sospensjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2), kull Parti għandha d-dritt li tissospendi totalment jew parzjalment ir-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti uffiċjali tal-PTM tal-Parti l-oħra skont l-Artikolu 5(1) għall-prodotti kollha jew uħud minnhom elenkati fl-Appendiċi 12-C. Dak id-dritt għandu jiġi eżerċitat b'mod oġġettiv u raġunat. Il-parti li teżerċita tali dritt għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra u tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Parti għandha tkompli taċċetta dokumenti uffiċjali tal-PTM tal-Parti l-oħra maħruġa qabel tali sospensjoni, sakemm il-Parti ma tiddeċidix mod ieħor abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' saħħa jew sikurezza.

2.   Fejn, wara konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(3), Parti madankollu tissospendi r-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dokumenti uffiċjali tal-PTM skont l-Artikolu 5(1), hija tista' tagħmel dan f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mhux aktar kmieni minn 60 jum wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet. Matul dak il-perjodu ta' 60 jum, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu jirrikonoxxu l-ispezzjonijiet u jaċċettaw dokumenti uffiċjali tal-PTM maħruġa minn awtorità tal-Parti l-oħra.

3.   Fejn ir-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti uffiċjali tal-PTM skont l-Artikolu 5(1) jiġi sospiż, fuq talba ta' Parti, il-Partijiet għandhom jiddiskutu l-kwistjoni fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Mediċinali u għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkunsidraw miżuri possibbli li jippermettu li jerġa' jkun hemm ir-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti uffiċjali tal-PTM.

Artikolu 10

Kooperazzjoni regolatorja

1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkonsultaw lil xulxin, kif permess mil-liġi rispettiva tagħhom, dwar proposti biex jiġu introdotti bidliet sinifikanti fir-regolamenti tekniċi jew fil-proċeduri ta' spezzjoni, inkluż dawk li jaffettwaw kif dokumenti mill-Parti l-oħra huma rikonoxxuti f'konformità mal-Artikolu 5 u, fejn xieraq, biex jipprovdu l-opportunità ta' kummenti fuq tali proposti, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw bil-għan li jsaħħu, jiżviluppaw u jippromwovu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' linji gwida xjentifiċi jew tekniċi maqbula internazzjonalment inkluż, fejn fattibbli, permezz tal-preżentazzjoni ta' inizjattivi, proposti u approċċi konġunti fl-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 11

Emendi għall-appendiċi

Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jkollu s-setgħa li jemenda l-Appendiċi 12-A sabiex jaġġorna l-lista tal-awtoritajiet, l-Appendiċi 12-B sabiex jaġġorna l-lista tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-linji gwida tekniċi applikabbli, u l-Appendiċi 12-C sabiex jaġġorna l-lista ta' prodotti koperti.

Artikolu 12

Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Mediċinali

1.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Mediċinali għandu jassisti lill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ fil-monitoraġġ u r-rieżami tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness u fl-iżgurar tal-funzjonament xieraq tiegħu.

2.   Il-funzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Mediċinali għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni li tinqala' skont dan l-Anness fuq talba ta' Parti;

(b)

jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 10;

(c)

jiffunzjona bħala forum għal konsultazzjonijiet u diskussjonijiet għall-finijiet tal-Artikoli 8(3) u 9(3);

(d)

iwettaq diskussjonijiet tekniċi f'konformità mal-Artikolu 97 ta' dan il-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness; u

(e)

iżomm lista ta' punti ta' kuntatt responsabbli għal kwistjonijiet li jinqalgħu taħt dan l-Anness.

Artikolu 13

Nuqqas ta' applikazzjoni tas-soluzzjoni tat-tilwim

It-Titolu I tas-Sitt Parti ta' dan il-Ftehim ma japplikax fir-rigward ta' tilwim rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan l-Anness.

Appendiċi 12-A

L-AWTORITAJIET TAL-PARTIJIET

(1)

L-Unjoni Ewropea:

Pajjiż

Għal prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Għal prodotti mediċinali għall-użu veterinarju

Il-Belġju

Aġenzija Federali għall-mediċini u l-prodotti tas-saħħa/

Federaal Agentschap voor geneesmiddelen en gezondheidsproducten/ Agence fédérale des médicaments et produits de santé

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Bulgarija

L-Aġenzija Bulgara għall-Mediċini/

ИЗПЪЛНИТЕЛНА АГЕНЦИЯ ПО ЛЕКАРСТВАТА

L-Aġenzija Bulgara għas-Sikurezza Alimentari/

Българска агенция по безопасност на храните

Iċ-Ċekja

L-Istitut tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċina/

Státní ústav pro kontrolu léčiv (SÚKL)

L-Istitut għall-Kontroll mill-Istat ta' Bijoloġiċi u Medikamenti Veterinarji/

Ústav pro státní kontrolu veterinárních biopreparátů a léčiv (ÚSKVBL)

Id-Danimarka

L-Aġenzija Daniża għall-Mediċini/

Laegemiddelstyrelsen

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Ġermanja

L-Istitut Federali għall-Mediċina u l-Apparat Mediku/

Bundesinstitut für Arzneimittel und Medizinprodukte (BfArM)

Paul-Ehrlich-Institute (PEI), Istitut Federali għat-Tilqim u l-Bijomediċini/Paul-Ehrlich-Institut (PEI) Bundesinstitut für Impfstoffe und Biomedizinische Arzneimittel

Il-Ministeru Federali tas-Saħħa/Bundesministerium für Gesundheit (BMG)/Zentralstelle der Länder für Gesundheitsschutz bei Arzneimitteln und Medizinprodukten (ZLG) (1)

L-Uffiċċju Federali għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u s-Sikurezza Alimentari/

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL)

Il-Ministeru Federali tal-Ikel u l-Agrikoltura, Bundesministerium für Ernährung und Landwirtschaft

Paul-Ehrlich-Institute (PEI), Istitut Federali għat-Tilqim u l-Bijomediċini/Paul-Ehrlich-Institut (PEI) Bundesinstitut für Impfstoffe und Biomedizinische Arzneimittel

L-Estonja

L-Aġenzija tal-Istat tal-Mediċini/

Ravimiamet

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

L-Irlanda

L-awtorità Regolatorja tal-Prodotti tas-Saħħa (HPRA, Health Products Regulatory Authority)

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Greċja

Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Mediċini/

Ethnikos Organismos Farmakon (EOF) - (ΕΘΝIΚΟΣ ΟΡΓΑΝIΣΜΟΣ ΦΑΡΜΑΚΩΝ)

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Spanja

L-Aġenzija Spanjola tal-Mediċini u l-Apparat Mediku/

Agencia Española de Medicamentos y Productos Sanitarios (2)

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Franza

L-Aġenzija Nazzjonali Franċiża għas-Sigurtà tal-Mediċini u l-Prodotti tas-Saħħa Agence nationale de sécurité du médicament et des produits de santé (ANSM)

L-Aġenzija Franċiża għas-sigurtà alimentari, ambjentali u tas-saħħa okkupazzjonali - Aġenzija Nazzjonali għal Produtturi Mediċinali Veterinarji/

Agence Nationale de Sécurité Sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail Nationale du Médicament Vétérinaire (Anses-ANMV)

Il-Kroazja

L-Aġenzija għall-Prodotti Mediċinali u l-Apparat Mediku/

Agencija za lijekove i medicinske proizvode (HALMED)

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, id-Direttorat għas-Sikurezza Veterinarja u Alimentari/

Ministarstvo Poljoprivrede, Uprava za veterinarstvo i sigurnost hrane

L-Italja

L-Aġenzija Taljana għall-Mediċini /Agenzia Italiana del Farmaco

Direttorat Ġenerali għas-Saħħa tal-Annimali u l-Prodotti Mediċinali Veterinarji/

Ministero della Salute, Direzione Generale della Sanità Animale e dei Farmaci Veterinari

Ċipru

Il-Ministeru tas-Saħħa - Servizzi Farmaċewtiċi/

Φαρμακευτικές Υπηρεσίες, Υπουργείο Υγείας

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent-

Servizzi veterinarji/

Κτηνιατρικές Υπηρεσίες- Υπουργείο Γεωργίας, Αγροτικής Ανάπτυξης και Περιβάλλοντος

Il-Latvja

L-Aġenzija tal-Istat tal-Mediċini/

Zāļu valsts aģentūra

Dipartiment ta' Valutazzjoni u Reġistrazzjoni tas-Servizz Alimentari u Veterinarju/Pārtikas un veterinārā dienesta Novērtēšanas un reģistrācijas departaments

Il-Litwanja

L-Aġenzija tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċini/

Valstybinė vaistų kontrolės tarnyba

Servizz tal-Ikel u Veterinarju tal-Istat/

Valstybinė maisto ir veterinarijos tarnyba

Il-Lussemburgu

Minìstere de la Santé, Division de la Pharmacie et des Médicaments

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

L-Ungerija

Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet/Istitut Nazzjonali tal-Farmaċija u n-Nutrizzjoni

L-Uffiċċju Nazzjonali għas-Sikurezza tal-Katina Alimentari, id-Direttorat ta' prodotti mediċinali veterinarji/Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal,

Állatgyógyászati Termékek Igazgatósága (ÁTI)

Malta

L-Awtorità Regolatorja tal-Mediċini

It-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji tal-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali (NVL)

fid-Dipartiment tas-Saħħa u l-Benessri tal-Annimali (AHWD )

In-Netherlands

Health and Youth Inspectorate/Inspectie Gezondheidszorg en Youth (IGJ)

Il-Bord ta' Evalwazzjoni tal-Mediċini/

Bureau Diergeneesmiddelen, College ter Beoordeling van Geneesmiddelen (CBG)

L-Awstrija

L-Aġenzija Awstrijaka tas-saħħa u sikurezza tal-ikel/

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Polonja

L-Ispettorat Ewlieni tal-Farmaċewtiċi/

Główny Inspektorat Farmaceutyczny (GIF)

Ara l-awtorità tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Portugall

L-Awtorità Nazzjonali tal-Mediċini u l-Prodotti tas-Saħħa/

INFARMED, I.P

Autoridade Nacional do Medicamento e Produtos de Saúde, I.P

Id-Direttorat Ġenerali tal-Ikel u Veterinarju/DGAV - Direção Geral de Alimentação e Veterinária (PT)

Ir-Rumanija

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Mediċini u l-Apparat Mediku/

Agenţia Naţională a Medicamentului şi a Dispozitivelor Medicale

Awtorità Nazzjonali Sanitarja Veterinarja u tas-Sigurtà tal-Ikel/Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor

Is-Slovenja

L-Aġenzija għall-Prodotti Mediċinali u l-Apparat Mediku tar-Repubblika tas-Slovenja/

Javna agencija Republike Slovenije za zdravila in medicinske pripomočke (JAZMP)

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Is-Slovakkja

L-Istitut tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċina/

Štátny ústav pre kontrolu liečiv (ŠÚKL)

Istitut għall-Kontroll tal-Istat ta' Prodotti Bijoloġiċi Veterinarji u l-Medikamenti/

Ústav štátnej kontroly veterinárnych biopreparátov a liečiv (UŠKVBL)

Il-Finlandja

L-Aġenzija Finlandiża għall-Mediċini/

Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus (FIMEA)

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

L-Iżvezja

L-Aġenzija tal-Prodotti Mediċi/Läkemedelsverket

Ara l-awtorità għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

(2)

Ir-Renju Unit

L-Aġenzija Regolatorja dwar il-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa

Id-Direttorat għall-Mediċini Veterinarji

Appendiċi 12-B

LISTA TA' LIĠIJIET U REGOLAMENTI U LINJI GWIDA TEKNIĊI APPLIKABBLI RELATATI MAL-PRASSI TAJBA TA' MANIFATTURA

(1)

Għall-Unjoni Ewropea:

 

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (3);

 

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (4);

 

Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika korretta ta' klinika fit-twettiq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (5);

 

Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (6);

 

Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (7);

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (8);

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/94/KE tat-8 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji ta' gwida tal-prattika ta' fabbrikazzjoni tajba fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u prodotti mediċinali fil-fażi ta' sperimentazzjoni għall-użu mill-bniedem (9);

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/412/KEE tat-23 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji ta' gwida dwar il-prattika ta' manifattura tajba tal-prodotti mediċinali veterinarji (10);

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/1572 tal-15 ta' Settembru 2017 li tissupplimenta lid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-prinċipji u l-linji gwida dwar il-prassi tajba tal-manifattura tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (11);

 

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1252/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' prinċipji u linji gwida ta' prassi tajba ta' manifattura għas-sustanzi attivi għal prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (12);

 

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1569 tat-23 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-prinċipji u l-linji gwida dwar il-prassi tajba tal-manifattura tal-prodotti mediċinali fil-fażi ta' investigazzjoni għall-użu mill-bniedem u l-arranġamenti għall-ispezzjonijiet (13);

 

Il-verżjoni attwali tal-Gwida għal prassi tajba ta' manifattura fil-volum IV tar-Regoli li jirregolaw il-prodotti mediċinali fl-Unjoni Ewropea u l-kumpilazzjoni ta' proċeduri tal-komunità dwar spezzjonijiet u skambju ta' informazzjoni.

(2)

Għar-Renju Unit:

The Human Medicines Regulations 2012 (SI 2012/1916) (Ir-Regolamenti dwar il-Mediċini għall-Użu mill-Bniedem, SI 2012/1916)

The Medicines for Human Use (Clinical Trials) Regulations 2004 (SI 2004/1031) (Ir-Regolamenti tal-2004 dwar il-Mediċini għall-Użu mill-Bniedem (il-Provi Kliniċi) (SI 2004/1031)

The Veterinary Medicines Regulations 2013 (SI 2013/2033) (Ir-Regolamenti tal-2013 dwar il-Mediċini Veterinarji (SI 2013/2033))

Ir-Regolamenti dwar il-prassi tajba ta' manifattura magħmula skont ir-regolament B17, u linji gwida dwar prassi tajba ta' manifattura ppubblikati skont ir-regolament C17, tar-Regolamenti tal-2012 dwar il-Mediċini għall-Użu mill-Bniedem

Il-prinċipji u l-linji gwida dwar il-prassi tajba tal-manifattura applikabbli għall-finijiet tal-Iskeda 2 tar-Regolamenti tal-2013 dwar il-Mediċini Veterinarji

Appendiċi 12-C

PRODOTTI KOPERTI

Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew għall-użu veterinarju:

prodotti mediċinali mqiegħda fis-suq għall-użu mill-bniedem jew veterinarju, inkluż prodotti bijoloġiċi u immunoloġiċi kkummerċjalizzati għall-użu mill-bniedem u veterinarju,

prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata,

ingredjenti farmaċewtiċi attivi għall-użu mill-bniedem jew veterinarju,

prodott mediċinali fil-fażi ta' investigazzjoni.


(1)  Għall-finijiet ta' dan l-Anness, u mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna tal-kompetenza fil-Ġermanja dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-iskop ta' dan l-Anness, ZLG għandha tinftiehem bħala li tkopri l-awtoritajiet kompetenti kollha ta' Länder li joħorġu dokumenti PTM u jwettqu spezzjonijiet farmaċewtiċi.

(2)  Għall-fini ta' dan l-Anness, u mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna tal-kompetenza fi Spanja dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness, l-Agencia Española de Medicamentos y Productos Sanitarios għandha tinftiehem li tkopri l-awtoritajiet reġjonali kompetenti kollha li joħorġu dokumenti GMP uffiċjali u jwettqu spezzjonijiet farmaċewtiċi.

(3)  ĠU UE L 311, 28.11.2001, p. 67.

(4)  ĠU UE L 311, 28.11.2001, p. 1.

(5)  ĠU UE L 121, 1.5.2001, p. 34.

(6)  ĠU UE L 158, 27.5.2014, p. 1.

(7)  ĠU UE L 136, 30.4.2004, p. 1.

(8)  ĠU UE L 324, 10.12.2007, p. 121.

(9)  ĠU UE L 262, 14.10.2003, p. 22.

(10)  ĠU UE L 228, 17.8.1991, p. 70.

(11)  ĠU UE L 238, 16.9.2017, p. 44.

(12)  ĠU UE L 337, 25.11.2014, p. 1.

(13)  ĠU UE L 238, 16.9.2017, p. 12.


ANNESS 13

SUSTANZI KIMIĊI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"l-awtoritajiet responsabbli" tfisser:

(i)

għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea;

(ii)

għar-Renju Unit: il-gvern tar-Renju Unit;

(b)

"GHS tan-NU" tfisser Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta' Sustanzi Kimiċi tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan l-Anness japplika għall-kummerċ, għar-regolamentazzjoni, għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni ta' sustanzi kimiċi bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fir-rigward tar-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni, ir-restrizzjoni, l-approvazzjoni, il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tagħhom.

Artikolu 3

Objettivi

1.   L-objettivi ta' dan l-Anness huma li:

(a)

jiġi ffaċilitat il-kummerċ ta' kimiċi u ta' prodotti relatati bejn il-Partijiet;

(b)

jiġu żgurati livelli għoljin ta' protezzjoni għall-ambjent, u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali; u

(c)

sseħħ kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet responsabbli tar-Renju Unit.

2.   Il-partijiet jirrikonoxxu li l-impenji li saru skont dan l-Anness ma jipprevjenux lil xi waħda mill-Partijiet milli tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha stess dwar ir-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi, inkluż l-istabbiliment tal-livelli ta' protezzjoni tagħha stess fir-rigward tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.

Artikolu 4

L-Organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali rilevanti

Il-partijiet jirrikonoxxu li l-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali, b'mod partikolari l-OECD u s-Sottokumitat ta' Esperti dwar is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta' Sustanzi Kimiċi (SCEGHS) tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (ECOSOC), huma rilevanti għall-iżvilupp ta' linji gwida xjentifiċi u tekniċi fir-rigward tas-sustanzi kimiċi.

Artikolu 5

Il-parteċipazzjoni f'organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali rilevanti u l-iżviluppi regolatorji

1.   Il-partijiet għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp ta' linji gwida xjentifiċi jew tekniċi msemmija fl-Artikolu 4 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-perikli u r-riskji tas-sustanzi kimiċi u l-formati għad-dokumentazzjoni tar-riżultati ta' tali valutazzjonijiet.

2.   Kull Parti għandha timplimenta kwalunkwe linja gwida maħruġa mill-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali msemmija fl-Artikolu 4, dment li dawn il-linji gwida ma jkunux ineffettivi jew mhux xierqa għall-kisba tal-objettivi leġittimi ta' dik il-Parti.

Artikolu 6

Klassifikazzjoni u tikkettar ta' sustanzi kimiċi

1.   Kull Parti għandha timplimenta l-GHS tan-NU b'mod komprensiv daqs kemm tqis li huwa fattibbli fi ħdan is-sistema rispettiva tagħha, inkluż għal sustanzi kimiċi li mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness, ħlief fejn ikun hemm raġunijiet speċifiċi biex tiġi applikata sistema ta' tikkettar differenti għal prodotti kimiċi partikolari fl-istat lest tagħhom maħsuba għall-utent aħħari. Kull Parti għandha taġġorna perjodikament l-implimentazzjoni tagħha abbażi tar-reviżjonijiet tal-GHS tan-NU li jinħarġu regolarment.

2.   Meta l-awtorità responsabbli ta' Parti jkollha l-intenzjoni li tikklassifika sustanzi individwali f'konformità mar-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħha, għandha tagħti lill-awtorità responsabbli tal-Parti l-oħra l-possibbiltà li tesprimi l-fehmiet tagħha skont dawk ir-regoli u l-proċeduri rispettivi fl-iskedi ta' żmien applikabbli.

3.   Kull Parti għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni dwar il-proċeduri tagħha relatati mal-klassifikazzjoni tas-sustanzi f'konformità mar-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħha. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex twieġeb għall-kummenti li tirċievi mill-Parti l-oħra skont il-paragrafu 2.

4.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jobbliga lil xi waħda mill-Partijiet li tikseb xi eżitu partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-GHS tan-NU fit-territorju tagħha jew fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' sustanza partikolari, jew li tavvanza, tissospendi jew iddewwem il-proċeduri u l-proċessi deċiżjonali rispettivi tagħha.

Artikolu 7

Kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-kooperazzjoni volontarja dwar ir-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi tista' tiffaċilita l-kummerċ b'modi li minnhom jibbenefikaw il-konsumaturi, in-negozji u l-ambjent u li din tikkontribwixxi għat-titjib tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.

2.   Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni mhux kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet responsabbli tagħhom, inkluż permezz ta' kooperazzjoni dwar il-formati elettroniċi u l-għodod użati għall-ħżin tad-data.

3.   Il-partijiet għandhom jikkooperaw fejn xieraq bil-ħsieb li jsaħħu, jiżviluppaw u jippromwovu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' linji gwida xjentifiċi jew tekniċi maqbula internazzjonalment, inkluż, fejn fattibbli, permezz tal-preżentazzjoni ta' inizjattivi, proposti u approċċi konġunti fl-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 4.

4.   Il-partijiet għandhom jikkooperaw, jekk ikun ta' benefiċċju għaż-żewġ Partijiet fir-rigward tat-tixrid tad-data relatata mas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi, u għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bil-għan li jiġi żgurat aċċess faċli għal din l-informazzjoni u li tkun komprensibbli għal gruppi fil-mira differenti. Fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi l-informazzjoni mhux kunfidenzjali disponibbli dwar is-sikurezza tas-sustanzi kimiċi lill-Parti rikjedenti.

5.   Jekk Parti titlob dan u l-Parti l-oħra taqbel li tagħmel dan, il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet dwar l-informazzjoni u d-data xjentifika fil-kuntest ta' kwistjonijiet ġodda u emerġenti relatati mal-perikli jew ir-riskji kkawżati minn sustanzi kimiċi għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, bil-ħsieb li tinħoloq ġabra komuni ta' għarfien u, jekk fattibbli u sa fejn ikun possibbli, li jiġi promoss fehim komuni tax-xjenza relatata ma' kwistjonijiet bħal dawn.

Artikolu 8

Skambju tal-informazzjoni

Il-partijiet għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan l-Anness fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ.


ANNESS 14

PRODOTTI ORGANIĊI

Artikolu 1

Objettiv u kamp ta' applikazzjoni

1.   L-objettiv ta' dan l-Anness huwa li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri għat-trawwim tal-kummerċ fi prodotti organiċi f'konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ta' reċiproċità, permezz tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza mill-Partijiet tal-liġijiet rispettivi tagħhom.

2.   Dan l-Anness japplika għall-prodotti organiċi elenkati fl-Appendiċi 14-A u 14-B li jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D. Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jkollu s-setgħa li jemenda l-Appendiċi 14-A, 14-B, 14-C u 14-D.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"awtorità kompetenti" tfisser aġenzija uffiċjali li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D u li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Anness;

(b)

"awtorità ta' kontroll" tfisser awtorità li lilha l-awtorità kompetenti tkun ikkonferiet, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, il-kompetenza tagħha għall-ispezzjonijiet jew iċ-ċertifikazzjoni fil-qasam tal-produzzjoni organika f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D;

(c)

"korp ta' kontroll" tfisser entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti biex twettaq spezzjonijiet u ċertifikazzjonijiet fil-qasam tal-produzzjoni organika f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D; u

(d)

"ekwivalenza" tfisser il-kapaċità ta' liġijiet, regolamenti u rekwiżiti differenti, kif ukoll ta' sistemi ta' spezzjoni u ta' ċertifikazzjoni differenti, li jilħqu l-istess għanijiet.

Artikolu 3

Ir-Rikonoxximent tal-ekwivalenza

1.   Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Appendiċi 14-A, l-Unjoni għandha tirrikonoxxi l-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit elenkati fl-Appendiċi 14-C bħala ekwivalenti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni elenkati fl-Appendiċi 14-D.

2.   Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Appendiċi 14-B, ir-Renju Unit għandu jirrikonoxxi l-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni elenkati fl-Appendiċi 14-D bħala ekwivalenti għal-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit elenkati fl-Appendiċi 14-C.

3.   Fid-dawl tad-data tal-applikazzjoni tal-1 ta' Jannar 2022 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi vvalutat mill-ġdid minn kull Parti sal-31 ta' Diċembru 2023. Jekk, bħala riżultat ta' dik il-valutazzjoni mill-ġdid, l-ekwivalenza ma tiġix ikkonfermata minn Parti, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza għandu jiġi sospiż.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, fil-każ ta' modifika, revoka jew sostituzzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D, ir-regoli l-ġodda għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għar-regoli tal-Parti l-oħra sakemm il-Parti l-oħra ma toġġezzjonax f'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafi 5 u 6.

5.   Jekk, wara li tirċievi aktar informazzjoni li tkun intalbet mill-Parti l-oħra, Parti tqis li l-liġijiet, ir-regolamenti jew il-proċeduri jew il-prattiki amministrattivi tal-Parti l-oħra ma jkunux għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ekwivalenza, dik il-Parti għandha toħroġ talba motivata lill-Parti l-oħra biex temenda il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-proċeduri jew il-prattiki amministrattivi, u għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra b'perjodu adegwat, li ma għandux ikun inqas minn tliet xhur, biex tiġi żgurata l-ekwivalenza.

6.   Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu fil-paragrafu 5, il-Parti kkonċernata xorta tqis li r-rekwiżiti għall-ekwivalenza ma ġewx issodisfati, hija tista' tieħu d-deċiżjoni li tissospendi unilateralment ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D, fir-rigward tal-prodotti organiċi rilevanti elenkati fl-Appendiċi 14-A jew 14-B.

7.   Tista' tittieħed ukoll id-deċiżjoni li jiġi sospiż unilateralment ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D, fir-rigward tal-prodotti rilevanti organiċi elenkati fl-Appendiċi 14-A jew 14-B, wara l-iskadenza ta' perjodu ta' avviż ta' tliet xhur, meta Parti ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6 jew ma taqbilx dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari taħt l-Artikolu 7.

8.   Meta r-rikonoxximent tal-ekwivalenza jiġi sospiż f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-Partijiet, fuq talba ta’ Parti, għandhom jiddiskutu l-kwistjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Organiċi u għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkunsidraw il-miżuri possibbli li jippermettu li jerġa' jkun hemm ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza.

9.   Fir-rigward ta' prodotti li mhumiex elenkati fl-Appendiċi 14-A jew 14-B , l-ekwivalenza għandha tiġi diskussa mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Organiċi fuq talba ta' Parti.

Artikolu 4

L-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq

1.   L-Unjoni għandha taċċetta l-importazzjoni fit-territorju tagħha tal-prodotti elenkati fl-Appendiċi 14-A, u t-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti bħala prodotti organiċi, dment li dawk il-prodotti jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit elenkati fl-Appendiċi 14-C u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' spezzjoni maħruġ minn korp ta' kontroll rikonoxxut mir-Renju Unit u indikat lill-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3.

2.   Ir-Renju Unit għandu jaċċetta l-importazzjoni fit-territorju tiegħu tal-prodotti elenkati fl-Appendiċi 14-B, u t-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti bħala prodotti organiċi, dment li dawk il-prodotti jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni elenkati fl-Appendiċi 14-D u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' spezzjoni maħruġ minn korp ta' kontroll rikonoxxut mill-Unjoni u indikat lir-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 3.

3.   Kull Parti tirrikonoxxi lill-awtoritajiet ta' kontroll jew lill-korpi ta' kontroll indikati mill-Parti l-oħra bħala responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli rilevanti fir-rigward ta' prodotti organiċi koperti mir-rikonoxximent ta' ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 3 u għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' spezzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu bil-għan li jiġu importati u mqiegħda fis-suq fit-territorju tal-Parti l-oħra.

4.   Il-Parti importatriċi, f'kooperazzjoni mal-Parti l-oħra, għandha tassenja kodiċijiet numeriċi lil kull awtorità ta' kontroll u korp ta' kontroll rilevanti indikati mill-Parti l-oħra.

Artikolu 5

It-tikkettar

1.   Prodotti importati fit-territorju ta' Parti f'konformità ma' dan l-Anness għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għat-tikkettar stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti importatriċi elenkati fl-Appendiċi 14-C u 14-D. Dawk il-prodotti jista' jkollhom il-logo organiku tal-Unjoni, kwalunkwe logo organiku tar-Renju Unit jew iż-żewġ logos, kif stabbilit fil-liġijiet u r-regolamenti rilevanti, dment li dawk il-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar għal-logo rispettiv jew għaż-żewġ logos.

2.   Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jevitaw kwalunkwe użu ħażin tat-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika fir-rigward ta' prodotti organiċi li huma koperti mir-rikonoxximent tal-ekwivalenza skont dan l-Anness.

3.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jipproteġu l-logo organiku tal-Unjoni u kwalunkwe logo organiku tar-Renju Unit stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti rilevanti kontra kwalunkwe użu ħażin jew imitazzjoni. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-logo organiku tal-Unjoni u kwalunkwe logo organiku tar-Renju Unit jintużaw biss għat-tikkettar, għar-reklamar jew għad-dokumenti kummerċjali tal-prodotti organiċi li jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C u 14-D.

Artikolu 6

Skambju ta' informazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom iwettqu l-iskambji tal-informazzjoni rilevanti kollha li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan l-Anness. B'mod partikolari, sal-31 ta' Marzu tat-tieni sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u sal-31 ta' Marzu ta' kull sena sussegwenti, kull Parti għandha tibgħat lill-oħra:

(a)

rapport li jkun fih informazzjoni fir-rigward tat-tipi u l-kwantitajiet ta' prodotti organiċi esportati skont dan l-Anness, li jkopri l-perjodu minn Jannar sa Diċembru tas-sena ta' qabel;

(b)

rapport dwar l-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħha, ir-riżultati miksuba u l-miżuri korrettivi meħuda, li jkopri l-perjodu minn Jannar sa Diċembru tas-sena ta' qabel; u

(c)

id-dettalji tal-irregolaritajiet osservati u l-ksur tal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew 14-D, kif rilevanti.

2.   Kull parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed rigward:

(a)

kwalunkwe aġġornament tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll tagħhom, inkluż id-dettalji rilevanti tal-kuntatt (b'mod partikolari l-indirizz u l-indirizz tal-Internet);

(b)

kwalunkwe bidla jew revoka li tkun beħsiebha twettaq fir-rigward ta' liġijiet jew regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew l-Appendiċi 14-D, kwalunkwe proposta għal liġijiet jew regolamenti ġodda jew kwalunkwe bidla rilevanti fi proċeduri u prattiki amministrattivi relatati ma' prodotti organiċi koperti minn dan l-Anness; u

(c)

kwalunkwe bidla jew revoka li adottat fir-rigward ta' liġijiet jew regolamenti elenkati fl-Appendiċi 14-C jew l-Appendiċi 14-D, kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida jew bidla rilevanti fi proċeduri u prattiki amministrattivi relatati ma' prodotti organiċi koperti minn dan l-Anness.

Artikolu 7

Evalwazzjonijiet bejn il-pari

1.   Wara avviż bil-quddiem ta' mill-inqas sitt xhur, kull Parti għandha tippermetti li l-uffiċjali jew l-esperti nominati mill-Parti l-oħra jwettqu evalwazzjonijiet bejn il-pari fit-territorju tagħhom biex jiġi vverifikat li l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll rilevanti jkunu qed iwettqu l-kontrolli meħtieġa biex jiġi implimentat dan l-Anness.

2.   Kull Parti għandha tikkoopera ma', u tassisti lil, il-Parti l-oħra, sa fejn huwa permess skont il-liġi applikabbli, fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fil-paragrafu 1, li jistgħu jinkludu żjarat f'uffiċċji tal-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll rilevanti, ta' faċilitajiet tal-ipproċessar u ta' operaturi ċertifikati.

Artikolu 8

Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Organiċi

1.   Il-grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Organiċi għandu jassisti lill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ fil-monitoraġġ u r-rieżami tal-implimentazzjoni ta' dan l-Anness u fl-iżgurar tal-funzjonament xieraq tiegħu.

2.   Il-funzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Prodotti Organiċi għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni li tinqala' fl-ambitu ta' dan l-Anness fuq talba ta' Parti, inkluż kwalunkwe ħtieġa possibbli għal emendi f'dan l-Anness jew għal kwalunkwe Appendiċi tiegħu;

(b)

jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fir-rigward ta' liġijiet, regolamenti, standards u proċeduri li jikkonċernaw il-prodotti organiċi koperti minn dan l-Anness, inkluż diskussjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni teknika jew regolatorja relatata mar-regoli u s-sistemi ta' kontroll; u

(c)

iwettaq diskussjonijiet tekniċi f'konformità mal-Artikolu 97 ta' dan il-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness.

Appendiċi 14-A

PRODOTTI ORGANIĊI MIR-RENJU UNIT LI GĦALIHOM L-UNJONI TIRRIKONOXXI L-EKWIVALENZA

Deskrizzjoni

Kummenti

Prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati

 

Annimali ħajjin jew prodotti tal-annimali mhux ipproċessati

Inkluż l-Għasel

Prodotti tal-akkwakultura u l-alka tal-baħar

 

Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel

 

Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala għalf

 

Żrieragħ u materjal tal-propagazzjoni

 

Il-prodotti organiċi elenkati f'dan l-Appendiċi għandhom ikunu prodotti agrikoli jew tal-akkwakultura mhux ipproċessati li ġew prodotti fir-Renju Unit jew prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf li ġew ipproċessati fir-Renju Unit b'ingredjenti li tkabbru fir-Renju Unit jew li ġew importati fir-Renju Unit f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit.

Appendiċi 14-B

PRODOTTI ORGANIĊI MILL-UNJONI LI GĦALIHOM IR-RENJU UNIT JIRRIKONOXXI L-EKWIVALENZA

Deskrizzjoni

Kummenti

Prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati

 

Annimali ħajjin jew prodotti tal-annimali mhux ipproċessati

Inkluż l-Għasel

Prodotti tal-akkwakultura u l-alka tal-baħar

 

Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel

 

Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala għalf

 

Żrieragħ u materjal tal-propagazzjoni

 

Il-prodotti organiċi elenkati f'dan l-Appendiċi għandhom ikunu prodotti agrikoli jew tal-akkwakultura mhux ipproċessati li ġew prodotti fl-Unjoni jew prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf li ġew ipproċessati fl-Unjoni b'ingredjenti li tkabbru fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit.

Appendiċi 14-C

LIĠIJIET U REGOLAMENTI DWAR IL-PRODOTTI ORGANIĊI APPLIKABBLI FIR-RENJU UNIT (1)

Il-liġijiet u r-regolamenti li ġejjin huma applikabbli fir-Renju Unit:

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 miżmum

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 miżmum

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 miżmum

4.

Ir-Regolamenti tal-2009 dwar il-Prodotti Organiċi (SI 2009/842)

Appendiċi 14-D

LIĠIJIET U REGOLAMENTI DWAR IL-PRODOTTI ORGANIĊI APPLIKABBLI FL-UNJONI

Il-liġijiet u r-regolamenti li ġejjin huma applikabbli fl-Unjoni:

1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (2)

2.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (3)

3.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (4)


(1)  Ir-referenzi f'din il-lista għad-dritt miżmum tal-Unjoni huma meqjusa bħala referenzi għal tali leġiżlazzjoni, kif emendata mir-Renju Unit biex tapplika għar-Renju Unit.

(2)  ĠU UE L 189, 20.7.2007, p. 1.

(3)  ĠU UE L 250, 18.9.2008, p. 1.

(4)  ĠU UE L 334, 12.12.2008, p. 25.


ANNESS 15

IL-KUMMERĊ TAL-INBID

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Dan l-Anness japplika għall-inbid li jaqa' taħt l-intestatura 22.04 tas-Sistema Armonizzata.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Anness, "inbid prodott fi" tfisser għeneb frisk, most u most f'fermentazzjoni li tbiddlu f'inbid jew ġew miżjuda mal-inbid fit-territorju tal-Parti esportatriċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet tal-prodotti, prattiki u proċessi enoloġiċi

1.   Il-prattiki enoloġiċi għall-inbid rakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid ("OIV") għandhom jitqiesu bħala l-istandards internazzjonali rilevanti għall-finijiet ta' dan l-Anness.

2.   Kull Parti għandha tawtorizza l-importazzjoni u l-bejgħ għall-konsum ta' nbid prodott fil-Parti l-oħra, jekk dak l-inbid ikun ġie magħmul f'konformità ma':

(a)

id-definizzjonijiet tal-prodotti awtorizzati f'kull Parti skont il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Appendiċi 15-A;

(b)

il-prattiki enoloġiċi stabbiliti f'kull Parti skont il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Appendiċi 15-A li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tal-OIV; u

(c)

il-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet stabbiliti f'kull Parti li mhumiex f'konformità mal-istandards rilevanti tal-OIV, elenkati fl-Appendiċi 15-B.

3.   Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jkollu s-setgħa jemenda l-Appendiċi msemmijin fil-paragrafu 2.

Artikolu 3

Ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fit-territorji rispettivi tal-Partijiet

1.   Għall-inbid prodott f'Parti u mqiegħed fis-suq tal-Parti l-oħra, id-dokumentazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa minn kwalunkwe Parti għandhom ikunu limitati għal ċertifikat, kif stabbilit fl-Appendiċi 15-C, awtentikat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti esportatriċi.

2.   Iċ-ċertifikat meħtieġ skont il-paragrafu 1 jista' jieħu l-forma ta' dokument elettroniku. L-aċċess għad-dokument elettroniku jew għad-data meħtieġa għall-istabbiliment tiegħu għandu jingħata minn kull Parti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra fejn il-merkanzija għandha tiġi rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. Jekk l-aċċess għas-sistemi elettroniċi rilevanti ma jkunx disponibbli, id-data meħtieġa tista' tintalab ukoll fil-forma ta' dokument stampat.

3.   Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jkollu s-setgħa li jemenda l-Appendiċi 15-C.

4.   Il-metodi ta' analiżi rikonoxxuti bħala metodi ta' referenza mill-OIV u ppubblikati mill-OIV għandhom ikunu l-metodi ta' referenza biex tiġi stabbilita l-kompożizzjoni analitika tal-inbid fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kontroll.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar l-ikel u l-kodiċijiet tal-lott

1.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu, it-tikkettar tal-inbid importat u kkummerċjalizzat skont dan il-Ftehim għandu jitwettaq f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw fit-territorju tal-Parti importatriċi.

2.   Parti ma għandhiex tirrikjedi li xi waħda mid-dati li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom jidhru fuq il-kontenitur, it-tikketta, jew l-imballaġġ tal-inbid:

(a)

id-data tal-ippakkjar;

(b)

id-data tal-ibbottiljar;

(c)

id-data tal-produzzjoni jew tal-manifattura;

(d)

id-data tal-iskadenza, id-data "uża sa", id-data tal-iskadenza għall-użu jew il-konsum, l-iskadenza abbażi ta' data;

(e)

id-data ta' durabbiltà minima, id-data ta' skadenza, l-aħjar kwalità qabel l-iskadenza; jew

(f)

id-data sa meta għandu jinbiegħ.

B'deroga mill-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, Parti tista' titlob li tintwera d-data ta' durabbiltà minima fuq prodotti li minħabba ż-żieda ta' ingredjenti li jitħassru malajr, jista' jkollhom data iqsar ta' durabbiltà minima minn dik li normalment ikun mistenni mill-konsumatur.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li fuq it-tikketta tal-prodotti ppakkjati jiġi indikat kodiċi li jippermetti l-identifikazzjoni tal-lott li għalih jappartjeni l-prodott, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Parti li tesporta l-prodott ippakkjat. Il-kodiċi tal-lott għandu jkun viżibbli faċilment, jinqara b'mod ċar u ma jitħassarx. Parti ma għandhiex tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ppakkjati li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu.

4.   Kull Parti għandha tippermetti li l-informazzjoni obbligatorja, inkluż it-traduzzjonijiet jew l-indikazzjoni tal-għadd ta' xarbiet standard jew tal-unitajiet ta' alkoħol kull meta jkun meħtieġ, jintwerew fuq tikketta supplimentari mwaħħla mal-kontenitur tal-inbid. Tikketti supplimentari jistgħu jitwaħħlu ma' kontenitur tal-inbid wara l-importazzjoni iżda qabel mal-prodott jitqiegħed fis-suq fit-territorju tal-Parti, dment li l-informazzjoni obbligatorja tintwera b'mod sħiħ u preċiż.

5.   Il-Parti importatriċi ma għandhiex tirrikjedi l-wiri fuq it-tikketta ta' allerġeni li jkunu ntużaw fil-produzzjoni tal-inbid iżda li ma jkunux preżenti fil-prodott finali.

Artikolu 5

Miżuri tranżizzjonali

Inbid li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ġie prodott, deskritt u ttikkettat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti ta' Parti iżda b'mod li ma jikkonformax ma' dan l-Anness, jista' jibqa' jiġi ttikkettat u mqiegħed fis-suq kif ġej:

(a)

minn grossisti jew produtturi, għal perjodu ta' sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim; u

(b)

mill-bejjiegħa bl-imnut, sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 6

Skambju tal-informazzjoni

Il-partijiet għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan l-Anness fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ.

Artikolu 7

Rieżami

Mhux aktar tard minn tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw passi ulterjuri biex jiffaċilitaw il-kummerċ fl-inbid bejn il-Partijiet.

Appendiċi 15-A

LIĠIJIET U REGOLAMENTI TAL-PARTIJIET

Liġijiet u regolamenti tar-Renju Unit (1)

Il-liġijiet u r-regolamenti msemmijin fl-Artikolu 2(2) li jikkonċernaw:

a)

id-definizzjonijiet tal-prodott:

(i)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 miżmum, b'mod partikolari r-regoli tal-produzzjoni fis-settur tal-inbid, f'konformità mal-Artikoli 75, 81 u 91, il-Parti IV tal-Anness II u l-Parti II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, inkluż il-modifiki sussegwenti;

(ii)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 miżmum, b'mod partikolari l-Artikoli 47, minn 52 sa 54 u l-Annessi III, V u VI ta' dak ir-Regolament, inkluż il-modifiki sussegwenti;

(iii)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 miżmum, inkluż modifiki sussegwenti;

b)

prattiki enoloġiċi u restrizzjonijiet:

(i)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 miżmum, b'mod partikolari l-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 80 u 83 u l-Anness VIII ta' dak ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, inkluż il-modifiki sussegwenti;

(ii)

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 miżmum, inkluż il-modifiki sussegwenti.

Liġijiet u regolamenti tal-Unjoni:

Il-liġijiet u r-regolamenti msemmijin fl-Artikolu 2(2) li jikkonċernaw:

a)

id-definizzjonijiet tal-prodott:

(i)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), b'mod partikolari r-regoli tal-produzzjoni fis-settur tal-inbid, f'konformità mal-Artikoli 75, 81 u 91, il-Parti IV tal-Anness II u l-Parti II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, inkluż il-modifiki sussegwenti;

(ii)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (3), b'mod partikolari l-Artikoli 47, minn 52 sa 54 u l-Annessi III, V u VI ta' dak ir-Regolament, inkluż il-modifiki sussegwenti;

(iii)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inkluż il-modifiki sussegwenti.

b)

prattiki enoloġiċi u restrizzjonijiet:

(i)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b'mod partikolari l-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 80 u 83 u l-Anness VIII ta' dak ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, inkluż il-modifiki sussegwenti;

(ii)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (5), inkluż il-modifiki sussegwenti.

Appendiċi 15-B

PRATTIKI ENOLOĠIĊI ADDIZZJONALI U RESTRIZZJONIJIET AĊĊETTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARTIJIET

(1)

Il-most ikkonċentrat, il-most ikkonċentrat rettifikat u s-sukrożju jistgħu jintużaw għall-arrikkiment u ż-żieda ta' ħlewwa skont il-kundizzjonijiet speċifiċi u limitati stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 Miżmum, soġġett għall-esklużjoni tal-użu ta' dawn il-prodotti fi stat rikostitwit f'inbejjed koperti minn dan il-Ftehim.

(2)

Iż-żieda tal-ilma fil-produzzjoni tal-inbid mhix permessa, ħlief meta tkun meħtieġa minħabba neċessità teknika speċifika.

(3)

Il-karfa friska tista' tintuża fil-kundizzjonijiet speċifiċi u limitati stabbiliti fl-entrata 11.2 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 u fl-entrata 11.2 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 Miżmum.

Appendiċi 15-C

MUDELL GĦALL-AWTOĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-INBID IMPORTAT [MILL-UNJONI EWROPEA/MIR-RENJU UNIT] [FIR-RENJU UNIT/FL-UNJONI EWROPEA](1)

1.

Esportatur (isem u indirizz)

2.

Nru tas-serje(2)

3.

Importatur (isem u indirizz)

4.

L-awtorità kompetenti fil-post tad-dispaċċ [fl-Unjoni Ewropea/fir-Renju Unit] (3)

5.

Timbru doganali (għall-użu uffiċjali [tal-Unjoni Ewropea/tar-Renju Unit] biss)

6.

Il-mezzi tat-trasport u d-dettalji tat-trasport (4)

7.

Il-post tal-ħatt (jekk differenti minn 3)

8.

Id-deskrizzjoni tal-prodott importat (5)

9.

Il-kwantità fi l/hl/kg

10.

L-għadd ta' kontenituri (6)

11.

Ċertifikat

"Il-prodott deskritt hawn fuq huwa maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem u jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-prattiki enoloġiċi awtorizzati skont l-Anness 15 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħawaħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra. Ġie prodott minn produttur li huwa soġġett għall-ispezzjoni u s-superviżjoni mill-awtorità kompetenti li ġejja (7):

Il-konsenjatur li jiċċertifika l-informazzjoni ta' hawn fuq (8)

L-identifikazzjoni tal-konsenjatur(9)

Post, data u firma tal-konsenjatur

(1)

F'konformità mal-Artikolu 3(1) tal-Anness 15 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra.

(2)

Indika n-numru tat-traċċabbiltà tal-kunsinna, jiġifieri numru tas-serje li jidentifika l-kunsinna fir-rekords tal-esportatur.

(3)

Indika l-isem sħiħ, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew fir-Renju Unit minn fejn tiġi esportata l-konsenja li hija responsabbli biex tivverifika l-informazzjoni msemmija f'dan iċ-ċertifikat.

(4)

Indika t-trasport użat għall-konsenja lejn il-punt tad-dħul fl-Unjoni Ewropea jew fir-Renju Unit; Speċifika l-mezz tat-trasport (bastiment, ajruplan, eċċ.), agħti l-isem tal-mezz tat-trasport (isem il-bastiment, in-numru tat-titjira, eċċ.).

(5)

Agħti l-informazzjoni li ġejja:

id-deskrizzjoni kummerċjali, kif tidher fuq it-tikketta,

isem il-produttur,

ir-reġjun tal-vitikultura,

l-isem tal-pajjiż tal-produzzjoni (wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jew ir-Renju Unit),

l-isem l-indikazzjoni ġeografika, jekk rilevanti,

il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum,

il-kulur tal-prodott (indika "aħmar", "rożè", "roża" jew "abjad" biss),

Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi NM).

(6)

Kontenitur ifisser reċipjent għall-inbid li jkun jesa' inqas minn 60 litru. L-għadd ta' kontenituri jista' jkun l-għadd ta' fliexken.

(7)

Indika l-isem sħiħ, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti rilevanti f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew fir-Renju Unit.

(8)

Indika l-isem sħiħ, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-konsenjatur.

(9)

Indika:

Għall-Unjoni Ewropea: in-numru tas-sisa tas-Sistema għall-Iskambju ta' Data dwar is-Sisa (SEED), jew in-numru tal-VAT f'każ li l-konsenjatur ma jkollu l-ebda numru tas-SEED, jew ir-referenza għan-numru fil-lista jew fir-reġistru previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/273 (6);

Għar-Renju Unit: in-numru tas-sisa tas-Sistema għall-Iskambju ta' Data dwar is-Sisa (SEED, System of Exchange of Excise Data), jew in-numru tal-VAT f'każ li l-konsenjatur ma jkollu l-ebda numru tas-SEED, jew referenza għan-numru WSB.


(1)  Ir-referenzi f'din il-lista għad-dritt miżmum tal-Unjoni huma meqjusa bħala referenzi għal tali leġiżlazzjoni, kif emendata mir-Renju Unit biex tapplika għar-Renju Unit.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, (ĠU UE L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU UE L 9, 11.1.2019, p. 2).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, (ĠU UE L 304, 22.11.2011, p. 18).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (ĠU UE L 149, 7.6.2019, p. 1).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli u l-penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU UE L 58, 28.2.2018, p. 1).


ANNESS 16

L-ARRANĠAMENT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 96(4) GĦALL-ISKAMBJU REGOLARI TA' INFORMAZZJONI FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA TA' PRODOTTI MHUX TAL-IKEL U L-MIŻURI PREVENTIVI, RESTRITTIVI U KORRETTIVI RELATATI

Dan l-Anness għandu jistabbilixxi arranġament għall-iskambju regolari tal-informazzjoni bejn is-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Unjoni għall-prodotti mhux tal-ikel (RAPEX), jew is-suċċessur tagħha, u l-bażi tad-data tar-Renju Unit relatata mas-sorveljanza tas-suq u s-sigurtà tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolamenti Ġenerali dwar is-Sikurezza tal-Prodotti tal-2005, jew is-suċċessur tagħha.

F'konformità mal-Artikolu 96(8) ta' dan il-Ftehim, l-arranġament għandu jispeċifika it-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata, il-modalitajiet għall-iskambju u l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali.


ANNESS 17

L-ARRANĠAMENT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 96(5) GĦALL-ISKAMBJU REGOLARI TA' INFORMAZZJONI RIGWARD IL-MIŻURI MEĦUDA FUQ IL-PRODOTTI MHUX TAL-IKEL MHUX KONFORMI, GĦAJR DAWK KOPERTI MILL-ARTIKOLU 96(4)

Dan l-Anness għandu jistabbilixxi arranġament dwar l-iskambju regolari ta' informazzjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi, dwar miżuri meħuda fuq prodotti mhux tal-ikel mhux konformi, minbarra dawk koperti mill-Artikolu 96(4) ta' dan il-Ftehim.

F'konformità mal-Artikolu 96(8) ta' dan il-Ftehim, l-arranġament għandu jispeċifika it-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata, il-modalitajiet għall-iskambju u l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali.


ANNESS 18

OPERATURI EKONOMIĊI AWTORIZZATI

Artikolu 1

Kriterji għat-trattament tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati

1.   Il-kriterji speċifikati għall-kwalifika ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat (OEA) imsemmijin fl-Artikolu 110 ta' dan il-Ftehim, għandhom jiġu stabbiliti mil-liġijiet, ir-regolamenti jew il-proċeduri tal-Partijiet. Il-kriterji speċifikati, li għandhom jiġu ppubblikati, għandhom jinkludu:

(a)

in-nuqqas ta' kwalunkwe ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u tar-regoli tat-tassazzjoni, inkluż ebda rekord ta' reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tal-applikant;

(b)

il-wiri, min-naħa tal-applikant, ta' livell għoli ta' kontroll tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-fluss ta' merkanzija, permezz ta' sistema ta' ġestjoni tar-reġistri kummerċjali u, fejn xieraq, tat-trasport, li tippermetti kontrolli doganali xierqa;

(c)

is-solvenza finanzjarja, li għandha titqies bħala ppruvata fejn l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba, li tippermettilu jissodisfa l-impenji tiegħu, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali konċernata; u

(d)

standards xierqa ta' sigurtà u sikurezza li għandhom jitqiesu bħala ssodisfati meta l-applikant juri li huwa jżomm miżuri xierqa sabiex jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-katina tal-provvista internazzjonali inkluż fl-oqsma tal-integrità fiżika u l-kontrolli tal-aċċess, proċessi loġistiċi u trattament ta' tipi speċifiċi ta' merkanzija, persunal u identifikazzjoni tas-sħab kummerċjali tiegħu.

2.   Il-kriterji speċifikati sabiex wieħed jikkwalifika bħala Operatur Ekonomiku Awtorizzat ma għandhomx jitfasslu jew jiġu applikati sabiex jippermettu jew joħolqu diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata bejn l-operaturi fejn jipprevalu l-istess kundizzjonijiet. Dawn il-kriterji għandhom jippermettu li l-impriżi ta' daqs żgħir u medju jikkwalifikaw biex joperaw bħala Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (OEA).

3.   Il-programm ta' sħubija kummerċjali msemmi fl-Artikolu 110 ta' dan il-Ftehim għandu jinkludi t-trattament li ġej:

(a)

il-kunsiderazzjoni pożittiva tal-istatus ta' OEA mill-Parti l-oħra fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex jitnaqqsu l-ispezzjonijiet jew il-kontrolli u f'miżuri oħra relatati mas-sigurtà u s-sikurezza;

(b)

l-għoti ta' prijorità lill-ispezzjoni tal-kunsinni koperti minn dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ jew tad-dħul ippreżentati minn OEA, jekk l-awtorità doganali tiddeċiedi li tipproċedi bi spezzjoni;

(c)

il-kunsiderazzjoni tal-istatus ta' OEA mogħti mill-Parti l-oħra bil-għan li l-OEA jiġi ttrattat bħala sieħeb sigur u sikur meta jiġu vvalutati r-rekwiżiti tas-sħab kummerċjali għal applikanti fl-ambitu tal-Programm tagħha stess; u

(d)

it-tentattiv li tistabbilixxi mekkaniżmu konġunt ta' kontinwità tan-negozju sabiex ikun hemm rimedju għat-tfixkil fl-influss kummerċjali pprovokati minn żidiet fil-livelli ta' allert, l-għeluq ta' fruntieri u/jew diżastri naturali, emerġenzi perikolużi jew inċidenti oħra maġġuri, fejn merkanzija ta' prijorità mibgħuta mill-OEA tista' tiġi ffaċilitata u mibgħuta bl-aktar mod rapidu possibbli mill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet.

Artikolu 2

Ir-rikonoxximent reċiproku u r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni

1.   L-istatus ta' OEA skont il-programmi ta' sħubija kummerċjali tal-Unjoni u tar-Renju Unit huwa rikonoxxut bħala kompatibbli u d-detenturi tal-istatus ta' OEA mogħti f'kull programm għandhom jiġu ttrattati b'mod konformi mal-Artikolu 4.

2.   Il-programmi ta' sħubija kummerċjali konċernati huma:

a)

L-Operatur Ekonomiku Awtorizzat tal-Unjoni Ewropea (sigurtà u sikurezza) (il-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

b)

Il-programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat tar-Renju Unit (sigurtà u sikurezza ) (punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, kif miżmum fid-dritt nazzjonali tar-Renju Unit).

3.   L-awtoritajiet doganali, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 512 ta' dan il-Ftehim (l-"awtoritajiet doganali"), huma responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan l-Anness.

Artikolu 3

Kompatibbiltà

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex iżommu l-kompatibbiltà tal-istandards applikati għal kull programm fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċess ta' applikazzjoni għall-għoti ta' status ta' OEA lill-operaturi;

(b)

il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-istatus ta' OEA;

(c)

l-għoti ta' status ta' OEA; u

(d)

il-ġestjoni, il-monitoraġġ, is-sospensjoni u, ir-rivalutazzjoni, u r-revoka tal-istatus ta' OEA.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom jimmonitorjaw il-konformità ta' kull min hu OEA mal-kundizzjonijiet u mal-kriterji rilevanti.

2.   Il-Partijiet għandhom ilestu programm ta' ħidma konġunt li jistabbilixxi għadd minimu ta' validazzjonijiet konġunti tad-detenturi ta' status ta' OEA mogħti skont kull programm ta' sħubija kummerċjali li jrid jitlesta sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2021.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-programmi ta' sħubija kummerċjali joperaw skont l-istandards rilevanti tal-Qafas SAFE.

Artikolu 4

Trattament tad-detenturi tal-istatus

1.   Kull Parti għandha tipprovdi trattament komparabbli ma' dak mogħti lil kull OEA skont il-programm ta' sħubija kummerċjali tal-Parti l-oħra. Dan it-trattament għandu jinkludi b'mod partikolari t-trattament stabbilit fl-Artikolu 1(3).

2.   Kull Parti tista' tissospendi t-trattament imsemmi fl-Artikolu 1(3) lil OEA skont il-programm ta' sħubija kummerċjali tal-Parti l-oħra skont dan il-Ftehim jekk dak l-OEA ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti legali. Tali sospensjoni għandha tiġi kkomunikata minnufih lill-awtorità doganali l-oħra flimkien ma' kull informazzjoni addizzjonali dwar il-bażi għas-sospensjoni, kif xieraq.

3.   Kull Parti għandha tinforma minnufih lill-Parti l-oħra f'dawk il-każi fejn tidentifika xi irregolarità mwettqa minn OEA awtorizzat mill-awtorità doganali l-oħra sabiex din tkun tista' tieħu deċiżjoni infurmata dwar ir-revoka jew is-sospensjoni possibbli tas-sħubija tal-operatur konċernat.

Artikolu 5

Skambju ta' informazzjoni u komunikazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkomunikaw b'mod effettiv ma' xulxin fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandhom jiskambjaw informazzjoni u jrawmu l-komunikazzjoni dwar il-programmi ta' sħubija kummerċjali tagħhom b'mod partikolari billi:

(a)

jipprovdu aġġornamenti dwar l-operazzjoni u l-iżvilupp tal-programmi ta' sħubija kummerċjali tagħhom fil-ħin;

(b)

jimpenjaw ruħhom fi skambji ta' informazzjoni, li jkunu ta' benefiċċju b'mod reċiproku, dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista;

(c)

jinnominaw il-punti ta' kuntatt għall-programmi ta' sħubija kummerċjali rispettivi tagħhom u jagħtu d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk il-punti ta' kuntatt lill-Parti l-oħra; u

(d)

jiffaċilitaw il-komunikazzjoni effettiva bejn l-aġenziji bejn id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea u Her Majesty's Revenue and Customs biex jissaħħu l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju skont il-programmi ta' sħubija kummerċjali rispettivi tagħhom fir-rigward tas-sigurtà tal-katina tal-provvista min-naħa tal-OEA.

2.   L-informazzjoni u d-data relatata għandhom jiġu skambjati b'mod sistematiku permezz ta' mezzi elettroniċi.

3.   Id-data li għandha tiġi skambjata dwar l-OEA għandha tinkludi:

(a)

l-isem;

(b)

l-indirizz;

(c)

l-istatus tas-sħubija;

(d)

id-data tal-validazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni;

(e)

is-sospensjonijiet u r-revoki;

(f)

in-numru uniku tal-awtorizzazzjoni jew tal-identifikazzjoni (f'forma ddeterminata b'mod reċiproku mill-awtoritajiet doganali); u

(g)

dettalji oħra li jistgħu jiġu ddeterminati b'mod reċiproku bejn l-awtoritajiet doganali, soġġetti, fejn applikabbli, għal kwalunkwe salvagwardja neċessarja.

L-iskambju ta' data għandu jibda bid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

4.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jistabbilixxu, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, arranġament għal skambju kompletament awtomatizzat tad-data msemmi fil-paragrafu 3, u fi kwalunkwe każ għandhom jimplimentaw tali arranġament mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Trattament tad-data

Kull skambju ta' informazzjoni bejn il-Partijiet skont dan l-Anness għandu jkun mutatis mutandis soġġett għall-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tal-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali.

Artikolu 7

Konsultazzjoni u rieżami

Il-Kumitat Kummerċjali Speċjalizzat dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli ta' Oriġini għandu jwettaq rieżami tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness b'mod regolari. Dan ir-rieżami għandu jinkludi:

(a)

validazzjonijiet konġunti tal-OEA li jingħataw status minn kull Parti sabiex jidentifikaw il-punti b'saħħithom u dawk dgħajfa fl-implimentazzjoni ta' dan l-Anness;

(b)

skambji ta' fehmiet dwar id-data li għandha tiġi kondiviża u t-trattament tal-operaturi.

Artikolu 8

Sospensjoni u diskontinwità

1.   Parti tista' ssegwi l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2 fil-każ li tirriżulta waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

a)

Qabel jew fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim il-Parti l-oħra tkun għamlet bidliet materjali fid-dispożizzjonijiet legali msemmija fl-Artikolu 2(2) li ġew ivvalutati sabiex jiġi stabbilit li l-programmi ta' sħubija kummerċjali huma kompatibbli, b'tali mod li l-kompatibbiltà meħtieġa għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 2(1) ma baqgħetx teżisti.

b)

Id-dispożizzjonijiet skont t l-Artikolu 5(2) ma jkunux operazzjonali.

2.   Fil-każ li sseħħ xi waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1, Parti tista' tissospendi r-rikonoxximent previst fl-Artikolu 2(1) 60 jum wara li tinnotifika lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha.

3.   Meta parti tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tissospendi r-rikonoxximent previst fl-Artikolu 2(1) f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Parti l-oħra tista' titlob konsultazzjonijiet fil-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 60 jum mit-talba.

4.   Parti tista' ssegwi l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 fil-każ li tirriżulta waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

a)

Il-Parti l-oħra tibdel il-programm tagħha ta' OEA jew l-implimentazzjoni tagħha ta' dan il-programm b'tali mod li l-kompatibbiltà meħtieġa għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 2(1) ma tibqax teżisti;

b)

Il-validazzjonijiet konġunti previsti fl-Artikolu 3(2) ma jikkonfermawx il-kompatibbiltà tal-programmi OEA rispettivi tal-Partijiet.

5   Fil-każ li tirriżulta xi waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-punt (a) u (b) tal-paragrafu 4, Parti tista' titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 60 jum mit-talba. Jekk 90 jum wara t-talba Parti tkun għadha tqis li l-kompatibbiltà meħtieġa għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 2(1) ma tkunx għadha teżisti, tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tissospendi r-rikonoxximent tal-programm tagħha. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika.


ANNESS 19

MIŻURI EŻISTENTI

Noti introduttivi

1.

L-Iskedi tar-Renju Unit u tal-Unjoni jistabbilixxu, skont l-Artikolu 133, 139 u 195 ta' dan il-Ftehim, ir-riżervi meħuda mir-Renju Unit u l-Unjoni fir-rigward ta' miżuri eżistenti li ma jikkonformawx mal-obbligi imposti minn:

(a)

l-Artikolu 128 jew 135 ta' dan il-Ftehim;

(b)

l-Artikolu 136 ta' dan il-Ftehim;

(c)

l-Artikolu 129 jew 137 ta' dan il-Ftehim;

(d)

l-Artikolu 130 jew 138 ta' dan il-Ftehim;

(e)

l-Artikolu 131 ta' dan il-Ftehim;

(f)

l-Artikolu 132 ta' dan il-Ftehim; jew

(g)

l-Artikolu 194 ta' dan il-Ftehim.

2.

Ir-riżervi ta' Parti huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont il-GATS.

3.

Kull riżerva tistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a)

"settur" tirreferi għas-settur ġenerali li fih issir ir-riżerva;

(b)

"sottosettur" tirreferi għas-settur speċifiku li fih issir ir-riżerva;

(c)

"klassifikazzjoni tal-industrija" tirreferi, jekk applikabbli, għall-attività koperta bir-riżerva skont is-CPC, ISIC Rev. 3.1, jew kif deskritt espressament mod ieħor f'dik ir-riżerva;

(d)

"tip ta' riżerva" tispeċifika l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 li għalih tittieħed riżerva;

(e)

"livell ta' gvern" tindika l-livell ta' gvern li jżomm il-miżura li għaliha tittieħed riżerva;

(f)

"miżuri" tidentifika l-liġijiet jew miżuri oħra kif ikkwalifikati, fejn indikat, mill-element "deskrizzjoni" li għalihom tittieħed ir-riżerva. "Miżura" ċitata fl-element "miżuri":

(i)

tfisser il-miżura kif emendata, issoktata jew imġedda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim;

(ii)

tinkludi kwalunkwe miżura subordinata adottata jew miżmuma taħt l-awtorità ta' u konsistenti mal-miżura; u

(iii)

fir-rigward tal-Iskeda tal-Unjoni Ewropea tinkludi kwalunkwe liġi jew miżura oħra li timplimenta direttiva fil-livell tal-Istati Membri; u

(g)

"deskrizzjoni" tistabbilixxi l-aspetti mhux konformi tal-miżura eżistenti li għaliha tittieħed ir-riżerva.

4.

Għal aktar ċertezza, jekk Parti tadotta miżura ġdida fil-livell ta' gvern differenti minn dak li fih tkun ittieħdet oriġinarjament ir-riżerva, u din il-miżura l-ġdida effettivament tissostitwixxi - fit-territorju li tapplika għalih - l-aspett mhux konformi tal-miżura oriġinali ċitat fl-element "miżuri", il-miżura l-ġdida għandha titqies li tikkostitwixxi "modifika" għall-miżura oriġinali fit-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 133(1), tal-punt (c) tal-Artikolu 139(1), tal-punt (c) tal-Artikolu 144 u tal-punt (c) tal-Artikolu 195(1) ta' dan il-Ftehim.

5.

Fl-interpretazzjoni ta' riżerva, għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi kollha tar-riżerva. Riżerva għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-obbligi rilevanti tal-Kapitoli jew tat-Taqsimiet, li fuq il-bażi tagħhom tittieħed ir-riżerva. L-element tal-"miżuri" għandu jirbaħ fuq l-elementi l-oħra kollha.

6.

Għall-finijiet tal-Iskedi tar-Renju Unit u tal-Unjoni:

(a)

"ISIC Rev 3.1" tfisser il-Klassifika Industrijali Standard Internazzjonali tal-Attivitajiet Ekonomiċi Kollha kif stipulat fi Statistical Papers, Series M, No.4, ISIC Rev. 3.1, 2002;

(b)

"CPC" tfisser il-Klassifikazzjoni Proviżorja Ċentrali tal-Prodotti (Statistical Papers, Series M No. 77, Department of International Economic and Social Affairs, Statistical Office of the United Nations, New York, 1991).

7.

Għall-finijiet tal-Iskedi tar-Renju Unit u tal-Unjoni, riżerva għal rekwiżit li jkun hemm preżenza lokali fit-territorju tal-Unjoni jew tar-Renju Unit tittieħed fid-dawl tal-Artikolu 136 ta' dan il-Ftehim, u mhux fid-dawl tal-Artikolu 135 jew 137 ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, rekwiżit bħal dan ma jitqiesx bħala riżerva fid-dawl tal-Artikolu 129 ta' dan il-Ftehim.

8.

Riżerva li ttieħed fil-livell tal-Unjoni tapplika għal miżura tal-Unjoni, għal miżura ta' Stat Membru tal-Unjoni fil-livell ċentrali jew għal miżura ta' gvern fi Stat Membru, sakemm ir-riżerva ma teskludix Stat Membru. Riżerva li tittieħed minn Stat Membru tapplika għal miżura ta' gvern fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali f'dak l-Istat Membru. Għall-finijiet tar-riżervi tal-Belġju, il-livell ċentrali tal-gvern ikopri l-gvern federali u l-gvernijiet tar-reġjuni u l-komunitajiet billi kull wieħed minnhom għandu setgħat leġiżlattivi ekwipollenti. Għall-finijiet tar-riżervi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-livell reġjonali tal-gvern fil-Finlandja jfisser il-Gżejjer Åland. Riżerva li tittieħed fil-livell tar-Renju Unit tapplika għal miżura tal-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew gvern lokali.

9.

Il-lista ta' riżervi li tinsab hawn taħt ma tinkludix miżuri relatati mar-rekwiżiti u mal-proċeduri tal-kwalifiki, standards tekniċi u rekwiżiti u proċeduri ta' liċenzji meta dawn ma jkunux jikkostitwixxu limitazzjoni fit-tifsira tal-Artikoli 128, 129, 135, 136, 137 jew 194 ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tinkiseb liċenzja, li jiġu ssodisfati l-obbligi ta' servizz universali, li wieħed ikollu kwalifiki rikonoxxuti f'setturi regolati, li jgħaddi minn eżamijiet speċifiċi, inkluż eżamijiet tal-lingwa, li jissodisfa rekwiżit ta' sħubija fi professjoni partikolari, bħal sħubija f'organizzazzjoni professjonali, li jkollu aġent lokali għas-servizz, jew li jżomm indirizz lokali, jew kwalunkwe rekwiżit nondiskriminatorju ieħor li ċerti attivitajiet ma jistgħux jitwettqu f'żoni protetti. Filwaqt li mhumiex elenkati, tali miżuri jibqgħu japplikaw.

10.

Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li t-trattament mogħti fi Stat Membru jiġi estiż għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi tar-Renju Unit, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluż l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, lil:

(i)

persuni fiżiċi jew residenti ta' Stat Membru ieħor; jew

(ii)

persuni ġuridiċi kkostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta' Stat Membru ieħor jew tal-Unjoni u li għandhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni.

11.

It-trattament mogħti lil persuni ġuridiċi stabbiliti minn investituri ta' Parti skont il-liġi tal-Parti l-oħra (inkluż, fil-każ tal-Unjoni, il-liġi ta' Stat Membru) u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fit-territorju tal-Parti l-oħra, huwa mingħajr preġudizzju għal kull kondizzjoni jew obbligu, konsistenti mal-Kapitolu 2 tat-Titlu II tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim, li setgħu ġew imposti fuq tali persuni ġuridiċi meta kienu stabbiliti fit-territorju tal-Parti l-oħra, u li għandhom ikomplu japplikaw.

12.

L-Iskedi japplikaw biss għat-territorji tar-Renju Unit u tal-Unjoni skont l-Artikolu 520(2) u l-Artikolu 774 ta' dan il-Ftehim u huma rilevanti biss fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mar-Renju Unit. Huma ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

13.

Għal aktar ċertezza, il-miżuri nondiskriminatorji ma jikkostitwixxux limitazzjoni tal-aċċess għas-suq fit-tifsira tal-Artikoli 128, 135 jew 194 ta' dan il-Ftehim għal kwalunkwe miżura:

(a)

li tirrikjedi s-separazzjoni tas-sjieda tal-infrastruttura mis-sjieda tal-oġġetti jew tas-servizzi fornuti permezz ta' dik l-infrastruttura sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta, pereżempju fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni;

(b)

li tirrestrinġi l-konċentrazzjoni tas-sjieda sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta;

(c)

li tfittex li tiżgura l-konservazzjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent, inkluż limitazzjoni fuq id-disponibbiltà, l-għadd u l-kamp ta' applikazzjoni tal-konċessjonijiet mogħtija, u l-impożizzjoni ta' moratorju jew projbizzjoni;

(d)

li tillimita l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija minħabba limitazzjonijiet tekniċi jew fiżiċi, pereżempju l-ispettri u l-frekwenzi tat-telekomunikazzjoni; jew

(e)

li tirrikjedi li ċertu perċentwal tal-azzjonisti, sidien, soċji, jew diretturi ta' intrapriża jkunu kkwalifikati jew jipprattikaw ċerta professjoni bħal avukati jew kontabilisti.

14.

Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji: Bil-maqlub ta' sussidjarji barranin, fergħat stabbiliti direttament fi Stat Membru minn istituzzjoni finanzjarja mhux tal-Unjoni Ewropea mhumiex, b'ċerti eċċezzjonijiet limitati, soġġetti għal regolamenti ta' prudenza armonizzati fil-livell tal-Unjoni li jippermettu tali sussidjarji sabiex jibbenefikaw minn faċilitajiet imsaħħa sabiex joħolqu stabbilimenti ġodda u sabiex jipprovdu servizzi transfurntiera fl-Unjoni kollha. Għaldaqstant, tali fergħat jirċievu awtorizzazzjoni sabiex joperaw fit-territorju ta' Stat Membru bl-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi ta' dak l-Istat Membru, u jistgħu jkunu meħtieġa jissodisfaw għadd ta' kondizzjonijiet prudenzjali speċifiċi bħal, fil-każ ta' servizzi bankarji jew ta' titoli, kapitalizzazzjoni separata u rekwiżiti oħra ta' solvenza, u rekwiżiti ta' rapportar u pubblikazzjoni tal-kontijiet, jew fil-każ tal-assigurazzjoni, rekwiżiti speċifiċi ta' garanzija u ta' depożiti, kapitalizzazzjoni separata, u l-lokalizzazzjoni fl-Istat Membru konċernat tal-assi li jirrappreżentaw ir-riżervi tekniċi u mill-inqas terz tal-marġini tas-solvenza.

L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin qed jintużaw fil-lista ta' riżervi hawn taħt:

UK

Renju Unit

UE

L-Unjoni Ewropea, inkluż l-Istati Membri kollha tagħha

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Iċ-Ċekja

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

HR

Il-Kroazja

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

LV

Il-Latvja

MT

Malta

NL

In-Netherlands

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SE

L-Iżvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Ir-Repubblika Slovakka

Skeda tal-Unjoni

 

Riżerva Nru 1 - Is-setturi kollha

 

Riżerva Nru 2 - Is-servizzi professjonali (ħlief dawk relatati mas-saħħa)

 

Riżerva Nru 3 - Servizzi professjonali (relatati mas-saħħa u l-bejgħ ta' farmaċewtiċi)

 

Riżerva Nru 4 - Is-servizzi ta' riċerka u żvilupp

 

Riżerva Nru 5 - Is-servizzi tal-proprjetà immobbli

 

Riżerva Nru 6 - Is-servizzi kummerċjali

 

Riżerva Nru 7 - Is-servizzi tal-komunikazzjoni

 

Riżerva Nru 8 - Is-servizzi tal-kostruzzjoni

 

Riżerva Nru 9 - Is-servizzi tad-distribuzzjoni

 

Riżerva Nru 10 - Is-servizzi edukattivi

 

Riżerva Nru 11 - Is-servizzi ambjentali

 

Riżerva Nru 12 - Is-servizzi finanzjarji

 

Riżerva Nru 13 - Is-servizzi sanitarji u s-servizzi soċjali

 

Riżerva Nru 14 - Is-servizzi relatati mat-turiżmu u l-ivvjaġġar

 

Riżerva Nru 15 - Is-servizzi rekreattivi, kulturali u sportivi

 

Riżerva Nru 16 - Is-servizzi tat-trasport u s-servizzi awżiljari għas-servizzi tat-trasport

 

Riżerva Nru 17 - Attivitajiet relatati mal-enerġija

 

Riżerva Nru 18 - L-agrikultura, is-sajd u l-manifattura

Riżerva Nru 1 - Is-setturi kollha

Settur:

Is-setturi kollha

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Obbligi għas-servizzi legali

Kapitolu/Taqsima:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi u Qafas Regolatorju għas-servizzi legali

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Tip ta' stabbiliment

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Qafas regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi:

 

L-UE: It-trattament mogħti skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea lil persuni ġuridiċi ffurmati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni, inkluż dawk stabbiliti fl-Unjoni minn investituri tar-Renju Unit, ma jingħatax lil persuni ġuridiċi stabbiliti barra mill-Unjoni, u lanqas lil fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta' tali persuni ġuridiċi, inkluż lil fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta' persuni ġuridiċi tar-Renju Unit.

Trattament inqas favorevoli jista' jingħata lil persuni ġuridiċi ffurmati skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Unjoni biss, sakemm ma jkunx jista' jintwera li għandhom rabta effettiva u kontinwa mal-ekonomija ta' wieħed mill-Istati Membri.

Miżuri:

 

UE: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Din ir-riżerva tapplika biss għas-servizzi sanitarji, soċjali jew edukattivi:

L-UE (japplika wkoll għall-gvern f'livell reġjonali): Kwalunkwe Stat Membru, meta jbigħ jew jiddisponi mill-interessi azzjonarji tiegħu f'intrapriża statali eżistenti jew entità governattiva eżistenti li tipprovdi servizzi tas-saħħa, soċjali jew edukattivi (CPC 93, 92) jew mill-assi tagħha, jista' jipprojbixxi jew jimponi limitazzjonijiet fuq is-sjieda ta' tali interessi jew assi, u/jew jirrestrinġi l-abbiltà tas-sidien ta' tali interessi u assi li jikkontrollaw kwalunkwe intrapriża li tirriżulta, fir-rigward tal-investituri tar-Renju Unit jew l-intrapriżi tagħhom. Fir-rigward tat-tali bejgħ jew dispożizzjoni oħra, kull Stat Membru jista' jadotta jew iżomm kull miżura dwar in-nazzjonalità ta' maniġment superjuri jew membri tal-bordijiet tad-diretturi, kif ukoll kull miżura li tillimita l-għadd ta' fornituri.

Għall-finijiet ta' din ir-riżerva:

(i)

kwalunkwe miżura miżmuma jew adottata wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim li, fil-ħin tal-bejgħ jew disponiment ieħor, tipprojbixxi jew timponi limitazzjonijiet fuq is-sjieda tal-interessi ta' ekwità jew assijiet jew timponi rekwiżiti ta' nazzjonalità jew timponi limitazzjonijiet fuq l-għadd ta' fornituri deskritti f'din ir-riżerva, titqies bħala miżura eżistenti; u

(ii)

"intrapriża tal-Istat" tfisser kull intrapriża kkontrollata permezz ta' interessi proprjetarji minn kull Stat Membru u tinkludi kull intrapriża stabbilita wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim unikament għall-għanijiet ta' bejgħ jew dispożizzjoni ta' interessi ta' ekwità, jew l-assijiet ta' intrapriża tal-Istat jew entità tal-gvern eżistenti.

Miżuri:

 

UE: Kif stabbilit fit-taqsima tad-Deskrizzjoni kif indikat aktar 'il fuq.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament Nazzjonali u Qafas regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi

Fl-AT: Għall-operazzjoni ta' fergħa, il-korporazzjonijiet li mhumiex taż-Żona Ekonomika Ewropea (mhux taż-ŻEE) iridu jaħtru tal-anqas persuna waħda responsabbli għar-rappreżentanza tagħha li tkun residenti fl-Awstrija.

Id-diriġenti (diretturi maniġerjali, persuni fiżiċi) responsabbli mill-osservanza tal-Att dwar in-Negozju Awstrijak (Gewerbeordnung) iridu jkunu domiċiljati fl-Awstrija.

Fil-BG: Il-persuni ġuridiċi barranin, sakemm ma jkunux stabbiliti abbażi tal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jistgħu jwettqu negozju u jsegwu attivitajiet jekk ikunu stabbiliti fir-Repubblika tal-Bulgarija fil-forma ta' kumpanija rreġistrata fir-Reġistru Kummerċjali. L-istabbiliment ta' fergħat huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni.

L-uffiċċji rappreżentattivi ta' intrapriżi barranin għandhom ikunu rreġistrati mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Bulgara u ma jistgħux jieħdu sehem f'attività ekonomika iżda huma intitolati biss li jirreklamaw is-sid tagħhom u jaġixxu bħala rappreżentanti jew aġenti.

Fl-EE: Jekk ir-residenza ta' mill-inqas nofs il-membri tal-bord maniġerjali ta' kumpanija privata b'responsabbiltà limitata, kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jew fergħa ma tkunx fl-Estonja, fi Stat Membru ieħor taż-ŻEE jew fil-Konfederazzjoni Żvizzera, il-kumpanija privata b'responsabbiltà limitata, il-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jew il-kumpanija barranija għandha taħtar punt ta' kuntatt li l-indirizz Estonjan tiegħu jista' jintuża għall-kunsinna tad-dokumenti proċedurali tal-impriża u d-dikjarazzjonijiet ta' intenzjoni indirizzati lill-impriża (jiġifieri l-fergħa ta' kumpanija barranija).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali; Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq u Qafas regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi:

 

Fil-FI: Tal-anqas wieħed mis-soċji f'soċjetà ġenerali jew mis-soċji solidali f'soċjetà limitata jeħtieġ ikollu r-residenza tiegħu fiż-ŻEE jew, jekk is-soċju jkun persuna ġuridika, li jkun domiċiljat (mhumiex permessi fergħat) fiż-ŻEE. Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-awtorità tar-reġistrazzjoni.

Għall-eżerċizzju ta' negozju bħala imprenditur privat, hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE.

Jekk organizzazzjoni barranija minn pajjiż barra miż-ŻEE jkun beħsiebha teżerċita negozju jew kummerċ billi tistabbilixxi fergħa fil-Finlandja, ikun meħtieġ permess tan-negozju.

Hemm bżonn ta' residenza fiż-ŻEE għal mill-anqas wieħed mill-membri ordinarji u wieħed mid-deputati membri tal-bord tad-diretturi u għad-direttur maniġerjali. Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lill-kumpanija mill-awtorità tar-reġistrazzjoni.

Fl-SE: Kumpanija barranija, li ma tkunx stabbiliet entità ġuridika fl-Iżvezja jew tkun qiegħda twettaq in-negozju tagħha permezz ta' aġent kummerċjali, għandha twettaq l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha permezz ta' fergħa, irreġistrata fl-Iżvezja, b'maniġment indipendenti u kontijiet separati. Id-direttur maniġerjali u l-viċi direttur maniġerjali, jekk maħtura, tal-fergħa, iridu jkunu residenti fiż-ŻEE. Persuna fiżika mhux residenti fiż-ŻEE, li tagħmel operazzjonijiet kummerċjali fl-Iżvezja, għandha taħtar u tirreġistra rappreżentant responsabbli għall-operazzjonijiet fl-Iżvezja. Għandhom jinżammu kontijiet separati għall-operazzjonijiet fl-Iżvezja. L-awtorità kompetenti tista' f'każijiet individwali tagħti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-fergħa u ta' residenza. Proġetti ta' bini b'dewmien ta' anqas minn sena, imwettqa minn kumpanija jew minn persuna fiżika li toqgħod barra miż-ŻEE, huma eżenti mir-rekwiżiti ta' stabbiliment ta' fergħa jew il-ħatra ta' rappreżentant residenti.

Għal kumpaniji b'responsabbiltà limitata u assoċjazzjonijiet ekonomiċi tal-kooperattivi, mill-anqas 50 fil-mija tal-membri tal-bord tad-diretturi, mill-anqas 50 fil-mija tal-membri tal-bord tad-deputati, id-direttur maniġerjali, il-viċi direttur maniġerjali u mill-anqas waħda mill-persuni awtorizzati biex jiffirmaw għall-kumpanija, jekk ikun hemm, iridu jkunu residenti fiż-ŻEE. L-awtorità kompetenti tista' tagħti eżenzjonijiet minn dan ir-rekwiżit. Jekk ħadd mir-rappreżentanti tal-kumpanija jew tas-soċjetà ma jkun jirrisjedi fl-Iżvezja, il-bord irid jaħtar u jirreġistra persuna residenti fl-Iżvezja, li tkun ġiet awtorizzata li tirċievi notifiki f'isem il-kumpanija jew is-soċjetà.

Hemm kondizzjonijiet simili għall-istabbiliment tat-tipi l-oħrajn kollha ta' entitajiet legali.

Fis-SK: Persuna fiżika barranija li l-isem tagħha se jitniżżel fir-reġistru xieraq (Reġistru tal-Kummerċ, reġistru tal-impriżi jew professjonali ieħor) bħala persuna awtorizzata li taġixxi f'isem l-imprenditur, trid tipprovdi permess ta' residenza għas-Slovakkja.

Miżuri:

 

AT: Aktiengesetz, BGBL. Nru 98/1965, § 254 (2);

GmbH-Gesetz, RGBL. Nru 58/1906, § 107 (2); u Gewerbeordnung, BGBL. Nru 194/1994, § 39 (2a).

 

BG: Il-Liġi dwar il-Kummerċ, l-Artikolu 17a; u

il-Liġi għall-Inkoraġġiment tal-Investimenti, l-Artikolu 24.

 

EE: Äriseadustik (Kodiċi Kummerċjali) § 631 (1, 2 u 4).

 

FI: Laki elinkeinon harjoittamisen oikeudesta (l-Att dwar id-Dritt ta' Twettiq ta' Negozju) (122/1919), s. 1;

 

Osuuskuntalaki (l-Att dwar il-Kooperattivi) 1488/2001;

 

Osakeyhtiölaki (l-Att dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata) (624/2006); u

 

Laki luottolaitostoiminnasta (l-Att dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu) (121/2007).

 

SE: Lag om utländska filialer m.m (l-Att dwar il-Fergħat ta' Uffiċċji Barranin) (1992:160);

 

Aktiebolagslagen (l-Att dwar il-Kumpaniji) (2005:551);

 

l-Att dwar l-Assoċjazzjonijiet Ekonomiċi tal-Kooperattivi (2018:672); u l-Att dwar il-Gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku (1994:1927).

 

SK: L-Att 513/1991 dwar il-Kodiċi Kummerċjali (l-Artikolu 21); l-Att 455/1991 dwar il-Liċenzjar tal-Kummerċ; u

l-Att Nru 404/2011 dwar ir-Residenza ta' Stranġieri (l-Artikoli 22 u 32).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Qafas regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi:

 

Fil-BG: Intrapriżi stabbiliti jistgħu jimpjegaw nazzjonali ta' pajjiżi terzi biss għal pożizzjonijiet li għalihom ma hemm l-ebda rekwiżit għal nazzjonalità Bulgara. L-għadd totali ta' nazzjonali ta' pajjiżi terzi impjegati minn intrapriża stabbilita matul perjodu tat-12-il xahar preċedenti ma jridx jaqbeż l-20 fil-mija (35 fil-mija għall-intrapriżi żgħar u medji) tal-għadd medju ta' nazzjonali Bulgari, nazzjonali ta' Stati Membri oħra, ta' stati partijiet għall-Ftehim dwar iż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera impjegati b'kuntratt ta' impjieg. Barra minn hekk, l-impjegatur irid jagħti prova li ma hemm l-ebda ħaddiem xieraq Bulgaru, tal-UE, taż-ŻEE jew Żvizzeru għall-pożizzjoni rispettiva billi jwettaq test tas-suq tax-xogħol qabel ma jimpjega nazzjonal ta' pajjiż terz.

Fil-każ ta' ħaddiema bi kwalifiki għoljin, staġjonali u stazzjonati, kif ukoll għal ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali, riċerkaturi u studenti, m'hemm l-ebda limitu fuq l-għadd ta' nazzjonali ta' pajjiżi terzi li jaħdmu għal intrapriża waħda. Għall-impjieg ta' nazzjonali ta' pajjiżi terzi f'dawn il-kategoriji, ma huwa meħtieġ l-ebda test tas-suq tax-xogħol.

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar il-Migrazzjoni tal-Ħaddiema u dwar il-Mobilità tal-Ħaddiema.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-PL: Il-kamp ta' applikazzjoni tal-operazzjonijiet ta' uffiċċju rappreżentattiv jista' jinkludi biss ir-reklamar u l-promozzjoni tal-kumpanija omm barranija rappreżentata mill-uffiċċju. Għas-setturi kollha ħlief is-servizzi legali, l-istabbiliment minn investituri mhux tal-Unjoni Ewropea u l-impriżi tagħhom jistgħu jkunu biss fil-forma ta' soċjetà limitata, soċjetà b'ishma konġunti limitata, kumpanija b'responsabbiltà limitata u kumpanija b'ishma konġunti, filwaqt li l-investituri u l-impriżi domestiċi għandhom aċċess ukoll għall-forom ta' kumpaniji ta' soċjetajiet mhux kummerċjali (soċjetà ġenerali u kumpanija b'responsabbiltà illimitata).

Miżuri:

 

PL: L-Att tal-6 ta' Marzu 2018 dwar ir-regoli li jirrigwardaw l-attività ekonomika ta' imprendituri barranin u persuni barranin oħra fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.

(b)   Akkwist ta' proprjetà immobbli

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali:

 

Fl-AT (japplika għall-gvern f'livell reġjonali): L-akkwiżizzjoni, ix-xiri u l-kiri jew il-leasing ta' proprjetà immobbli minn persuni fiżiċi u intrapriżi mhux tal-Unjoni Ewropea jirrikjedu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet reġjonali kompetenti (Länder). L-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk l-akkwiżizzjoni titqies li tkun fl-interess pubbliku (b'mod partikolari, ekonomiku, soċjali u kulturali).

 

F'CY: Iċ-Ċiprijotti jew persuni ta' oriġini Ċiprijotta, kif ukoll nazzjonali ta' Stat Membru, jitħallew jakkwistaw kwalunkwe proprjetà f'Ċipru mingħajr restrizzjonijiet. Barrani ma għandu jakkwista, barra minn mortis causa, l-ebda proprjetà immobbli mingħajr ma jikseb permess mill-Kunsill tal-Ministri. Għall-barranin, fejn l-akkwiżizzjoni ta' proprjetà immobbli teċċedi l-limitu meħtieġ għall-istabbiliment tal-bini tad-djar jew bjut professjonali, jew inkella teċċedi l-limitu ta' żewġ donum (2,676 metru kwadru), kull permess mogħti mill-Kunsill tal-Ministri jkun suġġett għat-tali termini, limitazzjonijiet, kondizzjonijiet u kriterji li huma stabbiliti bir-Regolamenti adottati mill-Kunsill tal-Ministri u approvati mill-Kamra tar-Rappreżentanti. Barrani huwa kwalunkwe persuna li mhijiex ċittadina tar-Repubblika ta' Ċipru, inkluż kumpanija kkontrollata mill-barranin. It-terminu ma jinkludix barranin ta' oriġini Ċiprijotta jew konjuġi mhux Ċiprijotti ta' ċittadini tar-Repubblika ta' Ċipru.

 

Fiċ-CZ: Japplikaw regoli speċifiċi għal art agrikola li hija proprjetà tal-gvern. L-art agrikola tal-Istat tista' tiġi akkwistata biss minn nazzjonali Ċeki, nazzjonali ta' Stat Membru ieħor, jew ta' stati partijiet għall-Ftehim dwar iż-ŻEE jew il-Konfederazzjoni Żvizzera. Persuni ġuridiċi jistgħu jakkwistaw art agrikola tal-istat mill-Istat biss jekk ikunu imprendituri agrikoli fir-Repubblika Ċeka jew persuni bi status simili fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew stati partijiet għall-Ftehim dwar iż-ŻEE jew il-Konfederazzjoni Żvizzera.

 

Fid-DK: Persuni fiżiċi li ma jkunux residenti fid-Danimarka, u li qabel ma kinux residenti fid-Danimarka għal perjodu totali ta' ħames snin iridu, skont l-Att Daniż dwar l-Akkwiżizzjonijiet, jiksbu permess mill-Ministeru tal-Ġustizzja biex jiksbu titolu għall-proprjetà immobbli fid-Danimarka. Dan japplika wkoll għall-persuni ġuridiċi li ma jkunux irreġistrati fid-Danimarka. Għall-persuni fiżiċi, l-akkwiżizzjoni ta' proprjetà immobbli tkun permessa jekk l-applikant ikun se juża l-proprjetà immobbli bħala r-residenza primarja tiegħu jew tagħha.

Għall-persuni ġuridiċi li ma jkunux irreġistrati fid-Danimarka, l-akkwiżizzjoni ta' proprjetà immobbli b'mod ġenerali tkun permessa, jekk l-akkwiżizzjoni tkun prerekwiżit għall-attivitajiet kummerċjali tal-akkwirent. Huwa meħtieġ permess ukoll jekk l-applikant ikun se juża l-proprjetà immobbli bħala abitazzjoni sekondarja. Dan il-permess jingħata biss jekk l-applikant, permezz ta' valutazzjoni ġenerali u konkreta, jitqies li jkollu rabtiet b'saħħithom partikolari mad-Danimarka.

Il-permess skont l-Att dwar l-Akkwiżizzjonijiet jingħata biss għall-akkwiżizzjoni ta' proprjetà immobbli speċifika. L-akkwiżizzjoni ta' art agrikola minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi hija, b'żieda ma' dan, irregolata wkoll mill-Att Daniż dwar l-Azjendi Agrikoli, li jimponi restrizzjonijiet fuq il-persuni kollha, Daniżi jew barranin, meta jkunu qegħdin jakkwistaw proprjetà agrikola. Għalhekk, kull persuna fiżika jew ġuridika, li tkun tixtieq takkwista proprjetà immobbli agrikola, trid tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti f'dan l-Att. Dan ġeneralment ifisser li japplika rekwiżit ta' residenza limitat fuq l-azjenda agrikola. Ir-rekwiżit tar-residenza mhuwiex personali. L-entitajiet ġuridiċi jridu jkunu tat-tipi elenkati f' §20 u §21 tal-att u jridu jkunu rreġistrati fl-Unjoni (jew fiż-ŻEE).

Fl-EE: Persuna ġuridika minn Stat Membru tal-OECD għandha d-dritt li takkwista proprjetà immobbli li jkun fiha:

(i)

inqas minn għaxar ettari ta' art agrikola, art forestali jew art agrikola u forestali b'kollox mingħajr restrizzjonijiet.

(ii)

għaxar ettari jew aktar ta' art agrikola jekk il-persuna ġuridika tkun ġiet ingaġġata, għal tliet snin immedjatament qabel is-sena li fiha tkun saret it-tranżazzjoni ta' akkwist tal-proprjetà immobbli, fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minbarra prodotti tas-sajd u l-qoton (minn hawn' il quddiem "prodott agrikolu").

(iii)

għaxar ettari jew aktar ta' art forestali jekk il-persuna ġuridika tkun ġiet ingaġġata, għal tliet snin immedjatament qabel is-sena li fiha tkun saret it-tranżazzjoni tal-akkwist tal-proprjetà immobbli, fil-ġestjoni tal-foresti fit-tifsira tal-Att dwar il-Foresti (minn hawn 'il quddiem "il-ġestjoni tal-foresti") jew il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli.

(iv)

inqas minn għaxar ettari ta' art agrikola u inqas minn għaxar ettari ta' art forestali, iżda għaxar ettari jew aktar ta' art agrikola u forestali b'kollox, jekk il-persuna ġuridika tkun ġiet ingaġġata, għal tliet snin immedjatament qabel is-sena li fiha tkun saret it-tranżazzjoni tal-akkwist tal-proprjetà immobbli, fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli jew fil-ġestjoni tal-foresti.

Jekk persuna ġuridika ma tissodisfax ir-rekwiżiti previsti f'minn (ii) sa (iv), il-persuna ġuridika tista' takkwista proprjetà immobbli li fiha għaxar ettari jew aktar ta' art agrikola, art forestali jew art agrikola u foresta b'kollox biss bl-awtorizzazzjoni tal-kunsill tal-gvern lokali tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli li għandha tiġi akkwistata.

Restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta' proprjetà immobbli japplikaw f'ċerti żoni ġeografiċi għal nazzjonali mhux taż-ŻEE.

Fil-EL: L-akkwist jew il-kiri ta' proprjetà immobbli fir-reġjuni tal-fruntiera huwa pprojbit għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li n-nazzjonalità jew il-bażi tagħhom tkun barra mill-Istati Membri u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. Il-projbizzjoni tista' titneħħa b'deċiżjoni diskrezzjonali meħuda minn kumitat tal-Amministrazzjoni Deċentralizzata xierqa (jew il-Ministru tad-Difiża Nazzjonali f'każ li l-proprjetajiet li għandhom jiġu sfruttati jappartjenu għall-Fond għall-Esplojtazzjoni ta' Proprjetà Pubblika Privata).

Fil-HR: Kumpaniji barranin jitħallew biss jakkwistaw proprjetà immobbli għall-provvista ta' servizzi jekk ikunu stabbiliti u inkorporati fil-Kroazja bħala persuni ġuridiċi. L-akkwist ta' proprjetà immobbli meħtieġa għall-provvista ta' servizzi minn fergħat jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-barranin ma jistgħux jakkwistaw art agrikola.

F'MT: In-nonnazzjonali ta' Stat Membru ma jistgħux jakkwistaw proprjetà immobbli għal skopijiet kummerċjali. Il-kumpaniji b'25 fil-mija (jew aktar) ta' parteċipazzjoni azzjonarja mhux tal-Unjoni Ewropea jridu jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti (il-Ministru responsabbli għall-Finanzi) biex jixtru proprjetà immobbli għal skopijiet kummerċjali jew ta' negozju. L-awtorità kompetenti tistabbilixxi jekk l-akkwiżizzjoni proposta tirrappreżentax benefiċċju nett għall-ekonomija Maltija.

Fil-PL: L-akkwiżizzjoni ta' proprjetà immobbli, diretta jew indiretta, mill-barranin tirrikjedi permess. Il-permess jinħareġ b'deċiżjoni amministrattiva ta' ministru kompetenti fl-affarijiet interni, bil-kunsens tal-Ministru tad-Difiża Nazzjonali, u fil-każ ta' proprjetà immobbli agrikola, ukoll bil-kunsens tal-Ministru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

Miżuri:

 

AT: Burgenländisches Grundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 25/2007;

 

Kärntner Grundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 9/2004;

 

NÖ- Grundverkehrsgesetz, LGBL. 6800;

 

OÖ- Grundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 88/1994;

 

Salzburger Grundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 9/2002;

 

Steiermärkisches Grundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 134/1993;

 

Tiroler Grundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 61/1996; Voralberger Grundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 42/2004; u

 

Wiener Ausländergrundverkehrsgesetz, LGBL. Nru 11/1998.

 

CY: Il-Liġi dwar l-Akkwist ta' Proprjetà Immobbli (Persuni Barranin) (il-Kapitolu 109), kif emendata.

 

CZ: L-Att Nru 503/2012, Coll. dwar l-Uffiċċju tal-Artijiet tal-Istat.

 

DK: L-Att Daniż dwar l-Akkwiżizzjoni ta' Proprjetà Immobbli (l-Att Konsolidat Nru 265 tal-21 Ta' Marzu 2014 dwar l-Akkwist ta' Proprjetà Immobbli);

l-Ordni Eżekuttiva dwar l-Akkwiżizzjonijiet (l-Ordni Eżekuttiva Nru 764 tat-18 ta' Settembru 1995); kif ukoll l-Att dwar l-Azjendi Agrikoli (l-Att Konsolidat Nru 27 tal-4 ta' Jannar 2017).

 

EE: Kinnisasja omandamise kitsendamise seadus (l-Att dwar Restrizzjonijiet fuq l-Akkwiżizzjoni ta' Proprjetà Immobbli) il-Kapitolu 2 § 4, il-Kapitolu 3§ 10, 2017.

 

EL: Il-Liġi 1892/1990, kif inhi llum, flimkien, sa fejn għandha x'taqsam l-applikazzjoni, mad-deċiżjoni ministerjali F.110/3/330340/S.120/7–4-14 tal-Ministru tad-Difiża Nazzjonali u l-Ministru għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini.

 

HR: LAtt dwar id-Drittijiet ta' Sjieda u drittijiet oħrajn ta' Pussess (GU 91/96, 68/98, 137/99, 22/00, 73/00, 129/00, 114/01, 79/06, 141/06, 146/08, 38/09, 143/12, 152/14), l-Artikoli minn 354 sa 358.b; l-Att dwar l-Art Agrikola (GU 20/18, 115/18, 98/19), l-Artikolu 2; l-Att dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali.

 

MT: L-Att dwar il-Proprjetà Immobbli (Akkwiżizzjoni minn Nonresidenti) (Kap. 246); kif ukoll il-Protokoll Nru 6 tat-Trattat tal-Adeżjoni fl-UE dwar l-akkwiżizzjoni ta' residenzi sekondarji f'Malta.

 

PL: Il-Liġi tal-24 ta' Marzu 1920 dwar l-Akkwiżizzjoni ta' Proprjetà Immobbli mill-Barranin (Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2016, il-punt 1061 kif emendat).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-HU: Ix-xiri ta' proprjetà immobbli minn nonresidenti huwa soġġett għall-kisba ta' awtorizzazzjoni mill-awtorità amministrattiva xierqa responsabbli mill-pożizzjoni ġeografika tal-proprjetà.

Miżuri:

 

HU: Id-Digriet tal-Gvern Nru 251/2014 (X. 2.) dwar l-Akkwist minn Ċittadini Barranin ta' Proprjetà Immobbli minbarra Art Użata għal Skopijiet Agrikoli jew ta' Forestrija; kif ukoll l-Att LXXVIII tal-1993 (il-Paragrafu 1/A).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-LV: L-akkwist ta' art urbana minn nazzjonali tar-Renju Unit huwa permess permezz ta' persuni ġuridiċi rreġistrati fil-Latvja jew fi Stati Membri oħra:

(i)

jekk aktar minn 50 fil-mija tal-kapital ta' ekwità tagħhom jappartjeni lil nazzjonali tal-Istati Membri, il-Gvern jew muniċipalità Latvjana, separatament jew flimkien;

(ii)

jekk aktar minn 50 fil-mija tal-kapital ta' ekwità tagħhom jappartjeni lil persuni fiżiċi u kumpaniji ta' pajjiż terz li miegħu l-Latvja kkonkludiet ftehimiet bilaterali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni reċiproka ta' investimenti u li ġew approvati mill-Parlament Latvjan qabel il-31 ta' Diċembru 1996;

(iii)

jekk aktar minn 50 fil-mija tal-kapital ta' ekwità tagħhom huwa fil-pussess ta' persuni fiżiċi u kumpaniji ta' pajjiż terz li miegħu l-Latvja kkonkludiet ftehimiet bilaterali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni reċiproka ta' investimenti wara l-31 ta' Diċembru 1996, jekk f'dawk il-ftehimiet, id-drittijiet ta' persuni fiżiċi u kumpaniji Latvjani dwar l-akkwiżizzjoni ta' art fil-pajjiż terz rispettiv ikunu ġew stabbiliti;

(iv)

jekk aktar minn 50 fil-mija tal-kapital ta' ekwità tagħhom ikun fil-pussess b'mod konġunt ta' persuni msemmija fil-punti minn (i) sa (iii); jew

(v)

li huma kumpaniji pubbliċi b'ishma konġunti, jekk l-ishma tagħhom jiġu kkwotati fil-borża.

Fejn ir-Renju Unit jippermetti lil nazzjonali u intrapriżi Latvjani jixtru proprjetà immobbli urbana fit-territorji tiegħu, il-Latvja tippermetti lil nazzjonali u intrapriżi tar-Renju Unit li jixtru proprjetà immobbli urbana fil-Latvja bl-istess kondizzjonijiet bħan-nazzjonali Latvjani.

Miżuri:

 

LV: il-Liġi dwar ir-riforma dwar l-artijiet fl-ibliet tar-Repubblika tal-Latvja, it-Taqsima 20 u 21.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-DE: Jistgħu japplikaw ċerti kondizzjonijiet ta' reċiproċità għall-akkwiżizzjoni ta' proprjetà immobbli.

 

Fi ES: L-investiment barrani f'attivitajiet relatati direttament mal-investimenti barranin ta' proprjetà immobbli għal missjonijiet diplomatiċi mill-Istati li mhumiex Stati Membri jeħtieġu awtorizzazzjoni amministrattiva mill-Kunsill Spanjol tal-Ministri, sakemm ma hemmx ftehim ta' liberalizzazzjoni reċiproka fis-seħħ.

 

Fir-RO: Persuni ta' nazzjonalità barranija, persuni apolidi u persuni ġuridiċi (għajr nazzjonali u persuni ġuridiċi ta' Stat Membru taż-ŻEE) jistgħu jiksbu drittijiet ta' sjieda fuq artijiet, skont il-kondizzjonijiet irregolati bi trattati internazzjonali, fuq il-bażi tar-reċiproċità. Persuni ta' nazzjonalità barranija, persuni apolidi u persuni ġuridiċi ma jistgħux jiksbu d-dritt ta' proprjetà fuq artijiet b'kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk applikabbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea.

Miżuri:

 

DE: Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuche (EGBGB; Il-Liġi Introduttorja tal-Kodiċi Ċivili).

 

ES: Id-Digriet Irjali 664/1999 tat-23 ta' April 1999 dwar l-investiment barrani.

 

RO: Il-Liġi 17/2014 dwar xi miżuri li jirregolaw il-bejgħ u x-xiri ta' art agrikola li tinsab barra mill-belt u li temenda; u

il-Liġi Nru 268/2001 dwar il-privatizzazzjoni ta' kumpaniji li jippossiedu art fi sjieda pubblika u ġestjoni privata tal-istat għall-art agrikola u li tistabbilixxi l-Aġenzija għad-Dominji tal-Istat, bl-emendi sussegwenti.

Riżerva Nru 2 - Is-servizzi professjonali (ħlief dawk relatati mas-saħħa)

Settur – sottosettur:

Servizzi professjonali - servizzi legali; aġent tal-privattivi, aġent tal-proprjetà industrijali, avukat tal-proprjetà intellettwali; servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba; servizzi ta' awditjar, servizzi ta' konsulenza dwar it-tassazzjoni; servizzi ta' arkitettura u ta' ppjanar urban, servizzi ta' inġinerija, u servizzi ta' inġinerija integrata

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 861, 862, 863, 8671, 8672, 8673, 8674, parti minn 879

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Obbligi għas-servizzi legali

Kapitolu/Taqsima:

Liberalizzazzjoni tal-investiment, Kummerċ transfruntier fis-servizzi u Qafas regolatorju għas-servizzi legali

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi legali (parti minn CPC 861) (1)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq – Qafas regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi

Fl-UE: Rekwiżiti speċifiċi nondiskriminatorji dwar il-forma legali japplikaw f'kull Stat Membru.

(i)

Servizzi legali deżinjati fornuti skont it-titolu professjonali domestiku (parti minn CPC 861 – servizzi ta' konsulenza legali, arbitraġġ, konċiljazzjoni u medjazzjoni fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni ta' oriġini u l-liġi internazzjonali rregolati mit-Taqsima 7 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim).

Għal ċertezza akbar, b'mod konsistenti man-noti introduttivi, b'mod partikolari l-paragrafu 9, ir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Avukati jistgħu jinkludu rekwiżit li wieħed ikun wettaq xi taħriġ b'superviżjoni ta' avukat liċenzjat, jew li jkollu uffiċċju jew indirizz postali fil-ġuriżdizzjoni ta' Kamra tal-Avukati speċifika sabiex ikun eliġibbli biex japplika għal sħubija f'dik il-Kamra tal-Avukati. Xi Stati Membri jistgħu jimponu r-rekwiżit li jkollhom id-dritt li jipprattikaw il-liġi dwar il-ġuriżdizzjoni ospitanti fuq dawk il-persuni fiżiċi li jkollhom ċerti pożizzjonijiet f'ditta legali/kumpanija/intrapriża jew għall-azzjonisti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament Nazzjonali, Aċċess għas-suq u Qafas regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi:

 

Fl-AT: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali) sabiex wieħed jipprovdi servizzi legali fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni ospitanti (tal-Unjoni u tal-Istat Membru), inkluż rappreżentanza quddiem il-qrati. Avukati b'nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera biss jistgħu jipprovdu servizzi legali permezz ta' preżenza kummerċjali. Il-prattika ta' servizzi legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni ta' oriġini hija permessa biss fuq bażi transfruntiera.

Il-parteċipazzjoni tal-ekwità u l-ishma fir-riżultat operattiv ta' kwalunkwe ditta legali minn avukati barranin (li jridu jkunu kkwalifikat b'mod sħiħ fil-ġuriżdizzjoni ta' oriġini tagħhom) hija permessa sa 25 fil-mija; il-bqija jrid jinżamm minn avukati kwalifikati b'mod sħiħ miż-ŻEE jew Żvizzeri u dawn tal-aħħar biss jistgħu jeżerċitaw influwenza deċiżiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tad-ditta legali.

Fil-BE: (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) Avukati barranin jistgħu jipprattikaw bħala konsulenti legali. Avukati li huma membri ta' Kamra tal-Avukati barranija (mhux tal-UE) u li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fil-Belġju iżda ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni fuq it-Tableau ta' avukati kompletament ikkwalifikati, fuq il-lista tal-UE jew fuq il-Lista ta' Avukati bi Prova, jistgħu jitolbu reġistrazzjoni fl-hekk imsejħa "Lista B". Huwa biss fil-Kamra tal-Avukati ta' Brussell li teżisti tali "Lista B". Avukat fuq il-lista B jista' jipprovdi servizzi legali deżinjati.

Fil-BG: (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit): Hija meħtieġa residenza permanenti għas-servizzi ta' medjazzjoni legali. Medjatur jista' jkun biss persuna li tkun iddaħħlet fir-Reġistru Uniformi tal-Medjaturi mal-Ministru tal-Ġustizzja.

Fil-Bulgarija, it-trattament nazzjonali sħiħ dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta' kumpaniji, kif ukoll dwar il-forniment ta' servizzi, jista' jiġi estiż biss għal kumpaniji stabbiliti fi, u ċittadini ta', pajjiżi li magħhom ġew jew se jiġu konklużi ftehimiet bilaterali dwar assistenza legali reċiproka.

F'CY: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali). L-avukati li jkunu membri tal-Kamra tal-Avukati biss jistgħu jkunu soċji jew azzjonisti jew membri tal-Bord tad-Diretturi f'kumpanija legali f'Ċipru.

Fiċ-CZ: Għal avukati barranin hija meħtieġa residenza (preżenza kummerċjali).

Fil-DE: Fil-każ ta' avukati barranin (ħlief dawk bi kwalifika taż-ŻEE u Żvizzera) jista' jkun hemm restrizzjonijiet biex wieħed ikun azzjonist f'kumpanija tal-avukati li tipprovdi servizzi legali fid-dritt tal-ġuriżdizzjoni ospitanti.

Fid-DK: Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE ta' hawn fuq, l-ishma ta' ditta legali jistgħu jkunu proprjetà biss ta' avukati li jipprattikaw b'mod attiv il-liġi fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha, impjegati oħra fid-ditta, jew ditta legali oħra rreġistrata fid-Danimarka. Impjegati oħra fid-ditta jistgħu biss kollettivament jippossjedu anqas minn 10 fil-mija tal-ishma u tad-drittijiet tal-vot, u sabiex ikunu azzjonisti għandhom jgħaddu eżami dwar ir-regoli ta' importanza partikolari għall-prattika tal-liġi.

Huma biss dawk l-avukati li jipprattikaw il-liġi b'mod attiv fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha, azzjonisti oħra, u r-rappreżentanti tal-impjegati, li jistgħu jkunu membri tal-bord. Il-maġġoranza tal-membri tal-bord iridu jkunu avukati li jipprattikaw b'mod attiv il-liġi fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha. Huma biss dawk l-avukati li jipprattikaw il-liġi b'mod attiv fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha, u azzjonisti oħra li jkunu għaddew mill-eżami msemmi hawn fuq, li jistgħu jkunu direttur tad-ditta legali.

Fi ES: L-indirizz professjonali huwa meħtieġ sabiex jiġu pprovduti servizzi legali deżinjati.

Fi FR, hija meħtieġa residenza jew stabbiliment fiż-ŻEE biex wieħed ikun jista' jipprattika fuq bażi permanenti. Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE ta' hawn fuq: Fil-każ tal-avukati kollha, il-kumpanija trid tieħu waħda mill-forom legali li ġejjin awtorizzati skont il-liġi Franċiża fuq bażi nondiskriminatorja: SCP (société civile professionnelle), SEL (société d'exercice libéral), SEP (société en participation), SARL (société à responsabilité limitée), SAS (société par actions simplifiée), SA (société anonyme), SPE (société pluriprofessionnelle d'exercice) kif ukoll "association", b'ċerti kondizzjonijiet. L-azzjonisti, id-diretturi u s-soċji jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi relatati mal-attività professjonali tagħhom.

Fil-HR: Huwa biss avukat li għandu t-titolu ta' avukat Kroat li jista' jistabbilixxi ditta legali (ditti tar-Renju Unit jistgħu jistabbilixxu fergħat, li ma jistgħux jimpjegaw avukati Kroati).

Fl-HU: Huwa meħtieġ kuntratt ta' kooperazzjoni konkluż ma' avukat Ungeriż (ügyvéd) jew ditta legali (ügyvédi iroda). Konsulent legali barrani ma jistax ikun membru ta' ditta legali Ungeriża. Avukat barrani mhuwiex awtorizzat għat-tħejjija ta' dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lil arbitru, konċiljatur jew medjatur, jew jaġixxi bħala rappreżentant legali tal-klijent quddiemhom, fi kwalunkwe tilwima.

Fil-PT (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit): Il-barranin li jkollhom diploma mogħtija minn kwalunkwe Fakultà tal-Liġi fil-Portugall, jistgħu jirreġistraw mal-Avukatura Portugiża (Ordem dos Advogados), bl-istess termini bħan-nazzjonali Portugiżi, jekk il-pajjiż rispettiv tagħhom jagħti trattament reċiproku lin-nazzjonali Portugiżi.

Barranin oħra li jkollhom Lawrja fil-Liġi li tkun ġiet rikonoxxuta minn Fakultà tal-Liġi fil-Portugall jistgħu jirreġistraw bħala membri tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura bil-kondizzjoni li jagħmlu t-taħriġ meħtieġ u jgħaddu mill-assessjar finali u l-eżami tal-ammissjoni.

Il-konsultazzjoni legali hija permessa mill-ġuristi, sakemm ikollhom ir-residenza professjonali tagħhom ("domiciliação") il-Portugall, jgħaddu minn eżami ta' ammissjoni u jkunu rreġistrati fil-Kamra tal-Avukati.

Fir-RO: Avukat barrani ma jistax jagħmel trattazzjonijiet orali jew bil-miktub quddiem il-qrati jew korpi ġudizzjarji oħra, ħlief għal arbitraġġ internazzjonali.

Fl-SE: (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE ta' hawn fuq: Membru tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura ma jista' jiġi impjegat minn ħadd għajr membru tal-Avukatura jew kumpanija li twettaq in-negozju ta' membru tal-Avukatura. Madankollu, membru tal-Avukatura jista' jiġi impjegat minn kumpanija barranija li twettaq in-negozju ta' avukat, kemm-il darba l-kumpanija inkwistjoni tkun domiċiljata f'pajjiż fl-Unjoni, iż-ŻEE jew il-Konfederazzjoni Żvizzera. Soġġett għal eżenzjoni mill-Bord tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura, membru tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura jista' jiġi impjegat ukoll minn ditta legali mhux tal-Unjoni Ewropea.

Il-membri tal-Avukatura li jwettqu l-prattika tagħhom fil-forma ta' kumpanija jew soċjetà ma jistax ikollhom objettiv ieħor u ma jistgħu jwettqu l-ebda negozju ieħor għajr il-prattika ta' avukat. Il-kollaborazzjoni ma' negozji oħra tal-avukati hija permessa, madankollu, il-kollaborazzjoni ma' negozji barranin tirrikjedi l-permess mill-Bord tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura. Membru tal-Avukatura biss jista' direttament jew indirettament, jew permezz ta' kumpanija, jipprattika ta' avukat, jkollu ishma fil-kumpanija jew ikun soċju. Membru biss jista' jkun membru jew deputat membru tal-Bord jew deputat direttur maniġerjali, jew firmatarju jew segretarju awtorizzat tal-kumpanija jew tas-soċjetà.

Fis-SI: (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) Avukat barrani li jkollu d-dritt li jipprattika liġi tal-ġuriżdizzjoni ta' oriġini jista' jipprovdi servizzi legali jew jipprattika l-liġi skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34a tal-Att dwar l-Avukati, sakemm tiġi ssodisfata l-kondizzjoni ta' reċiproċità effettiva. Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE dwar rekwiżiti ta' forma legali nondiskriminatorja, il-preżenza kummerċjali għal avukati maħtura mill-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Slovena hija ristretta għal impriża individwali, ditta legali b'responsabbiltà limitata (soċjetà) jew għal ditta legali b'responsabbiltà illimitata (soċjetà) biss. L-attivitajiet ta' ditta legali għandhom ikunu ristretti għall-prattika tal-liġi. L-avukati biss jistgħu jkunu soċji f'ditta legali.

Fis-SK: Għal avukati mhux tal-UE hija meħtieġa reċiproċità effettiva.

(ii)

Servizzi legali oħra (liġi dwar il-ġuriżdizzjoni ospitanti inkluż servizzi ta' konsulenza legali, arbitraġġ, konċiljazzjoni u medjazzjoni u servizzi ta' rappreżentanza legali).

Għal aktar ċertezza, b'mod konsistenti man-Noti introduttivi, b'mod partikolari l-paragrafu 9, ir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni mal-Avukatura jistgħu jinkludu r-rekwiżit li tkun inkisbet lawrja fil-liġi fil-ġuriżdizzjoni ospitanti jew l-ekwivalenti tagħha, jew li jkun tlesta xi taħriġ bis-superviżjoni ta' avukat liċenzjat, jew li jkun hemm uffiċċju jew indirizz postali fil-ġuriżdizzjoni ta' xi Avukatura speċifika sabiex ikun hemm eliġibbiltà ta' applikazzjoni għal sħubija f'dik l-Avukatura.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-UE: Ir-rappreżentanza ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (European Union Intellectual Property Office, EUIPO) tista' ssir biss minn prattikant legali kkwalifikat f'wieħed mill-Istati Membri taż-ŻEE u li jkollu l-post tan-negozju tiegħu fiż-ŻEE, sa fejn dawn ikunu intitolati, fl-imsemmi Stat Membru, li jaġixxu bħala rappreżentanti fi kwistjonijiet ta' trademarks jew fi kwistjonijiet ta' proprjetà industrijali u minn rappreżentanti professjonali li isimhom jidher fil-lista miżmuma għal dan il-għan mill-EUIPO. (Parti minn CPC 861)

 

Fl-AT: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali) sabiex wieħed jipprovdi servizzi legali fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni ospitanti (tal-Unjoni u tal-Istat Membru), inkluż rappreżentanza quddiem il-qrati. Avukati b'nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera biss jistgħu jipprovdu servizzi legali permezz ta' preżenza kummerċjali. Il-prattika ta' servizzi legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni ta' oriġini hija permessa biss fuq bażi transfruntiera.

Il-parteċipazzjoni tal-ekwità u l-ishma fir-riżultat operattiv ta' kwalunkwe ditta legali minn avukati barranin (li jridu jkunu kkwalifikat b'mod sħiħ fil-ġuriżdizzjoni ta' oriġini tagħhom) hija permessa sa 25 fil-mija; il-bqija jrid jinżamm minn avukati kwalifikati b'mod sħiħ miż-ŻEE jew Żvizzeri u dawn tal-aħħar biss jistgħu jeżerċitaw influwenza deċiżiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tad-ditta legali.

Fil-BE: (fir-rigward ukoll tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit ) hija meħtieġa residenza għal ammissjoni sħiħa fl-Avukatura, inkluż għal rappreżentazzjoni quddiem il-qrati. Ir-rekwiżit ta' residenza għal avukat barrani sabiex jikseb ammissjoni sħiħa għall-avukatura huwa tal-anqas sitt snin mid-data ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, tliet snin taħt ċerti kondizzjonijiet. Hemm bżonn ta' ċertifikat maħruġ mill-Ministru Belġjan tal-Affarijiet Barranin li fuq il-bażi tiegħu l-liġi nazzjonali jew il-konvenzjoni internazzjonali tippermetti r-reċiproċità (kondizzjoni ta' reċiproċità).

Avukati barranin jistgħu jipprattikaw bħala konsulenti legali. Avukati li huma membri ta' Kamra tal-Avukati barranija (mhux tal-UE) u li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fil-Belġju iżda ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni fuq it-Tableau ta' avukati kompletament ikkwalifikati, fuq il-lista tal-UE jew fuq il-Lista ta' Avukati bi Prova, jistgħu jitolbu reġistrazzjoni fl-hekk imsejħa "Lista B". Huwa biss fil-Kamra tal-Avukati ta' Brussell li teżisti tali "Lista B". Avukat fuq il-lista B jista' jagħti konsulenza. Ir-rappreżentanza quddiem il-"Cour de Cassation" hija soġġetta għal ħatra fuq lista speċifika.

Fil-BG: (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) Riservat għal nazzjonali ta' Stat Membru, ta' Stat ieħor li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera li ngħatat l-awtorizzazzjoni biex tħaddem il-professjoni ta' avukat skont il-leġiżlazzjoni ta' kull wieħed mill-pajjiżi msemmija hawn fuq. Ċittadin barrani (ħlief għal min imsemmi hawn fuq) li jkun ġie awtorizzat iħaddem il-professjoni ta' avukat skont il-leġiżlazzjoni ta' pajjiżu jew pajjiżha, jista' jappella quddiem korpi ġudizzjarji tar-Repubblika tal-Bulgarija bħala avukat difensur jew mandatarju ta' nazzjonal ta' pajjiżu jew pajjiżha, li jaġixxi fuq każ speċifiku, flimkien ma' avukat Bulgaru, f'kawżi fejn dan kien previst fi ftehim bejn l-istat Bulgaru u dak barrani rispettiv, jew fuq il-bażi ta' mutwalità, li jagħmel talba preliminari skont dan lill-President tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura. Il-pajjiżi, li fir-rigward tagħhom teżisti l-mutwalità, għandhom jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja, b'talba tal-President tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura. Sabiex jipprovdi servizzi ta' medjazzjoni legali, persuna ta' nazzjonalità barranija jrid ikolla permess għal residenza fit-tul jew permanenti fir-Repubblika tal-Bulgarija u tkun iddaħħlet fir-Reġistru Uniformi tal-Medjaturi fil-Ministru tal-Ġustizzja

F'CY: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali). L-avukati li jkunu membri tal-Kamra tal-Avukati biss jistgħu jkunu soċji jew azzjonisti jew membri tal-Bord tad-Diretturi f'kumpanija legali f'Ċipru.

Fiċ-CZ: Għal avukati barranin hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati Ċeka kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali).

Fil-DE: Avukati bi kwalifika taż-ŻEE u Żvizzera biss jistgħu jiġu ammessi fl-Avukatura u għalhekk ikunu intitolati li jipprovdu servizz legali. Hija meħtieġa preżenza kummerċjali sabiex tinkiseb ammissjoni sħiħa għall-Avukatura. Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-assoċjazzjoni kompetenti tal-avukatura. Fil-każ ta' avukati barranin (ħlief bi kwalifika taż-ŻEE u Żvizzera) jista' jkun hemm restrizzjonijiet għaż-żamma ta' ishma ta' kumpanija tal-avukati li tipprovdi servizzi legali fid-dritt domestiku.

Fid-DK: Is-servizzi legali pprovduti taħt it-titolu "advokat" (avukat) jew kwalunkwe titolu simili, kif ukoll rappreżentazzjoni quddiem il-qrati, huma riżervati għal avukati b'liċenzja Daniża għall-prattika. L-avukati tal-UE, taż-ŻEE u tal-Iżvizzera jistgħu jipprattikaw bit-titolu tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE dwar rekwiżiti ta' forma legali nondiskriminatorja, l-ishma ta' ditta legali jistgħu jkunu proprjetà biss ta' avukati li jipprattikaw b'mod attiv il-liġi fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha, impjegati oħra fid-ditta, jew ditta legali oħra rreġistrata fid-Danimarka. Impjegati oħra fid-ditta jistgħu biss kollettivament jippossjedu anqas minn 10 fil-mija tal-ishma u tad-drittijiet tal-vot, u sabiex ikunu azzjonisti għandhom jgħaddu eżami dwar ir-regoli ta' importanza partikolari għall-prattika tal-liġi.

Huma biss dawk l-avukati li jipprattikaw il-liġi b'mod attiv fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha, azzjonisti oħra, u r-rappreżentanti tal-impjegati, li jistgħu jkunu membri tal-bord. Il-maġġoranza tal-membri tal-bord iridu jkunu avukati li jipprattikaw b'mod attiv il-liġi fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha. Huma biss dawk l-avukati li jipprattikaw il-liġi b'mod attiv fid-ditta, il-kumpanija prinċipali tagħha jew il-kumpanija sussidjarja tagħha, u azzjonisti oħra li jkunu għaddew mill-eżami msemmi hawn fuq, li jistgħu jkunu direttur tad-ditta legali.

Fl-EE: Hija meħtieġa residenza (preżenza kummerċjali).

Fil-EL: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali)

Fi ES: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet min-nazzjonalità.

Fil-FI: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll sħubija fl-Avukatura sabiex wieħed juża t-titolu professjonali ta' "avukat" (bil-Finlandiż "asianajaja" jew bl-Iżvediż "advokat"). Is-servizzi legali jistgħu jiġu pprovduti wkoll minn membri mhux tal-Avukatura.

Fi FR: Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE dwar rekwiżiti ta' forma legali nondiskriminatorja, hija meħtieġa residenza jew stabbiliment fiż-ŻEE għal ammissjoni sħiħa fl-Avukatura, neċessarji sabiex wieħed jagħti servizzi legali. F'ditta legali, il-parteċipazzjoni azzjonarja u d-drittijiet tal-vot jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi relatati mal-attività professjonali tas-soċji. Ir-rappreżentanza quddiem il-"Cour de Cassation" u l-"Conseil d'Etat" hija soġġetta għall-kwoti u hija riżervata għal nazzjonali Franċiżi u tal-UE.

Fil-każ tal-avukati kollha, il-kumpanija trid tieħu waħda mill-forom legali li ġejjin awtorizzati skont il-liġi Franċiża fuq bażi nondiskriminatorja: SCP (société civile professionnelle), SEL (société d'exercice libéral), SEP (société en participation), SARL (société à responsabilité limitée), SAS (société par actions simplifiée), SA (société anonyme), SPE (société pluriprofessionnelle d'exercice) kif ukoll "association", b'ċerti kondizzjonijiet. Hija meħtieġa residenza jew stabbilment fiż-ŻEE biex wieħed ikun jista' jipprattika fuq bażi permanenti.

Fil-HR: Hija meħtieġa nazzjonalità tal-Unjoni Ewropea.

Fl-HU: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali).

Fil-LT: (Fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali).

Avukati minn pajjiżi barranin jistgħu jipprattikaw bħala avukati fil-qorti biss skont ftehimiet internazzjonali, bl-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rappreżentanza quddiem il-qrati. Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa għall-Avukatura.

Fil-LU (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit): Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali). Il-Kunsill tal-Ordni jista' jaqbel li jneħħi r-rekwiżit tan-nazzjonalità għal persuna ta' nazzjonalità barranija fuq il-bażi ta' reċiproċità.

Fil-LV (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit): Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera. Avukati minn pajjiżi barranin jistgħu jipprattikaw bħala avukati fil-qorti biss skont ftehimiet bilaterali dwar l-assistenza legali reċiproka.

Għall-avukati tal-Unjoni Ewropea jew barranin, jeżistu rekwiżiti speċjali. Pereżempju, il-parteċipazzjoni fi proċedimenti tal-qorti f'każijiet kriminali hija permessa biss f'assoċjazzjoni ma' avukat tal-Kulleġġ Latvjan tal-Avukati Ġuramentati.

F'MT: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali).

Fin-NL: L-avukati b'liċenzja lokali rreġistrati fir-reġistru Nederlandiż biss jistgħu jużaw it-titolu ta' "avukat". Minflok ma jużaw it-terminu sħiħ ta' "avukat", l-avukati barranin (mhux reġistrati) huma obbligati jsemmu l-organizzazzjoni professjonali tal-ġuriżdizzjoni ta' oriġini tagħhom għall-iskopijiet tal-attivitajiet tagħhom fin-Netherlands.

Fil-PT (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit): hija meħtieġa residenza (preżenza kummerċjali). Għar-rappreżentanza quddiem il-qrati, hija meħtieġa ammissjoni sħiħa għall-Avukatura. Il-barranin li jkollhom diploma mogħtija minn kwalunkwe Fakultà tal-Liġi fil-Portugall, jistgħu jirreġistraw mal-Avukatura Portugiża (Ordem dos Advogados), bl-istess termini bħan-nazzjonali Portugiżi, jekk il-pajjiż rispettiv tagħhom jagħti trattament reċiproku lin-nazzjonali Portugiżi.

Barranin oħra li jkollhom Lawrja fil-Liġi li tkun ġiet rikonoxxuta minn Fakultà tal-Liġi fil-Portugall jistgħu jirreġistraw bħala membri tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura bil-kondizzjoni li jagħmlu t-taħriġ meħtieġ u jgħaddu mill-assessjar finali u l-eżami tal-ammissjoni. Id-ditti legali li fihom l-ishma jappartjenu esklużivament lill-avukati ammessi għall-Avukatura Portugiża biss jistgħu jipprattikaw fil-Portugall.

Fir-RO: Avukat barrani ma jistax jagħmel trattazzjonijiet orali jew bil-miktub quddiem il-qrati jew korpi ġudizzjarji oħra, ħlief għal arbitraġġ internazzjonali.

Fl-SE: (fir-rigward ukoll għat-Trattament ta' nazzjon l-aktar favorit) hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE jew fl-Iżvizzera għall-ammissjoni għall-Avukatura u għall-użu tat-titolu "advokat". L-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw mill-bord tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura. L-ammissjoni għall-Avukatura mhijiex neċessarja għall-prattika tal-liġi Żvediża.

Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE dwar ir-rekwiżiti ta' forma legali nondiskriminatorja, membru tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura ma jista' jiġi impjegat minn ħadd għajr membru tal-Avukatura jew minn kumpanija li topera bħala membru tal-Avukatura. Madankollu, membru tal-Avukatura jista' jiġi impjegat minn kumpanija barranija li twettaq negozju ta' avukat, kemm-il darba l-kumpanija inkwistjoni tkun domiċiljata f'pajjiż fiż-ŻEE jew il-Konfederazzjoni Żvizzera. Soġġett għal eżenzjoni mill-Bord tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura, membru tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura jista' jiġi impjegat ukoll minn ditta legali mhux tal-Unjoni Ewropea.

Il-membri tal-Avukatura li jwettqu l-prattika tagħhom fil-forma ta' kumpanija jew soċjetà ma jistax ikollhom objettiv ieħor u ma jistgħu jwettqu l-ebda negozju ieħor għajr il-prattika ta' avukat. Il-kollaborazzjoni ma' negozji oħra tal-avukati hija permessa, madankollu, il-kollaborazzjoni ma' negozji barranin tirrikjedi l-permess mill-Bord tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura. Membru tal-Avukatura biss jista' direttament jew indirettament, jew permezz ta' kumpanija, jipprattika ta' avukat, jkollu ishma fil-kumpanija jew ikun soċju. Membru biss jista' jkun membru jew deputat membru tal-Bord jew deputat direttur maniġerjali, jew firmatarju jew segretarju awtorizzat tal-kumpanija jew tas-soċjetà.

Fis-SI: (għar-rigward tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar favorit) Ir-rappreżentanza ta' klijenti quddiem il-qorti bi ħlas hija kkondizzjonata mill-preżenza kummerċjali fir-Repubblika tas-Slovenja. Avukat barrani li jkollu d-dritt li jipprattika l-liġi tal-ġuriżdizzjoni ta' oriġini jista' jwettaq servizzi legali jew jipprattika l-liġi skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34a tal-Att dwar l-Avukati, sakemm tiġi ssodisfata l-kondizzjoni ta' reċiproċità effettiva.

Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tal-UE dwar rekwiżiti ta' forma ġuridika nondiskriminatorja, il-preżenza kummerċjali għal avukati maħtura mill-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Slovena hija ristretta għal impriża individwali, ditta legali b'responsabbiltà limitata (soċjetà) jew għal ditta legali b'responsabbiltà illimitata (soċjetà) biss. L-attivitajiet ta' ditta legali għandhom ikunu ristretti għall-prattika tal-liġi. L-avukati biss jistgħu jkunu soċji f'ditta legali.

Fis-SK: (għar-rigward tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar favorit) hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE kif ukoll residenza (preżenza kummerċjali) sabiex wieħed jipprovdi servizzi legali fir-rigward tal-liġi tal-ġuriżdizzjoni ospitanti, inkluż rappreżentanza quddiem il-qrati. Għal avukati mhux tal-UE hija meħtieġa reċiproċità effettiva.

Miżuri:

 

UE: L-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 (3).

 

AT: Rechtsanwaltsordnung (l-Att dwar l-Avukati) - RAO, RGBl. Nru 96/1868, l-Artikolu 1 u § 21c.

 

BE: Il-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan (l-Artikoli 428-508); id-Digriet Irjali tal-24 ta' Awwissu 1970.

 

BG: Il-Liġi dwar l-Avukati; il-Liġi għall-Medjazzjoni; il-Liġi għan-Nutara u l-Attività Notarili.

 

CY: Il-Liġi tal-Avukati (il-Kapitolu 2), kif emendata.

 

CZ: L-Att Nru 85/1996 Coll., l-Att dwar il-Professjoni Legali.

 

DE: § 59e, § 59f, § 206 Bundesrechtsanwaltsordnung (BRAO; l-Att Federali dwar l-Avukati);

Gesetz über die Tätigkeit europäischer Rechtsanwälte in Deutschland (EuRAG); u§ 10 Rechtsdienstleistungsgesetz (RDG).

 

DK: Retsplejeloven (l-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja) il-kapitoli 12 u 13 (l-Att Konsolidat Nru 1284 tas-14 ta' Novembru 2018).

 

EE: Advokatuuriseadus (l-Att dwar l-Assoċjazzjonijiet tal-Avukatura);

Tsiviilkohtumenetluse seadustik (Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); halduskohtumenetluse seadustik (il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva tal-Qrati); kriminaalmenetluse seadustik (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali); and väärteomenetluse seadustik (il-Kodiċi ta' Proċedura għal Imġiba Ħażina).

 

EL: Il-Kodiċi l-ġdid dwar l-Avukati nru 4194/2013.

 

ES: Estatuto General de la Abogacía Española, aprobado por Real Decreto 658/2001, l-Artikolu 13.1a.

 

FI: Laki asianajajista (l-Att dwar l-Avukati) (496/1958), ss. 1 u 3; Oikeudenkäymiskaari (4/1734) (il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja).

 

FR: Loi 71-1130 du 31 décembre 1971, Loi 90- 1259 du 31 décembre 1990, décret 91-1197 du 27 novembre 1991, u Ordonnance du 10 septembre 1817 modifiée.

 

HR: L-Att dwar il-Professjoni Legali (OG 9/94, 117/08, 75/09, 18/11).

 

HU: L-Att LXXVIII tal-2017 dwar l-attivitajiet professjonali tal-avukati.

 

LT: Il-Liġi dwar l-Avukatura tar-Repubblika tal-Litwanja tat-18 ta' Marzu 2004 Nru IX-2066 kif emendata l-aħħar fit-12 ta' Diċembru 2017 bil-Liġi Nru XIII-571.

 

LU: Loi du 16 décembre 2011 modifiant la loi du 10 août 1991 sur la profession d'avocat.

 

LV: Il-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali, s. 79; u l-Liġi dwar l-Avukatura tar-Repubblika tal-Latvja, s. 4.

 

MT: Il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 12).

 

NL: Advocatenwet (l-Att dwar l-Avukati).

 

PT: Il-Liġi 145/2015, 9 set., alterada p/ Lei 23/2020, 6 jul. (art.o 194 substituído p/ art.o 201.o; e art.o 203.o sostituído p/art.o 213. ).

 

L-Istatut Portugiż tal-Avukatura (Estatuto da Ordem dos Advogados) u d-Digriet Amministrattiv 229/2004, l-Artikoli 5, 7 – 9;

 

il-Liġi-digriet 88/2003, l-Artikoli 77 u 102;

 

Solicitadores Public Professional Association Statute (Estatuto da Câmara dos Solicitadores), kif emendata bil-Liġi 49/2004, mas alterada p/ Lei 154/2015, 14 set; bil-Liġi 14/2006 u bid-Digriet-Liġi Nru 226/2008 alterado p/Lei 41/2013, is-26 ta' Ġunju;

 

il-Liġi 78/2001, l-Artikoli 31, 4 Alterada p/Lei 54/2013, 31 ta' Lulju;

 

Ir-Regolament dwar il-medjazzjoni tal-familja u tax-xogħol (Ordinanza 282/2010), alterada p/ Portaria 283/2018, 19 out;

 

il-Liġi 21/2007 dwar il-medjazzjoni kriminali, l-Artikolu 12;

 

il-Liġi 22/2013, 26 fev., alterada p/Lei 17/2017, 16 maio, alterada pelo Decreto-Lei 52/2019, 17 abril.

 

RO: Il-Liġi dwar l-Avukati;

 

il-Liġi għall-Medjazzjoni; u

 

il-Liġi għan-Nutara u l-Attività Notarili.

 

SE: Rättegångsbalken (il-Kodiċi Żvediż tal-Proċedura Ġudizzjarja) (1942:740); u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Avukatura adottat fid-29 ta' Awwissu 2008.

 

SI: Zakon o odvetništvu (Neuradno prečiščeno besedilo-ZOdv-NPB8 Državnega Zbora RS z dne 7 junij 2019 (l-Att dwar l-Avukati) test konsolidat mhux uffiċjali mħejji mill-Parlament Sloven mis-7 ta' Ġunju 2019).

 

SK: L-Att 586/2003 dwar l-Avukatura, l-Artikoli 2 u 12.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-PL: L-avukati barranin jistgħu jistabbilixxu ruħhom biss fil-forma ta' soċjetà rreġistrata, soċjetà limitata, jew soċjetà b'ishma konġunti limitata.

Miżuri:

 

PL: L-Att tal-5 ta' Lulju 2002 dwar il-provvista minn avukati barranin ta' assistenza legali fir-Repubblika tal-Polonja, l-Artikolu 19.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq

 

Fl-IE, IT: Hija meħtieġa residenza (preżenza kummerċjali) sabiex wieħed jipprovdi servizzi legali fir-rigward tal-liġi tal-ġuriżdizzjoni ospitanti, inkluż rappreżentanza quddiem il-qrati.

Miżuri:

 

IE: L-Atti dwar l-Avukati 1954-2011.

 

IT: Id-Digriet Irjali 1578/1933, l-Artikolu 17 tal-liġi dwar il-professjoni legali.

(b)   Aġenti tal-privattivi, aġenti tal-proprjetà industrijali, avukati tal-proprjetà intellettwali (parti minn CPC 879, 861, 8613)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-AT: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera sabiex wieħed jipprovdi servizzi ta’ aġent ta’ privattivi, kif ukoll meħtieġa r-residenza hemmhekk.

 

Fil-BG, u f'CY: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera sabiex wieħed jipprovdi servizzi ta' aġenzija tal-privattivi. F'CY, hija meħtieġa residenza.

 

Fil-DE: Avukati tal-privattivi bi kwalifika Ġermaniża biss jistgħu jiġu ammessi għall-Avukatura u għalhekk huma intitolati sabiex jipprovdu servizz ta' aġenti tal-privattivi fil-Ġermanja fid-dritt nazzjonali. Avukati tal-privattivi barranin jistgħu joffru servizzi legali fil-liġi barranija meta jippruvaw għarfien espert, hija meħtieġa reġistrazzjoni għas-servizzi legali fil-Ġermanja. Avukati tal-privattivi barranin (għajr bi kwalifika taż-ŻEE u Żvizzera) ma jistgħux jistabbilixxu ditta flimkien ma' avukati tal-privattivi nazzjonali.

Avukati tal-privattivi barranin (għajr taż-ŻEE u Żvizzeri) jista' jkollhom il-preżenza kummerċjali tagħhom biss fil-forma ta' Patentanwalts-GmbH jew Patentanwalts-AG billi jakkwistaw biss sehem minoritarju.

Fl-EE: Hija meħtieġa n-nazzjonalità tal-Estonja jew tal-UE kif ukoll ir-residenza permanenti sabiex wieħed jipprovdi servizzi ta’ aġenzija tal-privattivi.

Fi ES u fil-PT: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE sabiex wieħed jipprovdi servizzi ta’ aġent tal-proprjetà industrijali.

Fi FR: Biex tkun rreġistrat fuq il-lista tas-servizzi tal-aġenti tal-proprjetà industrijali trid tkun stabbilit fiż-ŻEE jew ikollok residenza fiż-ŻEE. Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE għall-persuni fiżiċi. Biex tirrappreżenta klijent quddiem l-uffiċċju nazzjonali tal-proprjetà intellettwali, trid tkun stabbilit fiż-ŻEE. Forniment biss permezz ta' SCP (société civile professionnelle), SEL (société d'exercice libéral) jew kwalunkwe forma legali oħra, taħt ċerti kondizzjonijiet. Irrispettivament mill-forma legali, aktar minn nofs l-ishma u d-drittijiet tal-vot iridu jinżammu minn professjonisti taż-ŻEE. Id-ditti legali jistgħu jkunu intitolati li jipprovdu servizzi ta’ aġenti tal-proprjetà industrijali (ara r-riżerva għal servizzi legali).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-FI u fl-HU: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE sabiex wieħed jipprovdi servizzi ta' aġenzija tal-privattivi.

 

Fis-SI: Ir-residenza fis-Slovenja hija meħtieġa għal detentur/applikant ta’ drittijiet reġistrati (privattivi, trademarks, protezzjoni tad-disinn). Alternattivament, huwa meħtieġ aġent tal-privattivi jew aġent ta' trademark u disinn irreġistrat fis-Slovenja għall-iskop ewlieni ta' servizzi ta' proċess, notifika, eċċ.

Miżuri:

 

AT: L-Att dwar il-Prokuraturi tal-Privattivi (§§ 2 u 16a).

 

BG: L-Artikolu 4 tal-Ordinanza għar-Rappreżentanti rigward il-Proprjetà Intellettwali.

 

CY: Il-Liġi tal-Avukati (il-Kapitolu 2), kif emendata.

 

DE: Patentanwaltsordnung (PAO).

 

EE: Patendivoliniku seadus (l-Att dwar l-Aġenti tal-Privattivi) § 2, § 14.

 

ES: Ley 11/1986, de 20 de marzo, de Patentes de Invención y Modelos de utilidad, l-Artikoli 155-157.

 

FI: Tavaramerkkilaki (l-Att dwar it-Trademarks) (7/1964);

 

Laki auktorisoiduista teollisoikeusasiamiehistä (l-Att dwar l-Avukati Awtorizzati tal-Proprjetà Industrijali) (22/2014); u

 

Laki kasvinjalostajanoikeudesta (l-Att dwar id-Drittijiet tal-Kultivaturi tal-Pjanti) 1279/2009; u Mallioikeuslaki (l-Att dwar id-Disinji Reġistrati) 221/1971.

 

FR: Code de la propriété intellectuelle.

 

HU: L-Att XXXII tal-1995 dwar l-Avukati tal-Privattivi.

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 15/95, kif emendat bil-Liġi 17/2010, bil-Portaria 1200/2010, l-Artikolu 5, u bil-Portaria 239/2013; u l-Liġi 9/2009.

 

SI: Zakon o industrijski lastnini (l-Att dwar il-Proprjetà Industrijali), il-Lista Uradni RS, št. 51/06 – uradno prečiščeno besedilo in 100/13 u 23/20 (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 51/06 – it-test uffiċjali konsolidat 100/13 u 23/20).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-IE: Għall-istabbiliment, mill-anqas wieħed mid-diretturi, is-soċji, il-maniġers jew l-impjegati ta' kumpanija jkun irreġistrat bħala avukat tal-privattivi jew tal-proprjetà intellettwali fl-Irlanda. Bażi transfruntiera tirrikjedi nazzjonalità taż-ŻEE u preżenza kummerċjali fiż-ŻEE, post prinċipali tan-negozju fi Stat Membru taż-ŻEE, kwalifika skont il-liġi ta' Stat Membru taż-ŻEE.

Miżuri:

 

IE: It-Taqsimiet 85 u 86 tal-Att tal-1996 dwar it-Trademarks, kif emendat;

ir-Regola 51, ir-Regoli 51A u r-Regola 51B tar-Regoli dwar it-Trademarks 1996, kif emendati; it-Taqsimiet 106 u 107 tal-Att tal-1992 dwar il-Privattivi, kif emendati; u r-Reġistru tar-Regoli dwar l-Aġenti tal-Privattivi S.I. 580 tal-2015.

(c)   Servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba (CPC 8621 minbarra servizzi tal-awditjar, 86213, 86219, 86220)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-AT: L-interessi kapitali u d-drittijiet tal-vot ta' kontabilisti u bookkeepers barranin, ikkwalifikati skont il-liġi tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom, f'intrapriża Awstrijaka, ma jistgħux jeċċedu 25 fil-mija. Il-fornitur ta' servizz irid ikollu uffiċċju jew sede professjonali fiż-ŻEE (CPC 862).

 

Fi FR: Huwa meħtieġ stabbiliment jew residenza. Forniment permezz ta' kull forma ta' kumpanija barra minn SNC (Société en nom collectif) u SCS (Société en commandite simple). Japplikaw kondizzjonijiet speċifiċi għall-SEL (sociétés d'exercice libéral), AGC (Association de gestion et comptabilité) u SPE (Société pluri-professionnelle d'exercice). (CPC 86213, 86219, 86220).

 

Fl-IT: Ir-residenza jew id-domiċilju tan-negozju huwa meħtieġ għar-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali, li hija meħtieġa għall-forniment ta' servizzi ta' kontabilità u żamma tal-kotba (CPC 86213, 86219, 86220).

 

Fil-PT: (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit): Ir-residenza jew id-domiċilju kummerċjali huwa meħtieġ għar-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali mill-Kamra tal-Kontabilisti Ċertifikati (Ordem dos Contabilistas Certificados), li hija meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi kontabilistiċi, kemm-il darba jkun hemm trattament reċiproku għan-nazzjonali Portugiżi.

Miżuri:

 

AT: Wirtschaftstreuhandberufsgesetz (l-Att dwar il-Kontabilisti Pubbliċi u l-Professjoni tal-Awditjar, BGBl.

I Nru 58/1999), § 12, § 65, § 67, § 68 (1) 4; u

Bilanzbuchhaltungsgesetz (BibuG), BGBL. I Nru 191/2013, §§ 7, 11, 28.

 

FR: Ordinanza 45-2138 tad-19 ta' Settembru 1945.

 

IT: Id-Digriet Leġiżlattiv 139/2005; u l-Liġi 248/2006.

 

PT: Id-Digriet-Liġi Nru 452/99, mibdul bil-Liġi Nru 139/2015, is-7 ta’ Settembru.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fis-SI: Huwa meħtieġ li jkun stabbilit fl-Unjoni Ewropea sabiex wieħed jipprovdi servizzi ta' kontabilità u ta' żamma tal-kotba (CPC 86213, 86219, 86220).

Miżuri:

 

SI: L-Att dwar is-servizzi fis-suq intern, Il-Gazzetta Uffiċjali RS Nru 21/10.

(d)   Servizzi tal-awditjar (CPC – 86211, 86212 minbarra servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fl-UE: Il-forniment ta’ servizzi ta’ awditjar statutorju jeħtieġ l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li jistgħu jirrikonoxxu l-ekwivalenza tal-kwalifiki ta’ awditur li huwa nazzjonal tar-Renju Unit jew ta’ kwalunkwe pajjiż terz soġġett għar-reċiproċità (CPC 8621).

Miżuri:

 

UE: id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 (4); u d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fil-BG: Jistgħu japplikaw rekwiżiti għal forma ġuridika nondiskriminatorja.

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar l-Awditi Finanzjarji Indipendenti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-AT: L-interessi kapitali u d-drittijiet tal-vot ta' awdituri barranin, ikkwalifikati skont il-liġi tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom, f'intrapriża Awstrijaka, ma jistgħux jeċċedu 25 fil-mija. Il-fornitur ta' servizz irid ikollu uffiċċju jew sede professjonali fiż-ŻEE.

Miżuri:

 

AT: Wirtschaftstreuhandberufsgesetz (l-Att dwar il-Kontabilisti Pubbliċi u l-Professjoni tal-Awditjar, BGBl.

I Nru 58/1999), § 12, § 65, § 67, § 68 (1) 4.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fid-DK: L-għoti ta' servizzi ta' awditjar statutorju jirrikjedi l-approvazzjoni Daniża ta’ awditur. L-approvazzjoni teħtieġ residenza fi Stat Membru taż-ŻEE. Drittijiet tal-vot f'kumpaniji tal-awditjar approvati ta' awdituri u ditti tal-awditjar li ma jkunux ġew approvati f'konformità mar-regolament li jimplimenta d-Direttiva 2006/43/KE fuq il-bażi tal-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-awditjar statutorju ma jridux jeċċedu l-10 fil-mija tad-drittijiet tal-vot.

 

Fi FR: (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) Għall-awditi statutorji: huwa meħtieġ stabbiliment jew residenza. In-nazzjonali Brittaniċi jistgħu jipprovdu servizzi ta’ awditjar statutorju fi Franza, soġġett għar-reċiproċità. Forniment permezz ta' kwalunkwe forma ta' kumpanija ħlief dawk li fihom l-imsieħba huma kkunsidrati bħala kummerċjanti ("commerçants"), bħal SNC (Société en nom collectif) u SCS (Société en commandite sempliċi).

 

Fil-PL: Huwa meħtieġ l-istabbiliment fl-Unjoni Ewropea għall-forniment ta’ servizzi tal-awditjar.

Japplikaw rekwiżiti għal forma ġuridika.

Miżuri:

 

DK: Revisorloven (l-Att Daniż dwar l-Awdituri u l-Intrapriżi tal-Awditjar Approvati), l-Att Nru 1287 tas-20/11/2018.

 

FR: Il-Kodiċi tal-Kummerċ

 

PL: L-Att tal-11 ta' Mejju 2017 dwar l-awdituri statutorji, id-ditti tal-awditjar u s-sorveljanza pubblika - Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2017, il-punt 1089.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament Nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

F'CY: Hija meħtieġa awtorizzazzjoni, soġġett għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji ewlenin: is-sitwazzjoni tal-impjieg fis-sottosettur. Huma permessi assoċjazzjonijiet professjonali (soċjetajiet) bejn persuni fiżiċi.

 

Fis-SK: Intrapriża li tal-anqas 60 fil-mija tal-interessi kapitali jew tad-drittijiet tal-vot tagħha jkunu riżervati għan-nazzjonali Slovakki jew għan-nazzjonali ta' Stat Membru biss tista' tkun awtorizzata twettaq awditi fir-Repubblika Slovakka.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi tal-Awdituri tal-2017 (il-Liġi 53 (I)/2017).

 

SK: L-Att Nru 423/2015 dwar l-Awditjar Statutorju.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-DE: Il-kumpaniji tal-awditjar (“Wirtschaftsprüfungsgesellschaften”) jistgħu jadottaw forom legali ammissibbli biss fiż-ŻEE. Is-soċjetajiet ġenerali u s-soċjetajiet kummerċjali limitati jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala "Wirtschaftsprüfungsgesellschaften" jekk ikunu elenkati bħala soċjetajiet kummerċjali fir-reġistru kummerċjali fuq il-bażi tal-attivitajiet fiduċjarji tagħhom, l-Artikolu 27 WPO. Madankollu, awdituri minn pajjiżi terzi rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 134 WPO jistgħu jwettqu l-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet fiskali annwali jew jipprovdu r-rapporti finanzjarji konsolidati ta' kumpanija bil-kwartieri ġenerali tagħha barra mill-Unjoni, li t-titoli trasferibbli tagħha jkunu offruti għall-kummerċ f'suq regolat.

Miżuri:

 

DE: Handelsgesetzbuch (HGB; il-Kodiċi tal-Liġi Kummerċjali);

Gesetz über eine Berufsordnung der Wirtschaftsprüfer (Wirtschaftsprüferordnung — WPO; l-Att dwar il-Kontabilisti Pubbliċi).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

Fi ES: l-awdituri statutorji jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru. Din ir-riżerva ma tapplikax għall-awditjar ta' kumpaniji mhux tal-Unjoni Ewropea elenkati f'suq regolat Spanjol.

Miżuri:

 

ES: Ley 22/2015, de 20 de julio, de Auditoría de Cuentas (Liġi ġdida dwar l-Awditjar: il-Liġi 22/2015 dwar is-Servizzi tal-awditjar).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-EE: Japplikaw rekwiżiti għal forma ġuridika. Il-maġġoranza tal-voti rrappreżentati mill-ishma ta’ ditta tal-awditjar għandhom jappartjenu lil awdituri ġuramentati soġġetti għas-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti ta’ stat Membru taż-ŻEE, li jkunu kisbu l-kwalifika tagħhom fi Stat Membru taż-ŻEE, jew lil ditti tal-awditjar. Mill-inqas tliet kwarti mill-persuni li jirrappreżentaw ditta tal-awditjar fuq il-bażi tal-liġi għandhom ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom fi Stat Membru taż-ŻEE.

Miżuri:

 

EE: L-Att dwar l-Attivitajiet tal-Awdituri (Audiitortegevuse seadus) § 76-77

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fis-SI hija meħtieġa preżenza kummerċjali. Entità tal-awditjar minn pajjiż terz jista' jkollha ishma jew tifforma soċjetajiet f'kumpanija tal-awditjar Slovena bil-kondizzjoni li, skont il-liġi tal-pajjiż li fih tkun inkorporata l-entità tal-awditjar mill-pajjiż terz, kumpaniji tal-awditjar Sloveni jista' jkollhom ishma jew jifformaw soċjetajiet f'entità tal-awditjar f'dak il-pajjiż (rekwiżit ta’ reċiproċità).

Miżuri:

 

SI: L-Att dwar l-Awditjar (Zrev-2), Il-Gazzetta Uffiċjali RS Nru 65/2008 (kif emendat l-aħħar Nru 84/18); kif ukoll l-Att dwar il-Kumpaniji (ZGD-1), il-Gazzetta Uffiċjali RS Nru 42/2006 (kif emendat l-aħħar Nru 22/19 - ZPosS).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-BE: Huwa meħtieġ stabbiliment fil-Belġju fejn tkun se ssir l-attività professjonali u fejn ikunu se jinżammu l-atti, id-dokumenti u l-korrispondenza relatati magħha, u li jkun hemm mill-anqas amministratur jew maniġer wieħed tal-istabbiliment approvat bħala awditur.

 

Fil-FI: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE għal mill-anqas wieħed mill-awdituri ta' Kumpanija Finlandiża b'Responsabbiltà Limitata u ta' kumpaniji li huma taħt obbligu li jagħmlu awditu. Awditur irid ikun awditur b'liċenzja lokali jew ditta tal-awditjar b'liċenzja lokali.

 

Fil-HR: Is-servizzi ta' awditjar jistgħu jiġu pprovduti biss minn persuni ġuridiċi stabbiliti fil-Kroazja, jew minn persuni fiżiċi residenti fil-Kroazja.

 

Fl-IT: Hija meħtieġa residenza għall-forniment ta' servizzi tal-awditjar minn persuni fiżiċi.

 

Fil-LT: Huwa meħtieġ l-istabbiliment fiż-ŻEE għall-forniment ta’ servizzi tal-awditjar.

 

Fl-SE: Awdituri approvati fl-Iżvezja u ditti tal-awditjar irreġistrati fl-Iżvezja biss jistgħu jwettqu servizzi ta' awditjar statutorju. Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE. It-titoli ta' “awditur approvat” u “awditur awtorizzat” jistgħu jintużaw biss minn awdituri approvati jew awtorizzati fl-Iżvezja. L-awdituri ta' assoċjazzjonijiet ekonomiċi tal-kooperattivi u xi intrapriżi oħra li mhumiex iċċertifikati jew kontabilisti approvati jridu jkunu residenti fiż-ŻEE, sakemm il-Gvern, jew awtorità tal-Gvern maħtura mill-Gvern, f'każ partikolari ma jippermettux mod ieħor.

Miżuri:

 

BE: Il-Liġi tas-7 ta' Diċembru 2016 dwar l-organizzazzjoni tal-professjoni u s-superviżjoni pubblika tal-awdituri (Att dwar l-Awditjar Pubbliku).

 

FI: Tilintarkastuslaki (l-Att dwar l-Awditjar) (459/2007), Liġijiet settorjali li jirrikjedu l-użu ta' awdituri b'liċenzja lokali.

 

HR: L-Att dwar l-Awditjar (OG 146/05, 139/08, 144/12), l-Artikolu 3.

 

IT: Id-Digriet Leġiżlattiv 58/1998, l-Artikoli 155, 158 u 161;

id-Digriet tal-President tar-Repubblika 99/1998; u d-Digriet Leġiżlattiv 39/2010, l-Artikolu 2.

 

LT: Il-Liġi dwar l-Awditjar tal-15 ta' Ġunju 1999 Nru VIII -1227 (verżjoni ġdida tat-3 ta' Lulju 2008 Nru X1676).

 

SE: Revisorslagen (l-Att dwar l-Awdituri) (2001:883);

 

Revisionslag (l-Att dwar l-Awditjar) (1999:1079);

 

Aktiebolagslagen (l-Att dwar il-Kumpaniji) (2005:551);

 

Lag om ekonomiska föreningar (l-Att dwar l-Assoċjazzjonijiet Ekonomiċi tal-Kooperattivi) (2018:672); u

 

Oħrajn, dwar ir-rekwiżiti sabiex isir użu mill-awdituri approvati.

(e)   Servizzi ta' konsulenza dwar it-tassazzjoni (CPC 863, minbarra s-servizzi ta' konsulenza legali u ta' rappreżentanza legali dwar it-taxxa, li jinstabu taħt is-servizzi legali)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-AT: L-interessi kapitali u d-drittijiet tal-vot ta' konsulenti barranin dwar it-taxxa, ikkwalifikati skont il-liġi tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom, f'intrapriża Awstrijaka, ma jistgħux jeċċedu 25 fil-mija. Il-fornitur ta' servizz irid ikollu uffiċċju jew sede professjonali fiż-ŻEE.

Miżuri:

 

AT: Wirtschaftstreuhandberufsgesetz (l-Att dwar il-Kontabilisti Pubbliċi u l-Professjoni tal-Awditjar, BGBl.

I Nru 58/1999), § 12, § 65, § 67, § 68 (1) 4.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fi FR: Huwa meħtieġ stabbiliment jew residenza. Forniment permezz ta' kull forma ta' kumpanija barra minn SNC (Société en nom collectif) u SCS (Société en commandite simple). Japplikaw kondizzjonijiet speċifiċi għall-SEL (sociétés d'exercice libéral), AGC (Association de gestion et comptabilité) u SPE (Société pluri-professionnelle d'exercice).

Miżuri:

 

FR: Ordinanza 45-2138 tad-19 ta' Settembru 1945.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Hija meħtieġa nazzjonalità ta' Stat Membru għall-konsulenti tat-taxxa.

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar il-Kontabilità;

l-Att dwar l-Awditi Finanzjarji Indipendenti; l-Att dwar it-Taxxi fuq l-Introjtu ta' Persuni Fiżiċi; u l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-HU: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar it-tassazzjoni.

 

Fl-IT: Hija meħtieġa residenza.

Miżuri:

 

HU: L-Att 150 tal-2017 dwar it-tassazzjoni 2018/263 Digriet tal-Gvern: dwar ir-registrazzjoni u t-taħriġ tal-attivitajiet ta' konsulenza fiskali.

 

IT: Id-Digriet Leġiżlattiv 139/2005; u l-Liġi 248/2006.

(f)   Servizzi ta' arkitettura u ppjanar urban, servizzi ta' inġinerija u ta' inġinerija integrata (CPC 8671, 8672, 8673, 8674)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fi FR: Perit jista' biss jistabbilixxi ruħu fi Franza sabiex jipprovdi servizzi arkitettoniċi billi juża waħda mill-forom ġuridiċi li ġejjin (fuq bażi nondiskriminatorja): SA et SARL (sociétés anonymes, à responsabilité limitée), EURL (Entreprise unipersonnelle à responsabilité limitée), SCP (en commandite par actions), SCOP (Société coopérative et participative), SELARL (société d'exercice libéral à responsabilité limitée), SELAFA (société d'exercice libéral à forme anonyme), SELAS (société d'exercice libéral )or SAS (Société par actions simplifiée), jew bħala individwu jew bħala soċju f'intrapriża arkitettonika rurali (CPC 8671).

Miżuri:

 

FR: Loi 90-1258 relative à l'exercice sous forme de société des professions libérales; Décret 95-129 du 2 février 1995 relatif à l'exercice en commun de la profession d'architecte sous forme de société en participation;

Décret 92-619 du 6 juillet 1992 relatif à l'exercice en commun de la profession d'architecte sous forme de société d'exercice libéral à responsabilité limitée SELARL, société d'exercice libéral à forme anonyme SELAFA, société d'exercice libéral en commandite par actions SELCA; u Loi 77-2 du 3 janvier 1977.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE jew fil-Konfederazzjoni Żvizzera għas-servizzi ta’ arkitettura, ippjanar urban u inġinerija pprovduti minn persuni fiżiċi.

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar l-Iżvilupp Spazjali;

 

l-Att dwar il-Kamra tal-Bennejja; u

 

l-Att dwar il-Kmamar tal-Periti u l-Inġiniera fit-Tfassil tal-Iżvilupp ta' Proġetti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

Fil-HR: Disinn jew proġett maħluq minn perit, inġinier jew pjanifikatur urban barrani jrid jiġi validat minn persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata fil-Kroazja fir-rigward tal-konformità tiegħu mal-Liġi Kroata (CPC 8671, 8672, 8673, 8674).

Miżuri:

 

HR: L-Att dwar l-Ippjanar Fiżiku u l-Attivitajiet ta’ Bini (OG 118/18, 110/19)

L-Att dwar l-Ippjanar Fiżiku (OG 153/13, 39/19).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

F'CY: Il-kondizzjoni tan-nazzjonalità u r-residenza tapplika għall-forniment ta' servizzi ta' arkitettura u ppjanar urban, servizzi ta' inġinerija u ta' inġinerija integrata (CPC 8671, 8672, 8673, 8674).

Miżuri:

 

CY: Nru 41/1962 kif emendat; Nru 224/1990 kif emendat; u l-Liġi 29 (I) 2001 kif emendata.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE.

 

Fl-HU: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE għall-forniment tas-servizzi li ġejjin, sakemm dawn ikunu qed jingħataw minn persuna fiżika preżenti fit-territorju tal-Ungerija: servizzi arkitettoniċi, servizzi ta' inġinerija (applikabbli biss għal apprendisti gradwati), servizzi ta' inġinerija integrata u servizzi ta' arkitettura tal-pajsaġġ (CPC 8671, 8672, 8673, 8674).

 

Fl-IT: ir-residenza jew id-domiċilju professjonali/indirizz tan-negozju fl-Italja huwa meħtieġ għar-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali, li hija neċessarja għall-eżerċizzju tas-servizzi arkitettoniċi u tal-inġinerija (CPC 8671, 8672, 8673, 8674).

 

Fis-SK: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE għar-reġistrazzjoni fil-kamra professjonali, li hija neċessarja għall-eżerċizzju ta' servizzi arkitettoniċi u tal-inġinerija (CPC 8671, 8672, 8673, 8674).

Miżuri:

 

CZ: L-Att Nru 360/1992 Coll. dwar il-prattika tal-professjoni ta' periti awtorizzati u inġiniera u tekniċi awtorizzati li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni ta' binjiet.

 

HU: L-Att LVIII tal-1996 dwar il-Kmamar Professjonali tal-Periti u l-Inġiniera.

 

IT: Id-Digriet Irjali 2537/1925 dwar il-professjoni ta' periti u inġiniera; id-dritt 1395/1923; u

id-Digriet tal-President tar-Repubblika (D.P.R.) 328/2001.

 

SK: L-Att 138/1992 dwar il-Periti u l-Inġiniera, l-Artikoli 3, 15, 15a, 17a u 18a.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Il-forniment ta' servizzi arkitettoniċi jinkludi l-kontroll fuq l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet (CPC 8671, 8674). Periti barranin awtorizzati fil-pajjiżi ospitanti tagħhom u li jkunu jixtiequ jipprattikaw il-professjoni tagħhom fuq bażi okkażjonali fil-Belġju huma meħtieġa jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kunsill tal-Ordni fiż-żona ġeografika fejn ikun beħsiebhom jipprattikaw l-attività tagħhom.

Miżuri:

 

BE: Il-Liġi tal-20 ta' Frar 1939 dwar il-protezzjoni tat-titolu tal-professjoni ta' perit; u

il-Liġi tat-26 ta' Ġunju 1963, li toħloq ir-Regolamenti tal-Ordni tal-Periti tas-16 ta' Diċembru 1983 dwar l-etika stabbilita mill-Kunsill nazzjonali fl-Ordni tal-Periti (Approvati permezz tal-ewwel l-Artikolu ta' A.R. tat-18 ta' April 1985, M.B., it-8 ta' Mejju 1985).

Riżerva Nru 3 - Servizzi professjonali (relatati mas-saħħa u l-bejgħ tal-farmaċewtiċi)

Settur – sottosettur:

Servizzi professjonali – servizzi mediċi (inkluż il-psikologi) u servizzi dentali; qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku; servizzi veterinarji; bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi, oġġetti mediċi u ortopediċi u servizzi oħra pprovduti minn spiżjara

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 9312, 93191, 932, 63211

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu/Taqsima:

Liberalizzazzjoni tal-Investiment u Kummerċ Transfruntier fis-Servizzi

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi mediċi, dentali, tal-qwiebel, tal-infermiera, tal-fiżjoterapisti u paramediċi (CPC 852, 9312, 93191)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fl-IT: Hija meħtieġa nazzjonalità tal-Unjoni Ewropea għas-servizzi pprovduti minn psikologi, il-professjonisti barranin jistgħu jitħallew jipprattikaw fuq il-bażi ta' reċiproċità (parti mis-CPC 9312).

Miżuri:

 

IT: Il-Liġi 56/1989 dwar il-professjoni tal-psikologi.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-Suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

F'CY: il-kondizzjoni tan-nazzjonalità u r-residenza Ċiprijotta tapplika għall-forniment ta' servizzi mediċi (inkluż il-psikologi), dentali, tal-qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti u paramediċi.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tat-Tobba (Kapitolu 250) kif emendata;

 

il-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tad-Dentisti (Kapitolu 249) kif emendata;

 

il-Liġi 75(I)/2013 - Podologi;

 

il-Liġi 33(I)/2008 kif emendata - Fiżika Medika;

 

il-Liġi 34(I)/2006 kif emendata -Terapisti Okkupazzjonali;

 

il-Liġi 9(I)/1996 kif emendata -Tekniċi Dentali;

 

il-Liġi 68(I)/1995 kif emendata – Psikologi;

 

il-Liġi 16(I)/1992 kif emendata - Ottiċi;

 

il-Liġi 23(I)/2011 kif emendata -Radjologi/Radjoterapisti;

 

il-Liġi 31(I)/1996 kif emendata - Djetologi/Nutrizzjonisti;

 

il-liġi 140/1989 kif emendata - Fiżjoterapisti; u

 

il-Liġi 214/1988 kif emendata - Infermiera.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali:

 

Fil-DE (japplika wkoll għal-livell reġjonali tal-gvern): Jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet ġeografiċi fuq ir-reġistrazzjoni professjonali, li japplikaw bl-istess mod għan-nazzjonali u għall-barranin.

It-tobba (inkluż il-psikologi, il-fiżjoterapisti, u d-dentisti) iridu jirreġistraw mal-assoċjazzjonijiet reġjonali tal-kirurgi jew id-dentisti ta' assigurazzjoni medika statutorja (kassenärztliche jew kassenzahnärztliche Vereinigungen), jekk jixtiequ jieħdu pazjenti assigurati mill-fondi tas-saħħa statutorji. Din ir-reġistrazzjoni tista' tkun soġġetta għal restrizzjonijiet kwantitattivi bbażati fuq id-distribuzzjoni reġjonali tat-tobba. Għad-dentisti, din ir-restrizzjoni ma tapplikax. Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa biss għal tobba li jipparteċipaw fl-iskema tas-saħħa pubblika. Jistgħu jeżistu restrizzjonijiet nondiskriminatorji fuq il-forma ġuridika ta' stabbiliment meħtieġa sabiex jiġu pprovduti dawn is-servizzi (§ 95 SGB V).

Għas-servizzi tal-qwiebel, l-aċċess huwa ristrett għall-persuni fiżiċi biss. Għal servizzi mediċi u dentali, l-aċċess huwa possibbli għal persuni fiżiċi, ċentri ta’ kura medika liċenzjati u korpi awtorizzati. Jistgħu japplikaw ir-rekwiżiti ta' stabbiliment.

Rigward it-telemediċina, l-għadd ta' fornituri ta' servizzi tal-ICT (teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni) jista' jkun limitat sabiex jiġu ggarantiti l-istandards meħtieġa ta' interoperabbiltà, kompatibbiltà u sikurezza. Dan jiġi applikat b'mod nondiskriminatorju (CPC 9312, 93191).

Miżuri:

 

Bundesärzteordnung (BÄO; ir-Regolament Mediku Federali);

 

Gesetz über die Ausübung der Zahnheilkunde (ZHG);

 

über den Beruf der Psychotherapeutin und des Psychotherapeuten (PsychThG; l-Att dwar il-Forniment ta’ Servizzi tal-Psikoterapija);

 

Gesetz über die berufsmäßige Ausübung der Heilkunde ohne Bestallung (Heilpraktikergesetz);

 

Gesetz über das Studium und den Beruf von Hebammen(HebG);

 

Gesetz über die Pflegeberufe (PflBG);

 

Sozialgesetzbuch Fünftes Buch (SGB V; Kodiċi Soċjali, Ktieb Ħamsa) - Assigurazzjoni tas-Saħħa Statutorja.

Livell reġjonali:

 

Heilberufekammergesetz des Landes Baden-Württemberg ;

 

Gesetz über die Berufsausübung, die Berufsvertretungen und die Berufsgerichtsbarkeit der

 

Ärzte, Zahnärzte, Tierärzte, Apotheker sowie der Psychologischen Psychotherapeuten und der

 

Kinder- und Jugendlichenpsychotherapeuten (Heilberufe-Kammergesetz - HKaG) in Bayern;

 

Berliner Heilberufekammergesetz (BlnHKG);

 

Heilberufsgesetz Brandenburg (HeilBerG);

 

Bremisches Gesetz über die Berufsvertretung, die Berufsausübung, die Weiterbildung und die Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte, Zahnärzte, Psychotherapeuten, Tierärzte und Apotheker (Heilberufsgesetz - HeilBerG);

 

Heilberufsgesetz Mecklenburg-Vorpommern (Heilberufsgesetz M-V – HeilBerG);

 

Heilberufsgesetz (HeilBG NRW);

 

Heilberufsgesetz (HeilBG Rheinland-Pfalz);

 

Gesetz über die öffentliche Berufsvertretung, die Berufspflichten, die Weiterbildung und die Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte/ Ärztinnen, Zahnärzte/ Zahnärztinnen, psychologischen Psychotherapeuten/ Psychotherapeutinnen und Kinder- und Jugendlichenpsychotherapeuten/psychotherapeutinnen, Tierärzte/Tierärztinnen und Apotheker/Apothekerinnen im Saarland (Saarländisches Heilberufekammergesetz - SHKG);

 

Gesetz über Berufsausübung, Berufsvertretungen und Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte, Zahnärzte, Tierärzte, Apotheker sowie der Psychologischen Psychotherapeuten und der Kinder und Jugendlichenpsychotherapeuten im Freistaat (Sächsisches Heilberufekammergesetz – SächsHKaG)and Thüringer Heilberufegesetz.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali:

 

Fi FR: Filwaqt li tipi oħra ta' forom legali huma disponibbli wkoll għall-investituri mill-Unjoni, investituri barranin għandhom aċċess biss għall-forom legali ta' "société d'exercice liberal" (SEL) u "société civile professionnelle” (SCP). Għas-servizzi mediċi, dentali u tal-qwiebel, hija meħtieġa nazzjonalità Franċiża. Madankollu, l-aċċess mill-barranin huwa possibbli fil-limiti tal-kwoti annwali stabbiliti. Għal servizzi mediċi, dentali u tal-qwiebel u servizzi minn infermiera, il-forniment permezz ta’ SEL à forme anonyme, à responsabilité limitée par actions simplifiée ou en commandite par actions SCP, société coopérative (għal prattikanti indipendenti ġenerali u speċjalizzati biss) jew société interprofessionnelle de soins ambulatoires (SISA) għal dar tas-saħħa multidixxiplinari (MSP) biss.

Miżuri:

 

FR: Loi 90-1258 relative à l'exercice sous forme de société des professions libérales, Loi n°2011-940 du 10 août 2011 modifiant certaines dipositions de la loi n°2009-879 dite HPST, Loi n°47-1775 portant statut de la coopération; u Code de la santé publique.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fl-AT: Il-kooperazzjoni tat-tobba għall-iskop ta' kura tas-saħħa pubblika ambulatorja, hekk imsejħa prattiċi ta' grupp, tista' sseħħ biss fil-forma legali ta' Offene Gesellschaft/OG jew Gesellschaft mit beschränkter Haftung/GmbH. It-tobba biss jistgħu jaġixxu bħala assoċjati ta' prattika ta' grupp bħal din. Huma jridu jkunu intitolati għal prattika medika indipendenti, ikunu rreġistrati mal-Kamra Medika Awstrijaka u jsegwu attivament il-professjoni medika fil-prattika. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra ma jistgħux jaġixxu bħala assoċjati tal-prattika ta' grupp u ma jistgħux jieħdu sehem fid-dħul jew il-profitti tagħha (parti minn CPC 9312).

Miżuri:

 

AT: L-Att Mediku, BGBl. I Nru 169/1998, §§ 52a - 52c;

l-Att Federali li Jirregola Professjonisti Alleati f'Livell Għoli fil-Kura Medika, BGBl. Nru 460/1992; u l-Att Federali li jirregola l-livell inferjuri u superjuri ta' Massaġġaturi Mediċi, BGBl. Nru 169/2002.

(b)   Servizzi veterinarji (CPC 932)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fl-AT: Ċittadini ta' Stat Membru taż-ŻEE biss jistgħu jipprovdu servizzi veterinarji. Jitneħħa r-rekwiżit tan-nazzjonalità għan-nazzjonali ta' Stat mhux membru taż-ŻEE meta jkun hemm ftehim tal-Unjoni ma' dak l-Istat mhux membru taż-ŻEE li jipprevedi trattament nazzjonali fir-rigward tal-investiment u l-kummerċ transfruntier ta' servizzi veterinarji.

 

Fi ES: Is-sħubija fl-assoċjazzjoni professjonali hija meħtieġa għall-prattika tal-professjoni u tirrikjedi nazzjonalità tal-Unjoni, li tista' tiġi dderogata permezz ta' ftehim professjonali bilaterali. Il-forniment ta' servizzi veterinarji huwa limitat għal persuni fiżiċi.

 

Fi FR: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE sabiex jiġu pprovduti servizzi veterinarji, iżda r-rekwiżit tan-nazzjonalità jista' jiġi eżentat soġġett għar-reċiproċità. Il-forom ġuridiċi disponibbli lil kumpanija li tipprovdi servizzi veterinarji huma limitati għal SCP (Société civile professionnelle); u SEL (Société d'exercice liberal).

Forom ġuridiċi oħra ta’ kumpaniji previsti mil-liġi domestika Franċiża jew mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor taż-ŻEE u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom hemmhekk jistgħu jiġu awtorizzati, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet.

Miżuri:

 

AT: Tierärztegesetz (l-Att Veterinarju), BGBl. Nru 16/1975, §3 (2) (3).

 

ES: Real Decreto 126/2013, de 22 de febrero, por el que se aprueban los Estatutos Generales de la Organización Colegial Veterinaria Española; l-Artikoli 62 u 64.

 

FR: Code rural et de la pêche maritime.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

F'CY: Tapplika l-kondizzjoni tan-nazzjonalità u tar-residenza sabiex jiġu pprovduti servizzi veterinarji.

 

Fil-EL: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera sabiex wieħed jipprovdi servizzi veterinarji.

 

Fil-HR: Persuni ġuridiċi u fiżiċi stabbiliti fi Stat Membru għall-iskop biex iwettqu attivitajiet veterinarji biss jistgħu jipprovdu servizzi veterinarji transfruntieri fir-Repubblika tal-Slovenja. Nazzjonali tal-Unjoni biss jistgħu jistabbilixxu prattika veterinarja fir-Repubblika tal-Kroazja.

 

Fl-HU: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE għal sħubija fil-Kamra Ungeriża tal-Veterinarji, li hija meħtieġa sabiex jiġu pprovduti servizzi veterinarji. L-awtorizzazzjoni għal stabbiliment hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: il-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fis-settur.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi 169/1990 kif emendata.

 

EL: Id-Digriet Presidenzjali 38/2010, id-Deċiżjoni Ministerjali 165261/IA/2010 (il-Gazzetta tal-Gvern 2157/B).

 

HR: L-Att Veterinarju (OG 83/13, 148/13, 115/18), l-Artikoli 3 (67), l-Artikoli 105 u 121.

 

HU: L-Att CXXVII tal-2012 dwar il-Kamra tal-Veterinarji Ungeriża u dwar il-kondizzjonijiet kif jiġu pprovduti servizzi Veterinarji.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ: Hija meħtieġa preżenza fiżika fit-territorju sabiex wieħed jipprovdi servizzi veterinarji.

 

Fl-IT u fil-PT: Hija meħtieġa residenza sabiex wieħed jipprovdi servizzi veterinarji.

 

Fil-PL: Il-preżenza fiżika fit-territorju hija meħtieġa għall-forniment ta' servizzi veterinarji sabiex tiġi segwita l-professjoni ta' kirurgu veterinarju preżenti fit-territorju tal-Polonja, nazzjonali ta' pajjiżi terzi jridu jgħaddu minn eżami fil-lingwa Pollakka organizzat mill-Kamra Pollakka tal-Kirurgi Veterinarji.

 

Fis-SI: Persuni ġuridiċi u fiżiċi stabbiliti fi Stat Membru għall-iskop ta' twettiq ta' attivitajiet veterinarji biss jistgħu jipprovdu servizzi veterinarji transfruntieri fir-Repubblika tas-Slovenja.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fis-SK: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE għal reġistrazzjoni fil-kamra professjonali, li hija neċessarja għat-twettiq tal-professjoni. Il-forniment ta' servizzi veterinarji huwa limitat għal persuni fiżiċi.

Miżuri:

 

CZ: L-Att Nru 166/1999 Coll. (l-Att dwar il-Veterinarji), §58-63, 39; u

L-Att Nru 381/1991 Coll. (dwar il-Kamra tal-Kirurgi Veterinarji tar-Repubblika Ċeka), il-paragrafu 4.

 

IT: Id-Digriet Leġiżlattiv C.P.S. 233/1946, l-Artikoli 7-9; u

id-Digriet tal-President tar-Repubblika (DPR) 221/1950, il-paragrafu 7.

 

PL: Il-Liġi tal-21 ta' Diċembru 1990 dwar il-Professjoni ta' Kirurgu Veterinarju u l-Kmamar tal-Kirurgi Veterinarji.

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 368/91 (l-Istatut tal-Assoċjazzjoni Professjonali Veterinarja) a lterado p/Lei 125/2015, 3 set.

 

SI Pravilnik o priznavanju poklicnih kvalifikacij veterinarjev (ir-Regoli dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali għall-veterinarji), Uradni list RS, št. (Il-Gazzetta Uffiċjali Nru) 71/2008, 7/2011, 59/2014 f'21/2016, l-Att dwar is-servizzi fis-suq intern, Il-Gazzetta Uffiċjali RS Nru 21/2010.

 

SK: L-Att 442/2004 dwar it-Tobba Veterinarji Privati u l-Kamra tat-Tobba Veterinarji, l-Artikolu 2.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-DE (japplika wkoll għal-livell reġjonali tal-gvern): Il-forniment ta' servizzi veterinarji huwa limitat għal persuni fiżiċi. It-telemediċina tista' tiġi pprovduta biss fil-kuntest ta' trattament primarju li jinvolvi l-preżenza fiżika minn qabel ta' veterinarju.

 

Fid-DK u fin-NL: Il-forniment ta' servizzi veterinarji huwa limitat għal persuni fiżiċi.

 

Fl-IE: Il-forniment ta' servizzi veterinarji huwa limitat għal persuni fiżiċi jew soċjetajiet.

 

Fil-LV: Il-forniment ta' servizzi veterinarji huwa limitat għal persuni fiżiċi.

Miżuri:

 

DE: Bundes-Tierärzteordnung (BTÄO; il-Kodiċi Federali għall-Professjoni Veterinarja).

Livell reġjonali:

 

Atti dwar il-Kunsilli għall-Professjoni Medika tal-Länder (Heilberufs- und Kammergesetze der Länder) u (fuq il-bażi ta’ dawn)

 

Baden-Württemberg, Gesetz über das Berufsrecht und die Kammern der Ärzte, Zahnärzte, Tierärzte Apotheker, Psychologischen Psychotherapeuten sowie der Kinder- und Jugendlichenpsychotherapeuten (Heilberufe-Kammergesetz - HBKG);

 

Bayern, Gesetz über die Berufsausübung, die Berufsvertretungen und die Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte, Zahnärzte, Tierärzte, Apotheker sowie der Psychologischen Psychotherapeuten und der Kinder- und Jugendlichenpsychotherapeuten (Heilberufe-Kammergesetz - HKaG);

 

Berliner Heilberufekammergesetz (BlnHKG);

 

Brandenburg, Heilberufsgesetz (HeilBerG);

 

Bremen, Gesetz über die Berufsvertretung, die Berufsausübung, die Weiterbildung und die Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte, Zahnärzte, Psychotherapeuten, Tierärzte und Apotheker (Heilberufsgesetz - HeilBerG);

 

Hamburg, Hamburgisches Kammergesetz für die Heilberufe (HmbKGH);

 

Hessen, Gesetz über die Berufsvertretungen, die Berufsausübung, die Weiterbildung und die Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte, Zahnärzte, Tierärzte, Apotheker, Psychologischen Psychotherapeuten und Kinder- und Jugendlichenpsychotherapeuten (Heilberufsgesetz);

 

Mecklenburg-Vorpommern, Heilberufsgesetz (HeilBerG);

 

Niedersachsen, Kammergesetz für die Heilberufe (HKG);

 

Nordrhein-Westfalen, Heilberufsgesetz NRW (HeilBerg);

 

Rheinland-Pfalz, Heilberufsgesetz (HeilBG);

 

Saarland, Gesetz Nr. 1405 über die öffentliche Berufsvertretung, die Berufspflichten, die Weiterbildung und die Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte/Ärztinnen, Zahnärzte/Zahnärztinnen,

 

Tierärzte/Tierärztinnen und Apotheker/Apothekerinnen im Saarland (Saarländisches Heilberufekammergesetz - SHKG);

 

Sachsen, Gesetz über Berufsausübung, Berufsvertretungen und Berufsgerichtsbarkeit der Ärzte, Zahnärzte, Tierärzte, Apotheker sowie der Psychologischen Psychotherapeuten und der Kinder- und Jugendlichenpsychotherapeuten im Freistaat Sachsen (Sächsisches Heilberufekammergesetz – SächsHKaG);

 

Sachsen-Anhalt, Gesetz über die Kammern für Heilberufe Sachsen-Anhalt (KGHB-LSA);

 

Schleswig-Holstein, Gesetz über die Kammern und die Berufsgerichtsbarkeit für die Heilberufe (Heilberufekammergesetz - HBKG);

 

Thüringen, Thüringer Heilberufegesetz (ThürHeilBG); u

 

Berufsordnungen der Kammern (Kodiċi ta’ Kondotta Professjonai tal-Kunsilli tal-Prattikanti Veterinarji).

 

DK: Lovbekendtgørelse nr. 40 af lov om dyrlæger af 15. januar 2020 (l-Att konsolidat nru 40 tal-15 ta’ Jannar 2020, dwar kirurgi veterinarji).

 

IE: L-Att dwar il-Prattika Veterinarja 2005.

 

LV: Il-Liġi dwar il-Mediċina Veterinarja.

 

NL: Wet op de uitoefening van de diergeneeskunde 1990 (WUD).

(c)   Bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi u servizzi oħra pprovduti minn spiżjara (CPC 63211)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fl-AT: Il-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku jista' jitwettaq biss minn spiżerija. Hija meħtieġa nazzjonalità ta' Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera sabiex wieħed jopera spiżerija. Hija meħtieġa nazzjonalità ta' Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera għad-detenturi tal-kirja u l-persuni responsabbli mit-tmexxija ta' spiżerija.

Miżuri:

 

AT: Apothekengesetz (il-Liġi dwar l-Ispiżeriji), RGBl. Nru 5/1907 kif emendata, §§ 3, 4, 12; Arzneimittelgesetz (l-Att dwar il-Medikazzjoni), BGBl. Nru 185/1983 kif emendat, §§ 57, 59, 59a; u l-Medizinproduktegesetz (il-Liġi dwar il-Prodotti Mediċi), BGBl. Nru 657/1996 kif emendata, § 99.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-DE: Huma biss il-persuni fiżiċi (spiżjara) li jistgħu joperaw spiżerija. Nazzjonali ta’ pajjiżi oħra jew persuni li ma jkunux għaddew mill-eżami tal-farmaċija Ġermaniża jistgħu jiksbu biss liċenzja biex jieħu f’idejhom spiżerija li diġà kienet teżisti fit-tliet snin ta’ qabel. L-għadd totali ta' spiżeriji għal kull persuna huwa limitat għal spiżerija waħda u sa tliet fergħat ta' spiżeriji.

 

Fi FR: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera sabiex wieħed jopera spiżerija.

Spiżjara barranin jista' jingħatalhom permess ta' stabbiliment fi kwoti stabbiliti annwalment. Il-ftuħ ta' spiżerija jrid ikun awtorizzat u l-preżenza kummerċjali, inkluż il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti mediċinali lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika, trid tieħu waħda mill-forom legali li huma permessi skont il-liġi nazzjonali fuq bażi nondiskriminatorja. société d'exercice libéral (SEL) anonyme, par actions simplifiée, à responsabilité limitée unipersonnelle or pluripersonnelle, en commandite par actions, société en noms collectifs (SNC) jew société à responsabilité limitée (SARL) unipersonnelle jew pluripersonnelle biss.

Miżuri:

 

DE: Gesetz über das Apothekenwesen (ApoG; l-Att Ġermaniż dwar l-Ispiżeriji);

Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln (AMG);

Gesetz über Medizinprodukte (MPG);

Verordnung zur Regelung der Abgabe von Medizinprodukten (MPAV)

 

FR: Code de la santé publique; u

Loi 90-1258 du 31 décembre 1990 relative à l'exercice sous forme de société des professions libérales and Loi 2015-990 du 6 août 2015.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali:

 

Fil-EL: Hija meħtieġa nazzjonalità tal-Unjoni Ewropea sabiex wieħed jopera spiżerija.

 

Fl-HU: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE sabiex wieħed jopera spiżerija.

 

Fil-LV: Sabiex jibda prattika indipendenti fi spiżerija, spiżjar jew assistent spiżjar barrani, li jkun studja fi stat li mhuwiex Stat Membru jew Stat Membru taż-ŻEE, irid jaħdem għal mill-anqas sena fi spiżerija fi Stat Membru taż-ŻEE taħt is-superviżjoni ta' spiżjar.

Miżuri:

 

EL: Il-Liġi 5607/1932 kif emendata bil-Liġijiet 1963/1991 u 3918/2011.

 

HU: L-Att XCVIII tal-2006 dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali Relatati mal-Forniment Affidabbli u Ekonomikament Fattibbli ta' Prodotti Mediċinali u Apparat Mediku u dwar id-Distribuzzjoni ta' Prodotti Mediċinali.

 

LV: Il-Liġi Farmaċewtika, l-Artikolu 38.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fil-BG: Il-maniġers tal-ispiżeriji jridu jkunu spiżjara kkwalifikati u jistgħu jimmaniġġaw spiżerija waħda biss li huma stess jaħdmu fiha. Teżisti kwota (ta’ mhux aktar minn erbgħa) għall-għadd ta' spiżeriji li jistgħu jappartjenu lil persuna waħda fir-Repubblika tal-Bulgarija.

 

Fid-DK: Persuni fiżiċi biss, li jkunu ngħataw liċenzja ta’ spiżjar mill-Awtorità Daniża tas-Saħħa u l-Mediċini, huma permessi li jipprovdu servizzi ta' bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku.

 

Fi ES, HR,HU, u PT: L-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Kriterji prinċipali: il-kondizzjonijiet ta' popolazzjoni u ta' densità fiż-żona.

 

Fl-IE: Il-bejgħ bil-korrispondenza tal-farmaċewtiċi huwa pprojbit, bl-eċċezzjoni ta' mediċini li ma għandhomx bżonn riċetta.

 

F'MT: Ħruġ ta' liċenzji għal Spiżeriji b'ċerti restrizzjonijiet. Ebda persuna ma għandu jkollha aktar minn liċenzja waħda f'isimha f'kwalunkwe belt jew raħal (Regolament 5(1) tar-Regolamenti dwar il-Liċenzji għall-Ispiżeriji (LN279/07)), barra mill-każ fejn ma hemm ebda applikazzjonijiet ulterjuri għal dik il-belt jew ir-raħal (ir-Regolament 5(2) tar-Regolamenti dwar il-Liċenzji għall-Ispiżeriji (LN279/07)).

 

Fil-PT: F'kumpaniji kummerċjali fejn il-kapital huwa rappreżentat permezz tal-ishma, dawn ikunu nominattivi. Persuna ma għandhiex tipposjedi jew teżerċita, simultanjament, direttament jew indirettament, is-sjieda, l-operazzjoni jew il-ġestjoni ta' aktar minn erba' spiżeriji.

 

Fis-SI In-network tal-ispiżeriji fis-Slovenja jikkonsisti minn istituzzjonijiet ta' spiżeriji pubbliċi, proprjetà tal-muniċipalitajiet, u minn spiżjara privati b'konċessjoni fejn is-sid maġġoritarju jrid ikun fil-professjoni ta' spiżjar. Il-bejgħ bil-korrispondenza ta' farmaċewtiċi li jirrikjedu riċetta huwa projbit. Il-bejgħ bil-korrispondenza ta' mediċini li ma għandhomx bżonn riċetta jirrikjedi permess speċjali mill-Istat.

Miżuri:

 

BG: Il-Liġi dwar Prodotti Mediċinali fil-Mediċina tal-Bniedem, l-Artikoli 222, 224, 228.

 

DK: Apotekerloven (l-Att Daniż dwar l-Ispiżeriji) LBK Nru 801 12/06/2018.

 

ES: Ley 16/1997, de 25 de abril, de regulación de servicios de las oficinas de farmacia (Liġi 16/1997, tat-25 ta’ April, li tirregola s-servizzi fl-ispiżeriji), l-Artikoli 2, 3.1; u Real Decreto Legislativo 1/2015, de 24 de julio por el que se aprueba el Texto refundido de la Ley de garantías y uso racional de los medicamentos y productos sanitarios (Ley 29/2006).

 

HR: L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa (OG 100/18, 125/19).

 

HU: L-Att XCVIII tal-2006 dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali Relatati mal-Forniment Affidabbli u Ekonomikament Fattibbli ta' Prodotti Mediċinali u Apparat Mediku u dwar id-Distribuzzjoni ta' Prodotti Mediċinali.

 

IE: L-Atti tal-1995 u tal-2006 dwar il-Bordijiet tal-Mediċina tal-Irlanda (Nru 29 tal-1995 u Nru 3 tal-2006); ir-Regolamenti tal-2003 dwar il-Prodotti Mediċinali (Preskrizzjoni u Kontroll tal-Forniment), kif emendati (S.I. 540 tal-2003); ir-Regolamenti tal-2007 dwar il-Prodotti Mediċinali (Kontroll u Tqegħid fis-Suq), kif emendati (S.I. 540 tal-2007); l-Att tal-2007 dwar l-Ispiżeriji (Nru 20 tal-2007); ir-Regolament tal-2008 dwar ir-Regolamenti tan-Negozji tal-Ispiżeriji bl-Imnut, kif emendat, (S.I. Nru 488 tal-2008).

 

MT: Ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji għall-Ispiżeriji (AL279/07) maħruġa skont l-Att dwar il-Mediċini (Kap. 458).

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv Digriet 307/2007, l-Artikoli 9, 14 u 15 Alterada p/Lei 26/2011, 16 jun., alterada:

p/ Acórdão TC 612/2011, 24/01/2012,

p/ Decreto-Lei 171/2012, 1 ago.,

p/ Lei 16/2013, 8 fev.,

p/ Decreto-Lei 128/2013, 5 set.,

p/ Decreto-Lei 109/2014, 10 jul.,

p/ Lei 51/2014, 25 ago.,

p/ Decreto-Lei 75/2016, 8 nov.; u l-Ordinanza 1430/2007revogada p/Portaria 352/2012, 30 out.

L-Att dwar is-Servizzi tal-Ispiżeriji (Il-Gazzetta Uffiċjali tal-RS, Nru 85/2016, 77/2017, 73/2019); u l-Att dwar il-Prodotti Mediċinali (Il-Gazzetta Uffiċjali tal-RS, Nru 17/2014, 66/2019).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-IT: Il-prattika tal-professjoni hija possibbli biss għal persuni fiżiċi rreġistrati fir-reġistru, kif ukoll għal persuni ġuridiċi fil-forma ta' soċjetajiet, fejn kull soċju tal-kumpanija jrid ikun irreġistrat bħala spiżjar. Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali tal-ispiżjara tirrikjedi nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ir-residenza u l-prattika tal-professjoni fl-Italja. Persuni ta' nazzjonalità barranija li jkollhom il-kwalifiki neċessarji jistgħu jirreġistraw jekk ikunu ċittadini ta' pajjiż li miegħu l-Italja jkollha ftehim speċjali, li jawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni, fuq il-bażi tal-kondizzjoni ta' reċiproċità (D. Lgsl. CPS 233/1946, l-Artikoli 7-9 u D.P.R. 221/1950, il-paragrafi 3 u 7). L-ispiżeriji ġodda jew vakanti jiġu awtorizzati wara kompetizzjoni pubblika. Huma biss in-nazzjonali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea rreġistrati fir-Reġistru tal-Ispiżjara ("albo") li jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjoni pubblika.

L-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: il-kondizzjonijiet ta' popolazzjoni u ta' densità fiż-żona.

Miżuri:

 

IT: Il-Liġi 362/1991, l-Artikoli 1, 4, 7 u 9; id-Digriet Leġiżlattiv CPC 233/1946, l-Artikoli 7-9; u id-Digriet tal-President tar-Repubblika (D.P.R. 221/1950, il-paragrafi 3 u 7).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

F'CY: Japplika r-rekwiżit ta' nazzjonalità għall-forniment ta' bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi, oġġetti mediċi u ortopediċi u servizzi oħra pprovduti minn spiżjara (CPC 63211).

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar l-Ispiżeriji u l-Veleni (il-Kapitolu 254) kif emendata.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Servizzi Transfruntieri – Aċċess għas-Suq:

 

Fil-BG Il-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku jista' jitwettaq biss minn spiżerija. Il-bejgħ bil-korrispondenza tal-farmaċewtiċi huwa pprojbit, bl-eċċezzjoni ta' mediċini li ma għandhomx bżonn riċetta.

 

Fl-EE: Il-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku jista' jitwettaq biss minn spiżerija. Il-bejgħ bil-korrispondenza ta' oġġetti mediċinali kif ukoll il-konsenja bil-posta jew servizz espress ta' oġġetti mediċinali ordnati mill-internet huwa pprojbit. L-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: il-kondizzjonijiet ta' densità fiż-żona.

 

Fil-EL: Persuni fiżiċi, li jkunu spiżjara liċenzjati, u kumpaniji stabbiliti minn spiżjara liċenzjati biss huma permessi li jipprovdu servizzi ta' bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku.

 

Fi ES: Persuni fiżiċi biss, li jkunu spiżjara liċenzjati, jistgħu jipprovdu servizzi ta' bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku. Kull spiżjar ma jistax jikseb aktar minn liċenzja waħda.

 

Fil-LU: Persuni fiżiċi biss huma permessi jipprovdu servizzi ta' bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku.

 

Fin-NL: L-ordni bil-posta tal-mediċina hija soġġetta għar-rekwiżiti.

Miżuri:

 

BG: Il-Liġi dwar Prodotti Mediċinali fil-Mediċina tal-Bniedem, l-Artikoli 219, 222, 228, 234(5).

 

EE: Ravimiseadus (l-Att dwar il-Prodotti Mediċinali), RT I 2005, 2, 4; § 29 (2) u § 41 (3); u Tervishoiuteenuse korraldamise seadus (l-Att dwar l-Organizzazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa, RT I 2001, 50, 284).

 

EL: Il-Liġi 5607/1932 kif emendata bil-Liġijiet 1963/1991 u 3918/2011.

 

ES: Ley 16/1997, de 25 de abril, de regulación de servicios de las oficinas de farmacia (Liġi 16/1997, tat-25 ta’ April, li tirregola s-servizzi fl-ispiżeriji), l-Artikoli 2, 3.1; u Real Decreto Legislativo 1/2015, de 24 de julio por el que se aprueba el Texto refundido de la Ley de garantías y uso racional de los medicamentos y productos sanitarios (Ley 29/2006).

 

LU: Loi du 4 juillet 1973 concernant le régime de la pharmacie (l-anness a043); Règlement grand-ducal du 27 mai 1997 relatif à l'octroi des concessions de pharmacie (l-anness a041); u Règlement grand-ducal du 11 février 2002 modifiant le règlement grand-ducal du 27 mai 1997 relatif à l'octroi des concessions de pharmacie (l-Anness a017).

 

NL: Geneesmiddelenwet, artikolu 67.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Servizzi transfruntiera – Preżenza lokali:

 

Fil-BG: Hija meħtieġa residenza permanenti għall-ispiżjara.

Miżuri:

 

BG: Il-Liġi dwar Prodotti Mediċinali fil-Mediċina tal-Bniedem, l-Artikoli 146, 161, 195, 222, 228.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-DE, SK: Hija meħtieġa residenza sabiex tinkiseb liċenzja ta' spiżjar jew għall-ftuħ ta' spiżerija għall-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u xi oġġetti mediċi lill-pubbliku.

Miżuri:

 

DE: Gesetz über das Apothekenwesen (ApoG; l-Att Ġermaniż dwar l-Ispiżeriji);

Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln (AMG);

Gesetz über Medizinprodukte (MPG);

Verordnung zur Regelung der Abgabe von Medizinprodukten (MPAV).

 

SK: L-Att 362/2011 dwar il-farmaċewtiċi u l-apparati mediċi, l-Artikolu 6; u l-Att 578/2004 dwar il-fornituri tal-kura tas-saħħa, l-impjegati mediċi, l-organizzazzjoni professjonali fil-kura tas-saħħa.

Riżerva Nru 4 - Is-servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Settur – sottosettur:

Servizzi ta' riċerka u żvilupp (RuŻ)

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 851, 853

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta’ gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

L-UE: Għal servizzi ta' riċerka u żvilupp iffinanzjati pubblikament (RuŻ) li jibbenefikaw minn finanzjament ipprovdut mill-Unjoni Ewropea fil-livell tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet jew awtorizzazzjonijiet esklużivi jistgħu jingħataw biss lil nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni u lil persuni ġuridiċi tal-Unjoni li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni Ewropea (CPC 851, 853).

Għal servizzi ta' RuŻ iffinanzjati pubblikament li jibbenefikaw minn finanzjament ipprovdut minn Stat Membru, id-drittijiet jew awtorizzazzjonijiet esklużivi jistgħu jingħataw biss lil nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u lil persuni ġuridiċi tal-Istat Membru kkonċernat li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom f'dak l-Istat Membru (CPC 851, 853).

Din ir-riżerva hija mingħajr preġudizzju għall-Ħames Parti u għall-esklużjoni tal-akkwist minn xi Parti jew ta' sussidji, fl-Artikolu 123(6) u (7) ta' dan il-Ftehim.

Miżuri:

 

UE: Il-programmi qafas kollha eżistenti u futuri tal-Unjoni dwar ir-riċerka jew l-innovazzjoni, inkluż ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni ta’ Orizzont 2020 u r-regolamenti li jirrigwardaw l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (Joint Technology Initiatives , JTIs), l-Artikolu 185 Deċiżjonijiet, u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), kif ukoll programmi ta’ riċerka nazzjonali, reġjonali jew lokali eżistenti u futuri.

Riżerva Nru 5 – Is-servizzi tal-proprjetà immobbli

Settur – sottosettur:

Servizzi ta' beni immobbli

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 821, 822

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta’ gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

F'CY: Għall-forniment ta' servizzi tal-proprjetà immobbli, tapplika l-kondizzjoni tan-nazzjonalità u r-residenza.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar l-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli 71(1)/2010 kif emendata.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ: Hija meħtieġa residenza għall-persuni fiżiċi u l-istabbiliment għall-persuni ġuridiċi, fir-Repubblika Ċeka, sabiex tinkiseb il-liċenzja neċessarja għall-forniment ta' servizzi tal-proprjetà immobbli.

 

Fil-HR: Hija meħtieġa preżenza kummerċjali fiż-ŻEE sabiex jiġu pprovduti servizzi ta' proprjetà immobbli.

 

Fil-PT: Hija meħtieġa residenza fiż-ŻEE għall-persuni fiżiċi. Hija meħtieġa l-inkorporazzjoni fiż-ŻEE għall-persuni ġuridiċi.

Miżuri:

 

CZ: L-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.

 

HR: L-Att dwar is-Senserija ta' Proprjetà Immobbli (OG 107/07 u 144/12), l-Artikolu 2.

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 211/2004 (l-Artikoli 3 u 25), kif emendat u ppubblikat mill-ġdid bid-Digriet Amministrattiv 69/2011.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fid-DK: Danimarka, aġenti tal-proprjetà immobbli awtorizzati li jkunu persuni fiżiċi li ġew ammessi fir-reġistru tal-aġenti tal-proprjetà immobbli tal-Awtorità Daniża tan-Negozju biss jistgħu jużaw it-titolu ta' "aġent tal-proprjetà immobbli". L-att jirrikjedi li l-applikant ikun resident Daniż jew resident tal-Unjoni, taż-ŻEE jew tal-Konferderazzjoni Żvizzera.

L-Att dwar il-bejgħ ta' proprjetà immobbli huwa applikabbli biss meta jiġu pprovduti servizzi ta' proprjetà immobbli lil konsumaturi. L-Att dwar il-bejgħ ta' proprjetà immobbli ma japplikax għal-leasing ta' proprjetà immobbli (CPC 822).

Miżuri:

 

DK: Lov om formidling af fast ejendom m.v. lov. nr. 526 af 28.05.2014 (l-Att dwar il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fis-SI: Sa fejn ir-Renju Unit jippermetti lin-nazzjonali u l-intrapriżi Sloveni jipprovdu servizzi ta' aġenti tal-proprjetà immobbli, is-Slovenja tippermetti lin-nazzjonali u l-intrapriżi tar-Renju Unit li jipprovdu servizzi ta' aġenti tal-proprjetà immobbli fuq il-bażi tal-istess kondizzjonijiet, flimkien mal-issodisfar tar-rekwiżiti li ġejjin: l-intitolament li jaġixxu bħala aġent tal-proprjetà immobbli fil-pajjiż ta' oriġini, il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-impunità fil-proċeduri kriminali, u r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-aġenti tal-proprjetà immobbli fil-ministeru (Sloven) kompetenti.

Miżuri:

 

SI: L-Att dwar l-Aġenziji tal-Proprjetà Immobbli.

Riżerva Nru 6 – Is-servizzi kummerċjali

Settur – sottosettur:

Servizzi kummerċjali - servizzi ta’ kiri jew leasingmingħajr operaturi; servizzi ta’ konsulenza dwar il-maniġment; ittestjar u analiżijiet tekniċi; servizzi relatati ta’ konsulenza xjentifika u teknika; servizzi inċidentali għall-agrikoltura; servizzi tas-sigurtà; servizzi ta' kollokament; servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni u servizzi kummerċjali oħra

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev. 37, parti minn CPC 612, parti minn 621, parti minn 625, 831, parti minn 85990, 86602, 8675, 8676, 87201, 87202, 87203, 87204, 87205, 87206, 87209, 87901, 87902, 87909, 88, parti minn 893

Tip ta’ riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta’ gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi ta' kiri jew leasing mingħajr operaturi (CPC 83103, CPC 831)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-SE: Sabiex tittajjar il-bandiera Żvediża, trid tintwera evidenza ta' influwenza operattiva ewlenija Żvediża fil-każ ta' interessi ta' sjieda barranija fil-bastimenti. Id-dominanza tal-influwenza operattiva Żvediża tfisser li l-operat tal-bastiment jinsab fl-Iżvezja u li l-vapur għandu wkoll aktar minn nofs l-ishma ta’ sjieda jew pussess Żvediż ta' persuni f'pajjiż ieħor taż-ŻEE. Vapuri barranin oħra jistgħu taħt ċerti kondizzjonijiet jingħataw eżenzjoni minn din ir-regola fejn huma mikrija jew leased minn persuni ġuridiċi Żvediżi permezz ta’ kuntratti ta' bareboat charter (CPC 83103).

Miżuri:

 

SE: Sjölagen (Il-Liġi Marittima) (1994:1009), il-Kapitolu 1, § 1.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-SE: Fornituri ta' servizzi ta' kiri jew leasing ta' karozzi u ċerti vetturi off-road Fornituri ta' servizzi tal-kiri jew leasing ta' karozzi u ċerti vetturi off-road (terrängmotorfordon) mingħajr xufier, mikrija jew leased għal perjodu ta' anqas minn sena, huma obbligati jaħtru lil xi ħadd biex ikun responsabbli, fost l-oħrajn, li jiżgura li n-negozju jsir skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli u li jiġu segwiti r-regoli tas-sikurezza tat-traffiku fit-triq. Il-persuna responsabbli trid tkun residenti fiż-ŻEE (CPC 831).

Miżuri:

 

SE: Lag (1998: 424) om biluthyrning (l-Att dwar il-kera u l-leasing ta' vetturi).

(b)   Servizzi ta' kera jew leasing u servizzi kummerċjali oħra relatati mal-avjazzjoni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

L-UE: Għall-kiri jew il-leasing ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (dry lease), l-inġenji tal-ajru użati minn linja tal-ajru tal-Unjoni Ewropea huma soġġetti għar-rekwiżiti applikabbli dwar ir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ li għalih tkun parti linja tal-ajru tal-Unjoni għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti fl-Unjoni jew għal-liġi nazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, bħal approvazzjoni minn qabel u kondizzjonijiet oħra applikabbli għall-użu ta' inġenji tal-ajru rreġistrati ta' pajjiżi terzi. Sabiex ikunu rreġistrati, jista' jkun meħtieġ li l-inġenji tal-ajru jkunu l-proprjetà ta' persuni fiżiċi li jissodisfaw ċerti kriterji speċifiċi ta' nazzjonalità jew ta' intrapriżi li jissodisfaw kriterji speċifiċi rigward is-sjieda tal-kapital u l-kontroll (CPC 83104).

Fir-rigward ta' servizzi ta' sistema ta' riżervazzjoni kompjuterizzata (computer reservation system, CRS), fejn il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni ma jingħatawx, minn fornituri ta' servizzi tas-CRS li joperaw barra mill-Unjoni, trattament ekwivalenti (li jfisser nondiskriminatorju) għat-trattament ipprovdut minn fornituri ta' servizz tas-CRS tal-Unjoni lil kumpaniji tal-ajru ta' pajjiż terzi fl-Unjoni, jew fejn il-fornituri ta' servizz tas-CRS tal-Unjoni ma jingħatawx, minn linji tal-ajru mhux tal-Unjoni, trattament ekwivalenti għat-trattament ipprovdut minn linji tal-ajru fl-Unjoni lil fornituri ta' servizz tas-CRS ta' pajjiż terz, jistgħu jittieħdu miżuri sabiex jingħata trattament ekwivalenti diskriminatorju, rispettivament, lill-kumpaniji tal-ajru li mhumiex tal-Unjoni mill-fornituri ta' servizzi tas-CRS li joperaw fl-Unjoni Ewropea, jew lill-fornituri ta' servizzi tas-CRS li mhumiex tal-Unjoni Ewropea minn kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni.

Miżuri:

 

UE: ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); u r-Regolament (KE) 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali

 

Fil-BE: L-inġenji tal-ajru privati (ċivili) li jappartjenu lil persuni fiżiċi li mhumiex nazzjonali ta' stat membru taż-ŻEE jistgħu jiġu rreġistrati biss jekk dawn ikunu domiċiljati jew residenti fil-Belġju mingħajr interruzzjoni għal sena mill-anqas. L-inġenji tal-ajru privati (ċivili) li jappartjenu lil entitajiet ġuridiċi barranin mhux ifformati f'konformità mal-leġiżlazzjoni ta' stat membru taż-ŻEE jistgħu jiġu rreġistrati biss jekk dawn ikollhom sede tal-operazzjonijiet, aġenzija jew uffiċċju fil-Belġju mingħajr interruzzjoni għal sena mill-anqas (CPC 83104).

Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għat-tifi tan-nar mill-ajru, taħriġ fit-titjir, bexx, stħarriġ, immappjar, fotografija, u servizzi agrikoli, industrijali u ta’ spezzjoni oħra fl-ajru.

Miżuri:

 

BE: Arrêté Royal du 15 mars 1954 réglementant la navigation aérienne.

(c)   Servizzi relatati ma' konsultazzjoni mal-maniġment – servizzi ta' arbitraġġ u konċiljazzjoni (CPC 86602)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-BG: Għal servizzi ta’ medjazzjoni, ir-residenza permanenti jew fit-tul fir-Repubblika tal-Bulgarija hija meħtieġa għal nazzjonali ta’ pajjiżi li mhumiex stat membru taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

 

Fl-HU: Tenħtieġ notifika, għall-ammissjoni fir-reġistru, lill-ministru responsabbli għall-ġustizzja għal attivitajiet ta' medjazzjoni (bħall-konċiljazzjoni).

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar il-Medjazzjoni, l-Artikolu 8.

 

HU: L-Att LV tal-2002 dwar il-Medjazzjoni.

(d)   Servizzi ta' ttestjar tekniku u analiżi (CPC 8676)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament Nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

F'CY: Il-forniment ta' servizzi minn kimiċi u bijoloġi tirrikjedi nazzjonalità ta' Stat Membru.

 

Fi FR: Il-professjonijiet ta' bijoloġista huma riżervati għal persuni fiżiċi, hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Ispiżjara tal-1988 (il-Liġi 157/1988), kif emendata.

 

FR: Code de la Santé Publique.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-BG: Huma meħtieġa stabbiliment fil-Bulgarija skont l-Att Kummerċjali Bulgaru u reġistrazzjoni fir-reġistru Kummerċjali għall-forniment ta' servizzi ta' ttestjar u analiżi teknika.

Għall-ispezzjoni perjodika għall-prova tal-kondizzjoni teknika ta' vetturi tat-triq, il-persuna jenħtieġ li tkun reġistrata skont l-Att Kummerċjali Bulgaru jew l-Att dwar Persuni Legali li Ma Jaħdmux għall-Profitt, jew inkella tkun reġistrata fi Stat Membru ieħor taż-ŻEE.

L-ittestjar u l-analiżi tal-kompożizzjoni u l-purità tal-arja u tal-ilma jistgħu jitwettqu biss mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ilma tal-Bulgarija, jew mill-aġenziji tiegħu f'kooperazzjoni mal-Akkademja Bulgara dwar ix-Xjenzi.

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar ir-Rekwiżiti Tekniċi għall-Prodotti; l-Att dwar il-Kejl; l-Att dwar Arja Ambjentali Nadifa; u l-Att dwar l-Ilma, id-Digriet N-32 għall-ispezzjoni perjodika għall-prova tal-kondizzjoni teknika tal-vetturi tat-triq.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Preżenza lokali:

 

Fl-IT: Għall-bijologi, l-analisti tal-kimika, l-agronomi u l-"periti agrari", huma meħtieġa r-residenza u r-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali. In-nazzjonali ta' pajjiżi terzi jistgħu jirreġistraw fuq il-bażi tal-kondizzjoni ta' reċiproċità.

Miżuri:

 

IT: Bijoloġi, analisti tal-kimika: il-Liġi 396/1967 dwar il-professjoni ta' bijologi; u d-Digriet Irjali 842/1928 dwar il-professjoni ta' analisti tal-kimika.

(e)   Servizzi relatati ta' konsulenza xjentifika u teknika (CPC 8675)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Preżenza lokali:

 

Fl-IT: Huma meħtieġa r-residenza jew id-domiċilju professjonali fl-Italja għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-ġeologi, li hija neċessarja għall-prattika tal-professjonijiet ta' servejer jew ġeologu sabiex jiġu pprovduti servizzi relatati mal-esplorazzjoni u l-operazzjoni ta' minjieri, eċċ. Hija meħtieġa nazzjonalità ta' Stat Membru; madankollu, barranin jistgħu jirreġistraw fuq il-bażi tal-kondizzjoni ta' reċiproċità.

Miżuri:

 

IT: Ġeologi: Il-Liġi 112/1963, l-Artikoli 2 u 5; D.P.R. 1403/1965, l-Artikolu 1.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-BG: Għall-persuni fiżiċi, in-nazzjonalità u r-residenza ta' Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera huma meħtieġa sabiex jitwettqu funzjonijiet pertinenti għall-ġeodesija, il-kartografija u l-istħarriġ katastali. Għal entitajiet ġuridiċi, hija meħtieġa reġistrazzjoni tal-kummerċ skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar il-Kadastru u r-Reġistru tal-Proprjetà; u l-Att dwar il-Ġeodesija u l-Kartografija.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

F'CY: Japplika r-rekwiżit tan-nazzjonalità sabiex jiġu pprovduti s-servizzi rilevanti.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi 224/1990 kif emendata.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fi FR: Għal stħarriġ, l-aċċess permezz ta' SEL (anonyme, à responsabilité limitée ou en commandite par actions), SCP (Société civile professionnelle), SA u SARL (sociétés anonymes, à responsabilité limitée) biss. Għal servizzi ta' esplorazzjoni u prospettar huwa meħtieġ l-istabbiliment. Tista' ssir eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit fil-każ ta' riċerkaturi xjentifiċi, b'deċiżjoni tal-Ministru tar-riċerka xjentifika, bi qbil mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Miżuri:

 

FR: Loi 46-942 du 7 mai 1946 u décret n°71-360 du 6 mai 1971.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-HR: Is-servizzi ta' konsulenza ġeoloġika, ġeodetika u tal-minjieri kif ukoll is-servizzi ta' konsulenza relatati dwar il-protezzjoni ambjentali fit-territorju tal-Kroazja jistgħu jitwettqu biss b'mod konġunt ma' jew permezz ta' persuni ġuridiċi domestiċi.

Miżuri:

 

HR: L-Ordinanza dwar ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta' approvazzjonijiet lil persuni ġuridiċi għat-twettiq ta' attivitajiet professjonali ta' protezzjoni ambjentali (OG Nru 57/10), l-Artikoli 32-35.

(f)   Servizzi inċidentali għall-agrikoltura (parti minn CPC 88)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament Nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Preżenza lokali:

 

Fl-IT: Għall-bijologi, l-analisti tal-kimika, l-agronomi u l-"periti agrari", huma meħtieġa r-residenza u r-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali. In-nazzjonali ta' pajjiżi terzi jistgħu jirreġistraw fuq il-bażi tal-kondizzjoni ta' reċiproċità.

Miżuri:

 

IT: Bijoloġi, analisti tal-kimika: il-Liġi 396/1967 dwar il-professjoni ta' bijologi; u d-Digriet Irjali 842/1928 dwar il-professjoni ta' analisti tal-kimika.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-PT: Il-professjonijiet ta' bijologu, analist kimiku u agronomu huma riżervati għal persuni fiżiċi. Għan-nazzjonali ta' pajjiżi terzi, ir-reġim ta' reċiproċità japplika fil-każ ta' inġiniera u inġiniera tekniċi (u mhux rekwiżit ta' ċittadinanza). Għall-bijoloġi, la hemm rekwiżit ta' ċittadinanza u lanqas rekwiżit ta' reċiproċità.

Miżuri:

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 119/92 alterado p/Lei 123/2015, 2 set. (Ordem Engenheiros); il-Liġi 47/2011 alterado p/ Lei 157/2015, 17 set. (Ordem dos Engenheiros Técnicos); u id-Digriet Amministrattiv 183/98 alterado p/Lei 159/2015, 18 set. (Ordem dos Biólogos).

(g)   Servizzi tas-Sigurtà (CPC 87302, 87303, 87304, 87305, 87309)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-IT: Huma meħtieġa n-nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u r-residenza sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni neċessarja għall-forniment ta' servizzi ta' gwardja tas-sigurtà u t-trasport ta' oġġetti ta' valur.

 

Fil-PT: Il-forniment ta' servizzi tas-sigurtà minn fornitur barrani fuq bażi transfruntiera mhuwiex permess.

Jeżisti r-rekwiżit tan-nazzjonalità għal persunal speċjalizzat.

Miżuri:

 

IT: Il-Liġi dwar is-sigurtà pubblika (TULPS) 773/1931, l-Artikoli 133-141; id-Digriet Irjali 635/1940, l-Artikolu 257.

 

PT: Il-Liġi 34/2013 alterada p/Lei 46/2019, 16 maio; u d-Digriet 273/2013 alterada p/Portaria 106/2015, 13 abril.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali, Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fid-DK: Rekwiżit ta' residenza għal individwi li japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta' sigurtà.

Jeżisti r-rekwiżit ta' residenza anki fil-każ ta' maniġers u l-maġġoranza tal-membri tal-bord ta' entità legali li japplikaw għal awtorizzazzjoni biex iwettqu servizzi tas-sigurtà. Madankollu, mhuwiex rekwiżit li r-residenza fil-każ ta' maniġment u tal-bordijiet tad-diretturi kemm-il darba dan isegwi minn ftehimiet internazzjonali jew minn ordnijiet maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Miżuri:

 

DK: Lovbekendtgørelse 2016-01-11 nr. 112 om vagtvirksomhed.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-EE: Hija meħtieġa r-residenza għall-gwardji tas-sigurtà.

Miżuri:

 

EE: Turvaseadus (l-Att dwar is-Sigurtà) § 21, § 22.

(h)   Servizzi ta' Kollokament (CPC 87201, 87202, 87203, 87204, 87205, 87206, 87209)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali (japplika għall-gvern f'livell reġjonali):

 

Fil-BE: Fir-Reġjuni kollha tal-Belġju, kumpanija li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra miż-ŻEE għandha tagħti prova li hija tipprovdi servizzi ta' kollokament fil-pajjiż ta' oriġini tagħha. Fir-Reġjun tal-Wallonja, huwa meħtieġ tip speċifiku ta' entità ġuridika (régulièrement constituée sous la forme d'une personne morale ayant une forme commerciale, soit au sens du droit belge, soit en vertu du droit d'un Etat membre ou régie par celui-ci, quelle que soit sa forme juridique) sabiex jiġu pprovduti servizzi ta' kollokament. Kumpanija li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra miż-ŻEE trid tipprova li hija tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Digriet (pereżempju dwar it-tip ta' entità ġuridika). Fil-komunità li titkellem bil-Ġermaniż, kumpanija li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra miż-ŻEE trid tissodisfa l-kriterji ta' ammissjoni stabbiliti mill-imsemmi Digriet (CPC 87202).

Miżuri:

 

BE: Ir-Reġjun Fjamming: l-Artikolu 8, § 3, Besluit van de Vlaamse Regering van 10 december 2010 tot uitvoering van het decreet betreffende de private arbeidsbemiddeling.

Ir-Reġjun tal-Wallonja: Décret du 3 avril 2009 relatif à l'enregistrement ou à l'agrément des agences de placement (id-Digriet tat-3 ta' April 2009 dwar ir-reġistrazzjoni ta' aġenziji ta' kollokament), l-Artikolu 7; u l-Arrêté du Gouvernement wallon du 10 décembre 2009 portant exécution du décret du 3 avril 2009 relatif à l'enregistrement ou à l'agrément des agences de placement (Deċiżjoni tal-Gvern tal-Wallonja tal-10 ta' Diċembru 2009 li timplimena d-Digriet tat-3 ta' April 2009 dwar ir-reġistrazzjoni ta' aġenziji ta' pjazzament), l-Artikolul 4.

Il-komunità li titkellem bil-Ġermaniż: Dekret über die Zulassung der Leiharbeitsvermittler und die Überwachung der privaten Arbeitsvermittler / Décret du 11 mai 2009 relatif à l'agrément des agences de travail intérimaire et à la surveillance des agences de placement privées, l-Artikolu 6.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-DE: Hija meħtieġa n-nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew il-preżenza kummerċjali fl-Unjoni Ewropea sabiex tinkiseb liċenzja biex topera bħala aġenzija ta' impjieg temporanja skont il-paragrafi minn 3 sa 5 tat-Taqsima 3 ta' dan l-Att dwar il-ħidma ta' aġenzija temporanja (Arbeitnehmerüberlassungsgesetz). Il-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali jista' joħroġ regolament dwar il-kollokament u r-reklutaġġ ta' persunal mhux taż-ŻEE għal professjonijiet speċifikati, pereż. għal professjonijiet relatati mas-saħħa u l-kura. Il-liċenzja jew l-estensjoni tagħha għandha tiġi rrifjutata jekk stabbilimenti, partijiet minn stabbilimenti jew stabbilimenti anċillari li ma jkunux lokalizzati fiż-ŻEE jkollhom l-intenzjoni li jeżegwixxu l-impjieg temporanju skont it-Taqsima 3, il-paragrafu 2, tal-Att dwar ix-xogħol ta' aġenzija temporanja (Arbeitnehmerüberlassungsgesetz).

Miżuri:

DE: Gesetz zur Regelung der Arbeitnehmerüberlassung (AÜG);

Sozialgesetzbuch Drittes Buch (SGB III; il-Kodiċi Soċjali, it-Tielet Ktieb) - Employment Promotion;

Verordnung über die Beschäftigung von Ausländerinnen und Ausländern (BeschV; l-Ordinanza dwar l-Impjiegi tal-Barranin).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq:

 

Fi ES: Qabel ma jibdew l-attività, l-aġenziji ta' kollokament huma meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni ġuramentata li tiċċertifika li ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mil-leġiżlazzjoni attwali (CPC 87201, 87202).

Miżuri:

 

ES: Real Decreto-ley 8/2014, de 4 de julio, de aprobación de medidas urgentes para el crecimiento, la competitividad y la eficiencia (tramitado como Ley 18/2014, de 15 de octubre).

(i)   Servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni (CPC 87905)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-BG: Biex iwettqu attivitajiet uffiċjali ta' traduzzjoni, persuni fiżiċi barranin huma meħtieġa li jkollhom permess għal residenza fit-tul jew permanenti fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Miżuri:

 

BG: Ir-Regolament għal-legalizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u t-traduzzjoni ta' dokumenti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-HU: Traduzzjonijiet uffiċjali, ċertifikazzjonijiet uffiċjali ta' traduzzjonijiet, u kopji ċertifikati ta' dokumenti uffiċjali f'lingwi barranin jistgħu jiġu pprovduti biss mill-Uffiċċju Ungeriż għat-Traduzzjoni u l-Attestazzjoni (OFFI).

 

Fil-PL: Persuni fiżiċi biss jistgħu jkunu tradutturi ġuramentati.

Miżuri:

 

HU: Id-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri Nru 24/1986 dwar it-Traduzzjoni u l-interpretar uffiċjali.

 

Fil-PL: L-Att tal-25 ta' Novembru 2004 dwar il-professjoni ta' traduttur jew interpretu ġuramentat (Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2019 punt 1326).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-Suq:

 

Fil-FI: Hija meħtieġa r-residenza fiż-ŻEE għat-tradutturi ċċertifikati.

Miżuri:

 

FI: Laki auktorisoiduista kääntäjistä (l-Att dwar it-Tradutturi Awtorizzati) (1231/2007), it-Taqsima 2(1).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

F'CY: Hija meħtieġa r-reġistrazzjoni fir-reġistru tat-tradutturi sabiex jiġu pprovduti servizzi ta' traduzzjoni u ċertifikazzjoni uffiċjali. Japplika r-rekwiżit tan-nazzjonalità.

 

Fl-HR: Hija meħtieġa n-nazzjonalità taż-ŻEE għat-tradutturi ċċertifikati.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar l-Istabbiliment, ir-Reġistrazzjoni u r-Regolamentazzjoni tas-Servizzi ta' Traduttur Iċċertifikat fir-Repubblika ta' Ċipru.

 

HR: L-Ordinanza dwar l-interpreti permanenti tal-qorti (OG 88/2008), l-Artikolu 2.

(j)   Servizzi kummerċjali oħra (parti minn CPC 612, parti minn 621, parti minn 625, 87901, 87902, 88493, parti minn 893, parti minn 85990, 87909, ISIC 37)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fis-SE: L-istabbilimenti tar-rahan iridu jkunu stabbiliti bħala kumpanija b'responsabbiltà limitata jew bħala fergħa (parti minn CPC 87909).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ: Kumpanija awtorizzata tal-imballaġġ biss hija permessa biss li tipprovdi servizzi relatati mat-teħid lura u l-irkupru ta' imballaġġ u trid tkun persuna ġuridika stabbilita bħala kumpanija b'ishma konġunti (CPC 88493, ISIC 37).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fin-NL: Għall-forniment ta' servizzi ta' imbollar, hija meħtieġa preżenza kummerċjali fin-Netherlands. L-imbollar ta' oġġetti tal-metall prezzjuż attwalment huwa mogħti esklużivament lil żewġ monopolji Netherlandiżi pubbliċi (parti minn CPC 893).

Miżuri:

 

CZ: L-Att 477/2001 Coll. (l-Att dwar l-Imballaġġ), il-paragrafu 16.

 

SE: L-Att dwar l-istabbilimenti tar-rahan (1995:1000).

 

NL: Waarborgwet 1986.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-PT: Hija meħtieġa n-nazzjonalità ta' Stat Membru sabiex jiġu pprovduti servizzi ta' aġenzija tal-ġbir u servizzi ta' rappurtar tal-kreditu (CPC 87901, 87902).

Miżuri:

 

PT: Il-Liġi 49/2004.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ: Is-servizzi ta' rkant huma soġġetti għal liċenzja. Biex tikseb liċenzja (għall-forniment ta' rkanti pubbliċi volontarji), kumpanija trid tkun inkorporata fir-Repubblika Ċeka u persuna fiżika hija meħtieġa li tikseb permess ta' residenza, u l-kumpanija, jew il-persuna fiżika trid tkun irreġistrata fir-Reġistru Kummerċjali tar-Repubblika Ċeka (parti minn CPC 612, parti minn 621, parti minn 625, parti minn 85990).

Miżuri:

 

CZ: L-Att Nru 455/1991 Coll.; l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ; u l-Att Nru 26/2000 Coll., dwar l-irkanti pubbliċi.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fis-SE: Il-pjan ekonomiku għal soċjetà tal-bini jrid ikun iċċertifikat minn żewġ persuni. Dawn il-persuni jridu jkunu approvati pubblikament mill-awtoritajiet fiż-ŻEE (CPC 87909).

Miżuri:

 

SE: Il-Liġi dwar is-soċjetajiet kooperattivi tal-bini (1991:614).

Riżerva Nru 7 - Servizzi ta' Komunikazzjoni

Settur – sottosettur:

Servizzi ta' komunikazzjoni - servizzi postali u ta' kurrier

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Parti minn CPC 71235, parti minn 73210, parti minn 751

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

L-UE: L-organizzazzjoni tat-tqegħid tal-kaxxi tal-ittri fuq l-awtostrada pubblika, il-ħruġ ta' bolol postali u l-għoti tas-servizz ta' posta reġistrata użat matul proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jkunu ristretti f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Jistgħu jiġu stabbiliti sistemi ta' liċenzji għal dawk is-servizzi li għalihom hemm obbligu ġenerali ta' servizz universali. Dawn il-liċenzji jistgħu jkunu soġġetti għal obbligi partikolari ta' servizz universali jew kontribuzzjoni finanzjarja għal fond ta' kumpens.

Miżuri:

 

UE: Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

Riżerva Nru 8 - Servizzi ta' Kostruzzjoni

Settur – sottosettur:

Kostruzzjoni u servizzi ta' inġinerija relatati

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 51

Tip ta' riżerva:

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

F'CY: Rekwiżit ta' nazzjonalità.

Miżura:

 

Il-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Kontroll tal-Kuntratturi tal-Bini u tax-Xogħlijiet Tekniċi tal-2001 (29 (I) / 2001), l-Artikoli 15 u 52.

Riżerva Nru 9 - Is-servizzi tad-distribuzzjoni

Settur – sottosettur:

Servizzi ta' distribuzzjoni – ġenerali, distribuzzjoni tat-tabakk

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 3546, parti minn 621, 6222, 631, parti minn 632

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi ta' Distribuzzjoni (CPC 3546, 631, 632 minbarra 63211, 63297, 62276, parti minn 621)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fil-PT: Teżisti skema ta' awtorizzazzjoni speċifika għall-installazzjoni ta' xi stabbilimenti ta' bejgħ bl-imnut u ċentri kummerċjali. Din tirrigwarda ċentri kummerċjali li għandhom erja grossa li tista' tinkera ta' 8,000 m2 jew aktar, u stabbilimenti ta' bejgħ bl-imnut li għandhom erja ta' bejgħ ta' 2,000 m2 jew aktar, meta jkunu jinsabu barra minn ċentri kummerċjali. Kriterji prinċipali: Il-kontribut għal multipliċità ta' offerti kummerċjali; il-valutazzjoni tas-servizzi lill-konsumatur; il-kwalità tal-impjiegi u r-responsabbiltà soċjali korporattiva; l-integrazzjoni fl-ambjent urban; il-kontribut għall-ekoeffiċjenza (CPC 631, 632 ħlief 63211, 63297).

Miżuri:

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv Nru 10/2015, is-16 ta' Jannar.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

F'CY: Jeżisti r-rekwiżit tan-nazzjonalità għas-servizzi ta' distribuzzjoni pprovduti mir-rappreżentanti farmaċewtiċi (CPC 62117).

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi 74(l) 2020 kif emendata.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-LT: Id-distribuzzjoni ta' pirotekniċi hija soġġetta għal liċenzja. Il-persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni biss jistgħu jiksbu liċenzja (CPC 3546).

Miżuri:

 

LT: Il-Liġi dwar is-Sorveljanza taċ-Ċirkolazzjoni tal-Pirotekniċi Ċivili (23 ta' Marzu 2004 Nru IX-2074).

(b)   Distribuzzjoni tat-tabakk (parti minn CPC 6222, 62228, parti minn 6310, 63108)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi ES: Hemm monopolju tal-istat fuq il-bejgħ bl-imnut tat-tabakk. L-istabbiliment huwa soġġett għar-rekwiżit ta' nazzjonalità ta' Stat Membru. Persuni fiżiċi biss jistgħu joperaw bħala bejjiegħa tat-tabakk. Kull bejjiegħ tat-tabakk ma jistax jikseb aktar minn liċenzja waħda (CPC 63108).

 

Fi FR: Il-monopolju tal-istat fuq il-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa tat-tabakk. Rekwiżit tan-nazzjonalità għall-bejjiegħa tat-tabakk (buraliste) (parti minn CPC 6222, parti minn 6310).

Miżuri:

 

ES: Il-Liġi Nru 14/2013 tas-27 ta' Settembru 2014.

 

FR: Code général des impôts.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

Fl-AT: Jistgħu japplikaw biss persuni fiżiċi għal awtorizzazzjoni biex joperaw bħala bejjiegħa tat-tabakk.

Tingħata prijorità lil nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE (CPC 63108).

Miżuri:

 

AT: L-Att tal-1996 dwar il-Monopolju tat-Tabakk, § 5 u § 27.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-IT: Sabiex jiġi distribwit u jinbiegħ it-tabakk, hemm bżonn ta' liċenzja. Il-liċenzja tingħata permezz ta' proċeduri pubbliċi. L-għoti tal-liċenzji huwa soġġett għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: id-densità tal-popolazzjoni u ġeografika tal-punti tal-bejgħ eżistenti (parti minn CPC 6222, parti minn 6310).

Miżuri:

 

IT: Id-Digriet Leġiżlattiv 184/2003;

 

il-Liġi 165/1962;

 

il-Liġi 3/2003;

 

il-Liġi 1293/1957;

 

il-Liġi 907/1942; u

d-Digriet tal-President tar-Repubblika (D.P.R.) 1074/1958.

Riżerva Nru 10 - Is-servizzi edukattivi

Settur – sottosettur:

Servizzi edukattivi (iffinanzjati privatament)

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 921, 922, 923, 924

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

F'CY: In-nazzjonalità ta' Stat Membru hija meħtieġa għas-sidien u l-azzjonisti maġġoritarji fi skola ffinanzjata privatament. In-nazzjonali tar-Renju Unit jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni mill-Ministru (tal-Edukazzjoni) skont il-forma u l-kondizzjonijiet speċifikati.

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar l-Iskejjel Privati tal-2019 (N. 147(I)/2019)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Is-servizzi ta' edukazzjoni primarja u sekondarja ffinanzjati privatament jistgħu jiġu pprovduti biss minn intrapriżi Bulgari awtorizzati (hija meħtieġa l-preżenza kummerċjali). L-iskejjel preprimarji Bulgari u l-iskejjel li għandhom parteċipazzjoni barranija jistgħu jiġu stabbiliti jew trasformati b'talba ta' assoċjazzjonijiet, jew korporazzjonijiet jew intrapriżi ta' entitajiet fiżiċi jew ġuridiċi Bulgari jew barranin, irreġistrati debitament fil-Bulgarija, permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri fuq mozzjoni mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza. L-iskejjel preprimarji u l-iskejjel barranin jistgħu jiġu stabbiliti jew ittrasformati b'talba ta' entitajiet ġuridiċi barranin skont ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali u skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq. L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja barranin ma jistgħux jistabbilixxu sussidjarji fit-territorju tal-Bulgarija. L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja barranin jistgħu jiftħu fakultajiet, dipartimenti, istituti u kulleġġi fil-Bulgarija biss fl-istruttura tal-iskejjel superjuri Bulgari u f'kooperazzjoni magħhom (CPC 921, 922).

Miżuri:

BG: L-Att dwar l-Edukazzjoni Preprimarja u Skolastika; u

l-Liġi għall-Edukazzjoni Għolja, il-paragrafu 4 tad-dispożizzjonijiet addizzjonali.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali

 

Fis-SI: L-iskejjel elementari ffinanzjati privatament jistgħu jiġu stabbiliti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi Sloveni biss. Il-fornitur tas-servizzi jrid jistabbilixxi uffiċċju reġistrat jew uffiċċju tal-fergħa (CPC 921).

Miżuri:

 

SI: L-Att dwar l-Organizzazzjoni u l-Finanzjament tal-Edukazzjoni (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 12/1996) u r-reviżjonijiet tiegħu, l-Artikolu 40.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ u fis-SK: Huwa meħtieġ l-istabbiliment fi Stat Membru biex wieħed japplika għall-approvazzjoni tal-istat biex jopera bħala istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja ffinanzjata privatament. Din ir-riżerva ma tapplikax għal servizzi ta' edukazzjoni teknika sekondarja u edukazzjoni vokazzjonali (CPC 92310).

Miżuri:

 

CZ: L-Att Nru 111/1998, Coll. (l-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja), § 39; u

l-Att Nru 561/2004 Coll. dwar l-Edukazzjoni Preprimarja, Bażika, Sekondarja, Professjonali Terzjarja u Edukazzjoni Oħra (l-Att dwar l-Edukazzjoni).

 

SK: Il-Liġi Nru 131/2002 dwar l-Universitajiet.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Servizzi transfruntiera: Aċċess għas-suq:

 

Fi ES u fl-IT: Hija meħtieġa awtorizzazzjoni sabiex tinfetaħ università ffinanzjata privatament li toħroġ diplomi jew lawrji rikonoxxuti. Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: popolazzjoni u densità ta' stabbilimenti eżistenti.

 

Fi ES: Il-proċedura tinvolvi l-kisba tal-parir tal-Parlament.

 

Fl-IT: Din hija bbażata fuq programm ta' tliet snin u persuni ġuridiċi Taljani biss jistgħu jiġu awtorizzati sabiex joħorġu diplomi rikonoxxuti mill-istat (CPC 923).

Miżuri:

 

ES: Ley Orgánica 6/2001, de 21 de Diciembre, de Universidades (il-Liġi 6 / 2001 tal-21 ta' Diċembru, dwar l-Universitajiet), l-Artikolu 4.

 

IT: Id-Digriet Irjali 1592/1933 (il-Liġi dwar l-edukazzjoni sekondarja);

il-Liġi 243/1991 (Kontribuzzjoni pubblika okkażjonali għall-universitajiet privati);

ir-Riżoluzzjoni 20/2003 tas-CNVSU (Comitato nazionale per la valutazione del sistema universitario); u

d-Digriet tal-President tar-Repubblika (DPR) 25/1998.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-EL: Hija meħtieġa n-nazzjonalità ta' Stat Membru għall-proprjetarji u maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi fi skejjel primarji u sekondarji ffinanzjati privatament, u għall-għalliema fi skejjel primarji u sekondarji ffinanzjati privatament (CPC 921, CPC 922). L-edukazzjoni fuq livell universitarju għandha tiġi pprovduta esklużivament minn istituzzjonijiet li jkunu persuni ġuridiċi awtonomi rregolati bil-liġi pubblika. Madankollu, il-Liġi 3696/2008 tippermetti l-istabbiliment minn residenti tal-Unjoni (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) ta' istituzzjonijiet privati ta' edukazzjoni terzjarja li jagħtu ċertifikati li mhumiex rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal-lawrji universitarji (CPC 923).

Miżuri:

 

EL: Il-Liġijiet 682/1977, 284/1968, 2545/1940, id-Digriet Presidenzjali 211/1994 kif emendat bid-

Digriet Presidenzjali 394/1997, il-Kostituzzjoni ta' Hellas, l-Artikolu 16, il-paragrafu 5 u l-Liġi 3549/2007.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-AT: Il-forniment ta' servizzi edukattivi ta' livell universitarju ffinanzjati privatament fil-qasam tax-xjenzi applikati jirrikjedi awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-AQ Awstrija (l-Aġenzija għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità u l-Akkreditazzjoni tal-Awstrija). Investitur li jkun jixtieq jipprovdi tali servizzi jrid ikollu n-negozju primarju tiegħu li jkun il-forniment ta' tali servizzi, u jrid jippreżenta valutazzjoni tal-ħtiġijiet u stħarriġ għas-suq għall-aċċettazzjoni tal-programm ta' studju propost. Il-Ministeru kompetenti jista' jiċħad l-approvazzjoni jekk id-deċiżjoni tal-awtorità ta' akkreditazzjoni ma tikkonformax mal-interessi edukattivi nazzjonali. L-applikant għal università privata jirrikjedi awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti (l-AQ Awstria - Aġenzija għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità u l-Akkreditazzjoni tal-Awstrija). Il-Ministeru kompetenti jista' jiċħad l-approvazzjoni jekk id-deċiżjoni tal-awtorità ta' akkreditament ma tikkonformax mal-interessi edukattivi nazzjonali (CPC 923).

Miżuri:

 

AT: L-Att dwar l-Università tal-Istudji tax-Xjenzi Applikati, BGBl. I Nru 340/1993 kif emendat, § 2; 8; L-Att dwar l-Istituzzjonijiet ta' Edukazzjoni Għolja Privati, BGBl. I Nru 77/2020, § 2; u

l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja, BGBl. Nru 74/2011 kif emendat, § 25 (3).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi FR: Hija meħtieġa n-nazzjonalità ta' Stat Membru sabiex wieħed jgħallem f'istituzzjoni edukattiva ffinanzjata privatament (CPC 921, 922, 923). Madankollu, in-nazzjonali tar-Renju Unit jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jgħallmu f'istituzzjonijiet edukattivi ta' livell primarju, sekondarju u għoli. In-nazzjonali tar-Renju Unit jistgħu wkoll jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jistabbilixxu u joperaw jew jimmaniġġaw istituzzjonijiet edukattivi ta' livell primarju, sekondarju u għoli. Awtorizzazzjoni bħal din tingħata fuq bażi diskrezzjonali.

Miżuri:

 

FR: Code de l'éducation.

Fir-rigward tal-Investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

F'MT: Il-fornituri ta' servizzi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta' edukazzjoni għolja jew għall-adulti ffinanzjati privatament iridu jiksbu liċenzja mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg. Id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinħareġ liċenzja tista' tkun diskrezzjonali (CPC 923, 924).

Miżuri:

 

MT: L-Avviż Legali 296 tal-2012.

Riżerva Nru 11 - Is-servizzi ambjentali

Settur – sottosettur:

Servizzi ambjentali – proċessar u riċiklaġġ ta' batteriji u akkumulaturi użati, karozzi qodma u skart minn tagħmir elettriku u elettroniku; protezzjoni tal-arja ambjentali u l-klima servizzi ta' tindif tal-gassijiet tal-egżost

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Parti minn CPC 9402, 9404

Tip ta' riżerva:

Preżenza lokali

Kapitolu:

Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Fis-SE: L-entitajiet stabbiliti fl-Iżvezja jew li għandhom is-sede prinċipali tagħhom fl-Iżvezja biss huma eliġibbli għal akkreditament sabiex iwettqu servizzi ta' kontroll tal-gass tal-egżost (CPC 9404).

Fis-SK: Għall-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta' batteriji u akkumulaturi użati, żjut użati, karozzi użati u skart minn tagħmir elettriku u elettroniku, hija meħtieġa l-inkorporazzjoni fiż-ŻEE (rekwiżit ta' residenza) (parti minn CPC 9402).

Miżuri:

 

SE: L-Att dwar il-Vetturi (2002:574).

 

SK: L-Att 79/2015 dwar l-Iskart.

Riżerva Nru 12 – Is-servizzi finanzjarji

Settur – sottosettur:

Servizzi Finanzjarji – assigurazzjoni u servizzi bankarji

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Mhux applikabbli

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi tal-assigurazzjoni u relatati mal-assigurazzjoni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-IT: Aċċess għall-professjoni attwarjali permezz ta' persuni fiżiċi biss. Assoċjazzjonijiet professjonali (mhux inkorporazzjoni) bejn persuni fiżiċi huma permessi. Hija meħtieġa n-nazzjonalità tal-Unjoni Ewropea għall-prattika tal-professjoni attwarja, ħlief għal professjonisti barranin li jistgħu jitħallew jipprattikaw fuq il-bażi tar-reċiproċità.

Miżuri:

 

IT: L-Artikolu 29 tal-kodiċi tal-assigurazzjoni privata (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 209 tas-7 ta' Settembru 2005); u l-Liġi 194/1942, l-Artikolu 4, il-Liġi 4/1999 dwar ir-reġistru.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-BG: L-assigurazzjoni tal-pensjoni tiġi mwettqa minn kumpanija b'ishma konġunti liċenzjata skont il-Kodiċi ta' Assigurazzjoni Soċjali u rreġistrata skont l-Att Kummerċjali jew skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor tal-UE (ebda fergħat).

 

Fil-BG, ES, PL u PT: Mhux permessi fergħat diretti għall-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni, li hija riżervata għal kumpaniji ffurmati skont il-liġi ta' Stat Membru (hija meħtieġa l-inkorporazzjoni lokali). Għall-PL, rekwiżit ta' residenza għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

Miżuri:

 

BG: Il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni, l-Artikoli 12, 56-63, 65, 66 u 80 paragrafu 4, Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali l-Artikoli 120a–162, l-Artikoli 209–253, l-Artikoli 260–310.

 

ES: Reglamento de Ordenación, Supervisión y Solvencia de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (RD 1060/2015, de 20 de noviembre de 2015), l-Artikolu 36.

 

Fil-PL: L-Att dwar l-attività tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-11 ta' Settembru 2015 (il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2020, punt 895 u 1180); l-Att dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2017 (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2019, punt 1881); l-Att dwar l-organizzazzjoni u l-operat tal-fondi tal-pensjonijiet ta' Awwissu 28, 1997 (il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2020, punt 105); L-Att tal-6 ta' Marzu 2018 dwar ir-regoli li jirrigwardaw l-attività ekonomika ta' imprendituri barranin u persuni barranin oħra fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.

 

PT: L-Artikolu 7 tad-Digriet Amministrattiv 94-B/98 revokat mid-Digriet Amministrattiv 2/2009, il-5 ta' Jannar; u l-Kapitolu I, it-Taqsima VI tad-Digriet Amministrattiv 94-B/98, l-Artikoli 34, nru 6, 7, u l-Artikolu 7 tad-Digriet Amministrattiv 144/2006, revokat bil-Liġi 7/2019, is-16 ta' Jannar. L-Artikolu 8 tas-sistema legali li tirregola n-negozju tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, approvat bil-Liġi 7/2019, tas-16 ta' Jannar.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali:

 

Fl-AT: Il-maniġment ta' uffiċċju tal-fergħa jrid jikkonsisti tal-anqas minn żewġ persuni fiżiċi residenti fl-AT.

 

Fil-BG: Ir-rekwiżit ta' residenza għall-membri ta' korp maniġerjali u superviżorju ta' intrapriżi ta' (ri)assigurazzjoni u kull persuna awtorizzata li timmaniġġa jew tirrappreżenta l-intrapriża ta' (ri)assigurazzjoni.

Il-President tal-Bord Maniġerjali, il-President tal-Bord tad-Diretturi, id-Direttur Eżekuttiv u l-Aġent Maniġerjali ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-pensjoni jrid ikollhom indirizz permanenti jew ikollhom permess ta' residenza fit-tul fil-Bulgarija.

Miżuri:

 

AT: L-Att dwar is-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni 2016, l-Artikolu 14 il-paragrafu 1 nru 3, il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 34/2015 (Versicherungsaufsichtsgesetz 2016, § 14 Abs. 1 Z 3, BGBl. I Nr. 34/2015)

 

BG: Il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni, l-Artikoli 12, 56-63, 65, 66 u 80 paragrafu 4,

il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali, l-Artikoli 120a–162, l-Artikoli 209–253, l-Artikoli 260–310

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Qabel ma jistabbilixxi fergħa jew aġenzija sabiex tipprovdi assigurazzjoni, assiguratur jew riassiguratur barrani jrid ikun ġie awtorizzat biex jopera fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu fl-istess klassijiet ta' assigurazzjoni bħal dawk li jkun jixtieq jipprovdi fil-BG.

Id-dħul tal-fondi tal-pensjoni addizzjonali volontarja, kif ukoll dħul simili konness direttament ma' assigurazzjoni tal-pensjoni volontarja mwettqa minn persuni li huma rreġistrati skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor u li jistgħu, f'konformità mal-leġiżlazzjoni kkonċernata, iwettqu operazzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-pensjoni volontarja, ma jkunx taxxabbli skont il-proċedura stabbilita mill-Att dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji.

Fi ES: Qabel ma jistabbilixxi fergħa jew aġenzija fi Spanja sabiex jipprovdi ċerti klassijiet ta' assigurazzjoni, assiguratur barrani jrid ikun ġie awtorizzat sabiex jopera fl-istess klassijiet ta' assigurazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu għal tal-anqas ħames snin.

Fil-PT: Sabiex jistabbilixxu fergħa jew aġenzija, impriżi tal-assigurazzjoni barranin iridu jkunu ġew awtorizzati biex iwettqu n-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, skont il-liġi nazzjonali rilevanti għal tal-anqas ħames snin.

Miżuri:

 

BG: Il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni, l-Artikoli 12, 56-63, 65, 66 u 80 paragrafu 4,

il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali, l-Artikoli 120a–162, l-Artikoli 209–253, l-Artikoli 260–310.

 

ES: Reglamento de Ordenación, Supervisión y Solvencia de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (RD 1060/2015, de 20 de noviembre de 2015), l-Artikolu 36.

 

PT: L-Artikolu 7 tad-Digriet Amministrattiv 94-B/98 u l-Kapitolu I, it-Taqsima VI tad-Digriet Amministrattiv 94-B/98, l-Artikoli 34, nru 6, 7, u l-Artikolu 7 tad-Digriet Amministrattiv 144/2006; l-Artikolu 215 tas-sistema legali li tmexxi l-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, approvat bil-Liġi 147/2005, tad-9 ta' Settembru.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fl-AT: Sabiex jiksbu liċenzja biex jiftħu uffiċċju tal-fergħa, l-assiguraturi barranin irid ikollhom forma ġuridika li tikkorrispondi jew tkun komparabbli għal kumpanija b'ishma konġunti jew assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni komuni fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

 

Fil-EL: Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'pajjiżi terzi jistgħu joperaw fil-Greċja permezz tal-istabbiliment ta' sussidjarja jew fergħa, fejn il-fergħa f'dan il-każ ma tieħu l-ebda forma legali speċifika, billi tfisser preżenza permanenti fit-territorju ta' Stat Membru (jiġifieri l-Greċja) ta' impriża b'uffiċċju prinċipali barra mill-UE, li tirċievi awtorizzazzjoni f'dak l-Istat Membru (il-Greċja) u li twettaq negozju tal-assigurazzjoni.

Miżuri:

 

AT: L-Att dwar is-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni 2016, l-Artikolu 14 paragrafu 1, nru 1, il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 34/2015 (Versicherungsaufsichtsgesetz 2016, § 14 Abs. 1 Z 1, BGBl. I Nru 34/2015).

 

EL: L-Artikolu 130 tal-Liġi 4364/ 2016 (il-Gazzetta tal-Gvern 13/ A/ 05.02.2016).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-AT: L-attività promozzjonali u l-intermedjazzjoni f'isem kumpanija sussidjarja mhux stabbilita fl-Unjoni jew f'isem fergħa mhux stabbilita fl-AT (ħlief għar-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni) huma pprojbiti.

 

Fid-DK: Ebda persuna jew kumpanija (inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni) ma tista', għal skopijiet ta' negozju, tassisti fl-għoti ta' assigurazzjoni diretta għal persuni residenti fid-DK, għal bastimenti Daniżi jew għal proprjetà fid-DK, barra minn kumpaniji tal-assigurazzjoni liċenzjati mil-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet Daniżi kompetenti.

 

Fis-SE: Il-forniment ta' assigurazzjoni diretta minn assiguratur barrani hija permessa biss permezz tal-medjazzjoni ta' fornitur ta' servizz tal-assigurazzjoni awtorizzat fl-Iżvezja, dment li l-assiguratur barrani u l-kumpanija tal-assigurazzjoni Żvediża jkunu proprjetà tal-istess grupp ta' kumpaniji jew għandhom ftehim ta' kooperazzjoni bejniethom.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-DE, HU u LT: Il-forniment ta' servizzi tal-assigurazzjoni diretti minn kumpaniji tal-assigurazzjoni mhux inkorporati fl-Unjoni Ewropea tirrikjedi l-istabbiliment u l-awtorizzazzjoni ta' fergħa.

 

Fis-SE: Il-forniment ta' servizzi ta' intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni minn impriżi mhux inkorporati fiż-ŻEE jirrikjedi l-istabbiliment ta' preżenza kummerċjali (rekwiżit tal-preżenza lokali).

 

Fis-SK: L-assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u bil-baħar, li tkopri l-inġenji tal-ajru/il-bastimenti u r-responsabbiltà, tista' tiġi sottoskritta biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-Unjoni jew mill-fergħa tal-uffiċċju tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni mhux stabbiliti fl-Unjoni awtorizzati fir-Repubblika Slovakka.

Miżuri

 

AT: L-Att dwar is-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni 2016, l-Artikolu 13 il-paragrafi 1 u 2, il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru. 34/2015 (Versicherungsaufsichtsgesetz 2016, § 13 Abs. 1 und 2, BGBl. I Nru 34/2015)

 

DE: Versicherungsaufsichtsgesetz (VAG) għas-servizzi kollha tal-assigurazzjoni; b'rabta ma' Luftverkehrs-Zulassungs-Ordnung (LuftVZO) għall-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà fl-ajru biss.

 

DK: Lov om finansiel virksomhed jf. lovbekendtgørelse 182 af 18. februar 2015.

 

HU: L-Att LX tal-2003.

 

LT: Il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni, 18 ta' Settembru 2003 m. Nru IX-1737, l-aħħar emenda fit-13 ta' Ġunju 2019 Nru XIII-2232.

 

SE: Lag om försäkringsförmedling (L-Att dwar il-Medjazzjoni tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni) (il-Kapitolu 3, it-Taqsima 3, 2018:12192005:405); u l-Att dwar in-Negozju tal-Assiguraturi Barranin fl-Iżvezja (il-Kapitolu 4, it-Taqsima 1 u 10, 1998: 293).

 

SK: L-Att 39/2015 dwar l-assigurazzjoni.

(b)   Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament Nazzjonali, u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-BG: Għat-twettiq tal-attivitajiet ta' self b'fondi li ma jinġabrux permezz tat-teħid ta' depożiti jew fondi ripagabbli oħra, l-akkwist ta' parteċipazzjonijiet f'istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra, leasing finanzjarju, tranżazzjonijiet ta' garanzija, akkwist ta' pretensjonijiet fuq self u forom oħra ta' finanzjament (fatturament, forfeiting, eċċ.), istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji huma soġġetti għal reġim ta' reġistrazzjoni mal-Bank Nazzjonali Bulgaru. L-istituzzjoni finanzjarja għandu jkollha n-negozju prinċipali tagħha fit-territorju tal-Bulgarija.

 

Fil-BG: Banek mhux taż-ŻEE jistgħu jwettqu attività bankarja fil-Bulgarija wara li jiksbu liċenzja mill-BNB għall-bidu u l-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' negozju fir-Repubblika tal-Bulgarija permezz ta' fergħa.

 

Fl-IT: Sabiex tiġi awtorizzata topera s-sistema ta' saldu tat-titoli jew biex jiġu pprovduti s-servizzi ta' depożitorju ċentrali tat-titoli ma' stabbiliment fl-Italja, kumpanija trid tkun inkorporata fl-Italja (ebda fergħat).

Fil-każ ta' skemi ta' investiment kollettiv barra minn intrapriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (undertakings for collective investment in transferable securities, "UCITS") armonizzati bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-trustee jew id-depożitarju huwa meħtieġ li jkun stabbilit fl-Italja jew fi Stat Membru ieħor jew ikollu fergħa fl-Italja.

Intrapriżi ta' maniġment ta' fondi ta' investiment li mhumiex armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni huma wkoll meħtieġa li jkunu inkorporati fl-Italja (mhux fergħat).

Biss il-banek, l-intrapriżi tal-assigurazzjoni, l-intrapriżi għal investiment u l-intrapriżi li jimmaniġġaw UCITS li jkunu armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jkollhom l-uffiċċju prinċipali legali tagħhom fl-Unjoni, kif ukoll UCITS inkorporati fl-Italja jistgħu jwettqu l-attività ta' maniġment ta' riżorsi ta' fond ta' pensjoni.

Meta jipprovdu l-attività ta' bejgħ bieb bieb, l-intermedjarji jridu jużaw bejjiegħa finanzjarji awtorizzati li jkunu residenti fit-territorju ta' Stat Membru.

L-uffiċċji rappreżentattivi ta' intermedjarji ta' pajjiżi terzi ma jistgħux iwettqu attivitajiet li jkollhom l-għan li jipprovdu servizzi ta' investiment, inkluż negozjar għan-nom proprju u f'isem il-klijenti, introduzzjoni u sottoskrizzjoni ta' strumenti finanzjarji (meħtieġa fergħa).

Fil-PT: Il-ġestjoni ta' fondi tal-pensjoni tista' tiġi pprovduta biss minn kumpaniji speċjalizzati inkorporati fil-PT għal dak il-għan u minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-PT u awtorizzati sabiex jibdew in-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja, jew minn entitajiet awtorizzati sabiex jipprovdu ġestjoni ta' fondi tal-pensjoni fi Stati Membri oħra. Fergħat diretti minn pajjiżi terzi mhumiex permessi.

Miżuri:

 

BG: Il-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu, l-Artikolu 2, il-paragrafu 5, l-Artikolu 3a u l-Artikolu 17

Il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali, l-Artikolu 121, 121b, 121f; u

il-Liġi dwar il-Munita, l-Artikolu 3.

 

IT: Id-Digriet Leġiżlattiv 58/1998, l-Artikoli 1, 19, 28, 30-33, 38, 69 u 80;

ir-Regolament Konġunt tal-Bank tal-Italja u Consob 22.2.1998, l-Artikoli 3 u 41;

ir-Regolament tal-Bank tal-Italja 25.1.2005;

it-Titolu V, il-Kapitolu VII, it-Taqsima II, ir-Regolament Consob 16190 tad-29.10.2007, l-Artikoli 17-21, 78-81, 91-111; u soġġett għal:

 

ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 12/2006, kif emendat bid-Digriet Amministrattiv 180/2007, id-Digriet Amministrattiv 357-A/2007, ir-Regolament 7/2007-R, kif emendat bir-Regolament 2/2008-R, ir-Regolament 19/2008-R, ir-Regolament 8/2009. L-Artikolu 3 tas-sistema legali li tmexxi t-twaqqif u l-funzjonament tal-fondi ta' pensjoni u l-entitajiet ta' ġestjoni tagħhom, approvat bil-Liġi 27/2020, tat-23 ta' Lulju.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-HU: Il-fergħat ta' kumpaniji tal-immaniġġar tal-fondi ta' investiment mhux taż-ŻEE ma jistgħux jipparteċipaw fl-immaniġġar ta' fondi ta' investiment Ewropej u ma jistgħux jipprovdu servizzi ta' mmaniġġar tal-assi lil fondi ta' pensjoni privati.

Miżuri:

 

HU: L-Att CCXXXVII tal-2013 dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu u l-Intrapriżi Finanzjarji;

u

l-Att CXX tal-2001 dwar is-Suq tal-Kapital.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament Nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-BG: Bank għandu jkun amministrat u rrappreżentat b'mod konġunt minn tal-anqas żewġ persuni. Il-persuni li jimmaniġġaw u jirrappreżentaw il-bank għandhom ikunu preżenti personalment fl-indirizz tal-maniġment tiegħu. Persuni ġuridiċi ma jistgħux ikunu membri eletti tal-bord maniġerjali jew tal-bord tad-diretturi ta' bank.

 

Fis-SE: Fundatur ta' bank tat-tfaddil għandu jkun persuna fiżika.

Miżuri:

 

BG: Il-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu, l-Artikolu 10;

il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali, l-Artikolu 121e; u

il-Liġi dwar il-Munita, l-Artikolu 3.

 

SE: Sparbankslagen (l-Att dwar il-Banek tat-Tfaddil) (1987:619), il-Kapitolu 2, § 1.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali:

 

Fl-HU: Il-bord tad-diretturi ta' istituzzjoni ta' kreditu għandu jkollu tal-inqas żewġ membri rikonoxxuti bħala residenti skont ir-regolamenti tal-kambju u li kellhom residenza permanenti preċedenti fl-HU għal tal-inqas sena.

Miżuri:

 

HU: L-Att CCXXXVII tal-2013 dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu u l-Intrapriżi Finanzjarji;

u

l-Att CXX tal-2001 dwar is-Suq tal-Kapital.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fir-RO: L-operaturi tas-suq huma persuni ġuridiċi stabbiliti bħala kumpaniji b'ishma konġunti skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-Kumpaniji. Sistemi ta' negozjar alternattivi (Faċilità Multilaterali tan-Negozjar (Multilateral trading facility, MTF) skont id-Direttiva MiFID II) jistgħu jiġu ġestiti minn operatur tas-sistema stabbilit skont il-kondizzjonijiet deskritti hawn fuq jew minn ditta tal-investiment awtorizzata mill-ASF (Autoritatea de Supraveghere Financiară — Awtorità Superviżorja Finanzjarja).

 

Fis-SI: Skema tal-pensjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta' fond ta' pensjoni reċiproka (li mhuwiex entità ġuridika u għalhekk huwa ġestit minn kumpanija tal-assigurazzjoni, bank jew kumpanija tal-pensjoni), kumpanija tal-pensjoni jew kumpanija tal-assigurazzjoni. B'mod addizzjonali, skema tal-pensjoni tista' tiġi offruta wkoll minn fornituri ta' skema tal-pensjoni stabbiliti skont ir-regolamenti applikabbli fi Stat Membru tal-UE.

Miżuri:

 

RO: Il-Liġi Nru 126 tal-11 ta' Ġunju 2018 dwar l-istrumenti finanzjarji u r-Regolament Nru 1/2017 għall-emenda u s-suppliment tar-Regolament Nru 2/2006 dwar swieq regolati u sistemi ta' negozjar alternattivi, approvati bl-Ordni tal-NSC Nru 15/2006 - ASF - Autoritatea de Supraveghere Financiară — Awtorità Superviżorja Finanzjarja.

 

SI: L-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni u tal-Invalidità (Gazzetta Uffiċjali Nru 102/2015 (kif emendat l-aħħar Nru 28/19).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-HU: Il-kumpaniji mhux taż-ŻEE jistgħu jipprovdu servizzi finanzjarji jew jipparteċipaw f'attivitajiet awżiljarji għas-servizzi finanzjarji biss permezz ta' fergħa fl-HU.

Miżuri:

 

HU: L-Att CCXXXVII tal-2013 dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu u l-Intrapriżi Finanzjarji;

u

l-Att CXX tal-2001 dwar is-Suq tal-Kapital.

Riżerva Nru 13 - Is-servizzi sanitarji u s-servizzi soċjali

Settur – sottosettur:

Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 931, 933

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fil-DE: (japplika wkoll għal-livell reġjonali tal-gvern): Is-servizzi ta' salvataġġ u "s-servizzi ta' ambulanza kwalifikati" huma organizzati u rregolati mil-Länder. Il-biċċa l-kbira tal-Länder jiddelegaw il-kompetenzi fil-qasam tas-servizzi ta' salvataġġ lil muniċipalitajiet. Il-muniċipalitajiet jistgħu jagħtu prijorità lil operaturi li ma għandhomx skop ta' qligħ. Dan japplika bl-istess mod għall-fornituri ta' servizzi barranin u domestiċi (CPC 931, 933). Is-servizzi tal-ambulanzi huma soġġetti għal ippjanar, permess u akkreditament. Rigward it-telemediċina, l-għadd ta' fornituri ta' servizzi tal-ICT (teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni) jista' jkun limitat sabiex jiġu ggarantiti l-istandards meħtieġa ta' interoperabbiltà, kompatibbiltà u sikurezza. Dan huwa applikat b'mod nondiskriminatorju.

 

Fl-HR: L-istabbiliment ta' wħud mill-faċilitajiet ta' kura soċjali ffinanzjati privatament jista' jkun soġġett għal limiti bbażati fuq il-ħtiġijiet f'żoni ġeografiċi partikolari (CPC 9311, 93192, 93193, 933).

 

Fis-SI: Il-monopolju tal-Istat huwa riżervat għas-servizzi li ġejjin: Il-forniment tad-demm, il-preparazzjonijiet tad-demm, it-tneħħija u ż-żamma ta' organi umani għal trapjanti, servizzi soċjomediċi, servizzi ta' iġjene, servizzi epidemjoloġiċi u servizzi tas-saħħa ekoloġiċi, servizzi ta' patoloġija u ta' anatomija u prokreazzjoni bijomedika assistita (CPC 931).

Miżuri:

 

DE: Bundesärzteordnung (BÄO; ir-Regolament Mediku Federali):

 

Gesetz über die Ausübung der Zahnheilkunde (ZHG);

 

über den Beruf der Psychotherapeutin und des Psychotherapeuten (PsychThG; l-Att dwar il-Forniment ta' Servizzi tal-Psikoterapija);

 

Gesetz über die berufsmäßige Ausübung der Heilkunde ohne Bestallung (Heilpraktikergesetz);

 

Gesetz über das Studium und den Beruf der Hebammen (HebG);

 

Gesetz über den Beruf der Notfallsanitäterin und des Notfallsanitäters (NotSanG);

 

Gesetz über die Pflegeberufe (PflBG);

 

Gesetz über die Berufe in der Physiotherapie (MPhG);

 

Gesetz über den Beruf des Logopäden (LogopG);

 

Gesetz über den Beruf des Orthoptisten und der Orthoptistin (OrthoptG);

 

Gesetz über den Beruf der Podologin und des Podologen (PodG);

 

Gesetz über den Beruf der Diätassistentin und des Diätassistenten (DiätAssG);

 

Gesetz über den Beruf der Ergotherapeutin und des Ergotherapeuten (ErgThg); Bundesapothekerordnung (BapO);

 

Gesetz über den Beruf des pharmazeutisch-technischen Assistenten (PTAG);

 

Gesetz über technische Assistenten in der Medizin (MTAG);

 

Gesetz zur wirtschaftlichen Sicherung der Krankenhäuser und zur Regelung der Krankenhauspflegesätze (Krankenhausfinanzierungsgesetz - KHG);

 

Gewerbeordnung (l-Att Ġermaniż dwar ir-Regolamentazzjoni tan-Negozju, il-Kummerċ u l-Industrija);

 

Sozialgesetzbuch Fünftes Buch (SGB V; Il-Kodiċi Soċjali, Il-Ħames Ktieb) - L-Assigurazzjoni Medika Statutorja;

 

Sozialgesetzbuch Sechstes Buch (SGB VI; Il-Kodiċi Soċjali, is-Sitt Ktieb) - L-Assigurazzjoni Statutorja tal-Pensjoni;

 

Sozialgesetzbuch Siebtes Buch (SGB VII; Social Code, Book Seven) - L-Assigurazzjoni Statutorja kontra l-Inċidenti;

 

Sozialgesetzbuch Neuntes Buch (SGB IX; il-Kodiċi Soċjali, id-Disa' Ktieb) - Ir-Riabilitazzjoni u l-Parteċipazzjoni ta' Persuni b'Diżabilità;

 

Sozialgesetzbuch Elftes Buch (SGB XI; il-Kodiċi Soċjali, il-Ħdax-il Ktieb) - L-Assistenza Soċjali.

Personenbeförderungsgesetz (PBefG; l-Att dwar it-Trasport Pubbliku).

Livell reġjonali:

 

Gesetz über den Rettungsdienst (Rettungsdienstgesetz - RDG) in Baden-Württemberg;

 

Bayerisches Rettungsdienstgesetz (BayRDG);

 

Gesetz über den Rettungsdienst für das Land Berlin (Rettungsdienstgesetz);

 

Gesetz über den Rettungsdienst im Land Brandenburg (BbgRettG);

 

Bremisches Hilfeleistungsgesetz (BremHilfeG);

 

Hamburgisches Rettungsdienstgesetz (HmbRDG);

 

Gesetz über den Rettungsdienst für das Land Mecklenburg-Vorpommern (RDGM-V);

 

Niedersächsisches Rettungsdienstgesetz (NRettDG);

 

Gesetz über den Rettungsdienst sowie die Notfallrettung und den Krankentransport durch

 

Unternehmer (RettG NRW);

 

Landesgesetz über den Rettungsdienst sowie den Notfall- und Krankentransport (RettDG);

 

Saarländisches Rettungsdienstgesetz (SRettG);

 

Sächsisches Gesetz über den Brandschutz, Rettungsdienst und Katastrophenschutz (SächsBRKG);

 

Rettungsdienstgesetz des Landes Sachsen-Anhalt (RettDG LSA);

 

Schleswig-Holsteinisches Rettungsdienstgesetz (SHRDG);

 

Thüringer Rettungsdienstgesetz (ThüRettG).

Landespflegegesetze:

 

Gesetz zur Umsetzung der Pflegeversicherung in Baden-Württemberg (Landespflegegesetz -

 

LPflG);

 

Gesetz zur Ausführung der Sozialgesetze (AGSG);

 

Gesetz zur Planung und Finanzierung von Pflegeeinrichtungen (Landespflegeeinrichtungsgesetz-

 

LPflegEG);

 

Gesetz über die pflegerische Versorgung im Land Brandenburg (Landespflegegesetz - LPflegeG);

 

Gesetz zur Ausführung des Pflege-Versicherungsgesetzes im Lande Bremen und zur Änderung des Bremischen Ausführungsgesetzes zum Bundessozialhilfegesetz (BremAGPflegeVG);

 

Hamburgisches Landespflegegesetz (HmbLPG);

 

Hessisches Ausführungsgesetz zum Pflege-Versicherungsgesetz;

 

Landespflegegesetz (LPflegeG M-V);

 

Gesetz zur Planung und Förderung von Pflegeeinrichtungen nach dem Elften Buch

 

Sozialgesetzbuch (Niedersächsisches Pflegegesetz - NPflegeG);

 

Gesetz zur Weiterentwicklung des Landespflegerechts und Sicherung einer unterstützenden Infrastruktur für ältere Menschen, pflegebedürftige Menschen und deren Angehörige (Alten- und Pflegegesetz Nordrhein-Westfalen – APG NRW);

 

Landesgesetz zur Sicherstellung und Weiterentwicklung der pflegerischen Angebotsstruktur

 

(LPflegeASG) (Rheinland-Pfalz);

 

Gesetz Nr. 1694 zur Planung und Förderung von Angeboten für hilfe-, betreuungs- oder pflegebedürftige Menschen im Saarland (Saarländisches Pflegegesetz);

 

Sächsisches Pflegegesetz (SächsPflegeG);

 

Schleswig-Holstein: Ausführungsgesetz zum Pflege-Versicherungsgesetz (Landespflegegesetz - LPflegeG);

 

Thüringer Gesetz zur Ausführung des Pflege-Versicherungsgesetzes (ThürAGPflegeVG).

 

Landeskrankenhausgesetz Baden-Württemberg;

 

Bayerisches Krankenhausgesetz (BayKrG);

 

Berliner Gesetz zur Neuregelung des Krankenhausrechts;

 

Krankenhausentwicklungsgesetz Brandenburg (BbgKHEG);

 

Bremisches Krankenhausgesetz (BrmKrHG);

 

Hamburgisches Krankenhausgesetz (HmbKHG);

 

Hessisches Krankenhausgesetz 2011 (HKHG 2011);

 

Krankenhausgesetz für das Land Mecklenburg-Vorpommern (LKHG M-V);

 

Niedersächsisches Krankenhausgesetz (NKHG);

 

Krankenhausgestaltungsgesetz des Landes Nordrhein-Westfalen (KHGG NRW);

 

Landeskrankenhausgesetz Rheinland-Pfalz (LKG Rh-Pf);

 

Saarländisches Krankenhausgesetz (SKHG);

 

Gesetz zur Neuordnung des Krankenhauswesens (Sächsisches Krankenhausgesetz - SächsKHG);

 

Krankenhausgesetz Sachsen-Anhalt (KHG LSA);

 

Gesetz zur Ausführung des Krankenhausfinanzierungsgesetzes (AG-KHG) in Schleswig-Holstein;

 

Thüringisches Krankenhausgesetz (Thür KHG).

HR: L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa (OG 150/08, 71/10, 139/10, 22/11, 84/11, 12/12, 70/12, 144/12).

SI: Il-Liġi dwar is-Servizzi tas-Saħħa, Il-Gazzetta Uffiċjali tal-RS, Nru 23/2005, l-Artikoli 1, 3 u 62-64; l-Att dwar it-Trattament tal-Infertilità u l-Proċeduri tal-Prokreazzjoni Bijomedika Assistita, Il-Gazzetta Uffiċjali tar-RS, Nru 70/00, l-Artikoli 15 u 16; l-Att dwar l-Għoti tad-Demm (ZPKrv-1), Il-Gazzetta Uffiċjali tar-RS, Nru 104/06, l-Artikoli 5 u 8.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi FR: Għas-servizzi ta' sptarijiet u ambulanzi, il-faċilitajiet ta' saħħa residenzjali (minbarra servizzi ta' sptarijiet) u servizzi soċjali, tenħtieġ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet tal-maniġment. Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tieħu kont tad-disponibbiltà ta' maniġers lokali. Il-kumpaniji jistgħu jieħdu kwalunkwe forma legali, ħlief dawk riżervati għall-professjonijiet liberi.

Miżuri:

 

FR: Loi 90-1258 relative à l'exercice sous forme de société des professions libérales, Loi n°2011-940 du 10 août 2011 modifiant certaines dipositions de la loi n°2009-879 dite HPST, Loi n°47-1775 portant statut de la coopération; u Code de la santé publique.

Riżerva Nru 14 - Is-servizzi relatati mat-turiżmu u l-ivvjaġġar

Settur – sottosettur:

Servizzi turistiċi u servizzi relatati mal-ivvjaġġar - lukandi, ristoranti u catering; servizzi ta' aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi (inklużi l-maniġers tat-vjaġġi); servizzi ta' gwidi turistiċi

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 641, 642, 643, 7471, 7472

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Hemm bżonn ta' inkorporazzjoni (ebda fergħat). Is-servizzi ta' operaturi turistiċi jew ta' aġenzija tal-ivvjaġġar jistgħu jiġu pprovduti minn persuna stabbilita fiż-ŻEE jekk, meta tistabbilixxi ruħha fit-territorju tal-Bulgarija, il-persuna msemmija tippreżenta kopja ta' dokument li jiċċertifika d-dritt tagħha li tipprattika dik l-attività jew ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ minn istituzzjoni ta' kreditu jew assiguratur li jikkontjeni data tal-eżistenza ta' assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà tal-imsemmija persuna għad-danni li jistgħu jiġu kkawżati bħala riżultat tan-nuqqas kundannabbli ta' twettiq tal-obbligi professjonali. L-għadd ta' maniġers barranin ma jistax jaqbeż l-għadd ta' maniġers li huma nazzjonali Bulgari, f'każijiet fejn is-sehem pubbliku (tal-istat jew muniċipali) fil-kapital ta' ekwità ta' kumpanija Bulgara jaqbeż il-50 fil-mija. Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE għall-gwidi turistiċi (CPC 641, 642, 643, 7471, 7472).

Miżuri:

 

BG: Il-Liġi dwar it-Turiżmu, l-Artikoli 61, 113 u 146.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

F'CY: Liċenzja għall-istabbiliment u l-operat ta' kumpanija jew aġenzija turistika u tal-ivvjaġġar, kif ukoll it-tiġdid ta' liċenzja għall-operat ta' kumpanija jew aġenzija eżistenti, għandha tingħata biss lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Unjoni Ewropea. Ebda kumpanija mhux residenti barra dawk stabbiliti fi Stat Membru ieħor, ma tista' tipprovdi fir-Repubblika ta' Ċipru, fuq bażi organizzata jew permanenti, l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Liġi msemmija aktar 'il fuq, sakemm ma tkunx rappreżentata minn kumpanija residenti. L-għoti ta' servizzi ta' gwida turistika u ta' aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi tal-vjaġġi jirrikjedi nazzjonalità ta' Stat Membru (CPC 7471, 7472).

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar it-Turiżmu u l-Uffiċċji tal-Ivvjaġġar u l-Gwidi Turistiċi 1995 (il-Liġi 41(I)/1995) kif emendata).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-EL: In-nazzjonali ta' pajjiżi terzi jridu jiksbu diploma mill-Iskejjel tal-Gwidi Turistiċi tal-Ministeru Grieg tat-Turiżmu, sabiex ikunu intitolati għad-dritt li jipprattikaw il-professjoni. Bħala eċċezzjoni, id-dritt ta' prattika tal-professjoni jista' jingħata temporanjament (sa sena) lil nazzjonali ta' pajjiżi terzi, permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, fil-każ tan-nuqqas ikkonfermat ta' gwida turistika għal lingwa speċifika.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament Nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi ES (għal ES japplika wkoll għall-gvern f'livell reġjonali): Hija meħtieġa nazzjonalità ta' Stat Membru sabiex jiġu pprovduti s-servizzi ta' gwida turistika (CPC 7472).

 

Fil-HR: Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera għas-servizzi ta' ospitalità u catering fid-djar u l-abitazzjonijiet rurali (CPC 641, 642, 643, 7471, 7472).

Miżuri:

 

EL: Id-Digriet Presidenzjali 38/2010, id-Deċiżjoni Ministerjali 165261/IA/2010 (Il-Gazzetta tal-Gvern 2157/B), l-Artikolu 50 tal-Liġi 4403/2016, l-Artikolu 47 tal-Liġi 4582/2018 (il-Gazzetta tal-Gvern 208/A).

 

ES: Andalucía: Decreto 8/2015, de 20 de enero, Regulador de guías de turismo de Andalucía;

 

Aragón: Decreto 21/2015, de 24 de febrero, Reglamento de Guías de turismo de Aragón;

 

Cantabria: Decreto 51/2001, de 24 de julio, Article 4, por el que se modifica el Decreto 32/1997, de 25 de abril, por el que se aprueba el reglamento para el ejercicio de actividades turístico-informativas privadas;

 

Castilla y León: Decreto 25/2000, de 10 de febrero, por el que se modifica el Decreto 101/1995, de 25 de mayo, por el que se regula la profesión de guía de turismo de la Comunidad Autónoma de Castilla y León;

 

Castilla la Mancha: Decreto 86/2006, de 17 de julio, de Ordenación de las Profesiones Turísticas;

 

Cataluña: Decreto Legislativo 3/2010, de 5 de octubre, para la adecuación de normas con rango de ley a la Directiva 2006/123/CE, del Parlamento y del Consejo, de 12 de diciembre de 2006, relativa a los servicios en el mercado interior, l-Artikolu 88;

 

Comunidad de Madrid: Decreto 84/2006, de 26 de octubre del Consejo de Gobierno, por el que se modifica el Decreto 47/1996, de 28 de marzo;

 

Comunidad Valenciana: Decreto 90/2010, de 21 de mayo, del Consell, por el que se modifica el reglamento regulador de la profesión de guía de turismo en el ámbito territorial de la Comunitat Valenciana, aprobado por el Decreto 62/1996, de 25 de marzo, del Consell;

 

Extremadura: Decreto 37/2015, de 17 de marzo;

 

Galicia: Decreto 42/2001, de 1 de febrero, de Refundición en materia de agencias de viajes, guias de turismo y turismo activo;

 

Illes Balears: Decreto 136/2000, de 22 de septiembre, por el cual se modifica el Decreto 112/1996, de 21 de junio, por el que se regula la habilitación de guía turístico en las Islas Baleares;

 

Islas Canarias: Decreto 13/2010, de 11 de febrero, por el que se regula el acceso y ejercicio de la profesión de guía de turismo en la Comunidad Autónoma de Canarias, l-Artikolu 5;

 

La Rioja: Decreto 14/2001, de 4 de marzo, Reglamento de desarrollo de la Ley de Turismo de La Rioja;

 

Navarra: Decreto Foral 288/2004, de 23 de agosto. Reglamento para actividad de empresas de turismo activo y cultural de Navarra.

Principado de Asturias: Decreto 59/2007, de 24 de mayo, por el que se aprueba el Reglamento regulador de la profesión de Guía de Turismo en el Principado de Asturias; u

Región de Murcia: Decreto n.o 37/2011, de 8 de abril, por el que se modifican diversos decretos en materia de turismo para su adaptación a la ley 11/1997, de 12 de diciembre, de turismo de la Región de Murcia tras su modificación por la ley 12/2009, de 11 de diciembre, por la que se modifican diversas leyes para su adaptación a la directiva 2006/123/CE, del Parlamento Europeo y del Consejo de 12 de diciembre de 2006, relativa a los servicios en el mercado interior.

 

HR: L-Att dwar l-Ospitalità u l-Industrija tal-Forniment tal-Ikel (85/15, 121/16, 99/18, 25/19, 98/19, 32/20 u 42/20); u l-Att dwar il-Forniment ta' Servizzi tat-Turiżmu (OG Nru 130/17, 25/19, 98/19 u 42/20).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-HU: Il-forniment ta' servizzi ta' aġenti tal-ivvjaġġar u ta' operaturi turistiċi, u s-servizzi ta' gwida tat-turisti fuq bażi transfruntiera hija soġġetta għal liċenzja maħruġa mill-Uffiċċju Ungeriż tal-Liċenzji tan-Negozju. Il-liċenzji huma riżervati għal nazzjonali taż-ŻEE u persuni ġuridiċi li jkollhom is-sedi tagħhom fiż-ŻEE (CPC 7471, 7472).

 

Fl-IT (japplika wkoll għal-livell reġjonali tal-gvern): il-gwidi turistiċi minn pajjiżi terzi jkollhom bżonn jiksbu liċenzja speċifika mir-reġjun sabiex jaġixxu bħala gwida turistika professjonali. Il-gwidi turistiċi mill-Istati Membri jistgħu jaħdmu liberament mingħajr il-bżonn ta' tali liċenzja. Il-liċenzja tingħata lil gwidi turistiċi li jkollhom kompetenza u għarfien adegwati (CPC 7472).

Miżuri:

 

HU: L-Att CLXIV tal-2005 dwar in-Negozju, id-Digriet Governattiv Nru 213/1996 (XII.23.) dwar l-Organizzazzjoni tal-Ivvjaġġar u l-Attivitajiet ta' Aġenzija.

 

IT: Il-Liġi 135/2001, l-Artikoli 7.5 u 6; u l-Liġi 40/2007 (DL 7/2007).

Riżerva Nru 15 - Is-servizzi rekreattivi, kulturali u sportivi

Settur – sottosettur:

Servizzi rikreattivi; servizzi sportivi oħrajn

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 962, parti minn CPC 96419

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Servizzi sportivi oħra (CPC 96419)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

Fl-AT (japplika għall-gvern f'livell reġjonali): L-operat tal-iskejjel tal-iski u tas-servizzi ta' gwida tal-muntanji huwa rregolat mil-liġijiet tal-Bundesländer. Il-forniment ta' dawn is-servizzi jista' jirrikjedi nazzjonalità ta' Stat Membru taż-ŻEE. L-intrapriżi jistgħu jkunu meħtieġa jaħtru direttur maniġerjali li jkun nazzjonal ta' Stat Membru taż-ŻEE.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

F'CY: Rekwiżit tan-nazzjonalità għall-istabbiliment ta' skola taż-żfin u rekwiżit tan-nazzjonalità għall-istrutturi fiżiċi.

Miżuri:

 

AT: Kärntner Schischulgesetz, LGBL. Nru 53/97;

 

Kärntner Berg- und Schiführergesetz, LGBL. Nru 25/98;

 

NÖ- Sportgesetz, LGBL. Nru 5710;

 

OÖ- Sportgesetz, LGBl. Nru 93/1997;

 

Salzburger Schischul- und Snowboardschulgesetz, LGBL. Nru 83/89;

 

Salzburger Bergführergesetz, LGBL. Nru 76/81;

 

Steiermärkisches Schischulgesetz, LGBL. Nru58/97;

 

Steiermärkisches Berg- und Schiführergesetz, LGBL. Nru 53/76;

 

Tiroler Schischulgesetz. LGBL. Nru 15/95;

 

Tiroler Bergsportführergesetz, LGBL. Nru 7/98;

 

Vorarlberger Schischulgesetz, LGBL. Nru 55/02 §4 (2)a;

 

Vorarlberger Bergführergesetz, LGBL. Nru 54/02; u

 

Wien: Gesetz über die Unterweisung in Wintersportarten, LGBL. Nru 37/02.

 

CY: Il-Liġi 65(I)/1997 kif emendata; u

l-Liġi 17(I) /1995 kif emendata.

Riżerva Nru 16 - Is-servizzi tat-trasport u s-servizzi awżiljari għas-servizzi tat-trasport

Settur – sottosettur:

Servizzi tat-trasport - sajd u trasport bl-ilma – kull attività kummerċjali oħra mwettqa minn bastiment; trasport bl-ilma u servizzi awżiljarji għat-trasport bl-ilma; trasport bil-ferrovija u servizzi awżiljarji għat-trasport bil-ferrovija; trasport bit-triq u servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq; servizzi awżiljarji għat-trasport bl-ajru

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev. 3.1 0501, 0 502; CPC 5133, 5223, 711, 712, 721, 741, 742, 743, 744, 745, 748, 749, 7461, 7469, 83103, 86751, 86754, 8730, 882

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Trasport marittimu u servizzi awżiljarji għat-trasport marittimu. Kull attività kummerċjali mwettqa minn bastiment (ISIC Rev. 3.1 0501, 0 502; CPC 5133, 5223, 721, Parti minn 742, 745, 74540, 74520, 74590, 882)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-UE: Għas-servizzi portwarji, il-korp maniġerjali ta' port, jew l-awtorità kompetenti, jistgħu jillimitaw l-għadd ta' fornituri ta' servizzi portwarji għal servizz portwarju partikolari.

Miżuri:

 

UE: L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi; Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Il-ġarr u kwalunkwe attività relatata ma' xogħlijiet ta' inġinerija idrawlika u xogħlijiet tekniċi taħt l-ilma, il-prospettar u l-estrazzjoni ta' riżorsi minerali u riżorsi mhux organiċi oħra, pilotaġġ, bunkering, riċeviment ta' skart, taħlit ta' ilma u żejt u simili, imwettqa minn bastimenti fl-ilmijiet interni, u fil-baħar territorjali tal-Bulgarija, jistgħu jitwettqu biss minn bastimenti li jtajru l-bandiera Bulgara jew bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor.

L-għadd ta' fornituri ta' servizzi fil-portijiet jista' jkun limitat skont il-kapaċità oġġettiva tal-port, li tiġi deċiża minn kummissjoni ta' esperti, stabbilita mill-Ministeru tat-Trasport, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjonijiet.

Rekwiżit tan-nazzjonalità għas-servizzi ta' sostenn. Il-kaptan u l-inġinier kap tal-bastiment bilfors iridu jkunu nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE, jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera. (ISIC Rev. 3.1 0501, 0 502, CPC 5133, 5223, 721, 74520, 74540, 74590, 882).

Miżuri:

 

BG: Il-Kodiċi tal-Bastimenti Merkantili; il-Liġi għall-Ilma Baħar, il-Passaġġi tal-Ilma Interni u l-Portijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija; l-Ordinanza għall-kondizzjoni u l-ordni għall-għażla ta' operaturi tat-trasport Bulgari għall-ġarr ta' passiġġieri u merkanzija taħt trattati internazzjonali; u l-Ordinanza 3 għas-servizz ta' manutenzjoni ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-BG: Rigward is-servizzi ta' sostenn għat-trasport pubbliku mwettqa fil-portijiet Bulgari, f'portijiet li għandhom importanza nazzjonali, id-dritt ta' twettiq tal-attivitajiet ta' sostenn jingħata permezz ta' kuntratt ta' konċessjoni. F'portijiet li għandhom importanza reġjonali, dan id-dritt jingħata permezz ta' kuntratt mas-sid tal-port (CPC 74520, 74540, 74590).

Miżuri:

 

BG: Il-Kodiċi tal-Bastimenti Merkantili; il-Liġi għall-Ilma Baħar, il-Passaġġi tal-Ilma Interni u l-Portijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fid-DK: Il-fornituri tal-pilotaġġ jistgħu jwettqu biss servizzi ta' pilotaġġ fid-Danimarka jekk ikunu domiċiljati f'pajjiż ta-ŻEE u jkunu rreġistrati u approvati mill-Awtoritajiet Daniżi skont l-Att Daniż dwar il-Pilotaġġ (CPC 74520).

Miżuri:

 

DK: L-Att Daniż dwar il-Pilotaġġ, §18.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali,Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-DE (japplika wkoll għall-gvern f'livell reġjonali): Bastiment li ma jappartjenix lil nazzjonal ta' Stat Membru jista' jintuża biss għal attivitajiet għajr it-trasport u s-servizzi awżiljarji fil-passaġġi tal-ilma federali Ġermaniżi wara awtorizzazzjoni speċifika. L-eżenzjonijiet għal bastimenti mhux tal-Unjoni Ewropea jistgħu jingħataw biss jekk ebda bastiment tal-Unjoni Ewropea ma jkun disponibbli jew jekk ikun disponibbli taħt kondizzjonijiet sfavorevoli ħafna, jew fuq il-bażi ta' reċiproċità. L-eżenzjonijiet għal bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta' reċiproċità (§ 2 paragrafu 3 KüSchVO). L-attivitajiet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi dwar il-piloti huma regolati u l-akkreditament huwa ristrett għal nazzjonali taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera. Il-forniment u t-tħaddim ta' faċilitajiet għall-pilotaġġ huma ristretti għall-awtoritajiet pubbliċi jew għall-kumpaniji, li huma ddeżinjati minnhom.

Għall-kiri jew il-leasing ta' bastimenti tal-baħar b'operaturi jew mingħajrhom, u għall-kiri jew il-leasing mingħajr operatur ta' bastimenti tal-baħar, il-konklużjoni ta' kuntratti għat-trasport ta' merkanzija permezz ta' bastimenti li jtajru bandiera barranija jew il-kiri ta' tali bastimenti jista' jkun ristrett, skont id-disponibbiltà ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Ġermaniża jew il-bandiera ta' Stat Membru ieħor.

It-tranżazzjonijiet bejn residenti u nonresidenti dwar:

(i)

kiri ta' bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni, li mhumiex irreġistrati fiż-żona ekonomika;

(ii)

trasport ta' merkanzija permezz ta' tali bastimenti tat-trasport fil-passaġġi tal-ilma interni; jew

(iii)

servizzi ta' rmonk minn tali bastimenti tat-trasport fil-passaġġi tal-ilma interni,

fiż-żona ekonomika jistgħu jkunu ristretti (Trasport bl-ilma, Servizzi ta' appoġġ għat-trasport bl-ilma, Kiri ta' vapuri, Servizzi ta' leasing ta' vapuri mingħajr operaturi (CPC 721, 745, 83103, 86751, 86754, 8730)).

Miżuri:

 

DE: Gesetz über das Flaggenrecht der Seeschiffe und die Flaggenführung der Binnenschiffe (Flaggenrechtsgesetz; l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Bandiera);

 

Verordnung über die Küstenschifffahrt (KüSchV);

 

Gesetz über die Aufgaben des Bundes auf dem Gebiet der Binnenschiffahrt (Binnenschiffahrtsaufgabengesetz - BinSchAufgG);

 

Verordnung über Befähigungszeugnisse in der Binnenschiffahrt (Binnenschifferpatentverordnung - BinSchPatentV);

 

Gesetz über das Seelotswesen (Seelotsgesetz - SeeLG);

 

Gesetz über die Aufgaben des Bundes auf dem Gebiet der Seeschiffahrt (Seeaufgabengesetz - SeeAufgG); u

 

Verordnung zur Eigensicherung von Seeschiffen zur Abwehr äußerer Gefahren (See-Eigensicherungsverordnung - SeeEigensichV).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: is-servizzi ta' sostenn għat-trasport marittimu meta jiġu pprovduti fl-ilmijiet marittimi Finlandiżi huma riżervati għal flotot li joperaw taħt il-bandiera nazzjonali, tal-Unjoni jew dik Norveġiża (CPC 745).

Miżuri:

 

FI: Merilaki (l-Att Marittimu) (674/1994); u

Laki elinkeinon harjoittamisen oikeudesta (l-Att dwar id-Dritt ta' Twettiq ta' Negozju) (122/1919), s. 4.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq:

 

Fil-EL: Monopolju pubbliku impost f'żoni tal-port għal servizzi ta' mmaniġġar tal-merkanzija (CPC 741).

 

Fl-IT: Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għas-servizzi ta' mmaniġġar tal-merkanzija marittima. Kriterji prinċipali: l-għadd u l-impatt fuq l-istabbilimenti eżistenti, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda (CPC 741).

Miżuri:

 

EL: Il-Kodiċi tal-Liġi Marittima Pubblika (id-Digriet Leġiżlattiv 187/1973).

 

IT: Il-Kodiċi tal-Bastimenti;

il-Liġi 84/1994; u

d-Digriet Ministerjali 585/1995.

(b)   Trasport bil-ferrovija u servizzi awżiljarji għat-trasport bil-ferrovija (CPC 711, 743)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: In-nazzjonali ta' Stat Membru biss jistgħu jipprovdu trasport bil-ferrovija jew servizzi ta' sostenn għat-trasport bil-ferrovija fil-Bulgarija. Liċenzja sabiex jitwettaq trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija bil-ferrovija tinħareġ mill-Ministeru tat-Trasport għall-operaturi ta' ferroviji rreġistrati bħala kummerċjanti (CPC 711, 743).

Miżuri:

 

BG: Il-Liġi dwar it-Trasport bil-Ferrovija, Artikoli 37 u 48.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq:

 

Fil-LT: Id-drittijiet esklużivi għall-forniment ta' servizzi ta' tranżitu jingħataw lil intrapriżi ferrovjarji li jappartjenu, jew li l-istokk tagħhom jappartjeni 100 fil-mija, lill-istat (CPC 711).

Miżuri:

 

LT: Il-Kodiċi tat-trasport bil-ferrovija tar-Repubblika tal-Litwanja tat-22 ta' April 2004 Nru IX-2152 kif emendat bin-Nru X-653 tat-8 ta' Ġunju 2006.

(c)   Trasport bit-triq u servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq (CPC 712, 7121, 7122, 71222, 7123)

Għal servizzi tat-trasport bit-triq mhux koperti mill-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u l-Anness 31 għal dan il-Ftehim

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-AT (fir-rigward ukoll tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit): Għat-trasportazzjoni ta' passiġġieri u ta' merkanzija, id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss lil nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti taż-ŻEE u lil persuni ġuridiċi tal-Unjoni li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Awstrija. Il-liċenzji jingħataw b'termini nondiskriminatorji, bil-kondizzjoni ta' reċiproċità (CPC 712).

Miżuri:

 

AT: Güterbeförderungsgesetz (l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti), BGBl. Nru 593/1995; § 5;

 

Gelegenheitsverkehrsgesetz (l-Att dwar it-Traffiku Okkażjonali), BGBl. Nru 112/1996; § 6; u

 

u Kraftfahrliniengesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Skedat), BGBl. I Nru 203/1999 kif emendata, §§ 7 u 8.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-EL: Għall-operaturi ta' servizzi ta' trasport tal-merkanzija bit-triq. Biex persuna teżerċita l-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq hija meħtieġa liċenzja Ellenika. Il-liċenzji jingħataw b'termini nondiskriminatorji, bil-kondizzjoni ta' reċiproċità (CPC 7123).

Miżuri:

 

EL: Liċenzjar ta' operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq: Il-liġi Griega 3887/2010 (il-Gazzetta tal-Gvern A' 174), kif emendata bl-Artikolu 5 tal-Liġi 4038/2012 (Il-Gazzetta tal-Gvern A' 14).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq:

 

Fl-IE: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għas-servizzi ta' karozzi tal-linja bejn belt u oħra. Kriterji prinċipali: l-għadd u l-impatt fuq l-istabbilimenti eżistenti, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-impatt fuq il-kondizzjonijiet tat-traffiku u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda (CPC 7121, CPC 7122).

 

F'MT: Taxis - japplikaw restrizzjonijiet numeriċi fuq l-għadd ta' liċenzji.

Karozzini: Japplikaw restrizzjonijiet numeriċi fuq l-għadd ta' liċenzji (CPC 712).

Fil-PT: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għal servizzi ta' limousine. Kriterji prinċipali: l-għadd u l-impatt fuq l-istabbilimenti eżistenti, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-impatt fuq il-kondizzjonijiet tat-traffiku u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda (CPC 71222).

Miżuri:

 

IE: L-Att tal-2009 dwar ir-Regolamentazzjoni tat-Trasport Pubbliku.

 

MT: Ir-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (LS499.59).

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 41/80, il-21 ta' Awwissu.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ: Hija meħtieġa l-inkorporazzjoni fir-Repubblika Ċeka (l-ebda fergħa).

Miżuri:

 

CZ: L-Att Nru 111/1994. Coll. Dwar it-Trasport bit-Triq.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fl-SE: Biex persuna teżerċita l-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq tenħtieġ liċenzja Żvediża. Il-kriterji biex tirċievi liċenzja għal taxi jinkludu li l-kumpanija tkun ħatret persuna fiżika biex taġixxi bħala maniġer tat-trasport (rekwiżit de facto ta' residenza – ara r-riżerva Żvediża fuq tipi ta' stabbiliment).

Miżuri:

 

SE: Yrkestrafiklag (2012:210) (l-Att dwar it-traffiku professjonali);

 

Yrkestrafikförordning (2012:237) (ir-Regolament tal-Gvern dwar it-traffiku professjonali);

 

Taxitrafiklag (2012:211) (l-Att dwar it-Taxis); u

 

Taxitrafikförordning (2012:238) (ir-Regolament tal-Gvern dwar it-taxis).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fis-SK: Konċessjoni ta' servizz tat-taxi u permess għall-operat tad-dispaċċ tat-taxi jistgħu jingħataw lil persuna li għandha residenza jew post ta' stabbiliment fit-territorju tar-Repubblika Slovakka jew fi Stat Membru ieħor taż-ŻEE.

Miżuri:

 

L-Att 56/2012 Coll. dwar it-Trasport bit-Triq

(d)   Servizzi awżiljarji għat-trasport bl-ajru

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-UE: Għas-servizzi ta' groundhandling, jista' jkun meħtieġ l-istabbiliment fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Il-livell ta' aċċess miftuħ għas-servizzi ta' groundhandling jiddependi mid-daqs tal-ajruport. L-għadd ta' fornituri f'kull ajruport jista' jkun limitat. Għall-“ajruporti kbar”, dan il-limitu ma jistax ikun anqas minn żewġ fornituri.

Miżuri:

 

UE: Id-Direttiva 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 (11).

 

Fil-BE (japplika wkoll għall-gvern f'livell reġjonali): Għas-servizzi ta' groundhandling, hija meħtieġa r-reċiproċità.

Miżuri:

 

BE: Arrêté Royal du 6 novembre 2010 réglementant l'accès au marché de l'assistance en escale à l'aéroport de Bruxelles-National (l-Artikolu 18);

Besluit van de Vlaamse Regering betreffende de toegang tot de grondafhandelingsmarkt op de Vlaamse regionale luchthavens (l-Artikolu 14); u

Arrêté du Gouvernement wallon réglementant l'accès au marché de l'assistance en escale aux aéroports relevant de la Région wallonne (l-Artikolu 14).

(e)   Servizzi ta' appoġġ għall-modalitajiet kollha tat-trasport (parti minn CPC 748)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

L-UE (japplika wkoll għall-gvern f'livell reġjonali): Is-servizzi ta' żdoganar tal-merkanzija jistgħu jiġu pprovduti biss minn residenti tal-Unjoni jew minn persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni.

Miżuri:

 

UE: Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Riżerva Nru 17 - Attivitajiet relatati mal-enerġija

Settur – sottosettur:

Attivitajiet relatati mal-enerġija - minjieri u barrieri; produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta' elettriku, gass, fwar u misħun għall-kont proprju; pipelinetrasport ta' fjuwils; il-ħżin u l-magażinaġġ ta' fjuwil ittrasportat permezz ta' pipelines; u servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev. 3.1 10, 11, 12, 13, 14, 40, CPC 5115, 63297, 713, parti minn 742, 8675, 883, 887

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Minjieri u barrieri (ISIC Rev. 3.1 10, 11, 12, 13, 14, CPC 5115, 7131, 8675, 883)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fin-NL: L-esplorazzjoni u l-użu ta' idrokarburi fin-Netherlands dejjem jitwettqu b'mod konġunt minn kumpanija privata u l-kumpanija pubblika (b'responsabbiltà limitata) magħżula mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi. L-Artikoli 81 u 82 tal-Att dwar l-Estrazzjoni jistipulaw li l-ishma kollha f'din il-kumpanija magħżula jridu jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati mill-Istat Netherlandiż (ISIC Rev. 3.1 10, 3.1 11, 3.1 12, 3.1 13, 3.1 14).

 

Fil-BE: L-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' riżorsi minerali u riżorsi oħra mhux ħajjin fl-ilmijiet territorjali u l-blata kontinentali huma soġġetti għal konċessjoni. Il-konċessjonarju jrid ikollu indirizz għas-servizz fil-Belġju (ISIC Rev. 3.1:14).

 

Fl-IT (japplika wkoll għal-livell reġjonali tal-gvern għall-esplorazzjoni): Il-minjieri li jappartjenu lill-Istat għandhom regoli speċifiċi ta' esplorazzjoni u estrazzjoni. Qabel kwalunkwe attività ta' sfruttament, jenħtieġ permess għall-esplorazzjoni (“permesso di ricerca”, l-Artikolu 4 tad-Digriet Irjali 1447/1927). Dan il-permess idum sa ċertu żmien, jiddefinixxi eżattament il-fruntieri tal-art taħt esplorazzjoni u jista' jingħata aktar minn permess ta' esplorazzjoni wieħed għall-istess żona lil persuni jew kumpaniji differenti (din it-tip ta' liċenzja mhijiex neċessarjament esklużiva). Sabiex jiġu kultivati u sfruttati l-minerali, hija meħtieġa awtorizzazzjoni (“concessione”, l-Artikolu 14) mill-awtorità reġjonali (ISIC Rev. 3.1 10, 3.1 11, 3.1 12, 3.1 13, 3.1 14, CPC 8675, 883).

Miżuri

 

BE: Arrêté Royal du 1er septembre 2004 relatif aux conditions, à la délimitation géographique et à la procédure d'octroi des concessions d'exploration et d'exploitation des ressources minérales et autres ressources non vivantes de la mer territoriale et du plateau continental.

 

IT: Servizzi ta' esplorazzjoni: Id-Digriet Irjali 1447/1927; u d-Digriet Leġiżlattiv 112/1998, l-Artikolu 34.

 

NL: Mijnbouwwet (l-Att dwar l-Estrazzjoni).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-BG: L-attivitajiet ta' prospettar jew esplorazzjoni ta' riżorsi naturali taħt l-art fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, fil-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklużiva fil-Baħar l-Iswed huma soġġetti għal permess, filwaqt li l-attivitajiet ta' estrazzjoni u sfruttament huma soġġetti għal konċessjoni mogħtija taħt l-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art.

Huwa pprojbit għal kumpaniji rreġistrati f'ġuriżdizzjonijiet ta' trattament ta' taxxa preferenzjali (jiġifieri żoni offshore) jew relatati, direttament jew indirettament, mat-tali kumpaniji li jipparteċipaw fi proċeduri miftuħa għall-għoti ta' permessi jew konċessjonijiet għal prospettar, esplorazzjoni jew estrazzjoni ta' riżorsi naturali, inklużi l-uranju u t-torju mhux maħduma, kif ukoll li joperaw permess jew konċessjoni eżistenti li jkun ingħata, billi t-tali operazzjonijiet huma preklużi, inkluża l-possibbiltà li tiġi rreġistrata l-iskoperta ġeoloġika jew kummerċjali ta' depożitu bħala riżultat ta' esplorazzjoni.

L-estrazzjoni tal-uranju mhux maħdum hija magħluqa bid-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri Nru 163 tal-20.08.1992.

Fir-rigward tal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tat-torju mhux maħdum, japplika r-reġim ġenerali tal-permessi u l-konċessjonijiet. Id-deċiżjonijiet li jippermettu l-esplorazzjoni jew l-estrazzjoni tat-torju mhux maħdum jittieħdu fuq bażi individwali ta' każ każ u b'mod nondiskriminatorju.

Skont id-Deċiżjoni tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija tat-18 ta' Jannar 2012 (ch. l-14 ta' Ġunju 2012), kull użu ta' teknoloġija ta' fratturazzjoni idrawlika jiġifieri, fratturazzjoni, għal attivitajiet ta' prospettar, esplorazzjoni jew estrazzjoni ta' żejt u gass, huwa pprojbit.

L-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' gass tax-shale hija pprojbita (ISIC Rev. 3.1 10, 3.1 11, 3.112, 3.1 13,3.1 14).

Miżuri:

 

BG: L-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art;

l-Att dwar il-Konċessjonijiet;

il-Liġi dwar il-Privatizzazzjoni u l-Kontroll Wara l-Privatizzazzjoni;

l-Att dwar l-Użu Sikur tal-Enerġija Nukleari; id-Deċiżjoni tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija tat-18 ta' Jannar 2012; l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Ekonomiċi u Finanzjarji mal-Kumpaniji Reġistrati f'Ġuriżdizzjonijiet ta' Trattament Preferenzjali tat-Taxxa, il-Partijiet Relatati mat-Tali Kumpaniji u l-Proprjetarji Benefiċjarji Tagħhom; u l-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sottosuperfiċe.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

F'CY: Il-Kunsill tal-Ministri jista' jirrifjuta li jippermetti li l-attivitajiet ta' prospettar, esplorazzjoni u sfruttar ta' idrokarburi li għandhom jitwettqu minn kwalunkwe entità li hija effettivament kontrollata mir-Renju Unit jew minn nazzjonali tar-Renju Unit. Wara li tingħata awtorizzazzjoni, l-ebda entità ma tista' tiġi taħt kontroll dirett jew indirett tar-Renju Unit jew nazzjonal tar-Renju Unit mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill tal-Ministri. Il-Kunsill tal-Ministri jista' jirrifjuta li jagħti awtorizzazzjoni lil entità li hija effettivament ikkontrollata mir-Renju Unit jew minn nazzjonal tar-Renju Unit, jekk ir-Renju Unit ma jagħtix lil entitajiet tar-Repubblika jew entitajiet ta' Stati Membri fir-rigward tal-aċċess għal u t-tħaddim tal-attivitajiet ta' prospettar, esplorazzjoni għal u sfruttar ta' idrokarburi, trattament komparabbli għal dak li r-Repubblika jew Stat Membru jagħti entitajiet mir-Renju Unit (ISIC Rev 3.1 1110).

Miżuri:

 

CY: Il-Liġi dwar l-Idrokarburi (Prospettar, Esplorazzjoni u Sfruttament) tal-2007, (il-Liġi 4(I)/2007) kif emendata.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Servizzi transfruntiera – Preżenza lokali:

 

Fis-SK: Għall-estrazzjoni, l-attivitajiet relatati mal-estrazzjoni u mal-attività ġeoloġika, hija meħtieġa l-inkorporazzjoni fi Stat Membru taż-ŻEE (ebda fergħat). L-attivitajiet ta' estrazzjoni u prospettar koperti bl-Att tar-Repubblika Slovakka 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttar tar-riżorsi naturali huma regolati fuq bażi nondiskriminatorja, inkluż permezz ta' miżuri ta' ordni pubbliku li għandhom l-għan li jassiguraw il-konservazzjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent bħall-awtorizzazzjoni jew il-projbizzjoni ta' ċerti teknoloġiji ta' estrazzjoni minerarja. Għal aktar ċertezza, dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni tal-użu tal-lixxivjazzjoni taċ-ċjanur fit-trattament jew l-irfinar tal-minerali, ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni speċifika fil-każ ta' fratturazzjoni għall-attivitajiet ta' prospettar, esplorazzjoni jew estrazzjoni taż-żejt u l-gass, kif ukoll l-approvazzjoni minn qabel permezz ta' referendum lokali fil-każ ta' riżorsi minerali nukleari/radjuattivi. Dan ma jżidx l-aspetti mhux konformi tal-miżura eżistenti li għaliha hija meħuda r-riżerva. (ISIC Rev. 3.1 10, 3.1 11, 3.1 12, 3.1 13, 3.1 14, CPC 5115, 7131, 8675 u 883).

Miżuri

 

SK: L-Att 51/1988 dwar l-Estrazzjoni Minerarja, l-Isplussivi u l-Amministrazzjoni Statali tal-Estrazzjoni Minerarja; u l-Att 569/2007 dwar l-Attività Ġeoloġika, l-Att 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttar tar-riżorsi naturali.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-FI: L-esplorazzjoni u l-isfruttar ta' riżorsi minerali huma soġġetti għar-rekwiżit ta' liċenzja, li tingħata mill-Gvern fir-rigward tal-estrazzjoni ta' materjal nukleari. Jenħtieġ permess ta' tifdija mill-gvern għal żona ta' estrazzjoni. Jista' jingħata permess lil persuna fiżika residenti fiż-ŻEE jew lil persuna ġuridika stabbilita fiż-ŻEE. Jista' japplika test tal-ħtiġijiet ekonomiċi (ISIC Rev. 3.1 120, CPC 5115, 883, 8675).

 

Fl-IE: Il-kumpaniji ta' esplorazzjoni u ta' estrazzjoni li joperaw fl-Irlanda huma meħtieġa li jkollhom preżenza hemm. Fil-każ tal-esplorazzjoni ta' minerali, hemm rekwiżit li l-kumpaniji (Irlandiżi u barranin) jużaw is-servizzi ta' aġent jew ta' maniġer tal-esplorazzjoni li jkun residenti fl-Irlanda waqt li jkun qiegħed jitwettaq ix-xogħol. Fil-każ tal-estrazzjoni, huwa rekwiżit li Lease jew Liċenzja ta' Estrazzjoni tal-Istat tkun miżmuma minn kumpanija inkorporata fl-Irlanda. Ma hemmx restrizzjonijiet fir-rigward tas-sjieda ta' tali kumpanija (ISIC Rev. 3.1 10, 3.1 13, 3.1 14, CPC 883).

Miżuri

 

FI: Kaivoslaki (l-Att dwar l-Estrazzjoni) (621/2011); u

Ydinenergialaki (l-Att dwar l-Enerġija Nukleari) (990/1987).

 

IE: L-Atti dwar l-Iżvilupp tal-Minerali 1940 – 2017; u l-Atti dwar l-Ippjanar u r-Regolamenti Ambjentali.

Fir-rigward tal-Investiment biss – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fis-SI: L-esplorazzjoni għar-riżorsi minerali, u l-isfruttament tagħhom, inkluż is-servizzi tal-estrazzjoni minerarja regolata, huma soġġetti għall-istabbiliment fiż-ŻEE, fil-Konfederazzjoni Żvizzera jew f'Membru tal-OECD, jew iċ-ċittadinanza tagħhom (ISIC Rev. 3.1 10, ISIC Rev. 3.1 11, ISIC Rev. 3.1 12, ISIC Rev. 3.1 13, ISIC Rev. 3.1 14, CPC 883, CPC 8675).

Miżuri

 

SI: L-Att tal-2014 dwar l-Estrazzjoni.

(b)   Produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta' elettriku, gass, stim u misħun għall-kont proprju; trasport ta' fjuwil permezz ta' pipeline; il-ħżin u l-magażinaġġ ta' fjuwil ittrasportat permezz ta' pipelines; servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija (ISIC Rev. 3.1 40, 3.1401, CPC 63297, 713, parti minn 742, 74220, 887)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fid-DK: Is-sid jew l-utent li jkun beħsiebu jistabbilixxi infrastruttura tal-gass jew pipeline għat-trasport ta' żejt mhux maħdum jew żejt irfinut u ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali jrid jikseb permess mill-awtorità lokali qabel ma jibda x-xogħol. L-għadd ta' permessi bħal dawn li jinħarġu jista' jkun limitat (CPC 7131).

 

F'MT: EneMalta plc għandha monopolju għall-forniment tal-elettriku (ISIC Rev. 3.1 401; CPC 887).

 

Is-sjieda tan-network tal-elettriku u tan-network tal-pipeline tal-gass hija mogħtija esklużivament lill-gvern Netherlandiż (sistemi ta' trażmissjoni) u lil awtoritajiet pubbliċi oħra (sistemi ta' distribuzzjoni) (ISIC Rev. 3.1 040, CPC 71310).

Miżuri:

 

DK: Lov om naturgasforsyning, LBK 1127 05/09/2018, lov om varmeforsyning, LBK 64 21/01/2019, lov om Energinet, LBK 997 27/06/2018. Bekendtgørelse nr. 1257 af 27. november 2019 om indretning, etablering og drift af olietanke, rørsystemer og pipelines (l-Ordni nru 1257 tas-27 ta' Novembru 2019, dwar l-arranġament, l-istabbiliment u t-tħaddim ta' tankijiet taż-żejt, sistemi ta' pajpijiet u pipelines).

 

MT: L-Att dwar l-EneMalta (Kapitolu 272) u l-Att dwar l-EneMalta (Trasferiment tal-Attiv, id-Drittijiet, id-Debiti u l-Obbligi) (Kapitolu 536).

 

NL: Elektriciteitswet 1998; Gaswet.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament Nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-AT: Fir-rigward tat-trasport tal-gass, l-awtorizzazzjoni tingħata biss lil nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE domiċiljati fiż-ŻEE. L-intrapriżi u s-soċjetajiet irid ikollhom is-sede tagħhom fiż-ŻEE. L-operatur tan-network irid jaħtar Direttur Maniġerjali u Direttur Tekniku li jkun responsabbli għall-kontroll tekniku tat-tħaddim tan-network, u t-tnejn li huma jridu jkunu nazzjonali ta' stat membru taż-ŻEE.

L-awtorità kompetenti tista' tirrinunzja għar-rekwiżiti tan-nazzjonalità u tad-domiċilju fejn it-tħaddim tan-network ikun meqjus li huwa fl-interess pubbliku.

Għat-trasport ta' oġġetti għajr il-gass u l-ilma, japplika s-segwenti:

(i)

fir-rigward ta' persuni fiżiċi, l-awtorizzazzjoni tingħata biss lil nazzjonali taż-ŻEE li jrid ikollhom sede fl-Awstrija; u

(ii)

l-intrapriżi u s-soċjetajiet irid ikollhom is-sede tagħhom fl-Awstrija. Jiġi applikat Test tal-Ħtiġijiet Ekonomiċi jew test tal-interessi. Il-pipelines transfruntiera ma jridux jippreġudikaw l-interessi tas-sigurtà tal-Awstrija u l-istatus tagħha bħala pajjiż newtrali. L-intrapriżi u s-soċjetajiet għandhom jaħtru direttur maniġerjali li jrid ikun nazzjonal ta' stat membru taż-ŻEE. L-awtorità kompetenti tista' tirrinunzja għar-rekwiżiti tan-nazzjonalità u tas-sede jekk it-tħaddim tal-pipeline jkun meqjus li huwa fl-interess ekonomiku nazzjonali (CPC 713).

Miżuri:

 

AT: Rohrleitungsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport bil-Pipeline), BGBl. Nru 411/1975, § 5(1) u (2), §§ 5 (1) u (3), 15, 16; u

Gaswirtschaftsgesetz 2011 (l-Att dwar il-Gass), BGBl. I Nru 107/2011, l-Artikoli 43 u 44, l-Artikoli 90 u 93.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – (japplika biss għall-gvern f'livell reġjonali) Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-AT: Fir-rigward tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, l-awtorizzazzjoni tingħata biss lil nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE domiċiljati fiż-ŻEE. Jekk l-operatur jaħtar direttur maniġerjali jew detentur tal-kirja, ir-rekwiżit ta' domiċilju jitneħħa.

Il-persuni ġuridiċi (intrapriżi) u s-soċjetajiet irid ikollhom is-sede tagħhom fiż-ŻEE. Huma jridu jaħtru direttur maniġerjali jew detentur tal-kirja, li t-tnejn li huma jridu jkunu nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE domiċiljati fiż-ŻEE.

L-awtorità kompetenti tista' tirrinunzja għar-rekwiżiti tad-domiċilju u tan-nazzjonalità fejn it-tħaddim tan-network ikun meqjus li huwa fl-interess pubbliku (ISIC Rev. 3.1 40, CPC 887).

Miżuri:

 

AT: Burgenländisches Elektrizitätswesengesetz 2006, LGBl. Nru 59/2006 kif emendat;

Niederösterreichisches Elektrizitätswesengesetz, LGBl. Nru 7800/2005 kif emendat; Landesgesetz, mit dem das Oberösterreichische Elektrizitätswirtschafts- und - organisationsgesetz 2006 erlassen wird (Oö. ElWOG 2006), LGBl. Nru 1/2006 kif emendat; Salzburger Landeselektrizitätsgesetz 1999 (LEG), LGBl. Nru 75/1999 kif emendat;

Gesetz vom 16. November 2011 über die Regelung des Elektrizitätswesens f'Tirol (Tiroler Elektrizitätsgesetz 2012 – TEG 2012), LGBl. Nru 134/2011;

Gesetz über die Erzeugung, Übertragung und Verteilung von elektrischer Energie (Vorarlberger Elektrizitätswirtschaftsgesetz), LGBl. Nru 59/2003 kif emendat;

Gesetz über die Neuregelung der Elektrizitätswirtschaft (Wiener Elektrizitätswirtschaftsgesetz 2005 – WElWG 2005), LGBl. Nru 46/2005;

Steiermärkisches Elektrizitätswirtschafts- und Organisationsgesetz(ELWOG), LGBl. Nru 70/2005; u Kärntner Elektrizitätswirtschafts-und Organisationsgesetz(ELWOG), LGBl. Nru 24/2006.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fiċ-CZ: Għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-kummerċ tal-elettriku, u attivitajiet oħra ta' operatur tas-suq tal-elettriku, kif ukoll għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-kummerċ tal-gass, kif ukoll għall-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tas-sħana, hija meħtieġa awtorizzazzjoni. Din l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss lil persuna fiżika b'permess ta' residenza jew lil persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni. Jeżistu drittijiet esklużivi fir-rigward tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass u l-liċenzji ta' operatur tas-suq (ISIC Rev. 3.1 40, CPC 7131, 63297, 742, 887).

 

Fil-LT: Il-liċenzji għat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-forniment u l-organizzazzjoni pubblika tal-kummerċ tal-elettriku jistgħu jinħarġu biss lil persuni ġuridiċi stabbiliti fir-Repubblika tal-Litwanja jew fergħat ta' persuni ġuridiċi jew organizzazzjonijiet oħra barranin ta' Stat Membru ieħor stabbiliti fir-Repubblika tal-Litwanja. Il-permessi għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-bini ta' linja diretta jistgħu jinħarġu lil individwi b'residenza fir-Repubblika tal-Litwanja jew lil persuni ġuridiċi stabbiliti fir-Repubblika tal-Litwanja, jew lil fergħat ta' persuni ġuridiċi jew organizzazzjonijiet oħra ta' Stati Membri oħra stabbiliti fir-Repubblika tal-Litwanja. Din ir-riżerva ma tapplikax għal servizzi ta' konsulenza relatati mat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta' elettriku fuq il-bażi ta' ħlas jew kuntratt (ISIC Rev. 3.1 401, CPC 887).

Fil-każ tal-fjuwils, huwa meħtieġ l-istabbiliment. Il-liċenzji għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, il-ħżin tal-fjuwils u l-likwefazzjoni tal-gass naturali jistgħu jinħarġu biss lil persuni ġuridiċi stabbiliti fir-Repubblika tal-Litwanja jew fergħat ta' persuni ġuridiċi jew organizzazzjonijiet oħra (sussidjarji) ta' Stat Membru ieħor stabbiliti fir-Repubblika tal-Litwanja.

Din ir-riżerva ma tapplikax għal servizzi ta' konsulenza relatati mat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta' fjuwils fuq il-bażi ta' ħlas jew kuntratt (CPC 713, CPC 887).

Fil-PL: l-attivitajiet segwenti huma soġġetti għal liċenzjar skont l-Att tal-Liġi dwar l-Enerġija:

(i)

il-ġenerazzjoni ta' fjuwils jew enerġija, minbarra l-ġenerazzjoni ta' fjuwils solidi jew gassużi; il-ġenerazzjoni ta' elettriku bl-użu ta' sorsi tal-elettriku tal-kapaċità totali ta' mhux aktar minn 50 MW barra minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli; il-koġenerazzjoni ta' elettriku u sħana bl-użu ta' sorsi tal-elettriku tal-kapaċità totali ta' mhux aktar minn 5 MW barra minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli; il-ġenerazzjoni tas-sħana bl-użu tas-sorsi tal-kapaċità totali ta' mhux aktar minn 5 MW;

(ii)

il-ħżin ta' fjuwils gassużi f'impjanti ta' ħżin, likwefazzjoni ta' gass naturali u rigassifikazzjoni ta' gass naturali likwifikat f'impjanti tal-LNG, kif ukoll il-ħżin ta' fjuwils likwidi, minbarra: il-ħżin lokali ta' gass likwidu f'impjanti tal-kapaċità ta' anqas minn kapaċità ta' 1 MJ/s u l-ħżin ta' fjuwils likwidi fil-kummerċ bl-imnut;

(iii)

it-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni ta' fjuwils jew enerġija, minbarra id-distribuzzjoni ta' fjuwils gassużi fi grilji ta' anqas minn kapaċità ta' 1 MJ/s u t-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni tas-sħana jekk il-kapaċità totali ordnata mill-klijenti ma teċċedix 5 MW;

(iv)

il-kummerċ fi fjuwils jew enerġija, minbarra: il-kummerċ fi fjuwils solidi; il-kummerċ fl-elettriku bl-użu ta' impjanti ta' voltaġġ anqas minn 1 kV li jappartjenu lill-klijent; il-kummerċ fi fjuwils gassużi jekk il-valur tal-fatturat annwali tagħhom ma jeċċedix l-ekwivalenti ta' EUR 100 000; il-kummerċ f'gass likwidu, jekk il-valur tal-fatturat annwali ma jeċċedix EUR 10 000; u l-kummerċ fi fjuwils gassużi u elettriku mwettaq fis-suq tal-materja prima minn ditti tas-senserija li jwettqu l-attività ta' senserija fis-suq tal-materja prima fuq il-bażi tal-Att tas-26 ta' Ottubru 2000 dwar is-suq tal-materja prima, kif ukoll il-kummerċ fis-sħana jekk il-kapaċità ordnata mill-klijenti ma teċċedix 5 MW. Il-limiti fuq il-fatturat ma japplikawx għas-servizzi ta' kummerċ bl-ingrossa fi fjuwils gassużi jew gass likwidu jew għas-servizzi bl-imnut ta' gass ibbottiljat.

Tista' tingħata liċenzja biss mill-awtorità kompetenti lil applikant li jkun irreġistra l-post prinċipali tan-negozju jew ir-residenza tiegħu fit-territorju ta' Stat Membru taż-ŻEE jew il-Konfederazzjoni Żvizzera (ISIC Rev. 3.1 040, CPC 63297, 74220, CPC 887).

Miżuri:

 

CZ: L-Att Nru 458/2000 Coll dwar il-kondizzjonijiet tan-Negozju u l-amministrazzjoni pubblika fis-setturi tal-enerġija (L-Att dwar l-Enerġija).

 

LT: Il-Liġi dwar il-Gass Naturali tar-Repubblika tal-Litwanja tal-10 ta' Ottubru 2000 Nru VIII-1973; u l-Liġi dwar l-elettriku tar-Repubblika tal-Litwanja tal-20 ta' Lulju 2000 Nru VIII-1881.

 

PL: L-Att tal-Liġi dwar l-Enerġija tal-10 ta' April 1997, l-Artikoli 32u 33.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fis-SI: Il-produzzjoni, il-kummerċ, il-forniment lill-klijenti finali, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u l-gass naturali huma soġġetti għal stabbiliment fl-Unjoni (ISIC Rev. 3.1 4010, 4020, CPC 7131, CPC 887).

Miżuri:

 

SI: Energetski zakon (l-Att dwar l-Enerġija) 2014, Il-Gazzetta Uffiċjali RS, nr. 17/2014; u l-Att dwar l-Estrazzjoni 2014.

Riżerva Nru 18 - L-agrikoltura, is-sajd u l-manifattura

Settur – sottosettur:

Agrikoltura, kaċċa, forestrija; trobbija tal-annimali u tar-renni, sajd u akkwakultura; pubblikazzjoni, stampar u riproduzzjoni ta' midja rrekordjata

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev. 3.1 011, 012, 013, 014, 015, 1531, 050, 0 501, 0 502, 221, 222, 323, 324, CPC 881, 882, 88442

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment; Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

UE/Stat Membru (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Agrikoltura, kaċċa u forestrija (ISIC Rev. 3.1 011, 012, 013, 014, 015, 1531, CPC 881)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali:

 

Fl-IE: L-istabbiliment minn residenti barranin f'attivitajiet ta' tħin tad-dqiq huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni (ISIC Rev. 3.1 1531).

Miżuri:

 

IE: L-Att dwar il-Prodotti Agrikoli (Ċereali), 1933.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: In-nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE li jkunu residenti fiż-żona ta' merħliet tar-renni biss jista' jkollhom ir-renni u jipprattikaw it-trobbija tar-renni. Jistgħu jingħataw drittijiet esklużivi.

 

Fi FR: Hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel sabiex wieħed isir membru jew jaġixxi bħala direttur ta' kooperattiva agrikola (ISIC Rev. 3.1 011, 012, 013, 014, 015).

 

Fl-SE: Il-poplu Sami biss jista' jkollu fil-pussess tiegħu u jipprattika t-trobbija tar-renni.

Miżuri:

 

FI: Poronhoitolaki (l-Att dwar it-Trobbija tar-Renni) (848/1990), il-Kapitolu 1, s. 4, il-Protokoll 3 għat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Finlandja.

 

FR: Code rural et de la pêche maritime.

 

SE: L-Att dwar it-Trobbija tar-Renni (1971:437), it-Taqsima 1.

(b)   Sajd u akkwakultura (ISIC Rev. 3.1 050, 0 501, 0 502, CPC 882)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Servizzi transfruntiera: Aċċess għas-suq:

 

Fi FR: Bastiment Franċiż li jtajjar il-bandiera Franċiża tista' tinħariġlu awtorizzazzjoni tas-sajd jew jitħalla jistad fuq il-bażi ta' kwoti nazzjonali biss meta tiġi stabbilita rabta ekonomika reali fuq it-territorju ta' Franza u l-bastiment ikun ikkmandat u kkontrollat minn stabbiliment permanenti li jinsab fit-territorju Franċiż (ISIC Rev. 3.1 050, CPC 882).

Miżuri:

 

FR: Code rural et de la pêche maritime.

(c)   Manifattura - Pubblikazzjoni, stampar u riproduzzjoni ta' media rreġistrata (ISIC Rev. 3.1 221, 222, 323, 324, CPC 88442)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Servizzi transfruntiera: Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-LV: Persuni ġuridiċi inkorporati fil-Latvja, u l-persuni fiżiċi tal-Latvja biss għandhom id-dritt li jistabbilixxu u jippubblikaw mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa. Fergħat mhumiex permessi (CPC 88442).

Miżuri:

 

LV: Il-Liġi dwar l-Istampa u Media Oħra tal-Massa, s. 8.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-DE (japplika wkoll għall-gvern f'livell reġjonali): Kull gazzetta, ġurnal jew perjodiċi distribwiti jew stampati pubblikament iridu jindikaw b'mod ċar “editur responsabbli” (l-isem u l-indirizz sħiħ ta' persuna fiżika). L-editur responsabbli jista' jkun meħtieġ li jkun residenti permanenti tal-Ġermanja, l-Unjoni jew ta' Stat Membru taż-ŻEE. Jistgħu jiġu permessi xi eċċezzjonijiet mill-Ministeru Federali għall-Intern (ISIC Rev. 3.1 223, 224).

Miżuri:

 

DE:

 

Livell reġjonali:

 

Gesetz über die Presse Baden-Württemberg (LPG BW);

 

Bayerisches Pressegesetz (BayPrG);

 

Berliner Pressegesetz (BlnPrG);

 

Brandenburgisches Landespressegesetz (BbgPG);

 

Gesetz über die Presse Bremen (BrPrG);

 

Hamburgisches Pressegesetz;

 

Hessisches Pressegesetz (HPresseG);

 

Landespressegesetz für das Land Mecklenburg-Vorpommern (LPrG M-V);

 

Niedersächsisches Pressegesetz (NPresseG);

 

Pressegesetz für das Land Nordrhein-Westfalen (Landespressegesetz NRW);

 

Landesmediengesetz (LMG) Rheinland-Pfalz;

 

Saarländisches Mediengesetz (SMG);

 

Sächsisches Gesetz über die Presse (SächsPresseG);

 

Pressegesetz für das Land Sachsen-Anhalt (Landespressegesetz);

 

Gesetz über die Presse Schleswig-Holstein (PressG SH);

 

Thüringer Pressegesetz (TPG).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament Nazzjonali:

 

Fl-IT: Sa fejn ir-Renju Unit jippermetti investituri Taljani li jkollhom aktar minn 49 fil-mija tal-kapital u d-drittijiet tal-vot f'kumpanija tal-pubblikazzjoni tar-Renju Unit, l-Italja tippermetti investituri tar-Renju Unit li jkollhom aktar minn 49 fil-mija tal-kapital u tad-drittijiet tal-vot f'kumpanija tal-pubblikazzjoni Taljana bl-istess kondizzjonijiet (ISIC Rev. 3.1 221, 222).

Miżuri:

 

IT: Il-Liġi 416/1981, l-Artikolu 1 (u l-emendi sussegwenti).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fil-PL: Hija meħtieġa n-nazzjonalità għall-kap editur tal-gazzetti u l-ġurnali (ISIC Rev. 3.1 221, 222).

Miżuri:

 

PL: L-Att tas-26 ta' Jannar 1984 rigward il-liġi dwar l-Istampa, il-Ġurnal tal-Liġijiet, Nru 5, punt 24, bl-emendi sussegwenti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-SE: Il-persuni fiżiċi li huma sidien ta' perjodiċi li jiġu stampati u ppubblikati fl-Iżvezja jridu ikunu residenti fl-Iżvezja jew ikunu nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE. Is-sidien ta' tali perjodiċi li huma persuni ġuridiċi jridu jkunu stabbiliti fiż-ŻEE. Il-perjodiċi li jiġu stampati u ppubblikati fl-Iżvezja u r-reġistrazzjonijiet tekniċi jrid ikollhom editur responsabbli, li jrid ikun domiċiljat fl-Iżvezja (ISIC Rev. 3.1 22, CPC 88442).

Miżuri:

 

SE: L-Att dwar il-libertà tal-istampa (1949:105);

il-Liġi Fundamentali dwar il-Libertà tal-Espressjoni (1991:1469); u

l-Att dwar id-digrieti għall-Att dwar il-Libertà tal-Istampa u l-Liġi Fundamentali dwar il-Libertà tal-Espressjoni (1991:1559).

Skeda tar-Renju Unit

 

Riżerva Nru 1 – Is-setturi kollha

 

Riżerva Nru 2 – Servizzi professjonali (il-professjonijiet kollha minbarra dawk relatati mas-saħħa)

 

Riżerva Nru 3 – Servizzi professjonali (servizzi veterinarji)

 

Riżerva Nru 4 – Servizzi ta' riċerka u żvilupp

 

Riżerva Nru 5 – Servizzi kummerċjali

 

Riżerva Nru 6 – Servizzi tal-komunikazzjoni

 

Riżerva Nru 7 - Servizzi tat-trasport u s-servizzi awżiljarji għas-servizzi tat-trasport

 

Riżerva Nru 8 – Attivitajiet relatati mal-enerġija

Riżerva Nru 1 – Is-setturi kollha

Settur

Is-setturi kollha

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Ir-Renju Unit jista' jinforza dmir jew impenn f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jmexxu impenji ta' wara l-offerta fil-Kodiċi tal-Belt dwar l-Akkwiżizzjonijiet u l-Fużjonijiet, jew skont l-Atti ta' Impenn fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet jew il-fużjonijiet, fejn id-dmir jew l-impenn ma jkunx impost jew mitlub bħala kondizzjoni ta' approvazzjoni tal-akkwiżizzjoni jew il-fużjoni.

Miżuri:

 

Il-Kodiċi tal-Belt dwar l-Akkwiżizzjonijiet u l-Fużjonijiet

 

L-Att tal-2006 dwar il-Kumpaniji

 

L-Att tal-1989 dwar il-Liġi tal-Proprjetà (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) fir-rigward tal-infurzar tal-Atti ta' Impenn b'rabta mal-akkwiżizzjonijiet jew il-fużjonijiet

 

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Din ir-riżerva tapplika biss għas-servizzi tas-saħħa, soċjali u edukattivi:

 

Ir-Renju Unit, meta jbigħ jew jiddisponi mill-interessi ta' ekwità tiegħu, jew l-assijiet ta' intrapriża tal-Istat eżistenti jew entità governattiva eżistenti li tipprovdi servizzi tas-saħħa, soċjali jew edukattivi (CPC 93, 92), jista' jipprojbixxi jew jimponi limitazzjonijiet fuq is-sjieda ta' dawk l-interessi jew l-assi, u fuq l-abbiltà tal-proprjetarji ta' dawk l-interessi u l-assi li jikkontrollaw kwalunkwe intrapriża li tirriżulta, minn imprendituri tal-Unjoni jew l-intrapriżi tagħhom. Fir-rigward ta' dan il-bejgħ jew disponiment ieħor, ir-Renju Unit jista' jadotta jew iżomm kwalunkwe miżura marbuta man-nazzjonalità tal-maniġment superjuri jew tal-membri tal-bordijiet tad-diretturi, kif ukoll kwalunkwe miżura li tillimita l-għadd ta' fornituri.

Għall-finijiet ta' din ir-riżerva:

(i)

kull miżura li tinżamm jew tiġi adottata wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim li, fiż-żmien tal-bejgħ jew disponiment ieħor, tipprojbixxi jew timponi limitazzjonijiet fuq is-sjieda tal-interessi ta' ekwità jew assi jew timponi rekwiżiti ta' nazzjonalità jew timponi limitazzjonijiet fuq l-għadd ta' fornituri kif deskritt f'din ir-riżerva, għandha titqies bħala miżura eżistenti; u

(ii)

"intrapriża tal-istat" tfisser intrapriża proprjetà tar-Renju Unit jew ikkontrollata permezz ta' interessi proprjetarji mir-Renju Unit u tinkludi intrapriża stabbilita wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għall-iskopijiet uniċi ta' bejgħ jew disponiment ta' interessi ta' ekwità f'intrapriża tal-Istat jew entità governattiva eżistenti, jew l-assi tagħha.

Miżuri:

 

Kif stabbilit fit-taqsima tad-Deskrizzjoni kif indikat aktar 'il fuq.

Riżerva Nru 2 – Servizzi professjonali (il-professjonijiet kollha minbarra dawk relatati mas-saħħa)

Settur – sottosettur:

Servizzi professjonali - servizzi legali; servizzi tal-awditjar

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Parti minn CPC 861, 862

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi legali (parti minn 861)

Sabiex jingħataw ċerti servizzi legali, jista' jkun neċessarju li tinkiseb awtorizzazzjoni jew liċenzja mingħand awtorità kompetenti, jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni. Sakemm ir-rekwiżiti għall-kisba ta' awtorizzazzjoni jew liċenzja, jew reġistrazzjoni, ma jkunux diskriminatorji u jikkonformaw mal-impenji imposti mill-Artikolu 194 ta' dan il-Ftehim, dawn ma jkunux elenkati. Dawn jistgħu, pereżempju, jinkludu rekwiżit li jkunu nkisbu kwalifiki speċifikati, ikun tlesta perjodu rikonoxxut ta' taħriġ, jew mas-sħubija jitolbu indirizz ta' uffiċċju jew postali fil-ġuriżdizzjoni tal-awtorità kompetenti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

 

Residenza (preżenza kummerċjali) tista' tkun mitluba mill-professjonist rilevanti jew mill-korp regolatorju għall-forniment ta' xi servizzi legali domestiċi tar-Renju Unit. Japplikaw rekwiżiti għal forma ġuridika nondiskriminatorja.

 

Ir-residenza tista' tkun mitluba mill-professjonist rilevanti jew mill-korp regolatorju għall-forniment ta' ċerti servizzi legali domestiċi tar-Renju Unit fir-rigward tal-immigrazzjoni.

Miżuri:

 

Għall-Ingilterra u Wales, l-Att tal-1974 dwar l-Avukati, l-Att tal-1985 dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u l-Att tal-2007 dwar is-Servizzi Legali. Għall-Iskozja, l-Att tal-1980 dwar l-Avukati (l-Iskozja) u l-Att tal-2010 dwar is-Servizzi Legali (l-Iskozja). Għall-Irlanda ta' Fuq, l-Ordni tal-1976 dwar l-Avukati (l-Irlanda ta' Fuq). Għall-ġuriżdizzjonijiet kollha, l-Att tal-1999 dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil. Barra minn hekk, il-miżuri applikabbli f'kull ġuriżdizzjoni jinkludu kwalunkwe rekwiżit stabbilit mill-korpi professjonali u regolatorji.

(b)   Servizzi tal-awditjar (CPC 86211, 86212 għajr is-servizzi ta' kontabilità u ż-żamma tal-kotba)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u kummerċ transfruntier fi Servizzi – Trattament nazzjonali:

 

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jirrikonoxxu l-ekwivalenza tal-kwalifiki ta' awditur li jkun nazzjonal tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe pajjiż terz sabiex japprovawhom biex jaġixxu bħala awditur statutorju fir-Renju Unit soġġett għar-reċiproċità (CPC 8621).

Miżuri:

 

L-Att tal-2006 dwar il-Kumpaniji

Riżerva Nru 3 – Servizzi professjonali (servizzi veterinarji)

Settur – sottosettur:

Servizzi professjonali - servizzi veterinarji

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 932

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Tenħtieġ preżenza fiżika biex titwettaq kirurġija veterinarja. Il-prattika tal-kirurġija veterinarja hija riżervata għal kirurgi veterinarji kwalifikati li huma rreġistrati mar-Royal College of Veterinary Surgeons (RCVS).

Miżuri:

 

L-Att tal-1966 dwar il-Kirurgi Veterinarji

Riżerva Nru 4 – Servizzi ta' riċerka u żvilupp

Settur – sottosettur:

Servizzi ta' riċerka u żvilupp (RuŻ)

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 851, 853

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Għal servizzi ta' riċerka u żvilupp iffinanzjati pubblikament (RuŻ) li jibbenefikaw minn finanzjament ipprovdut mir-Renju Unit, id-drittijiet jew awtorizzazzjonijiet esklużivi jistgħu jingħataw biss lil nazzjonali tar-Renju Unit u lil persuni ġuridiċi tar-Renju Unit li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit (CPC 851, 853).

Din ir-riżerva hija mingħajr preġudizzju għall-Ħames Parti ta' dan il-Ftehim u għall-esklużjoni tal-akkwist minn xi Parti jew sussidji jew għotjiet previsti mill-Partijiet fl-Artikolu 123(6) u (7) ta' dan il-Ftehim.

Miżuri:

Il-programmi kollha eżistenti u dawk kollha futuri tar-riċerka jew tal-innovazzjoni.

Riżerva Nru 5 – Servizzi kummerċjali

Settur – sottosettur:

Servizzi kummerċjali – servizzi ta' kiri jew leasing mingħajr operaturi u servizzi oħra kummerċjali

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Parti minn CPC 831

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

Għall-kiri jew il-leasing ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (dry lease), inġenji tal-ajru użati minn linja tal-ajru tar-Renju Unit huma soġġetti għar-rekwiżiti applikabbli dwar ir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ li għalih tkun parti linja tal-ajru tar-Renju Unit għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti fil-liġi nazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, bħal approvazzjoni minn qabel u kondizzjonijiet oħra applikabbli għall-użu ta' inġenji tal-ajru rreġistrati ta' pajjiżi terzi. Sabiex ikunu rreġistrati, jista' jkun meħtieġ li l-inġenji tal-ajru jkunu l-proprjetà ta' persuni fiżiċi li jissodisfaw ċerti kriterji speċifiċi ta' nazzjonalità jew ta' intrapriżi li jissodisfaw kriterji speċifiċi rigward is-sjieda tal-kapital u l-kontroll (CPC 83104).

Fir-rigward ta' servizzi ta' sistema ta' riżervazzjoni kompjuterizzata (computer reservation system, CRS), fejn il-kumpaniji tal-ajru tar-Renju Unit ma jingħatawx, minn fornituri ta' servizzi tas-CRS li joperaw barra mir-Renju Unit, trattament ekwivalenti (li jfisser nondiskriminatorju) għal dak ipprovdut fir-Renju Unit, jew fejn il-fornituri ta' servizzi tas-CRS tar-Renju Unit ma jingħatawx, minn linji tal-ajru mhux tar-Renju Unit, trattament ekwivalenti għal dak ipprovdut fir-Renju Unit, jistgħu jittieħdu miżuri sabiex jingħata trattament diskriminatorju ekwivalenti, rispettivament, lill-kumpaniji tal-ajru li mhumiex tar-Renju Unit mill-fornituri ta' servizzi tas-CRS li joperaw fir-Renju Unit, jew lill-fornituri ta' servizzi tas-CRS li mhumiex tar-Renju Unit minn kumpaniji tal-ajru tar-Renju Unit.

Miżuri:

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit bil-European Union (Withdrawal) Act 2018 u kif emendat bir-Regolamenti dwar l-Operat ta' Servizzi tal-Ajru (Emendi, eċċ.) (Ħruġ mill-UE) (S.I. 2018/1392).

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89, kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit bil-European Union (Withdrawal) Act 2018 u kif emendat bir-Regolamenti tal-2018 dwar is-Sistemi ta' Riservazzjoni Kompjuterizzata (Emenda) (Ħruġ mill-UE) (S.I. 2018/1080).

Riżerva Nru 6 – Servizzi tal-komunikazzjoni

Settur – sottosettur:

Servizzi ta' komunikazzjoni - servizzi postali u ta' kurrier

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Parti minn CPC 71235, parti minn 73210, parti minn 751

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

L-organizzazzjoni tat-tqegħid tal-kaxxi tal-ittri fuq l-awtostrada pubblika, il-ħruġ ta' bolol postali u l-għoti tas-servizz ta' posta reġistrata użat matul proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jkunu ristretti f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għal aktar ċertezza, l-operaturi postali jistgħu jkunu soġġetti għal obbligi partikolari ta' servizz universali jew kontribuzzjoni finanzjarja għal fond ta' kumpens.

Miżuri:

 

L-Att tal-2000 dwar is-Servizzi Postali u l-Att tal-2011 dwar is-Servizzi Postali

Riżerva Nru 7 - Servizzi tat-trasport u s-servizzi awżiljarji għas-servizzi tat-trasport

Settur – sottosettur:

Servizzi tat-trasport - servizzi awżiljarji għat-trasport bl-ilma, servizzi awżiljarji għat-trasport bil-ferrovija, servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq, servizzi awżiljarji għas-servizzi tat-trasport bl-ajru

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 711, 712, 721, 741, 742, 743, 744, 745, 746, 748, 749

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi awżiljarji għas-servizzi tat-trasport bl-ajru (CPC 746)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Il-livell ta' aċċess miftuħ għas-servizzi ta' groundhandling jiddependi mid-daqs tal-ajruport. L-għadd ta' fornituri f'kull ajruport jista' jkun limitat. Għall-“ajruporti kbar”, dan il-limitu ma jistax ikun anqas minn żewġ fornituri.

Miżuri:

 

Ir-Regolamenti tal-1997 dwar l-Ajruporti (Groundhandling) (S.I. 1997/2389)

(b)   Servizzi ta' appoġġ għall-modalitajiet kollha tat-trasport

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

 

Is-servizzi doganali, inklużi s-servizzi tal-iżdoganar tal-merkanzija u servizzi marbuta mal-użu tal-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew imħażen doganali, jistgħu jingħataw biss minn persuni stabbiliti fir-Renju Unit. Biex ma jkun hemm l-ebda dubju, dan jinkludi residenti tar-Renju Unit, il-persuni b'post tan-negozju permanenti fir-Renju Unit jew uffiċċju reġistrat fir-Renju Unit.

Miżuri:

 

L-Att tal-2018 dwar it-Tassazzjoni (Kummerċ Transfruntier); l-Att tal-1979 dwar l-Amministrazzjoni tad-Dwana u tas-Sisa; ir-Regolamenti tal-2019 dwar id-Dwana (Esportazzjoni) (Ħruġ mill-UE); ir-Regolamenti tal-2018 dwar id-Dwana (Dazju tal-Importazzjoni) (Ħruġ mill-UE); ir-Regolamenti tal-2018 dwar id-Dwana (Proċeduri Speċjali u Proċessar Passiv) (Ħruġ mill-UE); ir-Regolamenti 2019/1215 dwar id-Dwana u s-Sisa (Dispożizzjonijiet Mixxellanji u Emendi) (Ħruġ mill-UE).

(c)   Servizzi awżiljarji għat-trasport bl-ilma

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Għas-servizzi portwarji, il-korp maniġerjali ta' port, jew l-awtorità kompetenti, jista' jillimita l-għadd ta' fornituri ta' servizzi portwarji għal servizz portwarju partikolari.

Miżuri:

 

Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-15 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet, l-Artikolu 6 kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit bil-European Union (Withdrawal) Act 2018 u kif emendat bir-Regolamenti tal-2020 dwar is-Servizzi ta' Pilotaġġ u Portwarji (Emenda) (Ħruġ mill-UE) (S.I. 2020/671)

Ir-Regolamenti tal-2019 dwar is-Servizzi Portwarji

Riżerva Nru 8 – Attivitajiet relatati mal-enerġija

Settur – sottosettur:

Attivitajiet relatati mal-enerġija - minjieri u barrieri

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev. 3.1 11, 8675, 883

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Livell ta' gvern:

Ċentrali u Reġjonali (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

 

Deskrizzjoni:

Liċenzja hija neċessarja biex jitwettqu attivitajiet ta' esplorazzjoni u produzzjoni fuq il-Pjattaforma Kontinentali tar-Renju Unit (UK Continental Shelf, UKCS), u biex jiġu pprovduti servizzi li jirrikjedu aċċess dirett għar-riżorsi naturali, jew l-isfruttament tagħhom.

Din ir-riżerva tapplika għal liċenzji ta' produzzjoni maħruġa fir-rigward tal-Pjattaforma Kontinentali tar-Renju Unit. Biex tkun Detentur ta' Liċenzja, kumpanija jrid ikollha post tan-negozju fir-Renju Unit. Dan ifisser:

(i)

preżenza tal-persunal fir-Renju Unit;

(ii)

reġistrazzjoni ta' kumpanija tar-Renju Unit ma' Companies House; jew

(iii)

reġistrazzjoni ta' fergħa fir-Renju Unit ta' kumpanija barranija ma' Companies House.

Dan ir-rekwiżit jeżisti għal kull kumpanija li tapplika għal liċenzja ġdida u għal kull kumpanija li tfittex li tissieħeb f'liċenzja eżistenti permess ta' ċessjoni. Japplika għall-liċenzji kollha u għall-intrapriżi kollha, operaturi jew le. Biex tkun parti għal liċenzja li tkopri kamp ta' produzzjoni, kumpanija trid: (a) tkun reġistrata ma' Companies House bħala kumpanija tar-Renju Unit; jew (b) twettaq in-negozju tagħha permezz ta' post fiss tan-negozju fir-Renju Unit kif definit fl-Artikolu 148 tal-Att Finanzjarju tal-2003 (li normalment jirrikjedi preżenza tal-persunal) (ISIC Rev. 3.1 11, CPC 883, 8675).

Miżuri:

 

L-Att tal-1998 dwar iż-Żejt Mhux Maħdum


(1)  Għall-finijiet ta' din ir-riżerva:

(a)

"liġi dwar il-ġuriżdizzjoni ospitanti" tfisser il-liġi tal-Istat Membru speċifiku u l-liġi tal-Unjoni; "Liġi dwar il-ġuriżdizzjoni ta' domiċilju" tfisser il-liġi tar-Renju Unit;

(b)

"liġi internazzjonali" tfisser id-dritt internazzjonali pubbliku bl-eċċezzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u tinkludi l-liġi stabbilita minn trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, kif ukoll id-dritt internazzjonali konswetudinarju;

(c)

"servizzi ta' konsulenza legali" tinkludi l-għoti ta' pariri lill-klijenti u konsultazzjoni magħhom fi kwistjonijiet, inkluż tranżazzjonijiet, relazzjonijiet u tilwim, li jinvolvu l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi; il-parteċipazzjoni ma' klijenti jew f'isimhom f'negozjati u f'negozjati oħra ma' terzi persuni f'tali kwistjonijiet; u t-tħejjija ta' dokumenti rregolati kompletament jew parzjalment mil-liġi, u l-verifika ta' dokumenti ta' kull tip għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-liġi u skonthom;

(d)

"servizzi ta' rappreżentanza legali" tinkludi t-tħejjija ta' dokumenti maħsuba biex jiġu ppreżentati lill-aġenziji amministrattivi, lill-qrati jew lil tribunali uffiċjali oħra debitament kostitwiti; u għal dehra quddiem aġenziji amministrattivi, il-qrati jew tribunali uffiċjali oħra debitament kostitwiti;

(e)

"servizzi ta' arbitraġġ, konċiljazzjoni u medjazzjoni legali" tfisser it-tħejjija ta' dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lil arbitru, konċiljatur jew medjatur , kif ukoll it-tħejjija għalihom u d-dehra quddiemhom, fi kwalunkwe tilwima li tinvolvi l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-liġi. Dan ma jinkludix servizzi ta' arbitraġġ, konċiljazzjoni u medjazzjoni f'tilwim li ma jinvolvix l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-liġi, li jaqgħu taħt servizzi inċidentali għall-konsultazzjoni tal-maniġment. Lanqas ma jinkludi li wieħed jaġixxi bħala arbitru, konċiljatur jew medjatur. Bħala subkategorija, l-arbitraġġ legali internazzjonali, is-servizzi ta' konċiljazzjoni jew medjazzjoni jirreferu għall-istess servizzi meta t-tilwima tinvolvi partijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 154, 16.6.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU UE L 3, 5.1.2002, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU UE L 182, 29.6.2013, p. 19).

(5)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU UE L 157, 9.6.2006, p. 87).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU UE L 293, 31.10.2008, p. 3).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (ĠU UE L 35, 4.2.2009, p. 47).

(8)  Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU UE L 15, 21.1.1998, p. 14).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU UE L 257, 28.8.2014, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (ĠU UE L 57, 3.3.2017, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/EC tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU UE L 272, 25.10.1996, p. 36).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU UE L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS 20

MIŻURI FUTURI

Noti introduttivi

1.

L-Iskedi tar-Renju Unit u tal-Unjoni jistabbilixxu, skont l-Artikoli 133, 139 u 195 ta' dan il-Ftehim, ir-riżervi meħuda mir-Renju Unit u mill-Unjoni fir-rigward ta' miżuri eżistenti li ma jikkonformawx mal-obbligi imposti minn:

(a)

l-Artikolu 128 jew 135 ta' dan il-Ftehim;

(b)

l-Artikolu 136 ta' dan il-Ftehim;

(c)

l-Artikolu 129 jew 137 ta' dan il-Ftehim;

(d)

l-Artikolu 130 jew 138 ta' dan il-Ftehim;

(e)

l-Artikolu 131 ta' dan il-Ftehim;

(f)

l-Artikolu 132 ta' dan il-Ftehim;

(g)

l-Artikolu 194 ta' dan il-Ftehim.

2.

Ir-riżervi ta' Parti huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont il-GATS.

3.

Kull riżerva tistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a)

"settur" tirreferi għas-settur ġenerali li fih issir ir-riżerva;

(b)

"sottosettur" tirreferi għas-settur speċifiku li fih issir ir-riżerva;

(c)

"klassifikazzjoni tal-industrija" tirreferi, fejn applikabbli, għall-attività koperta bir-riżerva skont is-CPC, ISIC rev 3.1, jew kif deskritt espressament mod ieħor f'riżerva ta' Parti;

(d)

"tip ta' riżerva" tispeċifika l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 li għalih tittieħed riżerva;

(e)

"deskrizzjoni" tistipula l-ambitu tas-settur, is-sottosettur jew l-attivitajiet koperti mir-riżerva; u

(f)

"miżuri eżistenti" tidentifika, għall-finijiet ta' trasparenza, il-miżuri eżistenti li japplikaw għas-settur, is-sottosettur jew l-attivitajiet koperti mir-riżerva.

4.

Fl-interpretazzjoni ta' riżerva, għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi kollha tar-riżerva. L-element tad-"deskrizzjoni" għandu jieħu preċedenza fuq l-elementi l-oħra kollha.

5.

Għall-finijiet tal-Iskedi tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea:

(a)

"ISIC Rev 3.1" tfisser il-Klassifika Industrijali Standard Internazzjonali tal-Attivitajiet Ekonomiċi Kollha kif stipulat fl-iStatistical Papers, Series M, No.4, ISIC Rev. 3.1, 2002 tal-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b)

"CPC" tfisser il-Klassifikazzjoni Proviżorja Ċentrali tal-Prodotti (Statistical Papers, Series M No. 77, Department of International Economic and Social Affairs, Statistical Office of the United Nations, New York,1991).

6.

Għall-finijiet tal-Iskedi tar-Renju Unit u tal-Unjoni, riżerva għal rekwiżit li jkun hemm preżenza lokali fit-territorju tal-Unjoni jew tar-Renju Unit tittieħed fid-dawl tal-Artikolu 136 ta' dan il-Ftehim, u mhux tal-Artikolu 135 jew 137 ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, rekwiżit bħal dan ma jitqiesx bħala riżerva fid-dawl tal-Artikolu 129 ta' dan il-Ftehim.

7.

Riżerva li ttieħed fil-livell tal-Unjoni tapplika għal miżura tal-Unjoni, għal miżura ta' Stat Membru fil-livell ċentrali jew għal miżura ta' gvern fi Stat Membru, sakemm ir-riżerva ma tkunx teskludi Stat Membru. Riżerva li tittieħed minn Stat Membru tapplika għal miżura ta' gvern fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali f'dak l-Istat Membru. Għall-finijiet tar-riżervi tal-Belġju, il-livell ċentrali tal-gvern ikopri l-gvern federali u l-gvernijiet tar-reġjuni u l-komunitajiet billi kull wieħed minnhom għandu setgħat leġiżlattivi ekwipollenti. Għall-finijiet tar-riżervi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-livell reġjonali tal-gvern fil-Finlandja jfisser il-Gżejjer Åland. Riżerva li tittieħed fil-livell tar-Renju Unit tapplika għal miżura tal-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew gvern lokali.

8.

Il-lista ta' riżervi li tinsab hawn taħt ma tinkludix miżuri relatati mar-rekwiżiti u mal-proċeduri tal-kwalifiki, standards tekniċi u rekwiżiti u proċeduri għal-liċenzjar meta dawn ma jikkostitwixxux aċċess għas-suq jew limitazzjoni għat-trattament nazzjonali fit-tifsira tal-Artikoli 128, 129, 135, 136, 137 jew 194 ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tinkiseb liċenzja, li jiġu ssodisfati l-obbligi ta' servizz universali, li wieħed ikollu kwalifiki rikonoxxuti f'setturi regolati, li jgħaddi minn eżamijiet speċifiċi, inklużi eżamijiet tal-lingwa, li jissodisfa rekwiżit ta' sħubija fi professjoni partikolari, bħal sħubija f'organizzazzjoni professjonali, li jkollu aġent lokali għas-servizz, jew li jżomm indirizz lokali, jew kwalunkwe rekwiżit nondiskriminatorju ieħor li ċerti attivitajiet ma jistgħux jitwettqu f'żoni protetti. Filwaqt li mhumiex elenkati, tali miżuri jibqgħu japplikaw.

9.

Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li t-trattament mogħti fi Stat Membru jiġi estiż għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi tar-Renju Unit, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, lil:

(a)

persuni fiżiċi jew residenti ta' Stat Membru ieħor; jew

(b)

persuni ġuridiċi kkostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta' Stat Membru ieħor jew tal-Unjoni u li għandhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni.

10.

It-trattament mogħti lil persuni ġuridiċi stabbiliti minn investituri ta' Parti skont il-liġi tal-Parti l-oħra (inkluż, fil-każ tal-Unjoni, il-liġi ta' Stat Membru) u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fit-territorju tal-Parti l-oħra, huwa mingħajr preġudizzju għal kull kondizzjoni jew obbligu, konsistenti mal-Kapitolu 2 tat-Titlu II tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim, li setgħu ġew imposti fuq tali persuni ġuridiċi meta kienu stabbiliti fit-territorju tal-Parti l-oħra, u li għandhom ikomplu japplikaw.

11.

L-Iskedi japplikaw biss għat-territorji tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 520(2) u l-Artikolu 774 ta' dan il-Ftehim u huma rilevanti biss fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mar-Renju Unit. Huma ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

12.

Għal aktar ċertezza, il-miżuri nondiskriminatorji ma jikkostitwixxux limitazzjoni tal-aċċess għas-suq fit-tifsira tal-Artikoli 128, 135 jew 194 ta' dan il-Ftehim għal kwalunkwe miżura:

(a)

li tirrikjedi s-separazzjoni tas-sjieda tal-infrastruttura mis-sjieda tal-prodotti jew tas-servizzi fornuti permezz ta' dik l-infrastruttura sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta, pereżempju fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni;

(b)

li tirrestrinġi l-konċentrazzjoni tas-sjieda sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta;

(c)

li tfittex li tiżgura l-konservazzjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent, inkluża limitazzjoni fuq id-disponibbiltà, l-għadd u l-kamp ta' applikazzjoni tal-konċessjonijiet mogħtija, u l-impożizzjoni ta' moratorju jew projbizzjoni;

(d)

li tillimita l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija minħabba limitazzjonijiet tekniċi jew fiżiċi, pereżempju l-ispettri u l-frekwenzi tat-telekomunikazzjoni; jew

(e)

li tirrikjedi li ċertu perċentwal tal-azzjonisti, sidien, soċji, jew diretturi ta' intrapriża jkunu kkwalifikati jew jipprattikaw ċerta professjoni bħal avukati jew kontabilisti.

13.

Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji: Bil-maqlub ta' sussidjarji barranin, fergħat stabbiliti direttament fi Stat Membru minn istituzzjoni finanzjarja ta' pajjiż terz mhumiex, b'ċerti eċċezzjonijiet limitati, soġġetti għal regolamenti ta' prudenza armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea li jippermettu tali sussidjarji sabiex jibbenefikaw minn faċilitajiet imsaħħa sabiex joħolqu stabbilimenti ġodda u sabiex jipprovdu servizzi transfruntieri madwar l-Unjoni kollha. Għaldaqstant, tali fergħat jirċievu awtorizzazzjoni sabiex joperaw fit-territorju ta' Stat Membru bl-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi ta' dak l-Istat Membru, u jistgħu jkunu meħtieġa jissodisfaw għadd ta' kondizzjonijiet prudenzjali speċifiċi bħal, fil-każ ta' servizzi bankarji jew ta' titoli, kapitalizzazzjoni separata u rekwiżiti oħra ta' solvenza, u rekwiżiti ta' rapportar u pubblikazzjoni tal-kontijiet, jew fil-każ tal-assigurazzjoni, rekwiżiti speċifiċi ta' garanzija u ta' depożiti, kapitalizzazzjoni separata, u l-lokalizzazzjoni fl-Istat Membru konċernat tal-assi li jirrappreżentaw ir-riżervi tekniċi u mill-inqas terz tal-marġini tas-solvenza.

L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin qed jintużaw fil-lista ta' riżervi hawn taħt:

UK

Renju Unit

UE

L-Unjoni Ewropea, inklużi l-Istati Membri kollha tagħha

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Iċ-Ċekja

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

HR

Il-Kroazja

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

LV

Il-Latvja

MT

Malta

NL

In-Netherlands

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SE

L-Iżvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Ir-Repubblika Slovakka

Skeda tal-Unjoni

 

Riżerva Nru 1 – Is-setturi kollha

 

Riżerva Nru 2 - Servizzi professjonali – minbarra servizzi relatati mas-saħħa

 

Riżerva Nru 3 – Servizzi professjonali – relatati mas-saħħa u l-bejgħ tal-farmaċewtiċi

 

Riżerva Nru 4 – Servizzi tan-Negozju – Servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp

 

Riżerva Nru 5 – Servizzi tan-Negozju – servizzi tal-proprjetà immobbli

 

Riżerva Nru 6 – Servizzi tan-Negozju – Servizzi tal-kiri jew il-leasing

 

Riżerva Nru 7 - Servizzi tan-Negozju - Servizzi ta' aġenzija tal-ġbir u servizzi ta' rapportar tal-kreditu

 

Riżerva Nru 8 – Servizzi tan-Negozju – servizzi ta' kollokament

 

Riżerva Nru 9 – Servizzi tan-Negozju – servizzi tas-sigurtà u l-investigazzjoni

 

Riżerva Nru 10 – Servizzi tan-Negozju – servizzi tan-negozju oħra

 

Riżerva Nru 11 - Telekomunikazzjoni

 

Riżerva Nru 12 – Kostruzzjoni

 

Riżerva Nru 13 - Servizzi ta' distribuzzjoni

 

Riżerva Nru 14 - Servizzi edukattivi

 

Riżerva Nru 15 - Servizzi ambjentali

 

Riżerva Nru 16 – Servizzi Finanzjarji

 

Riżerva Nru 17 - Servizzi sanitarji u servizzi soċjali

 

Riżerva Nru 18 - Servizzi turistiċi u servizzi relatati mal-ivvjaġġar

 

Riżerva Nru 19 - Servizzi rekreattivi, kulturali u sportivi

 

Riżerva Nru 20 - Servizzi tat-trasport u servizzi ta' trasport awżiljari

 

Riżerva Nru 21 - Agrikultura, sajd u ilma

 

Riżerva Nru 22 - Attivitajiet relatati mal-enerġija

 

Riżerva Nru 23 - Servizzi oħra mhux inklużi x'imkien ieħor

Riżerva Nru 1 - Is-setturi kollha

Settur:

Is-setturi kollha

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Obbligi għas-servizzi legali

Kapitolu/Taqsima:

Liberalizzazzjoni tal-investiment, Kummerċ transfruntier fis-servizzi u Qafas Regolatorju għas-servizzi legali

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Stabbiliment

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

L-UE: Is-servizzi meqjusa bħala utilitajiet pubbliċi f'livell nazzjonali jew lokali jistgħu jkunu soġġetti għal monopolji pubbliċi jew għal drittijiet esklużivi mogħtija lil operaturi privati.

L-utilitajiet pubbliċi jeżistu f'setturi bħal servizzi relatati ma' konsulenza xjentifika u teknika, servizzi ta' riċerka u żvilupp (RuŻ) dwar xjenzi soċjali u umanistiċi, servizzi ta' ttestjar u ta' analiżi tekniċi, servizzi ambjentali, servizzi tas-saħħa, servizzi tat-trasport u servizzi awżiljarji għall-modi kollha tat-trasport. Id-drittijiet esklussivi fuq tali servizzi spiss jingħataw lil operaturi privati, pereżempju operaturi b'konċessjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, soġġetti għal obbligi ta' servizz speċifiċi. Minħabba li s-servizzi ta' utilità pubblika spiss jeżistu wkoll fuq livell sottoċentrali, l-iskedar speċifiku għas-settur li jkun dettaljat u eżawrjenti mhuwiex prattiku. Din ir-riżerva ma tapplikax għal servizzi tat-telekomunikazzjoni u tal-kompjuter u servizzi relatati.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali; Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq u Qafas Regolatorju għas-servizzi Legali – Obbligi:

 

Fil-FI: Ir-restrizzjonijiet dwar id-dritt għal persuna fiżiċi, li ma jgawdux minn ċittadinanza reġjonali f'Åland, u għal persuni ġuridiċi, sabiex jiksbu jew ikollhom proprjetà immobbli fil-Gżejjer Åland mingħajr ma jiksbu permess mill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Åland. Ir-restrizzjonijiet dwar id-dritt ta' stabbiliment u d-dritt li jwettqu attivitajiet ekonomiċi minn persuna fiżiċi, li ma jgawdux minn ċittadinanza reġjonali f'Åland, jew minn kwalunkwe intrapriża, mingħajr ma jiksbu permess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Åland.

Miżuri eżistenti:

 

FI: Ahvenanmaan maanhankintalaki (l-Att dwar l-akkwist tal-art f'Åland) (3/1975), s. 2; Ahvenanmaan itsehallintolaki (l-Att dwar l-Awtonomija ta' Åland) (1144/1991), s. 11.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi; Qafas Regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi:

 

Fi FR: Skont l-Artikoli L151-1 u 151-1 et seq tal-kodiċi finanzjarju u monetarju, l-investimenti barranin fi Franza fis-setturi elenkati fl-Artikolu R151-3 tal-kodiċi finanzjarju u monetarju huma soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-Ministeru għall-Ekonomija.

Miżuri eżistenti:

 

FR: Kif stabbilit fit-taqsima tad-Deskrizzjoni kif indikat aktar 'il fuq.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fi FR: Il-limitazzjoni tal-parteċipazzjoni barranija f'kumpaniji li għadhom kemm ġew privatizzati għal ammont varjabbli tal-valur tal-ekwità tal-kumpanija offrut lill-pubbliku, li jiġi determinat mill-Gvern ta' Franza każ b'każ. Għall-istabbiliment ta' ċerti attivitajiet kummerċjali, industrijali jew artiġjanali, hija meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika jekk id-direttur maniġerjali ma għandux permess ta' residenza permanenti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment –Aċċess għas-suq u Qafas Regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi:

 

Fl-HU: L-istabbiliment għandu jieħu l-forma ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata, kumpanija b'ishma konġunti jew uffiċċju rappreżentattiv. Dħul inizjali bħala fergħa mhuwiex permess bl-eċċezzjoni ta' servizzi finanzjarji.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Ċerti attivitajiet ekonomiċi relatati mal-isfruttar jew l-użu ta' proprjetà pubblika jew tal-Istat huma soġġetti għal konċessjonijiet mogħtija skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Konċessjonijiet.

Fil-korporazzjonijiet kummerċjali li fihom l-Istat jew muniċipalità jkollha sehem fil-kapital li jeċċedi l-50 fil-mija, kwalunkwe tranżazzjoni għal disponiment ta' assi fissi tal-korporazzjoni, biex tikkonkludi kwalunkwe kuntratt għal akkwist ta' parteċipazzjoni ta' interess, lease, attività konġunta, kreditu, garanzija ta' riċevibbli, kif ukoll biex il-korporazzjoni twettaq kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn kambjali, hija soġġetta għal awtorizzazzjoni jew permess mill-Aġenzija għall-Privatizzazzjoni jew minn korpi oħra tal-istat jew reġjonali, skont liema minnhom tkun l-awtorità kompetenti. Din ir-riżerva ma tapplikax għal xogħol fil-minjieri u l-barrieri, li huma soġġetti għal riżerva separata fl-Iskeda tal-Unjoni fl-Anness 19 ta' dan il-Ftehim.

Fl-IT: Il-Gvern jista' jeżerċita' ċerti setgħat speċjali f'intrapriżi li joperaw fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà nazzjonali, u f'ċerti attivitajiet ta' importanza strateġika fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjonijiet. Dan jirrigwarda l-persuni ġuridiċi kollha li jwettqu attivitajiet li huma meqjusa ta' importanza strateġika fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà nazzjonali, mhux biss għall-kumpaniji privatizzati.

Jekk ikun hemm theddida ta' dannu serju għall-interessi essenzjali tad-difiża u tas-sigurtà nazzjonali, il-Gvern għandu s-segwenti setgħat speċjali li:

(a)

jimponi kondizzjonijiet speċifiċi fix-xiri tal-ishma;

(b)

jagħmel veto għall-adozzjoni ta' riżoluzzjonijiet relatati ma' operazzjonijiet speċjali bħal trasferimenti, fużjonijiet, qsim u bidliet fl-attività; jew

(c)

jiċħad l-akkwist tal-ishma, fejn ix-xerrej jipprova jżomm livell ta' parteċipazzjoni fil-kapital li x'aktarx jippreġudika l-interessi tad-difiża u s-sigurtà nazzjonali.

Kull riżoluzzjoni, att jew tranżazzjoni (bħal trasferimenti, funzjonijiet, qsim, tibdil fl-attività jew terminazzjoni) relatata ma' assi strateġiċi fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjonijiet għandha tiġi nnotifikata mill-kumpanija kkonċernata lill-uffiċċju tal-Prim Ministru. B'mod partikolari, l-akkwist minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika barra l-Unjoni Ewropea li jagħtu lil din il-persuna kontroll fuq il-kumpanija għandha tiġi nnotifikata.

Il-Prim Ministru jista' jeżerċita' s-segwenti setgħat speċjali li:

(a)

jagħmel veto għal kwalunkwe riżoluzzjoni, att u tranżazzjoni li tikkostitwixxi theddida eċċezzjonali ta’ dannu serju lill-interess pubbliku fis-sigurtà u l-operat ta' networks u fornimenti;

(b)

jimponi kondizzjonijiet speċifiċi sabiex jiġi ggarantit l-interess pubbliku; jew

(c)

jiċħad akkwist f'każijiet eċċezzjonali ta' riskju għall-interessi essenzjali tal-Istat.

Il-kriterji li fuqhom tiġi evalwata t-theddida reali jew eċċezzjonali u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat speċjali huma stabbiliti fil-liġi.

Miżuri eżistenti:

 

IT: Il-Liġi 56/2012 dwar is-setgħat speċjali f'kumpaniji li joperaw fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà nazzjonali, l-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjonijiet; u

d-Digriet tal-Prim Ministru DPCM 253 tat-30.11.2012 li jiddefinixxi l-attivitajiet ta' importanza strateġika fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà nazzjonali.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fil-LT: Intrapriżi, setturi u faċilitajiet ta' importanza strateġika għas-sigurtà nazzjonali.

Miżuri eżistenti:

 

LT: Il-Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Oġġetti ta' Importanza għall-iżgurar tas-Sigurtà Nazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja tal-10 ta' Ottubru 2002 Nru IX-1132 (kif emendata l-aħħar fit-12 ta' Jannar 2018 Nru XIII-992).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fl-SE: Rekwiżiti diskriminatorji għal fundaturi, maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi meta forom ġodda ta' assoċjazzjoni legali huma inkorporati fil-liġi Żvediża.

(b)   Akkwist ta' proprjetà immobbli

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fl-HU: L-akkwist ta' proprjetajiet tal-Istat.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-HU: L-akkwist ta' raba' li jinħadem minn persuni ġuridiċi barranin u minn persuni fiżiċi mhux residenti.

Miżuri eżistenti:

 

HU: L-Att CXXII tal-2013 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' art agrikola u forestali (Kapitolu II (il-paragrafi 6-36) u Kapitolu IV (il-aragrafi 38-59)); u

L-Att CCXII tal-2013 dwar il-miżuri ta' tranżizzjoni u ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-Att CXXII tal-2013 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' art agrikola u forestali (Kapitolu IV (il-paragrafi 8-20)).

 

Fil-LV: L-akkwist ta' art rurali minn nazzjonali tar-Renju Unit jew ta' pajjiż terz.

Miżuri eżistenti:

 

LV: Il-Liġi dwar il-privatizzazzjoni tal-art f'żoni rurali, ss. 28, 29, 30.

 

Fis-SK: Il-kumpaniji barranin jew il-persuni fiżiċi ma jistgħux jakkwistaw art agrikola jew forestali barra mill-fruntiera taż-żona mibnija ta' muniċipalità u xi art oħra (pereżempju riżorsi naturali, għadajjar, xmajjar, toroq pubbliċi, eċċ.).

Miżuri eżistenti:

 

SK: L-Att Nru 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi naturali;

 

l-Att Nru 229/1991 dwar ir-regolament tas-sjieda tal-art u proprjetà agrikola oħra;

 

l-Att Nru 460/1992 il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka;

 

l-Att Nru 180/1995 dwar xi miżuri għal arranġamenti tas-sjieda tal-art;

 

l-Att Nru 202/1995 dwar il-Munita Barranija;

 

l-Att Nru 503/2003 dwar ir-restituzzjoni tas-sjieda tal-art;

 

l-Att Nru 326/2005 dwar il-Foresti; u

 

l-Att Nru 140/2014 dwar l-akkwist tas-sjieda tal-art agrikola.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-BG: Persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin ma jistgħux jakkwistaw art. Il-persuni ġuridiċi Bulgari b'parteċipazzjoni barranija ma jistgħux jakkwistaw art agrikola. Il-persuni ġuridiċi barranin u l-persuni fiżiċi barranin b'residenza permanenti barra mill-pajjiż jistgħu jakkwistaw drittijiet ta' proprjetà immobbli (id-dritt tal-użu, id-dritt li jibnu, id-dritt li jibnu superstruttura u servitù). Il-persuni fiżiċi barranin b'residenza permanenti barra mill-pajjiż, il-persuni ġuridiċi barranin fejn il-parteċipazzjoni barranija tiżgura maġġoranza fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet jew fiċ-ċaħda tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet, jistgħu jakkwistaw id-drittijiet ta' proprjetà immobbli f'żoni ġeografiċi speċifiċi magħżula mill-Kunsill tal-Ministri, soġġetti għal permess.

 

BG: Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, l-Artikolu 22; il-Liġi dwar is-Sjieda u l-Użu tal-Art Agrikola, l-Artikolu 3; u l-Liġi dwar il-Foresti, l-Artikolu 10.

 

Fl-EE: Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi barranin li mhumiex miż-ŻEE jew membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jistgħu jakkwistaw assi immobbli li jkun fihom art agrikola u/jew forestali biss bl-awtorizzazzjoni tal-gvernatur tal-kontea u tal-kunsill muniċipali, u jridu juru, kif stabbilit mil-liġi, li l-assi immobbli se jintużaw bi skop u b'mod effiċjenti u sostenibbli, skont l-għan maħsub tagħhom.

Miżuri eżistenti:

 

EE: Kinnisasja omandamise kitsendamise seadus (l-Att dwar ir-Restrizzjonijiet fuq l-Akkwist ta' Proprjetà Immobbli) il-Kapitoli 2 u 3.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-LT: Kwalunkwe miżura li hija konsistenti mal-impenji meħuda mill-Unjoni Ewropea u li huma applikabbli fil-Litwanja fil-GATS fir-rigward tal-akkwist tal-art. Il-proċedura, it-termini u l-kondizzjonijiet għall-akkwist ta' art kif ukoll ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti mid-Dritt Kostituzzjonali, il-Liġi dwar l-Art u l-Liġi dwar l-Akkwist ta' Art Agrikola.

Madankollu, il-gvernijiet lokali (muniċipalitajiet) u entitajiet nazzjonali oħra tal-Membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana li jwettqu attivitajiet ekonomiċi fil-Litwanja, li huma speċifikati mid-dritt kostituzzjonali f'konformità mal-kriterji tal-Unjoni Ewropea u ta' integrazzjoni oħra li l-Litwanja tkun approvat, huma permessi jakkwistaw artijiet mhux agrikoli meħtieġa għal kostruzzjoni u l-operat ta' bini u faċilitajiet neċessarji għall-attivitajiet diretti tagħhom.

Miżuri eżistenti:

 

LT: Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja;

id-Dritt Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Implementazzjoni tal-Paragrafu 3 tal-Artikolu 47 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja tal-20 ta' Ġunju 1996, Nru I-1392 kif emendat l-aħħar fl-20 ta' Marzu 2003, Nru IX-1381;

il-Liġi dwar l-art, tas-27 ta' Jannar 2004, Nru IX-1983; u

il-Liġi dwar l-Akkwist ta' Art Agrikola tal-24 ta' April 2014, Nru XII-854.

(c)   Rikonoxximent

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

Fl-UE: Id-direttivi tal-Unjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi u kwalifiki professjonali oħra japplikaw biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Id-dritt li wieħed jipprattika servizz professjonali regolat fi Stat Membru ma jiggarantix dritt awtomatiku li dan ikun jista' jagħmel l-istess fi Stat Membru ieħor.

(d)   Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Qafas regolatorju għas-servizzi legali – Obbligi:

 

L-UE: Tadotta trattament differenzjali lil pajjiż terz skont kwalunkwe trattat ta' investiment internazzjonali jew ftehim ta' kummerċ ieħor fis-seħħ jew iffirmat qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

L-UE: Tadotta trattament differenzjali lil pajjiż terz skont kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali eżistenti jew futur li:

(i)

joħloq suq intern għas-servizzi u l-investiment;

(ii)

jagħti d-dritt ta' stabbiliment; jew

(iii)

jeħtieġ l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'settur ekonomiku wieħed jew aktar.

Suq intern għas-servizzi u l-investiment ifisser żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment ħieles tal-persuni, servizzi u kapital ikun żgurat.

Id-dritt ta' stabbiliment sostanzjalment ifisser obbligu li jitneħħew l-ostakli kollha għall-istabbiliment bejn il-partijiet tal-ftehim bilaterali jew multilaterali sad-dħul fis-seħħ ta' dak il-ftehim. Id-dritt ta' stabbiliment għandu jinkludi d-dritt tal-partijiet tal-ftehim bilaterali jew multilaterali li jistabbilixxu u joperaw l-intrapriżi bl-istess kondizzjonijiet previsti għan-nazzjonali skont il-liġi tal-parti fejn tali stabbiliment iseħħ.

L-approssimizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tfisser:

(i)

l-allinjament tal-leġiżlazzjoni ta' waħda mill-partijiet jew aktar tal-ftehim bilaterali jew multilaterali mal-leġiżlazzjoni tal-parti jew il-partijiet l-oħra ta' dak il-ftehim; jew

(ii)

l-inkorporazzjoni ta' leġiżlazzjoni komuni fil-liġi tal-partijiet tal-ftehim bilaterali jew multilaterali.

It-tali allinjament jew inkorporazzjoni għandha sseħħ, u għandha tkun meqjusa li sseħħ, biss fil-mument li fih din tkun iddaħħlet fil-liġi tal-parti jew tal-partijiet tal-ftehim bilaterali jew multilaterali.

Miżuri eżistenti:

 

UE: Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni;

Ftehimiet bilaterali bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera; u

Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi.

L-UE: Tadotta trattament differenzjali dwar id-dritt ta' stabbiliment lin-nazzjonali jew lill-intrapriżi permezz ta' ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri bejn l-Istati Membri segwenti: BE, DE, DK, EL, ES, FR, IE, IT, LU, NL, PT u kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew mill-prinċipalitajiet segwenti: Andorra, Monaco, San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

DK, FI, SE: Il-miżuri meħuda mid-Danimarka, l-Iżvezja u l-Finlandja għandhom l-għan li jippromwovu l-kooperazzjoni Nordika, bħal:

(a)

appoġġ finanzjarju għal proġetti ta' riċerka u żvilupp (RuŻ) (il-Fond Industrijali Nordiku);

(b)

finanzjament ta' studji tal-fattibbiltà għal proġetti internazzjonali (il-Fond Nordiku għall-Esportazzjonijiet tal-Proġetti); u

(c)

għajnuna finanzjarja lil kumpaniji li jużaw teknoloġija ambjentali (il-Korporazzjoni Nordika għall-Finanzjament Ambjentali). L-għan tal-Korporazzjoni Nordika għall-Finanzjament Ambjentali (NEFCO, Nordic Environment Finance Corporation) huwa li tippromwovi investimenti ta' interess ambjentali Nordiku, b'enfasi fuq l-Ewropa tal-Lvant.

Din ir-riżerva hija mingħajr preġudizzju għall-esklużjoni ta' akkwist minn Parti jew ta' sussidji fl-Artikolu 123(6) u (7) ta' dan il-Ftehim.

Fil-PL: Il-kondizzjonijiet preferenzjali għal stabbiliment jew il-forniment transfruntiera ta' servizzi, li jistgħu jinkludu l-eliminazzjoni jew l-emenda ta' ċerti restrizzjonijiet inklużi fil-lista ta' riżervi applikabbli fil-Polonja, jistgħu jiġu estiżi permezz ta' trattati ta' kummerċ u ta' navigazzjoni.

Fil-PT: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tan-nazzjonalità għall-eżerċizzju ta' ċerti attivitajiet u professjonijiet minn persuni fiżiċi li jipprovdu servizzi għal pajjiżi li fihom il-Portugiż huwa l-lingwa uffiċjali (l-Angola, il-Brażil, Cabo Verde, il-Guinea-Bissau, il-Mozambique, São Tomé u Principe, u Timor Leste).

(e)   Armi, munizzjoni u materjal tal-gwerra

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Preżenza lokali:

 

Fl-UE: Il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta' armi, munizzjoni jew materjal tal-gwerra, jew il-kummerċ tagħhom. Il-materjal tal-gwerra huwa limitat għal kwalunkwe prodott li jkun esklussivament intenzjonat u magħmul għall-użu militari b'rabta mat-twettiq ta' attivitajiet tal-gwerra jew tad-difiża.

Riżerva Nru 2 – Servizzi professjonali - minbarra servizzi relatati mas-saħħa

Settur:

Servizzi professjonali - servizz legali: servizzi ta' nutara u ta' bailiffs; servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba; servizzi ta' awditjar, servizzi ta' konsulenza dwar it-tassazzjoni; servizzi tal-arkitettura u tal-ippjanar urban, servizzi tal-inġinerija, u servizzi tal-inġinerija integrata

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Parti minn CPC 861, parti minn 87902, 862, 863, 8671, 8672, 8673, 8674, parti minn 879

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi legali

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-SE: Il-forniment ta' servizzi ta' konsulenza legali u ta' awtorizzazzjoni, dokumentazzjoni u ċertifikazzjoni legali provduti minn professjonisti legali li jaqdu funzjonijiet pubbliċi, bħal nutara,"huissiers de justice" jew "officiers publics et ministériels" oħra, u fir-rigward ta' servizzi pprovduti minn bailiffs li huma maħtura permezz ta' att uffiċjali tal-gvern (parti minn CPC 861, parti minn 87902).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

Fil-BG: It-trattament nazzjonali sħiħ dwar l-istabbiliment u l-operat ta' kumpaniji, kif ukoll dwar il-forniment ta' servizzi, jista' jiġi estiż biss għal kumpaniji stabbiliti fil-pajjiżi li magħhom ġew jew se jiġu konklużi arranġamenti preferenzjali, u għaċ-ċittadini tagħhom (parti minn CPC 861).

Fil-LT: L-avukati minn pajjiżi barranin jistgħu jipparteċipaw biss bħala avukati fil-qorti skont il-ftehimiet internazzjonali (parti minn CPC 861), inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar rappreżentanza quddiem il-qrati.

(b)   Servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba (CPC 8621 minbarra servizzi tal-awditjar, 86213, 86219, 86220)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-HU: Attivitajiet transfruntiera għall-kontabilità u ż-żamma tal-kotba.

Miżuri eżistenti:

 

HU: L-Att C tal-2000; u l-Att LXXV tal-2007.

(c)   Servizzi tal-awditjar (CPC – 86211, 86212 minbarra servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Għandu jiġi implimentat awditu finanzjarju indipendenti minn awdituri reġistrati li huma membri tal-Istitut tal-Kontabilisti Pubbliċi Ċertifikati. Soġġett għal reċiproċità, l-Istitut tal-Kontabilisti Pubbliċi Ċertifikati għandu jirreġistra entità ta' awditu tar-Renju Unit jew ta' pajjiż terz meta dan tal-aħħar iġib prova li:

(a)

tliet kwarti tal-membri tal-korpi maniġerjali u l-awdituri reġistrati li jwettqu awditjar f'isem l-entità jissodisfaw ir-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk tal-awdituri Bulgari u għaddew b'suċċess l-eżamijiet għalih;

(b)

l-entità tal-awditjar twettaq awditu finanzjarju indipendenti skont ir-rekwiżiti għal indipendenza u oġġettività; u

(c)

l-entità tal-awditjar tippubblika fis-sit web tagħha rapport annwali ta' trasparenza jew twettaq rekwiżiti ekwivalenti oħra għal divulgazzjoni f'każ li twettaq awditu ta' entitajiet ta' interess pubbliku.

Miżuri Eżistenti:

 

BG: L-Att dwar l-Awditi Finanzjarji Indipendenti.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fiċ-CZ: Persuna ġuridika biss, li fiha mill-inqas 60 fil-mija tal-interess kapitali jew tad-drittijiet tal-vot huwa riżervat għan-nazzjonali tar-Repubblika Ċeka jew tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tista' tkun awtorizzata twettaq awditi fir-Repubblika Ċeka.

Miżuri Eżistenti:

 

CZ: Il-Liġi tal-14 ta' April 2009 nru 93/2009 Coll., dwar l-Awdituri.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-HU: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi tal-awditjar.

Miżuri Eżistenti:

 

HU: L-Att C tal-2000; u l-Att LXXV tal-2007.

Fil-PT: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi tal-awditjar.

(d)   Servizzi tal-arkitettura u servizzi tal-ippjanar urban (CPC 8674)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-HR: Il-forniment transfruntiera tal-ippjanar urban.

Riżerva Nru 3 – Servizzi professjonali – relatati mas-saħħa u l-bejgħ tal-farmaċewtiċi

Settur:

Servizzi professjonali tas-saħħa u bejgħ bl-imnut ta' prodotti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi, servizzi oħra pprovduti minn spiżjara

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 63211, 85201, 9312, 9319, 93121

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi mediċi u dentali; servizzi pprovduti minn qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, psikologi u persunal paramediku (CPC 63211, 85201, 9312, 9319, CPC 932)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: Il-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, kemm jekk iffinanzjati mis-settur pubbliku jew mill-privat, inkluż servizzi mediċi u dentali, servizzi pprovduti minn qwiebel, fiżjoterapisti u persunal paramediku u servizzi pprovduti minn psikologi, minbarra servizzi pprovduti minn infermiera (CPC 9312, 93191).

Miżuri eżistenti:

 

FI: Laki yksityisestä terveydenhuollosta (l-Att dwar il-Kura tas-Saħħa Privata) (152/1990).

Fil-BG: Il-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, kemm jekk iffinanzjati mis-settur pubbliku jew mill-privat, inkluż servizzi mediċi u dentali, servizzi pprovduti minn infermiera, qwiebel, fiżjoterapisti u persunal paramediku u servizzi pprovduti minn psikologi (CPC 9312, parti minn 9319).

Miżuri Eżistenti:

 

BG: Il-Liġi għal Stabbiliment Mediku, l-Att dwar l-Organizzazzjoni Professjonali tal-Għaqda ta' Infermiera Mediċi, Qwiebel u Speċjalisti Mediċi Assoċjati.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq u Trattament nazzjonali:

 

Fiċ-CZ, f'MT: Il-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, kemm jekk iffinanzjati mis-settur pubbliku jew mill-privat, inkluż servizzi pprovduti minn tobba, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, paramediċi, psikologi kif ukoll servizzi oħra relatati (CPC 9312, parti minn 9319).

Miżuri Eżistenti:

 

CZ: L-Att Nru 296/2008 Coll., dwar is-Salvagwardja tal-Kwalità u s-Sikurezza tat-Tessuti u

u ċ-Ċelloli Umani Intiżi għall-Użu mill-Bniedem (“l-Att dwar it-Tessuti u ċ-Ċelloli Umani”);

l-Att Nru 378/2007 Coll., dwar il-Prodotti Farmaċewtiċi u dwar l-Emendi għal xi Atti Relatati (l-Att dwar il-Prodotti Farmaċewtiċi);

l-Att Nru 268/2014 Coll. dwar l-apparati mediċi u li jemenda l-Att Nru 634/2004 Coll. dwar it-tariffi amministrattivi, kif emendat sussegwentement;

l-Att 285/2002 Coll., dwar id-Donazzjoni, it-Teħid u t-Transpjantar ta' Tessuti u Organi u dwar l-Emenda għal Ċerti Atti (l-Att dwar it-Transpjantar).

L-Att Nru 372/2011 Sb. dwar is-servizzi tas-saħħa u l-kondizzjonijiet tal-forniment tagħhom

L-Att Nru 373/2011, Coll. dwar is-servizzi tas-saħħa speċifiċi.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tan-NL u l-SE: Il-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, kemm jekk iffinanzjati mis-settur pubbliku jew mill-privat, inkluż is-servizzi pprovduti minn professjonisti bħal tobba, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, paramediċi u psikologi, jirrikjedi residenza. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn persuni fiżiċi preżenti fiżikament fit-territorju tal-Unjoni Ewropea (CPC 9312, parti minn 93191).

Fil-BE: Il-forniment transfruntier tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, kemm jekk iffinanzjati mis-settur pubbliku jew mill-privat, inklużi s-servizzi mediċi, dentali u tal-qwiebel u s-servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti, psikologi u persunal paramediku. (parti minn CPC 85201, 9312, parti minn 93191).

Fil-PT: (Anki fir-rigward tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) Fir-rigward tal-professjonijiet tal-fiżjoterapisti, il-persunal paramediku u l-podjatristi, professjonisti barranin jistgħu jkunu permessi jipprattikaw fuq il-bażi tar-reċiproċità.

(b)   Servizzi veterinarji (CPC 932)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-BG: Stabbiliment veterinarju mediku jista' jiġi stabbilit minn persuna fiżika jew ġuridika.

Il-prattika tal-mediċina veterinarja hija permessa biss għan-nazzjonali taż-ŻEE u għar-residenti permanenti (il-preżenza fiżika hija meħtieġa għar-residenti permanenti).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BE, fil-LV: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi veterinarji.

(c)   Bejgħ bl-imnut ta' prodotti farmaċewtiċi, mediċinali u ortopediċi, servizzi oħra pprovduti minn spiżjara (CPC 63211)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni ta' EL, IE, LU, LT u NL: Għar-restrizzjoni tal-għadd ta' fornituri intitolati li jipprovdu servizz partikolari f'żona jew post lokali speċifiku fuq bażi nondiskriminatorja. Għalhekk jista' jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, li jqis tali fatturi bħall-għadd ta' stabbilimenti eżistenti, infrastruttura tat-trasport, densità tal-popolazzjoni jew firxa ġeografika u l-impatt fuqhom.

 

L-UE, bl-eċċezzjoni ta' BE, BG, EE, ES, IE u IT: Il-bejgħ bil-korrispondenza huwa possibbli biss minn Stati Membri taż-ŻEE, b'hekk stabbiliment fi kwalunkwe wieħed minn dawk il-pajjiżi huwa meħtieġ għall-bejgħ bl-imnut ta' prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi speċifiċi għall-pubbliku inġenerali fl-Unjoni.

Fiċ-CZ: Il-bejgħ bl-imnut huwa possibbli biss minn Stati Membri.

Fil-BE: Il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti farmaċewtiċi u ta' prodotti mediċi speċifiċi huwa possibbli biss minn spiżerija stabbilita fil-Belġju.

Fil-BG, EE, ES, IT u LT: Il-bejgħ bl-imnut transfruntiera ta' prodotti farmaċewtiċi.

Fl-IE u fil-LT: Il-bejgħ bl-imnut transfruntiera ta' prodotti farmaċewtiċi li jeħtieġu riċetta.

Fil-PL: L-intermedjarji fil-kummerċ ta' prodotti mediċinali jridu jkunu rreġistrati u jkollhom post ta' residenza jew uffiċċju reġistrat fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: Il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti farmaċewtiċi u il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti mediċi u ortopediċi.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-SE: Il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti farmaċewtiċi u l-forniment ta' prodotti farmaċewtiċi lill-pubbliku ġenerali.

Miżuri eżistenti:

 

AT: Arzneimittelgesetz (l-Att dwar il-Medikazzjoni), BGBl. Nru 185/1983 kif emendat, §§ 57, 59, 59a; u

Medizinproduktegesetz (il-Liġi dwar il-Prodotti Mediċi), BGBl. Nru 657/1996 kif emendata, § 99.

 

BE: Arrêté royal du 21 janvier 2009 portant instructions pour les pharmaciens; kif ukoll Arrêté royal du 10 novembre 1967 relatif à l'exercice des professions des soins de santé.

 

CZ: L-Att Nru 378/2007 Coll., dwar il-Prodotti Farmaċewtiċi, kif emendat; u l-Att Nru 372/2011 Coll., dwar is-Servizzi tas-Saħħa, kif emendat.

 

FI: Lääkelaki (l-Att dwar il-Mediċina) (395/1987).

 

PL: Il-Liġi Farmaċewtika, l-Artikolu 73a (il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2020, punt 944, 1493).

 

SE: Il-Liġi dwar il-kummerċ fi prodotti farmaċewtiċi (2009:336);

ir-Regolament dwar il-kummerċ fi prodotti farmaċewtiċi (2009:659); u

l-Aġenzija Żvediża ta' Prodotti Mediċinali adottat regolamenti ulterjuri, id-dettalji jistgħu jinsabu fi (LVFS 2009:9).

Riżerva Nru 4 – Servizzi tan-Negozju – Servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp

Settur:

Servizzi tar-riċerka l-iżvilupp

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 851, 852, 853

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

Fir-RO: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi tal-proprjetà immobbli.

Miżuri eżistenti:

 

RO: Id-Digriet tal-Gvern nru 6 / 2011;

l-Ordni tal-Ministru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka nru 3548 / 2006; u d-Deċiżjoni tal-Gvern nru 134/2011.

Riżerva Nru 5 – Servizzi tan-Negozju – servizzi tal-proprjetà immobbli

Settur:

Servizzi tal-proprjetà immobbli

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 821, 822

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

Fiċ-CZ u fl-HU: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi ta' proprjetà immobbli.

Riżerva Nru 6 – Servizzi tan-Negozju – Servizzi tal-kiri jew il-leasing

Settur:

Servizzi tal-kiri jew il-leasing mingħajr operaturi

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 832

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

Fil-BE u fi FR: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi tal-kiri jew il-leasing mingħajr operatur li jikkonċernaw prodotti personali u tad-dar.

Riżerva Nru 7 - Servizzi tan-Negozju - Servizzi ta' aġenzija tal-ġbir u servizzi ta' rapportar tal-kreditu

Settur:

Servizzi ta' aġenzija tal-ġbir, servizzi ta' rapportar tal-kreditu

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 87901, 87902

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Preżenza lokali

Kapitolu:

Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni ta' ES, LV u SE, fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' aġenzija tal-ġbir u servizzi ta' rapportar tal-kreditu.

Riżerva Nru 8 – Servizzi tan-Negozju – servizzi ta' kollokament

Settur – sottosettur:

Servizzi tan-Negozju – servizzi ta' kollokament

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 87201, 87202, 87203, 87204, 87205, 87206, 87209

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-HU u tal-SE: Servizzi ta' forniment ta' persunal għall-għajnuna domestika, ħaddiema oħra kummerċjali jew industrijali, infermiera u persunal ieħor (CPCs 87204, 87205, 87206, 87209).

 

Fil-BG, CY, CZ, DE, EE, FI, MT, LT, LV, PL, PT, RO, SI u SK: Servizzi ta' tiftix eżekuttiv (87201).

 

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, FI, LT, LV, MT, PL, PT, RO, SI u SK: L-istabbiliment tas-servizzi ta' kollokament tal-persunal ta' sostenn fl-uffiċċju u ħaddiema oħra (CPC 87202).

 

Fl-AT, BG, CY, CZ, DE, EE, FI, MT, LT, LV, PL, PT, RO, SI u SK: Servizzi ta' forniment tal-persunal ta' sostenn fl-uffiċċju (CPC 87203).

 

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-UE, bl-eċċezzjoni tal- BE, HU u SE: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi ta' kollokament tal-persunal ta' sostenn fl-uffiċċju u ħaddiema oħra (CPC 87202).

 

Fl-IE: Il-forniment transfruntier tas-servizzi ta' tiftix eżekuttiv (CPC 87201).

 

Fi FR, fl-IE, fl-IT u fin-NL: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi tal-persunal tal-uffiċċju (CPC 87203).

 

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq

 

Fil-DE: Ir-restrizzjoni tal-għadd ta' fornituri tas-servizzi ta' kollokament.

 

Fi ES: li tirrestrinġi l-għadd ta' fornituri tas-servizzi ta' tiftix eżekuttiv, u tas-servizzi ta' kollokament (CPC 87201, 87202).

 

Fi FR: dawn is-servizzi jistgħu ikunu soġġetti għal monopolju tal-istat (CPC 87202).

 

Fl-IT: Li tirrestrinġi l-għadd ta' fornituri tas-servizzi ta' forniment tal-persunal tal-uffiċċju (87203).

 

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-DE: Il-Ministeru Federali għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali jista' joħroġ regolament dwar l-allokazzjoni u r-reklutaġġ ta' persunal mhux tal-Unjoni Ewropea u mhux taż-ŻEE għal professjonijiet speċifikati (CPC 87201, 87202, 87203, 87204, 87205, 87206, 87209).

Miżuri eżistenti:

 

AT: §§97 u 135 tal-Att Awstrijak dwar il-Kummerċ (Gewerbeordnung), il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 194/1994 kif emendat; u

l-Att dwar l-Impjieg Temporanju (Arbeitskräfteüberlassungsgesetz/AÜG), il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 196/1988 kif emendat.

 

BG: L-Att dwar il-Promozzjoni tal-Impjiegi, l-Artikoli 26, 27, 27a u 28.

 

CY: Il-Liġi għall-Aġenziji tal-Impjiegi Privati N. 126(I)/2012., kif emendata.

 

CZ: L-Att dwar l-Impjiegi (435/2004).

 

DE: Gesetz zur Regelung der Arbeitnehmerüberlassung (AÜG);

Sozialgesetzbuch Drittes Buch (SGB III; il-Kodiċi Soċjali, it-Tielet Ktieb) - Employment Promotion;

Verordnung über die Beschäftigung von Ausländerinnen und Ausländern (BeschV; l-Ordinanza dwar l-Impjiegi tal-Barranin).

 

DK: §§ 8a – 8f fid-digriet amministrattiv nru 73 tas-17 ta' Jannar 2014 u speċifikat fid-digriet nru 228 tas-7 ta' Marzu 2013 (l-impjieg tal-baħħara); u l-Att tal-2006 dwar il-Permessi tal-Impjiegi. S1(2) u (3).

 

EL: Il-Liġi 4052/2012 (Gazzetta Uffiċjali tal-Gvern 41 A) kif emendata għal parti mid-dispożizzjoni tagħha mil-liġi N.4093/2012 (il-Gazzetta Uffiċjali tal-Gvern 222 A).

 

ES: Real Decreto-ley 8/2014, de 4 de julio, de aprobación de medidas urgentes para el crecimiento, la competitividad y la eficiencia, artículo 117 (tramitado como Ley 18/2014, de 15 de octubre).

 

FI: Laki julkisesta työvoima-ja yrityspalvelusta (l-Att dwar l-Impjieg Pubbliku u s-Servizz ta' Intrapriża) (916/2012).

 

HR: L-Att dwar is-Suq tax-Xogħol (OG 118/18, 32/20)

 

L-Att dwar ix-Xogħol (OG 93/14, 127/17, 98/19)

 

L-Att dwar il-Barranin (OG 130/11m 74/13, 67/17, 46/18, 53/20)

 

IE: L-Att tal-2006 dwar il-Permessi tal-Impjiegi. S1(2) u (3).

 

IT: Id-Digriet Leġiżlattiv 276/2003, l-Artikoli 4, 5.

 

LT: Il-Kodiċi dwar ix-Xogħol tar-Repubblika tal-Litwanja approvat bil-Liġi Nru XII-2603 tal-14 ta' Settembru 2016 tar-Repubblika tal-Litwanja,

Il-Liġi dwar l-Istatus Legali tal-Barranin tar-Repubblika tal-Litwanja tad-29 ta' April 2004 Nru IX-2206 kif emendata l-aħħar fit-03-12-2019 Nru XIII-2582.

 

LU: Loi du 18 janvier 2012 portant création de l'Agence pour le développement de l'emploi (il-Liġi dwar il-ħolqien ta' aġenzija għall-iżvilupp tal-impjiegi tat-18 ta' Jannar 2012 – ADEM).

 

MT: L-Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ, (Kap. 343) (l-Artikoli minn 23 sa 25); u r-Regolamenti dwar l-Aġenziji tal-Impjieg (L.S. 343.24).

 

PL: L-Artikolu 18 tal-Att tal-20 ta' April 2004 dwar il-promozzjoni tal-impjiegi u l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol (Dz. U. tal-2015, Punt. 149, kif emendat).

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv Nru 260/2009 tal-25 ta' Settembru, kif emendat bil-Liġi Nru 5/2014 tat-12 ta' Frar (l-aċċess u l-forniment ta' servizzi minn aġenziji ta' allokazzjoni).

 

RO: Il-Liġi Nru 156/2000 dwar il-protezzjoni ta' ċittadini Rumeni li jaħdmu barra mill-pajjiż, ippubblikata mill-ġdid, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 384/2001 għall-approvazzjoni tan-normi metodoloġiċi għall-applikazzjoni tal-Liġi Nru 156/2000, b'emendi sussegwenti;

id-Digriet tal-Gvern Nru 277/2002, kif emendati bid-Digriet tal-Gvern Nru 790/2004 u bid-Digriet tal-Gvern Nru 1122/2010; u

il-Liġi Nru 53/2003 - il-Kodiċi tax-Xogħol, ippubblikat mill-ġdid, b'emendi u b'suppliment sussegwenti u d-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1256/2011 dwar il-kondizzjonijiet operattivi u l-proċedura ta' awtorizzazzjoni għal aġenzija tax-xogħol temporanju.

 

SI: L-Att dwar ir-regolazzjoni tas-suq tax-xogħol (il-Gazzetta Uffiċjali tar-RS, Nru 80/2010, 21/2013, 63/2013, 55/2017); u l-Att dwar l-Impjiegi, l-Impjieg Awtonomu u x-Xogħol tal-Barranin — ZZSDT (Gazzetta Uffiċjali ta' RS, Nru 47/2015), ZZSDT-UPB2 (Gazzetta Uffiċjali ta' RS, Nru 1/2018).

 

SK: L-Att Nru 5/2004 dwar is-Servizzi għall-Impjiegi; u l-Att Nru 455/1991 dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.

Riżerva Nru 9 – Servizzi tan-Negozju – servizzi tas-sigurtà u l-investigazzjoni

Settur – sottosettur:

Servizzi tan-Negozju – servizzi tas-sigurtà u l-investigazzjoni

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 87301, 87302, 87303, 87304, 87305, 87309

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi tas-sigurtà (CPC 87302, 87303, 87304, 87305, 87309)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG, CY, CZ, EE,ES, LT, LV, MT, PL, RO, SI u SK: Il-forniment ta' servizzi tas-sigurtà.

 

Fid-DK, HR u HU: servizzi ta' għassa (87305) fil-HR u fl-HU, servizzi ta' konsultazzjoni dwar is-sigurtà (87302) fil-HR, servizzi ta' għassa tal-ajruporti (parti minn 87305) fid-DK u servizzi ta' vetturi armati (87304) fl-HU.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi –Trattament Nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-BE: In-nazzjonalità ta' Stat Membru hija meħtieġa għal bordijiet tad-diretturi ta' intrapriżi, persuni ġuridiċi li jfornu servizzi ta' għassa u ta' sigurtà (87305), kif ukoll konsultazzjoni u taħriġ relatati mas-servizzi ta' sigurtà (87302). Il-maniġment superjuri ta' kumpaniji li jfornu servizzi ta' konsultazzjoni dwar l-għassa u s-sigurtà jeħtieġ li jkun magħmul minn nazzjonali residenti ta' Stat Membru.

 

Fil-FI: Il-liċenzji għall-forniment tas-servizzi ta' sigurtà jistgħu jingħataw biss lil persuni fiżiċi residenti fiż-ŻEE jew persuni ġuridiċi stabbiliti fiż-ŻEE.

 

Fi ES: Il-forniment transfruntiera tas-servizz tas-sigurtà. Jeżistu rekwiżiti ta' nazzjonalità għall-persunal tas-sigurtà privata.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BE, FI, FR u PT: Il-forniment tas-servizzi ta' sigurtà minn fornitur barrani fuq bażi transfruntiera mhuwiex permess. Jeżistu rekwiżiti tan-nazzjonalità għal persunal speċjalizzat fil-PT u għad-diretturi maniġerjali u d-diretturi fi FR.

Miżuri eżistenti:

 

BE: Loi réglementant la sécurité privée et particulière, 2 Octobre 2017.

 

BG: L-Att dwar in-Negozju tas-Sigurtà Privata.

 

CZ: L-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.

 

DK: Ir-Regolament dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

 

FI: Laki yksityisistä turvallisuuspalveluista 282/2002 (l-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà Privati).

 

LT: Il-Liġi dwar is-sigurtà tal-Persuni u l-Assi 8 ta' Lulju 2004 Nru IX-2327.

 

LV: Il-Liġi dwar l-Attivitajiet ta' Gwardjani tas-Sigurtà (it-Taqsimiet 6, 7, 14).

 

PL: L-Att tat-22 ta' Awwissu 1997 dwar il-protezzjoni tal-persuni u l-proprjetà (il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2016, punt 1432 kif emendat).

 

PT: Il-Liġi 34/2013 alterada p/Lei 46/2019, 16 maio; u d-Digriet 273/2013 alterada p/Portaria 106/2015, 13 abril.

 

SI: Zakon o zasebnem varovanju (Il-Liġi dwar is-sigurtà privata).

(b)   Servizzi tal-investigazzjoni (CPC 87301)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-AT u SE: Il-forniment tas-servizzi tal-investigazzjoni.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-LT u fil-PT: Is-servizzi tal-investigazzjoni huma monopolju riżervati għall-Istat.

Riżerva Nru 10 – Servizzi tan-Negozju – servizzi tan-negozju oħra

Settur – sottosettur:

Servizzi tan-Negozju – Servizzi tan-Negozju oħra (servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni, servizzi ta' duplikazzjoni, servizzi relatati mad-distribuzzjoni tal-enerġija u servizzi relatati mal-manifattura)

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 87905, 87904, 884, 887

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni (CPC 87905)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

Fil-HR: Il-forniment transfruntiera ta' traduzzjoni u interpretazzjoni ta' dokumenti uffiċjali.

(b)   Servizzi ta' Duplikazzjoni (CPC 87904)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-HU: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi ta' duplikazzjoni.

(c)   Servizzi relatati mad-distribuzzjoni tal-enerġija u servizzi relatati mal-manifattura (parti minn CPC 884, 887 minbarra servizzi ta' pariri u konsulenza)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-HU: Servizzi relatati mad-distribuzzjoni tal-enerġija, u forniment transfruntiera tas-servizzi relatati mal-manifattura, bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta' pariri u konsultazzjoni relatati ma' dawn is-setturi.

(d)   Servizz ta' manutenzjoni u tiswija ta' bastimenti, tagħmir tat-trasport bil-ferrovija u bl-ajru u partijiet minnu (parti minn CPC 86764, CPC 86769. CPC 8868)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-UE, bl-eċċezzjoni tal-DE, EE u HU: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi ta' manutenzjoni u tiswija ta' tagħmir tat-trasport bil-ferrovija.

 

Fl-UE, bl-eċċezzjoni tar- CZ, EE, HU, LU u SK: Il-forniment transfruntiera ta' servizzi ta' manutenzjoni u tiswija ta' bastimenti tat-trasport fil-passaġġi tal-ilma interni.

 

Fl-UE, bl-eċċezzjoni tal-EE, HU u LV: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi ta' manutenzjoni u tiswija ta' bastimenti marittimi.

 

Fl-UE, bl-eċċezzjoni tal-AT, EE, HU, LV, u PL: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi ta' manutenzjoni u tiswija ta' inġenji tal-ajru u partijiet minnhom (parti minn CPC 86764, CPC 86769, CPC 8868).

 

Fl-UE: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi ta' perizji statutorji u ċertifikazzjoni ta' vapuri.

Miżuri eżistenti:

 

UE: Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(e)   Servizzi tan-negozju oħra relatati mal-avjazzjoni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ Transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

L-UE: Tadotta trattament differenzjali lil pajjiż terz skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar is-segwenti servizzi:

(a)

il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi ta' trasport bl-ajru;

(b)

is-servizzi ta' sistema kompjuterizzata ta' prenotazzjoni (CRS);

(c)

il-manutenzjoni u tiswija tal-ingenji tal-ajru u partijiet minnhom,

(d)

il-kera jew il-leasing ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ Transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-DE, fi FR: Tifi tan-nar mill-ajru, taħriġ fit-titjir, bexx, stħarriġ, immappjar, fotografija, u servizzi agrikoli, industrijali u ta' spezzjoni oħra li jsiru fl-ajru.

 

Fil-FI, SE: Tifi tan-nar mill-ajru.

Riżerva Nru 11 - Telekomunikazzjoni

Settur:

Servizzi tat-trażmissjoni mxandra bis-satellita

Klassifikazzjoni tal-industrija:

 

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

Fil-BE: Servizzi tat-trażmissjoni mxandra bis-satellita.

Riżerva Nru 12 – Kostruzzjoni

Settur:

Servizzi tal-kostruzzjoni

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 51

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

Fil-LT: Id-dritt li titħejja dokumentazzjoni ta' disinn għal xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' sinifikat eċċezzjonali jingħata biss lil intrapriża ta' disinn irreġistrata fil-Litwanja jew lil intrapriża barranija ta' disinn li tkun ġiet approvata minn istituzzjoni awtorizzata mill-Gvern għal dawk l-attivitajiet. Id-dritt għat-twettiq ta' attivitajiet tekniċi fl-oqsma prinċipali tal-kostruzzjoni jista' jingħata lil persuna li mhijiex Litwana li tkun ġiet approvata minn istituzzjoni awtorizzata mill-Gvern tal-Litwanja.

Riżerva Nru 13 - Servizzi ta' distribuzzjoni

Settur:

Servizzi ta' distribuzzjoni

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 62117, 62251, 8929, parti minn 62112, 62226, parti minn 631

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Distribuzzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Distribuzzjoni bl-ingrossa transfruntiera ta' prodotti farmaċewtiċi (CPC 62251).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment -Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ Transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: Distribuzzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi (CPC 62117, 62251, 8929).

Miżuri eżistenti:

 

BG: Il-Liġi dwar Prodotti Mediċinali fil-Mediċina tal-Bniedem; il-Liġi dwar l-Apparat Mediku.

 

FI: Lääkelaki (l-Att dwar il-Mediċina) (395/1987).

(b)   Distribuzzjoni ta' xorb alkoħoliku

 

Fil-FI: Distribuzzjoni ta' xorb alkoħoliku (parti minn CPC 62112, 62226, 63107, 8929).

Miżuri eżistenti:

 

FI: Alkoholilaki (l-Att dwar l-Alkoħol) (1102/2017).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-SE: Timponi monopolju fuq il-bejgħ bl-imnut ta' likuri, inbid u birra (minbarra l-birra mhux alkoħolika). Attwalment Systembolaget AB għandha tali monopolju governattiv fuq il-bejgħ bl-imnut ta' likuri, inbid u birra (minbarra l-birra mhux alkoħolika). Ix-xarbiet alkoħoliċi huma xarbiet b'kontenut tal-alkoħol 'il fuq minn 2,25 fil-mija għal kull volum. Għall-birra, il-limitu huwa kontenut tal-alkoħol 'il fuq minn 3,5 fil-mija għal kull volum (parti minn CPC 631).

Miżuri eżistenti:

 

SE: L-Att dwar l-Alkoħol (2010:1622).

(c)   Distribuzzjoni oħra (parti minn CPC 621, CPC 62228, CPC 62251, CPC 62271, parti minn CPC 62272, CPC 62276, CPC 63108, parti minn CPC 6329)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Distribuzzjoni bl-ingrossa ta' prodotti kimiċi, metalli u ħaġar prezzjużi, sustanzi mediċi u prodotti u oġġetti għal użu mediku; tabakk u prodotti tat-tabakk u xorb alkoħoliku.

Il-Bulgarija tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-servizzi pprovduti minn sensara ta' kommodità.

Miżuri eżistenti:

 

Fil-BG: Il-Liġi dwar Prodotti Mediċinali fil-Mediċina tal-Bniedem;

 

il-Liġi dwar l-Apparati Mediċi;

 

il-Liġi dwar l-Attività Veterinarja;

 

il-Liġi għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi u għall-Kontroll fuq is-Sustanzi Kimiċi Tossiċi u l-Prekursuri Tagħhom;

 

il-Liġi dwar it-Tabakk u l-Prodotti tat-Tabakk. Il-Liġi dwar id-dazji tas-sisa u l-imħażen tat-taxxa u l-Liġi dwar l-inbid u l-ispirti.

Riżerva Nru 14 - Servizzi edukattivi

Settur:

Servizzi edukattivi

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 92

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ Transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

L-UE: Servizzi edukattivi li jirċievu finanzjament pubbliku jew appoġġ mill-Istat fi kwalunkwe forma. Fejn huwa permess il-forniment tas-servizzi edukattivi ffinanzjati mill-privat minn fornitur barrani, il-parteċipazzjoni tal-operaturi privati fis-sistema edukattiva tista' tkun soġġetta għal konċessjonijiet allokati fuq bażi nondiskriminatorja.

Fl-UE, bl-eċċezzjoni tar-CZ, NL, SE u SK: Fir-rigward tal-forniment tas-servizzi edukattivi oħra ffinanzjati mill-privat, jiġifieri minbarra dawk klassifikati bħala servizzi edukattivi primarji, sekondarji, ta' edukazzjoni għolja jew għall-adulti (CPC 929).

F'CY, FI, MT u RO: Il-forniment tas-servizzi edukattivi primarji, sekondarji, u għall-adulti ffinanzjati mill-privat (CPC 921, 922, 924).

Fl-AT, BG, CY, FI, MT u RO: Il-forniment tas-servizzi ta' edukazzjoni għolja ffinanzjati mill-privat (CPC 923).

Fiċ-CZ u fis-SK: Il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' stabbiliment li jipprovdi servizzi edukattivi ffinanzjati mill-privat iridu jkunu nazzjonali ta' dak il-pajjiż (CPC 921, 922, 923 għas-SK minbarra 92310, 924).

Fis-SI: L-iskejjel elementari ffinanzjati privatament jistgħu jiġu stabbiliti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi Sloveni biss. Il-fornitur tas-servizzi jrid jistabbilixxi uffiċċju jew fergħa reġistrata. Il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' stabbiliment li jipprovdi servizzi edukattivi sekondarji jew ta' edukazzjoni għolja jridu jkunu nazzjonali Sloveni (CPC 922, 923).

Fl-SE: Fornituri tas-servizzi edukattivi li huma approvati minn awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu edukazzjoni. Din ir-riżerva tapplika għal fornituri tas-servizzi edukattivi ffinanzjati mill-privat b'xi forma ta' appoġġ mill-Istat, fost oħrajn fornituri tas-servizz edukattiv rikonoxxuti mill-Istat, fornituri tas-servizzi edukattivi li huma taħt is-superviżjoni tal-Istat jew l-edukazzjoni li tintitola għal appoġġ tal-istudju (CPC 92).

Fis-SK: Ir-residenza fiż-ŻEE hija meħtieġa għal fornituri tas-servizzi edukattivi kollha ffinanzjati mill-privat minbarra għas-servizzi edukattivi post-sekondarji tekniċi u vokazzjonali. Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista' jkun applikabbli u l-għadd ta' skejjel stabbiliti jista' jkun limitat mill-awtoritajiet lokali (CPC 921, 922, 923 minbarra 92310, 924).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

Fil-BG, IT u SI: li jirrestrinġu l-forniment transfruntiera tas-servizzi edukattivi primarji ffinanzjati mill-privat (CPC 921).

Fil-BG u fl-IT: li jirrestrinġu l-forniment transfruntiera tas-servizzi edukattivi sekondarji ffinanzjati mill-privat (CPC 922).

Fl-AT: li tirrestrinġi l-forniment transfruntiera tas-servizzi edukattivi għall-adulti ffinanzjati mill-privat permezz ta' xandir bir-radju jew televiżiv (CPC 924).

Miżuri eżistenti:

 

BG: L-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika, l-Artikolu 12;

il-Liġi għall-Edukazzjoni Għolja, il-paragrafu 4 tad-dispożizzjonijiet addizzjonali; u l-Att dwar l-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali, l-Artikolu 22.

 

FI: Perusopetuslaki (l-Att dwar l-Edukazzjoni Bażika) (628/1998);

 

Lukiolaki (l-Att dwar l-Ogħla Skejjel Sekondarji Ġenerali) (629/1998);

 

Laki ammatillisesta koulutuksesta (l-Att dwar it-Taħriġ Vokazzjonali u l-Edukazzjoni) (630/1998);

 

Laki ammatillisesta koulutuksesta (l-Att dwar l-Edukazzjoni Vokazzjonali għall-Adulti) (631/1998);

 

Ammattikorkeakoululaki (l-Att dwar il-Politekniċi) (351/2003); u Yliopistolaki (l-Att dwar l-Universitajiet) (558/2009).

 

IT: Id-Digriet Irjali 1592/1933 (il-Liġi dwar l-edukazzjoni sekondarja);

il-Liġi 243/1991 (Kontribuzzjoni pubblika okkażjonali għall-universitajiet privati);

ir-Riżoluzzjoni 20/2003 tas-CNVSU (Comitato nazionale per la valutazione del sistema universitario); u

d-Digriet tal-President tar-Repubblika (DPR) 25/1998.

 

SK: L-Att 245/2008 dwar l-edukazzjoni;

 

l-Att 131/2002 dwar l-Universitajiet; u

 

l-Att 596/2003 dwar l-Amministrazzjoni mill-Istat tal-Edukazzjoni u l-Awtonomija tal-Iskejjel.

Riżerva Nru 15 - Servizzi ambjentali

Settur – sottosettur:

Servizzi ambjentali – ġestjoni tal-iskart u tal-ħamrija

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 9401, 9402, 9403, 94060

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Kapitolu:

Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

 

Fil-DE: il-forniment tas-servizzi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra s-servizzi ta' konsulenza, u fir-rigward tas-servizzi relatati mal-protezzjoni tal-ħamrija u l-immaniġġar ta' ħamrija kkontaminata, minbarra s-servizzi ta' konsulenza.

Riżerva Nru 16 - Servizzi finanzjarji

Settur:

Servizzi finanzjarji

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Mhux applikabbli

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Is-servizzi finanzjarji kollha

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq

id-dritt tar-rekwiżit li meta fornitur ta' servizzi finanzjarji, għajr fergħa, jistabbilixxi ruħu fi Stat Membru jadotta forma legali speċifika, fuq bażi nondiskriminatorja.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali

id-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tal-forniment transfruntiera tas-servizzi finanzjarji kollha minbarra:

 

Fl- UE (b'eċċezzjoni għall-BE, CY, EE, LT, LV, MT, PL, RO, SI):

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) u intermedjazzjoni assigurattiva diretta għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(iv)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri tas-servizzi finanzjarji oħra; u

(v)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

 

Fil-BE:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) u intermedjazzjoni assigurattiva diretta għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(iv)

għall-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u software relatat minn fornituri ta' servizzi finanzjarji oħra;

 

F'CY:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

l-intermedjazzjoni assigurattiva;

(iii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iv)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(v)

in-negozjar għan-nom proprju jew f'isem il-konsumaturi, sew jekk fuq skambju, jew f'suq finanzjarju barra l-borża jew mod ieħor, ta' titoli trasferibbli;

(vi)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri tas-servizzi finanzjarji oħra; u

(vii)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

 

Fl-EE:

(i)

assigurazzjoni diretta (inkluż il-koassigurazzjoni);

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

l-intermedjazzjoni assigurattiva;

(iv)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(v)

l-aċċettar ta' depożiti;

(vi)

is-self ta' kull tip;

(vii)

il-leasing finanzjarju;

(viii)

is-servizzi kollha ta' pagament u ta' trażmissjoni tal-flus; il-garanziji u l-impenji;

(ix)

in-negozjar għan-nom proprju jew f'isem il-konsumaturi, kemm jekk fuq skambju jew f'suq finanzjarju barra l-borża;

(x)

il-parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull tip ta' titoli, inkluż underwriting u tqegħid bħala aġent (kemm jekk pubblikament jew privatament) u l-forniment ta' servizzi relatati ma' tali ħruġ;

(xi)

is-senserija ta' flus;

(xii)

l-amministrazzjoni ta' assi, bħal amministrazzjoni ta' flus u ta' portafoll, kull forma ta' amministrazzjoni ta' investiment kollettiv, servizzi ta' kustodja, depożitarji u fiduċjarji;

(xiii)

is-servizzi ta' saldu u tal-ikklirjar għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti oħra negozjabbli;

(xiv)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat; u

(xv)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

 

Fil-LT:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(iv)

l-aċċettar ta' depożiti;

(v)

is-self ta' kull tip;

(vi)

il-leasing finanzjarju;

(vii)

is-servizzi kollha ta' pagament u ta' trażmissjoni tal-flus; il-garanziji u l-impenji;

(viii)

in-negozjar għan-nom proprju jew f'isem il-konsumaturi, kemm jekk fuq skambju jew f'suq finanzjarju barra l-borża;

(ix)

il-parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull tip ta' titoli, inkluż underwriting u tqegħid bħala aġent (kemm jekk pubblikament jew privatament) u l-forniment ta' servizzi relatati ma' tali ħruġ;

(x)

is-senserija ta' flus;

(xi)

l-amministrazzjoni ta' assi, bħal amministrazzjoni ta' flus u ta' portafoll, kull forma ta' amministrazzjoni ta' investiment kollettiv, servizzi ta' kustodja, depożitarji u fiduċjarji;

(xii)

is-servizzi ta' saldu u tal-ikklirjar għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti oħra negozjabbli;

(xiii)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat; u

(xiv)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f'dak il-punt.

 

Fil-LV:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(iv)

il-parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull tip ta' titoli, inkluż underwriting u tqegħid bħala aġent (kemm jekk pubblikament jew privatament) u l-forniment ta' servizzi relatati ma' tali ħruġ;

(v)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri tas-servizzi finanzjarji oħra; u

(vi)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183 (a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

 

F'MT:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(iv)

l-aċċettar ta' depożiti;

(v)

is-self ta' kull tip;

(vi)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri tas-servizzi finanzjarji oħra; u

(vii)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

 

Fil-PL:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati;

(ii)

riassigurazzjoni u retroċessjoni ta' riskji relatati mal-oġġetti f'kummerċ internazzjonali;

(iii)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluż l-koassigurazzjoni u r-retroċessjoni) u intermedjazzjoni assigurattiva diretta għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(iv)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri tas-servizzi finanzjarji oħra; u

(v)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

 

Fir-RO:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) u intermedjazzjoni assigurattiva diretta għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(iv)

l-aċċettar ta' depożiti;

(v)

is-self ta' kull tip;

(vi)

il-garanziji u l-impenji;

(vii)

is-senserija ta' flus;

(viii)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat; u

(ix)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

 

Fis-SI:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) u intermedjazzjoni assigurattiva diretta għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

a.

tbaħħir marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud u jew kollox minn dawn li ġejjin: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun ġejja minn dawn; u

b.

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;

(iii)

is-servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni;

(iv)

is-self ta' kull tip;

(v)

l-aċċettar ta' garanziji u impenji minn istituzzjonijiet ta' kreditu barranin minn entitajiet legali domestiċi u kummerċjanti waħdiena;

(vi)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri tas-servizzi finanzjarji oħra; u

(ix)

s-servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda mhux l-intermedjazzjoni kif deskritt f’dak il-punt.

(b)   Servizzi tal-assigurazzjoni u relatati mal-assigurazzjoni

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: L-assigurazzjoni tat-trasport, li tkopri oġġetti, assigurazzjoni ta' vetturi bħala tali u assigurazzjoni ta' responsabbiltà fir-rigward ta' riskji fil-Bulgarija ma tistax tiġi sottoskritta minn kumpaniji barranin tal-assigurazzjoni direttament.

 

Fil-DE: Jekk kumpanija barranija tal-assigurazzjoni tkun waqqfet fergħa fil-Ġermanja, tista' biss tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni fil-Ġermanja dwar trasport internazzjonali permezz tal-fergħa tagħha stabbilita fil-Ġermanja.

Miżuri eżistenti:

 

DE: Luftverkehrsgesetz (LuftVG); u

Luftverkehrszulassungsordnung (LuftVZO).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi ES: Ir-residenza hija meħtieġa jew alternattivament sentejn esperjenza għall-professjoni attwarja.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-FI: Il-forniment tas-servizzi ta' sensara tal-assigurazzjoni huwa soġġett għal post permanenti ta' negozju fl-UE.

Kumpaniji tal-assigurazzjoni li għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni Ewropea biss jew li għandhom il-fergħa tagħhom fil-Finlandja jistgħu joffru servizzi tal-assigurazzjoni diretta, inkluża l-koassigurazzjoni.

Miżuri eżistenti:

 

FI: Laki ulkomaisista vakuutusyhtiöistä (l-Att dwar il-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni Barranin) (398/1995);

Vakuutusyhtiölaki (l-Att dwar il-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni) (521/2008);

Laki vakuutusedustuksesta (l-Att dwar id-distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni) (234/2018).

Fi FR: L-assigurazzjoni tar-riskji marbuta mat-trasport fuq l-art tista' ssir biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-Unjoni Ewropea.

Miżuri eżistenti:

 

FR: Code des assurances.

Fl-HU: Huma biss il-persuni ġuridiċi tal-UE u l-fergħat irreġistrati fl-Ungerija li jistgħu jfornu servizzi tal-assigurazzjoni diretta.

Miżuri eżistenti:

 

HU: L-Att LX tal-2003.

Fl-IT: L-assigurazzjoni tat-trasport ta' oġġetti, l-assigurazzjoni ta' vetturi u l-assigurazzjoni ta' responsabbiltà dwar riskji fl-Italja jistgħu jkunu sottoskritti biss minn kumpaniji ta' assigurazzjoni stabbiliti fl-Unjoni Ewropea, ħlief għal trasport internazzjonali li jinvolvi importazzjonijiet fl-Italja.

Il-forniment transfruntiera tas-servizzi attwarjali.

Miżuri eżistenti:

 

IT: L-Artikolu 29 tal-kodiċi ta' assigurazzjoni privata (id-Digriet Leġiżlattiv nru 209 tas-7 ta' Settembru 2005), il-Liġi 194/1942 dwar il-professjoni attwarjali.

Fil-PT: L-assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu, li tkopri prodotti, inġenji tal-ajru, bastimenti u responsabbiltà, tista' tkun sottoskritta biss minn intrapriżi, persuni ġuridiċi stabbiliti fl-UE. Persuni fiżiċi fl-UE jew intrapriżi stabbiliti fl-UE biss jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji għal tali negozju tal-assigurazzjoni fil-Portugall.

Miżura eżistenti:

 

PT: L-Artikolu 3 tal-Liġi 147/2015, l-Artikolu 8 tal-Liġi 7/2019.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali

 

Fis-SK: In-nazzjonali barranin jistgħu jistabbilixxu kumpanija tal-assigurazzjoni fil-forma ta' kumpanija b'ishma konġunti jew jistgħu jwettqu negozju tal-assigurazzjoni permezz tal-fergħat tagħhom li għandhom uffiċċju reġistrat fir-Repubblika Slovakka. L-awtorizzazzjoni fiż-żewġ każijiet hija soġġetta għall-evalwazzjoni tal-awtorità superviżorja.

Miżuri eżistenti:

 

SK: L-Att 39/2015 dwar l-Assigurazzjoni.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq

 

Fil-FI: Mill-inqas nofs il-membri tal-bord tad-diretturi u l-bord superviżorju, id-direttur maniġerjali ta' kumpanija tal-assigurazzjoni li tforni assigurazzjoni statutorja tal-pensjoni għandhom ikollhom il-post ta' residenza tagħhom fiż-ŻEE, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux eżenzjoni għal dan. L-assiguraturi barranin ma jistgħux jiksbu liċenzja fil-Finlandja bħala fergħa sabiex ifornu assigurazzjoni statutorja tal-pensjoni. Mill-inqas awditur wieħed għandu jkollu r-residenza permanenti tiegħu fiż-ŻEE.

Għal kumpaniji tal-assigurazzjoni oħra, ir-residenza fiż-ŻEE hija meħtieġa għal mill-inqas membru wieħed tal-bord tad-diretturi, il-bord superviżorju u d-direttur maniġerjali. Mill-inqas awditur wieħed għandu jkollu r-residenza permanenti tiegħu fiż-ŻEE. L-aġent ġenerali ta' kumpanija tal-assigurazzjoni tar-Renju Unit irid ikollu l-post tar-residenza tiegħu fil-Finlandja, sakemm il-kumpanija ma jkollhiex l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni Ewropea.

Miżuri eżistenti:

 

FI: Laki ulkomaisista vakuutusyhtiöistä (l-Att dwar il-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni Barranin) (398/1995); Vakuutusyhtiölaki (l-Att dwar il-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni) (521/2008);

 

Laki vakuutusedustuksesta (l-Att dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni) (570/2005);

 

Laki vakuutusten tarjoamisesta (l-Att dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni) (234/2018) u

 

Laki työeläkevakuutusyhtiöistä (Att dwar il-Kumpaniji li jipprovdu assigurazzjoni statutorja tal-pensjoni) (354/1997).

(c)   Servizzi Bankarji u Servizzi Finanzjarji Oħra

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

L-UE: Il-persuni ġuridiċi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni Ewropea biss jistgħu jaġixxu bħala depożitorji tal-assi ta' fondi tal-investiment. L-istabbiliment ta' kumpanija ta' maniġment speċjalizzata, li għandha l-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju reġistrat fl-istess Stat Membru, huwa meħtieġ li jwettaq l-attivitajiet ta' maniġment ta' fondi komuni, inklużi unit trusts, u fejn permess skont il-liġi nazzjonali, kumpaniji tal-investiment.

Miżuri eżistenti:

 

UE: Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ; u

d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Fl- EE: Għall-aċċettar ta' depożiti, hi meħtieġa l-awtorizzazzjoni minn Awtorità Superviżorja finanzjarja tal-Estonja u reġistrazzjoni skont il-Liġi tal-Estonja bħala kumpanija b'ishma konġunti, sussidjarja jew fergħa.

Miżuri eżistenti:

 

EE: Krediidiasutuste seadus (l-Att dwar Istituzzjonijiet ta' Kreditu) § 206 u §21.

Fis-SK: Is-servizzi ta' investiment jistgħu jiġu pprovduti biss minn kumpaniji ta' maniġment li għandhom il-forma ġuridika ta' kumpanija b'ishma konġunti b'kapital ta' ekwità skont il-liġi.

Miżuri eżistenti:

 

SK: L-Att 566/2001 dwar it-Titoli u s-Servizzi ta' Investiment; u l-Att 483/2001 dwar il-Banek.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Fil-FI: Mill-inqas wieħed mill-fundaturi, il-membri tal-bord tad-diretturi, il-bord superviżorju, id-direttur maniġerjali tal-fornituri ta' servizzi bankarji u l-persuna intitolata li tiffirma l-isem tal-istituzzjoni ta' kreditu għandhom ikollhom r-residenza permanenti tagħhom fiż-ŻEE. Mill-inqas awditur wieħed għandu jkollu r-residenza permanenti tiegħu fiż-ŻEE.

Miżuri eżistenti:

 

FI: Laki liikepankeista ja muista osakeyhtiömuotoisista luottolaitoksista (l-Att dwar il-Banek

Kummerċjali u Istituzzjonijiet ta' Kreditu Oħra fil-Forma ta' Kumpanija b'responsabbiltà Limitata) (1501/2001);

Säästöpankkilaki (1502/2001) (l-Att dwar it-Tfaddil Bankarju);

Laki osuuspankeista ja muista osuuskuntamuotoisista luottolaitoksista (1504/2001) (l-Att dwar il-Banek Kooperattivi u Istituzzjonijiet ta' Kreditu Oħra fil-Forma ta' Bank Kooperattiv);

Laki hypoteekkiyhdistyksistä (936/1978) (l-Att dwar Soċjetajiet ta' Ipoteki);

Maksulaitoslaki (297/2010) (l-Att dwar Istituzzjonijiet ta' Pagament);

Laki ulkomaisen maksulaitoksen toiminnasta Suomessa (298/2010) (l-Att dwar l-operat ta' Istituzzjoni ta' Pagament Barranija fil-Finlandja); u

Laki luottolaitostoiminnasta (l-Att dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu) (121/2007).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-Suq, Trattament Nazzjonali, u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fl-IT: Servizzi ta' "consulenti finanziari" (konsulent finanzjarju). Meta jipprovdu l-attività ta' bejgħ bieb bieb, l-intermedjarji jridu jużaw bejjiegħa finanzjarji awtorizzati li jkunu residenti fit-territorju ta' Stat Membru.

Miżuri eżistenti:

 

IT: L-Artikoli 91-111 tar-Regolament Consob dwar l-Intermedjarji (nru 16190 tad-29 ta' Ottubru 2007).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

 

Fil-LT: Huma biss il-banek li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom jew fergħa fil-Litwanja u li huma awtorizzati jipprovdi servizzi ta' investiment fiż-ŻEE li jistgħu jaġixxu bħala d-depożitarji tal-assi ta' fondi tal-pensjoni. Mill-inqas kap wieħed mill-amministrazzjoni tal-bank irid jitkellem il-lingwa Litwana.

Miżuri eżistenti:

 

LT: Il-Liġi dwar il-Banek tar-Repubblika tal-Litwanja tat-30 ta' Marzu 2004 Nru IX-2085, kif emendata bil-Liġi Nru XIII-729 tas-16 ta' Novembru 2017;

 

il-Liġi dwar l-Intrapriżi għal Investiment Kollettiv tar-Repubblika tal-Litwanja tal-4 ta' Lulju 2003 Nru IX-1709, kif emendata bil-Liġi Nru XIII-1872 tal-20 ta' Diċembru 2018;

 

il-Liġi dwar l-Akkumulazzjoni Addizzjonali Volontarja tal-Pensjoni tar-Repubblika tal-Litwanja tat-3 ta' Ġunju 1999 Nru VIII-1212 (kif riveduta bil-Liġi Nru XII-70 tal-20 ta' Diċembru 2012);

 

il-Liġi dwar il-Pagamenti tar-Repubblika tal-Litwanja tal-5 ta' Ġunju 2003 Nru IX-1596, l-aħħar emenda 17 ta' Ottubru 2019 Nru XIII-2488

 

Il-Liġi dwar l-Istituzzjoni ta' Pagament tar-Repubblika tal-Litwanja tal-10 ta' Diċembru 2009 Nru XI-549 (verżjoni ġdida tal-Liġi: Nru XIII-1093 tas-17 ta' April 2018)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-FI: Għas-servizzi ta' pagamenti, ir-residenza jew id-domiċilju fil-Finlandja jista' jkun meħtieġ.

Riżerva Nru 17 – Servizzi soċjali u tas-saħħa

Settur:

Servizzi soċjali u tas-saħħa

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 93, 931, minbarra 9312, parti minn 93191, 9311, 93192, 93193, 93199

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi tas-saħħa – sptar, ambulanza, servizzi tas-saħħa residenzjali (CPC 93, 931, minbarra 9312, parti minn 93191, 9311. 93192, 93193, 93199)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

L-UE: Għall-forniment tas-servizzi tas-saħħa kollha li jirċievu finanzjament pubbliku jew appoġġ mill-Istat fi kwalunkwe forma.

L-UE: Għas-servizzi tas-saħħa kollha ffinanzjati mill-privat, minbarra sptar, ambulanza, u servizzi ta' faċilitajiet residenzjali tas-saħħa ffinanzjati mill-privat, apparti servizzi fi sptar. Il-parteċipazzjoni tal-operaturi privati fin-network tas-saħħa ffinanzjat privatament tista' tkun soġġetta għal konċessjoni fuq bażi nondiskriminatorja. Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista' jkun applikabbli. Kriterji ewlienin: l-għadd ta' stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, l-infrastruttura tat-trasport, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-ħolqien ta' impjiegi ġodda.

Din ir-riżerva mhijiex relatata mal-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, inkluż is-servizzi pprovduti minn professjonisti bħal tobba, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, paramediċi u psikologi, li huma koperti b'riżervi oħra (CPC 931 minbarra 9312, parti 93191).

Fl-AT, PL u SI: Il-forniment tas-servizzi tal-ambulanza ffinanzjati mill-privat (CPC 93192).

L-istabbiliment tas-servizzi tal-ambulanza u s-servizzi ta' faċilitajiet residenzjali tas-saħħa ffinanzjati mill-privat apparti servizzi fi sptar (CPC 93192, 93193).

Fil-BG, CY, CZ, FI, MT u SK: Il-forniment tas-servizzi ta' sptar, ambulanza u servizzi ta' faċilitajiet residenzjali tas-saħħa ffinanzjati mill-privat apparti servizzi fi sptar (CPC 9311, 93192, 93193).

Fil-FI: Il-forniment ta' servizzi oħra tas-saħħa tal-bniedem (CPC 93199).

Miżuri eżistenti:

 

CZ: L-Att Nru 372/2011 Sb. dwar is-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa u l-Kondizzjonijiet tal-Forniment Tagħhom.

 

FI: Laki yksityisestä terveydenhuollosta (l-Att dwar il-Kura tas-Saħħa Privata) (152/1990).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni:

 

Fil-DE: Il-forniment tas-Sistema tas-Sigurtà Soċjali tal-Ġermanja, fejn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti minn kumpaniji jew entitajiet differenti li jinvolvu elementi kompetittivi li b'hekk mhumiex "Servizzi mwettqa esklussivament fl-eżerċizzju ta' awtorità governattiva". Tadotta trattament aħjar fil-kuntest ta' ftehim kummerċjali bilaterali fir-rigward tal-forniment tas-servizzi soċjali u tas-saħħa (CPC 93).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-DE: Is-sjieda tal-isptarijiet operati mill-Forzi Ġermaniżi.

Li tinnazzjonalizza sptarijiet iffinanzjati mill-privat ewlenin oħra (CPC 93110).

Fi FR: Għall-forniment tas-servizzi ta' analiżi tal-laboratorju u l-ittestjar iffinanzjati mill-privat.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi FR: Il-forniment tas-servizzi ta' analiżi tal-laboratorju u l-ittestjar iffinanzjati mill-privat (parti minn CPC 9311).

Miżuri eżistenti:

 

FR: Code de la Santé Publique

(b)   Servizzi soċjali u tas-saħħa, inkluża assigurazzjoni tal-pensjoni

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-HU: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi tas-saħħa, s-servizzi soċjali u l-attivitajiet jew servizzi li jiffurmaw parti minn pjan pubbliku tal-irtirar jew sistema statutorja tas-sigurtà soċjali. Din ir-riżerva mhijiex relatata mal-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, inkluż is-servizzi pprovduti minn professjonisti bħal tobba, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, paramediċi u psikologi, li huma koperti b'riżervi oħra (CPC 931 minbarra 9312, parti minn 93191).

Fl-HU: Il-forniment transfruntiera tas-servizzi kollha tal-isptar, l-ambulanza u s-servizzi tas-saħħa residenzjali minbarra s-servizzi fi sptar, li jirċievu finanzjament pubbliku (CPC 9311, 93192, 93193).

(c)   Servizzi soċjali, inkluża assigurazzjoni tal-pensjoni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni:

 

L-UE: Il-forniment tas-servizzi soċjali kollha li jirċievu finanzjament pubbliku jew appoġġ mill-Istat fi kwalunkwe forma, u attivitajiet jew servizzi li jiffurmaw parti minn pjan pubbliku tal-irtirar jew sistema statutorja tas-sigurtà soċjali. Il-parteċipazzjoni tal-operaturi privati fin-network soċjali ffinanzjat mill-privat tista' tkun soġġetta għal konċessjoni fuq bażi nondiskriminatorja. Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista' jkun applikabbli. Kriterji ewlienin: l-għadd ta' stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, l-infrastruttura tat-trasport, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-ħolqien ta' impjiegi ġodda.

Fil-BE, CY, DE, DK, EL, ES, FR, IE, IT u PT: Il-forniment tas-servizzi soċjali ffinanzjati mill-privat minbarra s-servizzi relatati mad-djar ta' konvalexxenza u ta' mistrieħ u d-djar tal-anzjani.

Fiċ-CZ,FI, HU, MT, PL, RO, SK, u SI: Il-forniment tas-servizzi soċjali ffinanzjati mill-privat.

Fil-DE: Is-Sistema tas-Sigurtà Soċjali tal-Ġermanja, fejn is-servizzi huma pprovduti minn kumpaniji jew entitajiet differenti li jinvolvu elementi kompetittivi u jistgħu b'hekk ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' "Servizzi mwettqa esklussivament fl-eżerċizzju ta' awtorità governattiva".

Miżuri eżistenti:

 

FI: Laki yksityisistä sosiaalipalveluista (Att dwar is-Servizzi Soċjali Privati) (922/2011).

 

IE: L-Att dwar is-Saħħa tal-2004 (S. 39); u

l-Att dwar is-Saħħa tal-1970 (kif emendat –S.61A).

 

IT: Il-Liġi 833/1978 Istituzzjoni tas-sistema tas-saħħa pubblika;

id-Digriet Leġiżlattiv 502/1992 Organizzazzjoni u dixxiplina tal-qasam tas-saħħa; il-Liġi 328/2000 Riforma tas-servizzi soċjali.

Riżerva Nru 18 - Servizzi turistiċi u servizzi relatati mal-ivvjaġġar

Settur:

Servizzi tal-gwidi turistiċi, servizzi soċjali u tas-saħħa

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 7472

Tip ta' riżerva:

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali:

 

Fi FR: Meħtieġa n-nazzjonalità ta' Stat Membru għall-forniment tas-servizzi ta' gwidi turistiċi.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Fil-LT: Sa fejn ir-Renju Unit jippermetti lin-nazzjonali tal-Litwanja jipprovdu servizzi ta' gwidi turistiċi, il-Litwanja tippermetti lin-nazzjonali tar-Renju Unit jipprovdu servizzi ta' gwidi turistiċi bl-istess kondizzjonijiet.

Riżerva Nru 19 - Servizzi rekreattivi, kulturali u sportivi

Settur:

Servizzi rikreattivi, kulturali u sportivi

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 962, 963, 9619, 964

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra (CPC963)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-AT u, għal-liberalizzazzjoni tal-investiment, fil-LT: Il-forniment ta' servizzi ta' libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra.

Fl-AT u fil-LT: Liċenzja jew konċessjoni tista' tkun meħtieġa għat-twaqqif.

(b)   Servizzi ta' divertiment, teatru, bands live u servizzi taċ-ċirku (CPC 9619, 964 ħlief 96492)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-AT u l-SE: Il-forniment transfruntier tas-servizzi tad-divertiment, inklużi servizzi tat-teatru, tal-live bands, taċ-ċirku u tad-diskoteki.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

F'CY, CZ, FI, MT, PL, RO, SI u SK: Fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tad-divertiment, inklużi servizzi tat-teatru, tal-live bands, taċ-ċirku u tad-diskoteki.

 

Fil-BG: Il-forniment tas-servizzi ta' divertiment li ġejjin: ċirku, park tad-divertiment u servizzi simili ta' attrazzjoni, swali tal-ballu, diskoteki u servizzi ta' tagħlim ta' żfin u servizzi ta' divertiment oħra.

 

Fl-EE: Il-forniment tas-servizzi tad-divertiment oħra minbarra servizzi ta' teatru ċinematografiku.

 

Fil-LT u fil-LV: Il-forniment tas-servizzi tad-divertiment kollha minbarra servizzi ta' operat ta' teatru ċinematografiku.

 

F'CY, CZ, LV, PL, RO u SK: Il-forniment transfruntier tas-servizzi sportivi u servizzi rikreattivi oħra.

(c)   Aġenziji tal-aħbarijiet u tal-istampa (CPC 962)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi FR: Il-parteċipazzjoni barranija f'kumpaniji eżistenti li jippubblikaw il-pubblikazzjonijiet fil-lingwa Franċiża ma tistax teċċedi l-20 fil-mija tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot fil-kumpanija. L-istabbiliment tal-aġenziji tal-istampa tar-Renju Unit huwa soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamentazzjoni domestika. L-istabbiliment tal-aġenziji tal-istampa minn investituri barranin huwa soġġett għar-reċiproċità.

Miżuri eżistenti:

 

FR: Ordonnance n° 45-2646 du 2 novembre 1945 portant règlementation provisoire des agences de presse; u Loi n° 86-897 du 1 août 1986 portant réforme du régime juridique de la presse.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-HU: Għall-forniment tas-servizzi ta' aġenziji tal-aħbarijiet u tal-istampa.

(d)   Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri (CPC 96492)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Il-forniment tal-attivitajiet tal-logħob tal-azzard, li jinvolvi mħatri b'valur fi flus f'logħob tax-xorti, inkluż b'mod partikolari l-lotteriji, scratch cards, servizzi ta' logħob tal-azzard offruti fil-każinòs, arcades tal-logħob tal-azzard jew postijiet b'liċenzja, servizzi tal-imħatri, tat-tombla u tal-logħob tal-azzard operati minn organizzazzjonijiet tal-karità jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, u għall-benefiċċju tagħhom.

Riżerva Nru 20 - Servizzi tat-trasport u servizzi ta' trasport awżiljari

Settur:

Servizzi tat-trasport

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Trasport Marittimu – kull attività kummerċjali oħra mwettqa minn bastiment

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

L-UE: In-nazzjonalità tal-ekwipaġġ ta' bastimenti li jbaħħru jew bastimenti li ma jbaħħrux.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-Investiment – Aċċess għas-suq, Trattament Nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-LV u MT: Persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-UE biss jistgħu jirreġistraw bastiment u joperaw flotta taħt il-bandiera nazzjonali tal-istat ta' stabbiliment (dan japplika għall-attività marittima kummerċjali kollha mwettqa minn vapur tal-baħar, inkluż is-sajd, l-akkwakultura, u s-servizzi inċidentali għas-sajd; trasportazzjoni internazzjonali ta' passiġġieri u ta' merkanzija (CPC 721); u servizzi awżiljarji għat-trasport marittimu).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

F'MT: Jeżistu drittijiet esklużivi għall-konnessjoni marittima mal-Ewropa kontinentali permezz tal-Italja ma' Malta (CPC 7213, 7214, parti minn 742, 745, parti minn 749).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fis-SK: L-investituri barranin iridu jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fir-Repubblika Slovakka sabiex japplikaw għal liċenzja li tippermettilhom jipprovdu servizz (CPC 722).

(b)   Servizzi awżiljarji għal trasport marittimu

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Il-forniment ta' servizzi ta' pilotaġġ u rmiġġ. Għal ċertezza akbar, irrispettivament mill-kriterji li jistgħu japplikaw għar-reġistrazzjoni ta' bastimenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tirrikjedi li l-bastimenti biss irreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipprovdu servizzi ta' pilotaġġ u rmiġġ (CPC 7452).

 

L-UE, bl-eċċezzjoni tal-LT u l-LV: Bastimenti bil-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea biss jistgħu jipprovdu servizzi ta' ġbid u rmonkar (CPC 7214).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-LT: Persuni ġuridiċi tal-Litwanja biss jew persuni ġuridiċi ta' Stat Membru

tal-Unjoni Ewropea b'fergħat fil-Litwanja li għandhom Ċertifikat maħruġ mill-Amministrazzjoni Litwana tas-Sikurezza Marittima jistgħu jipprovdu servizzi ta' pilotaġġ u rmiġġ, imbuttar u rmonkar (CPC 7214, 7452).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-BE: Is-servizzi ta' immaniġġar tal-merkanzija jistgħu jkunu operati biss minn ħaddiema akkreditati, li huma eliġibbli biex jaħdmu f'żoni portwali msemmija permezz ta' digriet irjali (CPC 741).

Miżuri eżistenti:

 

BE: Loi du 8 juin 1972 organisant le travail portuaire;

 

Arrêté royal du 12 janvier 1973 instituant une Commission paritaire des ports et fixant sa dénomination et sa compétence;

 

Arrêté royal du 4 septembre 1985 portant agrément d'une organisation d'employeur (Anvers);

 

Arrêté royal du 29 janvier 1986 portant agrément d'une organisation d'employeur (Gand);

 

Arrêté royal du 10 juillet 1986 portant agrément d'une organisation d'employeur (Zeebrugge); Arrêté royal du 1er mars 1989 portant agrément d'une organisation d'employeur (Ostende); u

 

Arrêté royal du 5 juillet 2004 relatif à la reconnaissance des ouvriers portuaires dans les zones portuaires tombant dans le champ d'application de la loi du 8 juin 1972 organisant le travail portuaire, tel que modifié.

(c)   Servizzi awżiljarji għat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

L-UE: Servizzi awżiljarji għat-trasportazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni.

(d)   Trasport bil-ferrovija u servizzi awżiljarji għat-trasport bil-ferrovija

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fl-UE: Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija (CPC 7111).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali:

 

Fl-UE: Trasport tal-merkanzija bil-ferrovija (CPC 7112).

 

Fil-LT: Servizzi ta' manutenzjoni u ta' tiswija ta' tagħmir tat-trasport bil-ferrovija huma soġġetti għal monopolju tal-Istat (CPC 86764, 86769, parti minn 8868).

 

Fl-SE (fir-rigward tal-Aċċess għas-suq biss): Servizzi ta' manutenzjoni u tiswija ta' tagħmir tat-trasport bil-ferrovija huma soġġetti għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi meta investitur bi ħsiebu jistabbilixxi l-faċilitajiet tiegħu stess ta' terminal. Kriterji prinċipali: limitazzjonijiet ta' spazju u kapacità (CPC 86764, 86769, parti minn 8868).

Miżuri eżistenti:

 

UE: Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

 

SE: L-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini (2010:900).

(e)   Trasport bit-triq (trasport tal-passiġġieri, trasport tal-merkanzija, servizzi ta' trasport internazzjonali bit-trakkijiet) u servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Għas-servizzi tat-trasport bit-triq koperti mill-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u l-Anness 31 ta' dan il-Ftehim.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

L-UE: Għas-servizzi tat-trasport bit-triq koperti mill-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u l-Anness 31 ta' dan il-Ftehim:

Li tillimita l-forniment ta' kabotaġġ fi Stat Membru minn investituri barranin stabbiliti fi Stat Membru ieħor (CPC 712).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Għal servizzi tat-trasport bit-triq mhux koperti mill-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u l-Anness 31 għal dan il-Ftehim:

(i)

li jkun meħtieġ l-istabbiliment u jiġi limitat il-forniment transfruntier ta' servizzi tat-trasport bit-triq (CPC 712).

(ii)

li tillimita l-forniment ta' kabotaġġ fi Stat Membru minn investituri barranin stabbiliti fi Stat Membru ieħor (CPC 712).

(iii)

test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista' jkun applikabbli għal servizzi tat-taxi fl-Unjoni bl-istabbiliment ta' limitu fuq l-għadd ta' fornituri tas-servizz. Kriterji prinċipali: id-domanda lokali kif prevista fil-liġijiet applikabbli (CPC 71221).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fil-BE: Jista' jkun stabbilit għadd massimu ta' liċenzji bil-liġi (CPC 71221).

 

Fl-IT: Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għal servizzi tal-limousine. Kriterji prinċipali: l-għadd u l-impatt fuq stabbilimenti eżistenti, densità tal-popolazzjoni, firxa ġeografika, impatt fuq il-kondizzjonijiet tat-traffiku u ħolqien ta' impjiegi ġodda.

Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għal servizzi ta' karozzi tal-linja bejn belt u oħra. Kriterji prinċipali: l-għadd u l-impatt fuq stabbilimenti eżistenti, densità tal-popolazzjoni, firxa ġeografika, impatt fuq il-kondizzjonijiet tat-traffiku u ħolqien ta' impjiegi ġodda.

Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għal forniment ta' servizzi ta' trasport ta' merkanzija. Kriterji prinċipali: id-domanda lokali (CPC 712).

Fil-BG, DE: Għat-trasportazzjoni ta' passiġġieri u ta' merkanzija, id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss lil persuni fiżiċi tal-Unjoni u lil persuni ġuridiċi tal-Unjoni li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni. (CPC 712).

F'MT: Għas-servizz pubbliku tal-karozzi tal-linja: In-network kollu huwa soġġett għal konċessjoni li tinkludi ftehim dwar Obbligu ta' Servizz Pubbliku sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti setturi soċjali (bħall-istudenti u l-anzjani) (CPC 712).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali,

Fil-FI: Awtorizzazzjoni hija meħtieġa għall-forniment ta' servizzi ta' trasport bit-triq, li mhijiex estiża għal vetturi rreġistrati barra mill-pajjiż (CPC 712).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi FR: Il-forniment ta' servizzi ta' karozzi tal-linja bejn belt u oħra (CPC 712).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fi ES: Għat-trasport ta' passiġġieri, it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi japplika għal servizzi pprovduti taħt CPC 7122. Kriterji prinċipali: id-domanda lokali. It-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi japplika għal servizzi ta' karozzi tal-linja bejn belt u oħra. Kriterji prinċipali: l-għadd u l-impatt fuq stabbilimenti eżistenti, densità tal-popolazzjoni, firxa ġeografika, impatt fuq il-kondizzjonijiet tat-traffiku u ħolqien ta' impjiegi ġodda.

 

Fl-SE: Is-servizzi ta' manutenzjoni u ta' tiswija ta' tagħmir tat-trasport bit-triq huma soġġetti għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi meta fornitur ikun beħsiebu jistabbilixxi l-faċilitajiet ta' infrastruttura tat-terminals tiegħu. Kriterji prinċipali: limitazzjonijiet ta' spazju u kapacità (CPC 6112, 6122, 86764, 86769, parti minn 8867).

 

Fis-SK: Għal trasport ta' merkanzija, jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: id-domanda lokali (CPC 712).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-BG: Li tirrikjedi stabbiliment għal servizzi ta' appoġġ għat-trasport bit-triq (CPC 744).

Miżuri eżistenti:

 

UE: Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); u r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

 

FI: Laki kaupallisista tavarankuljetuksista tiellä (l-Att dwar it-Trasport Kummerċjali bit-Triq) 693/2006; Laki liikenteen palveluista (l-Att dwar is-Servizzi tat-Trasport) 320/2017;

Ajoneuvolaki (l-Att dwar il-Vetturi) 1090/2002.

 

IT: Id-Digriet leġiżlattiv 285/1992 (Kodiċi tat-Triq u emendi sussegwenti) l-Artikolu 85;

id-Digriet Leġiżlattiv 395/2000 l-Artikolu 8 (trasport bit-triq ta' passiġġieri);

il-Liġi 21/1992 (il-Liġi Qafas dwar trasport pubbliku mhux skedat ta' passiġġieri);

il-Liġi 218/2003 l-Artikolu 1 (trasport ta' passiġġieri permezz ta' karozzi tal-linja mikrija bix-xufier); u l-Liġi 151/1981 (il-Liġi Qafas dwar trasport pubbliku lokali).

 

SE: L-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini (2010:900).

(f)   Trasport spazjali u kiri ta' inġenji spazjali

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Il-forniment ta' servizzi tat-trasport spazjali u l-provvista ta' servizzi tal-kiri tal-inġenji spazjali (CPC 733, parti minn CPC 734).

(g)   Eżenzjonijiet tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-Investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

Trasport (kabotaġġ) għajr it-trasport marittimu

Fil-FI: Skont it-trattament differenzjali lil xi pajjiż skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri li jeżentaw bastimenti reġistrati taħt il-bandiera barranija ta' pajjiż speċifikat ieħor jew vetturi rreġistrati barra mill-projbizzjoni ġenerali li jipprovdu trasport ta' kabotaġġ (inkluż trasport ikkombinat, bit-triq u bil-ferrovija) fil-Finlandja fuq il-bażi tar-reċiproċità (parti minn CPC 711, parti minn 712, parti minn 722).

Servizzi ta' appoġġ għat-trasport marittimu

Fil-BG: Sa fejn ir-Renju Unit jippermetti lill-fornituri ta' servizzi mill-Bulgarija biex jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-merkanzija u servizzi ta' ħżin u mħażen fil-portijiet tal-baħar u tax-xmajjar, inklużi servizzi relatati ma' kontejners u merkanzija f'kontejners, il-Bulgarija tippermetti li l-fornituri ta' servizzi mir-Renju Unit jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-merkanzija u servizzi ta' ħżin u mħażen fil-portijiet tal-baħar u tax-xmajjar, inklużi servizzi relatati ma' kontejners u merkanzija f'kontejners bl-istess kondizzjonijiet (parti minn CPC 741, parti minn 742).

Kiri jew leasing ta' bastimenti

Fil-DE: Il-kiri ta' vapuri barranin minn konsumaturi residenti fil-Ġermanja jista' ikun soġġett għall-kondizzjoni ta' reċiproċità (CPC 7213, 7223, 83103).

Trasport bit-triq u bil-ferrovija

L-UE: Tadotta trattament differenzjali lejn pajjiż skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (inkluż trasport ikkombinat – bit-triq jew bil-ferrovija) u trasport tal-passiġġieri, konkluża bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri u pajjiż terz (CPC 7111, 7112, 7121, 7122, 7123). Dan it-trattament jista':

(a)

jirriżerva jew jillimita l-forniment ta' servizzi ta' trasport rilevanti bejn il-Partijiet kontraenti jew fit-territorju tal-Partijiet kontraenti għal vetturi reġistrati f'kull Parti kontraenti (8); jew

(b)

jipprevedi eżenzjonijiet mit-taxxa għal dawn il-vetturi.

Trasport bit-triq

Fil-BG: Miżuri meħuda skont ftehimiet eżistenti jew futuri, li jirriżervaw jew jirrestrinġu l-forniment ta' dawn it-tipi ta' servizzi ta' trasport u jispeċifikaw it-termini u l-kondizzjonijiet ta' dan il-forniment, inkluż permessi ta' tranżitu jew taxxi preferenzjali tat-triq, fit-territorju tal-Bulgarija jew min-naħa għall-oħra tal-fruntieri tal-Bulgarija (CPC 7121, 7122, 7123).

Fiċ-CZ: Miżuri meħuda skont ftehimiet eżistenti jew futuri, u li jirriżervaw jew jillimitaw il-forniment ta' servizzi tat-trasport u li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet tal-operat, inkluż permessi ta' tranżitu jew taxxi preferenzjali tat-triq għas-servizzi tat-trasport lejn, fi, min-naħa għall-oħra u ‘l barra mir-Repubblika Ċeka lejn il-partijiet kontraenti kkonċernati (CPC 7121, 7122, 7123).

Fi ES: Awtorizzazzjoni għall-istabbiliment ta' preżenza kummerċjali fi Spanja tista' tiġi rifjutata għal fornituri ta' servizzi li l-pajjiż tal-oriġini tagħhom ma jagħtix aċċess effettiv għas-suq lill-fornituri tas-servizz minn Spanja (CPC 7123).

Miżuri eżistenti:

 

Ley 16/1987, de 30 de julio, de Ordenación de los Transportes Terrestres.

Fil-HR: Miżuri applikati taħt ftehimiet eżistenti jew futuri dwar trasport internazzjonali bit-triq u li jirriżervaw jew jillimitaw il-forniment ta' servizzi tat-trasport u li jispeċifikaw l-kondizzjonijiet tal-operat, inkluż permessi ta' tranżitu jew taxxi preferenzjali tat-triq għas-servizzi tat-trasport lejn, fi, min-naħa għall-oħra u ‘l barra mill-Kroazja għall-partijiet kontraenti kkonċernati (CPC 7121, 7122, 7123).

Fil-LT: Miżuri meħuda skont ftehimiet bilaterali u li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet għas-servizzi tat-trasport u jispeċifikaw il-kondizzjonijiet tal-operat, inklużi t-tranżitu bilaterali u permessi oħra għal servizzi ta' trasport fi, minn u 'l barra mit-territorju tal-Litwanja lill-partijiet kontraenti kkonċernati, u taxxi u imposti tat-triq (CPC 7121, 7122, 7123).

Fis-SK: Miżuri meħuda skont ftehimiet eżistenti jew futuri, u li jirriżervaw jew jillimitaw il-forniment ta' servizzi tat-trasport u li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet tal-operat, inklużi permessi ta' tranżitu jew taxxi preferenzjali tat-triq għas-servizzi tat-trasport lejn, fi, min-naħa għall-oħra u ‘l barra mir-Repubblika Ċeka lejn il-partijiet kontraenti kkonċernati (CPC 7121, 7122, 7123).

Trasport bil-ferrovija

Fil-BG, CZ u SK: Għal ftehimiet eżistenti jew futuri, u li jirregolaw id-drittijiet tat-traffiku u l-kondizzjonijiet tal-operat, u l-forniment ta' servizzi tat-trasport fit-territorju tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja u bejn il-pajjiżi kkonċernati. (CPC 7111, 7112).

Trasport bl-ajru - Servizzi awżiljarji għat-trasport bl-ajru

L-UE: Tadotta trattament differenzjali lejn pajjiż terz skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar servizzi fuq l-art.

Trasport bit-triq u bil-ferrovija

Fl-EE: meta tadotta trattament differenzjali lejn pajjiż skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar it-trasport internazzjonali bit-triq (inkluż trasport kombinat bit-triq jew bil-ferrovija), tirriżerva jew tillimita l-forniment ta' servizzi tat-trasport lejn, ġewwa, min-naħa għall-oħra u 'l barra mill-Estonja lill-Partijiet kontraenti għal vetturi reġistrati f'kull Parti kontraenti, u tipprevedi eżenzjoni mit-taxxa għal dawn il-vetturi (parti minn CPC 711, parti minn 712, parti minn 721).

Is-servizzi tat-trasport ta' passiġġieri u ta' merkanzija kollha għajr it-trasport marittimu u bl-ajru

Fil-PL: Sa fejn ir-Renju Unit jippermetti l-forniment ta' servizzi tat-trasport lejn u fit-territorju tar-Renju Unit minn fornituri tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija tal-Polonja, il-Polonja tippermetti l-forniment ta' servizzi tat-trasport minn fornituri tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija tar-Renju Unit fit-territorju tal-Polonja bl-istess kondizzjonijiet.

Riżerva Nru 21 - Agrikultura, sajd u ilma

Settur:

Agrikoltura, kaċċa, forestrija; is-sajd, l-akkwakultura, servizzi inċidentali għas-sajd; ġbir, purifikazzjoni u distribuzzjoni tal-ilma

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev 3.1011, ISIC Rev 3.1012, ISIC Rev 3.1013, ISIC Rev 3.1014, ISIC Rev 3.1015, CPC 8811, 8812, 8813 għajr servizzi ta' pariri u ta' konsulenza; ISIC Rev. 3.1 0501, 0502, CPC 882

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Agrikoltura, kaċċa u forestrija

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-HR: Attivitajiet agrikoli u tal-kaċċa.

 

Fl-HU: Attivitajiet agrikoli (ISIC Rev. 3.1011, 3.1012, 3.1013, 3.1014, 3.1015, CPC 8811, 8812, 8813 għajr servizzi ta' pariri u ta' konsulenza).

Miżuri eżistenti:

 

HR: L-Att dwar l-Art Agrikola (OG 20/18, 115/18, 98/19)

(b)   Sajd, akwakultura u servizzi relatati mas-sajd (ISIC REV. 3.1 0501, 0 502, CPC 882)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti tal-prestazzjoni, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Preżenza lokali:

 

L-UE:

1.

B'mod partikolari fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd, u ta' ftehimiet dwar is-sajd ma' pajjiż terz, l-aċċess għal u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi u l-postijiet għas-sajd li jinsabu fl-ilmijiet marittimi li jaqgħu fis-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri, jew drittijiet għas-sajd skont liċenzja tas-sajd ta' Stat Membru inklużi:

(a)

ir-regolamentazzjoni tal-ħatt l-art tal-qabdiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit jew ta' pajjiż terz fir-rigward tal-kwoti allokati lilhom jew, biss fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, ir-rekwiżit li proporzjoni mill-qabda totali tinħatt l-art f'portijiet tal-Unjoni;

(b)

l-istipular ta' daqs minimu għal kumpanija sabiex din iżżomm kemm bastimenti tas-sajd artiġjanali u tal-kosta;

(c)

l-għoti ta' trattament differenzjali skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar is-sajd; u

(d)

ir-rekwiżit li l-membri tal-ekwipaġġ ta' bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jkunu nazzjonali ta' Stati Membri.

2.

Id-dritt biex bastiment tas-sajd ikun jista' jtajjar bandiera ta' Stat Membru biss jekk:

(a)

huwa kompletament proprjetà ta':

(i)

kumpaniji inkorporati fl-Unjoni; jew

(ii)

nazzjonali ta' Stat Membru;

(b)

l-operazzjonijiet ta' kuljum ikunu mmexxija u kkontrollati minn ġewwa l-Unjoni; u

(c)

kull noleġġatur, amministratur jew operatur tal-bastiment ikun kumpanija inkorporata fl-Unjoni jew nazzjonal ta' Stat Membru.

3.

Liċenzja kummerċjali tas-sajd li tagħti d-dritt għas-sajd fl-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru tista' tingħata biss għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru.

4.

L-istabbiliment ta' faċilitajiet marini jew faċilitajiet interni tal-akkwakultura.

5.

Il-punit (a), (b), (c) (għajr rigward it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) u (d) tal-paragrafu 1; il-punti (a)(i), (b) u (c) tal-paragrau 2 u l-paragrafu 3 japplikaw biss għal miżuri li huma applikabbli għal bastimenti jew għal intrapriżi irrispettivament min-nazzjonalità tas-sidien benefiċjarji tagħhom.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fi FR: In-nazzjonali ta' pajjiżi terzi ma jistgħux jipparteċipaw fil-proprjetà marittima tal-Istat Franċiż għall-farming ta' ħut, frott tal-baħar u alka.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: It-trasport ta' riżorsi tal-baħar u tax-xmara, imwettaq minn bastimenti fl-ilma marin intern, u l-baħar territorjali tal-Bulgarija, għandu jitwettaq minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija. Bastiment barrani ma jistax jipparteċipa f'sajd kummerċjali fiż-żona ekonomika esklużiva għajr fuq il-bażi ta' ftehim bejn il-Bulgarija u l-istat tal-bandiera. Meta jgħaddu fiż-żona ekonomika esklużiva, il-bastimenti tas-sajd barranin ma jistgħux iżommu l-irkaptu tagħhom f'modalità tal-operat.

(c)   Ġbir, purifikazzjoni u distribuzzjoni tal-ilma

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Għal attivitajiet, inkluż servizzi dwar il-ġbir, il-purifikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma għal utenti domestiċi, industrijali, kummerċjali u oħrajn, inkluż il-forniment ta' ilma potabbli u l-immaniġġar tal-ilma.

Riżerva Nru 22 - Attivitajiet relatati mal-enerġija

Settur:

Produzzjoni ta' enerġija u servizzi relatati

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev. 3.1 10, 1110, 12, 120, 1200, 13, 14, 232, 233, 2330, 40, 401, 4010, 402, 4020, parti minn 4030, CPC 613, 62271, 63297, 7131, 71310, 742, 7422, parti minn 88, 887.

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi tal-enerġija – ġenerali (ISIC Rev. 3.1 10, 1110, 13, 14, 232, 40, 401, 402, parti minn 403, 41; CPC 613, 62271, 63297, 7131, 742, 7422, 887 (għajr servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni))

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Jekk Stat Membru jippermetti sjieda barranija ta' sistema ta' trażmissjoni tal-gass jew l-elettriku, jew sistema ta' trasport mill-pajpijiet taż-żejt u tal-gass, fir-rigward ta' intrapriżi fir-Renju Unit ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta' pajjiż terz li jgħoddu għal aktar minn 5 fil-mija tal-importazzjonijiet taż-żejt, tal-gass naturali jew tal-elettriku tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija tal-Unjoni kollha kemm hi, jew ta' Stat Membru individwali. Din ir-riżerva ma tapplikax għal servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni previsti bħala servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija.

Din ir-riżerva ma tapplikax għall-HR, HU u LT (għal-LT, CPC 7131 biss) fir-rigward tat-trasport mill-pajpiet ta' fjuwils, la għal-LV fir-rigward ta' servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija u lanqas għas-SI fir-rigward ta' servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-gass (ISIC Rev. 3.1401, 402, CPC 7131, 887 minbarra servizzi ta' pariri u ta' konsulenza).

F'CY: Għall-manifattura tal-prodotti tal-petroleum raffinat sa fejn l-investitur ikun ikkontrollat minn persuna fiżika jew ġuridika ta' pajjiż terz li tgħodd aktar minn 5 fil-mija tal-importazzjonijiet taż-żejt jew tal-gass naturali tal-Unjoni, kif ukoll għall-manifattura tal-gass, distribuzzjoni ta' fjuwils gassużi permezz ta' mejnijiet għall-kont proprju, il-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, it-trasportazzjoni ta' karburanti bil-pipeline, servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-elettriku u ta' gass naturali li mhumiex servizzi ta' pariri u konsulenza, servizzi bl-ingrossa tal-elettriku, servizzi bl-imnut ta' fjuwil tal-magni, elettriku u gass mhux ibbottiljat. Il-kondizzjonijiet tan-nazzjonalità u tar-residenza japplikaw għas-servizzi relatati mal-elettriku. (ISIC Rev. 3.1232, 4010, 4020, CPC 613, 62271, 63297, 7131, u 887 għajr is-servizzi ta' pariri u ta' konsulenza).

Fil-FI: In-networks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni u s-sistemi ta' enerġija u tal-fwar u l-misħun.

Fil-FI: Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fil-forma ta' monopolji jew drittijiet esklużivi għall-importazzjoni ta' gass naturali, u għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' fwar u misħun. Bħalissa, jeżistu monopolji naturali u drittijiet esklużivi (ISIC Rev. 3.1 40, CPC 7131, 887 minbarra servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni).

Fi FR: Is-sistemi ta' trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass u t-trasport mill-pajpijiet taż-żejt u tal-gass (CPC 7131).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-BE: Is-servizzi tad-distribuzzjoni tal-enerġija, u servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija (CPC 887 minbarra servizzi ta' konsultazzjoni).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-BE: Għal servizzi tat-trażmissjoni tal-enerġija, rigward it-tipi ta' entitajiet legali u għat-trattament ta' operaturi pubbliċi jew privati li għalihom il-BE ta drittijiet esklużivi. L-istabbiliment huwa rekwiżit fl-Unjoni Ewropea (ISIC Rev. 3.1 4010, CPC 71310).

 

Fil-BG: Għal servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija (parti minn CPC 88).

 

Fil-PT: Għall-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, il-manifattura ta' gass, it-trasportazzjoni tal-fjuwils mill-pajpijiet, is-servizzi bl-ingrossa tal-elettriku, is-servizzi ta' bejgħ bl-imnut tal-elettriku u gass mhux ibbottiljat, u servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-elettriku u l-gass naturali. Konċessjonijiet għal setturi tal-elettriku u l-gass jiġu assenjati biss lil kumpaniji limitati bil-kwartieri ġenerali u l-maniġment effettiv tagħhom fil-PT (ISIC Rev. 3.1232, 4010, 4020, CPC 7131, 7422, 887 minbarra servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni).

 

Fis-SK: Hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, il-manifattura ta' gass u d-distribuzzjoni ta' fjuwil gassuż, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' fwar u ilma jaħraq, it-trasport bil-pipeline tal-fjuwil, bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku, fwar u ilma jaħraq, u servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija, inklużi servizzi fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, ekonomija fl-użu tal-enerġija u l-bilanċ tal-enerġija. Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi u l-applikazzjoni tista' tiġi miċħuda biss jekk is-suq ikun saturat. Għal dawn l-attivitajiet kollha, awtorizzazzjoni tista' tingħata biss lil persuna fiżika b'residenza permanenti fiż-ŻEE jew lil persuna ġuridika taż-ŻEE.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BE: Bl-eċċezzjoni tal-estrazzjoni ta' metalli mhux maħdumin u xogħol ieħor fil-minjieri u l-barrieri, l-intrapriżi kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta' pajjiż terz li jgħoddu għal aktar minn ħamsa fil-mija tal-importazzjonijiet taż-żejt jew tal-gass naturali jew tal-elettriku tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu pprojbiti milli jiksbu kontroll tal-attività. L-inkorporazzjoni hija meħtieġa (mhux fergħat) (ISIC Rev. 3.1 10, 1110, 13, 14, 232, parti minn 4010, parti minn 4020, parti minn 4030).

Miżuri eżistenti:

 

UE: Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); u d-.

Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)

 

BG: L-Att dwar l-Enerġija.

 

CY: Ir-Regolamentazzjoni tal-Liġijiet tal-2003 tas-Suq tal-Elettriku, il-Liġi 122(I)/2003 kif emendata;

 

ir-Regolamentazzjoni tal-Liġijiet tal-2004 tas-Suq tal-Gass, il-Liġi 183(I)/2004 kif emendata;

 

il-Liġi dwar il-Petroleum (Pipelines), il-Kapitolu 273;

 

il-Liġi dwar il-Petroleum, il-Kapitolu 272 kif emendat; u

 

l-Liġijiet tal-2003 dwar il-Petroleum u l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Fjuwil, il-Liġi 148(I)/2003 kif emendata.

 

FI: Maakaasumarkkinalaki (l-Att dwar is-Suq tal-Gass Naturali) (508/2000); u Sähkömarkkinalaki (l-Att dwar is-Suq tal-Elettriku) (386/1995). Maakaasumarkkinalaki (l-Att dwar is-Suq ta' Gass Naturali) (587/2017)

 

FR: Code de l'énergie.

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 230/2012 u d-Digriet Amministrattiv 231/2012, is-26 ta' Ottubru — Gass Naturali; id-Digriet Amministrattiv 215-A/2012, u d-Digriet Amministrattiv 215-B/2012, it-8 ta' Ottubru — Elettriku; u d-Digriet Amministrattiv 31/2006, il-15 ta' Frar – Żejt grezz/Prodotti tal-petroleum.

 

SK: L-Att 51/1988 dwar l-Estrazzjoni Minerarja, l-Isplussivi u l-Amministrazzjoni Statali tal-Estrazzjoni Minerarja;

 

l-Att 569/2007 dwar ix-Xogħlijiet Ġeoloġiċi;

 

l-Att 251/2012 dwar l-Enerġija; u l-Att 657/2004 dwar l-Enerġija Termali.

(b)   Elettriku (ISIC Rev. 3.1 40, 401; CPC 62271, 887 (għajr servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni))

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: L-importazzjoni tal-elettriku. Fir-rigward tal-kummerċ transfruntier, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut tal-elettriku.

 

Fi FR: Il-kumpaniji biss li l-kapital tagħhom huwa kkontrollat 100 fil-mija mill-Istat Franċiż, minn organizzazzjoni tas-settur pubbliku jew minn Electricité de France (EDF), jistgħu jikkontrollaw u jħaddmu sistemi ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni tal-elettriku.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BG: Għall-produzzjoni tal-elettriku u l-produzzjoni tas-sħana.

 

Fil-PT: L-attivitajiet ta' trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku huma mwettqa permezz ta' konċessjonijiet esklużivi ta' servizz pubbliku.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BE: Awtorizzazzjoni individwali għall-produzzjoni tal-elettriku ta' kapaċità ta' 25 MW jew aktar tirrikjedi stabbiliment fl-Unjoni, jew fi Stat ieħor li għandu reġim simili għal dak infurzat mid-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) fis-seħħ, u fejn kumpanija jkollha rabta effettiva u kontinwa mal-ekonomija.

Il-produzzjoni ta' elettriku fit-territorju lil hinn mill-kosta tal-BE hija soġġetta għal konċessjoni u obbligu ta' impriża konġunta ma' persuna ġuridika tal-Unjoni, jew persuna ġuridika minn pajjiż li għandu reġim simili għal dak tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), b'mod partikolari fir-rigward ta' kondizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni u l-għażla.

Barra minn hekk, il-persuna ġuridika jenħtieġ li jkollha l-amministrazzjoni ċentrali jew l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew pajjiż li jissodisfa l-kriterji msemmija hawn fuq, fejn għandha rabta effettiva u kontinwa mal-ekonomija.

Il-kostruzzjoni ta' linji ta' potenza elettrika li jikkollegaw il-produzzjoni lil hinn mill-kosta man-network ta' trażmissjoni ta' Elia tirrikjedi awtorizzazzjoni u l-kumpanija trid tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati preċedentement, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżit ta' impriża konġunta.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Trattament nazzjonali:

 

Fil-BE: Awtorizzazzjoni hija meħtieġa għall-forniment tal-elettriku permezz ta' intermedjarju li għandu klijenti stabbiliti fil-BE li huma konnessi mas-sistema tal-grilja nazzjonali jew ma' linja dritta li l-voltaġġ nominali huwa ogħla minn 70000 volt. Din l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss lil persuna fiżika jew ġuridika taż-ŻEE.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq:

 

Fi FR: Għall-produzzjoni tal-elettriku.

Miżuri eżistenti:

 

BE: Arrêté Royal du 11 octobre 2000 fixant les critères et la procédure d'octroi des autorisations individuelles préalables à la construction de lignes directes;

Arrêté Royal du 20 décembre 2000 relatif aux conditions et à la procédure d'octroi des concessions domaniales pour la construction et l'exploitation d'installations de production d'électricité à partir de l'eau, des courants ou des vents, dans les espaces marins sur lesquels la Belgique peut exercer sa juridiction conformément au droit international de la mer; Arrêté Royal du 12 mars 2002 relatif aux modalités de pose de câbles d'énergie électrique qui pénètrent dans la mer territoriale ou dans le territoire national ou qui sont installés ou utilisés dans le cadre de l'exploration du plateau continental, de l'exploitation des ressources minérales et autres ressources non vivantes ou de l'exploitation d'îles artificielles, d'installations ou d'ouvrages relevant de la juridiction belge.

Arrêté royal relatif aux autorisations de fourniture d'électricité par des intermédiaires et aux règles de conduite applicables à ceux-ci.

Arrêté royal du 12 juin 2001 relatif aux conditions générales de fourniture de gaz naturel et aux conditions d'octroi des autorisations de fourniture de gaz naturel.

 

FI: Maakaasumarkkinalaki (l-Att dwar is-Suq tal-Gass Naturali) (508/2000); u Sähkömarkkinalak (l-Att dwar is-Suq tal-Elettriku) 588/2013; Maakaasumarkkinalaki (l-Att dwar is-Suq ta' Gass Naturali) (587/2017)

 

FR: Code de l'énergie.

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 215-A/2012; u

d-Digriet Amministrattiv 215-B/2012, it-8 ta' Ottubru – Elettriku.

(c)   Fjuwils, gass, żejt grezz jew prodotti tal-petroleum (ISIC Rev. 3.1232, 40, 402; CPC 613, 62271, 63297, 7131, 71310, 742, 7422, parti minn 88, 887 (għajr servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni))

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: Għall-prevenzjoni tal-kontroll jew is-sjieda ta' terminal ta' gass naturali likwifikat (liquefied natural gas, LNG) (inklużi dawk il-partijiet tat-terminal ta' LNG użati għal ħżin jew gassifikazzjoni mill-ġdid ta' LNG) minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi barranin għal raġunijiet ta' sigurtà tal-enerġija.

 

Fi FR: Il-kumpaniji biss li l-kapital tagħhom huwa kkontrollat 100 fil-mija mill-Istat Franċiż, minn organizzazzjoni tas-settur pubbliku jew minn ENGIE, jistgħu jikkontrollaw u jħaddmu sistemi ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni tal-gass għal raġunijiet ta' sigurtà tal-enerġija nazzjonali.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BE: Għal servizzi ta' ħażna bl-ingrossa ta' gass, rigward it-tipi ta' entitajiet legali u t-trattament ta' operaturi pubbliċi jew privati li għalihom il-Belġju ta drittijiet esklużivi. Għas-servizzi ta' ħażna bl-ingrossa ta' gass huwa meħtieġ l-istabbiliment fl-Unjoni (parti minn CPC 742).

 

Fil-BG: Għal trasportazzjoni mill-pajpijiet, ħżin u magażinaġġ ta' petroleum u gass naturali, inkluża t-trażmissjoni tat-tranżitu (CPC 71310, parti minn CPC 742).

 

Fil-PT: Għall-forniment Transfruntier tas-servizzi ta' ħżin u magażinaġġ ta' fjuwil ittrasportat bil-pajpijiet (gass naturali). Barra minn hekk, il-konċessjonijiet relatati mat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħażna taħt l-art ta' gass naturali u t-terminal ta' riċeviment, ħżin u rigassifikazzjoni ta' LNG jingħataw kuntratti ta' konċessjoni, wara sejħiet pubbliċi għal offerti (CPC 7131, CPC 7422).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-BE: It-trasport bil-pipeline ta' gass naturali u karburant ieħor huwa soġġett għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni. Tista' tingħata awtorizzazzjoni biss lil persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru (skont l-Artikolu 3 tal-AR tal-14 ta' Mejju 2002).

Jekk l-awtorizzazzjoni tkun rikjesta minn kumpanija:

(a)

il-kumpanija trid tkun stabbilita f'konformità mal-liġi Belġjana, jew il-liġi ta' Stat Membru ieħor, jew il-liġi ta' pajjiż terz, li ħa impenji sabiex iżomm qafas regolatorju simili għar-rekwiżiti komuni speċifikati fid-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); u

(b)

il-kumpanija jrid ikollha s-sede amministrattiv tagħha, l-istabbiliment prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru , jew pajjiż terz, li ħa impenji sabiex iżomm qafas regolatorju simili għar-rekwiżiti komuni speċifikati fid-Direttiva 98/30/KE, sakemm l-attività ta' dan l-istabbiliment jew l-uffiċċju reġistrat tirrappreżenta rabta effettiva u kontinwa mal-ekonomija tal-pajjiż ikkonċernat (CPC 7131).

Fil-BE: B'mod ġenerali, il-forniment ta' gass naturali lil klijenti (klijenti li huma kemm kumpaniji ta' distribuzzjoni u ta' konsumaturi li l-konsum ġenerali tagħhom tal-gass li jirriżulta mill-punti tal-forniment jilħaq livell minimu ta' miljun metru kubu kull sena) stabbilit fil-Belġju huwa soġġett għal awtorizzazzjoni individwali pprovduta mill-ministeru, barra minn meta l-fornitur hija kumpanija ta' distribuzzjoni li qed tuża n-network ta' distribuzzjoni tagħha stess. Awtorizzazzjoni bħal din tista' tingħata biss lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea.

F'CY: Għall-forniment Transfruntier ta' servizzi ta' ħżin u magażinaġġ ta' fjuwil ittrasportat bil-pajpijiet, u l-bejgħ bl-imnut ta' żejt tal-fjuwil u gass ibbottiljat minbarra bejgħ bil-korrispondenza (CPC 613, CPC 62271, CPC 63297, CPC 7131, CPC 742).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fl-HU: Il-forniment ta' servizzi ta' trasport bil-pajp jirrikjedi stabbiliment. Is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti permezz ta' Kuntratt ta' Konċessjoni mogħti mill-Istat jew l-awtorità lokali. Il-forniment ta' dan is-servizz huwa rregolat mil-Liġi ta' Konċessjoni Ungeriża (CPC 7131).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-LT: Għat-trasport tal-fjuwil bil-pajpijiet u servizzi awżiljarji għat-trasport bil-pajpijiet ta' oġġetti minbarra fjuwil.

Miżuri eżistenti:

 

BE: Arrêté Royal du 14 mai 2002 relatif à l'autorisation de transport de produits gazeux et autres par canalisations; u

Loi du 12 avril 1965 relative au transport de produits gazeux et autres par canalisations (l-Artikolu 8.2).

 

BG: L-Att dwar l-Enerġija.

 

CY: Ir-Regolamentazzjoni tal-Liġijiet tal-2003 tas-Suq tal-Elettriku, il-Liġi 122(I)/2003 kif emendata;

 

ir-Regolamentazzjoni tal-Liġijiet tal-2004 tas-Suq tal-Gass, il-Liġi 183(I)/2004 kif emendata;

 

il-Liġi dwar il-Petroleum (Pipelines), il-Kapitolu 273;

 

il-Liġi dwar il-Petroleum, il-Kapitolu 272 kif emendat; u

 

l-Liġijiet tal-2003 dwar il-Petroleum u l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Fjuwil, il-Liġi 148(I)/2003 kif emendata.

 

FI: Maakaasumarkkinalaki (l-Att dwar is-Suq tal-Gass Naturali) (508/2000); u Maakaasumarkkinalaki (l-Att dwar is-Suq ta' Gass Naturali) (587/2017).

 

FR: Code de l'énergie.

 

HU: L-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet.

 

LT: Il-Liġi dwar il-Gass Naturali tar-Repubblika tal-Litwanja tal-10 ta' Ottubru 2000 Nru VIII-1973.

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 230/2012 u d-Digriet Amministrattiv 231/2012, is-26 ta' Ottubru — Gass Naturali; id-Digriet Amministrattiv 215-A/2012, u d-Digriet Amministrattiv 215-B/2012, it-8 ta' Ottubru — Elettriku; u d-Digriet Amministrattiv 31/2006, il-15 ta' Frar – Żejt grezz/Prodotti tal-petroleum.

(d)   Nukleari (ISIC Rev. 3.1 12, 3.1 23, 120, 1200, 233, 2330, 40, parti minn 4 010, CPC 887))

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-DE: Għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew it-trasportazzjoni ta' materjal nukleari u l-ġenerazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-enerġija bbażata fuq materjal nukleari.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fl-AT u l-FI: għall-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni jew it-trasportazzjoni ta' materjal nukleari u l-ġenerazzjoni jew id-distribuzzjoni ta' enerġija bbażata fuq materjal nukleari.

 

Fil-BE: Għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew it-trasportazzjoni ta' materjal nukleari u l-ġenerazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-enerġija bbażata fuq materjal nukleari.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni:

 

Fl-HU u SE: Għall-ipproċessar ta' fjuwil nukleari u l-ġenerazzjoni ta' elettriku bbażat fuq materjal nukleari.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

 

Fil-BG: Għall-ipproċessar ta' materjali fissjonabbli u fużjonabbli jew tal-materjali li jiġu minnhom, kif ukoll il-kummerċ ma' tali servizzi, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' tagħmir u sistemi f'faċilitajiet tal-produzzjoni tal-enerġija nukleari, it-trasport ta' dawk il-materjali u l-materjali tar-rimi u tal-iskart tal-ipproċessar tagħhom, l-użu ta' radjazzjoni jonizzanti, u s-servizzi l-oħrajn kollha li għandhom x'jaqsmu mal-użu tal-enerġija nukleari għal skopijiet paċifiċi (inklużi servizzi ta' inġinerija u konsultazzjoni u servizzi relatati ma' softwer eċċ.).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fi FR: Dawn l-attivitajiet għandhom jirrispettaw l-obbligi tal-Ftehim Euratom.

Miżuri eżistenti:

 

AT: Bundesverfassungsgesetz für ein atomfreies Österreich (l-Att Kostituzzjonali għal Awstrija mhux Nukleari), BGBl. I Nru 149/1999.

 

BG: L-Att dwar l-Użu Sikur tal-Enerġija Nukleari.

 

FI: Ydinenergialaki (l-Att dwar l-Enerġija Nukleari) (990/1987).

 

HU: L-Att CXVI tal-1996 dwar l-Enerġija Nukleari; u

d-Digriet tal-Gvern Nru 72/2000 dwar l-Enerġija Nukleari.

 

SE: Il-Kodiċi tal-Ambjent Żvediż (1998:808); u l-Liġi dwar l-Attivitajiet Ta' Teknoloġija Nukleari (1984:3).

Riżerva Nru 23 - Servizzi oħra mhux inklużi x'imkien ieħor

Settur:

Servizzi oħra mhux inklużi xi mkien ieħor

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 9703, parti minn CPC 612, parti minn CPC 621, parti minn CPC 625, parti minn 85990

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi funerarji, kremazzjoni u servizzi tat-twiebet (CPC 9703)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Fil-FI: Is-servizzi ta' kremazzjoni u operazzjoni/manutenzjoni ta' ċimiterji jistgħu jitwettqu biss mill-istat, il-muniċipalitajiet, il-parroċċi, il-komunitajiet reliġjużi jew fondazzjonijiet jew soċjetajiet mingħajr skop ta' qligħ.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Fil-DE: Biss il-persuni ġuridiċi stabbiliti skont il-liġi pubblika jistgħu joperaw ċimiterju. Il-ħolqien u l-operat ta' ċimiterji u servizzi relatati mal-funerali.

 

Fil-PT: Il-preżenza kummerċjali hija rekwiżita għall-forniment ta' servizzi ta' funerali ta' kummissjonant. In-nazzjonalità taż-ŻEE hija rekwiżita għal entitajiet li jipprovdu servizzi ta' funerali u ta' kummissjonant sabiex isiru maniġer tekniku.

 

Fl-SE: Monopolju tal-Knisja Żvediża jew awtorità lokali fuq is-servizzi ta' kremazzjoni u ta' funerali.

 

F'CY, SI: Servizzi ta' funerali, kremazzjoni u ta' kummissjonant.

Miżuri eżistenti:

 

FI: Hautaustoimilaki (l-Att dwar is-Servizz ta' Dfin) (457/2003).

 

PT: Id-Digriet Amministrattiv 10/2015 tas-16 ta' Jannar alterado p/ Lei 15/2018, 27 março.

 

SE: Begravningslag (1990:1144) (l-Att dwar id-Dfin); Begravningsförordningen (1990:1147) (l-Ordinanza dwar id-Dfin).

(b)   Servizzi oħra relatati mal-kummerċ-

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq:

 

Fil-FI: Li tirrikjedi stabbiliment fil-Finlandja jew x'imkien ieħor fiż-ŻEE biex tipprovdi servizzi ta' identifikazzjoni elettronika.

Miżuri eżistenti:

 

FI: Laki vahvasta sähköisestä tunnistamisesta ja sähköisistä luottamuspalveluista 617/2009 (l-Att dwar l-Identifikazzjoni Elettronika B'Saħħitha u s-Servizzi Fiduċjarji Elettroniċi 617/2009).

(c)   Servizzi ġodda

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

L-UE: Għall-forniment ta' servizzi ġodda minbarra dawk klassifikati fil-Klassifikazzjoni Proviżorja tal-Prodotti Ċentrali tan-Nazzjonijiet Uniti (CPC), 1991.

Skeda tar-Renju Unit

 

Riżerva Nru 1 – Is-setturi kollha

 

Riżerva Nru 2 – Is-servizzi professjonali (il-professjonijiet kollha għajr dawk relatati mas-saħħa)

 

Riżerva Nru 3 – Servizzi professjonali (relatati mas-saħħa u l-bejgħ tal-farmaċewtiċi)

 

Riżerva Nru 4 – Servizzi tan-negozju (servizzi ta' aġenzija ta' ġbir u servizzi ta' rapportar ta' kreditu)

 

Riżerva Nru 5 – Servizzi kummerċjali (servizzi ta' kollokament)

 

Riżerva Nru 6 – Servizzi kummerċjali (servizzi ta' investigazzjoni)

 

Riżerva Nru 7 – Servizzi kummerċjali (servizzi kummerċjali oħrajn)

 

Riżerva Nru 8 – Servizzi edukattivi

 

Riżerva Nru 9 – Servizzi finanzjarji

 

Riżerva Nru 10 – Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali

 

Riżerva Nru 11 – Servizzi rikreattivi, kulturali u sportivi

 

Riżerva Nru 12 – Servizzi tat-trasport u servizzi ta' trasport awżiljari

 

Riżerva Nru 13 – Sajd u ilma

 

Riżerva Nru 14 – Attivitajiet relatati mal-enerġija

 

Riżerva Nru 15 – Servizzi oħra mhux inklużi xi mkien ieħor

Riżerva Nru 1 – Is-setturi kollha

Settur:

Is-setturi kollha

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Obbligi għas-Servizzi Legali

Kapitolu/Taqsima:

Liberalizzazzjoni tal-investiment, Kummerċ transfruntier fis-servizzi u Qafas regolatorju għas-servizzi legali

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Preżenza kummerċjali

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq:

 

Is-servizzi meqjusa bħala utilitajiet pubbliċi f'livell nazzjonali jew lokali jistgħu jkunu soġġetti għal monopolji pubbliċi jew għal drittijiet esklużivi mogħtija lil operaturi privati.

L-utilitajiet pubbliċi jeżistu f'setturi bħal servizzi relatati ma' konsulenza xjentifika u teknika, servizzi ta' riċerka u żvilupp (RuŻ) dwar xjenzi soċjali u umanistiċi, servizzi ta' ttestjar u ta' analiżi tekniċi, servizzi ambjentali, servizzi tas-saħħa, servizzi tat-trasport u servizzi awżiljarji għall-modi kollha tat-trasport. Id-drittijiet esklussivi fuq tali servizzi spiss jingħataw lil operaturi privati, pereżempju operaturi b'konċessjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, soġġetti għal obbligi ta' servizz speċifiċi. Minħabba li s-servizzi ta' utilità pubblika spiss jeżistu wkoll fuq livell sottoċentrali, l-iskedar speċifiku għas-settur li jkun dettaljat u eżawrjenti mhuwiex prattiku. Din ir-riżerva ma tapplikax għal servizzi tat-telekomunikazzjoni u tal-kompjuter u servizzi relatati.

(b)   Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ Transfruntier fis-Servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Qafas Regolatorju għas-Servizzi Legali – Obbligi:

 

Tadotta trattament differenzjali skont kwalunkwe trattat ta' investiment internazzjonali jew ftehim ta' kummerċ ieħor fis-seħħ jew iffirmat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

 

Tadotta trattament differenzjali lejn pajjiż skont kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali eżistenti jew futur li:

(i)

joħloq suq intern għas-servizzi u l-investiment;

(ii)

jagħti d-dritt ta' stabbiliment; jew

(iii)

jeħtieġ l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'settur ekonomiku wieħed jew aktar.

Suq intern għas-servizzi u stabbiliment ifisser żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital huwa żgurat.

Id-dritt ta' stabbiliment ifisser obbligu li jitneħħew fis-sustanza l-ostakli kollha għall-istabbiliment bejn il-partijiet tal-ftehim ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali mad-dħul fis-seħħ ta' dak il-ftehim. Id-dritt ta' stabbiliment jinkludi d-dritt ta' nazzjonali tal-partijiet għall-ftehim ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali sabiex jistabbilixxu u jħaddmu intrapriżi skont l-istess kondizzjonijiet previsti għan-nazzjonali skont il-liġi tal-pajjiż fejn stabbiliment bħal dan iseħħ.

L-approssimizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tfisser:

(i)

l-allinjament tal-liġijiet ta' waħda mill-partijiet, jew aktar, għall-ftehim ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali mal-liġijiet tal-parti jew il-partijiet l-oħra għal dak il-ftehim; jew

(ii)

l-inkorporazzjoni ta' leġiżlazzjoni komuni fil-liġi tal-partijiet fil-ftehim ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali.

It-tali allinjament jew inkorporazzjoni sseħħ, u tkun meqjusa li sseħħ, biss fiż-żmien li fih din tkun iddaħħlet fil-liġi tal-parti jew tal-partijiet għal ftehim ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali.

Tadotta trattament differenzjali dwar id-dritt ta' stabbiliment lin-nazzjonali jew lill-intrapriżi permezz ta' ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri bejn ir-Renju Unit u kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew il-prinċipalitajiet segwenti: Andorra, Monaco, San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

(c)   Armi, munizzjoni u materjal tal-gwerra

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ Transfruntier fis-Servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta' armi, munizzjoni jew materjal tal-gwerra, jew il-kummerċ tagħhom. Il-materjal tal-gwerra huwa limitat għal kwalunkwe prodott li jkun esklussivament intenzjonat u magħmul għall-użu militari b'rabta mat-twettiq ta' attivitajiet tal-gwerra jew tad-difiża.

Riżerva Nru 2 – Is-servizzi professjonali (il-professjonijiet kollha għajr dawk relatati mas-saħħa)

Settur – sottosettur:

Servizzi professjonali - servizz legali, servizzi ta' awditjar

Klassifikazzjoni tal-industrija:

Parti minn CPC 861, parti minn 87902, parti minn 862

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Obbligi għas-Servizzi Legali

Kapitolu/Taqsima:

Liberalizzazzjoni tal-investiment, Kummerċ transfruntier fis-servizzi u Qafas regolatorju għas-servizzi legali

Deskrizzjoni:

(a)   Servizzi legali

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Trattament nazzjonali, Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali u Qafas regolatorju – għas-servizzi legali – Obbligi:

 

Ir-Renju Unit jirriżerva d-dritt li tadotta jew iżżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' konsulenza legali, awtorizzazzjoni legali, dokumentazzjoni u ta' ċertifikazzjoni pprovduti minn professjonisti legali b'funzjonijiet pubbliċi, bħal nutara, u fir-rigward ta' servizzi pprovduti minn bailiffs li huma maħtura permezz ta' att uffiċjali tal-gvern (parti minn CPC 861, parti minn 87902).

(b)   Servizzi tal-awditjar (CPC 86211, 86212 għajr is-servizzi ta' kontabilità u ż-żamma tal-kotba)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

 

Ir-Renju Unit jirriżerva d-dritt li jadotta jew li jżomm kwalunkwe miżura fir-rigward ta' forniment transfruntier ta' servizzi ta' awditjar.

Miżuri eżistenti:

 

L-Att dwar il-Kumpaniji tal-2006

Riżerva Nru 3 – Servizzi professjonali (relatati mas-saħħa u l-bejgħ ta' farmaċewtiċi)

Settur:

Servizzi professjonali tas-saħħa u bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi, servizzi oħra pprovduti minn spiżjara

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 63211, 85201, 9312, 9319, 93121

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi mediċi u dentali; servizzi pprovduti minn qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, psikologi u persunal paramediku (CPC 63211, 85201, 9312, 9319)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq:

 

L-istabbiliment għal tobba taħt is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa hu soġġett għall-ippjanar tal-ħaddiema mediċi (CPC 93121, 93122).

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

Il-forniment tas-servizzi professjonali tas-saħħa kollha, inklużi s-servizzi pprovduti minn professjonisti bħal tobba mediċi, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, paramediċi u psikologi, tirrikjedi residenza. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn persuni fiżiċi preżenti fiżikament fit-territorju tar-Renju Unit (CPC 9312, parti minn 93191).

Il-forniment transfruntier ta' servizzi mediċi, dentali u servizzi ta' qbiela u servizzi pprovduti minn infermiera, psikologi, fiżjoterapisti, psikologi u persunal paramediku (parti minn CPC 85201, 9312, parti minn 93191).

Għall-fornituri tas-servizzi li mhumiex fiżikament preżenti fit-territorju tar-Renju Unit (parti minn CPC 85201, 9312, parti minn 93191).

(b)   Bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi, servizzi oħra pprovduti minn spiżjara (CPC 63211)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier tas-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali:

 

Ix-xiri b'korrispondenza huwa possibbli biss mir-Renju Unit, u għalhekk huwa meħtieġ stabbiliment fir-Renju Unit għall-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku ġenerali fir-Renju Unit.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

 

Il-bejgħ transfruntier bl-imnut tal-farmaċewtiċi u ta' oġġetti mediċi u ortopediċi, u servizzi oħra pprovduti minn spiżjara.

Riżerva Nru 4 – Servizzi tan-negozju (servizzi ta' aġenzija ta' ġbir u servizzi ta' rapportar ta' kreditu)

Settur – sottosettur:

Servizzi kummerċjali - servizzi ta' aġenzija ta' inkass, servizz ta' rapportar ta' kreditu

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 87901, 87902

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Preżenza lokali

Kapitolu:

Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

Ir-Renju Unit jirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' aġenzija tal-ġbir u servizzi ta' rappurtar ta' kreditu.

Riżerva Nru 5 – Servizzi kummerċjali (servizzi ta' kollokament)

Settur – sottosettur:

Servizzi tan-Negozju – servizzi ta' kollokament

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 87202, 87204, 87205, 87206, 87209

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

Il-forniment ta' servizzi ta' kollokament ta' persunal għal għajnuna domestika, ħaddiema kummerċjali jew industrijali oħra, persunal li jagħti l-kura u persunal ieħor (CPC 87204, 87205, 87206, 87209).

Li tirrikjedi l-istabbiliment u li tipprojbixxi l-forniment transfruntier ta' servizzi ta' kollokament ta' persunal ta' sostenn fl-uffiċċju u ħaddiema oħra.

Riżerva Nru 6 – Servizzi kummerċjali (servizzi ta' investigazzjoni)

Settur – sottosettur:

Servizzi tan-Negozju – servizzi ta' investigazzjoni

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 87301

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

Ir-Renju Unit jirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' investigazzjoni (CPC 87301).

Riżerva Nru 7 – Servizzi kummerċjali (servizzi kummerċjali oħrajn)

Settur – sottosettur:

Servizzi kummerċjali – servizzi ta' proprjetà immobbli

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 86764, 86769, 8868, parti minn 8790

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizz ta' manutenzjoni u tiswija ta' bastimenti, tagħmir tat-trasport bil-ferrovija u bl-ajru u partijiet minnu (parti minn CPC 86764, CPC 86769. CPC 8868)

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

 

Li tirrikjedi stabbiliment jew preżenza fiżika fit-territorju tagħha u tipprojbixxi l-forniment transfruntier ta' servizzi ta' manutenzjoni u ta' tiswija ta' tagħmir tat-trasport bil-ferrovija. minn barra t-territorju tagħha.

 

Li tirrikjedi stabbiliment jew preżenza fiżika fit-territorju tagħha u tipprojbixxi l-forniment transfruntier ta' servizzi ta' manutenzjoni u ta' tiswija ta' bastimenti għat-trasport f'passaġġi tal-ilma interni minn barra t-territorju tagħha.

 

Li tirrikjedi stabbiliment jew preżenza fiżika fit-territorju tagħha u tipprojbixxi l-forniment transfruntier ta' servizzi ta' manutenzjoni u ta' tiswija ta' bastimenti marittimi minn barra t-territorju tagħha.

 

Li tirrikjedi stabbiliment jew preżenza fiżika fit-territorju tagħha u tipprojbixxi l-forniment transfruntier ta' servizzi ta' manutenzjoni u ta' tiswija ta' inġenji tal-ajru u partijiet tagħhom minn barra t-territorju tagħha (parti minn CPC 86764, CPC 86769, CPC 8868).

Organizzazzjonijiet rikonoxxuti awtorizzati mir-Renju Unit biss jistgħu jagħmlu perizja statutorja u ċertifikazzjoni ta' vapuri f'isem ir-Renju Unit. L-istabbiliment jista' jintalab.

Miżuri eżistenti:

 

Ir-Regolament (KE) 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri kif miżmuma fil-liġi tar-Renju Unit mill-Att tal-Unjoni Ewropea (Ħruġ) tal-2018, u kif emendat bir-Regolamenti tal-2019 dwar il-Vapuri tal-Merkanzija (Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti) (Emenda) (Ħruġ mill-UE).

(b)   Servizzi tan-negozju oħra relatati mal-avjazzjoni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Tadotta trattament differenzjali lil pajjiż terz skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar is-segwenti servizzi:

(i)

servizzi ta' tiswija u ta' manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru;

(ii)

il-kera jew il-leasing ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ;

(iii)

is-servizzi ta' sistema kompjuterizzata ta' prenotazzjoni (CRS);

(iv)

is-servizzi li ġejjin ipprovduti bl-użu ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, soġġetti għal konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet li jirregolaw id-dħul ta' inġenji tal-ajru fit-territorju tagħhom, it-tluq minnu u l-operat fih: it-tifi tan-nar mill-ajru, taħriġ fit-titjir, bexx, stħarriġ, immappjar, fotografija, u servizzi agrikoli, industrijali u ta' spezzjoni oħra fl-ajru; u

(v)

il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru.

Riżerva Nru 8 – Servizzi edukattivi

Settur:

Servizzi edukattivi

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 92

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

Is-servizzi edukattivi kollha li jirċievu finanzjament pubbliku jew appoġġ mill-Istat ta' kwalunkwe forma, u għalhekk mhumiex ikkunsidrati bħala ffinanzjati mill-privat. Fejn huwa permess il-forniment tas-servizzi edukattivi ffinanzjati mill-privat minn fornitur barrani, il-parteċipazzjoni tal-operaturi privati fis-sistema edukattiva tista' tkun soġġetta għall-għoti ta' konċessjonijiet allokati fuq bażi nondiskriminatorja.

Il-forniment tas-servizzi edukattivi oħra ffinanzjati mill-privat, jiġifieri minbarra dawk klassifikati bħala servizzi edukattivi primarji, sekondarji, ta' edukazzjoni għolja jew għall-adulti (CPC 929).

Riżerva Nru 9 – Servizzi finanzjarji

Settur:

Servizzi finanzjarji

Klassifikazzjoni tal-industrija:

 

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Is-servizzi finanzjarji ġodda

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment - Aċċess għas-suq:

 

Li jeħtieġu fornitur ta' servizzi finanzjarji, għajr fergħa, meta jistabbilixxu ruħhom fir-Renju Unit biex jadottaw forma legali speċifika, fuq bażi nondiskriminatorja.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

Jingħata trattament differenzjali skont investitur jew fornitur ta' servizzi finanzjarji ta' pajjiż terz skont kwalunkwe trattat bilaterali jew multilaterali ta' investiment internazzjonali jew ftehim kummerċjali ieħor.

(b)   Servizzi tal-assigurazzjoni u relatati mal-assigurazzjoni

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Għall-forniment ta' assigurazzjoni u servizzi relatati mal-assigurazzjoni għajr:

(i)

servizzi tal-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni) u intermedjazzjoni assigurattiva diretta għall-assigurazzjoni tar-riskji relatati:

trasport marittimu u avjazzjoni kummerċjali u t-tlugħ fl-ispazju u merkanzija (inklużi s-satelliti), b'livell ta' assigurazzjoni li jkopri uħud minn dawn li ġejjin jew kollha: l-oġġetti li jkunu qed jigu trasportati, il-vettura li ġġorr l-oġġetti, u kwalunkwe responsabbiltà li tkun gejja minn dawn; u

l-oġġetti fi tranżitu internazzjonali;

(ii)

ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni; u

(iii)

servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni.

(c)   Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Preżenza lokali:

Huma biss l-impriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fir-Renju Unit li jistgħu jaġixxu bħala depożitanti tal-assi tal-fondi ta' investiment. L-istabbiliment ta' kumpanija ta' maniġment speċjalizzata, li għandha l-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju reġistrat fir-Renju Unit, huwa rikjest biex jitwettqu l-attivitajiet ta' maniġment ta' fondi komuni, inklużi unit trusts, u fejn permess skont il-liġi nazzjonali, kumpaniji tal-investiment.

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Għall-forniment ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra, minbarra:

(i)

il-forniment u t-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta' data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri tas-servizzi finanzjarji oħra; u

(ii)

servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra kif deskritt fil-punt (L) tad-definizzjoni ta' servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) fl-Artikolu 183(a)(ii) ta' dan il-Ftehim, iżda bl-esklużjoni tal-intermedjazzjoni kif deskritta f'dak il-punt;

Riżerva Nru 10 – Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali

Settur:

Servizzi soċjali u tas-saħħa

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 931 apparti minn 9312, parti minn 93191

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Servizzi tas-saħħa – sptar, ambulanza servizzi tas-saħħa residenzjali (CPC 931, għajr 9312, parti minn 93191)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti ta' prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

Għall-forniment tas-servizzi tas-saħħa kollha li jirċievu finanzjament pubbliku jew appoġġ mill-Istat fi kwalunkwe forma, u għalhekk mhumiex kkunsidrati bħala finanzjati mill-privat.

Is-servizz tas-saħħa kollha ffinanzjati privatament għajr is-servizzi tal-isptar. Il-parteċipazzjoni tal-operaturi privati fin-network tas-saħħa ffinanzjat privatament tista' tkun soġġetta għal konċessjoni fuq bażi nondiskriminatorja. Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista' jkun applikabbli. Kriterji prinċipali: l-għadd ta' stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, l-infrastruttura tat-trasport, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-ħolqien ta' impjiegi ġodda.

Din ir-riżerva mhijiex relatata mal-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, inkluż is-servizzi pprovduti minn professjonisti bħal tobba, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, paramediċi u psikologi, li huma koperti b'riżervi oħra (CPC 931 minbarra 9312, parti 93191).

(b)   Servizzi soċjali u tas-saħħa, inkluża assigurazzjoni tal-pensjoni

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

Li tirrikjedi stabbiliment jew preżenza fiżika fit-territorju tagħha tal-fornituri u tirrestrinġi l-forniment transfruntier ta' servizzi tas-saħħa minn barra t-territorju tagħha, il-forniment transfruntier ta' servizzi soċjali minn barra t-territorju tagħha, kif ukoll attivitajiet jew servizzi li jiffurmaw parti minn pjan pubbliku ta' irtirar jew sistema statutorja ta' sigurtà soċjali. Din ir-riżerva mhijiex relatata mal-forniment tas-servizzi professjonali kollha relatati mas-saħħa, inklużi s-servizzi pprovduti minn professjonisti bħal tobba, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti, paramediċi u psikologi, li huma koperti b'riżervi oħra (CPC 931 minbarra 9312, parti minn 93191).

(c)   Servizzi soċjali, inkluża assigurazzjoni tal-pensjoni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni:

Il-forniment tas-servizzi soċjali kollha li jirċievu finanzjament pubbliku jew appoġġ mill-Istat fi kwalunkwe forma, u għalhekk mhumiex ikkunsidrati bħala finanzjati mill-privat, u attivitajiet jew servizzi li jiffurmaw parti minn pjan pubbliku ta' irtirar jew sistema statutorja ta' sigurtà soċjali. Il-parteċipazzjoni tal-operaturi privati fin-network soċjali ffinanzjat mill-privat tista' tkun soġġetta għal konċessjoni fuq bażi nondiskriminatorja. Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista' jkun applikabbli. Kriterji prinċipali: l-għadd ta' stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, l-infrastruttura tat-trasport, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-ħolqien ta' impjiegi ġodda.

Il-forniment tas-servizzi soċjali ffinanzjati mill-privat minbarra s-servizzi relatati mad-djar ta' konvalexxenza u ta' mistrieħ u d-djar tal-anzjani.

Riżerva Nru 11 – Servizzi rikreattivi, kulturali u sportivi

Settur:

Servizzi rikreattivi, kulturali u sportivi

Klassifikazzjoni tal-industrija:

CPC 963, 9619, 964

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Il-libreriji, l-arkivji, il-mużewijiet u servizzi kulturali oħrajn (CPC 963)

Il-forniment ta' servizzi ta' libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra.

(b)   Servizzi ta' divertiment, teatru, bands live u servizzi taċ-ċirku (CPC 9619, 964 ħlief 96492)

Il-forniment transfruntier tas-servizzi tad-divertiment, inklużi servizzi tat-teatru, tal-live bands, taċ-ċirku u tad-diskoteki.

(c)   Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri (CPC 96492)

Il-forniment tal-attivitajiet tal-logħob tal-azzard, li jinvolvi mħatri b'valur fi flus f'logħob tax-xorti, inkluż b'mod partikolari l-lotteriji, scratch cards, servizzi ta' logħob tal-azzard offruti fil-każinòs, arcades tal-logħob tal-azzard jew postijiet b'liċenzja, servizzi tal-imħatri, tat-tombla u tal-logħob tal-azzard operati minn organizzazzjonijiet tal-karità jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, u għall-benefiċċju tagħhom.

Riżerva Nru 12 – Servizzi tat-trasport u servizzi ta' trasport awżiljari

Settur:

Servizzi tat-trasport

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Trasport Marittimu – kull attività kummerċjali oħra mwettqa minn bastiment

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

In-nazzjonalità tal-ekwipaġġ ta' bastiment li jbaħħar jew li ma jbaħħarx.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi:

Għall-iskop ta' reġistrazzjoni ta' bastiment u ta' operazzjoni ta' flotta taħt il-bandiera tar-Renju Unit (l-attività marina kummerċjali kollha mwettqa minn vapur tal-baħar, inkluż is-sajd, l-akkwakultura, u servizzi inċidentali għas-sajd; trasportazzjoni internazzjonali ta' passiġġieri u ta' merkanzija (CPC 721); u servizzi awżiljarji għat-trasport marittimu). Din ir-riżerva ma tapplikax għal persuni ġuridiċi inkorporati fir-Renju Unit u li għandhom rabta effettiva u kontinwa mal-ekonomija.

(b)   Servizzi awżiljarji għal trasport marittimu

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

Il-forniment ta' servizzi ta' pilotaġġ u rmiġġ. Għal ċertezza akbar, irrispettivament mill-kriterji li jistgħu japplikaw għar-reġistrazzjoni ta' bastimenti fir-Renju Unit, ir-Renju Unit jirriżerva d-dritt li tirrikjedi li l-bastimenti biss irreġistrati fir-reġistri nazzjonali tar-Renju Unit jistgħu jipprovdu servizzi ta' pilotaġġ u rmiġġ (CPC 7452).

Bastimenti bil-bandiera tar-Renju Unit biss jistgħu jipprovdu servizzi ta' ġbid u rmonkar (CPC 7214).

(c)   Servizzi awżiljarji għat-trasport minn passaġġi tal-ilma interni

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment — Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti ta' prestazzjoni u Kummerċ transfruntier fis-servizzi - Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

 

Servizzi awżiljarji għat-trasportazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni.

(d)   Trasport bil-ferrovija u servizzi awżiljarji għat-trasport bil-ferrovija

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament Nazzjonali u Kummerċ Transfruntier fis-Servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament Nazzjonali:

 

Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija (CPC 7111).

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq u Kummerċ transfruntier tas-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali:

 

Trasport tal-merkanzija bil-ferrovija (CPC 7112).

(e)   Trasport bit-triq (trasport tal-passiġġieri, trasport tal-merkanzija, servizzi ta' trasport internazzjonali bit-trakkijiet) u servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq

Fir-rigward tal-Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali:

 

Għas-servizzi tat-trasport bit-triq koperti mill-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u l-Anness 31 ta' dan il-Ftehim.

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali:

 

Għal servizzi tat-trasport bit-triq mhux koperti mill-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u l-Anness 31 ta' dan il-Ftehim:

(i)

li jkun meħtieġ l-istabbiliment u jiġi limitat il-forniment transfruntier ta' servizzi tat-trasport bit-triq (CPC 712);

(ii)

test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista' jkun applikabbli għal servizzi tat-taxi fir-Renju Unit, bl-istabbiliment ta' limitu fuq l-għadd ta' fornituri tas-servizz. Kriterju ewlieni: Id-domanda lokali kif prevista fil-liġijiet applikabbli (CPC 71221).

Miżuri eżistenti:

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit mill-Att tal-Unjoni Ewropea (il-Ħruġ) tal-2018 u kif emendat bir-Regolamenti tal-2019 dwar il-Liċenzjar tal-Operaturi u tat-Trasport Internazzjonali bit-Triq (Emenda eċċ.) (Ħruġ mill-UE);

 

ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit mill-Att tal-Unjoni Ewropea (il-Ħruġ) tal-2018 u kif emendat bir-Regolamenti tal-2019 dwar il-Liċenzjar tal-Operaturi u tat-Trasport Internazzjonali bit-Triq (Emenda eċċ.) (Ħruġ mill-UE); u

 

r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit mill-Att tal-Unjoni Ewropea (il-Ħruġ) tal-2018 u kif emendat bir-Regoli Komuni għal Aċċess għas-Suq Internazzjonali tas-Servizzi tal-Kowċ u x-Xarabank tal-2019 (Emenda eċċ.) (Ħruġ mill-UE).

(f)   Trasport spazjali u kiri ta' inġenji spazjali

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Rekwiżiti tal-prestazzjoni, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

 

Servizzi tat-trasport permezz tal-ispazju u l-kiri ta' inġenji tal-ispazju (CPC 733, parti minn 734).

(g)   Eżenzjonijiet tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

(i)

Trasport bit-triq u bil-ferrovija

Tadotta trattament differenzjali lejn pajjiż skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (inkluż trasport ikkombinat — bit-triq jew bil-ferrovija) u trasport tal-passiġġieri, konkluża bejn ir-Renju Unit u pajjiż terz (CPC 7111, 7112, 7121, 7122, 7123). Dak it-trattament jista':

jirriżerva jew jillimita l-forniment ta' servizzi ta' trasport rilevanti bejn il-partijiet kontraenti jew fit-territorju tal-partijiet kontraenti għal vetturi reġistrati f'kull parti kontraenti; jew

jipprevedi eżenzjonijiet mit-taxxa għal dawn il-vetturi.

(ii)

Trasport bl-ajru - Servizzi awżiljarji għat-trasport bl-ajru

Tadotta trattament differenzjali lejn pajjiż terz skont ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri dwar servizzi fuq l-art.

Riżerva Nru 13 – Sajd u ilma

Settur:

Is-sajd, l-akkwakultura, servizzi inċidentali għas-sajd; ġbir, purifikazzjoni u distribuzzjoni tal-ilma

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev. 3.1 0501, 0502, CPC 882, ISIC Rev. 3.1 41

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

L-UE tirriżerva d-dritt li tadotta jew li żżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tas-segwenti:

(a)   Sajd, akwakultura u servizzi relatati mas-sajd (ISIC REV. 3.1 0501, 0 502, CPC 882)

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi, Rekwiżiti tal-prestazzjoni, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Trattament nazzjonali, Preżenza lokali, Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:

1.

B'mod partikolari fil-qafas tal-politika tas-sajd tar-Renju Unit, u ta' ftehimiet dwar is-sajd ma' pajjiż terz, l-aċċess għal riżorsi bijoloġiċi u l-postijiet għas-sajd u l-użu tagħhom, li jinsabu fuq l-ilmijiet marittimi li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tar-Renju Unit, jew drittijiet għas-sajd skont liċenzja tas-sajd tar-Renju Unit, inklużi:

(a)

ir-regolamentazzjoni tal-ħatt l-art tal-qabdiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz fir-rigward tal-kwoti allokati lilhom jew, biss fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit, ir-rekwiżit li proporzjoni mill-qabda totali tinħatt l-art f'portijiet tar-Renju Unit;

(b)

l-istipular ta' daqs minimu għal kumpanija sabiex din iżżomm kemm bastimenti tas-sajd artiġjanali u tal-kosta;

(c)

l-għoti ta' trattament differenzjali skont ftehimiet internazzjonali eżistenti jew futuri dwar is-sajd; u

(d)

ir-rekwiżit li l-membri tal-ekwipaġġ ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit jkunu nazzjonali tar-Renju Unit.

2.

Id-dritt biex bastiment tas-sajd ikun jista' jtajjar bandiera tar-Renju Unit biss jekk:

(a)

huwa kompletament proprjetà ta':

(i)

kumpaniji inkorporati fir-Renju Unit; jew

(ii)

nazzjonali tar-Renju Unit;

(b)

l-operazzjonijiet ta' kuljum ikunu mmexxija u kkontrollati minn ġewwa r-Renju Unit; u

(c)

kull noleġġatur, amministratur jew operatur tal-bastiment ikun kumpanija inkorporata fir-Renju Unit jew nazzjonal tar-Renju Unit.

3.

Liċenzja kummerċjali tas-sajd li tagħti d-dritt għas-sajd fl-ilmijiet territorjali tar-Renju Unit tista' tingħata biss għal bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit.

4.

L-istabbiliment ta' faċilitajiet marini jew faċilitajiet interni tal-akkwakultura.

5.

Il-punti (a), (b) u (c) (ħlief fir-rigward tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) u (d) tal-paragrafu 1, il-punti (a)(i), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 japplikaw biss għal miżuri li huma applikabbli għall-bastimenti jew għall-intrapriżi irrispettivament min-nazzjonalità tas-sidien benefiċjarji tagħhom.

(b)   Ġbir, purifikazzjoni u distribuzzjoni tal-ilma

Fir-rigward tal-Liberalizzazzjoni tal-investiment – Aċċess għas-suq, Trattament Nazzjonali u Kummerċ transfruntier fis-servizzi – Aċċess għas-suq, Preżenza lokali, Trattament nazzjonali:

Għal attivitajiet, inkluż servizzi dwar il-ġbir, il-purifikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma għal utenti domestiċi, industrijali, kummerċjali u oħrajn, inkluż il-forniment ta' ilma potabbli u l-immaniġġar tal-ilma.

Riżerva Nru 14 – Attivitajiet relatati mal-enerġija

Settur:

Produzzjoni ta' enerġija u servizzi relatati

Klassifikazzjoni tal-industrija:

ISIC Rev 3.1401, 402, CPC 7131, CPC 887 (apparti servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni).

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

Ir-Renju Unit jirriżerva d-dritt li jadotta jew iżomm kwalunkwe miżura, fejn ir-Renju Unit jippermetti sjieda barranija ta' sistema ta' trażmissjoni tal-gass jew tal-elettriku, jew ta' sistema ta' trasport bil-pajpijiet taż-żejt u tal-gass, fir-rigward ta' intrapriżi tal-Unjoni kkontrollati minn persuni fiżiċi jew intrapriżi ta' pajjiż terz li jammonta għal aktar minn 5 fil-mija tal-importazzjonijiet tar-Renju Unit ta' żejt, gass naturali jew elettriku, sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tar-Renju Unit. Din ir-riżerva ma tapplikax għal servizzi ta' pariri u ta' konsultazzjoni previsti bħala servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija.

Riżerva Nru 15 – Servizzi oħra mhux inklużi xi mkien ieħor

Settur:

Servizzi oħra mhux inklużi xi mkien ieħor

Tip ta' riżerva:

Aċċess għas-suq

Trattament nazzjonali

Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Preżenza lokali

Kapitolu:

Liberalizzazzjoni tal-investiment u Kummerċ transfruntier fis-servizzi

Deskrizzjoni:

Ir-Renju Unit jirriżerva d-dritt li jadotta jew iżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ġodda għajr dawk ikklassifikati fil-Klassifikazzjoni Ċentrali Proviżorja tal-Prodotti (CPC) tan-Nazzjonijiet Uniti, 1991.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU UE L 131, 28.5.2009, p. 11).

(2)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU UE L 302, 17.11.2009, p. 32).

(3)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU UE L 174, 1.7.2011, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU UE L 343, 14.12.2012, p. 32).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU UE L 300, 14.11.2009, p. 51).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU UE L 300, 14.11.2009, p. 72).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU UE L 300, 14.11.2009, p. 88).

(8)  Fir-rigward tal-Awstrija, il-parti tal-eżenzjoni tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit fir-rigward tad-drittijiet tat-traffiku tkopri l-pajjiżi kollha li magħhom jeżistu, jew jistgħu jitqiesu fil-futur, ftehimiet bilaterali dwar trasport bit-triq jew arranġamenti oħra dwar trasport bit-triq.

(9)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU UE L 158, 14.6.2019, p. 125).

(10)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU UE L 211, 14.8.2009, p. 94).

(11)  Id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (ĠU UE L 27, 30.1.1997, p. 20).

(12)  Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU UE L 176, 15.7.2003, p. 37).

(13)  Id-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tirrigwarda regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (ĠU UE L 204, 21.7.1998, p. 1).


ANNESS 21

VIŻITATURI GĦAL RAĠUNIJIET PROFESSJONALI B'FINIJIET TA' STABBILIMENT, ĦADDIEMA BI TRASFERIMENT INTRA-AZJENDALI U VIŻITATURI GĦAL RAĠUNIJIET PROFESSJONALI GĦAL ŻMIEN QASIR

1.   

Miżura elenkata f'dan l-Anness tista' tinżamm, titkompla, tiġġedded minnufih, jew tiġi emendata, dment li l-emenda ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura mal-Artikoli 141 u 142 ta' dan il-Ftehim, kif kienet teżisti immedjatament qabel l-emenda.

2.   

L-Artikoli 141 u 142 ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għal xi miżura eżistenti mhux konformi elenkata f'dan l-Anness, sa fejn jirrigwarda n-nuqqas ta' konformità.

3.   

L-iskedi fil-paragrafi 6, 7 u 8 japplikaw biss għat-territorji tar-Renju Unit u tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 520(2) u l-Artikolu 774 ta' dan il-Ftehim u huma rilevanti biss fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mar-Renju Unit. Huma ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

4.   

Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li jiġi estiż għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi tar-Renju Unit it-trattament mogħti fi Stat Membru, b'applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew ta' kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, għal:

(i)

persuni fiżiċi jew residenti ta' Stat Membru ieħor; jew

(ii)

persuni ġuridiċi kkostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta' Stat Membru ieħor jew tal-Unjoni u li għandhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni.

5.   

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw fil-paragrafi li jinsabu hawn taħt:

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Iċ-Ċekja

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

UE

L-Unjoni Ewropea, inkluż l-Istati Membri kollha tagħha

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

HR

Il-Kroazja

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

LV

Il-Latvja

MT

Malta

NL

In-Netherlands

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SE

L-Iżvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Ir-Repubblika Slovakka

6.   

Il-miżuri mhux konformi tal-Unjoni Ewropea huma:

 

Viżitaturi għal raġunijiet professjonali b'finijiet ta' stabbiliment

Is-setturi kollha

AT, CZ: Viżitatur għal raġunijiet professjonali b'finijiet ta' stabbiliment irid ikun jaħdem għal intrapriża li mhijiex organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, jew: Bla restrizzjonijiet.

SK: Viżitatur għal raġunijiet professjonali b'finijiet ta' stabbiliment irid ikun jaħdem għal intrapriża li mhijiex organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, jew: Bla restrizzjonijiet. Meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

CY: Tul permissibbli tas-soġġorn: sa 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' tnax-il xahar. Viżitatur għal raġunijiet professjonali b'finijiet ta' stabbiliment irid ikun jaħdem għal intrapriża li mhijiex organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, jew: Bla restrizzjonijiet.

 

Ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali

Is-setturi kollha

UE: Sal-31 ta' Diċembru 2022 kull imposta, tariffa jew taxxa imposta minn Parti (minbarra tariffi assoċjati mal-ipproċessar ta' viża, permess tax-xogħol, jew applikazzjoni jew tiġdid ta' permess ta' residenza) fuq il-bażi li titħalla twettaq attività jew tirrekluta persuna li tista' twettaq tali attività fit-territorju ta' Parti, sakemm ma tkunx rekwiżit konsistenti mal-Artikolu 140(3) ta' dan il-Ftehim, jew tariffa sanitarja skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali b'rabta ma' applikazzjoni għal permess ta' dħul, soġġorn, xogħol, jew residenza fit-territorju ta' Parti.

AT, CZ, SK: Ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali jridu jiġu impjegati minn intrapriża li ma tkunx organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, jew: Bla restrizzjonijiet.

FI: Persunal b'kariga għolja jrid jiġi impjegat minn intrapriża li ma tkunx organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ.

HU: Persuni fiżiċi li kienu soċji f'intrapriża ma jikkwalifikawx biex jiġu trasferiti bħala impjegati bi trasferiment intra-azjendali.

 

Viżitaturi għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir

L-attivitajiet kollha msemmija fil-paragrafu 8:

CY, DK, HR: Huwa meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, jekk il-viżitatur għal raġunijiet professjonali għal perjodu limitat jipprovdi servizz.

LV: Hu meħtieġ permess tax-xogħol għal operazzjonijiet/attivitajiet li għandhom jitwettqu fuq il-bażi ta' kuntratt.

MT: Meħtieġ permess tax-xogħol. Ma jitwettaq l-ebda test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

SI: Huwa meħtieġ permess ta' residenza u ta' xogħol uniku għall-forniment ta' servizzi li jeċċedi 14-il jum f'darba u għal ċerti attivitajiet (riċerka u disinn; seminars ta' taħriġ; xiri; tranżazzjonijiet kummerċjali; traduzzjoni u interpretazzjoni). Mhuwiex meħtieġ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

SK: Fil-każ ta' forniment ta' servizz fit-territorju tas-Slovakkja, huwa meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, meta jinqabżu sebat ijiem f'xahar jew fi 30 jum f'sena kalendarja.

Riċerka u disinn

AT: Huwa meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal attivitajiet ta' riċerka ta' riċerkaturi xjentifiċi u statistiċi.

Riċerka fil-kummerċjalizzazzjoni

AT: Meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. It-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi huwa rinunzjat għal attivitajiet ta' riċerka u analiżi sa sebat ijiem f'xahar jew 30 jum f'sena kalendarja. Hija meħtieġa lawrja universitarja.

CY: Meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fieri kummerċjali u wirjiet

AT, CY: Hu meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, għal attivitajiet ta' aktar minn sebat ijiem f'xahar jew 30 jum f'sena kalendarja.

Servizz ta' wara l-bejgħ jew ta' wara l-kiri

AT: Meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. It-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi huwa rinunzjat għal persuni li jħarrġu ħaddiema biex jipprovdu servizzi u li jippossjedu għarfien speċjalizzat.

CY, CZ: Huwa meħtieġ permess tax-xogħol għal aktar minn sebat ijiem f'xahar jew 30 jum f'sena kalendarja.

ES: Jenħtieġ li persuni li jinstallaw, isewwu u jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni jiġu impjegati bħala tali mill-persuna ġuridika li tipprovdi l-beni jew is-servizz jew minn intrapriża li hija membru tal-istess grupp bħall-persuna ġuridika oriġinarja għal mill-inqas tliet xhur immedjatament qabel id-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għad-dħul u jenħtieġ li jkollhom mill-inqas tliet snin ta' esperjenza professjonali rilevanti, fejn applikabbli, miksuba wara l-età maġġuri.

FI: Jista' jkun meħtieġ permess ta' residenza skont l-attività.

SE: Il-permess tax-xogħol huwa meħtieġ, ħlief għal (i) persuni fiżiċi li jieħdu sehem f'taħriġ, ittestjar, preparazzjoni jew tlestija tal-konsenji, jew attivitajiet simili fil-qafas ta' tranżazzjoni kummerċjali, jew (ii) fitters jew għalliema tekniċi b'rabta ma' installazzjoni jew tiswija urġenti ta' makkinarju għal massimu ta' xahrejn, fil-kuntest ta' emerġenza. L-ebda test tal-ħtiġijiet ekonomiċi mhu meħtieġ.

Tranżazzjonijiet kummerċjali

AT, CY: Hu meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, għal attivitajiet ta' aktar minn sebat ijiem f'xahar jew 30 jum f'sena kalendarja.

FI: Il-persuna fiżika trid tkun qiegħda tipprovdi servizzi bħala impjegat ta' persuna ġuridika tal-Parti l-oħra.

Persunal tat-turiżmu

CY, ES, PL: Bla restrizzjonijiet.

FI: Il-persuna fiżika trid tkun qiegħda tipprovdi servizzi bħala impjegat ta' persuna ġuridika tal-Parti l-oħra.

SE: Huwa meħtieġ permess tax-xogħol, ħlief għal xufiera u persunal ta' xarabanks tat-turisti. L-ebda test tal-ħtiġijiet ekonomiċi mhu meħtieġ.

Traduzzjoni u interpretazzjoni

AT: Meħtieġ permess tax-xogħol, inkluż it-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

CY, PL: Bla restrizzjonijiet.

7.   

Il-miżuri mhux konformi tar-Renju Unit huma:

 

Viżitaturi għal raġunijiet professjonali b'finijiet ta' stabbiliment

Is-setturi kollha

Viżitatur għal raġunijiet professjonali b'finijiet ta' stabbiliment irid ikun jaħdem għal intrapriża li mhijiex organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, jew: Bla restrizzjonijiet.

 

Ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali

Is-setturi kollha

Ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali jridu jiġu impjegati minn intrapriża li ma tkunx organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, jew: Bla restrizzjonijiet.

Sal-31 ta' Diċembru 2022 kull imposta, tariffa jew taxxa imposta minn Parti (minbarra tariffi assoċjati mal-ipproċessar ta' viża, permess tax-xogħol, jew applikazzjoni jew tiġdid ta' permess ta' residenza) fuq il-bażi li titħalla twettaq attività jew tirrekluta persuna li tista' twettaq tali attività fit-territorju ta' Parti, sakemm ma tkunx rekwiżit konsistenti mal-Artikolu 140(3) ta' dan il-Ftehim, jew tariffa sanitarja skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali b'rabta ma' applikazzjoni għal permess ta' dħul, soġġorn, xogħol, jew residenza fit-territorju ta' Parti.

 

Viżitaturi għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir

L-attivitajiet kollha msemmija fil-paragrafu 8:

Xejn

8.   

L-attivitajiet li l-viżitaturi għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir jitħallew jidħlu fihom huma:

(a)

laqgħat u konsultazzjonijiet: persuni fiżiċi li jattendu laqgħat jew konferenzi, jew ikunu impenjati f'konsultazzjonijiet ma' soċji kummerċjali;

(b)

riċerka u disinn: riċerkaturi tekniċi, xjentifiċi u tal-istatistika li jwettqu riċerka indipendenti jew riċerka għal persuna ġuridika tal-Parti li tagħha l-viżitatur għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir ikun persuna fiżika;

(c)

riċerka fil-kummerċjalizzazzjoni: riċerkaturi tas-suq u analisti li jwettqu riċerka jew analiżi għal persuna ġuridika tal-Parti li tagħha l-viżitatur għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir ikun persuna fiżika;

(d)

seminars ta' taħriġ: persunal ta' intrapriża li jidħol fit-territorju li jkun qed iżur il-Viżitatur għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir biex jirċievi taħriġ fit-tekniki u l-prattiki tax-xogħol li jintużaw minn kumpaniji jew organizzazzjonijiet fit-territorju li jkun qed iżur il-Viżitatur għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir, dment li t-taħriġ li jirċievi jkun limitat għall-osservazzjoni, il-familjarizzazzjoni u t-tagħlim fil-klassi biss;

(e)

fieri kummerċjali u wirjiet: persunal li jattendi fiera kummerċjali biex jippromwovi l-kumpanija jew il-prodotti jew is-servizzi tiegħu;

(f)

bejgħ: rappreżentanti ta' fornitur ta' servizzi jew oġġetti li jieħdu ordnijiet jew li jinnegozjaw il-bejgħ ta' servizzi jew oġġetti jew jidħlu fi ftehimiet biex ibigħu servizzi jew oġġetti għal dak il-fornitur, imma li ma jikkonsenjawx oġġetti jew ifornu servizzi huma stess. Viżitaturi għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir ma jkunux involuti f'bejgħ dirett lill-pubbliku ġenerali;

(g)

xiri: xerrejja li jixtru oġġetti jew servizzi għal intrapriża, jew persunal maniġerjali u superviżorju, involuti fi tranżazzjoni kummerċjali mwettqa fit-territorju tal-Parti li tagħha l-viżitatur għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir ikun persuna fiżika;

(h)

servizz ta' wara l-bejgħ jew ta' wara l-kiri: installaturi, persunal tat-tiswija u l-manutenzjoni u superviżuri, li għandhom għarfien speċjalizzat essenzjali għall-obbligu kuntrattwali ta' bejjiegħ, li jipprovdu servizzi jew li jħarrġu ħaddiema biex jipprovdu servizzi skont garanzija jew kuntratt ta' servizz ieħor inċidentali għall-bejgħ jew il-kiri ta' tagħmir jew makkinarju kummerċjali jew industrijali, inkluż softwer tal-kompjuter, mixtrija jew mikrija minn persuna ġuridika tal-Parti li l-viżitatur għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir tagħha huwa persuna fiżika matul il-perjodu kollu tal-kuntratt tal-garanzija jew tas-servizz;

(i)

tranżazzjonijiet kummerċjali: persunal maniġerjali u superviżorju u persunal tas-servizzi finanzjarji (inklużi assiguraturi, bankiera u sensara tal-investiment) involuti fi tranżazzjoni kummerċjali għal persuna ġuridika tal-Parti li tagħha l-viżitatur tan-negozju għal żmien qasir ikun persuna fiżika;

(j)

persunal tat-turiżmu: aġenti turistiċi u tal-ivvjaġġar, gwidi turistiċi jew operaturi turistiċi li jattendu jew jipparteċipaw f'konvenzjonijiet jew li jakkumpanjaw żjara li tkun bdiet fit-territorju tal-Parti li tagħha l-viżitatur għal raġunijiet professjonali għal żmien qasir ikun persuna fiżika; u

(k)

traduzzjoni u interpretazzjoni: tradutturi jew interpreti li jipprovdu servizzi bħala impjegati ta' persuna ġuridika tal-Parti li tagħha l-viżitatur tan-negozju għal żmien qasir huwa persuna fiżika.


ANNESS 22

FORNITURI TA' SERVIZZI KUNTRATTWALI U PROFESSJONISTI INDIPENDENTI

1.   

Kull Parti għandha tippermetti l-forniment ta' servizzi fit-territorju tagħha minn fornituri ta' servizzi kuntrattwali jew professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra permezz tal-preżenza ta' persuni fiżiċi, skont l-Artikolu 143 ta' dan il-Ftehim, għas-setturi elenkati f'dan l-Anness u soġġett għal-limitazzjonijiet rilevanti.

2.   

Il-lista li tinsab hawn taħt tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

(a)

l-ewwel kolonna li tindika s-settur jew is-sottosettur li għalih il-kategorija ta' fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti hija liberalizzata; u

(b)

t-tieni kolonna tiddeskrivi l-limiti applikabbli.

3.   

Minbarra l-lista ta' riżervi f'dan l-Anness, kull Parti tista' tadotta jew iżżomm miżura relatata mar-rekwiżiti tal-kwalifiki, mal-proċeduri tal-kwalifiki, mal-istandards tekniċi, mar-rekwiżiti ta' liċenzjar jew mal-proċeduri ta' liċenzjar li ma tikkostitwixxix limitazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 143 ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri, li jinkludu r-rekwiżiti biex tinkiseb liċenzja, jinkiseb riknoxximent tal-kwalifiki fis-setturi regolati jew biex wieħed jgħaddi minn eżamijiet speċifiċi, bħall-eżamijiet tal-lingwa, anki jekk mhumiex elenkati f'dan l-Anness, japplikaw fi kwalunkwe każ għall-fornituri tas-servizzi kuntrattwali jew għall-professjonisti indipendenti tal-Partijiet.

4.   

Il-Partijiet ma jieħdu l-ebda impenn għal fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti f'attivitajiet ekonomiċi li mhumiex elenkati.

5.   

Fl-identifikazzjoni tas-setturi u s-sottosetturi individwali: CPC tfisser Klassifika Ċentrali tal-Prodotti kif stabbilit fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, Statistical Papers, Series M, N° 77, CPC prov., 1991.

6.   

Fis-setturi fejn jiġu applikati testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi, il-kriterji ewlenin tagħhom se jkunu l-valutazzjoni ta':

(a)

għar-Renju Unit, is-sitwazzjoni rilevanti tas-suq fir-Renju Unit; u

(b)

għall-Unjoni, is-sitwazzjoni rilevanti tas-suq fl-Istat Membru jew ir-reġjun fejn għandu jiġi pprovdut is-servizz, inkluż fir-rigward tal-għadd ta' fornituri ta' servizzi li diġà qed jipprovdu servizz meta ssir il-valutazzjoni u l-impatt fuqhom.

7.   

L-iskedi fil-paragrafi 10 sa 13 japplikaw biss għat-territorji tar-Renju Unit u tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 520(2) u l-Artikolu 774 ta' dan il-Ftehim u huma rilevanti biss fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mar-Renju Unit. Huma ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

8.   

Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li jiġi estiż għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi tar-Renju Unit it-trattament mogħti fi Stat Membru, b'applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew ta' kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, għal:

(i)

persuni fiżiċi jew residenti ta' Stat Membru ieħor; jew

(ii)

persuni ġuridiċi kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta' Stat Membru ieħor jew tal-Unjoni u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni.

9.   

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw fil-lista li tinsab hawn taħt:

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Iċ-Ċekja

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

UE

L-Unjoni Ewropea, inkluż l-Istati Membri kollha tagħha

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

HR

Il-Kroazja

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

LV

Il-Latvja

MT

Malta

NL

In-Netherlands

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SE

L-Iżvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Ir-Repubblika Slovakka

CSS

Fornituri ta' Servizzi Kuntrattwali

IP

Professjonisti Indipendenti

Fornituri ta' Servizzi Kuntrattwali

10.

Soġġett għal-lista ta' riżervi fil-paragrafi 12 u 13, il-Partijiet jieħdu impenji f'konformità mal-Artikolu 143 ta' dan il-Ftehim fir-rigward tal-kategorija tal-modalità 4 ta' Fornituri ta' Servizzi Kuntrattwali fis-setturi jew is-sottosetturi li ġejjin:

(a)

Is-servizzi konsultattivi legali fir-rigward tal-liġi pubblika internazzjonali u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni domestika;

(b)

Servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba;

(c)

Servizzi ta' konsulenza dwar it-tassazzjoni;

(d)

Servizzi arkitettoniċi u ppjanar urban u servizzi ta' arkitettoniċi tal-pajsaġġ;

(e)

Servizzi ta' inġinerija u servizzi ta' inġinerija integrata;

(f)

Servizzi mediċi u dentali;

(g)

Servizzi veterinarji;

(h)

Servizzi ta' qwiebel;

(i)

Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku;

(j)

Servizzi tal-kompjuters u servizzi relatati;

(k)

Servizzi tar-riċerka l-iżvilupp;

(l)

Servizzi ta' reklamar;

(m)

Riċerka tas-suq u stħarriġ tal-opinjonijiet;

(n)

Servizzi ta' konsulenza maniġerjali;

(o)

Servizzi relatati ma' konsulenza maniġerjali;

(p)

Servizzi ta' ttestjar u analiżi tekniċi;

(q)

Servizzi relatati ta' konsulenza xjentifika u teknika;

(r)

Estrazzjoni minerarja;

(s)

Manutenzjoni u tiswija ta' bastimenti;

(t)

Manutenzjoni u tiswija ta' tagħmir tat-trasport bil-ferrovija;

(u)

Manutenzjoni u tiswija ta' vetturi bil-mutur, muturi, vetturi tas-silġ (snowmobiles) u tagħmir tat-trasport bit-triq;

(v)

Manutenzjoni u tiswija ta' inġenji tal-ajru u partijiet minnhom;

(w)

Manutenzjoni u tiswija ta' prodotti tal-metall, ta' makkinarju (mhux tal-uffiċċji), ta' tagħmir (mhux tat-trasport u mhux tal-uffiċċji) u ta' oġġetti personali u tad-dar;

(x)

Servizzi ta' traduzzjoni u ta' interpretazzjoni;

(y)

Servizzi ta' telekomunikazzjoni;

(z)

Servizzi postali u ta' kurrier;

(aa)

Kostruzzjoni u servizzi ta' inġinerija relatati;

(bb)

Xogħol ta' investigazzjoni ta' siti;

(cc)

Servizzi ta' edukazzjoni għolja;

(dd)

Servizzi relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa u l-forestrija;

(ee)

Servizzi ambjentali;

(ff)

Servizzi ta' assigurazzjoni u relatati mal-assigurazzjoni u servizzi ta' pariri u konsulenza;

(gg)

Servizzi finanzjarji oħrajn u servizzi ta' pariri u konsulenza;

(hh)

Servizzi ta' pariri u konsulenza dwar it-trasport;

(ii)

Servizzi ta' aġenziji tal-ivvjaġġar u ta' operaturi turistiċi;

(jj)

Servizzi ta' gwidi turistiċi;

(kk)

Servizzi ta' pariri u konsulenza dwar il-manifattura.

Professjonisti Indipendenti

11.

Soġġett għal-lista ta' riżervi fil-paragrafi 12 u 13, il-Partijiet jieħdu impenji f'konformità mal-Artikolu 143 ta' dan il-Ftehim fir-rigward tal-kategorija tal-modalità 4 ta' Professjonisti Indipendenti fis-setturi jew sottosetturi li ġejjin:

(a)

Is-servizzi konsultattivi legali fir-rigward tal-liġi pubblika internazzjonali u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni domestika;

(b)

Servizzi arkitettoniċi u ppjanar urban u servizzi ta' arkitettura tal-pajsaġġ;

(c)

Servizzi ta' inġinerija u servizzi ta' inġinerija integrata;

(d)

Servizzi tal-kompjuters u servizzi relatati;

(e)

Servizzi tar-riċerka l-iżvilupp;

(f)

Riċerka tas-suq u stħarriġ tal-opinjonijiet;

(g)

Servizzi ta' konsulenza maniġerjali;

(h)

Servizzi relatati ma' konsulenza maniġerjali;

(i)

Estrazzjoni minerarja;

(j)

Servizzi ta' traduzzjoni u ta' interpretazzjoni;

(k)

Servizzi ta' telekomunikazzjoni;

(l)

Servizzi postali u ta' kurrier;

(m)

Servizzi ta' edukazzjoni għolja;

(n)

Servizzi ta' pariri u konsulenza relatati ma' servizzi tal-assigurazzjoni;

(o)

Servizzi finanzjarji oħrajn u servizzi ta' pariri u konsulenza;

(p)

Servizzi ta' pariri u konsulenza dwar it-trasport;

(q)

Servizzi ta' pariri u konsulenza dwar il-manifattura.

12.

Ir-riżervi tal-Unjoni Ewropea huma:

Settur jew sottosettur

Deskrizzjoni tar-riżervi

Is-setturi kollha

CSS u IP:

 

Fl-AT: Is-soġġorn massimu għandu jkun għal perjodu kumulattiv ta' mhux aktar minn sitt xhur f'kull perjodu ta' 12-il xahar jew għad-durata tal-kuntratt, skont liem ikun l-inqas.

 

Fiċ-CZ: Is-soġġorn massimu għandu jkun għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar konsekuttivi jew għad-durata tal-kuntratt, liema minnhom ikun l-inqas.

Is-servizzi konsultattivi legali fir-rigward tal-liġi pubblika internazzjonali u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni domestika

(parti minn CPC 861)

CSS:

 

Fl-AT, BE, CY, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SE: Xejn.

 

Fil-BG, CZ, DK, FI, HU, LT, LV, MT, RO, SI, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

Fl-AT, CY, DE, EE, FR, HR, IE, LU, LV, NL, PL, PT, SE: Xejn.

 

Fil-BE, BG, CZ, DK, EL, ES, FI, HU, IT, LT, MT, RO, SI, SK: Testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba

(CPC 86212 għajr "servizzi ta' awditjar", 86213, 86219 u 86220)

CSS:

 

Fl-AT, BE, DE, EE, ES, HR, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fil-BG, CZ, CY, DK, EL, FI, FR, HU, LT, LV, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' konsulenza dwar it-tassazzjoni

(CPC 863) (1)

CSS:

 

Fl-AT, BE, DE, EE, ES, FR, HR, IE, IT, LU, NL, PL, SI, SE: Xejn.

 

Fil-BG, CZ, CY, DK, EL, FI, HU, LT, LV, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-PT: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi arkitettoniċi

u

Pjanar urban u s-servizzi arkitettoniċi tat-tisbiħ tal-pajsaġġ

(CPC 8671 u 8674)

CSS:

 

Fil-BE, CY, EE, ES, EL, FR, HR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fil-FI: Ma hemmx, ħlief: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li qed ikun fornut.

 

Fil-BG, CZ, DE, HU, LT, LV, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

 

Fl-AT: Servizzi tal-ippjanar biss, fejn: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

F'CY, DE, EE, EL, FR, HR, IE, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fil-FI: Ma hemmx, ħlief: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li qed ikun fornut.

 

Fil-BE, BG, CZ, DK, ES, HU, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fl-AT: Servizzi tal-ippjanar biss, fejn: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Servizzi tal-inġinerija

u

Servizzi relatati mal-inġinerija integrata

(CPC 8672 u CPC 8673)

CSS:

 

Fil-BE, CY, EE, ES, EL, FR, HR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fil-FI: Ma hemmx, ħlief: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li qed ikun fornut.

 

Fil-BG, CZ, DE, HU, LT, LV, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

 

Fl-AT: Servizzi tal-ippjanar biss, fejn: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

F'CY, DE, EE, EL, FR, HR, IE, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fil-FI: Ma hemmx, ħlief: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li qed ikun fornut.

 

Fil-BE, BG, CZ, DK, ES, HU, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fl-AT: Servizzi tal-ippjanar biss, fejn: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali

(CPC 9312 u parti minn 85201)

CSS:

 

Fl-SE: Xejn.

 

F'CY, CZ, DE, DK, EE, ES, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SI: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fi FR: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal psikologi, fejn: Bla restrizzjonijiet.

 

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta' psikologi u dentali, fejn: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-BE, BG, EL, FI, HR, HU, LT, LV, SK: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi veterinarji

(CPC 932)

CSS:

 

Fl-SE: Xejn.

 

F'CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SI: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fl-AT, BE, BG, HR, HU, LV, SK: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' qwiebel

(parti minn CPC 93191)

CSS:

 

Fl-IE, SE: Xejn.

 

Fl-AT, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FR, IT, LT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SI: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-BE, BG, FI, HR, HU, SK: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Is-servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku

(parti minn CPC 93191)

CSS:

 

Fl-IE, SE: Xejn.

 

Fl-AT, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FR, IT, LT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SI: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-BE, BG, FI, HR, HU, SK: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi tal-kompjuters u servizzi relatati

(CPC 84)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fil-FI: Ma hemmx, ħlief: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li qed ikun fornut.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, HU, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

Fil-DE, EE, EL, FR, IE, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fil-FI: Ma hemmx, ħlief: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li qed ikun fornut.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, ES, HU, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-HR: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' riċerka u żvilupp

(CPC 851, 852 ħlief servizzi ta' psikologi (2), u 853)

CSS:

 

UE ħlief NL, SE: Hu meħtieġ ftehim ta' ospitar ma' organizzazzjoni approvata tar-riċerka (3).

 

UE ħlief CZ, DK, SK: Xejn

 

Fiċ-CZ, DK, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE ħlief NL, SE: Hu meħtieġ ftehim ta' ospitar ma' organizzazzjoni approvata tar-riċerka (4).

 

UE ħlief BE, CZ, DK, IT, SK: Xejn

 

Fil-BE, CZ, DK, IT, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Servizzi ta' reklamar

(CPC 871)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, ES, FR, HR, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DK, EL, FI, HU, LT, LV, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Riċerka dwar is-suq u s-servizzi tal-istħarriġ tal-opinjoni

(CPC 864)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, ES, FR, IE, IT, LU, NL, PL, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DK, EL, FI, HR, LV, MT, RO, SI, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-PT: Xejn, ħlief servizzi ta' stħarriġ tal-opinjoni pubblika (CPC 86402), fejn: Bla restrizzjonijiet.

 

Fl-HU, LT: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal servizzi ta' stħarriġ tal-opinjoni pubblika (CPC 86402), fejn: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

Fil-DE, EE, FR, IE, LU, NL, PL, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, EL, ES, FI, HR, IT, LV, MT, RO, SI, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-PT: Xejn, ħlief servizzi ta' stħarriġ tal-opinjoni pubblika (CPC 86402), fejn: Bla restrizzjonijiet.

 

Fl-HU, LT: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal servizzi ta' stħarriġ tal-opinjoni pubblika (CPC 86402), fejn: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' konsulenza maniġerjali

(CPC 865)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, HU, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

F'CY, DE, EE, EL, FI, FR, IE, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, DK, ES, HR, HU, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Servizzi relatati ma' konsulenza maniġerjali

(CPC 866)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

 

Fl-HU: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal servizzi tal-arbitraġġ u ta' konċiljazzjoni (CPC 86602), fejn: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

F'CY, DE, EE, EL, FI, FR, IE, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, DK, ES, HR, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi

 

Fl-HU: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal servizzi tal-arbitraġġ u ta' konċiljazzjoni (CPC 86602), fejn: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' ttestjar u analiżi tekniċi

(CPC 8676)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LU, NL, PL, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, FI, HU, LT, LV, MT, PT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Servizzi relatati ta' konsulenza xjentifika u teknika

(CPC 8675)

CSS:

 

Fil-BE, EE, EL, ES, HR, IE, IT, LU, NL, PL, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, CZ, CY, DE, DK, FI, HU, LT, LV, MT, PT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-DE: Xejn, ħlief għal servejers maħtura pubblikament, fejn: Bla restrizzjonijiet.

 

Fi FR: Xejn, ħlief għal operazzjonijiet ta' "stħarriġ" relatati mal-istabbiliment ta' drittijiet tal-proprjetà u l-liġi tal-artijiet, fejn: Bla restrizzjonijiet.

 

Fil-BG: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Estrazzjoni (CPC 883, servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, HU, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

Fil-DE, EE, EL, FI, FR, HR, IE, LV, LU, MT, NL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, ES, HU, IT, LT, PL, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Manutenzjoni u tiswija ta' bastimenti

(parti minn CPC 8868)

CSS:

 

Fil-BE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LV, LU, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DE, DK, FI, HU, IE, LT, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Manutenzjoni u tiswija ta' tagħmir tat-trasport bil-ferrovija

(parti minn CPC 8868)

CSS:

 

Fil-BE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DE, DK, FI, HU, IE, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Manutenzjoni u tiswija ta' vetturi bil-mutur, muturi, vetturi tas-silġ (snowmobiles) u tagħmir tat-trasport bit-triq

(CPC 6112, 6122, parti minn 8867 u parti minn 8868)

CSS:

 

Fil-BE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LV, LU, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DE, DK, FI, HU, IE, LT, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Manutenzjoni u tiswija ta' inġenji tal-ajru u partijiet minnhom

(parti minn CPC 8868)

CSS:

 

Fil-BE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DE, DK, FI, HU, IE, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Manutenzjoni u tiswija ta' prodotti tal-metall, ta' makkinarju (mhux tal-uffiċċju), ta' tagħmir (mhux tat-trasport u mhux tal-uffiċċju) u ta' oġġetti personali u tad-dar (5)

(CPC 633, 7545, 8861, 8862, 8864, 8865 u 8866)

CSS:

 

Fil-BE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DE, DK, HU, IE, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-FI: Bla restrizzjoni, ħlief fil-kuntest ta' kuntratt ta' wara l-bejgħ jew ta' wara l-kiri; għal manutenzjoni u tiswija ta' oġġetti personali u tad-dar (CPC 633): Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Servizzi ta' traduzzjoni u ta' interpretazzjoni

(CPC 87905, ħlief attivitajiet uffiċjali jew ċertifikati)

CSS:

 

Fil-BE, CY, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, DK, FI, HU, IE, LT, LV, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

F'CY, DE, EE, FR, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, DK, EL, ES, FI, HU, IE, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-HR: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' telekomunikazzjoni (CPC 7544, servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, HU, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

Fil-DE, EE, EL, FI, FR, HR, IE, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, ES, HU, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Servizzi postali u tal-kurjer (CPC 751, servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, FI, HU, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

Fil-DE, EE, EL, FR, HR, IE, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, ES, FI, HU, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Kostruzzjoni u servizzi ta' inġinerija relatati

(CPC 511, 512, 513, 514, 515, 516, 517 u 518. BG: CPC 512, 5131, 5132, 5135, 514, 5161, 5162, 51641, 51643, 51644, 5165 u 517)

CSS:

 

UE: Mingħajr restrizzjonijiet fil-BE, CZ, DK, ES, NL u SE.

 

Fil-BE, DK, ES, NL, SE: Xejn.

 

Fiċ-CZ: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet, ħlief fin-NL. Fin-NL: Xejn.

Xogħol ta' investigazzjoni ta' siti

(CPC 5111)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ,CY, FI, HU, LT, LV, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' edukazzjoni għolja

(CPC 923)

CSS:

 

UE ħlief LU, SE: Bla restrizzjonijiet.

 

Fil-LU: Bla restrizzjonijiet, ħlief għal professuri tal-università, fejn: Xejn.

 

Fl-SE: Ebda, ħlief għal fornituri ta' servizzi edukattivi ffinanzjati pubblikament u privatament b'xi forma ta' appoġġ mill-Istat, fejn: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE ħlief SE: Bla restrizzjonijiet.

 

Fl-SE: Ebda, ħlief għal fornituri ta' servizzi edukattivi ffinanzjati pubblikament u privatament b'xi forma ta' appoġġ mill-Istat, fejn: Bla restrizzjonijiet.

Agrikoltura, kaċċa u forestrija (CPC 881, servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

 

UE ħlief BE, DE, DK, ES, FI, HR u SE: Bla restrizzjonijiet

 

Fil-BE, DE, ES, HR, SE: Xejn

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-FI: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta' pariri u konsulenza relatati mal-forestrija, fejn: Xejn.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ambjentali

(CPC 9401, 9402, 9403, 9404, parti minn 94060, 9405, parti minn 9406 u 9409)

CSS:

 

Fil-BE, EE, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, DE, DK, EL, HU, LT, LV, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' assigurazzjoni u relatati mal-assigurazzjoni (servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ,CY, FI, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

 

Fl-HU: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

Fil-DE, EE, EL, FR, HR, IE, LV, LU, MT, NL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, ES, FI, IT, LT, PL, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fl-HU: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi finanzjarji oħrajn (servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

 

Fil-BE, DE, ES, EE, EL, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, FI, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

 

Fl-HU: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

Fil-DE, EE, EL, FR, HR, IE, LV, LU, MT, NL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, ES, FI, IT, LT, PL, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fl-HU: Bla restrizzjonijiet.

Trasport (CPC 71, 72, 73, u 74, servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

 

Fil-DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, HU, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

 

Fil-BE: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

F'CY, DE, EE, EL, FI, FR, HR, IE, LV, LU, MT, NL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, DK, ES, HU, IT, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fil-PL: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għat-trasport bl-ajru, fejn: Xejn.

 

Fil-BE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi (inklużi maniġers tal-vjaġġi (6))

(CPC 7471)

CSS:

 

Fl-AT, CY, CZ, DE, EE, ES, FR, HR, IT, LU, NL, PL, SI, SE: Xejn.

 

Fil-BG, EL, FI, HU, LT, LV, MT, PT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

 

Fil-BE, IE: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għall-maniġers tal-vjaġġi, fejn: Xejn.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' gwidi turistiċi

(CPC 7472)

CSS:

 

Fin-NL, PT, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, FI, FR, EL, HU, IE, IT, LV, LU, MT, RO, SK, SI: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fi ES, HR, LT, PL: Bla restrizzjonijiet.

IP:

 

UE: Bla restrizzjonijiet.

Manifattura (CPC 884, u 885, servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

 

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BG, CZ, CY, HU, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

 

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni CSS sa tliet xhur.

IP:

 

Fil-DE, EE, EL, FI, FR, HR, IE, LV, LU, MT, NL, PT, SI, SE: Xejn.

 

Fl-AT, BE, BG, CZ, CY, DK, ES, HU, IT, LT, PL, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

13.

Ir-riżervi tar-Renju Unit huma:

Settur jew sottosettur

Deskrizzjoni tar-riżervi

Is-setturi kollha

Xejn

Is-servizzi konsultattivi legali fir-rigward tal-liġi pubblika internazzjonali u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni domestika

(parti minn CPC 861)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi tal-kontabilità u taż-żamma tal-kotba

(CPC 86212 għajr "servizzi ta' awditjar", 86213, 86219 u 86220)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' konsulenza dwar it-tassazzjoni

(CPC 863) (7)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi arkitettoniċi

u

Pjanar urban u s-servizzi arkitettoniċi tat-tisbiħ tal-pajsaġġ

(CPC 8671 u 8674)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi tal-inġinerija

u

Servizzi relatati mal-inġinerija integrata

(CPC 8672 u CPC 8673)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali

(CPC 9312 u parti minn 85201)

CSS:

Bla restrizzjonijiet.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi veterinarji

(CPC 932)

CSS:

Bla restrizzjonijiet.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' qwiebel

(parti minn CPC 93191)

CSS:

Bla restrizzjonijiet.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Is-servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku

(parti minn CPC 93191)

CSS:

Bla restrizzjonijiet.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi tal-kompjuters u servizzi relatati

(CPC 84)

CSS:

UK: Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi ta' riċerka u żvilupp

(CPC 851, 852 ħlief servizzi ta' psikologi (8), u 853)

CSS:

Xejn

IP:

Xejn

Servizzi ta' reklamar

(CPC 871)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Riċerka dwar is-suq u s-servizzi tal-istħarriġ tal-opinjoni

(CPC 864)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi ta' konsulenza maniġerjali

(CPC 865)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi relatati ma' konsulenza maniġerjali

(CPC 866)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi ta' ttestjar u analiżi tekniċi

(CPC 8676)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi relatati ta' konsulenza xjentifika u teknika

(CPC 8675)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Estrazzjoni (CPC 883, servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Manutenzjoni u tiswija ta' bastimenti

(parti minn CPC 8868)

CSS:

Xejn

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Manutenzjoni u tiswija ta' tagħmir tat-trasport bil-ferrovija

(parti minn CPC 8868)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Manutenzjoni u tiswija ta' vetturi bil-mutur, muturi, vetturi tas-silġ (snowmobiles) u tagħmir tat-trasport bit-triq

(CPC 6112, 6122, parti minn 8867 u parti minn 8868)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Manutenzjoni u tiswija ta' inġenji tal-ajru u partijiet minnhom

(parti minn CPC 8868)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Manutenzjoni u tiswija ta' prodotti tal-metall, ta' makkinarju (mhux tal-uffiċċju), ta' tagħmir (mhux tat-trasport u mhux tal-uffiċċju) u ta' oġġetti personali u tad-dar (9)

(CPC 633, 7545, 8861, 8862, 8864, 8865 u 8866)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' traduzzjoni u ta' interpretazzjoni

(CPC 87905, ħlief attivitajiet uffiċjali jew ċertifikati)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi ta' telekomunikazzjoni (CPC 7544, servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi postali u tal-kurjer (CPC 751, servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Kostruzzjoni u servizzi ta' inġinerija relatati

(CPC 511, 512, 513, 514, 515, 516, 517 u 518. BG: CPC 512, 5131, 5132, 5135, 514, 5161, 5162, 51641, 51643, 51644, 5165 u 517)

CSS:

Bla restrizzjonijiet.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Xogħol ta' investigazzjoni ta' siti

(CPC 5111)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' edukazzjoni għolja

(CPC 923)

CSS:

Bla restrizzjonijiet.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Agrikoltura, kaċċa u forestrija (CPC 881, servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

Bla restrizzjonijiet

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ambjentali

(CPC 9401, 9402, 9403, 9404, parti minn 94060, 9405, parti minn 9406 u 9409)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' assigurazzjoni u relatati mal-assigurazzjoni (servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi finanzjarji oħrajn (servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Trasport (CPC 71, 72, 73, u 74, servizzi ta' pariri u konsulenza biss)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.

Servizzi ta' aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi (inklużi maniġers tal-vjaġġi (10))

(CPC 7471)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Servizzi ta' gwidi turistiċi

(CPC 7472)

CSS:

Xejn.

IP:

Bla restrizzjonijiet.

Manifattura (CPC 884, u 885, servizzi ta' pariri u ta' konsulenza biss)

CSS:

Xejn.

IP:

Xejn.


(1)  Ma jinkludux servizzi ta' konsulenza legali u ta' rappreżentanza legali għal kwistjonijiet ta' taxxa, li jaqgħu taħt is-servizzi ta' konsulenza legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni domestika.

(2)  Parti minn CPC 85201, li taqa' taħt servizzi mediċi u dentali.

(3)  Għall-Istati Membri kollha ħlief id-DK, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tar-riċerka u l-ftehim ta' ospitar iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti skont id-Direttiva tal-UE 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005.

(4)  Għall-Istati Membri kollha ħlief id-DK, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tar-riċerka u l-ftehim tal-ospitar iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti skont id-Direttiva tal-UE 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005.

(5)  Servizzi ta' manutenzjoni u tiswija ta' makkinarju u tagħmir tal-uffiċċji inkluż kompjuters (CPC 845) jaqgħu taħt servizzi tal-kompjuters.

(6)  Fornituri ta' servizzi li l-funzjoni tagħhom hija li jakkumpanjaw grupp turistiku ta' mhux inqas minn 10 persuni fiżiċi, mingħajr ma jaġixxu bħala gwidi f'postijiet speċifiċi.

(7)  Ma jinkludux servizzi ta' konsulenza legali u ta' rappreżentanza legali għal kwistjonijiet ta' taxxa, li jaqgħu taħt is-servizzi ta' konsulenza legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi tal-ġuriżdizzjoni domestika.

(8)  Parti minn CPC 85201, li taqa' taħt servizzi mediċi u dentali.

(9)  Servizzi ta' manutenzjoni u tiswija ta' makkinarju u tagħmir tal-uffiċċji inkluż kompjuters (CPC 845) jaqgħu taħt servizzi tal-kompjuters.

(10)  Fornituri ta' servizzi li l-funzjoni tagħhom hija li jakkumpanjaw grupp turistiku ta' mhux inqas minn 10 persuni fiżiċi, mingħajr ma jaġixxu bħala gwidi f'postijiet speċifiċi.


ANNESS 23

MOVIMENT TA' PERSUNI FIŻIĊI

Artikolu 1

Impenji proċedurali relatati mad-dħul u mas-soġġorn temporanju

Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal dħul u soġġorn temporanju skont l-impenji rispettivi tagħhom fil-Ftehim isegwi prattika amministrattiva tajba:

(a)

Kull Parti għandha tiżgura li t-tariffi imposti mill-awtoritajiet kompetenti għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal dħul u soġġorn temporanju ma jxekklux jew jittardjaw b'mod mhux xieraq il-kummerċ fis-servizzi skont dan il-Ftehim;

(b)

soġġett għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti, jenħtieġ li d-dokumenti meħtieġa minn applikant għal applikazzjonijiet għall-għoti ta' dħul u soġġorn temporanju ta' viżitaturi għal żmien qasir għal finijiet ta' negozju jkunu proporzjonati mal-għan li għalih jinġabru;

(c)

applikazzjonijiet kompluti għall-għoti ta' dħul u soġġorn temporanju għandhom jiġu pproċessati mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti malajr kemm jista' jkun;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jipprovdu, mingħajr dewmien żejjed, informazzjoni bi tweġiba għal kwalunkwe talba raġonevoli minn applikant li tikkonċerna l-istatus ta' applikazzjoni;

(e)

jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Parti jirrikjedu informazzjoni addizzjonali mingħand applikant sabiex jipproċessaw l-applikazzjoni, huma għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jinnotifikaw lill-applikant, mingħajr dewmien żejjed;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti għandhom jinnotifikaw lill-applikant bir-riżultat tal-applikazzjoni minnufih wara li tkun ittieħdet deċiżjoni;

(g)

jekk applikazzjoni tiġi approvata, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti għandhom jinnotifikaw lill-applikant dwar il-perjodu ta' soġġorn u termini u kondizzjonijiet rilevanti oħra;

(h)

jekk applikazzjoni tiġi miċħuda, l-awtoritajiet kompetenti ta' Parti għandhom, b'talba jew b'inizjattiva tagħhom stess, jagħmlu disponibbli għall-applikant l-informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura ta' rieżami jew ta' appell disponibbli; u

(i)

kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex taċċetta u tipproċessa l-applikazzjonijiet f'format elettroniku.

Artikolu 2

Impenji proċedurali addizzjonali li japplikaw għal ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali u s-sieħeb/sieħba tagħhom, it-tfal u l-membri tal-familja tagħhom (1)

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti għandhom jadottaw deċiżjoni dwar applikazzjoni għal dħul jew soġġorn temporanju ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jew it-tiġdid tiegħu u jinnotifikaw id-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub, skont il-proċeduri ta' notifika skont il-liġi nazzjonali, malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni kompluta.

2.   Jekk l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni provduta b'appoġġ għall-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jirsistu biex jinnotifikaw lill-applikant f'perjodu raġonevoli dwar l-informazzjoni addizzjonali li hija meħtieġa u jistabbilixxu skadenza raġonevoli sabiex din tiġi pprovduta. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sa meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

3.   L-Unjoni għandha testendi għall-membri tal-familja ta' persuni fiżiċi tar-Renju Unit, li huma ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali lejn l-Unjoni, id-dritt ta' dħul u ta' soġġorn temporanju mogħti lill-membri tal-familja ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

4.   Ir-Renju Unit għandu jippermetti d-dħul u s-soġġorn temporanju ta' sħab u ta' tfal dipendenti ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali, kif permess skont ir-Regoli dwar l-Immigrazzjoni tar-Renju Unit.

5.   Ir-Renju Unit għandu jippermetti lis-sħab u lit-tfal dipendenti ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali msemmija fil-paragrafu 4 biex jaħdmu għat-tul tal-viża tagħhom, f'kapaċità ta' impjegat jew ta' impjieg għal rashom, u ma għandux jitlobhom jiksbu permess tax-xogħol.


(1)  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għall-Istati Membri li mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' nazzjonali ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali (ĠU UE L 157, 27.5.2014, p. 1 (id-"Direttiva dwar l-ICT").

(2)  Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali (ĠU UE L 157, 27.5.2014, p. 1).


ANNESS 24

LINJI GWIDA GĦAL ARRANĠAMENTI DWAR IR-RIKONOXXIMENT TA' KWALIFIKI PROFESSJONALI

TAQSIMA A

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Introduzzjoni

1.

Dan l-Anness fih linji gwida għall-arranġamenti dwar il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali ("arranġamenti"), kif previst fl-Artikolu 158 ta' dan il-Ftehim.

2.

Skont l-Artikolu 158 ta' dan il-Ftehim, dawn il-linji gwida għandhom jitqiesu fl-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet konġunti minn korpi professjonali jew awtoritajiet tal-Partijiet ("rakkomandazzjonijiet konġunti").

3.

Dawn il-linji gwida mhumiex vinkolanti u mhumiex eżawrjenti u ma jimmodifikawx jew jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont dan il-Ftehim. Huma jistabbilixxu l-kontenut tipiku tal-arranġamenti, u jipprovdu indikazzjonijiet ġenerali dwar il-valur ekonomiku ta' arranġament u l-kompatibbiltà tas-sistemi tal-kwalifiki professjonali rispettivi.

4.

Mhux l-elementi kollha ta' dawn il-linji gwida jistgħu jkunu rilevanti fil-każijiet kollha u l-korpi u l-awtoritajiet professjonali huma liberi li jinkludu fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tagħhom kwalunkwe element ieħor li huma jqisu pertinenti għall-arranġamenti tal-professjoni u tal-attivitajiet professjonali kkonċernati, konsistenti ma' dan il-Ftehim.

5.

Il-linji gwida jenħtieġ li jitqiesu mill-Kunsill ta' Sħubija meta jiddeċiedi jekk għandux jiżviluppa u jadotta arranġamenti. Huma mingħajr preġudizzju għar-rieżami tiegħu tal-konsistenza tar-rakkomandazzjonijiet mat-Titolu II tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u d-diskrezzjoni tiegħu li jqis l-elementi li jikkunsidra rilevanti, inkluż dawk li jinsabu fir-rakkomandazzjonijiet konġunti.

TAQSIMA B

FORMA U KONTENUT TAL-ARRANĠAMENTI

6.

Din it-taqsima tistabbilixxi l-kontenut tipiku ta' arranġament, li xi parti minnu mhijiex fil-kompetenza tal-korpi professjonali jew l-awtoritajiet li jħejju rakkomandazzjonijiet konġunti. Dawn l-aspetti jikkostitwixxu, madankollu, informazzjoni utli li għandha titqies fit-tħejjija ta' rakkomandazzjonijiet konġunti, sabiex ikunu adattati aħjar għall-kamp ta' applikazzjoni possibbli ta' arranġament.

7.

Kwistjonijiet indirizzati speċifikament f'dan il-Ftehim li japplikaw għal arranġamenti (bħall-ambitu ġeografiku ta' arranġament, l-interazzjoni tiegħu ma' miżuri skedati mhux konformi, is-sistema ta' soluzzjoni tat-tilwim, il-mekkaniżmi ta' appell, il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rieżami tal-arranġament) ma għandhomx jiġu indirizzati permezz ta' rakkomandazzjonijiet konġunti.

8.

Arranġament jista' jispeċifika mekkaniżmi differenti għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali f'Parti. Tista' tkun limitata wkoll, iżda mhux neċessarjament, għall-iffissar tal-kamp ta' applikazzjoni tal-arranġament, id-dispożizzjonijiet proċedurali, l-effetti tar-rikonoxximent u r-rekwiżiti addizzjonali, u l-arranġamenti amministrattivi.

9.

Arranġament li jiġi adottat mill-Kunsill ta' Sħubija jenħtieġ li jirrifletti l-grad ta' diskrezzjoni li huwa intenzjonat li jiġi ppreservat għall-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu dwar ir-rikonoxximent.

Ambitu ta' Arranġament

10.

Jenħtieġ li l-arranġament jistabbilixxi:

(a)

il-professjoni(jiet) regolati speċifiċi, it-titlu/i professjonali rilevanti u l-attività jew il-grupp ta' attivitajiet koperti mill-ambitu tal-prattika professjoni regolata fiż-żewġ Partijiet ("ambitu tal-prattika"); u

(b)

jekk ikoprix ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali għall-iskop ta' aċċess għal attivitajiet professjonali fuq bażi ta' terminu fiss jew indefinit.

Kondizzjonijiet għar-rikonoxximent

11.

L-arranġament jista' jispeċifika b'mod partikolari:

(a)

il-kwalifiki professjonali meħtieġa għal rikonoxximent skont l-arranġament (pereżempju, prova ta' kwalifika formali, esperjenza professjonali, jew ċertifikat ieħor ta' kompetenza);

(b)

il-grad ta' diskrezzjoni ppreservat mill-awtoritajiet ta' rikonoxximent meta jivvalutaw it-talbiet għar-rikonoxximent ta' dawn il-kwalifiki; u

(c)

il-proċeduri biex jiġu indirizzati l-varjazzjonijiet u l-lakuni bejn il-kwalifiki professjonali u l-mezzi biex jitnaqqsu d-differenzi, inkluża l-possibbiltà għall-impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura kompensatorja jew kwalunkwe kondizzjoni u limitazzjoni rilevanti oħra.

Dispożizzjonijiet proċedurali

12.

L-arranġament jista' jistabbilixxi:

(a)

id-dokumenti meħtieġa u l-forma li fiha jenħtieġ li jiġu ppreżentati (pereżempju, b'mezzi elettroniċi jew b'mezzi oħra, jekk għandhomx ikunu appoġġati minn traduzzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet ta' awtentiċità, eċċ.);

(b)

il-passi u l-proċeduri fil-proċess ta' rikonoxximent, inklużi dawk relatati ma' miżuri kompensatorji possibbli, obbligi korrispondenti u skedi ta' żmien; u

(c)

id-disponibbiltà ta' informazzjoni rilevanti għall-aspetti kollha tal-proċessi u r-rekwiżiti ta' rikonoxximent.

Effetti ta' rikonoxximent u rekwiżiti addizzjonali

13.

L-arranġament jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-effetti tar-rikonoxximent (jekk rilevanti, anke fir-rigward ta' modi differenti ta' forniment).

14.

L-arranġament jista' jiddeskrivi kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall-eżerċizzju effettiv tal-professjoni regolata fil-Parti ospitanti. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu:

(a)

rekwiżiti ta' reġistrazzjoni mal-awtoritajiet lokali;

(b)

ħiliet lingwistiċi xierqa;

(c)

prova ta' karattru tajjeb;

(d)

konformità mar-rekwiżiti tal-Parti ospitanti għall-użu ta' ismijiet kummerċjali jew ta' ditti;

(e)

Il-konformità mar-regoli tal-etika, l-indipendenza u r-rekwiżiti ta' kondotta professjonali tal-Parti ospitanti;

(f)

il-ħtieġa li tinkiseb assigurazzjoni ta' indennizz professjonali;

(g)

regoli dwar azzjoni dixxiplinarja, responsabbiltà finanzjarja u responsabbiltà professjonali; u

(h)

rekwiżiti għal żvilupp professjonali kontinwu.

Amministrazzjoni tal-arranġament

15.

L-arranġament għandu jistabbilixxi t-termini skont liema jista' jiġi rieżaminat jew revokat, u l-effetti ta' kwalunkwe reviżjoni jew revoka. Tista' tingħata kunsiderazzjoni wkoll għall-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-effetti ta' kwalunkwe rikonoxximent mogħti qabel.

TAQSIMA C

VALUR EKONOMIKU TA' ARRANĠAMENT PREVIST

16.

Skont l-Artikolu 158(2) ta' dan il-Ftehim, ir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandhom ikunu appoġġati minn valutazzjoni bbażata fuq evidenza tal-valur ekonomiku ta' arranġament previst. Dan jista' jikkonsisti f'evalwazzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi li arranġament huwa mistenni li jġib għall-ekonomiji taż-żewġ Partijiet. Tali valutazzjoni tista' tgħin lill-Kunsill ta' Sħubija meta jiżviluppa u jadotta arranġament.

17.

Aspetti bħal-livell eżistenti tal-ftuħ tas-suq, il-ħtiġijiet tal-industrija, ix-xejriet u l-iżviluppi tas-suq, l-aspettattivi u r-rekwiżiti tal-klijenti u l-opportunitajiet tan-negozju jikkostitwixxu elementi utli.

18.

L-evalwazzjoni mhijiex meħtieġa li tkun analiżi ekonomika sħiħa u dettaljata, iżda jenħtieġ li tipprovdi spjegazzjoni tal-interess tal-professjoni fl-adozzjoni ta' arranġament, u l-benefiċċji mistennija għall-Partijiet li jirriżultaw minnu.

TAQSIMA D

KOMPATIBBILTÀ TAR-REĠIMI TAL-KWALIFIKI PROFESSJONALI RISPETTIVI

19.

Skont l-Artikolu 158(2) ta' dan il-Ftehim, ir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandhom ikunu appoġġati minn valutazzjoni bbażata fuq evidenza tal-kompatibbiltà tar-reġimi tal-kwalifiki professjonali rispettivi. Din il-valutazzjoni tista' tgħin lill-Kunsill tas-Sħubija meta jiżviluppa u jadotta arranġament.

20.

Il-proċess li ġej għandu l-għan li jiggwida lill-korpi u l-awtoritajiet professjonali meta jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-kwalifiki u l-attivitajiet professjonali rispettivi bil-ħsieb li jiġi ssimplifikat u ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali.

L-Ewwel Pass: Valutazzjoni tal-ambitu tal-prattika u tal-kwalifiki professjonali meħtieġa biex tiġi prattikata l-professjoni regolata f'kull Parti.

21.

Il-valutazzjoni tal-ambitu tal-prattika u tal-kwalifiki professjonali meħtieġa biex tiġi pprattikata professjoni regolata f'kull waħda mill-Partijiet jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rilevanti kollha.

22.

Jenħtieġ li jiġu indikati l-elementi segwenti:

(a)

attivitajiet jew gruppi ta' attivitajiet koperti mill-ambitu tal-professjoni regolata f'kull Parti; u

(b)

il-kwalifiki professjonali meħtieġa f'kull Parti biex tiġi pprattikata l-professjoni regolata, li jistgħu jinkludu kwalunkwe wieħed mill-elementi li ġejjin:

(i)

l-edukazzjoni minima meħtieġa, pereżempju, ir-rekwiżiti tad-dħul, il-livell ta' edukazzjoni, it-tul tal-istudju u l-kontenut tal-istudju;

(ii)

l-esperjenza professjonali minima meħtieġa, pereżempju, il-post, it-tul u l-kondizzjonijiet tat-taħriġ prattiku jew tal-prattika professjonali sorveljata qabel ir-reġistrazzjoni, il-liċenzjar jew l-ekwivalenti;

(iii)

l-eżamijiet mgħoddija, speċjalment eżamijiet ta' kompetenza professjonali; u

(iv)

il-kisba ta' liċenzja, jew l-ekwivalenti, li tiċċertifika, fost oħrajn, it-twettiq tar-rekwiżiti ta' kwalifika professjonali meħtieġa għall-eżerċizzju tal-professjoni.

It-Tieni Pass: Evalwazzjoni tad-diverġenza bejn l-ambitu tal-prattika tal-professjoni regolata, jew il-kwalifiki professjonali meħtieġa biex wieħed jipprattikaha, f'kull Parti.

23.

L-evalwazzjoni tad-diverġenza fl-ambitu tal-prattika tal-professjoni regolata, jew fil-kwalifiki professjonali meħtieġa biex wieħed jipprattikaha, f'kull Parti, jenħtieġ li b'mod partikolari tidentifika diverġenza li tkun sostanzjali.

24.

Jista' jkun hemm diverġenza sostanzjali fl-ambitu tal-prattika jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

attività waħda jew aktar koperti minn professjoni regolata fil-Parti ospitanti mhumiex koperti mill-professjoni korrispondenti fil-Parti tal-oriġini;

(b)

dawn l-attivitajiet huma soġġetti għal taħriġ speċifiku fil-Parti ospitanti;

(c)

it-taħriġ għal dawn l-attivitajiet fil-Parti ospitanti jkopri kwistjonijiet diverġenti b'mod sostanzjali minn dawk koperti mill-kwalifika tal-applikant.

25.

Jista' jkun hemm diverġenza sostanzjali fil-kwalifiki professjonali meħtieġa biex tiġi prattikata professjoni regolata jekk ikun hemm diverġenzi fir-rekwiżiti tal-Partijiet fir-rigward tal-livell, it-tul jew il-kontenut tat-taħriġ li huwa meħtieġ għat-twettiq ta' attivitajiet koperti mill-professjoni regolata.

It-Tielet Pass: Mekkaniżmi ta' rikonoxximent

26.

Jista' jkun hemm mekkaniżmi differenti għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, skont iċ-ċirkostanzi. Jista' jkun hemm mekkaniżmi differenti f'Parti.

27.

Jekk ma jkun hemm l-ebda diverġenza sostanzjali fl-ambitu tal-prattika u fil-kwalifiki professjonali meħtieġa biex tiġi pprattikata professjoni regolata, arranġament jista' jistipula proċess ta' rikonoxximent aktar sempliċi milli jkun il-każ fejn teżisti diverġenza sostanzjali.

28.

Jekk ikun hemm diverġenza sostanzjali, l-arranġament jista' jistipula miżuri kompensatorji li jkunu biżżejjed biex tiġi rrimedjata din id-diverġenza.

29.

Meta jintużaw miżuri kompensatorji biex titnaqqas diverġenza sostanzjali, dawn jenħtieġ li jkunu proporzjonati għad-diverġenza li huma jkunu qed ifittxu li jindirizzaw. Kull esperjenza professjonali prattika jew taħriġ validat formalment jistgħu jiġu kkunsidrati biex jiġi vvalutat il-livell tal-miżuri kompensatorji meħtieġa.

30.

Irrispettivament minn jekk id-diverġenza tkunx sostanzjali jew le, l-arranġament jista' jqis il-grad ta' diskrezzjoni li jkun maħsub li jiġi ppreservat għall-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu dwar talbiet għar-rikonoxximent.

31.

Il-miżuri kompensatorji jistgħu jieħdu forom differenti, inklużi:

(a)

perjodu ta' prattika sorveljata ta' professjoni regolata fil-Parti ospitanti, possibbilment akkumpanjata minn taħriġ ulterjuri, taħt ir-responsabbiltà ta' persuna kwalifikata u soġġetta għal valutazzjoni regolata;

(b)

test magħmul jew rikonoxxut mill-awtoritajiet rilevanti tal-Parti ospitanti biex jivvalutaw il-kapaċità tal-applikant li jipprattika professjoni regolata f'dik il-Parti; jew

(c)

limitazzjoni temporanja tal-ambitu tal-prattika; jew kombinazzjoni ta' dawn.

32.

L-arranġament jista' jipprevedi li l-applikanti jingħataw għażla bejn miżuri ta' kumpens differenti fejn dan jista' jillimita l-piż amministrattiv għall-applikanti u dawn il-miżuri jkunu ekwivalenti.

ANNESS 25

AKKWIST PUBBLIKU

TAQSIMA A

DISPOŻIZZJONIJIET RILEVANTI TAL-GPA

L-Artikoli minn I sa III, IV.1.a, minn IV.2 sa IV.7, minn VI sa XV, minn XVI.1 sa XVI.3, XVII u XVIII.

TAQSIMA B:

IMPENJI DWAR L-AĊĊESS GĦAS-SUQ

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, "CPC" tfisser il-Klassifikazzjoni Proviżorja Ċentrali tal-Prodotti (Statistical Papers Series M No. 77, Department of International Economic and Social Affairs, Statistical Office of the United Nations, New York, 1991).

SOTTOTAQSIMA B1

L-Unjoni Ewropea

F'konformità mal-Artikolu 277(2) u (3) ta' dan il-Ftehim, it-Titolu VI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim japplika, flimkien mal-akkwist kopert mill-annessi tal-Unjoni Ewropea għall-Appendiċi I tal-GPA, għall-akkwist kopert minn din is-Sottotaqsima.

In-Noti fl-Annessi minn 1 sa 7 tal-Unjoni Ewropea għall-Appendiċi I tal-GPA japplikaw ukoll għall-akkwist kopert minn din is-Sottotaqsima, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din is-Sottotaqsima.

Akkwist pubbliku kopert minn din is-Sottotaqsima

1.   Entitajiet tal-akkwist addizzjonali

L-akkwist ta' oġġetti u servizzi kif stipulat fl-Annessi minn 4 sa 6 tal-Unjoni Ewropea għall-Appendiċi I tal-GPA, u fil-paragrafu 2 ta' din is-Sottotaqsima, minn dawn l-entitajiet tal-akkwist tal-Istati Membri:

(a)

l-entitajiet kontraenti kollha li l-akkwist tagħhom huwa kopert mid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)(id-"Direttiva dwar l-Utilitajiet tal-UE") li huma awtoritajiet kontraenti (eż. dawk koperti mill-Anness 1 u l-Anness 2 tal-Appendiċi I tal-GPA) jew impriżi pubbliċi (2) u li għandhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom:

(i)

il-forniment jew l-operat ta' networks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f'konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' gass jew sħana jew il-forniment ta' gass jew sħana lil networks bħal dawn; jew

(ii)

kwalunkwe kombinazzjoni bejn tali attività u dawk imsemmija fl-Anness 3 tal-Appendiċi I tal-GPA;

(b)

entitajiet tal-akkwist bi sjieda privata li għandhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom kwalunkwe waħda minn dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fil-punt 1 tal-Anness 3 tal-Appendiċi I tal-GPA, jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom u joperaw fuq il-bażi ta' drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru;

fir-rigward tal-akkwist daqs jew ogħla mil-limiti segwenti:

400 000 SDR għal akkwist ta' oġġetti u servizzi,

5 000 000 SDR għal akkwist ta' servizzi ta' kostruzzjoni (CPC 51).

2.   Servizzi addizzjonali

L-akkwist tas-servizzi li ġejjin, minbarra s-servizzi elenkati fl-Anness 5 tal-Unjoni Ewropea għall-Appendiċi I tal-GPA, għall-entitajiet koperti mill-Annessi minn 1 sa 3 tal-Unjoni Ewropea għall-Appendiċi I tal-GPA jew skont il-paragrafu 1 ta' din is-Sottotaqsima:

Lukandi u servizzi tar-ristoranti (CPC 641);

Servizzi ta' forniment tal-ikel (CPC 642);

Servizzi ta' forniment tax-xorb (CPC 643);

Servizzi relatati mat-telekomunikazzjonijiet (CPC 754);

Servizzi immobiljari fuq bażi ta' ħlas jew kuntratt (CPC 8220);

Servizzi tan-negozju oħrajn (CPC 87901, 87903, 87905-87907);

Servizzi edukattivi (CPC 92).

Noti:

1.

Il-kuntratti għal servizzi ta' lukandi u ristoranti (CPC 641), servizzi ta' forniment tal-ikel (CPC 642), servizzi ta' forniment ta' xorb (CPC 643) u servizzi edukattivi (CPC 92) huma inklużi taħt ir-reġim tat-trattament nazzjonali għall-fornituri, inklużi l-fornituri ta' servizzi, tar-Renju Unit, sakemm il-valur tagħhom ikun daqs jew jeċċedi EUR 750 000 meta jingħataw minn entitajiet tal-akkwist koperti mill-Annessi 1 u 2 tal-Unjoni Ewropea tal-Appendiċi I tal-GPA u li l-valur tagħhom ikun daqs jew jeċċedi EUR 1 000 000 meta jingħataw minn entitajiet tal-akkwist koperti skont l-Anness 3 tal-Unjoni Ewropea tal-Appendiċi I tal-GPA jew minn entitajiet tal-akkwist koperti mill-paragrafu 1 ta' din is-Sottotaqsima.

2.

Il-forniment ta' gass jew tisħin lil networks li jipprovdu servizz lill-pubbliku minn entità tal-akkwist għajr awtorità kontraenti ma għandhiex titqies bħala attività fit-tifsira ta' din is-Sottotaqsima fejn:

(a)

il-produzzjoni tal-gass jew tas-sħana mill-entità kkonċernata ssir minħabba li l-konsum tagħhom ikun meħtieġ għat-twettiq ta' attività għajr dik imsemmija f'din is-Sottotaqsima jew fil-paragrafi minn (a) sa (f) tal-Anness 3 tal-Unjoni Ewropea għall-Appendiċi I tal-GPA; u

(b)

il-forniment lin-network pubbliku għandu l-għan biss li jisfrutta ekonomikament din il-produzzjoni u jammonta għal mhux aktar minn 20 % tad-dħul tal-entità kontraenti fuq il-bażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

3.

It-Titolu VI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u dan l-Anness ma jkoprux l-akkwist tas-servizzi li ġejjin:

(a)

Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem (CPC 931);

(b)

Servizzi ta' amministrazzjoni tal-kura tas-saħħa.(CPC 91122); u

(c)

Servizzi ta' forniment ta' persunal tal-infermiera u servizzi ta' forniment ta' persunal mediku (CPC 87206 u CPC 87209).

SOTTOTAQSIMA B2

Renju Unit

F'konformità mal-Artikolu 277 (2) u (3) ta' dan il-Ftehim, it-Titolu VI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim japplika, flimkien mal-akkwist kopert mill-Artikolu II tal-GPA, għall-akkwist kopert minn din is-Sottotaqsima.

Fl-Annessi minn 1 sa 7 tal-Appendiċi I tar-Renju Unit għall-GPA applikabbli għall-akkwist ta' dan it-Taqsima, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din is-Sottotaqsima.

Akkwist pubbliku kopert minn din is-Sottotaqsima

1.   Entitajiet tal-akkwist addizzjonali

L-akkwist ta' oġġetti u servizzi kif stabbilit fl-Annessi 4 sa 6 tal-Appendiċi I tar-Renju Unit għall-GPA, u fil-paragrafu 2 ta' din is-Sottotaqsima, mill-entitajiet tal-akkwist tar-Renju Unit li ġejjin:

(a)

l-entitajiet kuntrattwali kollha li l-akkwist tagħhom huwa kopert mir-Regolament dwar il-Kuntratti ta' Utilitajiet 2016 u r-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti ta' Utilitajiet (l-Iskozja) li huma awtoritajiet kontraenti (pereż. dawk koperti mill-Anness 1 u l-Anness 2 tal-Appendiċi I tal-GPA) jew impriżi pubbliċi (ara n-Nota: 1) u li għandhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom:

(i)

il-forniment jew l-operat ta' networks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f'konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' gass jew sħana jew il-forniment ta' gass jew sħana lil networks bħal dawn; jew

(ii)

kwalunkwe kombinazzjoni bejn tali attività u dawk imsemmija fl-Anness 3 tal-Appendiċi I tal-GPA;

(b)

entitajiet tal-akkwist bi sjieda privata li għandhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom kwalunkwe waħda minn dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fil-punt 1 tal-Anness 3 tal-Appendiċi I tal-GPA, jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom u joperaw fuq il-bażi ta' drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija minn awtorità kompetenti tar-Renju Unit;

fir-rigward tal-akkwist daqs jew ogħla mil-limiti segwenti:

400 000 SDR għal akkwist ta' oġġetti u servizzi,

5 000 000 SDR għal akkwist ta' servizzi ta' kostruzzjoni (CPC 51).

Noti għall-paragrafu 1:

1.

Skont ir-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti ta' Utilitajiet, "impriża pubblika" tfisser kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti permezz ta':

(a)

is-sjieda tagħhom ta' dik l-impriża;

(b)

il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom f'dik l-impriża; jew

(c)

ir-regoli li jirregolaw dik l-impriża.

2.

Skont ir-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti tal-Utilitajiet (l-Iskozja), "impriża pubblika" tfisser persuna li fuqha awtorità kontraenti waħda jew aktar ikunu jistgħu jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza dominanti bis-saħħa ta' waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

is-sjieda tagħhom ta' dik il-persuna;

(b)

il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom f'dik il-persuna;

(c)

id-drittijiet mogħtija lilhom mir-regoli li jirregolaw dik il-persuna.

3.

Skont kemm ir-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti ta' Utilitajiet kif ukoll ir-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti ta' Utilitajiet (l-Iskozja), influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti hija preżunta fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, direttament jew indirettament:

(a)

iżommu l-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(b)

jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta ma' ishma maħruġa mill-impriża;

(c)

ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.

2.   Servizzi addizzjonali

L-akkwist tas-servizzi li ġejjin, minbarra s-servizzi elenkati fl-Anness 5 tar-Renju Unit għall-Appendiċi I tal-GPA, għall-entitajiet koperti mill-Annessi minn 1 sa 3 tar-Renju Unit għall-Appendiċi I tal-GPA jew skont il-paragrafu 1 ta' din is-Sottotaqsima:

Lukandi u servizzi tar-ristoranti (CPC 641);

Servizzi ta' forniment tal-ikel (CPC 642);

Servizzi ta' forniment tax-xorb (CPC 643);

Servizzi relatati mat-telekomunikazzjonijiet (CPC 754);

Servizzi immobiljari fuq bażi ta' ħlas jew kuntratt (CPC 8220);

Servizzi tan-negozju oħrajn (CPC 87901, 87903, 87905-87907);

Servizzi edukattivi (CPC 92).

Noti:

1.

Il-kuntratti tas-servizzi ta' lukandi u ristoranti (CPC Prov. 641), is-servizzi ta' forniment tal-ikel (CPC 642), is-servizzi ta' forniment ta' xorb (CPC 643) u s-servizzi edukattivi (CPC Prov. 92) huma inklużi taħt ir-reġim tat-trattament nazzjonali għall-fornituri, inklużi l-fornituri tas-servizzi, tal-Unjoni Ewropea, sakemm il-valur tagħhofm ikun daqs jew jaqbeż GBP 663 540 meta jingħataw minn entitajiet tal-akkwist koperti skont l-Annessi 1 u 2 tar-Renju Unit tal-Appendiċi I tal-GPA u li l-valur tagħhom ikun daqs jew jaqbeż GBP 884 720 meta jingħataw minn entitajiet tal-akkwist koperti mill-Anness 3 tar-Renju Unit tal-Appendiċi I tal-GPA jew minn entitajiet tal-akkwist koperti mill-paragrafu 1 ta' din it-Taqsima.

2.

Il-forniment ta' gass jew tisħin lil networks li jipprovdu servizz lill-pubbliku minn entità tal-akkwist għajr awtorità kontraenti ma għandhiex titqies bħala attività fit-tifsira ta' din it-Taqsima fejn:

(a)

il-produzzjoni tal-gass jew tas-sħana mill-entità kkonċernata ssir minħabba li l-konsum tiegħu huwa meħtieġ għat-twettiq ta' attività għajr dik imsemmija f'din it-Taqsima jew fil-paragrafi minn (a) sa (f) tal-Anness 3 tar-Renju Unit għall-Appendiċi I tal-GPA; u

(b)

il-forniment lin-network pubbliku għandu l-għan biss li jisfrutta ekonomikament din il-produzzjoni u jammonta għal mhux aktar minn 20 % tad-dħul tal-entità kontraenti fuq il-bażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

3.

It-Titolu VI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim u dan l-Anness ma jkoprux l-akkwist tas-servizzi li ġejjin:

(a)

Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem (CPC 931);

(b)

Servizzi ta' amministrazzjoni tal-kura tas-saħħa.(CPC 91122); u

(c)

Servizzi ta' forniment ta' persunal tal-infermiera u servizzi ta' forniment ta' persunal mediku (CPC 87206 u CPC 87209).


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU UE L 94, 28.3.2014, p. 243).

(2)  Skont id-Direttiva tal-UE dwar l-Utilitajiet, impriża pubblika hija kwalunkwe impriża li fuqha l-korpi pubbliċi jistgħu jeżerċitaw influwenza dominanti b'mod dirett jew indirett minħabba l-pussess tagħhom fuqha, tal-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew tar-regoli li jirregolawha. Influwenza dominanti fuq in-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha hekk titqies meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament, ma dak li jkollu x'jaqsam ma' impriża:

(i)

iżommu l-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt tal-impriża,

(ii)

jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti li jkollhom l-ishma maħruġin mill-impriża, jew

(iii)

ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.


ANNESS 26

LISTI TA' OĠĠETTI TAL-ENERĠIJA, IDROKARBURI U MATERJA PRIMA

LISTA TA' OĠĠETTI TAL-ENERĠIJA SKONT IL-KODIĊI SA

Gass naturali, inkluż gass naturali likwifikat, gass likwifikat miż-żejt (LPG), (il-Kodiċi SA 27.11)

Enerġija elettrika (il-Kodiċi SA 27.16)

Żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt (il-Kodiċi SA 27.09–27.10, 27.13–27.15)

Fjuwils solidi (il-Kodiċi SA 27.01, il-Kodiċi SA 27.02, il-Kodiċi HS 27.04)

Injam tal-fjuwil u faħam tal-injam (il-Kodiċi SA 44.01 u l-Kodiċi SA 44.02 oġġetti użati għall-enerġija)

Bijogass (il-Kodiċi SA 38.25)

LISTA TA' IDROKARBURI SKONT IL-KODIĊI SA

Żejt mhux raffinat (il-Kodiċi SA 27.09)

Gass naturali (il-Kodiċi SA 27.11)

LISTA TA' MATERJA PRIMA SKONT IL-KAPITOLU TAS-SISTEMA ARMONIZZATA

Kapitolu

Intestatura

25

Melħ; kubrit; ħamrija u ġebel; materjal tat-tikħil, ġir u siment

26

Minerali, gagazza u rmied bl-eċċezzjoni ta' minerali jew konċentrati ta' uranju jew torju (il-Kodiċi SA 26.12)

27

Fjuwils minerali, żjut minerali u prodotti li jiġu mid-distillazzjoni tagħhom; sustanzi bituminużi; xemgħat minerali

28

Kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta' metalli prezzjużi, ta' metalli rari tal-art; ta' elementi radjuattivi jew ta' isotopi, bl-eċċezzjoni ta' elementi kimiċi radjuattivi u isotopi radjuattivi (inklużi l-elementi u l-isotopi kimiċi fissili jew fertili) u l-komposti tagħhom; taħlitiet u fdalijiet li fihom dawn il-prodotti (il-Kodiċi SA 28.44); u Isotopi barra minn dawk tal-intestatura nru 28.44; komposti, inorganiċi jew organiċi, ta' dawn l-isotopi, definiti kimikament jew le (il-Kodiċi SA 28.45)

29

Sustanzi kimiċi organiċi

31

Fertilizzanti

71

Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b'metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' perli, naturali jew kultivati, maħdumin jew iggradati jew le iżda mhux midmumin, immuntati jew ingastati; perli, naturali jew kultivati, midmumin temporanjament għall-konvenjenza fil-ġarr (il-Kodiċi SA 7101)

72

Ħadid u azzar

74

Ram u oġġetti magħmula minnu

75

Nikil u oġġetti magħmula minnu

76

Aluminju u oġġetti magħmula minnu

78

Ċomb u oġġetti magħmula minnu

79

Żingu u oġġetti magħmula minnu

80

Landa u oġġetti magħmula minnha

81

Metalli bażiċi oħra; ċermiti; oġġetti magħmula minnhom


ANNESS 27

SUSSIDJI GĦALL-ENERĠIJA U AMBJENTALI

Bħala parti mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 367(14) ta' dan il-Ftehim:

(1)

Is-sussidji għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, għall-enerġija rinnovabbli u għall-koġenerazzjoni ma għandhomx idgħajfu l-kapaċità ta' Parti li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 304 ta' dan il-Ftehim, ma għandhomx jaffettwaw bla bżonn l-użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-elettriku previst fl-Artikolu 311 ta' dan il-Ftehim, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 304(3) ta' dan il-Ftehim, għandhom ikunu determinati permezz ta' proċess kompetittiv trasparenti, nondiskriminatorju u effettiv; u

(a)

is-sussidji għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għandhom jipprovdu inċentivi għall-fornituri tal-kapaċità biex ikunu disponibbli fi żminijiet ta' stress mistenni għas-sistema u jistgħu jkunu limitati għal installazzjonijiet li ma jaqbżux il-limiti speċifikati tal-emissjonijiet ta' CO2; u

(b)

is-sussidji għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjonima għandhomx jaffettwaw l-obbligi jew l-opportunitajiet tal-benefiċjarji li jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku.

(2)

Minkejja l-punt 1, dment li fis-seħħ ikun hemm miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' kumpens żejjed, jistgħu jintużaw proċeduri mhux kompetittivi biex jingħataw sussidji għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni jekk il-forniment potenzjali ma jkunx biżżejjed biex ikun żgurat proċess kompetittiv, il-kapaċità eliġibbli x'aktarx ma jkollhiex effett materjali fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment bejn il-Partijiet, jew is-sussidji jingħataw għal proġetti ta' dimostrazzjoni.

(3)

Jekk jiġu introdotti eżenzjonijiet parzjali mit-taxxi u mill-imposti relatati mal-enerġija (1) favur utenti intensivi tal-enerġija, tali eżenzjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-ammont totali tat-taxxa jew l-imposta.

(4)

Jekk jingħata kumpens għall-utenti intensivi tal-elettriku f'każ ta' żieda fil-kost tal-elettriku li jirriżulta minn strumenti tal-politika dwar it-tibdil fil-klima, dan għandu jkun ristrett għas-setturi li huma f'riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba ż-żieda fil-kost.

(5)

Is-sussidji għad-dekarbonizzazzjoni tal-emissjonijiet marbuta ma' attivitajiet industrijali proprji għandhom jiksbu tnaqqis ġenerali fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Is-sussidji għandhom inaqqsu l-emissjonijiet li jirriżultaw direttament mill-attività industrijali. Is-sussidji għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika tal-attivitajiet industrijali proprji għandhom itejbu l-effiċjenza enerġetika billi jnaqqsu l-konsum tal-enerġija, jew direttament jew għal kull unità tal-produzzjoni.


(1)  Għal aktar ċertezza, l-imposti ma jinkludux il-kostijiet u t-tariffi tan-network.


ANNESS 28

NUQQAS TA' APPLIKAZZJONI TA' AĊĊESS GĦAL PARTIJIET TERZI U SEPARAZZJONI TAS-SJIEDA GĦALL-INFRASTRUTTURA

Parti tista' tiddeċiedi li ma tapplikax l-Artikoli 306 u 307 ta' dan il-Ftehim għal infrastruttura ġdida jew għal espansjoni sinifikanti ta' infrastruttura eżistenti fejn:

(a)

ir-riskju assoċjat mal-investiment fl-infrastruttura huwa tali li jekk ma tingħatax eżenzjoni l-investiment ma jsirx;

(b)

l-investiment itejjeb il-kompetizzjoni jew is-sigurtà tal-provvista;

(c)

l-infrastruttura hija proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika li hija separata, mill-inqas f'termini tal-forma ġuridika tagħha, mill-operaturi tas-sistema li l-infrastruttura għandha tinbena fis-sistemi tagħhom;

(d)

qabel ma tagħti l-eżenzjoni, il-Parti tkun iddeċidiet dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità.


ANNESS 29

ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTERKONNETTUR TAL-ELETTRIKU FIL-PERJODU TA' ŻMIEN TAS-SUQ TA' ĠURNATA BIL-QUDDIEM

PARTI 1

1.

Il-proċedura l-ġdida għall-allokazzjoni tal-kapaċità fuq l-interkonnetturi tal-elettriku fil-perjodu ta' żmien tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem għandha tkun ibbażata fuq il-kunċett ta' "akkoppjament ta' volumi mhux flessibbli b'diversi reġjuni".

L-għan ġenerali tal-proċedura l-ġdida għandu jkun li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-kummerċ.

Bħala l-ewwel pass fl-iżvilupp tal-proċedura l-ġdida, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jħejju proposti ġenerali u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.

2.

L-akkoppjament ta' volumi laxki b'diversi reġjuni għandu jinvolvi l-iżvilupp ta' funzjoni ta' akkoppjament tas-suq biex jiġu ddeterminati l-pożizzjonijiet tal-enerġija netti (allokazzjoni impliċita) bejn:

(a)

iż-żoni tal-offerti stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/943, li huma konnessi direttament mar-Renju Unit permezz ta' interkonnettur tal-elettriku; u

(b)

ir-Renju Unit.

3.

Il-pożizzjonijiet netti tal-elettriku rigward l-interkonnetturi għandhom jiġu kkalkulati permezz ta' proċess ta' allokazzjoni impliċita billi jiġi applikat algoritmu speċifiku għal:

(a)

offerti kummerċjali u offerti għall-perjodu ta' żmien tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem miż-żoni tal-offerti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2019/943 li huma konnessi direttament mar-Renju Unit permezz ta' interkonnettur tal-elettriku;

(b)

offerti kummerċjali u offerti għall-perjodu ta' żmien tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem minn swieq rilevanti ta' ġurnata bil-quddiem fir-Renju Unit;

(c)

il-kapaċità tad-data tan-network u l-kapaċitajiet tas-sistema ddeterminati skont il-proċeduri miftiehma bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni; u

(d)

data dwar il-flussi kummerċjali mistennija ta' interkonnessjonijiet tal-elettriku bejn iż-żoni tal-offerti konnessi mar-Renju Unit u żoni tal-offerti oħrajn fl-Unjoni, kif determinat mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-Unjoni bl-użu ta' metodoloġiji robusti.

Dan il-proċess għandu jkun kompatibbli mal-karatteristiċi speċifiċi tal-interkonnetturi tal-elettriku b'kurrent dirett, inklużi r-rekwiżiti dwar it-telf u r-rampa.

4.

Il-funzjoni tal-akkoppjament tas-suq għandha:

(a)

jipproduċu riżultati biżżejjed qabel it-tħaddim tas-swieq rispettivi ta' ġurnata bil-quddiem tal-Partijiet (għall-Unjoni dan huwa akkoppjament singolu ta' ġurnata bil-quddiem stabbilit skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1222 (1)) sabiex tali riżultati jkunu jistgħu jintużaw bħala inputs fil-proċessi li jiddeterminaw ir-riżultati f'dawk is-swieq;

(b)

jipproduċu riżultati li huma affidabbli u ripetibbli;

(c)

ikun proċess speċifiku biex jgħaqqad is-swieq distinti u separati ta' ġurnata bil-quddiem fl-Unjoni u fir-Renju Unit; b'mod partikolari, dan ifisser li l-algoritmu speċifiku għandu jkun distint u separat minn dak użat fl-akkoppjament singolu ta' ġurnata bil-quddiem stabbilit skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 u, fir-rigward tal-offerti kummerċjali u l-offerti tal-Unjoni, ikollu aċċess biss għal dawk minn żoni tal-offerti li huma konnessi direttament mar-Renju Unit permezz ta' interkonnettur tal-elettriku.

5.

Il-pożizzjonijiet tal-enerġija netti kkalkulati għandhom jiġu ppubblikati wara l-validazzjoni u l-verifika. Jekk il-funzjoni tal-akkoppjament tas-suq ma tkunx tista' topera jew tipproduċi riżultat, il-kapaċità tal-interkonnettur tal-elettriku għandha tiġi allokata permezz ta' proċess ta' riżerva, u l-parteċipanti fis-suq għandhom jiġu nnotifikati li ser japplika l-proċess ta' riżerva.

6.

Il-kostijiet tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proċeduri tekniċi għandhom jinqasmu b'mod ugwali bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-Renju Unit jew entitajiet oħra minn naħa u l-operaturi rilevanti tas-sistema ta' trażmissjoni tal-Unjoni jew entitajiet oħra min-naħa l-oħra, sakemm il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Enerġija ma jiddeċidix mod ieħor.

PARTI 2

L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dan l-Anness għandha tkun mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kif ġej:

(a)

fi żmien tliet xhur — analiżi kost-benefiċċji u deskrizzjoni tal-proposti għall-proċeduri tekniċi;

(b)

fi żmien 10 xhur — proposta għal proċeduri tekniċi;

(c)

fi żmien 15-il xahar — il-bidu tal-operat tal-proċeduri tekniċi.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU UE L 197, 25.7.2015, p. 24).


ANNESS 30

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U TAL-AMBJENT

TAQSIMA A

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta' applikazzjoni

1.   L-objettiv ta' dan l-Anness huwa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma li ġejjin, skont l-Artikolu 445(2) ta' dan il-Ftehim, li jiddeskrivi t-termini, il-kondizzjonijiet u l-metodi għall-aċċettazzjoni reċiproka tal-konstatazzjonijiet ta' konformità u taċ-ċertifikati:

(a)

iċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u l-monitoraġġ tal-prodotti ajrunawtiċi ċivili msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 445(1) ta' dan il-Ftehim;

(b)

iċ-ċertifikati ambjentali u l-ittestjar ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 445(1) ta' dan il-Ftehim; u

(c)

iċ-ċertifikati tad-disinn u tal-produzzjoni u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 445(1) ta' dan il-Ftehim.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-prodotti ajrunawtiċi ċivili użati, minbarra l-inġenji tal-ajru użati, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"aċċettazzjoni" tfisser ir-rikonoxximent ta' ċertifikati, approvazzjonijiet, bidliet, tiswijiet, dokumenti u data ta' Parti waħda mill-Parti l-oħra mingħajr attivitajiet ta' validazzjoni u mingħajr il-ħruġ ta' ċertifikat korrispondenti minn dik il-Parti l-oħra;

(b)

"ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat" tfisser ċertifikat maħruġ minn organizzazzjoni approvata jew awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi bħala forma ta' rikonoxximent li prodott ajrunawtiku ċivili ġdid, li mhux inġenju tal-ajru, jikkonforma ma' disinn approvat mill-Parti esportatriċi u jkun f'kondizzjoni li jitħaddem mingħajr periklu;

(c)

"kategorija ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili" tfisser sett ta' prodotti li jikkondividu karatteristiċi komuni, kif raggruppati fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, fuq il-bażi tal-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni tal-EASA u s-CAA tar-Renju Unit;

(d)

"awtorità ta' ċertifikazzjoni" tfisser l-aġent tekniku tal-Parti esportatriċi li joħroġ ċertifikat tad-disinn għal prodott ajrunawtiku ċivili fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità li twettaq ir-responsabbiltajiet tal-Istat ta' Disinn stabbiliti fl-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Meta jinħareġ ċertifikat tad-disinn minn organizzazzjoni approvata tal-Parti li tesporta, l-aġent tekniku tal-Parti li tesporta jitqies bħala l-awtorità li tiċċertifika;

(e)

"ċertifikat tad-disinn" tfisser forma ta' rikonoxximent mill-aġent tekniku jew organizzazzjoni approvata ta' Parti li d-disinn jew it-tibdil fid-disinn ta' prodott ajrunawtiku ċivili jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà, kif applikabbli, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi ambjentali stabbiliti fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' dik il-Parti;

(f)

"rekwiżiti operazzjonali relatati mad-disinn" tfisser ir-rekwiżiti operazzjonali, inklużi dawk ambjentali, li jaffettwaw il-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott ajrunawtiku ċivili jew id-data dwar id-disinn relatata mal-operazzjonijiet, jew il-manutenzjoni ta' dak il-prodott, li jagħmluha eliġibbli għal tip ta' operazzjoni partikolari;

(g)

"esportazzjoni" tfisser il-proċess li bih prodott ajrunawtiku ċivili jiġi rilaxxat mis-sistema regolatorja għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili ta' Parti għal dik tal-Parti l-oħra;

(h)

"ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-esportazzjoni" tfisser ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi jew, għal inġenji tal-ajru użati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-Reġistrazzjoni li minnu jiġi esportat il-prodott bħala forma ta' rikonoxximent li inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali notifikati mill-Parti importatriċi;

(i)

"Parti esportatriċi" tfisser il-Parti li mis-sistema regolatorja tagħha għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili jiġi rilaxxat prodott ajrunawtiku ċivili;

(j)

"importazzjoni" tfisser il-proċess li bih prodott ajrunawtiku ċivili esportat mis-sistema regolatorja għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili ta' Parti jiġi introdott f'dik tal-Parti l-oħra;

(k)

"Parti importatriċi" tfisser il-Parti li fis-sistema regolatorja tagħha għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili jiġi introdott prodott ajrunawtiku ċivili;

(l)

"bidla maġġuri" tfisser il-bidliet kollha fid-disinn tat-tip li mhumiex "bidla minuri";

(m)

"bidla minuri" tfisser bidla fid-disinn tat-tip li ma jkollha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi operazzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, jew karatteristiċi oħra li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-prodott ajrunawtiku ċivili;

(n)

"data dwar l-idoneità operazzjonali" tfisser is-sett ta' data meħtieġa li tappoġġa u tippermetti l-aspetti operazzjonali speċifiċi tat-tip ta' ċerti tipi ta' inġenji tal-ajru li huma regolati skont is-sistema regolatorja għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tkun iddisinjata mill-applikant jew mid-detentur ta' ċertifikat tat-tip għall-inġenju tal-ajru u għandha tkun parti miċ-ċertifikat tat-tip. Skont is-sistema regolatorja għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili tal-Unjoni, applikazzjoni inizjali għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tinkludi, jew sussegwentement tiġi ssupplimentata minn, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' data dwar l-idoneità operazzjonali, kif applikabbli għat-tip ta' inġenju tal-ajru;

(o)

"approvazzjoni tal-produzzjoni" tfisser ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' Parti lil manifattur li jipproduċi prodotti ajrunawtiċi ċivili, bħala forma ta' rikonoxximent li l-manifattur jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' dik il-Parti għall-produzzjoni tal-prodotti ajrunawtiċi ċivili partikolari;

(p)

"proċeduri ta' implimentazzjoni teknika" tfisser il-proċeduri ta' implimentazzjoni għal dan l-Anness żviluppati mill-aġenti tekniċi tal-Partijiet skont l-Artikolu 445(5) ta' dan il-Ftehim;

(q)

"awtorità ta' validazzjoni" tfisser l-aġent tekniku tal-Parti importatriċi li jaċċetta jew jivvalida, kif speċifikat f'dan l-Anness, ċertifikat tad-disinn maħruġ mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

TAQSIMA B

BORD TA' SUPERVIŻJONI TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

Artikolu 3

Stabbiliment u kompożizzjoni

1.   Il-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni, responsabbli għall-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni, huwa b'dan stabbilit taħt il-kopresidenza tal-aġenti tekniċi tal-Partijiet, bħala korp ta' koordinazzjoni teknika responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva ta' dan l-Anness. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-aġent tekniku ta' kull Parti u jista' jistieden parteċipanti addizzjonali sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-mandat tiegħu.

2.   Il-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni għandu jiltaqa' f'intervalli regolari b'talba ta' wieħed mill-aġenti tekniċi, u jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet b'kunsens. Dan għandu jiżviluppa u jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Mandat

Il-mandat tal-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni għandu jinkludi b'mod partikolari:

(a)

l-iżvilupp, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 6;

(b)

il-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar tħassib ewlieni dwar is-sikurezza u, fejn xieraq, l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni sabiex jindirizzahom;

(c)

is-soluzzjoni ta' kwistjonijiet tekniċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u li jaffettwaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Anness;

(d)

fejn xieraq, l-iżvilupp ta' mezzi effettivi ta' kooperazzjoni, appoġġ tekniku u skambju ta' informazzjoni dwar rekwiżiti ta' sikurezza u ta' protezzjoni ambjentali, sistemi ta' ċertifikazzjoni u sistemi ta' ġestjoni u ta' standardizzazzjoni tal-kwalità;

(e)

it-twettiq ta' rieżamijiet perjodiċi dwar il-modalitajiet ta' validazzjoni jew aċċettazzjoni ta' ċertifikati tad-disinn stabbiliti fl-Artikoli 10 u 13;

(f)

il-preżentazzjoni ta' emendi għal dan l-Anness lill-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni;

(g)

skont l-Artikolu 29, jiddefinixxi l-proċeduri biex jiggarntixxi l-fiduċja kontinwa ta' kull Parti fl-affidabbiltà tal-proċessi tal-Parti l-oħra għall-konstatazzjonijiet ta' konformità;

(h)

l-analiżi u t-teħid ta' azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmijin fil-punt (g); u

(i)

ir-rapportar ta' kwistjonijiet mhux solvuti lill-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-iżgurar tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni fir-rigward ta' dan l-Anness.

TAQSIMA C

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn, ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u ċ-ċertifikati tal-esportazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn huma:

(a)

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni; u

(b)

għar-Renju Unit: l-awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit.

2.   L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u ċ-ċertifikati tal-esportazzjoni huma:

(a)

l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Fir-rigward ta' ċertifikat tal-esportazzjoni għal inġenji tal-ajru użati, hija l-awtorità kompetenti tal-Istat tar-Reġistrazzjoni għall-inġenju tal-ajru li minnu jiġi esportat l-inġenju tal-ajru; u

(b)

għar-Renju Unit: l-awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit.

Artikolu 6

Proċeduri ta' implimentazzjoni teknika

1.   Il-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika għandhom jiġu żviluppati mill-aġenti tekniċi tal-Partijiet permezz tal-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni sabiex jiġu pprovduti proċeduri speċifiċi li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, billi jiġu ddefiniti l-proċeduri għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

2.   Il-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika għandhom jindirizzaw ukoll id-differenzi bejn l-istandards, ir-regoli, il-prattiki, il-proċeduri u s-sistemi tal-avjazzjoni ċivili tal-Partijiet relatati mal-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, kif previst fl-Artikolu 445(5) ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Skambju u protezzjoni ta' data u informazzjoni kunfidenzjali u riżervati

1.   Id-data u l-informazzjoni skambjati fl-implimentazzjoni ta' dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 453 ta' dan il-Ftehim.

2.   Id-data u l-informazzjoni skambjati waqt il-proċess ta' validazzjoni għandhom ikunu limitati fin-natura u l-kontenut għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dimostrazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti tekniċi applikabbli, kif iddettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

3.   Kull nuqqas ta' qbil fir-rigward ta' skambju ta' data u informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jiġi ttrattat kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika. Kull Parti għandha żżomm id-dritt li tirreferi n-nuqqas ta' qbil lill-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni għal soluzzjoni.

TAQSIMA D

ĊERTIFIKAZZJONI TAD-DISINN

Artikolu 8

Prinċipji ġenerali

1.   Din it-taqsima tindirizza ċ-ċertifikati tad-disinn kollha u l-bidliet tagħhom kollha, fejn applikabbli, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness, b'mod partikolari:

(a)

ċertifikati tat-tip, inklużi ċertifikati tat-tip ristretti;

(b)

ċertifikazzjoni tat-tip supplimentari;

(c)

approvazzjonijiet tad-disinn tat-tiswija; u

(d)

awtorizzazzjonijiet tal-ordni standard tekniku.

2.   L-awtorità ta' validazzjoni għandha jew tivvalida, wara li tqis il-livell ta' involviment imsemmi fl-Artikolu 12, jew taċċetta ċertifikat tad-disinn jew bidla li kienet, jew qiegħda fil-proċess li tinħareġ jew li tiġi approvata mill-awtorità li tiċċertifika, skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness u kif dettaljati fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, inklużi l-modalitajiet tagħha ta' aċċettazzjoni u validazzjoni taċ-ċertifikati.

3.   Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, kull Parti għandha tiżgura li fis-sistema regolatorja tagħha għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili, il-kapaċità ta' kwalunkwe organizzazzjoni tad-disinn li tassumi r-responsabbiltajiet tagħha tkun ikkontrollata biżżejjed permezz ta' sistema ta' ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet tad-disinn.

Artikolu 9

Proċess ta' validazzjoni

1.   Għandha ssir applikazzjoni għall-validazzjoni ta' ċertifikat tad-disinn ta' prodott ajrunawtiku ċivili lill-awtorità ta' validazzjoni permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni kif iddettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

2.   L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tiżgura li l-awtorità ta' validazzjoni tirċievi d-data u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-validazzjoni taċ-ċertifikat tad-disinn, kif iddettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

3.   Malli tirċievi l-applikazzjoni għall-validazzjoni taċ-ċertifikat tad-disinn, l-awtorità ta' validazzjoni għandha tiddetermina l-bażi taċ-ċertifikazzjoni għall-validazzjoni skont l-Artikolu 11, kif ukoll il-livell ta' involviment tal-awtorità ta' validazzjoni fil-proċess ta' validazzjoni skont l-Artikolu 12.

4.   L-awtorità ta' validazzjoni għandha, kif iddettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, tibbaża l-validazzjoni tagħha kemm jista' jkun fuq l-evalwazzjonijiet tekniċi, it-testijiet, l-ispezzjonijiet u s-sejbiet ta' konformità magħmula mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

5.   L-awtorità ta' validazzjoni għandha, wara li teżamina d-data u l-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, toħroġ iċ-ċertifikat tad-disinn tagħha għall-prodott ajrunawtiku ċivili vvalidat (minn hawn 'il quddiem iċ-"ċertifikat tad-disinn ivvalidat") meta:

(a)

jiġi kkonfermat li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tkun ħarġet iċ-ċertifikat tad-disinn tagħha stess għall-prodott ajrunawtiku ċivili;

(b)

ikun ġie ddikjarat mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni li l-prodott ajrunawtiku ċivili jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11;

(c)

il-kwistjonijiet kollha mqajma waqt il-proċess ta' validazzjoni mwettaq mill-awtorità ta' validazzjoni jkunu ġew solvuti; u

(d)

rekwiżiti amministrattivi addizzjonali, kif iddettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, jkunu ġew issodisfati mill-applikant.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li sabiex jikseb u jżomm ċertifikat tad-disinn validat, l-applikant ikollu u jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-testijiet, inkluż ir-rekords ta' spezzjoni għall-prodott ajrunawtiku ċivili ċċertifikat, sabiex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu żgurati l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-konformità mar-rekwiżiti ta' protezzjoni ambjentali applikabbli tal-prodott ajrunawtiku ċivili.

Artikolu 10

Modalitajiet tal-validazzjoni ta' ċertifikati tad-disinn

1.   Ċertifikati tat-tip maħruġa mill-aġent tekniku tal-Unjoni bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu vvalidati mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' validazzjoni. Id-data li ġejja għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni:

(a)

manwal tal-installazzjoni tal-magna (għal ċertifikat tat-tip tal-magna);

(b)

manwal tat-tiswija strutturali;

(c)

struzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' sistemi ta' interkonnessjoni ta' wajers elettriċi; u

(d)

manwal tal-bilanċ tal-piż.

Permezz ta' proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, jista' jiġi stabbilit dettall proċedurali fir-rigward tal-aċċettazzjoni tad-data rilevanti. Kull dettall proċedurali bħal dan ma għandux jaffettwa r-rekwiżit ta' aċċettazzjoni stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

2.   Ċertifikati tat-tip supplimentari sinifikanti u approvazzjonijiet għal bidliet kbar sinifikanti maħruġa mill-aġent tekniku tal-Unjoni bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu vvalidati mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' validazzjoni. Bħala prinċipju għandu jintuża proċess ta' validazzjoni simplifikat limitat għall-familjarizzazzjoni teknika mingħajr l-involviment tal-awtorità ta' validazzjoni fl-attivitajiet ta' dimostrazzjoni ta' konformità mill-applikant sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-aġenti tekniċi fuq bażi ta' każ b'każ.

3.   Ċertifikati tat-tip maħruġa mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu vvalidati mill-aġent tekniku tal-Unjoni bħala awtorità ta' validazzjoni.

4.   Ċertifikati tat-tip supplimentari, approvazzjonijiet għal bidliet maġġuri, tiswijiet maġġuri u awtorizzazzjonijiet tal-ordni standard tekniku maħruġa mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni jew minn organizzazzjoni approvata skont il-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit għandhom jiġu vvalidati mill-aġent tekniku tal-Unjoni Ewropea bħala awtorità ta' validazzjoni. Jistà jintuża proċess ta' validazzjoni simplifikat limitat għall-familjarizzazzjoni teknika mingħajr l-involviment tal-awtorità ta' validazzjoni fl-attivitajiet ta' dimostrazzjoni ta' konformità mill-applikant meta dan jiġi deċiż mill-aġenti tekniċi fuq bażi ta' każ b'każ.

Artikolu 11

Bażi taċ-ċertifikazzjoni għall-validazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-validazzjoni ta' ċertifikat tad-disinn ta' prodott ajrunawtiku ċivili, l-awtorità ta' validazzjoni għandha tirreferi għar-rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Parti tagħha sabiex tiddetermina l-bażi taċ-ċertifikazzjoni:

(a)

ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà għal prodott ajrunawtiku ċivili simili li kienu fis-seħħ fid-data effettiva tal-applikazzjoni stabbiliti mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, u kkomplementati meta applikabbli b'kondizzjonijiet tekniċi addizzjonali kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika; u

(b)

ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott ajrunawtiku ċivili li kienu fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni għall-validazzjoni lill-awtorità ta' validazzjoni.

2.   L-awtorità ta' validazzjoni għandha tispeċifika, meta applikabbli, kwalunkwe:

(a)

eżenzjoni għar-rekwiżiti applikabbli;

(b)

devjazzjoni mir-rekwiżiti applikabbli; jew

(c)

fattur ta' kumpens li jipprovdi livell ekwivalenti ta' sikurezza meta r-rekwiżiti applikabbli ma jiġux imħarsa.

3.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità ta' validazzjoni għandha tispeċifika kull kondizzjoni speċjali li għandha tiġi applikata jekk il-kodiċijiet tal-ajrunavigabbiltà, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma jkunx fihom rekwiżiti ta' sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott ajrunawtiku ċivili, minħabba li:

(a)

il-prodott ajrunawtiku ċivili jkollu karatteristiċi ta' disinn ġodda jew mhux tas-soltu b'rabta mal-prattiki tad-disinn li fuqhom huma bbażati l-kodiċijiet tal-ajrunavigabbiltà, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli;

(b)

l-użu maħsub tal-prodott ajrunawtiku ċivili ma jkunx wieħed konvenzjonali; jew

(c)

l-esperjenza miksuba minn prodotti ajrunawtiċi ċivili simili oħra fis-servizz jew minn prodotti ajrunawtiċi ċivili li jkollhom karatteristiċi tad-disinn simili, tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw xi kondizzjonijiet mhux sikuri.

4.   Meta tispeċifika eżenzjonijiet, devjazzjonijiet, fatturi ta' kumpens jew kondizzjonijiet speċjali, l-awtorità ta' validazzjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta għal dawk applikati mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni u dawn m'għandhomx ikunu aktar eżiġenti biex il-prodotti ajrunawtiċi ċivili jiġu vvalidati milli kieku jkun għal prodotti simili tagħha stess. L-awtorità ta' validazzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità ta' ċertifikazzjoni bi kwalunkwe eżenzjoni, devjazzjoni, fattur ta' kumpens jew kondizzjoni speċjali bħal dawn.

Artikolu 12

Livell ta' involviment tal-awtorità ta' validazzjoni

1.   Il-livell ta' involviment tal-awtorità ta' validazzjoni ta' Parti waqt il-proċess ta' validazzjoni msemmi fl-Artikolu 9 u kif iddettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, għandu jiġi ddeterminat prinċipalment minn:

(a)

l-esperjenza u r-rekords tal-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra bħala l-awtorità ta' ċertifikazzjoni;

(b)

l-esperjenza diġà miksuba minn din l-awtorità ta' validazzjoni waqt eżerċizzji ta' validazzjoni preċedenti mal-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra;

(c)

in-natura tad-disinn li għandu jiġi vvalidat;

(d)

il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-applikant mal-awtorità ta' validazzjoni; u

(e)

l-eżitu tal-valutazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-kwalifiki msemmija fl-Artikoli 28 u l-Artikolu 29.

2.   L-awtorità li tivvalida għandha teżerċita proċeduri speċjali u skrutinju, b'mod partikolari rigward il-proċessi u l-metodi tal-awtorità li tiċċertifika, matul l-ewwel validazzjoni ta' kwalunkwe ċertifikat, fejn l-awtorità ta' ċertifikazzjoni ma tkunx preċedentement ħarġet ċertifikat fil-kategorija ta' prodotti ttal-aeronawtika ċivili kkonċernati wara t-30 ta' Settembru 2004. Il-proċeduri u l-kriterji li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu ddettaljati fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

3.   L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandha titkejjel, tiġi mmonitorjata u rieżaminata regolarment mill-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni, bl-użu ta' metrika kif spjegat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

Artikolu 13

Aċċettazzjoni

1.   Għal ċertifikat tad-disinn soġġett għall-aċċettazzjoni, l-awtorità ta' validazzjoni għandha taċċetta ċ-ċertifikat tad-disinn maħruġ mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni mingħajr ebda attività ta' validazzjoni. F'dan il-każ, iċ-ċertifikat tad-disinn għandu jiġi rikonoxxut mill-awtorità ta' validazzjoni bħala ekwivalenti għal ċertifikat maħruġ skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Parti tagħha u l-awtorità ta' validazzjoni ma għandhiex toħroġ iċ-ċertifikat korrispondenti tagħha.

2.   Ċertifikati tat-tip supplimentari mhux sinifikanti, bidliet kbar mhux sinifikanti u awtorizzazzjonijiet tal-ordni standard tekniku maħruġa mill-aġent tekniku tal-Unjoni bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni jew minn organizzazzjoni approvata skont il-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu aċċettati mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' validazzjoni.

3.   Bidliet u tiswijiet minuri approvati mill-aġent tekniku tal-Unjoni bħala l-awtorità ta' ċertifikazzjoni jew minn organizzazzjoni approvata skont il-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu aċċettati mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala l-awtorità ta' validazzjoni.

4.   Bidliet minuri u tiswijiet minuri approvati mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni jew minn organizzazzjoni approvata skont il-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit għandhom ikunu aċċettati mill-aġent tekniku tal-Unjoni bħala awtorità ta' validazzjoni.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-Artikoli 10 u 13

1.   Il-klassifikazzjonijiet ta' bidla minuri jew ta' bidla maġġuri għandhom isiru mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni skont id-definizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness u interpretati skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

2.   Sabiex tikklassifika ċertifikat tat-tip supplimentari jew bidla maġġuri bħala sinifikanti jew mhux sinifikanti, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tikkunsidra l-bidla fil-kuntest tal-bidliet kollha tad-disinn rilevanti preċedenti u r-reviżjonijiet relatati kollha mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli inkorporati fiċ-ċertifikat tat-tip għall-prodott ajrunawtiku ċivili. Il-bidliet li jissodisfaw kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin huma kkunsidrati awtomatikament bħala sinifikanti:

(a)

il-konfigurazzjoni ġenerali jew il-prinċipji tal-kostruzzjoni ma jinżammux; jew

(b)

is-suppożizzjonijiet użati għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott li ser jinbidel ma jibqgħux validi.

Artikolu 15

Ċertifikati tad-disinn eżistenti

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip supplimentari, approvazzjonijiet għal bidliet u tiswijiet, kif ukoll awtorizzazzjonijiet tal-ordni standard tekniku u bidliet fihom maħruġa mill-aġent tekniku tal-Unjoni lill-applikanti tar-Renju Unit, jew minn organizzazzjoni tad-disinn approvata li tinsab fir-Renju Unit, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni u validi fil-31 ta' Diċembru 2020 jitqiesu li nħarġu mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni jew minn organizzazzjoni approvata skont il-liġijiet u r-regolamenti tar-Renju Unit u li ġew aċċettati mill-aġent tekniku tal-Unjoni bħala awtorità li tivvalida skont l-Artikolu 13(1);

(b)

ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip supplimentari, approvazzjonijiet għal bidliet u tiswijiet, kif ukoll awtorizzazzjonijiet tal-ordni standard tekniku u bidliet fihom maħruġa mill-aġent tekniku tal-Unjoni lill-applikanti tal-Unjoni, jew minn organizzazzjoni tad-disinn li tinsab fl-Unjoni, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni u validi fil-31 ta' Diċembru 2020 huma meqjusa li ġew aċċettati mill-aġent tekniku tar-Renju Unit bħala awtorità ta' validazzjoni skont l-Artikolu 13(1).

Artikolu 16

Trasferiment ta' ċertifikat tad-disinn

Fil-każ li ċertifikat tad-disinn jiġi ttrasferit lil entità oħra, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni responsabbli għaċ-ċertifikat tad-disinn għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità ta' validazzjoni dwar it-trasferiment u tapplika l-proċedura relatata mat-trasferiment ta' ċertifikati tad-disinn kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

Artikolu 17

Rekwiżiti operazzjonali relatati mad-disinn

1.   L-aġenti tekniċi għandhom jiżguraw li, fejn meħtieġ, id-data u l-informazzjoni relatati mar-rekwiżiti operazzjonali relatati mad-disinn jiġu skambjati waqt il-proċess ta' validazzjoni.

2.   Soġġett għal deċiżjoni mill-aġenti tekniċi għal xi rekwiżiti operazzjonali relatati mad-disinn, l-awtorità ta' validazzjoni tista' taċċetta d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni permezz tal-proċess ta' validazzjoni.

Artikolu 18

Dokumenti operazzjonali u data relatata mat-tip

1.   Xi settijiet speċifiċi tat-tip ta' dokumenti operazzjonali u data, inkluża data dwar l-idoneità operazzjonali fis-sistema tal-Unjoni u d-data ekwivalenti fis-sistema tar-Renju Unit, provduti mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, għandhom jiġu approvati jew aċċettati mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni u, fejn meħtieġ, jiġu skambjati waqt il-proċess ta' validazzjoni.

2.   Id-dokumenti operazzjonali u d-data msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu aċċettati jew ivvalidati mill-awtorità ta' validazzjoni kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

Artikolu 19

Validazzjoni konkorrenti

Meta jiġi deċiż mill-applikant u l-aġenti tekniċi, jista' jintuża proċess ta' ċertifikazzjoni u validazzjoni konkorrenti, fejn xieraq u kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

Artikolu 20

Ajrunavigabbiltà kontinwa

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni biex jindirizzaw kondizzjonijiet mhux sikuri fi prodotti ajrunawtiċi ċivili li għalihom huma jkunu l-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

2.   B'talba, awtorità kompetenti ta' Parti għandha, fir-rigward ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili ddisinjati jew immanifatturati taħt is-sistema regolatorja tagħha, tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra biex tiddetermina kwalunkwe azzjoni meqjusa meħtieġa għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodotti ajrunawtiċi ċivili.

3.   Meta diffikultajiet waqt is-servizz jew kwistjonijiet ta' sikurezza potenzjali oħra li jaffettwaw prodott ajrunawtiku ċivili fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness iwasslu għal investigazzjoni mwettqa mill-aġent tekniku ta' Parti li tkun l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għall-prodott ajrunawtiku ċivili, l-aġent tekniku tal-Parti l-oħra għandu, b'talba, jappoġġa dik l-investigazzjoni, inkluż billi jipprovdi l-informazzjoni rilevanti rrapportata mill-entitajiet rilevanti dwar fallimenti, malfunzjonijiet, difetti jew okkorrenzi oħra li jaffettwaw dak il-prodott ajrunawtiku ċivili.

4.   L-obbligi ta' rappurtar tad-detenturi taċ-ċertifikat tad-disinn lill-awtorità ta' ċertifikazzjoni u l-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni stabbilit b'dan l-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obbligu ta' kull detentur ta' ċertifikat tad-disinn li jirrapporta fallimenti, malfunzjonijiet, difetti jew okkorrenzi oħra li jaffettwaw dak il-prodott ajrunawtiku ċivili lill-awtorità ta' validazzjoni.

5.   L-azzjonijiet biex jiġu indirizzati kondizzjonijiet mhux sikuri u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sikurezza msemmija fil-paragrafi minn1 sa 4 għandhom jiġu spjegati fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

6.   L-aġent tekniku ta' Parti għandu jżomm lill-aġent tekniku tal-Parti l-oħra infurmat bl-informazzjoni obbligatorja dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa fir-rigward ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili ddisinjati jew immanifatturati taħt is-sistema ta' sorveljanza tal-Parti tiegħu, u li huma fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness.

7.   Kull bidla fl-istatus ta' ajrunavigabbiltà ta' ċertifikat maħruġ minn aġent tekniku ta' Parti għandha tiġi kkomunikata fil-ħin lill-aġent tekniku tal-Parti l-oħra.

TAQSIMA E

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Artikolu 21

Rikonoxximent taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u s-sistema ta' sorveljanza tal-produzzjoni

1.   Il-parti importatriċi tirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u s-sistema ta' sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi, billi s-sistema titqies suffiċjentement ekwivalenti għas-sistema tal-Parti importatriċi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2.   Ir-rikonoxximent tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u tas-sorveljanza tal-produzzjoni tar-Renju Unit mill-Unjoni huwa limitat għar-rikonoxximent tal-produzzjoni ta' kategoriji ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili li kienu diġà soġġetti għal dik is-sistema fil-31 ta' Diċembru 2020, kif spjegat fid-dettall fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

3.   Fil-każ li kategorija ġdida ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili tiżdied maċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u mas-sistema ta' sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi, l-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi tinnotifika lill-aġent tekniku tal-Parti importatriċi. Qabel ma jiġi estiż ir-rikonoxximent tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u tas-sorveljanza tal-produzzjoni għall-kategorija l-ġdida ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili, l-aġent tekniku tal-Parti importatriċi jista' jiddeċiedi li jwettaq valutazzjoni biex jikkonferma li ċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u s-sistema ta' sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi għal din il-kategorija ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili hija ekwivalenti biżżejjed għaċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u s-sistema ta' sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti importatriċi. Dik il-valutazzjoni għandha titwettaq kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, u tista' tinkludi valutazzjoni tad-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi. Il-proċess għall-estensjoni tar-rikonoxximent tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u tas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi għall-kategorija l-ġdida ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili mill-Parti importatriċi jkun dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

4.   Ir-rikonoxximent taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u tas-sistema ta' sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi mill-Parti importatriċi għandu jkun soġġett għal-livell ta' sikurezza pprovdut mis-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi li tibqa' ekwivalenti biżżejjed għal dik ipprovduta mis-sistema tal-Parti importatriċi. L-ekwivalenza tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni u tas-sorveljanza tal-produzzjoni għandha tiġi mmonitorjata kontinwament permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 29.

5.   Il-paragrafi minn 1 sa 3 japplikaw ukoll għall-produzzjoni ta' prodott ajrunawtiku ċivili li għalih ir-responsabbiltajiet tal-Istat tad-Disinn huma jitħaddmu minn pajjiż li mhuwiex il-Parti li tesporta l-prodott ajrunawtiku ċivili, dment li l-awtorità kompetenti tal-Parti li tesporta tkun stabbiliet u implimentat il-proċeduri meħtieġa mal-awtorità rilevanti tal-Istat tad-Disinn biex tikkontrolla l-interfaċċa bejn id-detentur taċ-ċertifikat tad-disinn u d-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni għal dak il-prodott ajrunawtiku ċivili.

Artikolu 22

Estensjoni tal-approvazzjoni tal-produzzjoni

1.   1. Approvazzjoni tal-produzzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi lil manifattur li primarjament jinsab fit-territorju ta' dik il-Parti esportatriċi u rikonoxxuta skont l-Artikolu 21(1) tista' tiġi estiża biex tinkludi siti u faċilitajiet tal-manifattura tal-manifattur li jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra jew fit-territorju ta' pajjiż terz, irrispettivament mill-istatus legali ta' dawk is-siti u l-faċilitajiet tal-manifattura, u irrispettivament mit-tip ta' prodott ajrunawtiku ċivili mmanifatturat f'dawk is-siti u faċilitajiet. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi għandha tibqa' responsabbli għas-sorveljanza ta' dawn is-siti u l-faċilitajiet ta' manifattura u l-awtorità kompetenti tal-Parti importatriċi ma għandhiex toħroġ l-approvazzjoni tal-produzzjoni tagħha stess għal dawk is-siti u l-faċilitajiet ta' manifattura għall-istess prodott ajrunawtiku ċivili.

2.   Jekk il-faċilitajiet u s-siti tal-manifattura għal manifattur li primarjament jinsabu fit-territorju tal-Parti esportatriċi jkunu jinsabu fil-Parti l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin, fil-qafas tal-Artikolu 32, bil-ħsieb li l-Parti importatriċi tipparteċipa fl-attivitajiet ta' sorveljanza tal-Parti esportatriċi fir-rigward ta' dawn il-faċilitajiet.

Artikolu 23

L-interfaċċa bejn id-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni u d-detentur taċ-ċertifikat tad-disinn

1.   F'każijiet fejn id-detentur ta' approvazzjoni tal-produzzjoni għal prodott ajrunawtiku ċivili jkun regolat mill-awtorità kompetenti ta' Parti, u d-detentur ta' ċertifikat tad-disinn għall-istess prodott ajrunawtiku ċivili jkun regolat mill-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiddefinixxu r-responsabbiltajiet ta' kull Parti biex tikkontrolla l-interfaċċa bejn id-detentur ta' approvazzjoni tal-produzzjoni u d-detentur ta' ċertifikat tad-disinn.

2.   Għall-finijiet ta' esportazzjoni ta' prodotti ajrunawtiċi ċivili fil-qafas ta' dan l-Anness, meta d-detentur taċ-ċertifikat tad-disinn u d-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni ma jkunux l-istess entità ġuridika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jiżguraw li d-detentur taċ-ċertifikat tad-disinn jistabbilixxi arranġamenti xierqa mad-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni sabiex jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni sodisfaċenti bejn id-disinn u l-produzzjoni u l-appoġġ xieraq tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott ajrunawtiku ċivili.

TAQSIMA F

ĊERTIFIKATI TA' ESPORTAZZJONI

Artikolu 24

Formoli

Il-formoli tal-Parti li tesporta huma:

(a)

meta l-Parti li tesporta tkun ir-Renju Unit, il-Formola CAA 52 għal inġenji tal-ajru ġodda, iċ-ċertifikat tal-esportazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għal inġenji tal-ajru użati, u l-Formola 1 tas-CAA għal prodotti ġodda oħra; u

(b)

meta l-Parti li tesporta tkun l-Unjoni, il-Formola 52 tal-EASA għal inġenji tal-ajru ġodda, iċ-ċertifikat ta' esportazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għal inġenji tal-ajru użati, u l-Formola 1 tal-EASA għal prodotti ġodda oħra.

Artikolu 25

Ħruġ ta' ċertifikat tal-esportazzjoni

1.   Meta toħroġ ċertifikat tal-esportazzjoni, l-awtorità kompetenti jew id-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi għandu jiżgura li tali prodott ajrunawtiku ċivili:

(a)

jikkonforma mad-disinn awtomatikament aċċettat jew validat, jew ċertifikat mill-Parti importatriċi skont dan l-Anness u kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika;

(b)

ikun f'kondizzjoni li jitħaddem mingħajr periklu;

(c)

jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali kollha notifikati mill-Parti importatriċi; u

(d)

fir-rigward ta' inġenji tal-ajru ċivili, magni ta' inġenji tal-ajru u skrejjen ta' inġenji tal-ajru, jikkonforma mal-informazzjoni dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa obbligatorja applikabbli, inklużi d-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà tal-Parti importatriċi, kif notifikat minn dik il-Parti.

2.   Meta toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-esportazzjoni għal inġenju tal-ajru użat u reġistrat fil-Parti esportatriċi, minbarra r-rekwiżiti msemmijin fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi għandha tiżgura li tali inġenju tal-ajru tkun saritlu manutenzjoni kif suppost bl-użu tal-proċeduri u l-metodi approvati tal-Parti esportatriċi matul il-ħajja tas-servizz tiegħu, kif muri mill-ġurnali ta' abbord u r-rekords tal-manutenzjoni.

Artikolu 26

Aċċettazzjoni ta' ċertifikat tal-esportazzjoni għal prodott ajrunawtiku ċivili ġdid

L-awtorità kompetenti tal-Parti importatriċi għandha taċċetta ċertifikat tal-esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti jew detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi għal prodott ajrunawtiku ċivili, skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness u kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

Artikolu 27

Aċċettazzjoni ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-esportazzjoni għal inġenju tal-ajru użat

1.   L-awtorità kompetenti tal-Parti importatriċi għandha taċċetta ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi għal inġenju tal-ajru użat skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness u l-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika biss jekk detentur ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett ikun jeżisti għall-inġenju tal-ajru użat biex isostni l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' dak it-tip ta' inġenju tal-ajru.

2.   Sabiex ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-esportazzjoni għal inġenju tal-ajru użat manifatturat taħt is-sorveljanza tal-produzzjoni tal-Parti esportatriċi jiġi aċċettat skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi għandha tassisti, b'talba, lill-awtorità kompetenti tal-Parti importatriċi sabiex tinkiseb data u informazzjoni dwar:

(a)

il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-mument li jiġi kkonsenjat mingħand il-manifattur; u

(b)

bidliet u tiswijiet sussegwenti applikati għall-inġenju tal-ajru, li hija tkun approvat.

3.   Il-Parti importatriċi tista' titlob rekords ta' spezzjoni u manutenzjoni kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

4.   Jekk, fil-proċess tal-valutazzjoni tal-istatus tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru użat ikkunsidrat għall-esportazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Parti esportatriċi ma tkunx tista' tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 25(2) u fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, hija għandha:

(a)

tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Parti importatriċi;

(b)

tikkoordina mal-awtorità kompetenti tal-Parti importatriċi, kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, l-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda tagħhom tal-eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti applikabbli; u

(c)

iżżomm rekord ta' kwalunkwe eċċezzjoni aċċettata meta tesporta.

TAQSIMA G

KWALIFIKAZZJONI TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 28

Rekwiżiti tal-kwalifiki għall-aċċettazzjoni ta' sejbiet ta' konformità u ċertifikati

1.   Kull Parti għandha żżomm sistema ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza strutturata u effettiva għall-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, inkluż:

(a)

qafas ġuridiku u regolatorju, li b'mod partikolari jiżgura setgħat regolatorji fuq l-entitajiet regolati skont is-sistema regolatorja għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili tal-Parti;

(b)

struttura organizzattiva, inkluża deskrizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet;

(c)

riżorsi suffiċjenti, inkluż persunal kwalifikat b'għarfien, esperjenza u taħriġ suffiċjenti;

(d)

proċessi adegwati li jkunu ddokumentati f'politiki u proċeduri;

(e)

dokumentazzjoni u rekords; u

(f)

programm ta' spezzjoni stabbilit li jiggarantixxi livell uniformi ta' implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku u regolatorju fost id-diversi komponenti tas-sistema ta' sorveljanza.

Artikolu 29

Kwalifiki kontinwi tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex ikun hemm fiduċja reċiproka fis-sistema regolatorja ta' kull Parti dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Anness sabiex jiżguraw livell ekwivalenti biżżejjed ta' sikurezza, l-aġent tekniku ta' kull Parti għandu jivvaluta regolarment il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra mar-rekwiżiti tal-kwalifiki msemmija fl-Artikolu 28. Il-modalitajiet ta' dawn il-valutazzjonijiet reċiproċi kontinwi għandhom jiġu ddettaljati fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.

2.   L-awtorità kompetenti ta' Parti għandha tikkoopera mal-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra kull meta dawn il-valutazzjonijiet ikunu meħtieġa u għandha tiżgura li l-entitajiet regolati soġġetti għas-sorveljanza tagħha jipprovdu aċċess għall-aġenti tekniċi tal-Partijiet.

3.   Jekk l-aġent tekniku ta' kwalunkwe Parti jemmen li l-kompetenza teknika ta' awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra ma għadhiex aktar adegwata, jew li l-aċċettazzjoni ta' sejbiet ta' konformità magħmula jew iċ-ċertifikati maħruġa minn dik l-awtorità kompetenti għandhom jiġu sospiżi minħabba li s-sistemi tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan l-Anness ma għadhomx jiżguraw livell ta' sikurezza li huwa ekwivalenti biżżejjed sabiex jippermetti tali aċċettazzjoni, l-aġenti tekniċi tal-Partijiet għandhom jikkonsultaw sabiex jidentifikaw azzjonijiet ta' rimedju.

4.   Jekk il-fiduċja reċiproka ma tiġix irrestawrata b'mezzi aċċettabbli għat-tnejn, l-aġent tekniku ta' kull Parti jista' jirreferi l-kwistjoni msemmija fil-paragrafu 3 lill-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni.

5.   Jekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta mill-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni, kull Parti tista' tirreferi l-kwistjoni msemmija fil-paragrafu 3 lill-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

TAQSIMA H

KOMUNIKAZZJONIJIET, KONSULTAZZJONIJIET U APPOĠĠ

Artikolu 30

Komunikazzjonijiet

Soġġett għall-eċċezzjonijiet deċiżi mill-aġenti tekniċi tal-Partijiet fuq bażi ta' każ b'każ, il-komunikazzjonijiet kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet, inkluża d-dokumentazzjoni kif dettaljat fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika, għandhom isiru bil-lingwa Ingliża.

Artikolu 31

Konsultazzjonijiet tekniċi

1.   L-aġenti tekniċi tal-Partijiet għandhom jindirizzaw il-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Anness permezz ta' konsultazzjonijiet.

2.   Jekk ma tintlaħaqx soluzzjoni aċċettabbli għat-tnejn permezz ta' konsultazzjonijiet li jsiru skont il-paragrafu 1, l-aġent tekniku ta' kull Parti jista' jirreferi kwistjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni.

3.   Jekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta mill-Bord ta' Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni, kull Parti tista' tirreferi kwistjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

Artikolu 32

Appoġġ għal attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza kontinwa dwar l-ajrunavigabbiltà

B'talba, wara kunsens reċiproku, u kif jippermettu r-riżorsi, l-awtorità kompetenti ta' Parti tista' tipprovdi appoġġ tekniku, data u informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra fl-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza kontinwa dwar l-ajrunavigabbiltà relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn, tal-produzzjoni u tal-protezzjoni ambjentali. L-appoġġ li għandu jingħata u l-proċess għall-għoti ta' dan l-appoġġ għandhom jiġu ddettaljati fil-proċeduri ta' implimentazzjoni teknika.


ANNESS 31

TRASPORT TA’ MERKANZIJA BIT-TRIQ

PARTI A

REKWIŻITI GĦALL-OPERATURI TA’ TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ SKONT L-ARTIKOLU 463 TA’ DAN IL-FTEHIM

TAQSIMA 1

AMMISSJONI GĦALL-PROFESSJONI TA’ OPERATUR TAT-TRASPORT BIT-TRIQ U L-EŻERĊIZZJU TAGĦHA

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima tirregola l-ammissjoni għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-eżerċizzju tagħha u għandha tapplika għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti involuta fit-trasport tal-merkanzija fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 462 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq” tfisser deċiżjoni amministrattiva li tawtorizza lil persuna fiżika jew ġuridika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima sabiex teżerċita l-professjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq;

(b)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali f’Parti, li bil-għan li tawtorizza l-eżerċitar tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, tivverifika jekk persuna fiżika jew ġuridika tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima, u li għandha s-setgħa li tagħti, tissospendi jew tirtira awtorizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ professjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq; u

(c)

“residenza normali” tfisser il-post fejn persuna tgħix normalment, jiġifieri għal tal-anqas 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qed tgħix.

Artikolu 3

Rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq

Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jeżerċitaw l-okkupazzjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom:

(a)

ikollhom stabbiliment effettiv u stabbli f’Parti kif stipulat fl-Artikolu 5 ta' din it-Taqsima;

(b)

ikollhom reputazzjoni tajba kif stipulat fl-Artikolu 6 ta' din it-Taqsima;

(c)

ikollhom pożizzjoni finanzjarja xierqa kif stipulat fl-Artikolu 7 ta' din it-Taqsima; u

(d)

jkollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa kif stipulat fl-Artikolu 8 ta' din it-Taqsima.

Artikolu 4

Il-maniġer tat-trasport

1.   Operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandu jaħtar mill-inqas persuna fiżika waħda biex tkun il-maniġer tat-trasport, li effettivament u kontinwament imexxi l-attivitajiet tat-trasport tiegħu u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 3 u li:

(a)

għandu rabta ġenwina mal-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, bħal pereżempju li jkun impjegat, direttur, sid jew azzjonista jew li jamministrah, jew ikun dik il-persuna; u

(b)

ikun residenti fil-Parti li fit-territorju tagħha jkun stabbilit l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

2.   Jekk persuna fiżika jew ġuridika ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ kompetenza professjonali, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-persuna fiżika jew ġuridika biex teżerċita l-professjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq mingħajr ma taħtar maniġer tat-trasport f’konformità mal-paragrafu 1, dment li:

(a)

il-persuna fiżika jew ġuridika taħtar persuna fiżika li tirrisjedi fil-Parti tal-istabbiliment tal-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 3 li hija intitolata skont kuntratt li twettaq dmirijiet bħala maniġer tat-trasport f’isem l-impriża;

(b)

il-kuntratt li jorbot lill-persuna fiżika jew ġuridika mal-persuna msemmija fil-punt (a) jispeċifika l-kompiti li għandhom jitwettqu fuq bażi effettiva u kontinwa minn dik il-persuna u jindika r-responsabbiltajiet ta’ dik il-persuna bħala maniġer tat-trasport. Il-kompiti li għandhom jiġu speċifikati għandhom jinkludu, partikolarment, dawk relatati mal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-vettura, mal-verifika tal-kuntratti u tad-dokumenti tat-trasport, mal-kontabilità bażika, mal-assenjazzjoni ta’ tagħbiji jew servizzi lis-sewwieqa u lill-vetturi, u mal-verifika tal-proċeduri ta’ sikurezza;

(c)

fil-kapaċità tagħha bħala maniġer tat-trasport, il-persuna msemmija fil-punt (a) tista’ tiġġestixxi l-attivitajiet ta’ trasport ta’ mhux aktar minn erba’ operaturi differenti ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq imwettqa bi flotta totali massima kombinata ta’ 50 vettura; u

(d)

il-persuna msemmija fil-punt (a) twettaq il-kompiti speċifikati unikament fl-interessi tal-persuna fiżika jew ġuridika u r-responsabbiltajiet ta’ dik il-persuna jiġu eżerċitati indipendentement minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għaliha twettaq operazzjonijiet ta’ trasport.

3.   Parti tista’ tiddeċiedi li maniġer tat-trasport maħtur skont il-paragrafu 1 ma jistax ukoll jinħatar skont il-paragrafu 2, jew jista’ jiġi maħtur b’dan il-mod biss fir-rigward ta’ għadd limitat ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew flotta ta’ vetturi li tkun iżgħar minn dik imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

4.   Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-maniġer jew tal-maniġers tat-trasport innominati.

Artikolu 5

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-istabbiliment

Sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ stabbiliment effettiv u stabbli fil-Parti ta’ stabbiliment, persuna fiżika jew ġuridika għandha:

(a)

ikollha bini, li fih tkun tista’ taċċessa d-dokumenti oriġinali tad-dokumenti ewlenin tan-negozju tagħha, sew jekk fil-forma elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra, partikolarment il-kuntratti tagħha dwar it-trasport, id-dokumenti relatati mal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika, id-dokumenti dwar il-kontabilità, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti dwar is-sigurtà soċjali, id-dokumenti li fihom data dwar id-dispaċċ u l-istazzjonar tas-sewwieqa, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-vjaġġi, mal-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ, u kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess għalih sabiex tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima;

(b)

tkun irreġistrata fir-reġistru tal-kumpaniji kummerċjali ta’ dik il-Parti jew f’reġistru simili kull meta jkun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali;

(c)

tkun soġġetta għal taxxa fuq id-dħul u, kull meta jkun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, ikollha assenjat numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT;

(d)

ladarba tingħata awtorizzazzjoni, ikollha għad-dispożizzjoni tagħha vettura waħda jew aktar li jkunu rreġistrati jew imqegħdin fiċ-ċirkolazzjoni u awtorizzati sabiex jintużaw f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ dik il-Parti, kemm jekk dawk il-vetturi jkunu totalment proprjetà tagħha kif ukoll jekk, pereżempju, ikunu miżmuma taħt ftehim ta’ leasing b’opzjoni ta’ xiri jew taħt kuntratt ta’ kiri jew leasing;

(e)

twettaq b’mod effettiv u kontinwu l-attivitajiet amministrattivi u kummerċjali tagħha bit-tagħmir u l-faċilitajiet xierqa f’bini kif imsemmi fil-punt (a) li jkun jinsab f’dik il-Parti u tiġġestixxi b’mod effettiv u kontinwu l-operazzjonijiet tat-trasport tagħha bl-użu tal-vetturi msemmija fil-punt (f) permezz tat-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f’dik il-Parti; u

(f)

fuq bażi kontinwa jkollha għad-dispożizzjoni regolari tagħha għadd ta’ vetturi konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (d) u sewwieqa normalment ibbażati f’ċentru operazzjonali f’dik il-Parti, proporzjonat għall-volum tal-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mill-impriża.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba

1.   Soġġetti għall-paragrafu 2, il-Partijiet għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-maniġers tat-trasport għandhom jissodisfaw sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba.

Fid-determinazzjoni ta’ jekk persuna fiżika jew ġuridika tkunx issodisfat dak ir-rekwiżit, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-kondotta tal-persuna fiżika jew ġuridika, il-maniġers tat-trasport tagħhom, id-diretturi eżekuttivi u kwalunkwe persuna rilevanti oħra kif jista’ jiġi ddeterminat mill-Parti. Kull referenza f’dan l-Artikolu għal kundanni, penali jew ksur għandha tinkludi kundanni, penali jew ksur tal-persuna fiżika jew ġuridika nnifisha, tal-maniġers tat-trasport tagħha, tad-diretturi eżekuttivi u ta’ kwalunkwe persuna rilevanti oħra kif jista’ jiġi ddeterminat mill-Parti.

Il-kondizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom jinkludu tal-anqas:

(a)

li ma jkunx hemm raġunijiet konvinċenti sabiex wieħed jiddubita r-reputazzjoni tajba tal-maniġer tat-trasport jew tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, bħal kundanni jew penali għal kwalunkwe ksur serju tar-regoli nazzjonali fis-seħħ fl-oqsma:

(i)

tal-liġi kummerċjali;

(ii)

tal-liġi dwar il-falliment;

(iii)

tal-kundizzjonijiet ta’ paga u impjieg fil-professjoni;

(iv)

tat-traffiku tat-toroq;

(v)

tar-responsabbiltà professjonali;

(vi)

tat-traffikar ta’ bnedmin jew tad-droga;

(vii)

tal-liġi tat-taxxa; u

(b)

li l-maniġer tat-trasport jew l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ma jkunux instabu f’waħda mill-Partijiet jew ikunu nstabu ħatja ta’ reat kriminali serju jew ikunu ġarrbu penali għal ksur serju tar-regoli tat-Titolu I tat-Tielet Intestatura tat-Tieni Parti ta’ dan il-Ftehim jew ta’ regoli nazzjonali relatati b’mod partikolari ma’:

(i)

il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodu ta' mistrieħ għax-xufiera, il-ħinijiet tax-xogħol, u l-istallazzjoni u l-użu tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni;

(ii)

il-piżijiet massimi u d-dimensjonijiet tal-vetturi kummerċjali użati għat-trasport internazzjonali;

(iii)

il-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tax-xufiera;

(iv)

l-istat ta' kemm vetturi kummerċjali huma tajbin għat-triq inkluża l-ispezzjoni teknika annwali obbligatorja tal-vetturi bil-mutur;

(v)

l-aċċess għas-suq fit-trasport tal-merkanzija bit-triq internazzjonali;

(vi)

is-sikurezza fit-trasport stradali tal-merkanzija perikoluża;

(vii)

l-istallazzjoni u l-użu ta' tagħmir għall-kontroll tal-veloċità fuq ċerti kategoriji ta' vetturi;

(viii)

il-liċenzji tas-sewqan;

(ix)

id-dħul għall-professjoni;

(x)

it-trasport tal-annimali;

(xi)

l-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq;

(xii)

il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali; u

(xiii)

vjaġġi li l-punti tat-tagħbija u tal-ħatt tagħhom jinsabu fil-Parti l-oħra.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-maniġer tat-trasport jew l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ikun ġie kkundannat b’reat kriminali serju jew ingħata penali għal wieħed mill-aktar ksur serju kif stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1, f’waħda mill-Partijiet jew fiż-żewġ Partijiet, l-awtorità kompetenti fil-Parti ta’ stabbiliment għandha twettaq u tikkompleta b’mod xieraq u f’waqtu proċedura amministrattiva, li għandha tinkludi, jekk ikun xieraq, verifika fil-post fil-bini tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

Matul il-proċedura amministrattiva, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk, minħabba ċirkostanzi speċifiċi, it-telf ta’ reputazzjoni tajba jikkostitwixxix rispons sproporzjonat fil-każ individwali. F’dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-għadd ta’ ksur serju tar-regoli kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll l-għadd tal-aktar ksur serju kif stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1, li għalih ikun instab ħati jew ingħata penali l-maniġer tat-trasport jew l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq. Kull sejba bħal din għandha tkun debitament motivata u ġustifikata.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li t-telf ta’ reputazzjoni tajba jkun sproporzjonat, din għandha tiddeċiedi li l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata għadha ta’ reputazzjoni tajba. Meta l-awtorità kompetenti ma ssibx li t-telf ta’ reputazzjoni tajba jkun sproporzjonat, il-kundanna jew il-penali għandha twassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jħejji lista ta’ kategoriji, tipi u gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li, flimkien ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 31-A-1-1, jistgħu jwasslu għat-telf ta’ reputazzjoni tajba.

4.   Ir-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba ma għandux jiġi ssodisfat sakemm ma tkunx ittieħdet miżura ta’ riabilitazzjoni jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali tal-Partijiet.

Artikolu 7

Il-kondizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-pożizzjoni finanzjarja

1.   Sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ pożizzjoni finanzjarja, persuna fiżika jew ġuridika għandha, fuq bażi permanenti, tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena kontabilistika annwali. Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha turi, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata debitament, li, kull sena, din ikollha għad-dispożizzjoni tagħha kapital u riżervi:

(a)

li jammontaw għal tal-anqas EUR 9 000 / GBP 8 000 meta tintuża biss vettura bil-mutur waħda, EUR 5 000 / GBP 4 500 għal kull vettura bil-mutur addizzjonali wżati jew kombinazzjoni ta’ vetturi li għandha massa mgħobbija permissibbli li taqbeż it-3,5 tunnellati użata u EUR 900 / GBP 800 għal kull vettura bil-mutur addizzjonali jew kombinazzjoni ta’ vetturi li għandha massa mgħobbija permissibbli, li taqbeż it-2,5 tunnellati iżda mhux it-3,5 tunnellati;

(b)

il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jeżerċitaw l-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq bl-użu biss ta’ vetturi bil-mutur jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li għandhom massa mgħobbija permissibbli li taqbeż it-2,5 tunnellati iżda mhux it-3,5 tunnellati għandhom juru, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata debitament, li, kull sena, huma għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kapital u riżervi li jammontaw għal tal-anqas EUR 1 800 / GBP 1 600 meta tintuża vettura waħda biss u EUR 900 / GBP 800 għal kull vettura addizzjonali li tintuża.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ taqbel jew tirrikjedi li impriża turi l-kapaċità finanzjarja tagħha permezz ta’ ċertifikat determinat mill-awtorità kompetenti, bħal garanzija bankarja jew assigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali minn bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn inkluż kumpaniji tal-assigurazzjoni jew dokument vinkolanti ieħor li jipprovdi garanzija in solidum għall-impriża fir-rigward tal-ammonti speċifikati fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta’ kontijiet annwali ċċertifikati għas-sena tar-reġistrazzjoni ta’ impriża, l-awtorità kompetenti għandha taqbel li impriża għandha turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta’ ċertifikat, bħal garanzija bankarja, dokument maħruġ minn istituzzjoni finanzjarja li jistabbilixxi aċċess għal kreditu f’isem l-impriża, jew dokument vinkolanti ieħor kif determinat mill-awtorità kompetenti li jagħti prova li l-impriża għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammonti speċifikati fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

4.   Il-kontijiet annwali msemmija fil-paragrafu 1, u l-garanzija msemmija fil-paragrafu 2, li għandhom jiġu vverifikati, huma dawk tal-entità ekonomika stabbilita fil-Parti li fiha tkun saret applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u mhux dawk ta’ kwalunkwe entità oħra stabbilita fil-Parti l-oħra.

Artikolu 8

Il-kondizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-kompetenza professjonali

1.   Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stipulat ta’ kompetenza professjonali, il-persuna jew persuni kkonċernati għandu jkollhom għarfien li jikkorrispondi għal-livell previst fil-Parti I tal-Appendiċi 31-A-1-2 fis-suġġetti elenkati fih. Dak l-għarfien għandu jintwera permezz ta’ eżami obbligatorju bil-miktub li, jekk Parti hekk tiddeċiedi, jista’ jiġi supplimentat b’eżami orali. Dawk l-eżamijiet għandhom jiġu organizzati skont il-Parti II tal-Appendiċi 31-A-1-2. Għal dan il-għan, Parti tista’ tiddeċiedi li timponi taħriġ qabel l-eżami.

2.   Il-persuni kkonċernati għandhom jagħmlu l-eżami fil-Parti li fiha jkollhom ir-residenza normali tagħhom.

3.   L-awtoritajiet jew il-korpi awtorizzati debitament għal dan il-għan minn Parti, skont il-kriterji definiti minnha, biss, jistgħu jorganizzaw u jiċċertifikaw l-eżamijiet bil-miktub u orali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Partijiet għandhom jivverifikaw regolarment li l-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-awtoritajiet jew korpi jorganizzaw l-eżamijiet ikunu skont l-Appendiċi 31-A-1-2.

4.   Parti tista’ teżenta lid-detenturi ta’ ċerti kwalifiki ta’ edukazzjoni għolja jew kwalifiki ta’ edukazzjoni teknika maħruġa f’dik il-Parti, li jkunu speċifikatament imfassla għal dan il-għan u li jkunu jinkludu l-għarfien tas-suġġetti kollha elenkati fl-Appendiċi 31-A-1-2 mill-eżami fis-suġġetti koperti minn dawk il-kwalifiki. L-eżenzjoni għandha tapplika biss għal dawk it-taqsimiet tal-Parti I tal-Appendiċi 31-A-1-2 li għalihom il-kwalifika tkopri s-suġġetti kollha elenkati taħt l-intestatura ta’ kull Taqsima.

Parti tista’ teżenta minn partijiet speċifiċi tal-eżamijiet detenturi ta’ ċertifikati ta’ kompetenza professjonali validi għal operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali f’dik il-Parti.

Artikolu 9

Eżenzjoni mill-eżami

Għall-fini tal-għoti ta’ liċenzja lil operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li jopera biss vetturi bil-mutur jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, Parti tista’ tiddeċiedi li teżenta mill-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) persuni li juru prova li għall-perjodu ta’ 10 snin qabel l-20 ta’ Awwissu 2020, b’mod kontinwu ġġestixxew persuna fiżika jew ġuridika tal-istess tip.

Artikolu 10

Proċedura għas-sospensjoni u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet

1.   Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi li persuna fiżika jew ġuridika tkun f’riskju li ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3, din għandha tinnotifika lill-persuna fiżika jew ġuridika b’dan. Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi li wieħed jew aktar minn dawk ir-rekwiżiti ma għadux aktar issodisfat, din tista’ tistabbilixxi wieħed mil-limiti ta’ żmien li ġejjin għall-persuna fiżika jew ġuridika sabiex tirretifika s-sitwazzjoni:

(a)

limitu ta’ żmien li ma jeċċedix is-sitt xhur, li jista’ jiġi estiż bi tliet xhur fl-eventwalità ta’ mewt jew diżabbiltà fiżika tal-maniġer tat-trasport, għar-reklutaġġ ta’ sostitut għall-maniġer tat-trasport meta l-maniġer tat-trasport ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ reputazzjoni jew kompetenza professjonali;

(b)

limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur fejn il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha tirrettifika s-sitwazzjoni billi turi li l-persuna fiżika jew ġuridika għandha stabbiliment effettiv u stabbli; jew

(c)

limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur li fih ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja ma jkunx issodisfat, sabiex turi li r-rekwiżit ġie ssodisfat mill-ġdid fuq bażi permanenti.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi li persuna fiżika jew ġuridika li l-awtorizzazzjoni tagħha tkun ġiet sospiża jew irtirata tiżgura li l-maniġers tat-trasport tagħha jkunu għaddew mill-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura ta’ rijabilitazzjoni.

3.   Jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-persuna fiżika jew ġuridika ma għadhiex tissodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3, din għandha tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni għall-eżerċitar tal-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Id-dikjarazzjoni tal-inkompetenza tal-maniġer tat-trasport

1.   Meta maniġer tat-trasport jitlef ir-reputazzjoni tajba skont l-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara lill-maniġer tat-trasport inkapaċi li jiġġestixxi l-attivitajiet tat-trasport ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.

L-awtorità kompetenti ma għandhiex tirriabilita l-maniġer tat-trasport aktar kmieni minn sena mid-data tat-telf ta’ reputazzjoni tajba u qabel ma l-maniġer tat-trasport ikun wera li segwa taħriġ xieraq għal perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur jew eżami dwar is-suġġetti elenkati fil-Parti I tal-Appendiċi 31-A-1-2.

2.   Meta maniġer tat-trasport jitlef reputazzjoni tajba skont l-Artikolu 6, applikazzjoni għal riabilitazzjoni tista’ tiġi introdotta wara mhux anqas minn sena mid-data tat-telf ta’ reputazzjoni tajba.

Artikolu 12

L-eżami u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jirreġistraw fir-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 13(1) id-data relatata mal-impriżi li jawtorizzaw.

2.   Meta jivvalutaw ir-reputazzjoni tajba ta’ impriża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, jekk fiż-żmien tal-applikazzjoni l-maniġer jew il-maniġers tat-trasport innominati humiex iddikjarati, f’waħda mill-Partijiet, bħala inkapaċi li jiġġestixxu l-attivitajiet tat-trasport ta’ impriża skont l-Artikolu 11.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw b’mod regolari jekk l-impriżi li huma awtorizzaw sabiex jeżerċitaw l-okkupazzjoni ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli, inkluż, fejn xieraq, verifiki fil-post fil-bini tal-impriża kkonċernata, billi jimmiraw dawk l-impriżi li jkunu klassifikati li jikkostitwixxu riskju miżjud.

Artikolu 13

Reġistri elettroniċi nazzjonali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru elettroniku nazzjonali ta’ impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu ġew awtorizzati li jeżerċitaw l-okkupazzjoni ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.

2.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jistabbilixxi d-data li tinsab fir-reġistri nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għal din id-data.

Artikolu 14

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jinnominaw punt ta’ kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima.

2.   L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jipprovdu lil xulxin mingħajr dewmien b’assistenza reċiproka u bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ din it-Taqsima.

3.   L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom iwettqu kontrolli individwali sabiex jivverifikaw jekk impriża tissodisfax il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-ammissjoni għall-okkupazzjoni ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq kull meta awtorità kompetenti fil-Parti l-oħra titlob dan f’każijiet motivati debitament. Din għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fil-Parti l-oħra bir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u bil-miżuri meħuda jekk jiġi stabbilit li l-impriża ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’din it-Taqsima.

4.   L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kundanni jew penali għal kwalunkwe ksur serju msemmi fl-Artikolu 6(2).

5.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

Appendiċi 31-A-1-1

L-AKTAR KSUR SERJU GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 6(2) TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI A TAL-ANNESS 31

1.

Jinqabżu limiti ta’ żmien kif ġej:

(a)

jinqabeż il-limitu massimu tal-ħin ta’ sewqan, ta’ kull sitt ijiem jew ta’ kull ġimagħtejn, b’marġini ta’ 25 % jew aktar;

(b)

jinqabeż il-limitu massimu tal-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum, matul perjodu ta’ ħidma ta’ kuljum, b’marġni ta’ 50 % jew iżjed.

2.

In-nuqqas ta’ twaħħil ta’ takografu u/jew regolatur tal-veloċità eċċeżiva, jew li fil-vettura jkun hemm u/jew jintuża apparat frawdolenti li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u/jew tar-regolatur tal-veloċità eċċeżiva jew jiffalsifika l-folji ta’ reġistrazzjoni jew id-data mniżżla mit-takografu u/jew mill-kard tas-sewwieq.

3.

Sewqan mingħajr ċertifikat validu tal-affidabbiltà stradali u/jew sewqan b’nuqqas serju ħafna, fost l-oħrajn, tas-sistema tal-ibbrejkjar, il-konnessjonijiet tal-istering, ir-roti/it-tajers, is-sospensjoni jew ix-xażì li joħolqu dak ir-riskju immedjat għas-sikurezza fit-toroq li jwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura.

4.

Trasportazzjoni ta’ merkanzija perikoluża li hija pprojbita għat-trasport jew trasportazzjoni ta’ dik il-merkanzija f’mezz ta’ konteniment ipprojbit jew mhux approvat jew mingħajr ma tiġi identifikata fuq il-vettura bħala merkanzija perikoluża, b’riżultat ta’ periklu għall-ħajja jew l-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura.

5.

Il-ġarr ta’ merkanzija mingħajr ma wieħed ikollu liċenzja tas-sewqan valida jew il-ġarr minn impriża li ma jkollhiex liċenzja tal-operatur valida kif imsemmi fl-Artikolu 463 ta’ dan il-Ftehim.

6.

Sewqan b’kard tas-sewwieq li ġiet iffalsifikata, jew b’kard li s-sewwieq mhuwiex id-detentur tagħha, jew li ġiet akkwistata fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti falsifikati.

7.

Il-ġarr ta’ merkanzija li taqbeż il-massa mgħobbija massima permissibbli b’20 % jew aktar għal vetturi li l-piż mgħobbi permissibbli tagħhom jaqbeż it-12-il tunnellata, u b’25 % jew aktar għal vetturi li l-piż mgħobbi permissibbli tagħhom ma jaqbiżx it-12-il tunnellata.

Appendiċi 31-A-1-2

PARTI I

LISTA TA’ SUĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8 TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI A TAL-ANNESS 31

L-għarfien li jrid jiġi kkunsidrat għar-rikonoxximent uffiċjali tal-kompetenza professjonali mill-Partijiet irid ikopri tal-anqas is-suġġetti elenkati hawn taħt. Fir-rigward ta’ dawn is-suġġetti, l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq applikanti irid ikollhom il-livelli ta’ għarfien u ta’ aptitudni prattika meħtieġa għall-ġestjoni ta’ impriża tat-trasport.

Il-livell minimu ta’ għarfien, kif indikat hawn taħt, irid jikkorrispondi tal-anqas għal-livell ta’ għarfien miksub matul il-kors tal-edukazzjoni obbligatorja, li huwa ssupplimentat jew minn taħriġ vokazzjonali u taħriġ tekniku supplimentari jew minn skola sekondarja jew taħriġ tekniku ieħor.

A.   Id-dritt ċivili

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)

ikun familjari mat-tipi prinċipali ta’ kuntratti użati fit-trasport bit-triq u mad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnhom;

(b)

ikun kapaċi jinnegozja kuntratt ta’ trasport legalment validu, notevolment fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tal-ġarr;

(c)

ikun kapaċi jikkunsidra talba mill-prinċipal tal-applikant rigward kumpens għal telf ta’ jew ħsara lil merkanzija matul it-trasport jew għall-kunsinna tardiva tagħhom, u jifhem kif tali talba taffettwa r-responsabbiltà kuntrattwali tal-applikant; u

(d)

ikun familjari mar-regoli u l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni CMR dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti bit-Triq magħmul f’Ġinevra fid-19 ta’ Mejju 1956.

B.   Il-liġi kummerċjali

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)

ikun familjari mal-kundizzjonijiet u l-formalitajiet stabbiliti biex jitħaddem il-kummerċ, l-obbligi li jinkombu fuq operaturi tat-trasport (ir-reġistrazzjoni, iż-żamma ta’ dokumenti, eċċ.) u l-konsegwenzi ta’ falliment; u

(b)

ikollu għarfien xieraq tad-diversi tipi ta’ soċjetajiet kummerċjali u r-regoli li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom.

C.   Il-liġi soċjali

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari, ikun familjari ma’ li ġej:

(a)

mar-rwol u l-funzjoni tal-istituzzjonijiet soċjali li għandhom x’jaqsmu mat-trasport bit-triq (it-trade unions, il-kunsilli tax-xogħol, ir-rappreżentanti tal-persunal, l-ispetturi tax-xogħol, eċċ.);

(b)

mal-obbligi tas-sigurtà soċjali ta’ min iħaddem;

(c)

mar-regoli li jirregolaw il-kuntratti tax-xogħol għall-kategoriji varji ta’ ħaddiema impjegati tal-impriżi tat-trasport bit-triq (il-forom ta’ kuntratti, l-obbligazzjonijiet tal-partijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħinijiet tax-xogħol, il-leave imħallas, ir-remunerazzjoni, il-ksur tal-kuntratt, eċċ.);

(d)

ir-regoli applikabbli għall-ħin tas-sewqan, il-perjodi ta’ mistrieħ u l-ħin tax-xogħol, u l-miżuri prattiċi għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet; u

(e)

ir-regoli applikabbli għall-kwalifika inizjali u t-taħriġ kontinwu tas-sewwieqa stipulati fit-Taqsima 1 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.

D.   Il-liġi fiskali

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari, ikun familjari mar-regoli li jirregolaw:

(a)

it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq is-servizzi tat-trasport;

(b)

it-taxxa fuq vetturi bil-mutur;

(c)

it-taxxi fuq ċerti vetturi għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u pedaġġi u ħlasijiet għall-użu ta’ infrastruttura; u

(d)

it-taxxa fuq id-dħul.

E.   Ġestjoni tan-negozju u dik finanzjarja

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)

ikun familjari mal-liġijiet u l-prattika fir-rigward tal-użu taċ-ċekkijiet, kambjali, ċedoli, karti ta’ kreditu u mezzi jew metodi oħrajn ta’ ħlas;

(b)

ikun familjari mal-forom varji ta’ kreditu (kreditu tal-bank, kreditu dokumentarju, depożiti ta’ garanzija, ipoteki, twellija, kiri, factoring eċċ.) u mal-imposti u l-obbligi naxxenti minnhom;

(c)

ikun jaf x’inhi karta bilanċjali, kif inhi mqassma u kif għandu jinterpretaha;

(d)

ikun kapaċi jaqra u jinterpreta kont ta’ qligħ u telf;

(e)

ikun kapaċi jagħmel stima tal-profitt u l-pożizzjoni finanzjarja, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ proporzjonijiet finanzjarji;

(f)

ikun kapaċi jipprepara estimi;

(g)

ikun familjari mal-elementi ta’ kostijiet tal-impriża (kostijiet fissi, kostijiet varjabbli, kapital tax-xogħol, deprezzament eċċ.), u jkun kapaċi jikkalkola l-kostijiet ta’ kull vettura, ta’ kull kilometru, ta’ kull vjaġġ jew ta’ kull tunnellata;

(h)

ikun kapaċi jfassal organigramma dwar il-persunal tal-impriża fit-totalità tagħha u jorganizza pjani ta’ xogħol, eċċ.;

(i)

ikun familjari mal-prinċipji tal-marketing, tar-reklamar u tar-relazzjonijiet pubbliċi, inklużi s-servizzi tat-trasport, il-promozzjoni tal-bejgħ u t-tħejjija ta’ fajls tal-klijenti, eċċ.;

(j)

ikun familjari mat-tipi differenti ta’ assigurazzjoni ta’ trasport bit-triq (assigurazzjoni għar-responsabbiltà, għal-korriment minn inċidenti, assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja u assigurazzjoni fuq bagalji) u mal-garanziji u l-obbligi naxxenti minnhom;

(k)

ikun familjari mal-applikazzjonijiet ta’ trażmissjoni ta’ data elettronika fit-trasport bit-triq;

(l)

ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw il-fatturar ta’ servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u jkun jaf it-tifsira u l-implikazzjonijiet tal-Incoterms; u

(m)

ikun familjari mal-kategoriji differenti ta’ awżiljari tat-trasport, ir-rwol tagħhom, il-funzjoni tagħhom u, fejn xieraq, l-istatus tagħhom.

F.   Aċċess għas-suq

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari, ikun familjari ma’ li ġej:

(a)

ir-regolamenti dwar l-okkupazzjoni li jirregolaw it-trasport bit-triq, il-kiri u s-sottokuntrattar ta’ vetturi industrijali, u b’mod partikolari r-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni uffiċjali tal-okkupazzjoni, l-ammissjoni għall-okkupazzjoni, l-awtorizzazzjonijiet għall-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq, l-ispezzjonijiet u l-penali;

(b)

mar-regoli għall-istabbiliment ta’ impriża tat-trasport bit-triq;

(c)

mad-dokumenti varji meħtieġa għall-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport bit-triq u l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll li jiżguraw li d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u b’mod partikolari dawk dwar il-vettura, ix-xufier, l-oġġetti u l-bagalji jinżammu kemm fil-vettura u kemm fil-bini tal-impriża;

(d)

mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, kif ukoll, mar-regoli dwar il-ġestjoni u l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija; u

(e)

il-formalitajiet tal-fruntiera, ir-rwol u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dokumenti T u carnets TIR, u l-obbligi u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-użu tagħhom.

G.   Standards tekniċi u aspetti tekniċi tal-operazzjoni

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)

ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi fil-Partijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ tagħbiji mhux normali li jikkostitwixxu eċċezzjoni għal dawn ir-regoli;

(b)

ikun kapaċi jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (ix-xażì, il-magna, is-sistema ta’ trażmissjoni, is-sistema tal-ibbrejkjar, eċċ.) skont il-bżonnijiet tal-impriża;

(c)

ikun familjari mal-formalitajiet dwar it-tip ta’ approvazzjoni, reġistrazzjoni u spezzjoni teknika ta’ dawn il-vetturi;

(d)

jifhem x’miżuri għandhom jittieħdu għat-tnaqqis tal-ħoss u għal ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja minn dħaħen tal-exhaust ta’ vetturi bil-mutur;

(e)

ikun kapaċi jikteb pjanijiet ta’ manutenzjoni perjodika għall-vetturi u t-tagħmir tagħhom;

(f)

ikun familjari mat-tipi differenti ta’ maniġġ ta’ merkanzija u apparat tat-tagħbija (tailboards, kontejners, palits, eċċ.) u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri u joħroġ struzzjonijiet għat-tagħbija u għall-ħatt tal-merkanzija (tqassim tat-tagħbija, tqegħid fuq xulxin, stivar, blocking u chocking, eċċ.);

(g)

ikun familjari ma’ tekniċi varji ta’ "piggy-back (fuq id-dahar/spallejn)" u trasport ikkombinat ta’ roll-on roll-off;

(h)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri sabiex jikkonforma mar-regoli dwar it-trasport ta’ merkanzija u skart perikoluż;

(i)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed ikun konformi mar-regoli tal-ġarr ta’ oġġetti tal-ikel li jitħassru, partikolarment dawk li joħorġu mill-Ftehim dwar il-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti tal-Ikel li Jitħassru u dwar it-Tagħmir Speċjali li għandu jintuża għall-trasport bħal dan (ATP); u

(j)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma mar-regoli tat-trasport ta’ annimali ħajjin.

H.   Sikurezza fit-toroq

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)

ikun jaf xi kwalifiki huma rekwiżiti għas-sewwieqa (liċenzja tas-sewqan, ċertifikati mediċi, ċertifikati ta’ kundizzjoni tajba, eċċ.);

(b)

ikun kapaċi jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li s-sewwieqa jikkonformaw mar-regoli tat-traffiku, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fis-seħħ fil-Partijiet (limiti tal-veloċità, prijoritajiet, restrizzjonijiet ta’ stennija u pparkjar, użu tad-dwal, sinjali tat-triq, eċċ.);

(c)

ikun kapaċi jfassal struzzjonijiet lix-xufiera għall-kontroll tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ sikurezza dwar il-kundizzjoni tal-vetturi, it-tagħmir tagħhom u t-tagħbija, u dwar miżuri preventivi li għandhom jittieħdu;

(d)

ikun kapaċi jistabbilixxi proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ inċident u biex jiġu implimentati proċeduri xierqa li jimpedixxu ir-rikorrenza ta’ inċidenti jew ksur serju tat-traffiku; u

(e)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri għall-irbit tajjeb tal-merkanzija u jkun familjari mat-teknika korrispondenti.

PARTI II

ORGANIZZAZZJONI TAL-EŻAMI

1.

Il-Partijiet ser jorganizzaw eżami obbligatorju bil-miktub li huma jistgħu jissupplementaw b’eżami orali fakultattiv sabiex jistabbilixxu jekk operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq applikanti kisbux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fis-suġġetti elenkati fil-Parti I u b’mod partikolari, il-kapaċità tagħhom li jużaw l-istrumenti u t-tekniki relatati ma’ dawk is-suġġetti u li jissodisfaw id-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u ta’ koordinazzjoni.

(a)

L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jinvolvi żewġ testijiet, li huma:

(i)

mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew minn mistoqsijiet multipli (kull waħda b’erba’ tweġibiet possibbli), mistoqsijiet li jirrekjedu tweġibiet diretti jew taħlita taż-żewġ sistemi; u

(ii)

eżerċizzi bil-miktub/studji ta’ każijiet.

Id-durata minima ta’ kull test ser tkun ta’ sagħtejn.

(b)

Meta jiġi organizzat eżami orali, il-Partijiet jistgħu jistipulaw li l-parteċipazzjoni tkun suġġetta għat-tlestija b’suċċess tal-eżami bil-miktub.

2.

Meta l-Partijiet jorganizzaw ukoll eżami orali, dawn iridu jipprovdu, fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tliet testijiet, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 25 % u massimu ta’ 40 % tan-numru totali tal-marki li ser jingħataw.

Meta l-Partijiet jorganizzaw biss eżami bil-miktub, dawn iridu jipprovdu, fir-rigward ta kull test, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 40 % u massimu ta’ 60 % tan-numru totali tal-marki li ser jingħataw.

3.

Fir-rigward tat-testijiet kollha, l-applikanti jeħtiġilhom jiksbu medja ta’ tal-anqas 60 % tan-numru totali tal-marki li ser jingħataw, filwaqt li f’kull test partikolari jiksbu mhux anqas minn 50 % tan-numru totali ta’ marki possibbli. F’test wieħed biss, Parti tista’ tnaqqas dik il-marka minn 50 % għal 40 %.

Appendiċi 31-A-1-3

PARTI A

MUDELL TAL-LIĊENZJA GĦALL-UNJONI

KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

(Kulur Pantone light blue (ċelesti) 290, jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(Test bil-lingwa (b’waħda mil-lingwi) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja)

Is-sinjal distintiv tal-Istat Membru (1) li qed joħroġ il-liċenzja

 

Isem tal-awtorità jew korp kompetenti

LIĊENZJA Nru...

jew

KOPJA ĊĊERTIFIKATA Nru ...

għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor

Il-liċenzja tintitola (2) …

biex iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta’ merkanzija f’isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU UE L 300, 14.11.2009, p. 72) dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija u skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ din il-liċenzja.

Kummenti partikolari: …

Din il-liċenzja hija valida mill- …

lil …

Maħruġa fi …,

fi …

… (3)

______________

(1)

Is-simboli distintivi tal-Istati Membri huma: B) il-Belġju, (BG) il-Bulgarija, (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, (EST) l-Estonja, (IRL) l-Irlanda, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (I) l-Italja, (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja, (L) il-Lussemburgu, (H) l-Ungerija, (MT) Malta, (NL) in-Netherlands, (A) l-Awstrija, (PL) il-Polonja, (P) il-Portugall, (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, (FIN) il-Finlandja, (S) l-Iżvezja.

(2)

Isem jew isem il-kumpanija u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(3)

Il-firma u s-siġill tal-awtorità jew tal-korp kompetenti tal-ħruġ tal-liċenzja.

(b)

(It-tieni paġna tal-liċenzja)

(Test bil-lingwa (b’waħda mil-lingwi) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Din il-liċenzja hija maħruġa taħt ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

Din tintitola lid-detentur li jeżerċita t-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor fuq kwalunkwe rotta għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità u, fejn xieraq, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati hawnhekk:

meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla jkunu jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, bi jew mingħajr tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar,

minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċeversa, bi jew mingħajr tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar,

bejn pajjiżi terzi bi tranżitu mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar,

u vjaġġi mingħajr tagħbija li għandhom rabta ma’ dak it-trasport.

Fil-każ ta’ trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċeversa, din il-liċenzja hija valida għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Komunità. Din għandha tkun valida biss fl-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt wara l-konklużjoni tal-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz inkwistjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

Il-liċenzja hija personali għad-detentur u mhijiex trasferibbli.

Din tista’ tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħariġha, partikolarment meta d-detentur:

ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenzja,

ikun ta informazzjoni li ma kinitx korretta fir-rigward tad-data meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni tal-liċenzja.

Il-kopja oriġinali tal-liċenzja trid tinżamm mill-impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Kopja attestata tal-liċenzja għandha tinżamm fil-vettura(1). Fil-każ ta' grupp magħqud ta' vetturi għandha takkumpanja l-vettura bil-mutur. Din tkopri l-kombinazzjoni ta’ vetturi anki jekk it-trailer jew is-semitrailer ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat sabiex juża t-toroq fl-isem tad-detentur tal-liċenzja jew jekk huwa rreġistrat jew awtorizzat sabiex juża t-toroq fi Stat ieħor.

Il-liċenzja trid tiġi preżentata b'talba ta’ kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.

Fit-territorju ta’ kull Stat Membru, id-detentur jeħtieġlu jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u tat-traffiku.

__________________

(1)

"Vettura" tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru jew vetturi kkombinati, li tal-anqas il-vettura bil-mutur tagħhom tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklużivament għat-trasport tal-merkanzija.

PARTI B

Mudell tal-liċenzja għar-Renju Unit

Liċenzja tar-Renju Unit għall-Komunità

(a)

(Kulur Pantone ċelesti, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(Test bl-Ingliż jew bil-Welsh)

UK

 

ISEM L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAR-RENJU UNIT

(1)

LIĊENZJA Nru:

jew

KOPJA AWTENTIKA ĊĊERTIFIKATA Nru:

għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor

Il-liċenzja tintitola (2) …

li jwettqu trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq b’kiri jew b’kumpens bi kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa b’kiri jew b’kumpens fit-territorju ta’ Stat Membru kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (3) .

Kummenti partikolari: …

Din il-liċenzja hija valida mill- …

sa …

Maħruġa fi …

fi …

Image 5

 

___________________________

(1)

L-awtorità kompetenti għar-reġjun rilevanti li għalih inħareġ iċ-ċertifikat.

(2)

Isem jew isem il-kumpanija u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit mit-Taqsima 3 tal-Att tal-Unjoni Ewropea (Ħruġ) tal-2018 u kif emendat minn regolamenti magħmula skont it-Taqsima 8 ta’ dan l-Att.

(b)

(It-tieni paġna tal-liċenzja)

(Test bl-Ingliż jew bil-Welsh)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Din il-liċenzja hija maħruġa taħt ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009(1).

Dan jintitola lid-detentur li jinvolvi ruħu fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq b’kiri jew b’kumpens bi kwalunkwe rotta għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru permess minn kwalunkwe ftehim internazzjonali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru.

Fil-każ ta’ trasport mir-Renju Unit lejn pajjiż terz jew viċi versa, din il-liċenzja hija valida għal dik il-parti tal-vjaġġ imwettqa fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru.

Il-liċenzja hija personali għad-detentur u mhijiex trasferibbli.

Tista’ tiġi rtirata minn kummissarju tat-traffiku jew mid-Dipartiment għall-Infrastruttura (l-Irlanda ta’ Fuq), pereżempju, meta d-detentur:

ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenzja,

ikun ta informazzjoni li ma kinitx korretta fir-rigward tad-data meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni tal-liċenzja.

Il-kopja oriġinali tal-liċenzja trid tinżamm mill-impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Kopja vera attestata tal-liċenza għandha tinżamm fil-vettura (2). Fil-każ ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi, din trid takkumpanja l-vettura bil-mutur. Din tkopri l-kombinazzjoni ta’ vetturi anki jekk it-trailer jew is-semitrailer ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat sabiex juża t-toroq fl-isem tad-detentur tal-liċenzja jew jekk huwa rreġistrat jew awtorizzat sabiex juża t-toroq fi Stat ieħor.

Il-liċenzja trid tiġi preżentata b'talba ta’ kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.

Fit-territorju tar-Renju Unit jew ta’ kull Stat Membru, id-detentur għandu jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasport u t-traffiku.

_______________________

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit mit-Taqsima 3 tal-Att tal-Unjoni Ewropea (Ħruġ) tal-2018 u kif emendat minn regolamenti magħmula skont it-Taqsima 8 ta’ dan l-Att.

(2)

"Vettura" tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fir-Renju Unit jew fi Stat Membru, jew grupp magħqud ta’ vetturi bil-mutur li l-vettura bil-mutur tagħhom tkun mill-inqas irreġistrata fir-Renju Unit jew fi Stat Membru, użata esklużivament għat-trasport tal-merkanzija.

Appendiċi 31-A-1-4

KARATTERISTIĊI TAS-SIGURTÀ TAL-LIĊENZJA

Il-liċenzja jrid ikollha tal-anqas tnejn mill-karatteristiċi tas-sigurtà li ġejjin:

ologramma;

fibri speċjali fil-karta li jsiru viżibbli taħt dawl UV;

tal-anqas linja waħda tal-mikrostampar (l-istampar ikun viżibbli biss b’lenti u ma jiġix riprodott minn magni tal-fotokopjar);

karattri, simboli jew disinji tattili;

numerazzjoni doppja: numru tas-serje tal-liċenzja, tal-kopja ċċertifikata tagħha kif ukoll, f’kull każ, in-numru tal-ħarġa;

sfond b’disinn tas-sigurtà b’disinji guilloche sottili u b’kolorazzjoni qawsalla.

TAQSIMA 2

L-ISTAZZJONAR TAS-SEWWIEQA

Artikolu 1

Suġġett

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq stabbiliti f’waħda mill-Partijiet li, fil-qafas tat-trasport tal-merkanzija, jibagħtu x-xufiera lejn it-territorju tal-Parti l-oħra skont l-Artikolu 3 ta' din it-Taqsima.

Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jżomm lil Parti milli tapplika miżuri sabiex tirregola d-dħul ta’ persuni fiżiċi fi, jew is-soġġorn temporanju tagħhom, fit-territorju tagħha, inklużi dawk il-miżuri meħtieġa għall-ħarsien tal-integrità tal-fruntieri tagħha u sabiex jiġi żgurat il-moviment organizzat tal-persuni fiżiċi fihom, bil-kundizzjoni li dawk il-miżuri ma jiġux applikati b’mod li jannullaw jew jikkompromettu l-benefiċċji li għandha tirċievi l-Parti l-oħra skont it-termini ta’ din it-Taqsima. Il-fatt biss li tkun meħtieġa viża għall-persuni fiżiċi ta’ ċerti pajjiżi u mhux għal dawk ta’ pajjiżi oħrajn ma għandux jitqies bħala li jannulla jew jikkomprometti l-benefiċċji skont din it-Taqsima.

Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jaffettwa l-applikazzjoni fit-territorju tal-Unjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-istazzjonar tas-sewwieqa fit-trasport bit-triq għall-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “sewwieq stazzjonat” tfisser sewwieq li, għal perjodu limitat, jagħmel ix-xogħol tiegħu fit-territorju ta’ Parti għajr il-Parti li s-sewwieq jaħdem fiha normalment.

Artikolu 3

Prinċipji

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima japplikaw sa fejn l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq iqiegħed lis-sewwieqa fit-territorju tal-Parti l-oħra f’isimha u taħt id-direzzjoni tagħha, skont kuntratt konkluż bejn l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jagħmel l-istazzjonar u l-parti li għaliha huma maħsuba s-servizzi tat-trasport, u dawk ix-xufiera joperaw fit-territorju ta’ dik il-Parti, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impjieg bejn l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jagħmel l-istazzjonar u x-xufier matul il-perjodu tal-istazzjonar.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, stazzjonament għandu jitqies li jibda meta x-xufier jidħol fit-territorju tal-Parti l-oħra għat-tagħbija u/jew il-ħatt tal-merkanzija u jintemm meta x-xufier jitlaq mit-territorju ta’ dik il-Parti.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fil-każ ta’ stazzjonar fl-Unjoni, stazzjonament għandu jitqies li jibda meta x-xufier jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru għat-tagħbija u/jew il-ħatt ta’ merkanzija f’dak l-Istat Membru u jintemm meta x-xufier jitlaq mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, xufier ma għandux jitqies stazzjonat meta jwettaq operazzjonijiet tat-trasport, fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ trasport, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 462(1) ta’ dan il-Ftehim.

4.   Xufier ma għandux jitqies stazzjonat fir-Renju Unit meta x-xufier jgħaddi mit-territorju tar-Renju Unit mingħajr ma jgħabbi jew iħott il-merkanzija. Għall-Unjoni, sewwieq ma għandux jitqies bħala stazzjonat fi Stat Membru meta s-sewwieq jgħaddi mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru mingħajr tagħbija jew ħatt tal-merkanzija.

Artikolu 4

It-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg

1.   Kull Parti għandha tiżgura, irrispettivament minn liema liġi tapplika għar-relazzjoni ta’ impjieg, li l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jiggarantixxu, fuq il-bażi ta’ trattament indaqs, lis-sewwieqa li jiġu stazzjonati fit-territorju tagħhom it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li jkopru l-kwistjonijiet li ġejjin li, huma stipulati fil-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, fl-Istat Membru fejn isir ix-xogħol:

skont il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, u/jew

skont ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li jkunu ġew iddikjarati applikabbli b’mod universali jew li japplikaw mod ieħor skont il-paragrafu 4:

(a)

il-perjodi massimi ta’ xogħol u l-perjodi minimi ta’ mistrieħ;

(b)

it-tul minimu tal-liv annwali mħallas;

(c)

ir-remunerazzjoni, inklużi r-rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mix-xogħol;

(d)

is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol;

(e)

miżuri protettivi dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li welldu reċentement, ta’ tfal u ta’ żgħażagħ; u

(f)

it-trattament ugwali bejn rġiel u nisa u dispożizzjonijiet oħra dwar nondiskriminazzjoni.

2.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, il-kunċett ta’ remunerazzjoni għandu jiġi ddeterminat mil-liġi u/jew mill-prattika nazzjonali tal-Parti u, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, mil-liġi u/jew mill-prattika nazzjonali tal-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat is-sewwieq u tfisser l-elementi kostitwenti kollha tar-remunerazzjoni li jsiru obbligatorji permezz tal-liġi, tar-regolament jew tad-dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali, jew permezz ta’ ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li, f’dik il-Parti jew f’dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea, ikunu ġew iddikjarati applikabbli b’mod universali jew inkella japplikaw skont il-paragrafu 4.

3.   L-allowances speċifiċi għall-istazzjonar għandhom jitqiesu bħala parti mir-remunerazzjoni, sakemm ma jitħallsux bħala rimborż tan-nefqa attwalment imġarrba minħabba l-istazzjonar, bħal nefqa fuq l-ivvjaġġar, l-ikel u l-akkomodazzjoni. L-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandu jirrimborża lis-sewwieq stazzjonat għal tali nefqa f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika applikabbli għar-relazzjoni ta’ impjieg.

Meta t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għar-relazzjoni ta’ impjieg ma jiddeterminawx liema elementi tal-allowance speċifika għall-istazzjonar jitħallsu bħala rimborż tal-ispejjeż effettivament imġarrba minħabba l-istazzjonar jew li huma parti mir-remunerazzjoni, allura l-allowance kollha għandha titqies li titħallas bħala rimborż tan-nefqa.

4.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li jkunu ġew iddikjarati applikabbli b’mod universali” tfisser ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li jridu jiġu osservati mill-impriżi kollha fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernata.

Fin-nuqqas ta’, jew flimkien ma’, sistema sabiex il-ftehimiet kollettivi jew id-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ jiġu ddikjarati bħala ta’ applikazzjoni universali fis-sens tal-ewwel subparagrafu, kull Parti, jew kull Stat Membru fil-każ tal-Unjoni Ewropea, jistgħu, jekk jiddeċiedu hekk, jibbażaw lilhom infushom fuq:

ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li huma ġeneralment applikabbli għall-impriżi simili kollha fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija ikkonċernata; u/jew

ftehimiet kollettivi li ġew konklużi mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi tal-impjegaturi u tax-xogħol fuq livell nazzjonali u li huma applikati fit-territorju nazzjonali kollu.

Trattament ugwali, fis-sens tal-paragrafu 1, għandu jitqies li jeżisti meta impriżi nazzjonali f’pożizzjoni simili:

(i)

jiġu soġġetti, fil-post inkwistjoni jew fis-settur ikkonċernat, għall-istess obbligi bħall-impriżi ta’ stazzjonar, fir-rigward tas-suġġetti elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1; u

(ii)

ikunu meħtieġa jissodisfaw dawk l-obbligi bl-istess effetti.

Artikolu 5

Aċċess aħjar għall-informazzjoni

1.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru, għandha tippubblika l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, mingħajr dewmien żejjed u b’mod trasparenti, fuq sit web nazzjonali uffiċjali uniku, inklużi l-elementi kostitwenti tar-remunerazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg f’konformità mal-Artikolu 4(1).

Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni pprovduta fuq is-sit web nazzjonali uffiċjali uniku tkun preċiża u aġġornata.

2.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun disponibbli b’mod ġenerali bla ħlas b’mod ċar, trasparenti, komprensiv u aċċessibbli faċilment mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f’formati u skont standards ta’ aċċessibbiltà għall-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabilità u li jiżguraw li l-korpi nazzjonali kompetenti jkunu f’pożizzjoni li jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv.

3.   Fejn, f’konformità mal-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prattika nazzjonali, inkluż ir-rispett għall-awtonomija tas-sħab soċjali, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg imsemmija fl-Artikolu 4 huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi f’konformità mal-Artikolu 4(1), kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk it-termini u l-kundizzjonijiet isiru disponibbli b’mod aċċessibbli u trasparenti għall-fornituri tas-servizzi mill-Parti l-oħra u għax-xufiera stazzjonati, u għandu jfittex l-involviment tas-sħab soċjali f’dak ir-rigward. L-informazzjoni rilevanti għandha, b’mod partikolari, tkopri r-rati ta’ paga minimi differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom, il-metodu użat għall-kalkolu tar-remunerazzjoni dovuta u, fejn rilevanti, il-kriterji ta’ kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ paga differenti.

4.   Jekk, kuntrarju għall-paragrafu 1, l-informazzjoni fuq is-sit web nazzjonali uffiċjali uniku ma tindikax liema termini u kundizzjonijiet ta’ impjieg għandhom jiġu applikati, dik iċ-ċirkostanza għandha titqies f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali fid-determinazzjoni ta’ penali fil-każ ta’ ksur ta’ din it-Taqsima, sa fejn ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-proporzjonalità ta’ dawk il-penali.

5.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jindika l-korpi u l-awtoritajiet li s-sewwieqa u l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jistgħu jirrikorru għalihom għal informazzjoni ġenerali dwar il-liġi u l-prattika nazzjonali applikabbli għalihom dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fit-territorju tagħhom.

Artikolu 6

Rekwiżiti amministrattivi, kontroll u infurzar

1.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru jista’ jimponi biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll li ġejjin fir-rigward tal-istazzjonar tas-sewwieqa:

(a)

obbligu għall-operatur stabbilit fil-Parti l-oħra li jissottometti dikjarazzjoni ta’ stazzjonar lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, tal-Istat Membru li lilu jiġi stazzjonat is-sewwieq sa mhux aktar tard mill-bidu tal-istazzjonar, billi mit-2 ta’ Frar 2022 juża formola standard multilingwi tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern tal-UE (1) għall-kooperazzjoni amministrattiva (‘IMI’); dik id-dikjarazzjoni tal-istazzjonament għandha tikkonsisti mill-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-identità tal-operatur, tal-anqas fil-forma tan-numru tal-liċenzja valida meta dan in-numru jkun disponibbli;

(ii)

id-dettalji ta’ kuntatt ta’ maniġer tat-trasport jew ta’ persuna oħra ta’ kuntatt fil-Parti ta’ stabbiliment jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment sabiex issir ħidma mal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti ospitanti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, tal-Istat Membru li fih huma pprovduti s-servizzi u li jintbagħtu u jiġu riċevuti dokumenti jew avviżi;

(iii)

l-identità, l-indirizz tal-post ta' residenza u n-numru tal-liċenzja tas-sewqan tax-xufier;

(iv)

id-data tal-bidu tal-kuntratt ta’ impjieg tax-xufier, u l-liġi applikabbli għalih;

(v)

id-data prevista tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonament; u

(vi)

il-pjanċi tal-vetturi bil-mutur;

(b)

obbligu għall-operatur li jiżgura li s-sewwieq ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu f’forma stampata jew elettronika u obbligu sabiex is-sewwieq iżomm u jagħmel disponibbli meta jkun mitlub mal-ġenb tat-triq:

(i)

kopja tad-dikjarazzjoni ta’ stazzjonar ippreżentata, permezz tal-IMI mit-2 ta’ Frar 2022;

(ii)

evidenza tal-operazzjonijiet tat-trasport li jseħħu fil-Parti ospitanti, bħal nota ta’ konsenja elettronika (e-CMR); u

(iii)

ir-rekords tat-takografu u b’mod partikolari s-simboli tal-pajjiż tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, tal-Istat Membru li fih kien preżenti s-sewwieq meta wettaq operazzjonijiet tat-trasport, skont ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u taż-żamma ta’ rekords skont it-Taqsima 2 tal-Parti B u t-Taqsima 4 tal-Parti B;

(c)

obbligu għall-operatur li jibgħat, mit-2 ta’ Frar 2022 permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-sistema tal-IMI, wara l-perjodu ta’ stazzjonar, b’talba diretta tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra jew, fil-każ tal-Unjoni, ta’ Stat Membru fejn seħħ l-istazzjonar, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punt (b)(ii) u (iii) ta’ dan il-paragrafu kif ukoll dokumentazzjoni relatata mar-remunerazzjoni tas-sewwieq fir-rigward tal-perjodu ta’ stazzjonar, il-kuntratt ta’ impjieg jew dokument ekwivalenti, skedi ta’ żmien relatati max-xogħol tas-sewwieq, u prova tal-pagamenti.

L-operatur għandu jibgħat id-dokumentazzjoni mit-2 ta’ Frar 2022 permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-sistema tal-IMI, mhux aktar tard minn tmien ġimgħat mid-data tat-talba. Jekk l-operatur jonqos milli jissottometti d-dokumentazzjoni mitluba f’dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni , l-Istat Membru fejn seħħ l-istazzjonar jista’ jitlob, mit-2 ta’ Frar 2022 permezz tas-sistema tal-IMI, l-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti ta’ stabbiliment jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, tal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Meta ssir talba bħal din għal assistenza reċiproka, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti ta’ stabbiliment jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur għandu jkollhom aċċess għad-dikjarazzjoni ta’ stazzjonar u informazzjoni rilevanti oħra sottomessa mill-operatur, mit-2 ta’ Frar 2022 permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-sistema tal-IMI.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti ta’ stabbiliment jew, fil-każ tal-Unjoni, tal-Istat Membru ta’ stabbiliment għandhom jiżguraw li jipprovdu d-dokumentazzjoni mitluba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-istazzjonar, mit-2 ta’ Frar 2022 permezz tas-sistema tal-IMI, fi żmien 25 jum ta’ xogħol mill-jum tat-talba għal assistenza reċiproka.

Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni skambjata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew trażmessa lilhom tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni jew kwistjonijiet li għalihom tkun intalbet.

Il-kooperazzjoni amministrattiva reċiproka u l-assistenza reċiproka għandhom jingħataw bla ħlas.

Talba għal informazzjoni ma għandhiex tipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti milli jieħdu miżuri sabiex jinvestigaw u jipprevjenu l-allegat ksur ta’ din it-Taqsima.

3.   Għall-fini li jiġi aċċertat jekk sewwieq għandux jitqies bħala stazzjonat skont l-Artikolu 1, kull Parti tista’ timponi biss bħala miżura ta’ kontroll obbligu għas-sewwieq li jżomm u jagħmel disponibbli, fejn mitlub waqt il-verifika mal-ġenb tat-triq, f’forma stampata jew elettronika, l-evidenza tal-operazzjonijiet tat-trasport rilevanti, bħal nota ta’ konsenja elettronika (e-CMR), u r-rekords tat-takografu, kif imsemmi fil-punt (b)(iii) tat-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

4.   Għall-finijiet ta’ kontroll, l-operatur għandu jżomm id-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonament imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 aġġornati, mit-2 ta’ Frar 2022 fl-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI.

5.   L-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet ta’ stazzjonar għandha tinżamm, mit-2 ta’ Frar 2022, fir-repożitorju tal-IMI għall-fini ta’ verifiki għal perjodu ta’ 24 xahar.

6.   Il-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat is-sewwieq u l-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istat Membru li minnu jiġi stazzjonat is-sewwieq għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza, il-kontroll u l-infurzar tal-obbligi stipulati f’din it-Taqsima u għandu jieħu miżuri xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din it-Taqsima.

7.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet u l-kontrolli tal-konformità skont dan l-Artikolu ma jkunux diskriminatorji u/jew sproporzjonati, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din it-Taqsima.

8.   Għall-infurzar tal-obbligi skont din it-Taqsima, kull Parti, jew fil-każ tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom is-sewwieqa stazzjonati jistgħu jressqu l-ilmenti direttament kontra l-impjegaturi tagħhom, kif ukoll id-dritt li jibdew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, ukoll fil-Parti li fit-territorju tagħha jkunu jew ġew stazzjonati s-sewwieqa, fejn dawk is-sewwieqa jikkunsidraw li ġarrbu telf jew dannu bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli applikabbli, anki wara li tkun spiċċat ir-relazzjoni li fiha jiġi allegat li sar in-nuqqas.

9.   Il-paragrafu 8 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, tal-Istati Membri kif stipulat, b’mod partikolari, fl-istrumenti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u/jew fil-konvenzjonijiet internazzjonali.

10.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din it-Taqsima u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati u mħarsa. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Kull Parti għandha tinnotifika dawk id-dispożizzjonijiet lill-Parti l-oħra sat-30 ta’ Ġunju 2021. Dawn għandhom jinnotifikawlhom mingħajr dewmien kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 7

L-użu tas-sistema IMI

1.   Mit-2 ta’ Frar 2022, l-informazzjoni, inkluża data personali, imsemmija fl-Artikolu 6 għandha tiġi skambjata u pproċessata fis-sistema IMI, bil-kundizzjoni jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Partijiet jipprovdu salvagwardji li d-data pproċessata fis-sistema tal-IMI tintuża biss għall-iskop li għalih ġiet skambjata inizjalment;

(b)

kwalunkwe trasferiment ta’ data personali lir-Renju Unit skont dan l-Artikolu jista’ jsir biss f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); u

(c)

kwalunkwe trasferiment ta’ data personali lill-Unjoni skont dan l-Artikolu jista’ jsir biss f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data dwar trasferimenti internazzjonali tar-Renju Unit.

2.   L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jagħtu u jirrevokaw drittijiet ta’ aċċess xierqa lill-utenti tal-IMI.

3.   L-utenti tal-IMI huma permessi jaċċessaw data personali pproċessata fis-sistema tal-IMI biss fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien u esklużivament għall-fini tal-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ din it-Taqsima.

4.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru, jista’ jippermetti lill-awtorità kompetenti tipprovdi lis-sħab soċjali nazzjonali b’mezzi oħrajn għajr is-sistema tal-IMI bl-informazzjoni rilevanti disponibbli fis-sistema tal-IMI sal-punt meħtieġ għall-fini tal-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-istazzjonar u skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-informazzjoni tkun relatata ma’ stazzjonar fit-territorju tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, tal-Istat Membru kkonċernat; u

(b)

l-informazzjoni tintuża esklużivament għall-fini tal-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar.

5.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali tal-użu tas-sistema tal-IMI mir-Renju Unit.

6.   Kull Parti għandha tipparteċipa fil-kostijiet operatorji tas-sistema tal-IMI. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jiddetermina l-kostijiet li għandhom jitħallsu minn kull Parti.

PARTI B

REKWIŻITI GĦAS-SEWWIEQA INVOLUTI FIT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA SKONT L-ARTIKOLU 465 TA’ DAN IL-FTEHIM

TAQSIMA 1

ĊERTIFIKAT TA' KOMPETENZA PROFESSJONALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għall-attività ta’ sewqan minn kwalunkwe persuna impjegata jew użata minn operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti li twettaq vjaġġi msemmija fl-Artikolu 462 ta' dan il-Ftehim u bl-użu ta’ vetturi li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E, jew liċenzja tas-sewqan rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq.

Artikolu 2

Eżenzjonijiet

Ċertifikat ta’ kompetenza professjonali (CPC) mhuwiex meħtieġ għal sewwieqa ta’ vetturi:

(a)

b'veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx il-45 km fis-siegħa;

(b)

użati mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizz tat-tifi tan-nar, il-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, u s-servizzi ta' emerġenza bl-ambulanza, jew taħt il-kontroll tagħhom, meta l-ġarr isir bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawk is-servizzi;

(c)

li jkunu qegħdin isirulhom testijiet fit-triq għal skopijiet ta’ zvilupp tekniku, tiswija jew manutenzjoni, jew is-sewwieqa ta’ vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintuzaw;

(d)

użati f’każijiet ta’ emerġenza jew assenjati għal missjonijiet ta’ salvataġġ;

(e)

li jkunu qegħdin iġorru materjal, tagħmir jew makkinarju li jkun ser jintuża mis-sewwieqa matul il-ħidma tagħhom, bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tas-sewwieqa; jew

(f)

użati, jew mikrija mingħajr sewwieq, minn impriżi agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, tal-biedja jew tas-sajd għall-ġarr ta’ merkanzija bħala parti mill-attività imprenditorjali tagħhom stess, ħlief jekk is-sewqan ikun parti mill-attività prinċipali tas-sewwieq jew is-sewqan jaqbeż distanza stabbilita fil-liġi nazzjonali mis-sede tal-impriża li tkun is-sid tal-vettura, tikriha jew twelliha.

Artikolu 3

Kwalifika u taħriġ

1.   L-attività tas-sewqan kif definit fl-Artikolu 1, għandha tkun soġġetta għal kwalifika inizjali obbligatorja u taħriġ perjodiku obbligatorju. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jipprevedu:

(a)

sistema ta’ kwalifika inizjali li tikkorrispondi għal waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin:

(i)

sistema li tiġbor fiha kemm attendenza għall-kors kif ukoll eżami

Skont it-Taqsima 2(2.1) tal-Appendiċi 31-B-1-1, dan it-tip ta’ kwalifika inizjali jinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors għal perjodu speċifiku. Dan għandu jiġi konkluż b’test. Wara li t-test ikun sar b’suċċess, il-kwalifika għandha tiġi ċċertifikata minn CPC kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1);

(ii)

sistema li jkollha eżamijiet biss

Skont it-Taqsima 2(2.2) tal-Appendiċi 31-B-1-1, dan it-tip ta’ kwalifika inizjali ma jinvolvix attendenza obbligatorja għall-kors, iżda testijiet teoretiċi u prattiċi biss. Wara li t-test ikun sar b’suċċess, il-kwalifika għandha tiġi ċċertifikata minn CPC kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1).

Madankollu, Parti tista’ tawtorizza lil sewwieq sabiex isuq fit-territorju tagħha qabel ma jingħata CPC, meta huwa jkun qiegħed jattendi kors ta’ taħriġ vokazzjonali nazzjonali ta’ tal-anqas sitt xhur, għal perjodu massimu ta’ tliet snin. Fil-kuntest ta’ dan il-kors ta’ taħriġ vokazzjonali, it-testijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) ta’ dan il-punt jistgħu jsiru fi stadji;

(b)

sistema ta' taħriġ perjodiku

Skont it-Taqsima 4 tal-Appendiċi 31-B-1-1, taħriġ perjodiku jinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors. Dan għandu jiġi ċċertifikat minn CPC kif previst fl-Artikolu 8(1).

2.   Parti tista’ tipprevedi wkoll sistema ta’ kwalifika inizjali aċċellerata sabiex sewwieq ikun jista’ jsuq fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(ii) u (b) tal-Artikolu 5(2).

Skont it-Taqsima 3 tal-Appendiċi 31-B-1-1, il-kwalifika inizjali aċċellerata għandha tinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors. Dan għandu jiġi konkluż b’test. Wara li t-test ikun sar b’suċċess, il-kwalifika għandha tiġi ċċertifikata minn CPC kif previst fl-Artikolu 6(2).

3.   Parti tista’ teżenta sewwieqa li jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali previst fl-Artikolu 8 tat-Taqsima 1 tal-Parti A mit-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a)(i) u (ii) u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fis-suġġetti koperti mit-test previsti f’dik il-parti ta’ dan l-Anness u, fejn ikun xieraq, milli jattendu għal parti tal-kors li tikkorrispondi magħhom.

Artikolu 4

Drittijiet akkwistati

Is-sewwieqa li għandhom liċenzja tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E, jew liċenzja rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq, maħruġa mhux aktar tard mill-10 ta’ Settembru 2009, għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa li jiksbu kwalifika inizjali.

Artikolu 5

Kwalifika tal-bidu

1.   Aċċess għal kwalifika inizjali ma għandux jirrikjedi li tinkiseb minn qabel il-liċenzja tas-sewqan korrispondenti.

2.   Sewwieqa ta’ vettura maħsuba għat-trasport tal-merkanzija jistgħu jsuqu:

(a)

mill-età ta' 18-il sena:

(i)

vettura b'liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1); u

(ii)

vettura b'liċenzja tal-kategoriji C1 u C1+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2);

(b)

mill-età ta' 21 sena, vettura b'liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

3.   Mingħajr preġudizzju għal-limiti tal-età speċifikati fil-paragrafu 2, sewwieqa li jġorru merkanzija u li jkollhom CPC, kif previst fl-Artikolu 6 għal waħda mill-kategoriji previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu eżentati milli jiksbu dan is-CPC għal kull waħda mill-kategoriji l-oħrajn ta’ vetturi msemmija f’dak il-paragrafu.

4.   Xufiera li jġorru merkanzija li jwessgħu jew jimmodifikaw l-attivitajiet tagħhom sabiex iġorru passiġġieri, jew viċeversa, u li għandhom CPC kif previst fl-Artikolu 6, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jirrepetu l-partijiet komuni tal-kwalifika inizjali, iżda l-partijiet biss speċifiċi għall-kwalifika l-ġdida.

Artikolu 6

CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali

1.   CPC li jiċċertifika l-kwalifika inizjali

(a)

CPC mogħti fuq bażi ta' attendenza għal kors u eżami

Skont il-punt (a)(i) tal-Artikolu 3(1), il-Partijiet għandhom jirrikjedu li sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jattendu korsijiet f’ċentru għat-taħriġ approvat mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima 5 tal-Appendiċi 31-B-1-1, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala “ċentru għat-taħriġ approvat”. Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha msemmija fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 31-B-1-1.

Dan it-taħriġ għandu jintemm meta jsir b’suċċess it-test previst fit-Taqsima 2(2.1) tal-Appendiċi 31-B-1-1. Dak it-test għandu jiġi organizzat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew minn entità nnominata minnhom u għandu jservi sabiex jivverifika jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ ikollux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 31-B-1-1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw it-test, u wara li dan ikun sar b’suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali.

(b)

CPC mogħti fuq il-bażi ta' eżamijiet

Skont il-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(1), il-Partijiet għandhom jirrikjedu li s-sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jgħaddu mit-testijiet teoretiċi u prattiċi msemmija fit-Taqsima 2(2.2) tal-Appendiċi 31-B-1-1. Dawk it-testi għandhom jiġu organizzati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew minn entità nnominata minnhom u għandhom iservu sabiex jivverifikaw jekk, għas-suġġetti kollha msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ ikollux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 31-B-1-1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw it-testijiet, u wara li dawn ikunu saru b’suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali.

2.   CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali aċċellerata

Skont l-Artikolu 3(2), il-Partijiet għandhom jirrikjedu li sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jattendu korsijiet f’ċentru għat-taħriġ approvat. Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha msemmija fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 31-B-1-1.

Dan it-taħriġ għandu jikkonkludi bit-test previst fit-Taqsima 3 tal-Appendiċi 31-B-1-1. Dak it-test għandu jiġi organizzat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew minn entità nnominata minnhom u għandu jservi sabiex jivverifika jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ ikollux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 31-B-1-1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw it-test, u wara li dan ikun sar b’suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali aċċellerata.

Artikolu 7

Taħriġ perjodiku

It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f’taħriġ sabiex id-detenturi ta’ CPC jkunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom, b’enfasi speċifika fuq is-sikurezza fit-toroq, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-sewqan.

Dak it-taħriġ għandu jiġi organizzat minn ċentru għat-taħriġ approvat, skont it-Taqsima 5 tal-Appendiċi 31-B-1-1. It-taħriġ għandu jikkonsisti f’tagħlim fil-klassi, taħriġ prattiku u, jekk disponibbli, taħriġ permezz ta’ għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) jew fuq simulaturi tal-ogħla livell. Jekk sewwieq imur jaħdem ma’ impriża oħra, irid jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun diġà għamel.

It-taħriġ perjodiku għandu jitfassal b’mod li jespandi fuq, u jirrevedi, uħud mis-suġġetti msemmija fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 31-B-1-1. Dan għandu jkopri varjetà ta’ suġġetti u għandu dejjem jinkludi tal-anqas suġġett wieħed relatat mas-sikurezza fit-toroq. Is-suġġetti tat-taħriġ għandhom iqisu l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni u t-teknoloġija rilevanti, u għandhom, kemm jista’ jkun, iqisu l-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq.

Artikolu 8

CPC li jikkonferma taħriġ perjodiku

1.   Meta xufier ikun temm it-taħriġ perjodiku msemmi fl-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew iċ-ċentru għat-taħriġ approvat għandhom jagħtuh CPC li jiċċertifika taħriġ perjodiku.

2.   Is-sewwieqa li ġejjin għandhom l-ewwel jagħmlu kors ta’ taħriġ perjodiku:

(a)

dawk li jkollhom CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6, fi żmien ħames snin minn meta jkun inħareġ dak iċ-CPC; u

(b)

ix-xufiera msemmija fl-Artikolu 4, fi żmien ħames snin mill-10 ta’ Settembru 2009.

Parti tista’ tnaqqas jew testendi l-perjodi ta’ żmien imsemmija f’punt (a) jew (b) b’massimu ta’ sentejn.

3.   Xufier li jkun temm l-ewwel kors ta’ taħriġ perjodiku kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jagħmel taħriġ perjodiku kull ħames snin, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tas-CPC li jiċċertifika t-taħriġ perjodiku.

4.   Id-detenturi tas-CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6 jew is-CPC kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u s-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 4 li ma jkunu waqfu mill-okkupazzjoni u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jagħmlu kors ta’ taħriġ perjodiku qabel jerġgħu jibdew jagħmlu dik l-okkupazzjoni.

5.   Xufiera li jwettqu t-trasport tal-merkanzija bit-triq li jkunu temmew korsijiet ta’ taħriġ perjodiku għal waħda mill-kategoriji tal-liċenzja previsti fl-Artikolu 5(2) għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jagħmlu aktar taħriġ perjodiku għal kategorija oħra mill-kategoriji prevista f’dawk il-paragrafi.

Artikolu 9

Infurzar

L-awtoritajiet kompetenti f’Parti għandhom jew iwaħħlu direttament fuq il-permess tas-sewqan tas-sewwieq (liċenzja), minbarra l-kategoriji korrispondenti tal-liċenzja, sinjal distintiv li juri l-pussess ta’ CPC u li jindika d-data ta’ skadenza, jew jintroduċu kard ta’ kwalifika speċjali tas-sewwieq li għandha titfassal skont il-mudell riprodott fl-Appendiċi 31-B-1-2. Kwalunkwe mudell ieħor jista’ jkun aċċettabbli bil-kundizzjoni jiġi rikonoxxut bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq. Il-kard ta’ kwalifika tas-sewwieq jew kwalunkwe dokument ekwivalenti kif speċifikat hawn fuq maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti f’Parti għandu jiġi rikonoxxut mill-Parti l-oħra għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Is-sewwieqa jeħtiġilhom ikunu jistgħu jippreżentaw, b’talba ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat, permess tas-sewqan (liċenzja) jew kard ta’ kwalifika speċifika tas-sewwieq jew dokument ekwivalenti li jkollu s-sinjal distintiv li jikkonferma l-pussess ta’ CPC.

Appendiċi 31-B-1-1

REKWIŻITI MINIMI TA’ KWALIFIKA U TAĦRIĠ

Sabiex jiġi żgurat li r-regoli li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija bit-triq koperti mit-Titlu I tat-Tielet Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim jkunu armonizzati kemm jista’ jkun, ir-rekwiżiti minimi għall-kwalifika u t-taħriġ tas-sewwieq kif ukoll l-approvazzjoni taċ-ċentri għat-taħriġ huma stabbiliti fit-Taqsimiet minn 1 sa 5 ta’ dan l-Appendiċi. Kwalunkwe kontenut ieħor għal din il-kwalifika jew taħriġ jista’ jkun aċċettabbli bil-kundizzjoni li jitqies bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq.

TAQSIMA 1

LISTA TA’ SUĠĠETTI

L-għarfien li għandu jiġi kkunsidrat mill-Partijiet meta jistabbilixxu l-kwalifika inizjali tas-sewwieq u t-taħriġ perjodiku jrid jinkludi tal-anqas is-suġġetti f’din il-lista. Sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jeħtiġilhom jiksbu l-livell ta’ għarfien u kompetenza prattika meħtieġ sabiex isuqu b’sikurezza sħiħa vetturi tal-kategorija tal-liċenzja rilevanti. Il-livell minimu ta’ għarfien ma jistax ikun anqas mil-livell milħuq matul l-edukazzjoni obbligatorja, issupplimentat minn taħriġ professjonali.

1.   Taħriġ avvanzat f’sewqan razzjonali ibbażat fuq regolamenti tas-sikurezza

1.1

Objettiv: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tas-sistema ta' trażmissjoni biex kemm jista' jkun isir l-aħjar użu minnha:

 

kurvi relatati ma’ torque, qawwa u konsum speċifiku ta’ magna, żona għall-aħjar użu tal-kuntjatur tad-dawriet, dijagrammi tal-kopertura tal-proporzjon tal-gerboks.

1.2

Objettiv: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tekniċi u l-operat tal-kontrolli tas-sikurezza, sabiex ikun hemm kontroll tal-vettura, jitnaqqas it-tkagħbir bl-użu, u biex il-vettura ma taħdimx ħażin:

 

limiti għall-użu tal-brejkijiet u tar-ritardant, użu kombinat tal-brejkijiet u tar-ritardant, isir użu aħjar tal-proporzjon bejn il-veloċità u l-gerijiet, isir użu tal-inerzja tal-vettura, jintużaw modi sabiex tonqos il-veloċità u jintużaw il-brejkijiet fuq il-mogħdijiet għan-niżla, azzjoni f’każ li xi ħaġa tieqaf taħdem, użu tal-apparat elettroniku u mekkaniku bħall-Programm ta’ Stabbiltà Elettronika (Electronic Stability Programme, ESP), Sistemi Avvanzati ta’ Brejkijiet f’Emerġenza (Advanced Emergency Braking Systems, AEBS), is-Sistema ta’ Brejkijiet Anti-Lock (Anti-Lock Braking System, ABS), is-sistemi ta’ kontroll tat-trazzjoni (traction control systems, TCS) u fis-sistemi ta’ sorveljanza tal-vettura (in vehicle monitoring systems, IVMS) u oħrajn, approvati għall-użu, apparat ta’ assistenza għas-sewwieq jew ta’ awtomatizzazzjoni.

1.3

Objettiv: ħila biex isir l-aħjar konsum ta' karburanti:

 

ottimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil permezz tal-applikazzjoni tal-għarfien espert fir-rigward tal-punti 1.1 u 1.2, l-importanza li jiġi antiċipat il-fluss tat-traffiku, id-distanza xierqa minn vetturi oħrajn u l-użu tal-momentum tal-vettura, veloċità stabbli, stil ta’ sewqan kalm u pressjoni tat-tajers xierqa, u familjarità mas-sistemi tat-trasport intelliġenti li jtejbu l-effiċjenza fis-sewqan u jassistu fl-ippjanar tar-rotta.

1.4

Objettiv: kapaċità ta' antiċipazzjoni, valutazzjoni u adattament għar-riskji tat-traffiku:

 

li wieħed ikun konxju u jadatta għal kundizzjonijiet differenti tat-triq, it-traffiku u t-temp, jantiċipa l-avvenimenti futuri; li wieħed jifhem kif iħejji u jippjana vjaġġ f'kundizzjonijiet tat-temp mhux tas-soltu; li wieħed ikun familjari ma' kif jintuża t-tagħmir ta' sikurezza relatat u jifhem meta vjaġġ ikun irid jiġi pospost jew ikkanċellat minħabba kundizzjonijiet tat-temp estremi; li wieħed jadatta għar-riskji tat-traffiku, inkluża l-imġiba perikoluża jew distratta waqt is-sewqan (l-użu ta' apparat elettroniku, l-ikel, ix-xorb, eċċ.); li wieħed jinduna b'sitwazzjonijiet perikolużi u jadatta għalihom, u li wieħed ikun kapaċi jikkontrolla t-tensjoni li tirriżulta minn dawn is-sitwazzjonijiet , b'mod partikolari b'rabta mad-daqs u l-piż tal-vetturi u l-vulnerabbiltà tal-utenti stradali, bħall-persuni mexjin, iċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi;

 

li wieħed jidentifika s-sitwazzjonijiet perikolużi possibbli u jinterpreta sew kif dawn is-sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi jistgħu jirriżultaw f'sitwazzjonijiet fejn wieħed ma jkunx jista' jevita ħabta u jagħżel u jimplimenta azzjonijiet li jżidu l-marġni tas-sikurezza sa tali punt li ħabta xorta waħda tista' tiġi evitata fil-każ li jkun hemm okkorrenza tal-perikli potenzjali.

1.5

Objettiv: ħila biex il-vettura titgħabba skont regoli ta' sigurtà u l-użu tajjeb tal-vettura:

 

forzi li jaffettwaw lill-vetturi mexjin, użu ta’ proporzjonijiet tal-gerboks skont it-tagħbija tal-vettura u l-għamla tat-triq, użu ta’ sistemi ta’ trażmissjoni awtomatika, kalkolu tat-tagħbija utli ta’ vettura jew assemblaġġ, kalkolu tal-volum totali, distribuzzjoni tat-tagħbija, konsegwenzi ta’ tagħbija żejda fuq il-fus, stabilità tal-vettura u ċentru tal-gravità, tipi ta’ imballaġġ u palits;

 

kategoriji ewlenin ta’ merkanzija li jeħtieġu jkunu ankrati, tekniki tal-ikklampjar u tal-ankraġġ, użu ta’ ċineg tal-ankraġġ, kontroll tal-apparat tal-ankraġġ, użu ta’ tagħmir tal-maniġġ, tqegħid u tneħħija tat-tarpolini.

2.   Applikazzjoni tar-regolamenti

2.1

Objettiv: li jkun magħruf l-ambjent soċjali tat-trasport bit-triq u r-regoli li jirregolawh:

 

perjodi massimi ta' xogħol speċifiċi għall-industrija tat-trasport; il-prinċipji, l-applikazzjoni u l-konsegwenzi tar-regoli relatati mal-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ u dawk relatati mat-takografu; penali għan-nuqqas ta' użu, użu skorrett u tbagħbis tat-takografu; tagħrif dwar l-ambjent soċjali tat-trasport bit-triq: drittijiet u dmirijiet tas-sewwieqa fir-rigward il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku.

2.2

Objettiv: li jsiru magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' prodotti:

 

liċenzji għal operazzjonijiet tat-trasport, dokumenti li għandhom jinġarru fil-vettura, projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti toroq, tariffi għall-użu tat-toroq, obbligi taħt kuntratti standard għat-trasport tal-merkanzija, abbozzar ta’ dokumenti li jikkostitwixxu l-kuntratt ta’ trasport, permessi ta’ trasport internazzjonali, obbligi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq, li sar f'Ġinevra fid-19 ta' Mejju 1956, abbozzar tan-nota ta’ konsenja internazzjonali, qsim ta’ fruntieri, spedizjoniera, dokumenti speċjali li jakkumpanjaw il-merkanzija.

3.   Saħħa, sikurezza fit-toroq u tal-ambjent, servizz, loġistika

3.1

Objettiv: biex sewwieqa jifhmu r-riskji tat-triq u l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:

 

tipi ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tat-trasport, statistika ta’ inċidenti tat-triq, involviment ta’ trakkijiet/kowċis, konsegwenzi umani, materjali u finanzjarji.

3.2

Objettiv: ħila biex ma jkunx hemm kriminalità u traffikar ta' immigranti illegali:

 

informazzjoni ġenerali, implikazzjonijiet għas-sewwieqa, miżuri ta’ prevenzjoni, lista ta’ kontroll, leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-operatur tat-trasport.

3.3

Objettiv: ħila biex ma jitħallewx li jkun hemm riskji fiżiċi:

 

prinċipji ergonomiċi; movimenti u qagħdiet li joħolqu riskju, forma fiżika, eżerċizzji ta' mmaniġġjar, protezzjoni personali.

3.4

Objettiv: li jkun hemm tagħrif dwar l-importanza ta' kapaċità fiżika u mentali:

 

prinċipji ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u bbilanċjat, effetti tal-alkoħol, droga jew kwalunkwe sustanza oħra li aktarx taffettwa l-imġiba, sintomi, kawżi, effetti ta’ għeja u stress, rwol fundamentali taċ-ċiklu bażiku ta’ xogħol/mistrieħ.

3.5

Objettiv: ħila li tivvaluta sitwazzjonijiet ta' emerġenza:

 

imġiba f'sitwazzjoni ta' emerġenza: valutazzjoni tas-sitwazzjoni, evitar ta’ kumplikazzjonijiet ta’ inċident, sejħa għall-għajnuna, assistenza tal-vittmi u l-għoti tal-ewwel għajnuna, reazzjoni f’każ ta’ nar, evakwazzjoni tal-okkupanti ta’ trakk, reazzjoni f’każ ta’ aggressjoni; prinċipji bażiċi biex jitfassal abbozz ta' rapport ta' aċċident.

3.6

Objettiv: ħila ta' mġieba li tgħin iġġib il quddiem il-fama tal-kumpanija:

 

imġiba tas-sewwieq u fama tal-kumpanija: l-importanza għall-kumpanija tal-livell ta' servizz mogħti mis-sewwieq, il-funzjonijiet tas-sewwieq, nies li s-sewwieq ikollu x'jaqsam magħhom, manutenzjoni ta' vetturi, organizzazzjoni tax-xogħol, effetti kummerċjali u finanzjarji ta' tilwima.

3.7

Objettiv: tagħrif tal-ambjent ekonomiku ta' trasport bit-triq ta' prodotti u l-organizzazzjoni tas-suq:

 

trasport bit-triq b’rabta ma’ modi oħrajn tat-trasport (kompetizzjoni, spedituri), attivitajiet differenti ta’ trasport bit-triq (trasport f’isem ħaddieħor, f’isem il-persuna stess, attivitajiet ta’ trasport awżiljari), organizzazzjoni tat-tipi ewlenin ta’ kumpanija tat-trasport u attivitajiet ta’ trasport awżiljari, speċjalizzazzjonijiet differenti ta’ trasport (bawżer, temperatura kkontrollata, merkanzija perikoluża, trasport ta’ annimali, eċċ.), tibdil fl-industrija (diversifikazzjoni tas-servizzi mogħtija, trasport bit-triq u bil-ferrovija, sottokuntrattar, eċċ.).

TAQSIMA 2

KWALIFIKA INIZJALI OBBLIGATORJA PREVIST FIL-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 3(1) TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI B

Parti tista’ tgħodd taħriġ ieħor speċifiku relatat mat-trasport tal-merkanzija bit-triq meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tagħha bħala parti mit-taħriġ taħt din it-Taqsima u taħt it-Taqsima 3 ta’ dan l-Appendiċi.

2.1.   Għażla li tikkombina kemm l-attendenza għall-kors kif ukoll test

Il-kwalifika inizjali trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha fil-lista taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi. Id-durata ta' din il-kwalifika inizjali trid tkun ta' 280 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jsuq għal tal-anqas 20 sigħat individwalment f’vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa tal-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test.

Waqt li jkun qiegħed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jiġi akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru għat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jista’ jsuq għal massimu ta’ tmien sigħat mill-20 siegħa li jsuq individwalment fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-ogħla livell sabiex ikun ivvalutat it-taħriġ fis-sewqan razzjonali bbażat fuq ir-regolamenti tas-sikurezza, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-vettura f’kundizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod ta’ kif dawn jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-ħila li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil.

Parti u, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru jista’ jippermetti li parti mit-taħriġ tingħata miċ-ċentru għat-taħriġ approvat permezz ta’ għodod tal-ICT, bħat-tagħlim elettroniku, filwaqt li tiżgura li jinżammu l-kwalità għolja u l-effikaċja tat-taħriġ, u billi jintgħażlu s-suġġetti fejn l-għodod tal-ICT ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi. Identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi xierqa ta’ kontroll għandhom ikunu meħtieġa f’każ bħal dan.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(4) tat-Taqsima 1 tal-Parti B, it-tul tal-kwalifika inizjali jrid ikun ta’ 70 siegħa, inklużi ħames sigħat ta’ sewqan individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew l-entità nnominata minnhom għandhom jagħmlu test bil-miktub jew orali lis-sewwieq. It-test irid jinkludi tal-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-objettivi li jidhru fil-lista tas-suġġetti taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi.

2.2   Għażla li tinvolvi test

L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew l-entità nnominata minnhom għandhom jorganizzaw it-testijiet teoretiċi u prattiċi msemmija hawn fuq sabiex jivverifikaw jekk is-sewwieq li qiegħed jitħarreġ għandux il-livell ta’ għarfien meħtieġ skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi għas-suġġetti u l-objettivi elenkati hemmhekk.

(a)

L-eżami dwar teorija u prattika għandu jikkonsisti mill-anqas f'żewġ taqsimiet:

(i)

domandi, inklużi domandi b'għażliet diversi, domandi li jeħtieġu risposta diretta, jew taħlita tat-tnejn; u

(ii)

analiżi ta' każi speċifiċi.

It-tul minimu ta’ kemm idum it-test teoretiku jrid ikun ta’ erba’ sigħat.

(b)

L-eżami tal-prattika għandu jkun f'żewġ taqsimiet:

(i)

eżami ta' sewqan maħsub biex jivverifika taħriġ razzjonali imsejjes fuq regolamenti tas-sigurtà. It-test irid isir, meta possibbli, f’toroq lil hinn minn żoni abitati, f’toroq li jippermettu sewqan veloċi u f’awtostradi (jew simili), u fuq kull xorta ta’ toroq pubbliċi urbani li jippreżentaw it-tipi differenti ta’ diffikultajiet li sewwieq aktarx jiltaqa’ magħhom. Ikun preferut jekk l-eżami jsir f'kundizzjonijiet ta' konċentrazzjoni ta' traffiku differenti. Il-ħin tas-sewqan fit-triq irid jintuża bl-aħjar mod sabiex il-kandidat jiġi vvalutat fiż-żoni kollha tat-traffiku li aktarx ikun fihom. L-eżami ma għandux jieħu inqas minn 90 minuta;

(ii)

test prattiku li jkopri tal-anqas il-punti 1.5, 3.2, 3.3 u 3.5 tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi.

L-eżami ma għandux jieħu inqas minn 30 minuta.

Il-vettura użata għat-test prattiku trid tissodisfa tal-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test.

L-eżami tal-prattiku jista' jkun supplimentat b'tielet eżami li jsir fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-aħjar kwalità biex ikun verifikat it-taħriġ ta' sewqan razzjonali imsejjes fuq regolamenti ta' sigurtà, b'mod partikulari rigward l-immaniġġar tal-vettura f'kundizzjonijiet differenti tat-triq u kif dawn jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti u l-ħin tal-jum jew tal-lejl.

M'hemmx stabbilit kemm għandu jieħu ħin dan l-eżami fakultattiv. Jekk is-sewwieq jagħmel dan it-test, id-durata tiegħu tista’ titnaqqas mid-90 minuta tat-test tas-sewqan imsemmi fil-punt (i), iżda l-ħin imnaqqas ma jistax jaqbeż it-30 minuta.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(4) tat-Taqsima 1 tal-Parti B, it-test teoretiku jrid jiġi llimitat għas-suġġetti, imsemmija fit-Taqsima 1 ta' dan l-Appendiċi, li jkunu rilevanti għall-vetturi li għalihom tapplika l-kwalifika inizjali ġdida. Madankollu, dawk is-sewwieqa jeħtiġilhom jagħmlu t-test prattiku kollu.

TAQSIMA 3

KWALIFIKA INIZJALI AĊĊELLERATA PREVISTA FL-ARTIKOLU 3(2) TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI B TAL-ANNESS 31

Il-kwalifika inizjali trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha fil-lista taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi. It-tul tagħha jrid ikun ta’ 140 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jsuq għal tal-anqas 10 sigħat individwalment f’vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa tal-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test.

Waqt li jkun qiegħed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jiġi akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru għat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jista’ jsuq għal massimu ta’ erba’ sigħat mill-10 sigħat ta’ sewqan individwali fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-ogħla livell sabiex jiġi vvalutat it-taħriġ fis-sewqan razzjonali bbażat fuq ir-regolamenti tas-sikurezza, b’mod partikolari fir-rigward tal-immaniġġjar tal-vettura f’kundizzjonijiet tat-triq differenti u l-mod kif dawk il-kundizzjonijiet tat-triq jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-ħila li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil.

Id-dispożizzjonijiet tar-raba’ paragrafu tal-punt 2.1 tat-Taqsima 2 ta’ dan l-Appendiċi għandhom japplikaw ukoll għall-kwalifika inizjali aċċellerata.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(4) tat-Taqsima 1 tal-Parti B, it-tul tal-kwalifika inizjali jrid ikun ta’ 35 siegħa, inkluż sagħtejn u nofs ta’ sewqan individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew l-entità nnominata minnhom għandhom jagħmlu test bil-miktub jew orali lis-sewwieq. It-test irid jinkludi tal-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-objettivi li jidhru fil-lista tas-suġġetti taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi.

Parti tista’ tgħodd taħriġ ieħor speċifiku relatat mat-trasport tal-merkanzija bit-triq meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tagħha bħala parti mit-taħriġ taħt din it-Taqsima.

TAQSIMA 4

TAĦRIĠ PERJODIKU OBBLIGATORJU PREVIST FIL-PUNT (b) TAL-ARTIKOLU 3(1) TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI B TAL-ANNESS 31

Il-korsijiet tat-taħriġ perjodiku obbligatorju jridu jiġu organizzati minn ċentru għat-taħriġ approvat. Id-durata tagħhom trid tkun ta’ 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija f’perjodi ta’ tal-anqas seba’ sigħat, li jistgħu jinqasmu fuq jumejn konsekuttivi. Kull meta jintuża t-tagħlim elettroniku, iċ-ċentru għat-taħriġ approvat għandu jiżgura li tinżamm il-kwalità xierqa tat-taħriġ, inkluż billi jagħżel is-suġġetti fejn l-għodda tal-ICT ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effettiv. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jirrikjedu l-identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi ta’ kontroll xierqa. Id-durata massima tat-taħriġ permezz tat-tagħlim elettroniku ma għandhiex taqbeż 12-il siegħa. Tal-anqas wieħed mill-perjodi tal-kors tat-taħriġ għandu jkopri suġġett marbut mas-sikurezza fit-toroq. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi għall-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mis-sewwieq u l-iżviluppi legali u teknoloġiċi rilevanti u għandu, kemm jista’ jkun, iqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq. Fuq medda ta’ 35 siegħa, għandha tiġi koperta firxa ta’ suġġetti differenti, inkluż taħriġ ripetut fejn jintwera li s-sewwieq jeħtieġ taħriġ speċifiku ta’ rimedju.

Parti u, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru jista’ jgħodd taħriġ ieħor speċifiku relatat mat-trasport tal-merkanzija bit-triq meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tiegħu bħala parti mit-taħriġ taħt din it-Taqsima.

TAQSIMA 5

APPROVAZZJONI TAL-KWALIFIKA INIZJALI U TAĦRIĠ PERJODIKU

5.1.

Iċ-ċentri għat-taħriġ li jieħdu sehem fil-kwalifika inizjali u fit-taħriġ perjodiku jridu jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet. L-approvazzjoni tista’ tingħata biss wara li ssir applikazzjoni bil-miktub. L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata minn dokumenti li jinkludu:

5.1.1.

kwalifika adegwata u programm ta' taħriġ li jispeċifika s-suġġetti mgħallma u li jistabbilixxi l-pjan propost ta' implimentazzjoni u l-metodi ta' tagħlim;

5.1.2.

il-kwalifiki u l-oqsma ta' attività tal-għalliema;

5.1.3.

informazzjoni dwar il-post fejn isiru l-korsijiet, materjal għat-tagħlim, ir-riżorsi disponibbli għal xogħol prattiku, u l-flotta ta' vetturi użati;

5.1.4.

il-kundizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu fil-parteċipazzjoni tal-korsijiet (numru ta' parteċipanti).

5.2.

L-awtorità kompetenti trid tagħti approvazzjoni bil-miktub soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.

it-taħriġ għandu jingħata skont id-dokumenti li jintbagħtu mal-applikazzjoni;

5.2.2.

l-awtorità kompetenti għandha tkun tista' tibgħat persuni awtorizzati biex jassistu fil-korsijiet ta' taħriġ taċ-ċentri approvati, u għandha tkun tista' ssegwi mill-qrib dawn iċ-ċentri, fir-rigward tar-riżorsi użati u t-tmexxija tajba tal-korsijiet ta' taħriġ u l-eżamijiet;

5.2.3.

l-approvazzjoni tista' titneħħa jew tkun sospiża jekk il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni ma jibqgħux jitħarsu.

Iċ-ċentru approvat irid jiggarantixxi li l-għalliema jkollhom għarfien tajjeb tal-aħħar regolamenti u rekwiżiti tat-taħriġ. Bħala parti minn proċedura tal-għażla speċifika, l-għalliema jeħtiġilhom jipprovdu ċertifikazzjoni li turi għarfien kemm tal-materjal tas-suġġett kif ukoll tal-metodi ta’ tagħlim. Rigward il-parti prattika tat-taħriġ, l-għalliema jeħtiġilhom jipprovdu ċertifikazzjoni ta’ esperjenza bħala sewwieqa professjonali jew esperjenza ta’ sewqan simili, bħal dik ta’ għalliema tas-sewqan għal vetturi tqal.

Il-programm ta' tagħlim għandu jkun jaqbel mal-approvazzjoni u għandu jkopri s-suġġetti li jidhru fil-lista fit-Taqsima 1.

Appendiċi 31-B-1-2

Mudell ta’ kard tas-CPC imsemmija fl-Artikolu 9 tat-Taqsima 1 tal-Parti B ta’ dan l-Anness

Image 6

TAQSIMA 2

ĦINIJIET TAS-SEWQAN, PAWŻI U PERJODI TA’ MISTRIEĦ

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tistipula r- regoli dwar il-ħin tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta’ mistrieħ għas-sewwieqa msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 465(1) ta’ dan il-Ftehim li jagħmlu vjaġġi msemmija fl-Artikolu 462 ta’ dan il-Ftehim.

2.   Fejn xufier iwettaq vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 462, ta’ dan il-Ftehim ir-regoli f’din it-Taqsima japplikaw kwalunkwe operazzjoni tat-trasport bit-triq imwettqa minn dak ix-xufier bejn it-territorji tal-Partijiet u bejn l-Istati Membri.

3.   Din it-Taqsima tapplika għal:

(a)

meta l-massa massima permissibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trailer, jew semitrailer, taqbeż it-3.5 tunnellati; jew

(b)

mill-1 ta’ Lulju 2026, meta l-massa massima permessibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trailer, jew semitrailer, taqbeż it-2.5 tunnellati.

4.   Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għat-trasport b:

(a)

vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi b’massa permissibbli massima li ma taqbiżx is-7.5 tunnellati li jintużaw:

(i)

għall-ġarr ta' materjali, tagħmir jew makkinarju għall-użu tax-xufier matul xogħol ix-xufier, jew

(ii)

għall-konsenja ta’ merkanzija li hija maħduma fuq bażi artiġġjanali,

biss f’raġġ ta’ 100 km mis-sede tal-impriża u bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jikkostitwixxix l-attività ewlenija tas-sewwieq u li t-trasport ma jsirx f’isem ħaddieħor;

(b)

vetturi b'veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx il-40 km fis-siegħa;

(c)

vetturi li jkunu proprjetà ta’ jew mikrija mingħajr sewwieq, mis-servizzi armati, is-servizzi tad-difiża ċivili, is-servizzi għat-tifi tan-nar u l-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku meta t-trasport isir bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawn is-servizzi u jkun taħt il-kontroll tagħhom;

(d)

vetturi użati f'operazzjonijiet ta' emerġenza jew ta' salvataġġ;

(e)

vetturi speċjalizzati użati għal skopijiet mediċi;

(f)

vetturi speċjalizzati ta' assistenza f'każ ta' ħsara li joperaw f'raġġ ta' 100 km mill-bażi tagħhom;

(g)

vetturi li jkunu qed isirulhom testijiet fit-triq għal żvilupp tekniku, għal tiswija jew għal skop ta' manutenzjoni, u vetturi ġodda jew li ġew mibnija mill-ġdid li ma jkunux għadhom tqiegħdu fis-servizz;

(h)

vetturi b’massa permissibbli massima, inkluż kwalunkwe trailer, jew semitrailer li jaqbeż it-2.5 tunnellati iżda li ma jaqbiżx it-3.5 tunnellati li huma użati għat-trasport ta’ merkanzija, fejn it-trasport ma jsirx b’kiri jew b’kumpens, iżda għall-kont proprju tal-kumpanija jew tax-xufier, u meta s-sewqan ma jikkostitwixxix l-attività ewlenija tal-persuna li ssuq il-vettura;

(i)

vetturi kummerċjali, li għandhom stat storiku skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu qegħdin jinstaqu, u li jintużaw għat-trasport mhux kummerċjali tal-merkanzija.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“trasport bit-triq” tfisser kwalunkwe vjaġġ magħmul kompletament jew parzjalment fuq toroq miftuħa għall-pubbliku minn vettura, kemm jekk mgħobbija kif ukoll jekk le;

(b)

“pawżi” tfisser kull perjodu li fih ix-xufier ma jistax iwettaq sewqan jew xogħol ieħor u li jintuża esklużivament għall-irkupru;

(c)

“xogħol ieħor” tfisser l-attivitajiet kollha li huma definiti bħala ħin tax-xogħol fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tat-Taqsima 3 tal-Parti B ta’ dan l-Anness ħlief “sewqan”, inkluż kwalunkwe xogħol għall-istess impjegatur jew impjegatur ieħor, fi jew barra mis-settur tat-trasport;

(d)

“perjodu ta' mistrieħ” tfisser kwalunkwe perjodu bla interruzzjoni li fih ix-xufier jista' jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu;

(e)

“perjodu ta' mistrieħ ta' kuljum” tfisser il-perjodu ta' kuljum li fih xufier jista' jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu u jkopri “perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum” u “perjodu mnaqqas ta' mistrieħ ta' kuljum”:

(i)

“perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum” ifisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ mill-anqas 11-il siegħa, li jista' jittieħed f'żewġ perjodi, l-ewwel wieħed għandu jkun perjodu bla interruzzjoni ta' mill-inqas 3 sigħat u t-tieni wieħed ikun perjodu bla interruzzjoni ta' mill-inqas disa’ sigħat; u

(ii)

“perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum” tfisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ tal-anqas disa’ sigħat imma anqas minn 11-il siegħa;

(f)

“perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa” tfisser perjodu ta' kull ġimgħa li matulu xufier jista' juża l-ħin tiegħu kif irid u jkopri “perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa” u “perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa”:

(i)

“perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa” tfisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ tal-anqas 45 siegħa; u

(ii)

“perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa” tfisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ anqas minn 45 siegħa, li jista', soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(6) u 6(7), jitqassar għal minimu ta’ 24 siegħa konsekuttivi;

(g)

“ġimgħa” tfisser il-perjodu ta' ħin bejn 00.00 tat-Tnejn u 24.00 tal-Ħadd;

(h)

“ħin tas-sewqan” tfisser it-tul ta' attività tas-sewqan irreġistrata:

(i)

awtomatikament jew semiawtomatikament mit-takografu kif definit fil-punti (e), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta' dan l-Anness; jew

(ii)

manwalment kif meħtieġ mill-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 11 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta' dan l-Anness;

(i)

“ħin tas-sewqan ta’ kuljum” tfisser it-total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan bejn it-tmiem ta’ perjodu ta’ mistrieħ wieħed ta’ kuljum u l-bidu tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ wara jew bejn perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa;

(j)

“ħin ta' sewqan ta' kull ġimgħa” tfisser it-total tal-ħin akkumulat ta'sewqan f'ġimgħa;

(k)

“massa massima permissibbli” tfisser il-massa massima awtorizzata li tista' topera biha l-vettura li jkollha tagħbija sħiħa;

(l)

“multi-manning” tfisser is-sitwazzjoni fejn, matul kull perjodu ta' sewqan bejn kwalunkwe żewġ perjodu konsekuttivi ta' mistrieħ ta' kuljum, jew bejn perjodu ta' mistrieħ ta' kuljum u perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa, hemm mill-inqas żewġ sewwieqa fil-vettura biex jagħmlu s-sewqan għall-ewwel siegħa ta’ multi-manning” il-preżenza ta’ sewwieq ieħor jew sewwieqa oħra tkun fakultattiva iżda għall-bqija tal-perjodu din tkun obbligatorja;

(m)

“perjodu ta' sewqan” ifisser il-ħin ta' sewqan akkumulat minn meta xufier jibda jsuq wara perjodu ta' mistrieħ jew pawża sakemm hu jieħu perjodu ta' mistrieħ jew pawża; Il-perjodu ta' sewqan jista' jkun kontinwu jew imqassam.

Artikolu 3

Rekwiżit għas-sħab tas-sewwieqa

L-età minima għal assistenti tax-xufiera għandha tkun ta' 18-il sena. Madankollu, kull Parti u, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru jista’ jnaqqas l-età minima għall-assistenti tas-sewwieqa għal 16-il sena, bil-kundizzjoni li t-tnaqqis ikun għall-finijiet ta’ taħriġ vokazzjonali u li jkun hemm konformità mal-limiti imposti mir-Renju Unit u, għall-Unjoni, ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru dwar kwistjonijiet ta’ impjieg.

Artikolu 4

Ħinijiet ta' sewqan

1.   Il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum ma għandux jaqbeż id-disa’ sigħat.

Madankollu, il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum jista jiġi estiż għal massimu ta’ 10 sigħat mhux aktar minn darbtejn matul il-ġimgħa.

2.   Il-ħin tas-sewqan fil-ġimgħa ma għandux jaqbeż is-56 siegħa u m’għandux jirriżulta fil-ħin massimu tax-xogħol fil-ġimgħa ta’ 60 siegħa li jinqabeż.

3.   It-total tal-ħin tas-sewqan akkumulat matul kwalunkwe ġimagħtejn konsekuttivi ma għandux jaqbeż id-90 siegħa.

4.   Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa għandhom jinkludu l-ħin kollu tas-sewqan fit-territorju tal-Partijiet.

5.   Sewwieq għandu jirreġistra bħala xogħol ieħor kwalunkwe ħin użat kif deskritt fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima kif ukoll kwalunkwe ħin imqatta’ għas-sewqan ta’ vettura użata għal operazzjonijiet kummerċjali fejn sewwieq mhuwiex meħtieġ li jirreġistra kwalunkwe ħin ta’ sewqan, u għandu jirreġistra kwalunkwe perjodu ta’ disponibilità, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 3 tal-Parti B, f’konformità skont il-punt (b)(iii) tal-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B. Dan ir-rekord għandu jiddaħħal jew manwalment fuq folja ta’ reġistrazzjoni jew fuq kopja stampata jew bl-użu ta’ faċilitajiet manwali tal-input fuq tagħmir ta’ reġistrazzjoni.

Artikolu 5

Pawżi

Wara perjodu ta’ sewqan ta’ erba’ sigħat u nofs, sewwieq għandu jieħu pawża bla interruzzjoni ta’ mhux anqas minn 45 minuta, sakemm ma jiħux perjodu ta’ mistrieħ.

Din il-pawża tista' tiġi mibdula minn pawża ta' mill-inqas 15-il minuta li tiġi segwita minn pawża ta' mill-inqas 30 minuta kull waħda mqassma fuq il-perjodu b'tali mod li tikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-ewwel paragrafu.

Sewwieq li jwettaq multi-manning jista’ jieħu pawża ta’ 45 minuta f’vettura misjuqa minn sewwieq ieħor bil-kundizzjoni li s-sewwieq li jkun qiegħed jieħu l-pawża ma jkunx involut f’assistenza lis-sewwieq li jkun qiegħed isuq il-vettura.

Artikolu 6

Serħan

1.   Is-sewwieq għandu jieħu perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa.

2.   F’kull perjodu ta’ 24 siegħa wara t-tmiem tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew il-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti, sewwieq għandu jkun ħa perjodu ġdid ta’ mistrieħ ta’ kuljum.

Jekk il-porzjon tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum li jaqa’ f’dak il-perjodu ta’ 24 siegħa huwa tal-anqas ta’ disa’ sigħat imma anqas minn 11-il siegħa, il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum inkwistjoni għandu jitqies bħala perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum.

3.   Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum jista’ jiġi estiż sabiex jagħmel perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

4.   Sewwieq jista’ jkollu tal-aktar tliet perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kuljum bejn kwalunkwe żewġ perjodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

5.   B’deroga mill-paragrafu 2, fi żmien 30 siegħa mit-tmiem ta’ perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew fil-ġimgħa, sewwieq li jagħmel multi-manning jeħtieġlu jkun ħa perjodu ġdid ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ tal-anqas disa’ sigħat.

6.   Fi kwalunkwe ġimagħtejn konsekuttivi, sewwieq għandu jieħu tal-anqas:

(a)

żewġ perjodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa; jew

(b)

perjodu wieħed ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa u perjodu wieħed imnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ mill-inqas 24 siegħa.

Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għandu jibda mhux aktar tard mit-tmiem ta’ sitt perjodi ta’ 24 siegħa mit-tmiem tal-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti.

7.   B’deroga mill-paragrafu 6, sewwieq involut fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija jista’, barra mit-territorju tal-Parti tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew, għal sewwieqa ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, barra mit-territorju tal-Istat Membru tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, jieħu żewġ perjodi konsekuttivi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa bil-kundizzjoni li s-sewwieq fi kwalunkwe erba’ ġimgħat konsekuttivi jieħu tal-anqas erba’ perjodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa, li minnhom tal-anqas tnejn għandhom ikunu perjodi regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, sewwieq għandu jitqies bħala involut fit-trasport internazzjonali meta s-sewwieq jibda ż-żewġ perjodi konsekuttivi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa barra mit-territorju tal-Parti tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u l-post ta’ residenza tas-sewwieqa jew, għall-Unjoni Ewropea, barra mit-territorju tal-Istat Membru tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u l-pajjiż tal-post ta’ residenza tas-sewwieqa.

Kwalunkwe tnaqqis fil-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għandu jiġi kkumpensat b’perjodu ta’ mistrieħ ekwivalenti meħud f’daqqa qabel it-tmiem tat-tielet ġimgħa ta’ wara l-ġimgħa inkwistjoni.

Meta żewġ perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jkunu ttieħdu konsekuttivament skont it-tielet subparagrafu, il-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li jmiss għandu jiġi preċedut minn perjodu ta’ mistrieħ meħud bħala kumpens għal dawk iż-żewġ perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

8.   Kwalunkwe mistrieħ meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għandu jiġi mehmuż ma’ perjodu ieħor ta’ mistrieħ ta’ tal-anqas disa’ sigħat.

9.   Il-perjodi regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa u kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens għal perjodi mnaqqsa preċedenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ma għandhomx jittieħdu f’vettura. Dawn għandhom jittieħdu f’akkomodazzjoni xierqa u li tirrispetta l-ġeneri, b’faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adegwati.

Kwalunkwe kost għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura għandu jiġi kopert mill-impjegatur.

10.   L-impriżi tat-trasport għandhom jorganizzaw ix-xogħol tas-sewwieqa b’tali mod li s-sewwieqa jkunu jistgħu jirritornaw fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur fejn is-sewwieq ikun normalment ibbażat u fejn jibda l-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa tas-sewwieq, fir-Renju Unit, u fil-każ tal-Unjoni Ewropea, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impjegatur, jew ikunu jistgħu jirritornaw fil-post ta’ residenza tas-sewwieqa, f’kull perjodu ta’ erba’ ġimgħat konsekuttivi, sabiex iqattgħu tal-anqas perjodu regolari wieħed ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Madankollu, meta s-sewwieq ikun ħa żewġ perjodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa skont il-paragrafu 7, l-impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tas-sewwieq b’tali mod li s-sewwieq ikun jista’ jirritorna qabel il-bidu tal-perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens.

L-impriża għandha tiddokumenta kif tissodisfa dak l-obbligu u għandha żżomm id-dokumentazzjoni fil-bini tagħha sabiex tippreżentaha b’talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll.

11.   Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li jiġi f’ġimagħtejn jista’ jingħadd f’xi waħda minn dawk il-ġimgħat, iżda mhux fit-tnejn.

12.   Permezz ta' deroga, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq bastiment jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, dak il-perjodu jista’ jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal iktar minn siegħa. Matul dak il-perjodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew il-perjodu mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa s-sewwieq għandu jkollu aċċess għal kabina tal-irqad, sodda jew kuċċetta għad-dispożizzjoni tiegħu.

Fir-rigward tal-perjodi regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa, dik id-deroga għandha tapplika biss għal vjaġġi bil-vapur jew bil-ferrovija meta:

(a)

il-vjaġġ ikun skedat għal tmien sigħat jew aktar; u

(b)

ix-xufier ikollu aċċess għal kabina tal-irqad fuq il-bastiment jew fuq il-ferrovija.

13.   Kwalunkwe ħin li s-sewwieq jieħu biex jivvjaġġa lejn post sabiex jieħu pussess ta’ vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew biex jirritorna minn tali post, fejn il-vettura mhix fid-dar tas-sewwieq jew fiċ-ċentru ta’ operazzjonijiet tal-impjegatur fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat, m’għandux jitqies bħala perjodu ta’ mistrieħ jew pawża sakemm ix-xufier mhuwiex fuq vapur jew ferrovija u għandu aċċess għal kabina tal-irqad, sodda jew couchette.

14.   Kwalunkwe ħin li s-sewwieq jieħu sabiex isuq vettura li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima lejn jew minn vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, li mhijiex fid-dar tas-sewwieq jew fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur fejn is-sewwieq huwa normalment ibbażat, għandu jingħadd bħala xogħol ieħor.

Artikolu 7

Responsabbiltà tal-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

1.   Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti ma għandux jagħti lis-sewwieqa li jimpjega jew li jkunu għad-dispożizzjoni tiegħu xi ħlas, anki jekk ikun fil-forma ta’ bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanzi vvjaġġati, il-veloċità tal-konsenja u/jew l-ammont ta’ merkanzija li nġarret jekk dak il-pagament ikun tali li jista’ jipperikola s-sikurezza fit-toroq u/jew jinkoraġġixxi ksur ta’ din it-Taqsima.

2.   Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti għandu jorganizza operazzjonijiet tat-trasport bit-triq u jagħti struzzjonijiet xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

3.   Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti għandu jkun responsabbli għall-ksur imwettaq mis-sewwieqa tal-operatur, anki jekk il-ksur ikun twettaq fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li jżommu lill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq responsabbli bis-sħiħ, il-Partijiet jistgħu jagħmlu din ir-responsabbiltà kondizzjonali fuq il-ksur tal-operatur tal-paragrafi 1 u 2. Il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw kwalunkwe evidenza li l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ma jistax raġonevolment jinżamm responsabbli għall-ksur imwettaq.

4.   L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, il-konsenjaturi, l-ispedizzjoniera, il-kuntratturi prinċipali, is-sottokuntratturi u l-aġenziji tal-impjieg tas-sewwieqa għandhom jiżguraw li l-iskedi tal-ħin tat-trasport miftehma b’mod kuntrattwali jirrispettaw din it-Taqsima.

5.   Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li juża vetturi li huma mgħammra b’tagħmir ta’ reġistrazzjoni li jikkonforma mal-punt (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 4 tal-Parti B u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, għandu:

(i)

jiżgura li d-data kollha tiġi mniżżla mill-unità ta’ vettura u mill-kard tas-sewwieq b’mod regolari kif stipulat mill-Parti u li d-data rilevanti tiġi mniżżla aktar ta’ spiss sabiex jiġi żgurat li tiġi mniżżla d-data kollha dwar attivitajiet li jkunu saru minn jew għal dak l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq; u

(ii)

jiżgura li d-data kollha mniżżla kemm mill-unità ta’ vettura kif ukoll mill-kard tas-sewwieq tinżamm għal tal-anqas 12-il xahar wara li tkun ġiet irreġistrata u, jekk tintalab minn uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat, dik id-data tkun aċċessibbli, jew direttament jew mill-bogħod, mill-bini tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu “imniżżla” għandha tiġi interpretata skont id-definizzjoni stipulata fil-punt (h) tal-Artikolu 2(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C.

Il-perjodu massimu li fih għandha titniżżel id-data rilevanti taħt il-punt (i) ta’ dan il-paragrafu għandu jkun ta’ 90 jum għal data mill-unità ta’ vettura u ta’ 28 jum għal data mill-kard tas-sewwieq.

Artikolu 8

Eċċezzjonijiet

1.   Sakemm ma tiġix ippreġudikata s-sikurezza fit-toroq u sabiex il-vettura tkun tista’ tasal sa post ta’ waqfien xieraq, is-sewwieq jista’ jitbiegħed mill-Artikoli 4 sa 6 sal-livell meħtieġ sabiex jiżgura s-sikurezza tal-persuni, tal-vettura jew tat-tagħbija tagħha. Is-sewwieq għandu jindika r-raġuni għaliex ikun hekk tbiegħed b’mod manwali fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fuq karta stampata mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, mhux aktar tard minn meta jasal f’post ta’ waqfien xieraq.

2.   Bil-kundizzjoni li b’dan ma tiġix ippreġudikata s-sikurezza fit-toroq, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-sewwieq jista’ jitbiegħed ukoll mill-Artikolu 4(1) u (2) u l-Artikolu 6(2) billi jaqbeż il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa b’mhux aktar minn siegħa sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew fil-post ta’ residenza tas-sewwieq sabiex jieħu perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Taħt l-istess kundizzjonijiet, is-sewwieq jista’ jaqbeż il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa b’mhux aktar minn sagħtejn, bil-kundizzjoni li li tkun ittieħdet pawża bla interruzzjoni ta’ 30 minuta immedjatament qabel is-sewqan addizzjonali sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew fil-post ta’ residenza tas-sewwieq sabiex jittieħed perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Is-sewwieq għandu jindika r-raġuni għaliex ikun hekk tbiegħed b’mod manwali fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fuq karta stampata mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, mhux aktar tard minn meta jasal fid-destinazzjoni jew fil-post ta’ waqfien xieraq.

Kwalunkwe perjodu ta’ estensjoni għandu jkun ikkumpensat minn mistrieħ ekwivalenti meħud f’daqqa ma’ kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ, sa tmiem it-tielet ġimgħa wara l-ġimgħa inkwistjoni.

3.   Sakemm is-sikurezza fit-toroq ma tiġix b’hekk ipperikolata, kull Parti u, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru, tista’ tagħti eċċezzjonijiet mill-Artikoli 3 sa 6 u tagħmel dawk l-eċċezzjonijiet soġġetti għal kundizzjonijiet individwali fit-territorju tagħha stess jew, bil-qbil tal-Parti l-oħra, fit-territorju tal-Parti l-oħra, applikabbli għat-trasport b’dan li ġej:

(a)

vetturi li huma proprjetà ta’, jew li jkunu mikrija, mingħajr sewwieq minn awtoritajiet pubbliċi sabiex jagħmlu trasport bit-triq li ma jikkompetix ma’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq privati;

(b)

vetturi użati jew mikrija mingħajr ix-xufier minn impriżi ta' agrikoltura, ortikultura, forestrija, biedja jew sajd għat-trasport ta' merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali tagħhom stess f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża;

(c)

tratturi għall-agrikoltura u tratturi għall-forestrija użati għal attivitajiet agrikoli jew ta' forestrija, f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża li tkun il-proprjetarja tal-vettura, jew tikriha jew twelliha;

(d)

vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi b’massa massima permessibbli li ma taqbiżx is-7.5 tunnellati użati mill-fornituri ta’ servizzi universali sabiex iwasslu oġġetti bħala parti mis-servizz universali. Dawn il-vetturi għandhom jintużaw biss f'raġġ ta' 100 km mill-bażi tal-impriża, u bil-kundizzjoni illi s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tax-xufier;

(e)

vetturi li joperaw esklussivament fuq gżejjer b'arja ta' mhux iktar minn 2 300 kilometri kwadri li mhumiex marbutin mal-kumplament tat-territorju nazzjonali permezz ta' pont, baxxfond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur;

(f)

vetturi użati għat-trasport tal-merkanzija f'raġġ ta' 100 km mill-bażi tal-impriża u li jaħdmu bil-gass naturali jew likwifikat jew bl-elettriku b'massa massima permissibbli li, meta jkun inkluż il-piż ta' karru jew nofs-karru, ma jaqbiżx is-7.5 tunnellati;

(g)

vetturi użati b'konnessjoni ma' servizzi ta' dranaġġ, ta' protezzjoni mill-għargħar, manutenzjoni tal-ilma, gass u elettriku mal-manutenzjoni u l-kontroll tat-toroq, ma' servizzi ta' ġbir ta' skart bieb b'bieb u ta' rimi, servizzi tat-telegraf u telefon, xandir tar-radju u televixin u l-iskoperta ta' trasmettituri u riċevituri tar-radju jew tat-televixin;

(h)

vetturi speċjalizzati li jġorru tagħmir taċ-ċirku u ta' fieri ta’ divertiment;

(i)

vetturi mgħammra partikolarment għal proġetti mobbli, li l-iskop primarju tagħhom huwa li jintużaw bħala faċilità edukattiva meta jkunu wieqfa;

(j)

vetturi użati għall-ġbir tal-ħalib minn irziezet u/jew għat-twassil lura fl-irziezet ta' kontenituri tal-ħalib jew ta' prodotti tal-ħalib intiżi bħala għalf għall-annimali;

(k)

vetturi speċjalizzati li jġorru flus u/jew oġġetti ta' valur;

(l)

vetturi użati sabiex iġorru skart jew karkassi ta' annimali li ma jkunux intiżi għall-konsum mill-bniedem;

(m)

vetturi użati esklużivament f'toroq li jinsabu f'faċilitajiet ċentrali ta' attività bħal portijiet, interportijiet u termini tal-ferrovija;

(n)

vetturi użati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċeversa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f’raġġ ta’ mhux aktar minn 100 km;

(o)

vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jkunu qed iġorru makkinarju tal-kostruzzjoni għal impriża tal-kostruzzjoni, sa raġġ ta' 100 km mill-bażi tal-impriża, dment li s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività ewlenija tax-xufier; u

(p)

vetturi użati għat-twassil ta’ konkos imħallat lest.

4.   Bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa u tas-sikurezza fit-toroq ma jkunux b’dan ipperikolati u li l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Taqsima 3 tal-Parti B ikunu mħarsa, Parti, u fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru, jista’ jagħti eċċezzjonijiet temporanji mill-applikazzjoni tal-Artikoli minn 4, 5 u 6 ta’ din it-Taqsima għal operazzjonijiet tat-trasport imwettqa f’ċirkostanzi eċċezzjonali, skont il-proċedura applikabbli fil-Parti.

L-eċċezzjonijiet temporanji għandhom ikunu debitament motivati u nnotifikati immedjatament lill-Parti l-oħra. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jispeċifika l-modalitajiet ta’ din in-notifika. Kull Parti għandha tippubblika minnufih dik l-informazzjoni fuq sit web pubbliku u għandha tiżgura li l-attivitajiet ta’ infurzar tagħha jqisu eċċezzjoni mogħtija mill-Parti l-oħra.

TAQSIMA 3

ĦIN TAX-XOGĦOL TAL-ĦADDIEMA MOBBLI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima għandha tapplika għal ħaddiema mobbli impjegati minn operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Partijiet, li jwettqu l-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 462 ta’ dan il-Ftehim.

Din it-Taqsima għandha tapplika wkoll għal sewwieqa li jaħdmu għal rashom.

2.   Sa fejn din it-Taqsima fiha dispożizzjonijiet aktar speċifiċi fir-rigward tal-ħaddiema mobbli li jwettqu attivitajiet ta’ trasport bit-triq, din għandha tieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 387 ta' dan il-Ftehim.

3.   Din it-Taqsima għandha tissupplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Parti B li jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

4.   Parti tista’ ma tapplikax l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima għal ħaddiema mobbli u sewwieqa li jaħdmu għal rashom li ma jagħmlux aktar minn żewġ vjaġġi bir-ritorn skont l-Artikolu 462 ta’ dan il-Ftehim f’xahar kalendarju.

5.   Fejn Parti ma tapplikax l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima skont il-paragrafu 4 , dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"ħin tax-xogħol" ifisser:

(a)

fil-każ ta' ħaddiema mobbli: il-ħin mill-bidu sat-tmiem tax-xogħol, li matulu l-ħaddiem mobbli jkun fil-post tax-xogħol tiegħu, għad-disposizzjoni ta' min jimpjegah u jeżerċita l-funzjonijiet jew l-attivitajiet tiegħu, jiġifieri:

Il-ħin iddedikat għall-attivitajiet kollha tat-trasport bit-triq, b’mod partikolari, dan li ġej:

(i)

sewqan;

(ii)

it-tagħbija u l-ħatt;

(iii)

l-għajnuna lill-passiġġieri biex jitilgħu u jinżlu minn fuq il-vettura;

(iv)

it-tindif u l-manteniment tekniku; u

(v)

ix-xogħol l-ieħor kollu maħsub sabiex jassigura s-sikurezza tal-vettura u tat-tagħbija tagħha jew sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi legali jew regolatorji direttament marbuta mal-operazzjoni speċifika tat-trasport li tkun qiegħda sseħħ, inkluż is-sorveljanza tat-tagħbija u tal-ħatt, il-formalitajiet amministrattivi mal-pulizija, id-dwana, l-uffiċjali tal-immigrazzjoni, eċċ.,

il-ħinijiet li matulhom huwa ma jkunx jista’ juża l-ħin tiegħu b’mod liberu u jkun meħtieġ li jkun preżenti fil-post tax-xogħol tiegħu, lest sabiex jibda bix-xogħol normali, b’ċerti kompiti assoċjati mal-fatt li jkun qiegħed fuq xogħol, partikolarment matul perjodi ta’ stennija għat-tagħbija jew għall-ħatt meta d-durata prevista ma tkunx magħrufa bil-quddiem, jiġifieri jew qabel it-tluq jew eżatt qabel il-bidu attwali tal-perjodu inkwistjoni, jew skont il-kundizzjonijiet ġenerali nnegozjati bejn is-sħab soċjali u/jew skont it-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet;

(b)

fil-każ ta' sewwieqa li jaħdmu għal rashom, l-istess definizzjoni għandha tkun tapplika wkoll għall-ħin mill-bidu sat-tmiem tax-xogħol, li matulu is-sewwieq li jaħdem għal rasu jkun fil-post tax-xogħol tiegħu, għad-disposizzjoni tal-klijent u jeżerċita l-funzjonijiet jew l-attivitajiet tiegħu apparti minn xogħol amministrattiv ġenerali li ma jkunx marbut direttament mal-operazzjoni speċifika tat-trasport li tkun isseħħ.

Il-ħinijiet ta’ pawża msemmija fl-Artikolu 4, il-ħinijiet ta’ mistrieħ imsemmija fl-Artikolu 5 u, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet jew il-ftehimiet bejn is-sħab soċjali sakemm dawk il-perjodi jiġu kkumpensati jew illimitati, il-perjodi ta’ disponibbiltà msemmija f'punt (2) ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu esklużi mill-ħin tax-xogħol;

(2)

"perjodi ta' disponibbiltà" ifissru:

perjodi apparti minn dawk li jirrigwardaw il-ħinijiet ta' waqfien u l-ħinijiet ta' serħan li matulhom il-ħaddiem mobbli ma jkunx meħtieġ li jibqa' fil-post tax-xogħol tiegħu, imma li jrid ikun disponibbli biex iwieġeb għal xi sejħa biex jibda jew ikompli bis-sewqan jew li jwettaq xi xogħol ieħor. Partikolarment dawn il-perjodi ta’ disponibbiltà għandhom jinkludu perjodi li matulhom il-ħaddiem mobbli jkun jakkumpanja vettura li tkun qiegħda tiġi ttrasportata minn vapur jew ferrovija kif ukoll il-perjodi ta’ stennija fil-fruntieri u dawk minħabba l-projbizzjonijiet tat-traffiku.

Dawn il-perjodi u d-durata prevista tagħhom għandhom ikunu magħrufa bil-quddiem mill-ħaddiem mobbli, jiġifieri jew qabel it-tluq jew eżatt qabel il-bidu attwali tal-perjodu inkwistjoni, jew skont il-kundizzjonijiet ġenerali nnegozjati mis-sħab soċjali u/jew skont it-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet,

għal ħaddiema mobbli li jsuqu f’tim, il-ħin mgħoddi bilqiegħda ħdejn is-sewwieq jew fil-kuċċetta waqt li l-vettura tkun miexja;

(3)

"il-post tax-xogħol" tfisser:

il-lokalità tal-post ewlieni tan-negozju tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li għalih il-persuna li twettaq l-attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq twettaq id-doveri, flimkien mal-postijiet sussidjarji varji tan-negozju, irrispettivament minn jekk dawn jinsabux fl-istess post bħall-uffiċċju ewlieni jew il-post ewlieni tan-negozju,

il-vettura li l-persuna li jwettaq l-attivitajiet mobbli tat-trasport fit-triq ikun juża meta jwettaq id-doveri tiegħu, u

kwalunkwe post ieħor li fih jitwettqu l-attivitajiet marbuta mat-trasport;

(4)

“ħaddiem mobbli” tfisser, għall-fini ta’ din it-Taqsima, kwalunkwe ħaddiem li jifforma parti mill-persunal tal-ivvjaġġar, inklużi trainees u apprendisti, li jkun fis-servizz ta’ impriża li topera servizzi tat-trasport għal passiġġieri jew merkanzija bit-triq fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(5)

“sewwieq li jaħdem għal rasu” tfisser kwalunkwe persuna li l-okkupazzjoni ewlenija tagħha hija t-trasport tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor, li hija intitolata li taħdem għaliha nnifisha u li mhijiex marbuta ma’ impjegatur b’kuntratt ta’ impjieg jew bi kwalunkwe tip ieħor ta’ relazzjoni ġerarkika tax-xogħol, li hija libera li torganizza l-attivitajiet tax-xogħol rilevanti, li l-introjtu tagħha jiddependi direttament mill-profitti magħmula u li għandha l-libertà, individwalment jew permezz ta’ kooperazzjoni bejn is-sewwieqa li jaħdmu għal rashom, li jkollha relazzjonijiet kummerċjali ma’ diversi klijenti.

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, dawk is-sewwieqa li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom jiġu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet u jibbenefikaw mill-istess drittijiet bħal dawk previsti għall-ħaddiema mobbli b’din it-Taqsima;

(6)

"persuna li twettaq attivitajiet mobbli tat-trasport fit-triq" tfisser kwalunkwe ħaddiem mobbli jew xufier li jaħdem għal rasu li jwettaq attivitajiet bħal dawn;

(7)

'ġimgħa' tfisser il-perjodu bejn 00.00 tat-Tnejn u 24.00 tal-Ħadd;

(8)

"ħin ta' bil-lejl" tfisser il-perjodu ta' mill-anqas erba' sigħat, kif iddefinit bil-liġi nazzjonali, bejn is-siegħa 00.00 u s-siegħa 07.00; u

(9)

"xogħol ta' bil-lejl" tfisser kwalunkwe xogħol imwettaq matul il-ħin tal-lejl.

Artikolu 3

Ħin massimu ta' xogħol matul ġimgħa

1.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-ħin tax-xogħol medju ta’ kull ġimgħa ma jistax jaqbeż it-48 siegħa. Il-ħin massimu tax-xogħol fil-ġimgħa jista’ jkun estiż għal 60 siegħa biss jekk, matul erba’ xhur, ma tinqabiżx medja ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa.

2.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-ħin tax-xogħol għal impjegaturi differenti jkun is-somma tas-sigħat tax-xogħol. L-impjegatur għandu jitlob lill-ħaddiem mobbli kkonċernat bil-miktub għal kont tal-ħin maħdum għal impjegatur ieħor. Il-ħaddiem mobbli għandu jipprovdi dik l-informazzjoni bil-miktub.

Artikolu 4

Pawżi

Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta' dan l-Anness, persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq, fl-ebda ċirkostanza ma jaħdmu għal aktar minn sitt sigħat konsekuttivi mingħajr pawża. Il-ħin tax-xogħol għandu jiġi interrott b’waqfien ta’ tal-anqas 30 minuta, jekk is-sigħat totali tax-xogħol ikunu bejn sitta u disa’ sigħat, u tal-anqas 45 minuta, jekk is-sigħat totali tax-xogħol ikunu aktar minn disa’ sigħat.

Il-pawżi jistgħu jiġu subdiviżi f’perjodi ta’ tal-anqas 15-il minuta kull waħda.

Artikolu 5

Perjodi ta' mistrieħ

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, l-apprendisti u t-trainees li huma fis-servizz ta’ impriża li topera servizzi tat-trasport għall-passiġġieri jew għall-merkanzija permezz ta’ vjaġġi bit-triq fit-territorju tal-Parti l-oħra għandhom ikunu koperti mill-istess dispożizzjonijiet dwar il-ħin ta’ mistrieħ bħal ħaddiema mobbli oħrajn skont it-Taqsima 2 tal-Parti B ta' dan l-Anness.

Artikolu 6

Xogħol ta' bil-lejl

Kull parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li:

(a)

jekk xogħol ta' bil-lejl ikun imwettaq, il-ħin totali ta' kull jum ma jeċċedix għaxar sigħat f'kull perjodu ta' 24 siegħa, u

(b)

kumpens għal xogħol bil-lejl jingħata bi qbil mal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali, ftehim kollettiv, ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-industrija u/jew il-prattika nazzjonali, bil-kundizzjoni li kumpens ta' dan it-tip ma jkunx possibbli li jipperikola s-sigurtà tat-triq.

Artikolu 7

Derogi

1.   Derogi mill-Artikoli 3 u 6 jistgħu, għal raġunijiet oġġettivi jew tekniċi jew għal raġunijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tax-xogħol, jiġu adottati permezz ta’ ftehimiet kollettivi, ftehimiet bejn is-sħab soċjali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, b’liġijiet, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi diment li jkun hemm konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegaturi u l-ħaddiema kkonċernati u li jsiru sforzi sabiex jinkoraġġixxu l-forom kollha ta’ djalogu soċjali.

2.   L-għażla għal deroga mill-Artikolu 3 tista’ ma tirriżultax fl-istabbiliment ta’ perjodu ta’ referenza li jaqbeż is-sitt xhur, għall-kalkolu tal-medja tal-ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa ta’ tmienja u erbgħin siegħa.

3.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq għandu jiġi infurmat bid-derogi applikati minn Parti f'konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 8

Informazzjoni u reġistrazzjonijiet

Kull Parti għandha tiżgura li:

(a)

il-ħaddiema mobbli jiġu infurmati bir-rekwiżiti nazzjonali rilevanti, bir-regoli interni tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u bi ftehimiet bejn iż-żewġ naħat tal-industrija, b’mod partikolari ftehimiet kollettivi u kwalunkwe ftehim tal-kumpanija, li jintlaħaq fuq il-bażi ta’ din it-Taqsima; u

(b)

jiġi rreġistrat il-ħin tax-xogħol ta’ persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinżammu għal tal-anqas sentejn wara t-tmiem tal-perjodu kopert. L-impjegaturi għandhom ikunu responsabbli li jirreġistraw il-ħin tax-xogħol tal-ħaddiema mobbli. L-impjegaturi għandhom, b’talba, jipprovdu lill-ħaddiema mobbli b’kopji tar-reġistrazzjonijiet tas-sigħat maħduma.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

Din it-Taqsima ma għandhiex taffettwa d-dritt ta’ kull Parti li tapplika jew li tintroduċi liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi aktar favorevoli għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq, jew tad-dritt tagħhom li jiffaċilitaw jew li jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi jew ta’ ftehimiet oħrajn konklużi bejn iż-żewġ naħat tal-industrija li huma aktar favorevoli għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mobbli. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju.

TAQSIMA 4

L-UŻU TAT-TAKOGRAFI MIS-SEWWIEQA

Artikolu 1

Suġġett u prinċipji

Din it-Taqsima tistipula r-rekwiżiti għas-sewwieqa li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness rigward l-użu tat-takografi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 465(1) ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Taqsima 2 tal-Parti B.

2.   B’żieda mad-definizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“takografu” jew “tagħmir ta’ reġistrazzjoni” tfisser it-tagħmir maħsub għall-installazzjoni f’vetturi tat-triq sabiex juri, jirreġistra, jistampa, jaħżen u joħroġ awtomatikament jew semiawtomatikament, id-dettalji tal-moviment, inkluż il-veloċità, ta’ dawk il-vetturi, u d-dettalji ta’ ċerti perjodi ta’ attività tas-sewwieqa tagħhom;

(b)

‘folja ta’ reġistrazzjoni’ tfisser folja imfassla biex taċċetta u żżomm id-data reġistrata, li għandha titpoġġa f'takografu analoġiku u li fuqha l-apparat tal-immarkar tat-takografu analoġiku jikteb b'mod kontinwu l-informazzjoni li trid tiġi reġistrata;

(c)

‘kard tat-takografu’ tfisser kard intelliġenti, intenzjonata għall-użu mat-takografu, li tippermetti l-identifikazzjoni permezz tat-takografu tar-rwol tad-detentur tal-kard u tippermetti t-trasferiment u l-ħżin tad-data;

(d)

“kard tas-sewwieq” tfisser kard tat-takografu, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti f’Parti lil sewwieq partikolari, li tidentifika s-sewwieq u tippermetti l-ħżin tad-data tal-attività tas-sewwieq;

(e)

“takografu analogu” tfisser takografu li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kif adattat mill-Appendiċi 31-B-4-1;

(f)

“takografu diġitali” tfisser takografu li jikkonforma ma’ wieħed mis-settijiet ta’ speċifikazzjonijiet li ġejjin, kif adattat mill-Appendiċi 31-B-4-2:

L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli sat-30 ta’ Settembru 2011;

L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2011; jew

L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2012;

(g)

“takografu intelliġenti 1” tfisser takografu li jikkonforma mal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 (4) applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2019, kif adattat mill-Appendiċi 31-B-4-3;

(h)

“takografu intelliġenti 2” tfisser takografu li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

reġistrazzjoni awtomatika tal-qsim tal-fruntieri;

reġistrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ tagħbija u ħatt;

reġistrazzjoni ta’ jekk il-vettura tintużax għat-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri; u

mal-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif adattat minn deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat;

(i)

“avveniment” tfisser operazzjoni mhux normali li nqabdet mit-takografu diġitali li tista’ tirriżulta minn tentattiv ta’ frodi;

(j)

“kard mhux valida” tfisser kard li ntgħarfet bħala difettuża, jew li l-awtentikazzjoni inizjali tagħha ma rnexxietx, jew li d-data tal-bidu tal-validità tagħha għadha ma waslitx, jew li d-data tal-iskadenza tagħha għaddiet.

Artikolu 3

Użu tal-kards tas-sewwieqa

1.   Il-kard tas-sewwieq hija personali.

2.   Is-sewwieq jista' jkollu kard valida waħda biss, u huwa biss awtorizzat li juża il-kard tiegħu personalizzata ta' sewwieq. Sewwieq ma għandux juża kard tas-sewwieq li tkun difettuża jew li tkun skadiet.

Artikolu 4

Ħruġ ta' kards tas-sewwieqa

1.   Il-kards tas-sewwieqa għandhom jintalbu lill-awtorità kompetenti fil-Parti fejn is-sewwieq għandu r-residenza normali tiegħu.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna normalment tgħix, jiġifieri tal-anqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u okkupazzjonali, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr rabtiet okkupazzjonali, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qiegħda tgħix.

Madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet okkupazzjonali tagħha huma f’post li huwa differenti mir-rabtiet personali tagħha u li konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jinsabu fiż-żewġ Partijiet għandha titqies li hija l-post tar-rabtiet personali tagħha, sakemm dik il-persuna tirritorna f’dak il-post regolarment. Mhijiex meħtieġa konformità ma’ din l-aħħar kundizzjoni meta l-persuna tkun qiegħda tgħix f’Parti sabiex twettaq assenjament b’terminu fiss.

3.   Is-sewwieqa għandhom jagħtu prova tar-residenza normali tagħhom permezz ta’ mezzi xierqa, bħalma hija l-kard tal-identità tagħhom jew kwalunkwe dokument validu ieħor.

Artikolu 5

Tiġdid tal-kards tas-sewwieqa

Meta sewwieq ikun jixtieq iġedded il-kard tas-sewwieq tiegħu, għandu japplika mal-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tiegħu mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel id-data ta’ skadenza tal-kard.

Artikolu 6

Użu tal-kards tas-sewwieqa u l-folji ta’ reġistrazzjoni

1.   Is-sewwieqa għandhom jużaw folji ta’ reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieq kull jum li fih isuqu, li jibda mill-mument meta jieħdu f’idejhom il-vettura. Il-folja ta’ reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq ma għandhiex tiġi rtirata qabel tmiem il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum sakemm l-irtirar tagħha ma jiġix awtorizzat mod ieħor jew ikun meħtieġ sabiex jiddaħħal is-simbolu tal-pajjiż wara l-qsim ta’ fruntiera. Ebda folja ta’ reġistrazzjoni jew kard tas-sewwieq ma tista’ tintuża sabiex tkopri perjodu itwal minn dak li għalih tkun maħsuba.

2.   Is-sewwieq għandu jipproteġi b’mod xieraq il-folji ta’ reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa, u ma għandux juża folji ta' reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieqa li jkunu maħmuġin jew bil-ħsara. Is-sewwieq għandu jiżgura li, filwaqt li jitqies it-tul tal-perjodu tas-servizz, l-istampar tad-data mit-takografu b’talba ta’ uffiċjal tal-kontroll jista’ jitwettaq b’mod korrett fil-każ ta’ spezzjoni.

3.   Meta s-sewwieq ma jkunx jista' juża t-takografu installat fil-vettura minħabba li s-sewwieq kien 'il bogħod mill-vettura, il-perjodi tal-ħin imsemmija fil-punti (b)(ii), (b)(iii) u (b)(iv) tal-paragrafu 5 għandhom:

(a)

jekk il-vettura tkun attrezzata b'takografu analoġiku, jiddaħħlu fil-folja ta’ reġistrazzjoni, manwalment jew b'reġistrazzjoni awtomatika jew b'mezzi oħra, b'mod li jistgħu jinqraw u mingħajr ma titħammeġ il-folja ta' reġistrazzjoni; jew

(b)

jekk il-vettura hija mgħammra b’takografu diġitali, intelliġenti 1 jew intelliġenti 2, jiddaħħlu fil-kard tas-sewwieq permezz tal-faċilità ta’ dħul manwali pprovduta fit-takografu.

Kull Parti ma għandhiex timponi obbligu fuq is-sewwieqa li jippreżentaw formoli li juru l-attivitajiet tagħhom meta jkunu ’l bogħod mill-vettura.

4.   Meta jkun hemm aktar minn sewwieq wieħed abbord vettura mgħammra b’takografu diġitali, intelliġenti 1 jew intelliġenti 2, kull sewwieq għandu jiżgura li l-kard tas-sewwieq tiegħu tkun imdaħħla fl-islott it-tajjeb fit-takografu.

Meta jkun hemm aktar minn sewwieq wieħed abbord vettura mgħammra b’takografu analogu, is-sewwieqa għandhom jemendaw il-folji ta’ reġistrazzjoni kif meħtieġ, sabiex l-informazzjoni rilevanti tiġi rreġistrata fil-folja ta’ reġistrazzjoni tas-sewwieq li jkun qiegħed isuq.

5.   Is-sewwieqa għandhom:

(a)

jiżguraw li l-ħin irreġistrat fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni jkun jaqbel mal-ħin uffiċjali fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura;

(b)

joperaw il-mekkaniżmi tal-iswiċċ li jippermettu li l-perjodi tal-ħin li ġejjin jiġu rreġistrati separatament u b’mod distint:

(i)

taħt Image 7 is-sinjal: ħin ta' sewqan,

(ii)

taħt Image 8 is-sinjal: “xogħol ieħor”, li tfisser kwalunkwe attività minbarra s-sewqan, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 3 tal-Parti B, kif ukoll kwalunkwe xogħol għall-istess impjegatur jew impjegatur ieħor kemm fis-settur tat-trasport kif ukoll barra minnu,

(iii)

taħt Image 9 is-sinjal: “disponibbiltà”, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 3 tal-Parti B,

(iv)

taħt Image 10 is-sinjal: pawżi, mistrieħ, liv annwali jew liv minħabba mard

(v)

taħt is-sinjal għal “vapur/ferrovija”: Image 11 Minbarra s-sinjal: il-perjodu ta’ mistrieħ imqatta’ fuq vapur jew ferrovija kif meħtieġ fil-paragrafu 12 tal-Artikolu 6 tat-Taqsima 2 tal-Parti B.

6.   Kull sewwieq ta' vettura attrezzata b'takografu analoġiku għandu jdaħħal l-informazzjoni li ġejja fuq il-folja ta' reġistrazzjoni tiegħu:

(a)

meta jibda juża l-folja ta' reġistrazzjoni — il-kunjom u l-ewwel isem tas-sewwieq;

(b)

id-data u l-post fejn jibda l-użu tal-folja ta' reġistrazzjoni u d-data u l-post fejn jintemm dan l-użu;

(c)

in-numru ta' reġistrazzjoni ta' kull vettura li huwa jkun ġie assenjat għaliha, kemm fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-folja ta' reġistrazzjoni u imbagħad, fil-każ ta' bdil tal-vettura, waqt l-użu tal-folja ta' reġistrazzjoni;

(d)

il-qari tal-odometru:

(i)

fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni,

(ii)

fit-tmiem tal-aħħar vjaġġ irreġistrat fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni,

(iii)

fil-każ ta’ bdil tal-vettura waqt jum tax-xogħol, il-qari fuq l-ewwel vettura li s-sewwieq ġie assenjat għaliha u l-qari fuq il-vettura ta’ wara;

(e)

il-ħin ta' kull bidla tal-vettura; u

(f)

is-simboli tal-pajjiżi li fihom beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum. Is-sewwieq għandu jdaħħal ukoll is-simbolu tal-pajjiż li s-sewwieq jidħol fih wara li jaqsam fruntiera ta’ Stat Membru tal-UE u tar-Renju Unit fil-bidu tal-ewwel waqfa tas-sewwieq f’dak l-Istat Membru jew fir-Renju Unit. Dik l-ewwel waqfa għandha ssir fl-eqreb post ta’ waqfien possibbli fil-fruntiera jew wara li tinqasam il-fruntiera. Meta l-qsim tal-fruntiera jseħħ fuq vapur jew ferrovija, is-sewwieq għandu jdaħħal is-simbolu tal-pajjiż fil-port jew l-istazzjon tal-wasla.

7.   Is-sewwieq għandu jdaħħal fit-takografu diġitali s-simboli tal-pajjiżi li fihom beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum.

Mit-2 ta’ Frar 2022, is-sewwieq għandu jdaħħal ukoll is-simbolu tal-pajjiż li s-sewwieq jidħol fih wara li jaqsam fruntiera ta’ Stat Membru u tar-Renju Unit fil-bidu tal-ewwel waqfa tas-sewwieq f’dak l-Istat Membru jew fir-Renju Unit. Dik l-ewwel waqfa għandha ssir fl-eqreb post ta’ waqfien possibbli fil-fruntiera jew wara li tinqasam il-fruntiera. Meta l-qsim tal-fruntiera jseħħ fuq vapur jew ferrovija, is-sewwieq għandu jdaħħal is-simbolu tal-pajjiż fil-port jew l-istazzjon tal-wasla.

Stat Membru jew ir-Renju Unit jista’ jirrikjedi li s-sewwieqa ta’ vetturi involuti f’operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tagħhom iżidu speċifikazzjonijiet ġeografiċi aktar dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż, bil-kundizzjoni li kull Parti tinnotifika bil-quddiem lill-Parti l-oħra dwar dawk l-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati.

M’għandux ikun meħtieġ li s-sewwieqa jdaħħlu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu jekk it-takografu jirreġistra b’mod awtomatiku din id-data ta’ lokalizzazzjoni.

Artikolu 7

Użu korrett tat-takografi

1.   L-impriżi tat-trasport u s-sewwieqa għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett u l-użu xieraq tat-takografi diġitali u tal-kards tas-sewwieqa. L-impriżi tat-trasport u s-sewwieqa li jużaw takografi analogi, għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett tagħhom u l-użu xieraq tal-folji ta’ reġistrazzjoni.

2.   Għandu jkun ipprojbit li wieħed jiffalsifika, jaħbi, jissopprimi jew jeqred data rreġistrata fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni, jew maħżuna fit-takografu jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mit-takografu. Kwalunkwe manipulazzjoni tat-takografu, tal-folja ta’ reġistrazzjoni jew tal-kard tas-sewwieq li tista’ tirriżulta fil-falsifikazzjoni, fis-soppressjoni jew fil-qerda tad-data u/jew tal-informazzjoni stampata għandha tkun ipprojbita wkoll. Ebda apparat li jista’ jintuża għal dan il-għan ma għandu jkun preżenti fuq il-vettura.

Artikolu 8

Kards tas-sewwieqa misruqin, mitlufin jew difettużi

1.   L-awtoritajiet emittenti tal-Partijiet għandhom iżommu rekords tal-kards tas-sewwieq maħruġin, misruqin, mitlufin jew difettużi għal perjodu tal-anqas ekwivalenti għall-perjodu tagħhom ta’ validità.

2.   Jekk kard tas-sewwieq issirilha ħsara jew ma taħdimx sew, is-sewwieq għandu jirritornaha lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tar-residenza normali tiegħu. Is-serq tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi ddikjarat formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ikun seħħ is-serq.

3.   Kull telf tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi rrapportat f’dikjarazzjoni formali lill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti emittenti u lill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tas-sewwieq jekk din tkun differenti.

4.   Jekk il-kard tas-sewwieq issirilha ħsara, ma taħdimx sew jew tintilef jew tinsteraq, is-sewwieq għandu, fi żmien sebat ijiem, japplika għas-sostituzzjoni tagħha mal-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tiegħu.

5.   Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 4, is-sewwieq jista’ jkompli jsuq mingħajr kard tas-sewwieq għal perjodu massimu ta’ 15-il jum kalendarju jew għal perjodu itwal jekk dan ikun meħtieġ għall-vettura biex tmur lura lejn is-sit fejn tkun ibbażata, sakemm is-sewwieq ikun jista’ juri l-impossibbiltà li jipproduċi jew li juża l-kard matul dak il-perjodu.

Artikolu 9

Kards tas-sewwieqa u formuli ta’ reġistrazzjoni bil-ħsara

1.   Fl-eventwalità li ssir ħsara lill-folja ta' reġistrazzjoni li jkun fiha reġistrazzjonijiet jew lill-kard tas-sewwieq, is-sewwieqa għandhom iwaħħlu l-folja ta' reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq li tkun ġratilha l-ħsara ma kwalunkwe folja ta' reġistrazzjoni żejda użata biex tissostittwiha.

2.   Jekk il-kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, jew tkun intilfet jew insterqet, is-sewwieq għandu:

(a)

fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu, jistampa d-dettalji tal-vettura li jkun qiegħed isuq, u għandu jdaħħal f'dik il-kopja stampata:

(i)

id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu; u

(ii)

il-perjodi msemmija fil-punti (b)(ii), (b)(iii) u (b)(iv) tal-Artikolu 6 (5);

(b)

fl-aħħar tal-vjaġġ, jistampa l-informazzjoni dwar il-perjodi ta' ħin irreġistrati mit-takografu, jirreġistra kull perjodu ta' xogħol ieħor, disponibbiltà u mistrieħ li jkun ħa mill-ħin mindu saret il-kopja stampata fil-bidu tal-vjaġġ, meta ma jkunx irreġistrat mit-takografu, u jimmarka fuq dak id-dokument id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (isem, numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tas-sewwieq.

Artikolu 10

Rekords li jridu jinġarru mis-sewwieq

1.   Fejn sewwieq isuq vettura li tkun attrezzata b'takografu analoġiku, huwa għandu jkun jista' juri, kull meta jintalab minn uffiċjal tal-kontroll awtorizzat:

(i)

il-folji ta’ reġistrazzjoni għall-jum attwali u t-28 jum preċedenti;

(ii)

il-kard tas-sewwieq, jekk dan ikollu waħda; u

(iii)

kwalunkwe rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum preċedenti.

2.   Meta s-sewwieq isuq vettura mgħammra b’takografu diġitali, intelliġenti 1 jew intelliġenti 2, huwa għandu jkun jista’ juri, kull meta jintalab minn uffiċjal tal-kontroll awtorizzat:

(i)

il-kard tas-sewwieq, tas-sewwieq;

(ii)

kwalunkwe rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum preċedenti; u

(iii)

il-folji ta’ reġistrazzjoni li jaqblu mal-istess perjodu bħal dak imsemmi fil-punt (ii) li matulu huwa saq vettura attrezzata b'takografu analoġiku.

Mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-perjodu ta’ 28 jum imsemmi fil-punti (i) u (iii) tal-paragrafu 1 u fil-punt (ii) tal-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’56 jum.

3.   Uffiċjal tal-kontroll awtorizzat jista’ jivverifika l-konformità mat-Taqsima 2 tal-Parti B permezz ta’ analiżi tal-folji ta’ reġistrazzjoni, tad-data murija, stampata jew imniżżla li tkun ġiet irreġistrata mit-takografu jew mill-kard tas-sewwieq jew, fin-nuqqas ta’ dan, ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn ieħor li jiġġustifika n-nuqqas ta’ konformità ma’ dispożizzjoni ta’ dik it-Taqsima.

Artikolu 11

Proċeduri għas-sewwieqa fil-każ ta’ tagħmir li ma jaħdimx sew

Waqt li t-takografu jkun bil-ħsara jew ma jkunx qiegħed jaħdem sew, is-sewwieq għandu jimmarka data li tippermetti li huwa jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża firma, kif ukoll l-informazzjoni għall-perjodi varji ta’ żmien li ma jkunux għadhom irreġistrati jew stampati b’mod korrett mit-takografu:

(a)

fuq il-folja jew folji ta’ reġistrazzjoni; jew

(b)

fuq folja temporanja li trid tiġi mehmuża mal-folja ta’ reġistrazzjoni jew tinżamm flimkien mal-kard tas-sewwieq.

Artikolu 12

Miżuri ta’ infurzar

1.   Kull Parti għandha tadotta l-miżuri xierqa kollha sabiex tiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2, 3 u 4 tal-Parti B, b’mod partikolari billi jiġi żgurat kull sena livell adegwat ta’ kontrolli mal-ġenb tat-triq u kontrolli mwettqa fil-bini ta’ impriżi li jkopru sezzjoni trasversali kbira u rappreżentattiva ta’ ħaddiema mobbli, sewwieqa, impriżi u vetturi tal-kategoriji kollha tat-trasport li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk it-Taqsimiet.

L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jorganizzaw il-kontrolli sabiex:

(i)

matul kull sena kalendarja, għandu jiġi kkontrollat minimu ta’ 3 % tal-jiem maħduma mis-sewwieqa tal-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 2 tal-Parti B; u

(ii)

tal-anqas għandu jiġi kkontrollat 30 % tal-għadd totali ta’ jiem tax-xogħol ikkontrollati mal-ġenb tat-triq u tal-anqas 50 % fil-bini tal-impriżi.

L-elementi tal-kontrolli mal-ġenb tat-triq għandhom jinkludu:

(i)

perjodi ta’ sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, interruzzjonijiet u perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa;

(ii)

il-folji ta’ reġistrazzjoni tal-jiem preċedenti, li għandhom ikunu abbord il-vettura, u/jew id-data maħżuna għall-istess perjodu fuq il-kard tas-sewwieq u/jew fil-memorja tat-takografu u/jew fuq il-kopji stampati, meta jkun meħtieġ; u

(iii)

il-funzjonament korrett tat-takografu.

Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni fost vetturi, impriżi u sewwieqa kemm jekk residenti kif ukoll jekk le, u irrispettivament mill-oriġini jew id-destinazzjoni tal-vjaġġ jew it-tip ta’ takografu.

L-elementi tal-kontrolli fil-bini tal-impriżi għandhom jinkludu, minbarra l-elementi soġġetti għall-kontrolli mal-ġenb tat-triq:

(i)

il-perjodi taż-żmien tas-serħan ta' kull ġimgħa u l-perjodi taż-żmien tas-sewqan bejn dawn il-perjodi taż-żmien tas-serħan;

(ii)

limiti ta’ sewqan kull ġimagħtejn;

(iii)

kumpens għal perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa skont l-Artikolu 6(6) u (7) tat-Taqsima 2 tal-Parti B; u

(iv)

l-użu ta’ folji ta’ reġistrazzjoni u/jew data tal-unità ta’ vettura u tal-kard tas-sewwieq u kopji stampati u/jew l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tas-sewwieqa.

2.   Jekk is-sejbiet ta’ kontroll mal-ġenb tat-triq fuq is-sewwieq ta’ vettura rreġistrata fit-territorju tal-Parti l-oħra jipprovdu raġunijiet sabiex jiġi mifhum li sar ksur li ma jistax jiġi identifikat matul il-kontroll minħabba nuqqas ta’ data meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jiċċaraw is-sitwazzjoni. F’każijiet fejn, għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti f’Parti jwettqu kontroll fil-bini tal-impriża, ir-riżultati ta’ dan il-kontroll għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra.

3.   L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet għandhom jaħdmu f’kooperazzjoni ma’ xulxin fl-organizzazzjoni ta’ kontrolli mal-ġenb tat-triq miftiehma.

4.   Kull Parti għandha tintroduċi sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għall-impriżi bbażata fuq in-numru relattiv u s-severità relattiva ta’ kwalunkwe ksur kif stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1 u ta’ kwalunkwe ksur inkluż fil-lista mfassla mill-Kumitat Speċjalizzat skont l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A, li impriża individwali tkun wettqet.

5.   Impriżi b'rata għolja ta' riskju għandhom ikunu kkontrollati b'akbar reqqa u aktar spiss.

6.   Kull Parti u, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru, għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li jimponu penali fuq operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u/jew fuq xufier għal ksur tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-ħin tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta’ mistrieħ misjuba fit-territorju tagħha u li għalihom ma tkunx diġà ġiet imposta penali, anki meta dak il-ksur ikun twettaq fit-territorju tal-Parti l-oħra jew, fil-każ tal-Unjoni, fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz.

Appendiċi 31-B-4-1

ADATTAMENTI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAT-TAKOGRAFU ANALOGU

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima III (Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni għall-apparat ta’ reġistrazzjoni), fil-paragrafu 4.1 tas-subtaqsima (c) (Strumenti ta’ reġistrazzjoni), għal “fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 34(5)(b) ta’ dan ir-Regolament” issostitwixxi “fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-punt (b) tal-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness 31 tal- l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra.”

(b)

Fit-Taqsima III (Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni għall-apparat ta’ reġistrazzjoni), fil-paragrafu 4.2 tas-subtaqsima (c) (Strumenti ta’ reġistrazzjoni), għal “fl-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament” issostitwixxi “fl-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra.”

(c)

Fit-Taqsima IV (Folji ta’ reġistrazzjoni), fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 tas-subtaqsima (a) (Punti ġenerali), għal “fl-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament” issostitwixxi “fl-Artikolu 6(6) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra.

(d)

Fit-Taqsima V (Installazzjoni ta apparat ta’ reġistrazzjoni), fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 għal “dan ir-Regolament”, issostitwixxi “Taqsima 4 tal-Parti B u t-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

(e)

Fit-Taqsima V (Installazzjoni ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni), fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5, għal “fil-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, issostitwixxi “fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta’ Vetturi (R.E.3)” u għal “ma’ dan ir-Regolament”, issostitwixxi “mat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

(f)

Fit-Taqsima VI (Verifiki u spezzjonijiet), fit-test ta’ qabel il-paragrafu 1, wara “l-Istati Membri” daħħal “u r-Renju Unit”.

(g)

Fit-Taqsima VI (Verifiki u spezzjonijiet), fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (Ċertifikazzjoni ta’ strumenti ġodda jew imsewwija), wara “Stati Membru” daħħal “u r-Renju Unit”, u għal “ta’ dan ir-Regolament” issostitwixxi “tat-Taqsima 4 tal-parti B u t-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

(h)

Fit-Taqsima VI (Verifiki u spezzjonijiet), fis-subparagrafu (b) tal-paragrafu 3 (Spezzjonijiet perjodiċi), wara “Stat Membru” daħħal “u r-Renju Unit”.

Appendiċi 31-B-4-2

ADATTAMENTI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAT-TAKOGRAFU DIĠITALI

L-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, inklużi l-appendiċi kif rivedut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98 (6) huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

1.

Fil-każ tar-Renju Unit, ir-referenzi għall-“Istat Membru” huma sostitwiti b’“Parti”, ħlief għar-referenzi fis-subtaqsima IV (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u funzjonali għall-kards tat-takografu), il-paragrafu 174 u s-subtaqsima VII (Ħruġ tal-kard), il-paragrafu 268a;

2.

Għal “Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85” u “r-Regolament (KE) Nru 561/2006” issostitwixxi “it-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”;

It-Taqsima I (Definizzjonijiet) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

3.

Il-punt (u) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(u)

“ċirkomferenza effettiva tar-roti” tfisser il-medja tad-distanzi vjaġġati minn kull rota li tmexxi l-vettura (roti ta' propulsjoni) matul dawra sħiħa. Il-kejl ta' dawn id-distanzi għandu jsir f'kundizzjonijiet ta' ttestjar standard kif definit fir-rekwiżit 414 u huwa espress fil-forma “l =… mm”. Il-manifatturi tal-vettura jistgħu jissostitwixxu l-kejl ta’ dawn id-distanzi b’kalkolu teoretiku li jqis id-distribuzzjoni tal-piż fuq il-fusien, il-vettura mhux mgħobbija f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali, jiġifieri bi fluwidu berried, lubrikanti, fjuwil, għodda, stepni u sewwieq. Il-metodi għal dak il-kalkolu teoretiku huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti f’Parti u jistgħu jseħħu biss qabel l-attivazzjoni tat-takografu;”

4.

Fil-punt (bb), ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE” hija sostitwita bi “l-liġi applikabbli ta’ kull Parti”.

5.

Il-punt (ii) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ċertifikazzjoni tas-sigurtà” tfisser: proċess sabiex ikun iċċertifikat, minn entità taċ-ċertifikazzjoni tal-Kriterji Komuni, li l-apparat tar-rekordjar (jew komponent) jew il-kard tat-takografu li qed jiġu investigati jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà definiti fl-Appendiċi 10 (Miri ta' Sigurtà Ġenerika);”

6.

Fil-punt (mm), ir-referenza għad-“Direttiva 92/23/KEE” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 54”.

7.

Fil-punt (nn), in-nota f’qiegħ il-paġna 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura” tfisser kombinazzjoni fissa ta’ karattri assenjati lil kull vettura mill-manifattur, li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet: l-ewwel waħda, magħmula minn mhux aktar minn sitt karattri (ittri jew figuri), li jidentifikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura, b’mod partikolari t-tip u l-mudell; it-tieni, komposta minn tmien karattri minn liema l-ewwel erbgħa jistgħu jkunu ittri jew figuri u l-erbgħa l-oħra figuri biss, li jipprovdu, flimkien mal-ewwel sezzjoni, identifikazzjoni ċara ta' vettura partikulari.”

8.

Fil-punt (rr), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

"–

installat u użat biss f’vetturi tat-tip M1 u N1 kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)”,

It-Taqsima II (Karatteristiċi ġenerali u funzjonijiet tal-apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

9.

Fil-paragrafu 004, jitħassar l-ewwel subparagrafu.

It-Taqsima III (Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni għall-apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

10.

Fil-paragrafu 065, ir-referenza għad-“Direttiva 2007/46/KE” hija sostitwita bir-“Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).”

11.

Fil-paragrafu 162, ir-referenza għad- “Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE tat-31 ta’ Ottubru 1995 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE” hija sostitwita b’“Regolament tal-UNECE Nru 10”.

It-Taqsima IV (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u funzjonali għall-kards tat-takografu) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

12.

Fil-paragrafu 174, ir-referenza għal “UK: Ir-Renju Unit” hija mibdula bi "Għar-Renju Unit, is-sinjal distintiv għandu jkun ir-Renju Unit."

13.

Fil-paragrafu 185, ir-referenza għal “territorju Komunitarju” hija sostitwita bi “it-territorju tal-Unjoni u tar-Renju Unit”.

14.

Fil-paragrafu 188, ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE tal-31 ta’ Ottubru 1995” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 10”.

15.

Fil-paragrafu 189, jitħassar l-ewwel subparagrafu.

It-Taqsima V (Installazzjoni ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

16.

Fil-paragrafu 250a, ir-referenza għar-“Regolament (KE) Nru 68/2009” hija sostitwita bl-“Appendiċi 12 ta’ dan l-Anness.”

It-Taqsima VI (Kontrolli, spezzjonijiet u tiswijiet) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

17.

Is-sentenza introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Rekwiżiti dwar iċ-ċirkostanzi li fihom ikunu jistgħu jitneħħew is-siġilli, kif issir referenza fl-Artikolu 5(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, huma ddefiniti fil-Kapitolu V(3) ta’ dan l-Anness”

18.

Taħt is-subtaqsima 1 (Approvazzjoni ta’ fitters jew ħwienet tax-xogħol), ir-referenza għal “Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament” hija ssostitwita b’ “Artikoli 5(1) u 8 tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra".

It-Taqsima VII (Ħruġ tal-Kard) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

19.

Fil-paragrafu 268a, wara “Stati Membri”, kull fejn iseħħ, daħħal “u r-Renju Unit”.

It-Taqsima VIII (Approvazzjoni tat-tip tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u tal-kards tat-takografu) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

20.

Fil-paragrafu 271, tħalli barra “skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament”.

L-Appendiċi 1 (Dizzjunarju tad-data) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

21.

Fil-punt 2.111, ir-referenza għad-“Direttiva 92/23 (KEE) 31.3.1992, ĠU L 129, p. 95” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 54”.

L-Appendiċi 9 (Lista tal-approvazzjoni tat-tip ta’ testijiet minimi meħtieġa) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

22.

Fis-sottopunt 5.1 tat-Taqsima 2 (Testijiet funzjonali tal-unità tal-vettura), ir-referenza għad-“Direttiva 95/54/KE” tinbidel bir-“Regolament tal-UNECE Nru 10”.

23.

Fis-sottopunt 5.1 tat-Taqsima 3 (Testijiet funzjonali tas-sensur tal-moviment), ir-referenza għad-“Direttiva 95/54/KE” tinbidel bir-“Regolament tal-UNECE Nru 10”.

L-Appendiċi 12 (Adattur għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

24.

Fit-Taqsima 4 (Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni u funzjonali għall-adapter) fil-paragrafu 4.5 (karatteristiċi tal-prestazzjoni) f’ADA_023, għad-“Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE” tissostitwixxi r- “Regolament tal-UNECE Nru 10”.

25.

Fil-punt 5.1 tat-tabella taħt is-subtaqsima 7.2 (Ċertifikat funzjonali), għad-“Direttiva 2006/28/KE” tissostitwixxi “Regolament tal-UNECE Nru 10”.

Appendiċi 31-B-4-3

ADATTAMENTI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAT-TAKOGRAFU INTELLIĠENTI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799, inklużi l-annessi u l-appendiċi tiegħu, huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

1.

Fil-każ tar-Renju Unit, ir-referenzi għal “Stat Membru” huma sostitwiti b’“Parti”, ħlief għar-referenzi fil-punt (229) tas-subtaqsima 4.1 u fil-punt (424) tat-Taqsima 7;

2.

Għal “Regolament (KEE) Nru 3820/85” u “r-Regolament (KE) Nru 561/2006” issostitwixxi “it-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”;

3.

Għal “Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “Taqsima 4 tal-Parti B u t-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”, ħlief għar-referenzi fil-punt (402) tas-subtaqsima 5.3 u fil-punt (424) tat-Taqsima 7”;

4.

Għad-"Direttiva (UE) 2015/719” u għal “id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE” issostitwixxi “it-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

It-Taqsima 1 (Definizzjonijiet) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

5.

Il-punt (u) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(u)

“ċirkonferenza effettiva tar-roti” tfisser:

il-medja tad-distanzi vjaġġati minn kull rota li tmexxi l-vettura (roti ta' propulsjoni) matul dawra sħiħa. Il-kejl ta' dawn id-distanzi għandu jsir f'kundizzjonijiet ta' ttestjar standard kif definit fir-rekwiżit 414 u huwa espress fil-forma “l =… mm”. Il-manifatturi tal-vettura jistgħu jissostitwixxu l-kejl ta’ dawn id-distanzi b’kalkolu teoretiku li jqis id-distribuzzjoni tal-piż fuq il-fusien, il-vettura mhux mgħobbija f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali, jiġifieri bi fluwidu berried, lubrikanti, fjuwil, għodda, stepni u sewwieq. Il-metodi għal dak il-kalkolu teoretiku huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti f’Parti u jistgħu jseħħu biss qabel l-attivazzjoni tat-takografu;”;

6.

Fil-punt (hh), ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE” hija sostitwita bi “l-liġi applikabbli ta’ kull Parti”;

7.

Fil-punt (uu), ir-referenza għad-“Direttiva 92/23/KEE” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 54”;

8.

Fil-punt (vv), in-nota f’qiegħ il-paġna 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura” tfisser kombinazzjoni fissa ta’ karattri assenjati lil kull vettura mill-manifattur, li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet: l-ewwel waħda, magħmula minn mhux aktar minn sitt karattri (ittri jew figuri), li jidentifikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura, b’mod partikolari t-tip u l-mudell; it-tieni, komposta minn tmien karattri minn liema l-ewwel erbgħa jistgħu jkunu ittri jew figuri u l-erbgħa l-oħra figuri biss, li jipprovdu, flimkien mal-ewwel sezzjoni, identifikazzjoni ċara ta' vettura partikulari.”;

9.

Fil-punt (yy) l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

"–

installat u użat biss f’vetturi tat-tip M1 u N1 kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3);”;

10.

Il-punt (aaa) jitħassar;

11.

fil-punt (ccc), l-ewwel paragrafu jiġi sostitwit b’“il-15 ta’ Ġunju 2019”.

It-Taqsima 2 (Karatteristiċi ġenerali u funzjonijiet tal-apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

12.

L-aħħar subparagrafu tal-paragrafu (7) tas-subtaqsima 2.1 jitħassar.

It-Taqsima 3 (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u funzjonali għall-apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

13.

Fil-punt (200) tas-subtaqsima 3.20, it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu hija mħassra.

14.

Il-punt (201) tas-subtaqsima 3.20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-unità ta’ vettura għandha tkun ukoll kapaċi li toħroġ id-data segwenti bl-użu ta’ rabta serjali ddedikata indipendenti minn konnessjoni fuq sistema KNŻ mhux obbligatorja (ISO 11898 Vetturi tat-triq — Skambju ta’ informazzjoni diġitali — Controller Area Network (CAN) għal komunikazzjoni b’veloċità għolja), sabiex tippermetti l-ipproċessar tagħhom minn unitajiet elettroniċi oħrajn installati fil-vettura:

id-data u l-ħin attwali tal-UTC,

il-veloċità tal-vettura,

id-distanza totali li mxiet il-vettura (odometru),

l-attività tas-sewwieq li huwa magħżul kurrentament u tal-assistent sewwieq,

l-informazzjoni jekk xi kard tat-takografu hija attwalment imdaħħla fl-islott tas-sewwieq u fl-islott tal-assistent sewwieq u (jekk applikabbli) informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kards korrispondenti (in-numru tal-kard u l-pajjiż emittenti).

Data oħra tista' tinħareġ ukoll b’żieda ma' din il-lista minima.

Meta l-ignixin tal-vettura tkun ON, din id-data għandha tkun imxandra b'mod permanenti. Meta l-ignixin tal-vettura jkun OFF (MITFI), tal-anqas xi bidla tal-attività tas-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq u/jew xi inserzjoni jew ħruġ tal-kard tat-takografu għandha tiġġenera data maħruġa korrispondenti. Fil-każ li d-data maħruġa nżammet waqt li l-ignixin tal-vettura huwa OFF (MITFI), dik id-data għandha ssir disponibbli la darba l-ignixin tal-vettura jerġa’ jkun ON (MIXGĦUL).

Il-kunsens tas-sewwieq għandu jkun meħtieġ f’każ li tiġi trażmessa data personali.”

It-Taqsima 4 (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u funzjonali għall-kards tat-takografu) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

15.

Fil-Punt (229) tas-subtaqsima 4.1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għar-Renju Unit, is-sinjal ta’ distinzjoni għandu jkun ir-Renju Unit.”;

16.

Fil-punt (237) għal “Artikolu 26.4 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “l-Artikolu 9(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”;

17.

Fil-punt (241) tas-subtaqsima 4.4 tal-Kapitolu 4 ta’ dan l-Anness, il-kelma “territorju Komunitarju” hija sostitwita bi “it-territorju tal-Unjoni u tar-Renju Unit”;

18.

Il-Punt (246) tas-subtaqsima 4.5 jitħassar.

It-Taqsima 5 (Installazzjoni ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

19.

L-ewwel paragrafu tal-punt (397) tas-subtaqsima 5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(397)

Għall-vetturi M1 u N1 biss, li huma mgħammra b’adapter f’konformità mal-Appendiċi 16 ta’ dan l-Anness, u fejn mhux possibbli li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif deskritt fir-Rekwiżit 396, tista’ tintuża plakka oħra addizzjonali. F'każijiet bħal dawn, din il-plakka addizzjonali għandu jkollha mill-anqas l-aħħar erba' inċiżi deskritti fir-Rekwiżit 396.";

20.

Fil-punt (402) tas-subtaqsima 5.3, għal “l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “l-Artikolu 5(3) tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra.”.

It-Taqsima 6 (Kontrolli, spezzjonijiet u tiswijiet) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

21.

Is-sentenza introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jitneħħew is-siġilli huma definiti fil-Kapitolu 5.3 ta’ dan l-Anness.”;

It-Taqsima 7 (Ħruġ tal-kard) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

22.

Fil-punt (424), wara r-referenza għal “Stati Membri” daħħal “u r-Renju Unit”, u għar-referenza għal “Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “l-Artikolu 13 tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

L-Appendiċi 1 (Dizzjunarju tad-data) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

23.

Fil-punt 2.163, għad- “Direttiva 92/23/KEE” tissostitwixxi r-“Regolament tal-UNECE Nru 54”.

L-Appendiċi 11 ( Mekkaniżmi ta' sigurtà komuni) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

24.

Fil-punt 9.1.4 (Livell ta’ Tagħmir: Unitajiet tal-Vetturi), fl-ewwel nota taħt CSM_78, għal “ir-Regolament (UE) Nru 581/2010” issostitwixxi “l-Artikolu 7(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

25.

Fil-punt 9.1.5 (Livell ta’ Tagħmir: Kards tat-Takografu), fin-nota taħt CSM_89, għal “ir-Regolament (UE) Nru 581/2010” issostitwixxi “l-Artikolu 7(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

L-Appendiċi 12 (Pożizzjonament fuq il-bażi tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (Global Navigation Satellite System, GNSS)) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

26.

It-tieni subparagrafu tat-Taqsima 1 (Introduzzjoni) jaqra.

27.

Fit-Taqsima 2 (Speċifikazzjoni tar-riċevitur tal-GNSS), ir-referenza għal “kompatibbiltà mas-servizzi pprovduti mill-programmi Galileo u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, hija sostitwita b’ “kompatibbiltà mas-Sistemi ta’ Awmentazzjoni Bbażati fuq is-Satellita (SBAS)”.

L-Appendiċi 16 (Adattur għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

28.

Fil-punt 5.1 tat-tabella taħt it-Taqsima (7) (Approvazzjoni tat-tip ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni meta jintuża adapter), ir-referenza għad-“Direttiva 2006/28/KE” tinbidel bir- “Regolament tal-UNECE Nru 10”.

PARTI C

Rekwiżiti għall-vetturi użati għat-trasport tal-merkanzija skont l-Artikolu 466 ta’ dan il-Ftehim

TAQSIMA 1

PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u prinċipji

Il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi tal-vetturi li jistgħu jintużaw għall-vjaġġi msemmija fl-Artikolu ta’ dan il-Ftehim huma dawk stabbiliti fl-Appendiċi 31-C-1-1.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“vettura bil-mutur” tfisser kull vettura b'inġenju li tivvjaġġa fit-triq awtomatikament;

(b)

“trailer” tfisser kull vettura maħsuba biex tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur bl-esklużjoni ta' semitrailers, u mibnija u mgħammra għat-trasport tal-merkanzija;

(c)

“semitrailer” tfisser kull vettura maħsuba li tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur b'tali mod li parti minnha jibqa' fuq il-vettura bil-mutur b'parti sostanzjali mill-piż tagħha u mill-piż tat-tagħbija tagħha li jintrefa' mill-vettura bil-mutur, u mibnija u mgħammra għat-trasport ta' merkanzija;

(d)

“kombinazzjoni ta' vettura” tfisser jew:

ferrovija tat-triq li tikkonsisti f'vettura bil-mutur agganċjata ma' karru; jew

vettura artikolata li tikkonsisti f’vettura bil-mutur akkoppjata ma’ semitrailer;

(e)

“vettura kondizzjonata” tfisser kwalunkwe vettura li s-superstrutturi fissi jew mobbli tagħha huma speċjalment mgħammra għat-trasport tal-merkanzija f’temperaturi kkontrollati u li l-ġnub tagħha, inkluż l-iżolament, huma tal-anqas 45 mm ħoxnin;

(f)

“dimensjonijiet massimi awtorizzati” tfisser id-dimensjonijiet massimi għall-użu ta’ vettura;

(g)

“piż massimu awtorizzat” tfisser il-piż massimu għall-użu ta’ vettura mgħobbija;

(h)

“piż massimu awtorizzat tal-fus” tfisser il-piż massimu għall-użu ta’ fus jew grupp ta’ fusien mgħobbija;

(i)

“tunnellata” tfisser il-piż esegwit bil-massa ta' tunnellata u għandha tikkorrispondi għal 9,8 kilonewtons (kN);

(j)

“tagħbija indiviżibbli” tfisser tagħbija li ma tistax, għall-iskop ta’ trasport bit-triq, tinqasam f’żewġ tagħbiji jew aktar mingħajr spiża mhux dovuta jew riskju ta’ ħsara u li minħabba d-dimensjonijiet jew il-massa tagħha ma tistax tinġarr minn vettura bil-mutur, trailer, ferrovija tat-triq jew vettura artikolata li tikkonforma ma’ din it-Taqsima minn kull lat;

(k)

“fjuwils alternattivi” tfisser fjuwils jew sorsi tal-enerġija li jservu, tal-inqas parzjalment, ta' sostitut għas-sorsi ta' żejt fossili fil-provvista tal-enerġija għat-trasport, u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport li jikkonsistu minn:

(i)

l-elettriku kkunsmat f'kull tip ta' vettura elettrika;

(ii)

l-idroġenu;

(iii)

gass naturali, inkluż il-bijometan, f’forma gassuża (Gass Naturali Kkompressat — CNG) u f’forma likwifikata (Gass Naturali Likwifikat — LNG);

(iv)

il-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG);

(v)

enerġija mekkanika minn sors abbord/ħażna abbord, inkluża sħana mitlufa,

(l)

“vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv” tfisser vettura bil-mutur li taħdem kompletament jew parzjalment bi fjuwil alternattiv;

(m)

“vettura b’emissjonijiet żero” tfisser vettura ta’ merkanzija tqila mingħajr magna ta’ kombustjoni interna, jew b’magna ta’ kombustjoni interna li temetti anqas minn 1 g CO2/kWh; u

(n)

“operazzjoni tat-trasport intermodali” tfisser it-trasport ta’ kontejner wieħed jew aktar jew ta’ kaxex skambjabbli, b’tul ta’ mhux aktar minn 45 pied, fejn it-trakk, it-trailer, is-semitrailer (b’unità tat-trattur jew mingħajrha), il-kaxxa skambjabbli jew il-kontejner juża t-triq fil-parti inizjali u/jew finali tal-vjaġġ u, fil-parti l-oħra , fis-servizzi ferrovjarji jew tal-passaġġi fuq l-ilma intern jew marittimi.

Artikolu 3

Permessi speċjali

Vettura jew kombinazzjoni ta’ vetturi li taqbeż il-piżijiet jew id-dimensjonijiet massimi stabbiliti fl-Appendiċi 31-C-1-1 jistgħu biss jitħallew jiċċirkolaw fuq il-bażi ta’ permess speċjali maħruġ mingħajr diskriminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jew fuq il-bażi ta’ arranġamenti mhux diskriminatorji simili miftiehma fuq bażi ta’ każ b’każ ma’ dawk l-awtoritajiet, meta dawn il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jġorru jew huma maħsuba li jġorru tagħbijiet indiviżibbli.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet lokali

Din it-Taqsima ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni mhux diskriminatorja tad-dispożizzjonijiet dwar it-traffiku fit-toroq fis-seħħ f’kull Parti li jippermettu li l-piż u/jew id-dimensjonijiet tal-vetturi f’ċerti toroq jew l-istrutturi tal-inġinerija ċivili jkunu limitati.

Dan jinkludi l-possibiltà li jiġu imposti restrizzjonijiet lokali dwar id-dimensjonijiet u/jew il-piżijiet massimi awtorizzati tal-vetturi li jistgħu jintużaw f’żoni speċifiċi jew fuq toroq speċifiċi, fejn l-infrastruttura ma tkunx adattata għal vetturi twal u tqal, bħal ċentri tal-ibliet, villaġġi żgħar u postijiet ta’ interess naturali speċjali.

Artikolu 5

Tagħmir ajrudinamiku mwaħħal man-naħa ta’ wara ta’ vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi

1.   Il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet tal-vetturi mgħammra b’apparat ajrudinamiku jistgħu jaqbżu t-tul massimu previst fil-punt 1.1 tal-Appendiċi 31-C-1-1, sabiex jippermettu ż-żieda ta’ dak l-apparat fuq in-naħa ta’ wara tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet tal-vetturi. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi mgħammra b’dak l-apparat għandhom jikkonformaw mal-punt 1.5 tal-Appendiċi 31-C-1-1, u kwalunkwe żieda tat-tul massimu ma għandhiex tirriżulta f’żieda tat-tul tat-tagħbija ta’ dawk il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi.

2.   It-tagħmir ajrudinamiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet operazzjonali li ġejjin:

(a)

f'ċirkustanzi fejn is-sikurezza ta' utenti oħra tat-triq jew tas-sewwieq tinsab f'riskju, għandu jintewa, jinġibed lura jew jinqala' mis-sewwieq;

(b)

meta l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiku jaqbżu t-tul ta’ 500 mm fil-pożizzjoni tal-użu, dawn għandhom ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew;

(c)

l-użu tiegħu fl-infrastrutturi tat-toroq urbani u interurbani għandu jqis il-karatteristiċi speċjali ta' żoni fejn il-limitu ta' veloċità jkun inqas jew ta' 50 km/siegħa u fejn hemm possibbiltà akbar li jkunu preżenti utenti tat-triq aktar vulnerabbli; u

(d)

meta jinġibed lura/jintewa, dan ma għandux jaqbeż it-tul massimu awtorizzat b’aktar minn 20 cm.

Artikolu 6

Kabini ajrudinamiċi

Il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jistgħu jaqbżu t-tul massimu stabbilit fil-punt 1.1 tal-Appendiċi 31-C-1-1 bil-kundizzjoni li l-kabini tagħhom iwasslu prestazzjoni ajrudinamika mtejba, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi mgħammra b’dawk il-kabini għandhom jikkonformaw mal-punt 1.5 tal-Appendiċi 31-C-1-1 u kwalunkwe qabża fit-tul massimu ma għandhiex tirriżulta f’żieda fil-kapaċità tat-tagħbija ta’ dawk il-vetturi.

Artikolu 7

Operazzjonijiet ta’ trasport intermodali

1.   It-tul massimu stipulat fil-punt 1.1 tal-Appendiċi 31-C-1-1, soġġett fejn applikabbli għall-Artikolu 6, u d-distanza massima stipulata fil-punt 1.6 tal-Appendiċi 31-C-1-1, jista’ jinqabeż bi 15-il cm għal vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi involuti fit-trasport ta’ kontejners ta’ 45 pied jew kaxex skambjabbli ta’ 45 pied, vojta jew mgħobbija, bil-kundizzjoni li t-trasport bit-triq tal-kontejner jew tal-kaxxa skambjabbli inkwistjoni jkun parti minn operazzjoni ta’ trasport intermodali mwettqa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull Parti.

2.   Għall-operazzjonijiet ta’ trasport intermodali, il-piż massimu awtorizzat tal-vettura għall-vetturi artikolati b’ħames jew sitt fusien jista’ jinqabeż b’żewġ tunnellati fil-kombinazzjoni stabbilita fil-punt 2.2.2(a) tal-Appendiċi 31-C-1-1 u b’erba’ tunnellati fil-kombinazzjoni stabbilita fil-punt 2.2.2(b) tal-Appendiċi 31-C-1-1. Il-piż massimu awtorizzat tal-vettura ta’ dawn il-vetturi ma jistax jaqbeż it-44 tunnellata.

Artikolu 8

Prova ta’ konformità

1.   Bħala prova tal-konformità ma’ din it-Taqsima, il-vetturi koperti minnha għandhom iġorru waħda mill-provi msemmija:

(a)

kombinazzjoni taż-żewġ pjanċi li ġejjin:

il-pjanċa statutorja tal-manifattur, li hija pjanċa jew tabella, imwaħħla mill-manifattur fuq vettura li tipprovdi l-karatteristiċi tekniċi ewlenin li huma meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-vettura u li tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti dwar il-mases mgħobbija massimi permessibbli; u

pjanċa relatata mad-dimensjonijiet kemm jista’ jkun imwaħħla ħdejn il-pjanċa statutorja tal-manifattur u li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem tal-manifattur;

(ii)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(iii)

It-tul tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semitrailer (L);

(iv)

Il-wisgħa tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semitrailer (W); u

(v)

Id-data għall-kejl tat-tul tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi:

id-distanza (a) bejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura bil-mutur u ċ-ċentru tal-apparat tal-igganċjar (ganċ tal-igganċjar jew nagħla); fil-każ ta' strument b'diversi punti tal-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (bmin u bmax);

id-distanza (b) bejn iċ-ċentru tal-istrument ta’ gganċjar tat-trailer (ċirku tan-nagħla) jew tas-semi-karru (king pin) u n-naħa ta’ wara tal-karru jew tas-semi-karru; fil-każ ta' strument b'diversi punti tal-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (bmin u bmax);

It-tul tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi huwa t-tul tal-vettura bil-mutur u t-trailer jew is-semitrailer imqiegħda f’linja dritta wara xulxin.

(b)

pjanċa waħda li jkun fiha l-informazzjoni dwar iż-żewġ pjanċi msemmija f’punt (a); jew

(c)

dokument uniku maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru fejn il-vettura hija rreġistrata jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni li jkun fih l-istess informazzjoni bħall-pjanċi msemmija f’punt (a). Dan għandu jinżamm f’post faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni u għandu jinżamm protett b’mod adegwat.

2.   Jekk il-karatteristiċi tal-vettura ma jibqgħux jikkorrispondu ma’ dawk indikati fuq il-prova tal-konformità, il-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru li fih il-vettura hija rreġistrata jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li l-prova tal-konformità tinbidel.

3.   Il-pjanċi u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Partijiet bħala l-prova tal-konformità tal-vettura prevista f’din it-Taqsima.

Artikolu 9

Infurzar

1.   Kull Parti għandha tieħu miżuri speċifiċi sabiex tidentifika vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x’aktarx ikunu qabżu l-piż massimu awtorizzat u li għaldaqstant għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima. Dan jista’ jsir bl-għajnuna ta’ sistemi awtomatiċi stabbiliti fl-infrastruttura tat-toroq, jew permezz ta’ tagħmir tal-użin abbord installat fil-vetturi. Dak it-tagħmir tal-użin abbord għandu jkun preċiż u affidabbli, kompletament interoperabbli u kompatibbli mat-tipi kollha ta’ vetturi.

2.   Parti ma għandhiex tirrikjedi li tagħmir tal-użin abbord jiġi installat fuq vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li huma rreġistrati fil-Parti l-oħra.

3.   Meta jintużaw sistemi awtomatiċi sabiex jiġi stabbilit ksur ta’ din it-Taqsima u sabiex jiġu imposti penali, dawk is-sistemi awtomatiċi għandhom jiġu ċċertifikati. Meta sistemi awtomatiċi jintużaw biss għal skopijiet ta’ identifikazzjoni ma għandhomx għalfejn jiġu ċċertifikati.

4.   Il-Partijiet għandhom, skont l-Artikolu 14 tat-Taqsima 1 tal-Parti A, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiskambjaw informazzjoni dwar ksur u penali relatati ma’ dan l-Artikolu.

Appendiċi 31-C-1-1

Il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi u l-karatteristiċi relatati tal-vetturi

1.   Dimensjonijiet massimi awtorizzati għall-vetturi (f’metri; “m”)

1.1

Tul massimu:

vettura bil-mutur

12,00 m

trailer

12,00 m

vettura artikolata

16,50 m

ferrovija tat-triq

18,75 m

1.2

Wisgħa massima:

(a)

il-vetturi kollha ħlief il-vetturi msemmija fil-punt (b)

2,55 m

(b)

superstrutturi ta’ vetturi kondizzjonati jew kontejners jew kaxxi skambjabbli kondizzjonati trasportati permezz ta’ vetturi

2,60 m

1.3

Għoli massimu (kwalunkwe vettura)4,00 m

1.4

Superstrutturi u oġġetti tal-merkanzija standardizzati li jistgħu jitneħħew bħal kontejners huma inklużi fid-dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6, 1.7, 1.8 u 4.4

1.5

Kwalunkwe vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi f’moviment trid tkun tista’ ddur f'erja koperta b’raġġ ta’ barra ta’ 12,50 m u raġġ ta’ ġewwa ta’ 5,30 m

1.6

Distanza massima bejn l-assi tal-kingpin tan-nagħla u n-naħa ta’ wara ta’ semitrailer 12,00 m

1.7

Id-distanza massima mkejla parallela mal-assi lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem tal-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal-punt estern tat-trailer tal-kombinazzjoni l-iktar fuq wara, naqqas id-distanza bejn il-wara tal-vettura li qed tiġbed u l-quddiem tat-trailer 15,65 m

1.8

Distanza massima mkejla b’mod parallel mal-assi lonġitudinali tal-ferrovija tat-triq mill-punt estern l-aktar ’il quddiem taż-żona tat-tagħbija wara l-kabina sal-punt estern l-aktar lura tat-trailer tal-kombinazzjoni 16,40 m

2.   Piż massimu awtorizzat tal-vettura (f’tunnellati)

2.1

Vetturi li jifformaw parti minn kombinazzjoni ta’ vetturi

2.1.1

Trailer b’żewġ fusien

18-il tunnellata

2.1.2

Trailer bi tliet fusien

24-il tunnellata

2.2

Kombinazzjonijiet ta’ vetturi

Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jinkludu vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew b’emissjonijiet żero, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-Taqsima jiżdiedu bil-piż addizzjonali tal-fjuwil alternattiv jew tat-teknoloġija ta’ emissjonijiet żero b’massimu ta’ tunnellata u 2 tunnellati rispettivament.

2.2.1

Ferroviji tat-toroq b'ħames jew sitt fusien

(a)

vettura bil-mutur b'żewġ fusien bi trailer bi tliet fusien

40-il tunnellata

(b)

vettura bil-mutur bi tliet fusien bi trailer b'żewġ fusien jew bi tlieta

40-il tunnellata

2.2.2

Vetturi Artikolati b'ħames jew b'sitt fusien

(a)

vettura bil-mutur b'żewġ fusien bi trailer bi tliet fusien

40-il tunnellata

(b)

vettura bil-mutur bi tliet fusien b'semitrailer b'żewġ jew bi tliet fusijiet

40-il tunnellata

2.2.3

Ferroviji tat-triq b’erba’ fusien li jikkonsistu f’vettura bil-mutur b’żewġ fusien u trailer b’żewġ fusien 36-il tunnellata

2.2.4

Vetturi artikolati b’erba’ fusien li jikkonsistu f’vettura bil-mutur b’żewġ fusien u semitrailer b’żewġ fusien, jekk id-distanza bejn il-fusien tas-semitrailer:

hija 1,3 m jew akbar imma mhux aktar minn 1,8 m

36 tunnellata

huwa akbar minn 1.8 m

36 tunellata

(+ marġini ta’ 2 tunellati meta l-piż massimu awtorizzat (MAW) tal-vettura bil-mutur (18-il tunnellata) u l-MAW tal-fus tandem tas-semitrailer (20 tunnellata) jiġu rrispettati u l-fus tas-sewqan ikun mgħammar b’tajers tewmin u sospensjoni tal-arja jew sospensjoni ekwivalenti)

2.3

Vetturi bil-mutur

Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew vetturi b’emissjonijiet żero, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti fis-subtaqsimiet 2.3.1 u 2.3.2 jiżdiedu bil-piż addizzjonali tal-fjuwil alternattiv jew tat-teknoloġija ta’ emissjonijiet żero b’massimu ta’ tunnellata 1 u 2 tunnellati rispettivament.

2.3.1

Vetturi bil-mutur b’żewġ fusien 18-il tunnellata

2.3.2

Vetturi bil-mutur bi tliet fusien 25 tunnellata (26 tunnellata meta l-fus tas-sewqan ikun mgħammar b’tajers tewmin u b’sospensjoni tal-arja jew b’sospensjoni ekwivalenti, jew meta kull fus tas-sewqan ikun mgħammar b’tajers tewmin u l-piż massimu ta’ kull ma jaqbiżx id- 9,5 tunnellati)

2.3.3

Vetturi bil-mutur b'erba' fusien b'żewġ fusijiet tas-sewqan 32 tunnellata meta l-fus tas- sewqan ikun mgħammar b’tajers tewmin u b’sospensjoni tal-arja jew b’sospensjoni ekwivalenti, jew meta kull fus tas-sewqan ikun mgħammar b’tajers tewmin u l-piż massimu ta’ kull ma jaqbiżx id- 9,5 tunnellati

3.   Piż massimu awtorizzat tal-fus tal-vetturi (f’tunnellati)

3.1

Fusien singoli

Fus singolu mhux tas-sewqan 10 tunnellata

3.2

Fusien tandem ta' trailers u semitrailers

It-total tal-piżijiet tal-fus għal kull fus tandem ma jridx jaqbeż, jekk id-distanza (d) bejn il-fusien tkun:

inqas minn 1 m (d < 1,0)

11 tunnellata

bejn 1,0 m u inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3)

16-il tunnellata

bejn 1,3 m u inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8)

18-il tunnellata

1.8 m jew aktar (1.8 ≤ d)

20 tunnellata

3.3

Tliet fusien ta' trailers u semitrailers

Is-somma tal-piżijiet tal-fus għal kull tri-fus ma għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusien hi:

1.3 m jew anqas (d ≤ 1.3)

21 tunnellata

iktar minn 1,3 m u sa 1,4 m (1,3 < d ≤ 1,4)

24-il tunnellata

3.4

Fus tas-sewqan

Il-Fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2 u 2.3 11.5-il tunnellata

3.5

Fusijiet tandem tal-vetturi bil-mutur

It-total tal-piżijiet tal-fus għal kull fus tandem ma jridx jaqbeż, jekk id-distanza (d) bejn il-fusien tkun:

inqas minn 1 m (d < 1,0)

11.5-il tunnellata

1,0 m jew iktar imma inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3)

16-il tunnellata

1,3 m jew iktar imma inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8)

18 tunnellata (19 tunnellata meta l-fus tas-sewqan ikun mgħammar b’tajers tewmin u b’sospensjoni tal-arja jew b’sospensjoni ekwivalenti, jew fejn kull fus motorizzat ikun mgħammar b’tajers doppji u fejn il-piż massimu għal kull fus ma jaqbiżx id- 9.5 tunnellata)

4.   Karatteristiċi oħrajn tal-vetturi

4.1

Il-vetturi kollha

Il-piż imġarrab mill-fus tas-sewqan jew il-fusien tas-sewqan ta’ vettura jew kombinazzjoni ta’ vetturi ma jridx ikun anqas minn 25 % tat-total tal-piż mgħobbi tal-vettura jew tal-kombinazzjoni ta’ vetturi.

4.2

Ferrovija tat-triq

Id-distanza bejn il-fus ta' wara ta' vettura bil-mutur u l-fus ta' quddiem ta' trailer ma għandhiex tkun inqas minn 3,00 m.

4.3

Il-piż massimu awtorizzat jiddependi mill-bażi tar-rota

Il-piż massimu awtorizzat f'tunnellati metriċi ta' vettura bil-mutur b'erba' fusien ma jistax jeċċedi ħames darbiet id-distanza f'metri bejn il-fusien tal-fusien l-iktar 'il quddiem u l-iktar lura tal-vettura.

4.4

Semi-trailers

Id-distanza mkejla orizzontalment bejn il-fus tal-pern tal-ħames rota u kwalunkwe punt fil-quddiem tas-semitrailer m'għandhiex teċċedi t-2,04 m.

TAQSIMA 2

REKWIŻITI GĦAT-TAKOGRAFI, IL-KARDS TAS-SEWWIEQ U L-KARDS TAL-WORKSHOP

Artikolu 1

Suġġett u prinċipji

Din it-Taqsima tistipula r-rekwiżiti għall-vetturi fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness rigward l-installazzjoni, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi, kif imsemmi fl-Artikolu 466(2) ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Taqsima 2 u fl-Artikolu 2 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta' dan l-Anness.

2.   B’żieda mad-definizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“unità ta’ vettura” tfisser it-takografu minbarra s-sensur tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-sensur tal-moviment. L-unità ta’ vettura tista’ tkun unità waħda jew ħafna unitajiet distribwiti fil-vettura, sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ din it-Taqsima; l-unità tal-vettura tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, unità tal-ipproċessar, memorja tad-data, funzjoni tal-kejl tal-ħin, żewġ mezzi ta’ interfaċċja għal smart cards għas-sewwieq u t-tieni sewwieq, tagħmir li jistampa, apparat li juri karattri fuq skrin, konnetturi u faċilitajiet għad-dħul tal-inputs tal-utent;

(b)

“sensur tal-moviment” tfisser parti mit-takografu li tipprovdi sinjal rappreżentattiv tal-veloċità tal-vettura u/jew id-distanza vvjaġġata;

(c)

“kard tal-kontroll” tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Parti lil awtorità tal-kontroll nazzjonali kompetenti li tidentifika l-korp tal-kontroll u, b’mod fakultattiv, l-uffiċjal tal-kontroll, u li tippermetti aċċess għad-data maħżuna fil-memorja tad-data jew fil-kards tas-sewwieq u, b’mod fakultattiv, fil-kards tal-workshop għall-qari, l-istampar u/jew it-tniżżil;

(d)

“kard tal-workshop” tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Parti lil persunal magħżul ta’ manifattur tat-takografu, fitter, manifattur tal-vettura jew workshop, approvata minn dik il-Parti, li tidentifika d-detentur tal-kard u tippermetti l-ittestjar, il-kalibrazzjoni u l-attivazzjoni tat-takografi u/jew it-tniżżil minnhom;

(e)

“attivazzjoni” tfisser il-fażi li fiha t-takografu jsir kompletament operattiv u jimplimenta l-funzjonijiet kollha, inklużi l-funzjonijiet tas-sigurtà, permezz tal-użu ta’ kard tal-workshop;

(f)

"kalibrazzjoni" ta' takografu diġitali tfisser l-aġġornament jew il-konferma tal-parametri tal-vettura, inkluż l-identifikazzjoni tal-vettura u l-karatteristiċi tal-vettura, li għandha tinżamm fil-memorja tad-data permezz tal-użu ta' kard ta' ħanut tax-xogħol;

(g)

“tniżżil” minn takografu diġitali tfisser l-ikkopjar, flimkien mal-firma diġitali, ta’ parti, jew ta’ sett sħiħ. ta’ fajls ta’ data rreġistrati fil-memorja tad-data tal-unità ta’ vettura jew fil-memorja ta’ kard tat-takografu, bil-kundizzjoni li dan il-proċess ma jibdilx jew iħassar xi data maħżuna;

(h)

“ħsara” tfisser operazzjoni mhux normali li ġiet identifikata mit-takografu diġitali li tista’ tirriżulta minn funzjonament ħażin jew ħsara tal-apparat;

(i)

“installazzjoni” tfisser l-immontar ta’ takografu ġo vettura;

(j)

“spezzjoni perjodika” tfisser sett ta’ operazzjonijiet imwettqa sabiex jiġi vverifikat li t-takografu jaħdem tajjeb, li s-settings tiegħu jikkorrispondi mal-parametri tal-vettura, u li mat-takografu ma hemm imwaħħal ebda apparat ta’ manipulazzjoni;

(k)

“tiswija” tfisser kwalunkwe tiswija ta’ sensur tal-moviment jew ta’ unità ta’ vettura li tirrikjedi l-iskonnettjar tal-provvista tal-enerġija tagħha, jew l-iskonnettjar tagħha minn komponenti oħrajn tat-takografu, jew il-ftuħ tas-sensur tal-moviment jew tal-unità ta’ vettura;

(l)

“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tas-sistemi u tal-proċessi tan-negozju sottostanti li jiskambjaw data u jikkondividu informazzjoni;

(m)

“interfaċċa” tfisser faċilità bejn sistemi li tipprovdi l-mezzi li bihom jistgħu jiġu konnessi u jinteraġixxu ma’ xulxin;

(n)

“kejl tal-ħin” tfisser reġistru diġitali permanenti tad-data u l-ħin universali koordinati (UTC); u

(o)

“sistema ta’ messaġġi TACHOnet” tfisser is-sistema ta’ messaġġi li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/68 (7).

Artikolu 3

Installazzjoni

1.   It-takografi kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu installati fil-vetturi:

(a)

meta l-massa massima permissibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trailer, jew semitrailer, taqbeż it-3,5 tunnellati; jew

(b)

mill-1 ta’ Lulju 2026, meta l-massa massima permessibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trailer, jew semitrailer, taqbeż it-2.5 tunnellati.

2.   It-takografi huma:

(a)

għal vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Mejju 2006, takografu analogu;

(b)

għall-vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba bejn l-1 ta’ Mejju 2006 u t-30 ta’ Settembru 2011, l-ewwel verżjoni tat-takografu diġitali;

(c)

għall-vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u t-30 ta’ Settembru 2012, it-tieni verżjoni tat-takografu diġitali;

(d)

għall-vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba bejn l-1 ta’ Ottubru 2012 u l-14 ta’ Ġunju 2019, it-tielet verżjoni tat-takografu diġitali;

(e)

għal vetturi rreġistrati għall-ewwel darba mill-15 ta’ Ġunju 2019 u sa sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fl-Artikolu 2(2)(g) tat-Taqsima 4 tal-Parti B, takografu intelliġenti 1; u

(f)

għal vetturi rreġistrati għall-ewwel darba aktar minn 2 snin wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fl-Artikolu 2(2)(h) tat-Taqsima 4 tal-Parti B, takografu intelliġenti 2.

3.   Kull Parti tista’ teżenta mill-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima l-vetturi msemmija fl-Artikolu 8(3) tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta' dan l-Anness.

4.   Kull Parti tista’ teżenta mill-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima vetturi użati għal operazzjonijiet tat-trasport li jkunu ngħataw eċċezzjoni skont l-Artikolu 8(4) tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta' dan l-Anness. Kull Parti għandha tinnotifika minnufih lil xulxin meta tagħmel użu minn dan il-paragrafu .

5.   Mhux aktar tard minn tliet snin minn tmiem is-sena tad-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tat-takografu intelliġenti 2, il-vetturi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li huma mgħammra b’takografu analogu jew b’takografu diġitali għandhom jiġu mgħammra b’takografu intelliġenti 2 meta joperaw fit-territorju ta’ Parti għajr dik fejn ikunu rreġistrati.

6.   Mhux aktar tard minn erba’ snin mid-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tat-takografu intelliġenti 2, il-vetturi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 mgħammra b’takografu intelliġenti 1, għandhom jiġu mgħammra b’takografu intelliġenti 2 meta joperaw fit-territorju ta’ Parti għajr dik fejn ikunu rreġistrati.

7.   Mill-1 ta’ Lulju 2026, il-vetturi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu mgħammra b’takografu intelliġenti 2 meta joperaw fit-territorju ta’ Parti għajr dik fejn ikunu rreġistrati.

8.   Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jaffettwa l-applikazzjoni fit-territorju tal-Unjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq lill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni.

Artikolu 4

Il-protezzjoni tad-data

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ din it-Taqsima jitwettaq biss għall-fini tal-verifika tal-konformità ma’ din it-Taqsima.

2.   Kull Parti għandha, b’mod partikolari, tiżgura li d-data personali tiġi protetta kontra użi oħrajn għajr dak imsemmi b’mod strett fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’:

(a)

l-użu ta’ sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (global navigation satellite system, GNSS) għar-reġistrazzjoni ta’ data ta’ lokalizzazzjoni kif imsemmi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-takografu intelliġenti 1 u t-takografu intelliġenti 2;

(b)

l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni dwar kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 13, u b'mod partikolari kwalunkwe skambju transfruntier ta' tali data ma' Terzi Persuni; u

(c)

ż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq kif imsemmi fl-Artikolu 15.

3.   It-takografi diġitali għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li jiżgura l-privatezza. Hija biss id-data meħtieġa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandha tiġi pproċessata.

4.   Is-sidien tal-vetturi, l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u kwalunkwe entità oħra kkonċernata għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 5

Installazzjoni u tiswija

1.   It-takografi jistgħu jiġu installati jew imsewwija biss minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vettura approvati mill-awtoritajiet kompetenti f’Parti għal dak il-għan skont l-Artikolu 7.

2.   Fitters, workshops jew manifatturi tal-vettura approvati għandhom jissiġillaw it-takografu wara li jkunu vverifikaw li qiegħed jiffunzjona kif suppost, u, b’mod partikolari, b’tali mod li jiġi żgurat li l-ebda apparat ta’ manipulazzjoni ma jista’ jbagħbas jew jibdel id-data rreġistrata.

3.   Il-fitter, il-workshop jew il-manifattur tal-vettura approvat għandu jpoġġi marka speċjali fuq is-siġilli li jwaħħal u, barra minn hekk, għandu jdaħħal, fil-każ ta’ takografi diġitali, intelliġenti 1 u intelliġenti 2, id-data tas-sigurtà elettronika sabiex jitwettqu kontrolli tal-awtentikazzjoni. Kull Parti għandha żżomm u tippubblika reġistru tal-marki u tad-data tas-sigurtà elettronika użata u l-informazzjoni meħtieġa relatata mad-data tas-sigurtà elettronika użata.

4.   Sabiex jiġi ċċertifikat li l-installazzjoni tat-takografu seħħet skont ir-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima, għandha titwaħħal plakka tal-installazzjoni b’mod li tidher ċara u tkun aċċessibbli faċilment.

5.   Il-komponenti tat-takografu għandhom jiġu ssiġillati. Kwalunkwe konnessjoni mat-takografu li tkun potenzjalment vulnerabbli għat-tbagħbis, inkluż il-konnessjoni bejn is-sensur tal-moviment u l-gerboks, u l-plakka tal-installazzjoni fejn ikun rilevanti, għandha tkun issiġillata.

Siġill għandu jitneħħa jew jinkiser biss:

minn fitters, jew ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7 għal finijiet ta' tiswija, manutenzjoni jew kalibrazzjoni mill-ġdid tat-takografu, jew minn uffiċjali tal-kontroll imħarrġa tajjeb u, fejn meħtieġ awtorizzati, għal finijiet ta' kontroll; jew

għall-iskop ta' tiswija jew modifika tal-vettura li taffettwa s-siġill. F'dawk il-każijiet, għandha tinżamm fil-vettura dikjarazzjoni bil-miktub li ssemmi d-data u l-ħin meta s-siġill inkiser u tagħti r-raġunijiet għat-tneħħija tas-siġill.

Is-siġilli li jkunu tneħħew jew tkissru għandhom jiġu sostitwiti minn fitter jew workshop approvat mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li jkunu tneħħew jew tkissru. Meta s-siġilli jkunu tneħħew jew tkissru għal finijiet ta’ kontroll, dawn jistgħu jiġu sostitwiti minn uffiċjal tal-kontroll mgħammar b’tagħmir għall-issiġillar u marka speċjali unika mingħajr dewmien żejjed.

Meta uffiċjal tal-kontroll ineħħi siġill, il-kard tal-kontroll għandha tiddaħħal fit-takografu mill-mument tat-tneħħija tas-siġill sakemm tintemm l-ispezzjoni, inkluż fil-każ tat-tqegħid ta’ siġill ġdid. L-uffiċjal tal-kontroll għandu joħroġ dikjarazzjoni bil-miktub li jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

l-isem tal-uffiċjal;

l-awtorità u l-pajjiż ta’ kontroll;

in-numru tal-kard ta' kontroll;

in-numru tas-siġill li jkun tneħħa;

id-data u l-ħin tat-tneħħija tas-siġill; u

in-numru tas-siġill il-ġdid, meta l-uffiċjal ta’ kontroll ikun qiegħed siġill ġdid.

Qabel ma jiġu sostitwiti s-siġilli, għandhom isiru kontroll u kalibrazzjoni tat-takografu minn workshop approvat, ħlief meta siġill ikun tneħħa jew tkisser għal finijiet ta’ kontroll u ġie sostitwit minn uffiċjal tal-kontroll.

Artikolu 6

Spezzjonijiet ta' takografi

1.   It-takografi għandhom jkunu soġġetti għal spezzjoni regolari minn ħwienet tax-xogħol approvati. Għandhom jitwettqu spezzjonijiet regolari tal-anqas kull sentejn.

2.   L-ispezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jikkontrollaw tal-inqas dan li ġej:

it-takografu hu mwaħħal tajjeb u huwa adatt għall-vettura;

it-takografu qed jaħdem tajjeb;

it-takografu għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip;

il-plakka tal-istallazzjoni hija mwaħħla;

is-siġilli huma kollha intatti u effettivi;

ma hemm ebda apparat manipulattiv imqabbad mat-takografu, jew traċċa tal-użu ta' tali apparat; u

id-daqs tat-tajers u ċ-ċirkonferenza proprja tat-tajers.

3.   Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iħejju rapport ta’ spezzjoni fil-każijiet fejn irregolaritajiet fil-funzjonament tat-takografu kellhom jissewwew, kemm jekk bħala riżultat ta’ spezzjoni perjodika jew ta' spezzjoni mwettqa b’talba speċifika tal-awtorità kompetenti nazzjonali. Dawn għandhom iżommu lista tar-rapporti kollha ta’ spezzjoni li jħejju.

4.   Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' sentejn mill-mument li jsir ir-rapport. Kull Parti għandha tiddeċiedi jekk ir-rapporti ta’ spezzjoni jinżammux jew jintbagħtux lill-awtorità kompetenti matul dak il-perjodu. F’każijiet fejn ir-rapporti ta’ spezzjoni jinżammu mill-workshop, b’talba mill-awtorità kompetenti, il-workshop għandu jagħmel disponibbli r-rapporti tal-ispezzjonijiet u l-kalibrazzjonijiet imwettqa matul dak il-perjodu.

Artikolu 7

Approvazzjoni tal-fitters, tal-workshops u tal-manifatturi tal-vetturi

1.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu japprova, jikkontrolla b’mod regolari u jiċċertifika lill-fitters, lill-workshops u lill-manifatturi tal-vettura li jistgħu jwettqu installazzjonijiet, kontrolli, spezzjonijiet u tiswijiet tat-takografi.

2.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-fitters, il-workshops u l-manifatturi tal-vettura jkunu kompetenti u affidabbli. Għal dan il-għan, dawn għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw sett ta’ proċeduri nazzjonali ċari u għandhom jiżguraw li l-kriterji minimi li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

il-persunal ikun imħarreġ kif xieraq;

(b)

l-apparat meħtieġ għat-twettiq tat-testijiet u l-kompiti rilevanti jkun disponibbli; u

(c)

il-fitters, il-ħwienet tax-xogħol u l-manufatturi tal-vetturi huma ta’ reputazzjoni tajba.

3.   Il-verifiki tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)

fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati għandhom ikunu soġġetti mill-inqas darba kull sentejn għal verifika tal-proċeduri li japplikaw fil-ġestjoni tat-takografi. L-awditu għandu jiffoka b’mod partikolari fuq il-miżuri ta’ sigurtà meħuda u l-immaniġġjar tal-kards tal-workshop. Il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jwettqu dawn l-awditi mingħajr ma jwettqu żjara fuq il-post; u

(b)

kontrolli tekniċi mingħajr preavviż ta' fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu biex isir kontroll tal-kalibrazzjonijiet, tal-ispezzjonijiet u tal-istallazzjonijiet li jkunu twettqu. Dawk l-awditi għandhom, kull sena, ikopru tal-anqas 10 % tal-fitters u workshops approvati.

4.   Kull Parti u l-awtoritajiet kompetenti tagħha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipprevjenu kunflitti ta’ interess bejn il-fitters u l-workshops u l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq. B’mod partikolari, meta jkun hemm riskju serju ta’ kunflitt ta’ interessi, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-fitter jew il-workshop jikkonforma ma’ din it-Taqsima.

5.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti għandhom jirtiraw l-approvazzjonijiet, temporanjament jew b’mod permanenti, mill-fitters, il-workshops u l-manifatturi tal-vettura li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din it-Taqsima.

Artikolu 8

Kards tal-ħwienet tax-xogħol

1.   Il-perjodu ta’ validità tal-kards tal-ħwienet tax-xogħol ma jistax ikun ta' aktar minn sena. Meta tiġġedded il-kard tal-workshop, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kriterji elenkati fl-Artikolu 7(2) jiġu ssodisfati mill-fitter, il-workshop jew il-manifattur tal-vettura.

2.   L-awtorità kompetenti għandha ġġedded kard ta' ħanut tax-xogħol fi żmien 15-il jum minn meta tirċievi talba valida għal tiġdid u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. Jekk il-kard tal-workshop issirilha ħsara, ma taħdimx sew, jew tintilef jew tinsteraq, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi kard ta’ sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi talba dettaljata għal dan il-għan. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru tal-kards mitlufin, misruqin jew difettużi.

3.   Jekk Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru jirtira l-approvazzjoni ta’ fitter, workshop jew manifattur tal-vettura kif previst fl-Artikolu 7, dan għandu jirtira wkoll il-kards tal-workshop maħruġa lilu.

4.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tevita li l-kards tal-workshop distribwiti lil fitters, workshops u manifatturi tal-vettura approvati jiġu ffalsifikati.

Artikolu 9

Ħruġ ta' kards tas-sewwieqa

1.   Il-kards tas-sewwieq għandhom jinħarġu, b’talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti f’Parti fejn is-sewwieq għandu r-residenza normali tiegħu. Meta l-awtoritajiet kompetenti f’Parti li toħroġ il-kard tas-sewwieq ikollhom dubji dwar il-validità ta’ dikjarazzjoni dwar ir-residenza normali, jew għal finijiet ta’ ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu kwalunkwe informazzjoni jew evidenza lis-sewwieq.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna normalment tgħix, jiġifieri tal-anqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u okkupazzjonali, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr rabtiet okkupazzjonali, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qiegħda tgħix.

Madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet okkupazzjonali tagħha huma f’post li huwa differenti mir-rabtiet personali tagħha u li konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jinsabu fiż-żewġ Partijiet għandha titqies li hija l-post tar-rabtiet personali tagħha, sakemm dik il-persuna tirritorna f’dak il-post regolarment. Mhijiex meħtieġa konformità ma’ din l-aħħar kundizzjoni meta l-persuna tkun qiegħda tgħix f’Parti sabiex twettaq assenjament b’terminu fiss.

2.   F’każijiet debitament iġġustifikati u eċċezzjonali, kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru jista’ joħroġ kard tas-sewwieq temporanja u li ma tistax tiġġedded valida għal perjodu massimu ta’ 185 jum lil sewwieq li ma jkollux ir-residenza normali tiegħu f’Parti, bil-kundizzjoni li dak is-sewwieq ikun f’relazzjoni tal-liġi tax-xogħol ma’ impriża stabbilita fil-Parti emittenti u, sa fejn, jippreżenta attestazzjoni ta’ xufier meta jkun meħtieġ.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti emittenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-applikant ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida u għandhom jippersonalizzaw il-kard tas-sewwieq, u jiżguraw li d-data tagħha tkun viżibbli u sigura.

4.   Il-kard tas-sewwieq ma tistax tkun valida għal aktar minn ħames snin.

5.   Kard tas-sewwieq valida ma għandhiex tiġi rtirata jew sospiża ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti jsibu li l-kard ġiet iffalsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża kard li huwa mhuwiex id-detentur tagħha, jew li l-kard li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti falsifikati. Jekk dawk il-miżuri ta’ sospensjoni jew ta’ rtirar jittieħdu minn Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, minn Stat Membru għajr il-Parti emittenti jew, fil-każ tal-Unjoni, għajr l-Istat Membru emittenti, tal-ewwel għandha tirritorna l-kard lill-awtoritajiet tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha, malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li tindika r-raġunijiet għall-irtirar jew għas-sospensjoni. Jekk ir-ritorn tal-kard ikun mistenni li jieħu aktar minn ġimagħtejn, il-Parti tas-sospensjoni jew tal-irtirar jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru tas-sospensjoni jew tal-irtirar għandu jinforma lill-Parti emittenti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru emittenti fi żmien dawk il-ġimagħtejn bir-raġunijiet għas-sospensjoni jew għall-irtirar.

6.   L-awtorità kompetenti tal-Parti emittenti tista’ tirrikjedi li sewwieq jissostitwixxi l-kard tas-sewwieq b’waħda ġdida jekk dan ikun meħtieġ għall-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

7.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tevita li l-kards tas-sewwieq jiġu ffalsifikati.

8.   Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lil Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru milli joħroġ kard tas-sewwieq lil sewwieq li għandu r-residenza normali tiegħu f’parti mit-territorju ta’ dik il-Parti, li għaliha dan l-Anness ma japplikax, bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din it-Taqsima jiġu applikati f’dawk il-każijiet.

Artikolu 10

Tiġdid tal-kards tas-sewwieqa

1.   Meta, fil-każ ta’ tiġdid, il-Parti tar-residenza normali tas-sewwieq tkun differenti minn dik li tkun ħarġet il-kard attwali tiegħu, u meta l-awtoritajiet tal-Parti ta’ qabel ikunu mitluba jġeddu l-kard tas-sewwieq, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet li ħarġu l-kard ta’ qabel bir-raġunijiet għat-tiġdid tagħha.

2.   Fil-każ ta’ talba għat-tiġdid ta’ kard li tkun waslet sabiex tiskadi b’mod imminenti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi kard ġdida qabel id-data ta’ skadenza, bil-kundizzjoni li t-talba tkun intbagħtet fil-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5 tat-Taqsima 4 tal-Parti B.

Artikolu 11

Kards tas-sewwieqa misruqin, mitlufin jew difettużi

1.   L-awtoritajiet emittenti għandhom iżommu rekords tal-kards tas-sewwieqa maħruġin, misruqin, mitlufin jew difettużi għal perjodu mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu tagħhom ta’ validità.

2.   Jekk il-kard tas-sewwieq issirilha ħsara, ma taħdimx sew jew tintilef jew tinsteraq, l-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tiegħu għandhom jipprovdu kard ta’ sostituzzjoni fi żmien tmint ijiem tax-xogħol wara li jirċievu talba dettaljata għal dan il-għan.

Artikolu 12

Aċċettazzjoni reċiproka tal-kards tas-sewwieq

1.   Kull Parti għandha taċċetta l-kards tas-sewwieq maħruġa mill-Parti l-oħra.

2.   Meta d-detentur ta’ kard tas-sewwieq valida maħruġa minn Parti jkun stabbilixxa r-residenza normali tiegħu fil-Parti l-oħra u jkun talab li l-kard tiegħu tiġi skambjata għal kard tas-sewwieq ekwivalenti, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, tal-Istat Membru li jwettaq l-iskambju sabiex jivverifika jekk il-kard prodotta għadhiex valida.

3.   Il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istati Membri li jwettqu skambju għandhom jirritornaw il-kard l-antika lill-awtoritajiet tal-Parti emittenti jew, fil-każ tal-Unjoni, lill-Istat Membru emittenti u jindikaw ir-raġunijiet għal dan.

4.   Meta Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru jissostitwixxi jew jiskambja kard tas-sewwieq, is-sostituzzjoni jew l-iskambju, u kwalunkwe sostituzzjoni jew skambju sussegwenti, għandhom jiġu rreġistrati f’dik il-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 13

Skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa

1.   Sabiex jiġi żgurat li applikant ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida, il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri elettroniċi nazzjonali li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja dwar il-kards tas-sewwieq għal perjodu tal-anqas ekwivalenti għall-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kards:

il-kunjom u l-ewwel isem tas-sewwieq;

id-data u, jekk disponibbli, il-post tat-twelid tas-sewwieq;

in-numru tal-liċenzja valida tas-sewqan u l-pajjiż li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabbli);

l-istatus tal-kard tas-sewwieq; u

in-numru tal-kard tas-sewwieq.

2.   Ir-reġistri elettroniċi tal-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri għandhom ikunu interkonnessi u aċċessibbli fit-territorju kollu tal-Partijiet, bl-użu tas-sistema ta’ messaġġerija TACHOnet jew sistema kompatibbli. Fil-każ tal-użu ta’ sistema kompatibbli, l-iskambju ta’ data elettronika mal-Parti l-oħra għandu jkun possibbli permezz tas-sistema ta’ messaġġerija TACHOnet.

3.   Meta joħorġu, jissostitwixxu u, fejn meħtieġ, iġeddu kard tas-sewwieq, il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw permezz ta’ skambju ta’ data elettronika li s-sewwieq ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida oħra. Id-data skambjata għandha tiġi llimitata għad-data meħtieġa għall-fini ta’ din il-verifika.

4.   L-uffiċjali tal-kontroll jista’ jkollhom aċċess għar-reġistru elettroniku sabiex jikkontrollaw l-istatus tal-kard tas-sewwieq.

Artikolu 14

Settings tat-takografi

1.   It-takografi diġitali ma għandhomx jiġi ssettjati b'mod li jaqilbu awtomatikament għal kategorija ta' attività speċifika meta l-magna tal-vettura jew l-ignixin ikun mitfi, għajr jekk is-sewwieq jibqa' jkun jista' jagħżel il-kategorija ta' attività adatta manwalment.

2.   Il-vetturi ma għandhomx jiġu mgħammra b’aktar minn takografu wieħed, ħlief għall-finijiet tat-testijiet fuq il-post.

3.   Kull Parti għandha tipprojbixxi l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, ir-reklamar u/jew il-bejgħ ta’ apparat mibni u/jew maħsub għall-manipulazzjoni tat-takografi.

Artikolu 15

Responsabbiltà tal-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

1.   L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw li s-sewwieqa tagħhom jiġu mħarrġa u istruwiti kif xieraq fir-rigward tal-funzjonament korrett tat-takografi, kemm dawk diġitali kif ukoll dawk analogi, għandhom iwettqu kontrolli regolari sabiex jiżguraw li s-sewwieqa tagħhom jagħmlu użu korrett tagħhom u ma għandhomx jagħtu lis-sewwieqa tagħhom inċentivi diretti jew indiretti li jistgħu jħeġġuhom jużaw it-takografi b’mod ħażin.

L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom joħroġu għadd suffiċjenti ta’ folji ta’ reġistrazzjoni lis-sewwieqa tal-vetturi mgħammra b’takografi analogi, b’kont meħud tal-fatt li l-folji ta’ reġistrazzjoni huma ta’ natura personali, it-tul tal-perjodu tas-servizz u l-ħtieġa possibbli li l-folji ta’ reġistrazzjoni li ssirilhom il-ħsara jew li jkunu ttieħdu minn uffiċjal tal-kontroll awtorizzat jiġu sostitwiti. L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom joħorġu lis-sewwieqa folji ta’ reġistrazzjoni ta’ mudell approvat biss li huwa xieraq għall-użu fit-tagħmir installat fil-vettura.

L-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandu jiżgura li, b’kont meħud tat-tul tal-perjodu tas-servizz, l-istampar tad-data mit-takografu b’talba ta’ uffiċjal tal-kontroll jista’ jitwettaq b’mod korrett fil-każ ta’ spezzjoni.

2.   L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom iżommu l-folji ta’ reġistrazzjoni u l-kopji stampati, kull meta jkunu saru kopji stampati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 9 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta' dan l-Anness, f’ordni kronoloġika u f’forma li tinqara, għal tal-anqas sena wara l-użu tagħhom, u għandhom jagħtu kopji lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom. L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom ukoll jagħtu kopja tad-data mniżżla mill-kards tas-sewwieq lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom, flimkien ma verżjonijiet stampati ta’ dawk il-kopji. Il-folji ta’ reġistrazzjoni, il-kopji stampati u d-data mniżżla għandhom jintwerew jew jingħataw meta mitluba minn kwalunkwe uffiċjal tal-kontroll awtorizzat.

3.   L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom ikunu responsabbli għall-ksur ta’ din it-Taqsima u tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta' dan l-Anness imwettaq mis-sewwieqa tagħhom jew minn sewwieqa għad-dispożizzjoni tagħhom. Madankollu, kull Parti tista’ tagħmel dik ir-responsabbiltà kondizzjonali fuq il-ksur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta' dan l-Anness.

Artikolu 16

Proċeduri għall-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq fil-każ ta’ tagħmir li ma jaħdimx sew

1.   Fil-każ ta’ ħsara jew operazzjoni difettuża ta’ takografu, l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandu jieħdu għat-tiswija għand fitter jew workshop approvat, hekk kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.

2.   Jekk il-vettura ma tkunx tista’ tittieħed lura lejn il-bini tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq f’perjodu ta’ ġimgħa kkalkulat mill-jum tal-ħsara jew ta’ meta nstabet l-operazzjoni difettuża, it-tiswija għandha ssir en route.

3.   Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jipprojbixxu l-użu tal-vettura f’każijiet fejn il-ħsara jew l-operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet rimedjata kif previst fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu sa fejn dan ikun f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-Parti kkonċernata.

Artikolu 17

Proċedura għall-ħruġ ta’ kards tat-takografu

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit il-materjal kriptografiku għall-ħruġ ta’ kards tat-takografu għas-sewwieqa, għall-workshops u l-awtoritajiet ta’ kontroll, skont il-politika taċ-ċertifikati tal-Awtorità Ewropea għaċ-Ċertifikazzjoni Root (ERCA) u l-politika taċ-ċertifikati tar-Renju Unit.


(1)  Stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ir-"Regolament tal-IMI") (ĠU UE L 316, 14.11.2012, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU UE L 316, 14.11.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU UE L 60, 28.2.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tas-18 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta' takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU UE L139 26.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU UE L 60, 28.2.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98 tal-24 ta' Settembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u d-Direttiva 88/599/KEE dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 (ĠU KE L 274, 9.10.1998, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa (ĠU UE L 15, 22.1.2016, p. 51).


ANNESS 32

MUDELL TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZ REGOLARI U SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI INTERNAZZJONALI

(l-ewwel paġna tal-awtorizzazzjoni)

(Karta oranġjo – DIN A4)

(It-test għandu jitfassal bil-lingwa(i) uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Parti fejn issir it-talba)

Awtorizzazzjoni

Skont it-Titolu II tal-Intestatura Tlieta tat-Tieni Parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra,

STAT EMITTENTI: …

Awtorità ta’ awtorizzazzjoni: …

Sinjal distintiv tal-Istat Emittenti: … (1)

Nru tal-AWTORIZZAZZJONI: … għal servizz regolari ☐ (2) għal servizz regolari speċjali ☐ (2)

b’coach jew karozza tal-linja bejn il-Partijiet għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra,

Lil: …

Kunjom, isem jew isem kummerċjali tal-operatur jew tal-operatur li jiġġestixxi fil-każ ta’ grupp ta’ impriżi jew fil-każ ta’ sħubija:

Indirizz:

Telefon u faks jew e-mail:

(It-tieni paġna tal-awtorizzazzjoni)

L-isem, l-indirizz, it-telefon u l-faks jew l-indirizz(i) tal-posta elettronika tal-operatur jew, fil-każ ta’ grupp ta’ operaturi jew ta’ sħubijiet, l-ismijiet tal-operaturi kollha tal-grupp jew tas-sħubija; barra minn hekk, l-ismijiet ta’ kwalunkwe sottokuntrattur, li għandu jiġi identifikat bħala tali:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

Lista mehmuża, jekk xieraq

Validità tal-awtorizzazzjoni: Minn: … Lil: …

Post u data tal-ħruġ: …

Firma u timbru tal-awtorità jew l-aġenzija emittenti: …

1.

Rotta: …

(a)

Post tat-tluq tas-servizz: …

(b)

Post tad-destinazzjoni tas-servizz: …

L-itinerarju prinċipali, bil-postijiet sottolinjati mnejn jitrikkbu u jitniżżlu l-passiġġieri: …

2.

Skeda ta’ żmien: …

(mehmuża ma’ din l-awtorizzazzjoni)

3.

Servizz regolari speċjali:

(a)

Kategorija tal-passiġġieri: …

4.

Kundizzjonijiet oħrajn jew punti speċjali …

Timbru tal-awtorità tal-awtorizzazzjoni emittenti

Avviż importanti:

(1)

Din l-awtorizzazzjoni hija valida għall-vjaġġ kollu.

(2)

L-awtorizzazzjoni jew kopja awtentikata ċċertifikata mill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni emittenti għandha tinżamm fil-vettura tul il-vjaġġ kollu u għandha tintwera lill-uffiċjali tal-infurzar b’talba.

(3)

It-tluq jew id-destinazzjoni għandha ssir fit-territorju tal-Parti fejn huwa stabbilit l-operatur u fejn huma rreġistrati l-kowċis u x-xarabanks.

(It-tielet paġna tal-awtorizzazzjoni)

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

(1)   

L-operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri għandu jibda s-servizz tat-trasport fil-perjodu indikat fid-deċiżjoni tal-awtorità ta’ awtorizzazzjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni.

(2)   

Għajr fil-każ ta’ force majeure, l-operatur ta’ servizz regolari internazzjonali jew ta’ servizz regolari speċjali internazzjonali għandu jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jikkonforma mal-kundizzjonijiet kif stipulati fl-awtorizzazzjoni.

(3)   

L-operatur għandu jagħmel l-informazzjoni dwar ir-rotta, il-punti ta’ waqfien, l-iskeda ta’ żmien, in-nollijiet u l-kundizzjonijiet tat-trasport disponibbli għall-pubbliku.

(4)   

Mingħajr preġudizzju għad-dokumenti assoċjati mal-vettura u mas-sewwieq (bħaċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura u l-liċenzja tas-sewqan), id-dokumenti li jmiss għandhom iservu bħala dokumenti ta’ kontroll meħtieġa skont l-Artikolu 477 -tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u għandhom jinżammu fil-vettura u jiġu ppreżentati f’każ li jintalbu minn uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat:

l-awtorizzazzjoni jew kopja awtentikata tagħha għat-twettiq ta’ servizzi regolari internazzjonali jew ta’ servizzi regolari speċjali internazzjonali;

il-liċenzja tal-operatur jew kopja awtentikata ċċertifikata tagħha għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq previst skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit jew tal-Unjoni;

meta jkun qed jiġi operat servizz regolari speċjali internazzjonali, il-kuntratt bejn l-organizzatur u l-operatur tat-trasport jew kopja awtentikata tiegħu, kif ukoll dokument li jagħti prova li l-passiġġieri jikkostitwixxu kategorija speċifika bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra għall-iskopijiet ta’ servizz regolari speċjali;

meta l-operatur ta’ servizz regolari jew servizz regolari speċjali juża vetturi addizzjonali sabiex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali, flimkien mad-dokumenti rilevanti msemmija hawn fuq, kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali u l-impriża li tkun qiegħda tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew dokument ekwivalenti.

(Ir-raba’ paġna tal-awtorizzazzjoni)

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI (ikompli)

(5)   

L-operaturi li joperaw servizz regolari internazzjonali, bl-esklużjoni ta’ servizz regolari speċjali, għandhom joħorġu biljetti tat-trasport li jikkonfermaw id-drittijiet tal-passiġġier li jkun ser jinġarr, u li jservu bħala dokument ta’ kontroll li jagħti prova tal-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport bejn il-passiġġier u l-operatur tat-trasport, jew b’mod individwali jew b’mod kollettiv. Il-biljetti, li jistgħu wkoll ikunu elettroniċi, għandhom jindikaw:

(a)

l-isem tal-operatur;

(b)

il-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni u, jekk applikabbli, il-vjaġġ ta’ ritorn;

(c)

il-perjodu ta’ validità tal-biljett u, jekk applikabbli, id-data u l-ħin tat-tluq;

(d)

il-prezz tat-trasport.

Il-biljett tat-trasport għandu jiġi ppreżentat, mill-passiġġier, b’talba ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat.

(6)   

L-operaturi li joperaw servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri għandhom jippermettu li jsiru l-ispezzjonijiet kollha maħsuba sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodi ta’ sewqan u mistrieħ u s-sikurezza fit-toroq u l-emissjonijiet.


(1)  L-Awstrija (A), il-Belġju (B), il-Bulgarija (BG), ir-Repubblika Ċeka (CZ), Ċipru (CY), id-Danimarka (DK), l-Estonja (EST), il-Finlandja (FIN), Franza (F), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Kroazja (HR), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (L), Malta (MT), in-Netherlands (NL), il-Polonja (PL), il-Portugall (P), ir-Rumanija (RO), ir-Repubblika Slovakka (SK), is-Slovenja (SLO), Spanja (E), l-Ungerija (H), l-Iżvezja (S), ir-Renju Unit (UK), għad trid titlesta/

(2)  Immarka jew imla kif meħtieġ.


ANNESS 33

MUDELL TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZ REGOLARI U SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI INTERNAZZJONALI

(Karta bajda – DIN A4)

(It-test għandu jitfassal bil-lingwa(i) uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Parti fejn issir it-talba)

FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI JEW GĦAT-TIĠDID TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TWETTIQ TA’ SERVIZZ REGOLARI INTERNAZZJONALI JEW TA’ SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI INTERNAZZJONALI (1)

Biex jinbeda servizz regolari ☐

Biex jinbeda servizz regolari speċjali ☐

Biex tiġġedded l-awtorizzazzjoni għal servizz ☐

Biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal servizz ☐

li jiġi operati b’coach jew karozza tal-linja bejn il-Partijiet skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra,

(Awtorità ta’ awtorizzazzjoni)

1.   

Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tan-negozju tal-applikant; fil-każ ta’ applikazzjoni minn grupp ta’ operaturi jew minn sħubija, isem l-operatur inkarigat mill-operaturi l-oħra għall-finijiet tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni:

2.   

Is-servizzi li jridu jitwettqu( 1 )

Minn operatur ☐ minn grupp ta’ operaturi ☐ minn sħubija ☐ minn sottokuntrattur ☐

3.   

L-ismijiet u l-indirizzi tal-operatur jew, fil-każ ta’ grupp ta’ operaturi jew ta’ sħubija, l-ismijiet tal-operaturi kollha tal-grupp jew tas-sħubija; barra minn hekk, kwalunkwe sottokuntrattur għandu jiġi identifikat b’ismu (2)

3.1   

… tel. …

3.2   

… tel. …

3.3   

… tel. …

3.4   

… tel. …

(It-tieni paġna tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni)

4   

Fil-każ ta’ servizz regolari speċjali:

4.1   

Kategorija tal-passiġġieri: (3) ħaddiema ☐ tfal tal-iskola/studenti ☐ oħrajn ☐

5   

Durata tal-awtorizzazzjoni mitluba jew id-data li fiha jintemm is-servizz:

6   

Rotta prinċipali tas-servizz (issottolinja l-punti fejn jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri, bl-indirizzi sħaħ): (4)

7   

Perjodu ta’ operat:

8   

Frekwenza (kuljum, kull ġimgħa. eċċ.):

9   

Nollijiet … Anness mehmuż.

10   

Inkludi skeda tas-sewqan li tippermetti li ssir verifika tal-konformità mar-regoli internazzjonali dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta’ ħin ta’ mistrieħ.

11   

Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet jew ta’ kopji awtentikati ċċertifikati tal-awtorizzazzjonijiet mitluba: (5)

12   

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali:

(Il-post u d-data) (Il-firma tal-applikant)

L-applikant għandu jinnota l-fatt li, billi l-awtorizzazzjoni jew il-kopja awtentikata ċċertifikata tagħha għandha tinżamm abbord il-vettura, l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet jew ta’ kopji awtentikati ċċertifikati, maħruġa mill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni, li l-applikant jeħtieġlu jkollu għandu jikkorrispondi mal-għadd ta’ vetturi meħtieġa sabiex isir is-servizz mitlub fl-istess ħin.

Avviż importanti

B’mod partikolari, dawn li ġejjin iridu jiġu mehmuża mal-applikazzjoni:

(a)

l-iskeda tal-ħinijiet, inkluż l-islots tal-ħinijiet għall-kontrolli fil-punti rilevanti ta’ qsim tal-fruntieri;

(b)

kopja awtentikata tal-liċenzja/i tal-operatur (jew tal-operaturi) għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni;

(c)

mappa ta' skala xierqa, li fuqha jkun hemm immarkata r-rotta u l-postijiet tal-waqfiet fejn il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu;

(d)

skeda tas-sewqan li tippermetti li ssir verifika tal-konformità mar-regoli internazzjonali dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ;

(e)

kull informazzjoni xierqa dwar it-terminals tax-xarabanks u l-kowċis.


(1)  Immarka jew imla kif meħtieġ.

(2)  Ehmeż lista, jekk applikabbli.

(3)  Immarka jew imla kif meħtieġ.

(4)  L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni tista’ titlob lista sħiħa tal-punti fejn jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri bl-indirizzi sħaħ li għandhom jiġu mehmuża separatament ma’ din il-formola ta’ applikazzjoni.

(5)  Imla kif inhu xieraq/


ANNESS 34

MUDELL TAL-FORMOLA TAL-VJAĠĠ GĦAL SERVIZZI OKKAŻJONALI

FORMOLA TAL-VJAĠĠI Nru … ta’ Ktieb Nru …

(Kulur Pantone 358 (aħdar ċar), jew kemm jista’ jkun viċin dan il-kulur, karta sintetika A4 format DIN)

SERVIZZI OKKAŻJONALI B’KABOTAĠĠ U SERVIZZI OKKAŻJONALI BI TRANŻITU

(Kull punt, jekk ikun meħtieġ, jista’ jiġi ssuplimentat fuq folja separata)

1

Image 12

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kowċ

Post, data u firma tat-trasportatur

2

Image 13

1.

2.

3.

It-trasportatur u, fejn xieraq, sottokuntrattur jew grupp ta’ trasportaturi

3

Image 14

1.

2.

3.

Isem is-sewwieq/a

4

L-organizzazzjoni jew il-persuna responsabbli mis-servizz okkażjonali

1. … 2. …

3. … 4. …

5

It-tip ta’ servizz

Servizz okkażjonali bil-kabotaġġ

Servizz okkażjonali bi tranżitu

6

Post tat-tluq tas-servizz: … Pajjiż: …

Post tad-destinazzjoni tas-servizz: … Pajjiż: …

7

Vjaġġ

Rotta/Postijiet ta’ waqfien ta’ kuljum u/jew il-postijiet minn fejn jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri

Numru ta'

Image 15

passiġġieri
Vojt

Image 16

(immarka b’X)

Km ippjanati

Dati

minn

Image 17

Sa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

Punti ta’ koinċidenza, jekk ikun hemm, ma’ trasportatur ieħor fl-istess grupp

Għadd ta’ passiġġieri li jitniżżlu

Destinazzjoni finali tal-passiġġier li jitniżżlu

Trasportatur li jrikkeb il-passiġġieri

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Tibdiliet mhux previsti


ANNESS 35

#

Kodiċi

Isem Komuni

Żoni ICES

Ishma

2021

2022

2023

2024

2025

2026 'il quddiem

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

1

ALF/3X14-

Fonsa ħamra (3,4,5,6,7,8,9, 10,12,14)

UK, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

96.95

3.05

96.95

3.05

96.95

3.05

96.95

3.05

96.95

3.05

96.95

3.05

2

ANF/07.

Petriċa (7)

7

78.78

21.22

78.24

21.76

77.70

22.30

77.05

22.95

76.62

23.38

76.62

23.38

3

ANF/2AC4-C

Petriċa kbira (Baħar tat-Tramuntana)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

13.74

86.26

12.92

87.08

12.11

87.89

11.13

88.87

10.48

89.52

10.48

89.52

4

ANF/56-14

Petriċa kbira (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

60.99

39.01

59.62

40.38

58.25

41.75

56.60

43.40

55.50

44.50

55.50

44.50

5

ARU/1/2.

Arġentina silus (1,2)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

56.90

43.10

56.90

43.10

56.90

43.10

56.90

43.10

56.90

43.10

56.90

43.10

6

ARU/3A4-C

Arġentina silus (Baħar tat-Tramuntana)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a

98.40

1.60

98.40

1.60

98.40

1.60

98.40

1.60

98.40

1.60

98.40

1.60

7

ARU/567.

Arġentina silus (tal-Punent)

6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5

94.41

5.59

94.41

5.59

94.41

5.59

94.41

5.59

94.41

5.59

94.41

5.59

8

BLI/12INT-

Linarda (Internazzjonali 12)

Ilmijiet internazzjonali taż-żona 12

99.14

0.86

99.14

0.86

99.14

0.86

99.14

0.86

99.14

0.86

99.14

0.86

9

BLI/24-

Linarda (Baħar tat-Tramuntana)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 2; l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4

73.19

26.81

73.19

26.81

73.19

26.81

73.19

26.81

73.19

26.81

73.19

26.81

10

BLI/5B67-

Linarda (tal-Punent)

6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5

77.31

22.69

76.73

23.27

76.16

23.84

75.46

24.54

75.00

25.00

75.00

25.00

11

BOR/678-

Pixxi trumbetta (tal-Punent)

6, 7 u 8

93.65

6.36

93.65

6.36

93.65

6.36

93.65

6.36

93.65

6.36

93.65

6.36

12

BSF/56712-

Ċinturin iswed (tal-Punent)

6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5; ilmijiet internazzjonali taż-żona 12

94.31

5.69

94.31

5.69

94.31

5.69

94.31

5.69

94.31

5.69

94.31

5.69

13

COD/07A.

Bakkaljaw (Baħar Irlandiż)

7a

56.05

43.95

55.84

44.16

55.63

44.37

55.37

44.63

55.20

44.80

55.20

44.80

14

COD/07D.

Bakkaljaw (Kanal tal-Lvant)

7d

90.75

9.25

90.75

9.25

90.75

9.25

90.75

9.25

90.75

9.25

90.75

9.25

15

COD/5BE6A

Bakkaljaw (il-Punent tal-Iskozja)

6a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b li jinsabu fil-Lvant ta' 12°00' W

30.23

69.77

27.37

72.63

24.51

75.49

21.08

78.92

18.79

81.21

18.79

81.21

16

COD/5W6-14

Bakkaljaw (Rockall)

6b; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b li jinsabu fil-Punent ta' 12°00' W kif ukoll dawk taż-żoni 12 u 14

33.95

66.05

31.71

68.29

29.47

70.53

26.78

73.22

24.99

75.01

24.99

75.01

17

COD/7XAD34

Bakkaljaw (Baħar Ċeltiku)

7b, 7c, 7e-k, 8, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

90.70

9.30

90.47

9.53

90.23

9.77

89.95

10.05

89.76

10.24

89.76

10.24

18

DGS/15X14

Mazzola griża (tal-Punent)

6, 7 u 8; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 12 u 14

57.53

42.47

56.61

43.39

55.69

44.31

54.58

45.42

53.84

46.16

53.84

46.16

19

DWS/56789-

Klieb il-baħar tal-fond (tal-Punent)

6, 7, 8 u 9; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5

100.00

0.00

100.00

0.00

100.00

0.00

100.00

0.00

100.00

0.00

100.00

0.00

20

HAD/07A.

Merluzz tal-linja sewda (Baħar Irlandiż)

7a

47.24

52.76

46.42

53.58

45.61

54.39

44.63

55.37

43.98

56.02

43.98

56.02

21

HAD/5BC6A.

Merluzz tal-linja sewda (il-Punent tal-Iskozja)

6a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b

19.39

80.61

19.39

80.61

19.39

80.61

19.39

80.61

19.39

80.61

19.39

80.61

22

HAD/6B1214

Merluzz tal-linja sewda (Rockall)

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona 6b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

16.76

83.24

16.32

83.68

15.88

84.12

15.35

84.65

15.00

85.00

15.00

85.00

23

HAD/7X7A34

Merluzz tal-linja sewda (Baħar Ċeltiku)

7b-k, 8, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

84.00

16.00

83.00

17.00

82.00

18.00

80.80

19.20

80.00

20.00

80.00

20.00

24

HER/07A/MM

Aringa (Baħar Irlandiż)

7a fit-Tramuntana ta’ 52°30' N

11.01

88.99

8.50

91.50

6.00

94.00

2.99

97.01

0.99

99.01

0.99

99.01

25

HER/5B6ANB

Aringa (il-Punent tal-Iskozja)

6b u 6aN; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b

35.95

64.05

35.34

64.66

34.74

65.26

34.01

65.99

33.53

66.47

33.53

66.47

26

HER/7EF.

Aringa (Kanal tal-Punent u Kanal ta’ Bristol)

7e u 7f

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

50.00

27

HER/7G-K.

Aringa (Baħar Ċeltiku)

7a fin-Nofsinhar ta’ 52°30′N, 7g, 7h, 7j u 7k

99.88

0.12

99.88

0.12

99.88

0.12

99.88

0.12

99.88

0.12

99.88

0.12

28

HKE/2AC4-C

Merluzz (Baħar tat-Tramuntana)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

60.67

39.33

57.11

42.89

53.56

46.44

49.29

50.71

46.45

53.55

46.45

53.55

29

HKE/571214

Merluzz (Punent)

6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

80.33

19.67

80.05

19.95

79.77

20.23

79.43

20.57

79.20

20.80

79.20

20.80

30

JAX/2A-14

Sawrell (Punent)

l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żona 4a; 6, 7a-c, e-k; 8a-b, d-e; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 2a u 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

90.61

9.39

90.61

9.39

90.61

9.39

90.61

9.39

90.61

9.39

90.61

9.39

31

JAX/4BC7D

Sawrell (il-Baħar tat-Tramuntana tan-Nofsinhar u l-Kanal tal-Lvant)

l-ilmijiet tar-Renju Unit u l-Unjoni taż-żoni 4b, 4c u 7d

71.46

28.54

68.60

31.40

65.73

34.27

62.29

37.71

60.00

40.00

60.00

40.00

32

L/W/2AC4-C

Lingwata ta’ ħalq żgħir u barbun ilsien il-kelb (Baħar tat-Tramuntana)*

L-ilmijiet tar-Renju Unit u l-Unjoni taż-żona 4, l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

35.97

64.03

35.48

64.52

34.98

65.02

34.39

65.61

34.00

66.00

34.00

66.00

33

LEZ/07.

Megrims (7)

7

81.37

18.63

80.65

19.35

79.93

20.07

79.07

20.93

78.50

21.50

78.50

21.50

34

LEZ/2AC4-C

Megrims (Baħar tat-Tramuntana)

Ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

3.74

96.26

3.74

96.26

3.74

96.26

3.74

96.26

3.74

96.26

3.74

96.26

35

LEZ/56-14

Megrims (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

60.84

39.16

59.55

40.45

58.25

41.75

56.69

43.31

55.65

44.35

55.65

44.35

36

LIN/03A-C.

Linarda (3a)

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a

92.65

7.35

92.65

7.35

92.65

7.35

92.65

7.35

92.65

7.35

92.65

7.35

37

LIN/04-C.

Linarda (Baħar tat-Tramuntana)

l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żona 4;

21.22

78.78

20.92

79.08

20.61

79.39

20.24

79.76

20.00

80.00

20.00

80.00

38

LIN/6X14.

Linarda (Punent)

6, 7, 8, 9 u 10; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

63.67

36.33

63.25

36.75

62.83

37.17

62.33

37.67

62.00

38.00

62.00

38.00

39

NEP/*07U16

Awwist (Porcupine Bank)

Unità funzjonali 16 tas-subżona 7 tal-ICES

85.32

14.68

85.32

14.68

85.32

14.68

85.32

14.68

85.32

14.68

85.32

14.68

40

NEP/07.

Awwist (7)

7

61.68

38.32

60.76

39.24

59.84

40.16

58.74

41.26

58.00

42.00

58.00

42.00

41

NEP/2AC4-C

Awwist (Baħar tat-Tramuntana)

Ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

13.38

86.62

13.38

86.62

13.38

86.62

13.38

86.62

13.38

86.62

13.38

86.62

42

NOP/2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja (il-Baħar tat-Tramuntana)

3a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

85.00

15.00

82.50

17.50

80.00

20.00

77.00

23.00

75.00

25.00

75.00

25.00

43

PLE/07A.

Barbun tat-tbajja’ (Baħar Irlandiż)

7a

48.89

51.11

48.89

51.11

48.89

51.11

48.89

51.11

48.89

51.11

48.89

51.11

44

PLE/56-14

Barbun tat-Tbajja’ (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

39.23

60.77

39.23

60.77

39.23

60.77

39.23

60.77

39.23

60.77

39.23

60.77

45

PLE/7DE.

Barbun tat-tbajja’ (Kanal Ingliż)*

7d u 7e

70.36

29.64

70.27

29.73

70.18

29.82

70.07

29.93

70.00

30.00

70.00

30.00

46

PLE/7FG.

Barbun tat-tbajja’ (7fg)

7f u 7 g

74.86

25.14

74.58

25.42

74.30

25.70

73.96

26.04

73.74

26.26

73.74

26.26

47

PLE/7HJK.

Barbun tat-tbajja’ (7hjk)

7h, 7j u 7k

84.25

15.75

83.71

16.29

83.17

16.83

82.52

17.48

82.09

17.91

82.09

17.91

48

POK/56-14

Pollakkju iswed (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 12 u 14

62.32

37.68

58.99

41.01

55.66

44.34

51.66

48.34

49.00

51.00

49.00

51.00

49

POK/7/3411

Pollakkju iswed (Baħar Ċeltiku)

7, 8, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

84.86

15.14

84.90

15.10

84.93

15.07

84.97

15.03

85.00

15.00

85.00

15.00

50

POL/07.

Pollakkju (7)

7

78.03

21.97

77.27

22.73

76.51

23.49

75.61

24.39

75.00

25.00

75.00

25.00

51

POL/56-14

Pollakkju (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

63.38

36.62

63.38

36.62

63.38

36.62

63.38

36.62

63.38

36.62

63.38

36.62

52

PRA/2AC4-C

Gamblu tat-Tramuntana (il-Baħar tat-Tramuntana)

Ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

77.99

22.01

77.99

22.01

77.99

22.01

77.99

22.01

77.99

22.01

77.99

22.01

53

RJE/7FG.

Raja għewejna (7fg)

7f u 7 g

56.36

43.64

53.39

46.61

50.42

49.58

46.86

53.14

44.49

55.51

44.49

55.51

54

RJU/7DE.

Raja ondjata (Kanal Ingliż)

7d u 7e

69.12

30.88

68.09

31.91

67.06

32.94

65.82

34.18

65.00

35.00

65.00

35.00

55

RNG/5B67-

Grenadier imnieħru tond (tal-Punent)

6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b

95.16

4.84

95.16

4.84

95.16

4.84

95.16

4.84

95.16

4.84

95.16

4.84

56

RNG/8X14-

Grenadier imnieħru tond (8,9,10,12,14)

8, 9 u 10; ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

99.71

0.29

99.71

0.29

99.71

0.29

99.71

0.29

99.71

0.29

99.71

0.29

57

SAN/2A3A4.

Ċiċċirell (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Banek Kollha)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żona 4, l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a

97.26

2.74

97.14

2.86

97.03

2.97

96.89

3.11

96.80

3.20

96.80

3.20

58

SBR/678-

Paġella ħamra (tal-Punent)

6, 7 u 8

90.00

10.00

90.00

10.00

90.00

10.00

90.00

10.00

90.00

10.00

90.00

10.00

59

SOL/07A.

Lingwata (Baħar Irlandiż)

7a

77.15

22.86

77.03

22.97

76.92

23.08

76.79

23.21

76.70

23.30

76.70

23.30

60

SOL/07D.

Lingwata (Kanal tal-Lvant)

7d

80.31

19.69

80.23

19.77

80.15

19.85

80.06

19.94

80.00

20.00

80.00

20.00

61

SOL/07E.

Lingwata (Kanal tal-Punent)

7e

38.97

61.03

38.60

61.40

38.24

61.76

37.79

62.21

37.50

62.50

37.50

62.50

62

SOL/24-C.

Lingwata (il-Baħar tat-Tramuntana)

Ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

88.09

11.91

86.81

13.19

85.54

14.46

84.02

15.98

83.00

17.00

83.00

17.00

63

SOL/56-14

Lingwata (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

80.00

20.00

80.00

20.00

80.00

20.00

80.00

20.00

80.00

20.00

80.00

20.00

64

SOL/7FG.

Lingwata (7fg)

7f u 7 g

69.35

30.65

68.93

31.07

68.51

31.49

68.01

31.99

67.67

32.33

67.67

32.33

65

SOL/7HJK.

Lingwata (7hjk)

7h, 7j u 7k

83.33

16.67

83.33

16.67

83.33

16.67

83.33

16.67

83.33

16.67

83.33

16.67

66

SPR/2AC4-C

Laċċa kaħla (Baħar tat-Tramuntana)

Ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

96.18

3.82

96.18

3.82

96.18

3.82

96.18

3.82

96.18

3.82

96.18

3.82

67

SPR/7DE.

Laċċa Kaħla (Kanal Ingliż)

7d u 7e

28.60

71.40

25.45

74.55

22.30

77.70

18.52

81.48

16.00

84.00

16.00

84.00

68

SRX/07D.

Rebekkini u Raj (Kanal tal-Lvant)

7d

84.51

15.49

84.44

15.56

84.36

15.64

84.27

15.73

84.21

15.79

84.21

15.79

69

SRX/2AC4-C

Rebekkini u Raj (Baħar tat-Tramuntana)

Ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

32.73

67.27

32.29

67.71

31.86

68.14

31.35

68.65

31.00

69.00

31.00

69.00

70

SRX/67AKXD

Rebekkini u Raj (Punent)

l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żoni 6a, 6b, 7a-c u 7e-k

71.06

28.94

70.54

29.46

70.02

29.98

69.40

30.60

68.99

31.01

68.99

31.01

71

T/B/2AC4-C

Barbun imperjali u barbun lixx (Baħar tat-Tramuntana)*

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żona 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

81.82

18.18

81.37

18.63

80.91

19.09

80.36

19.64

80.00

20.00

80.00

20.00

72

USK/04-C.

Tusk (Baħar tat-Tramuntana)

l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni 4;

59.46

40.54

59.46

40.54

59.46

40.54

59.46

40.54

59.46

40.54

59.46

40.54

73

USK/567EI.

Tusk (Punent)

6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5

70.73

29.27

70.55

29.45

70.37

29.63

70.15

29.85

70.00

30.00

70.00

30.00

74

WHG/07A.

Merlangu (Baħar Irlandiż)

7a

42.27

57.73

41.45

58.55

40.63

59.37

39.65

60.35

39.00

61.00

39.00

61.00

75

WHG/56-14

Merlangu (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

37.53

62.47

36.67

63.33

35.81

64.19

34.78

65.22

34.09

65.91

34.09

65.91

76

WHG/7X7A-C

Merlangu (Baħar Ċeltiku)

7b, 7c, 7d, 7e, 7f, 7g, 7h, 7j u 7k

88.95

11.05

88.89

11.11

88.84

11.16

88.77

11.23

88.73

11.27

88.73

11.27


ANNESS 36

A.   Ħażniet trilaterali UK-UE-NO

#

Kodiċi

Isem Komuni

Żoni ICES

Ishma

2021

2022

2023

2024

2025

2026 'il quddiem

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

77

COD/2A3AX4

Merluzz (Baħar tat-Tramuntana)

4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; il-parti taż-żona 3a li mhix koperta mill-Iskagerrak u mill-Kattegat

47.03

52.97

46.02

53.98

45.02

54.99

43.81

56.19

43.00

57.00

43.00

57.00

78

HAD/2AC4.

Merluzz tal-linja sewda (Baħar tat-Tramuntana)

4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

18.45

81.55

17.80

82.20

17.14

82.86

16.35

83.65

15.83

84.17

15.83

84.17

79

HER/2A47DX

Aringa (qabda aċċessorja tal-Baħar tat-Tramuntana)

4 u 7d; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

98.18

1.82

98.18

1.82

98.18

1.82

98.18

1.82

98.18

1.82

98.18

1.82

80

HER/4AB.

Aringa (Baħar tat-Tramuntana)

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

71.33

28.67

70.42

29.58

69.50

30.50

68.41

31.59

67.68

32.32

67.68

32.32

81

HER/4CXB7D

Aringa (il-Baħar tat-Tramuntana tan-Nofsinhar u l-Kanal tal-Lvant)

4c, 7d eskluż Blackwater

88.76

11.24

88.48

11.52

88.21

11.79

87.87

12.13

87.65

12.35

87.65

12.35

82

PLE/2A3AX4

Barbun tat-Tbajja’ (Baħar tat-Tramuntana)

4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a dik il-parti taż-żona 3a li mhix koperta mill-Iskagerrak u mill-Kattegat

71.54

28.46

71.54

28.46

71.54

28.46

71.54

28.46

71.54

28.46

71.54

28.46

83

POK/2C3A4

Pollakkju iswed (Baħar tat-Tramuntana)

3a u 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

77.71

22.29

76.78

23.22

75.85

24.15

74.74

25.26

74.00

26.00

74.00

26.00

84

WHG/2AC4.

Merlangu (Baħar tat-Tramuntana)

4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

34.78

65.22

32.71

67.29

30.63

69.37

28.13

71.87

26.47

73.53

26.47

73.53

B.   Stokkijiet tal-Istati Kostali

#

Kodiċi

Isem Komuni

Żoni ICES

Ishma

2021

2022

2023

2024

2025

2026 'il quddiem

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

UE

UK

85

MAC/2A34.

Kavall (Baħar tat-Tramuntana)

3a u 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3b, 3c u tas-Subdiviżjonijiet 22-32;

93.91

6.09

93.78

6.22

93.65

6.35

93.50

6.50

93.40

6.60

93.40

6.60

86

MAC/2CX14-

Kavall (Punent)

6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14

35.15

64.85

34.06

65.94

32.98

67.02

31.67

68.33

30.80

69.20

30.80

69.20

87

WHB/1X14

Stokkafixx (it-Tramuntana)

l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14

79.47

20.53

79.35

20.65

79.24

20.76

79.09

20.91

79.00

21.00

79.00

21.00

C.   Stokkijiet tal-ICCAT

#

Kodiċi

Isem Komuni

Żona

Ishma

UE

UK

88

ALB/AN05N

Alonga (Atlantiku tat-Tramuntana)

l-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

98.48

1.52

89

BFT/AE45WM

Tonn (Grigal tal-Atlantiku)

l-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran

99.75

0.25

90

BSH/AN05N

Ħuta Kaħla (L-Atlantiku tat-Tramuntana)

l-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

99.90

0.10

91

SWO/AN05N

Pixxispad (Atlantiku tat-Tramuntana)

l-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

99.99

0.01

D.   Stokkijiet tan-NAFO

#

Kodiċi

Isem Komuni

Żona

Ishma

UE

UK

92

COD/N3M.

Bakkaljaw (NAFO 3M)

NAFO 3M

83.66

16.34

E.   Każijiet Speċjali

#

Kodiċi

Isem Komuni

Żoni ICES

Ishma

UE

UK

93

COD/1/2B.

Bakkaljaw (Svalbard)

1 u 2b

75.00

25.00

F.   Stokkijiet li huma preżenti biss fl-ilmijiet ta’ Parti waħda

#

Kodiċi

Isem Komuni

Żoni ICES

Ishma

UE

UK

 

 

 

 

 

 

94

GHL/2A C46

Ħalibatt ta’ Greenland (il-Baħar tat-Tramuntana u tal-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żona 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b

27.35

72.65

95

HER/06ACL.

Aringa (Clyde)

6 Clyde

0.00

100.00

96

HER/1/2-

Aringa (ASH)

l-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

70.00

30.00

97

LIN/05EI.

Linarda (5)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5

81.48

18.52

98

LIN/1/2.

Linarda (1,2)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

77.78

22.22

99

NEP/5BC6.

Awwist (il-Punent tal-Iskozja)

6; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b

2.36

97.64

100

RED/51214D

Redfish [Pelaġiku tal-Fond] (5,12,14)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

98.00

2.00

101

RED/51214S

Redfish [Pelaġiku tal-Baxx] (5,12,14)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

98.00

2.00

102

SBR/10-

Paġella ħamra (Azores)

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 10

99.12

0.88

103

SRX/89-C.

Rebekkini u Raj (8,9)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żona 8; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

99.78

0.22

104

USK/1214EI

Tusk (1,2,14)

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2 u 14

71.43

28.57


ANNESS 37

#

Kodiċi tal-Istokk

Isem Komuni

Żoni ICES

105

ANF/8ABDE.

Petriċa (8)

Iż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e

106

BLI/03A-

Linarda (3a)

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a

107

BSF/8910-

Ċinturin iswed (8,9,10)

8, 9 u 10

108

COD/03AN

Merluzz (Skagerrak)

Skagerrak

109

HAD/03 A.

Merluzz tal-linja sewda (3a)

3 a

110

HER/03A.

Aringa (3a)

3 a

111

HER/03A-BC

Aringa (qabdiet inċidentali ta’ 3a)

3 a

112

HER/6AS7BC

Aringa (Punent tal-Irlanda)

6aS, 7b u 7c

113

HKE/03A.

Merluzz (3a)

3 a

114

HKE/8ABDE.

Merluzz (8)

Iż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e

115

JAX/08C.

Sawrell (8c)

8c

116

LEZ/8ABDE.

Megrims (8)

Iż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e

117

MAC/2A4A-N

Kavalli (allokazzjoni tad-Danimarka fl-ilmijiet Norveġiżi)

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a

118

MAC/8C3411

Kavalli (Komponent tan-Nofsinhar)

8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

119

PLE/03AN.

Barbun tat-tbajja’ (Skagerrak)

Skagerrak

120

SPR/03 A.

Laċċa kaħla (3a)

3 a

121

SRX/03A-C

Rebekkini u Raj (3a)

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a

122

USK/03A.

Tusk (3a)

3 a

123

WHB/8C3411

Stokkafixx (Komponent tan-Nofsinhar)

8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1


ANNESS 38

PROTOKOLL DWAR L-AĊĊESS GĦALL-IBĦRA

Ir-Renju Unit u l-Unjoni

Filwaqt li JAFFERMAW id-drittijiet u obbligi sovrani ta’ Stati kostali indipendenti eżerċitati mill-Partijiet;

Filwaqt li JISĦQU li d-dritt ta’ kull Parti li tagħti lill-bastimenti tal-Parti l-oħra aċċess għall-ħut fl-ibħra tagħha ordinarjament għandu jiġi eżerċitat b’konsultazzjonijiet annwali wara d-determinazzjoni tat-TACs għal xi sena partikolari waqt konsultazzjonijiet annwali;

Filwaqt li JINNUTAW il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi ta’ perjodu ulterjuri ta’ stabbiltà li matulu s-sajjieda jingħataw permess sat-30 ta’ Ġunju 2026 biex ikomplu b’aċċess għall-ibħra tal-Parti l-oħra bħal qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

QABLU kif ġej:

Artikolu 1

B'dan qed jiġi stabbilit perjodu ta’ aġġustament. Il-perjodu ta’ aġġustament għandu jkun bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u t-30 ta’ Ġunju 2026.

Artikolu 2

1.   B’deroga mill-Artikolu 500(1), (3), (4), (5), (6) u (7) ta’ dan il-Ftehim, matul il-perjodu ta’ aġġustament kull Parti għandha tagħti lill-bastimenti tal-Parti l-oħra aċċess sħiħ għall-ibħra tagħha għas-sajd:

(a)

tal-istokkijiet elenkati fl-Anness 35 u t-tabella A, B, F tal-Anness 36 f’livell li huwa raġonevolment proporzjonat mal-ishma rispettivi tal-opportunitajiet ta’ sajd;

(b)

tal-istokkijiet mhux fil-kwoti f’livell li jkun daqs il-medja ta’ tunnaġġ li jinqabad minn dik il-Parti fl-ibħra tal-Parti l-oħra matul il-perjodu 2012-2016;

(c)

għall-bastimenti kwalifikanti għaż-żona fl-ibħra tal-Partijiet bejn sitta u tnax-il mil nawtiku mill-linja bażi fid-diviżjonijiet 4c u 7d-g tal-ICES sal-livell li l-bastimenti kwalifikanti ta’ kull Parti kellhom aċċess għal dik iż-żona fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Għall-finijiet tal-punt (c), “bastiment kwalifikanti” tfisser bastiment ta’ xi Parti li bih ikun sar sajd fiż-żona msemmija fis-sentenza preċedenti għal mill-anqas erba’ snin bejn l-2012 u l-2016, jew is-sostituzzjoni diretta tiegħu.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lill-Parti l-oħra b’kull tibdil fil-livell u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-ibħra li jkunu japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2026.

3.   L-Artikolu 501 ta’ dan il-Ftehim għandu japplika mutatis mutandis b’rabta ma’ kull bidla skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għar-rigward tal-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2026 u l-31 ta’ Diċembru 2026.


ANNESS 39

SKAMBJI TA’ DATA DWAR ID-DNA, IL-MARKI TAS-SWABA’ U R-REĠISTRAZZJONI TAL-VETTURI

KAPITOLU 0

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi, tekniċi u dawk relatati mal-protezzjoni tad-data meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tal-Ftehim.

Artikolu 2

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-Istati għandhom josservaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni b’konnessjoni mat-talbiet u t-tweġibiet kollha relatati ma’ tiftix u tqabbil ta’ profili tad-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 3 ta’ dan l-Anness.

Artikolu 3

Network tal-komunikazzjonijiet

L-iskambju elettroniku ta’ data tad-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-Istati għandu jsir bl-użu tan-network ta’ komunikazzjoni tas-Servizzi Trans Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (TESTA II) u żviluppi ulterjuri tiegħu.

Artikolu 4

Disponibbiltà ta’ skambju ta’ data awtomatizzat

L-Istati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li tiftix jew tqabbil awtomatizzat ta’ data tad-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi jkun jista’ jsir 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-każ ta’ ħsara teknika, il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istati għandhom minnufih jgħarrfu lil xulxin u għandhom jaqblu dwar arranġamenti alternattivi temporanji għall-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. L-iskambju awtomatizzat tad-data għandu jerġa’ jiġi stabbilit kemm jista’ jkun malajr.

Artikolu 5

Numri ta’ referenza għad-data tad-DNA u d-data dattiloskopika

In-numri ta’ referenza msemmijin fl-Artikoli 529 u 533 ta’ dan il-Ftehim għandhom jikkonsistu minn kombinazzjoni ta’ dan li ġej:

(a)

kodiċi li jagħmilha possibbli għall-Istati li, fil-każ ta’ konkordanza, jirkupraw data personali u informazzjoni oħra fil-bażijiet tad-data tagħhom sabiex ifornuha lil Stat wieħed, lil diversi Stati jew lill-Istati kollha f’konformità mal-Artikolu 536 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

kodiċi sabiex jindika l-oriġini nazzjonali tal-profil tad-DNA jew id-data dattiloskopika; u

(c)

fir-rigward ta’ data tad-DNA, kodiċi li jindika t-tip tal-profil tad-DNA.

Artikolu 6

Prinċipji tal-iskambju tad-data tad-DNA

1.   L-Istati għandhom jużaw standards eżistenti għall-iskambju tad-data tad-DNA, bħas-Sett Standard Ewropew (European Standard Set, ESS) jew is-Sett Standard ta’ Loci tal-Interpol (Interpol Standard Set of Loci, ISSOL).

2.   Il-proċedura ta’ trażmissjoni, fil-każ ta’ tiftix awtomatizzat u tqabbil awtomatizzat ta’ profili tad-DNA, għandha ssir fi struttura deċentralizzata.

3.   Għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex tkun żgurata l-kunfidenzjalità u l-integrità ta’ data li tkun qed tintbagħat lil Stati oħrajn, inkluż il-kriptaġġ tagħhom.

4.   L-Istati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-integrità tal-profili tad-DNA li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati l-oħra jew li jintbagħtulhom għal tqabbil u sabiex jiżguraw li dawk il-miżuri jikkonformaw ma’ standards internazzjonali bħall-ISO 17025.

5.   L-Istati għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-Istat f’konformità mal-istandard ISO 3166-1 alpha-2.

Artikolu 7

Regoli għal talbiet u tweġibiet b’konnessjoni mad-data tad-DNA

1.   Talba għal tiftix jew paragun awtomatizzat, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 530 jew 531 ta’ dan il-Ftehim, għandha tinkludi biss l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kodiċi tal-Istat rikjedenti;

(b)

id-data, il-ħin u n-numru ta’ indikazzjoni tat-talba;

(c)

il-profili tad-DNA u n-numri ta’ referenza tagħhom;

(d)

it-tipi tal-profili tad-DNA trażmessi (profili tad-DNA mhux identifikati jew profili tad-DNA ta’ referenza); u

(e)

l-informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tas-sistemi tal-bażi tad-data u l-kontroll tal-kwalità għall-proċessi ta’ tiftix awtomatiċi.

2.   It-tweġiba (rapport ta’ konkordanza) għat-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja:

(a)

indikazzjoni ta’ jekk kienx hemm konkordanza (HITs) waħda jew aktar jew l-ebda konkordanza (No-HITs);

(b)

id-data, il-ħin u n-numru ta’ indikazzjoni tat-talba;

(c)

id-data, il-ħin u n-numru ta’ indikazzjoni tat-tweġiba;

(d)

il-kodiċijiet tal-Istat rikjedenti u tal-Istat rikjest;

(e)

in-numri ta’ referenza tal-Istat rikjedenti u tal-Istat rikjest;

(f)

it-tipi tal-profili tad-DNA trażmessi (profili tad-DNA mhux identifikati jew profili tad-DNA ta’ referenza);

(g)

il-profili tad-DNA rikjesti u dawk fejn instabet konkordanza; u

(h)

l-informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tas-sistemi tal-bażi tad-data u l-kontroll tal-kwalità għall-proċessi ta’ tiftix awtomatiċi.

3.   Notifika awtomatizzata ta’ konkordanza għandha tingħata biss jekk it-tiftix jew it-tqabbil awtomatizzat ikun irriżulta f’konkordanza ta’ għadd minimu ta’ loci. Dak il-minimu huwa stabbilit fil-Kapitolu 1.

4.   L-Istati għandhom jiżguraw li t-talbiet jikkonformaw mad-dikjarazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 529(3) ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Proċedura ta’ trażmissjoni għat-tiftix awtomatizzat ta’ profili ta’ DNA mhux identifikati f’konformità mal-Artikolu 530

1.   Jekk, f’tiftixa bi profil ta’ DNA mhux identifikat, ma tkun instabet l-ebda konkordanza fil-bażi tad-data nazzjonali jew tkun instabet konkordanza ma’ profil tad-DNA mhux identifikat, il-profil tad-DNA mhux identifikat jista’ imbagħad jintbagħat lill-bażijiet tad-data tal-Istati l-oħra kollha u, jekk f’tiftixa b’dan il-profil tad-DNA mhux identifikat jinstabu konkordanzi ma’ profili tad-DNA ta’ referenza u/jew profili tad-DNA mhux identifikati fil-bażijiet tad-data ta’ Stati oħra, dawn il-konkordanzi għandhom awtomatikament jiġu kkomunikati u d-data ta’ referenza tad-DNA għandha tintbagħat lill-Istat rikjedenti; jekk ma tinstab l-ebda konkordanza fil-bażijiet tad-data ta’ Stati oħra, dan għandu jiġi awtomatikament kkomunikat lill-Istat rikjedenti.

2.   Jekk f’tiftixa bi profil tad-DNA mhux identifikat tinstab konkordanza fil-bażijiet tad-data ta’ Stati oħra, kull Stat ikkonċernat jista’ jdaħħal nota f’dan is-sens fil-bażi tad-data nazzjonali tiegħu.

Artikolu 9

Proċedura ta’ trażmissjoni għal tiftix awtomatizzat ta’ profili tad-DNA ta’ referenza f’konformità mal-Artikolu 530

Jekk, f’tiftixa bi profil ta’ DNA ta’ referenza, ma tkun instabet l-ebda konkordanza fil-bażi tad-data nazzjonali ma’ profil tad-DNA ta’ referenza jew tkun instabet konkordanza ma’ profil tad-DNA mhux identifikat, dan il-profil ta’ DNA ta’ referenza jista’ mbagħad jintbagħat lill-bażijiet tad-data ta’ Stati oħra kollha, u jekk, f’tiftixa b’dan il-profil tad-DNA ta’ referenza jinstabu konkordanzi ma’ profili tad-DNA ta’ referenza u/jew profili tad-DNA mhux identifikati fil-bażijiet tad-data ta’ Stati l-oħra, dawn il-konkordanzi għandhom jiġu awtomatikament kkomunikati u d-data ta’ referenza tad-DNA għandha tintbagħat lill-Istat rikjedenti; jekk ma tinstab l-ebda konkordanza fil-bażijiet tad-data ta’ Stati oħra, dan għandu jiġi awtomatikament kkomunikat lill-Istat rikjedenti.

Artikolu 10

Proċedura ta’ trażmissjoni għat-tqabbil awtomatizzat ta’ profili tad-DNA mhux identifikati f’konformità mal-Artikolu 531

1.   Jekk, fi tqabbil ma’ profili tad-DNA mhux identifikati, jinstabu konkordanzi fil-bażijiet tad-data ta’ Stati oħra ma’ profili tad-DNA ta’ referenza u/jew profili tad-DNA mhux identifikati, dawn il-konkordanzi għandhom jiġu awtomatikament kkomunikati u d-data ta’ referenza tad-DNA għandha tintbagħat lill-Istat rikjedenti.

2.   Jekk, fi tqabbil ma’ profili tad-DNA mhux identifikati, jinstabu konkordanzi fil-bażijiet tad-data ta’ Stati oħra bi profili tad-DNA mhux identifikati jew profili tad-DNA ta’ referenza, kull Stat ikkonċernat jista’ jdaħħal nota f’dan is-sens fil-bażi tad-data nazzjonali tiegħu.

Artikolu 11

Prinċipji għall-iskambju ta’ data dattiloskopika

1.   Id-diġitalizzazzjoni tad-data dattiloskopika u t-trażmissjoni tagħha lill-Istati l-oħra għandhom jitwettqu f’konformità mal-format ta’ data uniformi speċifikat fil-Kapitolu 2.

2.   Kull Stat għandu jiżgura li d-data dattiloskopika li jibgħat tkun ta’ kwalità suffiċjenti għal tqabbil mis-sistemi awtomatizzati ta’ identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ (AFIS).

3.   Il-proċedura ta’ trażmissjoni għall-iskambju ta’ data dattiloskopika għandha ssir fi struttura deċentralizzata.

4.   Għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-integrità ta’ data dattiloskopika li tkun qed tintbagħat lil Stati oħra, inkluż il-kriptaġġ tagħhom.

5.   L-Istati għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-Istat f’konformità mal-istandard ISO 3166-1 alpha-2.

Artikolu 12

Kapaċitajiet ta’ tiftix għal data dattiloskopika

1.   Kull Stat għandu jiżgura li t-talbiet għal tiftix tiegħu ma jaqbżux il-kapaċitajiet ta’ tiftix speċifikati mill-Istat rikjest. Ir-Renju Unit għandu jiddikjara l-kapaċitajiet ta’ tiftix massimi tiegħu kuljum għal data dattiloskopika ta’ persuni identifikati u għal data dattiloskopika ta’ persuni li għadhom ma ġewx identifikati.

2.   L-għadd massimu ta’ kandidati aċċettati għal verifika għal kull trażmissjoni huwa stabbilit fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-Anness.

Artikolu 13

Regoli għal talbiet u tweġibiet b’konnessjoni ma’ data dattiloskopika

1.   L-Istat rikjest għandu jivverifika l-kwalità tad-data dattiloskopika mibgħuta mingħajr dewmien bi proċedura kompletament awtomatizzata. Jekk id-data ma tkunx adatta għal tqabbil awtomatizzat, l-Istat rikjest għandu jgħarraf lill-Istat rikjedenti mingħajr dewmien.

2.   L-Istat rikjest għandu jwettaq it-tiftix fl-ordni li fih ikun irċieva t-talbiet. It-talbiet għandhom jiġu pproċessati fi żmien 24 siegħa bi proċedura kompletament awtomatizzata. L-Istat rikjedenti jista’, jekk il-liġi nazzjonali tiegħu tippreskrivi hekk, jitlob l-ipproċessar aċċellerat tat-talbiet tiegħu u l-Istat rikjest għandu jwettaq dan it-tiftix mingħajr dewmien. Jekk għal raġunijiet ta’ force majeure l-iskadenzi ma jistgħux jiġu rrispettati, it-tqabbil għandu jitwettaq mingħajr dewmien hekk kif l-impedimenti jkunu tneħħew.

Artikolu 14

Prinċipji ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.   Għal tiftix awtomatizzat ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi l-Istati għandhom jużaw verżjoni tal-applikazzjoni tas-software tas-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (Eucaris), imfassla apposta għall-finijiet tal-Artikolu 537 ta’ dan il-Ftehim, u l-verżjonijiet emendati ta’ dan is-software.

2.   Tiftix awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għandha ssir fi struttura deċentralizzata.

3.   L-informazzjoni skambjata permezz tas-sistema Eucaris għandha tintbagħat f’forma kriptata.

4.   L-elementi tad-data, tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li jridu jiġu skambjati huma speċifikati fil-Kapitolu 3.

5.   Fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 537 ta’ dan il-Ftehim, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lil tfittxijiet relatati mal-ġlieda kontra reati serji.

Artikolu 15

Spejjeż

Kull Stat għandu jħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-applikazzjoni tas-software EUCARIS imsemmi fl-Artikolu 14(1).

Artikolu 16

Għan

1.   L-ipproċessar tad-data personali mill-Istat riċeventi għandu jkun permess biss għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet fornuta d-data f’konformità mat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim. L-ipproċessar għal għanijiet oħra għandu jkun permess biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istat li jamministra l-fajl u soġġett biss għal-liġi nazzjonali tal-Istat riċeventi. Tali awtorizzazzjoni tista' tingħata sakemm l-ipproċessar għal tali għanijiet oħra huwa permess taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat li jamministra l-fajl.

2.   L-ipproċessar ta' data fornuta skont l-Artikoli 530, 531 u 534 ta’ dan il-Ftehim mill-Istat li jkun qed ifittex jew iqabbel għandu jkun permess biss sabiex:

(a)

ikun stabbilit jekk hemmx konkordanza bejn il-profili ta' DNA mqabbla jew id-data dattiloskopika;

(b)

tkun imħejjija u ppreżentata talba tal-pulizija jew ġudizzjarja għal assistenza legali skont il-liġi nazzjonali jekk dik id-data taqbel;

(c)

ikun rekordjat fit-tifsira tal-Artikolu 19 ta’ dan il-Kapitolu.

3.   L-Istat li jamministra l-fajl jista' jipproċessa d-data fornuta lilu f’konformità mal-Artikoli 530, 531 u 534 ta’ dan il-Ftehim fil-każ biss fejn dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' tqabbil, forniment ta' tweġibiet awtomatizzati għal tiftix jew irrekordjar skont l-Artikolu 19 ta’ dan il-Kapitolu. Id-data pprovduta għandha titħassar minnufih wara l-paragun tad-data jew it-tweġibiet awtomatizzati għat-tiftix sakemm ma jkunx meħtieġ aktar ipproċessar għall-finijiet imsemmijin taħt il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Id-data pprovduta f’konformità mal-Artikolu 537 ta’ dan il-Ftehim tista' tintuża mill-Istat li jamministra l-fajl fil-każ biss fejn dan ikun meħtieġ għall-fini tal-forniment ta' tweġibiet awtomatizzati għal proċeduri ta' tiftix jew reġistrar kif speċifikat fl-Artikolu 19 ta’ dan il-Kapitolu. Id-data pprovduta għandha titħassar minnufih wara t-tweġibiet awtomatizzati għat-tiftix sakemm ma jkunx meħtieġ aktar ipproċessar għar-reġistrar skont l-Artikolu 19 ta’ dan il-Kapitolu. L-Istat Membru jista' juża d-data li jirċievi fi tweġiba għall-proċedura li għaliha jkun sar it-tiftix biss.

Artikolu 17

Preċiżjoni, rilevanza attwali u żmien ta' ħżin ta' data

1.   L-Istati għandhom jiżguraw il-preċiżjoni u r-rilevanza attwali ta' data personali. Jekk jirriżulta ex officio jew min-notifika mis-suġġett tad-data, li ġiet fornuta data skorretta jew data li ma kellhiex tiġi fornuta, dan għandu jiġi notifikat mingħajr dewmien lill-Istat riċeventi. L-Istat jew Stati kkonċernati għandhom ikunu obbligati jikkoreġu jew iħassru d-data. Barra minn hekk, data personali fornuta għandha tiġi kkoreġuta jekk tinsab li mhijiex korretta. Jekk il-korp riċeventi għandu raġuni sabiex jemmen li d-data fornuta mhix korretta jew għandha titħassar, il-korp li jforni għandu jkun infurmat minnufih.

2.   Id-data, li l-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data u li l-preċiżjoni jew in-nuqqas ta' preċiżjoni tagħha ma tistax tiġi stabbilita għandha, f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati, tiġi mmarkata b'indikatur bit-talba tas-suġġett tad-data. Jekk jeżisti indikatur, dan jista' jitneħħa soġġett għal-liġi nazzjonali tal-Istati u bil-permess biss tas-suġġett tad-data jew fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-qorti kompetenti jew tal-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-data.

3.   Id-data personali fornuta li ma kellhiex tkun fornuta jew irċevuta għandha titħassar. Id-data li tiġi fornuta u rċevuta legalment għandha titħassar:

(a)

jekk mhix jew ma għadhiex aktar meħtieġa għall-fini li għalih ġiet fornuta; jekk id-data personali ġiet fornuta mingħajr talba, il-korp riċeventi għandu minnufih jivverifika jekk hix meħtieġa għall-finijiet li għalihom ġiet fornuta;

(b)

wara l-iskadenza tal-perjodu massimu għaż-żamma ta' data stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-Istat li jforni fejn il-korp li jforni għarraf lill-korp riċeventi b'dak il-perjodu massimu fil-mument tal-forniment tad-data.

4.   Fejn ma hemmx raġuni sabiex wieħed jemmen li t-tħassir jippreġudika l-interessi tas-suġġett tad-data, id-data għandha tiġi mblukkata minflok imħassra skont il-liġi nazzjonali. Id-data mblukkata tista' tiġi fornuta jew użata biss għall-għan li ma ħalliex it-tħassir tagħha.

Artikolu 18

Miżuri tekniċi u organizzattivi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data u sikurezza tad-data

1.   Il-korpi li jfornu u li jirċievu għandhom jieħdu passi sabiex jiżguraw li d-data personali tkun protetta b'mod effettiv kontra qerda aċċidentali jew mhux awtorizzata, telf aċċidentali, aċċess mhux awtorizzat, alterazzjoni mhux awtorizzata jew aċċidentali u żvelar mhux awtorizzat.

2.   Il-karatteristiċi tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-proċedura awtomatizzata ta' tiftix huma regolati fil-miżuri ta' implimentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 539 ta’ dan il-Ftehim li jiggarantixxi li:

(a)

jittieħdu miżuri tekniċi avvanzati sabiex ikunu żgurati l-protezzjoni tad-data u s-sikurezza tad-data, b'mod partikolari l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data;

(b)

jintużaw proċeduri ta' kriptaġġ u awtorizzazzjoni rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti meta jsir rikors għal networks ġeneralment aċċessibbli; u

(c)

tkun tista' tiġi verifikata l-ammissibbiltà ta' tfittxijiet skont il-paragrafi 2, 5 u 6 tal-Artikolu 19 ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 19

Illoggjar u rrekordjar; regoli speċjali li jirregolaw il-forniment awtomatizzat u mhux awtomatizzat

1.   Kull Stat għandu jiggarantixxi li kull forniment mhux awtomatizzat u kull irċevuta mhux awtomatizzata ta' data personali mill-korp li jamministra l-fajl u mill-korp li jfittex tkun irreġistrata sabiex tiġi verifikata l-ammissibbiltà tal-forniment. Ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġuni għall-forniment;

(b)

id-data fornuta;

(c)

id-data tal-forniment; u

(d)

l-isem jew il-kodiċi ta' referenza tal-korp li jfittex u tal-korp li jamministra l-fajl.

2.   Dan li ġej għandu japplika għal tiftix awtomatizzat għal data bbażata fuq l-Artikoli 530, 534 u 537 ta’ dan il-Ftehim u għal tqabbil awtomatizzat skont l-Artikolu 531 ta’ dan il-Ftehim:

(a)

uffiċjali b'awtorizzazzjoni speċjali biss tal-punti tal-kuntatt nazzjonali jistgħu jwettqu tfittxijiet awtomatizzati jew paraguni; il-lista ta' uffiċjali awtorizzati li jwettqu tiftix jew tqabbil awtomatizzati għandha ssir disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 6 u lill-Istati l-oħra;

(b)

kull Stat għandu jiżgura li kull forniment u rċevuta ta' data personali mill-korp li jamministra l-fajl u l-korp li jfittex jiġi rrekordjat, inkluż notifika dwar jekk teżistix HIT jew le. Ir-rekordjar għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

id-data fornuta;

(ii)

id-data u l-ħin eżatt tal-forniment; u

(iii)

l-isem jew il-kodiċi ta' referenza tal-korp li jfittex u tal-korp li jamministra l-fajl.

3.   Il-korp li jfittex għandu wkoll jirrekordja r-raġuni għat-tfittxija jew il-forniment kif ukoll identifikatur għall-uffiċjal li wettaq it-tfittxija u l-uffiċjal li ordna t-tfittxija jew il-forniment.

4.   Il-korp li jirrekordja għandu jikkomunika minnufih id-data rekordjata b’talba lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data kompetenti tal-Istat rilevanti sa mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li t-talba tkun irċevuta; Id-data rekordjata tista' tintuża biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data;

(b)

l-iżgurar tas-sikurezza tad-data.

5.   Id-data rekordjata għandha tiġi protetta b'miżuri adatti kontra użu mhux xieraq u forom oħra ta' użu ħażin u għandha tinżamm għal sentejn. Wara l-perjodu ta' konservazzjoni, id-data rekordjata għandha tiġi mħassra immedjatament.

6.   Ir-responsabbiltà għall-verifiki legali dwar il-forniment jew l-irċevuta ta' data personali hija tal-awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-data jew, kif xieraq, l-awtoritajiet ġudizzjali tal-Istati rispettivi. Kull persuna tista' titlob lil dawn l-awtoritajiet sabiex jivverifikaw il-legalità tal-ipproċessar ta' data fir-rigward tal-persuna tagħhom skont il-liġi nazzjonali. Indipendentement minn tali talbiet, dawn il-korpi u l-korpi responsabbli għar-rekordjar għandhom iwettqu verifiki każwali dwar il-legalità tal-forniment, fuq il-bażi tal-fajls involuti.

7.   Ir-riżultati ta' tali verifiki għandhom jinżammu għal spezzjoni għal 18-il xahar mill-awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-data. Wara dan il-perjodu, huma għandhom jitħassru immedjatament. Kull awtorità tal-protezzjoni tad-data tista' tintalab mill-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-data ta' Stat ieħor sabiex teżerċita s-setgħat tagħha f’konformità mal-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-data tal-Istati għandhom iwettqu l-kompiti ta' spezzjoni meħtieġa għal kooperazzjoni reċiproka, b'mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti.

Artikolu 20

Drittijiet tas-suġġetti tad-data għal danni

Fejn korp ta' Stat wieħed ikun forna data personali taħt it-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim, il-korp riċeventi tal-Istat l-ieħor ma jistax juża n-nuqqas ta' preċiżjoni tad-data fornuta bħala bażi sabiex jevadi r-responsabbiltà tiegħu taħt liġi domestika vis-à-vis il-parti li saritilha ħsara. Jekk jiġu aġġudikati danni kontra l-korp riċeventi minħabba l-użu tiegħu ta' data ta' trasferiment mhux preċiża, il-korp li jkun forna d-data għandu jħallas lura l-ammont totali mħallas f'danni lill-korp riċeventi.

Artikolu 21

Informazzjoni mitluba mill-Istati

L-Istat riċeventi għandu jinforma, wara talba, lill-Istat li jforni, bl-ipproċessar tad-data fornuta u r-riżultat miksub.

Artikolu 22

Dikjarazzjonijiet u deżinjazzjonijiet

1.   Ir-Renju Unit għandu jikkomunika d-dikjarazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 529(3) ta’ dan il-Ftehim, u l-Artikolu 12(1) ta’ dan il-Kapitolu u l-Artikolu 537(1) u 537(3) ta’ dan l-Anness lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.

2.   Informazzjoni fattwali pprovduta mir-Renju Unit permezz ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet u d-deżinjazzjonijiet, u mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 539(3) ta’ dan il-Ftehim, hija inkluża fil-Manwal kif imsemmi fl-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI.

3.   L-Istati jistgħu jemendaw id-dikjarazzjonijiet ippreżentati f’konformità mal-paragrafu 1 fi kwalunkwe ħin permezz ta’ dikjarazzjoni ppreżentata lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jibgħat kwalunkwe dikjarazzjoni li jirċievi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

4.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jikkomunika kwalunkwe bidla fil-Manwal imsemmi fil-paragrafu 2 lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.

Artikolu 23

Tħejjija ta' deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 540

1.   Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 540 ta’ dan il-Ftehim abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni li għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju.

2.   Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mat-Titolu II tal-Parti Tlieta, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun ibbażat ukoll fuq żjara ta’ evalwazzjoni u prova pilota li għandha titwettaq jekk ikun meħtieġ meta r-Renju Unit ikun informa lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li huwa jkun implimenta l-obbligi imposti fuqhom skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim u jippreżenta d-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 22 ta’ dan il-Kapitolu. Dettalji ulterjuri tal-proċedura huma stabbiliti fil-Kapitolu 4 ta’ dan l-Anness.

Artikolu 24

Statistika u rappurtar

1.   Għandha titwettaq fuq bażi regolari evalwazzjoni tal-applikazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja tal-iskambju ta' data skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta. L-evalwazzjoni għandha titwettaq fir-rigward tal-kategoriji tad-data li għalihom beda l-iskambju tad-data fost l-Istati kkonċernati. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapporti tal-Istati rispettivi.

2.   Kull Stat għandu jiġbor statistika dwar ir-riżultati tal-iskambju awtomatizzat ta’ data. Biex tkun żgurata l-komparabbiltà, il-mudell għall-istatistika se jiġi mħejji mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill. Din l-istatistika tintbagħat kull sena lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.

3.   Barra minn hekk, fuq bażi regolari li ma għandhiex taqbeż id-darba fis-sena l-Istati jintalbu jipprovdu informazzjoni ulterjuri dwar l-implimentazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja tal-iskambju awtomatizzat ta’ data kif meħtieġ biex jiġi analizzat u mtejjeb il-proċess.

4.   L-istatistika u r-rappurtar li jsiru mill-Istati f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI għandhom japplikaw fir-rigward ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU 1

SKAMBJU TA’ DATA TAD-DNA

1.   Kwistjonijiet forensiċi, regoli ta’ konkordanza u algoritmi relatati mad-DNA

1.1.   Karatteristiċi tal-profili tad-DNA

Il-profil tad-DNA jista’ jkun fih 24 par ta’ numri li jirrappreżentaw l-alleli ta’ 24 locus li jintużaw ukoll fil-proċeduri tal-Interpol relatati mad-DNA. L-ismijiet ta’ dawn il-loci huma murija fit-tabella li ġejja:

VWA

TH01

D21S11

FGA

D8S1179

D3S1358

D18S51

Amelogenin

TPOX

CSF1P0

D13S317

D7S820

D5S818

D16S539

D2S1338

D19S433

Penta D

Penta E

FES

F13A1

F13B

SE33

CD4

GABA

Is-seba’ loci griżi fir-ringiela ta’ fuq huma kemm l-ESS preżenti kif ukoll l-ISSOL.

Regoli għall-Inklużjoni:

Il-profili tad-DNA mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Istati għal tiftix u tqabbil kif ukoll il-profili tad-DNA mibgħuta għal tiftix u tqabbil għandu jkun fihom mill-inqas sitt loci denominati b’mod sħiħ (1) u jista’ jkun fihom loci addizzjonali jew spazji vojta skont id-disponibbiltà tagħhom. Il-profili tad-DNA ta’ referenza għandu jkun fihom mill-inqas sitta mis-seba’ ESS ta’ loci. Sabiex tiżdied il-preċiżjoni tal-konkordanzi, l-alleli kollha disponibbli għandhom jinħażnu fil-bażi tad-data tal-profili tad-DNA bl-indiċijiet u jintużaw għat-tiftix u t-tqabbil. Kull Stat għandu jimplimenta hekk kif dan ikun possibbli fuq livell prattiku kwalunkwe ESS ta’ loci ġdid adottat mill-UE.

Il-profili mħallta mhumiex permessi, sabiex il-valuri tal-alleli ta’ kull locus ikunu jikkonsistu biss minn żewġ numri, li jistgħu jkunu l-istess fil-każ ta’ omożigożità f’locus speċifiku.

Il-wild cards u l-mikrovarjanti għandhom jiġu trattati billi jintużaw ir-regoli li ġejjin:

Kwalunkwe valur nonnumeriku minbarra l-ameloġenina li jkun hemm fil-profil (eż. "o", "f", "r", "na", "nr" jew "un") għandu jiġi awtomatikament konvertit għall-esportazzjoni għal wild card (*) u mqabbel ma’ kollox,

Il-valuri numeriċi "0", "1" jew "99" li jkun hemm fil-profil għandhom jiġu awtomatikament konvertiti għall-esportazzjoni għal wild card (*) u mqabbla ma' kollox,

Jekk għal locus wieħed jingħataw tliet alleli, jiġi aċċettat l-ewwel allel u ż-żewġ alleli li jifdal iridu jiġu awtomatikament konvertiti għall-esportazzjoni għal wild card (*) u mqabbla ma' kollox,

Jekk jingħata valur ta’ wild card għall-ewwel jew it-tieni allel, allura jitfittxu ż-żewġ permutazzjonijiet tal-valur numeriku mogħti għal-locus (eż. 12,* jista’ jagħti konkordanza ma’ 12,14 jew 9,12),

Il-mikro-varjanti ta’ pentanukleotide (Penta D, Penta E u CD4) jitqabblu għall-konkordanza skont dan li ġej:

x.1 = x, x.1, x.2

x.2 = x.1, x.2, x.3

x.3 = x.2, x.3, x.4

x.4 = x.3, x.4, x + 1,

Il-mikro-varjanti ta’ tetranukleotide (il-bqija tal-loci huma tetranukleotidi) jitqabblu għal konkordanza skont dan li ġej:

x.1 = x, x.1, x.2

x.2 = x.1, x.2, x.3

x.3 = x.2, x.3, x + 1.

1.2.   Regoli ta’ konkordanza

Il-tqabbil ta’ żewġ profili tad-DNA se jitwettaq fuq il-bażi tal-loci li għalihom hemm disponibbli par valuri ta’ alleli fiż-żewġ profili tad-DNA. Tal-inqas sitt loci denominati b’mod sħiħ (eskluża l-ameloġenina) iridu jaqblu bejn iż-żewġ profili tad-DNA qabel ma jingħata riżultat pożittiv ta’ konkordanza.

Konkordanza sħiħa (Kwalità 1) hija definita bħala konkordanza meta l-valuri kollha tal-alleli tal-loci mqabbla li normalment ikunu komuni fil-profili tad-DNA rikjedenti u rikjesti jkunu l-istess. Kważi konkordanza hi definita bħala konkordanza meta l-valur ta’ wieħed biss mill-alleli kollha mqabbla jkun differenti fiż-żewġ profili tad-DNA (Kwalità 2, 3 u 4). Kważi konkordanza tiġi aċċettata biss jekk ikun hemm mill-inqas sitt loci konkordati denominati b’mod sħiħ fiż-żewġ profili tad-DNA mqabbla.

Ir-raġuni għal kważi konkordanza tista’ tkun:

żball tal-ittajpjar uman fil-punt tal-iskrizzjoni ta’ wieħed mill-profili tad-DNA fir-rikjesta għal tiftix jew fil-bażi tad-data tad-DNA,

żball fid-determinazzjoni tal-allel jew fis-sejħa tal-allel matul il-proċedura tal-ġenerazzjoni tal-profil tad-DNA.

1.3.   Regoli ta’ rappurtar

Jiġu rappurtati kemm konkordanzi sħaħ, kważi konkordanzi kif ukoll "no hits".

Ir-rapport ta’ konkordanza jintbagħat lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali rikjedenti u jkun disponibbli wkoll għall-punt ta’ kuntatt nazzjonali rikjest (sabiex dan ikun jista’ jistma n-natura u l-għadd ta’ rikjesti ta’ segwitu eventwali għal aktar data personali disponibbli u informazzjoni oħra assoċjata mal-profil tad-DNA li jikkorrispondi mal-HIT f’konformità mal-Artikolu 536 ta’ dan il-Ftehim.

2.   Tabella tan-numri tal-kodiċi tal-Istat

F’konformità mat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim, il-kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 jintużaw għall-istabbiliment tal-ismijiet tad-dominji u parametri oħra tal-konfigurazzjoni meħtieġa fl-applikazzjonijiet għall-iskambju tad-data tad-DNA ta’ Prüm fuq network magħluq.

Il-kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2 huma l-kodiċijiet b’żewġ ittri tal-Istat li ġejjin.

Ismijiet tal-Istat

Kodiċi

Ismijiet tal-Istat

Kodiċi

Belġju

BE

Litwanja

LT

Bulgarija

BG

Lussemburgu

LU

Repubblika Ċeka

CZ

Ungerija

HU

Danimarka

DK

Malta

MT

Ġermanja

DE

Netherlands

NL

Estonja

EE

Awstrija

AT

Irlanda

IE

Polonja

PL

Greċja

EL

Portugall

PT

Spanja

ES

Rumanija

RO

Franza

FR

Slovakkja

SK

Kroazja

HR

Slovenja

SI

Italja

IT

Finlandja

FI

Ċipru

CY

Żvezja

SE

Latvja

LV

Renju Unit

UK

3.   Analiżi funzjonali

3.1.   Disponibbiltà tas-sistema

Talbiet skont l-Artikolu 530 ta’ dan il-Ftehim għandhom jilħqu l-bażi tad-data fil-mira fl-ordni kronoloġika li kull talba ntbagħtet; it-tweġibiet għandhom jintbagħtu biex jaslu għand l-Istat rikjedenti fi żmien 15-il minuta mill-wasla tat-talbiet.

3.2.   It-tieni pass

Meta Stat jirċievi rapport ta’ konkordanza, il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tiegħu jkun responsabbli sabiex iqabbel il-valuri tal-profil ippreżentat bħala mistoqsija u l-valuri tal-profil(i) li jingħataw bħala tweġiba sabiex jivvalida u jivverifika l-valur tal-profil bħala evidenza. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ xulxin direttament għal finijiet ta’ validazzjoni.

Il-proċeduri ta’ assistenza legali jibdew wara l-validazzjoni ta’ konkordanza eżistenti bejn żewġ profili, abbażi ta’ "konkordanza sħiħa" jew "kważi konkordanza" miksuba matul il-fażi ta’ konsultazzjoni awtomatizzata.

4.   Dokument ta’ kontroll tal-interfaċċa tad-DNA

4.1.   Introduzzjoni

4.1.1.   Objettivi

Dan il-Kapitolu jiddefinixxi r-rekwiżiti għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-profili tad-DNA bejn is-sistemi tal-bażijiet tad-data tad-DNA tal-Istati kollha. L-oqsma tal-intestatura huma definiti speċifikament għall-iskambju tad-DNA ta’ Prüm; il-parti tad-data hija bbażata fuq il-parti tad-data tal-profil tad-DNA fl-iskeda XML definita għall-gateway ta’ skambju tad-DNA tal-Interpol.

Id-data tiġi skambjata bl-SMTP (Simple Mail Transfer Protocol) u b’teknoloġiji oħrajn l-aktar moderni, bl-użu ta’ central relay mail server provdut minn min jipprovdi n-network. Il-fajl XML jintbagħat fil-parti prinċipali ta' mail (mail body).

4.1.2.   Ambitu

Dan l-ICD jiddefinixxi l-kontenut tal-messaġġ (jew “mail”) biss. L-aspetti kollha speċifiċi għan-network u speċifiċi għall-mail huma ddefiniti b’mod uniformi sabiex jippermettu bażi teknika komuni għall-iskambju tad-data tad-DNA.

Dan jinkludi:

il-format tal-field tas-suġġett fil-messaġġ li jippermetti/jiffaċilita l-ipproċessar awtomatizzat tal-messaġġi,

jekk ikunx meħtieġ il-kriptaġġ tal-kontenut u jekk iva liema metodi għandhom jintgħażlu,

it-tul massimu tal-messaġġi.

4.1.3.   Struttura u prinċipji tal-XML

Il-messaġġ XML huwa strutturat hekk:

il-parti tal-intestatura, li fiha informazzjoni dwar it-trasmissjoni u

il-parti tad-data, li fiha informazzjoni speċifika għall-profil, kif ukoll il-profil innifsu.

L-istess skema tal-XML għandha tintuża għar-rikjesta u r-rispons.

Għall-finijiet ta’ verifiki sħaħ ta’ profili tad-DNA mhux identifikati, kif previst fl-Artikolu 531 ta’ dan il-Ftehim, għandu jkun possibbli jintbagħat lott ta’ profili f’messaġġ wieħed. L-għadd massimu ta’ profili f’messaġġ wieħed għandu jkun definit. In-numru jiddependi mid-daqs massimu permess tal-mail u għandu jkun iddefinit wara l-għażla tas-server tal-mail.

Eżempju ta’ XML:

<?version="1.0" standalone="yes"?>

<PRUEMDNAx xmlns:msxsl="urn:schemas-microsoft-com:xslt"

xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance">

<header>

(…)

</header>

<datas>

(…)

</datas>

[<datas> l-istruttura “datas” ripetuta jekk jintbagħtu profili multipli permezz (....) ta’ messaġġ SMTP wieħed, permess biss għall-każijiet tal-Artikolu 531 ta’ dan il-Ftehim

</datas>]

</PRUEMDNA>

4.2.   Definizzjoni tal-istruttura XML

Id-definizzjonijiet li ġejjin huma għal skopijiet ta’ dokumentazzjoni u leġġibbiltà aħjar; l-informazzjoni vinkolanti reali hija pprovduta minn fajl tal-iskema XML (PRUEM DNA.xsd).

4.2.1.   Skema PRUEMDNAx

Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

header

PRUEM_header

Occurs: 1

datas

PRUEM_datas

Occurs: 1 … 500

4.2.2.   Kontenut tal-istruttura tal-header

4.2.2.1.

PRUEM header

Din hija struttura li tiddeskrivi l-header tal-fajl XML. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

direction

PRUEM_header_dir

Direction of message flow

ref

String

Reference of the XML file

generator

String

Generator of XML file

schema_version

String

Version number of schema to use

requesting

PRUEM_header_info

Requesting State info

requested

PRUEM_header_info

Requested State info

4.2.2.2.

PRUEM_header dir

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

R

Request

A

Answer

4.2.2.3.

PRUEM header info

Struttura li tiddeskrivi l-Istat kif ukoll id-data u l-ħin tal-messaġġ. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

source_isocode

String

ISO 3166-2 code of the requesting State

destination_isocode

String

ISO 3166-2 code of the requested State

request_id

String

unique Identifier for a request

date

Date

Date of creation of message

time

Time

Time of creation of message

4.2.3.   Kontenut tal-PRUEM Profile data

4.2.3.1.

PRUEM_datas

Din hija struttura li tiddeskrivi l-parti tad-data tal-profil XML. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

reqtype

PRUEM request type

Type of request (Article 530 or 531)

date

Date

Date profile stored

type

PRUEM_datas_type

Type of profile

result

PRUEM_datas_result

Result of request

agency

String

Name of corresponding unit responsible for the profile

profile_ident

String

Unique State profile ID

message

String

Error Message, if result = E

profile

IPSG_DNA_profile

If direction = A (Answer) AND result ≠ H (HIT) empty

match_id

String

In case of a HIT PROFILE_ID of the requesting profile

quality

PRUEM_hitquality_type

Quality of HIT

hitcount

Integer

Count of matched Alleles

rescount

Integer

Count of matched profiles. If direction = R (Request), then empty. If quality!=0 (the original requested profile), then empty.

4.2.3.2.

PRUEM_request_type

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

3

Requests pursuant to Article 530

4

Requests pursuant to Article 531

4.2.3.3.

PRUEM_hitquality_type

Value

Description

0

Referring original requesting profile:

Case "No-HIT": original requesting profile sent back only;

Case "HIT": original requesting profile and matched profiles sent back.

1

Equal in all available alleles without wildcards

2

Equal in all available alleles with wildcards

3

HIT with Deviation (Microvariant)

4

HIT with mismatch

4.2.3.4.

PRUEM_data_type

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

P

Person profile

S

Stain

4.2.3.5.

PRUEM_data_result

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

U

Undefined, If direction = R (request)

H

HIT

N

No-HIT

E

Error

4.2.3.6.

IPSG_DNA_profile

Struttura li tiddeskrivi profil tad-DNA. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

ess_issol

IPSG_DNA_ISSOL

Group of loci corresponding to the ISSOL (standard group of Loci of Interpol)

additional_loci

IPSG_DNA_additional_loci

Other loci

marker

String

Method used to generate of DNA

profile_id

String

Unique identifier for DNA profile

4.2.3.7.

IPSG_DNA_ISSOL

Struttura li fiha l-loci tal-ISSOL (Grupp Standard ta' loci tal-Interpol). Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

vwa

IPSG_DNA_locus

Locus vwa

th01

IPSG_DNA_locus

Locus th01

d21s11

IPSG_DNA_locus

Locus d21s11

fga

IPSG_DNA_locus

Locus fga

d8s1179

IPSG_DNA_locus

Locus d8s1179

d3s1358

IPSG_DNA_locus

Locus d3s1358

d18s51

IPSG_DNA_locus

Locus d18s51

amelogenin

IPSG_DNA_locus

Locus amelogin

4.2.3.8.

IPSG_DNA_additional_loci

Struttura li fiha l-loci l-oħrajn. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

tpox

IPSG_DNA_locus

Locus tpox

csf1po

IPSG_DNA_locus

Locus csf1po

d13s317

IPSG_DNA_locus

Locus d13s317

d7s820

IPSG_DNA_locus

Locus d7s820

d5s818

IPSG_DNA_locus

Locus d5s818

d16s539

IPSG_DNA_locus

Locus d16s539

d2s1338

IPSG_DNA_locus

Locus d2s1338

d19s433

IPSG_DNA_locus

Locus d19s433

penta_d

IPSG_DNA_locus

Locus penta_d

penta_e

IPSG_DNA_locus

Locus penta_e

fes

IPSG_DNA_locus

Locus fes

f13a1

IPSG_DNA_locus

Locus f13a1

f13b

IPSG_DNA_locus

Locus f13b

se33

IPSG_DNA_locus

Locus se33

cd4

IPSG_DNA_locus

Locus cd4

gaba

IPSG_DNA_locus

Locus gaba

4.2.3.9.

IPSG_DNA_locus

Struttura li tiddeskrivi locus. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

low_allele

String

Lowest value of an allele

high_allele

String

Highest value of an allele

5.   Arkitettura tal-applikazzjoni, is-sigurtà u l-komunikazzjoni

5.1.   Deskrizzjoni ġenerali

Fl-implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-iskambju tad-data tad-DNA fil-qafas tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim, għandu jintuża network ta’ komunikazzjoni komuni, li jkun loġikament magħluq fost l-Istati. Sabiex tiġi sfruttata din l-infrastruttura ta' komunikazzjoni komuni li jintbagħtu rikjesti u jaslu tweġibiet b'mod aktar effettiv, jiġi adottat mekkaniżmu asinkronu li jwassal ir-rikjesti għal data tad-DNA u data dattiloskopika f'messaġġ bil-posta elettronika wrapped SMTP. Biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tas-sigurtà, se jintuża l-mekkaniżmu s/MIME bħala estensjoni għall-funzjonalità SMTP biex tiġi stabbilita mina sigura minn naħa għall-oħra tul in-network.

It-TESTA (Trans European Services for Telematics between Administrations - Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet) operattiva tintuża bħala n-network tal-komunikazzjoni għall-iskambju tad-data fost l-Istati. It-TESTA taqa’ fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea. Billi l-bażijiet tad-data nazzjonali tad-DNA u l-punti ta’ aċċess nazzjonali attwali tat-TESTA jistgħu jkunu jinsabu fuq siti differenti fl-Istati, l-aċċess għat-TESTA jista’ jinħoloq kemm:

1.

bl-użu tal-punt ta’ aċċess nazzjonali eżistenti jew bl-istabbiliment ta’ punt ta’ aċċess TESTA nazzjonali ġdid; jew

2.

bil-ħolqien ta’ kollegament lokali sigur, mis-sit fejn il-bażi tad-data tad-DNA tinsab u hija ġestita mill-aġenzija nazzjonali kompetenti, għall-punt ta’ aċċess TESTA nazzjonali eżistenti.

Il-protokolli u l-istandards introdotti fl-implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim jikkonformaw mal-istandards miftuħa u jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti fit-tfassil tal-politika tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati.

5.2.   Arkitettura tal-Livell Superjuri

Fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim, kull Stat ser jagħmel id-data tiegħu tad-DNA disponibbli sabiex tiġi skambjata ma’ u/jew imfittxa mill-Istati l-oħrajn konformement mal-format tad-data komuni standardizzat. L-arkitettura hi bbażata fuq mudell ta’ komunikazzjoni kulħadd ma’ kulħadd ("any-to-any"). Ma jeżisti la server fuq kompjuter ċentrali u lanqas bażi tad-data ċentralizzata li żżomm il-profili tad-DNA.

Image 18

Minbarra li jissodisfa r-restrizzjonijiet legali domestiċi fis-siti tal-Istati, kull Stat jista’ jiddeċiedi x’tip ta’ hardware u software għandu jintuża għall-konfigurazzjoni fis-sit tiegħu sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim

5.3.   Standards tas-sigurtà u protezzjoni tad-data

Ġew ikkunsidrati u implimentati tliet livelli ta’ rekwiżiti tas-sigurtà.

5.3.1.   Livell tad-data

Id-data tal-profili tad-DNA pprovduta minn kull Stat trid titħejja konformement ma’ standard komuni ta’ protezzjoni tad-data, sabiex l-Istati rikjedenti jirċievu tweġiba l-aktar sabiex ikun indikat HIT (konkordanza) jew NO-HIT (l-ebda konkordanza) flimkien ma’ numru ta’ identifikazzjoni f’każ ta’ HIT, li ma jkun fih l-ebda informazzjoni personali. L-investigazzjoni ulterjuri wara n-notifika ta’ HIT titwettaq fuq livell bilaterali skont ir-regolamenti legali u organizzattivi nazzjonali eżistenti tas-siti rispettivi tal-Istati.

5.3.2.   Livell tal-komunikazzjoni

Il-messaġġi li jkun fihom informazzjoni dwar profili tad-DNA (rikjedenti u bi tweġiba) se jiġu kriptati permezz ta’ mekkaniżmu tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku konformement ma’ standards miftuħa, bħall-s/MIME, qabel ma jintbagħtu lis-siti tal-Istati l-oħrajn.

5.3.3.   Livell tat-trażmissjoni

Il-messaġġi kriptati kollha li fihom informazzjoni dwar profili tad-DNA jintbagħtu lil siti ta’ Stati oħrajn permezz ta’ sistema ta’ mini ("tunnelling") privati virtwali amministrata minn fornitur ta’ network ta’ fiduċja fuq livell internazzjonali u l-kollegamenti siguri għal din is-sistema ta’ mini taħt responsabbiltà nazzjonali. Din is-sistema ta’ mini privati virtwali ma għandhiex punt ta’ kollegament mal-Internet miftuħ.

5.4.   Protokolli u Standards li għandhom jintużaw għall-mekkaniżmu tal-kriptaġġ: s/MIME u pakketti relatati

L-istandard miftuħ s/MIME bħala estensjoni għall-istandard de facto tal-posta elettronika SMTP se jintuża sabiex jikkripta l-messaġġi li fihom informazzjoni dwar profili tad-DNA. Il-protokoll s/MIME (V3) jippermetti rċevuti ffirmati, tikketti tas-sigurtà, u listi siguri ta’ indirizzi u jirkeb fuq Cryptographic Message Syntax (CMS), li hija speċifikazzjoni tal-Internet Engineering Task Force (IETF) għall-messaġġi protetti kriptografiċi. Huwa jista’ jintuża sabiex diġitalment jiffirma, jiddiġerixxi, jawtentika jew jikkripta kull forma ta’ data diġitali.

Iċ-ċertifikat sottostanti użat mill-mekkaniżmu s/MIME jrid ikun konformi mal-istandard X.509. Sabiex ikunu żgurati standards u proċeduri komuni mal-applikazzjonijiet l-oħrajn relatati ma’ Prüm, ir-regoli tal-ipproċessar għall-operazzjonijiet ta’ kriptaġġ s/MIME jew li jiġu applikati taħt diversi ambjenti COTS (Commercial Product of the Shelves), huma kif ġej:

is-sekwenza tal-operazzjonijiet hija: l-ewwel il-kriptaġġ imbagħad l-iffirmar,

l-algoritmu tal-kriptaġġ AES (Advanced Encryption Standard) b’ċavetta b’tul ta’ 256 bit u RSA b’ċavetta b’tul ta’ 1024 bit għandu jiġi applikat għall-kriptaġġ simmetriku u asimmetriku rispettivament,

Għandu jiġi applikat il-hash algorithm SHA-1.

Il-funzjonalità s/MIME hija integrata fil-maġġoranza kbira tal-pakketti tas-software moderni għall-posta elettronika inkluż l-Outlook, il-Mozilla Mail kif ukoll in-Netscape Communicator 4.x u topera bejn il-pakketti ewlenin kollha tas-software għall-posta elettronika.

Billi l-s/MIME tiġi integrata faċilment fl-infrastruttura nazzjonali tal-IT fis-siti tal-Istati kollha, hija magħżula bħala mekkaniżmu vijabbli għall-implimentazzjoni tal-livell tas-sigurtà tal-komunikazzjoni. Madankollu, sabiex jinkiseb l-għan ta’ "Prova tal-Kunċett" b’mod aktar effiċjenti u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, qed jingħażel l-istandard miftuħ JavaMail API sabiex isir prototip tal-iskambju tad-data tad-DNA. Il-JavaMail API jipprovdi kriptaġġ u dekriptaġġ sempliċi tal-posta elettronika bl-użu ta’ s/MIME u/jew OpenPGP. L-intenzjoni hi li jiġi pprovdut API wieħed li jista’ jintuża faċilment għall-klijenti tal-posta elettronika li jridu jibagħtu u jirċievu posta elettronika kriptata f’waħda jew l-oħra miż-żewġ formati ta’ kriptaġġ l-aktar popolari tal-posta elettronika. B’hekk kwalunkwe implimentazzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku għall-JavaMail API tkun biżżejjed għar-rekwiżiti stabbiliti bit-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim, bħalma hu l-prodott ta’ Bouncy Castle JCE (Java Cryptographic Extension), li ser jintuża sabiex jimplimenta l-s/MIME għall-prototip tal-iskambju tad-data tad-DNA fost l-Istati kollha.

5.5.   Arkitettura tal-applikazzjoni

Kull Stat se jipprovdi lill-Istati l-oħrajn b’sett data ta’ profili tad-DNA standardizzata li hija konformi mal-ICD komuni attwali. Dan jista’ jsir kemm billi tingħata viżwali loġika tal-bażi tad-data nazzjonali individwali jew billi tiġi stabbilita bażi tad-data esportata fiżika (bażi tad-data bl-indiċijiet).

L-erba’ komponenti ewlenin: E-mail server/s/MIME, Server tal-Applikazzjoni, Data Structure Area sabiex tinġieb jew tiddaħħal id-data u tirreġistra messaġġi li deħlin jew ħerġin, u Match Engine jimplimentaw il-loġika tal-applikazzjoni kollha b’mod indipendenti mill-prodott.

Biex l-Istati kollha jiġu pprovduti b’integrazzjoni faċli tal-komponenti fis-siti nazzjonali rispettivi tagħhom, il-funzjonalità komuni speċifikata ġiet implimentata permezz ta’ komponenti ta’ sors miftuħ, li jistgħu jintgħażlu minn kull Stat skont il-politika u r-regolamenti nazzjonali tiegħu dwar l-IT. Minħabba l-karatteristiċi indipendenti li jridu jiġu implimentati sabiex jinkiseb aċċess għall-bażijiet tad-data indiċjati li fihom il-profili tad-DNA koperti bit-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim, kull Stat jista' liberament jagħżel il-pjattaforma tal-hardware u s-software, inkluż il-bażijiet tad-data u s-sistemi operattivi.

Prototip għall-Iskambju tad-Data tad-DNA ġie żviluppat u ttestjat b’suċċess fuq in-network komuni eżistenti. Il- 1.0 ddaħħlet fl-ambjent produttiv u tintuża għal operazzjonijiet ta’ kuljum. L-Istati jistgħu jużaw il-prodott żviluppat b’mod konġunt iżda jistgħu wkoll jiżviluppaw il-prodotti tagħhom stess. Il-komponenti komuni tal-prodott se jiġu mantnuti, irranġati u żviluppati aktar skont kif jinbidlu r-rekwiżiti tal-IT u dawk forensiċi u/jew funzjonali tal-pulizija.

Image 19

5.6.   Protokolli u Standards li jintużaw għall-arkitettura tal-applikazzjoni:

5.6.1.   XML

L-iskambju tad-data tad-DNA se jisfrutta b’mod sħiħ li schema XML bħala anness mal-messaġġi bil-posta elettronika SMTP. L-eXtensible Markup Language (XML) hija markup language bi skop ġenerali rrakkomandata mid-W3C sabiex jinħolqu markup languages bi skop speċjali, li kapaċi jiddeskrivu bosta tipi differenti ta’ data. Id-deskrizzjoni tal-profil tad-DNA adatt għall-iskambju fost l-Istati kollha saret permezz tal-XML u li schema XML fid-dokument tal-ICD.

5.6.2.   ODBC

Open DataBase Connectivity tipprovdi lil software standard b’metodu ta’ API sabiex taċċessa sistemi ta’ ġestjoni ta’ bażijiet tad-data u ġġibu indipendenti mil-lingwa tal-ipprogrammar, il-bażi tad-data u s-sistema operattiva. L-ODBC, madankollu, għandha ċerti żvantaġġi. L-amministrazzjoni ta’ għadd kbir ta’ magni klijenti jista’ jinvolvi diversità ta’ drivers u DLLs. Din il-komplessità tista’ żżid l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tas-sistema.

5.6.3.   JDBC

Java DataBase Connectivity (JDBC) hija API għal-lingwa tal-ipprogrammar Java li tiddefinixxi kif klijent jista’ jaċċessa bażi tad-data. B’kuntrast mal-ODBC, il-JDBC ma għandux bżonn juża ċertu sett ta’ DLLs lokali fid-Desktop.

Il-business logic għall-ipproċessar tar-rikjesti u t-tweġibiet dwar il-profili tad-DNA fis-sit ta’ kull Stat hija spjegata fil-figura li jmiss. Il-flussi kemm rikjedenti kif ukoll tar-rispons jinteraġixxu ma’ spazju ta’ data newtrali li fih ġabriet ta’ data differenti bi struttura komuni tad-data.

Image 20

5.7.   Ambjent tal-komunikazzjoni

5.7.1.   Network ta’ komunikazzjoni komuni: TESTA u l-infrastruttura ta’ segwitu tiegħu

L-applikazzjoni tal-iskambju tad-data tad-DNA se tuża l-posta elettronika, mekkaniżmu asinkronu, sabiex tibgħat rikjesti u tirċievi tweġibiet bejn l-Istati. Billi l-Istati kollha għandhom tal-inqas punt ta’ aċċess nazzjonali wieħed għan-network TESTA, l-iskambju tad-data tad-DNA se jiġi introdott fuq in-network TESTA. It-TESTA jipprovdi għadd ta’ servizzi ta’ valur miżjud permezz tal-e-Mail relay tiegħu. Minbarra li tospita kaxex ta’ posta elettronika speċifiċi għat-TESTA, l-infrastruttura tista’ timplimenta listi għad-distribuzzjoni tal-posta u sistemi ta’ routing. Dan jippermetti li t-TESTA jintuża bħala post fejn jiġu ttrattati l-messaġġi indirizzati lill-amministrazzjonijiet marbuta mad-Domains fl-UE kollha. Jistgħu jiddaħħlu wkoll mekkaniżmi għall-kontroll tal-viruses.

L-e-Mail relay tat-TESTA hu mibni fuq pjattaforma ta’ hardware b’disponibbiltà għolja li tinsab fil-faċilitajiet ċentrali tal-applikazzjoni tat-TESTA u hija protetta b’firewall. Id-Domain Name Systems (DNS) tat-TESTA ser jirriżolvu r-resource locators f’indirizzi IP u jaħbu kwistjonijiet ta’ indirizzar mill-utenti u mill-applikazzjonijiet.

5.7.2.   Rekwiżit tas-sigurtà

Il-kunċett ta’ VPN (Network Privat Virtwali) ġie implimentat fil-qafas tat-TESTA. It-teknoloġija Tag Switching użata sabiex jinbena dan il-VPN se tevolvi sabiex tappoġġja l-istandard Multi-Protocol Label Switching (MPLS) żviluppat mill-IETF.

Image 21

L-MPLS hija teknoloġija standard tal-IETF li tħaffef il-fluss tat-traffiku tan-network billi tevita l-analiżi tal-pakketti b'routers intermedji (hops). Dan isir fuq il-bażi tal-hekk imsejħin tikketti li jitwaħħlu mal-pakkett mill-edge routers tal-backbone, skont l-informazzjoni maħżuna fil-forwarding information base (FIB). It-tikketti jintużaw ukoll biex jiġu implimentati l-VPNs.

L-MPLS tgħaqqad flimkien il-benefiċċji tal-layer 3 routing mal-vantaġġi tal-layer 2 switching. Billi l-indirizzi IP ma jiġux evalwati matul it-tranżizzjoni mill-backbone, l-MPLS ma timponi l-ebda limitazzjoni fl-indirizzar tal-IP.

Barra minn hekk messaġġi ta’ posta elettronika bit-TESTA se jkunu protetti b’mekkaniżmu ta’ kriptaġġ imħaddem bl-sMIME. Mingħajr ma jkun jaf iċ-ċavetta u jekk ma jkollux iċ-ċertifikat adatt, ħadd ma jista’ jiddekripta messaġġi fuq in-network.

5.7.3.   Protokolli u Standards li jintużaw fuq in-network ta’ komunikazzjoni

5.7.3.1.

SMTP

Is-Simple Mail Transfer Protocol (SMTP) huwa l-istandard de facto għat-trasmissjoni tal-posta elettronika fuq l-Internet. L-SMTP huwa protokoll relattivament sempliċi bbażat fuq it-test, fejn destinatarju wieħed jew aktar ta’ messaġġ jiġi speċifikat u mbagħad it-test tal-messaġġ jiġi ttrasferit. L-SMTP juża l-port 25 tat-TCP fuq speċifikazzjoni mill-IETF. Biex jiġi determinat is-server tal-SMTP għal domain name speċifiku, jintuża r-rekord tad-DNS (Domain Name Systems) tal-MX (Mail eXchange).

Billi dan il-protokoll kien fil-bidu bbażat purament fuq it-test tal-ASCII huwa ma kienx jaħdem tajjeb bil-fajls binarji. Standards bħall-MIME ġew żviluppati sabiex jikkodifikaw il-fajls binarji għat-trasferiment bl-SMTP. Illum il-ġurnata, il-biċċa l-kbira tas-servers tal-SMTP jappoġġjaw l-estensjoni 8BITMIME u s/MIME, u b’hekk il-fajls binarji jistgħu jintbagħtu faċilment kważi daqs it-test ordinarju. Ir-regoli tal-ipproċessar għall-operazzjonijiet tas-s/MIME huma deskritti fit-Taqsima s/MIME (ara t-Taqsima 5.4).

L-SMTP huwa protokoll imsejjaħ "push" li ma jippermettix li "jinġibdu" ("pull") messaġġi minn server remot hekk kif jintalab dan. Biex isir dan, klijent tal-posta elettronika jrid juża l-POP3 jew l-IMAP. Fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-iskambju tad-data tad-DNA ġie deċiż li jintuża l-protokoll POP3.

5.7.3.2.

POP

Klijenti tal-posta elettronika lokali jużaw il-Post Office Protocol verżjoni 3 (POP3), li huwa protokoll standard tal-Internet fil-livell tal-applikazzjoni, sabiex tinġieb il-posta elettronika minn server remot b’kollegament TCP/IP. Bl-użu tal-profil SMTP Submit tal-protokoll SMTP, il-klijenti tal-posta elettronika jibagħtu messaġġi fuq l-Internet jew fuq network korporattiv. Il-MIME iservi bħala l-istandard għall-annessi u t-test li mhux ASCII fil-posta elettronika. Għalkemm la l-POP3 u lanqas l-SMTP ma jeħtieġu posta elettronika fformatjata bil-MIME, il-posta elettronika fuq l-Internet ġeneralment tasal ifformatjata bil-MIME, u għalhekk il-klijenti POP iridu wkoll jifhmu u jużaw il-MIME. L-ambjent kollu tal-komunikazzjoni tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim ser jinkludi għalhekk l-komponenti tal-POP.

5.7.4.   Assenjazzjoni tal-Indirizz tan-Network

Ambjent operattiv

Blokk iddedikat tas-subnet tan-nofs klassi B ġie attwalment allokat għat-TESTA mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-IP Ewropea (RIPE). L-assenjazzjoni ta’ indirizzi IP lill-Istati hi bbażata fuq skema ġeografika fl-Ewropa. L-iskambju ta’ data fost l-Istati fil-qafas tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim jitħaddem fuq network IP loġikament magħluq mifrux fl-Ewropa kollha.

Ambjent tal-Ittestjar

Sabiex jinħoloq ambjent operattiv mingħajr problemi għat-tħaddim ta’ kuljum fost l-Istati kollha kkollegati, jeħtieġ jiġi stabbilit ambjent tal-ittestjar fuq in-network magħluq għall-Istati l-ġodda li jħejju sabiex jingħaqdu mal-operazzjonijiet. Lista ta’ parametri li tinkludi indirizzi IP, settings tan-network, domains tal-posta elettronika kif ukoll user accounts tal-applikazzjoni ġiet speċifikata u għandha tiddaħħal fis-sit tal-Istat korrispondenti. Barra minn hekk, inħoloq sett ta’ psewdo-profili tad-DNA għal finijiet ta’ ttestjar.

5.7.5.   Parametri tal-konfigurazzjoni

Tinħoloq sistema sigura ta’ posta elettronika bl-użu tad-domain eu-admin.net. Dan id-domain bl-indirizzi assoċjati mhux se jkun aċċessibbli ħlief minn postijiet fid-domain tat-TESTA mifrux fl-UE kollha, billi l-ismijiet huma magħrufin biss fuq is-server tad-DNS ċentrali tat-TESTA, li hu maqtugħ mill-Internet.

Il-mapping ta’ dawn l-indirizzi tas-siti (host names) tat-TESTA għal mal-indirizzi IP tagħhom isir bis-servizz tad-DNS tat-TESTA. Għal kull Local Domain, se tiżdied Mail entry ma’ dan is-server tad-DNS ċentrali tat-TESTA, li tmexxi l-messaġġi kollha ta’ posta elettronika mibgħuta lil-Local Domains tat-TESTA għal għand il-Mail Relay ċentrali tat-TESTA. Dan il-Mail Relay ċentrali tat-TESTA mbagħad se jgħaddihom lis-server tal-posta elettronika speċifiku tal-Local Domain bl-użu tal-indirizzi tal-posta elettronika tad-Local Domain. Billi l-posta elettronika titmexxa b’dan il-mod, l-informazzjoni kritika li jkun hemm fiha se tgħaddi biss mill-infrastruttura tan-network magħluq mifrux fl-Ewropa kollha u tevita n-nuqqas ta’ sigurtà tal-Internet.

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti sub domains (korsiv b’tipa grassa) fis-siti tal-Istati kollha bbażat fuq is-sintassi kif ġej:

 

"application-type.State-code.pruem.testa.eu", fejn:

 

"State-code" jieħu l-valur ta’ wieħed mill-kodiċijiet b’żewġ ittri tal-Istati (jiġifieri AT, BE eċċ.).

 

"application-type" jieħu wieħed mill-valuri: DNA, FP u CAR.

Bl-applikazzjoni tas-sintassi ta’ hawn fuq, is-sub domains għall-Istati huma dawn tat-tabella li ġejja:

 

Sintassi tas-sub domains tal-Istati

Stat

Sub Domains

Kummenti

BE

dna.be.pruem.testa.eu

 

fp.be.pruem.testa.eu

 

car.be.pruem.testa.eu

 

test.dna.be.pruem.testa.eu

 

test.fp.be.pruem.testa.eu

 

test.car.be.pruem.testa.eu

 

BG

dna.bg.pruem.testa.eu

 

fp.bg.pruem.testa.eu

 

car.bg.pruem.testa.eu

 

test.dna.bg.pruem.testa.eu

 

test.fp.bg.pruem.testa.eu

 

test.car.bg.pruem.testa.eu

 

CZ

dna.cz.pruem.testa.eu

 

fp.cz.pruem.testa.eu

 

car.cz.pruem.testa.eu

 

test.dna.cz.pruem.testa.eu

 

test.fp.cz.pruem.testa.eu

 

test.car.cz.pruem.testa.eu

 

DK

dna.dk.pruem.testa.eu

 

fp.dk.pruem.testa.eu

 

car.dk.pruem.testa.eu

 

test.dna.dk.pruem.testa.eu

 

test.fp.dk.pruem.testa.eu

 

test.car.dk.pruem.testa.eu

 

DE

dna.de.pruem.testa.eu

 

fp.de.pruem.testa.eu

 

car.de.pruem.testa.eu

 

test.dna.de.pruem.testa.eu

 

test.fp.de.pruem.testa.eu

 

test.car.de.pruem.testa.eu

 

EE

dna.ee.pruem.testa.eu

 

fp.ee.pruem.testa.eu

 

car.ee.pruem.testa.eu

 

test.dna.ee.pruem.testa.eu

 

test.fp.ee.pruem.testa.eu

 

test.car.ee.pruem.testa.eu

 

IE

dna.ie.pruem.testa.eu

 

fp.ie.pruem.testa.eu

 

car.ie.pruem.testa.eu

 

test.dna.ie.pruem.testa.eu

 

test.fp.ie.pruem.testa.eu

 

test.car.ie.pruem.testa.eu

 

EL

dna.el.pruem.testa.eu

 

fp.el.pruem.testa.eu

 

car.el.pruem.testa.eu

 

test.dna.el.pruem.testa.eu

 

test.fp.el.pruem.testa.eu

 

test.car.el.pruem.testa.eu

 

ES

dna.es.pruem.testa.eu

 

fp.es.pruem.testa.eu

 

car.es.pruem.testa.eu

 

test.dna.es.pruem.testa.eu

 

test.fp.es.pruem.testa.eu

 

test.car.es.pruem.testa.eu

 

FR

dna.fr.pruem.testa.eu

 

fp.fr.pruem.testa.eu

 

car.fr.pruem.testa.eu

 

test.dna.fr.pruem.testa.eu

 

test.fp.fr.pruem.testa.eu

 

test.car.fr.pruem.testa.eu

 

HR

dna.hr.pruem.testa.eu

 

fp.hr.pruem.testa.eu

 

car.hr.pruem.testa.eu

 

test.dna.hr.pruem.testa.eu

 

test.fp.hr.pruem.testa.eu

 

test.car.hr.pruem.testa.eu

 

IT

dna.it.pruem.testa.eu

 

fp.it.pruem.testa.eu

 

car.it.pruem.testa.eu

 

test.dna.it.pruem.testa.eu

 

test.fp.it.pruem.testa.eu

 

test.car.it.pruem.testa.eu

 

CY

dna.cy.pruem.testa.eu

 

fp.cy.pruem.testa.eu

 

car.cy.pruem.testa.eu

 

test.dna.cy.pruem.testa.eu

 

test.fp.cy.pruem.testa.eu

 

test.car.cy.pruem.testa.eu

 

LV

dna.lv.pruem.testa.eu

 

fp.lv.pruem.testa.eu

 

car.lv.pruem.testa.eu

 

test.dna.lv.pruem.testa.eu

 

test.fp.lv.pruem.testa.eu

 

test.car.lv.pruem.testa.eu

 

LT

dna.lt.pruem.testa.eu

 

fp.lt.pruem.testa.eu

 

car.lt.pruem.testa.eu

 

test.dna.lt.pruem.testa.eu

 

test.fp.lt.pruem.testa.eu

 

test.car.lt.pruem.testa.eu

 

LU

dna.lu.pruem.testa.eu

 

fp.lu.pruem.testa.eu

 

car.lu.pruem.testa.eu

 

test.dna.lu.pruem.testa.eu

 

test.fp.lu.pruem.testa.eu

 

test.car.lu.pruem.testa.eu

 

HU

dna.hu.pruem.testa.eu

 

fp.hu.pruem.testa.eu

 

car.hu.pruem.testa.eu

 

test.dna.hu.pruem.testa.eu

 

test.fp.hu.pruem.testa.eu

 

test.car.hu.pruem.testa.eu

 

MT

dna.mt.pruem.testa.eu

 

fp.mt.pruem.testa.eu

 

car.mt.pruem.testa.eu

 

test.dna.mt.pruem.testa.eu

 

test.fp.mt.pruem.testa.eu

 

test.car.mt.pruem.testa.eu

 

NL

dna.nl.pruem.nl.testa.eu

 

fp.nl.pruem.testa.eu

 

car.nl.pruem.testa.eu

 

test.dna.nl.pruem.testa.eu

 

test.fp.nl.pruem.testa.eu

 

test.car.nl.pruem.testa.eu

 

AT

dna.at.pruem.testa.eu

 

fp.at.pruem.testa.eu

 

car.at.pruem.testa.eu

 

test.dna.at.pruem.testa.eu

 

test.fp.at.pruem.testa.eu

 

test.car.at.pruem.testa.eu

 

PL

dna.pl.pruem.testa.eu

 

fp.pl.pruem.testa.eu

 

car.pl.pruem.testa.eu

 

test.dna.pl.pruem.testa.eu

 

test.fp.pl.pruem.testa.eu

 

test.car.pl.pruem.testa.eu

 

PT

dna.pt.pruem.testa.eu

 

fp.pt.pruem.testa.eu

 

car.pt.pruem.testa.eu

 

test.dna.pt.pruem.testa.eu

 

test.fp.pt.pruem.testa.eu

 

test.car.pt.pruem.testa.eu

 

RO

dna.ro.pruem.testa.eu

 

fp.ro.pruem.testa.eu

 

car.ro.pruem.testa.eu

 

test.dna.ro.pruem.testa.eu

 

test.fp.ro.pruem.testa.eu

 

test.car.ro.pruem.testa.eu

 

SI

dna.si.pruem.testa.eu

 

fp.si.pruem.testa.eu

 

car.si.pruem.testa.eu

 

test.dna.si.pruem.testa.eu

 

test.fp.si.pruem.testa.eu

 

test.car.si.pruem.testa.eu

 

SK

dna.sk.pruem.testa.eu

 

fp.sk.pruem.testa.eu

 

car.sk.pruem.testa.eu

 

test.dna.sk.pruem.testa.eu

 

test.fp.sk.pruem.testa.eu

 

test.car.sk.pruem.testa.eu

 

FI

dna.fi.pruem.testa.eu

 

fp.fi.pruem.testa.eu

 

car.fi.pruem.testa.eu

 

test.dna.fi.pruem.testa.eu

 

test.fp.fi.pruem.testa.eu

 

test.car.fi.pruem.testa.eu

 

SE

dna.se.pruem.testa.eu

 

fp.se.pruem.testa.eu

 

car.se.pruem.testa.eu

 

test.dna.se.pruem.testa.eu

 

test.fp.se.pruem.testa.eu

 

test.car.se.pruem.testa.eu

 

UK

dna.uk.pruem.testa.eu

 

fp.uk.pruem.testa.eu

 

car.uk.pruem.testa.eu

 

test.dna.uk.pruem.testa.eu

 

test.fp.uk.pruem.testa.eu

 

test.car.uk.pruem.testa.eu

 

KAPITOLU 2

SKAMBJU TA’ DATA DATTILOSKOPIKA (DOKUMENT TA’ KONTROLL TAL-INTERFAĊĊA)

L-għan tad-Dokument ta’ Kontroll tal-interface li ġej hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti għall-iskambju tal-informazzjoni dattiloskopika bejn is-Sistemi Awtomatizzati tal-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’ (AFIS) tal-Istati. Dan hu bbażat fuq l-Implimentazzjoni mill-Interpol tal-ANSI/NIST-ITL 1-2000 (INT-I, Verżjoni 4.22b).

Din il-verżjoni għandha tkopri d-definizzjonijiet bażiċi kollha għar-Rekords Loġiċi Tip 1, Tip 2, Tip 4, Tip 9, Tip 13 u Tip 15 meħtieġa għall-ipproċessar dattiloskopiku bbażat fuq l-immaġini u fuq id-dettalji.

1.   Deskrizzjoni ġenerali tal-kontenut tal-fajl

Fajl dattiloskopiku jikkonsisti minn diversi rekords loġiċi. Hemm 16-il tip ta’ rekord speċifikat fl-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2000 oriġinali. Karattri ta’ separazzjoni ASCII adatti jintużaw bejn kull rekord u l-fields u s-subfields fir-rekords.

Jintużaw biss sitt tipi ta’ rekord għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-aġenzija oriġinarja u dik destinatarja:

Tip 1

Informazzjoni dwar it-tranżazzjoni

Tip 2

Data alfanumerika dwar il-persuni jew il-każ

Tip 4

Immaġini dattiloskopiċi fuq skala griża b’riżoluzzjoni għolja

Tip 9

Rekord tad-dettalji

Tip 13

Rekord ta' immaġini ta' marki misjuba b'riżoluzzjoni varjabbli

Tip 15

Rekord ta' immaġini tal-marka tal-pala tal-id b'riżoluzzjoni varjabbli

1.1.   Tip 1 – Header tal-fajl

Dan ir-rekord fih informazzjoni dwar ir-routing u informazzjoni li tiddeskrivi l-istruttura tal-bqija tal-fajl. Dan it-tip ta’ rekord jiddefinixxi wkoll it-tipi ta’ tranżazzjoni li jaqgħu taħt il-kategoriji ġenerali li ġejjin:

1.2.   Tip 2 – Test deskrittiv

Dan ir-rekord fih informazzjoni testwali ta’ interess għall-aġenziji li jibagħtu u li jirċievu.

1.3.   Tip 4 – Immaġini fuq skala griża b’riżoluzzjoni għolja

Dan ir-rekord jintuża sabiex jiġu skambjati immaġini dattiloskopiċi fuq skala griża (tmien bits) b’riżoluzzjoni għolja b’kampjuni ta’ 500 pixel kull pulzier. L-immaġini dattiloskopiċi għandhom jiġu kkompressati bl-użu tal-algoritmu WSQ bi proporzjon ta’ mhux aktar minn 15:1. Algoritmi ta’ kompressjoni oħrajn, jew immaġini mhux kompressati, m’għandhomx jintużaw.

1.4.   Tip 9 – Rekord tad-dettalji

Ir-rekords tat-tip 9 jintużaw għall-iskambju tal-karatteristiċi tal-linji jew id-data tad-dettalji. L-għan tagħhom hu kemm li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-proċessi ta’ kodifikazzjoni tal-AFIS kif ukoll li jippermettu t-trażmissjoni ta’ kodiċijiet AFIS li fihom inqas data mill-immaġini korrispondenti.

1.5.   Tip 13 – Rekord ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Dan ir-rekord għandu jintuża għall-iskambju ta’ immaġini misjuba ta’ marki tas-swaba’ u marki tal-pali tal-idejn flimkien ma’ informazzjoni alfanumerika dwar it-tessut. Ir-riżoluzzjoni tal-iskenjar tal-immaġini għandha tkun ta’ 500 pixel kull pulzier b’256 livell ta’ griż. Jekk il-kwalità tal-immaġini ta’ marka misjuba tkun tajba biżżejjed din għandha tiġi kkompressata bl-użu tal-algoritmu WSQ. Jekk ikun meħtieġ ir-riżoluzzjoni tal-immaġini tista’ tiżdied għal aktar minn 500 pixel kull pulzier u aktar minn 256 livell ta’ griż bi ftehim bilaterali. F’dan il-każ, hu rrakkomandat bil-qawwa li jintuża l-JPEG 2000 (ara l-Appendiċi 39-7).

1.6.   Rekord ta’ immaġini tal-marka tal-pala tal-id b’riżoluzzjoni varjabbli

Rekords tal-immaġini tagged field tat-tip 15 għandhom jintużaw għall-iskambju ta’ immaġini tal-marki tal-pali tal-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli flimkien ma’ informazzjoni alfanumerika dwar it-tessut. Ir-riżoluzzjoni tal-iskenjar tal-immaġini għandha tkun ta’ 500 pixel kull pulzier b’256 livell ta’ griż. Biex jitnaqqas l-ammont tad-data l-immaġini kollha tal-marki tal-pali tal-idejn għandhom jiġu kkompressati bl-użu tal-algoritmu WSQ. Jekk ikun meħtieġ ir-riżoluzzjoni tal-immaġini tista’ tiżdied għal aktar minn 500 pixel kull pulzier u aktar minn 256 livell ta’ griż bi ftehim bilaterali. F’dan il-każ, hu rrakkomandat bil-qawwa li jintuża l-JPEG 2000 (ara l-Appendiċi 39-7).

2.   Format tar-rekords

Fajl ta’ tranżazzjoni għandu jikkonsisti minn rekord loġiku wieħed jew aktar. Għal kull rekord loġiku li jkun hemm fil-fajl, għandu jkun hemm diversi fields ta’ informazzjoni adatti għal dak it-tip ta’ rekord. Kull field ta’ informazzjoni jista’ jkun fiha oġġett wieħed jew aktar ta’ informazzjoni bażika b’valur waħdieni. Meħudin flimkien dawn l-oġġetti jintużaw sabiex juru aspetti differenti tad-data li tinsab f’dak il-field. Field ta’ informazzjoni jista’ jikkonsisti wkoll minn oġġett ta’ informazzjoni wieħed jew aktar miġburin fi grupp u ripetuti għal numru ta’ drabi fil-field. Tali grupp ta’ oġġetti ta’ informazzjoni hu magħruf bħala subfield. Field ta’ informazzjoni jista’ għalhekk jikkonsisti minn subfield wieħed jew aktar ta’ oġġetti ta’ informazzjoni.

2.1.   Separaturi tal-informazzjoni

Fir-rekords loġiċi b’tagged-field, jiġu implimentati mekkaniżmi għad-delimitazzjoni tal-informazzjoni billi jintużaw erba’ separaturi tal-informazzjoni ASCII. L-informazzjoni delimitata tista’ tkun oġġetti ġo field jew subfield, fields ġo rekord loġiku, jew okkorrenzi multipli ta’ subfields. Dawn is-separaturi tal-informazzjoni huma ddefiniti fl-istandard ANSI X3.4. Dawn il-karattri jintużaw sabiex jisseparaw u jikkwalifikaw l-informazzjoni f’sens loġiku. Kif jidhru f’relazzjoni ġerarkika, il-karattru File Separator "FS" huwa l-aktar inklużiv segwit mill-Group Separator "GS", ir-Record Separator "RS", u fl-aħħarnett il-karattru Unit Separator "US". It-tabella 1 fiha lista ta’ dawn is-separaturi ASCII u deskrizzjoni tal-użu tagħhom f’dan l-istandard.

Separaturi tal-informazzjoni għandhom jitqiesu funzjonalment bħala indikazzjoni tat-tip ta’ data li ssegwi. Il-karattru "US" għandu jissepara oġġetti ta’ informazzjoni individwali ġo field jew subfield. Dan ikun sinjal li l-oġġett ta’ informazzjoni li jmiss huwa oġġett ta’ data għal dak il-field jew subfield. Subfields multipli ġo field isseparati bil-karattru "RS" jissenjalaw il-bidu tal-grupp li jmiss ta’ oġġett(i) ta’ informazzjoni ripetuta. Il-karattru separatur "GS" użat bejn fields ta’ informazzjoni jissenjala l-bidu ta’ field ġdid qabel in-numru li jidentifika l-field li jkun ser jidher. Bl-istess mod, il-bidu ta’ rekord loġiku ġdid għandu jkun issenjalat bid-dehra tal-karattru "FS".

L-erba’ karattri għandhom tifsira biss meta jintużaw bħala separaturi ta’ oġġetti ta’ data fil-fields tar-rekords ta’ test ASCII. Ma hemm marbut l-ebda tifsira speċifika ma’ dawn il-karattri li jidhru f’rekords ta’ immaġini binarji u fields binarji – dawn huma sempliċiment parti mid-data skambjata.

Normalment, ma għandu jkun hemm l-ebda field jew oġġett ta’ informazzjoni vojt u għalhekk għandu jidher biss karattru separatur wieħed bejn kwalunkwe żewġ oġġetti ta’ data. L-eċċezzjoni għal din ir-regola sseħħ f’dawk il-każijiet fejn id-data fil-fields jew l-oġġetti ta’ informazzjoni fi tranżazzjoni ma jkunux disponibbli, ikunu nieqsa jew fakultattivi, u l-ipproċessar tat-tranżazzjoni ma jkunx jiddependi mill-preżenza ta’ dik id-data partikolari. F’dawk il-każijiet, il-karattri separaturi multipli maġenb xulxin għandhom jidhru flimkien u ma jeħtiġux li tiddaħħal data finta bejn il-karattri separaturi.

Għad-definizzjoni ta’ field li jikkonsisti minn tliet oġġetti ta’ informazzjoni, għandu japplika dan li ġej. Jekk l-informazzjoni għat-tieni oġġett ta’ informazzjoni tkun nieqsa, dan jirriżulta f’żewġ karattri separaturi tal-informazzjoni "US" maġenb xulxin bejn l-ewwel u t-tielet oġġett ta’ informazzjoni. Jekk it-tieni u t-tielet oġġett ta’ informazzjoni jkunu neqsin it-tnejn, dan jirriżulta fi tliet karattri separaturi – żewġ karattri "US" flimkien mal-karattru separatur li jtemm il-field jew is-subfield. B’mod ġenerali, jekk oġġett ta’ informazzjoni mandatorju jew fakultattiv wieħed jew aktar ma jkunx disponibbli għal field jew subfield, għandu jiddaħħal in-numru adatt ta’ karattri separaturi.

Jista’ jkun hemm maġenb xulxin taħlitiet ta’ tnejn jew aktar mill-erba’ karattri separaturi disponibbli. Meta tkun nieqsa jew ma tkunx disponibbli data għal oġġetti ta’ informazzjoni, subfields, jew fields, irid ikun hemm karattru separatur wieħed inqas min-numru ta’ oġġetti ta’ data, subfields, jew fields meħtieġa.

Tabella 1

Is-separaturi użati

Kodiċi

Tip

Description

Valur Eżadeċimali

Valur Deċimali

US

Unit Separator

Jissepara l-oġġetti ta’ informazzjoni

1F

31

RS

Record Separator

Jissepara s-subfields

1E

30

GS

Group Separator

Jissepara l-fields

1D

29

FS

File Separator

Jissepara r-rekords loġiċi

1C

28

2.2.   Arranġament tar-rekords

Għar-rekords loġiċi b’tagged-field, kull field ta’ informazzjoni li tintuża għandha tkun numerata f'konformità ma' dan l-istandard. Il-format għal kull field għandu jikkonsisti min-numru tat-tip ta’ rekord loġiku segwit minn punt ".", numru tal-field segwit minn punt doppju ":", segwit bl-informazzjoni adatta għal dak il-field. In-numru tat-tagged-field jista’ jkun kull numru minn wieħed sa disgħa li jkun hemm bejn il-punt "." u l-punt doppju ":". Huwa għandu jiġi interpretat bħala numru tal-field sħiħ mhux iffirmat. Dan ifisser li numru tal-field ta’ "2.123:" huwa ekwivalenti għal u għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal numru tal-field ta’ "2.000000123:".

Għal finijiet ta’ illustrazzjoni tul dan id-dokument, se jintuża numru bi tliet ċifri għan-numerazzjoni tal-fields li hemm f’kull wieħed mir-rekords loġiċi b’tagged-field deskritti fih. In-numri tal-fields ser ikollhom il-forma "TT.xxx:" fejn "TT" tirrappreżenta t-tip ta’ rekord b’karattru wieħed jew tnejn segwit b’punt. It-tliet karattri li jmiss fihom in-numru tal-field adatt segwit b’punt doppju. Wara l-punt doppju tiġi l-informazzjoni deskrittiva ASCII jew id-data tal-immaġini.

Rekords loġiċi tat-Tip 1 u t-Tip 2 fihom biss fields ta’ data testwali ASCII. It-tul kollu kemm hu tar-rekord (inkluż numri tal-fields, punti doppji, u karattri separaturi) għandu jiġi reġistrat bħala l-ewwel field ASCII f’kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ rekord. Il-karattru ASCII ta’ kontroll File Separator "FS" (li jissenjala t-tmiem tar-rekord loġiku jew tranżazzjoni) għandu jsegwi l-aħħar byte ta’ informazzjoni ASCII u għandu jkun inkluż fit-tul tar-rekord.

B’kuntrast mal-kunċett ta’ tagged-field, ir-rekord tat-Tip 4 fih biss data binarja rreġistrata bħala fields binarji ta’ tul fiss ordinati. It-tul sħiħ tar-rekord għandu jitniżżel fl-ewwel field binarju ta’ erba’ bytes ta’ kull rekord. Għal dan ir-rekord binarju, la n-numru tar-rekord segwit bil-punt, u lanqas in-numru identifikatur tal-field u l-punt doppju li jsegwi, ma għandu jiġi reġistrat. Barra minn hekk, billi t-tul tal-field ta’ dan ir-rekord ikun jew fiss jew speċifikat, l-ebda wieħed mill-erba’ karattri separaturi ("US", "RS", "GS", jew "FS"), m’għandu jiġi interpretat ħlief bħala data binarja. Għar-rekord binarju, il-karattru "FS" m’għandux jintuża bħala separatur ta’ rekord jew karattru li jtemm tranżazzjoni.

3.   Rekord Loġiku tat-Tip 1: l-Intestatura tal-Fajl

Dan ir-rekord jiddeskrivi l-istruttura tal-fajl, it-tip tal-fajl, u informazzjoni oħra importanti. Is-sett tal-karattri użat għal fields tat-Tip 1 għandu jkun fihom biss il-kodiċi ANSI ta’ 7 bits għall-iskambju tal-informazzjoni.

3.1.   Fields għar-Rekord Loġiku tat-Tip 1

3.1.1.   Field 1.001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical Record Length – LEN)

Dan il-field fih il-kont totali tan-numru ta’ bytes fir-rekord loġiku tat-Tip 1 kollu. Il-field jibda b’"1.001:", segwit bit-tul totali tar-rekord inkluż kull karattru ta’ kull field u s-separaturi tal-informazzjoni.

3.1.2.   Field 1.002: Numru tal-Verżjoni (Version Number – VER)

Biex ikun żgurat li l-utenti jafu liema verżjoni tal-istandard ANSI/NIST qed tintuża, dan il-field b’erba’ bytes jispeċifika n-numru tal-verżjoni tal-istandard li qed jiġi implimentat mis-software jew is-sistema li toħloq il-fajl. L-ewwel żewġ bytes jispeċifikaw in-numru ta’ referenza ewlieni tal-verżjoni, u t-tieni tnejn in-numru minuri tar-reviżjoni. Pereżempju, l-Istandard 1986 oriġinali jitqies l-ewwel verżjoni u ddenominat "0100" waqt li l-istandard attwali ANSI/NIST-ITL 1-2000 huwa "0300".

3.1.3.   Field 1.003: Kontenut tal-Fajl (File Content – CNT)

Dan il-field jelenka kull wieħed mir-rekords fil-fajl skont it-tip tar-rekord u fl-ordni li bih jidhru r-rekords fil-fajl loġiku. Huwa jikkonsisti minn subfield wieħed jew aktar, li kull wieħed minnhom fih żewġ oġġetti ta’ informazzjoni li jiddeskrivu rekord loġiku wieħed li jinsab fil-fajl attwali. Is-subfields jiddaħħlu fl-istess ordni li biha jiġu rreġistrati u trażmessi r-rekords.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fl-ewwel subfield huwa "1", li jirriferi għal dan ir-rekord tat-Tip 1. Dan huwa segwit bit-tieni oġġett ta’ informazzjoni li fih in-numru ta’ rekords oħrajn li jinsabu fil-fajl. Dan in-numru huwa ugwali wkoll għall-kont tal-bqija tas-subfields tal-field 1.003.

Kull wieħed mis-subfields li jifdal huwa assoċjat ma’ rekord wieħed fil-fajl, u s-sekwenza tas-subfields tikkorrispondi mas-sekwenza tar-rekords. Kull subfield fih żewġ oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel wieħed jidentifika t-Tip tar-rekord. It-tieni huwa l-IDC tar-rekord. Il-karattru "US" għandu jintuża sabiex jissepara ż-żewġ oġġetti ta’ informazzjoni.

3.1.4.   Field 1.004: Tip ta’ Tranżazzjoni (Type of Transaction – TOT)

Dan il-field fih mnemoniku bi tliet ittri li jiddenomina t-tip tat-tranżazzjoni. Dawn il-kodiċijiet jistgħu jkunu differenti minn dawk użati minn implimentazzjonijiet oħrajn tal-istandard ANSI/NIST.

CPS: Tiftixa Marka għal Marka Kriminali (Criminal Print-to-Print Search). Din it-tranżazzjoni hija rikjesta għal tiftixa ta’ rekord relatat ma’ reat kriminali f’bażi tad-data tal-marki. Il-marki ta’ persuna jridu jkunu inklużi fil-fajl bħala immaġini kkompressati bid-WSQ.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2.

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2,

Minn wieħed sa 14-il Rekord tat-Tip 4.

It-TOT tas-CPS huwa elenkat fit-Tabella A.6.1 (Appendiċi 39-6).

PMS: Tiftixa Print-to-Latent. Din it-tranżazzjoni tintuża meta sett ta’ marki se jitfittex f’bażi tad-data ta’ marki misjuba mhux identifikati (Unidentified Latent database). Ir-rispons ikun fih id-deċiżjoni HIT/No-HIT tat-tiftixa fl-AFIS destinatarja. Jekk ikunu jeżistu aktar minn marka misjuba mhux identifikata waħda, jinħarġu tranżazzjonijiet SRE multipli, b’marka misjuba waħda għal kull tranżazzjoni. Il-marki ta’ persuna jridu jkunu inklużi fil-fajl bħala immaġini kkompressati bid-WSQ.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2.

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2,

Rekord wieħed tat-Tip 13.

It-TOT tal-PMS huwa elenkat fit-Tabella A.6.1 (Appendiċi 39-6).

MPS: Tiftixa Print-to-Latent. Din it-tranżazzjoni tintuża meta marka misjuba titfittex f’bażi tad-data tal-marki (Prints). L-informazzjoni dwar id-dettalji ta’ marki misjuba u l-immaġini (kkompressata bid-WSQ) jridu jkunu inklużi fil-fajl.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2.

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2,

Rekord wieħed tat-Tip 4 jew tat-Tip 15.

It-TOT tal-MPS huwa elenkat fit-Tabella A.6.4 (Appendiċi 39-6).

MMS: Tiftixa Latent-to-Latent. F’din it-tranżazzjoni l-fajl fih marka misjuba li trid titfittex f’bażi tad-data ta’ marki misjuba mhux identifikati (Unidentified Latent database) sabiex jiġi stabbilit irbit bejn diversi siti ta’ reati. L-informazzjoni dwar id-dettalji ta’ marki misjuba (latent minutiæ) u l-immaġini kkompressata bid-WSQ jridu jkunu inklużi fil-fajl.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2.

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2,

Rekord wieħed tat-Tip 13.

It-TOT tal-MMS huwa elenkat fit-Tabella A.6.4 (Appendiċi 39-6).

SRE: Din it-tranżazzjoni tinħareġ mill-aġenzija destinatarja b’rispons għal rikjesti dattiloskopiċi. Ir-rispons ikun fih id-deċiżjoni HIT/No-HIT tat-tiftixa fl-AFIS destinatarja. Jekk ikunu jeżistu aktar minn kandidat wieħed, jinħarġu tranżazzjonijiet SRE multipli, b’kandidat għal kull tranżazzjoni.

It-TOT tal-SRE huwa elenkat fit-Tabella A.6.2 (Appendiċi 39-6).

ERR: Din it-tranżazzjoni tinħareġ mill-AFIS destinatarju sabiex tindika żball tat-tranżazzjoni. Hija tinkludi field b’messaġġ (ERM) li jindika l-iżball misjub. Joħorġu r-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1,

Rekord wieħed tat-Tip 2.

It-TOT tal-ERR huwa elenkat fit-Tabella A.6.3 (Appendiċi 39-6).

Tabella 2

Kodiċijiet permissibbli fit-tranżazzjonijiet

Transaction Type

Logical Record Type

1

2

4

9

13

15

CPS

M

M

M

SRE

M

M

C

(C in case of latent hits)

C

C

MPS

M

M

M (1*)

M

MMS

M

M

M (1*)

M

PMS

M

M

M*

M*

ERR

M

M

Werrej:

M

=

Mandatorju,

M*

=

Jista’ jkun inkluż wieħed biss miż-żewġ tipi ta’ rekord,

O

=

Fakultattiv,

C

=

Jiddependi minn jekk id-data tkunx disponibbli,

=

Mhux permess,

1*

=

Jiddependi mis-sistemi eżistenti (legacy systems).

3.1.5.   Field 1.005: Data tal-Jum tat-Tranżazzjoni (Date of Transaction – DAT)

Dan il-kamp jindika d-data meta nbdiet it-tranżazzjoni u għandu jikkonforma man-notazzjoni ISO standard ta’: YYYYMMDD

fejn YYYY hija s-sena, MM huwa x-xahar u DD huwa l-jum tax-xahar. Għal numri b’ċifra waħda jintuża żero fuq quddiem. Pereżempju, "19931004" jirrappreżenta l-4 ta’ Ottubru 1993.

3.1.6.   Field 1.006: Prijorità (Priority – PRY)

Dan il-field fakultattiv jiddefinixxi l-prijorità, fuq livell minn 1 sa 9, tar-rikjesta. "1" huwa l-ogħla prijorità u "9" l-inqas waħda. It-tranżazzjonijiet bi Prijorità "1" għandhom jiġu pproċessati minnufih.

3.1.7.   Field 1.007: Identifikatur tal-Aġenzija Destinatarja (Destination Agency Identifier – DAI)

Dan il-field jispeċifika l-aġenzija destinatarja tat-tranżazzjoni.

Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni fil-format li ġej: CC/agency.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fih il-kodiċi tal-pajjiż (Country Code), iddefinit fl-ISO 3166, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi. It-tieni oġġett, agency, hu identifikazzjoni tal-aġenzija b’test liberu, b’mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku.

3.1.8.   Field 1.008: Identifikatur tal-Aġenzija Oriġinarja (Originating Agency Identifier – ORI)

Dan il-field jispeċifika l-oriġinatur tal-fajl u għandu l-istess format bħad-DAI (Field 1007).

3.1.9.   Field 1.009: Numru ta’ Kontroll tat-Tranżazzjoni (Transaction Control Number – TCN)

Dan huwa numru ta’ kontroll għal finijiet ta’ referenza. Huwa għandu jiġi ġġenerat mill-kompjuter u jkollu l-format li ġej: YYSSSSSSSSA

fejn YY hija s-sena tat-tranżazzjoni, SSSSSSSS huwa numru tas-serje bi tmien ċifri, u A huwa karattru ta’ verifika ġġenerat billi tissegwa l-proċedura mogħtija fl-Appendiċi -2.

Meta t-TCN ma jkunx disponibbli, il-field, YYSSSSSSSSA, jimtela biż-żeri u l-karattru ta’ verifika ġġenerat kif imsemmi hawn fuq.

3.1.10.   Field 1.010: Rispons ta’ Kontroll tat-Tranżazzjoni (Transaction Control Response – TCR)

Meta tkun intbagħtet rikjesta, u dan ikun ir-rispons għaliha, dan il-field fakultattiv ikun fih in-numru ta’ kontroll tat-tranżazzjoni tal-messaġġ ta’ rikjesta. Għalhekk huwa għandu l-istess format bħat-TCN (Field 1009).

3.1.11.   Field 1.011: Riżoluzzjoni ta’ Skenjar Oriġinarju (Native Scanning Resolution – NSR)

Dan il-field jispeċifika r-riżjoluzzjoni tal-iskenjar normali tas-sistema appoġġjata mill-oriġinatur tat-tranżazzjoni. Ir-riżoluzzjoni hi speċifikata bħala żewġ ċifri numeriċi segwiti b’punt deċimali u żewġ ċifri oħra.

Għat-tranżazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 533 u 534 ta’ dan il-Ftehim ir-rata tal-kampjuni għandha tkun 500 pixel kull pulzier jew 19,68 pixels/mm.

3.1.12.   Field 1.012: Riżoluzzjoni ta’ Trażmissjoni Nominali (Nominal Transmitting Resolution – NTR)

Dan il-field b’ħames bytes jispeċifika r-riżoluzzjoni ta’ trażmissjoni nominali għall-immaġini li qed jintbagħtu. Ir-riżoluzzjoni tingħata bħala pixels/mm fl-istess format bħall-NSR (Field 1011).

3.1.13.   Field 1.013: Domain name (DOM)

Dan il-field mandatorju jidentifika d-domain name għall-implimentazzjoni tar-rekord loġiku tat-Tip 2 iddefinit mill-utent. Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni u għandu jkun "INT-I{}{US}}4.22{}{GS}}".

3.1.14.   Field 1.014: Ħin medju ta’ Greenwich (Greenwich mean time – GMT)

Dan il-field mandatorju jipprovdi mekkaniżmu li jagħti d-data u l-ħin f’termini ta’ unitajiet ta’ Ħin Medju ta’ Greenwich (GMT). Jekk jintuża, il-field tal-GMT jkun fih id-data universali li tkun b’żieda mad-data lokali li tinsab fil-Field 1.005 (DAT). L-użu tal-field tal-GMT jelimina l-inkonsistenzi fil-ħin lokali li jirriżultaw meta tranżazzjoni u r-rispons għaliha jintbagħtu bejn żewġ postijiet mifrudin b’diversi żoni tal-ħin. Il-GMT jipprovdi data u ħin f’format ta’ 24 siegħa universali indipendentement miż-żoni tal-ħin. Dan hu rrappreżentat bħala "CCYYMMDDHHMMSSZ", string ta’ 15-il karattru li hu l-konkatenazzjoni tad-data (il-jum) mal-GMT u jikkonkludi b’"Z". Il-karattri "CCYY" għandhom jirrappreżentaw is-sena tat-tranżazzjoni, il-karattri "MM" il-valuri tal-għaxriet u l-unitajiet tax-xahar, u l-karattri "DD" l-valuri tal-għaxriet u l-unitajiet tal-jum tax-xahar, il-karattri "HH" jirrappreżentaw is-siegħa, l-"MM" il-minuta, u l-"SS" tirrappreżenta s-sekonda. Id-data sħiħa m’għandhiex tkun aktar mid-data attwali.

4.   Rekord loġiku tat-Tip 2: Test Deskrittiv

L-istruttura tal-parti l-kbira ta’ dan ir-rekord m’hix iddefinita mill-istandard ANSI/NIST oriġinali. Ir-rekord fih informazzjoni ta' interess speċifiku għall-aġenziji li jibagħtu jew jirċievu l-fajl. Biex ikun żgurat li s-sistemi dattiloskopiċi li jikkomunikaw ikunu kompatibbli, jeħtieġ li r-rekord ikun fih biss il-fields elenkati hawn taħt. Dan id-dokument jispeċifika liema fields huma mandatorji u liema huma fakultattivi, u wkoll jiddefinixxi l-istruttura tal-fields individwali.

4.1.   Fields għar-Rekord Loġiku tat-Tip 2

4.1.1.   Field 2.001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical Record Length – LEN)

Dan il-field mandatorju fih it-tul ta’ dan ir-rekord tat-Tip 2, u jispeċifika n-numru totali ta’ bytes inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord u s-separaturi tal-informazzjoni.

4.1.2.   Field 2.002: Karattru għad-Denominazzjoni tal-Immaġini (Image Designation Character – IDC)

L-IDC li jinsab f’dan il-field mandatorju huwa rappreżentazzjoni ASCII tal-IDC kif iddefinit fil-field tal-Kontenut tal-Fajl (CNT) tar-rekord tat-Tip 1 (field 1.003).

4.1.3.   Field 2.003: Informazzjoni tas-Sistema (System Information – SYS)

Dan il-field huwa mandatorju u fih erba’ bytes li jindikaw liema verżjoni tal-INT-I jikkonforma magħha dan ir-rekord tat-Tip 2 partikolari.

L-ewwel żewġ bytes jispeċifikaw in-numru ewlieni tal-verżjoni, u t-tieni tnejn in-numru minuri tar-reviżjoni. Pereżempju, din l-implimentazzjoni hi bbażata fuq INT-I, verżjoni 4, reviżjoni 22 u tkun irrappreżentata bħala "0422".

4.1.4.   Field 2.007: Numru tal-Każ (Case Number – CNO)

Dan huwa numru assenjat mill-uffiċċju dattiloskopiku lokali għal ġabra ta’ marki misjuba fuq sit ta’ reat. Jiġi adottat il-format kif ġej: CC/number

fejn CC huwa l-Kodiċi tal-Pajjiż tal-Interpol, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi, u n-number jikkonforma mal-linji gwida lokali pertinenti u jista’ jkollu tul sa 32 karattru alfanumeriku.

Dan il-field jippermetti lis-sistema tidentifika marki misjuba assoċjati ma’ reat partikolari.

4.1.5.   Field 2.008: Numru tas-Sekwenza (Sequence Number – SQN)

Dan jispeċifika kull sekwenza ta’ marki misjuba f’każ. Huwa jista’ jkollu tul sa erba’ karattri numeriċi. Sekwenza hija marka misjuba jew serje ta’ marki misjuba miġburin fi grupp għall-finijiet ta’ ffajljar u/jew ta’ tiftix. Din id-definizzjoni tfisser li anki marki misjuba waħdanin ikollhom jiġu assenjati b’numru tas-sekwenza.

Dan il-field flimkien ma’ MID (Field 2.009) jista’ jiġi inkluż sabiex jidentifika marka misjuba partikolari f’sekwenza.

4.1.6.   Field 2.009: Identifikatur ta’ Marka Misjuba (Latent Identifier – MID)

Dan jispeċifika l-marka misjuba individwali f’sekwenza. Il-valur huwa ittra waħdanija jew żewġ ittri, bl-ittra "A" tiġi assenjata lill-ewwel marka misjuba, "B’ lit-tieni waħda, u jibqa’ sejjer hekk sa limitu ta’ "ZZ". Dan il-field jintuża b’mod analogu man-numru tas-sekwenza tal-marka misjuba diskuss fid-deskrizzjoni tal-SQN (Field 2.008).

4.1.7.   Field 2.010: Numru ta’ Referenza Kriminali (Criminal Reference Number – CRN)

Dan huwa numru ta’ referenza uniku assenjat minn aġenzija nazzjonali lil individwu li huwa mixli għall-ewwel darba bit-twettiq ta’ reat. L-ebda individwu f’pajjiż wieħed ma qatt ikollu aktar minn CRN wieħed, jew ma jikkondividih ma’ individwu ieħor. Madankollu, l-istess individwu jista’ jkollu Numri ta’ Referenza Kriminali f’diversi pajjiżi, li jkun jista’ jingħaraf permezz tal-kodiċi tal-pajjiż.

Għas-CRN field huwa adottat il-format kif ġej: CC/number

fejn CC huwa l-Kodiċi tal-Pajjiż, iddefinit fl-ISO 3166, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi, u n-number jikkonforma mal-linji gwida nazzjonali pertinenti tal-aġenzija emittenti, u jista’ jkollu tul sa 32 karattru alfanumeriku.

Għat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 533 u 534 ta’ dan il-Ftehim dan il-field ser jintuża għan-numru ta’ referenza kriminali nazzjonali tal-aġenzija oriġinarja li huwa marbut mal-immaġini fir-Rekords tat-Tip 4 jew tat-Tip 15.

4.1.8.   Field 2.012: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN1)

Dan il-field fih is-CRN (field 2.010) mibgħut minn tranżazzjoni CPS jew PMS mingħajr il-kodiċi tal-pajjiż fuq quddiem.

4.1.9.   Field 2.013: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN2)

Dan il-field fih is-CNO (field 2.007) mibgħut minn tranżazzjoni MPS jew MMS mingħajr il-kodiċi tal-pajjiż fuq quddiem.

4.1.10.   Field 2.014: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN3)

Dan il-field fih l-SQN (field 2.008) mibgħut minn tranżazzjoni MPS jew MMS.

4.1.11.   Field 2.015: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN4)

Dan il-field fih l-MID (field 2.009) mibgħut minn tranżazzjoni MPS jew MMS.

4.1.12.   Field 2.063: Informazzjoni Addizzjonali (Additional Information – INF)

Fil-każ ta’ tranżazzjoni SRE lil rikjesta PMS dan il-field jagħti informazzjoni dwar is-saba’ li kkawża l-HIT eventwali. Il-format tal-field huwa:

NN fejn NN huwa l-kodiċi tal-pożizzjoni tas-saba’ ddefinit fit-tabella 5, b’tul ta’ żewġ ċifri.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn il-field huwa fakultattiv. Huwa jikkonsisti minn mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku u jista’ jagħti informazzjoni addizzjonali dwar ir-rikjesta.

4.1.13.   Field 2.064: Lista ta’ Rispondenti (Respondents List – RLS)

Dan il-field fih tal-inqas żewġ subfields. L-ewwel subfield jiddeskrivi t-tip ta’ tiftixa li twettqet, bl-użu ta’ mnemoniki ta’ tliet ittri li jispeċifikaw it-tip ta’ tranżazzjoni f’TOT (Field 1.004). It-tieni subfield fih karattru wieħed. L-ittra "I" għandha tintuża sabiex tindika li jkun instab HIT u "N" għandha tintuża sabiex tindika li ma nstabet l-ebda konkordanza (No-HIT). It-tielet subfield fih l-identifikatur tas-sekwenza għar-riżultat kandidat u l-għadd totali ta’ kandidati sseparati bi slash. Jekk ikun hemm aktar minn kandidat wieħed jingħataw lura messaġġi multipli.

F’każ ta’ HIT eventwali r-raba’ subfield għandu jkun fih l-iskor sa tul ta’ sitt ċifri. Jekk il-HIT ikun ġie verifikat il-valur ta’ dan is-subfield jiġi ddefinit bħala "999999".

Eżempju: "CPS{}{RS}}I{}{RS}}001/001{}{RS}}999999{}{GS}}"

Jekk l-AFIS remot ma jassenjax skorijiet, għandu jintuża skor ta’ żero fil-punt adatt.

4.1.14.   Field 2.074: Field b’Messaġġ ta’ Żball/Status (Status/Error Message Field – ERM)

Dan il-field fih messaġġi ta’ żbalji li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet, li jintbagħtu lura lir-rikjedent bħala parti minn Tranżazzjoni Żball.

Tabella 3

Messaġġi ta’ żball

Numeric code (1-3)

Meaning (5-128)

003

ERROR: UNAUTHORISED ACCESS

101

Mandatory field missing

102

Invalid record type

103

Undefined field

104

Exceed the maximum occurrence

105

Invalid number of subfields

106

Field length too short

107

Field length too long

108

Field is not a number as expected

109

Field number value too small

110

Field number value too big

111

Invalid character

112

Invalid date

115

Invalid item value

116

Invalid type of transaction

117

Invalid record data

201

ERROR: INVALID TCN

501

ERROR: INSUFFICIENT FINGERPRINT QUALITY

502

ERROR: MISSING FINGERPRINTS

503

ERROR: FINGERPRINT SEQUENCE CHECK FAILED

999

ERROR: ANY OTHER ERROR. FOR FURTHER DETAILS CALL DESTINATION AGENCY.

Messaġġi ta’ żball fil-medda bejn 100 u 199:

 

Dawn il-messaġġi ta’ żball huma relatati mal-validazzjoni tar-rekords tal-ANSI/NIST u ddefiniti bħala:

 

<error_code 1>: IDC <idc_number 1> FIELD <field_id 1> <dynamic text 1> LF

 

<error_code 2>: IDC <idc_number 2> FIELD <field_id 2> <dynamic text 2>…

fejn

error_code huwa kodiċi unikament relatat ma’ raġuni speċifika (ara t-Tabella 3),

field_id huwa n-numru tal-field ANSI/NIST tal-field żbaljat (eż. 1.001, 2.001, ...) fil-format<record_type>.<field_id>.<sub_field_id>,

dynamic text huwa deskrizzjoni dinamika aktar dettaljata tal-iżball,

LF huwa Line Feed li jissepara l-iżbalji jekk ikun hemm aktar minn żball wieħed,

għal rekord tat-Tip 1 l-ICD huwa ddefinit bħala "-1".

Eżempju:

 

201: IDC - 1 FIELD 1.009 WRONG CONTROL CHARACTER {}{LF}} 115: IDC 0 FIELD 2.003 INVALID SYSTEM INFORMATION

Dan il-field huwa mandatorju għal tranżazzjonijiet ta’ żball.

4.1.15.   Field 2.320: Numru Mistenni ta’ Kandidati (Expected Number of Candidates – ENC)

Dan il-field fih in-numru massimu ta’ kandidati għal verifika mistenni mill-aġenzija rikjedenti. Il-valur tal-ENC m’għandux ikun ogħla mill-valuri ddefiniti fit-Tabella 11.

5.   Rekord loġiku tat-Tip 4: Immaġini fuq skala griża b’riżoluzzjoni għolja

Għandu jkun innutat li r-rekords tat-Tip 4 huma ta’ natura binarja aktar milli ASCII. Għalhekk kull field jiġi assenjat b’pożizzjoni speċifika fir-rekord, li jimplika li l-fields huma kollha mandatorji.

L-istandard jippermetti kemm lid-daqs tal-immaġini kif ukoll lir-riżoluzzjoni jiġu speċifikati fir-rekord. Huwa jeħtieġ li r-Rekords Loġiċi tat-Tip 4 jkun fihom data tal-immaġini dattiloskopika li qed tintbagħat b’densità nominali tal-pixels ta’ 500 sa 520 pixel kull pulzier. Ir-rata preferita għad-disinji l-ġodda hija ta’ densità ta’ 500 pixel kull pulzier jew 19,68 pixel kull mm. Id-densità speċifikata mill-INT-I hija 500 pixel kull pulzier, ħlief li sistemi simili jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’rata mhux preferita, fil-limiti ta’ 500 sa 520 pixel kull pulzier.

5.1.   Fields għar-Rekord Loġiku tat-Tip 4

5.1.1.   Field 4.001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical Record Length – LEN)

Dan il-field fih it-tul ta’ dan ir-rekord tat-Tip 4, u jispeċifika n-numru totali ta’ bytes inkluż kull byte ta’ kull field li hemm fir-rekord.

5.1.2.   Field 4.002: Karattru għad-Denominazzjoni tal-Immaġini (Image Designation Character – IDC)

Din hija rappreżentazzjoni binarja ta’ byte wieħed tan-numru IDC mogħti fil-fajl tal-header.

5.1.3.   Field 4.003: Tip ta’ Impressjoni (Impression Type – IMP)

It-tip ta’ impressjoni huwa field ta’ byte wieħed li jokkupa s-sitt byte tar-rekord.

Tabella 4

Tip ta’ Impressjoni tas-Saba’

Code

Description

0

Live-scan of plain fingerprint

1

Live-scan of rolled fingerprint

2

Non-live scan impression of plain fingerprint captured from paper

3

Non-live scan impression of rolled fingerprint captured from paper

4

Latent impression captured directly

5

Latent tracing

6

Latent photo

7

Latent lift

8

Swipe

9

Unknown

5.1.4.   Field 4.004: Pożizzjoni tas-Saba’ (Finger Position – FGP)

Dan il-field b’tul fiss ta’ sitt bytes jokkupa s-seba’ sat-tnax-il pożizzjoni tal-bytes ta’ rekord tat-Tip 4. Huwa fih il-pożizzjonijiet possibbli tas-swaba’ billi jibda mill-ewwel byte fuq ix-xellug (is-seba’ byte tar-rekord). Il-pożizzjoni magħrufa jew l-aktar probabbli tas-saba’ tittieħed mit-tabella 5. Jistgħu jiġu rreferenzjati sa ħamest iswaba' addizzjonali billi jiddaħħlu l-pożizzjonijiet tas-swaba' alterni fil-ħames bytes li jifdal bl-użu tal-istess format. Jekk jintużaw inqas minn ħames referenzi tal-pożizzjonijiet tas-swaba', il-bytes mhux użati jimtlew b'255 binarju. Sabiex jiġu rreferenzjati l-pożizzjonijiet tas-swaba’ kollha jintuża l-kodiċi 0, għal mhux magħruf.

Tabella 5

Kodiċi tal-pożizzjoni tas-saba’ u d-daqs massimu

Finger position

Finger code

Width

(mm)

Length

(mm)

Unknown

0

40,0

40,0

Right thumb

1

45,0

40,0

Right index finger

2

40,0

40,0

Right middle finger

3

40,0

40,0

Right ring finger

4

40,0

40,0

Right little finger

5

33,0

40,0

Left thumb

6

45,0

40,0

Left index finger

7

40,0

40,0

Left middle finger

8

40,0

40,0

Left ring finger

9

40,0

40,0

Left little finger

10

33,0

40,0

Plain right thumb

11

30,0

55,0

Plain left thumb

12

30,0

55,0

Plain right four fingers

13

70,0

65,0

Plain left four fingers

14

70,0

65,0

Għall-marki misjuba tas-sit ta’ reat għandhom jintużaw biss il-kodiċijiet minn 0 sa 10.

5.1.5.   Field 4.005: Riżoluzzjoni tal-Iskenjar tal-Immaġini (Image Scanning Resolution – ISR)

Dan il-field ta’ byte wieħed jokkupa t-13-il byte ta’ rekord tat-Tip 4. Jekk ikun fih "0" l-immaġini tkun ittieħdet bħala kampjun b’rata ta’ skenjar preferita ta’ 19,68 pixels/mm (500 pixel kull pulzier). Jekk ikun fiha "1" l-immaġini tkun ittieħdet bħala kampjun b’rata ta’ skenjar alternattiva kif speċifikata fir-rekord tat-Tip 1.

5.1.6.   Field 4.006: Tul tal-Linja Orizzontali (Horizontal Line Length – HLL)

Dan il-field jinsab fil-pożizzjonijiet tal-bytes 14 u 15 fir-rekord tat-Tip 4. Huwa jispeċifika n-numru ta’ pixels li hemm f’kull linja tal-isken. L-ewwel byte ikun l-aktar wieħed sinifikattiv.

5.1.7.   Field 4.007: Tul tal-Linja Vertikali (Vertical Line Length – VLL)

Dan il-field jirreġistra fil-bytes 16 u 17 in-numru ta’ linji ta’ skenjar li hemm fl-immaġini. L-ewwel byte ikun l-aktar wieħed sinifikattiv.

5.1.8.   Field 4.008: Algoritmu ta’ Kompressjoni fuq Skala Griża (Gray-scale Compression Algorithm – GCA)

Dan il-field ta’ byte wieħed jispeċifika l-algoritmu ta’ kompressjoni fuq skala griża użat sabiex jikkodifika d-data tal-immaġini. Għal din l-implimentazzjoni, kodiċi binarju 1 jindika li ntużat kompressjoni WSQ (Appendiċi 39-7).

5.1.9.   Field 4.009: L-Immaġini (The Image)

Dan il-field fih byte stream li jirrappreżenta l-immaġini. L-istruttura tiegħu ovvjament tkun tiddependi mill-algoritmu ta’ kompressjoni użat.

6.   Rekord Loġiku tat-Tip 9: Rekord tad-Dettalji

Ir-rekords tat-Tip 9 għandu jkun fihom test ASCII li jiddeskrivi d-dettalji (minutiæ) u informazzjoni relatata magħhom ikkodifikati minn marka misjuba. Għal tranżazzjoni ta’ tiftix ta’ marka misjuba, m’hemmx limitu għal dawn ir-rekords tat-Tip 9 ġo fajl, li kull wieħed minnhom għandu jkun għal stampa jew marka misjuba differenti.

6.1.   Estrazzjoni tad-dettalji

6.1.1.   Identifikazzjoni tat-tip ta’ dettall

Dan l-istandard jiddefinixxi t-tliet numri identifikaturi li jintużaw sabiex jiddeskrivu t-tip ta’ dettall. Dawn huma elenkati fit-tabella 6. Tarf ta’ linja għandu jiġi denominat bħala Tip 1. Qsim fi tnejn għandu jiġi denominat bħala Tip 2. Jekk dettall ma jkunx jista’ jiġi kategorizzat b’mod ċar f’wieħed minn dawn iż-żewġ tipi, għandu jiġi denominat bħala "other" (ieħor), Tip 0.

Tabella 6

Tipi ta’ dettall

Type

Description

0

Other

1

Ridge ending

2

Bifurcation

6.1.2.   Pożizzjonament u tip tad-dettall

Biex il-mudelli jkunu konformi mat-Taqsima 5 tal-istandard ANSI INCITS 378-2004, għandu jintuża l-metodu li ġej, li jtejjeb fuq l-istandard INCITS 378-2004 attwali, sabiex jiġi ddeterminat il-pożizzjonament (post u direzzjoni angolari) tad-dettalji individwali.

Il-pożizzjoni jew il-post ta’ dettall li jirrappreżenta tarf ta’ linja għandu jkun il-punt ta’ qsim fi tnejn tal-assi medjali tal-wied li jiġi eżatt quddiem it-tarf tal-linja. Jekk it-tliet friegħi tal-wied jiċċekknu għal assi b’wisa’ ta’ pixel wieħed, il-punt fejn jiltaqgħu jiġi l-pożizzjoni tad-dettall. Bl-istess mod, il-pożizzjoni tad-dettall għal qsim fi tnejn għandu jkun il-punt tal-qsim tal-assi medjali tal-linja. Jekk it-tliet friegħi tal-linja jiċċekknu għal assi b’wisa’ ta’ pixel wieħed, il-punt fejn jiltaqgħu jiġi l-pożizzjoni tad-dettall.

Wara li t-truf kollha tal-linji jiġu kkonvertiti għal punti ta’ qsim, id-dettalji kollha tal-immaġini dattiloskopika jiġu rrappreżentati bħala punti ta’ qsim. Il-koordinati tal-pixels X u Y tal-punt fejn jiltaqgħu it-tliet friegħi ta’ kull dettall jistgħu jiġu fformatjati direttament. L-istabbiliment tad-direzzjoni tad-dettall jista’ jiġi estratt minn kull punt ta’ qsim tal-assi. It-tliet friegħi ta’ kull qsim tal-assi għandhom jiġu eżaminati u jiġi stabbilit it-tarf ta’ kull fergħa. Il-Figura 6.1.2 turi t-tliet metodi użati sabiex jiġi stabbilit it-tarf ta’ fergħa abbażi ta’ riżoluzzjoni ta’ skenjar ta’ 500 ppi.

It-tarf jiġi stabbilit skont l-avveniment li jseħħ l-ewwel. Il-kont tal-pixels hu bbażat fuq riżoluzzjoni ta’ skenjar ta’ 500 ppi. Riżoluzzjonijiet ta’ skenjar differenti jkunu jfissru kontijiet ta’ pixels differenti.

Distanza ta’.064" (il-pixel numru 32),

It-tarf tal-fergħa tal-assi li jseħħ bejn distanza ta’ 0.02” u 0.064” (mill-10 sat-32 pixel); il-friegħi iqsar ma jintużawx,

Jitfaċċa qsim fi tnejn ieħor f’distanza ta’ mhux aktar minn 0.064” (qabel it-32 pixel).

Image 22

L-angolu tad-dettalji jiġi stabbilit billi jinħolqu tliet raġġi virtwali li joriġinaw fil-punt tal-qsim u jestendu sat-tarf ta’ kull fergħa. L-iżgħar mit-tliet angoli ffurmati bir-raġġi jinqasam min-nofs sabiex jindika d-direzzjoni tad-dettall.

6.1.3.   Sistema ta’ koordinati

Is-sistema ta’ koordinati użata sabiex tesprimi d-dettalji ta’ marka tas-swaba’ għandha tkun sistema ta’ koordinati Kartesjani. Il-pożizzjonijiet tad-dettalji għandhom ikunu rrappreżentati bil-koordinati x u y tagħhom. L-oriġini tas-sistema tal-koordinati għandha tkun ir-rokna ta’ fuq tax-xellug tal-immaġini oriġinali bl-x jiżdied lejn il-lemin u l-y jiżdied ‘l isfel. Il-koordinati x u y ta’ dettall għandhom it-tnejn ikunu rrappreżentati f’unitajiet ta’ pixel mill-oriġini. Għandu jkun innutat li l-pożizzjoni tal-oriġini u l-unitajiet tal-kejl ma jaqbilx mal-konvenzjoni użata fid-definizzjonijiet tat-Tip 9 fl-ANSI/NIST-ITL 1-2000.

6.1.4.   Direzzjoni tad-dettalji

L-angoli jingħataw f’format matematiku standard, b’żero gradi lejn il-lemin u angoli li jiżdiedu kontra d-direzzjoni tal-arloġġ. L-angoli rreġistrati huma fid-direzzjoni li tħares lura matul il-linja għal tmiem ta’ linja u lejn iċ-ċentru tal-wied għal qsim fi tnejn. Din il-konvenzjoni hija opposta b’180 grad għall-konvenzjoni tal-angoli deskritta fid-definizzjonijiet tat-Tip 9 fl-ANSI/NIST-ITL 1-2000.

6.2.   Fields għal Rekord Loġiku tat-Tip 9 f’Format INCITS-378

Il-fields kollha tar-rekords tat-Tip 9 għandhom jiġu rreġistrati bħala test ASCII. L-ebda field binarju m’hu permess f’dan ir-rekord b’tagged field.

6.2.1.   Field 9.001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical record length – LEN)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih it-tul tar-rekord loġiku li jispeċifika n-numru totali ta’ bytes, inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord.

6.2.2.   Field 9.002: Karattru għad-denominazzjoni tal-immaġini (Image designation character – IDC)

Dan il-field mandatorju b’żewġ bytes għandu jintuża għall-identifikazzjoni u l-pożizzjoni tad-data tad-dettalji. L-IDC li hemm f’dan il-field għandu jaqbel mal-IDC li jinsab fil-field tal-kontenut tal-fajl tar-rekord tat-Tip 1.

6.2.3.   Field 9.003: Tip ta’ impressjoni (Impression type – IMP)

Dan il-field mandatorju b’byte wieħed għandu jiddeskrivi l-mod kif inkisbet l-informazzjoni tal-immaġini dattiloskopika. Il-valur ASCII tal-kodiċi t-tajjeb kif magħżul mit-Tabella 4 għandu jiddaħħal f’dan il-field sabiex jissenjala t-tip ta’ impressjoni.

6.2.4.   Field 9.004: Format tad-dettalji (Minutiæ format – FMT)

Dan il-field għandu jkun fih "U" sabiex jindika li d-dettalji huma fformatjati f’termini M1-378. Għalkemm l-informazzjoni tista’ tiġi kodifikata skont l-istandard M1-378, il-fields kollha tad-data tar-rekord tat-Tip 9 għandhom jibqgħu bħala fields ta’ test ASCII.

6.2.5.   Field 9.126: Informazzjoni CBEFF (CBEFF information)

Dan il-field għandu jkun fih tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni għandu jkun fih il-valur "27" (0x1B). Din hija l-identifikazzjoni tas-Sid tal-Format CBEFF assenjata mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Industrija tal-Bijometrika (IBIA) lill-Kumitat Tekniku INCITS M1. Il-karattru <US> għandu jiddelimita dan l-oġġett mit-Tip tal-Format CBEFF li jiġi assenjat valur ta’ "513" (0x0201) sabiex jindika li dan ir-rekord fih biss data ta’ pożizzjoni u direzzjoni angolari mingħajr ebda informazzjoni ta’ Blokk ta’ Data Estiż. Il-karattru <US> għandu jiddelimita dan l-oġġett mill-Identifikatur tal-Prodott (PID) tas-CBEFF li jidentifika s-"sid" tat-tagħmir ta’ kodifikazzjoni. Il-bejjiegħ jistabbilixxi dan il-valur. Huwa jista’ jinkiseb mill-website tal-IBIA (www.ibia.org) jekk ikun ippostjat.

6.2.6.   Field 9.127: Identifikazzjoni tat-tagħmir tal-kattura (Capture equipment identification)

Dan il-field għandu jkun fih żewġ oġġetti ta’ informazzjoni sseparati bil-karattru <US>. L-ewwel wieħed għandu jkollu "APPF" jekk it-tagħmir użat oriġinalment sabiex tinkiseb l-immaġini jkun ċertifikat li jikkonforma mal-Appendiċi F (Speċifikazzjoni tal-Kwalità tal-Immaġini IAFIS, 29 ta’ Jannar, 1999) tas-CJIS-RS-0010, l-ispeċifikazzjoni tat-trażmissjoni elettronika tal-marki tas-swaba’ tal-Federal Bureau of Investigation. Jekk it-tagħmir ma kienx jikkonforma l-valur ikun "NONE". It-tieni oġġett ta’ informazzjoni għandu jkollu l-ID tat-Tagħmir tal-Kattura li huwa numru tal-prodott assenjat mill-bejjiegħ lit-tagħmir tal-kattura. Valur ta’ "0" jindika li l-ID tat-tagħmir tal-kattura m’huwiex irrappurtat.

6.2.7.   Field 9.128: Tul tal-linja orizzontali (Horizontal line length – HLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ pixels li hemm f’linja orizzontali waħda tal-immaġini mibgħuta. Id-daqs orizzontali massimu huwa limitat għal 65534 pixel.

6.2.8.   Field 9.129: Tul tal-linja vertikali (Vertical line length – VLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ linji orizzontali li hemm fl-immaġini mibgħuta. Id-daqs vertikali massimu huwa limitat għal 65534 pixel.

6.2.9.   Field 9.130: Unitajiet ta’ skala (Scale units – SLC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-unitajiet użati sabiex jiddeskrivu l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjun tal-immaġini (densità tal-pixels). Il-valur "1" f’dan il-field jindika pixels kull pulzier, waqt li "2" jindika pixels kull ċentimetru. Il-valur "0" jindika li ma qed tingħata l-ebda skala. Għal dan il-każ, il-kwozjent HPS/VPS jagħti l-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

6.2.10.   Field 9.131: Skala orizzontali tal-pixels (Horizontal pixel scale – HPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni orizzontali dment li l-SLC jikkonsisti minn "1" jew "2". Inkella, huwa jindika l-komponent orizzontali tal-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

6.2.11.   Field 9.132: Skala vertikali tal-pixels (Vertical pixel scale – VPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni vertikali dment li l-SLC jikkonsisti minn "1" jew "2". Inkella, huwa jindika l-komponent vertikali tal-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

6.2.12.   Field 9.133: Xbieha tas-saba’ (Finger view)

Dan il-field mandatorju fih in-numru tax-xbieha tas-saba’ assoċjat mad-data ta’ dan ir-rekord. In-numru tax-xbieha jibda b’"0" u jiżdied b’wieħed kull darba sa "15".

6.2.13.   Field 9.134: Pożizzjoni tas-saba’ (Finger position – FGP)

Dan il-field għandu jkollu l-kodiċi li jiddenomina l-pożizzjoni tas-saba’ li pproduċa l-informazzjoni f’dan ir-rekord tat-Tip 9. Sabiex jindika l-pożizzjoni tas-saba’ jew tal-pala tal-id għandu jintuża kodiċi bejn 1 u 10 meħud mit-Tabella 5 jew il-kodiċi adatta tal-pala tal-id mit-tabella 10.

6.2.14.   Field 9.135: Kwalità tas-saba’ (Finger quality)

Il-field għandu jkollu l-kwalità tad-data tad-dettalji tas-saba’ b’mod ġenerali u għandu jkun bejn 0 u 100. Dan in-numru jkun espressjoni ġenerali tal-kwalità tar-rekord tas-saba’, u jirrappreżenta l-kwalità tal-immaġini oriġinali, tal-estrazzjoni tad-dettall u kull operazzjoni addizzjonali li tista’ taffettwa r-rekord tad-dettalji.

6.2.15.   Field 9.136: numru ta’ dettalji (number of minutiæ)

Dan il-field mandatorju għandu jkollu kont tan-numru ta’ dettalji rreġistrati f’dan ir-rekord loġiku.

6.2.16.   Field 9.137: Data tad-dettalji tas-saba’ (Finger minutiæ data)

Dan il-field mandatorju jkun fih sitt oġġetti ta’ informazzjoni sseparati bil-karattru <US>. Huwa jikkonsisti minn diversi subfields, li kull wieħed minnhom ikollu l-informazzjoni dwar id-dettalji individwali. In-numru totali ta’ subfields tad-dettalji jrid jaqbel mal-kont li jinstab fil-field 136. L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni huwa n-numru tal-indiċi tad-dettall, li għandu jibda b’"1" u jiżdied b’"1" għal kull dettall addizzjonali fil-marka tas-saba’. It-tieni u t-tielet oġġett ta’ informazzjoni huma l-koordinati "x" u "y" tad-dettall f’unitajiet ta’ pixel. Ir-raba’ oġġett ta’ informazzjoni huwa l-angolu tad-dettall irreġistrat f’unitajiet ta’ żewġ gradi. Dan il-valur m’għandux ikun negattiv u jkun bejn 0 u 179. Il-ħames oġġett ta’ informazzjoni hu t-tip tad-dettall. Valur ta’ "0" jintuża sabiex jirrappreżenta dettalji tat-tip "OTHER" (ieħor), valur ta’ "1" għal tarf ta’ linja u valur ta’ "2" għal qsim ta’ linja fi tnejn. Is-sitt oġġett ta’ informazzjoni jirrappreżenta l-kwalità ta’ kull dettall. Dan il-valur jista’ jkun minn minimu ta’ 1 sa massimu ta’ 100. Valur ta’ "0" jindika li l-valur tal-kwalità m’hux disponibbli. Kull subfield għandu jkun isseparat minn dak li jiġi warajh bl-użu tal-karattru separatur <RS>.

6.2.17.   Field 9.138: Informazzjoni dwar il-kont tal-linji (Ridge count information)

Dan il-field fih serje ta’ subfields li kull wieħed minnhom ikollu tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni tal-ewwel subfield għandu jindika l-metodu ta’ estrazzjoni tal-kont tal-linji. Valur ta’ "0" jindika li m’għandha ssir l-ebda assunzjoni dwar il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-kontijiet tal-linji, u lanqas l-ordni tagħhom fir-rekord. Valur ta’ "1" jindika li għal kull dettall fiċ-ċentru, id-data tal-kont tal-linji ġie estratt sal-eqreb dettall fil-viċinanza f’erba’ kwadranti, u l-kontijiet tal-linji għal kull dettall fiċ-ċentru huma elenkati flimkien. Valur ta’ "2" jindika li għal kull dettall fiċ-ċentru, id-data tal-kont tal-linji ġie estratt sal-eqreb dettall fil-viċinanza fi tmien ottanti, u l-kontijiet tal-linji għal kull dettall fiċ-ċentru huma elenkati flimkien. Iż-żewġ oġġetti ta’ informazzjoni li jifdal f’dan l-ewwel subfield għandhom it-tnejn ikunu "0". L-oġġetti ta’ informazzjoni għandhom ikunu sseparati bil-karattru separatur <US>. Is-sottodominji sussegwenti għandu jkollhom in-numru tal-indiċi tad-dettall fiċ-ċentru bħala l-ewwel oġġett ta’ informazzjoni, in-numru tal-indiċi tad-dettalji fil-viċinanza bħala t-tieni oġġett ta’ informazzjoni, u n-numru ta’ linji maqsumin bħala t-tielet oġġett ta’ informazzjoni. Is-subfields għandhom ikunu sseparati bil-karattru separatur <RS>.

6.2.18.   Field 9.139: Informazzjoni dwar nuklei (Core information)

Dan il-field jikkonsisti minn subfield wieħed għal kull nukleu preżenti fl-immaġini oriġinali. Kull subfield jikkonsisti minn tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel żewġ oġġetti fihom il-pożizzjonijiet tal-koordinati "x" u "y" f’unitajiet ta’ pixel. It-tielet oġġett ta’ informazzjoni fih l-angolu tan-nukleu rreġistrat f’unitajiet ta’ 2 gradi. Dan il-valur m’għandux ikun negattiv u jkun bejn 0 u 179. Nuklei multipli jkunu sseparati bil-karattru separatur <RS>.

6.2.19.   Field 9.140: Informazzjoni dwar delta (Delta information)

Dan il-field jikkonsisti minn subfield wieħed għal kull delta preżenti fl-immaġini oriġinali. Kull subfield jikkonsisti minn tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel żewġ oġġetti fihom il-pożizzjonijiet tal-koordinati "x" u "y" f’unitajiet ta’ pixel. It-tielet oġġett ta’ informazzjoni fih l-angolu tad-delta rreġistrat f’unitajiet ta’ 2 gradi. Dan il-valur m’għandux ikun negattiv u jkun bejn 0 u 179. Nuklei multipli jkunu sseparati bil-karattru separatur <RS>.

7.   Rekord tat-Tip 13 ta’ immaġni latenti b’riżoluzzjoni varjabbli

Ir-rekord loġiku b’tagged field tat-Tip 13 għandu jkun fih data ta’ immaġini miksuba minn immaġini ta’ marki misjuba. Dawn l-immaġini huma maħsuba sabiex jintbagħtu lil aġenziji li awtomatikament jiksbu jew jipprovdu intervent uman u pproċessar sabiex tinkiseb mill-immaġini l-informazzjoni tal-karatteristika mixtieqa.

L-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tal-iskenjar użata, id-daqs tal-immaġini, u parametri oħrajn meħtieġa għall-ipproċessar tal-immaġini, huma rreġistrati bħala tagged fields fir-rekord.

Tabella 7

Arranġament ta’ rekord tat-tip 13 ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Ident

Cond. code

Field Number

Field name

Char type

Field size per occurrence

Occur count

Max byte count

min.

max.

min

max

 

LEN

M

13.001

LOGICAL RECORD LENGTH

N

4

8

1

1

15

IDC

M

13.002

IMAGE DESIGNATION CHARACTER

N

2

5

1

1

12

IMP

M

13.003

IMPRESSION TYPE

A

2

2

1

1

9

SRC

M

13.004

AĠENZIJA TAS-SORS/ORI (SOURCE AGENCY/ORI – SRC)

AN

6

35

1

1

42

LCD

M

13.005

LATENT CAPTURE DATE

N

9

9

1

1

16

HLL

M

13.006

HORIZONTAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

VLL

M

13.007

VERTICAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

SLC

M

13.008

SCALE UNITS

N

2

2

1

1

9

HPS

M

13.009

HORIZONTAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

VPS

M

13.010

VERTICAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

CGA

M

13.011

COMPRESSION ALGORITHM

A

5

7

1

1

14

BPX

M

13.012

BITS PER PIXEL

N

2

3

1

1

10

FGP

M

13.013

FINGER POSITION

N

2

3

1

6

25

RSV

 

13.014

RESERVED FOR FUTURE DEFINITION

13.019

COM

O

13.020

COMMENT

A

2

128

0

1

135

RSV

 

13.021

RESERVED FOR FUTURE DEFINITION

13.199

UDF

O

13.200

USER-DEFINED FIELDS

13.998

DAT

M

13.999

IMAGE DATA

B

2

1

1

Werrej għat-tip ta’ karattru: N = Numeriku; A = Alfabetiku; AN = Alfanumeriku; B = Binarju

7.1.   Fields għar-rekord loġiku tat-Tip 13

Il-paragrafi li ġejjin jiddeskrivu d-data li tinsab f’kull wieħed mill-fields għar-rekord loġiku tat-Tip 13.

F’rekord loġiku tat-Tip 13, it-tidħil għandu jingħata f’fields numerati. Hu meħtieġ li l-ewwel żewġ fields tar-rekord ikunu f’ordni, u l-field li jkollu d-data tal-immaġini għandu jkun l-aħħar field fiżiku fir-rekord. Għal kull field tar-rekord tat-Tip 13, it-Tabella 7 telenka l-"kodiċi tal-kundizzjoni" bħala mandatorju "M" jew fakultattiv "O", in-numru tal-field, l-isem tal-field, it-tip tal-karattru, id-daqs tal-field, u limiti tal-okkorrenza. Fuq bażi ta’ numru tal-field bi tliet ċifri, id-daqs massimu tal-kont tal-bytes għall-field jingħata fl-aħħar kolonna. Hekk kif jintużaw aktar ċifri għan-numru tal-field, il-kont massimu tal-bytes jiżdied ukoll. Iż-żewġ tidħiliet fid-"daqs tal-field kull okkorrenza" jinkludu s-separaturi tal-karattri kollha użati fil-field. Il-"kont tal-bytes massimu" jinkludi n-numru tal-field, l-informazzjoni, u s-separaturi tal-karattri kollha inkluż il-karattru "GS".

7.1.1.   Field 13.001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical record length – LEN)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih il-kont totali tan-numru ta’ bytes fir-rekord loġiku tat-Tip 13. Il-field 13.001 għandu jispeċifika t-tul tar-rekord inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord u s-separaturi tal-informazzjoni.

7.1.2.   Field 13.002: Karattru għad-denominazzjoni tal-immaġini (Image designation character – IDC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jintuża sabiex jidentifika d-data tal-immaġini tal-marki misjuba li hemm fir-rekord. Dan l-IDC għandu jaqbel mal-IDC li jinsab fil-field tal-kontenut tal-fajl (CNT) tar-rekord tat-Tip 1.

7.1.3.   Field 13.003: Tip ta’ impressjoni (Impression type – IMP)

Dan il-field mandatorju ASCII b’byte wieħed jew tnejn għandu jindika l-mod kif inkisbet l-informazzjoni tal-immaġini ta’ marka misjuba. Il-kodiċi ta’ marka misjuba adatt magħżul mit-Tabella 4 (saba’) jew it-Tabella 9 (pala tal-id) għandu jiddaħħal f’dan il-field.

7.1.4.   Field 13.004: Aġenzija tas-sors/ORI (Source agency/ORI – SRC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih l-identifikazzjoni tal-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni li oriġinalment ikkatturat l-immaġini tal-wiċċ li hemm fir-rekord. Normalment, l-Identifikatur tal-Aġenzija Oriġinarja (ORI) tal-aġenzija li kkatturat l-immaġini tkun tinsab f’dan il-field. Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni fil-format li ġej: CC/agency.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fih il-kodiċi tal-pajjiż (Country Code) tal-Interpol, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi. It-tieni oġġett, agency, hu identifikazzjoni tal-aġenzija b’test liberu, b’mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku.

7.1.5.   Field 13.005: Data tal-jum tal-kattura tal-immaġini ta’ marka misjuba (Latent capture date – LCD)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih id-data tal-jum meta ġiet katturata l-immaġini ta’ marka misjuba li hemm fir-rekord. Id-data għandha tidher bħala tmien ċifri fil-format CCYYMMDD. Il-karattri CCYY għandhom jirrappreżentaw is-sena meta ġiet katturata l-immaġini; il-karattri MM għandhom ikunu l-valuri tal-għaxriet u l-unitajiet tax-xahar; u l-karattri DD għandhom ikunu l-valuri tal-għaxriet u l-unitajiet tal-jum tax-xahar. Pereżempju, 20000229 jirrappreżenta d-29 ta’ Frar 2000. Id-data sħiħa għandha tkun data leġittima.

7.1.6.   Field 13.006: Tul tal-linja orizzontali (Horizontal line length – HLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ pixels li hemm f’linja orizzontali waħda tal-immaġini mibgħuta.

7.1.7.   Field 13.007: Tul tal-linja vertikali (Vertical line length – VLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ linji orizzontali li hemm fl-immaġini mibgħuta.

7.1.8.   Field 13.008: Unitajiet ta’ skala (Scale units – SLC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-unitajiet użati sabiex jiddeskrivu l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjun tal-immaġini (densità tal-pixels). Il-valur "1" f’dan il-field jindika pixels kull pulzier, waqt li "2" jindika pixels kull ċentimetru. Il-valur "0" jindika li ma qed tingħata l-ebda skala. Għal dan il-każ, il-kwozjent HPS/VPS jagħti l-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

7.1.9.   Field 13.009: Skala orizzontali tal-pixels (Horizontal pixel scale – HPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni orizzontali dment li l-SLC jikkonsisti minn "1" jew "2". Inkella, huwa jindika l-komponent orizzontali tal-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

7.1.10.   Field 13.010: Skala vertikali tal-pixels (Vertical pixel scale – VPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni vertikali dment li l-SLC jikkonsisti minn "1" jew "2". Inkella, huwa jindika l-komponent vertikali tal-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

7.1.11.   Field 13.011: Algoritmu tal-kompressjoni (Compression algorithm – CGA)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-algoritmu użat sabiex jikkompressa l-immaġini fuq skala griża. Għall-kodiċijiet tal-kompressjoni rreferi għall-Appendiċi 39-7.

7.1.12.   Field 13.012: Bits kull pixel (Bits per pixel – BPX)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih in-numru ta’ bits użat sabiex jirrappreżenta pixel. Dan il-field għandu jikkonsisti minn "8" għal valuri ta’ skala griża normali minn "0" sa "255". Kull tidħil f’dan il-field li jkun akbar minn "8" għandu jirrappreżenta pixel fuq skala griża bi preċiżjoni akbar.

7.1.13.   Field 13.013: Pożizzjoni tas-saba’/pala tal-id (Finger/palm position – FGP)

Dan il-kamp itteggjat mandatorju għandu jkun fih waħda jew aktar mill-pożizzjonijiet possibbli tas-saba’ jew il-pala tal-id li jistgħu jaqblu mal-immaġini ta’ marka misjuba. In-numru tal-kodiċi deċimali li jikkorrispondi għall-pożizzjoni magħrufa jew l-aktar probabbli tas-saba’ għandu jittieħed mit-Tabella 5 jew il-pożizzjoni l-aktar probabbli tal-pala tal-id mit-Tabella 10 u jiddaħħal bħala subfield ASCII b’karattru wieħed jew tnejn. Pożizzjonijiet addizzjonali tas-swaba’ u/jew tal-pali tal-idejn jistgħu jkunu referenzjati billi jiddaħħlu l-kodiċijiet tal-pożizzjonijiet alterni bħala subfields isseparati bil-karattru separatur "RS". Il-kodiċi "0", għal "Saba’ Mhux Magħruf", għandu jintuża bħala referenza għal kull pożizzjoni tas-swaba’ minn wieħed sa għaxra. Il-kodiċi "20", għal "Pala tal-Id Mhux Magħrufa", għandu jintuża bħala referenza għal kull pożizzjoni elenkata ta’ marka tal-pala tal-id.

7.1.14.   Field 13.014-019: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

7.1.15.   Field 13.020: Kumment (Comment – COM)

Dan il-field fakultattiv jista’ jintuża sabiex jiddaħħlu kummenti jew informazzjoni oħra b’test ASCII mad-data tal-immaġini ta’ marka misjuba.

7.1.16.   Field 13.021-199: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

7.1.17.   Fields 13.200-998: Fields iddefiniti mill-utent (User-defined fields – UDF)

Dawn il-fields jistgħu jiġu ddefiniti mill-utent u jintużaw għal rekwiżiti futuri. Id-daqs u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu ddefiniti mill-utent u jkunu konformi mal-aġenzija li tirċievi. Jekk ikun hemm minnhom għandu jkollhom informazzjoni testwali ASCII.

7.1.18.   Field 13.999: Data tal-immaġini (Image data – DAT)

Dan il-field għandu jkun fih id-data kollha minn immaġini kkatturata ta’ marka misjuba. Huwa għandu jkollu assenjat in-numru tal-kamp 999 u jkun fiżikament l-aħħar kamp fir-rekord. Pereżempju, "13.999:" jiġi segwit b’data tal-immaġini f’rappreżentazzjoni binarja.

Kull pixel ta’ data fuq skala griża mhux kompressat għandu normalment ikun kwantizzat għal tmien bits (256 livell griż) miġbur f’byte wieħed. Jekk it-tidħil fil-Field tal-BPX 13.012 ikun ikbar jew inqas minn "8", in-numru ta’ bytes meħtieġ għal pixel wieħed ikun differenti. Jekk tintuża kompressjoni, id-data tal-pixel għandha tiġi kompressata f'konformità mat-teknika ta’ kompressjoni speċifikata fil-field tal-GCA.

7.2.   Tmiem ta’ rekord tat-tip 13 ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Għall-finijiet ta’ konsistenza, minnufih wara l-aħħar byte ta’ data mill-field 13.999 għandu jintuża separatur "FS" sabiex jisseparah mir-rekord loġiku li jmiss. Dan is-separatur għandu jiġi inkluż fil-kamp tat-tul tar-rekord tat-Tip 13. Rekord tat-tip 15 ta’ immaġini tal-marka tal-pala tal-id b’riżoluzzjoni varjabbli

8.   Rekord tat-Tip 15 ta’ immaġini tal-marka tal-pala tal-id b’riżoluzzjoni varjabbli

Ir-rekord loġiku tagged field tat-Tip 15 għandu jkun fih u jintuża għall-iskambju ta’ data ta’ immaġini ta’ marki ta’ pali tal-idejn flimkien ma’ fields ta’ informazzjoni testwali fissi u ddefiniti mill-utent pertinenti għall-immaġini diġitizzata. L-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tal-iskenjar użata, id-daqs tal-immaġini u parametri oħrajn jew kummenti meħtieġa għall-ipproċessar tal-immaġini jiġu rreġistrati bħala tagged fields fir-rekord. L-immaġini tal-marki tal-pali tal-idejn mibgħuta lil aġenziji oħrajn jiġu pproċessati mill-aġenziji li jirċevuhom sabiex jiksbu l-informazzjoni mixtieqa tal-karatteristiċi meħtieġa għal skopijiet ta’ konkordanza.

Id-data tal-immaġini għandha tinkiseb direttament minn suġġett bl-użu ta’ tagħmir ta’ skenjar istantanju, jew minn karta tal-marki tal-pali tal-idejn jew mezz ieħor li jkun fih il-marki tal-pali tal-idejn tas-suġġett.

Kull metodu użat għall-kisba tal-immaġini tal-marki tal-pali tal-idejn għandu jkun kapaċi jagħti sett ta’ immaġini għal kull id. Dan is-sett għandu jinkludi l-pala tal-kittieb (writer’s palm) bħala immaġini skenjata waħdanija, u l-medda sħiħa tal-pala kollha mill-polz sal-ponot tas-swaba’ bħala immaġini skenjata waħda jew tnejn. Jekk jintużaw żewġ immaġini sabiex jirrappreżentaw il-pala kollha, l-immaġini ta’ isfel għandha twassal mill-polz (wrist bracelet) san-naħa ta’ fuq tal-parti interdiġitali (il-ġog tat-tielet saba’) u għandha tinkludi l-partijiet tat-tenar u l-ipotenar tal-pala. L-immaġini ta’ fuq għandha twassal min-naħa ta’ isfel tal-parti interdiġitali sal-ponot ta’ fuq tas-swaba’. Dan jipprovdi ammont biżżejjed ta’ sovrappożizzjoni bejn iż-żewġ immaġini li huma t-tnejn jinsabu fuq il-parti interdiġitali tal-pala. Jekk isib konkordanza fl-istruttura tal-linji u d-dettalji li jkun hemm f’din il-parti komuni, eżaminatur jista’ jgħid b’kunfidenza li ż-żewġ immaġini ġew mill-istess pala ta’ id.

Billi tranżazzjoni ta’ marka ta’ pala tal-id tista’ tintuża għal finijiet differenti, jista’ jkun fiha parti waħda jew aktar ta’ immaġini unika rreġistrata mill-pala jew l-id. Sett ta’ rekord sħiħ tal-marki tal-pali tal-idejn għal individwu wieħed normalment jinkludi l-pala tal-kittieb u l-immaġini tal-pala kollha ta’ kull id. Billi rekord ta’ immaġini loġiku b’tagged field jista’ jkun fih field binarju wieħed biss, ikun meħtieġ rekord waħdani tat-Tip 15 għal kull pala tal-kittieb u rekord wieħed jew tnejn tat-Tip 15 għal kull pala sħiħa. B’hekk, ikunu meħtieġa minn erba’ sa sitt rekords tat-Tip 15 sabiex jirrappreżentaw il-marki tal-pali tal-idejn tas-suġġett fi tranżazzjoni normali tal-marki tal-pali tal-idejn.

8.1.   Fields għar-rekord loġiku tat-Tip 15

Il-paragrafi li ġejjin jiddeskrivu d-data li tinsab f’kull wieħed mill-fields għar-rekord loġiku tat-Tip 15.

F’rekord loġiku tat-Tip 15, it-tidħil għandu jingħata f’fields numerati. Hu meħtieġ li l-ewwel żewġ fields tar-rekord ikunu f’ordni, u l-field li jkollu d-data tal-immaġini għandu jkun l-aħħar field fiżiku fir-rekord. Għal kull field tar-rekord tat-Tip 15, it-Tabella 8 telenka l-"kodiċi tal-kundizzjoni" bħala mandatorju "M" jew fakultattiv "O", in-numru tal-field, l-isem tal-field, it-tip tal-karattru, id-daqs tal-field, u limiti tal-okkorrenza. Fuq bażi ta’ numru tal-field bi tliet ċifri, id-daqs massimu tal-kont tal-bytes għall-field jingħata fl-aħħar kolonna. Hekk kif jintużaw aktar ċifri għan-numru tal-field, il-kont massimu tal-bytes jiżdied ukoll. Iż-żewġ tidħiliet fid-"daqs tal-field kull okkorrenza" jinkludu s-separaturi tal-karattri kollha użati fil-field. Il-"kont tal-bytes massimu" jinkludi n-numru tal-field, l-informazzjoni, u s-separaturi tal-karattri kollha inkluż il-karattru "GS".

8.1.1.   Field 15.001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical record length – LEN)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih il-kont totali tan-numru ta’ bytes fir-rekord loġiku tat-Tip 15. Il-field 15.001 għandu jispeċifika t-tul tar-rekord inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord u s-separaturi tal-informazzjoni.

8.1.2.   Field 15.002: Karattru għad-denominazzjoni tal-immaġini (Image designation character – IDC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jintuża sabiex jidentifika l-immaġini tal-marka tal-pala tal-id li hemm fir-rekord. Dan l-IDC għandu jaqbel mal-IDC li jinsab fil-field tal-kontenut tal-fajl (CNT) tar-rekord tat-Tip 1.

8.1.3.   Field 15.003: Tip ta’ Impressjoni (Impression type – IMP)

Dan il-field mandatorju ASCII b’byte wieħed għandu jindika l-mod kif inkisbet l-informazzjoni tal-immaġini tal-marka tal-pala tal-id. F’dan il-field għandu jiddaħħal il-kodiċi adatt magħżul mit-Tabella 9.

8.1.4.   Field 15.004: Aġenzija tas-sors/ORI (Source agency/ORI – SRC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih l-identifikazzjoni tal-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni li oriġinalment ikkatturat l-immaġini tal-wiċċ li hemm fir-rekord. Normalment, l-Identifikatur tal-Aġenzija Oriġinarja (ORI) tal-aġenzija li kkatturat l-immaġini tkun tinsab f’dan il-field. Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni fil-format li ġej: CC/agency.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fih il-kodiċi tal-pajjiż (Country Code) tal-Interpol, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi. It-tieni oġġett, agency, hu identifikazzjoni tal-aġenzija b’test liberu, b’mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku.

8.1.5.   Field 15.005: Data tal-jum tal-kattura tal-marka tal-pala tal-id (Palmprint capture date – PCD)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih id-data ta’ meta ġiet katturata l-immaġini tal-marka tal-pala tal-id. Id-data għandha tidher bħala tmien ċifri fil-format CCYYMMDD. Il-karattri CCYY għandhom jirrappreżentaw is-sena meta ġiet katturata l-immaġini; il-karattri MM għandhom ikunu l-valuri tal-għaxriet u l-unitajiet tax-xahar; u l-karattri DD għandhom ikunu l-valuri tal-għaxriet u l-unitajiet tal-jum tax-xahar. Per eżempju, tidħil ta’ 20000229 jirrappreżenta d-29 ta’ Frar 2000. Id-data sħiħa trid tkun data leġittima.

8.1.6.   Field 15.006: Tul tal-Linja Orizzontali (Horizontal line length – HLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ pixels li hemm f’linja orizzontali waħda tal-immaġini mibgħuta.

8.1.7.   Field 15.007: Tul tal-Linja Vertikali (Vertical line length – VLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ linji orizzontali li hemm fl-immaġini mibgħuta.

8.1.8.   Field 15.008: Unitajiet ta’ skala (Scale units – SLC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-unitajiet użati sabiex jiddeskrivu l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjun tal-immaġini (densità tal-pixels). Il-valur "1" f’dan il-field jindika pixels kull pulzier, waqt li "2" jindika pixels kull ċentimetru. Il-valur "0" jindika li ma qed tingħata l-ebda skala. Għal dan il-każ, il-kwozjent HPS/VPS jagħti l-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

8.1.9.   Field 15.009: Skala orizzontali tal-pixels (Horizontal pixel scale – HPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni orizzontali dment li l-SLC jikkonsisti minn "1" jew "2". Inkella, huwa jindika l-komponent orizzontali tal-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

8.1.10.   Field 15.010: Skala vertikali tal-pixels (Vertical pixel scale – VPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni vertikali dment li l-SLC jikkonsisti minn "1" jew "2". Inkella, huwa jindika l-komponent vertikali tal-proporzjon tal-aspett tal-pixels.

Tabella 8

Arranġament ta’ rekord tat-Tip 15 ta’ marki tal-pali tal-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli

Ident

Cond. code

Field number

Field name

Char type

Field size per occurrence

Occur count

Max byte count

min.

max.

min

max

 

LEN

M

15.001

LOGICAL RECORD LENGTH

N

4

8

1

1

15

IDC

M

15.002

IMAGE DESIGNATION CHARACTER

N

2

5

1

1

12

IMP

M

15.003

IMPRESSION TYPE

N

2

2

1

1

9

SRC

M

15.004

SOURCE AGENCY/ORI

AN

6

35

1

1

42

PCD

M

15.005

PALMPRINT CAPTURE DATE

N

9

9

1

1

16

HLL

M

15.006

HORIZONTAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

VLL

M

15.007

VERTICAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

SLC

M

15.008

SCALE UNITS

N

2

2

1

1

9

HPS

M

15.009

HORIZONTAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

VPS

M

15.010

VERTICAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

CGA

M

15.011

COMPRESSION ALGORITHM

AN

5

7

1

1

14

BPX

M

15.012

BITS PER PIXEL

N

2

3

1

1

10

PLP

M

15.013

PALMPRINT POSITION

N

2

3

1

1

10

RSV

 

15.014

RESERVED FOR FUTURE INCLUSION

15.019

COM

O

15.020

COMMENT

AN

2

128

0

1

128

RSV

 

15.021

RESERVED FOR FUTURE INCLUSION

15.199

UDF

O

15.200

USER-DEFINED FIELDS

15.998

DAT

M

15.999

IMAGE DATA

B

2

1

1


Tabella 9

Tip ta’ Impressjoni tal-Pala tal-Id

Description

Kodiċi

Live-scan palm

10

Nonlive-scan palm

11

Latent palm impression

12

Latent palm tracing

13

Latent palm photo

14

Latent palm lift

15

8.1.11.   Field 15.011: Algoritmu tal-kompressjoni (Compression algorithm – CGA)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-algoritmu użat sabiex jikkompressa l-immaġini fuq skala griża. Tidħil ta’ "NONE" f’dan il-field jindika li d-data f’dan ir-rekord m’hix kompressata. Għal dawk l-immaġini li se jiġu kkompressati, dan il-field għandu jkun fih il-metodu preferit għall-kompressjoni tal-immaġini ta’ 10 marki tas-swaba’ (tenprint). Il-kodiċijiet ta’ kompressjoni validi huma ddefiniti fl-Appendiċi 39-7.

8.1.12.   Field 15.012: Bits kull pixel (Bits per pixel – BPX)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih in-numru ta’ bits użat sabiex jirrappreżenta pixel. Dan il-field għandu jikkonsisti minn "8" għal valuri ta’ skala griża normali minn "0" sa "255". Kull tidħil f’dan il-field li jkun ikbar jew inqas minn "8" għandu jirrappreżenta pixel fuq skala griża bi preċiżjoni ikbar jew inqas rispettivament.

Tabella 10

Kodiċijiet, Superfiċji u Daqsijiet tal-Pali tal-Idejn

Palm Position

Palm code

Image area (mm2)

Width (mm)

Height (mm)

Unknown Palm

20

28387

139,7

203,2

Right Full Palm

21

28387

139,7

203,2

Right Writer s Palm

22

5645

44,5

127,0

Left Full Palm

23

28387

139,7

203,2

Left Writer s Palm

24

5645

44,5

127,0

Right Lower Palm

25

19516

139,7

139,7

Right Upper Palm

26

19516

139,7

139,7

Left Lower Palm

27

19516

139,7

139,7

Left Upper Palm

28

19516

139,7

139,7

Right Other

29

28387

139,7

203,2

Left Other

30

28387

139,7

203,2

8.1.13.   Field 15.013: Pożizzjoni tal-marka tal-pala tal-id (Palmprint position – PLP)

Dan it-tagged field mandatorju għandu jkun fih il-pożizzjoni tal-marka tal-pala tal-id li taqbel mal-immaġini tal-marka tal-pala tal-id. In-numru tal-kodiċi deċimali li jikkorrispondi mal-pożizzjoni magħrufa jew l-aktar probabbli tal-marka tal-pala tal-id għandu jittieħed mit-Tabella 10 u jiddaħħal bħala subfield ASCII b’żewġ karattri. It-tabella 10 telenka wkoll is-superfiċji u d-dimensjonijiet massimi tal-immaġini għal kull waħda mill-pożizzjonijiet possibbli tal-marka tal-pala tal-id.

8.1.14.   Field 15.014-019: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

8.1.15.   Field 15.020: Kumment (Comment – COM)

Dan il-field fakultattiv jista’ jintuża sabiex jiddaħħlu kummenti jew informazzjoni oħra b’test ASCII mad-data tal-immaġini tal-marka tal-pala tal-id.

8.1.16.   Field 15.021-199: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

8.1.17.   Fields 15.200-998: Fields iddefiniti mill-utent (User-defined fields – UDF)

Dawn il-fields jistgħu jiġu ddefiniti mill-utent u jintużaw għal rekwiżiti futuri. Id-daqs u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu ddefiniti mill-utent u jkunu konformi mal-aġenzija li tirċievi. Jekk ikun hemm minnhom għandu jkollhom informazzjoni testwali ASCII.

8.1.18.   Field 15.999: Data tal-immaġini (Image data – DAT)

Dan il-field għandu jkun fih id-data kollha minn immaġini kkatturata ta’ marka tal-pala tal-id. Huwa għandu jkollu assenjat in-numru tal-kamp 999 u jkun fiżikament l-aħħar kamp fir-rekord. Pereżempju, "15.999:" jiġi segwit b’data tal-immaġini f’rappreżentazzjoni binarja. Kull pixel ta’ data fuq skala griża mhux kompressat għandu normalment ikun kwantizzat għal tmien bits (256 livell griż) miġbur f’byte wieħed. Jekk it-tidħil fil-Field tal-BPX 15.012 ikun ikbar jew inqas minn "8", in-numru ta’ bytes meħtieġ għal pixel wieħed ikun differenti. Jekk tintuża kompressjoni, id-data tal-pixel għandha tiġi kompressata f'konformità mat-teknika ta’ kompressjoni speċifikata fil-field tas-CGA.

8.2.   Tmiem ta’ rekord tat-Tip 15 ta’ immaġini ta’ marki tal-pali tal-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli

Għall-finijiet ta’ konsistenza, minnufih wara l-aħħar byte ta’ data mill-field 15.999 għandu jintuża separatur "FS" sabiex jisseparah mir-rekord loġiku li jmiss. Dan is-separatur għandu jiġi inkluż fil-kamp tat-tul tar-rekord tat-Tip 15.

8.3.   Rekords addizzjonali tat-Tip 15 ta’ immaġini ta’ marki tal-pali tal-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli

Fil-fajl jistgħu jiġu inklużi rekords addizzjonali tat-Tip 15. Għal kull immaġini addizzjonali ta’ marka ta’ pala ta’ id, ikun meħtieġ rekord loġiku sħiħ tat-Tip 15 bis-separatur "FS".

Tabella 11

Numri massimi ta’ kandidati aċċettati għal verifika kull trażmissjoni

Type of AFIS Search

TP/TP

LT/TP

LP/PP

TP/UL

LT/UL

PP/ULP

LP/ULP

Maximum Number of Candidates

1

10

5

5

5

5

5

Tipi ta’ tiftix:

 

TP/TP: għaxar marki ma’ għaxar marki

 

LT/TP: marka ta’ saba’ misjuba ma’ għaxar marki

 

LP/PP: marka misjuba ta’ pala ta’ id ma’ marka ta’ pala ta’ id

 

TP/UL: għaxar marki ma’ marka ta’ saba’ misjuba mhux solvuta

 

LT/UL: marka ta’ saba’ misjuba ma’ marka ta’ saba’ misjuba mhux solvuta

 

PP/ULP: marka ta’ pala ta’ id ma’ marka misjuba mhux solvuta ta’ pala ta’ id

 

LP/ULP: marka misjuba ta’ pala ta’ id ma’ marka misjuba mhux solvuta ta’ pala ta’ id

9.   Appendiċijiet għall-Kapitolu 2 (skambju ta’ data dattiloskopika)

9.1.   Appendiċi 39-1: Kodiċijiet Separaturi ASCII

ASCII

Pożizzjoni (2)

Deskrizzjoni

LF

1/10

Separates error codes in Field 2.074

FS

1/12

Separates logical records of a file

GS

1/13

Separates fields of a logical record

RS

1/14

Separates the subfields of a record field

US

1/15

Separates individual information items of the field or subfield

9.2.   Appendiċi 39-2: Kalkolu tal-Karattru ta’ Kontroll Alfanumeriku

Għal TCN u TCR (Fields 1.09 u 1.10):

In-numru li jikkorrispondi għall-karattru ta’ kontroll jiġi ġġenerat bl-użu tal-formula li ġejja:

 

(YY * 108 + SSSSSSSS) Modulo 23

Fejn YY u SSSSSSSS huma l-valuri numeriċi tal-aħħar żewġ ċifri tas-sena u n-numru tas-serje rispettivament.

Il-karattru ta’ kontroll jiġi mbagħad iġġenerat mit-tabella ta’ referenza mogħtija hawn taħt.

Għal CRO (Field 2.010)

In-numru li jikkorrispondi għall-karattru ta’ kontroll jiġi ġġenerat bl-użu tal-formula li ġejja:

 

(YY * 106 + NNNNNN) Modulo 23

Fejn YY u NNNNNN huma l-valuri numeriċi tal-aħħar żewġ ċifri tas-sena u n-numru tas-serje rispettivament.

Il-karattru ta’ kontroll jiġi mbagħad iġġenerat mit-tabella ta’ referenza mogħtija hawn taħt.

Tabella ta’ Referenza għall-Karattru ta’ Kontroll

1-A

9-J

17-T

2-B

10-K

18-U

3-C

11-L

19-V

4-D

12-M

20-W

5-E

13-N

21-X

6-F

14-P

22-Y

7-G

15-Q

0-Z

8-H

16-R

 

9.3.   Appendiċi 39-3: Kodiċijiet tal-Karattri

Kodiċi b’7 bits għall-iskambju tal-informazzjoni

ASCII Character Set

+

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

30

 

 

 

!

#

$

%

&

40

(

)

*

+

,

-

.

/

0

1

50

2

3

4

5

6

7

8

9

:

;

60

<

=

>

?

@

A

B

C

D

E

70

F

G

H

I

J

K

L

M

N

O

80

P

Q

R

S

T

U

V

W

X

Y

90

Z

[

\

]

^

_

`

a

b

c

100

d

e

f

g

h

i

j

k

l

m

110

n

o

p

q

r

s

t

u

v

w

120

x

y

z

{}{

|

}}

~

 

 

 

9.4.   Appendiċi 39-4: Sommarju tat-Tranżazzjonijiet

Rekord tat-Tip 1 (mandatorju)

Identifier

Field number

Field name

CPS/PMS

SRE

ERR

LEN

1.001

Logical Record Length

M

M

M

VER

1.002

Version Number

M

M

M

CNT

1.003

File Content

M

M

M

TOT

1.004

Type of Transaction

M

M

M

DAT

1.005

Date

M

M

M

PRY

1.006

Priority

M

M

M

DAI

1.007

Destination Agency

M

M

M

ORI

1.008

Originating Agency

M

M

M

TCN

1.009

Transaction Control Number

M

M

M

TCR

1.010

Transaction Control Reference

C

M

M

NSR

1.011

Native Scanning Resolution

M

M

M

NTR

1.012

Nominal Transmitting Resolution

M

M

M

DOM

1.013

Domain name

M

M

M

GMT

1.014

Greenwich mean time

M

M

M

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni:

O = Fakultattiv; M = Mandatorju; C = Kundizzjonali jekk it-tranżazzjoni hi tweġiba għall-aġenzija oriġinarja

Rekord tat-Tip 2 (mandatorju)

Identifier

Field number

Field name

CPS/PMS

MPS/MMS

SRE

ERR

LEN

2.001

Logical Record Length

M

M

M

M

IDC

2.002

Image Designation Character

M

M

M

M

SYS

2.003

System Information

M

M

M

M

CNO

2.007

Case Number

M

C

SQN

2.008

Sequence Number

C

C

MID

2.009

Latent Identifier

C

C

CRN

2.010

Criminal Reference Number

M

C

MN1

2.012

Miscellaneous Identification Number

C

C

MN2

2.013

Miscellaneous Identification Number

C

C

MN3

2.014

Miscellaneous Identification Number

C

C

MN4

2.015

Miscellaneous Identification Number

C

C

INF

2.063

Additional Information

O

O

O

O

RLS

2.064

Respondents List

M

ERM

2.074

Status/Error Message Field

M

ENC

2.320

Expected Number of Candidates

M

M

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni:

O = Fakultattiv; M = Mandatorju; C = Kundizzjonali jekk id-data tkun disponibbli

*

=

jekk it-trażmissjoni tad-data tkun f'konformità mal-liġi domestika (mhux kopert mill-Artikolu 533 u 534 ta’ dan il-Ftehim)

9.5.   Appendiċi 39-5: Definizzjonijiet tar-Rekords tat-Tip 1

Identifier

Condition

Field number

Field name

Character type

Example data

LEN

M

1.001

Logical Record Length

N

1.001:230{}{GS}}

VER

M

1.002

Version Number

N

1.002:0300{}{GS}}

CNT

M

1.003

File Content

N

1.003:1{}{US}}15{}{RS}}2{}{US}}00{}{RS}}4{}{US}}01{}{RS}}4{}{US}}02{}{RS}}4{}{US}}03{}{RS}}4{}{US}}04{}{RS}}4{}{US}}05{}{RS}}4{}{US}}06{}{RS}}4{}{US}}07{}{RS}}4{}{US}}08{}{RS}}4{}{US}}09{}{RS}}4{}{US}}10{}{RS}}4{}{US}}11{}{RS}}4{}{US}}12{}{RS}}4{}{US}}13{}{RS}}4{}{US}}14{}{GS}}

TOT

M

1.004

Type of Transaction

A

1.004:CPS{}{GS}}

DAT

M

1.005

Date

N

1.005:20050101{}{GS}}

PRY

M

1.006

Priority

N

1.006:4{}{GS}}

DAI

M

1.007

Destination Agency

1*

1.007:DE/BKA{}{GS}}

ORI

M

1.008

Originating Agency

1*

1.008:NL/NAFIS{}{GS}}

TCN

M

1.009

Transaction Control Number

AN

1.009:0200000004F{}{GS}}

TCR

C

1.010

Transaction Control Reference

AN

1.010:0200000004F{}{GS}}

NSR

M

1.011

Native Scanning Resolution

AN

1.011:19.68{}{GS}}

NTR

M

1.012

Nominal Transmitting Resolution

AN

1.012:19,68{}{GS}}

DOM

M

1.013

Domain Name

AN

1.013: INT-I{}{US}}4,22{}{GS}}

GMT

M

1.014

Greenwich Mean Time

AN

1.014:20050101125959Z

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni: O = Fakultattiv, M = Mandatorju, C = Kundizzjonali

Taħt il-Kolonna tat-Tip ta’ Karattru: A = Alfa, N = Numeriku, B = Binarju

1* karattri li jistgħu jintużaw għall-isem tal-aġenzija huma ["0..9", "A..Z", "a..z", "_", ".", "", "-"]

9.6.   Appendiċi 39-6: Definizzjonijiet tar-Records tat-Tip 2

Tabella A.6.1

Tranżazzjoni CPS u PMS

Identifier

Condition

Field number

Field name

Character type

Example data

LEN

M

2.001

Logical Record Length

N

2.001:909{}{GS}}

IDC

M

2.002

Image Designation Character

N

2.002:00{}{GS}}

SYS

M

2.003

System Information

N

2.003:0422{}{GS}}

CRN

M

2.010

Criminal Reference Number

AN

2.010:DE/E999999999{}{GS}}

INF

O

2.063

Additional Information

1*

2.063:Additional Information 123{}{GS}}

ENC

M

2.320

Expected Number of Candidates

N

2.320:1{}{GS}}


Tabella A.6.2

SRE-Transaction

Identifier

Condition

Field number

Field name

Character type

Example data

LEN

M

2.001

Logical Record Length

N

2.001:909{}{GS}}

IDC

M

2.002

Image Designation Character

N

2.002:00{}{GS}}

SYS

M

2.003

System Information

N

2.003:0422{}{GS}}

CRN

C

2.010

Criminal Reference Number

AN

2.010:NL/2222222222{}{GS}}

MN1

C

2.012

Miscellaneous Identification Number

AN

2.012:E999999999{}{GS}}

MN2

C

2.013

Miscellaneous Identification Number

AN

2.013:E999999999{}{GS}}

MN3

C

2.014

Miscellaneous Identification Number

N

2.014:0001{}{GS}}

MN4

C

2.015

Miscellaneous Identification Number

A

2.015:A{}{GS}}

INF

O

2.063

Additional Information

1*

2.063:Additional Information 123{}{GS}}

RLS

M

2.064

Respondents List

AN

2.064:CPS{}{RS}}I{}{RS}}001/001{}{RS}}999999{}{GS}}


Tabella A.6.3

Tranżazzjoni ERR

Identifier

Condition

Field number

Field name

Character type

Example data

LEN

M

2.001

Logical Record Length

N

2.001:909{}{GS}}

IDC

M

2.002

Image Designation Character

N

2.002:00{}{GS}}

SYS

M

2.003

System Information

N

2.003:0422{}{GS}}

MN1

M

2.012

Miscellaneous Identification Number

AN

2.012:E999999999{}{GS}}

MN2

C

2.013

Miscellaneous Identification Number

AN

2.013:E999999999{}{GS}}

MN3

C

2.014

Miscellaneous Identification Number

N

2.014:0001{}{GS}}

MN4

C

2.015

Miscellaneous Identification Number

A

2.015:A{}{GS}}

INF

O

2.063

Additional Information

1*

2.063:Additional Information 123{}{GS}}

ERM

M

2.074

Status/Error Message Field

AN

2.074: 201: IDC - 1 FIELD 1.009 WRONG CONTROL CHARACTER {}{LF}} 115: IDC 0 FIELD 2.003 INVALID SYSTEM INFORMATION {}{GS}}


Tabella A.6.4

Tranżazzjoni MPS u MMS

Identifier

Condition

Field number

Field name

Character type

Example data

LEN

M

2.001

Logical Record Length

N

2.001:909{}{GS}}

IDC

M

2.002

Image Designation Character

N

2.002:00{}{GS}}

SYS

M

2.003

System Information

N

2.003:0422{}{GS}}

CNO

M

2.007

Case Number

AN

2.007:E999999999{}{GS}}

SQN

C

2.008

Sequence Number

N

2.008:0001{}{GS}}

MID

C

2.009

Latent Identifier

A

2.009:A{}{GS}}

INF

O

2.063

Additional Information

1*

2.063:Additional Information 123{}{GS}}

ENC

M

2.320

Expected Number of Candidates

N

2.320:1{}{GS}}

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni: O = Fakultattiv, M = Mandatorju, C = Kundizzjonali

Taħt il-Kolonna tat-Tip ta’ Karattru: A = Alfa, N = Numeriku, B = Binarju

1* karattri li jistgħu jintużaw huma ["0..9", "A..Z", "a..z", "_", ".", "", "-",'','']

9.7.   Appendiċi 39-7: Kodiċijiet ta’ Kompressjoni fuq Skala Griża

Kodiċijiet ta’ Kompressjoni

Compression

Value

Remarks

Wavelet Scalar Quantisation Greyscale Fingerprint Image Compression Specification

IAFIS-IC-0010(V3), dated 19 December 1997

WSQ

Algorithm to be used for the compression of greyscale images in Type-4, Type-7 and Type-13 to Type-15 records. Shall not be used for resolutions > 500dpi.

JPEG 2000

[ISO 15444/ITU T.800]

J2K

To be used for lossy and losslessly compression of greyscale images in Type-13 to Type-15 records. Strongly recommended for resolutions > 500 dpi

9.8.   Appendiċi 39-8: Speċifikazzjoni tal-posta elettronika

Biex jitjieb il-fluss operattiv intern il-mailsubject ta’ tranżazzjoni PRUEM trid timtela bil-kodiċi tal-pajjiż (CC) tal-Istat li jibgħat il-messaġġ u t-Tip ta’ Tranżazzjoni (TOT Field 1.004).

Format: CC/type of transaction

Eżempju: "DE/CPS"

Il-korp tal-posta jista’ jkun vojt.

KAPITOLU 3

SKAMBJU TAD-DATA TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-VETTURI

1.   Sett ta’ data komuni għat-tiftix awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.1.   Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet tal-elementi tad-data mandatorji u fakultattivi stabbilit fl-Artikolu 14(4) tal-Kapitolu 0 huma kif ġej:

 

Mandatorju (M):

L-element tad-data jrid jiġi kkomunikat meta l-informazzjoni tkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali ta’ Stat. Għalhekk hemm obbligu li l-informazzjoni tiġi skambjata meta tkun disponibbli.

 

Fakultattiv (O):

L-element tad-data jista’ jiġi kkomunikat meta l-informazzjoni tkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali ta’ Stat. Għalhekk m’hemm ebda obbligu li l-informazzjoni tiġi skambjata lanqas meta l-informazzjoni tkun disponibbli.

Tingħata indikazzjoni (Y) għal kull element fis-sett tad-data fejn l-element ikun speċifikament identifikat bħala importanti relattivament għall-Artikolu 537 ta’ dan il-Ftehim.

1.2.   Tiftix tal-vettura/is-sid/id-detentur

1.2.1.   Triggers għat-tiftixa

Hemm żewġ modi differenti ta’ tiftix għall-informazzjoni kif definita fil-paragrafu li jmiss:

bin-Numru tax-Chassis (VIN), id-Data u l-Ħin tar-Referenza (fakultattiv),

bin-Numru tal-Pjanċa, in-Numru tax-Chassis (VIN) (fakultattiv), id-Data u l-Ħin tar-Referenza (fakultattiv).

B’dawn il-kriterji ta’ tiftix, toħroġ informazzjoni dwar vettura waħda u kultant aktar minn waħda. Jekk tkun meħtieġa informazzjoni dwar vettura waħda biss, l-oġġetti jingħataw kollha f’rispons wieħed. Jekk tinstab aktar minn vettura waħda, l-Istat rikjest innifsu jista’ jiddeċiedi liema oġġetti għandhom jingħataw; l-oġġett kollha jew l-oġġetti biss għall-irfinar tat-tiftixa (eż. għal raġunijiet ta’ privatezza jew għal raġunijiet ta’ rendiment).

L-oġġetti meħtieġa għall-irfinar tat-tiftixa huma murija fil-paragrafu 1.2.2.1. Fil-paragrafu 1.2.2.2 hemm deskrizzjoni tas-sett sħiħ ta’ informazzjoni.

Meta t-tiftixa ssir bin-Numru tax-Chassis, id-Data u l-Ħin tar-Referenza, it-tiftixa tista’ ssir f’wieħed mill-Istati parteċipanti jew kollha kemm huma.

Meta t-tiftixa ssir bin-Numru tal-Liċenzja, id-Data u l-Ħin tar-Referenza, it-tiftixa trid issir fi Stat speċifiku wieħed.

Normalment sabiex issir tiftixa jintużaw id-Data u l-Ħin attwali, iżda hu possibbli li ssir tiftixa b’Data u Ħin tar-Referenza fil-passat. Meta ssir tiftixa b’Data u Ħin tar-Referenza fil-passat u ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni storika fir-reġistru tal-Istat speċifiku minħabba li ma jkun hemm reġistrat l-ebda informazzjoni bħal din, tista’ tingħata l-informazzjoni attwali b’indikazzjoni li l-informazzjoni hija informazzjoni attwali.

1.2.2.   Sett ta’ data

1.2.2.1.

Oġġetti li jingħataw meħtieġa għall-irfinar tat-tiftixa

Item

M/O (3)

Rimarki

Prüm Y/N (4)

Data relatata mal-vetturi

 

 

 

Licence number

M

 

Y

Chassis number/VIN

M

 

Y

Country of registration

M

 

Y

Make

M

(D.1 (5)) e.g. Ford, Opel, Renault, etc.

Y

Commercial type of the vehicle

M

(D.3) e.g. Focus, Astra, Megane

Y

EU Category Code

M

(J) mopeds, motorbikes, cars, etc.

Y

1.2.2.2.

Sett ta’ data sħiħ

Item

M/O (6)

Rimarki

Prüm Y/N

Data relating to holders of the vehicle

 

(C.1 (7)) The data refer to the holder of the specific registration certificate.

 

Registration holders' (company) name

M

(C.1.1.)

separate fields will be used for surname, infixes, titles, etc., and the name in printable format will be communicated

Y

First name

M

(C.1.2)

separate fields for first name(s) and initials will be used, and the name in printable format will be communicated

Y

Address

M

(C.1.3)

separate fields will be used for Street, House number and Annex, Zip code, Place of residence, Country of residence, etc., and the Address in printable format will be communicated

Y

Gender

M

Male, female

Y

Date of birth

M

 

Y

Legal entity

M

individual, association, company, firm, etc.

Y

Place of Birth

O

 

Y

ID Number

O

An identifier that uniquely identifies the person or the company.

N

Type of ID Number

O

The type of ID Number (e.g. passport number).

N

Start date holdership

O

Start date of the holdership of the car. This date will often be the same as printed under (I) on the registration certificate of the vehicle.

N

End date holdership

O

End data of the holdership of the car.

N

Type of holder

O

If there is no owner of the vehicle (C.2) the reference to the fact that the holder of the registration certificate:

is the vehicle owner,

is not the vehicle owner,

is not identified by the registration certificate as being the vehicle owner.

N

Data relating to owners of the vehicle

 

(C.2)

 

Owners' (company) name

M

(C.2.1)

Y

First name

M

(C.2.2)

Y

Address

M

(C.2.3)

Y

Gender

M

male, female

Y

Date of birth

M

 

Y

Legal entity

M

individual, association, company, firm, etc.

Y

Place of Birth

O

 

Y

ID Number

O

An identifier that uniquely identifies the person or the company.

N

Type of ID Number

O

The type of ID Number (e.g. passport number).

N

Start date ownership

O

Start date of the ownership of the car.

N

End date ownership

O

End data of the ownership of the car.

N

Data relating to vehicles

 

 

 

Licence number

M

 

Y

Chassis number/VIN

M

 

Y

Country of registration

M

 

Y

Make

M

(D.1) e.g. Ford, Opel, Renault, etc.

Y

Commercial type of the vehicle

M

(D.3) e.g. Focus, Astra, Megane.

Y

Nature of the vehicle/EU Category Code

M

(J) mopeds, motorbikes, cars, etc.

Y

Date of first registration

M

(B) Date of first registration of the vehicle somewhere in the world.

Y

Start date (actual) registration

M

(I) Date of the registration to which the specific certificate of the vehicle refers.

Y

End date registration

M

End data of the registration to which the specific certificate of the vehicle refers. It is possible this date indicates the period of validity as printed on the document if not unlimited (document abbreviation = H).

Y

Status

M

Scrapped, stolen, exported, etc.

Y

Start date status

M

 

Y

End date status

O

 

N

kW

O

(P.2)

Y

Capacity

O

(P.1)

Y

Type of licence number

O

Regular, transito, etc.

Y

Vehicle document id 1

O

The first unique document ID as printed on the vehicle document.

Y

Vehicle document id 2 (8)

O

A second document ID as printed on the vehicle document.

Y

Data relating to insurances

 

 

 

Insurance company name

O

 

Y

Begin date insurance

O

 

Y

End date insurance

O

 

Y

Address

O

 

Y

Insurance number

O

 

Y

ID number

O

An identifier that uniquely identifies the company.

N

Type of ID number

O

The type of ID number (e.g. number of the Chamber of Commerce)

N

2.   Sigurtà tad-Data

2.1.   Deskrizzjoni ġenerali

L-applikazzjoni tas-software Eucaris timmaniġġja l-komunikazzjoni sigura lill-Istati l-oħrajn u tikkomunika lis-sistemi eżistenti fil-parti aħħarija (back-end legacy systems) tal-Istati bl-użu ta’ XML. L-Istati jiskambjaw il-messaġġi billi jibagħtuhom direttament lid-destinatarju. Iċ-ċentru tad-data ta’ Stat hu kkollegat man-network TESTA tal-UE.

Il-messaġġi XML mibgħuta fuq in-network jiġu kkriptati. It-teknika użata għall-kriptaġġ ta’ dawn il-messaġġi hija l-SSL. Il-messaġġi mibgħuta lill-parti aħħarija huma messaġġi XML b’test ordinarju billi l-kollegament bejn l-applikazzjoni u l-parti aħħarija għandu jkun f’ambjent protett.

Tingħata applikazzjoni ta’ klijent li tista’ tintuża fi Stat sabiex ifittex fir-reġistru tiegħu jew f’reġistri ta’ Stati oħrajn. Il-klijenti jiġu identifikati permezz ta’ identifikazzjoni tal-utent u password jew ċertifikat ta’ klijent. Il-kollegament għal utent jista’ jkun kriptat, iżda din hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat individwali.

2.2.   Karatteristiċi tas-Sigurtà relatati mal-iskambju tal-messaġġi

Id-disinn għas-sigurtà hu bbażat fuq taħlita ta’ HTTPS u XML signature. Din l-alternattiva tuża XML-signature sabiex jiġu ffirmati l-messaġġi kollha mibgħuta lis-server u tista’ tawtentika lil min bagħat il-messaġġ billi tivverifika l-firma. Jintuża 1-sided SSL (ċertifikat tas-server biss) sabiex jipproteġi l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-messaġġ fit-tranżitu u jipprovdi protezzjoni kontra attakki ta’ tħassir/repetizzjoni (replay) u inserzjoni. Minflok jiġi żviluppat software apposta sabiex jimplimenta 2-sided SSL, jiġi implimentat XML-signature. L-użu ta’ XML-signature huwa eqreb lejn ir-roadmap tas-servizzi tal-web milli 2-sided SSL u huwa għalhekk aktar strateġiku.

L-XML-signature jista’ jiġi implimentat b’diversi modi iżda l-approċċ użat huwa l-użu ta’ XML Signature bħala parti mis-sigurtà tas-servizzi tal-web (Web Services Security – WSS). Id-WSS jispeċifika kif jintuża l-XML-signature. Billi d-WSS jibni fuq l-istandard SOAP, huwa loġiku li kemm jista’ jkun jiġi osservat l-istandard SOAP.

2.3.   Karatteristiċi ta’ sigurtà mhux relatati mal-iskambju tal-messaġġi

2.3.1.   Awtentikazzjoni tal-utenti

L-utenti tal-applikazzjoni tal-web Eucaris jawtentikaw lilhom infushom bl-użu ta’ username u password. Billi tintuża awtentikazzjoni standard tal-Windows, l-Istati jistgħu jekk ikun meħtieġ itejbu l-livell ta’ awtentikazzjoni tal-utenti billi jużaw ċertifikati tal-klijenti.

2.3.2.   Rwoli tal-utenti

L-applikazzjoni software Eucaris tappoġġa rwoli ta’ utenti differenti. Kull ragruppament (cluster) ta’ servizzi għandu l-awtorizzazzjoni tiegħu. Eż. l-utenti (esklużivi) tal-''funzjonalità-"Trattat ta’ Eucaris" ma jistgħux jużaw il-''funzjonalità-"Prüm". Is-servizzi tal-amministratur huma mifrudin mir-rwoli tal-utenti aħħarin regolari.

2.3.3.   Reġistrazzjoni u rintraċċar ta’ skambji ta’ messaġġi

Ir-reġistrazzjoni ta’ kull tip ta’ messaġġ huwa ffaċilitat bl-applikazzjoni software Eucaris. Funzjoni ta’ amministratur tippermetti lill-amministratur nazzjonali jiddetermina liema messaġġi huma lloggjati: rikjesti minn utenti aħħarin, rikjesti ġejjin minn Stati oħrajn, informazzjoni pprovduta mir-reġistri nazzjonali, eċċ.

L-applikazzjoni tista’ tiġi kkonfigurata sabiex għal din ir-reġistrazzjoni tuża bażi tad-data interna, jew bażi tad-data esterna (Oracle). Id-deċiżjoni dwar liema messaġġi jridu jiġu rreġistrati naturalment jiddependi mill-faċilitajiet ta’ lloggjar li hemm fis-sistemi eżistenti u l-applikazzjonijiet tal-klijenti kkollegati.

Il-header ta’ kull messaġġ fih informazzjoni dwar l-Istat rikjedenti, l-organizzazzjoni rikjedenti f’dak l-Istat u l-utent konċernat. Tkun indikata wkoll ir-raġuni għar-rikjesta.

Permezz tar-reġistrazzjoni kombinata fl-Istat rikjedenti u f’dak li jwieġeb ikun possibbli r-rintraċċar sħiħ ta’ kwalunkwe skambju ta’ messaġġi (eż. fuq rikjesta ta’ ċittadin konċernat).

Ir-reġistrazzjoni hija kkonfigurata mill-Eucaris web client (menu Administration, Logging configuration). Il-funzjonalità tar-reġistrazzjoni titwettaq mill-Core System. Meta r-reġistrazzjoni tkun attivata, il-messaġġ sħiħ (header u parti prinċipali) jinħażen f’rekord tar-reġistrazzjoni wieħed. Il-livell tar-reġistrazzjoni jista’ jiġi ssettjat skont is-servizz definit, u skont it-tip ta’ messaġġ li jgħaddi mill-Core System.

Livelli ta' Reġistrazzjoni

Huma possibbli l-livelli ta' reġistrazzjoni li ġejjin:

 

Privat (Private) – Il-messaġġ jiġi lloggjat: Ir-reġistrazzjoni ma TKUNX disponibbli għas-servizz ta’ estrazzjoni tar-reġistrazzjoni iżda tkun disponibbli biss fuq livell nazzjonali, għal verifiki u sabiex jissolvew problemi.

 

Xejn (None) – Il-messaġġ ma jiġi lloggjat xejn.

Tipi ta’ messaġġ

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati jikkonsisti minn diversi messaġġi, u l-Figura 5 ta’ hawn taħt turi rappreżentazzjoni skematika tiegħu.

It-tipi ta’ messaġġ possibbli (fil-Figura 5 murijin għall-Eucaris Core System tal-Istat X) huma dawn li ġejjin:

1.

Request to Core System_Request message by Client

2.

Request to Other State_Request message by Core System of this State

3.

Request to Core System of this State_Request message by Core System of other State

4.

Request to Legacy Register_Request message by Core System;

5.

Request to Core System_Request message by Legacy Register;

6.

Response from Core System_Request message by Client;

7.

Response from Other State_Request message by Core System of this State;

8.

Response from Core System of this State_Request message by other State;

9.

Response from Legacy Register_Request message by Core System;

10.

Response from Core System_Request message by Legacy Register.

Fil-Figura 5 hemm murijin l-iskambji ta’ informazzjoni li ġejjin:

Rikjesta għal informazzjoni minn Stat X lil Stat Y – vleġeġ blu. Din ir-rikjesta u r-rispons jikkonsistu minn messaġġi tat-tip 1, 2, 7 u 6 rispettivament,

Rikjesta għal informazzjoni minn Stat Z lil Stat X – vleġeġ ħomor. Din ir-rikjesta u r-rispons jikkonsistu minn messaġġi tat-tip 3, 4, 9 u 8 rispettivament,

Rikjesta għal informazzjoni mir-reġistru eżistenti (legacy) lill-core system (din ir-rotta tinkludi wkoll rikjesta minn klijent speċifiku minn wara r-reġistru eżistenti) – vleġeġ ħodor. Din it-tip ta’ rikjesta tikkonsisti minn messaġġi tat-tip 5 u 10.

Image 23

2.3.4.   Modulu tas-Sigurtà tal-Hardware

Ma jintużax Modulu tas-Sigurtà tal-Hardware.

Modulu tas-Sigurtà tal-Hardware (HSM) jipprovdi protezzjoni tajba għaċ-ċavetta użata għall-iffirmar tal-messaġġi u l-identifikazzjoni tas-servers. Dan itejjeb il-livell ġenerali tas-sigurtà iżda HSM huwa għali sabiex tixtrih u tmantnih u m’hemm l-ebda ħtieġa ta’ deċiżjoni li jintuża HSM b’FIPS 140-2 livell 2 jew livell 3. Billi jintuża network magħluq li jtaffi l-perikli b’mod effettiv, ġie deċiż li għall-bidu ma jintużax HSM. Jekk ikun meħtieġ HSM eż. sabiex tinkiseb akkreditazzjoni, dan jista’ jiżdied mal-arkitettura.

3.   Kondizzjonijiet tekniċi għall-iskambju tad-data

3.1.   Deskrizzjoni ġenerali tal-applikazzjoni Eucaris

3.1.1.   Deskrizzjoni ġenerali

L-applikazzjoni EUCARIS tikkollega lill-Istati kollha parteċipanti f’network immaljat li fih kull Stat jikkomunika direttament ma’ Stat ieħor. Ma jinħtieġ l-ebda komponent ċentrali sabiex tiġi stabbilita l-komunikazzjoni. L-applikazzjoni Eucaris timmaniġġja l-komunikazzjoni sigura lill-Istati l-oħrajn u tikkomunika mas-sistemi eżistenti tal-parti aħħarija (back-end legacy systems) tal-Istati bl-użu ta’ XML. L-istampa li ġejja turi viżwali ta’ din l-arkitettura.

Image 24

L-Istati jiskambjaw il-messaġġi billi jibagħtuhom direttament lid-destinatarju. Iċ-ċentru tad-data ta’ Stat hu kkollegat man-network użat għall-iskambju tal-messaġġi (TESTA). Sabiex jidħlu fin-network tat-TESTA, l-Istati jikkollegaw ma' TESTA permezz tal-entratura nazzjonali tagħhom. Għandu jintuża firewall għall-kollegament man-network u router sabiex jikkollega l-applikazzjoni Eucaris mal-firewall. Skont l-alternattiva magħżula sabiex tipproteġi l-messaġġi, jintuża ċertifikat kemm mir-router jew mill-applikazzjoni Eucaris.

Tingħata applikazzjoni ta’ klijent li tista’ tintuża fi Stat sabiex ifittex fir-reġistru tiegħu stess jew f’reġistri ta’ Stati oħrajn. L-applikazzjoni tal-klijent tikkollega mal-Eucaris. Il-klijenti jiġu identifikati permezz ta’ identifikazzjoni tal-utent u password jew ċertifikat ta’ klijent. Il-kollegament ma’ utent f’organizzazzjoni esterna (eż. il-pulizija) jista’ jkun kriptat, iżda din hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat individwali.

3.1.2.   Kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema

Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema hu limitat għall-proċessi involuti fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtoritajiet tar-Reġistrazzjoni fl-Istati u preżentazzjoni bażika ta’ din l-informazzjoni. Il-proċeduri u l-proċessi awtomatizzati fejn tkun se tintuża l-informazzjoni huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema.

L-Istati jistgħu jagħżlu kemm li jużaw il-funzjonalità tal-klijent Eucaris jew li joħolqu l-applikazzjoni tal-klijent imfassla għalihom stess. Fit-tabella hawn taħt hemm deskrizzjoni ta’ liema aspetti tas-sistema Eucaris huma ta’ użu mandatorju u/jew preskritt u liema huma ta’ użu fakultattiv u/jew skont kif jiddeċiedu l-Istati.

Eucaris aspects

M/O (9)

Remark

Network concept

M

The concept is an "any-to-any" communication.

Physical network

M

TESTA

Core application

M

The core application of Eucaris has to be used to connect to the other States. The following functionality is offered by the core:

Encrypting and signing of the messages;

Checking of the identity of the sender;

Authorisation of States and local users;

Routing of messages;

Queuing of asynchronous messages if the recipient service is temporally unavailable;

Multiple country inquiry functionality;

Logging of the exchange of messages;

Storage of incoming messages

Client application

O

In addition to the core application the Eucaris II client application can be used by a State. When applicable, the core and client application are modified under auspices of the Eucaris organisation.

Security concept

M

The concept is based on XML-signing by means of client certificates and SSL-encryption by means of service certificates.

Message specifications

M

Every State has to comply with the message specifications as set by the Eucaris organisation and this Council Decision. The specifications can only be changed by the Eucaris organisation in consultation with the States.

Operation and Support

M

The acceptance of new States or a new functionality is under auspices of the Eucaris organisation. Monitoring and help desk functions are managed centrally by an appointed State.

3.2.   Rekwiżiti Funzjonali u Non-Funzjonali

3.2.1.   Funzjonalità ġenerika

F'din it-Taqsima l-funzjonijiet ġeneriċi prinċipali ġew deskritti f'termini ġenerali.

Le

Deskrizzjoni

1.

Is-sistema tippermetti lill-Awtoritajiet tar-Reġistrazzjoni tal-Istati jiskambjaw messaġġi ta' rikjesta u rispons b'mod interattiv.

2.

Is-sistema fiha applikazzjoni tal-klijent, li tippermetti lill-utenti aħħarin jibagħtu r-rikjesti tagħhom u jippreżentaw l-informazzjoni tar-rispons għall-ipproċessar manwali

3.

Is-sistema tiffaċilita x-"xandir" ("broadcasting"), li tippermetti lil Stat jibgħat rikjesta lill-Istati l-oħrajn kollha. It-tweġibiet li jidħlu jiġu kkonsolidati mill-applikazzjoni ċentrali f'messaġġ ta' rispons wieħed lill-applikazzjoni tal-klijent (din il-funzjonalità tissejjaħ "Multiple Country Inquiry" - rikjesta lil għadd ta' pajjiżi).

4.

Is-sistema kapaċi tittratta tipi differenti ta' messaġġi. Rwoli tal-utenti, awtorizzazzjoni, rotta, iffirmar u reġistrazzjoni jiġu definiti kollha skont is-servizz speċifiku.

5.

Is-sistema tippermetti lill-Istati jiskambjaw gruppi ta' messaġġi jew messaġġi li fihom għadd kbir ta' rikjesti jew tweġibiet. Dawn il-messaġġi jiġu ttrattati b'mod asinkronu.

6.

Is-sistema toħloq kjuwijiet ta' messaġġi asinkroni jekk l-Istat destinatarju jkun temporanjament indisponibbli u tiggarantixxi li dawn jitwasslu hekk kif id-destinatarju jerġa' jkun attiv.

7.

Is-sistema taħżen il-messaġġi asinkroni li jidħlu sakemm ikunu jistgħu jiġu pproċessati.

8.

Is-sistema tagħti aċċess biss lill-applikazzjonijiet Eucaris ta' Stati oħrajn, mhux lill-organizzazzjonijiet individwali f'dawk l-Istati l-oħrajn, jiġifieri kull Awtorità tar-Reġistrazzjoni taġixxi bħala l-gateway uniku bejn l-utenti aħħarin nazzjonali tagħha u l-Awtoritajiet korrispondenti fl-Istati l-oħrajn.

9.

Jistgħu jiġu definiti utenti ta' Stati differenti fuq server wieħed tal-Eucaris u jiġu awtorizzati bl-istess drittijiet ta' dak l-Istat.

10.

Informazzjoni dwar l-Istat, l-organizzazzjoni u l-utent aħħari rikjedenti tinsab inkluża fil-messaġġi.

11.

Is-sistema tiffaċilita r-reġistrazzjoni tal-iskambju tal-messaġġi bejn l-Istati differenti u bejn l-applikazzjoni ċentrali u s-sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali.

12.

Is-sistema tippermetti segretarju speċifiku, li hu organizzazzjoni jew Stat espliċitament maħtur għal dan il-kompitu, biex jiġbor l-informazzjoni lloggjata dwar il-messaġġi mibgħuta jew irċevuti mill-Istati parteċipanti kollha, sabiex isiru rapporti statistiċi.

13.

Kull Stat jindika huwa stess liema informazzjoni lloggjata tkun disponibbli għas-segretarju u liema informazzjoni tkun "privata".

14.

Is-sistema tippermetti lill-Amministraturi Nazzjonali ta' kull Stat jisiltu statistika utli minnha.

15.

Is-sistema tippermetti ż-żieda ta' Stati ġodda permezz ta' kompiti amministrattivi sempliċi.

3.2.2.   Utilizzabbiltà

Le

Deskrizzjoni

16.

Is-sistema tipprovdi interfaċċa għall-ipproċessar awtomatizzat tal-messaġġi mis-sistemi back-end/eżistenti u tippermetti l-integrazzjoni tal-interfaċċa tal-utent f'dawk is-sistemi (customised user-interface).

17.

Is-sistema hija faċli biex titgħallimha, tispjega ruħha waħidha u tinkludi test għall-għajnuna.

18.

Is-sistema hija dokumentata biex tgħin lill-Istati fl-integrazzjoni, l-attivitajiet operattivi u l-manutenzjoni futura (eż. gwidi ta' referenza, dokumentazzjoni funzjonali/teknika, gwida operattiva, …).

19.

L-interfaċċa tal-utent hija multilingwi u toffri faċilitajiet għall-utent aħħari biex jagħżel lingwa preferita.

20.

L-interfaċċa tal-utent għandha faċilitajiet biex Amministratur Lokali jittraduċi kemm oġġetti fuq l-iskrin kif ukoll informazzjoni kodifikata għal-lingwa nazzjonali.

3.2.3.   Affidabbiltà

Le

Deskrizzjoni

21.

Is-sistema hi mfassla bħala sistema operattiva robusta u affidabbli li tittollera żbalji tal-operatur u li tirkupra bla problemi minn qtugħ fil-provvista tal-enerġija jew diżastri oħrajn. Irid ikun possibbli li s-sistema terġa' tinxtegħel bi ftit jew xejn telf ta' data.

22.

Is-sistema trid tipprovdi riżultati stabbli u riproduċibbli.

23.

Is-sistema tfasslet biex tiffunzjona b'mod affidabbli. Hija tista' tiġi implimentata f'konfigurazzjoni li tiggarantixxi disponibbiltà ta' 98 % (b'ridondanza, l-użu ta' back-up servers, eċċ) f'kull komunikazzjoni bilaterali.

24.

Hu possibbli li tintuża parti mis-sistema, anki jekk xi komponenti jkollhom il-ħsara (jekk l-Istat C jkollu l-ħsara, l-Istati A u B jistgħu jikkomunikaw xorta). In-numru ta' punti uniċi ta' falliment fil-katina tal-informazzjoni għandu jkun baxx kemm jista' jkun.

25.

Il-ħin ta' rkupru wara ħsara gravi għandu jkun inqas minn ġurnata. Għandu jkun possibbli li l-ħin tal-waqfien jitnaqqas kemm jista' jkun bl-użu ta' sostenn mill-bogħod, eż. minn uffiċċju ta' servizz ċentrali.

3.2.4.   Rendiment

Le

Deskrizzjoni

26.

Is-sistema tista' tintuża bla waqfien (24x7). Din id-disponibbiltà (24x7) hija allura meħtieġa wkoll mis-sistemi eżistenti tal-Istati.

27.

Is-sistema twieġeb malajr għar-rikjesti tal-utenti jkunu xi jkunu l-ħidmiet li għaddejjin fl-isfond. Dan hu meħtieġ ukoll mis-sistemi eżistenti tal-Partijiet biex ikun żgurat ħin ta' rispons aċċettabbli. Ħin ta' rispons totali ta' mhux aktar minn 10 sekondi għal rikjesta waħda huwa aċċettabbli.

28.

Is-sistema tfasslet bħala sistema multiutenti u b'mod li l-ħidmiet fl-isfond jistgħu jibqgħu għaddejjin waqt li l-utent iwettaq ħidmiet oħrajn ta' prijorità.

29.

Is-sistema tfasslet biex tkun skalabbli sabiex tappoġġa ż-żieda potenzjali fl-għadd ta' messaġġi meta tiżdied funzjonalità ġdida jew organizzazzjonijiet jew Stati ġodda.

3.2.5.   Sigurtà

Le

Deskrizzjoni

30.

Is-sistema hija adatta (eż. fil-miżuri tas-sigurtà tagħha) għall-iskambju ta' messaġġi li fihom data personali ta' privatezza sensittiva (eż. sidien/detenturi ta' karozzi), klassifikata UE ristrett.

31.

Is-sistema tinżamm b'mod li jimpedixxi l-aċċess mhux awtorizzat għad-data.

32.

Is-sistema fiha servizz għall-ġestjoni tad-drittijiet u l-permessi tal-utenti aħħarin nazzjonali.

33.

L-Istati jistgħu jivverifikaw l-identità ta' min jibgħat (fil-livell ta' Stat), permezz ta' XML-signing.

34.

L-Istati jridu jawtorizzaw espliċitament lill-Istati l-oħrajn biex jagħmlu rikjesta għal informazzjoni speċifika.

35.

Is-sistema tipprovdi, fil-livell tal-applikazzjoni, politika sħiħa ta' sigurtà u kriptaġġ kompatibbli mal-livell tas-sigurtà meħtieġ f'tali sitwazzjonijiet. L-esklużività u l-integrità tal-informazzjoni hi ggarantita bl-użu ta' XML-signing u l-kriptaġġ permezz ta' SSL tunnelling.

36.

L-iskambji kollha tal-messaġġi jistgħu jiġu rintraċċati permezz tar-reġistrazzjoni.

37.

Hi pprovduta protezzjoni kontra attakki ta' tħassir (messaġġ jitħassar minn terza persuna) u attakki ta' repetizzjoni (replay) jew inserzjoni (messaġġ jiġi ripetut jew inserit minn terza persuna).

38.

Is-sistema tuża ċertifikati ta' Terza Persuna ta' Fiduċja (Trusted Third Party - TTP).

39.

Is-sistema kapaċi taħdem b'ċertifikati differenti kull Stat, skont it-tip ta' messaġġ jew servizz.

40.

Il-miżuri tas-sigurtà fil-livell tal-applikazzjoni huma biżżejjed biex jippermettu l-użu ta' networks mhux akkreditati.

41.

Is-sistema kapaċi tuża tekniki ta' sigurtà ġodda bħalma hi l-XML firewall.

3.2.6.   Adattabbiltà

Le

Deskrizzjoni

42.

Is-sistema tista' tiġi estiża b'messaġġi ġodda u funzjonalità ġdida. L-ispejjeż tal-adattamenti huma minimi. Dan hu dovut għall-iżvilupp ċentralizzat tal-komponenti tal-applikazzjoni.

43.

L-Istati jistgħu jiddefinixxu tipi ta' messaġġi ġodda għal użu bilaterali. L-Istati mhux meħtieġa li kollha jappoġġjaw kull tip ta' messaġġ.

3.2.7.   Appoġġ u Manutenzjoni

Le

Deskrizzjoni

44.

Is-sistema tipprovdi faċilitajiet ta' monitoraġġ għal uffiċċju ta' servizz ċentrali u/jew operaturi rigward in-network u s-servers fl-Istati differenti.

45.

Is-sistema tipprovdi faċilitajiet għal appoġġ mill-bogħod minn uffiċċju ta' servizz ċentrali.

46.

Is-sistema tipprovdi faċilitajiet għall-analiżi tal-problemi.

47.

Is-sistema tista' titwessa' għal Stati ġodda.

48.

L-applikazzjoni tista' faċilment tiġi installata minn persunal b'minimu ta' kwalifiki u esperjenza fl-IT. Il-proċedura tal-istallazzjoni għandha tkun kemm jista' jkun awtomatizzata.

49.

Is-sistema tipprovdi ambjent permanenti ta' ttestjar u aċċettazzjoni.

50.

L-ispejjeż annwali tal-manutenzjoni u l-appoġġ ġew minimizzati biż-żamma mal-istandards tas-suq u billi l-applikazzjoni nħolqot b'mod li jkun meħtieġ kemm jista' jkun ftit appoġġ minn uffiċċju ta' servizz ċentrali.

3.2.8.   Rekwiżiti ta' disinn

Le

Deskrizzjoni

51.

Is-sistema hi mfassla u dokumentata għal ħajja operattiva ta' bosta snin.

52.

Is-sistema tfasslet b'mod li tkun indipendenti mill-fornitur tan-network.

53.

Is-sistema tikkonforma mal-hardware u s-software eżistenti fl-Istati billi tinteraġixxi ma' dawk is-sistemi ta' reġistrazzjoni bl-użu ta' teknoloġija ta' servizz tal-web standard miftuħ (XML, XSD, SOAP, WSDL, HTTP(s), Web services, WSS, X.509, eċċ.).

3.2.9.   Standards applikabbli

Le

Deskrizzjoni

54.

Is-sistema tikkonforma mal-ħtiġiet ta' protezzjoni tad-data kif stabbiliti fir-Regolament Nru 45/2001 (Artikoli 21, 22 u 23) u d-Direttiva 95/46/KE.

55.

Is-sistema tikkonforma mal-Istandards tal-IDA.

56.

Is-sistema tappoġġa l-UTF8.

KAPITOLU 4

PROĊEDURA TA’ EVALWAZZJONI MSEMMIJA FL-Artikolu 540

Artikolu 1

Kwestjonarju

1.   Il-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (il-"Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill") għandu jfassal kwestjonarju dwar kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data stabbiliti fl-Artikoli 527 sa 539 ta’ dan il-Ftehim

2.   Hekk kif ir-Renju Unit iqis li jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija tad-data rilevanti, huwa għandu jwieġeb għall-kwestjonarju rilevanti.

Artikolu 2

Prova pilota

1.   Jekk ikun meħtieġ u bil-ħsieb tal-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kwestjonarju, ir-Renju Unit għandu jwettaq prova pilota flimkien ma' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrajn li diġà jikkondividu d-data skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI. Il-prova pilota ssir ftit qabel jew ftit wara ż-żjara tal-evalwazzjoni.

2.   Il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għal din il-prova pilota għandhom jiġu identifikati mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill u jkunu bbażati fuq ftehim individwali minn qabel mar-Renju Unit. L-Istati li jieħdu sehem fil-prova pilota għandhom jiddeċiedu dwar id-dettalji prattiċi.

Artikolu 3

Żjara ta’ evalwazzjoni

1.   Bil-ħsieb li jiġu evalwati r-riżultati tal-kwestjonarju, għandha ssir żjara tal-evalwazzjoni.

2.   Il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għal din iż-żjara għandhom jiġu identifikati mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill u jkunu bbażati fuq ftehim individwali minn qabel bejn ir-Renju Unit u l-grupp tal-evalwazzjoni. Ir-Renju Unit għandu jippermetti lill-grupp tal-evalwazzjoni jivverifika l-iskambju awtomatizzat tad-data fil-kategorija jew il-kategoriji tad-data li se jiġu evalwati, b'mod partikolari billi jorganizza programm għaż-żjara, li jqis it-talbiet tal-grupp tal-evalwazzjoni.

3.   Fi żmien xahar miż-żjara, il-grupp tal-evalwazzjoni għandu jipproduċi rapport dwar iż-żjara tal-evalwazzjoni u għandu jgħaddih lir-Renju Unit għall-kummenti tiegħu. Jekk ikun meħtieġ, dan ir-rapport jista' jiġi rivedut mill-grupp tal-evalwazzjoni abbażi tal-kummenti tar-Renju Unit.

4.   Il-grupp tal-evalwazzjoni għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn tliet esperti, magħżulin mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskambju awtomatizzat tad-data fil-kategoriji tad-data li jiġu evalwati, li jkollhom esperjenza fil-kategorija tad-data konċernata, ikollhom l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà nazzjonali adatta sabiex jittrattaw dawn il-materji u jkunu lesti jieħdu sehem f'tal-inqas żjara tal-evalwazzjoni waħda fi Stat ieħor. Il-grupp tal-evalwazzjoni għandu jinkludi wkoll rappreżentant tal-Kummissjoni.

5.   Il-membri tal-grupp tal-evalwazzjoni għandhom jirrispettaw in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li jiksbu meta jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 4

Evalwazzjonijiet imwettqa skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI

Meta jwettaq il-proċedura ta’ evalwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 540 ta’ dan il-Ftehim u dan il-Kapitolu, il-Kunsill, permezz tal-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill, ser jieħu kont tar-riżultati tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni, imwettqa fil-kuntest tal-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/968 (10) u (UE) 2020/1188 (11). Il-grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill se jiddeċiedi dwar il-ħtieġa li titwettaq il-prova pilota msemmija fl-Artikolu 540(1) ta’ dan il-Ftehim, fl-Artikolu 23(2) tal-Kapitolu 0 ta’ dan l-Anness, u fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 5

Rapport lill-Kunsill

Rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sommarju tar-riżultati tal-kwestjonarji, iż-żjara tal-evalwazzjoni u l-prova pilota, għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill għad-deċiżjoni tiegħu skont l-Artikolu 540 ta’ dan il-Ftehim.


(1)  “Denominati b’mod sħiħ" tfisser li t-trattament ta’ valuri ta’ alleli rari huwa inkluż.

(2)  Din hija l-pożizzjoni kif definita fl-istandard tal-ASCII.

(3)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

(4)  L-attributi kollha allokati speċifikament mill-Istati huma indikati bl-ittra Y.

(5)  Abbrevjazzjoni armonizzata tad-dokument, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, 29 ta' April 1999.

(6)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

(7)  Abbrevjazzjoni armonizzata tad-dokument, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, 29 ta' April 1999.

(8)  Fil-Lussemburgu jintużaw żewġ dokumenti separati ta’ identifikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

(9)  M = użu jew konformità mandatorja O = użu jew konformità fakultattiva.

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/968 tas-6 ta’ Ġunju 2019 dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA (ĠU UE L 156, 13.6.2019, p. 8).

(11)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1188 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta’ data dattiloskopika fir-Renju Unit (ĠU UE L 265, 12.8.2020, p. 1).


ANNESS 40

ID-DATA TAR-REĠISTRU TAL-ISMIJIET TAL-PASSIĠĠIERI

Id-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (sa fejn miġbura mit-trasportaturi bl-ajru):

1.

Lokalizzatur tar-reġistru tal-PNR;

2.

Data tal-prenotazzjoni/ħruġ tal-biljett;

3.

Data jew dati tal-vjaġġ previst;

4.

Isem jew ismijiet;

5.

L-indirizz, in-numru tat-telefon u l-informazzjoni ta' kuntatt elettroniku tal-passiġġier, il-persuni li għamlu l-prenotazzjoni tat-titjira għall-passiġġier, persuni li permezz tagħhom jista' jiġi kkuntattjat passiġġier tal-ajru u persuni li għandhom jiġu infurmati f'każ ta' emerġenza;

6.

L-informazzjoni kollha disponibbli dwar ħlas/kontijiet (li tkopri informazzjoni relatata biss mal-metodi ta' ħlas u l-ħruġ ta' kont tal-biljett tal-ajru, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe informazzjoni oħra mhux relatata direttament mat-titjira);

7.

Itinerarju sħiħ tal-ivvjaġġar għall-PNR speċifika;

8.

Informazzjoni dwar vjaġġaturi frekwenti (id-deżinjatur tal-linja tal-ajru jew tal-bejjiegħ li jamministra l-programm, in-numru ta' vjaġġaturi frequent flyer, il-livell ta' sħubija, id-deskrizzjoni tal-livell u l-kodiċi tal-alleanza);

9.

Aġenzija tal-ivvjaġġar/aġent tal-ivvjaġġar;

10.

Status tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, inklużi konfermi, status taċ-check-in, informazzjoni dwar in-nuqqas jew il-preżenza;

11.

Informazzjoni tal-PNR mifruda/maqsuma;

12.

Informazzjoni Supplimentari Oħra (Other Supplementary Information, OSI), Informazzjoni Speċjali dwar is-Servizz (Special Service Information, SSI) u Informazzjoni dwar Talba għal Servizz Speċjali (Special Service Request, SSR);

13.

Informazzjoni fil-qasam tal-biljetti, inkluż in-numru tal-biljett, id-data tal-ħruġ tal-biljett u biljetti lejn direzzjoni waħda, spazji tal-automated ticket fare quote;

14.

Informazzjoni dwar is-siġġu, inkluż in-numru tas-siġġu;

15.

Informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-kodiċi;

16.

kull informazzjoni dwar il-Bagalji;

17.

L-ismijiet ta' passiġġieri oħra fuq il-PNR u n-numru ta' vjaġġaturi fuq il-PNR li jivvjaġġaw flimkien;

18.

Kwalunkwe data miġbura rigward informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri (API) (tip, numru, pajjiż tal-ħruġ u data tal-iskadenza ta' kwalunkwe dokument ta' identità, nazzjonalità, isem tal-familja, isem mogħti, sess, data tat-twelid, linja tal-ajru, numru tat-titjira, data tat-tluq, data tal-wasla, port tat-tluq, port tal-wasla, ħin tat-tluq u l-ħin tal-wasla);

19.

Il-bidliet storiċi kollha tal-PNR elenkati taħt il-punti 1 sa 18.


ANNESS 41

FOROM TA’ REATI LI JAQGĦU TAĦT IL-KOMPETENZA TAL-EUROPOL

Terroriżmu,

Kriminalità organizzata,

Traffikar tad-droga,

Attivitajiet ta' ħasil tal-flus,

Reati konnessi ma' sustanzi nukleari u radjuattivi,

Faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali,

Traffikar ta' bnedmin,

Reati konnessi ma' vetturi bil-mutur,

Qtil u offiża gravi fuq il-persuna,

Kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti tal-bniedem,

Ħtif ta' persuni, żamma illegali u teħid ta' ostaġġi,

Razziżmu u ksenofobija,

Serq u serq aggravat,

Traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali, inkluż antikitajiet u opri ta' arti,

Truffa u frodi,

Kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

Abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju,

Rikattar organizzat u estorsjoni,

Falsifikazzjoni u piraterija tal-prodotti,

Falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

Falsifikazzjoni ta' flus u mezzi ta' ħlas,

Kriminalità tal-informatika,

Korruzzjoni,

Traffikar illeċitu fl-armi, munizzjon u splussivi,

Traffikar illeċitu fi speċijiet ta' annimali fil-periklu,

Traffikar illeċitu fi speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu,

Reati ambjentali, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti,

Traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir,

Abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali,

Ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.


ANNESS 42

FOROM TA' REATI SERJI LI JAQGĦU TAĦT IL-KOMPETENZA TAL-EUROJUST

Terroriżmu,

Kriminalità organizzata,

Traffikar tad-droga,

Attivitajiet ta' ħasil tal-flus,

Reati konnessi ma' sustanzi nukleari u radjuattivi,

Faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali,

Traffikar ta' bnedmin,

Reati konnessi ma' vetturi bil-mutur,

Qtil u offiża gravi fuq il-persuna,

Kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti tal-bniedem,

Ħtif, żamma illegali u teħid ta' ostaġġi,

Razziżmu u ksenofobija,

Serq u serq aggravat,

Traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali, inkluż antikitajiet u opri ta' arti,

Truffa u frodi,

Kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

Abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju,

Rikattar organizzat u estorsjoni,

Falsifikazzjoni u piraterija tal-prodotti,

Falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

Falsifikazzjoni ta' flus u mezzi ta' ħlas,

Kriminalità tal-informatika,

Korruzzjoni,

Traffikar illeċitu fl-armi, munizzjon u splussivi,

Traffikar illeċitu fi speċijiet ta' annimali fil-periklu,

Traffikar illeċitu fi speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu,

Reati ambjentali, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti,

Traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir,

Abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali,

Ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.


ANNESS 43

MANDAT TA’ ARREST

Dan il-mandat inħareġ minn awtorità ġudizzjarja kompetenti. Nitlob li l-persuna msemmija hawn taħt tiġi arrestata u tiġi ċeduta għall-iskopijiet li titwettaq prosekuzzjoni kriminali jew tingħata piena li ċċaħħad il-libertà jew ordni ta’ detenzjoni (1).

(a)

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna rikjesta:

 

Kunjom:

 

 

Isem/Ismijiet:

 

 

Kunjom ta' xebba, fejn applikabbli:

 

 

Psewdonimi, fejn applikabbli:

 

 

Sess:

 

 

Nazzjonalità:

 

 

Data tat-twelid:

 

 

Post tat-twelid:

 

 

Residenza u / jew indirizz magħruf:

 

 

Lingwa/i li l-persuna rikjesta affettwata tifhem (jekk magħrufa):

 

 

Marki distintivi/deskrizzjoni tal-persuna rikjesta:

 

 

Ritratt u marki tas-swaba' tal-persuna rikjesta, jekk ikunu jinsabu għad-dispożizzjoni u jistgħu jiġu trażmessi, jew dettalji ta' kuntatt tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata sabiex tinkiseb dik l-informazzjoni jew profil tad-DNA (meta din l-evidenza tkun tista' tingħata iżda ma tkunx ġiet inkluża)


(b)

Id-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat il-mandat:

1.

Mandat ta' arrest jew deċiżjoni ġudizzjarja li għandha l-istess effett:

 

 

Tip:

 

2.

Sentenza li tista' tiġi infurzata:

 

 

Referenza:

 


(c)

Indikazzjonijiet dwar it-tul tas-sentenza:

1.

It-tul massimu tas-sentenza ta' kustodja jew tal-ordni ta' detenzjoni li tista' tiġi imposta għar-reat(i):

 

2.

It-tul tas-sentenza ta' kustodja jew tal-ordni ta' detenzjoni imposta:

 

 

Il-bqija tas-sentenza li għad trid tiġi skontata:

 


(d)

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni:

1.

Iva, il-persuna dehret personalment waqt il-proċess li wassal għad-deċiżjoni.

2.

Le, il-persuna ma dehritx personalment waqt il-proċess li wassal għad-deċiżjoni.

3.

Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, jekk jogħġbok ikkonferma l-eżistenza ta' wieħed minn dawn li ġejjin, jekk applikabbli:

 

3.1a.

il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-proċess li wassal għad-deċiżjoni u kienet infurmata li tista' tingħata deċiżjoni jekk hi ma tidhirx għall-proċess;

 

JEW

3.1b.

il-persuna ma kinitx ikkonvokata personalment iżda b'mezzi oħrajn irċeviet, l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-proċess li wassal għad-deċiżjoni, b'tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja tal-proċess skedat, u kienet infurmata li tista' tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-proċess;

 

JEW

3.2.

konxja mill-proċess previst, il-persuna kienet tat mandat lil avukat, li jew kien inħatar mill-persuna kkonċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-proċess, u dik il-persuna ġiet difiża minn dak l-avukat fil-proċess;

 

JEW

3.3.

il-persuna kienet innotifikata bid-deċiżjoni fi … (jum/xahar/sena) u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal proċess ġdid jew appell, li fihom il-persuna kellha d-dritt li tipparteċipa u li ppermetta l-eżami mill-ġdid tal-merti tal-każ, inkluż provi ġodda, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali, u

 

il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax din id-deċiżjoni;

 

JEW

il-persuna ma talbitx proċess ġdid jew appell fl-iskadenzi applikabbli;

 

JEW

3.4.

il-persuna ma ġietx innotifikata personalment bid-deċiżjoni, iżda

il-persuna se tkun innotifikata personalment b'din id-deċiżjoni mingħajr dewmien wara l-konsenja; u

meta nnotifikata bid-deċiżjoni, il-persuna se tkun infurmata espliċitament dwar id-dritt tagħha għal proċess ġdid jew appell, li għandha d-dritt li tipparteċipa fihom, u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali; u

il-persuna se tkun infurmata bil-perjodu taż-żmien li fih għandha tippreżenta talba għal proċess ġdid jew appell, li se ikun fi …… jiem.

4.

Jekk inti mmarkajt il-kaxxa taħt il-punt 3.1b, 3.2 jew 3.3 hawn fuq, ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata l-kundizzjoni rilevanti:


(e)

Reati:

 

Dan il-mandat jirrigwarda total ta':

 

reati

 

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom sar(u) ir-reat(i), inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta' parteċipazzjoni fir-reat(i) mill-persuna rikjesta:

 

 

 

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) u d-dispożizzjoni/kodiċi statutorja/u applikabbli:

 

 

 

 

I.

Dan li ġej japplika biss fil-każ li kemm l-Istat emittenti kif ukoll dak ta' eżekuzzjoni jkunu għamlu notifika skont l-Artikolu 599(4) tal-Ftehim: jekk applikabbli, immarka wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat emittenti, punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin:

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu kif definit fl-Anness 45 għall-Ftehim.

traffikar tal-bnedmin,

sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal,

traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u ta' sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi,

korruzzjoni, inkluż tixħim,

frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni,

ħasil tar-rikavat mill-kriminalità,

falsifikazzjoni ta' flus,

kriminalità tal-informatika,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu u ta' speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu,

faċilitazzjoni ta' dħul u residenza mhux awtorizzati,

qtil jew offiża gravi fuq il-persuna,

kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti tal-bniedem,

ħtif ta' persuni, żamma illegali u teħid ta' ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq organizzat jew bl-użu ta' armi,

traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali, inkluż antikitajiet u opri ta' arti,

truffa,

rikattar organizzat u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas,

traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir,

traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjuattivi,

traffikar ta' vetturi misruqa,

stupru,

ħruq,

reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

sekwestru illegali ta' inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji spazjali,

sabotaġġ.

II.

Deskrizzjonijiet kompluti ta' reat(i) mhux kopert(i) mit-Taqsima I ta' hawn fuq:


(f)

Ċirkostanzi oħra rilevanti għall-każ (informazzjoni fakultattiva):

(NB: Din tista’ tkopri kummenti dwar l-extraterritorjalità, l-interruzzjoni ta' perjodi ta’ limitazzjoni taż-żmien u konsegwenzi oħra tar-reat)

 

 


(g)

Dan il-mandat huwa rilevanti wkoll għas-sekwestru u għat-trasferiment ta' proprjetà li tista' tkun meħtieġa bħala evidenza:

Dan il-mandat huwa rilevanti wkoll għas-sekwestru u għat-trasferiment ta' proprjetà akkwistata mill-persuna rikjesta bħala riżultat tar-reat:

Deskrizzjoni tal-proprjetà (u l-lokalità) (jekk tkun magħrufa):

 

 


(h)

Ir-reat(i) li fuq il-bażi tiegħu/tagħhom inħareġ dan il-mandat huwa/huma punibbli

wassal/wasslu għal sentenza ta' għomor il-ħabs jew ordni ta' detenzjoni għal għomor il-ħabs:

 

 

 

l-Istat emittenti, b’talba mill-Istat ta’ eżekuzzjoni, jagħti assigurazzjoni li huwa se:

 

 

 

 

 

jirrieżamina l-piena jew il-miżura imposta – fuq talba jew mill-inqas wara 20 sena, u/jew

jinkoraġġixxu l-applikazzjoni ta' miżuri ta' klemenza li għalihom il-persuna hija intitolata li tapplika skont il-liġi jew il-prattika tal-Istat emittenti, bil-għan li ma tiġix eżegwita tali piena jew miżura.


(i)

L-awtorità ġudizzjarja li ħarġet il-mandat:

 

Isem uffiċjali:

 

 

Isem ir-rappreżentant tagħha: (2) 1

 

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

 

Referenza tal-fajl:

 

 

Indirizz:

 

 

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

 

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

 

Indirizz elettroniku:

 

 

Id-dettalji ta' kuntatt tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata biex isiru l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-konsenja:

 

 

Meta awtorità ċentrali tkun ingħatat ir-responsabbiltà għat-trażmissjoni u r-riċezzjoni amministrattiva ta' mandati ta' arrest:

 

Isem l-awtorità ċentrali:

 

 

Persuna ta' kuntatt, jekk applikabbli (titlu/grad u isem):

 

 

Indirizz:

 

 

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

 

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

 

Indirizz elettroniku:

 

 

Firma tal-awtorità ġudizzjarja emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha:

 

 

Isem:

 

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

 

Data:

 

 

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):


(1)  Dan il-mandat irid jiġi miktub, jew tradott, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni, meta dak l-Istat huwa magħruf, jew kwalunkwe lingwa oħra aċċettata minn dak l-Istat.

(2)  Fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti ser tiġi inkluża referenza għad-"detentur" tal-awtorità ġudizzjarja.


ANNESS 44

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI TA’ REKORDS KRIMINALI – SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI U PROĊEDURALI

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Objettiv

L-objettiv ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet proċedurali u tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-Titolu IX tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Network ta’ komunikazzjoni

1.   L-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bejn, minn naħa, Stat Membru u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit għandu jsir bl-użu ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni li tipprevedi l-komunikazzjonijiet kriptati.

2.   L-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni għandha tkun in-network tal-komunikazzjoni tas-Servizzi Trans-Ewropej Sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (Trans European Services for Telematics between Administrations, TESTA). Kwalunkwe żvilupp ulterjuri tiegħu jew kwalunkwe network sigur alternattiv għandu jiżgura li l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni fis-seħħ tkompli tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sigurtà adegwati għall-iskambju ta’ informazzjoni mir-rekord kriminali.

Artikolu 3

Software ta’ interkonnessjoni

1.   L-Istati għandhom jużaw software standardizzat ta’ interkonnessjoni li jippermetti l-konnessjoni tal-awtoritajiet ċentrali tagħhom mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni sabiex jiskambjaw l-informazzjoni estratta mir-rekord kriminali mal-Istati l-oħra b’mod elettroniku skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IX tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim u dan l-Anness.

2.   Għall-Istati Membri, is-software ta’ interkonnessjoni għandu jkun is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS jew is-software ta’ implimentazzjoni nazzjonali tal-ECRIS tagħhom, jekk ikun meħtieġ adattat għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni mar-Renju Unit kif stabbilit f’dan il-Ftehim.

3.   Ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-iżvilupp u l-operat tas-software ta’ interkonnessjoni tiegħu stess. Għal dan il-għan, sa mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jiżgura li s-software ta’ interkonnessjoni nazzjonali tiegħu jiffunzjona f’konformità mal-protokolli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti għas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS, u ma’ kwalunkwe rekwiżit tekniku ieħor stabbilit mill-eu-LISA.

4.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura wkoll l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe adattament tekniku sussegwenti fis-software ta’ interkonnessjoni nazzjonali tiegħu meħtieġ minn kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti għas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS, jew bidliet fi kwalunkwe rekwiżit tekniku ulterjuri stabbilit mill-eu-LISA, mingħajr dewmien żejjed. Għal dak il-għan, l-Unjoni għandha tiżgura li r-Renju Unit jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla ppjanata fl-ispeċifikazzjonijiet jew ir-rekwiżiti tekniċi u jiġi pprovdut bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex ir-Renju Unit jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan l-Anness.

Artikolu 4

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa fin-notifiki, fit-talbiet u fit-tweġibiet

1.   In-notifiki kollha msemmija fl-Artikolu 646 ta’ dan il-Ftehim għandhom jinkludu l-informazzjoni obbligatorja li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar il-persuna kkundannata (isem sħiħ, data tat-twelid, post tat-twelid (belt jew Stat), ġeneru, ċittadinanza u – jekk applikabbli – isem/ismijiet preċedenti);

(b)

informazzjoni dwar in-natura tal-kundanna (data tal-kundanna, isem tal-qorti, data li fiha d-deċiżjoni saret finali);

(c)

informazzjoni dwar ir-reat li jwassal għall-kundanna (data tar-reat li jwassal għall-kundanna u l-isem jew il-klassifikazzjoni legali tar-reat kif ukoll referenza għad-dispożizzjonijiet legali applikabbli); u

(d)

informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna, (b'mod partikolari s-sentenza kif ukoll kwalunkwe piena supplimentari, miżura ta’ sigurtà u deċiżjoni sussegwenti li jimmodifikaw l-infurzar tas-sentenza).

2.   L-informazzjoni fakultattiva li ġejja għandha tiġi trażmessa f’notifiki jekk din l-informazzjoni tiddaħħal fir-rekord kriminali (punti minn (a) sa (d)) jew tkun disponibbli għall-awtorità ċentrali (punti minn (e) sa (h)):

(a)

isem il-ġenituri tal-persuna kundannata;

(b)

in-numru ta’ referenza tal-kundanna;

(c)

il-post tar-reat;

(d)

l-iskwalifiki li jirriżultaw mill-kundanna;

(e)

in-numru tal-identità tal-persuna kundannata, jew it-tip u n-numru tad-dokument tal-identifikazzjoni tal-persuna;

(f)

marki tas-swaba’ li jkunu ttieħdu minn dik il-persuna;

(g)

jekk applikabbli, psewdonimu u/jew isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa dik il-persuna;

(h)

l-immaġni tal-wiċċ.

Barra minn hekk, tista’ tiġi trażmessa kwalunkwe informazzjoni oħra dwar kundanni reġistrati fir-rekord kriminali.

3.   It-talbiet kollha għal informazzjoni msemmija fl-Artikolu 648 għandhom jiġu ppreżentati f’format elettroniku standardizzat skont il-formola mudell stabbilita fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-Anness, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat rikjest.

4.   It-tweġibiet kollha għat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 649 ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu ppreżentati f’format elettroniku standardizzat skont il-formola mudell stabbilita fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-Anness, u jkunu akkumpanjati minn lista ta’ kundanni, kif previst mid-dritt nazzjonali. L-Istat rikjest: għandu jirrispondi jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu jew fi kwalunkwe lingwa oħra aċċettata miż-żewġ Partijiet. Ir-Renju Unit, minn naħa waħda, u l-Unjoni, f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, jistgħu jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja dwar liema lingwa/i jaċċettaw minbarra l-lingwa/i uffiċjali ta’ dak l-Istat.

5.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jadotta kwalunkwe modifika tal-formoli fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-Anness imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 skont kif ikun meħtieġ.

Artikolu 5

Format tat-trażmissjoni tal-informazzjoni

1.   Meta jittrażmettu informazzjoni skont l-Artikolu 646 u l-Artikolu 649 ta’ dan il-Ftehim relatati mal-isem jew il-klassifikazzjoni legali tar-reat u mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli, l-Istati għandhom jirreferu għall-kodiċi korrispondenti għal kull wieħed mir-reati msemmija fit-trażmissjoni, kif previst fit-tabella tar-reati fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, jekk ir-reat ma jkunx jikkorrispondi għal xi subkategorija speċifika, għandu jintuża l-kodiċi “kategorija miftuħa” tal-kategorija rilevanti jew tal-eqreb kategorija ta’ reati jew, fin-nuqqas ta’ din tal-aħħar, għandu jintuża kodiċi “reati oħrajn” għal dak ir-reat partikolari.

2.   L-Istati jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni disponibbli dwar il-livell ta’ kompletar u l-livell ta’ parteċipazzjoni fir-reat u, jekk applikabbli, dwar l-eżistenza ta’ eżenzjoni totali jew parzjali mir-responsabbiltà kriminali, jew dwar reċidiva.

3.   Meta jittrażmettu informazzjoni skont l-Artikolu 646 u l-Artikolu 649 ta’ dan il-Ftehim relatata mal-kontenut tal-kundanna, b’mod partikolari s-sentenza kif ukoll kwalunkwe piena supplimentari, miżura ta’ sigurtà u deċiżjoni sussegwenti li jimmodifikaw l-infurzar tas-sentenza, l-Istati għandhom jirreferu għall-kodiċi korrispondenti għal kull waħda mill-pieni u l-miżuri msemmija fit-trażmissjoni, kif previst fit-tabella tal-pieni u l-miżuri fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, jekk il-piena jew il-miżura ma tkunx tikkorrispondi għal xi subkategorija speċifika, għandu jintuża l-kodiċi “kategorija miftuħa” tal-kategorija rilevanti jew tal-eqreb kategorija ta’ pieni u miżuri jew, fin-nuqqas ta’ din tal-aħħar, għandu jintuża kodiċi “pieni u miżuri oħra” għal dik il-piena jew miżura partikolari.

4.   L-Istati għandhom jipprovdu wkoll, jekk applikabbli, informazzjoni disponibbli relatata man-natura u/jew il-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-piena jew tal-miżura imposta kif previst fit-tabella tal-parametri tal-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness. Il-parametru “sentenza mhux kriminali” għandu jiġi indikat biss f’każijiet meta l-informazzjoni dwar sentenza bħal din tiġi pprovduta fuq bażi volontarja mill-Istat tan-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata, meta jwieġeb għal talba għal informazzjoni dwar kundanni.

5.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta mill-Istati lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, bil-ħsieb b’mod partikolari li din l-informazzjoni titqassam lil Stati oħra:

(a)

il-lista ta’ reati nazzjonali f’kull waħda mill-kategoriji msemmija fit-tabella ta’ reati fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness. Il-lista għandha tinkludi l-isem jew il-klassifikazzjoni legali tar-reat u referenza għad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. Hija tista’ tinkludi wkoll deskrizzjoni qasira tal-elementi kostituttivi r-reat;

(b)

il-lista ta’ tipi ta’ sentenzi, pieni supplimentari possibbli u miżuri ta’ sigurtà u deċiżjonijiet sussegwenti possibbli li jimmodifikaw l-eżekuzzjoni tas-sentenza kif definit fid-dritt nazzjonali, f’kull waħda mill-kategoriji msemmija fit-tabella tal-pieni u l-miżuri fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness. Din tista’ tinkludi wkoll deskrizzjoni qasira tal-piena jew tal-miżura speċifika.

6.   Il-listi u d-deskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu aġġornati regolarment mill-Istati. Informazzjoni aġġornata għandha tintbagħat lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.

7.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu jadotta kwalunkwe modifika tat-tabelli fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 skont kif ikun meħtieġ.

Artikolu 6

Kontinwità ta’ trażmissjoni

Jekk il-modalità elettronika ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni ma tkunx disponibbli għal xi żmien, l-Istati għandhom jittrażmettu l-informazzjoni bi kwalunkwe mezz li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ċentrali tal-Istat rikjest tistabbilixxi l-awtentiċità tiegħu, għall-perjodu kollu ta’ dan in-nuqqas ta’ disponibbiltà.

Artikolu 7

Statistika u rappurtar

1.   Għandha ssir evalwazzjoni tal-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali skont it-Titolu IX tal-Parti Tlieta ta’ dan il-Ftehim fuq bażi regolari. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-istatistika u r-rapporti tal-Istati rispettivi.

2.   Kull Stat għandu jiġbor statistika dwar l-iskambju ġġenerat mis-software ta’ interkonnessjoni u għandu jibgħatha kull xahar lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja u lill-eu-LISA. L-Istati għandhom jipprovdu wkoll lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja u lill-eu-LISA bl-istatistika dwar l-għadd ta’ ċittadini ta’ Stati oħra kkundannati fit-territorju tagħhom u dwar l-għadd ta’ tali kundanni.

Artikolu 8

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-Istati għandhom josservaw speċifikazzjonijiet tekniċi komuni dwar l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali kif previst mill-eu-LISA fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandhom jadattaw is-sistemi tagħhom kif xieraq mingħajr dewmien żejjed.

KAPITOLU 2

FORMOLI

Talba għal informazzjoni estratta mir-rekord kriminali

(a)

Informazzjoni dwar l-Istat rikjedenti:

Stat:

Awtorità(jiet) Ċentrali:

Persuna ta’ kuntatt:

Telefown (inkluż il-kodiċi STD):

Fax (inkluż il-kodiċi STD):

Indirizz elettroniku:

Indirizz għall-korrispondenza:

Referenza tal-fajl, jekk magħrufa:

(b)

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna kkonċernata mit-talba(1):

Isem sħiħ (ismijiet u l-kunjomijiet kollha)

Ismijiet preċedenti:

Psewdonimu u/jew isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa, jekk hemm:

Ġeneru: Raġel ☐ Mara ☐

Nazzjonalità:

Data tat-twelid (f’ċifri: jj/xx/ssss):

Post tat-twelid (belt u stat):

Isem il-missier:

Isem l-omm:

Residenza jew indirizz magħruf:

Numru tal-identità tal-persuna jew it-tip u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna:

Marki tas-swaba':

Immaġni tal-wiċċ:

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni disponibbli:

(c)

Għan tat-talba:

Immarka l-kaxxa adatta

(1)

proċedimenti kriminali (identifika l-awtorità li quddiemha huma pendenti l-proċedimenti u, jekk disponibbli, in-numru ta’ referenza tal-każ…

(2)

talba barra l-kuntest tal-proċedimenti kriminali (identifika l-awtorità li quddiemha huma pendenti l-proċedimenti u, jekk disponibbli, in-numru ta' referenza tal-każ meta timmarka l-kaxxa rilevanti):

 

 

(i) ☐

minn awtorità ġudizzjarja…

 

 

(ii) ☐

minn awtorità amministrattiva kompetenti…

 

 

(iii) ☐

minn persuna kkonċernata għal informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha stess…

L-għan li għalih qed tintalab l-informazzjoni:

L-awtorità rikjedenti:

Il-persuna kkonċernata ma tagħtix il-kunsens tagħha biex din l-informazzjoni tiġi żvelata (jekk il-persuna kkonċernata ntalbet tagħti l-kunsens tagħha skont il-liġi tal-Istat rikjedenti).


Il-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni:

Isem:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Informazzjoni oħra (per eżempju: l-urġenza tat-talba):

Tweġiba għat-talba

Informazzjoni relatata mal-persuna kkonċernata

Immarka l-kaxxa adatta

L-awtorità sottoskritta tikkonferma:

m’hemm l-ebda informazzjoni dwar il-kundanni fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata

hemm informazzjoni dwar il-kundanni mdaħħla fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata; lista ta’ kundanni hija mehmuża

hemm informazzjoni oħra mdaħħla fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata; tali informazzjoni hija mehmuża (fakultattiva)

hemm informazzjoni dwar kundanni reġistrati fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata iżda l-Istat tal-kundanna indika li l-informazzjoni dwar dawn il-kundanni ma tistax tiġi trażmessa mill-ġdid għal kwalunkwe skop għajr dak ta’ proċedimenti kriminali. It-talba għal aktar informazzjoni tista’ tintbagħat direttament lil … (indika l-Istat tal-kundanna)

skont id-dritt nazzjonali tal-Istat rikjest, jistgħu jiġu ttrattati biss talbiet magħmula għall-iskop ta’ proċedimenti kriminali.


Il-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni:

Isem:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Informazzjoni oħra (limitazzjonijiet tal-użu tad-data dwar talbiet barra l-kuntest tal-proċedimenti kriminali):

Indika n-numru tal-paġni mehmuża mal-formola ta' risposta:

Magħmul fi

fi

Firma u timbru uffiċjali (jekk ikun il-każ):

Isem u pożizzjoni / organizzazzjoni:

Jekk xieraq, ehmeż lista ta’ kundanni u ibgħat il-pakkett sħiħ lill-Istat rikjedenti. Mhuwiex meħtieġ li l-formola jew il-lista jiġu tradotti fil-lingwa tal-Istat rikjedenti.

_______________

(1)

Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-persuna għandha tingħata kemm jista’ jkun informazzjoni.

KAPITOLU 3

FORMAT STANDARDIZZAT TAT-TRAŻMISSJONI TAL-INFORMAZZJONI

Tabella komuni ta’ kategoriji ta’ reati, b’tabella ta’ parametri, imsemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) tal-Kapitolu 1

Kodiċi

Kategoriji u subkategoriji ta’ pieni u miżuri

0100 00

kategorija miftuħa

Reati li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti kriminali internazzjonali

0101 00

Ġenoċidju

0102 00

Reati kontra l-umanità

0103 00

Reati tal-gwerra

0200 00

kategorija miftuħa

Parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali

0201 00

Tmexxija ta’ organizzazzjoni kriminali

0202 00

Parteċipazzjoni volontarja fl-attivitajiet kriminali ta’ organizzazzjoni kriminali

0203 00

Parteċipazzjoni volontarja fl-attivitajiet mhux kriminali ta’ organizzazzjoni kriminali

0300 00

kategorija miftuħa

Terroriżmu

0301 00

Tmexxija ta’ grupp terroristiku

0302 00

Parteċipazzjoni volontarja fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku

0303 00

Finanzjament tat-terroriżmu

0304 00

Provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku

0305 00

Reklutaġġ jew taħriġ għat-terroriżmu

0400 00

kategorija miftuħa

Traffikar tal-bnedmin

0401 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament ta’ xogħol jew servizzi

0402 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament tal-prostituzzjoni ta’ oħrajn jew forom oħra ta’ sfruttament sesswali

0403 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet tat-tneħħija ta’ organi jew ta’ tessut uman

0404 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ skjavitù, ta’ prattiki simili għal skjavitù jew servitù

0405 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament ta’ xogħol jew servizzi ta’ persuna minorenni

0406 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament tal-prostituzzjoni ta’ minorenni jew ta’ forom oħra ta’ sfruttament sesswali tagħhom

0407 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet tat-tneħħija ta’ organi jew ta’ tessut uman ta’ minorenni

0408 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ skjavitù, prattiki simili għal skjavitù jew servitù ta’ minorenni

0500 00

kategorija miftuħa

Traffikar illeċitu(1) u reati oħra relatati mal-armi, l-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi

0501 00

Manifattura illeċita ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi

0502 00

Manifattura illeċita ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi fil-livell nazzjonali(2)

0503 00

Esportazzjoni jew importazzjoni illeċita ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi

0504 00

Pussess mhux awtorizzat jew użu ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi

0600 00

kategorija miftuħa

Reat ambjentali

0601 00

Qerda jew ħsara ta’ speċi protetti ta’ flora u fawna

0602 00

Rimi illegali ta’ sustanzi li jniġġsu jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma

0603 00

Reati relatati mal-iskart, inkluż l-iskart tossiku

0604 00

Reati relatati mat-traffikar illeċitu (1) ta’ speċijiet protetti ta’ flora u fawna jew ta’ partijiet minnhom

0605 00

Reati involontarji kontra l-ambjent

0700 00

kategorija miftuħa

Reati relatati mad-drogi jew prekursuri, u reati oħra kontra s-saħħa pubblika

0701 00

Reati relatati mat-traffikar illeċitu (3) ta’ drogi narkotiċi, sustanzi psikotropiċi u prekursuri mhux esklużivament għall-konsum personali

0702 00

Konsum illeċitu ta’ drogi u l-akkwist tagħhom, il-manifattura jew il-produzzjoni esklussivament għall-konsum personali

0703 00

Għajnuna jew tixwix ta’ oħrajn sabiex jużaw drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi illeċitament

0704 00

Manifattura jew produzzjoni ta’ drogi narkotiċi li ma jkunux esklussivament għall-użu personali

0800 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-persuna

0801 00

Omiċidju volontarju

0802 00

Każijiet aggravati ta’ omiċidju volontarju (4)

0803 00

Omiċidju involontarju

0804 00

Omiċidju volontarju kommess fuq tarbija tat-twelid minn ommha

0805 00

Abort illegali

0806 00

Ewtanażja illegali

0807 00

Reati relatati mat-twettiq ta’ suwiċidju

0808 00

Vjolenza li tikkawża l-mewt

0809 00

Offiża gravi fuq il-persuna, sfreġju jew diżabbiltà permanenti

0810 00

Offiża gravi involontarja fuq il-persuna, sfreġju jew diżabbiltà permanenti

0811 00

Offiża ħafifa fuq il-persuna

0812 00

Offiża ħafifa involontarja fuq il-persuna

0813 00

Tqegħid fil-periklu tal-mewt jew ta’ offiża gravi fuq il-persuna

0814 00

Tortura

0815 00

Nuqqas ta’ offerta ta’ għajnuna jew assistenza

0816 00

Reati relatati mat-tneħħija ta’ organi jew ta’ tessut mingħajr l-awtorizzazzjoni jew il-kunsens

0817 00

Reati relatati mat-traffikar illeċitu (3) ta’ organi u tessuti umani

0818 00

Vjolenza domestika jew theddid domestiku

0900 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-libertà personali, id-dinjità jew interessi protetti oħra, inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija

0901 00

Ħtif ta’ persuna, ħtif ta’ persuna għal skopijiet ta’ estorsjoni, arrest illegali

0902 00

Arrest illegali jew ċaħda tal-libertà minn awtorità pubblika

0903 00

Teħid ta’ ostaġġi

0904 00

Ħtif illegali ta’ ajruplan jew vapur

0905 00

Insulti, inġurji, malafama, disprezz

0906 00

Theddid

0907 00

Forza, pressjoni, segwiment ta’ persuna bil-moħbi, fastidju jew aggressjoni ta’ natura psikoloġika jew emozzjonali

0908 00

Estorsjoni

0909 00

Estorsjoni aggravata

0910 00

Dħul illegali fi proprjetà privata

0911 00

Invażjoni tal-privatezza minbarra d-dħul illegali fi proprjetà privata

0912 00

Reati kontra l-protezzjoni ta’ data personali

0913 00

Interċettazzjoni illegali ta’ data jew komunikazzjoni

0914 00

Diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, razza, orjentazzjoni sesswali, reliġjon jew oriġini etnika

0915 00

Tixwix pubbliku għal diskriminazzjoni razzjali

0916 00

Tixwix pubbliku għal mibegħda razzjali

0917 00

Rikatt

1000 00

kategorija miftuħa

Reati sesswali

1001 00

Stupru

1002 00

Stupru aggravat (5) minbarra stupru ta’ minorenni

1003 00

Aggressjoni sesswali

1004 00

Tlaqqigħ għall-prostituzzjoni jew għal att sesswali

1005 00

Espożizzjoni indeċenti

1006 00

Fastidju sesswali

1007 00

Solleċitazzjoni minn prostituta

1008 00

Sfruttament sesswali tat-tfal

1009 00

Reati relatati mal-pornografija tat-tfal jew immaġini indeċenti ta’ minorenni

1010 00

Stupru ta’ minorenni

1011 00

Aggressjoni sesswali ta’ minorenni

1100 00

kategorija miftuħa

Reati kontra dispożizzjoniet dwar il-familja

1101 00

Relazzjonijiet sesswali illeċiti bejn membri familjari stretti

1102 00

Poligamija

1103 00

Evażjoni tal-obbligu ta’ manteniment

1104 00

Traskuraġni jew l-abbandun ta’ persuna minorenni jew b’diżabbiltà

1105 00

Nuqqas ta’ konformità ma’ ordni dwar il-kustodja ta’ minorenni

1200 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-istat, l-ordni pubbliku, il-kors tal-ġustizzja jew uffiċjali pubbliċi

1201 00

Spjunaġġ

1202 00

Tradiment Għoli

1203 00

Reati relatati ma’ elezzjonijiet jew referendum

1204 00

Attentat fuq il-ħajja jew is-saħħa ta’ kap ta’ Stat

1205 00

Insult kontra l-Istat, in-Nazzjon jew simboli tal-Istat

1206 00

Insult jew reżistenza lil rappreżentant tal-awtorità pubblika

1207 00

Estorsjoni, forza, pressjoni fuq rappreżentant tal-awtorità pubblika

1208 00

Aggressjoni jew theddid lil rappreżentant ta’ awtorità pubblika

1209 00

Reati kontra l-ordni pubbliku, ksur tal-paċi pubblika

1210 00

Vjolenza waqt avvenimenti sportivi

1211 00

Serq ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi

1212 00

Tfixkil jew tgħawwiġ tal-kors tal-ġustizzja, allegazzjonijiet foloz waqt proċedimenti kriminali jew ġudizzjarji, sperġur

1213 00

Impersonizzazzjoni illegali ta’ persuna jew awtorità

1214 00

Evażjoni minn kustodja legali

1300 00

kategorija miftuħa

Reati kontra proprjetà pubblika jew interessi pubbliċi

1301 00

Frodi pubblika, ta’ sigurtà soċjali jew ta’ benefiċċju tal-familja

1302 00

Frodi li tolqot il-benefiċċji jew l-allowances Ewropej

1303 00

Reati relatati ma’ logħob tal-azzard illegali

1304 00

Tfixkil fil-proċeduri għal sejħiet għal offerti pubbliċi

1305 00

Korruzzjoni attiva jew passiva ta’ impjegat fis-servizz pubbliku, persuna li għandha kariga pubblika jew awtorità pubblika

1306 00

Serq, approprjazzjoni indebita jew forom oħra ta’ abbuż ta’ proprjetà minn uffiċjal pubbliku

1307 00

Abbuż ta’ funzjoni minn uffiċjal pubbliku

1400 00

kategorija miftuħa

Reati fiskali u doganali

1401 00

Reati fiskali

1402 00

Reati doganali

1500 00

kategorija miftuħa

Reati ekonomiċi jew relatati mal-kummerċ

1501 00

Falliment jew insolvenza frodulenti

1502 00

Ksur ta’ regolament tal-kontabbiltà, serq, ħabi ta’ assi jew żieda illegali fil-passiv ta’ kumpannija

1503 00

Ksur ta’ regoli ta’ kompetizzjoni

1504 00

Laundering ta’ rikavat minn reati

1505 00

Korruzzjoni passiva jew attiva fis-settur privat

1506 00

Żvelar ta’ sigriet jew il-ksur tal-obbligu ta’ segretezza

1507 00

“Insider trading”

1600 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-proprjetà jew l-ikkawżar ta’ ħsara lil oġġetti

1601 00

Approprjazzjoni illegali

1602 00

Approprjazzjoni illegali jew devjazzjoni ta’ enerġija

1603 00

Frodi inklużi imbrolji

1604 00

Negozju f’oġġetti misruqa

1605 00

Traffikar illeċitu (6) ta' oġġetti kulturali, inkluż antikitajiet u opri ta' arti,

1606 00

Ħsara jew distruzzjoni volontarja ta’ proprjetà

1607 00

Ħsara jew distruzzjoni involontarja ta’ proprjetà

1608 00

Sabutaġġ

1609 00

Reati kontra l-proprjetà industrijali jew intellettwali

1610 00

Ħruq volontarju

1611 00

Ħruq volontarju li jikkawża l-mewt jew dannu ta’ persuni

1612 00

Ħruq volontarju fil-foresti

1700 00

kategorija miftuħa

Reati ta’ Serq

1701 00

Serq

1702 00

Serq wara dħul illegali fi proprjetà

1703 00

Serq, bl-użu ta’ vjolenza jew armi, jew b’theddid ta’ vjolenza jew armi kontra persuna

1704 00

Forom ta’ serq aggravat li ma jinvolvux l-użu tal-vjolenza jew armi, jew l-użu tat-theddid ta’ vjolenza jew armi, kontra persuni.

1800 00

kategorija miftuħa

Reati kontra sistemi ta’ informazzjoni u reati oħrajn relatati mal-informatika

1801 00

Aċċess illegali għal sistemi ta’ informazzjoni

1802 00

Interferenza illegali f’sistema

1803 00

Interferenza illegali fid-data

1804 00

Produzzjoni, pussess, disseminazzjoni jew traffikar ta’ tagħmir informatiku jew data li jippermettu t-twettiq ta’ reati relatati mal-informatika

1900 00

kategorija miftuħa

Falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas

1901 00

Kontrafazzjoni jew falsifikazzjoni ta’ muniti

1902 00

Falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas mhux bi flus

1903 00

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti fiduċjarji pubbliċi

1904 00

Tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni/użu ta’ flus foloz, mezzi ta’ ħlas mhux bi flus jew dokumenti fiduċjarji pubbliċi

1905 00

Pussess ta’ apparat għall-falsifikazzjoni tal-flus jew dokumenti fiduċjarji pubbliċi

2000 00

kategorija miftuħa

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti

2001 00

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi minn individwu privat

2002 00

Falsifikazzjoni ta’ dokument minn impjegat fis-servizz pubbliku jew awtorità pubblika

2003 00

Provvista jew akkwist ta’ dokument pubbliku jew amministrattiv falsifikat; Provvista jew akkwist ta’ dokument falsifikat minn impjegat fiċ-ċivil jew awtorità pubblika

2004 00

Użu ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi ffalsifikati

2005 00

Pussess ta’ apparat għall-falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi

2006 00

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti privati minn individwu privat

2100 00

kategorija miftuħa

Reati kontra regolamenti tat-traffiku

2101 00

Sewqan perikoluż

2102 00

Sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-drogi narkotiċi

2103 00

Sewqan mingħajr liċenzja jew waqt l-iskwalifika tal-liċenzja

2104 00

Nuqqas ta’ waqfien wara inċident fit-triq

2105 00

Evitar ta’ ispezzjoni fit-triq

2106 00

Reati relatati mat-trasport fit-toroq

2200 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-liġi dwar ix-xogħol

2201 00

Impjieg illegali

2202 00

Reati relatati mar-remunerazzjoni inklużi l-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali

2203 00

Reati relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol

2204 00

Reati relatati mal-aċċess għall-attività professjonali jew mal-eżerċizzju tagħha

2205 00

Reati relatati mal-ħinijiet tax-xogħol u l-ħin ta’ mistrieħ

2300 00

kategorija miftuħa

Reati kontra dispożizzjonijiet dwar il-migrazzjoni

2301 00

Dħul jew residenza mhux awtorizzati fil-pajjiż

2302 00

Faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati

2400 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-obbligi militari

2500 00

kategorija miftuħa

Reati relatati mat-traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi ta’ tkabbir oħrajn

2501 00

Importazzjoni, esportazzjoni jew provvista illeċitu ta’ sustanzi ormonali u promoturi ta’ tkabbir oħrajn

2600 00

kategorija miftuħa

Reati relatati ma’ materjal nukleari jew sustanzi radjoattivi perikolużi oħrajn

2601 00

Importazzjoni, esportazzjoni, provvista jew akkwist illeċitu ta’ materjal nukleari jew radjuattiv

2700 00

kategorija miftuħa

Reati oħrajn

2701 00

Reati volontarji oħrajn

2702 00

Reati volontarji oħrajn

_______________

(1)

Jekk mhux speċifikat mod ieħor f’din il-kategorija, “traffikar” tfisser importazzjoni, esportazzjoni, akkwist, bejgħ, kunsinna, moviment jew trasferiment.

(2)

Għall-finijiet ta’ din is-subkategorija, it-traffikar jinkludi l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-moviment jew it-trasferiment.

(3)

Għall-finijiet ta’ din is-subkategorija, it-traffikar jinkludi l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-moviment jew it-trasferiment.

(4)

Pereżempju: ċirkostanzi partikolarment gravi.

(5)

Pereżempju stupru bi krudeltà partikolari.

(6)

It-traffikar jinkludi l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-moviment jew it-trasferiment.

Parametri

Livell ta’ kompletezza:

Att komplet

C

Tentattiv jew preparazzjoni

A

Element mhux trażmess

Ø

Livell ta’ parteċipazzjoni:

Awtur tar-reat

M

Kompliċi jew instigatur/organizzatur, kospiratur jew assoċjat

H

Element mhux trażmess

Ø

Eżenzjoni mir-responsabbiltà kriminali:

Insanità jew responsabbiltà mitigata

S

Reċidiva

R

Tabella komuni ta’ kategoriji ta’ penali u miżuri, b’tabella ta’ parametri, imsemmija fl-Artikolu 5(3) u (4) tal-Kapitolu 1

Kodiċi

Kategoriji u subkategoriji ta’ penali u miżuri

1000

kategorija miftuħa

Ċaħda tal-libertà

1001

Priġunerija

1002

Sentenza ta’ għomor il-ħabs

2000

kategorija miftuħa

Restrizzjoni tal-libertà personali

2001

Projbizzjoni li jkunu frekwentati xi postijiet

2002

Restrizzjoni ta’ safar

2003

Projbizzjoni sabiex toqgħod f’xi postijiet

2004

Projbizzjoni ta’ dħul f’attivitajiet tal-massa

2005

Projbizzjoni ta’ kuntatt ma’ ċerti persuni bi kwalunkwe mezz

2006

Tqegħid taħt sorveljanza elettronika(1)

2007

Obbligu li tirrapporta f’ħinijiet speċifiċi lil awtorità speċifika

2008

Obbligu ta’ waqfa/residenza f’ċertu post

2009

Obbligu li tkun fil-post ta’ residenza fil-ħin stabbilit

2010

Obbligu ta’ konformità mal-miżuri ta’ probation ordnati mill-qorti inkluż l-obbligu li jibqa’ taħt superviżjoni

3000

kategorija miftuħa

Projbizzjoni ta’ dritt jew kapaċità speċifika

3001

Skwalifika minn funzjoni

3002

Telf/sospensjoni tal-kapaċità ta’ persuna li tokkupa jew tinħatar f’kariga pubblika

3003

Telf/sospensjoni tad-dritt ta’ persuna li tivvota jew tiġi elett

3004

It-tnaqqis tal-kapaċità li persuna tagħmel kuntratt ma’ amministrazzjoni pubblika

3005

It-tnaqqis tal-eliġibbiltà għall-għoti ta’ sussidji pubbliċi

3006

Kanċellazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan(2)

3007

Sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan

3008

Projbizzjoni li ssuq ċerti vetturi

3009

Telf/sospensjoni tal-awtorità tal-ġenituri

3010

Telf/sospensjoni tad-dritt li persuna tkun perit fi proċedimenti tal-qorti/xhud taħt ġurament/ġurat

3011

Telf/sospensjoni tad-dritt li persuna tkun kustodja legali(3)

3012

Telf/sospensjoni tad-dritt ta’ onorifiċenza jew titolu

3013

Projbizzjoni tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali, kummerċjali jew soċjali

3014

Projbizzjoni ta’ xogħol jew attività ma’ minorenni

3015

Impożizzjoni tal-obbligu li jingħalaq stabbiliment

3016

Projbizzjoni ta’ pussess jew ġarr ta’ armi

3017

Irtirar ta’ permess għal-liċenzja tal-kaċċa/tas-sajd

3018

Projbizzjoni tal-ħruġ ta’ ċekkijiet jew l-użu ta’ karti ta’ ħlas/ta’ kreditu

3019

Projbizzjoni taż-żamma ta’ annimali

3020

Projbizzjoni ta’ pussess jew użu ta’ ċerti oġġetti minbarra armi

3021

Projbizzjoni ta’ ċerti logħob/sports

4000

kategorija miftuħa

Projbizzjoni jew tkeċċija minn territorju

4001

Projbizzjoni minn territorju nazzjonali

4002

Tkeċċija minn territorju nazzjonali

5000

kategorija miftuħa

Obbligu personali

5001

Assuġġettar għal trattament mediku jew forom oħra ta’ terapija

5002

Assuġġettar għal programm soċjo-edukattiv

5003

Impożizzjoni tal-obbligu li persuna tkun taħt il-kura/kontroll tal-familja

5004

Miżuri edukattivi

5005

Probation soċjo-ġuridika

5006

Impożizzjoni tal-obbligu għat-taħriġ/xogħol

5007

Impożizzjoni tal-obbligu li persuna tipprovdi informazzjoni speċifika lill-awtoritajiet ġuridiċi

5008

Impożizzjoni tal-obbligu li tiġi pubblikata s-sentenza

5009

Impożizzjoni tal-obbligu li persuna tikkumpensa għall-preġudizzju kkawżat mir-reat

6000

kategorija miftuħa

Piena fuq proprjetà privata

6001

Konfiska

6002

Twaqqigħ

6003

Restawr

7000

kategorija miftuħa

Tqegħid f’istituzzjoni

7001

Tqegħid f’istituzzjoni psikjatrika

7002

Tqegħid f’istituzzjoni ta’ diżintossikazzjoni

7003

Tqegħid f’istituzzjoni edukattiva

8000

kategorija miftuħa

Piena finanzjarja

8001

Multa

8002

Multa għal kull ġurnata(4)

8003

Multa għall-benefiċċju ta’ riċevitur speċjali(5)

9000

kategorija miftuħa

Piena ta’ xogħol

9001

Xogħol jew servizz komunitarju

9002

Servizz komunitarju jew xogħol akkumpanjat minn miżuri restrittivi oħrajn

10000

kategorija miftuħa

Piena militari

10001

Telf ta’ grad militari(6)

10002

Tkeċċija minn servizz militari professjonali

10003

Priġunerija militari

11000

kategorija miftuħa

Eżenzjoni/differiment ta’ sentenza/piena, twissija

12000

kategorija miftuħa

Pieni u miżuri oħra


Parametri (li għandhom jiġu speċifikati fejn applikabbli)

ø

Piena

m

Miżura

a

Piena/miżura sospiża

b

Piena/miżura sospiża parzjalment

c

Piena/miżura sospiża bi probation/superviżjoni

d

Piena/miżura sospiża parzjalment bi probation/superviżjoni

e

Konverżjoni tal-piena/miżura

f

Piena/miżura alternattiva imposta bħala piena prinċipali

g

Piena alternattiva/miżura imposta inizjalment f’każ li ma tiġix rispettata l-piena prinċipali

h

Revoka tal-piena/miżura sospiża

i

Formazzjoni sussegwenti ta’ piena ġenerali

j

Interruzzjoni tal-eżekuzzjoni/posponiment tal-piena/miżura(7)

k

Maħfra tal-piena

l

Maħfra tal-piena sospiża

n

Tmiem tal-piena

o

Maħfra

p

Amnestija

q

Liberazzjoni taħt kundizzjoni (liberazzjoni ta’ persuna qabel tmiem is-sentenza tagħha taħt ċerti ċirkostanzi)

r

Riabilitazzjoni (bit-tneħħija jew le tal-piena mir-rekords kriminali)

s

Piena jew miżura speċifika għall-minorenni

t

Sentenza mhux kriminali(8)

_______________

(1)

Tqegħid fiss jew mobbli.

(2)

Ikun meħtieġ li wieħed japplika mill-ġdid biex jikseb liċenzja tas-sewqan ġdida.

(3)

Kustodju legali għal persuna li tkun legalment inkompetenti jew għal persuna minorenni.

(4)

Multa kkwotata f'unitajiet ta' kuljum.

(5)

Pereżempju għal istituzzjoni, assoċjazzjoni, fondazzjoni jew vittma.

(6)

Demozzjoni militari.

(7)

Ma jwassalx għall-evitar tal-infurzar tal-piena.

(8)

Dan il-parametru jiġi indikat biss meta tali informazzjoni tingħata bi tweġiba għat-talba riċevuta mill-Istat taċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata.

ANNESS 45

DEFINIZZJONI TA’ TERRORIŻMU

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Għall-finijiet tat-Titolu IX tal-Parti Tlieta, il-punt (b) tal-Artikolu 599(3), l-Artikolu 599(4), il-punt (c) tal-Artikolu 602(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 670(2) tal-Ftehim, Anness 43 u Anness 46, “terroriżmu” tfisser ir-reati kif definiti fil-paragrafi 3 jew 14 ta’ dan l-Anness.

2.   Definizzjonijiet ta’ grupp terroristiku u grupp strutturat

2.1

“Grupp terroristiku” tfisser grupp strutturat ta’ aktar minn żewġ persuni, stabbilit għal perjodu ta’ żmien u li jaġixxi b’mod unit sabiex iwettaq reati terroristiċi.

2.2

“Grupp strutturat” tfisser grupp li ma ġiex iffurmat b'mod każwali għat-twettiq immedjat ta’ reat u li ma għandux għalfejn ikollu rwoli definiti formalment għall-membri tiegħu, sħubija kontinwa fih jew struttura żviluppata.

3.   Reati terroristiċi

3.1

Atti intenzjonali, kif definiti bħala reati skont id-dritt domestiku, li minħabba n-natura jew il-kuntest tagħhom jistgħu jagħmlu ħsara serja lil pajjiż jew lil organizzazzjoni internazzjonali, meta jitwettqu b’wieħed mill-għanijiet elenkati fil-paragrafu 3.2:

(a)

attakki fuq il-ħajja ta’ persuna li jistgħu jikkaġunaw il-mewt;

(b)

attakki fuq l-integrità fiżika ta’ persuna;

(c)

ħtif ta’ persuna jew teħid ta’ ostaġġi;

(d)

ikkawżar ta’ qerda estensiva fuq faċilità tal-gvern jew pubblika, sistema ta’ trasport, faċilità infrastrutturali, li tinkludi sistema ta’ informazzjoni, pjattaforma fissa li tkun tinsab fuq il-blata kontinentali, post pubbliku jew proprjetà privata li x’aktarx li tipperikola l-ħajja tal-bniedem jew tirriżulta f’telf ekonomiku kbir;

(e)

ħtif ta’ ajruplani, vapuri jew mezzi oħra tat-trasport pubbliku jew tal-merkanzija;

(f)

manifattura, pussess, akkwist, trasport, provvista jew użu ta’ splussivi jew armi, inklużi armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari, kif ukoll ir-riċerka rigward l-armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari u l-iżvilupp tagħhom;

(g)

rilaxx ta’ sustanzi perikolużi, jew ikkawżar ta’ nirien, għargħar jew splużjonijiet li l-effett tagħhom ikun li jipperikolaw il-ħajja tal-bniedem;

(h)

interferenza u tfixkil tal-provvista ta’ ilma, enerġija jew kwalunkwe riżors naturali u fundamentali, li l-effett tagħhom ikun li jipperikolaw il-ħajja tal-bniedem;

(i)

ifixkel serjament jew jinterrompi l-funzjonament ta’ sistema ta’ informazzjoni billi jdaħħal data tal-kompjuter, billi jittrasmetti, jagħmel ħsara, iħassar, jiddeterjora, jibdel jew irażżan tali data, jew billi jagħmel tali data inaċċessibbli, intenzjonalment u mingħajr dritt, f’każijiet fejn:

(i)

numru sinifikanti ta’ sistemi ta’ informazzjoni ġew affettwati bl-użu ta’ għodda mfassla jew adattata primarjament għal dak il-għan;

(ii)

ir-reat jikkawża ħsara serja;

(iii)

ir-reat jitwettaq kontra sistema ta’ informazzjoni ta’ infrastruttura essenzjali;

(j)

it-tħassir, il-ħsara, id-deterjorament, it-tibdil jew it-tneħħija ta’ data tal-kompjuter fuq sistema tal-informazzjoni, jew li tali data tkun magħmula inaċċessibbli, intenzjonalment u mingħajr dritt, f’każijiet meta r-reat jitwettaq kontra sistema ta’ informazzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(k)

theddid li jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-atti elenkati fil-punti (a) sa (j).

3.2

L-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 3.1 huma:

(a)

intimidazzjoni serja tal-popolazzjoni;

(b)

ġegħil mhux xieraq lil gvern jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwettqu jew jibqgħu lura milli jwettqu kwalunkwe att;

(c)

destabbilizzazzjoni serja jew qerda tal-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali fundamentali ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali.

4.   Reati relatati ma’ grupp terroristiku

L-atti intenzjonali li ġejjin:

(a)

it-tmexxija ta’ grupp terroristiku;

(b)

il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, li jinkludi wkoll il-provvista ta’ informazzjoni jew riżorsi materjali, jew billi jiffinanzja bi kwalunkwe mod l-attivitajiet tiegħu, bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali tal-grupp.

5.   Provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku

Id-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni bi kwalunkwe mezz, kemm online kif ukoll offline, ta’ messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni li jinċita t-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1 meta tali mġiba, direttament jew indirettament, bħal bil-glorifikazzjoni ta’ atti terroristiċi, tippromwovi t-twettiq ta’ reati terroristiċi, u b’hekk tikkawża periklu li jistgħu jitwettqu reat jew reati bħal dan meta jitwettaq intenzjonalment.

6.   Reklutaġġ għal skopijiet ta' terroriżmu

Solleċitazzjoni ta’ persuna oħra biex twettaq jew tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, jew fil-paragrafu 4 meta titwettaq intenzjonalment.

7.   Għoti ta’ taħriġ għat-terroriżmu

L-għoti ta’ struzzjonijiet dwar il-manifattura jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, sabiex jitwettaq jew tingħata kontribuzzjoni għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, bl-għarfien li l-ħiliet provduti huma maħsuba biex jintużaw għal dan il-għan meta jitwettaq intenzjonalment.

8.   Riċeviment ta’ taħriġ għat-terroriżmu

L-għoti ta’ struzzjonijiet dwar il-manifattura jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, sabiex jitwettaq jew tingħata kontribuzzjoni għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, bl-għarfien li l-ħiliet provduti huma maħsuba biex jintużaw għal dan il-għan meta jitwettaq intenzjonalment.

9.   Vjaġġar għall-fini ta’ terroriżmu

9.1

Vjaġġar lejn pajjiż għajr dak l- Istat għall-iskop ta’ twettiq, jew kontribuzzjoni għal twettiq, reat terrorista kif imsemmi fil-paragrafu 3, għall-iskop ta’ parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni se tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali ta’ tali grupp kif imsemmi fil-paragrafu 4, jew għall-iskop ta’ provvediment jew riċeviment ta’ taħriġ għat-terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafi 7 u 8 meta jitwettaq intenzjonalment.

9.2

Barra minn hekk, l-imġiba li ġejja meta titwettaq intenzjonalment:

(a)

l-ivvjaġġar lejn dak l-Istat bil-għan li jitwettaq, jew isir kontribut għat-twettiq ta’, reat terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 3, għall-fini tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni ser tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali ta’ tali grupp kif imsemmi fil-paragrafu 4, jew għall-fini li jingħata jew jiġi riċevut taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafi 7 u 8; jew

(b)

atti preparatorji mwettqa minn persuna li tidħol f’dak l-Istat bl-intenzjoni li twettaq, jew tikkontribwixxi għat-twettiq ta’, reat terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 3.1.

10.   Organizzazzjoni jew faċilitazzjoni xort’oħra tal-ivvjaġġar għall-fini tat-terroriżmu

Kwalunkwe att ta’ organizzazzjoni jew faċilitazzjoni li jassisti lil kwalunkwe persuna biex tivvjaġġa għall-fini ta’ terroriżmu, kif imsemmi fil-paragrafu 9.1 u l-punt (a) tal-paragrafu 9.2, bl-għarfien li l-assistenza mogħtija b’dan il-mod hija għal dak il-għan meta titwettaq intenzjonalment.

11.   Finanzjament tat-terroriżmu

11.1

L-għoti jew il-ġbir ta’ fondi, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, bl-intenzjoni li jintużaw, jew bl-għarfien li se jintużaw, b’mod sħiħ jew parzjali, biex jitwettaq, jew biex isir kontribut għat-twettiq ta’, kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fil-paragrafi 3 sa 10 meta jitwettqu intenzjonalment.

11.2

Fejn il-finanzjament tat-terroriżmu msemmi fil-paragrafu 11.1 jikkonċerna kwalunkwe wieħed mir-reati stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 9, ma għandux ikun meħtieġ li l-fondi fil-fatt jintużaw, kompletament jew parzjalment, biex jitwettaq, jew biex isir kontribut għat-twettiq ta’, kwalunkwe wieħed minn dawk ir-reati, u lanqas ma għandu jkun meħtieġ li t-trasgressur ikun jaf għal liema reat jew reati speċifiċi għandhom jintużaw il-fondi.

12.   Reati oħra relatati ma’ attivitajiet terroristiċi

L-atti intenzjonali li ġejjin:

(a)

serq aggravat bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-paragrafu 3;

(b)

estorsjoni bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-paragrafu 3;

(c)

It-tfassil jew l-użu ta’ dokumenti amministrattivi foloz bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, il-punt (b) tal-paragrafu 4, u l-paragrafu 9.

13.   Relazzjonijiet ma’ reati terroristiċi

Biex reat imsemmi fil- paragrafi 4 sa 12 ikun meqjus terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafu 1, ma għandux ikun meħtieġ li jitwettaq att terroristiku, u lanqas ma għandu jkun meħtieġ, sa fejn huma kkonċernati r-reati msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 u 12, li tiġi stabbilita rabta ma’ reat speċifiku ieħor stabbilit f’dan l-Anness.

14.   Għajnuna u assistenza, inċitazzjoni u tentattiv

L-atti li ġejjin:

(a)

għajnuna u kompliċità f’reat imsemmi fil-paragrafi 3 sa 8, 11 u 12;

(b)

l-inċitament ta’ reat imsemmi fil-paragrafi 3 sa 12; u

(c)

it-tentattiv li jitwettaq reat imsemmi fil-paragrafi 3, 6 u 7, il-paragrafu 9.1, il-punt (a) tal-paragrafu 9.2, u l-paragrafi 11 u 12, bl-eċċezzjoni tal-pussess kif previst fil-punt (f) tal-paragrafu 3.1 u r-reat imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 3.1.


ANNESS 46

IFFRIŻAR U KONFISKA

Formola ta’ Talba għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji

TAQSIMA A

Stat Rikjedenti: …

Stat Rikjest: …

TAQSIMA B: Urġenza

Raġunijiet għall-urġenza u/jew id-data tal-eżekuzzjoni mitluba:

Il-limiti ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tat-talba tal-iffriżar huma stabbiliti fl-Artikolu 663 tal-Ftehim. Madankollu, jekk ikun meħtieġ limitu taż-żmien iqsar jew speċifiku, ipprovdi d-data u spjega r-raġuni għal din:

TAQSIMA C: Persuni rilevanti

Niżżel l-informazzjoni kollha, magħrufa, rigward l-identità tal-persuna/i (1) fiżika/fiżiċi jew (2) ġuridika/ġuridiċi kkonċernata/i fit-talba tal-iffriżar jew tal-persuna/i li hi/huma s-sid/is-sidien tal-proprjetà koperta mit-talba tal-iffriżar (jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, agħti l-informazzjoni dwar kull persuna):

1.

Persuna fiżika:

 

Isem:

 

Isem/ismijiet:

 

Isem/ismijiet rilevanti oħra, jekk applikabbli:

 

Isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa, jekk applikabbli:

 

Sess:

 

Nazzjonalità:

 

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali:

 

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità, passaport), jekk disponibbli:

 

Data tat-twelid:

 

Post tat-twelid:

 

Residenza u/jew indirizz magħruf; jekk l-indirizz mhux magħruf, niżżel l-aħħar indirizz magħruf:

 

Lingwa/i li l-persuna tifhem:

 

Indika jekk it-talba tal-iffriżar hijiex diretta kontra din il-persuna jew jekk hijiex is-sid tal-proprjetà koperta mit-talba tal-iffriżar:

2.

Persuna ġuridika:

 

Isem:

 

Għamla ta’ persuna ġuridika:

 

Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli:

 

Sede rreġistrat:

 

Numru tar-reġistrazzjoni:

 

Indirizz tal-persuna ġuridika:

 

Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika:

 

Indika jekk it-talba tal-iffriżar hijiex diretta kontra din il-persuna ġuridika jew jekk hijiex is-sid tal-proprjetà koperta mit-talba tal-iffriżar:

 

Jekk differenti mill-indirizz ta’ hawn fuq, indika l-post li fih għandha tiġi eżegwita l-miżura tal-iffriżar:

3.

Terzi persuni:

(i)

Terzi persuni li d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-beni koperti mit-talba tal-iffriżar huma direttament preġudikati bit-talba (identità u raġunijiet), jekk applikabbli:

(ii)

Jekk terzi persuni kellhom l-opportunità li jitolbu drittijiet, ehmeż id-dokumenti li juru li dan kien il-każ.

4.

Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra li tgħin fl-eżekuzzjoni tat-talba ta’ ffriżar:

TAQSIMA D: Proprjetà rilevanti

Indika l-informazzjoni kollha, sa fejn magħrufa, rigward l-assi li huma soġġetti għat-talba tal-iffriżar. Ipprovdi d-dettalji tal-proprjetà u tal-oġġetti individwali kollha fejn applikabbli:

1.

Jekk ikun relatat ma’ ammont ta’ flus:

(i)

Ir-raġunijiet għalfejn wieħed jemmen li l-persuna għandha proprjetà/dħul fl-Istat mitlub

(ii)

Deskrizzjoni u sit tal-proprjetà/sors ta’ dħul ta’ dik il-persuna

(iii)

Sit eżatt tal-proprjetà/sors tad-dħul ta’ dik il-persuna

(iv)

Dettalji tal-kont bankarju ta’ dik il-persuna (jekk magħruf)

2.

Jekk it-talba tal-iffriżar tikkonċerna beni speċifiċi (jew beni ta’ valur ekwivalenti għal dawn il-beni):

(i)

Raġunijiet għalfejn wieħed jemmen li l-proprjetà tinsab fl-Istat rikjest

(ii)

Deskrizzjoni u s-sit tal-oġġett(i) speċifiku/speċifiċi tal-proprjetà

(iii)

Informazzjoni rilevanti oħra

3.

L-ammont totali mitlub għall-iffriżar jew għall-eżekuzzjoni fl-Istat rikjest (f’ċifri u kliem, indika l-munita):

TAQSIMA E: Raġunijiet għat-talba jew għall-ħruġ tal-ordni ta’ ffriżar (jekk applikabbli)

Fatti fil-qosor:

1.

Indika r-raġunijiet għat-talba tal-iffriżar jew għalfejn inħarġet l-ordni, inkluż sommarju tal-fatti sottostanti u r-raġunijiet għall-iffriżar, deskrizzjoni tar-reat(i) kriminali tal-akkuża, tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti, l-istadju tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti, ir-raġunijiet għal kwalunkwe fattur ta’ riskju u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) kriminali li b’rabta magħhom hija relatata t-talba tal-iffriżar jew inħarġet l-ordni ta’ ffriżar u d-dispożizzjoni(jiet) legali applikabbli.

3.

Dan li ġej japplika biss fil-każ(ijiet) fejn kemm l-Istat rikjedenti kif ukoll dak rikjest ikunu għamlu notifika skont l-Artikolu 670(2) tal-Ftehim: jekk applikabbli, immarka wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat emittenti, punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin: Jekk it-talba jew l-ordni ta’ ffriżar tikkonċerna diversi reati kriminali, indika n-numri fil-lista ta’ reati kriminali hawn taħt (li jikkorrispondu għar-reati kriminali kif deskritti taħt il-punti 1 u 2 hawn fuq):

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali

terroriżmu kif definit fl-Anness 45

traffikar tal-bnedmin,

sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografija tat-tfal

traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi

traffikar illeċitu fl-armi, munizzjon u splussivi

korruzzjoni, inkluż tixħim

frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni

ħasil ta’ flus ta’ rikavat minn attività kriminali

falsifikazzjoni ta’ flus

kriminalità relatata mal-kompjuter

kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċijiet ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu li jinqerdu

faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati

qtil

offiża gravi fuq il-persuna

kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem

il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi

razziżmu u ksenofobija

serq organizzat jew bl-użu ta’ armi

traffikar illeċitu ta’ beni kulturali, inklużi oġġetti antiki u opri tal-arti

truffa

rikattar organizzat u estorsjoni

falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas

traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir

traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjuattivi

traffikar ta’ vetturi misruqin

stupru

ħruq doluż

reati li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali

ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji spazjali

sabotaġġ

4.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (eż. ir-relazzjoni bejn il-proprjetà u r-reat kriminali):

TAQSIMA F: Kunfidenzjalità

Il-ħtieġa li l-informazzjoni fit-talba tinżamm kunfidenzjali wara l-eżekuzzjoni:

Ħtieġa għal formalitajiet speċifiċi fil-mument tal-eżekuzzjoni:

TAQSIMA G: Talbiet lil aktar minn Stat wieħed

Meta talba tal-iffriżar tkun intbagħtet lil aktar minn Stat wieħed, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.

Talba tal-iffriżar intbagħtet lil dan/dawn l-Istat(i) ieħor/oħrajn (Stat u awtorità):

2.

Indika r-raġunijiet għalfejn it-talbiet tal-iffriżar intbagħtu lil diversi Stati:

3.

Valur tal-assi, jekk magħruf, f’kull Stat rikjest:

4.

Indika kwalunkwe ħtieġa speċifika:

TAQSIMA H: Relazzjoni ma’ talbiet jew ordnijiet ta’ ffriżar preċedenti

Jekk applikabbli, ipprovdi informazzjoni rilevanti biex jiġu identifikati talbiet tal-iffriżar preċedenti jew relatati:

1.

Data tat-talba jew tal-ħruġ u tat-trażmissjoni tal-ordni:

2.

L-awtorità li lilha ġiet trażmessa:

3.

Referenza mogħtija mill-awtoritajiet emittenti u ta’ eżekuzzjoni:

TAQSIMA I: Konfiska

Din it-talba tal-iffriżar hija akkumpanjata minn ordni ta’ konfiska maħruġa fl-Istat rikjedenti (numru ta’ referenza tal-ordni ta’ konfiska):

Iva, numru ta’ referenza:

Le

Il-beni għandhom jibqgħu ffriżati fl-Istat rikjest sakemm tiġi trażmessa u eżegwita l-ordni ta’ konfiska (data stmata għall-preżentazzjoni tal-ordni ta’ konfiska, jekk possibbli):

TAQSIMA J: Rimedji legali (jekk applikabbli)

Indika jekk jistax jintalab rimedju legali fl-Istat rikjedenti kontra l-ħruġ ta’ talba/ordni ta’ ffriżar, jekk iva, agħti aktar dettalji (deskrizzjoni tar-rimedju legali, inklużi l-passi li meħtieġ li jittieħdu u l-iskadenzi):

TAQSIMA K: Awtorità Emittenti

Jekk ikun hemm ordni ta’ ffriżar fl-Istat rikjedenti li fuqha hija bbażata t-talba tal-iffriżar, ipprovdi d-dettalji li ġejjin:

1.

Tip ta’ awtorità emittenti:

imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

awtorità kompetenti oħra, maħtur mill-Istat rikjedenti

2.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

 

Isem uffiċjali tal-awtorità emittenti:

 

Isem ir-rappreżentant tagħha:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Nru tal-fajl:

 

Indirizz:

 

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Indirizz elettroniku:

 

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità emittenti:

Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha li tiċċertifika li l-kontenut tal-Formola ta’ Talba għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji huwa preċiż u korrett:

 

Isem:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Data:

 

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

TAQSIMA L: Awtorità ta’ validazzjoni

Indika t-tip ta’ awtorità li vvalidat il-Formola ta’ Talba għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji, jekk applikabbli:

imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

awtorità kompetenti oħra, maħtur mill-Istat rikjedenti

 

Isem uffiċjali tal-awtorità li tirratifika:

 

Isem ir-rappreżentant tagħha:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Nru tal-fajl:

 

Indirizz:

 

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Indirizz elettroniku:

 

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA M: Awtorità ċentrali

Indika l-awtorità ċentrali responsabbli mit-trażmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta’ talbiet tal-iffriżar fl-Istat rikjedenti:

 

Isem uffiċjali tal-awtorità ċentrali:

 

Isem ir-rappreżentant tagħha:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Nru tal-fajl:

 

Indirizz:

 

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Indirizz elettroniku:

 

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA N: Aktar informazzjoni

1.

Indika jekk l-punt ta’ kuntatt ewlieni fl-Istat rikjedenti jenħtieġx li jkun:

l-awtorità emittenti

l-awtorità kompetenti

l-awtorità ċentrali

2.

Jekk differenti minn dawk indikati hawn fuq, ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i għall-ksib ta’ informazzjoni addizzjonali rigward din it-talba tal-iffriżar:

 

Isem/Titolu/Organizzazzjoni:

 

Indirizz:

 

Indirizz elettroniku/Nru tat-Telefon ta’ Kuntatt:

TAQSIMA O: Annessi

Il-kopja oriġinali jew awtentikata kif dovut tal-ordni ta’ ffriżar trid tiġi pprovduta mal-Formola ta’ Talba għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji jekk tkun inħarġet ordni ta’ ffriżar fl-Istat rikjedenti.

Formola ta’ Talba ta’ Konfiska

TAQSIMA A

Stat Rikjedenti: …

Stat Rikjest: …

TAQSIMA B: Ordni ta’ konfiska

Data tal-ħruġ: …

Data li fiha l-ordni saret finali: …

Numru ta’ referenza: …

Ammont totali tal-ordni f’ċifri u kliem, indika l-munita

L-ammont mitlub għall-eżekuzzjoni fl-Istat rikjest jew, jekk tip(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà, deskrizzjoni u sit tal-proprjetà

Ipprovdi d-dettalji tal-konklużjonijiet tal-qorti b’rabta mal-ordni ta’ konfiska:

il-proprjetà hija r-rikavat ta’ reat, jew ekwivalenti għall-valur sħiħ jew parti mill-valur ta’ tali rikavati

il-proprjetà tikkostitwixxi l-istrumentalitajiet ta’ tali reat

il-proprjetà tista’ tkun soġġetta għal konfiska estiża

il-proprjetà hi soġġetta għal konfiska skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra relatata mas-setgħat ta’ konfiska, inkluż il-konfiska mingħajr kundanna finali, skont il-liġi tal-Istat rikjedenti b’segwitu għal proċedimenti b’rabta ma’ reat kriminali

TAQSIMA C: Persuni affettwati

Niżżel l-informazzjoni kollha, magħrufa, rigward l-identità tal-persuna/i (1) fiżika/fiżiċi jew (2) ġuridika/ġuridiċi affettwata/i mit-talba ta’ konfiska (jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, agħti l-informazzjoni dwar kull persuna):

1.

Persuna fiżika:

 

Isem:

 

Isem/ismijiet:

 

Isem/ismijiet rilevanti oħra, jekk applikabbli:

 

Isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa, jekk applikabbli:

 

Sess:

 

Nazzjonalità:

 

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali:

 

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità, passaport), jekk disponibbli:

 

Data tat-twelid:

 

Post tat-twelid:

 

Residenza u/jew indirizz magħruf; jekk l-indirizz mhux magħruf, niżżel l-aħħar indirizz magħruf:

 

Lingwa/i li l-persuna tifhem:

 

Indika jekk it-talba ta’ konfiska hijiex diretta kontra din il-persuna jew jekk hijiex is-sid tal-proprjetà koperta mit-talba ta’ konfiska:

2.

Persuna ġuridika:

 

Kunjom:

 

Għamla ta’ persuna ġuridika:

 

Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli:

 

Sede rreġistrat:

 

Numru tar-reġistrazzjoni:

 

Indirizz tal-persuna ġuridika:

 

Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika:

 

Jekk differenti mill-indirizz ta’ hawn fuq, indika l-post li fih għandha tiġi eżegwita l-miżura tal-iffriżar:

3.

Terzi persuni:

(i)

Terzi persuni li d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-beni koperti bit-talba ta’ konfiska huma direttament preġudikati bit-talba (identità u raġunijiet), jekk magħrufa/applikabbli:

(ii)

Jekk terzi persuni kellhom l-opportunità li jitolbu drittijiet, ehmeż id-dokumenti li juru li dan kien il-każ.

4.

Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra li tgħin fl-eżekuzzjoni tat-talba ta’ konfiska:

TAQSIMA D: Proprjetà affettwata

Indika l-informazzjoni kollha, sa fejn magħrufa, rigward l-assi li huma soġġetti għall-konfiska. Ipprovdi d-dettalji tal-proprjetà u tal-oġġetti individwali kollha fejn applikabbli:

1.

Jekk ikun relatat ma’ ammont ta’ flus:

(i)

Ir-raġunijiet għalfejn wieħed jemmen li l-persuna għandha proprjetà/dħul fl-Istat mitlub:

(ii)

Deskrizzjoni u sit tal-proprjetà/sors ta’ dħul:

2.

Jekk it-talba tkun tikkonċerna beni speċifiċi:

(i)

Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-beni speċifiċi jinsabu fl-Istat rikjest:

(ii)

Deskrizzjoni u s-sit tal-beni speċifiċi:

3.

Valur tal-beni:

(i)

Ammont totali tat-talba (ammont approssimattiv):

(ii)

Ammont totali mitlub għall-eżekuzzjoni fl-Istat rikjest (ammont approssimattiv):

(iii)

Jekk tipi speċifiċi ta’ beni, deskrizzjoni u sit tal-beni:

TAQSIMA E: Raġunijiet għall-konfiska

Fatti fil-qosor:

1.

Spjega għaliex inħarġet ordni ta’ konfiska, inkluż sommarju tal-fatti sottostanti u r-raġunijiet għall-konfiska, deskrizzjoni tar-reati, ir-raġunijiet għal kwalunkwe fattur ta’ riskju u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (bħad-data, il-post u ċ-ċirkostanzi tar-reat):

2.

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) li b’rabta magħhom inħarġet l-ordni ta’ konfiska u d-dispożizzjoni(ijiet) legali applikabbli:

3.

Dan li ġej japplika biss fil-każ(ijiet) fejn kemm l-Istat rikjedenti kif ukoll dak rikjest ikunu għamlu notifika skont l-Artikolu 670(2) tal-Ftehim: jekk applikabbli, immarka wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat emittenti, punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin: Jekk l-ordni ta’ konfiska tikkonċerna diversi reati kriminali, indika n-numri fil-lista ta’ reati kriminali hawn taħt (li jikkorrispondu għar-reati kriminali kif deskritti taħt il-punti 1 u 2 hawn fuq):

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali

terroriżmu kif definit fl-Anness 45

traffikar tal-bnedmin,

sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografija tat-tfal

traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi

traffikar illeċitu fl-armi, munizzjon u splussivi

korruzzjoni, inkluż tixħim

frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni

ħasil ta’ flus ta’ rikavat minn attività kriminali

falsifikazzjoni ta’ flus

kriminalità relatata mal-kompjuter

kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċijiet ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu li jinqerdu

faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati

qtil

offiża gravi fuq il-persuna

kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem

il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi

razziżmu u ksenofobija

serq organizzat jew bl-użu ta’ armi

traffikar illeċitu ta’ beni kulturali, inklużi oġġetti antiki u opri tal-arti

truffa

rikattar organizzat u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas

traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir

traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjuattivi

traffikar ta’ vetturi misruqin

stupru

ħruq doluż

reati li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali

ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji spazjali

sabotaġġ

4.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (eż. ir-relazzjoni bejn il-proprjetà u r-reat kriminali):

TAQSIMA F: Kunfidenzjalità

Ħtieġa li l-informazzjoni fit-talba jew parti minnha tinżamm kunfidenzjali

Indika kwalunkwe informazzjoni rilevanti:

TAQSIMA G: Talbiet lil aktar minn Stat wieħed

Meta talba ta’ konfiska tkun intbagħtet lil aktar minn Stat wieħed, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.

Talba ta’ konfiska ntbagħtet lil dan/dawn l-Istat(i) ieħor/oħrajn (Stat u awtorità):

2.

Għaliex it-talba ta’ konfiska ntbagħtet lil diversi Stati (agħżel raġunijiet xierqa):

(i)

Jekk talba tkun tikkonċerna beni speċifiċi:

Beni differenti koperti mit-talba x’aktarx li jinsabu fi Stati differenti

It-talba ta’ konfiska tirrelata ma’ beni speċifiku u tirrikjedi azzjoni f’aktar minn Stat wieħed

(ii)

Jekk it-talba ta’ konfiska tikkonċerna ammont ta’ flus:

Il-valur stmat tal-beni li jistgħu jiġu kkonfiskati fl-Istat rikjedenti u fi kwalunkwe Stat rikjest x’aktarx li ma jkunx biżżejjed biex jiġi kopert l-ammont sħiħ stabbilit fl-ordni

Ħtiġijiet speċifiċi oħrajn:

3.

Valur tal-assi, jekk magħruf, f’kull Stat rikjest:

4.

Jekk il-konfiska tal-beni speċifiċi tirrikjedi azzjoni f’aktar minn Stat wieħed, deskrizzjoni tal-azzjoni li għandha tittieħed fl-Istat rikjest:

TAQSIMA H: Konverżjoni u trasferiment ta’ proprjetà

1.

Jekk it-talba ta’ konfiska tikkonċerna beni speċifiku, ikkonferma jekk l-Istat rikjedenti jippermettix li l-konfiska fl-Istat rikjest tieħu l-forma ta’ ħtieġa li titħallas somma ta’ flus li tikkorrispondi mal-valur tal-beni:

Iva

Le

2.

Jekk il-konfiska tikkonċerna ammont ta’ flus, iddikjara jekk proprjetà oħra għajr flus miksuba mill-eżekuzzjoni tat-talba ta’ konfiska tistax tiġi trasferita lill-Istat rikjedenti:

Iva

Le

TAQSIMA I: Priġunerija f’każ ta’ inadempjenza jew miżuri oħra li jirrestrinġu l-libertà ta’ persuna

Indika jekk l-Istat rikjedenti jippermettix li l-Istat rikjest japplika priġunerija f’każ ta’ inadempjenza jew miżuri oħra li jirrestrinġu l-libertà ta’ persuna jekk ma jkunx possibbli li tiġi eżegwita t-talba ta’ konfiska, kompletament jew parzjalment:

Iva

Le

TAQSIMA J: Restituzzjoni jew kumpens għall-vittmi

1.

Indika, fejn rilevanti:

Awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat rikjedenti ħarġet deċiżjoni ta’ kumpens lill-vittma, jew ta’ restituzzjoni lill-vittma, bis-somma ta’ flus li ġejja:

Awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat rikjedenti ħarġet deċiżjoni ta’ restituzzjoni tal-beni li ġejjin għajr flus lill-vittma:

2.

Id-dettalji tad-deċiżjoni ta' restituzzjoni tal-proprjetà, jew ta' kumpens, lill-vittma:

 

Awtorità emittenti (isem uffiċjali):

 

Data tad-deċiżjoni:

 

Numru ta’ riferenza tad-deċiżjoni (jekk disponibbli):

 

Deskrizzjoni tal-beni li għandhom jiġu restitwiti jew l-ammont mogħti bħala kumpens:

 

Isem il-vittma:

 

Indirizz tal-vittma:

TAQSIMA K: Rimedji legali

Indika jekk intalabx diġà rimedju legali kontra l-ħruġ ta’ ordni ta’ konfiska, jekk iva, agħti aktar dettalji (deskrizzjoni tar-rimedju legali, inklużi l-passi li meħtieġ li jittieħdu u l-iskadenzi):

TAQSIMA L: Awtorità Emittenti

Ipprovdi dettalji dwar l-awtorità li ħarġet it-talba ta’ konfiska fl-Istat rikjedenti:

1.

Tip ta’ awtorità emittenti:

imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

awtorità kompetenti oħra, maħtur mill-Istat rikjedenti

2.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

 

Isem uffiċjali tal-awtorità emittenti:

 

Isem ir-rappreżentant tagħha:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Nru tal-fajl:

 

Indirizz:

 

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Indirizz elettroniku:

 

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità emittenti:

Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha li tiċċertifika li l-kontenut tal-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska huwa preċiż u korrett:

 

Isem:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Data:

 

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

TAQSIMA M: Awtorità ta’ validazzjoni

Indika t-tip ta’ awtorità li vvalidat il-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska, jekk applikabbli:

imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

awtorità kompetenti oħra, maħtura mill-Istat emittenti

 

Isem uffiċjali tal-awtorità li tirratifika:

 

Isem ir-rappreżentant tagħha:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Nru tal-fajl:

 

Indirizz:

 

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Indirizz elettroniku:

 

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA N: Awtorità Ċentrali

Indika l-awtorità ċentrali responsabbli mit-trażmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta’ Formola ta’ Talba ta’ Konfiska fl-Istat rikjedenti:

 

Isem uffiċjali tal-awtorità ċentrali:

 

Isem ir-rappreżentant tagħha:

 

Pożizzjoni (titolu/grad):

 

Nru tal-fajl:

 

Indirizz:

 

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

 

Indirizz elettroniku:

 

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA O: Aktar informazzjoni

1.

Indika jekk l-punt ta’ kuntatt ewlieni fl-Istat rikjedenti jenħtieġx li jkun:

l-awtorità emittenti

l-awtorità kompetenti

l-awtorità ċentrali

2.

Jekk differenti minn dawk indikati hawn fuq, ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i għall-ksib ta’ informazzjoni addizzjonali rigward din il-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska:

 

Isem/Titolu/Organizzazzjoni:

 

Indirizz:

 

Indirizz elettroniku/Nru tat-Telefon ta’ Kuntatt:

TAQSIMA P: Annessi

Il-kopja oriġinali jew awtentikata kif xieraq tal-ordni ta’ konfiska trid tiġi pprovduta mal-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska.


ANNESS 47

IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI

1.   

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit, malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mis-16 ta’ April tas-sena finanzjarja, is-segwenti informazzjoni għal kull wieħed mill-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew parti minnhom, li fihom jipparteċipa r-Renju Unit:

(a)

l-ammonti f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-Unjoni adottati definittivament għas-sena inkwistjoni għal-linji baġitarji li jkopru l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’konformità mal-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 710 ta’ dan il-Ftehim u, jekk rilevanti, l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ dħul assenjati esterni li ma jirriżultawx mill-kontribuzzjoni finanzjarja minn donaturi oħra fuq dawn il-linji baġitarji;

(b)

l-ammont tat-tariffa tal-parteċipazzjoni msemmija fil-Artikolu 714(4) ta’ dan il-Ftehim;

(c)

mis-sena N + 1 tal-implimentazzjoni ta’ programm inkluż fil-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 710 ta’ dan il-Ftehim, l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għas-sena N u għal-livell ta’ diżimpenn;

(d)

għal programmi li għalihom japplika l-Artikolu 716 ta’ dan il-Ftehim, għall-parti tal-programmi fejn tali informazzjoni hija meħtieġa għall-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika, il-livell ta’ impenji meħuda favur entitajiet tar-Renju Unit imqassma skont is-sena korrispondenti ta’ approprjazzjonijiet baġitarji u l-livell totali ta’ impenji relatat.

Fuq il-bażi tal-Abbozz tal-Baġit tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi stima tal-informazzjoni skont il-punti (a) u (b) malajr kemm jista’ jkun, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena finanzjarja.

2.   

Il-Kummissjoni għandha toħroġ, sa mhux aktar tard mis-16 ta’ April u mis-16 ta’ Lulju ta’ kull sena finanzjarja, sejħa għall-fondi lir-Renju Unit li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tar-Renju Unit skont dan il-Ftehim għal kull wieħed mill-programmi u l-attivitajiet, jew partijiet minnhom, li fihom jipparteċipa r-Renju Unit.

3.   

Ir-Renju Unit għandu jħallas l-ammont indikat fis-sejħa għall-fondi mhux aktar tard minn 60 jum wara li tinħareġ is-sejħa għall-fondi. Ir-Renju Unit jista’ jagħmel pagamenti separati għal kull programm u attività.

4.   

B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, għas-sena 2021 li fiha jiġi konkluż il-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 710 ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħa għall-fondi sa mhux aktar tard mis-16 ta’ April 2021 jekk ikun ġie ffirmat il-Protokoll fil jew qabel il-31 ta’ Marzu 2021, jew mhux iktar tard mis-16 tax-xahar li fih ġie ffirmat il-Protokoll jekk jiġi ffirmat wara l-31 ta’ Marzu 2021. Jekk din is-sejħa għall-fondi tinħareġ wara s-16 ta’ Lulju tas-sena inkwistjoni, għandu jkun hemm sejħa waħda għall-fondi għal din is-sena; Ir-Renju Unit għandu jħallas l-ammont indikat fis-sejħa għall-fondi mhux aktar tard minn 60 jum wara li tinħareġ is-sejħa għall-fondi. Ir-Renju Unit jista’ jagħmel pagamenti separati għal kull programm u attività.

5.   

Is-sejħa għall-fondi għal sena partikolari għandu jkollha l-valur stabbilit billi l-ammont annwali kkalkolat bl-applikazzjoni tal-Artikolu 714, inkluż kwalunkwe aġġustament skont l-Artikolu 714(8), l-Artikolu 716 jew 717 ta’ dan il-Ftehim, jiġi diviż bl-għadd ta’ sejħiet għall-fondi għal dik is-sena skont il-paragrafi 2 jew 4 ta’ dan l-Anness.

6.   

B’deroga mill-paragrafu 5, fir-rigward tal-kontribuzzjoni għal Orizzont Ewropa għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, is-sejħa għal-fondi għal sena N partikolari għandu jkollha l-valur stabbilit billi jiġi diviż:

(a)

l-ammont annwali kkalkulat jiġi diviż

(i)

billi tapplika l-iskeda ta’ ħlas li ġejja għall-ħlasijiet jekk is-sena N hija:

2021: 50 % imħallsa fl-2021, 50 % imħallsa fl-2026

2022: 50 % imħallsa fl-2022, 50 % imħallsa fl-2027

(ii)

fuq l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 714 u 716 ta’ dan il-Ftehim, inkluż kwalunkwe aġġustament skont l-Artikolu 714(8) jew l-Artikolu 716 ta’ dan il-Ftehim għal dik is-sena N, minn

(b)

l-għadd ta’ sejħiet għal fondi għal dik is-sena N skont il-paragrafi 2 u 4:

L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu ma għandha l-ebda effett fuq l-istabbiliment tal-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika skont l-Artikoli 716 u 721. Għall-kalkoli kollha ta’ ammonti oħra relatati mal-Parti V ta’ dan il-Ftehim, il-kontribuzzjoni annwali tar-Renju Unit għandha tqis dan il-paragrafu.

7.   

Fejn il-partċeipazzjoni tar-Renju Unit tiġi terminata skont l-Artikolu 719 jew l-Artikolu 720 ta’ dan il-Ftehim kwalunkwe pagament relatat mal-perjodu qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, li ġie pospost skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Anness, għandu jsir dovut. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħa għall-fondi b’rabta mal-ammont dovut mhux aktar tard minn xahar wara li t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ. Ir-Renju Unit għandu jħallas dan l-ammont dovut fi żmien 60 jum mill-ħruġ tas-sejħa għall-fondi.

8.   

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)(“ir-Regolament Finanzjarju”) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet.

9.   

Fin-nuqqas ta’ ħlas mir-Renju Unit sad-data dovuta, il-Kummissjoni għandha tibgħat ittra formali ta’ tfakkira.

Kwalunkwe dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jwassal għall-ħlas ta’ imgħax ta’ inadempjenza mir-Renju Unit fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta sal-jum li fih dak l-ammont pendenti jitħallas kollu.

Ir-rata tal-imgħax fuq l-ammonti riċevibbli iżda mhux imħallsa fid-data dovuta għandha tkun ir-rata li japplika l-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar meta kellu jsir il-ħlas, jew 0 fil-mija, skont liema tkun l-ogħla, b’żieda ta’ tliet punti perċentwali u nofs.


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ANNESS 48

REGOLI TA’ PROĊEDURA GĦAS-SOLUZZJONI TA’ TILWIM

I.   Definizzjonijiet

1.

Għall-iskopijiet tat-Titolu I tas-Sitt Parti ta’ dan il-Ftehim u ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura , japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“persunal amministrattiv”, fir-rigward ta’ arbitru, tfisser individwi taħt id-direzzjoni u l-kontroll ta’ arbitru, minbarra assistenti;

(b)

“konsulent” tfisser individwu magħżul minn Parti sabiex jagħti pariri jew jassisti lil dik il-Parti b’konnessjoni mal-proċedimenti ta’ arbitraġġ;

(c)

“tribunal tal-arbitraġġ” tfisser tribunal stabbilit skont l-Artikolu 740 ta’ dan il-Ftehim;

(d)

“arbitru” tfisser membru tat-tribunal tal-arbitraġġ;

(e)

“assistent” tfisser individwu li, skont it-termini tal-ħatra u skont id-direzzjoni u l-kontroll ta’ arbitru, iwettaq riċerka jew jassisti lil dak l-arbitru;

(f)

"il-Parti li tressaq l-ilment" tfisser kull Parti li titlob it-twaqqif ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 739 ta’ dan il-Ftehim;

(g)

“reġistru” tfisser korp estern b’għarfien espert rilevanti maħtur mill-Partijiet biex jipprovdi appoġġ amministrattiv għall-proċedimenti;

(h)

“Parti konvenuta” tfisser il-Parti li allegatament tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet koperti; u

(i)

“rappreżentant ta’ Parti” tfisser impjegat jew kwalunkwe individwu maħtur minn dipartiment tal-gvern, aġenzija jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti li tirrappreżenta l-Parti għall-finijiet ta’ tilwima skont dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari.

II.   Notifiki

2.

Kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor ta’:

(a)

it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jintbagħat liż-żewġ Partijiet fl-istess ħin;

(b)

Parti li hija indirizzata lit-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra fl-istess ħin; u

(c)

Parti li hija indirizzata lit-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra fl-istess ħin;

3.

Kwalunkwe notifika msemmija fir-regola 2 għandha ssir bil-posta elettronika jew, fejn xieraq, bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdi prova li d-dokument ikun intbagħat. Sakemm ma jkunx ippruvat mod ieħor, tali notifika għandha titqies li tkun waslet fl-istess data li tkun intbagħtet.

4.

In-notifiki kollha għandhom ikunu indirizzati lis-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Konsulent Legali tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin, il-Commonwealth u l-Iżvilupp tar-Renju Unit, rispettivament.

5.

Żbalji żgħar ta’ natura klerikali li jsiru f’xi talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċedimenti tat-tribunal tal-arbitraġġ jistgħu jitranġaw permezz tal-kunsinna ta’ dokument ġdid li jindika l-bidliet b’mod ċar.

6.

Jekk l-aħħar jum għall-konsenja ta’ dokument jaħbat f’jum mhux tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew tal-gvern tar-Renju Unit, il-perjodu ta’ żmien għall-konsenja tad-dokument għandu jintemm fl-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

III.   Ħatra ta’ arbitri

7.

Jekk skont l-Artikolu 740 ta’ dan il-Ftehim, arbitru jintgħażel bil-polza, il-kopresident tal-Kunsill ta’ Sħubija tal-Parti lmentatriċi għandu jinforma minnufih lill-kopresident tal-Parti konvenuta dwar id-data, il-ħin u l-post tal-polza. Il-Parti konvenuta tista’ tkun preżenti matul il-polza, jekk tagħżel hekk. F’kull każ, il-votazzjoni ssir bil-Parti jew bil-Partijiet li jkunu preżenti.

8.

Il-kopresident tal-Parti lmentatriċi għandu jinnotifika, bil-miktub, lil kull individwu li jkun intgħażel biex iservi bħala arbitru dwar il-ħatra tiegħu. Kull individwu għandu jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu liż-żewġ Partijiet fi żmien ħamest ijiem mid-data li fiha jkun ġie infurmat bil-ħatra tiegħu.

9.

Il-kopresident tal-Kunsill ta’ Sħubija tal-Parti lmentatriċi għandu jagħżel bil-polza l-arbitru jew il-president, fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 740(2) ta’ dan il-Ftehim, jekk kwalunkwe waħda mis-sublisti msemmija fl-Artikolu 752(1) ta’ dan il-Ftehim:

(a)

ma tkunx stabbilita, minn fost dawk l-individwi li jkunu ġew proposti formalment minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet għall-istabbiliment ta’ dik is-sottolista partikolari; jew

(b)

ma jkunx għad fiha mill-inqas ħames individwi, fost dawk l-individwi li jibqgħu fuq dik is-sublista partikolari.

10.

Il-Partijiet jistgħu jaħtru reġistru biex jassisti fl-organizzazzjoni u jmexxi l-proċedimenti speċifiċi għas-soluzzjoni tat-tilwim fuq il-bażi ta’ arranġamenti ad hoc jew fuq il-bażi ta’ arranġamenti adottati mill-Kunsill ta’ Sħubija skont l-Artikolu 759 ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jqis jekk hemmx kwalunkwe emenda meħtieġa għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, sa mhux aktar tard minn 180 jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

IV.   Laqgħa Organizzattiva

11.

Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, huma għandhom jiltaqgħu mat-tribunal tal-arbitraġġ fi żmien sebat ijiem mit-twaqqif tiegħu sabiex jistabbilixxu dawk il-kwistjonijiet li l-Partijiet jew it-tribunal tal-arbitraġġ iqisu xierqa, inklużi:

(a)

jekk mhux determinat qabel, ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-arbitri, li fi kwalunkwe każ għandhom ikunu skont l-istandards tad-WTO;

(b)

ir-remunerazzjoni li għandha titħallas lill-assistenti; l-ammont totali tar-remunerazzjoni ta’ assistent jew assistenti ta’ kull arbitru ma għandux jaqbeż il-50% tar-remunerazzjoni ta’ dak l-arbitru;

(c)

is-skeda ta’ żmien tal-proċedimenti; u

(d)

il-proċeduri ad hoc għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

L-arbitri u r-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jieħdu sehem f’din il-laqgħa permezz tat-telefown jew ta’ konferenzaawdjoviżiva.

V.   Sottomissjonijiet bil-Miktub

12.

Il-Parti lmentatriċi għandha tippreżenta s-sottomissjoni bil-miktub tagħha mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-Parti konvenuta għandha tippreżenta s-sottomissjoni bil-miktub tagħha sa mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tal-wasla tas-sottomissjoni bil-miktub tal-Parti lmentatriċi.

VI.   Operat tat-tribunal tal-arbitraġġ

13.

Il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jippresjedi l-laqgħat kollha tiegħu. It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.

14.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fit-Titolu I tas-Sitt Parti ta’ dan il-Ftehim jew f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż bit-telefown, trażmissjonijiet bil-faks jew kollegamenti bil-kompjuter.

15.

L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ, iżda t-tribunal tal-arbitraġġ jista' jippermetti lill-assistenti tagħhom ikunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.

16.

L-abbozzar ta’ kwalunkwe, sentenza, deċiżjoni u rapport għandu jibqa’ r-responsabbiltà esklużiva tat-tribunal tal-arbitraġġ u ma jistax jiġi delegat.

17.

Meta tqum kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mit-Titolu I tas-Sitt Parti ta’ dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu, it-tribunal tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, jista’ jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

18.

Meta t-tribunal tal-arbitraġġ iqis li hemm bżonn li jiġi mmodifikat kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta’ żmien għall-proċedimenti għajr il-perjodi ta’ żmien stabbiliti fit-Titolu I tas-Sitt Parti ta’ dan il-Ftehim jew li jsir kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma lill-Partijiet, bil-miktub u wara konsultazzjoni mal-Partijiet, dwar ir-raġunijiet għall-bidla jew l-aġġustament u dwar il-perjodu ta’ żmien jew l-aġġustament meħtieġ.

VII.   Sostituzzjoni

19.

Meta Parti tqis li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 49 u għal dik ir-raġuni jenħtieġ li jiġi sostitwit, dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun kisbet biżżejjed evidenza tan-nuqqas allegat tal-arbitru li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak l-Anness.

20.

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw fi żmien 15-il jum min-notifika msemmija fir-regola 19. Huma għandhom jinfurmaw lill-arbitru dwar l-allegat nuqqas tiegħu u jistgħu jitolbu lill-arbitru jieħu passi biex itejjeb in-nuqqas. Huma jistgħu wkoll, jekk jaqblu fuq hekk, ineħħu lill-arbitru u jagħżlu arbitru ġdid skont l-Artikolu 740 ta’ dan il-Ftehim.

21.

Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jinbidel l-arbitru, minbarra l-president tat-tribunal tal-arbitraġġ, kwalunkwe Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tat-tribunal tal-arbitraġġ, li d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun finali.

Jekk il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ isib li l-arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 49, l-arbitru l-ġdid għandu jintgħażel skont l-Artikolu 740 ta’ dan il-Ftehim.

22.

Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, kwalunkwe Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tingħadda lil xi wieħed mill-individwi mis-sublista ta' presidenti stabbiliti skont l-Artikolu 752 ta' dan il-Ftehim. Ismu jew isimha għandu jittella’ bil-polza mill-kopresident tal-Kunsill ta’ Sħubija tal-Parti rikjedenti, jew mid-delegat tal-president. Id-deċiżjoni mill-persuna magħżula dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president għandha tkun finali.

Jekk din il-persuna ssib li l-President ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 49, il-President il-ġdid għandu jintgħażel skont l-Artikolu 740 ta’ dan il-Ftehim.

VIII.   Seduti ta’ smigħ

23.

Fuq il-bażi tal-iskeda ta’ żmien stabbilita skont ir-regola 11, wara konsultazzjoni mal-Partijiet u l-arbitri l-oħra, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar id-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblikament disponibbli mill-Parti fejn isseħħ is-seduta ta’ smigħ, sakemm is-seduta ta’ smigħ ma tkunx magħluqa għall-pubbliku.

24.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta ta’ smigħ għandha ssir f’Londra jekk il-Parti lmentatriċi tkun l-Unjoni u fi Brussell jekk il-Parti lmentatriċi tkun ir-Renju Unit. Il-Parti konvenuta għandha ġġarrab l-ispejjeż li jirriżultaw mill-amministrazzjoni loġistika tas-seduta ta’ smigħ.

25.

It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jsejjaħ seduti ta’ smigħ addizzjonali jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

26.

L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti tul is-seduti ta’ smigħ kollha.

27.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu s-seduti ta’ smigħ, irrispettivament minn jekk is-seduti ta’ smigħ ikunx miftuħ għall-pubbliku jew le:

(a)

rappreżentanti ta’ Parti;

(b)

konsulenti;

(c)

assistenti u persunal amministrattiv;

(d)

interpreti, tradutturi u korrispondenti tal-qorti tal-bord tal-arbitraġġ; u

(e)

esperti, kif deċiż minn tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu (2) tal-Ftehim.

28.

Mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ, kull Parti għandha tagħti lit-tribunal tal-arbitraġġ u lill-Parti l-oħra lista tal-ismijiet tal-persuni li jkunu se jagħmlu sottomissjonijiet jew preżentazzjonijiet orali fis-seduta ta’ smigħ f’isem dik il-Parti u ta’ rappreżentanti u konsulenti oħra li jkunu se jattendu s-seduta ta’ smigħ.

29

It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta ta’ smigħ kif ġej, filwaqt li jiżgura li l-Parti lmentatriċi u l-Parti konvenuta jingħataw l-istess ħin kemm fl-argument kif ukoll fil-kontroargument:

 

Argument

(a)

l-argument tal-Parti lmentatriċi;

(b)

l-argument tal-Parti konvenuta.

 

Kontroargument

(a)

it-tweġiba tal-Parti lmentatriċi;

(b)

il-kontrorisposta tal-Parti konvenuta.

30.

It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jagħmel domandi lil kwalunkwe waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe ħin waqt is-seduta ta’ smigħ.

31.

It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti għat-traskrizzjoni tas-smigħ li għandha titħejja u tiġi kkonsenjata lill-Partijiet malajr kemm jista’ jkun wara s-seduta ta’ smigħ. Il-Partijiet jistgħu jikkummentaw dwar it-traskrizzjoni u t-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jikkunsidra dawk il-kummenti.

32.

Kull Parti tista’ tippreżenta sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li setgħet qamet matul is-seduta ta’ smigħ fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data tas-seduta ta’ smigħ.

IX.   Domandi bil-Miktub

33.

It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jagħmel domandi bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kwalunkwe domanda magħmula lil waħda mill-Partijiet għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra.

34.

Kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra kopja tar-risposti tagħha għad-domandi magħmula mit-tribunal tal-arbitraġġ. Il-Parti l-oħra għandu jkollha l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar ir-risposti tal-Parti fi żmien ħamest ijiem wara l-konsenja ta’ tali kopja.

X.   Kunfidenzjalità

35.

Kull Parti u t-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni mressqa mill-Parti l-oħra lit-tribunal tal-arbitraġġ li l-Parti l-oħra tkun indikat bħala kunfidenzjali. Meta Parti tissottometti lit-tribunal tal-arbitraġġ sottomissjoni bil-miktub li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, hija għandha tipprovdi wkoll, fi żmien 15-il jum, sottomissjoni mingħajr l-informazzjoni kunfidenzjali li għandha tiġi żvelata lill-pubbliku.

36.

Xejn f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma għandu jipprekludi Parti milli tiżvela dikjarazzjonijiet tal-pożizzjonijiet tagħha lill-pubbliku sal-punt li, meta tagħmel referenza għall-informazzjoni sottomessa mill-Parti l-oħra, ma tiżvela l-ebda informazzjoni indikata mill-Parti l-oħra bħala kunfidenzjali.

37.

It-Tribunal tal-arbitraġġ għandu jżomm il-partijiet rilevanti tas-sessjoni fil-privat meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta’ Parti jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti ta’ smigħ tat-tribunal tal-arbitraġġ meta s-seduti ta’ smigħ jinżammu f’seduta magħluqa.

XI.   Kuntatti ex parte

38.

It-tribunal tal-arbitraġġ m’għandux jiltaqa’ jew jikkomunika ma’ Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra.

39.

Arbitru ma għandu jiddiskuti l-ebda aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma’ Parti waħda jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-arbitri l-oħra.

XII.   Sottomissjonijiet amicus curiae

40.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mhux mitluba minn persuni fiżiċi ta’ Parti jew persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju ta’ Parti li jkunu indipendenti mill-gvernijiet tal-Partijiet, sakemm dawn:

(a)

jaslu għand it-tribunal tal-arbitraġġ fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ;

(b)

ikunu konċiżi u fl-ebda każ ma jkunu itwal minn 15-il paġna, inkluż kwalunkwe anness, u ttajpjati bi spazju doppju;

(c)

ikunu direttament rilevanti għal kwistjoni fattwali jew legali li tkun qed tiġi kkunsidrata mit-tribunal tal-arbitraġġ;

(d)

jinkludu deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, inkluż, għal persuna fiżika, in-nazzjonalità tagħha u għal persuna ġuridika, il-post ta’ stabbiliment tagħha, in-natura tal-attivitajiet tagħha, l-istatus legali tagħha, l-għanijiet ġenerali u s-sorsi tagħha ta’ finanzjament;

(e)

jispeċifikaw in-natura tal-interess li dik il-persuna għandha fil-proċedimenti tal-arbitraġġ; u

(f)

huma abbozzati bl-Ingliż.

41.

Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom. Il-Partijiet jistgħu jippreżentaw kummenti, fi żmien għaxart ijiem mill-konsenja, lit-tribunal tal-arbitraġġ.

42.

It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jelenka fir-rapport tiegħu s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva skont ir-regola 40. It-tribunal tal-arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jindirizza fir-rapport tiegħu l-argumenti li jkunu saru f’dawn is-sottomissjonijiet, madankollu, jekk jagħmel dan, għandu jqis ukoll kwalunkwe kumment magħmul mill-Partijiet skont ir-regola 41.

XIII.   Każijiet urġenti

43.

F’każijiet ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 744 ta’ dan il-Ftehim, it-tribunal tal-arbitraġġ, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, għandu jaġġusta, kif xieraq, il-perjodi ta’ żmien imsemmija f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinnotifika lill-Partijiet b’tali aġġustamenti.

XIV.   Traduzzjoni u interpretazzjoni

44.

Il-lingwa tal-proċedimenti quddiem it-tribunal tal-arbitraġġ għandha tkun l-Ingliż. Is-sentenzi, ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jinħarġu bl-Ingliż.

45.

Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha tat-traduzzjoni ta’ kwalunkwe dokument ippreżentat lit-tribunal tal-arbitraġġ li ma jkunx tfassal oriġinarjament bl-Ingliż, kif ukoll kwalunkwe spiża relatata mal-interpretazzjoni matul is-seduta ta’ smigħ relatata mar-rappreżentanti jew mal-konsulenti tagħha.

XV.   Proċeduri Oħra

46.

Il-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-perjodi ta’ żmien speċjali stipulati għall-adozzjoni ta’ rapport jew deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ fil-proċediment kif previst fl-Artikoli 747 sa 750 ta’ dan il-Ftehim.

ANNESS 49

KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦALL-ARBITRI

I.   Definizzjonijiet

1.

Għall-finijiet tal-Kodiċi ta’ Kondotta, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)

“persunal amministrattiv”, fir-rigward ta’ arbitru, tfisser individwi taħt id-direzzjoni u l-kontroll ta’ arbitru, minbarra assistenti;

(b)

“arbitru” tfisser membru ta’ tribunal tal-arbitraġġ;

(c)

“assistent” tfisser individwu li, skont it-termini tal-ħatra ta’ arbitru, iwettaq riċerka jew jassisti lil dak l-arbitru; u

(d)

"kandidat" tfisser individwu li ismu jkun f’lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 752 ta’ dan il-Ftehim jew li jkun ikkunsidrat għall-għażla bħala arbitru skont l-Artikolu 740 ta’ dan il-Ftehim;

II.   Prinċipji Regolatorji

2.

Sabiex jinżammu l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, kull kandidat u kull arbitru għandu:

(a)

jiffamiljarizza ruħu ma’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta;

(b)

ikun indipendenti u imparzjali;

(c)

jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti;

(d)

jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta’ kondotta skorretta jew preġudizzju;

(e)

josserva standards għolja ta’ kondotta; u

(f)

ma jkunx influwenzat mill-interess personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, u lealtà lejn xi Parti jew biża’ mill-kritika.

3.

Arbitru ma għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal obbligi jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista’ bi kwalunkwe mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, it-twettiq xieraq ta’ dmirijietu.

4.

Arbitru ma għandux juża l-pożizzjoni tiegħu fuq it-tribunal tal-arbitraġġ biex imexxi ’l quddiem interessi personali jew privati. Arbitru għandu jevita azzjonijiet li jistgħu joħolqu l-impressjoni li xi oħrajn jinsabu f’pożizzjoni speċjali li jinfluwenzawh.

5.

Arbitru ma għandux iħalli relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, tan-negozju, professjonali, personali jew soċjali, passati jew preżenti, jinfluwenzaw il-kondotta jew ġudizzju tiegħu.

6.

Arbitru għandu jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew jikseb kwalunkwe interess finanzjarju li x’aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista’ joħloq b’mod raġonevoli impressjoni ta’ aġir mhux xieraq jew preġudizzju.

III.   Obbligi ta’ żvelar

7.

Qabel ma jaċċetta l-ħatra tiegħu bħala arbitru skont l-Artikolu 740 ta’ dan il-Ftehim, kandidat mitlub li jservi ta’ arbitru għandu jiddikjara kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni li x’aktarx li taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu, jew li tista’ toħloq b’mod raġonevoli dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew preġudizzju fil-proċedimenti. Għal dan il-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni bħal dawn, inklużi interessi finanzjarji, interessi professjonali, jew interessi ta’ impjieg jew tal-familja.

8.

L-obbligi ta’ żvelar skont il-paragrafu 7 huwa dmir kontinwu li jirrikjedi li arbitru jiżvela kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn li jistgħu jinqalgħu matul kwalunkwe stadju tal-proċedimenti.

9.

Kandidat jew arbitru għandu jikkomunika lill-Kunsill ta’ Sħubija għall-konsiderazzjoni mill-Partijiet kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna ksur attwali jew potenzjali ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta mill-aktar fis possibbli li jsir jaf bihom.

IV.   Dmirijiet tal-Arbitri

10.

Wara l-konferma tal-ħatra, arbitru għandu jkun disponibbli biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu u għandu jwettaqhom fil-fond u malajr matul il-proċedimenti, u b’mod ġust u b’diliġenza.

11.

Arbitru għandu jqis biss il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu fil-proċedimenti u li huma meħtieġa għal deċiżjoni u ma għandux jiddelega dan id-dmir lil xi persuna oħra.

12.

Arbitru għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jiżgura li l-assistenti u l-persunal amministrattiv tiegħu jkunu konxji tal-obbligi assunti mill-Arbitri skont il-Partijiet II, III, IV u VI ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, u josservawhom.

V.   Obbligi ta’ ex Arbitri

13.

Kull ex arbitru għandu jevita azzjonijiet li jistgħu joħolqu l-impressjoni li kien ippreġudikat fit-twettiq tad-dmirijiet jew li ħa vantaġġ mid-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ.

14.

Kull ex arbitru għandu jikkonforma mal-obbligi fil-Parti VI ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.

VI.   Kunfidenzjalità

15.

Arbitru ma għandux, fi kwalunkwe ħin, jiżvela xi informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna l-proċedimenti jew li jkun kiseb waqt il-proċedimenti li għalihom ikun inħatar. Arbitru ma għandux, fi kwalunkwe każ, jiżvela jew juża tali informazzjoni biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn, jew biex jaffettwa b’mod negattiv l-interessi ta’ oħrajn.

16.

Arbitru ma għandux jiżvela deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ jew partijiet minnha qabel il-pubblikazzjoni tagħha skont it-Titolu I tas-Sitt Parti ta’ dan il-Ftehim.

17.

Arbitru ma għandux, fi kwalunkwe ħin, jiżvela d-deliberazzjonijiet ta’ tribunal tal-arbitraġġ, jew l-opinjoni ta’ kwalunkwe arbitru, u lanqas ma għandu jagħmel xi dikjarazzjonijiet dwar il-proċedimenti li għalihom ikun inħatar jew dwar il-kwistjonijiet ikkontestati fil-proċedimenti.

VII.   Spejjeż

18.

Kull arbitru għandu jżomm rekord u jagħti rendikont finali tal-ħin iddedikat għall-proċedimenti u tal-ispejjeż tiegħu, kif ukoll tal-ħin u l-ispejjeż tal-assistenti u l-persunal amministrattiv tiegħu.

PROTOKOLL DWAR IL-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI FIL-QASAM TAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD U DWAR L-ASSISTENZA REĊIPROKA GĦALL-IRKUPRU TAL-PRETENSJONIJIET RELATATI MA' TAXXI U DAZJI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu PVAT.1

Objettiv

L-objettiv ta' dan il-Protokoll huwa li jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit, sabiex l-awtoritajiet tagħhom ikunu jistgħu jassistu lil xulxin fl-iżgurar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-VAT u fil-protezzjoni tad-dħul mill-VAT u fl-irkupru tal-pretensjonijiet relatati ma' taxxi u dazji.

Artikolu PVAT.2

Kamp ta' applikazzjoni

1.

Dan il-Protokoll jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni:

(a)

biex tiġi skambjata l-informazzjoni kollha li tista' tgħin biex tiġi vvalutata kif suppost il-VAT, biex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni t-tajba tal-VAT u biex tiġi miġġielda l-frodi fil-qasam tal-VAT; u

(b)

għall-irkupru ta':

(i)

pretensjonijiet relatati mal-VAT, id-dazji doganali u d-dazji tas-sisa, imposti minn jew f'isem Stat jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tiegħu, eskluż l-awtoritajiet lokali, jew f'isem l-Unjoni;

(ii)

pieni amministrattivi, multi, tariffi u ħlasijiet addizzjonali relatati mal-pretensjonijiet imsemmija fil-punt (i) imposti mill-awtoritajiet amministrattivi li jkunu kompetenti sabiex jimponu t-taxxi jew id-dazji kkonċernati jew sabiex iwettqu inkjesti amministrattivi fir-rigward tagħhom, jew ikkonfermati minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji fuq it-talba ta' dawk l-awtoritajiet amministrattivi; u

(iii)

imgħax u spejjeż relatati mal-pretensjonijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii).

2.

Dan il-Protokoll ma jaffettwax l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tal-VAT u l-assistenza għall-irkupru ta' pretensjonijiet bejn l-Istati Membri.

3.

Dan il-Protokoll ma jaffettwax l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali.

Artikolu PVAT.3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"inkjesta amministrattiva" tfisser il-kontrolli, il-verifiki u l-azzjoni l-oħra kollha meħuda mill-Istati fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-VAT;

(b)

"awtorità applikanti" tfisser uffiċċju ċentrali ta' kollegament jew dipartiment ta' kollegament ta' Stat li jagħmel talba skont it-Titolu III;

(c)

"skambju awtomatiku" tfisser il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel lil Stat ieħor, mingħajr talba minn qabel;

(d)

"b'mezzi elettroniċi" tfisser l-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (fosthom il-kompressjoni diġitali) u għall-ħażna tad-data, u l-użu ta' fili, tax-xandir bir-radju, tat-teknoloġiji ottiċi jew ta' mezzi elettromanjetiċi oħra;

(e)

"network CCN/CSI" tfisser il-pjattaforma komuni bbażata fuq in-network komuni ta' komunikazzjoni ("CCN") u l-interfaċċa komuni tas-sistema ("CSI"), żviluppata mill-Unjoni biex tiżgura t-trażmissjonijiet kollha b'mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tat-tassazzjoni;

(f)

"uffiċċju ċentrali ta' kollegament" tfisser l-uffiċċju maħtur skont l-Artikolu PVAT.4(2) bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti għall-applikazzjoni tat-Titolu II jew it-Titolu III;

(g)

"awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità maħtura skont l-Artikolu PVAT.4(1);

(h)

"uffiċjal kompetenti" tfisser kwalunkwe uffiċjal maħtur skont l-Artikolu PVAT.4(4) li jista' jiskambja informazzjoni direttament skont it-Titolu II;

(i)

"dazji doganali" tfisser id-dazju pagabbli fuq il-merkanzija li tidħol jew toħroġ mit-territorju doganali ta' kull Parti skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Partijiet rispettivi;

(j)

"dazji tas-sisa" tfisser dawk id-dazji u l-imposti definiti bħala tali skont il-leġiżlazzjoni domestika tal-Istat li fih tinsab l-awtorità applikanti;

(k)

"Dipartiment ta' kollegament" tfisser kwalunkwe uffiċċju għajr l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament maħtur bħala tali skont l-Artikolu PVAT.4(3) biex jitlob jew jagħti assistenza reċiproka skont it-Titolu II jew it-Titolu III;

(l)

"persuna" tfisser kwalunkwe persuna kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 512 ta' dan il-Ftehim; (1)

(m)

"awtorità rikjesta" tfisser l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament, id-dipartiment ta' kollegament jew, sa fejn hija kkonċernata l-kooperazzjoni skont it-Titolu II, l-uffiċjal kompetenti li jirċievi talba minn awtorità rikjedenti jew minn awtorità applikanti;

(n)

"awtorità rikjedenti" tfisser uffiċċju ċentrali ta' kollegament, dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti li jagħmel talba għal assistenza skont it-Titolu II, f'isem awtorità kompetenti;

(o)

"kontroll simultanju" tfisser il-verifika koordinata tas-sitwazzjoni tat-taxxa ta' persuna taxxabbli jew ta' żewġ persuni taxxabbli relatati jew aktar organizzati minn żewġ Stati jew aktar b'interessi komuni jew komplementari;

(p)

"Kumitat Speċjalizzat" tfisser il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Kummerċ dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru tat-Taxxi u d-Dazji;

(q)

"skambju spontanju" tfisser il-komunikazzjoni mhux sistematika, fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel, ta' informazzjoni lil Stat ieħor;

(r)

"Stat" tfisser Stat Membru, jew ir-Renju Unit, kif jeħtieġ il-kuntest;

(s)

"pajjiż terz" tfisser pajjiż li la huwa Stat Membru u lanqas ir-Renju Unit;

(t)

"VAT" tfisser taxxa fuq il-valur miżjud skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud għall-Unjoni u tfisser taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud 1994 għar-Renju Unit.

Artikolu PVAT.4

Organizzazzjoni

1.

Kull Stat għandu jaħtar awtorità kompetenti responsabbli mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

2.

Kull Stat għandu jaħtar:

(a)

uffiċċju ċentrali ta' kollegament bir-responsabbiltà prinċipali għall-applikazzjoni tat-Titolu II ta' dan il-Protokoll; u

(b)

uffiċċji ċentrali ta' kollegament bir-responsabbiltà prinċipali għall-applikazzjoni tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll.

3.

Kull awtorità kompetenti tista' taħtar, b'mod dirett jew permezz ta' delega:

(a)

dipartimenti ta' kollegament biex jiskambjaw direttament informazzjoni skont it-Titolu II ta' dan il-Protokoll;

(b)

dipartimenti ta' kollegament biex jitolbu jew jagħtu assistenza reċiproka skont it-Titolu III ta' dan il-Protokoll, fir-rigward tal-kompetenzi territorjali jew operazzjonali speċifiċi tagħhom.

4.

Kull awtorità kompetenti tista' taħtar, direttament jew b'delega, uffiċjali kompetenti li jistgħu jiskambjaw direttament informazzjoni abbażi tat-Titolu II ta' dan il-Protokoll.

5.

Kull uffiċċju ċentrali ta' kollegament għandu jżomm aġġornata l-lista tad-dipartimenti ta' kollegament u tal-uffiċjali kompetenti u jagħmilha disponibbli għall-uffiċċji ċentrali ta' kollegament l-oħra.

6.

Meta dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba għall-assistenza skont dan il-Protokoll, huwa għandu jgħarraf lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tiegħu b'dan.

7.

Meta uffiċċju ċentrali ta' kollegament, dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jirċievi talba għall-assistenza reċiproka li tkun teħtieġ azzjoni li ma taqax fil-kompetenza tiegħu, huwa għandu jgħaddi din it-talba lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament jew lid-dipartiment ta' kollegament kompetenti mingħajr dewmien u għandu jgħarraf lill-awtorità rikjedenti jew lill-awtorità applikanti b'dan. F'każ bħal dan, il-perjodu stabbilit fl-Artikolu PVAT.8 għandu jibda mill-jum wara li t-talba għal assistenza tkun intbagħtet lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament kompetenti jew lid-dipartiment ta' kollegament kompetenti.

8.

Kull Parti għandha tinforma lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħha għall-finijiet ta' dan il-Protokoll fi żmien xahar mill-iffirmar ta' dan il-Ftehim u bi kwalunkwe tibdil fir-rigward ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien. Il-Kumitat Speċjalizzat għandu jżomm il-lista tal-awtoritajiet kompetenti aġġornata.

Artikolu PVAT.5

Ftehim dwar il-livell ta' servizz

Għandu jiġi konkluż ftehim dwar il-livell tas-servizz li jiżgura l-kwalità teknika u l-kwantità tas-servizzi għall-funzjonament tas-sistemi ta' komunikazzjoni u ta' skambju tal-informazzjoni skont proċedura stabbilita mill-Kumitat Speċjalizzat.

Artikolu PVAT.6

Kunfidenzjalità

1.

Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn Stat skont dan il-Protokoll għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali u għandha tiġi protetta bl-istess mod bħall-informazzjoni miksuba skont id-dritt domestiku tiegħu.

2.

Tali informazzjoni tista' tiġi żvelata lil persuni jew awtoritajiet (inkluż qrati u korpi amministrattivi jew superviżorji) ikkonċernati mill-applikazzjoni tal-liġijiet tal-VAT u għall-fini ta' valutazzjoni korretta tal-VAT kif ukoll għall-fini tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' infurzar inkluż miżuri ta' rkupru jew kawtelatorji fir-rigward ta' pretensjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu PVAT.2(1).

3.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tintuża wkoll għall-valutazzjoni ta' taxxi oħra u għall-valutazzjoni u l-infurzar, inkluż miżuri ta' rkupru jew kawtelatorji, fir-rigward ta' pretensjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali. Jekk l-informazzjoni skambjata tiżvela li hemm ksur tal-liġi tat-taxxa jew tgħin biex dan jiġi ppruvat, din tista' tintuża wkoll biex jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali. Il-persuni jew l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 biss jistgħu jużaw l-informazzjoni, u jistgħu jagħmlu dan biss għall-finijiet imniżżla fis-sentenzi preċedenti ta' dan il-paragrafu. Huma jistgħu jiżvelawha fi proċedimenti tal-qrati pubbliċi jew f'deċiżjonijiet ġudizzjarji.

4.

Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Istat li jipprovdi l-informazzjoni għandu, abbażi ta' talba motivata, jippermetti l-użu tagħha għal finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu PVAT.2(1) mill-Istat li jirċievi l-informazzjoni jekk, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat li jipprovdi l-informazzjoni, l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet simili. L-awtorità rikjesta għandha taċċetta jew tirrifjuta talba bħal din fi żmien xahar.

5.

Rapporti, dikjarazzjonijiet u kwalunkwe dokument ieħor, jew kopji awtentikati jew estratti minnhom, miksuba minn Stat taħt l-assistenza pprovduta minn dan il-Protokoll jistgħu jiġu invokati bħala evidenza f'dak l-Istat fuq l-istess bażi bħal dokumenti simili pprovduti minn awtorità oħra ta' dak l-Istat.

6.

Informazzjoni pprovduta minn Stat lil Stat ieħor tista' tiġi trażmessa minn dan tal-aħħar lil Stat ieħor, soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni. L-Istat tal-oriġini tal-informazzjoni jista' jopponi t-tali kondiviżjoni tal-informazzjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-komunikazzjoni tal-Istat li jkun jixtieq jaqsam dik l-informazzjoni.

7.

L-Istati jistgħu jittrażmettu informazzjoni miksuba skont dan il-Protokoll lil pajjiżi terzi soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni tkun qablet ma' dik it-trażmissjoni; u

(b)

it-trażmissjoni hija permessa permezz ta' arranġamenti ta' assistenza bejn l-Istat li jittrażmetti l-informazzjoni u dak il-pajjiż terz partikolari.

8.

Meta Stat jirċievi informazzjoni minn pajjiż terz, l-Istati jistgħu jiskambjaw dik l-informazzjoni, sa fejn ikun permess mill-arranġamenti ta' assistenza ma' dak il-pajjiż terz partikolari.

9.

Kull Stat għandu jinnotifika immedjatament lill-Istati l-oħra kkonċernati dwar kwalunkwe ksur tal-kunfidenzjalità, u kwalunkwe sanzjonijiet u azzjonijiet ta' rimedju imposti konsegwentement.

10.

Persuni debitament akkreditati mill-Awtorità ta' Akkreditazzjoni ta' Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea jista' jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni biss sa fejn ikun meħtieġ għall-kura, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi ospitati mill-Kummissjoni u użati mill-Istati biex jimplimentaw dan il-Protokoll.

TITOLU II

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U ĠLIEDA KONTRA L-FRODI TAL-VAT

KAPITOLU WIEĦED

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI FUQ TALBA

Artikolu PVAT.7

Skambju ta' informazzjoni u inkjesti amministrattivi

1.

Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2(1), inkluż kwalunkwe informazzjoni relatata ma' każ jew każijiet speċifiċi.

2.

Għall-finijiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità rikjesta għandha tagħmel arranġamenti għat-twettiq ta' kwalunkwe inkjesta amministrattiva meħtieġa biex tinkiseb din l-informazzjoni.

3.

It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista' tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. L-awtorità rikjesta għandha twettaq l-inkjesta amministrattiva f'konsultazzjoni mal-awtorità rikjedenti fejn meħtieġ. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-fehma li ma tkun meħtieġa l-ebda inkjesta amministrattiva, hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.

4.

Jekk l-awtorità rikjesta tirrifjuta inkjesta amministrattiva dwar l-ammonti li kienu ddikjarati jew dawk li kellhom jiġu ddikjarati minn persuna taxxabbli stabbilita fl-Istat tal-awtorità rikjesta, b'rabta mal-provvisti ta' oġġetti jew servizzi u l-importazzjonijiet ta' merkanzija li jsiru minn dik il-persuna taxxabbli u li huma taxxabbli fl-Istat tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha mill-inqas tipprovdi lill-awtorità rikjedenti d-dati u l-valuri ta' kwalunkwe provvista u importazzjoni rilevanti magħmula mill-persuna taxxabbli fl-Istat tal-awtorità rikjedenti matul is-sentejn preċedenti, sakemm l-awtorità rikjesta ma żżommx din l-informazzjoni skont il-leġiżlazzjoni domestika u mhijiex meħtieġa li tagħmel dan.

5.

Sabiex l-awtorità rikjesta jew l-awtorità amministrattiva li lejha tkun irrikorriet tikseb l-informazzjoni mfittxija jew twettaq l-inkjesta amministrattiva mitluba, hija għandha tipproċedi daqslikieku qed taġixxi f'isimha stess jew fuq talba ta' awtorità oħra fl-Istat tagħha stess.

6.

Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tibagħtilha kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun kisbet jew li jkollha fil-pussess tagħha kif ukoll ir-riżultati tal-inkjesti amministrattivi fil-forma ta' rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħrajn jew kopji ċċertifikati bħala awtentiċi jew ta' estratti minnhom.

7.

Id-dokumenti oriġinali għandhom jintbagħtu biss meta dan ma jmurx kontra d-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità rikjesta.

Artikolu PVAT.8

Limitu ta' żmien għall-għoti ta' informazzjoni

1.

L-awtorità rikjesta għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu PVAT.7 malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-wasla tat-talba. Madankollu, meta l-awtorità rikjesta tkun diġà fil-pussess ta' dik l-informazzjoni, il-limitu ta' żmien għandu jitnaqqas għal perjodu massimu ta' 30 jum.

2.

F'ċerti kategoriji speċjali ta' każijiet, jistgħu jiġu miftiehma limiti ta' żmien differenti minn dawk previsti fil-paragrafu 1 bejn l-awtoritajiet rikjesti u dawk rikjedenti.

3.

Meta l-awtorità rikjesta ma tkunx tista' twieġeb għat-talba fil-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, hija għandha tavża minnufih lill-awtorità rikjedenti bil-miktub bir-raġunijiet għaliex ma tistax tagħmel dan u meta tqis li x'aktarx tkun tista' tirrispondi.

KAPITOLU TNEJN

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI MINGĦAJR TALBA MINN QABEL

Artikolu PVAT.9

Tipi ta' skambju ta' informazzjoni

L-iskambju tal-informazzjoni mingħajr talba minn qabel għandu jkun jew skambju spontanju, kif previst fl-Artikolu PVAT.10, jew skambju awtomatiku, kif previst fl-Artikolu PVAT.11.

Artikolu PVAT.10

Skambju spontanju ta' informazzjoni

L-awtorità kompetenti ta' Stat għandha, mingħajr talba minn qabel, tibgħat lill-awtorità kompetenti ta' Stat ieħor l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2(1) li ma tkunx intbagħtet skont l-iskambju awtomatiku msemmi fl-Artikolu PVAT.11 u li tkun taf biha fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta t-tassazzjoni titqies li sseħħ fi Stat ieħor u l-informazzjoni hija meħtieġa għall-effettività tas-sistema ta' kontroll ta' dak l-Istat;

(b)

meta Stat ikollu raġunijiet biex jemmen li jkun twettaq ksur tal-leġiżlazzjoni tal-VAT jew li x'aktarx ikun twettaq fl-Istat l-ieħor;

(c)

meta jkun hemm riskju ta' telf ta' taxxa fl-Istat l-ieħor.

Artikolu PVAT.11

Skambju awtomatiku ta' informazzjoni

1.

Il-kategoriji tal-informazzjoni soġġetti għall-iskambju awtomatiku għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat Speċjalizzat skont l-Artikolu PVAT.39.

2.

Stat jista' jiddeċiedi li ma jiħux sehem fl-iskambju awtomatiku ta' kategorija tal-informazzjoni waħda jew iktar imsemmija fil-paragrafu 1 meta l-ġbir tal-informazzjoni għat-tali skambju jkun jitlob li jiġu imposti obbligi ġodda fuq il-persuni li għandhom iħallsu l-VAT jew meta dan il-ġbir ikun jimponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq dak l-Istat.

3.

Kull Stat għandu jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu meħuda skont il-paragrafu preċedenti.

KAPITOLU TLIETA

FOROM OĦRA TA' KOOPERAZZJONI

Artikolu PVAT.12

Notifika amministrattiva

1.

Fuq talba tal-awtorità rikjedenti u skont ir-regoli li jirregolaw in-notifika ta' strumenti simili u d-deċiżjonijiet fl-Istat tal-awtorità rikjesta, l-awtorità rikjesta għandha tinnotifika lid-destinatarju bl-istrumenti u bid-deċiżjonijiet kollha li jintbagħtu mill-awtoritajiet rikjedenti u li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT fl-Istat tal-awtorità rikjedenti.

2.

It-talbiet għal notifika, li jsemmu s-suġġett tal-istrument jew tad-deċiżjoni li għandha tiġi nnotifikata, għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz u kull informazzjoni rilevanti oħra għall-identifikazzjoni tad-destinatarju.

3.

L-awtorità rikjesta għandha tinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti bit-tweġiba tagħha għat-talba għal notifika u tinnotifikaha, b'mod partikolari, bid-data tan-notifika tad-deċiżjoni jew tal-istrument lid-destinatarju.

Artikolu PVAT.13

Preżenza f'uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni f'inkjesti amministrattivi

1.

Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-awtorità rikjesta tista' tippermetti lill-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità rikjedenti jkunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtorità rikjesta jew fi kwalunkwe post fejn dawk l-awtoritajiet iwettqu dmirijiethom sabiex isir l-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2(1). Fejn l-informazzjoni mitluba tinsab f'dokumentazzjoni li għaliha għandhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħhom fuq talba.

2.

Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u skont l-arranġamenti li stabbiliti minn din tal-aħħar, l-awtorità rikjesta tista' tippermetti lill-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità rikjedenti jkunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jsiru fit-territorju tal-Istat tal-awtorità rikjesta sabiex isir l-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2(1). Tali inkjesti amministrattivi għandhom jitwettqu esklużivament mill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta. L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta. Huma jistgħu, madankollu, ikollhom aċċess għall-istess bini u dokumenti bħal dawn tal-aħħar, permezz tal-intermedjazzjoni tal-uffiċjali tal-awtorità rikjesta u għall-iskop waħdieni li titwettaq l-inkjesta amministrattiva.

3.

Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtoritajiet rikjedenti jistgħu jieħdu sehem fl-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat rikjest sabiex ikun hemm ġbir u skambju tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2(1). Tali inkjesti amministrattivi għandhom jitwettqu b'mod konġunt mill-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti u dawk rikjesti u għandhom jitwettqu taħt id-direzzjoni u skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat rikjest. L-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u dokumenti bħall-uffiċjali tal-awtorità rikjesta u, sa fejn ikun permess mil-leġiżlazzjoni tal-Istat rikjest għall-uffiċjali tagħha, għandhom ikunu jistgħu jintervistaw persuni taxxabbli.

Meta jkun permess mil-leġiżlazzjoni tal-Istat rikjest, l-uffiċjali tal-Istati rikjedenti għandhom jeżerċitaw l-istess setgħat ta' spezzjoni bħal dawk mogħtija lill-uffiċjali tal-Istat rikjest.

Is-setgħat ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandhom jiġu eżerċitati għall-fini unika li titwettaq l-inkjesta amministrattiva.

Bi ftehim bejn l-awtoritajiet rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-awtorità rikjesta, l-awtoritajiet parteċipanti jistgħu jabbozzaw rapport ta' inkjesta komuni.

4.

L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti preżenti fi Stat ieħor skont il-paragrafi 1, 2 u 3 jridu f'kull ħin ikunu jistgħu jipproduċu awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità tagħhom u l-kariga uffiċjali tagħhom.

Artikolu PVAT.14

Kontrolli simultanji

1.

L-Istati jistgħu jiftiehmu li jwettqu kontrolli simultanji kull meta jqisu li tali kontrolli jkunu aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat wieħed biss.

2.

Stat partikolari għandu jidentifika b'mod indipendenti l-persuni taxxabbli li beħsiebu jipproponi għal kontroll simultanju. L-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat l-ieħor ikkonċernat bil-każijiet proposti għal kontroll simultanju. Għandha tagħti r-raġunijiet għall-għażla tagħha, kemm jista' jkun, billi tipprovdi l-informazzjoni li wasslet għad-deċiżjoni tagħha. Hija għandha tispeċifika l-perjodu ta' żmien li matulu għandhom isiru dawn il-kontrolli.

3.

Awtorità kompetenti li tirċievi l-proposta għal kontroll simultanju għandha tikkonferma l-qbil tagħha jew tikkomunika r-rifjut motivat tagħha lill-awtorità korrispondenti, fil-prinċipju fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-proposta, iżda mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tal-proposta.

4.

Kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha taħtar rappreżentant li jkun responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-operazzjoni ta' kontroll.

KAPITOLU ERBGĦA

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu PVAT.15

Kundizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju ta' informazzjoni

1.

L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi lill-awtorità rikjedenti l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2(1) jew twettaq notifika amministrattiva msemmija fl-Artikolu PVAT.12 dment li:

(a)

l-għadd u n-natura tat-talbiet għal informazzjoni jew notifika amministrattiva magħmula mill-awtorità rikjedenti ma jimponux piż amministrattiv sproporzjonat fuq dik l-awtorità rikjesta; u

(b)

l-awtorità rikjedenti tkun eżawriet is-sorsi ta' informazzjoni tas-soltu li setgħet tuża fiċ-ċirkostanzi biex tikseb l-informazzjoni mitluba jew il-miżuri li setgħet b'mod raġonevoli tieħu biex twettaq in-notifika amministrattiva mitluba, mingħajr ma tkun f'riskju li tipperikola l-kisba tar-riżultat mixtieq.

2.

Dan il-Protokoll ma jimponi l-ebda obbligu li jitwettqu inkjesti jew li tingħata informazzjoni dwar każ partikolari jekk il-liġijiet jew il-prattiki amministrattivi tal-Istat li jkollu jipprovdi l-informazzjoni ma jawtorizzawx lil dak l-Istat biex iwettaq dawk l-inkjesti jew jiġbor jew juża dik l-informazzjoni għall-finijiet tiegħu stess.

3.

Awtorità rikjesta tista' tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni meta l-awtorità rikjedenti ma tkunx tista', għal raġunijiet legali, tipprovdi informazzjoni simili. L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-Kumitat Speċjalizzat bir-raġunijiet għar-rifjut.

4.

L-għoti ta' informazzjoni jista' jiġi rrifjutat meta dan iwassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika.

5.

Jenħtieġ li l-paragrafi 2, 3 u 4 fl-ebda każ ma jiġu interpretati bħala li jawtorizzaw lill-awtorità rikjesta li tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tkun fil-pussess ta' bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi f'kapaċità ta' aġent jew ta' fiduċjarja jew minħabba li tkun relatata ma' interessi proprjetarji f'persuna ġuridika.

6.

L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għar-rifjut ta' talba għall-assistenza.

Artikolu PVAT.16

Kummenti b'reazzjoni

Meta awtorità kompetenti tipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikolu PVAT.7 jew PVAT.10, tista' titlob lill-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni tibagħtilha kummenti b'reazzjoni għaliha. Jekk issir tali talba, l-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza fiskali u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat tagħha, tibgħat il-kummenti b'reazzjoni malajr kemm jista' jkun, dejjem jekk dan ma jimponix piż amministrattiv sproporzjonat fuqha.

Artikolu PVAT.17

Lingwa

It-talbiet għall-assistenza, inkluż it-talbiet għal notifika u d-dokumenti mehmuża, għandhom isiru f'lingwa miftiehma bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti.

Artikolu PVAT.18

Data statistika

1.

Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Partijiet għandhom jikkomunikaw, b'mezzi elettroniċi lill-Kumitat Speċjalizzat, id-data statistika dwar l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu.

2.

Il-kontenut u l-format tad-data statistika li għandha tiġi kkomunikata skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat Speċjalizzat.

Artikolu PVAT.19

Formoli standard u mezzi ta' komunikazzjoni

1.

Kwalunkwe informazzjoni mibgħuta skont l-Artikoli PVAT.7, PVAT.10, PVAT.11, PVAT PVAT.12 u PVAT.16 u l-istatistika kkomunikata skont l-Artikolu PVAT.18 għandhom jingħataw permezz ta' formola standard imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu PVAT.39(2), ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu PVAT.6(7) u (8) jew f'każijiet speċifiċi fejn l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jqisu mezzi oħra sikuri bħala aktar xierqa u jaqblu li jużaw dawk il-mezzi.

2.

Il-formoli standard għandhom jiġu trażmessi, sa fejn ikun possibbli, b'mezzi elettroniċi.

3.

Meta t-talba ma tkunx ġiet ippreżentata kompletament permezz tas-sistemi elettroniċi, l-awtorità rikjesta għandha tikkonferma li rċeviet it-talba b'mezzi elettroniċi mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċevietha.

4.

Meta awtorità tkun irċeviet talba jew informazzjoni li ma kinitx intenzjonata għaliha, hija għandha tibgħat messaġġ b'mezzi elettroniċi lill-mittent mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċevietha.

5.

Sakemm il-Kumitat Speċjalizzat jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu PVAT.39(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ir-regoli stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll, inkluż il-formoli standard.

TITOLU III

ASSISTENZA GĦALL-IRKUPRU

KAPITOLU WIEĦED

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI

Artikolu PVAT.20

Talba għal informazzjoni

1.

Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-awtorità applikanti fl-irkupru tal-pretensjonijiet tagħha kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu PVAT.2(1). It-talba għall-informazzjoni għandha tinkludi, fejn disponibbli, l-isem u kwalunkwe data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati.

Sabiex tibgħat dik l-informazzjoni, l-awtorità rikjesta għandha tagħmel l-arranġamenti biex jitwettqu l-inkjesti amministrattivi li hemm bżonn sabiex tinkiseb dik l-informazzjoni.

2.

L-awtorità rikjesta ma għandhiex tkun obbligata tibgħat informazzjoni:

(a)

li ma tkunx kapaċi tikseb biex tirkupra pretensjonijiet simili għaliha stess;

(b)

li jiżvela sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali; jew

(c)

l-iżvelar tagħha x'aktarx li jippreġudika s-sigurtà jew imur kontra l-politika pubblika tal-Istat tal-awtorità rikjesta.

3.

Il-paragrafu 2 ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat bħala li jippermetti lil awtorità rikjesta tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni biss minħabba li din l-informazzjoni tkun fil-pussess ta' bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi f'kapaċità ta' aġent jew ta' fiduċjarja jew minħabba li tkun relatata ma' interessi proprjetarji f'persuna ġuridika.

4.

L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għar-rifjut ta' talba għall-informazzjoni.

Artikolu PVAT.21

Skambju ta' informazzjoni mingħajr talba minn qabel

Meta rifużjoni ta' taxxi jew dazji tkun relatata ma' persuna stabbilita jew residenti fi Stat ieħor, l-Istat li minnu tkun se ssir ir-rifużjoni jista' jinforma lill-Istat tal-istabbiliment jew tar-residenza dwar ir-rifużjoni pendenti.

Artikolu PVAT.22

Preżenza f'uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni f'inkjesti amministrattivi

1.

Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta, u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu, bil-għan li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f'dan it-Titolu:

(a)

ikunu preżenti fl-uffiċċji fejn uffiċjali tal-Istat rikjest jaqdu dmirijiethom;

(b)

ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat rikjest; u

(c)

jassistu lill-uffiċjali kompetenti tal-Istat rikjest matul il-proċedimenti tal-qorti f'dak l-Istat.

2.

Sa fejn tkun tippermetti l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istat rikjest, il-ftehim imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista' jipprevedi li l-uffiċjali tal-awtorità applikanti jistgħu jintervistaw lill-individwi jew jeżaminaw ir-rekords.

3.

L-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti li jużaw il-possibbiltà mogħtija mill-paragrafi 1 u 2 iridu dejjem ikunu jistgħu juru l-awtorizzazzjoni tagħhom bil-miktub li tiddikjara l-identità tagħhom u l-kariga uffiċjali tagħhom.

KAPITOLU TNEJN

ASSISTENZA GĦAN-NOTIFIKA TA' DOKUMENTI

Artikolu PVAT.23

Talba għal notifika ta' ċerti dokumenti relatati ma' pretensjonijiet

1.

Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tinnotifika lid-destinatarju bid-dokumenti kollha, inkluż dawk ta' natura ġudizzjarja, li jkunu ntbagħtu mill-Istat tal-awtorità applikanti u li huma relatati ma' pretensjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu PVAT.2(1) jew mal-irkupru tagħha.

It-talba għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn formola standard li jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u data rilevanti oħra għall-identifikazzjoni tad-destinatarju;

(b)

l-iskop tan-notifika u l-perjodu li fih jenħtieġ li ssir in-notifika;

(c)

deskrizzjoni tad-dokument mehmuż u n-natura u l-ammont tal-pretensjoni kkonċernata; u

(d)

l-isem, l-indirizz u dettalji oħra ta' kuntatt dwar:

(i)

l-uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument mehmuż; u

(ii)

jekk ikunu differenti, l-uffiċċju minn fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni dwar id-dokument notifikat jew dwar il-possibbiltajiet għall-kontestazzjoni tal-obbligazzjoni tal-ħlas.

2.

L-awtorità applikanti għandha tagħmel talba għal notifika skont dan l-Artikolu biss meta hija ma tkunx tista' tinnotifika skont ir-regoli li jirregolaw in-notifika tad-dokument ikkonċernat fl-Istat tagħha stess jew meta tali notifika twassal għal diffikultajiet sproporzjonati.

3.

L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti minnufih b'kull azzjoni li tkun ħadet b'rabta mat-talba tagħha għal notifika u b'mod partikolari bid-data tan-notifika tad-dokument lid-destinatarju.

Artikolu PVAT.24

Mezzi ta' notifika

1.

L-awtorità rikjesta għandha tiżgura li n-notifika fl-Istat rikjest issir skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali applikabbli.

2.

Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe forma oħra ta' notifika li awtorità kompetenti tal-Istat applikanti tagħmel skont ir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat.

Awtorità kompetenti stabbilita fl-Istat applikanti tista' tinnotifika kwalunkwe dokument direttament bil-posta reġistrata jew b'mod elettroniku lil persuna fit-territorju ta' Stat ieħor.

KAPITOLU TLIETA

MIŻURI TA' RKUPRU U KAWTELATORJI

Artikolu PVAT.25

Talba għall-irkupru

1.

Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tirkupra l-pretensjonijiet li dwarhom ikun hemm strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti.

2.

Malli l-awtorità applikanti jkollha xi informazzjoni rilevanti dwar il-kwistjoni li tkun wasslet għat-talba għall-irkupru, hija għandha tgħaddiha lill-awtorità rikjesta.

Artikolu PVAT.26

Kundizzjonijiet li jirregolaw talba għall-irkupru

1.

L-awtorità applikanti ma tistax tagħmel talba għall-irkupru jekk u sakemm il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha jiġu kkontestati fl-Istat tal-awtorità applikanti, ħlief f'każijiet fejn japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu PVAT.29(4).

2.

Qabel ma l-awtorità applikanti tagħmel talba għall-irkupru, għandhom jiġu applikati l-proċeduri adatti tal-irkupru disponibbli fl-Istat tal-awtorità applikanti, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta jkun ovvju li ma hemm l-ebda assi għall-irkupru f'dak l-Istat jew li tali proċeduri ma jkunux se jwasslu għal ħlas ta' ammont sostanzjali, u l-awtorità applikanti jkollha informazzjoni speċifika li tindika li l-persuna kkonċernata jkollha assi fl-Istat tal-awtorità rikjesta;

(b)

fejn rikors għal tali proċeduri fl-Istat tal-awtorità applikanti jagħti lok għal diffikultà sproporzjonata.

Artikolu PVAT.27

Strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta u dokumenti ta' akkumpanjament oħra

1.

Kwalunkwe talba għall-irkupru għandha tkun akkumpanjata minn strument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta.

Dan l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar għandu jirrifletti l-kontenut sostanzjali tal-istrument oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti u jikkostitwixxi l-unika bażi għall-miżuri ta' rkupru u l-miżuri kawtelatorji fl-Istat tal-awtorità rikjesta. L-ebda att ta' rikonoxximent, supplementari jew ta' sostituzzjoni ma għandu jkun meħtieġ f'dak l-Istat.

L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni rilevanti għall-identifikazzjoni tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar, deskrizzjoni tal-pretensjoni, inkluż in-natura tagħha, il-perjodu kopert mill-pretensjoni, kwalunkwe dati ta' rilevanza għall-proċess tal-infurzar, u l-ammont tal-pretensjoni u l-komponenti differenti tagħha bħal dak prinċipali, l-imgħax akkumulat, eċċ;

(b)

l-isem u data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-debitur; u

(c)

l-isem, l-indirizz u dettalji oħra ta' kuntatt dwar:

(i)

l-uffiċċju responsabbli għall-valutazzjoni tal-pretensjoni; u

(ii)

jekk ikunu differenti, l-uffiċċju minn fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni dwar il-pretensjoni jew dwar il-possibbiltajiet għall-kontestazzjoni tal-obbligazzjoni tal-ħlas.

2.

It-talba għall-irkupru ta' pretensjoni tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mal-pretensjoni maħruġa mill-Istat tal-awtorità applikanti.

Artikolu PVAT.28

Eżekuzzjoni tat-talba għal irkupru

1.

Għall-fini tal-irkupru fl-Istat tal-awtorità rikjesta, kwalunkwe pretensjoni li għaliha tkun saret talba għall-irkupru għandha tiġi ttrattata daqslikieku kienet pretensjoni ta' dak l-Istat, ħlief meta jkun previst mod ieħor f'dan il-Protokoll. L-awtorità rikjesta għandha tuża s-setgħat u l-proċeduri pprovduti mil-liġijiet, mir-regolamenti u mid-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' dak l-Istat li japplikaw għall-istess pretensjonijiet, ħlief meta jkun previst mod ieħor f'dan il-Protokoll.

L-Istat tal-awtorità rikjesta ma għandux ikun obbligat jagħti l-preferenzi li jingħataw lil pretensjonijiet simili li jinħolqu f'dak l-Istat lill-pretensjonijiet li għalihom jintalab l-irkupru, ħlief meta jkun miftiehem mod ieħor jew meta jkun previst mod ieħor fid-dritt ta' dak l-Istat.

L-Istat tal-awtorità rikjesta għandu jirkupra l-pretensjoni fil-munita tiegħu stess.

2.

L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti bid-diliġenza dovuta bi kwalunkwe azzjoni li tkun ħadet fuq il-pretensjoni għall-irkupru.

3.

Mid-data li fiha tasal it-talba għall-irkupru, l-awtorità rikjesta għandha titlob imgħax għal ħlas tard skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-pretensjonijiet tagħha stess.

4.

Meta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli jkunu jippermettu dan, l-awtorità rikjesta tista' tagħti ammont ta' żmien lid-debitur biex iħallas, jew tawtorizzah iħallas bin-nifs u titolbu l-imgħax għal dan. Hija għandha tinforma lill-awtorità applikanti bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

5.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu PVAT.35(1), l-awtorità rikjesta għandha tgħaddi l-ammonti rkuprati b'rabta mal-pretensjoni u l-imgħax imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu lill-awtorità applikanti.

Artikolu PVAT.29

Pretensjonijiet ikkontestati u miżuri ta' infurzar

1.

It-tilwim dwar il-pretensjoni, dwar l-istrument oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti, jew dwar l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta, u t-tilwim dwar il-validità ta' notifika li tkun għamlet awtorità applikanti, għandu jidħol fil-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat tal-awtorità applikanti. Jekk, matul il-proċedura ta' rkupru, il-pretensjoni, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta jiġi kkontestat minn parti interessata, l-awtorità rikjesta għandha tinforma lil dik il-parti li tali azzjoni għandha titressaq minn din tal-aħħar quddiem il-korp kompetenti tal-Istat tal-awtorità applikanti skont il-liġijiet fis-seħħ hemmhekk.

2.

It-tilwim dwar il-miżuri ta' infurzar meħuda fl-Istat tal-awtorità rikjesta jew dwar il-validità ta' notifika magħmula minn awtorità tal-Istat rikjest għandu jitressaq quddiem il-korp kompetenti ta' dak l-Istat skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

3.

Meta titressaq azzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità rikjesta b'dan u għandha tindika sa liema punt il-pretensjoni ma tkunx ikkontestata.

4.

Malli l-awtorità rikjesta tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jew mill-awtorità applikanti jew mill-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura ta' infurzar, sa fejn għandha x'taqsam il-parti kontestata tal-pretensjoni, sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-korp kompetenti fil-kwistjoni, sakemm l-awtorità applikanti ma titlobx mod ieħor skont it-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Fuq talba tal-awtorità applikanti jew kull meta l-awtorità rikjesta tqis li dan ikun meħtieġ, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu PVAT.31, l-awtorità rikjesta tista' tieħu miżuri kawtelatorji sabiex tiżgura l-irkupru sa fejn ikunu jippermettu l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

L-awtorità applikanti tista', skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tagħha, titlob lill-awtorità rikjesta biex tirkupra pretensjoni kontestata jew il-parti kontestata ta' pretensjoni, sa fejn ikunu jippermettu l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità rikjesta. Kwalunkwe talba bħal din għandha tkun motivata. Jekk, sussegwentement, ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur id-debitur, l-awtorità applikanti għandha tirrimborża s-somom kollha rkuprati flimkien ma' kwalunkwe kumpens li jkun dovut skont il-liġijiet li jkunu fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità rikjesta.

Jekk tkun inbdiet proċedura ta' ftehim reċiproku bejn l-Istat tal-awtorità applikanti u l-Istat tal-awtorità rikjesta, u l-eżitu tal-proċedura jista' jaffettwa l-pretensjoni li għaliha tkun intalbet l-assistenza, il-miżuri ta' rkupru għandhom jiġu sospiżi jew jitwaqqfu sakemm dik il-proċedura tkun intemmet, sakemm il-pretensjoni ma tkunx tirrigwarda każ ta' urġenza immedjata minħabba frodi jew insolvenza. Jekk il-miżuri ta' rkupru jiġu sospiżi jew jitwaqqfu, għandu japplika t-tieni subparagrafu.

Artikolu PVAT.30

Emenda jew irtirar tat-talba għal assistenza għall-irkupru

1.

L-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità rikjesta immedjatament bi kwalunkwe emenda sussegwenti għat-talba tagħha għall-irkupru jew bl-irtirar tat-talba tagħha, filwaqt li tindika r-raġunijiet għall-emenda jew l-irtirar.

2.

Jekk l-emenda tat-talba ssir minħabba deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu PVAT.29(1), l-awtorità applikanti għandha tibgħat dik id-deċiżjoni flimkien ma' strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta. L-awtorità rikjesta mbagħad għandha tkompli twettaq iktar miżuri ta' rkupru fuq il-bażi tal-istrument rivedut.

Il-miżuri ta' rkupru jew il-miżuri kawtelatorji li diġà kienu ttieħdu fuq il-bażi tal-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta jistgħu jitkomplew fuq il-bażi tal-istrument rivedut, sakemm l-emenda tat-talba ma tkunx dovuta għall-invalidità tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jew l-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta.

L-Artikoli PVAT.27 u PVAT.29 għandhom japplikaw b'rabta mal-istrument rivedut.

Artikolu PVAT.31

Talba għal miżuri kawtelatorji

1.

Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu miżuri kawtelatorji, jekk permessi mid-dritt nazzjonali tagħha u skont il-prattiki amministrattivi tagħha, sabiex tiżgura l-irkupru meta pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jiġi kkontestat fil-mument meta ssir it-talba, jew meta l-pretensjoni tkun għadha mhix is-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti, sa fejn miżuri kawtelatorji jkunu possibbli f'sitwazzjoni simili skont id-dritt u l-prattiki amministrattivi tal-Istat tal-awtorità applikanti.

Id-dokument imfassal biex jippermetti miżuri kawtelatorji fl-Istat tal-awtorità applikanti u relatat mal-pretensjoni li għaliha tintalab l-assistenza reċiproka, jekk ikun hemm, għandu jiġi mehmuż mat-talba għal miżuri kawtelatorji fl-Istat tal-awtorità rikjesta. Dan id-dokument ma għandu jkun soġġett għall-ebda att ta' rikonoxximent, supplementari jew ta' sostituzzjoni fl-Istat tal-awtorità rikjesta.

2.

It-talba għal miżuri kawtelatorji tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mal-pretensjoni.

Artikolu PVAT.32

Regoli li jirregolaw it-talba għal miżuri kawtelatorji

Sabiex l-Artikolu PVAT.31 jidħol fis-seħħ, l-Artikoli PVAT.25(2), l-Artikolu PVAT.28(1) u (2), l-Artikolu PVAT.29 u l-Artikolu PVAT.30 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal talbiet taħt l-Artikolu PVAT.31.

Artikolu PVAT.33

Limiti fuq l-obbligu tal-awtorità rikjesta

1.

L-awtorità rikjesta ma għandhiex tkun obbligata tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli minn PVAT.25 sa PVAT.31 jekk, minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, l-irkupru tal-pretensjoni joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat tal-awtorità rikjesta, sa fejn il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat jippermettu tali eċċezzjoni għal pretensjonijiet nazzjonali.

2.

L-awtorità rikjesta ma għandhiex tkun obbligata li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli minn PVAT.25 sa PVAT.31 fejn l-ispejjeż jew il-piżijiet amministrattivi għall-Istat rikjest ikunu sproporzjonati b'mod ċar mal-benefiċċju monetarju li għandu jinkiseb mill-Istat applikant.

3.

L-awtorità rikjesta ma għandhiex tkun obbligata tagħti l-assistenza prevista fl-Artikolu PVAT.20 u fl-Artikoli minn PVAT.22 sa PVAT.31 jekk it-talba oriġinali għall-assistenza skont l-Artikolu PVAT.20, PVAT.22, PVAT.23, PVAT.25 jew PVAT.31 issir għal pretensjonijiet li jkollhom iktar minn ħames snin, li jkunu jibdew mid-data dovuta tal-pretensjoni fl-Istat tal-awtorità applikanti sad-data tat-talba oriġinali għall-assistenza.

Madankollu, f'każijiet meta l-pretensjoni jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità applikanti jiġi kkontestat, il-perjodu ta' ħames (5) snin għandu jitqies li jibda mill-mument meta jiġi stabbilit fl-Istat tal-awtorità applikanti li l-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar ma jistax jiġi kkontestat aktar.

Barra minn hekk, f'każijiet meta l-Istat tal-awtorità applikanti jkun ippermetta posponiment tal-ħlas jew arranġament ta' ħlas bin-nifs, il-perjodu ta' ħames (5) snin għandu jitqies li jibda mill-mument meta jkun intemm il-perjodu kollu estiż tal-ħlas.

Madankollu, f'dawk il-każijiet l-awtorità rikjesta ma għandhiex tkun obbligata tagħti assistenza fir-rigward ta' pretensjonijiet li għandhom aktar minn għaxar (10) snin, li jiddataw mid-data tal-iskadenza tal-pretensjoni fl-Istat tal-awtorità applikanti.

4.

Stat ma għandux ikun obbligat li jagħti assistenza jekk l-ammont totali li għalihom tintalab l-assistenza, ikun inqas minn GBP 5 000.

5.

L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għar-rifjut ta' talba għal assistenza.

Artikolu PVAT.34

Kwistjonijiet dwar il-preskrizzjoni

1.

Il-kwistjonijiet marbutin mal-perjodi tal-limitazzjoni għandhom ikunu rregolati biss mil-liġijiet li jkunu fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità applikanti.

2.

Fir-rigward tas-sospensjoni, l-interruzzjoni jew l-estensjoni tal-perjodi ta' preskrizzjoni, kwalunkwe pass meħud fl-irkupru ta' pretensjonijiet minn jew f'isem l-awtorità rikjesta biex tagħmel talba għal assistenza li jkollu l-effett ta' sospensjoni, interruzzjoni jew estensjoni tal-perjodu tal-limitazzjoni skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità rikjesta għandu jkollu l-istess effett fl-Istat tal-awtorità applikanti, bil-kundizzjoni li l-effett korrispondenti jkun previst fid-dritt tal-Istat tal-aħħar.

Jekk il-liġijiet li jkunu fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità rikjesta ma jippermettux li jiġi sospiż, interrott jew estiż il-perjodu tal-limitazzjoni, kwalunkwe pass li tieħu l-awtorità rikjesta fl-irkupru tal-pretensjonijiet jew li jittieħed f'isimha biex tagħmel talba għall-assistenza li, kieku wettqitu l-awtorità applikanti fl-Istat tagħha stess jew kieku twettaq f'isimha f'dak l-Istat, kien iwassal biex jiġi sospiż, interrott jew estiż il-perjodu tal-limitazzjoni skont il-liġijiet ta' dak l-Istat, għandu jitqies li jkun ittieħed f'dan l-Istat tal-aħħar sa fejn dak l-effett huwa kkonċernat.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istat tal-awtorità applikanti li jieħu miżuri li jkollhom l-effett li jissospendu, jinterrompu jew jestendu l-perjodu tal-limitazzjoni f'konformità mal-liġijiet fis-seħħ f'dak l-Istat.

3.

L-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta għandhom javżaw lil xulxin b'kull azzjoni li tinterrompi, tissospendi jew testendi l-perjodu tal-limitazzjoni tal-pretensjoni li għaliha jkunu ntalbu l-miżuri ta' rkupru jew il-miżuri kawtelatorji, jew li tista' twassal għal dan.

Artikolu PVAT.35

Spejjeż

1.

Minbarra l-ammonti msemmija fl-Artikolu PVAT.28(5), l-awtorità rikjesta għandha tfittex li tirkupra mingħand il-persuna kkonċernata wkoll l-ispejjeż marbuta mal-irkupru li hija tkun ġarrbet skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat tagħha u li żżomm dan l-ammont. L-Istati għandhom jirrinunzjaw il-pretensjonijiet kollha kontra xulxin għar-rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw minn kwalunkwe assistenza reċiproka li huma jagħtu lil xulxin skont dan il-Protokoll.

2.

Madankollu, meta l-irkupru joħloq problema speċifika jew ikun jinvolvi spejjeż kbar ħafna jew ikun relatat mal-kriminalità organizzata, l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar arranġamenti speċifiċi ta' rimborż għall-każijiet inkwistjoni.

3.

Minkejja l-paragrafu 2, l-Istat tal-awtorità applikanti għandu jħallas lill-Istat tal-awtorità rikjesta l-ispejjeż kollha u t-telf kollu li dan iġarrab minħabba azzjonijiet li jitqiesu li ma kinux motivati, f'dak li jirrigwarda s-sustanza tal-pretensjoni jew il-validità tal-istrument li jippermetti l-infurzar u/jew il-miżuri kawtelatorji maħruġa mill-awtorità applikanti.

KAPITOLU ERBGĦA

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IT-TIPI KOLLHA TA' TALBIET GĦALL-ASSISTENZA GĦALL-IRKUPRU

Artikolu PVAT.36

Użu ta' lingwi

1.

It-talbiet kollha għall-assistenza, il-formoli standard għan-notifiki u l-istrumenti uniformi li jippermettu l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-awtorità rikjesta jew għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-awtorità rikjesta. Il-fatt li ċerti partijiet minnhom ikunu miktuba b'lingwa differenti mil-lingwa uffiċjali, jew waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' dak l-Istat, ma għandux jaffettwa l-validità tagħhom jew il-validità tal-proċedura, sa fejn dik il-lingwa l-oħra tkun waħda maqbula bejn l-Istati kkonċernati.

2.

Id-dokumenti li għalihom tintalab notifika skont l-Artikolu PVAT.23 jistgħu jintbagħtu lill-awtorità rikjesta f'lingwa uffiċjali tal-Istat tal-awtorità applikanti.

3.

Meta ma' talba jintbagħtu dokumenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità rikjesta tista' titlob lill-awtorità applikanti, fejn meħtieġ, tibagħtilha traduzzjoni tat-tali dokumenti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-awtorità rikjesta jew f'lingwa oħra li jkunu qablu dwarha l-Istati kkonċernati.

Artikolu PVAT.37

Data statistika għal assistenza għall-irkupru

1.

Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Partijiet għandhom jikkomunikaw, b'mezzi elettroniċi lill-Kumitat Speċjalizzat, id-data statistika dwar l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu.

2.

Il-kontenut u l-format tad-data statistika li għandha tiġi kkomunikata skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat Speċjalizzat.

Artikolu PVAT.38

Formoli standard u mezzi tal-komunikazzjoni għal assistenza għall-irkupru

1.

Talbiet skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu PVAT.20(1) għal informazzjoni, talbiet skont l-Artikolu PVAT.23(1) għal notifika, talbiet skont l-Artikolu PVAT.25(1) għall-irkupru jew talbiet skont l-Artikolu PVAT.31(1) għal miżuri kawtelatorji, u komunikazzjoni ta' data statistika skont l-Artikolu PVAT.37 għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi, bl-użu ta' formola standard, dment li dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi. Sa fejn ikun possibbli, dawn il-formoli għandhom jintużaw ukoll għal kull korrispondenza oħra li tintbagħat wara b'rabta mat-talba.

L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat tal-awtorità rikjesta, id-dokument li jippermetti l-miżuri kawtelatorji fl-Istat tal-awtorità applikanti u d-dokumenti l-oħra imsemmija fl-Artikoli PVAT.27 u PVAT.31 għandhom ukoll jintbagħtu b'mod elettroniku, dment li dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi.

Meta dan ikun xieraq, mal-formoli standard jistgħu jintbagħtu rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħrajn jew kopji tagħhom iċċertifikati bħala awtentiċi jew estratti minnhom, li wkoll għandhom jintbagħtu b'mod elettroniku, dment li dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi.

Formoli standard u komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi jistgħu jintużaw ukoll għall-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu PVAT.21.

2.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni miksuba permezz tal-preżenza ta' uffiċjali f'uffiċċji amministrattivi fi Stat ieħor jew permezz tal-parteċipazzjoni f'inkjesti amministrattivi fi Stat ieħor, skont l-Artikolu PVAT.22.

3.

Jekk il-komunikazzjoni ma ssirx b'mezzi elettroniċi jew bl-użu tal-formoli standard, dan ma għandux jaffettwa l-validità tal-informazzjoni miksuba jew tal-miżuri li jittieħdu waqt l-eżekuzzjoni ta' talba għall-assistenza.

4.

In-network ta' komunikazzjoni elettronika u l-formoli standard adottati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll jistgħu jintużaw ukoll għall-assistenza għall-irkupru fir-rigward ta' pretensjonijiet oħra għajr il-pretensjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu PVAT.2(1), jekk tali assistenza għall-irkupru tkun possibbli taħt strumenti bilaterali jew multilaterali oħra legalment vinkolanti dwar il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati.

5.

Sakemm il-Kumitat Speċjalizzat jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu PVAT.39(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ir-regoli stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll, inkluż il-formoli standard.

6.

L-Istat tal-awtorità rikjesta għandu juża l-munita uffiċjali tiegħu għat-trasferiment tal-ammonti rkuprati lill-Istat tal-awtorità applikanti, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-Istati kkonċernati.

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu PVAT.39

Kumitat Speċjalizzat tal-Kummerċ dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru tat-Taxxi u d-Dazji

1.

Il-Kumitat Speċjalizzat għandu:

(a)

jwettaq konsultazzjonijiet b'mod regolari; u

(b)

jirrieżamina l-operat u l-effettività ta' dan il-Protokoll mill-inqas kull ħames snin.

2.

Il-Kumitat Speċjalizzat għandu jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet:

(a)

jiddetermina l-frekwenza tal-iskambju awtomatiku msemmi fl-Artikolu PVAT.11, l-arranġamenti prattiċi għalih u l-kategoriji eżatti tal-informazzjoni soġġetti għalih;

(b)

jirrieżamina r-riżultati tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għal kull kategorija stabbilita skont il-punt (a) sabiex jiġi żgurat li dan it-tip ta' skambju jsir biss meta dan ikun l-iktar mod effiċjenti biex tiġi skambjata l-informazzjoni;

(c)

jistabbilixxi kategoriji ġodda ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont l-Artikolu PVAT.11 jekk l-iskambju awtomatiku tagħha jkun l-iktar mod effiċjenti ta' kooperazzjoni;

(d)

jiddefinixxi l-formoli standard għall-komunikazzjoni skont l-Artikolu PVAT.19(1) u l-Artikolu PVAT.38(1);

(e)

jeżamina d-disponibbiltà, il-ġbir, u l-ipproċessar tad-data statistika msemmija fl-Artikoli minn PVAT.18 sa PVAT.37, sabiex jiġi żgurat li l-obbligi stabbiliti f'dawk l-Artikoli ma jimponux piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-Partijiet;

(f)

jistabbilixxi x'għandu jiġi trażmess permezz tan-network CCN/CSI jew mezzi oħra;

(g)

jiddetermina l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mir-Renju Unit għall-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-ispiża ġġenerata mill-parteċipazzjoni tiegħu fis-sistemi ta' informazzjoni Ewropej, b'kont meħud tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (d) u (f);

(h)

jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dwar l-arranġamenti prattiċi fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-kuntatti bejn l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament u d-dipartimenti ta' kollegament imsemmija fl-Artikolu PVAT.4(2) u (3);

(i)

jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi bejn l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għall-implimentazzjoni tal-Artikolu PVAT.4(5);

(j)

jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għat-Titolu III, inkluż regoli dwar il-konverżjoni tas-somom li għandhom jiġu rkuprati u t-trasferiment ta' somom irkuprati; u

(k)

jistabbilixxi l-proċedura għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-livell ta' servizz imsemmi fl-Artikolu PVAT5 u jikkonkludi wkoll dak il-ftehim dwar il-livell ta' servizz.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu PVAT.40

Eżekuzzjoni ta' talbiet li jkunu għaddejjin

1.

Meta t-talbiet għal informazzjoni u għal inkjesti amministrattivi mibgħuta skont ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tat-tranżazzjonijiet koperti mill-Artikolu 99(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ ikunu għadhom ma ngħalqux fi żmien erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni stabbilit fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, l-Istat rikjest għandu jiżgura li dawk it-talbiet ikunu eżegwiti skont ir-regoli ta' dan il-Protokoll.

2.

Fejn talbiet għal assistenza relatati ma' taxxi u dazji fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu PVAT.2 ta' dan il-Protokoll mibgħuta skont id-Direttiva 2010/24/UE fir-rigward tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 100(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jingħalqux fi żmien ħames snin wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-Istat rikjest għandu jiżgura li dawk it-talbiet għal assistenza jiġu eżegwiti f'konformità mar-regoli ta' dan il-Protokoll. Il-formola standard uniformi għan-notifika jew l-istrument li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest stabbilit, skont il-leġiżlazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, għandu jibqa' validu għall-finijiet ta' tali eżekuzzjoni. Strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest jista' jiġi stabbilit wara t-tmiem ta' dak il-perjodu ta' ħames snin, fir-rigward tal-pretensjonijiet li għalihom tkun intalbet assistenza qabel dak iż-żmien. Tali strumenti uniformi riveduti għandhom jirreferu għall-bażi ġuridika użata għat-talba ta' assistenza inizjali.

Artikolu PVAT.41

Rabta ma' ftehimiet jew arranġamenti oħrajn

Dan il-Protokoll għandu jkollu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT, jew fuq l-assistenza għall-irkupru relatata mal-pretensjonijiet koperti minn dan il-Protokoll, li jkunu ġew konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u r-Renju Unit, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu inkompatibbli ma' dawk ta' dan il-Protokoll.


(1)  Għal aktar ċertezza u b'mod partikolari għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, huwa mifhum li t-terminu "persuna" jinkludi kwalunkwe assoċjazzjoni ta' persuni li m'għandhomx l-istatus legali ta' persuna ġuridika iżda li skont il-liġi applikabbli huma rikonoxxuti bħala li għandhom il-kapaċità li jwettqu atti legali. Dan jinkludi wkoll kwalunkwe arranġament legali ieħor ta' kwalunkwe natura u forma, b'personalità ġuridika jew mingħajrha, li jwettaq tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-VAT jew li huwa responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu PVAT.2(1) ta' dan il-Protokoll.


ANNESS

GĦALL-PROTOKOLL DWAR IL-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI FIL-QASAM TAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD U DWAR L-ASSISTENZA REĊIPROKA GĦALL-IRKUPRU TAL-PRETENSJONIJIET RELATATI MA' TAXXI U DAZJI

TAQSIMA 1

Sakemm il-Kumitat Speċjalizzat jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu PVAT.39(2) ta' dan il-Protokoll, japplikaw ir-regoli u l-formoli standard li ġejjin.

TAQSIMA 2

ORGANIZZAZZJONI TAL-KUNTATTI

2.1.

Sa ma jingħata avviż ieħor, l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament li għandhom ir-responsabbiltà prinċipali għall-applikazzjoni tat-Titolu II ta' dan il-Protokoll huma:

(a)

għar-Renju Unit: Her Majesty's Revenue and Customs, UK VAT Central Liaison Office;

(b)

għall-Istati Membri: l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament magħżula għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-VAT.

2.2.

Sa ma jingħata avviż ieħor, l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament li għandhom ir-responsabbiltà prinċipali għall-applikazzjoni tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll huma:

(a)

għar-Renju Unit: Her Majesty's Revenue and Customs, Debt Management;

(b)

għall-Istati Membri: l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament maħtura għall-assistenza għall-irkupru bejn l-Istati Membri.

TAQSIMA 3

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI FIL-QASAM TAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD

3.1.   Komunikazzjoni

Il-Komunikazzjoni ta' informazzjoni skont it-Titolu II ta' dan il-Protokoll għandha ssir, sa fejn ikun possibbli, b'mezzi elettroniċi u permezz tan-Network Komuni ta' Komunikazzjoni (CCN), bejn il-kaxxi postali rispettivi tal-Istati għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kooperazzjoni amministrattiva jew fil-kaxxi postali għall-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tal-VAT.

3.2.   Formola standard

Għall-iskambju ta' informazzjoni skont it-Titolu II ta' dan il-Protokoll, l-Istati għandhom jużaw il-mudell li ġej:

Formola standard għal talbiet għal informazzjoni, għal skambju spontanju ta' informazzjoni u ta' kummenti bejn l-Istati Membri tal-UE u r-Renju Unit skont il-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tal-VAT

Referenza tal-iskambju tal-informazzjoni:

A)

INFORMAZZJONI BAŻIKA

A1

Stat Rikjedenti:

Stat Rikjest:

Awtorità rikjedenti:

Awtorità rikjesta:

A2

 

Uffiċjal għat-trattament tat-talba/l-iskambju fl-awtorità rikjedenti:

Uffiċjal għat-trattament tat-tweġiba għat-talba/l-iskambju fl-awtorità rikjedenti:

Isem:

Isem:

Indirizz elettroniku:

Indirizz elettroniku:

Telefon:

Telefon:

Lingwa:

Lingwa:

A3

 

Referenza nazzjonali tal-awtorità rikjedenti:

Referenza nazzjonali tal-awtorità rikjesta:

Spazju riżervat għall-awtorità rikjedenti:

Spazju riżervat għall-awtorità rikjesta:

A4

 

Data tat-trażmissjoni tat-talba/skambju:

Data tat-trażmissjoni tat-tweġiba:

A5

 

L-għadd ta' hemżiet mat-talba/skambju:

L-għadd ta' hemżiet mat-tweġiba:

A6

A7

o

Talba/skambju ġenerali

Jien, l-awtorità rikjesta, mhux se nkun nista' nwieġeb qabel dawn l-iskadenzi:

o

Talba għal informazzjoni

o

fi żmien 3 xhur

o

Skambju spontanju ta' informazzjoni

o

fi żmien xahar, għal informazzjoni li diġà tinsab fil-pussess tiegħi

Mitluba kummenti dwar l-iskambju spontanju ta' informazzjoni

Raġuni għad-dewmien:

o

Talba/skambju għal kontra l-frodi

o

Talba għal informazzjoni

o

Frodi b'Negozjant Nieqes - Kontroll tar-reġistrazzjoni/Attività tan-negozju

o

Informazzjoni mogħtija spontanjament

 

Mitluba kummenti dwar l-informazzjoni mogħtija spontanjament

 

 

Żmien mistenni għat-tweġiba:

 

L-awtorità rikjesta tal-Istat tawtorizza t-trażmissjoni tal-informazzjoni lil Stat ieħor (l-Artikolu PVAT.6(6) tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji)

Mitluba kummenti dwar it-tweġiba

Skont l-Artikolu PVAT.6(4) tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji, l-Istat li jipprovdi l-informazzjoni għandu, abbażi ta' talba motivata, jippermetti l-użu tal-informazzjoni riċevuta għal finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dak il-Protokoll.

B)

TALBA GĦAL INFORMAZZJONI ĠENERALI

Awtorità rikjedenti

Awtorità rikjesta

Awtorità rikjesta (1)

B1 In-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT (inkella, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa)

B1 In-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT (inkella, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa)

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

Numru tal-VAT:

Numru tal-VAT:

Numru tal-VAT:

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

B2 Isem

B2 Isem

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

 

 

Isem:

B3 Isem kummerċjali

B3 Isem kummerċjali

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

 

 

Isem kummerċjali:

B4 Indirizz

B4 Indirizz

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

 

 

Indirizz:

B5 Id-dati li ġejjin fil-format (SSSS/XX/JJ):

B5 Id-dati li ġejjin fil-format (SSSS/XX/JJ):

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(c)

Inkorporazzjoni

(c)

Inkorporazzjoni

(c)

Inkorporazzjoni

B6 Data tal-bidu tal-attività

B6 Data tal-bidu tal-attività

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

 

Data tal-bidu tal-attività

Data tal-bidu tal-attività

B7 Data tal-waqfien tal-attività

B7 Data tal-waqfien tal-attività

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

 

Data tal-waqfien tal-attività

Data tal-waqfien tal-attività

B8 Ismijiet tal-maniġers/diretturi

B8 Ismijiet tal-maniġers/diretturi

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

B9 Ismijiet tas-sidien, il-proprjetarji, l-assoċjati, l-isħab, l-aġenti, il-partijiet ikkonċernati jew persuni li għandhom drittijiet oħra fin-negozju

B9 Ismijiet tas-sidien, il-proprjetarji, l-assoċjati, l-isħab, l-aġenti, il-partijiet ikkonċernati jew persuni li għandhom drittijiet oħra fin-negozju

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

B10 Natura tal-attività

B10 Natura tal-attività

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

(a)

Status ġuridiku tan-negozju

(a)

Status ġuridiku tan-negozju

(a)

Status ġuridiku tan-negozju

(b)

Attività prinċipali reali (2)

(b)

Attività prinċipali reali

(b)

Attività prinċipali reali

B11 Natura tat-tranżazzjoni

Natura tat-tranżazzjoni

B11 Oġġetti/servizzi involuti

o

Imla jekk jogħġbok

Natura tat-tranżazzjoni

B11 Oġġetti/servizzi involuti

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

Perjodu u ammont li magħhom it-talba/l-iskambju huma relatati

B12 Provvista ta' merkanzija minn pajjiż għall-ieħor

 

 

Minn

Perjodu

Perjodu

sa

Ammont

Ammont

Sorsi:

Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT (VIES)

Sorsi oħra

 

 

B13 Provvista ta' servizzi minn pajjiż għall-ieħor

 

 

Minn

Perjodu

Perjodu

Sa

Ammont

Ammont

Sorsi:

VIES

Sorsi oħra

 

 

C)

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Reġistrazzjoni

C1 Il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest (☐) / il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti (☐) bħalissa mhijiex identifikata għall-finijiet tal-VAT.

Skont il-VIES jew sorsi oħra, il-provvisti saru wara d-data tal-waqfien tal-attività. Spjega jekk jogħġbok.

C2 Il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest (☐) / il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti (☐) mhijiex identifikata għall-finijiet tal-VAT.

Skont il-VIES jew sorsi oħra, il-provvisti saru qabel id-data tar-reġistrazzjoni. Spjega jekk jogħġbok.

Tranżazzjonijiet ta' oġġetti/servizzi

Oġġetti

C3 Skont il-VIES jew sorsi oħra, il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest għamlet provvisti ta' oġġetti iżda l-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti jew:

o

ma ddikjaratx ix-xiri tal-oġġetti;

o

tiċħad li rċeviet l-oġġetti;

o

iddikjarat li rċeviet is-servizz għal ammont differenti u l-ammont iddikjarat huwa:

Investiga u spjega jekk jogħġbok.

Nehmeż kopji tad-dokumenti fil-pussess tiegħi.

C4 Ix-xiri ddikjarat mill-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti ma jikkorrispondix mal-informazzjoni mill-VIES jew sorsi oħra. Investiga u spjega jekk jogħġbok.

C5 Jekk jogħġbok agħti l-indirizzi fejn saret il-kunsinna tal-oġġetti.

Indirizzi:

C6 Il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti tafferma li għamlet provvista lil persuna fl-Istat rikjest. Jekk jogħġbok ikkonferma li l-oġġetti waslu u jekk:

ingħatax kont tagħhom: o Iva o Le

ġewx iddikjarati/imħallsa minn persuna taxxabbli fl-Istat rikjest o Iva o Le

L-isem u/jew in-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest.

Moviment tal-oġġetti qabel/wara

C7 Mingħand min inxtraw l-oġġetti? Agħti l-ismijiet, l-ismijiet kummerċjali u n-numri tal-VAT fil-kaxxa C41.

C8 Lil min inbigħu l-oġġetti? Agħti l-ismijiet, l-ismijiet kummerċjali u n-numri tal-VAT fil-kaxxa C41.

Servizzi

C9 Skont il-VIES jew sorsi oħra, il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest forniet servizzi taxxabbli fl-Istat rikjedenti iżda l-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti jew:

o

ma ddikjaratx is-servizz;

o

tiċħad li rċeviet is-servizz;

o

tiddikjara li rċeviet is-servizz għal ammont differenti u l-ammont iddikjarat huwa:

Jekk jogħġbok investiga u spjega.

Nehmeż kopji tad-dokumenti fil-pussess tiegħi.

C10 Ix-xiri ddikjarat mill-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti ma jikkorrispondix mal-informazzjoni mill-VIES jew sorsi oħra. Jekk jogħġbok investiga u spjega.

C11 Jekk jogħġbok ipprovdi l-indirizzi fejn ingħataw is-servizzi.

Indirizzi:

C12 Il-persuna taxxabbli fl-Istat rikjedenti tafferma li għamlet provvista lil persuna fl-Istat rikjest. Jekk jogħġbok ikkonferma li s-servizzi ngħataw u jekk:

ingħatax kont tagħhom: o Iva o Le

ġewx iddikjarati/imħallsa minn persuna taxxabbli fl-Istat rikjest o Iva o Le

L-isem u/jew in-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest.

Trasport tal-oġġetti

C13 Agħti l-isem/in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT u l-indirizz tat-trasportatur.

L-isem u/jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT u l-indirizz:

C14 Min ordna u ħallas it-trasport tal-oġġetti?

L-isem u/jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT u l-indirizz:

C15 Min hu l-proprjetarju tal-mezz tat-trasport li ntuża?

L-isem u/jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT u l-indirizz:

Fatturi

C16 Jekk jogħġbok agħti l-ammont fatturat u l-munita.

 

Ħlas

C17 Jekk jogħġbok agħti l-ammont imħallas u l-munita.

 

C18 Jekk jogħġbok agħti l-isem tad-detentur tal-kont tal-bank u n-numru tal-kont li minnu u/jew li fih sar il-ħlas.

Minn:

 

Isem id-detentur tal-kont:

 

Numru IBAN jew numru tal-kont:

 

Bank:

Lil:

 

Isem id-detentur tal-kont:

 

Numru IBAN jew numru tal-kont:

 

Bank

C19 Jekk jogħġbok agħti d-dettalji li ġejjin fejn il-ħlas sar fi flus kontanti:

Min għadda l-flus, lil min, fejn u meta?

X'dokument (irċevuta fiskali, eċċ.) inħareġ li jikkonferma l-ħlas?

C20 Hemm xi evidenza ta' ħlas minn partijiet terzi? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti informazzjoni addizzjonali fil-kaxxa C41 o Iva o Le

Tqegħid ta' ordni

C21 Agħti d-dettalji kollha disponibbli tal-persuna li għamlet l-ordni, kif saret l-ordni u kif ġie stabbilit il-kuntatt

bejn il-fornitur u l-konsumatur.

Oġġetti koperti minn skemi speċjali/proċeduri partikolari

Immarka l-kaxxa x-xierqa u daħħal il-mistoqsija tiegħek fil-kaxxa C40

C22 Tranżazzjonijiet triangolari.

C23 Skema ta' marġni.

C24 Bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti

kopert mill-iskema tal-Unjoni

kopert mill-iskema tal-Importazzjoni

C25 Mezzi ġodda ta' trasport mibjugħa lil persuni mhux taxxabbli.

C26 Eżenzjoni skont il-Proċedura Doganali 42XX/63XX.

C27 Gass u elettriku.

C28 Arranġamenti ta' stokk f'kunsinna kuntrattat.

C29 Oħrajn:

Servizzi koperti minn dispożizzjonijiet partikolari

Immarka l-kaxxa x-xierqa u daħħal il-mistoqsija tiegħek fil-kaxxa C40

C30 Provvista ta' servizzi pprovduti minn intermedjarju.

C31 Provvista ta' servizzi konnessi ma' proprjetà immobbli.

C32 Provvisti ta' trasport tal-passiġġieri.

C33 Provvisti ta' trasport ta' merkanzija.

C34 Provvista ta' servizzi kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment u servizzi simili, servizzi anċillari tat-trasport u valutazzjonijiet ta' proprjetà mobbli tanġibbli u xogħol li sar fuqha.

C35 Forniment ta' servizzi ta' ristoranti u ta' catering minbarra dak previst f'C37.

C36 Provvisti ta' kiri ta' trasport.

C37 Provvista ta' servizzi ta' ristoranti u catering għall-konsum abbord bastimenti, inġenji tal-ajru jew ferroviji.

C38 Provvista ta' servizzi

koperta mill-iskema mhux tal-Unjoni

koperta mill-iskema tal-Unjoni

C39 Servizzi li għalihom jiġu applikati regoli effettivi dwar l-użu u t-tgawdija.

C40 Informazzjoni ġenerali u mistoqsijiet ulterjuri

C41 Kaxxa ta' tweġiba b'test liberu

D)

TALBA GĦAL DOKUMENTI

Ipprovdi kopji tad-dokumenti li ġejjin (fejn applikabbli ara l-ammont u l-perjodu fil-parti B12 u B13)

D1 Fatturi

o

Provduti

o

Mhux disponibbli

D2 Kuntratti

o

Provduti

o

Mhux disponibbli

D3 Ordnijiet

o

Provduti

o

Mhux disponibbli

D4 Prova tal-ħlasijiet

o

Provduta

o

Mhux disponibbli

D5 Dokumentazzjoni tat-trasport

o

Provduta

o

Mhux disponibbli

D6 Ktieb tal-kreditur għall-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest

o

Provdut

o

Mhux disponibbli

D7 Ktieb tad-debituri għall-persuna taxxabbli fl-Istat rikjest

o

Provdut

o

Mhux disponibbli

D8 Reġistri ta' stokk f'kunsinna kuntrattat

 

Minn

 

Sa

o

Provduti

o

Mhux disponibbli

D9 Rekords ta' punt uniku ta' servizz/punt uniku ta' servizz għall-importazzjoni

 

Minn

 

Sa

o

Provduti

o

Mhux disponibbli

D10 Dikjarazzjonijiet tal-kontijiet bankarji

 

Minn

 

Sa

o

Provduti

o

Mhux disponibbli

D11 Oħrajn

o

Provduti

o

Mhux disponibbli

E)

INFORMAZZJONI MOGĦTIJA SPONTANJAMENT (ĠENERALI)

E1 Abbażi tar-rekords tal-persuna taxxabbli fl-Istat mittenti, jidher li dawn għandhom jiġu rreġistrati fl-Istat riċeventi.

E2 Skont ir-rekords tal-persuna taxxabbli fl-Istat mittenti, ☐ oġġetti/☐ servizzi ġew fornuti lilhom minn persuna taxxabbli fl-Istat riċeventi, iżda l-ebda informazzjoni mhi disponibbli permezz tal-VIES/Dwana jew minn sorsi oħra ta' data.

E3 Skont ir-rekords tal-persuna taxxabbli fl-Istat mittenti, il-VAT għandha titħallas fuq l-oġġetti provduti lill-Istat riċeventi, iżda ma ddaħħlet l-ebda data fil-VIES/Dwana jew minn sorsi oħra ta' data.

E4 Skont il-VIES/Dwana jew sorsi oħra ta' data, il-persuna taxxabbli fl-Istat riċeventi għamlet provvisti lil persuna taxxabbli fl-Istat mittenti iżda l-persuna taxxabbli fl-Istat mittenti jew:

ma ddikjaratx xiri ta' ☐ oġġetti / riċevuta ta' ☐ servizzi;

tiċħad ix-xiri ta'☐ oġġetti / riċevuta ta' ☐ servizzi.

E5 Abbażi tar-rekords tal-persuna taxxabbli fl-Istat mittenti, il-VAT għandha titħallas fuq servizzi pprovduti fl-Istat riċeventi.

E6 Informazzjoni ġenerali u informazzjoni addizzjonali:

E7 Nehmeż kopji tal-fatturi fil-pussess tiegħi.

F)

FRODI B'NEGOZJANT NIEQES: KONTROLL TAR-REĠISTRAZZJONI / ATTIVITÀ TAN-NEGOZJU

(A)

Identifikazzjoni tan-negozju

Awtorità rikjedenti

Awtorità rikjesta

Awtorità rikjesta (3)

F1 In-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT (jekk mhux disponibbli, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa)

F1 In-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT (jekk mhux disponibbli, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa)

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

Numru tal-VAT:

Numru tal-VAT:

Numru tal-VAT:

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

F2 Isem

F2 Isem

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

 

 

Isem:

F3 Indirizz

F3 Indirizz

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

 

 

Indirizz:

F4 Id-dati li ġejjin fil-format (SSSS/XX/JJ):

F4 Id-dati li ġejjin fil-format (SSSS/XX/JJ):

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(c)

Inkorporazzjoni

(c)

Inkorporazzjoni

(c)

Inkorporazzjoni

F5 Sidien, proprjetarji, assoċjati, sħab, aġenti, partijiet ikkonċernati jew persuni bi drittijiet oħra fin-negozju

F5 Sidien, proprjetarji, assoċjati, sħab, aġenti, partijiet ikkonċernati jew persuni bi drittijiet oħra fin-negozju

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

(a)

Isem

(a)

Isem

(a)

Isem

(b)

Indirizz

(b)

Indirizz

(b)

Indirizz

(c)

Data tat-twelid

(c)

Data tat-twelid

(c)

Data tat-twelid

(d)

Nazzjonalità

(d)

Nazzjonalità

(d)

Nazzjonalità

F6 Maniġers/diretturi

F6 Maniġers/diretturi

o

Imla jekk jogħġbok

 

 

o

Ikkonferma jekk jogħġbok

o

Nikkonferma

o

Ma nikkonfermax

(a)

Isem

(a)

Isem

(a)

Isem

(b)

Indirizz

(b)

Indirizz

(b)

Indirizz

(c)

Data tat-twelid

(c)

Data tat-twelid

(c)

Data tat-twelid

(d)

Nazzjonalità

(d)

Nazzjonalità

(d)

Nazzjonalità

(B)

Informazzjoni mitluba

F7 Il-persuni msemmija f'F5 u F6 (bid-data tat-twelid jekk magħrufa) jinsabu fi kwalunkwe bażi tad-data tiegħek?

o

Iva

o

Le

F8 Dawk il-persuni msemmija f'F5 u F6 għandhom rekord kriminali finanzjarju?

L-informazzjoni ma tistax tingħata għal raġunijiet legali.

o

Iva

o

Le

F9 Dawk il-persuni msemmija f'F5 u F6 għandhom storja ta' involviment fi frodi b'negozjant nieqes jew tip ieħor ta' frodi?

L-informazzjoni ma tistax tingħata għal raġunijiet legali.

o

Iva

o

Le

F10 Dawk il-persuni msemmija f'F5 u F6 huma residenti jew konnessi mal-indirizz mogħti?

o

Iva

o

Le

F11 L-indirizz iddikjarat huwa residenzjali/tan-negozju/ta' akkomodazzjoni temporanja/tal-kontabilist/ieħor?

o

Iva

o

Le

F12 X'inhi l-attività tan-negozju?

 

F13 Il-konformità tan-negozju mar-regoli tat-taxxa hija suspettuża?

o

Iva

o

Le

F14 X'inhi r-raġuni għall-kanċellazzjoni tan-numru tal-VAT?

 

F15 Jekk jogħġbok agħti d-dettalji ta' kwalunkwe negozju assoċjat (4) inkluż in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tiegħu u kwalunkwe opinjoni dwar il-kredibbiltà tiegħu.

 

F16 Agħti d-dettalji tal-kontijiet bankarji magħrufa tan-negozju fl-Istat rikjest u kwalunkwe negozju assoċjat.

 

F17 Jekk jogħġbok agħti informazzjoni minn dikjarazzjonijiet rikapitulattivi jew minn dikjarazzjonijiet Doganali dwar il-provvisti/xiri ta' oġġetti/servizzi għas-sena/snin:

 

F18 Jekk jogħġbok agħti informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tal-VAT/dwar il-pagamenti għas-sena/snin:

 

F19 Kwalunkwe kumment addizzjonali:

 

G)

INFORMAZZJONI MOGĦTIJA SPONTANJAMENT (FRODI B'NEGOZJANT NIEQES)

Awtorità akkreditanti

Awtorità riċeventi

Identifikazzjoni tan-negozju

G1 In-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT (jekk mhux disponibbli, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa)

Identifikazzjoni tan-negozju

G1 In-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT (jekk mhux disponibbli, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa)

Numru tal-VAT:

Numru tal-VAT:

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-VAT mhux disponibbli

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

In-numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

G2 Isem

G2 Isem

G3 Indirizz

G3 Indirizz

G4 Id-dati li ġejjin fil-format (SSSS/XX/JJ):

G4 Id-dati li ġejjin fil-format (SSSS/XX/JJ):

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(a)

ħruġ tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(b)

kanċellazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT/tat-taxxa

(c)

Inkorporazzjoni

(c)

Inkorporazzjoni

G5 Sidien, proprjetarji, assoċjati, sħab, aġenti, partijiet ikkonċernati jew persuni bi drittijiet oħra fin-negozju

G5 Sidien, proprjetarji, assoċjati, sħab, aġenti, partijiet ikkonċernati jew persuni bi drittijiet oħra fin-negozju

(a)

Isem

(a)

Isem

(b)

Indirizz

(b)

Indirizz

(c)

Data tat-twelid

(c)

Data tat-twelid

(d)

Nazzjonalità

(d)

Nazzjonalità

G6 Maniġers, diretturi

G6 Maniġers, diretturi

(a)

Isem

(a)

Isem

(b)

Indirizz

(b)

Indirizz

(c)

Data tat-twelid

(c)

Data tat-twelid

(d)

Nazzjonalità

(d)

Nazzjonalità

Kwalunkwe kumment addizzjonali

H)

KUMMENTI (5)

Riżultati relatati mal-informazzjoni pprovduta:

1)

L-informazzjoni pprovduta:

Irriżultat f'valutazzjoni addizzjonali tal-VAT jew ta' taxxi oħra. Ipprovdi dettalji dwar it-tip u l-ammont tat-taxxa vvalutata:

Tip ta' taxxa:

Valutazzjoni addizzjonali:

Pieni:

Irriżultat f'reġistrazzjoni tal-VAT.

Irriżultat f'dereġistrazzjoni tal-VAT.

Irriżultat fil-kanċellazzjoni ta' numru tal-VAT mill-VIES jew mill-bażi tad-data tal-kontribwenti rreġistrati fil-VAT.

Irriżultat fil-korrezzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT.

Wasslet għal inkjesta dokumentarja.

Wasslet għal proċedura ta' awditu ġdid jew intużat bħala parti minn awditu li għadu għaddej.

Wasslet għal investigazzjoni ta' frodi.

Irriżultat f'talba għal informazzjoni.

Wasslet għal preżenza f'uffiċċju amministrattiv jew f'parteċipazzjoni f'inkjesta amministrattiva.

Wasslet għal Kontroll Multilaterali (MLC).

Irriżultat f'azzjonijiet oħra:

Ma rriżultat f'ebda azzjoni sostanzjali.

2)

Kummenti oħra:

Data tat-trażmissjoni:

TAQSIMA 4

ASSISTENZA GĦALL-IRKUPRU

Artikolu 4.1

Komunikazzjoni

Għall-applikazzjoni tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll, għandha tintbagħat talba permezz ta' mezzi elettroniċi bejn il-kaxxi postali tas-CCN li huma stabbiliti għat-tip ta' taxxa jew dazju li għalihom tirreferi t-talba, sakemm l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament tal-applikant u tal-Istati rikjesti ma jaqblux li waħda mill-kaxxi postali tista' tintuża għal talbiet li jikkonċernaw tipi differenti ta' taxxi jew dazji.

Madankollu, jekk talba għal notifika ta' dokumenti tkun relatata ma' aktar minn tip wieħed ta' taxxa jew dazju, l-awtorità applikanti għandha tibgħat dik it-talba lil kaxxa postali stabbilita għal mill-inqas wieħed mit-tipi ta' pretensjonijiet imsemmija fid-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati.

Artikolu 4.2

Regoli ta' implimentazzjoni relatati mal-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest

1.   Il-pieni amministrattivi, il-multi, it-tariffi u l-ħlasijiet addizzjonali u l-imgħax u l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu PVAT.2(1) ta' dan il-Protokoll li, skont ir-regoli fis-seħħ fl-Istat applikant, jistgħu jkunu dovuti mid-data tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar sal-jum qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba għall-irkupru, jistgħu jiżdiedu fl-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest.

2.   Strument uniformi uniku li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest jista' jinħareġ fir-rigward ta' diversi pretensjonijiet u diversi persuni, li jikkorrispondi għall-istrument jew għall-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat applikant.

3.   F'dak li għandu x'jaqsam mal-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar għal diversi pretensjonijiet fl-Istat applikanti diġà ġew sostitwiti bi strument globali li jippermetti l-infurzar ta' dawn il-pretensjonijiet kollha f'dak l-Istat, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest jista' jkun ibbażat fuq l-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat applikanti jew fuq dak l-istrument globali li jgħaqqad fi grupp dawk l-istrumenti inizjali fl-Istat applikanti.

4.   Fejn l-istrument inizjali msemmi fil-paragrafu 2 jew l-istrument globali msemmi fil-paragrafu 3 jkun jinkludi diversi pretensjonijiet, li waħda jew aktar minnhom tkun diġà nġabret jew ġiet irkuprata, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest għandu jirreferi biss għal dawk il-pretensjonijiet li tintalab l-assistenza fl-irkupru tagħhom.

5.   Fejn l-istrument inizjali msemmi fil-paragrafu 2 jew l-istrument globali msemmi fil-paragrafu 3 jkun jinkludi diversi pretensjonijiet, l-awtorità applikanti tista' telenka dawk il-pretensjonijiet fi strumenti uniformi differenti li jippermettu l-infurzar fl-Istat rikjest, skont id-diviżjoni tal-kompetenzi relatati mat-tip tat-taxxa tal-uffiċċji tal-irkupru rispettivi fl-Istat rikjest.

6.   Jekk talba ma tkunx tista' tiġi trażmessa permezz tan-network CCN u tintbagħat bil-posta, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest għandu jiġi ffirmat minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-awtorità applikanti.

Artikolu 4.3

Konverżjoni tas-somom li għandhom jiġu rkuprati

1.   L-awtorità applikanti għandha tesprimi l-ammont tal-pretensjoni li għandu jiġi rkuprat fil-munita tal-Istat applikant u fil-munita tal-Istat rikjest.

2.   Għal talbiet mibgħuta lir-Renju Unit, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-finijiet tal-assistenza għall-irkupru għandha tkun ir-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-ġurnata qabel dik id-data li fiha tintbagħat it-talba. Jekk tali rata ma tkunx disponibbli f'dik id-data, ir-rata tal-kambju għandha tkun l-aktar rata tal-kambju reċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba.

Għal talbiet mibgħuta lil Stat Membru, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-finijiet tal-assistenza għall-irkupru għandha tkun ir-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank of England fil-ġurnata qabel dik id-data li fiha tintbagħat it-talba. Jekk tali rata ma tkunx disponibbli f'dik id-data, ir-rata tal-kambju għandha tkun l-aktar rata tal-kambju reċenti ppubblikata mill-Bank of England qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba.

3.   Sabiex tikkonverti l-ammont tal-pretensjoni li jirriżulta mill-aġġustament, imsemmi fl-Artikolu PVAT.30(2) ta' dan il-Protokoll, fil-munita tal-Istat tal-awtorità rikjesta, l-awtorità applikanti għandha tuża r-rata tal-kambju użata fit-talba inizjali tagħha.

Artikolu 4.4

Trasferiment ta' ammonti rkuprati

1.   It-trasferiment tal-ammonti rkuprati għandu jsir fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun sar l-irkupru, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor bejn l-Istati.

2.   Madanakollu, jekk il-miżuri ta' rkupru applikati mill-awtorità rikjesta jiġu kontestati għal raġuni li ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Istat applikant, l-awtorità rikjesta tista' tistenna biex titrasferixxi kwalunkwe somma rkuprata relatata mal-pretensjoni tal-Istat applikant, sakemm tissolva t-tilwima, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti simultanjament:

(a)

l-awtorità rikjesta tqis li huwa probabbli li l-eżitu ta' dan il-kontestazzjoni jkun favur il-parti konċernata; u

(b)

L-awtorità applikanti ma ddikjaratx li ser tirrimborża s-somom diġà ttrasferiti jekk l-eżitu ta' dik il-kontestazzjoni jkun favorevoli għall-parti kkonċernata.

3.   Jekk l-awtorità applikanti tkun għamlet dikjarazzjoni li tirrimborża skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, hija għandha tirritorna l-ammonti rkuprati diġà trasferiti mill-awtorità rikjesta fi żmien xahar mill-irċevuta tat-talba għal rimborż. Kull kumpens ieħor dovut, f'dak il-każ, għandu jkun responsabbiltà tal-awtorità li rċeviet it-talba.

Artikolu 4.5

Rimborż tal-ammonti rkuprati

L-awtorità rikjesta għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti bi kwalunkwe azzjoni meħuda fl-Istat rikjest għar-rimborż tas-somom irkuprati jew għall-kumpens relatat mal-irkupru tal-pretensjonijiet ikkontestati, immedjatament wara li l-awtorità rikjesta tkun ġiet infurmata b'tali azzjoni.

L-awtorità rikjesta għandha, sa fejn ikun possibbli, tinvolvi l-awtorità applikanti fil-proċeduri għall-ħlas tal-ammont li għandu jkun rimborżat u l-kumpens dovut. Malli tirċievi talba motivata mill-awtorità rikjesta, l-awtorità applikanti għandha tittrasferixxi s-somom rimborżati u l-kumpens imħallas fi żmien xahrejn minn meta tirċievi dik it-talba.

Artikolu 4.6

Formoli standard

1.   Għall-formola ta' notifika uniformi li takkumpanja t-talba għal notifika, imsemmija fl-Artikolu PVAT.23 ta' dan il-Protokoll, l-Istati għandhom jużaw il-formola stabbilita skont il-mudell A.

2.   Għall-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest, imsemmi fl-Artikolu PVAT 27 ta' dan il-Protokoll, li jakkumpanja t-talba għall-irkupru jew it-talba għal miżuri kawtelatorji, jew l-istrument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest, imsemmi fl-Artikolu PVAT.30(2) ta' dan il-Protokoll, l-Istati għandhom jużaw il-formola stabbilita skont il-mudell B.

3.   Għat-talba għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu PVAT.20 ta' dan il-Protokoll, l-Istati għandhom jużaw il-formola stabbilita skont il-mudell C.

4.   Għat-talba għal notifika msemmija fl-Artikolu PVAT.23 ta' dan il-Protokoll, l-Istati għandhom jużaw il-formola stabbilita skont il-mudell D.

5.   Għat-talba għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji msemmija fl-Artikoli PVAT.25 u PVAT.31 ta' dan il-Protokoll, l-Istati għandhom jużaw il-formola stabbilita skont il-mudell E.

6.   Fejn il-formoli jiġi trażmessi b'mezzi elettroniċi, l-istruttura u t-tqassim tagħhom jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet u għall-possibiltajiet tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, sakemm is-sett tad-data u l-informazzjoni li jkun fihom ma jinbidlux sostanzjalment meta mqabbla mal-mudelli stabbiliti hawn taħt.

Mudell A

Formola ta' notifika uniformi li tipprovdi informazzjoni dwar id-dokument(i) notifikat(i)

(għandha tiġi trażmessa lid-destinatarju tan-notifika)(1)

Dan id-dokument jakkumpanja d-dokument(i) hawnhekk notifikat(i) mill-awtorità kompetenti tal-Istat li ġej: [isem tal-Istat rikjest].

Din in-notifika tikkonċerna d-dokumenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li ġej: [isem l-Istat applikant], li talab assistenza għan-notifika, skont l-Artikolu PVAT.23 tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

A.   DESTINATARJU TAN-NOTIFIKA

Isem

Indirizz (magħruf jew maħsub)

Data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju

B.   SKOP TAN-NOTIFIKA

Din in-notifika għandha l-għan li:

tinforma lid-destinatarju dwar id-dokument(i) li miegħu/magħhom huwa mehmuż dan id-dokument.

tinterrompi l-perjodu tal-limitazzjoni fir-rigward tal-pretensjoni(jiet) imsemmija fid-dokument(i) notifikat(i).

tikkonferma lid-destinatarju, l-obbligu għall-ħlas tal-ammonti msemmija fil-punt D.

Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni li f'każ li ma jsirx ħlas, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu miżuri ta' infurzar u/jew kawtelatorji biex jiżguraw l-irkupru tal-pretensjoni(jiet). Dan jista' jwassal għal iżjed spejjeż imġarrba mid-destinatarju.

Int id-destinatarju ta' din in-notifika, billi int meqjus bħala:

id-debitur prinċipali

kodebitur

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal pretensjonijiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), li għandha assi li jappartjenu lil, jew li jkollhom dejn lejn, id-debitur (u l-kodebitur) jew xi persuna oħra responsabbli

terza persuna li tista' tiġi affettwata b'miżuri ta' infurzar li jikkonċernaw persuni oħra

(L-informazzjoni segwenti se tidher jekk id-destinatarju tan-notifika huwa persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), li għandha assi li jappartjenu lil, jew li jkollhom dejn lejn, id-debitur (u l-kodebitur) jew xi persuna oħra responsabbli, jew terza persuna li tista' tiġi affettwata b'miżuri ta' infurzar li jikkonċernaw persuni oħra:

Id-dokumenti notifikati jikkonċernaw pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji, li għalihom huma responsabbli l-persuna/i segwenti bħala

id-debitur prinċipali: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]

il-kodebitur: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, id-dazji u l-miżuri oħra, jew għal pretensjonijiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, id-dazji u l-miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]).

L-awtorità applikanti tal-Istat applikant [isem tal-Istat applikant] stiednet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjest [isem tal-Istat rikjest] biex jagħmlu din in-notifika qabel [data]. Innota li din id-data mhijiex relatata speċifikament ma' xi perjodu ta' limitazzjoni.

C.   UFFIĊĊJU/I RESPONSABBLI GĦAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)

Uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a):

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

Tista' tinkiseb aktar informazzjoni dwar id-dokument(i) notifikat(i) u/jew il-possibbiltà ta' kontestazzjoni tal-obbligi

mil-uffiċċju msemmi hawn fuq responsabbli għad-dokument(i) mehmuż(a), u/jew

mill-uffiċċju li ġej:

 

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

D.   DESKRIZZJONI TAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)

Dokument [numru]

Numru ta' referenza:

Data tal-istabbiliment:

Natura tad-dokument notifikat:

 

Valutazzjoni tat-taxxa

Ordni ta' ħlas

Deċiżjoni wara appell amministrattiv

Dokument amministrattiv ieħor:

Sentenza jew digriet ta':

Dokument ġudizzjarju ieħor:


Isem tal-pretensjoni(jiet) ikkonċernata(i) (fil-lingwa tal-Istat applikant):


Natura tal-pretensjoni(jiet) ikkonċernata/i:


Ammont tat-pretensjoni(jiet) ikkonċernata(i):

 

Ammont prinċipali:

pieni u multi amministrattivi:

Imgħax sa [data]:

Spejjeż sa [data]:

Tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin b'rabta ma' proċeduri amministrattivi relatati mal-pretensjoni msemmija fil-punt [x]:

Ammont totali għal din/dawn il-pretensjoni(jiet):


Jenħtieġ li l-ammont imsemmi fil-punt [x] jitħallas:

 

qabel:

fi żmien [numru] jum mid-data ta' din in-notifika

mingħajr aktar dewmien


Jenħtieġ li dan il-ħlas jsir lil:

 

Detentur tal-kont bankarju:

Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN):

Kodiċi ta' Identifikazzjoni Bankarja (BIC):

Isem tal-bank:


Referenza biex tintuża għall-ħlas:


Id-destinatarju jista' jwieġeb għad-dokument(i) li huwa/huma hawnhekk notifikat(i).

 

L-aħħar ġurnata biex twieġeb:

Il-perjodu taż-żmien biex twieġeb:


Isem u indirizz l-awtorità li lilha tista' tintbagħat tweġiba:


Possibbiltà għall-kontestazzjoni:

 

Il-perjodu ta' kontestazzjoni tal-pretensjoni jew tad-dokument(i) notifikat(i) diġà skada.

L-aħħar ġurnata għall-kontestazzjoni tal-pretensjoni:

Il-perjodu taż-żmien għall-kontestazzjoni tal-pretensjoni: [numru ta' ġranet] wara

 

id-data ta' din in-notifika.

l-istabbiliment tad-dokument(i) notifikat(i)

data oħra:


Isem u indirizz l-awtorità li lilha għandha tintbagħat il-kontestazzjoni:

Niġbdulek l-attenzjoni li t-tilwim rigward il-pretensjoni, l-istrument li jippermetti l-infurzar jew kwalunkwe dokument ieħor li joriġina mill-awtoritajiet tal-Istat applikant [isem tal-Istat applikant], huma kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat applikant [isem tal-Istat applikant], skont l-Artikolu PVAT.29 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

Kwalunkwe tilwima bħal din hija rregolata mir-regoli proċedurali u lingwistiċi li japplikaw fl-Istat applikant [isem tal-Istat applikant].

Innota li l-irkupru jista' jibda qabel tmiem il-perjodu li fiha l-pretensjoni tista' tiġi kkontestata.


Informazzjoni oħra:

______________

(1)

L-elementi li jinsabu bil-korsiv huma fakultattivi.

Mudell B

Strument uniformi li jippermetti l-infurzar tal-pretensjonijiet koperti mill-Artikolu PVAT.27 tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit dwar kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar assistenza reċiproka għall-irkupru tal-pretensjonijiet relatati mat-taxxi u d-dazji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (1)

STRUMENT UNIFORMI LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TAL-PRETENSJONIJIET

Data tal-ħruġ:

Numru ta' referenza:

STRUMENT UNIFORMI RIVEDUT LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TAL-PRETENSJONIJIET

Data tal-ħruġ tal-istrument uniformi oriġinali:

Data tar-reviżjoni:

Raġuni għar-reviżjoni:

sentenza jew digriet ta' [isem tal-Qorti] ta' [data]

deċiżjoni amministrattiva ta' [data]

Numru ta' referenza:

Stat fejn inħareġ dan id-dokument: [isem tal-Istat applikant]

Miżuri ta' rkupru meħuda fl-Istat rikjest fuq il-bażi ta':

strument uniformi li jippermetti l-infurzar, skont l-Artikolu PVAT.27 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq.

strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar, skont l-Artikolu PVAT.30 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq (biex titqies id-deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu PVAT.29(1) ta' dak il-Protokoll ).

Dan id-dokument huwa l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar (inklużi l-miżuri kawtelatorji). Dan jikkonċerna l-pretensjoni(jiet) imsemmija hawn taħt, li jibqgħu mhux imħallsa fl-Istat applikant [isem tal-Istat applikant]. L-istrument inizjali għall-infurzar ta' din/dawn il-pretensjoni(jiet) ġie nnotifikat sa fejn meħtieġ skont il-liġi nazzjonali tal-Istat applikant [isem tal-Istat applikant].

It-tilwim li jikkonċerna l-pretensjoni(jiet) huwa kompetenza esklussiva tal-korpi kompetenti tal-Istat applikant [isem tal-Istat applikant], skont l-Artikolu PVAT.29 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe azzjoni bħal din għandha titressaq quddiemhom skont ir-regoli proċedurali u tal-lingwa fis-seħħ fl-Istat applikant [isem tal-Istat applikant].

DESKRIZZJONI TAL-PRETENSJONI(JIET) U TAL-PERSUNA(I) KKONĊERNATA(I)

Identifikazzjoni tal-pretensjoni(jiet) [numru]

1.

Referenza:

2.

Natura tal-pretensjoni(jiet) ikkonċernata/i:

3.

Isem tat-taxxa/dazju kkonċernat(a):

4.

Perjodu jew data kkonċernata:

5.

Data tal-istabbiliment tal-pretensjoni:

6.

Data li fiha l-infurzar isir possibbli:

7.

L-ammont tal-pretensjoni li għadu dovut:

 

ammont prinċipali:

pieni u multi amministrattivi:

imgħax sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:

spejjeż sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:


ammont totali ta' din il-pretensjoni:

8.

Data tan-notifika tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant: [isem tal-Istat applikant]:

Data:

Ma hemm l-ebda data disponibbli

9.

L-uffiċċju responsabbli għall-valutazzjoni tal-pretensjonijiet:

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

10.

Aktar informazzjoni dwar il-pretensjoni jew il-possibiltajiet ta' kontestazzjoni tal-obbligazzjoni tal-ħlas tista' tinkiseb:

mill-uffiċċju msemmi hawn fuq

mill-uffiċċju responsabbli għall-Istrument uniformi li jippermetti l-infurzar:

 

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

Identifikazzjoni tal-persuna/i kkonċernata/i fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti/u l-infurzar

(a)

Din il-persuna hija msemmija fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti/u l-infurzar

persuna fiżika

oħrajn

 

Isem

Indirizz (magħruf jew maħsub)

Data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju

Rappreżentant legali

 

Isem

Indirizz (magħruf jew maħsub)

Data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju

Kawża tal-imputabilità:

id-debitur prinċipali

kodebitur

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, d-dazji u l-miżuri oħra, jew għal pretensjonijiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, d-dazji u l-miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

(b)

il-persuna/i segwenti hija/huma msemmija wkoll fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti/u l-infurzar:

persuna fiżika

oħrajn

 

Isem:

Indirizz (magħruf jew maħsub):

Data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

Rappreżentant legali

 

Isem:

Indirizz (magħruf jew maħsub):

Data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

Kawża tal-imputabilità:

id-debitur prinċipali

kodebitur

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, d-dazji u l-miżuri oħra, jew għal pretensjonijiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, d-dazji u l-miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

Informazzjoni oħra

L-ammont totali globali tal-pretensjoni(jiet)

fil-munita tal-Istat applikant:

fil-munita tal-Istat rikjest:

_____________

(1)

L-elementi li jinsabu bil-korsiv huma fakultattivi.

Mudell tal-Formola C – talba għal informazzjoni

TALBA GĦAL INFORMAZZJONI

Skont l-Artikolu PVAT.20 tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit

Referenza: AA_RA_aaaaaaaaaaa_rrrrrrrrrrrr_20YYMMDD_xxxxxxx_RI

Natura tal-pretensjoni(jiet):

1.

L-ISTAT TAL-AWTORITÀ APPLIKANTI

A.

Awtorità applikanti

Pajjiż:

Isem:

Telefon:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:

Ħiliet lingwistiċi

 

B.

Uffiċċju li ta bidu għat-talba

Isem:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:


2.

L-ISTAT TAL-AWTORITÀ RIKJESTA

A.

Awtorità rikjesta

Pajjiż:

Isem:

Telefon:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:

Ħiliet lingwistiċi

 

B.

Uffiċċju li jittratta t-talba

Isem:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:


3.

INFORMAZZJONI RELATATA MAT-TALBA

Jiena, l-awtorità applikanti, nitlob lill-awtorità mitluba biex ma tinformax lill-persuna(i) kkonċernata(i) b'din it-talba.

Jiena, l-awtorità applikanti, nikkonferma li l-informazzjoni li trid tasal se tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tas-segretezza definiti fil-bażi legali kwotata hawn fuq.


4.

INFORMAZZJONI RELATATA MAL-PERSUNA KKONĊERNATA

A.

Mitluba informazzjoni rigward:

Għal persuni fiżiċi:

 

Isem/ismijiet:

 

Kunjom:

 

Kunjom qabel iż-żwieġ (kunjom tat-twelid):

 

Data tat-twelid:

 

Post tat-twelid:

 

Numru tal-VAT:

 

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

 

Data oħra ta' identifikazzjoni:

 

Indirizz ta' din il-persuna: magħruf — maħsub

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Pajjiż:

Jew għal entitajiet ġuridiċi:

 

Isem il-kumpanija:

 

Status ġuridiku:

 

Numru tal-VAT:

 

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

 

Data oħra ta' identifikazzjoni:

 

Indirizz ta' din l-entità legali: magħruf — maħsub

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Pajjiż:

Rappreżentant legali

 

Isem:

 

Indirizz ta' dan ir-rappreżentant legali: ☐ magħruf — ☐ maħsub

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Pajjiż:

B.

Imputabilità: il-persuna kkonċernata hija:

id-debitur prinċipali

kodebitur

persuna oħra apparti d-debitur/il-kodebitur, responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, d-dazji u l-miżuri oħra, jew għal pretensjonijiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, d-dazji u l-miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

persuna oħra apparti d-debitur/il-kodebitur, li għandha assi li jappartjenu lil, jew li jkollhom dejn lejn, id-debitur/il-kodebitur jew xi persuna oħra responsabbli

terza persuna li tista' tiġi affettwata b'miżuri ta' infurzar li jikkonċernaw persuni oħra

C.

Informazzjoni rilevanti oħra li tikkonċerna l-persuni msemmija hawn fuq:

Numru/i tal-kont bankarju

In-numru tal-kont bankarju (IBAN):

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni bankarja (BIC):

Isem tal-bank:

Informazzjoni dwar il-karozza fl-20SS/XX/JJ

numru tal-pjanċa tal-karozza:

marka tal-karozza:

kulur tal-karozza:

Stima jew ammont proviżorju jew l-ammont preċiż tal-pretensjoni(jiet):

Oħrajn:


5.

INFORMAZZJONI MITLUBA

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna konċernata (għal persuni fiżiċi: isem sħiħ, data u post tat-twelid; għal entitajiet ġuridiċi: isem tal-kumpanija u status ġuridiku)

Informazzjoni dwar l-indirizz

Informazzjoni dwar id-dħul u l-assi għall-irkupru

Informazzjoni dwar l-eredi tagħhom u/jew is-suċċessuri legali

Oħrajn:


6.

SEGWITU GĦAT-TALBA GĦAL INFORMAZZJONI

Data

Nru

Messaġġ

Awtorità applikanti

Awtorità rikjesta

data

1

Jien, l-awtorità rikjesta, nirrikonoxxi li rċevejt it-talba.

data

Trid tingħaqad ma' rikonoxximent tat-talba

2

Jiena, l-awtorità mitluba, qed nistieden lill-awtorità applikanti biex timla t-talba bl-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

data

3

Jiena, l-awtorità rikjesta, għadni ma rċevejtx l-informazzjoni addizzjoni meħtieġa u se nagħlaq it-talba tiegħek jekk ma nirċevix din l-informazzjoni qabel 20SS/XX/JJ.

data

4

Jiena, l-awtorità applikanti,

 

a

nipprovdi b'talba l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

 

b

ma nistax nipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba

(minħabba li:)

data

5

Jiena, l-awtorità rikjesta, nirrikonoxxi li rċevejt l-informazzjoni addizzjonali u issa ninsab f'pożizzjoni li nipproċedi.

data

6

Jiena, l-awtorità rikjesta, ma nipprovdix assistenza u se nagħlaq il-każ minħabba li:

a

ma għandix kompetenza f'xi waħda mill-pretensjonijiet li għalihom tirreferi t-talba.

b

il-pretensjoni hija antika aktar milli previst fil-Protokoll.

c

l-ammont tal-pretensjoni huwa inqas mil-limitu.

d

ma nistax nikseb din l-informazzjoni sabiex ikunu rkuprati pretensjonijiet nazzjonali simili.

e

dan jiżvela sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali.

f

jekk tiġi żvelata din l-informazzjoni jkun hemm ir-riskju li tiġi ppreġudikata s-sigurtà jew tmur kontra l-ordni pubblika tal-Istat.

 

g

l-awtorità applikanti ma pprovdietx l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.

 

h

raġuni oħra:

data

7

Jien, l-awtorità applikanti, nitlob li niġi infurmata dwar l-istatus preżenti tat-talba tiegħi.

data

8

Jiena, l-awtorità rikjesta, ma nistax nipprovdi l-informazzjoni bħalissa billi:

Tlabt informazzjoni minn korpi pubbliċi oħra.

Tlabt informazzjoni minn parti terza.

Qed nirranġa sejħa personali.

raġuni oħra:

data

9

L-informazzjoni mitluba ma tistax tinkiseb għaliex:

a

il-persuna kkonċernata mhix magħrufa.

b

ma hemmx biżżejjed data għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata.

c

il-persuna kkonċernata marret toqgħod xi mkien ieħor u l-indirizz il-ġdid mhux magħruf.

d

l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli.

e

raġuni oħra:

data

10

Jiena, l-awtorità rikjesta, qed nittrażmetti l-parti li ġejja mill-informazzjoni mitluba:

data

11

Jiena, l-awtorità rikjesta, qed nittrażmetti l-informazzjoni kollha mitluba (jew il-parti finali tagħha):

 

a

identità kkonfermata

 

b

indirizz ikkonfermat

 

c

Id-data li ġejja dwar l-identità tal-persuna kkonċernata nbidlet (jew ġiet miżjuda):

 

 

 

Għal persuni fiżiċi:

 

 

 

Isem/ismijiet:

 

 

 

Kunjom:

 

 

 

Kunjom qabel iż-żwieġ:

 

 

 

Data tat-twelid:

 

 

 

Post tat-twelid:

 

 

 

Għal entitajiet ġuridiċi:

 

 

 

Status ġuridiku:

 

 

 

Isem il-kumpanija:

 

d

Id-data li ġejja dwar l-indirizz inbidlet (jew ġiet miżjuda):

 

 

 

Triq u numru:

 

 

 

Dettalji tal-indirizz:

 

 

 

Kodiċi postali u belt:

 

 

 

Pajjiż:

 

 

 

Telefon:

 

 

 

Fax:

 

 

 

Indirizz elettroniku:

 

e

Sitwazzjoni finanzjarja:

 

 

 

Kont(ijiet) bankarju/i magħruf(a):

 

 

 

In-numru tal-kont bankarju (IBAN): …

 

 

 

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni bankarja (BIC): …

 

 

 

Isem tal-bank: …

 

 

 

Dettalji tal-impjieg: ☐ Impjegat(a) —☐ Naħdem għal rasi — ☐ Qiegħed/Qiegħda

 

 

 

Jidher li l-persuna kkonċernata m'għandha l-ebda mezz biex tħallas id-dejn/l-ebda assi biex tkopri l-irkupru

 

 

 

Il-persuna kkonċernata hija falluta/insolventi:

 

 

 

Data tal-digriet:

 

 

 

Data tar-rilaxx:

 

 

 

Dettalji tal-likwidaturi:

 

 

 

Isem:

 

 

 

Triq u numru:

 

 

 

Dettalji tal-indirizz:

 

 

 

Kodiċi postali u belt:

 

 

 

Pajjiż:

 

 

 

Jidher li l-persuna kkonċernata għandha:

 

 

 

mezzi limitati biex parzjalment tħallas id-dejn

 

 

 

mezzi/assi suffiċjenti għall-irkupru

 

 

 

Kummenti:

 

f

Dejn ikkontestat

 

 

 

il-persuna kkonċernata ngħatat il-parir biex tikkontesta l-pretensjoni fl-Istat tal-awtorità applikanti

 

 

 

referenzi tat-tilwima, jekk disponibbli:

 

 

 

dettalji ulterjuri mehmuża

 

g

Id-debitur miet fl-SSSS/XX/JJ

 

h

Isem u l-indirizz tal-werrieta/tal-eżekutur tat-testment:

 

i

Kummenti oħra:

 

j

Nirrakkomanda li jitkomplew il-proċeduri għall-irkupru

 

k

Nirrakkomanda li ma jitkomplewx il-proċeduri għall-irkupru

data

12

Jien, l-awtorità applikanti, nirtira t-talba tiegħi għal informazzjoni.

data

13

Oħrajn: kummenti mill-o awtorità applikanti jewo l-awtorità rikjesta:

Mudell tal-formola D — talba għal notifika

TALBA GĦAL NOTIFIKA

Skont l-Artikolu PVAT.23 tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit

Referenza: AA_RA_aaaaaaaaaaa_rrrrrrrrrrrr_20YYMMDD_xxxxxxx_RN

Natura tal-pretensjoni(jiet):

1.

L-ISTAT TAL-AWTORITÀ APPLIKANTI

A.

Awtorità applikanti

Pajjiż:

Isem:

Telefon:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:

Ħiliet lingwistiċi:

 

B.

Uffiċċju li ta bidu għat-talba

Isem:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:


2.

L-ISTAT TAL-AWTORITÀ RIKJESTA

A.

Awtorità rikjesta

Pajjiż:

Isem:

Telefon:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:

Ħiliet lingwistiċi:

 

B.

Uffiċċju li jittratta t-talba

Isem:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:


3.

INFORMAZZJONI RELATATA MAT-TALBA

Data finali għan-notifika ta' dawn id-dokument sabiex jiġu evitati problemi bil-perjodu ta' limitazzjoni (jekk meħtieġ): 20SS/XX/JJ

Kummenti oħra:


4.

IDENTIFIKAZZJONI TAD-DESTINATARJU TAN-NOTIFIKA

A.

Jenħtieġ li n-notifika ssir lil:

Għal persuni fiżiċi:

 

Isem/ismijiet:

 

Kunjom:

 

Kunjom qabel iż-żwieġ (kunjom tat-twelid):

 

Data tat-twelid:

 

Post tat-twelid:

 

Numru tal-VAT:

 

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

 

Data oħra ta' identifikazzjoni:

 

Indirizz ta' din il-persuna: ☐ magħruf — ☐ maħsub:

 

Triq u numru:

 

Dettalji tal-indirizz:

 

Kodiċi postali u belt:

 

Pajjiż:

Jew għal entitajiet ġuridiċi:

 

Isem il-kumpanija:

 

Status ġuridiku:

 

Numru tal-VAT:

 

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

 

Data oħra ta' identifikazzjoni:

 

Indirizz ta' din l-entità legali: ☐ magħruf — ☐ maħsub

 

Triq u numru:

 

Dettalji tal-indirizz:

 

Kodiċi postali u belt:

 

Pajjiż:

Rappreżentant legali

 

Isem:

 

Indirizz ta' dan ir-rappreżentant legali: ☐ magħruf — ☐ maħsub

 

Triq u numru:

 

Dettalji tal-indirizz:

 

Kodiċi postali u belt:

 

Pajjiż:

B.

Informazzjoni rilevanti oħra li tikkonċerna l-persuni msemmija hawn fuq:


5

SKOP TAN-NOTIFIKA ara l-formola ta' notifika uniformi mehmuża.


6

DESKRIZZJONI TAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I) ara l-formola ta' notifika uniformi mehmuża.


7.

SEGWITU GĦAT-TALBA GĦAL NOTIFIKA

Data

Nru

Messaġġ

Awtorità applikanti

Awtorità rikjesta

data

1

Jien, l-awtorità rikjesta, nirrikonoxxi li rċevejt it-talba.

data

2

Jiena, l-awtorità mitluba, qed nistieden lill-awtorità applikanti biex timla t-talba bl-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

data

3

Jiena, l-awtorità rikjesta, għadni ma rċevejtx l-informazzjoni addizzjoni meħtieġa u se nagħlaq it-talba tiegħek jekk ma nirċevix din l-informazzjoni qabel 20SS/XX/JJ.

data

4

Jiena, l-awtorità applikanti,

 

a

nipprovdi b'talba l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

 

b

ma nistax nipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba

(minħabba li: )

data

5

Jiena, l-awtorità rikjesta, nirrikonoxxi li rċevejt l-informazzjoni addizzjonali u issa ninsab f'pożizzjoni li nipproċedi.

data

6

Jiena, l-awtorità rikjesta, ma nipprovdix assistenza u se nagħlaq il-każ minħabba li:

a

ma għandix kompetenza f'xi waħda mit-taxxi li għalihom tirreferi t-talba.

b

il-pretensjoni(jiet) hija/huma eqdem milli previst fil-Protokoll.

c

l-ammont tal-pretensjoni(jiet) huwa inqas mil-limitu.

d

l-awtorità applikanti ma pprovdietx l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.

e

Raġuni oħra:

data

7

Jien, l-awtorità applikanti, nitlob li niġi infurmata dwar l-istatus preżenti tat-talba tiegħi.

data

8

Jiena, l-awtorità mitluba, niċċertifika:

 

a

li d-dokument(i) ġie/ġew innotifikat(i) lid-destinatarju, b'effett legali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat tal-awtorità rikjesta, fl-20YY/MM/DD.

 

 

 

In-notifika saret b'dan il-mod:

 

 

 

id-destinatarju personalment

 

 

 

bil-posta

 

 

 

permezz ta' posta elettronika

 

 

 

permezz ta' posta reġistrata

 

 

 

permezz ta' marixxall

 

 

 

bi proċedura oħra

 

b

li d-dokument(i) imsemmi(ja) hawn fuq ma setax/setgħux jiġi/u nnotifikat(i) lill-persuna kkonċernata għar-raġunijiet li ġejjin:

 

 

 

destinatarju/i mhux magħruf(a)

 

 

 

destinatarju/i deċedut(i)

 

 

 

destinatarju(i) telaq/telqu mill-Istat. L-indirizz il-ġdid:

 

 

 

oħrajn:

data

9

Jien, l-awtorità applikanti, nirtira t-talba tiegħi għal notifika.

data

10

Oħrajn: kummenti mill-o awtorità applikanti jewo l-awtorità rikjesta

Mudell tal-formola E – talba għal irkupru jew miżuri kawtelatorji

TALBA GĦAL ☐ MIŻURI TA' RKUPRU

Skont l-Artikolu PVAT.25 tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit

U/JEW ☐ MIŻURI KAWTELATORJI

Skont l-Artikolu PVAT.31 tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru tal-pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit

Referenza: AA_RA_aaaaaaaaaaa_rrrrrrrrrrrr_20YYMMDD_xxxxxxx_RR(RP)

Natura tal-pretensjoni(jiet):

1.

L-ISTAT TAL-AWTORITÀ APPLIKANTI

A.

Awtorità applikanti

Pajjiż:

Isem:

Telefon:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:

Ħiliet lingwistiċi:

 

B.

Uffiċċju li ta bidu għat-talba

Isem:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:


2.

STAT TAL-AWTORITÀ RIKJESTA

A.

Awtorità rikjesta

Pajjiż:

Isem:

Telefon:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:

Ħiliet lingwistiċi:

 

B.

Uffiċċju li jittratta t-talba

Isem:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Referenza tal-fajl:

Isem l-uffiċjal li jittratta t-talba:


3.

INFORMAZZJONI DWAR IT-TALBA

Il-pretensjoni(jiet) hija/huma s-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant.

Il-pretensjoni(jiet) għadha mhijiex/għadhom mhumiex is-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant.

Il-pretensjoni(jiet) mhijiex/mhumiex ikkontestata/i.

Il-pretensjoni(jiet) ma tistax tiġi/ma jistgħux jiġu aktar ikkontestata/i b'appell amministrattiv/b'appell quddiem il-qrati.

Il-pretensjoni(jiet) hija/huma kkontestata/i iżda l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità applikanti jippermettu l-irkupru tal-pretensjoni kkontestata.

L-ammont totali tal-pretensjonijiet li għalihom tintalab l-assistenza, mhuwiex inqas minn GBP 5 000 .

Din it-talba hija relatata mal-pretensjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-età li japplikaw skont il-Protokoll.

Din it-talba għal miżuri kawtelatorji hija bbażata fuq ir-raġunijiet deskritti fid-dokument(i) mehmuż(a).

Din it-talba hija akkumpanjata minn strument li jippermetti miżuri kawtelatorji fl-Istat applikant.

Qed nitlob biex id-debitur/persuna oħra kkonċernata ma tkunx informata qabel ma jittieħdu l-miżuri kawtelatorji.

Jekk jogħġbok ikkuntattjani f'każ tas-sitwazzjoni speċifika li ġejja (uża l-ispazju għal test liberu fi tmiem l-formola tat-talba):

Jien, l-awtorità applikanti se nirrimborża s-somom diġà ttrasferiti jekk l-eżitu ta' dik il-kontestazzjoni jkun favorevoli għall-parti kkonċernata.

Każ sensittiv:


4.

STRUZZJONIJIET TA' ĦLAS

A.

Jekk jogħġbok għaddi l-ammont tal-pretensjoni rkuprata lil:

In-numru tal-kont bankarju (IBAN):

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni bankarja (BIC):

Isem tal-bank:

Isem id-detentur tal-kont:

Indirizz tad-detentur tal-kont:

Referenza tal-ħlas li għandha tintuża fit-trasferiment tal-flus:

B.

Ħlas bin-nifs huwa:

aċċettabbli mingħajr konsultazzjoni ulterjuri

aċċettabbli biss wara konsultazzjoni (uża l-kaxxa 7, il-punt 20 għal din il-konsultazzjoni)

mhux aċċettabbli


5.

INFORMAZZJONI DWAR IL-PERSUNA KONĊERNATA BIT-TALBA

A

Miżuri ta' irkupru/miżuri kawtelatorji huma mitluba fir-rigward ta':

 

Għal persuni fiżiċi:

 

Isem/ismijiet:

 

Kunjom:

 

Kunjom qabel iż-żwieġ (kunjom tat-twelid):

 

Data tat-twelid:

 

Post tat-twelid:

 

Numru tal-VAT:

 

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

 

Data oħra ta' identifikazzjoni:

 

Indirizz ta' din il-persuna/entità ġuridika: ☐ magħruf — ☐ maħsub

 

Triq u numru:

 

Dettalji tal-indirizz:

 

Kodiċi postali u belt:

Jew għal entitajiet ġuridiċi:

 

Status ġuridiku:

 

Isem il-kumpanija:

 

Numru tal-VAT:

 

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

 

Data oħra ta' identifikazzjoni:

 

Indirizz ta' din il-persuna/entità ġuridika: ☐ magħruf — ☐ maħsub

 

Triq u numru:

 

Dettalji tal-indirizz:

 

Kodiċi postali u belt:

informazzjoni oħra li tikkonċerna lil din il-persuna:

☐ Rappreżentant legali

Isem:

Dettalji tal-indirizz: ☐ magħruf — ☐ maħsub

Triq u numru:

Kodiċi postali u belt:

Pajjiż:

B

Informazzjoni rilevanti oħra li tikkonċerna din it-talba u/jew il-persuna

 

1

Il-persuna(i) segwenti hija/huma kodebitur(i): [Għandu jkun possibbli li jiżdied aktar minn isem wieħed għal dawn il-persuni]

Identità ta' din il-persuna:

Għal persuni fiżiċi:

Isem:

Data tat-twelid:

Numru tal-VAT:

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Jew għal entitajiet ġuridiċi:

Status ġuridiku:

Isem il-kumpanija:

Numru tal-VAT:

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

informazzjoni oħra li tikkonċerna dan/dawn il-kodebitur(i):

 

2

Is-segwenti persuna/i għandha/għandhom assi li jappartjenu lill-persuna konċernata b'din it-talba: [Għandu jkun possibbli li jiżdied aktar minn isem wieħed għal dawn il-persuni]

Identità ta' din il-persuna:

Għal persuni fiżiċi:

Isem:

Data tat-twelid:

Numru tal-VAT:

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Jew għal entitajiet ġuridiċi:

Status ġuridiku:

Isem il-kumpanija:

Numru tal-VAT:

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

assi miżmuma minn din il-persuna l-oħra:

 

3

Il-persuna/i segwenti għandha/għandhom dejn lejn il-persuna kkonċernata b'din it-talba: [Għandu jkun possibbli li jiżdied aktar minn isem wieħed għal dawn il-persuni]

Identità ta' din il-persuna:

Għal persuni fiżiċi:

Isem:

Data tat-twelid:

Numru tal-VAT:

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Jew għal entitajiet ġuridiċi:

Status ġuridiku:

Isem il-kumpanija:

Numru tal-VAT

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Dejn (futur) ta' din il-persuna l-oħra:

 

4

Hemm persuna/i oħra apparti l-persuna kkonċernata b'din it-talba, li hija jew huma responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, d-dazji u l-miżuri oħra, jew għal pretensjonijiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, id-dazji u l-miżuri oħra skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant. [Għandu jkun possibbli li jiżdied aktar minn isem wieħed għal dawn il-persuni]

Identità ta' din il-persuna:

Għal persuni fiżiċi:

Isem:

Data tat-twelid:

Numru tal-VAT:

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Jew għal entitajiet ġuridiċi:

Status ġuridiku:

Isem il-kumpanija:

Numru tal-VAT:

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa:

Triq u numru:

Dettalji tal-indirizz:

Kodiċi postali u belt:

Raġuni jew natura tar-responsabbiltà ta' din il-persuna l-oħra:


6.

DESKRIZZJONI TAL-PRETENSJONI(JIET): ara l-istrument uniformi mehmuż li jippermetti l-infurzar fl-Istat rikjest.


7.

SEGWITU GĦAT-TALBA

Awtorità applikanti

Awtorità rikjesta

data

1

Jien, l-awtorità rikjesta, nirrikonoxxi li rċevejt it-talba.

data

Trid tingħaqad ma' rikonoxximent tat-talba

2

Jiena, l-awtorità mitluba, qed nistieden lill-awtorità applikanti biex timla t-talba bl-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

data

3

Jiena, l-awtorità rikjesta, għadni ma rċevejtx l-informazzjoni addizzjoni meħtieġa u se nagħlaq it-talba tiegħek jekk ma nirċevix din l-informazzjoni qabel 20SS/XX/JJ.

data

4

Jiena, l-awtorità applikanti,

a

nipprovdi b'talba l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

b

ma nistax nipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba

(minħabba: )

data

5

Jiena, l-awtorità rikjesta, nirrikonoxxi li rċevejt l-informazzjoni addizzjonali u issa ninsab f'pożizzjoni li nipproċedi.

data

6

Jiena, l-awtorità rikjesta, ma nipprovdix assistenza u se nagħlaq il-każ minħabba li:

 

a

Ma għandix kompetenza għall-pretensjonijiet li għalihom tirreferi t-talba tiegħek.

 

b

Ma għandix kompetenza għas-segwenti pretensjoni(jiet) tat-talba tiegħek:

 

c

il-pretensjoni(jiet) hija/huma eqdem milli previst fil-Protokoll.

 

d

l-ammont totali huwa inqas mil-limitu previst fil-Protokoll.

 

e

l-awtorità applikanti ma pprovdietx l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.

 

f

Raġuni oħra:

data

7

Jien, l-awtorità applikanti, nitlob li niġi infurmata dwar l-istatus preżenti tat-talba tiegħi.

data

8

Jiena, l-awtorità rikjesta, miniex se nieħu l-azzjoni(jiet) mitluba, għar-raġunijiet li ġejjin:

a

il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali tiegħi ma jippermettux miżuri ta' rkupru għall-pretensjonijiet li huma kkontestati.

b

il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali tiegħi ma jippermettux miżuri kawtelatorji għall-pretensjonijiet li huma kkontestati.

 

9

Jiena, l-awtorità rikjesta, wettaqt il-proċeduri li ġejjin għal miżuri ta' irkupru u/jew miżuri kawtelatorji:

data

a

Jiena stabbilejt kuntatt mad-debitur u tlabt il-ħlas fi 20SS/XX/JJ.

data

b

Qed ninnegozja ħlas bin-nifs.

data

c

Bdejt il-proċeduri ta' infurzar fl-20SS/XX/JJ.

 

 

 

Ittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

 

d

Bdejt miżuri kawtelatorji fl-20SS/XX/JJ.

 

 

 

Ittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

 

e

Jien, l-awtorità rikjesta, ninforma lill-awtorità applikanti li l-miżuri li ħadt (deskritti taħt il-punt c u/jew d hawn fuq) għandhom l-effett li ġej fuq il-perjodu ta' limitazzjoni:

 

 

 

sospensjoni

 

 

 

interruzzjoni

 

 

 

estensjoni ☐ sal-20SS/XX/JJ – ☐ bi xx snin/xhur/ġimgħat/jiem

 

 

 

Nitlob lill-Istat applikant biex jinfurmani jekk l-istess effett mhuwiex previst skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant.

 

f

Jien, l-awtorità rikjesta, ninforma lill-awtorità applikanti li s-sospensjoni, l-interruzzjoni jew l-estensjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni mhijiex possibbli skont il-liġijiet tal-Istat rikjest.

 

 

 

Jien nitlob lill-Istat applikant biex jikkonferma jekk il-miżuri li ħadt (deskritti fil-punt c u/jew d hawn fuq) ma interrompewx, issospendewx jew estendux il-limitu ta' żmien għall-irkupru u, jekk iva, x'inhu l-limitu ta' żmien il-ġdid.

data

10

Il-proċeduri għadhom għaddejjin. Jien, l-awtorità rikjesta, se ninforma lill-awtorità applikanti meta jkun hemm xi bidliet.

data

11

a

Jien, l-awtorità applikanti, nikkonferma li:

bħala riżultat tal-azzjoni msemmija fil-punt 9, il-limitu ta' żmien inbidel. Il-limitu ta' żmien il-ġdid huwa: …

b

Il-liġijiet nazzjonali tiegħi ma jipprevedux is-sospensjoni, l-interruzzjoni jew l-estensjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni.

 

12

Jiena, l-awtorità rikjesta, ninforma lill-awtorità applikanti li:

data

a

it-talba ġiet irkuprata bi sħiħ fl-20SS/XX/JJ

 

 

 

li minnhom l-ammont li ġej (indika l-munita tal-Istat tal-awtorità rikjesta) huwa relatat mal-pretensjoni kif imsemmi fit-talba:

 

 

 

li minnha l-ammont li ġej huwa relatat mal-imgħax impost skont il-liġijiet tal-Istat tal-awtorità rikjesta:

data

b

it-talba ġiet irkuprata parzjalment fl-20SS/XX/JJ,

 

 

 

għall-ammont ta' (indika l-munita tal-Istat tal-awtorità rikjesta):

 

 

 

li minnha l-ammont li ġej huwa relatat mal-pretensjoni kif jissemma fit-talba:

 

 

 

li minnha l-ammont li ġej huwa relatat mal-imgħax impost skont il-liġijiet tal-Istat tal-awtorità rikjesta:

 

 

 

Ma jien se nieħu l-ebda azzjoni ulterjuri.

 

 

 

Se nkompli bil-proċeduri ta' rkupru.

data

c

ittieħdu miżuri kawtelatorji.

 

 

 

(L-awtorità rikjesta mistiedna tindika n-natura ta' dawn il-miżuri:)

data

d

intlaħaq ftehim dwar il-ħlas bin-nifs li ġej:

data

13

Jiena, l-awtorità mitluba, nikkonferma li t-talba kollha jew parti minnha ma setgħetx tiġi rkuprata/mhux se jittieħdu miżuri kawtelatorji, u l-każ se jingħalaq għaliex:

 

a

Il-persuna kkonċernata mhix magħrufa.

b

Il-persuna kkonċernata hija magħrufa, imma marret tgħix:

c

Il-persuna kkonċernata hija magħrufa, imma marret tgħix f'indirizz mhux magħruf.

d

Il-persuna kkonċernata mietet fi SSSS/XX/JJ.

e

Id-debitur/il-kodebitur huwa insolventi.

f

Id-debitur/il-kodebitur huwa fallut u l-pretensjonijiet ġiet ippreżentata.

Data tal-digriet: … --- Data tar-rilaxx: …

g

Id-debitur/il-kodebitur huwa fallut / mhu possibbli l-ebda rkupru

h

Oħrajn:

data

14

Jiena, l-awtorità applikanti, nikkonferma li l-każ huwa magħluq.

data

15

Jiena, l-awtorità rikjesta, ninforma lill-awtorità applikanti li rċevejt notifika li ngħata bidu għal azzjoni li tikkontesta l-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha u se nissospendi l-proċeduri ta' infurzar.

Barra minn hekk,

a

Ħadt miżuri kawtelatorji biex niżgura l-irkupru tat-talba fi ...

b

qed nitlob lill-awtorità applikanti sabiex tinformani jekk għandix nirkupra l-pretensjoni.

c

qed ninforma lill-awtorità applikanti li l-liġijiet, ir-regolament u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat li ninsab fih ma jippermettux l-irkupru (kontinwu) tal-pretensjoni sakemm tkun ikkontestata.

data

16

Jiena, l-awtorità applikanti, billi ġejt informata li ngħata bidu għal azzjoni li tikkontesta l-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha,

a

qed nitlob lill-awtorità rikjesta biex tissospendi kwalunkwe azzjoni li qed twettaq.

b

qed nitlob lill-awtorità rikjesta biex tieħu miżuri kawtelatorji ħalli tiżgura l-irkupru tal-pretensjoni.

c

qed nitlob lill-awtorità rikjesta sabiex (tkompli) tirkupra l-pretensjoni.

data

17

Jien, l-awtorità rikjesta, ninforma lill-awtorità applikanti li l-liġijiet, ir-regolament u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat li ninsab fih ma jippermettux l-azzjoni mitluba:

fil-punt 16(b).

fil-punt 16(c).

data

18

Jiena, l-awtorità applikanti,

 

a

nemenda t-talba għal miżuri ta' irkupru/kawtelatorji

skont id-deċiżjoni dwar il-pretensjoni kkontestata, [din l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni se titqiegħed fil-kaxxa 6A]

billi l-pretensjoni tħallset direttament lill-awtorità applikanti;

għal raġuni oħra: ….

 

b

qed nitlob lill-awtorità li rċeviet it-talba biex terġa' tibda l-proċeduri ta' infurzar peress li l-kontestazzjoni ma kinitx favorevoli għad-debitur (deċiżjoni tal-entità kompetenti f'din il-kwistjoni ta' ...).

data

19

Jiena, l-awtorità applikanti, nirtira din it-talba għal miżuri ta' irkupru/kawtelatorji għaliex:

a

l-ammont tħallas direttament lill-awtorità applikanti.

b

il-limitu ta' żmien għall-azzjoni ta' rkupru skada.

c

il-pretensjoni(jiet) ġiet/ġew annullata(i) minn qorti nazzjonali jew minn korp amministrattiva.

d

l-istrument li jippermetti l-infurzar ġie annullat.

e

raġuni oħra: …

data

20

Oħrajn: kummenti mill-o awtorità applikanti jew o l-awtorità rikjesta

(Ibda kull kumment billi tindika d-data)


(1)  F'din it-tielet kolonna, l-awtorità rikjesta jew timla l-informazzjoni mitluba mill-awtorità rikjedenti (bil-kaxxa "Imla jekk jogħġbok" fit-tieni kolonna mmarkata) jew tikkonferma l-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità rikjedenti (bil-kaxxa "Ikkonferma jekk jogħġbok" fit-tieni kolonna mmarkata u bl-informazzjoni pprovduta fiha).

(2)  Attività prinċipali reali tfisser l-attività ewlenija reali mwettqa minn negozju (għall-kuntrarju ta' oħra possibbilment iddikjarata).

(3)  F'din it-tielet kolonna, l-awtorità rikjesta jew timla l-informazzjoni mitluba mill-awtorità rikjedenti (bil-kaxxa "Imla jekk jogħġbok" fit-tieni kolonna mmarkata) jew tikkonferma l-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità rikjedenti (bil-kaxxa "Ikkonferma jekk jogħġbok" fit-tieni kolonna mmarkata u bl-informazzjoni pprovduta fiha).

(4)  Kwalunkwe negozju b'diretturi komuni jew assoċjazzjonijiet legali, ekonomiċi jew finanzjarji oħra man-negozju msemmi fl-Intestatura A.

(5)  Għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni.


PROTOKOLL DWAR L-ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA REĊIPROKA FI KWISTJONIJIET DOGANALI

Artikolu PCUST.1

Definizzjonijiet

1.

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll:

(a)

"l-awtorità applikanti" tfisser awtorità kompetenti amministrattiva maħtura minn Parti għal dan il-għan u li tagħmel talba għal għajnuna fuq il-bażi ta' dan il-Protokoll;

(b)

"operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali" tfisser kwalunkwe ksur jew tentattiv ta' ksur tal-leġiżlazzjoni doganali;

(c)

"l-awtorità applikanti" tfisser awtorità kompetenti amministrattiva maħtura minn Parti għal dan il-għan u li tagħmel talba għal għajnuna fuq il-bażi ta' dan il-Protokoll.

2.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Protokoll, id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu I tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim japplikaw ukoll għal dan il-Protokoll.

Artikolu PCUST.2

Kamp ta' applikazzjoni

1.

Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, fl-oqsma fil-kompetenza tagħhom, bil-mod u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Protokoll, biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali, b'mod partikolari billi jipprevjenu, jinvestigaw u jiġġieldu l-operazzjonijiet li jiksru dik il-leġiżlazzjoni.

2.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza fi kwistjonijiet doganali, kif previst f'dan il-Protokoll, japplikaw għal kwalunkwe awtorità amministrattiva ta' waħda mill-Partijiet li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Dik l-assistenza ma għandha la tippreġudika d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali u lanqas ma għandha tkopri informazzjoni miksuba permezz ta' setgħat eżerċitati fuq talba minn awtorità ġudizzjarja, ħlief fejn komunikazzjoni ta' tali tagħrif tkun awtorizzata minn dik l-awtorità.

3.

Għajnuna fl-irkupru tad-dazji, taxxi jew multi hija koperta fil-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' taxxi u ma' dazji.

Artikolu PCUST.3

Assistenza mitluba

1.

Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdi lill-awtorità applikanti bl-informazzjoni rilevanti kollha li tista' tippermetti lill-awtorità applikanti tiżgura li l-leġiżlazzjoni doganali tiġi applikata b'mod korrett, inkluża informazzjoni relatata ma' attivitajiet innotati jew ippjanati li huma jew jistgħu jkunu operazzjonijiet bi ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

2.

Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha b'mod partikolari tinformaha jekk:

(a)

l-oġġetti esportati mit-territorju ta' waħda mill-Partijiet kinux importati b'mod xieraq fit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, meta jkun il-każ, il-proċedura tad-dwana li ġiet applikata għall-merkanziji;

(b)

il-merkanzija importata fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet tkunx ġiet esportata kif suppost mit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija.

3.

Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu l-passi meħtieġa skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha biex tiżgura sorveljanza speċjali tal-awtorità applikanti u biex tipprovdi lill-awtorità applikanti b'informazzjoni dwar:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fir-rigward tagħhom ikun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li jkunu jew li kienu involuti f'operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

merkanzija li tkun jew tista' tkun trasportata b'tali mod li jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kienet maħsuba jew tkun maħsuba sabiex tintuża f'operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(c)

postijiet fejn ħażniet ta' merkanzija kienu jew jistgħu jkunu maħżuna jew miġbura b'tali mod li jkun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li dik il-merkanzija kienet jew tkun maħsuba sabiex tintuża f'operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(d)

mezzi ta' trasport li huma użati jew setgħu kienu użati b'tali mod li jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li kienu maħsuba għal operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali; u

(e)

bini suspettat mill-awtorità applikanti li jkun qed jintuża sabiex jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

Artikolu PCUST.4

Assistenza spontanja

Kull meta jkun possibbli, b'inizjattiva tagħhom stess, il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom billi jipprovdu informazzjoni dwar attivitajiet konklużi, ippjanati jew li għadhom għaddejjin li jikkostitwixxu jew jidhru li jikkostitwixxu operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali u li jistgħu jkunu ta' interess għall-Parti l-oħra. L-informazzjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq:

(a)

il-merkanzija magħrufa li tkun soġġetta għal operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

persuni li dwarhom hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li huma involuti jew kienu involuti f'operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(c)

mezzi tat-trasport li fir-rigward tagħhom ikun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li dawn intużaw, jew qed jintużaw, jew jistgħu jintużaw, f'operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali; u

(d)

il-mezzi jew il-metodi ġodda użati sabiex jitwettqu operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali.

Artikolu PCUST.5

Forma u sustanza ta' talbiet għal assistenza

1.

It-talbiet skont dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub f'format stampat jew elettroniku. Huma għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa biex ikun hemm konformità mat-talba. F'każ ta' urġenza, l-awtorità rikjesta tista' taċċetta talbiet orali, iżda dawn it-talbiet orali għandhom jiġu kkonfermati mill-awtorità applikanti bil-miktub minnufih.

2.

It-talbiet, skont il-paragrafu 1, għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-awtorità applikanti u l-uffiċjal rikjedenti;

(b)

l-informazzjoni jew it-tip ta' assistenza mitluba;

(c)

l-għan u r-raġuni għat-talba;

(d)

il-liġijiet u r-regolamenti u elementi legali oħra involuti;

(e)

indikazzjonijiet kemm jista' jkun preċiżi u komprensivi dwar il-merkanzija jew il-persuni li jkunu fil-mira tal-investigazzjonijiet;

(f)

sommarju tal-fatti rilevanti u tal-istħarriġiet li jkunu diġà saru; u

(g)

kwalunkwe dettall disponibbli addizzjonali li jippermetti lill-awtorità rikjesta tikkonforma mat-talba.

3.

It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f'lingwa uffiċjali tal-awtorità rikjesta jew f'lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità, bl-Ingliż dejjem ikun lingwa aċċettabbli. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kwalunkwe dokument li jakkumpanja t-talba skont il-paragrafu 1.

4.

Jekk talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali stabbiliti f'dan l-Artikolu, l-awtorità rikjesta tista' teħtieġ l-korrezzjoni jew il-kompletezza tat-talba; sakemm il-korrezzjoni jew il-kompletar isir, jistgħu jiġu ordnati miżuri kawtelatorji.

Artikolu PCUST 6

Eżekuzzjoni ta' talbiet

1.

Sabiex tikkonforma ma' talba għall-assistenza, l-awtorità rikjesta għandha tipproċedi minnufih, fil-limiti tal-kompetenza tagħha, daqslikieku kienet qiegħda taġixxi f'isimha stess jew fuq it-talba ta' awtorità oħra ta' dik l-istess Parti, billi tipprovdi l-informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, billi twettaq l-inkjesti xierqa jew billi tagħmel arranġamenti biex dawn l-inkjesti jitwettqu. Din id-dispożizzjoni għandu japplika wkoll għal kull awtorità oħra li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba mill-awtorità rikjesta meta din tal-aħħar ma tkunx tista' taġixxi waħedha. Meta tipprovdi kwalunkwe assistenza bħal din, l-awtorità rikjesta għandha tqis b'mod xieraq l-urġenza tat-talba.

2.

It-talbiet għall-assistenza għandhom jiġu eżegwiti skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti li ssirilha t-talba.

Artikolu PCUST.7

Forma li fiha għandha tiġi kkomunikata l-informazzjoni

1.

L-awtorità rikjesta għandha tikkomunika lill-awtorità applikanti bil-miktub ir-riżultati tal-inkjesti mwettqa skont talba magħmula skont dan il-Protokoll flimkien mad-dokumenti, kopji ċertifikati tad-dokumenti jew oġġetti oħra rilevanti. Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta f'format elettroniku.

2.

Id-dokumenti oriġinali għandhom jiġu trażmessi skont ir-restrizzjonijiet legali ta' kull Parti, biss fuq talba tal-awtorità applikanti, f'każijiet fejn il-kopji ċċertifikati ma jkunux biżżejjed. L-awtorità applikanti għandha tirritorna dawk l-oriġinali mal-ewwel opportunità.

3.

L-awtorità rikjesta għandha, skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2, tagħti lill-awtorità applikanti kwalunkwe informazzjoni relatata mal-awtentiċità tad-dokumenti maħruġa jew ċertifikati minn aġenziji uffiċjali fit-territorju tagħha b'appoġġ għal dikjarazzjoni tal-merkanzija.

Artikolu PCUST.8

Preżenza ta' uffiċjali ta' Parti waħda fit-territorju ta' oħra

1.

L-uffiċjali debitament awtorizzati ta' Parti jistgħu, bi qbil mal-Parti l-oħra u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtorità interpellata jew kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata msemmija fl-Artikolu PCUST.6(1) biex jiksbu informazzjoni relatata ma' attivitajiet li huma jew li jistgħu jkunu operazzjonijiet bi ksur tal-leġiżlazzjoni doganali li l-awtorità applikanti teħtieġ għall-finijiet ta' dan il-Protokoll.

2.

Bi qbil mal-Parti rikjesta, u soġġett għall-kundizzjonijiet li tista' tispeċifika, l-uffiċjali debitament awtorizzati tal-Parti l-oħra jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesti mwettqa fit-territorju tal-Parti rikjesta.

Artikolu PCUST.9

Konsenja u notifika

1.

Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha sabiex tikkonsenja kwalunkwe dokument jew tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità applikanti li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, lil destinatarju residenti jew stabbilit fit-territorju tal-awtorità rikjesta.

2.

Tali talbiet għall-kunsinna ta' dokumenti jew għan-notifika ta' deċiżjonijiet għandhom isiru bil-miktub f'lingwa uffiċjali tal-awtorità rikjesta jew f'lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità.

Artikolu PCUST.10

Skambju awtomatiku ta' informazzjoni

1.

Il-Partijiet jistgħu, permezz ta' arranġament reċiproku skont l-Artikolu PCUST.15 ta' dan il-Protokoll:

(a)

jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni koperta minn dan il-Protokoll fuq bażi awtomatika;

(b)

jiskambjaw informazzjoni speċifika qabel il-wasla tal-kunsinni fit-territorju tal-Parti l-oħra.

2.

Il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu arranġamenti dwar it-tip ta' informazzjoni li jixtiequ jiskambjaw, il-format u l-frekwenza tat-trażmissjoni, biex jimplimentaw l-iskambji taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

Artikolu PCUST.11

Eċċezzjonijiet għall-obbligu ta' għoti ta' assistenza

1.

L-assistenza skont dan il-Protokoll tista' tiġi rrifjutata jew tista' tkun suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet jew rekwiżiti, f'każijiet fejn Parti tkun tal-opinjoni li tali assistenza:

(a)

x'aktarx tippreġudika s-sovranità tar-Renju Unit jew dik ta' Stat Membru li jkun intalab jipprovdi assistenza taħt dan il-Protokoll;

(b)

x'aktarx li tiġi ppreġudikata l-politika pubblika, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħrajn; jew

(c)

jiksru sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2.

L-awtorità rikjesta tista' tipposponi l-assistenza għar-raġuni li tali assistenza tinterferixxi ma' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet jew proċedimenti li jkunu għaddejjin. F'każ bħal dan, l-awtorità rikjesta għandha tikkonsulta mal-awtorità applikanti sabiex tiddetermina jekk l-assistenza tkunx tista' tingħata skont dawk it-termini u l-kundizzjonijiet li l-awtorità rikjesta tista' teżiġi.

3.

Jekk l-awtorità applikanti tfittex assistenza li hija stess ma tkunx tista' tipprovdi jekk tintalab tagħmel dan, hija għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbagħad għandha tkun fid-diskrezzjoni tal-awtorità rikjesta biex tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.

4.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien.

Artikolu PCUST.12

Skambju ta' informazzjoni u kunfidenzjalità

1.

L-informazzjoni rċevuta skont dan il-Protokoll għandha tintuża biss għall-finijiet stabbiliti f'dan il-Protokoll.

2.

L-użu ta' informazzjoni miksuba skont dan il-Protokoll fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji mibdija fir-rigward ta' operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali huwa meqjus li jkun għall-finijiet ta' dan il-Protokoll. Għalhekk, il-Partijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni miksuba u d-dokumenti kkonsultati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll bħala evidenza fir-rekords ta' evidenza, rapporti u testimonjanzi tagħhom u fi proċedimenti u akkużi mressqa quddiem il-qrati jew tribunali. L-awtorità rikjesta tista' tissuġġetta l-għoti ta' informazzjoni jew l-għoti ta' aċċess għal dokumenti għall-kundizzjoni li tiġi nnotifikata b'dan l-użu.

3.

Meta waħda mill-Partijiet tkun tixtieq tuża tali informazzjoni għal finijiet oħra, hija għandha tikseb kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li pprovdiet dik l-informazzjoni. Dan l-użu għandu mbagħad ikun soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stabbilita minn dik l-awtorità.

4.

Kwalunkwe informazzjoni kkomunikata, fi kwalunkwe forma skont dan il-Protokoll, għandha tkun meqjusa li hija ta' natura kunfidenzjali jew ristretta, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli f'kull Parti. Dik l-informazzjoni għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Parti riċeventi, sakemm il-Parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha minn qabel għall-iżvelar ta' tali informazzjoni. Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin informazzjoni dwar il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħhom.

Artikolu PCUST.13

Esperti u xhieda

L-awtorità rikjesta tista' tawtorizza lill-uffiċjali tagħha biex jidhru, fil-limitazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala esperti jew xhieda fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi rigward il-kwistjonijiet koperti minn dan il-Protokoll, u jipproduċu tali oġġetti, dokumenti jew kopji kunfidenzjali jew kopji ċertifikati tagħhom, skont kif ikun meħtieġ għall-proċedimenti. It-talba għad-dehra għandha tindika speċifikament quddiem liema awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva l-uffiċjal ikollu jidher, dwar liema kwistjonijiet u skont liema titolu jew kwalifika se jsiru l-mistoqsijiet lill-uffiċjal.

Artikolu PCUST.14

Spejjeż ta' assistenza

1.

Soġġett għall-paragrafi 2 u 3, il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw għal kwalunkwe pretensjoni fuq xulxin għar-rimborżi tal-ispejjeż imġarrba fl-eżekuzzjoni ta' dan il-Protokoll.

2.

L-ispejjeż u l-allowances imħallsa lill-esperti, lix-xhieda, lill-interpreti u lit-tradutturi, minbarra lill-impjegati tas-servizz pubbliku, għandhom jitħallsu kif xieraq mill-Parti rikjedenti.

3.

Jekk huma meħtieġa jew se jkunu meħtieġa spejjeż ta' natura sostanzjali jew straordinarja sabiex tiġi eżegwita t-talba, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom se tiġi eżegwita t-talba kif ukoll il-mod li bih se jiġġarrbu l-ispejjeż.

Artikolu PCUST.15

Implimentazzjoni

1.

L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tkun fdata, minn naħa waħda, lill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit u, min-naħa l-oħra, lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni, kif ikun xieraq. Huma għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri u l-arranġamenti prattiċi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, filwaqt li jqisu l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli rispettivi tagħhom, b'mod partikolari għall-protezzjoni ta' data personali.

2.

Kull Parti għandha jżomm lill-Parti l-oħra infurmati dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni dettaljati li hija tadotta skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, b'mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u l-uffiċjali debitament awtorizzati maħtura bħala kompetenti biex jibagħtu u jirċievu l-komunikazzjonijiet previsti f'dan il-Protokoll.

3.

Fl-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll ma għandhomx jaffettwaw il-komunikazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni miksuba taħt dan il-Protokoll bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

Artikolu PCUST.16

Ftehimiet oħra

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim bilaterali dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali li ġie jew jista' jiġi konkluż bejn Stati Membri individwali tal-Unjoni u r-Renju Unit sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' dawk il-ftehimiet bilaterali jkunu inkompatibbli ma' dawk ta' dan il-Protokoll.

Artikolu PCUST.17

Konsultazzjonijiet

Fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isolvu l-kwistjoni fil-qafas tal-Kumitat Speċjalizzat tal-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini.

Artikolu PCUST.18

Żviluppi futuri

Bil-għan li jissupplimenta l-livelli ta' assistenza reċiproka previsti f'dan il-Protokoll, il-Kumitat Speċjalizzat tal-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-regoli tal-oriġini jista' jadotta deċiżjoni biex jespandi dan il-Protokoll billi jistabbilixxi arranġamenti dwar setturi jew kwistjonijiet speċifiċi skont il-leġiżlazzjoni doganali rispettiva tal-Partijiet.


PROTOKOLL DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu SSC.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"attività bħala persuna impjegata" tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala tali għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat li fih teżisti tali attività jew sitwazzjoni ekwivalenti;

(b)

"attività bħala persuna li taħdem għal rasha" tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala tali għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat li fih teżisti tali attività jew sitwazzjoni ekwivalenti;

(c)

"servizzi ta' reproduzzjoni assistita" tfisser kwalunkwe servizz mediku, kirurġiku jew ostetriku pprovdut bil-għan li jgħin persuna ġġorr tarbija;

(d)

"Benefiċċji in natura" tfisser:

(i)

għall-finijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III, benefiċċji in natura previsti skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat li huma maħsuba biex jipprovdu, jagħmlu disponibbli, iħallsu direttament jew jirrimborżaw l-ispiża tal-kura medika u l-prodotti u s-servizzi anċillari għal dik il-kura;

(ii)

għall-finijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III, il-benefiċċji kollha in natura relatati ma' inċidenti fuq il-post tax-xogħol u ma' mard ikkaġunat mix-xogħol kif iddefiniti fil-punt(i) u previsti taħt l-iskemi tal-Istati dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard ikkaġunat mix-xogħol;

(e)

"perjodu tat-trobbija tat-tfal" tirreferi għal kwalunkwe perjodu li jiġi kkreditat skont il-leġiżlazzjoni tal-pensjoni ta' Stat jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għar-raġuni li persuna rabbiet wild, irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu ta' dawk il-perjodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tat-tfal jew humiex rikonoxxuti b'mod retroattiv;

(f)

"impjegat taċ-ċivil" tfisser persuna meqjusa bħala tali jew trattata bħala tali mill-Istat li għalih tkun soġġetta l-amministrazzjoni li timpjegahom;

(g)

"awtorità kompetenti" tfisser, fir-rigward ta' kull Stat, il-Ministru, il-Ministri jew awtorità ekwivalenti oħra responsabbli għall-iskemi tas-sigurtà soċjali fl-Istat inkwistjoni kollu jew f'xi parti minnu;

(h)

"awtoritajiet kompetenti" tfisser:

(i)

l-istituzzjoni li magħha l-persuna kkonċernata hija assigurata fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-benefiċċji; jew

(ii)

l-istituzzjoni li minnha l-persuna kkonċernata hija jew tkun intitolata għall-benefiċċji jekk dik il-persuna jew membru jew membri tal-familja tagħhom kienu residenti fl-Istat li fih tinsab l-istituzzjoni; jew

(iii)

l-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat ikkonċernat; jew

(iv)

Fil-każ ta' skema relatata mal-obbligi ta' min iħaddem fir-rigward tal-benefiċċji stabbiliti fl-Artikolu SSC.3(1), jew l-impjegatur jew l-assiguratur involut jew, fin-nuqqas ta' dan, il-korp jew l-awtorità maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat ikkonċernat;

(i)

"stat kompetenti" tfisser l-Istat li fih tinsab l-istituzzjoni kompetenti;

(j)

"għotja tal-mewt" tfisser kwalunkwe ħlas ta' darba fil-każ ta' mewt, minbarra l-benefiċċji f'somma waħda msemmija fil-punt (w);

(k)

"benefiċċju tal-familja" tfisser il-benefiċċji kollha in natura jew fi flus maħsuba biex ikopru l-ispejjeż tal-familja;

(l)

"ħaddiema fruntaliera" tfisser kwalunkwe persuna li twettaq attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat u li tirrisjedi fi Stat ieħor li tirritorna fih, bħala regola, kuljum jew mill-inqas darba fil-ġimgħa;

(m)

"bażi tas-servizz" tfisser il-post minn fejn il-membru tal-ekwipaġġ normalment jibda u jispiċċa perjodu ta' xogħol jew sensiela ta' perjodi ta' xogħol, u fejn, f'kundizzjonijiet normali, l-operatur/il-linja tal-ajru ma tkunx responsabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat;

(n)

"istituzzjoni" tfisser, fir-rigward ta' kull Stat, il-korp jew l-awtorità responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha jew ta' parti minnha;

(o)

"istituzzjoni tal-post ta' residenza" u "istituzzjoni tal-post ta' żjara" jfissru, rispettivament, l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tipprovdi benefiċċji fil-post fejn il-persuna kkonċernata tirrisjedi u l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tipprovdi benefiċċji fil-post fejn il-persuna kkonċernata qed toqgħod, skont il-leġiżlazzjoni amministrata minn dik l-istituzzjoni jew, fejn tali istituzzjoni ma teżistix, l-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat ikkonċernat;

(p)

"persuna assigurata", fir-rigward tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Kapitoli 1 u 3 tat-Titolu III, tfisser kull persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti taħt it-Titolu II sabiex ikollha d-dritt għall-benefiċċji, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

(q)

"leġiżlazzjoni" tfisser, fir-rigward ta' kull Stat, liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet statutorji oħra u l-miżuri implimentattivi l-oħra kollha relatati mal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu SSC.3(1), iżda teskludi dispożizzjonijiet kuntrattwali għajr dawk li jservu biex jimplimentaw obbligu ta' assigurazzjoni li jirriżulta mil-liġijiet u r-regolamenti msemmija f'dan il-punt jew li kienu s-suġġett ta' deċiżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi li tagħmilhom obbligatorji jew testendi l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, dment li l-Istat ikkonċernat jagħmel dikjarazzjoni għal dak il-għan, notifikata lill-Kumitat Speċjalizzat dwar is-Sigurtà Soċjali. L-Unjoni Ewropea għandha jippubblika tali dikjarazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(r)

"benefiċċji tal-kura fit-tul" tfisser benefiċċju in natura jew fi flus li l-għan tiegħu huwa li jindirizza l-ħtiġijiet ta' kura ta' persuna, li minħabba insuffiċjenza, teħtieġ assistenza konsiderevoli, inkluż iżda mhux limitat għal assistenza minn persuna jew persuni oħra biex iwettqu attivitajiet essenzjali ta' għajxien ta' kuljum għal perjodu estiż ta' żmien sabiex tiġi appoġġata l-awtonomija personali tagħhom; dan jinkludi benefiċċji mogħtija għall-istess fini lil persuna li tipprovdi tali assistenza;

(s)

"membru tal-familja" tfisser:

(i)

(A)

kull persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familja jew nominata bħala membru tad-dar bil-leġiżlazzjoni li taħtha jingħataw il-benefiċċji;

(B)

fir-rigward ta' benefiċċji in natura skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III, kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familja jew maħtura bħala membru tad-dar mil-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih tirrisjedi dik il-persuna;

(ii)

jekk il-leġiżlazzjoni ta' Stat li hija applikabbli skont il-punt (i) ma tagħmilx distinzjoni bejn il-membri tal-familja u persuni oħra li għalihom hija applikabbli, il-konjuġi, it-tfal minorenni, u t-tfal dipendenti li jkunu laħqu l-età maġġuri għandhom jitqiesu bħala membri tal-familja;

(iii)

jekk, taħt il-leġiżlazzjoni li hija applikabbli skont il-punti (i) u (ii), persuna titqies bħala membru tal-familja jew membru tal-unità domestika biss jekk dik il-persuna tgħix fl-istess unità domestika bħall-persuna assigurata jew pensjonant, din il-kundizzjoni għandha titqies sodisfatta jekk il-persuna inkwistjoni tkun dipendenti l-aktar fuq il-persuna assigurata jew il-pensjonant;

(t)

"perjodu ta' impjieg" jew "perjodu ta' impjieg indipendenti" tfisser perjodi hekk definiti jew rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni taħt liema ġew ikkompletati, u l-perjodu kollha ttrattati bħala tali, fejn jitqiesu minn dik il-leġiżlazzjoni bħala ekwivalenti għall-perjodi ta' impjieg jew għall-perjodi ta' impjieg indipendenti;

(u)

"perjodu ta' assigurazzjoni" tfisser perjodi ta' kontribuzzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti kif definiti jew rikonoxxuti bħala perjodi ta' assigurazzjoni mil-leġiżlazzjoni li taħtha kienu kompluti jew ikkunsidrati bħala kompluti, u l-perjodi kollha ttrattati bħala tali, meta jkunu meqjusa minn dik il-leġiżlazzjoni bħala ekwivalenti għal perjodi ta' assigurazzjoni;

(v)

"perjodu ta' residenza" tfisser perjodi definiti jew rikonoxxuti bħala tali mil-leġiżlazzjoni li taħtha kienu kompluti jew meqjusin bħala kompluti;

(w)

"pensjoni" tkopri mhux biss pensjonijiet iżda wkoll benefiċċji f'somma waħda li jistgħu jiġu sostitwiti għalihom u ħlasijiet fil-forma ta' rimborż ta' kontribuzzjonijiet u, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, żidiet ta' valutazzjoni mill-ġdid jew allowances supplimentari;

(x)

"benefiċċju ta' qabel l-irtirar" tfisser il-benefiċċji kollha fi flus, minbarra benefiċċju tal-qgħad jew benefiċċju tax-xjuħija ipprovduti minn età speċifika lil ħaddiema li naqqsu, waqfu jew issospendew l-attivitajiet rimunerattivi tagħhom sal-età li fiha jikkwalifikaw għal pensjoni tax-xjuħija jew għal pensjoni għal min jirtira kmieni, li r-riċevuta tagħhom ma tkunx bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjieg tal-Istat kompetenti; "benefiċċju marbut mal-età mogħti qabel l-età tal-irtirar" tfisser benefiċċju mogħti qabel ma tintlaħaq l-età normali tad-dritt għall-pensjoni u li jew jibqa' jingħata ladarba l-età msemmija tintlaħaq jew jiġi sostitwit b'benefiċċju ieħor tal-età;

(y)

"refuġjat" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951;

(z)

"uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju" tfisser l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju fejn jiġu adottati d-deċiżjonijiet essenzjali tal-impriża u fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha;

(aa)

"residenza" tfisser il-post fejn persuna abitwalment tirrisjedi;

(bb)

"benefiċċji fi flus mhux kontributorji" tfisser dawk il-benefiċċji fi flus mhux kontributorji li:

(i)

huma maħsuba biex jipprovdu jew:

(A)

protezzjoni supplimentari, sostitwita jew sekondarja kontra r-riskji koperti mill-fergħat tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu SSC.3(1), u li jiggarantixxu lill-persuni konċernati dħul minimu għall-għajxien filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Istat ikkonċernat; jew

(B)

protezzjoni speċifika biss għall-persuni b'diżabilità, marbuta mill-qrib ma l-ambjent soċjali tal-persuna msemmija fl-Istat ikkonċernat, u

(ii)

meta l-iffinanzjar jiġi b'mod esklużiv minn taxxi obbligatorji maħsuba biex ikopru l-ispiża pubblika ġenerali u l-kundizzjonijiet biex jingħataw u biex ikunu ikkalkulati l-benefiċċji ma jiddependux fuq xi kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madankollu, il-benefiċċji provduti sabiex jiġi supplimentat benefiċċju kontributorju m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji kontributorji għal din ir-raġuni waħedha;

(cc)

"skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil" tfisser kwalunkwe skema tas-sigurtà soċjali li hija differenti mill-iskema ġenerali tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-persuni impjegati fl-Istat ikkonċernat u li għaliha l-impjegati taċ-ċivil kollha, jew ċerti kategoriji tagħhom, huma soġġetti direttament;

(dd)

"persuna apolida" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi, iffirmata f'New York fit-28 ta' Settembru 1954;

(ee)

"soġġorn" tfisser residenza temporanja.

Artikolu SSC.2

Persuni koperti

Dan il-Protokoll japplika għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jkunu jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar, kif ukoll għall-membri tal-familja tagħhom u s-superstiti tagħhom.

Artikolu SSC.3

Kwistjonijiet koperti

1.

Dan il-Protokoll japplika għall-fergħat tas-sigurtà soċjali li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji tal-mard;

(b)

benefiċċji ta' maternità u paternità ekwivalenti;

(c)

il-benefiċċji tal-invalidità;

(d)

il-benefiċċji tax-xjuħija;

(e)

il-benefiċċji tas-superstiti;

(f)

il-benefiċċji marbuta ma' aċċidenti fuq ix-xogħol u ma' mard okkupazzjonali;

(g)

l-għotjiet f'każ ta' mewt;

(h)

il-benefiċċji tal-qgħad;

(i)

il-benefiċċji ta' qabel l-irtirar.

2.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Anness SSC-6, dan il-Protokoll għandu japplika għal skemi tas-sigurtà soċjali ġenerali u speċjali, kemm jekk kontributorji kif ukoll jekk mhux kontributorji, u għal skemi marbuta mal-obbligi ta' impjegatur jew ta' sid ta' bastiment.

3.

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, madankollu, ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ta' kwalunkwe Stat dwar l-obbligi ta' sid il-bastiment.

4.

Dan il-Protokoll ma japplikax għal:

(a)

benefiċċji fi flus li jkunu speċjali u mhux kontributorji li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness SSC-1;

(b)

assistenza soċjali u medika jew;

(c)

benefiċċji li fir-rigward tagħhom Stat jassumi r-responsabbiltà għad-danni ta' persuni u jipprovdi kumpens, bħal dawk fil-każ ta' vittmi tal-gwerra u azzjoni militari jew il-konsegwenzi tagħhom; vittmi ta' atti kriminali, qtil jew terroriżmu; vittmi ta' dannu kkawżat minn aġenti tal-Istat waqt il-qadi ta' dmirijiethom; jew vittmi li batew żvantaġġ minħabba raġunijiet politiċi jew reliġjużi jew raġunijiet ta' dixxendenza;

(d)

il-benefiċċji ta' kura fit-tul li huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness SSC-1;

(e)

servizzi ta' riproduzzjoni assistita;

(f)

pagamenti li huma konnessi ma' fergħa tas-sigurtà soċjali elenkata fil-paragrafu 1 u li huma:

(i)

imħallsa biex ikopru l-ispejjeż għat-tisħin f'temp kiesaħ; u

(ii)

elenkati fil-Parti 3 tal-Anness SSC-1;

(g)

benefiċċji tal-familja.

Artikolu SSC.4

Nondiskriminazzjoni bejn l-Istati Membri

1.

L-arranġamenti ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali stabbiliti f'dan il- Protokoll għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni bejn l-Istati Membri.

2.

Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament magħmul bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda dwar iż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar.

Artikolu SSC.5

Trattament ugwali

1.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Protokoll, fir-rigward tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu SSC.3(1), il-persuni li għalihom japplika dan il-Protokoll għandhom igawdu l-istess benefiċċji u jkunu soġġetti għall-istess obbligi skont il-leġiżlazzjoni ta' kwalunkwe Stat bħaċ-ċittadini tiegħu.

2.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.3(4).

Artikolu SSC.6

Trattament ugwali ta' benefiċċji, dħul, fatti jew avvenimenti

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Protokoll, l-Istati għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-benefiċċji, id-dħul, il-fatti jew l-avvenimenti bil-mod li ġej:

(a)

meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti, ir-riċevuta ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali u dħul ieħor ikollha ċerti effetti legali, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dik il-leġiżlazzjoni għandhom japplikaw ukoll għar-riċevuta ta' benefiċċji ekwivalenti miksuba taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor jew għad-dħul miksub fi Stat ieħor;

(b)

fejn, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti, effetti legali huma attribwiti għall-okkorrenza ta' ċerti fatti jew avvenimenti, dak l-Istat għandu jieħu kont ta' fatti jew avvenimenti simili li seħħew fi kwalunkwe Stat ieħor daqslikieku seħħew fit-territorju tiegħu stess.

Artikolu SSC.7

Aggregazzjoni tal-perjodi

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Protokoll, l-istituzzjoni kompetenti ta' Stat għandha, sa fejn ikun meħtieġ, tqis perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza kompluti fi kwalunkwe Stat ieħor daqslikieku kienu perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, meta l-leġiżlazzjoni tagħha torbot mal-kundizzjoni tal-kompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza:

(a)

l-akkwist, iż-żamma, it-tul ta' żmien jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji;

(b)

il-kopertura mil-leġiżlazzjoni; jew

(c)

l-aċċess għal jew l-eżenzjoni minn assigurazzjoni obbligatorja, kontinwata volontarja jew volontarja.

Artikolu SSC.8

Eżenzjoni ta' regoli dwar ir-residenza

L-Istati għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-esportabbiltà tal-benefiċċji fi flus skont il-punti (a) u (b):

(a)

Il-benefiċċji fi flus li jitħallsu taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat jew taħt dan il-Protokoll ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda tnaqqis, emenda, sospensjoni, rtirar jew konfiska minħabba l-fatt li l-benefiċjarju jew il-membri tal-familja tiegħu jirrisjedu fi Stat differenti minn dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-għoti tal-benefiċċji.

(b)

Il-punt (a) ma japplikax għall-benefiċċji fi flus koperti mill-punti (c) u (h) tal-Artikolu SSC.3(1).

Artikolu SSC.9

Prevenzjoni ta' overlapping ta' benefiċċji

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, dan il-Protokoll la għandu jagħti u lanqas iżomm id-dritt għal diversi benefiċċji tal-istess tip għall-istess perjodu ta' assigurazzjoni obbligatorja.

TITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI

Artikolu SSC.10

Regoli ġenerali

1.

Persuni li għalihom japplika dan il-Protokoll għandhom ikunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed biss. Din il-leġiżlazzjoni għandha tkun iddeterminata skont dan it-Titolu.

2.

Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza tal-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma għandux japplika għall-pensjonijiet tal-invalidità, tax-xjuħija jew tas-superstiti jew għall-pensjonijiet għal aċċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali jew għal benefiċċji tal-mard fi flus li jkopru t-trattament għal perjodu illimitat.

3.

Soġġett għall-Artikoli SSC.11, SSC.12 u SSC.13:

(a)

persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat;

(b)

Persuna impjegata maċ-ċivil għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat li għalih hija soġġetta l-amministrazzjoni li timpjegaha;

(c)

kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx il-punti (a) u (b) għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan il-Protokoll li jiggarantuhom skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar.

4.

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha normalment imwettqa abbord bastiment fuq il-baħar li jtajjar il-bandiera ta' Stat għandha titqies bħala attività mwettqa fl-Istat imsemmi. Madankollu, persuna impjegata abbord bastiment b'bandiera ta' Stat u mħallsa għal attività bħal din minn impriża jew persuna li l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħha jkun fi Stat ieħor għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-aħħar Stat jekk dik il-persuna tirrisjedi f'dak l-Istat. L-impriża jew il-persuna li tħallas ir-remunerazzjoni għandha titqies bħala l-impjegatur għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni msemmija.

5.

Attività bħala membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jwettaq servizzi tal-passiġġieri jew tal-merkanzija bl-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa fl-Istat fejn tinsab il-bażi tas-servizz.

Artikolu SSC.11

Ħaddiema stazzjonati

1.

B'deroga mill-Artikolu SSC.10(3) u bħala miżura tranżizzjonali fir-rigward tas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-regoli li ġejjin fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli japplikaw bejn l-Istati Membri elenkati fil-Kategorija A tal-Anness SSC-8 u r-Renju Unit:

(a)

persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat għal impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tintbagħat minn dak l-impjegatur fi Stat ieħor biex twettaq xogħol f'isem dak l-impjegatur għandha tkompli tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat, sakemm:

(i)

it-tul ta' żmien ta' tali xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar; u

(ii)

dik il-persuna ma tintbagħatx biex tissostitwixxi ħaddiem ieħor stazzjonat.

(b)

persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat, li tmur biex twettaq attività simili fi Stat ieħor għandha tibqa' suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm it-tul ta' żmien antiċipat ta' tali attività ma jaqbiżx l-24 xahar.

2.

Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit liema mill-kategoriji li ġejjin jaqa' taħt kull Stat Membru:

(a)

Kategorija A: L-Istat Membru jkun innotifika lill-Unjoni li jixtieq jidderoga mill-Artikolu SSC.10 skont dan l-Artikolu;

(b)

Kategorija B: L-Istat Membru innotifika lill-Unjoni li ma jixtieqx jidderoga mill-Artikolu SSC.10; jew

(c)

Kategorija C: L-Istat Membru ma jkunx indika jekk jixtieqx jidderoga mill-Artikolu SSC.10.

3.

Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir il-kontenut tal-Anness SSC-8 fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

4.

Għall-Istati Membri li huma elenkati fil-Kategorija A fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

5.

Għall-Istati Membri li huma elenkati fil-Kategorija C fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw daqslikieku dak l-Istat Membru kien elenkat fil-Kategorija A għal xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jittrasferixxi Stat Membru mill-Kategorija C għall-Kategorija A jekk l-Unjoni tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali li dak l-Istat Membru jixtieq li jiġi mċaqlaq b'dan il-mod.

6.

Xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Kategoriji B u C ma jibqgħux jeżistu. Wara dan, il-Partijiet għandhom jippubblikaw l-Anness SSC-8 mill-aktar fis. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-Anness SCC-8 se jitqies li fih biss Stati Membri tal-Kategorija A mid-data ta' dik il-pubblikazzjoni.

7.

Meta persuna tkun f'sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li tinvolvi Stat Membru tal-Kategorija C qabel il-pubblikazzjoni ta' Anness SSC-8 aġġornat skont il-paragrafu 6, il-paragrafu 1 għandu jkompli japplika għal dik il-persuna għat-tul tal-attivitajiet tagħha skont il-paragrafu 1.

8.

L-Unjoni għandha tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jekk Stat Membru jkun jixtieq jitneħħa mill-Kategorija A tal-Anness SSC-8 u l-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu, fuq talba tal-Unjoni, ineħħi lil dak l-Istat Membru mill-Kategorija A tal-Anness SSC-8. Il-partijiet għandhom jippubblikaw Anness SSC-8 aġġornat li għandhom japplikaw mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-wasla tat-talba mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

9.

Meta persuna tkun f'sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel il-pubblikazzjoni ta' Anness SSC-8 aġġornat f'konformità mal-paragrafu 8, il-paragrafu 1 għandu jkompli japplika għal dik il-persuna għat-tul tal-attivitajiet ta' dik il-persuna skont il-paragrafu 1.

Artikolu SSC.12

Twettiq ta' attivitajiet f'żewġ Stati jew aktar

1.

Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru wieħed jew aktar kif ukoll fir-Renju Unit għandha tkun soġġetta għal:

(a)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali tal-attività tagħha f'dak l-Istat Membru; jew

(b)

jekk dik il-persuna ma twettaqx parti sostanzjali mill-attività tagħha fl-Istat ta' residenza:

(i)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-impjegatur jekk hija impjegata minn impriża jew impjegatur wieħed; jew

(ii)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriżi jew tal-impjegaturi jekk tkun impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stat wieħed biss; jew

(iii)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-impjegatur barra mill-Istat ta' residenza jekk tkun impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar, li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stat Membru u r-Renju Unit, li wieħed minnhom ikun l-Istat ta' residenza; jew

(iv)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza jekk hija impjegata minn żewġ intrapriżi jew impjegaturi jew aktar, li mill-inqas tnejn minnhom għandhom l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stati differenti minbarra l-Istat ta' residenza.

2.

Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru wieħed jew aktar kif ukoll ir-Renju Unit għandha tkun soġġetta għal:

(a)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali tal-attività tagħha f'dak l-Istat Membru; jew

(b)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih jinsab iċ-ċentru tal-interess tal-attivitajiet tagħhom, jekk din il-persuna ma tirrisjedix f'wieħed mill-Istati li fihom din il-persuna twettaq parti sostanzjali tal-attività tagħha.

3.

Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati jew aktar għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat fejn hija twettaq attività bħala persuna impjegata jew, jekk twettaq tali attività f'żewġ Stati jew aktar, għal-leġiżlazzjoni determinata skont il-paragrafu 1.

4.

Persuna li hija impjegata bħala impjegat taċ-ċivil minn Stat u li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat wieħed jew aktar għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat li għalih hija soġġetta l-amministrazzjoni li timpjega lil dik il-persuna.

5.

Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f'żewġ Stati Membri jew aktar (u mhux fir-Renju Unit) għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit jekk dik il-persuna ma twettaqx parti sostanzjali ta' dik l-attività fl-Istat ta' residenza u dik il-persuna:

(a)

hija impjegata minn impriża jew impjegatur wieħed jew aktar, li kollha għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit;

(b)

tirrisjedi fi Stat Membru u hija impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar, li kollha għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit u fl-Istat Membru tar-residenza;

(c)

tirrisjedi fir-Renju Unit u hija impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar, li mill-inqas tnejn minnhom għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stati Membri differenti; jew

(d)

tirrisjedi fir-Renju Unit u hija impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar, li mill-inqas tnejn minnhom għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stati Membri differenti.

6.

Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati Membri jew aktar (u mhux fir-Renju Unit), mingħajr ma twettaq parti sostanzjali ta' dik l-attività fl-Istat ta' residenza, għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit jekk iċ-ċentru tal-interess tal-attività tagħha jinsab fir-Renju Unit.

7.

Il-paragrafu 6 ma għandux japplika fil-każ ta' persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata u bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati Membri jew aktar.

8.

Il-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 6 għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni determinata skont dawn id-dispożizzjonijiet, bħallikieku kienu qed iwettqu l-attivitajiet kollha tagħhom bħala persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u kienu qed jirċievu d-dħul kollu tagħhom fl-Istat ikkonċernat.

Artikolu SSC.13

Assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata volontarja

1.

L-Artikoli SSC.10, SSC.11 u SSC.12 ma japplikawx għal assigurazzjoni volontarja jew għal assigurazzjoni fakultattiva kontinwata sakemm, fir-rigward ta' waħda mill-fergħat imsemmija fl-Artikolu SSC.3, tkun teżisti biss skema ta' assigurazzjoni volontarja fi Stat.

2.

Meta, minħabba l-leġiżlazzjoni ta' Stat, il-persuna kkonċernata tkun soġġetta għal assigurazzjoni obbligatorja f'dak l-Istat Membru, dik il-persuna ma tistax tkun soġġetta għal skema ta' assigurazzjoni volontarja jew għal skema ta' assigurazzjoni kontinwata volontarja fi Stat ieħor. Fil-każijiet l-oħra kolla fejn, għal fergħa partikolari, hemm l-għażla bejn diversi skemi ta' assigurazzjoni volontarja jew skemi ta' assigurazzjoni mhux obbligatorji kontinwati, il-persuna konċernata għandha tagħżel biss l-iskema li trid hi.

3.

Madankollu, fir-rigward tal-benefiċċji tal-invalidità, tax-xjuħija u tas-superstiti, il-persuna kkonċernata tista' tingħaqad mal-iskema ta' assigurazzjoni volontarja jew ta' assigurazzjoni kontinwata volontarja ta' Stat, anki jekk hija tkun soġġetta b'mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, sakemm hija tkun ġiet soġġetta, f'xi stadju tal-karriera tagħha, għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat minħabba jew bħala konsegwenza ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha u jekk tali overlapping huwa permess b'mod espliċitu jew impliċitu skont il-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat.

4.

Fejn il-leġiżlazzjoni ta' Stat tagħmel l-ammissjoni għal assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata fakultattiva kondizzjonali fuq residenza f'dak l-Istat jew fuq attività preċedenti bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, il-punt (b) tal-Artikolu SSC.6 għandu japplika biss għal persuni li kienu soġġetti, f'xi stadju aktar bikri, għal-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat fuq il-bażi ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

Artikolu SSC.14

Obbligi tal-impjegatur

1.

Impjegatur li jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu barra mill-Istat kompetenti għandu jissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati tiegħu, notevolment l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet previsti minn dik il-leġiżlazzjoni, daqslikieku kellu l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu fl-Istat kompetenti.

2.

Impjegatur li ma jkollux post tan-negozju fl-Istat li tiegħu l-leġiżlazzjoni tkun applikabbli u l-persuna impjegata jistgħu jaqblu li din tal-aħħar tista' tissodisfa l-obbligi tal-impjegatur f'isimha fir-rigward tal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti tal-impjegatur. L-impjegatur għandu jibgħat avviż ta' tali arranġament lill-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR ID-DIVERSI KATEGORIJI TA' BENEFIĊĊJI

KAPITOLU 1

BENEFIĊĊJI TAL-MARD, TAL-MATERNITÀ U BENEFIĊĊJI EKWIVALENTI TAL-PATERNITÀ

TAQSIMA 1

PERSUNI ASSIGURATI U MEMBRI TAL-FAMILJI TAGĦHOM MINBARRA PENSJONANTI U MEMBRI TAL-FAMILJI TAGĦHOM

Artikolu SSC.15

Residenza fi Stat li ma jkunx l-Istat kompetenti

Persuna assigurata jew membri tal-familja tagħha li jirrisjedu fi Stat li mhuwiex l-Istat kompetenti għandhom jirċievu fl-Istat ta' residenza benefiċċji in natura provduti, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, skont ill-leġiżlazzjoni li tapplika, daqslikieku l-persuni kkonċernati kienu assigurati skont il-leġiżlazzjoni msemmija.

Artikolu SSC.16

Soġġorn fl-Istat kompetenti meta r-residenza tkun fi Stat ieħor – regoli speċjali għall-membri tal-familji ta' ħaddiema fruntaliera

1.

Sakemm mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 2, il-persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha msemmija fl-Artikolu SSC.15 għandhom ukoll ikunu intitolati għal benefiċċji in natura waqt li jkunu qegħdin fl-Istat kompetenti. Il-benefiċċji in natura għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti u bi spejjeż tagħha, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqslikieku l-persuni kkonċernati kienu residenti f'dak l-Istat.

2.

Il-membri tal-familja ta' ħaddiem fruntalier għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura waqt is-soġġorn tagħhom fl-Istat kompetenti.

Madankollu, meta l-Istat kompetenti jkun elenkat fl-Anness SSC-2, il-membri tal-familja ta' ħaddiem fruntalier li jirrisjedu fl-istess Stat bħall-ħaddiem fruntalier għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura fl-Istat kompetenti biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu SSC.17(1).

Artikolu SSC.17

Soġġorn barra l-Istat kompetenti

1.

Sakemm mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 2, persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha li jissoġġornaw fi Stat li mhux l-Istat kompetenti għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji in natura, ipprovduti f'isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, bħallikieku l-persuni kkonċernati kienu assigurati skont dik il-leġiżlazzjoni, fejn:

(a)

il-benefiċċji in natura jsiru meħtieġa għal raġunijiet mediċi matul is-soġġorn tagħhom, fl-opinjoni tal-fornitur tal-benefiċċji in natura, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-benefiċċji u t-tul mistenni tas-soġġorn;

(b)

Il-persuna ma tkunx ivvjaġġat lejn dak l-Istat bil-għan li tirċievi l-benefiċċji in natura, sakemm il-persuna ma tkunx passiġġier jew membru tal-ekwipaġġ fuq bastiment jew inġenju tal-ajru li jivvjaġġa lejn dak l-Istat u l-benefiċċji in natura ma jkunux saru meħtieġa għal raġunijiet mediċi matul il-vjaġġ jew it-titjira; u

(c)

dokument validu ta' intitolament jiġi ppreżentat skont l-Artikolu SSCI.22(1) tal-Anness SSC-7.

2.

L-Appendiċi SSCI-2 għall-Anness SSC-7 jelenka l-benefiċċji in natura li, sabiex jingħataw matul żjara fi Stat ieħor, jeħtieġu, għal raġunijiet prattiċi, ftehim minn qabel bejn il-persuna kkonċernata u l-istituzzjoni li tipprovdi l-kura.

Artikolu SSC.18

Vjaġġar bil-għan li jinkisbu benefiċċji in natura – awtorizzazzjoni biex jinkiseb trattament xieraq barra mill-Istat ta' residenza

1.

Sakemm dan il-Protokoll ma jipprovdix mod ieħor, persuna assigurata li tkun qed tivvjaġġa lejn Stat ieħor bl-iskop li tirċievi benefiċċji in natura matul is-soġġorn għandha titlob awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti.

2.

Persuna assigurata li tkun awtorizzata mill-istituzzjoni kompetenti biex tmur fi Stat ieħor bil-għan li tirċievi t-trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha, għandha tirċievi l-benefiċċji in natura provduti, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta' soġġorn, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqslikieku kienet assigurata skont dik il-leġiżlazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata meta t-trattament inkwistjoni jkun fost il-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni fl-Istat fejn il-persuna kkonċernata tirrisjedi u meta hija ma tkunx tista' tingħata trattament bħal dan f'limitu ta' żmien li jkun medikament ġustifikabbli, meta jitqies l-Istat attwali tas-saħħa tagħha u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha.

3.

Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

4.

Jekk il-membri tal-familja ta' persuna assigurata jirrisjedu fi Stat li mhux l-Istat li fih tirrisjedi l-persuna assigurata, u dan l-Istat għażel ir-rimborż fuq il-bażi ta' ammonti fissi, l-ispiża tal-benefiċċji in natura msemmija fil-paragrafu 2 għandha titħallas mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja. F'dan il-każ, għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja għandha titqies bħala l-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu SSC.19

Benefiċċji fi flus

1.

Persuna assigurata u membri tal-familja tagħha li jkunu residenti jew li jkunu qed jissoġġornaw fi Stat li mhux l-Istat kompetenti għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji fi flus mogħtija mill-istituzzjoni kompetenti skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn, dawn il-benefiċċji jistgħu, madankollu, jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn bi spejjeż għall-istituzzjoni kompetenti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti.

2.

L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tistipula li l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkun ibbażat fuq id-dħul medju jew fuq bażi ta' kontribuzzjoni medja għandha tiddetermina dan id-dħul medju jew il-bażi ta' kontribuzzjoni medja esklużivament b'referenza għad-dħul ikkonfermat li tħallas, jew għall-bażijiet ta' kontribuzzjoni applikati, matul il-perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni msemmija.

3.

L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tipprovdi li l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkun ibbażat fuq dħul standard għandha tqis esklużivament id-dħul standard jew, fejn xieraq, il-medja tad-dħul standard għall-perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni msemmija.

4.

Il-paragrafi 2 u 3 japplikaw mutatis mutandis għal każijiet fejn il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti tistabbilixxi perjodu ta' referenza speċifiku li jikkorrispondi fil-każ in kwistjoni kompletament jew parzjalment għall-perjodi li l-persuna kkonċernata tkun wettqet skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar.

Artikolu SSC.20

Pretendent tal-pensjoni

1.

Persuna assigurata li, meta tippreżenta pretensjoni għal pensjoni, jew waqt l-investigazzjoni tagħha, ma tibqax intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-aħħar Stat kompetenti, għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat fejn hija tirrisjedi, sakemm il-pretendent tal-pensjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Id-dritt għal benefiċċji in natura fl-Istat ta' residenza għandu japplika wkoll għall-membri tal-familja tal-pretendent tal-pensjoni.

2.

Il-benefiċċji mogħtija in natura għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li, fil-każ li tingħata l-pensjoni, jsir kompetenti skont l-Artikoli SSC.21, SSC.22 u SSC.23.

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-PENSJONANTI U L-MEMBRI TAL-FAMILJI TAGĦHOM

Artikolu SSC.21

Dritt għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza

Persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar u li wieħed minnhom ikun l-Istat ta' residenza, u li hija intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat, għandha, flimkien mal-membri tal-familja tagħha, tirċievi dawn il-benefiċċji in natura mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza u bi spejjeż tagħha, daqslikieku kienet pensjonanta li l-pensjoni tagħha kienet pagabbli biss skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat.

Artikolu SSC.22

Ebda dritt għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza

1.

Persuna li:

(a)

tirrisjedi fi Stat;

(b)

tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar; u

(c)

ma tkunx intitolata għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza,

għandhom madankollu jirċievu dawn il-benefiċċji għalihom infushom u għall-membri tal-familja tagħhom, sakemm il-pensjonant ikun intitolat għalihom taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti fir-rigward tal-pensjoni tagħhom jew għall-inqas wieħed mill-Istati kompetenti, jekk dik il-persuna kienet tirrisjedi f'dak l-Istat. Il-benefiċċji in natura għandhom jingħataw bl-ispejjeż tal-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, bħallikieku l-persuna kkonċernata kienet intitolata għal pensjoni u intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat.

2.

Fil-każijiet koperti mill-paragrafu 1, l-ispejjeż tal-benefiċċji in natura għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kif determinat skont dawn ir-regoli:

(a)

meta l-persuna pensjonanta tkun intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed, l-ispejjeż ta' dawk il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat;

(b)

meta l-persuna pensjonanta tkun trattata bħallikieku hija intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni ta' żewġ Stati jew aktar, l-ispejjeż ta' dawn il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-persuna kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu għall-itwal perjodu ta' żmien;

(c)

jekk l-applikazzjoni tar-regola fil-punt (b) tirriżulta f'diversi istituzzjonijiet li jkunu responsabbli għall-ispiża ta' dawk il-benefiċċji, l-ispiża għandha titħallas mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-pensjonant kien l-aħħar suġġett.

Artikolu SSC.23

Pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar minbarra l-Istat ta' residenza, meta hemm dritt għall-benefiċċji in natura fl-Istat tal-aħħar

Fejn persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar tirrisjedi fi Stat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu d-dritt li tirċievi benefiċċji in natura mhuwiex soġġett għall-kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni, jew kondizzjonijiet ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u dik il-persuna ma tirċevix pensjoni mill-Istat ta' residenza, l-ispiża tal-benefiċċji in natura pprovduti lilhom u lill-membri tal-familja tagħhom għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni ta' wieħed mill-Istati kompetenti fir-rigward tal-pensjonijiet ta' dik il-persuna determinati skont l-Artikolu SSC.22(2), sal-punt li dik il-persuna u l-membri tal-familja tagħha jkunu intitolati għal tali benefiċċji li kieku kienu joqogħdu f'dak l-Istat.

Artikolu SSC.24

Residenza ta' membri tal-familja fi Stat ieħor minbarra dak li fih tirrisjedi l-persuna pensjonanta

Meta persuna:

(a)

tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar; u

(b)

Jirrisjedi fi Stat li ma jkunx dak li fih jgħixu l-membri tal-familja tiegħu,

dawk il-membri tal-familja ta' dik il-persuna għandhom ikunu intitolati li jirċievu benefiċċji in natura mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tagħhom skont il-leġiżlazzjoni li tapplika sa fejn il-pensjonant huwa intitolat għal benefiċċji in natura taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija lill-pensjonant fl-Istat ta' residenza tiegħu.

Artikolu SSC.25

Soġġorn tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat li mhux l-Istat ta' residenza – soġġorn fl-Istat kompetenti – awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat ta' residenza

1.

L-Artikolu SSC.17 japplika mutatis mutandis għal:

(a)

persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar u li hija intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni ta' wieħed mill-Istati li jipprovdu l-pensjoni(jiet) tagħha;

(b)

il-membri tal-familja tagħha,

li jissoġġornaw fi Stat li mhux dak li fih jirrisjedu.

2.

L-Artikolu SSC.16(1) japplika mutatis mutandis għall-persuni deskritti fil-paragrafu 1 meta joqogħdu fl-Istat li fih jinsab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispiża tal-benefiċċji in natura pprovduti lill-persuna pensjonanta fl-Istat ta' residenza tagħha u dak l-Istat ikun għażel dan u huwa elenkat fl-Anness SSC-3.

3.

L-Artikolu SSC.18 japplika mutatis mutandis għal pensjonant jew membri tal-familja tiegħu jew tagħha li qed joqogħdu fi Stat li mhux dak li fih jirrisjedu bil-għan li jirċievu f'dak l-Istat it-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħhom.

4.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafu 5, l-ispejjeż tal-benefiċċji in natura msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat ta' residenza tagħha.

5.

L-ispejjeż tal-benefiċċji in natura msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha jekk dawn il-persuni għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat li għażel ir-rimborż fuq il-bażi tal-ammonti fissi. F'dawn il-każijiet, għall-għanijiet tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja għandha titqies bħala l-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu SSC.26

Benefiċċji fi flus lil persuni pensjonanti

1.

Il-benefiċċji fi flus għandhom jitħallsu lil persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li fih tkun tinsab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija lil pensjonant fil-post ta' residenza tiegħu. L-Artikolu SSC.19 japplika mutatis mutandis.

2.

Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-membri tal-familja tal-persuna pensjonanta.

Artikolu SSC.27

Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

1.

L-istituzzjoni ta' Stat li hija responsabbli skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika għat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet għall-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità, tista' titlob u tirkupra dan it-tnaqqis, ikkalkulat skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, sal-punt biss li l-ispejjeż tal-benefiċċji skont l-Artikoli SSC.21 sa SSC.24 għandhom jitħallsu minn istituzzjoni ta' dak l-Istat.

2.

Fejn, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.23, l-akkwist ta' benefiċċji tal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità huwa soġġett għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet jew ħlasijiet simili skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat li fih il-pensjonant ikkonċernat jirrisjedi, dawn il-kontribuzzjonijiet m'għandhomx jitħallsu bis-saħħa ta' tali residenza.

TAQSIMA 3

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu SSC.28

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikoli SSC.21 sa SSC.27 ma japplikawx għal persuna pensjonanta jew għall-membri tal-familja tagħha li jkunu intitolati għall-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat fuq il-bażi ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha. F'każijiet bħal dawn, il-persuna kkonċernata għandha tkun soġġetta, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, għall-Artikoli SSC.15 sa SSC.19.

Artikolu SSC.29

Prijoritizzazzjoni tad-dritt għal benefiċċji in natura – regola speċjali għad-dritt tal-membri tal-familja għal benefiċċji fl-Istat ta' residenza

1.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafu 2 u 3, meta membru tal-familja jkollu dritt indipendenti għall-benefiċċji in natura bbażati fuq il-leġiżlazzjoni ta' Stat jew fuq dan il-Kapitolu, dan id-dritt għandu jieħu prijorità fuq dritt derivattiv għall-benefiċċji in natura għall-membri tal-familja.

2.

Sakemm mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 3, meta d-dritt indipendenti fl-Istat ta' residenza jeżisti direttament u biss fuq il-bażi tar-residenza tal-persuna kkonċernata f'dak l-Istat, dritt derivat għall-benefiċċji in natura għandu jieħu prijorità fuq id-dritt indipendenti.

3.

Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-benefiċċji in natura għandhom jingħataw lill-membri tal-familja ta' persuna assigurata għad-detriment tal-istituzzjoni kompetenti fl-Istat fejn jirrisjedu, meta:

(a)

dawk il-membri tal-familja jirrisjedu fi Stat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu d-dritt għall-benefiċċji in natura mhuwiex soġġett għal kundizzjonijiet tal-assigurazzjoni jew ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha; u

(b)

il-konjuġi jew il-persuna li tieħu ħsieb it-tfal tal-persuna assigurata twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha f'dak l-Istat, jew tirċievi pensjoni minn dak l-Istat abbażi ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

Artikolu SSC.30

Rimborżi bejn l-istituzzjonijiet

1.

Il-benefiċċji in natura mill-istituzzjoni ta' Stat f'isem l-istituzzjoni ta' Stat ieħor skont dan il-Kapitolu għandhom ikunu mħallsa lura kompletament.

2.

Ir-rimborżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati u effettwati skont l-arranġamenti stipulati fl-Anness SSC-7, jew mal-produzzjoni ta' prova tal-infiq effettiv, jew fuq il-bażi ta' ammonti fissi għal Stati li l-istrutturi legali jew amministrattivi tagħhom huma tali li l-użu tar-rimborż fuq il-bażi tan-nefqa attwali ma jkunx xieraq.

3.

L-Istati, u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jipprovdu għal metodi oħra ta' rimborż jew jirrinunzjaw ir-rimborż kollu bejn l-istituzzjonijiet fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

KAPITOLU 2

BENEFIĊĊJI MARBUTA MA' AĊĊIDENTI FUQ IX-XOGĦOL U MA' MARD OKKUPAZZJONALI

Artikolu SSC.31

Dritt għal benefiċċji in natura jew fi flus

1.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar favorevoli fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli SSC 15 u l-Artikoli SSC.16(1), SSC.17(1) u SSC.18(1) għandhom japplikaw ukoll għal benefiċċji marbutin ma' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma' mard okkupazzjonali.

2.

Persuna li jkollha aċċident fil-post tax-xogħol jew li tkun mardet fil-post tax-xogħol u li tkun tirrisjedi jew tissoġġorna fi Stat li ma jkunx l-Istat kompetenti għandha tkun intitolata għall-benefiċċji speċjali in natura tal-iskema li tkopri l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard okkupazzjonali provduti, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqslikieku kienet assigurata skont il-leġiżlazzjoni msemmija.

3.

L-istituzzjoni kompetenti ma tistax tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu SSC.18(1) lil persuna li kellha aċċident fil-post tax-xogħol jew li ntlaqtu minn marda okkupazzjonali u li hija intitolata għal benefiċċji mħallsa minn dik l-istituzzjoni, fejn it-trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha ma jistax jingħata fl-Istat li hija tirrisjedi fih f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli, filwaqt li jitqies l-Istat attwali ta' saħħa tagħha u l-iżvilupp probabbli tal-marda.

4.

L-Artikolu SSC.19 japplika wkoll għall-benefiċċji li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu.

Artikolu SSC.32

Spejjeż tat-trasport

1.

L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tipprovdi sabiex jitħallsu l-ispejjeż tat-trasport ta' persuna li jkollha aċċident fuq ix-xogħol jew li tkun qed tbati minn marda okkupazzjonali, jew lejn il-post ta' residenza tagħha jew lejn sptar, għandha tħallas dawn l-ispejjeż lill-post korrispondenti fl-Istat fejn il-persuna tirrisjedi, dment li dik l-istituzzjoni tagħti awtorizzazzjoni minn qabel għal dak it-trasport, waqt li tqis kif xieraq ir-raġunijiet li jiġġustifikawh. Din l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa fil-każ ta' ħaddiem fruntalier.

2.

L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tipprovdi sabiex jitħallsu l-ispejjeż tat-trasport tal-ġisem ta' persuna li tmut f'aċċident fuq ix-xogħol lejn il-post tad-dfin għandha, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, tħallas dawk l-ispejjeż lill-post korrispondenti fl-Istat fejn il-persuna kienet qed tirrisjedi fil-mument tal-aċċident.

Artikolu SSC.33

Benefiċċji għal mard okkupazzjonali meta l-persuna b'mard ta' dan it-tip kienet esposta għall-istess riskju f'diversi Stati

Meta persuna li tkun mardet fuq ix-xogħol, tkun eżerċitat attività li min-natura tagħha x'aktarx tikkawża l-marda msemmija skont il-leġiżlazzjoni ta' żewġ Stati jew aktar, il-benefiċċji li hija jew is-superstiti tagħha jkunu jistgħu jitolbu għandhom jiġu pprovduti esklużivament skont il-leġiżlazzjoni tal-aħħar wieħed minn dawk l-Istati li l-kundizzjonijiet tagħha jkunu ssodisfati.

Artikolu SSC.34

Aggravament ta' marda okkupazzjonali

Fil-każ ta' aggravament ta' marda okkupazzjonali li għaliha persuna li tkun qed tbati minn marda bħal din tkun irċeviet jew tkun qed tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

jekk il-persuna kkonċernata, waqt li tkun qed tirċievi l-benefiċċji, ma tkunx eżerċitat, skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li x'aktarx tikkawża jew taggrava l-marda inkwistjoni, l-istituzzjoni kompetenti tal-ewwel Stat għandha tħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika, filwaqt li tqis l-aggravament;

(b)

jekk il-persuna kkonċernata, waqt li tkun qed tirċievi l-benefiċċji, tkun eżerċitat attività bħal din skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, l-istituzzjoni kompetenti tal-ewwel Stat għandha tħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika mingħajr ma tqis l-aggravament. L-istituzzjoni kompetenti tat-tieni Stat għandha tagħti suppliment lill-persuna kkonċernata, li l-ammont tiegħu għandu jkun ugwali għad-differenza bejn l-ammont ta' benefiċċji dovuti wara l-aggravament u l-ammont li kien ikun dovut qabel l-aggravament skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, kieku l-marda in kwistjoni seħħet skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat;

(c)

ir-regoli dwar it-tnaqqis, is-sospensjoni jew l-irtirar stabbiliti bil-leġiżlazzjoni ta' Stat m'għandhomx jiġu invokati kontra persuni li jirċievu benefiċċji pprovduti minn istituzzjonijiet ta' żewġ Stati skont il-punt (b).

Artikolu SSC.35

Regoli dwar kif għandhom jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti leġiżlazzjonijiet

1.

Jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni kontra aċċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali fl-Istat fejn il-persuna kkonċernata tirrisjedi jew tissoġġorna, jew jekk din l-assigurazzjoni teżisti imma ma hemm l-ebda istituzzjoni responsabbli biex tipprovdi benefiċċji in natura, dawk il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn responsabbli biex tipprovdi benefiċċji in natura fil-każ ta' mard.

2.

Jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni kontra aċċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali fl-Istat kompetenti, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu li jikkonċernaw il-benefiċċji in natura għandhom madankollu jiġu applikati għal persuna li hija intitolata għal dawk il-benefiċċji f'każ ta' mard, maternità jew paternità ekwivalenti skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat jekk dik il-persuna jkollha aċċident fuq ix-xogħol jew tbati minn marda okkupazzjonali waqt residenza jew soġġorn fi Stat ieħor. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li hija kompetenti għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti.

3.

L-Artikolu SSC.6 japplika għall-istituzzjoni kompetenti fi Stat fir-rigward tal-ekwivalenza ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali li jew seħħew jew li ġew ikkonfermati sussegwentement taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor meta jiġi vvalutat il-grad ta' inkapaċità, id-dritt għall-benefiċċji jew l-ammont tagħhom, bil-kondizzjoni li:

(a)

l-ebda kumpens ma għandu jingħata fir-rigward ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol li jseħħ jew li kienet konfermata qabel skont il-leġiżlazzjoni applikata minnha; u

(b)

L-ebda kumpens ma huwa dovut fir-rigward ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda okkupazzjonali li seħħet jew li kienet ġiet ikkonfermata sussegwentement, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat l-ieħor li skontha seħħ jew ġie kkonfermat l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew il-marda okkupazzjonali.

Artikolu SSC.36

Rimborżi bejn l-istituzzjonijiet

1.

L-Artikolu SSC.30 japplika wkoll għall-benefiċċji li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu, u r-rimborż għandu jsir abbażi tal-ispejjeż attwali.

2.

L-Istati, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jipprovdu għal metodi oħra ta' rimborż jew jirrinunzjaw ir-rimborż kollu bejn l-istituzzjonijiet fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

KAPITOLU 3

GĦOTJIET F'KAŻ TA' MEWT

Artikolu SSC.37

Dritt għall-għotjiet f'każ ta' mewt fi Stat differenti minn dak kompetenti, jew f'dak li fih tirrisjedi l-persuna intitolata

1.

Meta persuna assigurata jew membru tal-familja tagħha jmut fi Stat li mhux l-Istat kompetenti, il-mewt għandha titqies li seħħet fl-Istat kompetenti.

2.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tkun obbligata tipprovdi għotjiet f'każ ta' mewt pagabbli skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, anki jekk il-persuna intitolata tirrisjedi fi Stat li mhux l-Istat kompetenti.

3.

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll meta l-mewt tkun ir-riżultat ta' inċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali.

Artikolu SSC.38

Għoti ta' benefiċċji fil-każ ta' mewt ta' persuna pensjonanta

1.

Fil-każ ta' mewt tal-persuna pensjonanta li kienet intitolata għal pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, jew għal pensjonijiet skont il-leġiżlazzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar, meta dik il-persuna kienet residenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-istituzzjoni responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura skont l-Artikoli SSC.22 u SSC.23, l-għotjiet marbutin mal-mewt li għandhom jitħallsu skont il-leġiżlazzjoni amministrata minn dik l-istituzzjoni għandhom jingħataw u jitħallsu minnha bħallikieku l-persuna pensjonanta fil-mument tal-mewt kienet residenti fl-Istat Membru fejn tinstab dik l-istituzzjoni.

2.

Il-paragrafu 1 japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-pensjonant.

KAPITOLU 4

BENEFIĊĊJI TAL-INVALIDITÀ

Artikolu SSC.39

Kalkolu tal-benefiċċji tal-invalidità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu SSC.7, fejn, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti skont it-Titolu II ta' dan il-Protokoll, l-ammont tal-benefiċċji tal-invalidità jiddependi fuq it-tul tal-perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza, l-Istat kompetenti mhuwiex meħtieġ li jqis kwalunkwe tali perjodi mwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-invalidità pagabbli.

Artikolu SSC.40

Dispożizzjonijiet speċjali fuq l-aggregazzjoni tal-perjodi

L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji kondizzjonali fuq it-tlestija tal-perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza għandha, fejn meħtieġ, tapplika l-Artikolu SSC.46 mutatis mutandis.

Artikolu SSC.41

Aggravament ta' invalidità

Fil-każ ta' aggravament ta' invalidità li għaliha persuna tkun qed tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat f'konformità ma' dan il-Protokoll, il-benefiċċju għandu jkompli jingħata skont dan il-Kapitolu, filwaqt li jitqies l-aggravament.

Artikolu SSC.42

Konverżjoni tal-benefiċċji tal-invalidità f'benefiċċji tax-xjuħija

1.

Fejn previst fil-leġiżlazzjoni tal-Istat li jħallas il-benefiċċju tal-invalidità skont dan il-Protokoll, il-benefiċċji tal-invalidità għandhom jiġu kkonvertiti f'benefiċċji tax-xjuħija taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li taħtha jingħataw u skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu III.

2.

Fejn persuna li tirċievi benefiċċji tal-invalidità tista' tistabbilixxi pretensjoni għall-benefiċċji tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar, skont l-Artikolu SSC.45, kwalunkwe istituzzjoni li hija responsabbli biex tipprovdi benefiċċji tal-invalidità skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat għandha tkompli tipprovdi lil tali persuna bil-benefiċċji tal-invalidità li għalihom hija intitolata skont il-leġiżlazzjoni li tapplika sakemm il-paragrafu 1 isir applikabbli fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni, jew inkella sakemm il-persuna kkonċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet għal tali benefiċċji.

Artikolu SSC.43

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

L-Artikoli SSC.7, SSC.39, SSC.41, SSC.42 u l-Artikolu SSC.55(2) u (3) japplikaw mutatis mutandis għall-persuni koperti mill-iskema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil.

KAPITOLU 5

PENSJONIJIET TAX-XJUĦIJA U TAS-SUPERSTITI

Artikolu SSC.44

Filwaqt li jitqiesu l-perjodi tat-trobbija tat-tfal

1.

Meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat li huwa kompetenti skont it-Titolu II tal-Protokoll, ma jitqies l-ebda perjodu għat-trobbija tat-tfal, l-istituzzjoni tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu, f'konformità mat-Titolu II tal-Protokoll, kienet applikabbli għall-persuna konċernata fuq il-bażi li hi kienet qed twettaq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fid-data meta, skont dik il-leġiżlazzjoni, beda jitqies il-perjodu għat-trobbija tat-tfal għat-tfal konċernati, għandha tibqa' responsabbli sabiex jitqies dak il-perjodu bħala perjodu għat-trobbija tat-tfal skont il-leġiżlazzjoni tagħha, daqslikieku t-trobbija tat-tfal seħħet fit-territorju proprju tagħha.

2.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-persuna konċernata tkun, jew issir, soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' Stat minħabba t-twettiq ta' attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha.

Artikolu SSC.45

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

L-istituzzjonijiet kompetenti kollha għandhom jiddeterminaw id-dritt għal benefiċċju, skont il-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Istati li għalihom il-persuna kkonċernata kienet soġġetta, meta tkun ġiet ippreżentata talba għall-għoti, sakemm il-persuna kkonċernata ma titlobx espressament id-differiment tal-għoti ta' benefiċċji max-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar.

2.

Jekk f'mument partikolari l-persuna kkonċernata ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa, il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Istati li għalihom dik il-persuna kienet soġġetta, l-istituzzjonijiet li japplikaw leġiżlazzjoni li l-kondizzjonijiet tagħha ġew sodisfatti m'għandhomx jieħdu kont, meta jwettqu l-kalkolu skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu SSC.47(1), il-perjodi mwettqa skont il-leġiżlazzjonijiet li l-kondizzjonijiet tagħhom ma ġewx sodisfatti, jew m'għadhomx sodisfatti, fejn dan l-ammont jagħti lil dan l-ammont, fejn dan l-ammont ikun aktar baxx.

3.

Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis meta l-persuna konċernata titlob espressament id-differiment tal-għoti ta' benefiċċji tax-xjuħija.

4.

Kalkolu ġdid għandu jsir awtomatikament kif u meta l-kundizzjonijiet li jkollhom jiġu ssodisfati skont il-leġiżlazzjonijiet l-oħra jiġu ssodisfati jew meta persuna titlob li l-għoti ta' benefiċċju tax-xjuħija jiġi ddifferit skont il-paragrafu 1, sakemm il-perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjonijiet l-oħrajn ma jkunux diġà tqiesu bis-saħħa tal-paragrafi 2 jew 3.

Artikolu SSC.46

Dispożizzjonijiet speċjali fuq l-aggregazzjoni tal-perjodi

1.

Meta l-leġiżlazzjoni ta' Stat torbot l-għoti ta' ċerti benefiċċji mal-kundizzjoni li l-perjodi ta' assigurazzjoni jkunu twettqu biss f'attività speċifika bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew f'impjieg li jkun soġġett għal skema speċjali għal persuni impjegati jew għal persuni li jaħdmu għal rashom, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tqis il-perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni ta' Stati oħra biss jekk ikunu ġew kompluti skont skema korrispondenti jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-istess impjieg, jew fejn ikun xieraq, fl-istess attività bħal persuna impjegata jew li taħdem għal rasha.

Jekk, wara li kienu ikkunsidrati l-perjodi mwettqa b'dan il-mod, il-persuna konċernata ma tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tirċievi il-benefiċċji ta' skema speċjali, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-għoti tal-benefiċċji tal-iskema ġenerali jew, jekk dan ma jkunx il-każ, tal-iskema applikabbli għal ħaddiema li jaħdmu b'idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skont il-każ, sakemm il-persuna konċernata kienet miktuba f'waħda jew l-oħra minn dawn l-iskemi.

2.

Il-perjodi ta' assigurazzjoni kompluti skont skema speċjali ta' Stat għandhom jitqiesu sabiex jingħataw il-benefiċċji tal-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, tal-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, skont il-każ, ta' Stat ieħor, sakemm il-persuna kkonċernata kienet affiljata ma' waħda jew aktar minn dawk l-iskemi, anki jekk dawk il-perjodi jkunu diġà tqiesu fl-Istat tal-aħħar skont skema speċjali.

3.

Meta l-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika ta' Stat torbot l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji mal-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun assigurata fil-mument tal-materjalizzazzjoni tar-riskju, din il-kundizzjoni għandha titqies bħala li kienet issodisfata jekk dik il-persuna kienet assigurata qabel skont il-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika ta' dak l-Istat u tkun, fil-waqt tal-materjalizzazzjoni tar-riskju, assigurata skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor għall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta' dan, jekk ikun dovut benefiċċju skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor għall-istess riskju. Din il-kundizzjoni tal-aħħar għandha, madankollu, titqies li ġiet issodisfata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.52.

Artikolu SSC.47

Għoti ta' benefiċċji

1.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tikkalkula l-ammont tal-benefiċċju li jkollu jingħata:

(a)

skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, biss meta l-kundizzjonijiet għall-intitolament għall-benefiċċji kienu sodisfatti b'mod esklużiv skont il-liġi nazzjonali (benefiċċju indipendenti);

(b)

billi tasal għal ammont teoretiku u mbagħad għal ammont attwali (benefiċċju pro rata), kif ġej:

(i)

l-ammont teoretiku tal-benefiċċju huwa ugwali għall-benefiċċju li l-persuna kkonċernata tista' titlob kieku l-perjodi kollha ta' assigurazzjoni u/jew ta' residenza li ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati l-oħra kienu twettqu skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika fid-data tal-għoti tal-benefiċċju. Jekk, skont din il-leġiżlazzjoni, l-ammont ma jkunx jiddependi fuq it-tul tal-perjodi kompluti, dak l-ammont għandu jitqies bħala l-ammont teoretiku;

(ii)

l-istituzzjoni kompetenti għandha mbagħad tistabbilixxi l-ammont reali tal-benefiċċju pro rata billi tapplika għall-ammont teoretiku l-proporzjon bejn it-tul tal-perjodi kompluti qabel il-materjalizzazzjoni tar-riskju skont il-leġiżlazzjoni li tapplika u t-tul totali tal-perjodi kompluti qabel il-materjalizzazzjoni tar-riskju skont il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati kollha kkonċernati.

2.

Fejn xieraq, l-istituzzjoni kompetenti għandha tapplika, għall-ammont ikkalkulat skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, ir-regoli kollha relatati mat-tnaqqis, is-sospensjoni jew l-irtirar, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, fil-limiti previsti fl-Artikoli SSC.48, SSC.49 u SSC.50.

3.

Il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata li tirċievi mill-istituzzjoni kompetenti ta' kull Stat l-ogħla mill-ammonti kkalkulati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

4.

Fejn il-kalkolu skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 fi Stat wieħed jirriżulta b'mod invarjabbli li l-benefiċċju indipendenti jkun daqs jew ogħla mill-benefiċċju pro rata, ikkalkulat f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrinunzja għall-kalkolu pro rata, dment li:

(a)

tali sitwazzjoni tkun prevista fil-Parti 1 tal-Anness SSC-4;

(b)

l-ebda leġiżlazzjoni li fiha regoli kontra s-sovrapożizzjoni kif imsemmi fl-Artikoli SSC.49 u SSC.50 ma tkun applikabbli sakemm ma jkunux sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu SSC.50(2); u

(c)

L-Artikolu SSC.52 mhuwiex applikabbli fir-rigward tal-perjodi mwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

5.

Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata ma għandux japplika għal skemi li jipprovdu benefiċċji li fir-rigward tagħhom perjodi ta' żmien mhumiex rilevanti għall-kalkolu, soġġett għal tali skemi li huma elenkati fil-parti 2 tal-Anness SSC-4. F'dawn il-każijiet, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għall-benefiċċju kalkulat skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat.

Artikolu SSC.48

Regoli għall-prevenzjoni ta' sovrapożizzjoni

1.

Kull sovrapożizzjoni ta' benefiċċji tax-xjuħija u tas-superstiti kkalkulati jew ipprovduti fuq il-bażi ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza mwettqa mill-istess persuna għandhom jitqiesu bħala sovrapożizzjoni ta' benefiċċji tal-istess tip.

2.

Każijiet fejn ikun hemm sovrapożizzjoni tal-benefiċċji li ma jistgħux jitqiesu bħala benefiċċji tal-istess tip fis-sens tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala każijiet ta' sovrapożizzjoni tal-benefiċċji ta' tip differenti.

3.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-finijiet ta' regoli għall-prevenzjoni ta' sovrapożizzjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ta' Stat fil-każ ta' sovrapożizzjoni ta' benefiċċju tax-xjuħija jew tas-superstiti ma' benefiċċju tal-istess tip jew benefiċċju ta' tip differenti jew ma' dħul ieħor:

(a)

L-istituzzjoni kompetenti għandha tqis il-benefiċċji jew id-dħul miksub fi Stat ieħor biss meta l-leġiżlazzjoni li tapplika tipprevedi li jitqiesu l-benefiċċji jew id-dħul miksub barra l-pajjiż;

(b)

l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu kont tal-ammont ta' benefiċċji li għandhom jitħallsu minn Stat ieħor qabel it-tnaqqis tat-taxxa, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u imposti jew tnaqqis individwali oħra, sakemm il-leġiżlazzjoni li hija tapplika ma tipprevedix l-applikazzjoni ta' regoli għall-prevenzjoni ta' sovrapożizzjoni wara tali tnaqqis, taħt il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness SSC-7;

(c)

l-istituzzjoni kompetenti ma għandhiex tqis l-ammont ta' benefiċċji miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor fuq il-bażi ta' assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata volontarja;

(d)

jekk Stat wieħed japplika regoli għall-prevenzjoni ta' sovrapożizzjoni minħabba li l-persuna kkonċernata tirċievi benefiċċji tal-istess tip jew ta' tip differenti skont il-leġiżlazzjoni ta' Stati oħra jew dħul akkwistat fi Stati oħra, il-benefiċċju dovut jista' jitnaqqas biss bl-ammont ta' tali benefiċċji jew tali dħul.

Artikolu SSC.49

Sovrapożizzjoni ta' benefiċċji tal-istess tip

1.

Meta jkun hemm benefiċċji tal-istess tip dovuti skont il-leġiżlazzjoni ta' żewġ Stati jew aktar, ir-regoli għall-prevenzjoni ta' sovrapożizzjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ta' Stat ma għandhomx ikunu applikabbli għal benefiċċju pro rata.

2.

Ir-regoli għall-prevenzjoni ta' sovrapożizzjoni għandhom japplikaw biss għal benefiċċju indipendenti jekk il-benefiċċju konċernat ikun:

(a)

benefiċċju li l-ammont tiegħu ma jiddependix fuq it-tul ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza; jew

(b)

benefiċċju li l-ammont tiegħu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' perjodu ikkreditat meqjus bħala magħmul bejn id-data li fiha immaterjalizza r-riskju u data aktar tard li jissovrapponi ma':

(i)

ma' benefiċċju tal-istess tip, ħlief fejn ftehim ikun ġie konkluż bejn żewġ Stati jew aktar biex jiġi evitat li l-istess perjodu akkreditat jitqies aktar minn darba; jew

(ii)

benefiċċju msemmi fil-punt (a).

Il-benefiċċji u l-ftehim imsemmija fil-punti (a) u (b) huma elenkati fl-Anness SSC-5.

Artikolu SSC.50

Sovrapożizzjoni ta' benefiċċji ta' tip differenti

1.

Jekk ir-riċevuta ta' benefiċċji ta' tip differenti jew dħul ieħor teħtieġ l-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni ta' sovrapożizzjoni previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istati kkonċernati fir-rigward ta':

(a)

żewġ benefiċċji indipendenti jew aktar, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiddividu l-ammonti tal-benefiċċju jew benefiċċji u dħul ieħor, skont kif tqisu, bl-għadd ta' benefiċċji suġġetti għar-regoli msemmija;

madankollu, l-applikazzjoni ta' dan il-punt ma tistax iċċaħħad lill-persuna kkonċernata mill-istatus tagħha ta' pensjonant għall-finijiet tal-kapitoli l-oħra ta' dan it-Titolu taħt il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness SSC-7;

(b)

benefiċċju pro rata wieħed jew aktar, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom iqisu l-benefiċċju jew benefiċċji jew dħul ieħor u l-elementi kollha stipulati għall-applikazzjoni tar-regoli biex jipprevjenu t-trikkib bħala funzjoni tal-proporzjon bejn il-perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza stabbiliti għall-kalkolu msemmi fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu SSC.47(1);

(c)

benefiċċju indipendenti wieħed jew aktar u benefiċċju pro rata wieħed jew aktar, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom japplikaw mutatis mutandis il-punt (a) fir-rigward tal-benefiċċji indipendenti u l-punt (b) fir-rigward tal-benefiċċji pro rata.

2.

L-istituzzjoni kompetenti m'għandhiex tapplika d-diviżjoni stipulata fir-rigward ta' benefiċċji indipendenti, jekk il-leġiżlazzjoni li hija tapplika tipprovdi biex jitqiesu l-benefiċċji ta' tip differenti jew dħul ieħor u l-elementi l-oħra kollha għall-kalkolu ta' parti mill-ammont tagħhom determinat bħala funzjoni tal-proporzjon bejn perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu SSC.47(1).

3.

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis fejn il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar tipprovdi li dritt għal benefiċċju ma jistax jinkiseb fil-każ fejn il-persuna kkonċernata tirċievi benefiċċju ta' tip differenti, pagabbli skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, jew ta' dħul ieħor.

Artikolu SSC.51

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-benefiċċji

1.

Għall-kalkolu tal-ammonti teoretiċi u pro rata msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1), japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

fejn it-tul totali tal-perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza mwettqa qabel ir-riskju mmaterjalizzat skont il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati kollha kkonċernati huwa itwal mill-perjodu massimu meħtieġ mil-leġiżlazzjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati biex jirċievi benefiċċju sħiħ, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tieħu kont ta' dan il-perjodu massimu minflok it-tul totali tal-perjodi kkompletati; dan il-metodu ta' kalkulazzjoni ma għandux iwassal biex ikunu imposti fuq dik l-istituzzjoni l-ispejjeż ta' benefiċċju akbar mill-benefiċċju stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikata minnha. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal benefiċċji li l-ammont tagħhom ma jiddependix mit-tul tal-assigurazzjoni;

(b)

il-proċedura biex jitqiesu l-perjodi li jikkoinċidu hija stabbilita fl-Anness SSC-7;

(c)

jekk il-leġiżlazzjoni ta' Stat tipprovdi li l-benefiċċji għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta' dħul, kontribuzzjonijiet, bażijiet ta' kontribuzzjonijiet, żidiet, qligħ, ammonti oħra jew kombinazzjoni ta' aktar minn wieħed minnhom (medja, proporzjonali, fissa jew ikkreditata), l-istituzzjoni kompetenti għandha:

(i)

tiddetermina l-bażi għall-kalkolu tal-benefiċċji skont il-perjodi ta' assigurazzjoni kompluti skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika biss;

(ii)

tuża, sabiex tiddetermina l-ammont li għandu jiġi kkalkolat skont il-perjodi ta' assigurazzjoni u/jew residenza mwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati l-oħra, l-istess elementi determinati jew irreġistrati għall-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika;

fejn meħtieġ skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness SSC-6 għall-Istat ikkonċernat;

(d)

fil-każ li l-punt (c) ma japplikax minħabba li l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru tipprovdi li l-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' elementi li mhumiex il-perjodi tal-assigurazzjoni jew residenza li mhumiex marbuta maż-żmien, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu kont, fir-rigward ta' kull perjodu ta' assigurazzjoni jew residenza magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta' xi Stat ieħor, l-ammont tal-kapital akkumulat, il-kapital li huwa kkunsidrat li ġie akkumulat u kull element ieħor għall-kalkolu skont il-leġiżlazzjoni li tamministra, diviż bl-unitajiet korrispondenti ta' perjodi fl-iskema tal-pensjoni kkonċernata.

2.

Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ta' Stat dwar ir-rivalorizzazzjoni tal-elementi meqjusa għall-kalkolu tal-benefiċċji għandhom japplikaw, kif xieraq, għall-elementi li għandhom jitqiesu mill-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat, skont il-paragrafu 1, għall-perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza kompluti skont il-leġiżlazzjoni ta' Stati oħra.

Artikolu SSC.52

Perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza ta' inqas minn sena

1.

Minkejja l-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1), l-istituzzjoni ta' Stat ma għandhiex tkun meħtieġa tipprovdi benefiċċji għal perjodi mwettqa, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, li jitqiesu meta jimmaterjalizza r-riskju, jekk:

(a)

it-tul taż-żmien ta' dawn il-perjodi jkun inqas minn sena; u

(b)

jekk jitqiesu dawn il-perjodi biss ma jkun miksub l-ebda dritt għal benefiċċju taħt dik il-leġiżlazzjoni.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "perjodi" għandha tfisser il-perjodi kollha ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza li jew jikkwalifikaw għal, jew iżidu direttament, il-benefiċċju konċernat.

2.

L-istituzzjoni kompetenti ta' kull wieħed mill-Istati kkonċernati għandha tqis il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1, għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1).

3.

Jekk l-effett tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ikun li jeħles lill-istituzzjonijiet kollha tal-Istati kkonċernati mill-obbligi tagħhom, il-benefiċċji għandhom jingħataw esklużivament taħt il-leġiżlazzjoni tal-aħħar minn dawk l-Istati li l-kondizzjonijiet tagħhom huma sodisfatti, bħallikieku l-perjodi kollha ta' assigurazzjoni u residenza kkompletati u kkunsidrati skont l-Artikoli SSC.7 u SSC.46 (1) u (2) kienu twettqu skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat.

4.

Dan l-Artikolu ma japplikax għal skemi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness SSC-4.

Artikolu SSC.53

Għoti ta' suppliment

1.

Persuna li tirċievi benefiċċju u li għaliha japplika dan il-Kapitolu ma tistax, fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha u li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu għandu jingħatalha benefiċċju, tingħata benefiċċju li huwa inqas mill-benefiċċju minimu stabbilit minn dik il-leġiżlazzjoni għal perjodu ta' assigurazzjoni jew residenza ugwali għall-perjodi kollha meqjusa għall-ħlas skont dan il-Kapitolu.

2.

L-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat għandha tħallas, matul il-perjodu tar-residenza tagħha fit-territorju tagħha, suppliment ugwali għad-differenza bejn it-total tal-benefiċċji dovuti skont dan il-Kapitolu u l-ammont tal-benefiċċju minimu.

Artikolu SSC.54

Kalkolu mill-ġdid u rivalwazzjoni tal-benefiċċji

1.

Jekk il-metodu għad-determinazzjoni tal-benefiċċji jew ir-regoli għall-kalkolu tal-benefiċċji jinbidlu skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat, jew jekk is-sitwazzjoni personali tal-persuna kkonċernata tinbidel b'mod rilevanti li, skont dik il-leġiżlazzjoni, iwassal għal aġġustament tal-ammont tal-benefiċċju, għandu jsir kalkolu mill-ġdid skont l-Artikolu SSC.47.

2.

Min-naħa l-oħra, jekk, minħabba żieda fil-kost tal-għajxien jew bidliet fil-livell tad-dħul jew raġunijiet oħra għall-aġġustament, il-benefiċċji tal-Istat ikkonċernat jinbidlu b'perċentwal jew ammont fiss, tali perċentwal jew ammont fiss għandu jiġi applikat direttament għall-benefiċċji determinati skont l-Artikolu SSC.47, mingħajr il-ħtieġa ta' kalkolu mill-ġdid.

Artikolu SSC.55

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

1.

L-Artikoli SSC.7 u SSC.45, l-Artikolu SSC.46(3) u l-Artikoli SSC.47 sa SSC.54 japplikaw mutatis mutandis għall-persuni koperti mill-iskema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil.

2.

Madankollu, jekk il-leġiżlazzjoni ta' Stat kompetenti torbot l-akkwist, il-likwidazzjoni, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji taħt skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil mal-kundizzjoni li l-perjodi kollha ta' assigurazzjoni jiġu kompluti taħt skema speċjali waħda jew aktar għall-impjegati taċ-ċivil f'dak l-Istat, jew jitqiesu mil-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat bħala ekwivalenti għal tali perjodi, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tqis biss il-perjodi li jistgħu jiġu rikonoxxuti skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika.

Jekk, wara li jkunu tqiesu l-perjodi hekk kompluti, il-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tirċievi dawk il-benefiċċji, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu sabiex jingħataw il-benefiċċji skont l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, l-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, skont il-każ.

3.

Meta, skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat, il-benefiċċji taħt skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-aħħar salarju jew salarji riċevuti matul perjodu ta' referenza, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tqis, għall-finijiet tal-kalkolu, dawk is-salarji biss, rivalwati kif xieraq, li kienu riċevuti matul il-perjodu jew il-perjodi li għalihom il-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.

KAPITOLU 6

BENEFIĊĊJI TAL-QGĦAD

Artikolu SSC.56

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti

1.

L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tagħmel il-kisba, iż-żamma, l-irkupru jew it-tul tad-dritt għal benefiċċji kondizzjonali fuq l-ikkompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti għandha, sa fejn ikun meħtieġ, tqis perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti li jkunu ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni ta' kwalunkwe Stat ieħor daqslikieku ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni applikata minnha.

Madanakollu, meta l-leġiżlazzjoni applikabbli tagħmel id-dritt għal benefiċċji kondizzjonali fuq l-ikkompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni, il-perjodi ta' impjieg jew impjieg indipendenti li jkunu ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor ma għandhomx jitqiesu sakemm perjodi bħal dawn ma kinux jitqiesu bħala perjodi ta' assigurazzjoni li kieku ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

2.

L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun kondizzjonali fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun lestiet l-aktar reċentement, skont il-leġiżlazzjoni skont liema jkunu qed jintalbu l-benefiċċji:

(a)

perjodi ta' assigurazzjoni, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta' assigurazzjoni;

(b)

perjodi ta' impjieg, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta' impjieg; jew

(c)

perjodi ta' impjieg indipendenti, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta' impjieg indipendenti.

Artikolu SSC.57

Kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad

1.

Fejn il-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad huwa bbażat fuq l-ammont tas-salarju preċedenti jew id-dħul professjonali tal-persuna kkonċernata, l-Istat kompetenti għandu jqis is-salarju jew id-dħul professjonali riċevut mill-persuna kkonċernata bbażat esklużivament fuq l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti.

2.

Fejn il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat kompetenti tipprevedi perjodu ta' referenza speċifiku għad-determinazzjoni tas-salarju jew tad-dħul professjonali użat għall-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju, u l-persuna kkonċernata kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor għal dak il-perjodu ta' referenza kollu jew parti minnu, l-Istat kompetenti għandu jqis biss is-salarju jew id-dħul professjonali riċevut matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha skont dik il-leġiżlazzjoni.

KAPITOLU 7

BENEFIĊĊJI TA' QABEL L-IRTIRAR

Artikolu SSC.58

Benefiċċji

Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli tagħmel id-dritt għall-benefiċċji ta' qabel l-irtirar kondizzjonali fuq it-twettiq ta' perjodi ta' assigurazzjoni, ta' impjieg jew ta' impjieg indipendenti, l-Artikolu SSC.7 ma għandux japplika.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu SSC.59

Kooperazzjoni

1.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali bi kwalunkwe bidla fil-leġiżlazzjoni tagħhom fir-rigward tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti bl-Artikolu SSC.3 li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll.

2.

Sakemm dan il-Protokoll ma jkunx jeħtieġ li din l-informazzjoni tiġi nnotifikata lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll li mhumiex notifikati skont il-paragrafu 1 u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll.

3.

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati għandhom joffru lil xulxin il-bon offiċji tagħhom u jaġixxu daqslikieku qegħdin jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess. L-assistenza amministrattiva mogħtija minn dawk l-awtoritajiet u istituzzjonijiet għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Madankollu, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jistabbilixxi n-natura tal-ispejjeż rimborżabbli u l-limiti li fuqhom huwa dovut ir-rimborż tagħhom.

4.

L-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri jistgħu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jikkomunikaw direttament ma' xulxin u mal-persuni involuti jew mar-rappreżentanti tagħhom.

5.

L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn dan il-Protokoll għandu jkollhom id-dmir ta' informazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta ta' dan il-Protokoll.

L-istituzzjonijiet, f'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, għandhom iwieġbu għall-mistoqsijiet kollha f'perjodu ta' żmien raġonevoli u f'dan ir-rigward għandhom jipprovdu lill-persuni kkonċernati bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom minn dan il-Protokoll.

Il-persuni kkonċernati jeħtiġilhom jinformaw lill-istituzzjonijiet tal-Istat kompetenti u tal-Istat ta' residenza malajr kemm jista' jkun bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni personali jew tal-familja tagħhom li taffettwa d-dritt tagħhom għal benefiċċji skont dan il-Protokoll.

6.

F'każ li l-obbligu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ma jkunx rispettat, jistgħu jkunu applikati miżuri proporzjonati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli f'sitwazzjonijiet simili skont il-liġi domestika u ma għandhomx jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-prattika għall-pretendenti biex jeżerċitaw d-drittijiet mogħtija lilhom minn dan il-Protokoll.

7.

Fil-każ ta' diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll li jistgħu jipperikolaw id-drittijiet ta' persuna koperta minnu, l-istituzzjoni tal-Istat kompetenti jew tal-Istat ta' residenza tal-persuna kkonċernata, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni(jiet) tal-Istat(i) kkonċernat(i). Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni fi żmien raġonevoli, Parti tista' titlob li jsiru konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

8.

L-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u t-tribunali ta' Stat wieħed ma jistgħux jirrifjutaw applikazzjonijiet jew dokumenti oħra ppreżentati lilhom għar-raġuni li huma miktuba b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni, inkluż bl-Ingliż.

Artikolu SSC.60

Ipproċessar tad-data

1.

L-Istati għandhom jużaw b'mod progressiv teknoloġiji ġodda għall-iskambju, l-aċċess u l-ipproċessar tad-data meħtieġa biex jiġi applikat dan il-Protokoll.

2.

Kull Stat għandu jkun responsabbli biex jiġġestixxu l-parti tiegħu stess tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

3.

Dokument elettroniku mibgħut jew maħruġ minn istituzzjoni skont dan il-Protokoll u l-Anness SSC-7 ma jistax ikun rifjutat minn xi awtorità jew istituzzjoni ta' Stat ieħor għar-raġuni li jkun riċevut b'mezzi elettroniċi, ladarba l-istituzzjoni riċeventi tkun tiddikjara li tista' tirċievi dokumenti elettroniċi. Ir-riproduzzjoni u r-reġistrazzjoni ta' dokumenti bħal dawn għandhom jitqiesu bħala riproduzzjoni korretta u preċiża tad-dokument oriġinali jew rappreżentazzjoni tal-informazzjoni relatata miegħu sakemm ma jkunx hemm prova li turi l-kuntrarju.

4.

Dokument elettroniku għandu jitqies bħala validu jekk is-sistema tal-kompjuter li fuqha jkun irreġistrat id-dokument ikun fiha s-salvagwardji meħtieġa sabiex jiġi evitat li jsiru xi bidliet, divulgazzjoni jew aċċess mhux awtorizzat għar-reġistrazzjoni. Għandu jkun possibbli li, f'kull ħin, issir riproduzzjoni tal-informazzjoni reġistrata f'forma li tkun tista' tinqara mill-ewwel.

Artikolu SSC.61

Eżenzjonijiet

1.

Kwalunkwe eżenzjoni minn taxxi, taxxi tal-boll, tariffi notarili jew ta' reġistrazzjoni jew tnaqqis minnhom previst mil-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed fir-rigward ta' ċertifikati jew dokumenti meħtieġa li jiġu prodotti fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat għandu jiġi estiż għal ċertifikati jew dokumenti simili meħtieġa li jiġu prodotti fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor jew ta' dan il-Protokoll.

2.

Kwalunkwe dikjarazzjoni, dokument u ċertifikat ta' kwalunkwe tip meħtieġa li jiġu prodotti fl-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll għandhom jiġu eżentati mill-awtentikazzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari.

Artikolu SSC.62

Pretensjonijiet, dikjarazzjoni jew appelli

Kwalunkwe pretensjoni, dikjarazzjoni jew appell li kellu jiġi ppreżentat, fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed, f'perjodu speċifiku lil awtorità, istituzzjoni jew tribunal ta' dak l-Istat, għandhom ikunu ammissibbli jekk ikunu ppreżentati fl-istess perjodu lil awtorità, istituzzjoni jew tribunal korrispondenti fi Stat ieħor. F'tali każ, l-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal li jirċievi l-pretensjoni, id-dikjarazzjoni jew l-appell għandu jgħaddih mingħajr dewmien lill-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal kompetenti tal-Istat preċedenti direttament jew inkella permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ikkonċernat. Id-data li fiha dawn il-pretensjonijiet, id-dikjarazzjonijiet jew l-appelli kienu ppreżentati lill-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal tat-tieni Stat għandha titqies bħala d-data tal-preżentazzjoni tagħhom lill-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal kompetenti.

Artikolu SSC.63

Eżamijiet mediċi

1.

Eżamijiet mediċi previsti mil-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jistgħu jitwettqu, fuq it-talba tal-istituzzjoni kompetenti, fit-territorju ta' Stat ieħor, mill-istituzzjoni tal-post ta' soġġorn jew ta' residenza tal-persuna intitolata għall-benefiċċji, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness SSC-7 jew miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kkonċernati.

2.

Eżamijiet mediċi mwettqa fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jkunu meqjusa li twettqu fit-territorju tal-Istat kompetenti.

Artikolu SSC.64

Ġbir ta' kontribuzzjonijiet u rkupru ta' benefiċċji

1.

Il-ġbir ta' kontribuzzjonijiet li għandhom jingħataw lil istituzzjoni ta' Stat wieħed u l-irkupru tal-benefiċċji mogħtija mill-istituzzjoni ta' Stat wieħed iżda li ma kellhomx jingħataw, jista' jsir fi Stat ieħor f'konformità mal-proċeduri u bil-garanziji u l-privileġġi applikabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jingħataw lill-istituzzjoni korrispondenti ta' dan tal-aħħar u l-irkupru tal-benefiċċji mogħtija minnha meta dawn ma kellhomx jingħataw.

2.

Deċiżjonijiet li jistgħu jiġu infurzati tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi dwar il-ġbir ta' kontribuzzjonijiet, imgħax u kwalunkwe imposta oħra jew dwar l-irkupru ta' benefiċċji mogħtija iżda li ma kellhomx jingħataw skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed, għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati fuq it-talba tal-istituzzjoni kompetenti fi Stat ieħor fil-limiti u f'konformità mal-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u kwalunkwe proċedura oħra applikabbli għal deċiżjonijiet simili ta' dan tal-aħħar. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ddikjarati bħala deċiżjonijiet li jistgħu jiġu infurzati f'dak l-Istat sa fejn dan ikun mitlub mil-leġiżlazzjoni u minn kwalunkwe proċedura oħra ta' dak l-Istat.

3.

Pretensjonijiet ta' istituzzjoni ta' Stat wieħed għandhom, fi proċeduri ta' infurzar, ta' falliment jew ta' saldu fi Stat ieħor, igawdu l-istess privileġġi bħal dawk li l-leġiżlazzjoni ta' dan tal-aħħar tagħti lil pretensjonijiet tal-istess tip.

4.

Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż, għandha tkun regolata mill-Anness SSC-7 jew, fejn ikun meħtieġ u bħala miżura komplementari, permezz ta' ftehimiet bejn l-Istati.

Artikolu SSC.62

Drittijiet ta' istituzzjonijiet

1.

Jekk persuna tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat fir-rigward ta' korriment ikkawżat minn avvenimenti li jkunu seħħew fi Stat ieħor, kwalunkwe dritt li jista' jkollha l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji fil-konfront ta' parti terza responsabbli biex tagħti kumpens għall-korriment għandu jiġi regolat bir-regoli li ġejjin:

(a)

meta l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji tkun, skont il-leġiżlazzjoni applikata minnha, surrogata għad-drittijiet li l-benefiċjarju għandu fil-konfront ta' parti terza, din is-surroga għandha tiġi rikonoxxuta minn kull Stat;

(b)

meta l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji jkollha dritt dirett kontra parti terza, dawn id-drittijiet għandhom jiġu rikonoxxuti minn kull Stat.

2.

Jekk persuna tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed fir-rigward ta' korriment ikkawżat minn avvenimenti li jkunu seħħew fi Stat ieħor, id-dispożizzjonijiet ta' din il-leġiżlazzjoni li jiddeterminaw il-każijiet li fihom ir-responsabbilità ċivili tal-impjegaturi jew tal-impjegati tagħhom għandha tiġi eskluża, għandhom japplikaw fir-rigward ta' din il-persuna jew tal-istituzzjoni kompetenti.

Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal kwalunkwe drittijiet li l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji jista' jkollha kontra min iħaddem jew l-impjegati tagħhom f'każijiet fejn ir-responsabbiltà tagħhom mhix eskluża.

3.

Meta, f'konformità mal-Artikoli SSC.30(3) jew 36(2), żewġ Stati jew aktar jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu kkonkludew ftehim biex jeżentaw mir-rimborż bejn l-istituzzjonijiet fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, jew, fejn ir-rimborż ma jiddependix fuq l-ammont tal-benefiċċji fil-fatt provduti, kwalunkwe drittijiet li jirriżultaw kontra parti terza responsabbli għandhom ikunu soġġetti għar-regoli li ġejjin:

(a)

meta l-istituzzjoni tal-Istat ta' residenza jew ta' soġġorn tagħti benefiċċji lil persuna fir-rigward ta' korriment ikkawżat fit-territorju tagħha, dik l-istituzzjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikata minnha, għandha teżerċita d-dritt għal surroga jew għal azzjoni diretta kontra parti terza responsabbli biex tagħti kumpens għall-korriment;

(b)

għall-applikazzjoni ta' punt (a):

(i)

il-persuna li tirċievi benefiċċji għandha titqies bħala assigurata mal-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew soġġorn, u

(ii)

dik l-istituzzjoni għandha titqies bħala l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji;

(c)

il-paragrafi 1 u 2 għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta' kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx kopert mill-ftehim ta' rinunzja jew rimborż li ma jkunx jiddependi mill-ammont ta' benefiċċji fil-fatt mogħtija.

Artikolu SSC.66

Implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni

Dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fi Stat partikolari huma msemmija fl-Anness SSC-6 għall-Protokoll.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu SSC.67

Protezzjoni tad-drittijiet individwali

1.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw skont l-ordnijiet ġuridiċi domestiċi tagħhom li d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jkollhom il-forza tal-liġi, jew direttament jew permezz ta' leġiżlazzjoni domestika li tagħti effett lil dawk id-dispożizzjonijiet, sabiex il-persuni ġuridiċi jew dawk fiżiċi jkunu jistgħu jinvokaw id-dispożizzjonijiet imsemmija quddiem il-qrati, it-tribunali u l-awtoritajiet amministrattivi domestiċi.

2.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-mezzi għal persuni ġuridiċi u fiżiċi biex jipproteġu b'mod effettiv id-drittijiet tagħhom skont dan il-Protokoll, bħall-possibbiltà li jindirizzaw ilmenti lil korpi amministrattivi jew li jressqu azzjoni legali quddiem qorti jew tribunal kompetenti fi proċedura ġudizzjarja xierqa, sabiex ifittxu rimedju adegwat u f'waqtu.

Artikolu SSC.68

Emendi

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jista' jemenda l-Annessi u l-Appendiċijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu SSC.69

Terminazzjoni ta' dan il-Protokoll

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 779 ta' dan il-Ftehim, kull Parti tista' fi kwalunkwe mument tittermina dan il-Protokoll b'notifika bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi. F'dan il-każ, dan il-Protokoll għandu jieqaf japplika fl-ewwel jum tad-disa' xahar wara d-data tan-notifika.

Artikolu SSC.70

Klawsola ta' estinzjoni

1.

Dan il-protokoll għandu jieqaf japplika ħmistax-il sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

2.

Mhux inqas minn 12-il xahar qabel ma dan il-Protokoll jieqaf japplika skont il-paragrafu 1, kwalunkwe Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bix-xewqa tagħha li tidħol f'negozjati bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll aġġornat.

Artikolu SSC.71

Arranġamenti ta' wara t-terminazzjoni

Meta dan il-Protokoll ma jibqax japplika skont l-Artikolu SSC.69, l-Artikolu SSC.70 jew l-Artikolu 779 ta' dan il-Ftehim, id-drittijiet tal-persuni assigurati, fir-rigward tal-intitolamenti bbażati fuq perjodi mwettqa jew fatti jew avvenimenti li seħħew qabel ma dan il-Protokoll jibqa' japplika, għandhom jinżammu. Il-Kunsill ta' Sħubija jista' jistabbilixxi arranġamenti addizzjonali li jistabbilixxu arranġamenti konsegwenzjali u tranżizzjonali xierqa fi żmien xieraq qabel ma dan il-Protokoll jibqa' japplika.


ANNESS SSC-1

ĊERTI BENEFIĊĊJI FI FLUS LI GĦALIHOM MA GĦANDUX JAPPLIKA DAN IL-PROTOKOLL

PARTI 1

BENEFIĊĊJI SPEĊJALI MHUX KONTRIBUTORJI FI FLUS (Punt (a) tal-Artikolu SSC3(4) ta' dan il-Protokoll)

(i)   IR-RENJU UNIT

(a)

Kreditu tal-Pensjoni mill-Istat (l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni mill-Istat tal-2002 u l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni mill-Istat (l-Irlanda ta' Fuq) tal-2002);

(b)

Allowances abbażi tal-introjtu għall-persuni li qed ifittxu impjieg (Jobseekers Act 1995) u l-Ordni dwar il-Persuni li qed Ifittxu Impjieg (Jobseekers Order) - (l-Irlanda ta' Fuq) 1995);

(c)

Komponent tal-mobilità tal-Allowance tas-Sussistenza għal Persuni b'diżabilità (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992 u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-1992);

(d)

Komponent tal-mobilità tal-Ħlas għall-Indipendenza Personali (l-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2012 (Parti 4) u l-Ordni dwar ir-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta' Fuq) tal-2015 (Parti 5));

(e)

Allowance tal-Impjieg u tal-Appoġġ marbut mal-Introjtu (l-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2007 u l-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta' Fuq) tal-2007);

(f)

Ħlas ta' Best Start Foods (ir-Regolamenti dwar il-Welfare Foods tal-2019 (Best Start Foods) (l-Iskozja) (SSI 2019/193));

(g)

Għotjiet Best Start (għotja tat-tqala u tat-trabi, għotja għat-tagħlim bikri, għotja fl-età tal-iskola) (Ir-Regolamenti tal-2018 dwar l-Early Years Assistance (Best Start Grants) (l-Iskozja) (SSI 2018/370));

(h)

Ħlas ta' Sostenn għall-Funerali (Funeral Expense Assistance Regulations (l-Iskozja) 2019 (SSI 2019/292)).

(ii)   STATI MEMBRI

L-AWSTRIJA

Suppliment li jikkumpensa (l-Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali - ASVG, l-Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal persuni li jaħdmu fil-kummerċ u bin-negozju - GSVG, l-Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal bdiewa - BSVG).

IL-BELĠJU

(a)

Allowance ta' sostituzzjoni għad-dħul (il-Liġi tas-27 ta' Frar 1987);

(b)

Dħul garantit għall-anzjani (il-Liġi tat-22 ta' Marzu 2001).

IL-BULGARIJA

Pensjoni Soċjali għax-xjuħija (l-Artikolu 89 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali).

ĊIPRU

(a)

Pensjoni Soċjali (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet Soċjali tal-1995 (il-Liġi 25(I)/95), kif emendata);

(b)

Allowance għal diżabbiltà motorja severa (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nri 38210 tas-16 ta' Ottubru 1992, 41370 tal-1 ta' Awwissu 1994, 46183 tal-11 ta' Ġunju 1997 u 53675 tas-16 ta' Mejju 2001);

(c)

Għotja speċjali lil persuni għomja (il-Liġi dwar l-Għotjiet Speċjali tal-1996 (il-Liġi 77(I)/96), kif emendata).

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance soċjali (l-Att dwar is-Sostenn Soċjali mill-Istat Nru 117/1995 Sb.).

ID-DANIMARKA

Spejjeż tal-akkomodazzjoni għall-persuni pensjonanti (il-Liġi dwar l-assistenza tal-akkomodazzjoni individwali, konsolidata bil-Liġi Nru 204 tad-29 ta' Marzu 1995).

L-ESTONJA

(a)

Allowance għall-adulti b'diżabbiltà (l-Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għall-Persuni b'Diżabbiltà tas-27 ta' Jannar 1999);

(b)

Allowance tal-qgħad mill-Istat (l-Att dwar is-Servizzi u s-Sostenn tas-Suq tax-Xogħol tad-29 ta' Settembru 2005).

IL-FINLANDJA

(a)

Allowance ta' akkomodazzjoni għall-pensjonanti (l-Att dwar l-allowance ta' Akkomodazzjoni għall-pensjonanti, 571/2007);

(b)

Sostenn tas-suq tax-xogħol (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Qgħad 1290/2002);

(c)

Assistenza speċjali għall-immigranti (l-Att dwar l-Assistenza Speċjali għall-Immigranti, 1192/2002).

FRANZA

(a)

Allowances supplimentari ta':

(i)

il-Fond Speċjali tal-Invalidità; u

(ii)

il-Fond ta' Solidarjetà tax-Xjuħija fir-rigward ta' drittijiet miksuba

(il-Liġi tat-30 ta' Ġunju 1956, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(b)

Allowance tal-adulti b'diżabilità (il-Liġi tat-30 ta' Ġunju 1975, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(c)

Allowance speċjali (il-Liġi tal-10 ta' Lulju 1952, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) fir-rigward ta' drittijiet miksuba;

(d)

Allowance ta' solidarjetà tax-xjuħija (l-Ordinanza tal-24 ta' Ġunju 2004, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) mill-1 ta' Jannar 2006.

IL-ĠERMANJA

(a)

Dħul bażiku ta' sussistenza għall-anzjani u għall-persuni b'kapaċità ridotta ta' qligħ skont il-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali;

(b)

Benefiċċji li jkopru spejjeż ta' sussistenza skont id-dispożizzjoni bażika għal min ikun qed ifittex impjieg sakemm, fir-rigward ta' dawn il-benefiċċji, il-ħtiġiet ta' eliġibbiltà għal suppliment temporanju wara li jkunu rċevew il-benefiċċju tal-qgħad (l-Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) ma jkunux ġew sodisfatti.

IL-GREĊJA

Benefiċċji speċjali għall-anzjani (il-Liġi 1296/82).

L-UNGERIJA

(a)

Annwalità tal-invalidità (id-Digriet Nru 83/1987 (XII 27) tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-Annwalità tal-Invalidità);

(b)

Allowance mhux kontributorja tax-xjuħija (l-Att III tal-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali);

(c)

Allowance tat-Trasport (id-Digriet tal-Gvern Nru 164/1995 (XII 27) dwar l-Allowances tat-Trasport għal Persuni b'Diżabilità Fiżika Severa).

L-IRLANDA

(a)

Allowance għal min ikun qed ifittex impjieg (l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005, Parti 3, Kapitolu 2);

(b)

Pensjoni mill-Istat (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005, Parti 3, Kapitolu 4);

(c)

Pensjoni tan-nisa romol (mhux kontributorja) u pensjoni tal-irġiel romol (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005, Parti 3, Kapitolu 6);

(d)

Allowance tad-diżabbiltà (l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005, Parti 3, Kapitolu 10);

(e)

Allowance ta' mobbiltà (l-Att dwar is-Saħħa 1970, Taqsima 61);

(f)

Pensjoni tal-għomja (l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005, Parti 3, Kapitolu 5).

L-ITALJA

(a)

Pensjonijiet soċjali għal persuni li ma għandhomx mezzi (il-Liġi Nru 153 tat-30 ta' April 1969);

(b)

Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili b'diżabilità jew invalidi (il-Liġijiet Nru 118 tat-30 ta' Marzu 1971, Nru 18 tal-11 ta' Frar 1980 u Nru 508 tal-21 ta' Novembru 1988);

(c)

Pensjonijiet u allowances għall-persuni torox u muti (il-Liġijiet Nru 381 tas-26 ta' Mejju 1970 u Nru 508 tal-21 ta' Novembru 1988);

(d)

Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili għomja (il-Liġijiet Nru 382 tas-27 ta' Mejju 1970 u Nru 508 tal-21 ta' Novembru 1988);

(e)

Benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet minimi (il-Liġijiet Nru 218 tal-4 ta' April 1952, Nru 638 tal-11 ta' Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta' Diċembru 1990);

(f)

Benefiċċji li jissupplimentaw l-allowances tad-diżabbiltà (il-Liġi Nru 222 tat-12 ta' Ġunju 1984);

(g)

Allowance soċjali (il-Liġi Nru 335 tat-8 ta' Awwissu 1995);

(h)

Żieda soċjali (l-Artikolu 1(1) u (12) tal-Liġi Nru 544 tad-29 ta' Diċembru 1988 u l-emendi suċċessivi).

IL-LATVJA

(a)

Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta' Jannar 2003);

(b)

Allowance bħala kumpens għal spejjeż ta' trasport ta' persuni b'diżabilità b'mobbiltà ristretta (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta' Jannar 2003).

IL-LITWANJA

(a)

Pensjoni ta' għajnuna soċjali (il-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji ta' Allowances Soċjali tal-Istat, l-Artikolu 5);

(b)

Kumpens ta' għajnuna (il-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji ta' Allowances Soċjali mill-Istat, l-Artikolu 15);

(c)

Kumpens tat-trasport għall-persuni b'diżabilità li għandhom problemi ta' mobbiltà (il-Liġi tal-2000 dwar il-Kumpens tat-Trasport, l-Artikolu 7).

IL-LUSSEMBURGU

Dħul għal persuni b'diżabilità serja (l-Artikolu 1(2), il-Liġi tat-12 ta' Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta' persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema b'diżabilità u impjegati fis-suq tax-xogħol prinċipali jew f'ambjent protett.

MALTA

(a)

Allowance supplimentari (it-Taqsima 73 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987);

(b)

Pensjoni tal-età (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987).

IN-NETHERLANDS

(a)

L-Att dwar l-Għajnuna għax-Xogħol u l-Impjieg għal Żgħażagħ b'Diżabilità tal-24 ta' April 1997 (Wet Wajong).

(b)

L-Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta' Novembru 1986 (TW).

IL-POLONJA

Pensjoni soċjali (l-Att tas-27 ta' Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali).

IL-PORTUGALL

(a)

Pensjoni mill-Istat mhux kontributorja tax-xjuħija u tal-invalidità (id-Digriet Amministrattiv Nru 464/80 tat-13 ta' Ottubru 1980);

(b)

Pensjoni mhux kontributorja tar-romol (id-Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta' Novembru 1981);

(c)

Suppliment ta' solidarjetà għall-anzjani (id-Digriet Amministrattiv Nru 232/2005 tad-29 ta' Diċembru 2005, emendat mid-Digriet Amministrattiv Nru 236/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006).

IS-SLOVAKKJA

(a)

L-aġġustament mogħti qabel l-1 ta' Jannar 2004 lill-pensjonijiet li jikkostitwixxu s-sors waħdieni ta' dħul;

(b)

Pensjoni soċjali mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 2004.

IS-SLOVENJA

(a)

Pensjoni mill-Istat (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta' Diżabilitajiet tat-23 ta' Diċembru 1999);

(b)

Sostenn tad-dħul tal-pensjonanti (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta' Diżabilitajiet tat-23 ta' Diċembru 1999);

(c)

Allowance ta' manteniment (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta' Diżabbiltajiet tat-23 ta' Diċembru 1999).

SPANJA

(a)

Garanzija ta' dħul minimu (il-Liġi Nru 13/82 tas-7 ta' April 1982);

(b)

Benefiċċji ta' assistenza fi flus għall-anzjani u invalidi li ma jkunux kapaċi għax-xogħol (id-Digriet Irjali Nru 2620/81 tal-24 ta' Lulju 1981):

(i)

pensjonijiet mhux kontributorji ta' invalidità u rtirar kif previsti fil-Kapitolu II tat-Titolu VI tat-Test Konsolidat tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 8/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015; u

(ii)

il-benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet ta' hawn fuq, kif previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunitajiet Awtonomi, fejn supplimenti bħal dawn jiggarantixxu dħul minimu ta' sussistenza b'kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-Komunitajiet Awtonomi kkonċernati;

(c)

Allowances li jippromovu l-mobbiltà u jikkumpensaw l-ispejjeż tat-trasport (il-Liġi Nru 13/1982 tas-7 ta' April 1982).

L-IŻVEZJA

(a)

Supplimenti ta' akkomodazzjoni għal persuni li jkunu qed jirċievu pensjoni (il-Liġi 2001: 761);

(b)

Sostenn finanzjarju lill-anzjani (il-Liġi 2001: 853).

PARTI 2

BENEFIĊĊJI GĦALL-KURA FIT-TUL (Punt (d) tal-Artikolu SSC.3(4) ta' dan il-Protokoll)

(i)   IR-RENJU UNIT

(a)

Allowance ta' Attendenza (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992 (Allowance ta' Attendenza) ir-Regolamenti tal-1991, l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-1992 u r-Regolamenti dwar is-Sigurtà Soċjali (Allowance ta' Attendenza) (l-Irlanda ta' Fuq) tal-1992);

(b)

Allowance tal-persuni li jindukraw (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, ir-Regolamenti dwar is-Sigurtà Soċjali (Allowance għall-kura ta' persuni invalidi) tal-1976, l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-1992) u r-Regolamenti dwar is-Sigurtà Soċjali (Allowance għall-kura ta' persuni invalidi) tal-1976 (l-Irlanda ta' Fuq);

(c)

Il-komponent tal-kura tal-Allowance tas-Sussistenza għal Persuni b'Diżabilità (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, ir-Regolamenti dwar is-Sigurtà Soċjali (Allowance tas-Sussistenza għal Persuni b'Diżabilità) tal-1991, l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-1992 u r-Regolamenti dwar is-Sigurtà Soċjali (Allowance tas-Sussistenza għal Persuni b'Diżabilità) (l-Irlanda ta' Fuq) 1992);

(d)

Il-komponent tal-għajxien ta' kuljum tal-Ħlas għall-Indipendenza Personali (l-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2012 (Parti 4), ir-Regolamenti dwar is-Sigurtà Soċjali (Ħlas għall-Indipendenza Personali) tal-2013, ir-Regolamenti dwar il-Ħlas għall-Indipendenza Personali (Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali) tal-2013, ir-Regolamenti dwar il-Ħlas għall-Indipendenza Personali (Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali) tal-2019 (Emenda), l-Ordni dwar ir-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta' Fuq) tal-2015 (Parti 5), ir-Regolamenti dwar il-Ħlas għall-Indipendenza Personali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-2016, ir-Regolamenti dwar il-Ħlas għall-Indipendenza Personali (Dispożizzjonijiet tranżizzjonali) (l-Irlanda ta' Fuq) tal-2016 u r-Regolamenti dwar il-Ħlas għall-Indipendenza Personali (Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali) (Emenda) tal-2019 (Irlanda ta' Fuq));

(e)

Suppliment ta' Allowance għall-persuni li jindukraw (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (l-Iskozja) tal-2018);

(f)

Għotja għall-Persuni li Jindukraw ta' Età Żgħira (Ir-Regolamenti tal-2020 dwar l-Għajnuna għall-Persuni li Jindukraw (Għotjiet għall-persuni li jindukraw ta' età żgħira) (l-Iskozja) (kif emendati)).

(ii)   STATI MEMBRI

L-AWSTRIJA

(a)

L-Att Federali dwar l-allowance tal-kura fit-tul (Bundespflegegeldgesetz, BPGG), il-verżjoni oriġinali BGBl. Nru 110/1993, l-aħħar emenda BGBl-I Nru 100/2016

(b)

Ir-Regolament dwar l-istabbiliment tal-allowance federali tal-kura fit-tul (Einstufungsverordnung zum Bundespflegegeldgesetz (EinstV)):

(c)

Ir-Regolament tal-Ministru Federali għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur dwar il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tal-kura tat-tfal u ż-żgħażagħ skont l-Att Federali dwar il-Kura tal-Infermiera. (Bundespflegegeldgesetz, Kinder-EinstV)

(d)

Diversi bażijiet statutorji applikabbli, eż. il-Ftehim bejn il-Gvern Federali u l-Länder dwar miżuri konġunti għal persuni fil-bżonn ta' kura. L-Atti ta' Assistenza Soċjali u l-Atti dwar id-Diżabilità tal-Länder.

(e)

Il-Liġi dwar il-Fond ta' Kura (Pflegefondsgesetz, PFG), il-verżjoni oriġinali: il-Ġurnal Uffiċjali (BGBI. I) Nru. 57/2011.

(f)

L-Ordinanza tal-Istatistika tas-Servizzi tal-Kura tal-2012 (Pflegedienstleistungsstatistik-Verordnung 2012)

(g)

Sostenn għall-kura ta' 24 siegħa: L-Att Federali dwar l-allowance tal-kura fit-tul (Bundespflegegeldgesetz, BPGG):

(h)

Il-Linji gwida għal sostenn tal-kura ta' 24 siegħa (§ 21b tal-Att Federali dwar l-allowance tal-kura fit-tul (Bundespfflegegeldgesetz))

(i)

Il-Linji gwida għall-għoti ta' benefiċċji għal sostenn ta' membri tal-familja responsabbli mill-kura (§ 21a tal-Att Federali dwar l-allowance tal-kura fit-tul (Bundespfflegegeldgesetz))

(j)

Interdizzjoni mill-għoti ta' kura

(k)

L-Att Federali dwar suppliment speċifiku minħabba t-tneħħija tal-aċċess għall-fondi meta n-nies jiġu akkomodati f'faċilitajiet tal-kura fl-isptarijiet

(l)

L-Att Federali dwar suppliment speċifiku minħabba l-abolizzjoni tal-aċċess għall-fondi meta n-nies jiġu akkomodati f'faċilitajiet tal-kura fl-isptarijiet għall-2019 u l-2020, BGBl. I Nru. 95/2019.

IL-BELĠJU

(a)

L-Att dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja tal-Kura tas-Saħħa u l-Benefiċċju tal-Mard (Loi relative à l'assurance obligatoire soins de santé et indemnités/Wet betreffende de verplichte verzekering voor geneeskundige verzorging en uitkeringen), ikkoordinat fl-14 ta' Lulju 1994

(b)

L-Att tas-27 ta' Frar 1987 dwar l-allowances għal persuni b'diżabilità (Loi relative aux allocations aux personnes disabcapées/Wet betreffende de tegemoetkomingen aan geabcapten).

(c)

Protezzjoni soċjali Fjamminga (Vlaamse sociale bescherming): Id-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta' Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga (Decreet houdende Vlaamse sociale bescherming/) u l-Ordnijiet tal-Gvern Fjamming tat-30 ta' Novembru 2018.

(d)

Il-Kodiċi ta' Walloon għall-Azzjoni Soċjali u s-Saħħa (Code wallon de l'Action sociale et de la Santé), il-parti degretali. Parti 1, ktieb IIIter, stabbilit bid-Digriet tat-8 ta' Novembru 2018

(e)

Il-Kodiċi Regolatorju ta' Walloon għall-Azzjoni Soċjali u s-Saħħa, parti I/1 stabbilit bid-Digriet tal-Gvern ta' Walloon tal-21 ta' Diċembru 2018

(f)

Id-Digriet tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar offerti lil persuni anzjani jew dipendenti kif ukoll dwar kura palljattiva (Dekret über die Angebote für Senioren und Personen mit Unterstützungsbedarf sowie über die Palliativpflege)

(g)

Id-Digriet tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar djar tal-kura psikjatriċi (Dekret über die psychiatrischen Pflegewohnheime)

(h)

Id-Digriet tal-Gvern tal-20 ta' Ġunju 2017 dwar għajnuniet għall-mobbiltà (Erlass über die Mobilitätshilfen)

(i)

Id-Digriet tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Komunitarju Ġermaniż għall-ħajja awto determinata (Dekret zur Schaffung einer Dienststelle der Deutschsprachigen Gemeinschaft für selbstbestimmtes Leben)

(j)

Id-Digriet Irjali tal-5 ta' Marzu 1990 dwar l-allowance għall-assistenza għall-anzjani (Arrêté royal du 5 mars 1990 relatif à l'allocation pour l'aide aux personnes âgées)

(k)

Id-Digriet tal-Gvern tad-19 ta' Diċembru 2019 dwar l-arranġamenti tranżizzjonali relatati mal-proċedura għall-kisba ta' awtorizzazzjoni minn qabel jew approvazzjoni għall-kopertura jew il-kondiviżjoni tal-ispejjeż tar-riabilitazzjoni fit-tul barra mill-pajjiż (Erlass der Regierung zur übergansweisen Regelung des Verfahrens zur Erlangung einer Vorabgeehmigung oder Zustimmung zwecks Kostenübernahme oder Kostenbeteiligung für eine Langzeitrehabilitation im Ausland).

(l)

L-Ordni tal-21 ta' Diċembru 2018 dwar il-korpi tal-assigurazzjoni tas-saħħa fi Brussell fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-assistenza għan-nies (Ordonnance du 21 décembre 2018 relative aux organismes assureurs bruxellois dans le domaine des soins de santé et de l'aide aux personnes)

(m)

Kooperazzjoni bejn entitajiet federali:

(n)

Il-Ftehim ta' kooperazzjoni tal-31 ta' Diċembru 2018 bejn il-Komunità Fjamminga, ir-Reġjun ta' Walloon, il-Kummissjoni tal-Komunità Franċiża, il-Kummissjoni Konġunta tal-Komunità u l-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż dwar l-għajnuniet għall-mobilità

(o)

Il-Ftehim ta' kooperazzjoni tal-31 ta' Diċembru 2018 bejn il-Komunità Fjamminga, ir-Reġjun ta' Walloon, il-Komunità Franċiża, il-Kummissjoni Konġunta tal-Komunità, il-Kummissjoni tal-Komunità Franċiża u l-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż dwar il-finanzjament tal-kura meta jintużaw istituzzjonijiet tal-kura li jinsabu barra mil-limiti tal-entità federali.

IL-BULGARIJA

(a)

Il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (Кодекс за социално осигуряване) tal-1999, it-titolu ġie emendat fl-2003.

(b)

Il-Liġi dwar l-Assistenza Soċjali (Закон за социално подпомагане) tal-1998.

(c)

Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Assistenza Soċjali (Правилник за прилагане на Закона за социално подпомагане) tal-1998.

(d)

Il-Liġi dwar l-Integrazzjoni ta' Persuni b'Diżabilità tal-2019 (Закон за хората с увреждания), 2019.

(e)

L-Att dwar l-Assistenza Personali tal-2019 (Закон за личната помоmal-iżvilupp), 2019 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2019.

(f)

Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Integrazzjoni ta' Persuni b'Diżabilità (Правилник за прилагане на Закона за интеграция на хората с увреждания) tal-2004.

(g)

L-Ordinanza dwar il-kompetenza medika (Наредба за медицинската експертиза) tal-2010.

(h)

It-Tariffa tal-Ħlasijiet għas-Servizzi Soċjali Finanzjati mill-Baġit tal-Istat (Тарифа за таксите за социални услуги, финансирани от държавния бюджет) tal-2003.

IL-KROAZJA

(a)

L-Att dwar il-Protezzjoni Soċjali (Zakon o socijalnoj skrbi) tal-2013, ĠU Nru 157/13, 152/14, 99/15, 52/16, 16/17, 130/17 u 98/19)

(b)

L-Att dwar il-Familji tar-Rispett (Zakon o udomiteljstvu) ĠU Nru 90/11 u 78/12, kif emendat.

(c)

L-Ordinanza dwar ir-rekwiżiti minimi għall-provvista tas-servizzi soċjali (Pravilnik o minimalnim uvjetima za pružanje socijalnih usluga) tal-2014, ĠU Nru 40/14 u 66/15.

(d)

L-Ordinanza dwar il-parteċipazzjoni u l-metodu ta' ħlas tal-benefiċjarji fl-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-akkomodazzjoni barra l-familja (Pravilnik o sudjelovanju i načinu plaćanja korisnika I drugih obveznika uzdržavanja u troškovima smještaja izvan vlastite obitelji) tal-1998, ĠU Nru112/98 u 05/02, kif emendata.

(e)

L-Ordinanza dwar il-kontenut tar-rekords ta' individwi li huma involuti professjonalment fil-provvista ta' servizzi soċjali bħala professjoni u l-mod kif jinżammu dawn ir-rekords (Pravilnik o sadržaju I načinu vođenja evidencije fizičkih osoba koje profesionalno pružaju socijalne usluge) tal-2015, ĠU Nru 66/15.

ĊIPRU

(a)

Servizzi ta' Protezzjoni Soċjali (Υπηρεσίες Κοινωνικής Ευημερίας):

(b)

Ir-Regolamenti u d-Digrieti dwar id-Dħul Minimu Garantit u l-Benefiċċji Soċjali Inġenerali Garantiti (Bżonnijiet ta' Emerġenza u Kura), kif emendati jew sostitwiti. Il-Liġijiet dwar id-Djar għall-Anzjani u l-Persuni b'Diżabilità (Οι περί Στεγών για Ηλικιωμένους και Αναπήρους Νόμοι) tal-1991–2011. [L. 222/91 u L. 65 (I)/2011].

(c)

Il-Liġijiet dwar iċ-Ċentri tal-Kura ta' matul il-jum għall-Adulti (Οι περί Κέντρων Ενηλίκων Νόμοι) (L. 38 (Ι)/1997 u L.64 (Ι)/2011).

(d)

L-iskema tal-Għajnuna mill-Istat, skont ir-Regolament 360/2012 għall-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (De minimis) [Σχέδιο Κρατικών Ενισχύσεων 'Ησσονος Σημασίας, βαση του Κανονισμού 360/2012 για την παροχή υπηρεσιών γενικού οικονομικού συμφέροντος].

(e)

Is-Servizz ta' Amministrazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali (Υπηρεσία Διαχείρισης Επιδομάτων Πρόνοιας):

(f)

Il-Liġi dwar id-Dħul Minimu Garantit u l-Benefiċċji Soċjali tal-2014, kif emendata jew sostitwita.

(g)

Ir-Regolamenti u d-Digrieti dwar id-Dħul Minimu Garantit u l-Benefiċċji Soċjali , kif emendati jew sostitwiti.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

(a)

L-Att Nru 108/2006 dwar is-servizzi soċjali (Zákon o sociálních službách).

(b)

L-Att Nru 372/2011 dwar is-Servizzi tas-Saħħa (Zákon o zdravotních službách).

(c)

L-Att Nru 48/1997 dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa Pubblika (Zákon o veřejném zdravotním pojištění).

ID-DANIMARKA

(a)

L-Att Konsolidat Nru 988 tas-17 ta' Awwissu 2017 dwar is-Servizzi Soċjali (om Social service).

(b)

L-Att Konsolidat Nru 119 tal-1 ta' Frar 2019 dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali (om almene boliger).

L-ESTONJA

L-Att dwar il-Protezzjoni Soċjali (Sotsiaalhoolekande seadus) tal-2016.

IL-FINLANDJA

(a)

L-Att dwar is-Servizzi u l-Assistenza għall-Persuni b'Diżabilità (Laki vammaisuuden perusteella järjestettävistä palveluista ja tukitoimista) tat-3 ta' April 1987.

(b)

L-Att dwar is-Sostenn għall-Kapaċità Funzjonali tal-Popolazzjoni li qed tixjieħ u dwar is-Servizzi ta' Kura Soċjali u tas-Saħħa għall-Anzjani (Laki ikääntyneen väestön toimintakyvyvyn tukemisesta sekä iäkkäiden sosiaali- ja terveyspalveluista) tat-28 ta' Diċembru 2012.

(c)

L-Att dwar il-Protezzjoni Soċjali (Sosiaalihuoltolaki) tat-30 ta' Diċembru 2014.

(d)

L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa (Terveydenhuoltolaki) tat-30 ta' Diċembru 2010.

(e)

L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa Primarja (Kansanterveyslaki) tat-28 ta' Jannar 1972.

(f)

L-Att dwar is-Sostenn għall-Kura Informali (Laki omaishoidon tuesta) tat-2 ta' Diċembru 2005.

(g)

L-Att dwar il-Kura tal-Familja (Perhehoitolaki) tal-20 ta' Marzu 2015.

FRANZA

(a)

Suppliment għal parti terza (majoration pour tierce personne, MTP): L-Artikoli L. 341–4 u L. 355–1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (Code de la sécurité sociale).

(b)

Benefiċċju supplimentari għall-għajnuna lil parti terza (prestation complémentaire pour recours à tierce personne): L-Artikolu L. 434–2 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.

(c)

Suppliment ta' edukazzjoni speċjali għal wild b'diżabilità (konformità ta' allokazzjoni ta' diżabilità): L-Artikolu L. 541-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.

(d)

Allowance ta' kumpens għal diżabbiltà (prestation de compensation du habitacap, PCH): L-Artikoli minn L. 245-1 sa L. 245-14 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familja (Code de l'action sociale et des familles).

(e)

Allowance għat-telf ta' awtonomija (allocation personnalisée d'autonomie, APA): L-Artikoli minn L. 232-1 sa L. 232-28 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familja (Code de l'action sociale et des familles).

IL-ĠERMANJA

(a)

Assigurazzjoni tal-kura fit-tul (Pflegeversicherung):

(b)

Assigurazzjoni tal-kura soċjali fit-tul għal persuni assigurati skont assigurazzjoni medika statutorja u assigurazzjoni privata obbligatorja tal-kura fit-tul għal persuni assigurati skont assigurazzjoni privata medika: Social CodeSozialgesetzbuch, Ktieb XI (SGB XI), emendat l-aħħar b'Artikolu 2 tal-Att tal-21 ta' Diċembru 2019 (BGBl. I p. 2 913).

IL-GREĊJA

(a)

Il-Liġi Nru 1140/1981, kif emendata.

(b)

Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 162/73 u d-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta Nru Π4β/5814/1997.

(c)

Id-Deċiżjoni Ministerjali Nru Π1γ/ΑΓΠ/οικ.14963 tad-9 ta' Ottubru 2001.

(d)

Il-Liġi Nru 4025/2011.

(e)

Il-Liġi Nru 4109/2013.

(f)

Il-Liġi Nru 4199/2013 art. 127.

(g)

Il-Liġi Nru 4368/2016 art. 334.

(h)

Il-Liġi Nru 4483/2017 art. 153.

(i)

Il-Liġi Nru. 498/1-11-2018, art. 28, 30 u 31, għar-"Regolazzjoni unifikata dwar il-Benefiċċji tas-Saħħa" tal-Organizzazzjoni Nazzjonali tas-Saħħa għall-Provvista tas-Servizz (EOPYY).

L-UNGERIJA

(a)

Servizzi ta' kura fit-tul li jipprovdu kura soċjali personali (servizzi soċjali):

(b)

L-Att III tal-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Assistenza Soċjali (törvény a szociális igazgatásról és szociális ellátásokról), issupplimentat b'digrieti Ministerjali u tal-Gvern.

L-IRLANDA

(a)

L-Att dwar is-Saħħa tal-1970 (Nru 1 tal-1970).

(b)

L-Att tal-2009 dwar l-Iskema ta' Sostenn għad-Djar tal-Kura (Nru 15 tal-2009).

(c)

L-Att konsolidat tal-2005 dwar il-Protezzjoni Soċjali:

(d)

Allowance ta' Attendenza Kostanti;

(e)

Benefiċċju tal-persuni li jindukraw;

(f)

Allowance tal-persuni li jindukraw;

(g)

Għotja ta' Sostenn tal-persuni li jindukraw;

(h)

Allowance għall-Kura fid-Djar.

L-ITALJA

(a)

Il-Liġi Nru 118 tat-30 ta' Marzu 1971 dwar il-benefiċċji tal-persuni invalidi (Legge 30 Marzo 1971, n. 118 - Conversione in Legge del D.L. 30 gennaio 1971, n. 5 e nuove norme in favore dei mutilati ed Invalidi civili).

(b)

Il-Liġi Nru 18 tal-11 ta' Frar 1980 dwar l-Allowance ta' Attendenza Kontinwa (Legge 11 Febbraio 1980, n. 18 — Indennità di accompagnamento agli Invalidi civili tomente inabili).

(c)

Il-Liġi Nru 104 tat-5 ta' Frar 1992, l-Artikolu 33 (Liġi Qafas dwar id-Diżabilità) (Legge 5 Febbraio 1992, n. 104 — Legge-quadro per l'assistenza, l'integrazione sociale e i diritti delle persone discappate).

(d)

Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 112 tat-31 ta' Marzu 1998 dwar it-trasferiment ta' kompiti leġiżlattivi u kompetenzi amministrattivi mill-Istat lir-Reġjuni u lill-entitajiet lokali (Decreto Legislativo 31 Marzo 1998, n. 112 — Conferimento di funzioni e compiti amministrativi dello Stato alle regioni ed agli enti locali, f'attuazione del capo I della Legge 15 Marzo 1997, n. 59).

(e)

Ir-Regolament (KE) 883/04 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (Regolamento (CE) 883 del 29 aprile 2004 del Parlamento Europeo e del Consiglio, relativo al coordinamento dei sistemi di sicurezza sociale — SNCB — Art. 70 u Anness X).

(f)

Il-Liġi Nru 183 tat-4 ta' Novembru 2010, l-Artikolu 24, li timmodifika r-regoli dwar il-permessi għall-assistenza lil persuni b'diżabbiltà f'sitwazzjonijiet diffiċli (Legge n. 183 del 4 Novembre 2010, art. 24 - Modifiche alla disciplina in materia di permessi per l'assistenza a portatori di handicap in situazione di gravità).

(g)

Il-Liġi Nru 147 tal-27 ta' Diċembru 2013 li fiha dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat — Liġi dwar l-Istabbiltà tal-2014 (Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato — Legge di stabilità 2014).

IL-LATVJA

(a)

Il-Liġi dwar is-Servizzi Soċjali u l-Assistenza Soċjali (sociālo pakalpojumu un sociālās palīdzības likums) 31/10/2002.

(b)

Il-Liġi dwar it-Trattament Mediku (Ārstniecības likums) 12/06/1997.

(c)

Il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti (Pacientu tiesību likums) 30/12/2009

(d)

Ir-Regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri Nru 555 dwar l-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa u l-proċedura tal-ħlas (Ministru kabineta 2018. gada 28.augusta noteikumi Nru 555 "Veselības aprūpes pakalpojumu organizēšanas un samaksas kārtība") 28/08/2018.

(e)

Ir-Regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri Nru 275 dwar il-Proċeduri għall-Ħlas tas-Servizzi tal-Kura Soċjali u tar-Riabilitazzjoni Soċjali u l-Proċeduri għall-Kopertura tal-Ispejjeż tas-Servizz minn Baġit tal-Gvern Lokali (Ministru kabineta 2003.gada 27.maija noteikumi Nr.275 "Sociālās aprūpes un sociālās rehabilitācijas pakalpojumu samaksas kārtība un kārtība, kādā pakalpojuma izmaksas tiek segtas no pašvaldības budžeta") 27/05/2003.

(f)

Ir-Regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri Nru 138 dwar il-Provvista tas-Servizzi Soċjali u l-Assistenza Soċjali (Ministru kabineta 2019.gada 2.aprīļa noteikumi Nr 138 "Noteiku mi par sociālo pakalpojumu un sociālās palīdzības saņemšanu") 02/04/2019.

IL-LITWANJA

(a)

Il-Liġi dwar il-kumpens fil-mira (Tikslinių kompensacijų įstatymas) tad-29 ta' Ġunju 2016 (Nru XII-2507).

(b)

Il-Liġi dwar is-Servizzi Soċjali (Socialinių paslaugų įstatymas) tad-19 ta' Jannar 2006 (Nru X-493).

(c)

Il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa (Sveikatos draudimo įstatymas) tal-21 ta' Mejju 1996 (Nru I-1343).

(d)

Il-Liġi dwar is-sistema tal-Kura tas-Saħħa (Sveikatos sistemos įstatymas) tad-19 ta' Lulju 1994 (Nru I-552).

(e)

Il-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Sveikatos priežiūros įstaigų įstatymas) tas-6 ta' Ġunju 1996 (Nru I-1367).

IL-LUSSEMBURGU

Il-Liġi tad-19 ta' Ġunju 1998 li tintroduċi l-assigurazzjoni tad-dipendenza, emendata bil-Liġi tat-23 ta' Diċembru 2005 u l-Liġi tad-29 ta' Awwissu 2017.

MALTA

(a)

L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali) (Kap. 318).

(b)

Il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 318.19: Ir-Regolamenti dwar Rati għal Istituzzjonijiet u Hostels Statali (ir-Regolamenti dwar Rati għal Istituzzjonijiet u Hostels Statali).

(c)

Il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 318.17: Ir-Regolamenti dwar it-Trasferiment ta' Fondi (Sodod Iffinanzjati mill-Gvern) (ir-regolamenti dwar it-Trasferiment ta' Fondi għal Sodod Iffinanzjati mill-Gvern).

(d)

Il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 318.13: Ir-Regolamenti dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat (ir-regolamenti dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat).

IN-NETHERLANDS

L-Att dwar il-kura fit-tul (Wet langdurige zorg (WLZ)), il-Liġi tal-3 ta' Diċembru 2014.

IL-POLONJA

(a)

Il-Liġi dwar is-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa ffinanzjati b'Mezzi Pubbliċi (Ustawa o świadczeniach opieki zdrowotnej finansowanych ze środków publicznych) tas-27 ta' Awwissu 2004.

(b)

Il-Liġi dwar l-Assistenza Soċjali (Ustawa o pomocy społecznej) tat-12 ta' Marzu 2004.

(c)

Il-Liġi dwar il-Benefiċċji tal-Familja (Ustawa o świadczeniach Rodzinnych) tat-28 ta' Novembru 2003.

(d)

Il-Liġi dwar il-Pensjoni Soċjali (Ustawa o rencie socjalnej) tas-27 ta' Ġunju 2003.

(e)

Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali (Ustawa o emeryturach i rentach z Funduszu Ubezpieczeń Społecznych) tas-17 ta' Diċembru 1998.

(f)

Il-Liġi dwar ir-Riabilitazzjoni Vokazzjonali u Soċjali u l-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità (Ustawa o riabilitacji zawodowej i społecznej oraz zatrudnianiu osób niepełnosprawnych) tas-27 ta' Awwissu 1997.

(g)

Il-Liġi dwar is-sostenn għan-nisa tqal u l-familji tagħhom "Għal ħajjithom" (Ustawa o wsparciu kobiet w ciąży i rodzin "Za życiem") tal-4 ta' Novembru 2016.

(h)

Il-Liġi dwar il-benefiċċju supplimentari għall-persuni li ma jistgħux jgħixu b'mod indipendenti (Ustawa o świadczeniu uzupełniającym dla osób niezdolnych do samodzielnej egzystencji) tal-31 ta' Lulju 2019.

IL-PORTUGALL

(a)

Assigurazzjoni soċjali u garanzija ta' riżorsi suffiċjenti:

(b)

Id-Digriet Statutorju 265/99 tal-14 ta' Lulju 1999 dwar is-suppliment tal-kura fit-tul (complemento por depenência), kif emendat f'diversi okkażjonijiet.

(c)

L-Att 90/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 dwar is-sistema ta' protezzjoni speċjali f'każ ta' diżabilità (regime especial de proteção na invalidez), ippubblikat mill-ġdid f'verżjoni kkonsolidata bid-Digriet Statutorju 246/2015 tal-20 ta' Ottubru 2015, emendat.

(d)

Sistema tas-sigurtà soċjali u Servizz Nazzjonali tas-Saħħa:

(e)

Id-Digriet Statutorju 101/06 tas-6 ta' Ġunju 2006 dwar in-Network Nazzjonali ta' kura kontinwa integrata (rede de cuidados Continuados integrados), ippubblikat mill-ġdid f'verżjoni kkonsolidata bid-Digriet Statutorju 136/2015 tat-28 ta' Lulju 2015.

(f)

Id-Digriet Amministrattiv Nru 8/2010 tat-28 ta' Jannar 2010, emendat u ppubblikat mill-ġdid bid-Digriet Amministrattiv Nru 22/2011 tal-10 ta' Frar 2011 dwar il-ħolqien ta' unitajiet u timijiet għal kura kontinwa integrata fis-saħħa mentali (unidades e Equipas de cuidados Continuados integrados de saúde mental).

(g)

Id-Digriet Nru 343/2015 tat-12 ta' Ottubru 2015 dwar l-istandards li jirregolaw il-kura pedjatrika ambulatorja u fl-isptarijiet kif ukoll it-timijiet tal-ġestjoni tar-rilaxx mill-isptar u t-timijiet tal-kura pedjatrika fil-qafas tan-network nazzjonali tal-kura integrata fit-tul (condições de instalação e funcionamento das unidades de internamento de cuidados integrados pediátricos e de ambulatório pediátricas, bem como as condições a que devem obedecer as equipas de gestão de altas e as equipas de cuidados continuados integrados destinadas a cuidados pediátricos da Rede Nacional de Cuidados Continuados Integrados).

(h)

Il-Liġi Nru 6/2009 tas-6 ta' Settembru dwar l-istatus ta' persuni li jipprova kura informali (Estatuto do cuidador informali).

IR-RUMANIJA

(a)

Il-Liġi 17 tas-6 ta' Marzu 2000 dwar l-Assistenza Soċjali ta' Persuni Anzjani (Legea privind asistenta sociala a persoanelor varstnice), b'emendi sussegwenti.

(b)

Il-Liġi 448 tas-6 ta' Diċembru 2006 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (Legea privind protectia si promovarea drepturilor persoanelor cu disability), b'emendi sussegwenti.

(c)

Il-Liġi dwar l-Assistenza Soċjali (Legea asistentei sociale) Nru 292 tal-20 ta' Diċembru 2011.

IS-SLOVAKKJA

(a)

Il-Liġi dwar is-Servizzi Soċjali (Zákon o sociálnych službách) Nru 448/2008.

(b)

Il-Liġi dwar il-Benefiċċji Finanzjarji għall-Kumpens ta' Persuni b'Diżabilità (Zákon o peňažných príspevkoch na kompenzáciu ťažkého zdravotného postihnutia) Nru 447/2008.

(c)

Il-Liġi dwar il-Kura tas-Saħħa u s-Servizzi Relatati mal-Kura tas-Saħħa (Zákon o zdravotnej starostlivosti a službách súvisiacich s poskytovaním zdravotnej starostlivosti) Nru 576/2004.

(d)

Il-Liġi dwar il-Fornituri tal-Kura tas-Saħħa, il-Ħaddiema Mediċi u l-Assoċjazzjonijiet Mediċi Professjonali (Zákon o poskytovateľoch zdravotnej starostlivosti, zdravotníckych pracovníkoch a stavovských organizáciách v zdravotníctve) Nru 578/2004.

(e)

Il-Liġi dwar is-Sussistenza Minima (Zákon o životnom minime) Nru 601/2003.

(f)

Il-Liġi dwar il-Familja (Zákon o rodine) Nru 36/2005

(g)

Il-Liġi dwar il-Protezzjoni soċjali u legali tat-tfal u t-tutela soċjali (Zákon o sociálno-právnej ochrane detí a sociálnej kuratele) Nru 305/2005

(h)

Il-Liġi dwar il-Ħidma Soċjali (Zákon o sociálnej práci) Nru 219/2014.

IS-SLOVENJA

L-ebda liġi speċifika relatata mal-kura fit-tul.

Il-benefiċċji tal-kura fit-tul huma inklużi fl-atti li ġejjin:

(a)

L-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet u tad-Diżabilità (Zakon o pokojninskem in invalidskem zavarovanju) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 96/2012, u l-emendi sussegwenti).

(b)

L-Att dwar l-Għajnuna Soċjali Finanzjarja (Zakon o socialno vartsvenih prejemkih) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 61/2010, u l-emendi sussegwenti).

(c)

L-Att dwar l-Eżerċizzju tad-Drittijiet għall-Fondi Pubbliċi (Zakon o uveljavljanju pravic iz javnih sredstev) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 62/2010, u l-emendi sussegwenti).

(d)

L-Att dwar il-Protezzjoni Soċjali (Zakon o socialnem varstvu)(il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 3/2004 – it-test uffiċjali konsolidat u l-emendi sussegwenti).

(e)

L-Att dwar il-Kura tal-Ġenituri u l-Benefiċċji tal-Familja (Zakon o starševskem varstvu in družinskih prejemkih) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 110/2006 - test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti).

(f)

L-Att dwar il-Persuni b'Diżabbiltà Fiżika u Mentali (Zakon o družbenem varstvu duševno in telesno prizadetih oseb) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 41/83, u l-emendi sussegwenti).

(g)

L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa u l-Assigurazzjoni tas-Saħħa (Zakon o zdravstvenem varstvu in zdravstvenem zavarovanju) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 72/2006 - test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti).

(h)

L-Att dwar il-Veterani tal-Gwerra (Zakon o vojnih veteranih) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 59/06 test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti)

(i)

L-Att dwar id-Diżabilità tal-Gwerra (Zakon o vojnih invalidih) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 63/59 test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti)

(j)

Att dwar il-Bilanċ Fiskali (Zakon za uravnoteženje javnih finance (ZUJF)) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 40/2012, u l-emendi sussegwenti).

(k)

L-Att li jirregola l-Aġġustamenti tat-Trasferimenti lil Individwi u Unitajiet Domestiċi fir-Repubblika tas-Slovenja (Zakon o usklajevanju transferjev posameznikom in gospodinjstvom v Republiki Sloveniji) (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 114/2006 - test uffiċjali konsolidat, u l-emendi sussegwenti).

SPANJA

(a)

Il-Liġi Nru 39/2006 dwar il-Promozzjoni tal-Awtonomija Personali u l-Assistenza għal persuni f'sitwazzjonijiet ta' dipendenza tal-14 ta' Diċembru 2006, kif emendata.

(b)

L-Ordni Ministerjali tal-15 ta' April 1969.

(c)

Id-Digriet Irjali Nru 1300/95 tal-21 ta' Lulju 1995, kif emendat.

(d)

Id-Digriet Irjali Nru 1647/97 tal-31 ta' Ottubru 1997, kif emendat.

L-IŻVEZJA

(a)

L-Att dwar is-Servizzi Soċjali (Socialtjänstlagen (2001: 453)) tal-2001.

(b)

L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa (Hälso- och sjukvårdslag (2017: 30)) tal-2017.

PARTI 3

PAGAMENTI LI HUMA KONNESSI MA' FERGĦA TAS-SIGURTÀ SOĊJALI ELENKATI FL-ARTIKOLU SSC.3(1) TA' DAN IL-PROTOKOLL U LI JITĦALLSU BIEX IKOPRU L-ISPEJJEŻ GĦAT-TISĦIN F'TEMP KIESAĦ (Punt (f) tal-Artikolu SSC.3(4) ta' dan il-Protokoll)

(i)   IR-RENJU UNIT

Ħlas tal-Fjuwil għax-Xitwa (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, ir-Regolamenti dwar il-Ħlas tal-Fjuwil għax-Xitwa mill-Fond Soċjali tal-2000, l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992 (l-Irlanda ta' Fuq) u r-Regolamenti dwar il-Ħlas tal-Fjuwil għax-Xitwa mill-Fond Soċjali (Irlanda ta' Fuq) tal-2000).

(ii)   STATI MEMBRI

ID-DANIMARKA

(a)

L-Att dwar il-pensjonijiet soċjali u mill-Istat, LBK nru. 983 tat-23/09/2019

(b)

Ir-Regolamenti dwar il-pensjonijiet soċjali u mill-Istat, BEK nru. 1 602 tas-27/12/2019.


ANNESS SSC-2

RESTRIZZJONI TAD-DRITTIJIET TA' BENEFIĊĊJI IN NATURA GĦAL MEMBRI TAL-FAMILJA TA' ĦADDIEM FRUNTALIER

(msemmija fl-Artikolu SSC.16(2) ta' dan il-Protokoll)

 

IL-KROAZJA

 

ID-DANIMARKA

 

L-IRLANDA

 

IL-FINLANDJA

 

L-IŻVEZJA

 

IR-RENJU UNIT


ANNESS SSC-3

AKTAR DRITTIJIET GĦALL-PERSUNI PENSJONANTI LI JIRRITORNAW FL-ISTAT KOMPETENTI

(Artikolu SSC.25(2) ta' dan il-Protokoll)

 

L-AWSTRIJA

 

IL-BELĠJU

 

IL-BULGARIJA

 

ĊIPRU

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

 

FRANZA

 

IL-ĠERMANJA

 

IL-GREĊJA

 

L-UNGERIJA

 

IL-LUSSEMBURGU

 

IN-NETHERLANDS

 

IL-POLONJA

 

IS-SLOVENJA

 

SPANJA

 

L-IŻVEZJA


ANNESS SSC-4

IL-KAZIJIET FEJN IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RRINUNZJAT JEW MA GĦANDUX JAPPLIKA

(L-Artikolu SSC.47(4) u (5) ta' dan il-Protokoll)

PARTI 1

IL-KAZIJIET FEJN IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RRINUNZJAT SKONT L-ARTIKOLU SSC.47(4)

L-AWSTRIJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji taħt l-Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali - ASVG, l-Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ - GSVG, l-Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa li jaħdmu għal rashom - BSVG u l-Att Federali tat-30 ta' Novembru 1978 dwar l-assigurazzjoni għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-professjonijiet liberi (FSVG);

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tas-superstiti bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (General Pensions Act – APG) tat-18 ta' Novembru 2004, bl-eċċezzjoni tal-każijiet fil-Parti 2;

(c)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba (Landesärztekammer) ibbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku jew kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika);

(d)

L-applikazzjonijiet kollha għal sostenn tas-superstiti mill-fond ta' pensjoni tal-Kamra Awstrijaka ta' Kirurgi Veterinarji;

(e)

L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji li jirriżultaw minn pensjonijiet tar-romol u tal-orfni skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati Awstrijaki, Parti A;

(f)

L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Notarili tat-3 ta' Frar 1972 – NVG 1972.

ĊIPRU

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija, tal-irġiel romol u tan-nisa romol.

ID-DANIMARKA

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet msemmija fil-liġi dwar il-pensjonijiet soċjali, minbarra l-pensjonijiet msemmija fl-Anness SSC-5 ta' dan il-Protokoll.

L-IRLANDA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni mill-Istat (tranżizzjoni), pensjoni mill-Istat (kontributorja), pensjoni tar-romol (kontributorja).

IL-LATVJA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet mill-Istat tal-1 ta' Jannar 1996; Il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta' Lulju 2001).

IL-LITWANJA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti tas-sigurtà soċjali tal-Istat ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammont bażiku tal-pensjoni tas-superstiti (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat).

IN-NETHERLANDS

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija skont il-liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija (AOW).

IL-POLONJA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija skont l-iskema ta' benefiċċji definita u l-pensjonijiet tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perjodi totalizzati ta' assigurazzjoni kkompletati skont il-leġiżlazzjoni ta' aktar minn pajjiż wieħed, huma ugwali għal jew itwal minn 20 sena għan-nisa u 25 sena għall-irġiel iżda l-perjodi nazzjonali tal-assigurazzjoni huma inqas minn dawn il-limiti (u mhux inqas minn 15-il sena għan-nisa u 20 sena għall-irġiel), u l-kalkolu jsir skont l-Artikoli 27 u 28 tal-Att tas-17 ta' Diċembru 1998 (Ġ.U. 2015, partita 748).

IL-PORTUGALL

L-applikazzjonijiet kollha għal pretensjonijiet għall-pensjoni tax-xjuħija u tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perjodi totalizzati ta' assigurazzjoni kompletati skont il-leġiżlazzjoni ta' aktar minn pajjiż wieħed, huma ugwali għal jew itwal minn 21 sena kalendarja, iżda l-perjodi nazzjonali ta' assigurazzjoni huma ugwali għal jew inqas minn 20 sena, u l-kalkolu jsir skont l-Artikoli 32 u 33 tal-Ordni Amministrattiv Nru 187/2007, tal-10 ta' Mejju 2007.

IS-SLOVAKKJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tas-superstiti (il-pensjoni tal-armla, tal-armel u tal-orfni) kkalkulata skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2004, li l-ammont tagħha tkun ġejja minn pensjoni li qabel tħallset lill-mejjet;

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet ikkalkulati skont l-Att Nru 461/2003 Coll. dwar is-sigurtà soċjali kif emendat.

L-IŻVEZJA

(a)

L-applikazzjonijiet għal pensjoni tax-xjuħija f'forma ta' pensjoni garantita (il-Kapitoli 66 u 67 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali).

(b)

L-applikazzjonijiet għal pensjoni tax-xjuħija f'forma ta' pensjoni supplimentarja (il-Kapitolu 63 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali).

IR-RENJU UNIT

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni mill-Istat skont il-Parti 1 tal-Att dwar il-Pensjonijiet tal-2014 u l-benefiċċji tar-romol u tal-mewt, bl-eċċezzjoni ta' dawk li għalihom matul sena tat-taxxa li tibda fis-6 ta' April 1975 jew wara:

(i)

il-parti kkonċernata kienet wettqet perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit u Stat Membru; u sena ta' tassazzjoni waħda (jew aktar) ma kinitx meqjusa bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit;

(ii)

il-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit għall-perjodi ta' qabel il-5 ta' Lulju 1948 jitqiesu għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll bl-applikazzjoni tal-perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru.

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skont l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-1992, taqsima 44.

PARTI 2

KAŻIJIET LI FIHOM JAPPLIKA L-ARTIKOLU SSC.47 (5)

L-AWSTRIJA

(a)

Pensjonijiet tax-xjuħija u pensjonijiet tas-superstiti derivata minnhom ibbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (APG) tat-18 ta' Novembru 2004;

(b)

Allowances obbligatorji skont l-Artikolu 41 tal-Liġi Federali tat-28 ta' Diċembru 2001, BGBI I Nru 154 dwar il-fond ġenerali tas-salarji tal-ispiżjara Awstrijaċi (Pharmazeutische Gehaltskasse für Österreich);

(c)

Pensjonijiet ta' rtirar u rtirar kmieni mix-xogħol tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika), u l-benefiċċji ta' pensjonijiet kollha tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizz addizzjonali (pensjoni addizzjonali jew individwali);

(d)

Sostenn tax-xjuħija mill-fond ta' pensjoni tal-Kamra Awstrijaka ta' Kirurgi Veterinarji;

(e)

Benefiċċji skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati Awstrijaki, Partijiet A u B, bl-eċċezzjonijiet tal-applikazzjoni għal benefiċċji minn pensjonijiet tar-romol u tal-orfni skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati Awstrijaki, Parti A;

(f)

Benefiċċji mill-istituzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali tal-Kamra Federali tal-Periti u l-Inġiniera Konsulenti skont l-Att tal-Kamra tal-Inġiniera Ċivili Awstrijaka (Ziviltechnikerkammergesetz) tal-1993 u l-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali, bl-eċċezzjoni ta' benefiċċji għal raġunijiet ta' benefiċċji tas-superstiti derivati mill-benefiċċji msemmija l-aħħar;

(g)

Benefiċċji skont l-istatut tal-istituzzjoni tal-protezzjoni soċjali tal-Kamra Federali tal-Kontabilisti u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali skont l-Att dwar il-Kontabilisti u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali Awstrijaki (Wirtschaftstreuhandberufsgesetz).

IL-BULGARIJA

Pensjonijiet tax-xjuħija mill-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, skont il-Parti II, Titolu II, tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

IL-KROAZJA

Pensjonijiet mill-iskema tal-assigurazzjoni obbligatorja bbażati fuq tfaddil kapitalizzat individwali skont l-Att dwar il-Fondi tal-Pensjonijiet Volontarji u Obbligatorji (ĠU 49/99, kif emendat) u l-Att dwar il-Kumpaniji ta' Assigurazzjoni tal-Pensjoni u l-Ħlas tal-Pensjonijiet Ibbażat fuq Tfaddil Kapitalizzat Individwali (ĠU 106/99, kif emendat), ħlief fil-każijiet previsti mill-Artikoli 47 u 48 tal-Att dwar il-Fondi tal-Pensjonijiet Volontarji u Obbligatorji u l-pensjoni tas-superstiti).

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Pensjonijiet imħallsa mill-iskema tat-Tieni Pilastru stabbilita bl-Att Nru 426/2011 Coll., dwar it-tfaddil għall-pensjoni.

ID-DANIMARKA

(a)

Pensjonijiet personali;

(b)

Benefiċċji f'każ ta' mewt (akkumulati fuq il-bażi ta' kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbuta maż-żmien qabel l-1 ta' Jannar 2002);

(c)

Benefiċċji f'każ ta' mewt (akkumulati fuq il-bażi ta' kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbuta maż-żmien qabel l-1 ta' Jannar 2002) imsemmija fl-Att Ikkonsolidat dwar il-Pensjoni Supplimentari tas-Suq tax-Xogħol (Arbejdsmarkedets Tillægspension) 942:2009.

L-ESTONJA

Skema tal-pensjonijiet tax-xjuħija b'finanzjament obbligatorju.

FRANZA

Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji tax-xjuħija huma kkalkulati fuq il-bażi ta' punti tal-irtirar.

L-UNGERIJA

Benefiċċji tal-pensjonijiet ibbażati fuq is-sħubija f'fondi ta' pensjonijiet privati.

IL-LATVJA

Pensjonijiet tax-xjuħija (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet mill-Istat tal-1 ta' Jannar 1996; Il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta' Lulju 2001).

IL-POLONJA

Pensjonijiet tax-xjuħija taħt l-iskema tal-kontribuzzjoni ddefinita.

IL-PORTUGALL

Pensjonijiet supplimentari mogħtija skont il-Digriet Amministrattiv Nru 26/2008 tat-22 ta' Frar 2008 (skema tal-kapitalizzazzjoni pubblika).

IS-SLOVAKKJA

Tfaddil obbligatorju għall-pensjoni tax-xjuħija.

IS-SLOVENJA

Pensjoni minn assigurazzjoni ta' pensjoni supplimentari obbligatorja.

L-IŻVEZJA

Pensjoni tax-xjuħija fil-forma ta' pensjoni tal-introjtu u pensjoni primjum (il-Kapitoli 62 u 64 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali).

IR-RENJU UNIT

Benefiċċji kklassifikati tal-irtirar imħallsa skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-1966, it-taqsimiet 35 u 36.


ANNESS SSC-5

BENEFIĊĊJI U FTEHIMIET LI JIPPERMETTU L-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU SSC.49

I.   Il-benefiċċji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu SSC. 49(2) ta' dan il-Protokoll, li l-ammont tagħhom huwa indipendenti mit-tul tal-perjodi tal-assigurazzjoni jew tar-residenza mwettaq

ID-DANIMARKA

Pensjoni nazzjonali tax-xjuħija Daniża sħiħa li tinkiseb wara 10 snin residenza minn persuni li jkunu ngħataw pensjoni mill-1 ta' Ottubru 1989

IL-FINLANDJA

Pensjonijiet nazzjonali u pensjonijiet tal-konjuġi ddeterminati skont ir-regoli tranżizzjonali u mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 1994 (l-Att dwar l-Infurzar tal-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007)

L-ammont addizzjonali tal-pensjoni tat-tfal meta jiġi kkalkulat benefiċċju indipendenti skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007)

FRANZA

Pensjoni tal-invalidità għall-irġiel romol jew għan-nisa romol skont is-sistema ġenerali tas-sigurtà soċjali jew skont l-iskema għall-ħaddiema agrikoli fejn din tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-pensjoni tal-invalidità li kien jirċievi l-konjuġi tal-mejjet stabbilita f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu SSC.47(1).

IL-GREĊJA

Benefiċċji skont il-Liġi Nru 4169/1961 dwar l-iskema ta' assigurazzjoni agrikola (OGA)

IN-NETHERLANDS

L-Att Ġenerali tal-Qraba Superstiti tal-21 ta' Diċembru 1995 (ANW)

Ix-Xogħol u l-Introjtu skont l-Att tal-Kapaċità tax-Xogħol tal-10 ta' Novembru 2005 (WIA)

SPANJA

Pensjonijiet tas-superstiti mogħtija taħt l-iskemi ġenerali u speċjali, minbarra l-Iskema Speċjali għall-Impjegati taċ-Ċivil

L-IŻVEZJA

Il-kumpens għall-mard relatat mal-introjtu u l-kumpens għall-attività relatat mal-introjtu (il-Kapitolu 34 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali)

Il-pensjoni garantita u l-kumpens garantit li ssostitwew il-pensjonijiet sħaħ mill-Istat previsti fil-leġiżlazzjoni dwar il-pensjoni mill-Istat li kienet tapplika qabel l-1 ta' Jannar 1993, u l-pensjoni sħiħa mill-Istat mogħtija skont ir-regoli tranżizzjonali tal-leġiżlazzjoni li bdew japplikaw minn dik id-data

II.   Benefiċċji msemmija fil-punt(b) tal-Artikolu SSC. 49(2) ta' dan il-Protokoll, li l-ammont tagħhom huwa determinat fuq il-bażi tal-perjodu akkreditat meħud li twettaq bejn id-data li fiha r-riskju mmaterjalizza u data iktar tard

IL-FINLANDJA

Pensjonijiet tal-impjieg li fir-rigward tagħhom jitqiesu perjodi futuri skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

IL-ĠERMANJA

Pensjonijiet tas-superstiti, li fir-rigward tagħhom jitqies perjodu supplimentari

Pensjonijiet tax-xjuħija, li fir-rigward tagħhom jitqies perjodu supplimentari li jkun diġà miksub

L-ITALJA

Pensjonijiet Taljani għall-inkapaċità totali ta' xogħol (inabilità)

IL-LATVJA

Pensjoni tas-superstiti kkalkulata fuq il-bażi ta' perjodi ta' assigurazzjoni preżunti (l-Artikolu 23(8) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet mill-Istat tal-1 ta' Jannar 1996)

IL-LITWANJA

(a)

Pensjonijiet ta' inkapaċità għax-xogħol tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat, imħallsa skont il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat

(b)

Pensjonijiet tas-superstiti u l-orfni tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat, ikkalkulati fuq il-bażi tal-pensjoni ta' inkapaċità għax-xogħol tal-persuna l-mejta taħt il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat

IL-LUSSEMBURGU

Pensjonijiet tas-superstiti

IS-SLOVAKKJA

Pensjoni tas-superstiti Slovakka derivata mill-pensjoni tal-invalidità.

SPANJA

Pensjonijiet tal-irtirar skont l-Iskema Speċjali għall-Impjegati taċ-Ċivil dovuti skont it-Titolu I tat-test konsolidat tal-Liġi dwar il-Persuni Pensjonanti tal-Istat jekk fil-mument tal-materjalizzazzjoni tar-riskju l-benefiċjarju kien impjegat taċ-ċivil attiv jew ittrattat bħala tali; Pensjonijiet f'każ ta' mewt jew tas-superstiti (tar-romol, tal-orfni u tal-ġenituri) dovuti skont it-Titolu I tat-test konsolidat tal-Liġi dwar il-Persuni Pensjonanti tal-Istat jekk fil-mument tal-mewt l-impjegat maċ-ċivil kien attiv jew kien ittrattat bħala tali

L-IŻVEZJA

Kumpens għall-mard u l-kumpens għall-attività f'forma ta' kumpens garantit (il-Kapitolu 35 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali)

Pensjoni tas-superstiti kkalkolata fuq il-bażi ta' perjodi ta' assigurazzjoni kreditati (il-Kapitoli minn 76 sa 85 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali)

III.   Ftehimiet imsemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.49(2) ta' dan il-Protokoll maħsuba biex jipprevjenu li l-istess perjodu akkreditat jitqies darbtejn jew aktar:

Il-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tat-28 ta' April 1997 bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Il-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tal-10 ta' Novembru 2000 bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Awwissu 2003.


ANNESS SSC-6

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI U TAR-RENJU UNIT

(Artikolu SSC.3(2), Artikolu SSC.51(1) u Artikolu SSC.66)

L-AWSTRIJA

1.

Sabiex jinkisbu perjodi fl-assigurazzjoni għall-pensjoni, l-attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv komparabbli fi Stat ieħor għandha titqies bħala ekwivalenti għal attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv skont l-Artikoli 227(1)(1) u 228(1)(3) tal-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG) (l-Att Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), l-Artikolu 116(7) tal-Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG) (l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Persuni li jaħdmu fin-Negozju u l-Kummerc) u l-Artikolu 107(7) tal-Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG) (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Bdiewa), meta l-persuna kkonċernata kienet soġġetta f'xi żmien għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka minħabba li wettqet attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u li l-kontribuzzjonijiet speċjali previsti skont l-Artikolu 227(3) tal-ASVG, l-Artikolu 116(9) tal-GSVG u l-Artikolu 107(9) tal-BSGV għax-xiri ta' dawn il-perjodi ta' edukazzjoni, ikunu mħallsa.

2.

Għall-kalkolu tal-benefiċċju pro rata msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, żidiet speċjali għall-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplementari u l-benefiċċju supplementari għall-minaturi skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka ma għandhomx jitqiesu. F'dawk il-każijiet, il-benefiċċju pro rata kkalkulat mingħajr dawk il-kontribuzzjonijiet għandu, jekk ikun il-każ, jiżdied b'żidiet speċjali mhux imnaqqsa għall-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplementari u l-benefiċċju supplementari għall-minaturi.

3.

Meta, skont l-Artikolu SSC.7 ta' dan il-Protokoll, ikunu ġew imwettqa perjodi ta' sostituzzjoni skont skema ta' assigurazzjoni tal-pensjoni Awstrijaka, iżda dawn ma jistgħux jikkostitwixxu bażi għall-kalkolu skont l-Artikoli 238 u 239 tal-ASVG, l-Artikoli 122 u 123 tal-GSVG u l-Artikoli 113 u 114 tal-BSVG, għandha tintuża l-bażi tal-kalkolu għall-perjodi ta' kura tat-tfal skont l-Artikolu 239 tal-ASVG, l-Artikolu 123 tal-GSVG u l-Artikolu 114 tal-BSVG.

IL-BULGARIJA

L-Artikolu 33(1) tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Bulgarija għandu japplika għall-persuni kollha li għalihom il-Bulgarija hija l-Istat Membru kompetenti skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll.

ĊIPRU

Għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli SSC.7, SSC.46 u SSC.56 ta' dan il-Protokoll, għal kwalunkwe perjodu li jibda mis-6 ta' Ottubru 1980 jew wara dan, ġimgħa ta' assigurazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika ta' Ċipru hija ddeterminata billi d-dħul totali assigurabbli għall-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-ammont fil-ġimgħa tad-dħul bażiku assigurabbli applikabbli fis-sena ta' kontribuzzjoni rilevanti, sakemm in-numru ta' ġimgħat hekk determinat ma għandux jaqbeż in-numru ta' ġimgħat kalendarji fil-perjodu rilevanti.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Għall-finijiet tad-definizzjoni ta' membri tal-familja skont il-punt (s) tal-Artikolu SSC.1 ta' dan il-Protokoll, "konjuġi" jinkludi sħab reġistrati kif definit fl-Att tar-Repubblika Ċeka Nru 115/2006 Coll., dwar sħubija reġistrata.

ID-DANIMARKA

1.

(a)

Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni skont il-"lov om social pension" (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), il-perjodi ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha mwettqa skont il-leġiżlazzjoni Daniża minn ħaddiem fruntalier jew ħaddiem li mar id-Danimarka biex jagħmel xogħol ta' natura staġonali huma meqjusa bħala perjodi ta' residenza mwettqa fid-Danimarka mill-konjuġi superstit, sa fejn, matul dawk il-perjodi, il-konjuġi superstit kien marbut mal-ħaddiem imsemmi hawn fuq biż-żwieġ mingħajr separazzjoni fiżika u materjali jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta' inkompatibbiltà, u sakemm, matul dawk il-perjodi, il-konjuġi kien jirrisjedi fit-territorju ta' Stat ieħor. Għall-finijiet ta' dan il-punt, "xogħol ta' natura staġonali" tfisser xogħol li, billi jiddependi fuq in-newba tal-istaġuni, jirrikorri awtomatikament kull sena.

(b)

Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni skont il-"lov om social pension" (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha mwettqa skont il-leġiżlazzjoni Daniża qabel l-1 ta' Jannar 1984 minn persuna li għaliha ma japplikax il-punt (a) għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' residenza mwettqa fid-Danimarka mill-konjuġi superstit, sa fejn, matul dawk il-perjodi, il-konjuġi superstit kien marbut ma' dik il-persuna biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta' inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perjodi l-konjuġi kien jirrisjedi fit-territorju ta' Stat ieħor.

(c)

Perjodi li għandhom jitqiesu skont il-punti (a) u (b) ma għandhomx jitqiesu jekk ikunu fl-istess perjodi li jkunu ttieħdu inkonsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni dovuta lil dik il-persuna kkonċernata skont il-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni obbligatorja ta' Stat ieħor jew fil-perjodi li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet pensjoni skont tali leġiżlazzjoni. Dawn il-perjodi għandhom, madankollu, jitqiesu jekk l-ammont annwali tal-pensjoni msemmija huwa inqas minn nofs l-ammont bażiku tal-pensjoni soċjali.

2.

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu SSC.7 ta' dan il-Protokoll, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f'wieħed jew aktar mill-Istati huma intitolati għal pensjoni soċjali Daniża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fid-Danimarka minn tal-inqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Daniża. Soġġett għall-Artikolu SSC.5 ta' dan il-Protokoll, l-Artikolu SSC.8 ta' dan il-Protokoll ma japplikax għal pensjoni soċjali Daniża li l-intitolament għaliha jkun inkiseb minn dawn il-persuni.

(b)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ma japplikawx għall-intitolament għal pensjoni soċjali Daniża għall-membri tal-familja ta' persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fid-Danimarka, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.

3.

Il-benefiċċju temporanju għal persuni qiegħda li ddaħħlu fil-ledighedsydelse (l-iskema ta' impjieg flessibbli') (il-Liġi Nru 455 tal-10 ta' Ġunju 1997) huwa kopert mill-Kapitolu 6 tat-Titlu III ta' dan il-Protokoll.

4.

Meta l-benefiċjarju ta' pensjoni soċjali Daniża huwa intitolat ukoll għal pensjoni tas-superstiti minn Stat ieħor, dawk il-pensjonijiet għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Daniża għandhom jitqiesu bħala benefiċċji tal-istess tip fis-sens tal-Artikolu SSC.48(1), suġġett għall-kundizzjoni, madankollu, li l-persuna li l-perjodi tagħha ta' assigurazzjoni jew ta' residenza jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tas-superstiti kienet kisbet ukoll id-dritt għal pensjoni soċjali Daniża.

L-ESTONJA

Għall-fini tal-kalkolu tal-benefiċċji tal-ġenituri, perjodi ta' impjieg fi Stati għajr l-Estonja għandhom jitqiesu li huma bbażati fuq l-istess ammont medju ta' Taxxa Soċjali mħallsa matul il-perjodi ta' impjieg fl-Estonja li magħhom jiġu aggregati. Jekk matul is-sena ta' referenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati oħra, il-kalkolu tal-benefiċċju għandu jitqies li huwa bbażat fuq il-medja ta' Taxxa Soċjali mħallsa fl-Estonja bejn is-sena ta' referenza u l-leave tal-maternità.

IL-FINLANDJA

1.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-intitolament u l-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni nazzjonali Finlandiża skont l-Artikoli SSC.47, SSC.48 u 49 ta' dan il-Protokoll, il-pensjonijiet miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor huma ttrattati bl-istess mod bħall-pensjonijiet miksuba skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża.

2.

Fl-applikazzjoni tal-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, għall-fini tal-kalkolu tad-dħul għall-perjodu akkreditat skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet relatati mad-dħul, fejn individwu jkollu perjodi ta' assigurazzjoni tal-pensjoni bbażati fuq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat ieħor għal parti mill-perjodu ta' referenza skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża, id-dħul għall-perjodu akkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tad-dħul miksuba matul il-parti tal-perjodu ta' referenza fil-Finlandja, diviż bin-numru ta' xhur li għalihom kien hemm perjodi ta' assigurazzjoni fil-Finlandja matul il-perjodu ta' referenza.

FRANZA

1.

Għal persuni li jirċievu benefiċċji in natura fi Franza skont l-Artikolu SSC.15 jew SSC.24 ta' dan il-Protokoll li huma residenti fid-dipartimenti Franċiżi ta' Haut-Rhin, Bas-Rhin jew Moselle, benefiċċji in natura mogħtija f'isem l-istituzzjoni ta' Stat ieħor li huwa responsabbli għall-ispejjeż tagħhom jinkludu l-benefiċċji mogħtija kemm mill-iskema ta' assigurazzjoni ġenerali tal-mard u kemm mill-iskema ta' assigurazzjoni obbligatorja supplimentari lokali tal-mard tal-Alsace-Moselle.

2.

Il-leġiżlazzjoni Franċiża applikabbli għal persuna li taħdem, jew li kienet taħdem, f'attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha għall-applikazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll tinkludi kemm l-iskema(i) bażika/bażiċi ta' assigurazzjoni tax-xjuħija u kemm l-iskema(i) supplimentari tal-irtirar li għalihom il-persuna kkonċernata kienet suġġetta.

IL-ĠERMANJA

1.

Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu SSC.6 ta' dan il-Protokoll u l-Artikolu 5(4) punt 1 tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li tirċievi pensjoni sħiħa tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor tista' titlob li tkun assigurata b'mod obbligatorju skont l-iskema Ġermaniża ta' assigurazzjoni għall-pensjoni.

2.

Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu SSC.6 ta' dan il-Protokoll u l-Artikolu 7 tas-Sozialgesetzbuch VI (Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li hija assigurata b'mod obbligatorju fi Stat ieħor jew tirċievi pensjoni tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor tista' tingħaqad mal-iskema ta' assigurazzjoni volontarja fil-Ġermanja.

3.

Għall-fini tal-għoti ta' benefiċċji fi flus taħt § 47(1) ta' SGB V, §47(1) ta' SGB VII u §200(2) tar-Reichsversicherungsordnung lil persuni assigurati li jgħixu fi Stat ieħor, l-iskemi ta' assigurazzjoni Ġermaniżi jikkalkolaw ħlas nett, li jintuża biex jiġu vvalutati l-benefiċċji, bħallikieku l-persuna assigurata kienet tgħix fil-Ġermanja, sakemm il-persuna assigurata ma titlobx valutazzjoni fuq il-bażi tal-paga netta li hija tirċievi.

4.

Nies ta' nazzjonalità ta' Stati oħra li l-post ta' residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa barra l-Ġermanja u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali tal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati volontarjament jew b'mod obbligatorju fl-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja f'xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni apolidi u refuġjati li l-post ta' residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa fi Stat ieħor.

5.

Il-pauschale Anrechnungszeit (il-perjodu ta' kreditu fiss) skont l-Artikolu 253 tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali) għandu jiġi ddeterminat esklużivament b'referenza għall-perjodi Ġermaniżi.

6.

F'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni Ġermaniża tal-pensjoni, fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1991, hija applikabbli għall-kalkolu mill-ġdid ta' pensjoni, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża biss tapplika għall-finijiet ta' kkreditar ta' Ersatzzeiten (perjodi ta' sostituzzjoni) Ġermaniżi.

7.

Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard okkupazzjonali li għalihom għandu jingħata kumpens skont il-liġi li tirregola l-pensjonijiet barranin u dwar benefiċċji għal perjodi ta' assigurazzjoni li jistgħu jiġu akkreditati skont il-liġi li tirregola l-pensjonijiet barranin fit-territorji msemmijin fil-paragrafu 1(2)(3) tal-Att dwar kwistjonijiet ta' persuni spostati u refuġjati (Bundesvertriebenengesetz) tkompli tapplika fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Att dwar il-pensjonijiet barranin (Fremdrentengesetz).

8.

Għall-kalkolu tal-ammont teoretiku msemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, fi skemi ta' pensjonijiet għall-professjonijiet liberi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu bħala bażi, fir-rigward ta' kull waħda mis-snin ta' assigurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta' xi Stat ieħor, id-dritt għall-pensjoni annwali medju miksub matul il-perjodu ta' sħubija fl-istituzzjoni kompetenti permezz tal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet.

IL-GREĊJA

1.

Il-Liġi Nru 1469/84 rigward l-affiljazzjoni volontarja għall-iskema ta' assigurazzjoni għall-pensjoni għal nazzjonali Griegi u nazzjonali barranin ta' oriġini Griega hija applikabbli għal nazzjonali ta' Stati oħra, persuni apolidi u refuġjati, fejn il-persuni kkonċernati, irrispettivament mill-post ta' residenza jew soġġorn tagħhom, f'xi żmien fil-passat kienu b'mod obbligatorju jew volontarjament affiljati mal-iskema Griega ta' assigurazzjoni għall-pensjoni.

2

Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu SSC.6 ta' dan il-Protokoll u l-Artikolu 34 tal-Liġi 1140/1981, persuna li tirċievi pensjoni fir-rigward ta' aċċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor tista' titlob li tkun assigurata skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-OGA, sa fejn hija ssegwi attività li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni.

L-IRLANDA

1.

Minkejja l-Artikolu SSC.19(2) u l-Artikolu SSC.57 ta' dan il-Protokoll, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul preskritt ta' kull ġimgħa ta' persuna assigurata għall-għoti ta' benefiċċju marbut ma' mard jew qgħad taħt il-leġiżlazzjoni Irlandiża, ammont ekwivalenti għall-paga medja fil-ġimgħa ta' persuni impjegati fis-sena preskritta rilevanti għandu jiġi akkreditat lil dik il-persuna fir-rigward ta' kull ġimgħa ta' attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor matul dik is-sena preskritta.

MALTA

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

(a)

Għall-finijiet biss tal-applikazzjoni tal-Artikoli SSC.43 u SSC.55 ta' dan il-Protokoll, persuni impjegati taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta (il-Kapitolu 220 tal-Liġijiet ta' Malta), l-Att dwar il-Pulizija (il-Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta' Malta) u l-Att dwar il-Ħabs (il-Kapitolu 260 tal-Liġijiet ta' Malta) għandhom ikunu ttrattati bħala impjegati taċ-ċivil.

(b)

Il-pensjonijiet pagabbli skont l-Atti ta' hawn fuq u skont l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (il-Kapitolu 93 tal-Liġijiet ta' Malta) għandhom, għall-finijiet biss tal-punt (cc) tal-Artikolu SSC.1 ta' dan il-Protokoll, ikunu meqjusa bħala "skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil".

IN-NETHERLANDS

1.   Assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa

(a)

Fir-rigward tal-intitolament għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands, persuni intitolati għal benefiċċji in natura għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll għandha tfisser:

(i)

persuni li, skont l-Artikolu 2 taz-Zorgverzekeringswet (l-Att tal-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa), huma obbligati li jkunu koperti b'assigurazzjoni ma' assiguratur tal-kura tas-saħħa; u

(ii)

sakemm mhumiex diġà inklużi skont punt (i), il-membri tal-familja ta' persunal militari attiv li qed jgħixu fi Stat ieħor u persuni li huma residenti fi Stat ieħor u li, skont il-Protokoll huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-Istat ta' residenza tagħhom, in-Netherlands għandha tħallas l-ispejjeż.

(b)

Il-persuni msemmija fil-punt 1(a)(i) iridu, skont id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) jkunu koperti b'assigurazzjoni ma' assiguratur tal-kura tas-saħħa, u l-persuni msemmija fil-punt 1(a)(ii) iridu jirreġistraw mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord tal-Assigurazzjoni għall-Kura tas-Saħħa).

(c)

Id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) u tal-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali) li jikkonċernaw ir-responsabbiltà għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija fil-punt (a) u l-membri tal-familji tagħhom. Fir-rigward tal-membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu mill-persuna li minnha joriġina d-dritt għall-kura tas-saħħa, bl-eċċezzjoni tal-membri tal-familja ta' persunal militari li jgħixu fi Stat ieħor li għandhom iħallsu direttament.

(d)

Id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) dwar l-assigurazzjoni li ssir tard għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta' reġistrazzjoni magħmula tard mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord tal-Assigurazzjoni għall-Kura tas-Saħħa) fir-rigward tal-persuni msemmija fil-punt (a)(ii).

(e)

Persuni intitolati għall-benefiċċji in natura bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor barra min-Netherlands li huma residenti fin-Netherlands jew jissoġġornaw temporanjament fin-Netherlands għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji in natura skont il-polza offruta lill-persuni assigurati fin-Netherlands mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew il-post ta' soġġorn, filwaqt li jitqies l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taz-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa), kif ukoll il-benefiċċji in natura previsti mill-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali).

(f)

Għall-finijiet tal-Artikoli SSC.21 sa SSC.27 ta' dan il-Protokoll, il-benefiċċji li ġejjin barra mill-pensjonijiet koperti mit-Titoli III, Kapitoli 4 u 5 ta' dan il-Protokoll, għandhom jiġu ttrattati bħala pensjonijiet dovuti skont il-leġiżlazzjoni Netherlandiża:

il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tas-6 ta' Jannar 1966 dwar il-pensjonijiet għall-ħaddiema taċ-ċivil u s-superstiti tagħhom (Algemene burgerlijke pensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet għas-Servizz Pubbliku tan-Netherlands),

il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tas-6 ta' Ottubru 1966 dwar il-pensjonijiet għall-persunal militari u s-superstiti tagħhom (Algemene militaire pensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet Militari),

il-benefiċċji għall-inkapaċità għax-xogħol li jingħataw skont il-Liġi tas-7 ta' Ġunju 1972 dwar il-benefiċċji għall-inkapaċità għax-xogħol għall-persunal militari (Wetarbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen) (l-Att dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol),

il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tal-15 ta' Frar 1967 dwar pensjonijiet għall-impjegati tal-NV Nederlandse Spoorwegen (il-Kumpanija tal-Ferroviji tal-Olanda) u s-superstiti tagħhom (Spoorwegpensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet għall-Persunal tal-Ferroviji),

il-pensjonijiet li jingħataw skont ir-Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (ir-Regolament li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-Kumpanija tal-Ferroviji tan-Netherlands),

il-benefiċċji li jingħataw lill-persuni rtirati mix-xogħol qabel ikunu laħqu l-età tal-pensjoni ta' 65 sena taħt pensjoni mfassla biex tipprovdi dħul għal persuni fix-xjuħithom li qabel kienu impjegati, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta' ħruġ prematur mis-suq tax-xogħol taħt skema stabbilita mill-Istat jew minn qbil industrijali għall-persuni li għandhom 55 sena jew aktar,

il-benefiċċji li jingħataw lill-persunal militari u impjegati taċ-ċivil taħt skema applikabbli fil-każ ta' telf ta' impjieg, ħlas ta' pensjoni u rtirar kmieni.

(g)

Għall-finijiet tal-Artikolu SSC.16(1) ta' dan il-Protokoll, il-persuni msemmija fil-punt (a)(ii) ta' dan il-paragrafu li jissoġġornaw temporanjament fin-Netherlands għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji in natura skont il-polza offruta lill-persuni assigurati fin-Netherlands mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, filwaqt li jitqiesu l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taz-Zorgverzekeringswet (Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa), kif ukoll il-benefiċċji in natura previsti mill-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali).

2.   Applikazzjoni tal-Algemene Ouderdomswet (AOW) (Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet tax-Xjuħija)

(a)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) tal-AOW (Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet tal-Xjuħija) ma għandux jiġi applikat għas-snin kalendarji qabel l-1 ta' Jannar 1957 li matulhom ir-riċevitur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta' assigurazzjoni:

kienet residenti fin-Netherlands bejn l-età ta' 15 u 65,

filwaqt li kienet residenti fi Stat ieħor, ħadmet fin-Netherlands għal impjegatur stabbilit fin-Netherlands, jew

ħadmet fi Stat ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta' assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tan-Netherlands.

B'deroga mill-Artikolu 7 tal-AOW, kull min kien residenti jew ħadem fin-Netherlands b'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq qabel l-1 ta' Jannar 1957 biss għandu jitqies ukoll bħala intitolat għal pensjoni.

(b)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) tal-AOW ma għandux japplika għas-snin kalendarji qabel it-2 ta' Awwissu 1989 li matulhom persuna, bejn l-età ta' 15 u 65, li hija jew li kienet miżżewġa ma kinitx assigurata skont il-leġiżlazzjoni ta' hawn fuq, filwaqt li kienet residenti fit-territorju ta' Stat ieħor barra min-Netherlands, jekk dawn is-snin kalendarji jikkoinċidu ma' perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa mill-konjuġi tal-persuna skont il-leġiżlazzjoni ta' hawn fuq jew ma' snin kalendarji li għandhom jitqiesu skont il-punt 2(a), sakemm li ż-żwieġ tal-koppja kien jeżisti matul dak iż-żmien.

B'deroga mill-Artikolu 7 tal-AOW, tali persuna għandha titqies bħala intitolata għal pensjoni.

(c)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-AOW ma għandux japplika għas-snin kalendarji qabel l-1 ta' Jannar 1957 li matulhom il-konjuġi ta' persuna pensjonanta li jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta' assigurazzjoni:

kien residenti fin-Netherlands bejn l-età ta' 15 u 65, jew

filwaqt li kienet residenti fi Stat ieħor, ħadmet fin-Netherlands għal impjegatur stabbilit fin-Netherlands, jew

ħadem fi Stat ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta' assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tan-Netherlands.

(d)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-AOW ma għandux japplika għas-snin kalendarji qabel it-2 ta' Awwissu 1989 li matulhom il-konjuġi ta' persuna pensjonanta kien residenti fi Stat ieħor barra min-Netherlands, bejn l-età ta' 15 u 65, ma kienx assigurat skont l-AOW, jekk dawk is-snin kalendarji jikkoinċidu ma' perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa mill-persuna pensjonanta skont dik il-leġiżlazzjoni jew ma' snin kalendarji li għandhom jitqiesu skont il-punt 2(a), sakemm li ż-żwieġ tal-koppja kien jeżisti matul dak iż-żmien.

(e)

Il-punti 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) ma għandhomx japplikaw għall-perjodi li jikkoinċidu ma':

perjodi li jistgħu jitqiesu fil-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni tax-xjuħija ta' Stat ieħor barra min-Netherlands, jew

perjodi li għalihom il-persuna kkonċernata tkun ħadet pensjoni tax-xjuħija skont tali leġiżlazzjoni.

Il-perjodi ta' assigurazzjoni volontarja skont is-sistema ta' Stat ieħor ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta' dan il-punt.

(f)

Il-punti 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) għandhom japplikaw biss jekk il-persuna kkonċernata kienet residenti fi Stat wieħed jew aktar għal sitt 6 snin wara l-età ta' 59 u għaż-żmien biss li matulu dik il-persuna kienet residenti f'wieħed minn dawk l-Istati.

(g)

B'deroga mill-Kapitolu IV tal-AOW, kull min hu residenti fi Stat ieħor barra n-Netherlands li l-konjuġi tiegħu huwa kopert minn assigurazzjoni obbligatorja skont dik il-leġiżlazzjoni għandu jkun awtorizzat li jagħmel assigurazzjoni volontarja skont dik il-leġiżlazzjoni għal perjodi li matulhom il-konjuġi huwa assigurat b'mod obbligatorju.

Din l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tieqaf meta l-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi tintemm b'riżultat ta' mewtha u fejn is-superstiti jirċievi biss pensjoni skont l-Algemene nabestaandenwet (Att Ġenerali dwar il-Qraba Superstiti).

Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta' 65.

Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja skont l-AOW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta' assigurazzjoni kif imsemmi fil-punt 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita f'konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja skont l-AOW, u l-introjtu li għandu jitqies fil-kalkolu għandu jitqies li ġie riċevut fin-Netherlands.

(h)

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 2(g) ma għandhiex tingħata lil xi ħadd li jkun assigurat skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor dwar il-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-superstiti.

(i)

Kull min ikun jixtieq jagħmel assigurazzjoni volontarja skont il-punt 2(g) għandu jintalab japplika għaliha fil-Bank tal-Assigurazzjoni Soċjali (Sociale Verzekeringsbank) sa mhux aktar tard minn sena (1) wara d-data li fiha l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni jkunu sodisfatti.

3.   Applikazzjoni tal-Algemene nabestaandenwet (ANW) (Att Ġenerali dwar il-Qraba Superstiti)

(a)

Meta l-konjuġi superstiti jkun intitolat għal pensjoni tas-superstiti skont l-ANW (l-Att Ġenerali dwar il-Qraba Superstiti) skont l-Artikolu SSC.46(3) ta' dan il-Protokoll, dik il-pensjoni għandha tiġi kkalkolata skont il-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll.

Għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, il-perjodi ta' assigurazzjoni qabel l-1 ta' Ottubru 1959 għandhom jitqiesu wkoll bħala perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands jekk matul dawk il-perjodi l-persuna assigurata, wara l-età ta' 15-il sena:

kienet residenti fin-Netherlands; jew

filwaqt li kienet residenti fi Stat ieħor, ħadmet fin-Netherlands għal impjegatur stabbilit fin-Netherlands; jew

ħadmet fi Stat ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta' assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tan-Netherlands.

(b)

Il-perjodi għall-konsiderazzjoni skont il-punt 3(a), li jikkoinċidu ma' perjodi ta' assigurazzjoni obbligatorja mwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor fir-rigward ta' pensjonijiet tas-superstiti, ma għandhomx jitqiesu.

(c)

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, huma biss il-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands wara l-età ta' 15-il sena li għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' assigurazzjoni.

(d)

B'deroga mill-Artikolu 63a(1) tal-ANW, persuna residenti fi Stat ieħor barra min-Netherlands li l-konjuġi tagħha huwa assigurat b'mod obbligatorju skont l-ANW għandha tkun awtorizzata li tagħmel assigurazzjoni volontarja skont l-ANW, sakemm din l-assigurazzjoni tkun diġà bdiet sad-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, iżda tkun biss għal perjodi li matulhom il-konjuġi jkun assigurat b'mod obbligatorju.

Dik l-awtorizzazzjoni għandha tieqaf mid-data tat-tmiem tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi skont l-ANW, sakemm l-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi ma tintemmx b'riżultat tal-mewt tiegħu u fejn is-superstiti jirċievi biss pensjoni skont l-ANW.

Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta' 65.

Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni volontarja skont l-ANW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta' assigurazzjoni kif imsemmi fil-punt 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita f'konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja skont l-ANW, u l-introjtu li għandu jitqies fil-kalkolu għandu jitqies li ġie riċevut fin-Netherlands.

4.   Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tan-Netherlands dwar l-inkapaċità għax-xogħol

Fil-kalkolu tal-benefiċċji skont id-WAO, id-WIA jew id-WAZ, l-istituzzjonijiet tan-Netherlands għandhom iqisu:

il-perjodi ta' impjieg bi ħlas, u l-perjodi ttrattati bħala tali, imwettqa fin-Netherlands qabel l-1 ta' Lulju 1967,

il-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont id-WAO,

il-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa mill-persuna kkonċernata, wara l-età ta' 15-il sena, skont l-Algemene Arbeidsongeschiktheidswet (l-Att Ġenerali dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol), sakemm dawn ma jikkoinċidux mal-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont id-WAO,

il-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont id-WAZ,

il-perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skont id-WIA.

SPANJA

1.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-punt (1)(b) tal-Artikolu SSC 47(1) ta' dan il-Protokoll, is-snin li l-ħaddiem ikun jonqsu biex jilħqu l-età tal-pensjoni jew l-età tal-irtirar obbligatorju kif stipulat taħt l-Artikolu 31(4) tal-verżjoni kkonsolidata tal-Ley de Clases pasivas del Estado (il-Liġi dwar il-Pensjonanti tal-Istat) għandhom jitqiesu bħala snin ta' servizz lill-Istat fil-każ biss li fiż-żmien li jseħħ l-avveniment li għalih tkun dovuta pensjoni ta' invalidità jew ta' mewt, il-benefiċjarju kien kopert mill-iskema speċjali Spanjola għall-impjegati taċ-ċivil jew kien qed iwettaq attività assimilata taħt l-iskema, jew jekk, fi żmien l-avveniment li fih huma dovuti l-pensjonijiet, il-benefiċjarju kien qed iwettaq attività li kienet teħtieġ li l-persuna kkonċernata tiġi inkluża taħt l-iskema speċjali tal-Istat għall-impjegati ċivili, il-forzi armati jew il-ġudikatura, kieku l-attività twettqet fi Spanja.

2.

(a)

Skont il-punt (c) tal-Artikolu SSC.51(1), il-kalkolu tal-benefiċċju teoretiku Spanjol għandu jsir fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet attwali tal-persuna matul is-snin li jiġu immedjatament qabel il-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Meta, fil-kalkolu tal-ammont bażiku għall-pensjoni, perjodi ta' assigurazzjoni u/jew ta' residenza skont il-leġiżlazzjoni ta' Stati oħra jkollhom jittieħdu inkonsiderazzjoni, il-bażi tal-kontribuzzjoni fi Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien għall-perjodi ta' referenza għandha tintuża għal dawk il-perjodi, waqt li jitqies l-iżvilupp tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.

(b)

L-ammont ta' pensjoni miksub għandu jiżdied bl-ammont taż-żidiet u r-rivalutazzjonijiet ikkalkulati għal kull sena sussegwenti għal pensjonijiet tal-istess natura.

3.

Perjodi mwettqa fi Stati oħra li jridu ikunu kkalkolati fl-iskema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod, għall-finijiet tal-Artikolu SSC.51 ta' dan il-Protokoll, bħala l-perjodi l-eqreb fiż-żmien kopert bħala impjegat taċ-ċivili fi Spanja.

4.

L-ammonti addizzjonali bbażati fuq l-età imsemmija fit-Tieni Dispożizzjoni Tranżizzjonali tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu applikabbli għall-benefiċjarji kollha tal-Protokoll li għandhom kontribuzzjonijiet f'isimhom skont il-leġiżlazzjoni Spanjola qabel l-1 ta' Jannar 1967; Ma għandux ikun possibbli, bl-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.6 ta' dan il-Protokoll, li perjodi ta' assigurazzjoni akkreditati fi Stat ieħor qabel l-1 ta' Jannar 1967 jiġu ttrattati l-istess bħal kontribuzzjonijiet imħallsa fi Spanja, għall-finijiet biss tal-Protokoll. Id-data li tikkorrispondi għall-1 ta' Jannar 1967 għandha tkun l-1 ta' Awwissu 1970 għall-Iskema Speċjali għall-Baħrin u l-1 ta' April 1969 għall-Iskema Speċjali ta' Sigurtà Soċjali għal Attivitajiet fil-Minjieri tal-Faħam.

L-IŻVEZJA

1.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi ta' assigurazzjoni u perjodi ta' residenza ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-leġiżlazzjoni Żvediża dwar il-dritt għal pensjoni garantita għal persuni mwielda fl-1937 jew qabel dan, li kienu residenti fl-Iżvezja għal perjodu speċifikat qabel ma applikaw għal pensjoni (l-Att 2000:798).

2.

Sabiex jiġi kkalkulat id-dħul għal kumpens nozzjonali għal mard u għal attività relatati mad-dħul skont il-Kapitolu 8 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkring (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali), għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn il-persuna assigurata, matul il-perjodu ta' referenza, kienet ukoll suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew iktar minħabba attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, id-dħul fl-Istat(i) kkonċernat(i) għandu jitqies bħala ekwivalenti għad-dħul gross medju tal-persuna assigurata fl-Iżvezja matul il-parti tal-perjodu ta' referenza fl-Iżvezja, ikkalkulat billi jiġi diviż il-qligħ fl-Iżvezja bin-numru ta' snin li fihom ikun akkumula dak il-qligħ;

3.

(a)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-assi nozzjonali tal-pensjoni għall-pensjoni ta' superstiti bbażata fuq id-dħul (l-Att 2000:461), jekk ma tkunx sodisfatta l-ħtieġa fil-leġiżlazzjoni Żvediża għad-dritt għall-pensjoni fir-rigward ta' mill-inqas tlieta mill-ħames snin kalendarji eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta' referenza), għandhom jitqiesu wkoll il-perjodi ta' assigurazzjoni magħmula fi Stati Membri oħra daqslikieku dawn kienu ġew magħmula fl-Iżvezja. Il-perjodi ta' assigurazzjoni fi Stati oħra għandhom jitqiesu li huma bbażati fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Żvediża. Jekk il-persuna kkonċernata għandha sena (1) biss fl-Iżvezja b'bażi ta' pensjoni, kull perjodu ta' assigurazzjoni fi Stat ieħor għandu jitqies li jikkostitwixxi l-istess ammont.

(b)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-krediti nozzjonali tal-pensjoni, għall-pensjonijiet tan-nisa romol relatati ma' mwiet fl-1 ta' Jannar 2003 jew wara, jekk il-ħtieġa fil-leġiżlazzjoni Żvediża għall-krediti tal-pensjoni f'mill-inqas sentejn mill-erba' snin li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta' referenza) ma jiġux sodisfatti u perjodi ta' assigurazzjoni kienu magħmula fi Stat ieħor matul il-perjodu ta' referenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala bbażati fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħal tas-sena Żvediża.

IR-RENJU UNIT

1.

Meta, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, persuna tista' tkun intitolata għal pensjoni tal-irtirar jekk:

(a)

il-kontribuzzjonijiet tal-ex konjuġi jitqiesu daqslikieku kienu l-kontribuzzjonijiet ta' dik il-persuna stess; jew

(b)

il-kundizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjonijiet huma sodisfatti mill-konjuġi jew l-ex konjuġi ta' dik il-persuna, u sakemm, f'kull każ, il-konjuġi jew l-ex konjuġi tkun jew kienet qed tipprattika attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' żewġ Stati jew aktar, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll għandhom japplikaw sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. F'dak il-każ, ir-referenzi fl-Artikoli SSC.44 sa SSC.55 ta' dan il-Protokoll għal "perjodi ta' assigurazzjoni" għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa minn:

(i)

konjuġi jew ex konjuġi, meta ssir pretensjoni minn:

mara miżżewġa; jew

persuna li ż-żwieġ tagħha jkun spiċċa b'mod ieħor li mhux il-mewt tal-konjuġi; jew

(ii)

ex konjuġi, meta ssir pretensjoni minn:

armel li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni ma jkunx intitolat għal allowance ta' ġenitur armel; jew

armla li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni ma tkunx intitolata għal allowance ta' omm armla, allowance ta' ġenitur armel jew pensjoni tar-romol, jew li tkun intitolata biss għal pensjoni tar-romol relatata mal-età, ikkalkolata skont il-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, u għal dan l-iskop "pensjoni tar-romol relatata mal-età" tfisser pensjoni tar-romol pagabbli b'rata mnaqqsa skont it-Taqsima 39(4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992.

2.

Għall-finijiet tal-Artikolu SSC.8 ta' dan il-Protokoll fil-każ ta' benefiċċji fi flus tax-xjuħija jew tas-superstiti, pensjonijiet għal inċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali jew għotjiet f'każ ta' mewt, kwalunkwe benefiċjarju skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li jkun qed jissoġġorna fit-territorju ta' Stat ieħor, għandu, matul is-soġġorn, jitqies daqslikieku kien jirrisjedi fit-territorju ta' dak l-Istat ieħor.

3.

(1)

Għall-fini tal-kalkolu tal-fattur ta' qligħ sabiex jiġi ddeterminat id-dritt għall-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għal kull ġimgħa ta' attività bħala persuna impjegata skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, u li tkun bdiet matul is-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, il-persuna kkonċernata għandha titqies li tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet ta' persuna impjegata li qalgħet il-flus, jew li jkollha dħul li fuqu tħallsu l-kontribuzzjonijiet, fuq il-bażi ta' qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi tal-ogħla limitu ta' dħul għal dik is-sena.

(2)

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, meta:

(a)

fi kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta' April 1975 jew wara, persuna li tkun qed twettaq attività bħala persuna impjegata u tkun wettqet perjodi ta' assigurazzjoni, ta' impjieg jew ta' residenza esklużivament fi Stat Membru, u l-applikazzjoni tal-punt (1) ta' dan il-paragrafu, tirriżulta li dik is-sena tingħadd bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, hija għandha titqies li kienet assigurata għal 52 ġimgħa f'dik is-sena f'dak l-Istat Membru;

(b)

kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta' April 1975 jew wara ma tgħoddx bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, kwalunkwe perjodu ta' assigurazzjoni, ta' impjieg jew ta' residenza mwettaq f'dik is-sena ma għandux jitqies.

(3)

Għall-fini tal-konverżjoni tal-fattur tad-dħul f'perjodi ta' assigurazzjoni, il-fattur tad-dħul miksub fis-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għandu jiġi diviż bil-limitu l-aktar baxx tad-dħul għal dik is-sena. Ir-riżultat għandu jkun espress bħala numru sħiħ, kwalunkwe frazzjoni li jibqa' tiġi injorata. Iċ-ċifra kkalkulata b'dan il-mod għandha tiġi ttrattata bħala li tirrappreżenta n-numru ta' ġimgħat ta' assigurazzjoni mwettqa skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena, sakemm it-tali ċifra ma taqbiżx in-numru ta' ġimgħat f'dik is-sena li matulhom il-persuna kienet suġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.


ANNESS SSC-7

PARTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1

Artikolu SSCI.1

Definizzjonijiet

1.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu SSC.1 ta' dan il-Protokoll.

2.

Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

"punt ta' aċċess" tfisser entità li tipprovdi:

(i)

punt ta' kuntatt elettroniku;

(ii)

għażla tar-rotot awtomatika bbażata fuq l-indirizz; u

(iii)

għażla tar-rotot intelliġenti bbażata fuq software li jippermetti verifika u għażla tar-rotot awtomatiċi (pereżempju, applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali) jew intervent mill-bniedem;

(b)

"korp ta' kollegament" tfisser kwalunkwe korp maħtur mill-awtorità kompetenti ta' Stat għal fergħa waħda jew aktar tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu SSC.3 ta' dan il-Protokoll biex iwieġeb għal talbiet għal informazzjoni u assistenza għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u ta' dan l-Anness u li għandu jwettaq il-kompiti assenjati lilu skont it-Titolu IV ta' dan l-Anness;

(c)

"dokument" tfisser sett ta' data, irrispettivament mill-mezz użat, strutturat b'tali mod li jkun jista' jiġi skambjat b'mod elettroniku u li jrid jiġi kkomunikat sabiex jippermetti l-operat ta' dan il-Protokoll u dan l-Anness;

(d)

"Dokument Elettroniku Strutturat" tfisser kwalunkwe dokument strutturat f'format imfassal għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni bejn l-Istati;

(e)

"trażmissjoni b'mezzi elettroniċi" tfisser it-trażmissjoni ta' data permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) ta' data u bl-użu ta' wires, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew kwalunkwe mezz elettromanjetiku ieħor;

(f)

"frodi" tfisser kwalunkwe att deliberat jew ommissjoni deliberata, imwettqa bl-intenzjoni li:

(i)

persuna tirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali, jew tippermetti li persuna oħra tirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali, meta l-kundizzjonijiet tal-intitolament għal tali benefiċċji skont il-liġi tal-Istat(i) kkonċernat(i) jew il-Protokoll ma jkunux issodisfati; jew

(ii)

tevita li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jew tippermetti li persuna oħra tevita li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, meta dawn il-kontribuzzjonijiet ikunu meħtieġa skont il-liġi tal-Istat(i) kkonċernat(i) jew ta' dan il-Protokoll.

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOOPERAZZJONI U L-ISKAMBJU TAD-DATA

Artikolu SSCI.2

Kamp ta' applikazzjoni u regoli għal skambji bejn l-istituzzjonijiet

1.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness l-iskambji bejn l-awtoritajiet tal-Istati u l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti mill-Protokoll għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-effiċjenza, l-assistenza attiva, it-twassil rapidu u l-aċċessibbiltà, inkluża l-aċċessibbiltà elettronika, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani.

2.

L-istituzzjonijiet għandhom mingħajr dewmien jipprovdu jew jiskambjaw id-data kollha meħtieġa biex jiġu stabbiliti u ddeterminati d-drittijiet u l-obbligi ta' persuni li għalihom japplika dan il-Protokoll. Tali data għandha tiġi trasferita bejn l-Istati direttament mill-istituzzjonijiet infishom jew indirettament permezz tal-korpi ta' kollegament.

3.

Meta bi żvista persuna tkun ippreżentat informazzjoni, dokumenti jew pretensjonijiet lil istituzzjoni fit-territorju ta' Stat ieħor minbarra dak li fih tkun tinsab l-istituzzjoni nominata, skont dan l-Anness, l-informazzjoni, id-dokumenti jew il-pretensjonijiet għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati mingħajr dewmien mill-istituzzjoni ta' qabel lill-istituzzjoni maħtura skont dan l-Anness, filwaqt li tiġi indikata d-data li fiha huma ġew ippreżentati inizjalment. Din id-data għandha tkun vinkolanti għall-istituzzjoni tal-aħħar. L-istituzzjonijiet tal-Istati ma għandhomx, madankollu, jinżammu responsabbli, jew jitqiesu li jkunu ħadu deċiżjoni minħabba n-nuqqas tagħhom li jaġixxu bħala riżultat tat-trażmissjoni tard ta' informazzjoni, dokumenti jew pretensjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-Istati.

4.

Meta d-data tiġi ttrasferita indirettament permezz tal-korp ta' kollegament tal-Istat tad-destinazzjoni, il-limiti ta' żmien għat-tweġibiet tal-pretensjonijiet għandhom jibdew mid-data ta' meta dan il-korp ta' kollegament ikun irċieva l-pretensjoni, daqslikieku din tkun waslet għand l-istituzzjoni f'dak l-Istat.

Artikolu SSCI.3

Kamp ta' applikazzjoni u regoli għal skambji bejn il-persuni kkonċernati u l-istituzzjonijiet

1.

L-Istati għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni kkonċernati sabiex tinformahom dwar id-dispożizzjonijiet introdotti mill-Protokoll u dan l-Anness sabiex ikunu jistgħu jasserixxu d-drittijiet tagħhom. Dawn għandhom jipprevedu wkoll servizzi faċli għall-utent.

2.

Il-persuni li għalihom japplika l-Protokoll għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-istituzzjoni rilevanti l-informazzjoni, id-dokumenti jew l-evidenza ta' sostenn meħtieġa biex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni tagħhom jew dik tal-familji tagħhom, biex jiġu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u biex jiġu ddeterminati l-leġiżlazzjoni applikabbli u l-obbligi tagħhom skont din.

3.

Sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u ta' dan l-Anness, l-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jibagħtu l-informazzjoni u joħorġu d-dokumenti lill-persuni kkonċernati mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fil-limitu ta' żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni tal-Istat inkwistjoni.

L-istituzzjoni rilevanti għandha tinnotifika lill-pretendent li jirrisjedi jew li jissoġġorna fi Stat ieħor bid-deċiżjoni tagħha direttament jew permezz tal-korp ta' kollegament tal-Istat ta' residenza jew ta' soġġorn. Meta tirrifjuta li tagħti l-benefiċċji, din għandha tindika wkoll ir-raġunijiet għar-rifjut, ir-rimedji u l-perjodi permessi għall-appelli. Kopja ta' din id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti.

Artikolu SSCI.4

Formoli, dokumenti u metodi ta' skambju ta' data

1.

Soġġett għall-Artikolu SSCI.75 u l-Appendiċi SSCI-2, l-istruttura, il-kontenut u l-format tal-formoli u d-dokumenti maħruġa f'isem l-Istati għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll għandhom jiġu miftiehma mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

2.

It-trażmissjoni tad-data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta' kollegament tista', soġġett għall-approvazzjoni tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, titwettaq permezz tal-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali. Sa fejn il-formoli u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu skambjati permezz tal-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali, huma għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli għal dik is-sistema.

Fejn it-trażmissjoni tad-data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta' kollegament ma ssirx permezz tal-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali, l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' kollegament rilevanti għandhom jużaw l-arranġamenti xierqa għal kull każ, u jiffavorixxu l-użu ta' mezzi elettroniċi kemm jista' jkun.

3.

Fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-persuni kkonċernati, l-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jużaw l-arranġamenti xierqa għal kull każ, u jiffavorixxu l-użu ta' mezzi elettroniċi kemm jista' jkun.

Artikolu SSCI.5

Valur legali tad-dokumenti u l-evidenza ta' sostenn maħruġa fi Stat ieħor

1.

Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta' Stat u li juru l-pożizzjoni ta' persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u ta' dan l-Anness, u l-evidenza ta' sostenn li fuq il-bażi tagħha jkunu nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati l-oħra sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat li fih ikunu nħarġu.

2.

F'każ ta' dubju dwar il-validità ta' dokument jew il-preċiżjoni tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-Istat li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni emittenti għall-kjarifika meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta' dak id-dokument. L-istituzzjoni emittenti għandha tqis mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk ikun meħtieġ, tirtirah.

3.

Skont il-paragrafu 2, f'każ ta' dubju dwar l-informazzjoni pprovduta mill-persuni kkonċernati, dwar il-validità ta' dokument jew l-evidenza ta' sostenn jew il-preċiżjoni tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-post ta' soġġorn jew ta' residenza għandha, sa fejn ikun possibbli, b'talba mill-istituzzjoni kompetenti, twettaq il-verifika meħtieġa ta' din l-informazzjoni jew ta' dan id-dokument.

4.

Meta ma jintlaħaq l-ebda ftehim bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha l-istituzzjoni li tkun irċeviet id-dokument tkun ippreżentat it-talba tagħha. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jagħmel ħiltu biex jirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun tressqet quddiemu.

Artikolu SSCI.6

Applikazzjoni proviżorja tal-leġiżlazzjoni u għoti proviżorju ta' benefiċċji

1.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan l-Anness, fejn ikun hemm differenza ta' fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati jew aktar dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, il-persuna kkonċernata għandha tiġi soġġetta b'mod proviżorju għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed minn dawk l-Istati, fejn l-ordni ta' prijorità tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat fejn il-persuna attwalment twettaq l-impjieg jew l-impjieg indipendenti tagħha, jekk l-impjieg jew l-impjieg indipendenti jitwettaq fi Stat wieħed biss;

(b)

il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza jekk il-persuna kkonċernata twettaq impjieg jew impjieg indipendenti f'żewġ Stati jew aktar u twettaq parti mill-attività jew attivitajiet tagħha fl-Istat ta' residenza, jew jekk il-persuna kkonċernata la tkun impjegata u lanqas ma tkun taħdem b'impjieg indipendenti;

(c)

fil-każijiet l-oħra kollha, il-leġiżlazzjoni tal-Istat, li tkun intalbet l-applikazzjoni tiegħu l-ewwel jekk il-persuna twettaq attività, jew attivitajiet, f'żewġ Stati jew aktar.

2.

F'każ ta' differenza ta' fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati jew aktar dwar liema istituzzjoni jenħtieġ li tipprovdi l-benefiċċji fi flus jew in natura, il-persuna kkonċernata li tista' titlob benefiċċji jekk ma kienx hemm xi kontestazzjoni għandha tkun intitolata, fuq bażi proviżorja, għall-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza ta' dik il-persuna jew, jekk dik il-persuna ma tirrisjedix fit-territorju ta' wieħed mill-Istati kkonċernati, għall-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet ippreżentata t-talba l-ewwel.

3.

Meta ma jintlaħaq l-ebda ftehim bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ikkonċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali minn Parti mhux qabel xahar wara d-data li fiha tkun tqajmet id-differenza ta' fehmiet, kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jfittex li jirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun tressqet quddiemu.

4.

Meta jiġi stabbilit jew li l-leġiżlazzjoni applikabbli mhijiex dik tal-Istat li fih seħħet is-sħubija proviżorja, jew li l-istituzzjoni li tkun tat il-benefiċċji fuq bażi proviżorja ma kinitx l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha titqies bħala kompetenti b'mod retroattiv daqslikieku dik id-differenza ta' fehmiet ma kinitx teżisti, sa mhux aktar tard mid-data tas-sħubija proviżorja jew mill-ewwel għoti proviżorju tal-benefiċċji kkonċernati.

5.

Jekk ikun meħtieġ, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti u l-istituzzjoni li ħallset b'mod proviżorju l-benefiċċji fi flus jew irċeviet b'mod proviżorju kontribuzzjonijiet għandhom jirregolaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna kkonċernata fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet u benefiċċji fi flus imħallsa b'mod proviżorju, fejn ikun xieraq, skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV ta' dan l-Anness.

Il-benefiċċji in natura mogħtija b'mod proviżorju minn istituzzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu rimborżati mill-istituzzjoni kompetenti skont it-Titolu IV ta' dan l-Anness.

Artikolu SSCI.7

Kalkolu proviżorju tal-benefiċċji u tal-kontribuzzjonijiet

1.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan l-Anness, meta persuna tkun eliġibbli għal benefiċċju, jew ikollha tħallas kontribuzzjoni f'konformità ma' dan il-Protokoll, u l-istituzzjoni kompetenti ma jkollhiex l-informazzjoni kollha rigward is-sitwazzjoni fi Stat ieħor, liema informazzjoni tkun meħtieġa biex jiġi kkalkulat b'mod definittiv l-ammont ta' dak il-benefiċċju jew ta' dik il-kontribuzzjoni, dik l-istituzzjoni għandha, fuq talba mill-persuna kkonċernata, tagħti dan il-benefiċċju jew tikkalkula din il-kontribuzzjoni fuq bażi proviżorja, jekk ikun possibbli li jsir dan il-kalkolu abbażi tal-informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha dik l-istituzzjoni.

2.

Il-benefiċċju jew il-kontribuzzjoni kkonċernata għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid ladarba l-evidenza jew id-dokumenti kollha ta' prova jkun ġew ipprovduti lill-istituzzjoni kkonċernata.

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI OĦRA GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAN IL-PROTOKOLL

Artikolu SSCI.8

Proċeduri oħrajn bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet

1.

Żewġ Stati jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu dwar proċeduri oħra għajr dawk previsti f'dan l-Anness, bil-kundizzjoni li tali proċeduri ma jaffettwawx b'mod negattiv id-drittijiet jew l-obbligi tal-persuni kkonċernati.

2.

Kwalunkwe ftehim konkluż għal dan il-għan għandu jiġi notifikat lill-Kumitat Speċjalizzat għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u elenkat fl-Appendiċi SSCI-1.

3.

Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet ta' implimentazzjoni konklużi bejn żewġ Stati jew aktar bl-istess għan bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 2, jew b'għan simili, li jkunu fis-seħħ fil-jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għandhom jkomplu japplikaw, għall-finijiet tar-relazzjoni bejn dawk l-Istati, sakemm ikunu inklużi wkoll fl-Appendiċi SSCI-1 għal dan il-Protokoll.

Artikolu SSCI.9

Prevenzjoni ta' sovrappożizzjoni ta' benefiċċji

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra f'dan il-Protokoll, meta l-benefiċċji dovuti skont il-leġiżlazzjoni ta' żewġ Stati jew aktar ikunu mnaqqsa, sospiżi jew irtirati reċiprokament, kwalunkwe ammont li ma jkunx tħallas fil-każ tal-applikazzjoni stretta tar-regoli dwar tnaqqis, sospensjoni jew waqfien stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat għandu jiġi diviż bin-numru ta' benefiċċji soġġetti għal tnaqqis, sospensjoni jew irtirar.

Artikolu SSCI.10

Elementi għad-determinazzjoni tar-residenza

1.

Meta jkun hemm differenza bejn il-fehmiet tal-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta' persuna li għaliha japplika dan il-Protokoll, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi qbil komuni iċ-ċentru ta' interess tal-persuna kkonċernata, abbażi ta' valutazzjoni kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-fatti rilevanti, li jistgħu jinkludu, kif xieraq:

(a)

it-tul ta' żmien u l-kontinwità tal-preżenza fit-territorju tal-Istati kkonċernati;

(b)

is-sitwazzjoni ta' dik il-persuna, li tinkludi:

(i)

in-natura u l-karatteristiċi speċifiċi ta' kwalunkwe attività mwettqa, b'mod partikolari l-post fejn din l-attività normalment titwettaq, l-istabbiltà tal-attività u t-tul ta' żmien ta' kwalunkwe kuntratt tax-xogħol;

(ii)

l-istatus tal-familja u r-rabtiet familjari ta' dik il-persuna;

(iii)

it-twettiq ta' kwalunkwe attività mingħajr ħlas;

(iv)

fil-każ ta' studenti, is-sors tal-introjtu ta' dak l-istudent;

(v)

is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni ta' dik il-persuna, b'mod partikolari kemm hi permanenti;

(vi)

l-Istat li fih dik il-persuna titqies li tirrisjedi għall-finijiet ta' tassazzjoni.

2.

Fejn il-kunsiderazzjoni tal-kriterji diversi bbażati fuq il-fatti rilevanti kif stabbilit fil-paragrafu 1 ma twassalx għal ftehim bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati, l-intenzjoni tal-persuna, kif tidher minn tali fatti u ċirkostanzi, speċjalment ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna biex tiċċaqlaq, għandha tiġi meqjusa bħala deċiżiva għad-determinazzjoni tal-post ta' residenza reali ta' dik il-persuna.

3.

Iċ-ċentru ta' interess ta' student li jmur fi Stat ieħor biex isegwi kors ta' studju full time ma għandux jitqies li huwa fl-Istat tal-istudju għad-durata sħiħa tal-kors ta' studju f'dak l-Istat, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' konfutazzjoni ta' din is-suppożizzjoni.

4.

Il-paragrafu 3 japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-istudent.

Artikolu SSCI.11

Aggregazzjoni tal-perjodi

1.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.7, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkuntattja l-istituzzjonijiet tal-Istati li l-persuna kkonċernata kienet ukoll soġġetta għal-leġiżlazzjoni tagħhom biex jiġu ddeterminati l-perjodi kollha kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tagħhom.

2.

Il- perjodi rispettivi ta' assigurazzjoni, ta' impjieg, ta' impjieg għal rasha jew ta' residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat għandhom jiżdiedu ma' dawk ikkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta' kwalunkwe Stat ieħor, sa fejn dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.7, bil-kundizzjoni li dawk ma jkunx hemm koinċidenza ta' dawn il-perjodi.

3.

Meta perjodu ta' assigurazzjoni jew ta' residenza li jkun ġie kkompletat f'konformità mal-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-leġiżlazzjoni ta' Stat jikkoinċidi ma' perjodu ta' assigurazzjoni kkompletat fuq il-bażi ta' assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata volontarja ta' Stat ieħor, il-perjodu kkompletat abbażi tal-assigurazzjoni obbligatorja biss għandu jitqies.

4.

Meta perjodu ta' assigurazzjoni jew ta' residenza għajr perjodu ekwivalenti mwettaq skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ikun jikkoinċidi ma' perjodu ekwivalenti fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, għandu jitqies biss il-perjodu għajr il-perjodu ekwivalenti.

5.

Kwalunkwe perjodu li jitqies bħala ekwivalenti skont il-leġiżlazzjonijiet ta' żewġ Stati jew aktar għandu jitqies biss mill-istituzzjoni tal-Istat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet soġġetta l-aħħar b'mod obbligatorju qabel dak il-perjodu. Fil-każ li l-persuna kkonċernata ma kinitx soġġetta b'mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni ta' Stat qabel dak il-perjodu, dan tal-aħħar għandu jitqies mill-istituzzjoni tal-Istat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet soġġetta b'mod obbligatorju għall-ewwel darba wara dak il-perjodu.

6.

Fil-każ li ż-żmien li matulu ċerti perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza kienu kkompletati skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ma jkunx jista' jiġi ddeterminat b'mod preċiż, għandu jiġi preżunt li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux ma' perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza kompletati skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, u dawn għandhom jitqiesu, fejn ikun ta' vantaġġ għall-persuna kkonċernata, sa fejn dawn ikunu jistgħu jitqiesu b'mod raġonevoli.

Artikolu SSCI.12

Regoli għall-konverżjoni ta' perjodi

1.

Fejn il-perjodi kkompletati skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ikunu espressi f'unitajiet differenti minn dawk previsti fil-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet tal-aggregazzjoni skont l- Artikolu SSC.7 għandha ssir skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-perjodu li jintuża bħala bażi għall-konverżjoni għandu jkun dak ikkomunikat mill- istituzzjoni tal-Istat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu jkun ġie kkompletat il-perjodu;

(b)

fil-każ ta' skemi fejn il-perjodi huma espressi f'jiem, il-konverżjoni minn jiem għal unitajiet oħrajn, u viċe versa, kif ukoll bejn skemi differenti bbażati fuq jiem għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tat-tabella li ġejja:

Skema bbażata fuq

Jum wieħed jikkorrispondi għal

Ġimgħa waħda tikkorrispondi għal

Xahar wieħed jikkorrispondi għal

Trimestru wieħed jikkorrispondi għal

Massimu ta' jiem f'sena kalendarja waħda

5 ijiem

9 sigħat

5 ijiem

22 jum

66 jum

264 jum

6 ijiem

8 sigħat

6 ijiem

26 jum

78 jum

312-il jum

7 ijiem

6 sigħat

7 ijiem

30 jum

90 jum

360 jum

(c)

fil-każ ta' skemi fejn il-perjodi huma espressi f'unitajiet li mhumiex jiem,

(i)

tliet xhur jew 13-il ġimgħa għandhom ikunu ekwivalenti għal trimestru wieħed, u viċe versa;

(ii)

sena waħda għandha tkun ekwivalenti għal erba' trimestri, 12-il xahar jew 52 ġimgħa, u viċe versa;

(iii)

għall-konverżjoni ta' ġimgħat f'xhur, u viċe versa, ġimgħat u xhur għandhom jiġu kkonvertiti f'jiem fuq il-bażi tar-regoli ta' konverżjoni għall-iskemi bbażati fuq sitt ijiem fit-tabella fil-punt (b);

(d)

fil-każ ta' perjodi espressi fi frazzjonijiet, dawn il-figuri għandhom jiġu kkonvertiti fl-iżgħar unità sħiħa li jmiss waqt li jiġu applikati r-regoli stabbiliti fil-punti (b) u (c). Frazzjonijiet ta' snin għandhom jiġu kkonvertiti f'xhur sakemm l-iskema involuta ma tkunx ibbażata fuq trimestri;

(e)

jekk il-konverżjoni skont dan il-paragrafu tirriżulta fi frazzjoni ta' unità, l-ogħla unità sħiħa li jmiss għandha tittieħed bħala r-riżultat tal-konverżjoni skont dan il-paragrafu.

2.

L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex ikollha l-effett li tipproduċi, għat-total sħiħ tal-perjodi mwettqa matul sena kalendarja waħda, total li jaqbeż in-numru ta' jiem indikat fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-punt (b) paragrafu 1 jew 52 ġimgħa jew 12-il xahar jew erba' trimestri.

Jekk il-perjodi li għandhom jiġu kkonvertiti jkunu jikkorrispondu għall-ammont annwali massimu ta' perjodi skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih ikunu ġew imwettqa, l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex tirriżulta fi żmien sena kalendarja waħda f'perjodi li jkunu iqsar mill-ammont annwali massimu ta' perjodi possibbli previsti skont il-leġiżlazzjoni kkonċernata.

3.

Il-konverżjoni għandha titwettaq jew f'operazzjoni waħda li tkopri dawk il-perjodi kollha li ġew komunikati bħala aggregat, jew għal kull sena, jekk il-perjodi ġew komunikati minn sena għall-oħra.

4.

Fejn istituzzjoni tikkomunika perjodi espressi f'jiem, hija għandha fl-istess ħin tindika jekk l-iskema li hija tamministra hijiex ibbażata fuq ħamest ijiem, sitt ijiem jew sebat ijiem.

TITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI

Artikolu SSCI.13

Dettalji relatati mal-Artikolu SSC.11 u SSC.12 ta' dan il-Protokoll

1.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu SSC.11(1), "persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat għal impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat minn dak l-impjegatur fi Stat ieħor" għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat fi Stat ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg ta' dik il-persuna, il-persuna kkonċernata kienet diġà suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih ikun stabbilit l-impjegatur tagħha.

2.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu SSC.11(1) ta' dan il-Protokoll, il-kliem "li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk" għandhom jirreferu għal impjegatur li normalment iwettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta' ġestjoni, fit-territorju tal-Istat li fih ikun stabbilita, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji rilevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa.

3.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.11(1) ta' dan il-Protokoll, il-kliem "li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha" għandhom jirreferu għal persuna li normalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat li fih dik il-persuna tkun stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna trid tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perjodu ta' attività temporanja fi Stat ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna.

4.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.11(1) ta' dan il-Protokoll, il-kriterju biex jiġi ddeterminat jekk l-attività li persuna li taħdem għal rasha tmur twettaq fi Stat ieħor hijiex "simili" għall-attività li hija normalment twettaq meta taħdem għal rasha għandu jkun dak tan-natura reali tal-attività, aktar milli tal-kwalifika tal-attività bħala dik ta' persuna impjegata jew dik ta' persuna li taħdem għal rasha li tista' tingħata lil din l-attività mill-Istat l-ieħor.

5.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.12(1) u (5) ta' dan il-Protokoll, persuna li "normalment twettaq attività bħala persuna impjegata" fi "Stat Membru wieħed jew aktar kif ukoll fir-Renju Unit", jew "f'żewġ Stat Membri jew aktar" rispettivament, għandha tirreferi għal persuna li teżerċita attività waħda jew aktar f' tali Stati, b'mod simultanju, jew b'alternanza, għall-istess impriża jew impjegatur jew għal diversi impriżi jew impjegaturi.

6.

Għall-finijiet tal-Artikolu SSC.12(1) u (5) ta' dan il-Protokoll, membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina impjegat li normalment iwettaq servizzi tal-passiġġieri tal-ajru jew tal-merkanzija f'żewġ Stati jew aktar għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat fejn tkun tinsab il-bażi residenzjali, kif definit fl-Artikolu SSC.1 ta' dan il-Protokoll.

7.

L-attivitajiet marġinali ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont l-Artikolu SSC.12. ta' dan il-Protokoll. L-Artikolu SSCI.15 għandu japplika fil-każijiet kollha f'dan l-Artikolu.

8.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.12(2) u (6) ta' dan il-Protokoll, persuna li "normalment twettaq attività bħala persuna impjegata għal rasha" fi "Stat Membru wieħed jew aktar kif ukoll fir-Renju Unit", jew "f'żewġ Stat Membri jew aktar" rispettivament, għandha tirreferi, b'mod partikolari, għal persuna li teżerċita attività waħda jew aktar ta' xogħol għal rasha f' tali Stati, b'mod simultanju, jew b'alternanza, irrispettivament min-natura ta' dawk l-attivitajiet f'dawk l-Istati.

9.

Bil-għan li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet tal-paragrafi 5 u 8 mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu SSC.11(1) ta' dan il-Protokoll, it-tul ta' żmien tal-attività fi Stat wieħed jew aktar (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta' natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċiżiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-fatti rilevanti kollha li jinkludu, b'mod partikolari fil-każ ta' persuna impjegata, il-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol.

10.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.12(1), (2), (5) u (6) ta' dan il-Protokoll, "parti sostanzjali tal-attività ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha" imwettqa fi Stat għandha tfisser li parti sostanzjali b'mod kwantitattiv tal-attivitajiet kollha tal-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha titwettaq hemmhekk, mingħajr ma din neċessarjament tkun il-parti l-kbira ta' dawn l-attivitajiet.

11.

Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali mill-attivitajiet titwettaqx fi Stat, għandhom jitqiesu l-kriterji indikattivi li ġejja:

(a)

fil-każ ta' attività bħala persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol jew ir-remunerazzjoni; u

(b)

fil-każ ta' attività bħala persuna li taħdem għal rasha, il-fatturat, il-ħin tax-xogħol, in-numru ta' servizzi mwettqa jew l-introjtu.

Fil-qafas ta' valutazzjoni ġenerali, sehem ta' inqas minn 25 % rigward il-kriterji msemmija hawn fuq għandu jkun indikazzjoni li parti sostanzjali tal-attivitajiet ma tkunx qed titwettaq fl-Istat rilevanti.

12.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.12(2) ta' dan il-Protokoll, iċ-"ċentru ta' interess" tal-attivitajiet ta' persuna li taħdem għal rasha għandu jiġi determinat billi jitqiesu l-aspetti kollha tal-attivitajiet okkupazzjonali ta' dik il-persuna, partikolarment il-post fejn ikun jinsab il-post tan-negozju fiss u permanenti, in-natura regolari jew id-durata tal-attivitajiet imwettqa, l-għadd ta' servizzi mogħtija u l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata kif żvelat miċ-ċirkostanzi kollha.

13.

Għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont il-paragrafi 10, 11 u 12, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom iqisu s-sitwazzjoni proġettata għat-12-il xahar kalendarji ta' wara.

14.

Fil-każ fejn persuna teżerċita l-attività tagħha bħala persuna impjegata f'żewġ Stati jew aktar f'isem impjegatur stabbilit barra mit-territorju tal-Istati, u jekk din il-persuna tkun tirrisjedi fi Stat mingħajr ma twettaq attività sostanzjali hemmhekk, hija għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza.

Artikolu SSCI.14

Proċeduri għall-applikazzjoni tal-punt (b)tal-Artikolu SSC.10(3), l-Artikolu SSC.10(4) u Artikolu SSC.11 ta' dan il-Protokoll (dwar l-għoti ta' informazzjoni lill-istituzzjonijiet ikkonċernati)

1.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Artikolu SSCI.15 ta' dan l-Anness, meta persuna twettaq l-attività tagħha barra mill-Istat kompetenti, l-impjegatur jew, fil-każ ta' persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata għandha tinforma minn qabel b'dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli, kull meta jkun possibbli. Dik l-istituzzjoni għandha toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu SSCI.16(2) ta' dan l-Anness lill-persuna kkonċernata u mingħajr dewmien għandha tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli disponibbli lil dik il-persuna skont il-punt (b) tal-Artikolu SSC.10(3) jew l-Artikolu SSC.11 ta' dan il-Protokoll, disponibbli lill-istituzzjoni ddeżinjata mill-awtorità kompetenti tal-Istat li fih titwettaq l-attività.

2.

Impjegatur fis-sens tal-Artikolu SSC.10(4) ta' dan il-Protokoll li jkollu impjegat abbord bastiment li fuqu tkun qed tittajjar il-bandiera ta' Stat għandu jinforma b'dan minn qabel lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli kull meta jkun possibbli. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, skont l-Artikolu SSC.10(4) ta' dan il-Protokoll, lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-persuna impjegata għandha twettaq l-attività tagħha.

Artikolu SSCI.15

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.12 ta' dan il-Protokoll

1.

Persuna li twettaq attivitajiet f'żewġ Stati jew aktar, jew fejn japplikaw l-Artikolu SSC.12(5) jew (6), għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni ddeżinjata mill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza ta' dik il-persuna.

2.

L-istituzzjoni deżinjata tal-post ta' residenza għandha, mingħajr dewmien, tiddetermina l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, wara li jitqiesu l-Artikolu SSC.12 ta' dan il-Protokoll u l-Artikolu SSCI.13 ta' dan l-Anness. Dik id-determinazzjoni inizjali għandha tkun proviżorja. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjonijiet maħtura ta' kull Stat li fih tkun qed titwettaq attività tad-determinazzjoni proviżorja tagħha.

3.

Id-determinazzjoni proviżorja tal-leġiżlazzjoni applikabbli, kif previst fil-paragrafu 2, għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn minn meta l-istituzzjonijiet maħtura mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) ikkonċernat(i) ikunu informata biha, skont il-paragrafu 2, sakemm il-leġiżlazzjoni ma tkunx diġà ġiet iddeterminata b'mod definittiv fuq il-bażi tal-paragrafu 4, jew tal-inqas waħda mill-istituzzjonijiet ikkonċernati ma tinfurmax lill-istituzzjoni ddeżinjata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' residenza sa tmiem dan il-perjodu ta' xahrejn li hi għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni jew li għandha fehma oħra dwar dan.

4.

Meta, minħabba inċertezza rigward id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli jkunu meħtieġa kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati jew aktar, fuq talba ta' istituzzjoni waħda jew aktar iddeżinjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) kkonċernat(i), il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata għandha tiġi ddeterminata bi qbil komuni, fid-dawl tal-Artikolu SSC.12 ta' dan il-Protokoll u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu SSCI.13 ta' dan l-Anness.

Meta jkun hemm differenza ta' fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, dawk il-korpi għandhom ifittxu ftehim f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq u għandu japplika l-Artikolu SSCI.6.

5.

L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tiġi ddikjarata applikabbli, sew jekk b'mod proviżorju kif ukoll jekk b'mod definittiv, għandha tinforma, mingħajr dewmien, lill-persuna kkonċernata.

6.

Jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dan l-Artikolu għandu jiġi applikat fuq l-inizjattiva tal-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' residenza malli hija tiġi mgħarrfa bis-sitwazzjoni ta' dik il-persuna, possibbilment permezz ta' istituzzjoni oħra kkonċernata.

Artikolu SSCI.16

Għoti ta' informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil impjegaturi

1.

L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu ssir applikabbli skont it-Titolu II ta' dan il-Protokoll għandha tinforma lill-persuna kkonċernata u, fejn ikun xieraq, lill-impjegatur(i) tagħha dwar l-obbligi stabbiliti f'dik il-leġiżlazzjoni. Hija għandha tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet mitluba minn dik il-leġiżlazzjoni.

2.

Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata jew tal-impjegatur, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli skont it-Titolu II għandha tipprovdi attestazzjoni li din il-leġiżlazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn ikun xieraq, sa liema data u b'liema kundizzjonijiet.

Artikolu SSCI.17

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

1.

L-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli għal persuna skont it-Titolu II ta' dan il-Protokoll l-informazzjoni meħtieġa mitluba biex tiġi stabbilita d-data li fiha dik il-leġiżlazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-impjegatur(i) tagħha jkunu obbligati li jħallsu skont dik il-leġiżlazzjoni.

2.

L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu ssir applikabbli għal persuna skont it-Titolu II ta' dan il-Protokoll għandha tagħmel l-informazzjoni li tindika d-data li fiha l-applikazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni tidħol b'effett disponibbli għall-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat li dik il-persuna kienet soġġetta l-aħħar għal-leġiżlazzjoni tiegħu.

Artikolu SSCI.18

Kooperazzjoni fil-każ ta' dubji dwar il-validità ta' dokumenti maħruġa dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli

1.

F'każ ta' dubju dwar il-validità ta' dokument li juri l-pożizzjoni tal-persuna għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huwa bbażat id-dokument, l-istituzzjoni tal-Istat li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni emittenti għall-kjarifika meħtieġa u, fejn xieraq, l-irtirar jew ir-rettifika ta' dak id-dokument. L-istituzzjoni rikjedenti għandha tissostanzja t-talba tagħha u tipprovdi d-dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti li tkun wasslet għat-talba.

2.

Meta tirċievi talba bħal din, l-istituzzjoni emittenti għandha tqis mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, meta jinstab li kien hemm żball, tirtirah jew tirrettifikah fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tasal it-talba. L-irtirar jew ir-rettifika għandu jkollha effett retroattiv. Madankollu, f'każijiet fejn ikun hemm riskju ta' eżitu sproporzjonat, u b'mod partikolari, tat-telf tal-istatus bħala persuna assigurata għall-perjodu rilevanti kollu jew parti minnu fl-Istat(i) ikkonċernat(i), l-Istati għandhom iqisu arranġament aktar proporzjonat f'każ bħal dan. Meta l-evidenza disponibbli tippermetti lill-istituzzjoni emittenti ssib li l-applikant tad-dokument wettaq frodi, hija għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument mingħajr dewmien u b'effett retroattiv.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR ID-DIVERSI KATEGORIJI TA' BENEFIĊĊJI

KAPITOLU 1

BENEFIĊĊJI TAL-MARD, TAL-MATERNITÀ U BENEFIĊĊJI EKWIVALENTI TAL-PATERNITÀ

Artikolu SSCI.19

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni

1.

L-awtoritajiet jew istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' benefiċċji in natura meta dawn il-benefiċċji jingħataw fit-territorju ta' Stat ieħor għajr dak tal-istituzzjoni kompetenti.

2.

Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu SSC.6 ta' dan il-Protokoll, Stat jista' jsir responsabbli għall-kost tal-benefiċċji f'konformità mal-Artikolu SSC.20 ta' dan il-Protokoll biss jekk il-persuna assigurata tkun għamlet talba għal pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat jew, f'konformità mal-Artikoli minn SSC.21 sa SSC.27 tal-Protokoll, jirċievu pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat.

Artikolu SSCI.20

Reġim applikabbli fil-każ tal-eżistenza ta' aktar minn reġim wieħed fl-Istat ta' residenza jew ta' soġġorn

Jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta' residenza jew ta' soġġorn tinkludi iktar minn skema waħda ta' assigurazzjoni marbuta mal-mard, assigurazzjoni ta' maternità u ta' paternità għal aktar minn kategorija waħda ta' persuni assigurati, id-dispożizzjonijiet applikabbli skont l-Artikoli SSC.15, SSC.17(1), SSC.18, SSC.20, SSC.22 u SSC.24 għandhom ikunu dawk tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskema ġenerali għal persuni impjegati.

Artikolu SSCI.21

Residenza fi Stat li ma jkunx l-Istat kompetenti

Proċedura u ambitu tad-dritt

1.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.15 ta' dan il-Protokoll, il-persuna assigurata jew il-membri tal-familja ta' dik il-persuna għandhom ikunu obbligati jirreġistraw minnufih mal-istituzzjoni tal-post ta' residenza. Id-dritt tagħhom għal benefiċċji in natura fl-Istat ta' residenza għandu jkun iċċertifikat minn dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti b'talba tal-persuna assigurata jew b'talba tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

2.

Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa' validu sakemm l-istituzzjoni kompetenti tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bil-kanċellazzjoni tiegħu.

L-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti bi kwalunkwe reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni.

3.

Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għall-persuni msemmijin fl-Artikoli SSC.20, SSC.22, SSC.23 u SSC.24 ta' dan il-Protokoll.

Rimborż

4.

Meta persuna jew il-membri tal-familja ta' dik il-persuna:

(a)

ikun inħarġilhom id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)

ikunu rreġistraw dak id-dokument mal-istituzzjoni tal-post ta' residenza skont il-paragrafu 1; u

(c)

tkun tħallset tariffa tas-saħħa minn jew f'isem il-persuna jew il-membri tal-familja tagħha lill-Istat ta' residenza bħala parti minn applikazzjoni għal permess ta' dħul, soġġorn, xogħol jew residenza f'dak l-Istat,

dik il-persuna jew membri tal-familja tagħha jistgħu japplikaw għand l-istituzzjoni tal-Istat ta' residenza għar-rimborż (sħiħ jew parzjali, skont il-każ) tat-tariffa tas-saħħa mħallsa.

5.

Meta ssir talba skont il-paragrafu 1, l-istituzzjoni tal-Istat ta' residenza għandha tiddetermina dik it-talba fi żmien tliet xhur kalendarji, li jibdew mill-jum li fih tkun waslet it-talba, u għandha tagħmel kwalunkwe rimborż f'konformità ma' dan l-Artikolu.

6.

Meta l-perjodu ta' validità tad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 ikun inqas mill-perjodu ta' żmien li għalih tkun tħallset it-tariffa tas-saħħa, l-ammont rimborżat ma għandux jaqbeż dik il-parti tat-tariffa tas-saħħa li tikkorrispondi għall-perjodu li għalih ikun inħareġ dak id-dokument.

7.

Meta t-tariffa tas-saħħa tkun tħallset minn persuna oħra f'isem persuna li għaliha japplika dan l-Artikolu, jista' jsir rimborż lil dik il-persuna l-oħra.

Artikolu SSCI.22

Soġġorn fi Stat ieħor għajr l-Istat kompetenti

Proċedura u ambitu tad-dritt

1.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.17 ta' dan il-Protokoll, il-persuna assigurata għandha tippreżenta lill-fornitur tal-kura tas-saħħa fl-Istat tas-soġġorn dokument ta' intitolament maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti li jindika l-intitolament tagħha għal benefiċċji in natura. Jekk il-persuna assigurata ma jkollhiex dokument bħal dan, l-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn, b'talba jew jekk ikun meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb dokument bħal dan.

2.

Dak id-dokument għandu jindika li l-persuna assigurata hija intitolata għal benefiċċji in natura skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu SSC.17 ta' dan il-Protokoll bl-istess termini bħal dawk applikabbli għal persuni assigurati skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-soġġorn, u għandu jissodisfa r-rekwiżiti fl-Appendiċi SSCI.2.

3.

Il-benefiċċji in natura msemmijin fl-Artikolu SSC.17(1) ta' dan il-Protokoll għandhom jirreferu għall-benefiċċji in natura li jkunu pprovduti fl-Istat tas-soġġorn, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa għal raġunijiet mediċi bil-ħsieb li jiġi evitat li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem taż-żmien tas-soġġorn ippjanat, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura meħtieġa.

Proċedura u arranġamenti biex jitħallsu l-ispejjeż u jiġu rimborżati l-benefiċċji in natura

4.

Jekk il-persuna assigurata fil-fatt tkun ħallset għall-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija fil-qafas tal-Artikolu SSC.17 ta' dan il-Protokoll u jekk il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn tippermetti r-rimborż ta' dawk l-ispejjeż lil persuna assigurata, hija tista' tibgħat applikazzjoni għal rimborż lill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn. F'dak il-każ, dik l-istituzzjoni għandha tirrimborża direttament lil dik il-persuna l-ammont tal-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawk il-benefiċċji fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet tar-rati ta' rimborż stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tagħha.

5.

Jekk ir-rimborż ta' dawn l-ispejjeż ma jkunx intalab direttament mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn, l-ispejjeż imġarrba għandhom jiġu rimborżati lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti f'konformità mar-rati ta' rimborż amministrati mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn jew l-ammonti li kienu jkunu soġġetti għal rimborż lill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn, kieku l-Artikolu SSCI.47 kien japplika fil-każ ikkonċernat.

L-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn għandha tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti, b'talba, l-informazzjoni meħtieġa kollha dwar dawn ir-rati jew ammonti.

6.

B'deroga mill-paragrafu 5, l-istituzzjoni kompetenti tista' twettaq ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet tar-rati ta' rimborż stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tagħha, sakemm il-persuna assigurata tkun qablet li din id-dispożizzjoni tiġi applikata għaliha.

7.

Jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-soġġorn ma tipprevedix rimborż skont il-paragrafi 4 u 5 fil-każ ikkonċernat, l-istituzzjoni kompetenti tista' tirrimborża l-ispejjeż fil-limiti u bil-kundizzjonijiet tar-rati ta' rimborż stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tagħha, mingħajr ma jkun meħtieġ il-qbil tal-persuna assigurata.

8.

Ir-rimborż lill-persuna assigurata ma għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż imġarrba minnha.

9.

Fil-każ ta' nefqa sostanzjali, l-istituzzjoni kompetenti tista' tħallas lill-persuna assigurata ammont xieraq bil-quddiem malli dik il-persuna tippreżentalha t-talba għal rimborż.

Membri tal-Familja

10.

Il-paragrafi minn 1 sa 9 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Rimborż għall-istudenti

11.

Meta persuna:

(a)

ikollha dokument ta' intitolament validu msemmi fl-Appendiċi SSCI-2 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti;

(b)

tkun ġiet aċċettata minn istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla fi Stat għajr l-Istat kompetenti ("l-Istat tal-istudju") biex issegwi kors ta' studju full-time li jwassal għal kwalifika ta' edukazzjoni ogħla rikonoxxuta minn dak l-Istat, inkluż diplomi, ċertifikati jew lawrji dottorali f'istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla, li jista' jkopri kors preparatorju qabel tali edukazzjoni, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jew taħriġ obbligatorju;

(c)

ma teżerċitax, jew ma tkunx eżerċitat, attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fl-Istat tal-istudju matul il-perjodu li t-tariffa tas-saħħa tkun marbuta miegħu; u

(d)

tkun tħallset tariffa tas-saħħa minn dik il-persuna jew f'isimha lill-Istat tal-istudju bħala parti minn applikazzjoni għal permess għal dħul, soġġorn jew residenza biex tkun tista' ssegwi kors full-time f'dak l-Istat;

dik il-persuna tista' tapplika għand l-istituzzjoni tal-Istat tal-istudju għar-rimborż (sħiħ jew parzjali, skont il-każ) tat-tariffa tas-saħħa mħallsa.

12.

Meta ssir talba skont il-paragrafu 11, l-istituzzjoni tal-Istat tal-istudju għandha tipproċessa u tagħlaq dik it-talba fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn sitt xhur kalendarji, li jibdew dakinhar li tkun waslet il-pretensjoni u tagħmel kwalunkwe rimborż f'konformità ma' dan l-Artikolu.

13.

Meta l-perjodu ta' validità tad-dokument ta' intitolament imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 11 ikun inqas mill-perjodu ta' żmien li għalih tkun tħallset it-tariffa tas-saħħa, l-ammont tat-tariffa tas-saħħa rimborżat għandu jkun l-ammont imħallas li jikkorrispondi għall-perjodu ta' validità ta' dak id-dokument.

14.

Meta t-tariffa tas-saħħa tkun tħallset minn persuna oħra f'isem persuna li għaliha japplika dan l-Artikolu, jista' jsir rimborż lil dik il-persuna l-oħra.

15.

Il-paragrafi minn 11 sa 14 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta' dik il-persuna.

16.

Dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

17.

Persuna li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 11 fil-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u d-data speċifikata fil-paragrafu 16 tista', mad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Artikolu, tagħmel talba għal rimborż skont il-paragrafu 11 fir-rigward ta' dak il-perjodu.

18.

B'deroga mill-Artikolu SSC.5(1), jistgħu jiġu imposti ħlasijiet mill-Istat tal-istudju f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu fir-rigward ta' benefiċċji in natura li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu SSC.17(1) u li jiġu pprovduti lil persuna li fir-rigward tagħha jkun sar rimborż matul is-soġġorn ta' dik il-persuna għall-perjodu li jkun relatat miegħu r-rimborż.

Artikolu SSCI.23

Kura ppjanata

Proċedura ta' awtorizzazzjoni

1.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.18(1) ta' dan il-Protokoll, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura ppjanata; fil-każijiet imsemmijin fl-Artikoli SSC.18(4) u SSC.25(5) ta' dan il-Protokoll, fejn il-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat ta' residenza jitħallsu lura abbażi ta' ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

2.

Jekk persuna assigurata ma tkunx tirrisjedi fl-Istat kompetenti, għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien.

F'dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post tar-residenza għandha tiċċertifika fi stqarrija jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu SSC.18(2) ta' dan il-Protokoll ikunux issodisfati fl-Istat ta' residenza.

L-istituzzjoni kompetenti tista' tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni mitluba biss jekk, f'konformità mal-valutazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza, il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu SSC.18(2) ta' dan il-Protokoll ma jkunux issodisfati fl-Istat ta' residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess trattament ikun jista' jiġi pprovdut fl-Istat kompetenti stess, f'limitu ta' żmien li jkun medikament ġustifikabbli, filwaqt li jitqies l-Istat attwali tas-saħħa u l-perkors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bid-deċiżjoni tagħha.

Fin-nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li tkun ingħatat mill-istituzzjoni kompetenti.

3.

Jekk persuna assigurata li ma tkunx tirrisjedi fil-Parti kompetenti tkun teħtieġ kura urġenti neċessarja b'mod vitali, u l-awtorizzazzjoni ma tkunx tista' tiġi miċħuda f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu SSC.18(2) ta' dan il-Protokoll, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza f'isem l-istituzzjoni kompetenti, li għandha tiġi informata b'mod immedjat mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta s-sejbiet u l-għażliet ta' kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni, dwar il-bżonn ta' kura urġenti u neċessarja b'mod vitali.

4.

Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata permezz ta' tabib tal-għażla tagħha stess fil-Parti tas-soġġorn jew tar-residenza.

5.

L-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher medikament xieraq li tiġi ssupplimentata l-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti.

Il-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura li jkunu saru mill-persuna assigurata

6.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu SSCI.22(4) u (5) japplikaw mutatis mutandis.

7.

Jekk il-persuna assigurata tkun ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata hi stess u l-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti tkun obbligata li tirrimborża lill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn jew lill-persuna assigurata f'konformità mal-paragrafu 6 (spiża reali) ikunu aktar baxxi mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrimborża, b'talba, l-ispiża tal-kura mġarrba mill-persuna assigurata sal-ammont li bih l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma rimborżata ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż li fil-fatt ikunu ġġarrbu mill-persuna assigurata u fiha jista' jitqies l-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura tkun ngħatat fl-Istat kompetenti.

Il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-soġġorn bħala parti mill-kura ppjanata

8.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-istituzzjoni kompetenti tipprevedi r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-soġġorn li jkunu inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, dawn l-ispejjeż għall-persuna kkonċernata u, jekk ikun meħtieġ, għall-persuna li jeħtiġilha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din l-istituzzjoni fejn tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta' kura fi Stat ieħor.

Membri tal-Familja

9.

Il-paragrafi minn 1 sa 8 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu SSCI.24

Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma' inkapaċità għax-xogħol f'każ ta' soġġorn jew ta' residenza fi Stat ieħor għajr l-Istat kompetenti

Proċedura li għandha tiġi segwita mill-persuna assigurata

1.

Jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti tkun tirrikjedi li l-persuna assigurata tippreżenta ċertifikat sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus relatati ma' inkapaċità għax-xogħol skont l-Artikolu SSC.19(1) ta' dan il-Protokoll, il-persuna assigurata għandha titlob lit-tabib tal-Istat ta' residenza li jkun stabbilixxa l-Istat ta' saħħa tagħha biex jiċċertifika l-inkapaċità għax-xogħol tagħha u t-tul ta' żmien probabbli tagħha.

2.

Il-persuna assigurata għandha tibgħat iċ-ċertifikat lill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti.

3.

Meta t-tobba li jipprovdu t-trattament fl-Istat ta' residenza ma joħorġux ċertifikati ta' inkapaċità għax-xogħol, u meta ċertifikati bħal dawn ikunu meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti, il-persuna kkonċernata għandha tapplika direttament mal-istituzzjoni tal-post ta' residenza. Dik l-istituzzjoni għandha torganizza immedjatament eżami mediku tal-inkapaċità tal-persuna għax-xogħol u biex jitfassal iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1. Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lill-istituzzjoni kompetenti minnufih.

4.

Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhiex teżenta lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi previsti mil-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikulari fir-rigward tal-impjegatur tagħha. Fejn xieraq, l-impjegatur jew l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jitolbu lill-persuna impjegata tieħu sehem f'attivitajiet imfassla biex jippromwovu u jgħinu r-ritorn tagħha fl-impjieg.

Proċedura li għandha tiġi segwita mill-istituzzjoni tal-Istat ta' residenza

5.

Fuq it-talba mill-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha twettaq kwalunkwe verifika amministrattiva jew eżami mediku meħtieġ tal-persuna kkonċernata f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar. Ir-rapport tat-tabib li jeżamina rigward, b'mod partikolari, it-tul ta' żmien probabbli tal-inkapaċità għax-xogħol, għandu jintbagħat mingħajr dewmien mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza lill-istituzzjoni kompetenti.

Proċedura li għandha tiġi segwita mill-istituzzjoni kompetenti

6.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li l-persuna assigurata tiġi eżaminata minn tabib tal-għażla tagħha.

7.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-Artikolu SSC.19(1) [Benefiċċji fi flus] tal-Protokoll, l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallas benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u għandha, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tagħha.

8.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.19(1) ta' dan il-Protokoll, id-dettalji taċ-ċertifikat tal-inkapaċità għax-xogħol ta' persuna assigurata mfassal fi Stat ieħor fuq il-bażi tas-sejbiet mediċi tat-tabib jew istituzzjoni li teżamina għandu jkollhom l-istess valur legali bħal dak ta' ċertifikat imfassal fl-Istat kompetenti.

9.

Jekk l-istituzzjoni kompetenti tirrifjuta l-benefiċċji fi flus, hi għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata u fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

Proċedura fil-każ ta' soġġorn fi Stat ieħor għajr l-Istat kompetenti

10.

Il-paragrafi minn 1 sa 9 japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun waqt soġġorn fi Stat ieħor għajr l-Istat kompetenti.

Artikolu SSCI.25

Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

Jekk persuna tirċievi pensjoni minn aktar minn Stat wieħed, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imnaqqas mill-pensjonijiet kollha mħallsin ma għandu, taħt l-ebda ċirkostanza, ikun ogħla mill-ammont imnaqqas fir-rigward ta' persuna li tirċievi l-istess ammont ta' pensjoni mill-Istat kompetenti.

Artikolu SSCI.26

Miżuri speċjali ta' implimentazzjoni

1.

Meta persuna jew grupp ta' persuni jiġu eżentati b'talba mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard u dawn il-persuni għalhekk ma jkunux koperti minn skema ta' assigurazzjoni kontra l-mard li għaliha japplika l-Protokoll, l-istituzzjoni ta' Stat ma għandhiex, minħabba din l-eżenzjoni biss, issir responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membru tal-familja tagħhom skont l-Artikoli SSC.15 sa SSC.30 ta' dan il-Protokoll.

2.

Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 u l-membri tal-familji tagħhom ikunu jirrisjedu fi Stat, fejn id-dritt li jirċievu benefiċċji in natura ma jkunx soġġett għal kundizzjonijiet ta' assigurazzjoni, jew ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, huma għandhom ikunu responsabbli li jħallsu l-ispejjeż kollha ta' benefiċċji in natura provduti fl-Istat ta' residenza tagħhom.

KAPITOLU 2

BENEFIĊĊJI MARBUTA MA' AĊĊIDENTI FUQ IX-XOGĦOL U MA' MARD OKKUPAZZJONALI

Artikolu SSCI.27

Dritt għall-benefiċċji in natura u fi flus f'każ ta' residenza jew ta' soġġorn fi Stat ieħor għajr l-Istat kompetenti

1.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.31 ta' dan il-Protokoll, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli SSCI.21 sa SSCI.24 ta' dan l-Anness japplikaw mutatis mutandis.

2.

Meta jingħataw benefiċċji speċjali in natura fir-rigward ta' aċċidenti fuq ix-xogħol u mard okkupazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat ta' soġġorn jew ta' residenza, l-istituzzjoni tal-Istat għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu SSCI.28

Proċedura f'każ ta' aċċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali li jkunu seħħew fi Stat għajr l-Istat kompetenti

1.

Jekk iseħħ aċċident fuq ix-xogħol jew issir dijanjożi ta' marda okkupazzjonali għall-ewwel darba fi Stat ieħor għajr l-Istat kompetenti, id-dikjarazzjoni jew in-notifika tal-aċċident fuq ix-xogħol jew tal-marda okkupazzjonali, fejn id-dikjarazzjoni jew in-notifika tkun teżisti f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandha titwettaq f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti, mingħajr preġudizzju, fejn ikun meħtieġ, għal kwalunkwe dispożizzjoni legali oħra fis-seħħ fl-Istat fejn ikun seħħ l-aċċident fuq ix-xogħol jew fejn tkun saret l-ewwel dijanjożi medika tal-marda okkupazzjonali li tibqa' applikabbli f'każijiet bħal dawn. Id-dikjarazzjoni jew in-notifika għandha tiġi indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti.

2.

L-istituzzjoni tal-Istat li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-aċċident fuq ix-xogħol jew li fih tkun saret l-ewwel dijanjożi tal-marda okkupazzjonali għandha tinnotifika lill-istituzzjoni kompetenti dwar ċertifikati mediċi maħruġa fit-territorju ta' dak l-Istat.

3.

Meta, bħala riżultat ta' aċċident matul l-ivvjaġġar lejn jew mill-post tax-xogħol li jseħħ fit-territorju ta' Stat ieħor għajr l-Istat kompetenti, ikun jeħtieġ li ssir inkjesta fit-territorju tal-ewwel Stat sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe dritt għall-benefiċċji rilevanti, tista' tinħatar persuna għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li għandha tinforma lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat. L-istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin sabiex jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti kollha u sabiex jikkonsultaw ir-rapporti u kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-aċċident.

4.

Wara t-trattament, għandu jintbagħat, b'talba tal-istituzzjoni kompetenti, rapport dettaljat akkumpanjat minn ċertifikati mediċi relatati mal-konsegwenzi permanenti tal-aċċident jew tal-marda, b'mod partikolari l-Istat preżenti tal-persuna korruta u l-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti. It-tariffi rilevanti għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn, fejn ikun xieraq, bir-rata applikata minn dik l-istituzzjoni bi spejjeż tal-istituzzjoni kompetenti.

5.

Fuq it-talba tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn, fejn ikun xieraq, l-istituzzjoni kompetenti għandha tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data għall-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti u, fejn ikun xieraq, bid-deċiżjoni rigward l-għoti ta' pensjoni.

Artikolu SSCI.29

Tilwim rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda

1.

Meta l-istituzzjoni kompetenti tikkontesta l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata ma' aċċidenti fuq ix-xogħol jew ma' mard okkupazzjonali skont l-Artikolu SSC.31(2) ta' dan il-Protokoll, għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn li pprovdiet il-benefiċċji in natura, li mbagħad jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji ta' assigurazzjoni għall-mard.

2.

Meta tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar dak is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' soġġorn li tkun tat il-benefiċċji in natura.

Meta ma jiġix stabbilit aċċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali, il-benefiċċji in natura għandhom jibqgħu jingħataw bħala benefiċċji tal-mard jekk il-persuna kkonċernata tkun intitolata għalihom.

Meta jiġi stabbiliti aċċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali, il-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija lill-persuna kkonċernata għandhom jitqiesu bħala benefiċċji għal aċċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali mid-data li fiha jkun seħħ l-aċċident fuq ix-xogħol jew tkun saret l-ewwel dijanjożi medika tal-marda okkupazzjonali.

3.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu SSCI.6(5) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu SSCI.30

Proċedura f'każ ta' esponiment għar-riskju ta' marda okkupazzjonali f'żewġ Stati jew aktar

1.

Fil-każ imsemmi fl-Artikolu SSC.33 ta' dan il-Protokoll, id-dikjarazzjoni jew in-notifika tal-marda okkupazzjonali għandha tintbagħat lill-istituzzjoni kompetenti għall-mard okkupazzjonali tal-aħħar Stat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata tkun eżerċitat attività li x'aktarx tikkaġuna dik il-marda.

Meta l-istituzzjoni li lilha tkun intbagħtet id-dikjarazzjoni jew in-notifika tistabbilixxi li attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda okkupazzjonali inkwistjoni ġiet eżerċitata l-aħħar skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, hija għandha tibgħat d-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta' akkumpanjament lill-istituzzjoni ekwivalenti f'dak l-Istat.

2.

Meta l-istituzzjoni tal-aħħar Stat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata tkun eżerċitat attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda okkupazzjonali inkwistjoni tistabbilixxi li l-persuna kkonċernata jew is-superstiti tagħha ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dik il-leġiżlazzjoni, fost oħrajn, minħabba li l-persuna kkonċernata qatt ma tkun eżerċitat f'dak l-Istat attività li kkaġunat il-marda okkupazzjonali jew minħabba li dak l-Istat ma jirrikonoxxix in-natura okkupazzjonali tal-marda, dik l-istituzzjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien id-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta' akkumpanjament, inkluż is-sejbiet u r-rapporti ta' eżamijiet mediċi li jkunu saru mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni tal-Istat preċedenti li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata tkun eżerċitat attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda okkupazzjonali inkwistjoni.

3.

Meta jkun xieraq, l-istituzzjonijiet għandhom jirrepetu l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2 u jmorru lura sal-istituzzjoni ekwivalenti fl-Istat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata tkun eżerċitat għall-ewwel darba l-attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda okkupazzjonali inkwistjoni.

Artikolu SSCI.31

Skambju ta' informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlasijiet bil-quddiem f'każ ta' appell kontra deċiżjoni ta' rifjut

1.

F'każ ta' appell kontra deċiżjoni ta' rifjut ta' benefiċċji meħuda mill-istituzzjoni ta' Stat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata tkun eżerċitat attività li x'aktarx tikkaġuna l-marda okkupazzjonali inkwistjoni, dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjoni li lilha tkun intbagħtet id-dikjarazzjoni jew in-notifika, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu SSCI.30(2), u għandha sussegwentement tinformaha meta tittieħed id-deċiżjoni finali.

2.

Jekk id-dritt għall-benefiċċji jkun skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni li lilha tkun intbagħtet id-dikjarazzjoni jew in-notifika, dik l-istituzzjoni għandha tagħmel il-ħlasijiet bil-quddiem, li l-ammonti tagħhom għandhom ikunu determinati, fejn ikun xieraq, wara konsultazzjoni mal-istituzzjoni li tkun ħadet id-deċiżjoni li kontra d-deċiżjoni tagħha nbeda l-appell, u b'mod li jkun evitat l-eċċess ta' ħlas. Din l-istituzzjoni tal-aħħar għandha tirrimborża l-pagamenti bil-quddiem magħmula jekk, b'riżultat tal-appell, din tkun obbligata li tagħti dawk il-benefiċċji. Dak l-ammont imbagħad jitnaqqas mill-benefiċċji dovuti lill-persuna kkonċernata, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli SSCI.56 u SSCI.57.

3.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu SSCI.6(5) japplika mutatis mutandis.

Artikolu SSCI.32

Aggravament ta' marda okkupazzjonali

Fil-każijiet koperti mill-Artikolu SSC.34 ta' dan il-Protokoll, il-pretendent irid jipprovdi lill-istituzzjoni fl-Istat li mingħandha qed jitlob benefiċċji d-dettalji li jikkonċernaw benefiċċji mogħtija qabel għall-marda okkupazzjonali inkwistjoni. Dik l-istituzzjoni tista' tikkuntattja lil kwalunkwe istituzzjoni oħra li qabel kienet kompetenti biex tikseb l-informazzjoni li hija tqis bħala meħtieġa.

Artikolu SSCI.33

Valutazzjoni tal-grad ta' inkapaċità fil-każ ta' aċċidenti jew mard okkupazzjonali li jkunu seħħu preċedentement jew sussegwentement

Jekk l-inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti kienet ikkawżata minn aċċident li seħħ meta l-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' Stat li ma jagħmel l-ebda distinzjoni skont l-oriġini tal-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti jew il-korp nominat mill-awtorità kompetenti tal-Istat inkwistjoni għandu:

(a)

b'talba tal-istituzzjoni kompetenti ta' Stat ieħor, jipprovdi informazzjoni dwar il-grad tal-inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti, u fejn ikun possibbli, informazzjoni li tagħmel possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-inkapaċità tkunx riżultat tal-aċċident fuq ix-xogħol skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni fl-Istat l-ieħor;

(b)

iqis il-grad ta' inkapaċità kkawżata minn dawn il-każijiet preċedenti jew sussegwenti meta jiġi ddeterminat id-dritt għal benefiċċji u l-ammont, f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Artikolu SSCI.34

Preżentazzjoni u investigazzjoni ta' pretensjonijiet għal pensjonijiet jew allowances supplimentari

Sabiex jirċievu pensjoni jew allowance supplimentari skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat, il-persuna kkonċernata jew is-superstiti tagħha li jirrisjedu fit-territorju ta' Stat ieħor għandhom jippreżentaw, fejn ikun xieraq, pretensjoni lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti.

Il-pretensjoni għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.

KAPITOLU 3

GĦOTJIET F'KAŻ TA' MEWT

Artikolu SSCI.35

Pretensjoni għal għotjiet f'każ ta' mewt

Għall-finijiet tal-Artikoli SSC.37 u SSC.38 ta' dan il-Protokoll, il-pretensjoni għal għotjiet f'każ ta' mewt għandha tintbagħat jew lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-pretendent, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti.

Il-pretensjoni għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.

KAPITOLU 4

BENEFIĊĊJI MARBUTIN MAL-INVALIDITÀ U PENSJONIJIET TAX-XJUĦIJA U TAS-SUPERSTITI

Artikolu SSCI.36

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-benefiċċju

1.

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont teoretiku u tal-ammont attwali tal-benefiċċju f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, japplikaw ir-regoli previsti fl-Artikolu SSCI.11(3), (4), (5) u (6) ta' dan l-Anness.

2.

Meta perjodi ta' assigurazzjoni kontinwa volontarja jew fakultattiva ma jkunux tqiesu skont l-Artikolu SSC.11(3) ta' dan l-Anness, l-istituzzjoni tal-Istat li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu jkunu ġew ikkompletati dawk il-perjodi għandha tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi għal dawk il-perjodi skont il-leġiżlazzjoni li tapplika. L-ammont reali tal-benefiċċju, ikkalkolat f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, għandu jiżdied bl-ammont li jikkorrispondi għall-perjodi ta' assigurazzjoni kontinwa volontarja jew fakultattiva.

3.

L-istituzzjoni ta' kull Stat għandha tikkalkula, skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għall-perjodi ta' assigurazzjoni kontinwa volontarja jew fakultattiva li, skont il-punt (c) tal-Artikolu SSC.48(3) ta' dan il-Protokoll, ma għandhomx ikunu soġġetti għar-regoli ta' Stat ieħor rigward l-irtirar, it-tnaqqis jew is-sospensjoni.

Meta l-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti ma tippermettilhiex li tiddetermina dan l-ammont direttament għar-raġunijiet li dik il-leġiżlazzjoni talloka valuri differenti lill-perjodi tal-assigurazzjoni, jista' jiġi stabbilit ammont nozzjonali. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għad-determinazzjoni ta' dak l-ammont nozzjonali.

Artikolu SSCI.37

Pretensjonijiet għal benefiċċji

Preżentazzjoni ta' pretensjonijiet għal pensjonijiet tax-xjuħija u tas-superstiti

1.

Il-pretendent għandu jippreżenta pretensjoni lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tiegħu jew lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet applikabbli. Jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, soġġetta għal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, dik l-istituzzjoni għandha tibgħat il-pretensjoni lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet applikabbli.

2.

Id-data tal-preżentazzjoni tal-pretensjoni għandha tapplika fl-istituzzjonijiet kollha kkonċernati.

3.

B'deroga mill-paragrafu 2, jekk il-pretendent, minkejja li jkun intalab jagħmel dan, ma jinnotifikax il-fatt li hu kien impjegat jew li kien jirrisjedi fi Stati oħra, id-data li fiha l-pretendent ilesti l-pretensjoni inizjali tiegħu jew jippreżenta pretensjoni ġdida għall-perjodi neqsin ta' impjieg jew/u residenza tiegħu fi Stat għandha titqies bħala d-data tal-preżentazzjoni tal-pretensjoni lill-istituzzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni inkwistjoni, soġġetta għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta' dik il-leġiżlazzjoni.

Artikolu SSCI.38

Ċertifikati u informazzjoni li għandhom jiġu ppreżentati mal-pretensjoni mill-pretendent

1.

Il-pretensjoni għandha tiġi ppreżentata mill-pretendent f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu SSCI.37(1) u tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta' sostenn meħtieġa minn dik il-leġiżlazzjoni. B'mod partikolari, il-pretendent għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun disponibbli kif ukoll id-dokumenti kollha ta' sostenn relatati ma' perjodi ta' assigurazzjoni (istituzzjonijiet, numri ta' identifikazzjoni), ta' impjieg (impjegaturi) jew ta' impjieg indipendenti (it-tip u l-post tal-attività) u ta' residenza (indirizzi) li setgħu tlestew skont leġiżlazzjoni oħra, kif ukoll it-tul ta' dawk il-perjodi.

2.

Meta, f'konformità mal-Artikolu SSC.45(1) ta' dan il-Protokoll, il-pretendent jitlob li jiġi ddifferit l-għoti tal-benefiċċji tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed jew aktar, il-pretendent għandu jiddikjara dak il-fatt fil-pretensjoni tiegħu u jispeċifika skont liema leġiżlazzjoni qiegħed jitlob id-differiment. Sabiex il-pretendent ikun jista' jeżerċita dak id-dritt, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom, fuq it-talba tal-pretendent, jinnotifikawh bl-informazzjoni kollha disponibbli għalihom, sabiex ikun jista' jivvaluta l-konsegwenzi ta' għoti konkorrenti jew suċċessiv ta' benefiċċji li jista' jitlob.

3.

Jekk il-pretendent jirtira pretensjoni għall-benefiċċji previsti skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat partikolari, dak l-irtirar ma għandux jitqies bħala rtirar konkorrenti ta' pretensjonijiet għal benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor.

Artikolu SSCI.39

Investigazzjoni ta' pretensjonijiet mill-istituzzjonijiet ikkonċernati

Istituzzjoni ta' kuntatt

1.

L-istituzzjoni li lilha tiġi ppreżentata jew mibgħuta l-pretensjoni għall-benefiċċji f'konformità mal-Artikolu SSCI.37(1) minn hawn 'il quddiem għandha ssir referenza għaliha bħala l-"istituzzjoni ta' kuntatt". L-istituzzjoni tal-post ta' residenza ma għandhiex issirilha referenza bħala l-istituzzjoni ta' kuntatt jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, soġġetta għal-leġiżlazzjoni li tapplika dik l-istituzzjoni.

Barra li tinvestiga l-pretensjoni għall-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, dik l-istituzzjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala istituzzjoni ta' kuntatt, tippromwovi l-iskambju ta' data, il-komunikazzjoni ta' deċiżjonijiet u l-operazzjonijiet meħtieġa għall-investigazzjoni tal-pretensjoni mill-istituzzjonijiet ikkonċernati, u tipprovdi lill-pretendent, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-aspetti tal-investigazzjoni li joħorġu skont dan il-Protokoll, u żżomm il-pretendent infurmat bil-progress tagħha.

Investigazzjoni ta' pretensjonijiet għal pensjonijiet tax-xjuħija u tas-superstiti

2.

L-istituzzjoni ta' kuntatt għandha, mingħajr dewmien, tibgħat il-pretensjonijiet għall-benefiċċji u d-dokumenti kollha li hija jkollha disponibbli u, fejn ikun il-każ, id-dokumenti relevanti ppreżentati mill-pretendent lill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati sabiex dawn ikunu kollha jistgħu jibdew l-investigazzjoni tal-pretensjoni fl-istess żmien. L-istituzzjoni ta' kuntatt għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza soġġetti għal-leġiżlazzjoni tagħha. Hija għandha tindika wkoll liema dokumenti għandhom jiġu ppreżentati f'data aktar tard u tissupplementa l-pretensjoni kemm jista' jkun malajr.

3.

Kull waħda mill-istituzzjonijiet inkwistjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkwistjoni, kemm jista' jkun malajr, bil-perjodi tal-assigurazzjoni jew tar-residenza soġġetti għal-leġiżlazzjoni tagħhom.

4.

Kull waħda mill-istituzzjonijiet inkwistjoni għandha tikkalkula l-ammont tal-benefiċċji f'konformità mal-Artikolu SSC.47 ta' dan il-Protokoll u għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha, bl-ammont ta' benefiċċji dovut u bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikoli SSC.48 sa SSC.50 ta' dan il-Protokoll.

5.

Jekk istituzzjoni tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li l-Artikolu SSC.52(2) jew (3) ta' dan il-Protokoll ikun applikabbli, din għandha tinforma lill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn kkonċernati.

Artikolu SSCI.40

Notifika ta' deċiżjonijiet lill-pretendent

1.

Kull istituzzjoni għandha tinnotifika lill-pretendent bid-deċiżjoni li tkun ħadet skont il-leġiżlazzjoni applikabbli. Kull deċiżjoni għandha tispeċifika r-rimedji u l-perjodi permessi għal appelli. Ladarba l-istituzzjoni ta' kuntatt tkun ġiet notifikata bid-deċiżjonijiet kollha meħuda minn kull istituzzjoni, hi għandha tibgħat sommarju ta' dawk id-deċiżjonijiet lill-pretendent u lill-istituzzjonijiet oħra kkonċernati. Għandu jitfassal sommarju mudell mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali. Is-sommarju għandu jintbagħat lill-pretendent bil-lingwa tal-istituzzjoni jew, fuq it-talba tal-pretendent, bi kwalunkwe lingwa tal-għażla tiegħu, inkluż l-Ingliż, rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

2.

Meta wara li jirċievi s-sommarju, il-pretendent jidhirlu li d-drittijiet tiegħu setgħu ġew milquta ħażin mill-interazzjoni ta' deċiżjonijiet meħuda minn żewġ istituzzjonijiet jew aktar, il-pretendent għandu jkollu d-dritt għal rieżami tad-deċiżjonijiet mill-istituzzjonijiet ikkonċernati fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva. Il-limiti ta' żmien għandhom jibdew mid-data ta' meta kien riċevut is-sommarju. Il-pretendent għandu jiġi nnotifikat bir-riżultat tar-rieżami bil-miktub.

Artikolu SSCI.41

Determinazzjoni tal-grad ta' invalidità

Kull istituzzjoni għandha, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha, ikollha l-possibbiltà li l-pretendent jiġi eżaminat minn tabib mediku jew espert ieħor tal-għażla tagħha biex jiġi ddeterminat il-grad ta' invalidità. Madankollu, l-istituzzjoni ta' Stat għandha tqis id-dokumenti, ir-rapporti mediċi u l-informazzjoni amministrattiva miġbura mill-istituzzjoni ta' kwalunkwe Stat ieħor daqslikieku tfasslu fit-territorju tagħha stess.

Artikolu SSCI.42

Ħlasijiet parzjali proviżorji u ħlas bil-quddiem ta' benefiċċju

1.

Minkejja l-Artikolu SSCI.7 ta' dan l-Anness, kwalunkwe istituzzjoni li tistabbilixxi, waqt li tkun qed tinvestiga pretensjoni għall-benefiċċji, li l-pretendent ikun intitolat għal benefiċċju indipendenti skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, għandha tħallas dak il-benefiċċju mingħajr dewmien. Dan il-ħlas għandu jitqies bħala proviżorju jekk l-ammont jista' jiġi affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta' investigazzjoni tal-pretensjoni.

2.

Kull meta jirriżulta mill-informazzjoni disponibbli li l-pretendent ikun eliġibbli għal ħlas minn istituzzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll, dik l-istituzzjoni għandha tagħti ħlas bil-quddiem, li l-ammont tiegħu għandu jkun l-eqreb possibbli għall-ammont li x'aktarx jitħallas skont il-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta' dan il-Protokoll.

3.

Kull istituzzjoni li hija obbligata tħallas il-benefiċċji proviżorji jew il-ħlas bil-quddiem skont il-paragrafi 1 jew 2 għandha tinforma lill-pretendent mingħajr dewmien, b'mod speċifiku billi tiġbed l-attenzjoni tal-pretendent għan-natura proviżorja tal-miżura u għal kwalunkwe dritt ta' appell skont il-leġiżlazzjoni tagħha.

Artikolu SSCI.43

Kalkolu ġdid ta' benefiċċji

1.

Meta jkun hemm kalkolu ġdid tal-benefiċċji f'konformità mal-Artikoli SSC.45(4) u SSC.54(1) ta' dan il-Protokoll, l-Artikolu SSCI.42 ta' dan l-Anness għandu japplika mutatis mutandis.

2.

F'każ ta' kalkolu ġdid, ta' rtirar jew ta' sospensjoni tal-benefiċċju, l-istituzzjoni li ħadet id-deċiżjoni għandha tinforma lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien u għandha tinforma kull waħda mill-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-persuna kkonċernata għandha dritt.

Artikolu SSCI.44

Miżuri maħsuba biex jaċċelleraw il-proċess ta' kalkolu tal-pensjoni

1.

Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata l-investigazzjoni ta' pretensjonijiet u l-ħlas tal-benefiċċji, l-istituzzjonijiet li persuna kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tagħhom għandhom:

(a)

jiskambjaw ma' jew jagħmlu disponibbli għall-istituzzjonijiet ta' Stati oħra l-elementi biex jiġu identifikati persuni li jibdlu minn leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal oħra, u flimkien jiżguraw li dawk l-elementi ta' identifikazzjoni jinżammu u jikkorrispondu jew, fin-nuqqas ta' dak, jipprovdu lil dawn il-persuni bil-mezzi għal aċċess għall-elementi ta' identifikazzjoni tagħhom direttament;

(b)

fi żmien suffiċjenti qabel l-età minima biex jibdew id-drittijiet tal-pensjoni jew qabel età li għandha tiġi ddeterminata permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiskambjaw ma' jew jagħmlu disponibbli għall-persuna kkonċernata u għal istituzzjonijiet ta' Stati oħra informazzjoni (perjodi kompletati jew elementi importanti oħra) dwar id-drittijiet tal-pensjoni ta' persuni li bidlu minn leġiżlazzjoni li tapplika għal oħra jew, fin-nuqqas ta' dak, jinfurmaw lil dawk il-persuni dwar, jew jipprovdulhom, il-mezzi biex jiffamiljarizzaw ruħhom mad-drittijiet għal benefiċċji prospettivi tagħhom.

2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jiddetermina l-elementi ta' informazzjoni li għandhom jiġu skambjati jew isiru disponibbli u għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi xierqa, filwaqt li jqis il-karatteristiċi, l-organizzazzjoni amministrattiva u teknika, u l-mezzi teknoloġiċi għad-dispożizzjoni tal-iskemi tal-pensjoni nazzjonali. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jiżgura l-implimentazzjoni ta' dawk l-iskemi tal-pensjoni billi jorganizza segwitu għall-miżuri meħuda u l-applikazzjoni tagħhom.

3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni fl-ewwel Stat fejn persuna tingħata Numru ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali, jenħtieġ li tingħata l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu SSCI.45:

Miżuri ta' koordinazzjoni fl-Istati

1.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu SSC.46 ta' dan il-Protokoll, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tinkludi regoli biex tiġi ddeterminata l-istituzzjoni responsabbli jew l-iskema applikabbli jew biex jintgħażlu perjodi ta' assigurazzjoni għal skema speċifika, dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati, billi jitqiesu biss il-perjodi ta' assigurazzjoni kompletati skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat.

2.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tinkludi regoli għall-koordinazzjoni ta' skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil u l-iskema ġenerali għall-persuni impjegati, dawk ir-regoli ma għandhomx jiġu affettwati mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u ta' dan Anness.

KAPITOLU 5

BENEFIĊĊJI TAL-QGĦAD

Artikolu SSCI.46

Aggregazzjoni ta' perjodi u kalkolu tal-benefiċċji

1.

L-Artikolu SSCI.11(1) ta' dan l-Anness japplika mutatis mutandis għall-Artikolu SSC.5 6 ta' dan il-Protokoll. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti tal-istituzzjonijiet involuti, il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta lill-istituzzjoni kompetenti dokument maħruġ mill-istituzzjoni tal-Istat li kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu fir-rigward tal-aħħar attività ta' dik il-persuna bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fejn huma speċifikati l-perjodi kompletati skont dik il-leġiżlazzjoni.

2.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.57 ta' dan il-Protokoll, l-istituzzjoni kompetenti ta' Stat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji jvarja skont in-numru tal-membri tal-familja għandha tqis ukoll il-membri tal-familja tal-persuna kkonċernata li jirrisjedu fi Stat ieħor daqslikieku kienu jirrisjedu fl-Istat kompetenti. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta, fl-Istat ta' residenza ta' membri tal-familja, persuna oħra tkun intitolata għal benefiċċji għall-qgħad ikkalkolati fuq il-bażi tan-numru tal-membri tal-familja.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

KAPITOLU 1

RIMBORŻ TAL-ISPEJJEŻ TAL-BENEFIĊĊJI FL-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU SSC.30 U L-ARTIKOLU SSC.36 TA' DAN IL-PROTOKOLL

TAQSIMA 1

RIMBORŻ FUQ IL-BAŻI TAN-NEFQA ATTWALI

Artikolu SSCI.47

Prinċipji

1.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.30 u l-Artikolu SSC.36 ta' dan il-Protokoll, l-ammont reali tal-ispejjeż għall-benefiċċji in natura, kif muri fil-kontijiet tal-istituzzjoni li tkun ipprovdiethom, għandu jiġi rimborżat lil dik l-istituzzjoni mill-istituzzjoni kompetenti, ħlief meta jkun japplika l-Artikolu SSCI.57 ta' dan l-Anness.

2.

Jekk kwalunkwe jew parti mill-ammont reali tal-ispejjeż imsemmi fil-paragrafu 1 ma jidhirx fil-kontijiet tal-istituzzjoni li pprovdiethom, l-ammont tar-rifużjoni għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' ħlas ta' somma f'daqqa kkalkulat mir-referenzi adatti kollha miksubin mid-data disponibbli. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jivvaluta l-bażijiet li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ħlas ta' somma f'daqqa u għandu jiddeċiedi l-ammont tiegħu.

3.

Rati ogħla minn dawk li huma applikabbli għall-benefiċċji in natura mogħtija lill-persuni assigurati soġġetti għal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tipprovdi l-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jitqiesu fir-rimborż.

TAQSIMA 2

RIMBORŻ FUQ IL-BAŻI TA' AMMONTI FISSI

Artikolu SSCI.48

Identifikazzjoni tal-Istat(i) kkonċernat(i)

1.

L-Istati msemmija fl-Artikolu SSC.30(2) ta' dan il-Protokoll, li l-istrutturi legali jew amministrattivi tiegħu huma tali li l-użu tar-rimborż fuq il-bażi tan-nefqa attwali mhuwiex xieraq, huma elenkati fl-Appendiċi SSCI-3 ta' dan l-Anness.

2.

Fil-każ tal-Istati elenkati fl-Appendiċi SSCI-3, l-ammont ta' benefiċċji in natura mogħtija lil:

(a)

membri tal-familja li ma jirrisjedux fl-istess Stat tal-persuna assigurata, kif previst fl-Artikolu SSC.15 ta' dan il-Protokoll; u lil

(b)

pensjonanti u membri tal-familja tagħhom, kif previst fl-Artikolu SSC.22(1), u l-Artikoli SSC.23 u SSC.24 ta' dan il-Protokoll;

għandhom jiġu rimborżati mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li pprovdew dawk il-benefiċċji, fuq il-bażi ta' ammont fiss stabbilit għal kull sena kalendarja. Dan l-ammont fiss għandu jkun qrib kemm jista' jkun in-nefqa reali.

Artikolu SSCI.49

Metodu ta' kalkolu tal-ammonti fissi ta' kull xahar u l-ammont fiss totali

1.

Għal kull Stat kreditur, l-ammont fiss ta' kull xahar għal kull persuna (Fi) għal sena kalendarja għandu jiġi determinat billi l-ispiża medja annwali għal kull persuna (Yi), imqassma fuq il-bażi tal-grupp ta' età (i), tiġi diviża bi 12 u jiġi applikat tnaqqis (X) għar-riżultat f'konformità mal-formola li ġejja:

Fi = Yi*1/12*(1-X)

Fejn:

l-indiċi (i = 1, 2 u 3) jirrappreżenta t-tliet gruppi ta' età użati għall-kalkolu tal-ammonti fissi:

i = 1: persuni ta' taħt l-20 sena,

i = 2: persuni ta' bejn l-20 u l-64 sena,

i = 3: persuni ta' 65 sena u aktar,

Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali għal kull persuna fil-grupp ta' età i, kif definit fil-paragrafu 2,

il-koeffiċjent X (0,20 jew 0,15) jirrappreżenta t-tnaqqis kif definit fil-paragrafu 3.

2.

L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-grupp ta' età i għandha tinkiseb billi n-nefqa annwali fuq il-benefiċċji kollha in natura provduti mill-istituzzjonijiet tal-Istat kreditur lill-persuni kollha fil-grupp ta' età kkonċernat soġġetti għal-leġiżlazzjoni tiegħu u li jirrisjedu fit-territorju tiegħu tiġi diviża bin-numru medju ta' persuni kkonċernati f'dak il-grupp ta' età fis-sena kalendarja inkwistjoni. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa taħt l-iskemi msemmija fl-Artikolu SSCI.20.

3.

It-tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-ammont fiss ta' kull xahar għandu, fil-prinċipju, ikun ugwali għal 20 % (X = 0,20). Dan għandu jkun ugwali għal 15 % (X = 0,15) għall-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom, meta l-Istat Membru kompetenti ma jkunx elenkat fl-Anness SSC-3 ta' dan il-Protokoll.

4.

Għal kull Stat debitur, l-ammont fiss totali għal sena kalendarja għandu jkun is-somma tal-prodotti miksuba billi, f'kull grupp ta' età i, l-ammonti fissi ta' kull xahar stabbiliti għal kull persuna jiġu mmultiplikati bin-numru ta' xhur kompletati mill-persuni kkonċernati fl-Istat kreditur f'dak il-grupp ta' età.

In-numru ta' xhur kompletati mill-persuni kkonċernati fl-Istat kreditur għandu jkun is-somma tax-xhur kalendarji f'sena kalendarja li matulhom il-persuni kkonċernati kienu, minħabba r-residenza tagħhom fit-territorju tal-Istat kreditur, eliġibbli biex jirċievu benefiċċji in natura f'dak it-territorju li jitħallsu mill-Istat debitur. Dawk ix-xhur għandhom jiġu determinati minn inventarju miżmum għal dak il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, ibbażat fuq evidenza dokumentata tal-intitolament tal-benefiċjarji pprovduta mill-istituzzjoni kompetenti.

5.

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jista' jippreżenta proposta li jkun fiha kwalunkwe emenda li tista' tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu tal-ammonti fissi jkun qrib kemm jista' jkun tan-nefqa attwali mġarrba u t-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 ma jirriżultax f'pagamenti żbilanċjati jew pagamenti doppji għall-Istati.

6.

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jistabbilixxi l-metodi għad-determinazzjoni tal-elementi għall-kalkolu tal-ammonti fissi msemmijin f'dan l-Artikolu.

Artikolu SSCI.50

Notifika tal-ispejjeż medji annwali

L-ispiża medja annwali għal kull persuna f'kull grupp ta' età għal sena speċifika għandha tiġi nnotifikata lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena inkwistjoni. Jekk in-notifika ma ssirx sa din l-iskadenza, tittieħed l-ispiża medja annwali għal kull persuna li l-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jkun iddetermina l-aħħar għal sena preċedenti.

TAQSIMA 3

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu SSCI.51

Proċedura għal rimborż bejn l-istituzzjonijiet

1.

Ir-rimborżi bejn l-Istati għandhom isiru malajr kemm jista' jkun. Kull istituzzjoni kkonċernata għandha tkun obbligata tirrimborża l-pretensjonijiet qabel l-iskadenzi msemmijin f'din it-Taqsima, malli tkun f'pożizzjoni li tagħmel dan. Tilwima dwar pretensjoni partikolari ma għandhiex ixxekkel ir-rimborż ta' pretensjoni jew pretensjonijiet oħra.

2.

Ir-rimborżi bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u r-Renju Unit, previsti fl-Artikoli SSC.30 u SSC.36 ta' dan il-Protokoll, għandhom isiru permezz tal-korp ta' kollegament. Jista' jkun hemm korp ta' kollegament separat għar-rimborżi skont l-Artikolu SSC.30 u l-Artikolu SSC.36 ta' dan il-Protokoll.

Artikolu SSCI.52

Skadenzi għall-introduzzjoni u s-saldu tal-pretensjonijiet

1.

Pretensjonijiet ibbażati fuq nefqa attwali għandhom jiġu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat debitur fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta' nofs is-sena kalendarja li matulha dawk il-pretensjonijiet ikunu ġew irreġistrati fil-kontijiet tal-istituzzjoni kreditriċi.

2.

Il-pretensjonijiet għal ammonti fissi għal sena kalendarja għandhom jiġu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat debitur fi żmien il-perjodu ta' 12-il xahar wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata jkunu ġew approvati mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali. L-inventarji msemmija fl-Artikolu SSCI.49(4) għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza.

3.

Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu SSCI.7(5), l-iskadenza stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tibda qabel ma l-istituzzjoni kompetenti tkun ġiet identifikata.

4.

Il-pretensjonijiet introdotti wara l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

5.

Il-pretensjonijiet għandhom jitħallsu lill-korp ta' kollegament tal-Istat kreditur imsemmi fl-Artikolu SSCI.51 mill-istituzzjoni debitriċi fi żmien 18-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ikunu ġew introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat debitur. Dan ma japplikax għall-pretensjonijiet li l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni rilevanti f'dak il-perjodu.

6.

Kwalunkwe tilwima dwar pretensjoni għandha tiġi riżolta, l-aktar tard, f'36 xahar wara x-xahar li fih tkun ġiet introdotta l-pretensjoni.

7.

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f'każijiet fejn ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu 6, u, b'talba motivata minn waħda mill-partijiet fit-tilwima, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar tilwima fi żmien sitt xhur wara x-xahar li matulu l-kwistjoni tkun ġiet riferuta lilu.

Artikolu SSCI.53

Imgħax fuq ħlasijiet tardivi u depożiti

1.

Minn tmiem il-perjodu ta' 18-il xahar stipulat fl-Artikolu SSCI.52(5), l-istituzzjoni kreditriċi tista' timponi imgħax fuq pretensjonijiet pendenti, sakemm l-istituzzjoni debitriċi ma tkunx għamlet, fi żmien sitt xhur mit-tmiem tax-xahar li matulu tkun ġiet introdotta l-pretensjoni, depożitu ta' mill-inqas 90 % tal-pretensjoni totali introdotta skont l-Artikolu SSCI.52(1) jew (2). Għal dawk il-partijiet tal-pretensjoni mhux koperti mid-depożitu, l-imgħax jista' jintalab biss mit-tmiem tal-perjodu ta' 36 xahar stabbilit fl-Artikolu SSCI.52(6).

2.

L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikata mill-istituzzjoni finanzjarja maħtura għal dan il-għan mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu. Ir-rata ta' referenza applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas ikun dovut.

3.

L-ebda korp ta' kollegament ma għandu jkun obbligat jaċċetta depożitu kif previst fil-paragrafu 1. Madankollu, jekk korp ta' kollegament jiċħad tali offerta, l-istituzzjoni kreditriċi ma għandhiex tibqa' intitolata li timponi mgħax fuq ħlas tardiv relatat mal-pretensjonijiet inkwistjoni għajr skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 1.

Artikolu SSCI.54

Dikjarazzjoni tal-Kontijiet Annwali

1.

Il-Kunsill ta' Sħubija għandu jistabbilixxi s-sitwazzjoni tal-pretensjonijiet għal kull sena kalendarja fuq il-bażi tar-rapport tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali. Għal dan il-għan, il-korpi ta' kollegament għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, sal-iskadenzi u skont il-proċeduri stabbiliti minn dan tal-aħħar, dwar l-ammont tal-pretensjonijiet introdotti, saldati jew kontestati (pożizzjoni tal-kreditur) u l-ammont ta' pretensjonijiet riċevuti, imħallsa jew kontestati (pożizzjoni tad-debitur).

2.

Il-Kunsill ta' Sħubija jista' jwettaq kwalunkwe verifika xierqa dwar id-data statistika u tal-kontabbiltà użati bħala l-bażi għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni annwali tal-pretensjonijiet prevista fil-paragrafu 1, b'mod partikolari biex jiżgura li dawn jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'dan it-Titolu.

KAPITOLU 2

IRKUPRU TA' BENEFIĊĊJI PROVDUTI IŻDA INDEBITI, IRKUPRU TA' ĦLASIJIET U KONTRIBUZZJONIJIET PROVIŻORJI, TPAĊIJA U ASSISTENZA FIL-QASAM TA' RKUPRU

TAQSIMA 1

PRINĊIPJI

Artikolu SSCI.55

Dispożizzjonijiet komuni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.64 ta' dan il-Protokoll u fil-qafas definit fih, l-irkupru tal-pretensjonijiet għandu, fejn ikun possibbli, isir permezz ta' tpaċija bejn l-istituzzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat u tar-Renju Unit, jew vis-à-vis il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata f'konformità mal-Artikoli SSCI.56 sa SSCI.58. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi rkuprata l-pretensjoni kollha jew xi parti minnha permezz ta' din il-proċedura ta' tpaċija, il-bqija tal-ammont dovut għandu jiġi rkuprat f'konformità mal-Artikoli SSCI.59 sa SSCI.69 ta' dan l-Anness.

TAQSIMA 2

TPAĊIJA

Artikolu SSCI.56

Benefiċċji riċevuti indebitament

1.

Jekk l-istituzzjoni ta' Stat tkun ħallset benefiċċji indebiti lil persuna, dik l-istituzzjoni tista', fit-termini u l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni tal-Istat responsabbli għall-ħlas ta' benefiċċji lill-persuna kkonċernata biex tnaqqas l-ammont imħallas indebitament minn arretrati jew ħlasijiet kurrenti li għandha tagħti lill-persuna kkonċernata irrispettivament mill-fergħa tas-sigurtà soċjali li taħtha jitħallas il-benefiċċju. L-istituzzjoni ta' dan l-Istat tal-aħħar għandha tnaqqas l-ammont ikkonċernat soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal din it-tip ta' proċedura ta' tpaċija f'konformità mal-leġiżlazzjoni li hija tapplika bl-istess mod daqslikieku hija stess tkun għamlet il-ħlasijiet żejda, u għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li tkun ħallset il-benefiċċji indebiti.

2.

B'deroga mill-paragrafu 1, jekk, meta jkunu qegħdin jingħataw jew jiġu riveduti benefiċċji marbuta mal-invalidità, pensjonijiet tax-xjuħija u tas-superstiti skont il-Kapitoli 3 u 4 tat-Titolu III ta' dan il-Protokoll, l-istituzzjoni ta' Stat tkun ħallset lil persuna benefiċċji ta' somma indebita, dik l-istituzzjoni tista' titlob lill-istituzzjoni tal-Istat responsabbli għall-ħlas ta' benefiċċji korrispondenti lill-persuna kkonċernata biex tnaqqas l-ammont imħallas żejjed mill-arretrati pagabbli lill-persuna kkonċernata. Wara li l-istituzzjoni msemmija l-aħħar tkun informat lill-istituzzjoni li ħallset somma indebita ta' dawn l-arretrati, l-istituzzjoni li ħallset is-somma indebita għandha fi żmien xahrejn tikkomunika l-ammont tas-somma indebita. Jekk l-istituzzjoni li jkollha tħallas l-arretrati tirċievi din il-komunikazzjoni sal-iskadenza hija għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li tkun ħallset somom indebiti. Jekk tiskadi l-iskadenza, dik l-istituzzjoni għandha mingħajr dewmien tħallas l-arretrati lill-persuna kkonċernata.

3.

Jekk persuna tkun irċeviet assistenza soċjali fi Stat wieħed matul perjodu li matulu hija kienet intitolata għal benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor, il-korp li jkun ipprovda l-assistenza jista', jekk ikun intitolat legalment li jitlob ħlas lura tal-benefiċċji dovuti lill-persuna kkonċernata, jitlob lill-istituzzjoni ta' kwalunkwe Stat ieħor responsabbli għall-ħlas ta' benefiċċji favur il-persuna kkonċernata biex tnaqqas l-ammont ta' assistenza mħallas mill-ammonti li dak l-Istat iħallas lill-persuna kkonċernata.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mutatis mutandis għal kwalunkwe membru tal-familja ta' persuna kkonċernata li jkun irċieva assistenza fit-territorju ta' Stat matul perjodu li fih il-persuna assigurata kienet intitolata għal benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor fir-rigward ta' dak il-membru tal-familja.

L-istituzzjoni ta' Stat li tkun ħallset ammont indebitu ta' assistenza għandha tibgħat dikjarazzjoni tal-ammont dovut lill-istituzzjoni tal-Istat l-ieħor, li għandha mbagħad tnaqqas l-ammont, soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti għal din it-tip ta' proċedura ta' tpaċija skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, u tittrasferixxi l-ammont mingħajr dewmien lill-istituzzjoni li tkun ħallset l-ammont indebitu.

Artikolu SSCI.57

Benefiċċji mħallsin proviżorjament fi flus jew kontribuzzjonijiet

1.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSCI.6, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-leġiżlazzjoni applikabbli tkun ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji tkun ġiet identifikata, l-istituzzjoni li tkun ħallset proviżorjament il-benefiċċji fi flus għandha tfassal dikjarazzjoni tal-ammont proviżorjament imħallas u għandha tibgħatha lill-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti.

L-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti biex tħallas il-benefiċċji għandha tnaqqas l-ammont dovut rigward il-ħlas proviżorju mill-arretrati tal-benefiċċji korrispondenti li hija għandha tagħti lill-persuna kkonċernata u mingħajr dewmien għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li tkun ħallset proviżorjament il-benefiċċji fi flus.

Jekk l-ammont ta' benefiċċji mħallsa proviżorjament ikun jaqbeż l-ammont ta' arretrati, jew jekk l-arretrati ma jkunux jeżistu, l-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti għandha tnaqqas dan l-ammont minn ħlasijiet li jkunu għaddejjin soġġetta għall-kundizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal dan it-tip ta' proċedura ta' tpaċija skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, u mingħajr dewmien tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li proviżorjament tkun ħallset il-benefiċċji fi flus.

2.

L-istituzzjoni li proviżorjament tkun irċeviet kontribuzzjonijiet minn persuna ġuridika jew fiżika ma għandhiex tirrimborża l-ammonti inkwistjoni lill-persuna li tkun ħallsithom sakemm hija ma tkunx ġiet aċċertata mill-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti s-somom dovuti lilha skont l-Artikolu SSCI.6(4).

B'talba mill-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti, li għandha ssir sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ġiet iddeterminata l-leġiżlazzjoni applikabbli, l-istituzzjoni li proviżorjament tkun irċeviet kontribuzzjonijiet għandha tittrasferihom lill-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti għal dak il-perjodu għall-finijiet li tiġi riżolta s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet dovuti lilha mill-persuna ġuridika jew fiżika. Il-kontribuzzjonijiet trasferiti għandhom jitqiesu retroattivament bħala li tħallsu lill-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti.

Jekk l-ammont ta' kontribuzzjonijiet imħallsa proviżorjament ikun jaqbeż l-ammont li l-persuna ġuridika jew fiżika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala dik kompetenti, l-istituzzjoni li proviżorjament tirċievi kontribuzzjonijiet għandha tirrimborża l-ammont eċċessiv lill-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.

Artikolu SSCI.58

Spejjeż relatati ma' tpaċija

Ebda spiża m'hija pagabbli fejn id-dejn jiġi rkuprat permezz tal-proċedura ta' tpaċija prevista fl-Artikoli SSCI.56 u SSCI.57.

TAQSIMA 3

RKUPRU

Artikolu SSCI.59

Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet komuni

1.

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

(a)

"pretensjoni" tfisser il-pretensjonijiet kollha relatati ma' kontribuzzjonijiet jew ma' benefiċċji mħallsin jew ipprovduti indebitament, inkluż mgħax, multi, pieni amministrattivi u l-ħlasijiet u l-ispejjeż l-oħra kollha marbuta mal-pretensjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat li jkun qed jagħmel il-pretensjoni;

(b)

"parti applikanti" tfisser, fir-rigward ta' kull Stat, kwalunkwe istituzzjoni li tagħmel talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru rigward pretensjoni kif definita hawn fuq;

(c)

"parti rikjesta" tfisser, fir-rigward ta' kull Stat, kwalunkwe istituzzjoni li tista' ssirilha talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru.

2.

It-talbiet u kwalunkwe komunikazzjoni relatata bejn l-Istati għandhom, b'mod ġenerali, jiġu indirizzati permezz tal-istituzzjonijiet nominati.

3.

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jieħu miżuri prattiċi ta' implimentazzjoni, inkluż, fost oħrajn, dawk relatati mal-Artikolu SSCI.4 u mal-istabbiliment ta' limitu minimu għall-ammonti li għalihom tista' ssir talba għall-irkupru.

Artikolu SSCI.60

Talbiet għal informazzjoni

1.

Fuq it-talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun utli għall-parti applikanti fl-irkupru tal-pretensjoni tagħha.

2.

Sabiex takkwista dik l-informazzjoni, il-parti rikjesta għandha tuża s-setgħat previsti fil-liġijiet, regolamenti jew prattiki amministrattivi li japplikaw għall-irkupru ta' pretensjonijiet simili li jsiru fl-Istat tagħha stess. It-talba għal informazzjoni għandha tindika l-isem, l-aħħar indirizz magħruf, u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata li magħha tkun marbuta l-informazzjoni u n-natura u l-ammont tal-pretensjoni li dwarha tkun qed issir talba.

3.

Il-parti rikjesta m'għandhiex tkun obbligata li tagħti informazzjoni:

(a)

li hija ma tkunx tista' tikseb sabiex jiġu rkuprati pretensjonijiet simili li jirriżultaw fit-territorju tagħha stess;

(b)

li jiżvela sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali; jew

(c)

li l-iżvelar tagħha jista' jippreġudika s-sigurtà ta' Stat jew imur kontra l-ordni pubbliku tiegħu.

4.

Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal informazzjoni.

Artikolu SSCI.61

Notifika

1.

Il-parti rikjesta għandha, fuq it-talba tal-parti applikanti, u f'konformità mar-regoli fis-seħħ għan-notifika ta' strumenti jew deċiżjonijiet simili fit-territorju tagħha stess, tinnotifika lid-destinatarju bl-istrumenti u d-deċiżjonijiet kollha, inkluż dawk ta' natura ġudizzjarja, li joriġinaw mill-Istat tal-parti applikanti u li jkunu relatati ma' pretensjoni jew mal-irkupru tagħha.

2.

It-talba għal notifika għandha tindika l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra rigward l-identifikazzjoni tad-destinatarju kkonċernat li għaliha l-parti applikanti normalment ikollha aċċess, in-natura u s-suġġett tal-istrument jew tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata u, jekk ikun meħtieġ, l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tad-debitur u l-pretensjoni li l-istrument jew deċiżjoni jkunu marbutin magħha, u kwalunkwe informazzjoni oħra utli.

3.

Il-parti rikjesta għandha mingħajr dewmien tinforma lill-parti applikanti bl-azzjoni meħuda fuq it-talba tagħha għal notifika u, partikolarment, bid-data li fiha d-deċiżjoni jew strument ġew mgħoddijin lid-destinatarju.

Artikolu SSCI.62

Talba għall-irkupru

1.

B'talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tirkupra pretensjonijiet li jkunu s-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar maħruġ mill-parti applikanti skont, u sal-limitu permess minn, il-liġijiet u l-prattiċi amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta.

2.

Il-parti applikanti tista' tagħmel talba għal irkupru biss jekk:

(a)

tipprovdi wkoll lill-parti rikjesta kopja uffiċjali jew ċertifikata tal-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni fl-Istat tal-parti applikanti, ħlief f'każijiet li fihom jiġi applikat l-Artikolu SSCI.64(3);

(b)

it-talba jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha ma jiġux ikkontestati fl-Istat tagħha stess;

(c)

hija tkun, fl-Istat tagħha stess, applikat proċeduri ta' rkupru xierqa li jkunu disponibbli għaliha fuq il-bażi tal-istrument imsemmi fil-paragrafu 1, u l-miżuri meħuda ma jkunux ser jirriżultaw fil-ħlas sħiħ tal-pretensjoni;

(d)

il-perjodu ta' limitazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tagħha stess ma jkunx skada.

3.

It-talba għall-irkupru għandha tindika:

(a)

l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra marbuta mal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata jew l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe parti terza li tkun fil-pussess tal-assi tal-persuna;

(b)

l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti dwar l-identifikazzjoni tal-parti applikanti;

(c)

referenza għall-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha, maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti;

(d)

in-natura u l-ammont tal-pretensjoni, inkluż is-somma kapitali, l-imgħax, il-multi, il-pieni amministrattivi u l-imposti u l-ispejjeż l-oħra kollha dovuti indikati fil-muniti tal-Istat(i) tal-parti applikanti u tal-parti rikjesta;

(e)

id-data ta' notifika tal-istrument lid-destinatarju mill-parti applikanti jew mill-parti rikjesta;

(f)

id-data li minnha u l-perjodu li matulu l-infurzar ikun possibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat tal-parti applikanti;

(g)

kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

4.

It-talba għal irkupru għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-parti applikanti li tikkonferma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.

5.

Il-parti applikanti għandha tibgħat lill-parti rikjesta kwalunkwe informazzjoni relevanti marbuta mal-kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru, hekk kif issir taf biha.

Artikolu SSCI.63

Strument li jippermetti l-infurzar tal-irkupru

1.

F'konformità mal-Artikolu SSC.64(2) ta' dan il-Protokoll, l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni għandu jiġi rikonoxxut direttament u ttrattat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-infurzar ta' pretensjoni tal-Istat tal-parti rikjesta.

2.

Minkejja l-paragrafu 1, l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni jista', fejn ikun xieraq u f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta, jiġi aċċettat, jiġi rikonoxxut bħala, jiġi ssupplimentat bi, jew jinbidel bi strument li jawtorizza l-infurzar fit-territorju ta' dak l-Istat.

Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba ta' rkupru, l-Istat(i) għandhom jippruvaw itemmu l-aċċettazzjoni, ir-rikonoxximent, is-supplimentar jew il-bdil, ħlief f'każijiet fejn jiġi applikat it-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-Istati ma jistgħux jirrifjutaw li jwettqu dawn l-azzjonijiet jekk l-istrument li jippermetti l-infurzar ikun sar kif suppost. Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet għaliex tkun qabżet il-perjodu ta' tliet xhur.

Jekk xi waħda minn dawn il-formalitajiet tagħti lok għal tilwima dwar il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar maħruġ mill-parti applikanti, għandu japplika l-Artikolu SSCI.65.

Artikolu SSCI.64

Arranġamenti u skadenza għal ħlasijiet

1.

Il-pretensjonijiet għandhom jiġu rkuprati bil-munita tal-Istat tal-parti rikjesta. L-ammont tal-pretensjoni fl-intier tiegħu li jiġi rkuprat mill-parti rikjesta għandu jiġi mibgħut lura mill-parti rikjesta lill-parti applikanti.

2.

Meta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat proprju tagħha jippermettu dan, u wara li tikkonsulta lill-parti applikanti, il-parti rikjesta tista' tippermetti lid-debitur żmien biex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Kwalunkwe imgħax impost mill-parti rikjesta fir-rigward ta' żmien addizzjonali bħal dan biex isir il-ħlas għandu jiġi ttrasferit lill-parti applikanti.

3.

Mid-data li fiha l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-irkupru tal-pretensjoni jkun ġie rikonoxxut direttament f'konformità mal-Artikolu SSCI.63(1) jew aċċettat, rikonoxxut, supplementat jew sostitwit f'konformità mal-Artikolu SSCI.63(2), għandu jiġi impost imgħax għall-ħlas tard skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta u għandu jintbagħat ukoll lill-parti applikanti.

Artikolu SSCI.65

Kontestazzjoni dwar il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-irkupru tagħha u kontestazzjoni dwar il-miżuri tal-infurzar

1.

Jekk, matul il-proċedura ta' rkupru, il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha maħruġ fl-Istat tal-parti applikanti jiġi kkontestat minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn din il-parti quddiem l-awtoritajiet xierqa tal-Istati tal-parti applikanti, f'konformità mal-liġijiet fis-seħħ f'dak l-Istat. Il-parti applikanti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-parti rikjesta b'din l-azzjoni. Il-parti interessata tista' tinforma wkoll lill-parti rikjesta bl-azzjoni.

2.

Malli l-parti rikjesta tkun irċeviet in-notifika jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew min-naħa tal-parti applikanti jew min-naħa tal-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura ta' infurzar sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti f'dan il-qasam, sakemm il-parti applikanti ma titlobx mod ieħor skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Jekk il-parti rikjesta tqis li dan ikun meħtieġ, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu SSCI.68, din tista' tieħu miżuri ta' prekawzjoni biex tiggarantixxi l-irkupru sa fejn il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tagħha stess jippermettu tali azzjoni għal pretensjonijiet simili.

Irrispettivament mill-ewwel subparagrafu, l-parti applikanti tista', f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tagħha stess, titlob lill-parti rikjesta biex tirkupra pretensjoni kontestata, sa fejn il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi rilevanti fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun sussegwentement favorevoli għad-debitur, il-parti applikanti għandha tkun responsabbli għar-rimborż ta' kwalunkwe somma rkuprata, flimkien ma' kwalunkwe kumpens dovut, f'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta.

3.

Meta l-kontestazzjoni tkun tikkonċerna l-miżuri ta' infurzar meħudin fl-Istat tal-parti rikjesta, l-azzjoni għandha titressaq quddiem l-awtorità xierqa ta' dak l-Istat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

4.

Meta l-awtorità xierqa li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 tkun tribunal ġudizzjarju jew amministrattiv, id-deċiżjoni ta' dak it-tribunal, sakemm tkun favorevoli għall-parti applikanti u tippermetti l-irkupru tal-pretensjoni fl-Istat tal-parti applikanti, għandha tikkostitwixxi "l-istrument li jippermetti l-infurzar" skont it-tifsira tal-Artikoli SSCI.62 u SSCI.63 u l-irkupru tal-pretensjoni għandu jkompli fuq il-bażi ta' dik id-deċiżjoni.

Artikolu SSCI.66

Limiti li japplikaw għall-assistenza

1.

Il-parti rikjesta ma għandhiex tkun obbligata:

(a)

li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli SSCI.62 sa SSCI.65, jekk l-irkupru tal-pretensjoni jista', minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat tal-parti rikjesta, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din għal pretensjonijiet nazzjonali simili;

(b)

li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli SSCI.60 sa SSCI.65, jekk it-talba inizjali skont l-Artikoli SSCI.60 sa SSCI.62 tapplika għal pretensjonijiet li ilhom iktar minn ħames snin, mill-mument li l-istrument li jippermetti l-irkupru ġie stabbilit f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-parti applikanti fid-data tat-talba. Madankollu, jekk il-pretensjoni jew l-istrument jiġi kkontestat, il-limitu taż-żmien jibda mill-mument li fih l-Istat tal-parti applikanti jistabbilixxi li l-pretensjoni jew l-ordni ta' infurzar li tippermetti l-irkupru ma tkunx tista' tibqa' tiġi kkontestata.

2.

Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal assistenza.

Artikolu SSCI.67

Perjodi ta' limitazzjoni

1.

Il-kwistjonijiet rigward il-perjodi ta' limitazzjoni għandhom ikunu regolati kif ġej:

(a)

mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat tal-parti applikanti, sa fejn dawn jikkonċernaw il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha; u

(b)

mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta, sakemm dawn jikkonċernaw il-miżuri ta' infurzar fl-Istat rikjest.

Il-perjodi ta' limitazzjoni skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta għandhom jibdew mid-data tar-rikonoxximent dirett jew mid-data tal-aċċettazzjoni, ir-rikonoxximent, is-supplimentar jew is-sostituzzjoni f'konformità mal-Artikolu SSCI.63.

2.

Il-passi meħuda għall-irkupru ta' pretensjonijiet mill-parti rikjesta wara xi talba għall-assistenza, li, kieku kienu twettqu mill-parti applikanti, kien ikollhom l-effett li jissospendu jew jinterrompu l-perjodu ta' limitazzjoni skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat tal-parti applikanti, għandhom jitqiesu li kienu ttieħdu f'dan tal-aħħar, sa fejn ikun ikkonċernat dak l-effett.

Artikolu SSCI.68

Miżuri ta' prekawzjoni

B'talba motivata mill-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tieħu miżuri ta' prekawzjoni biex tiżgura l-irkupru ta' pretensjoni sa fejn il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tal-parti rikjesta jkunu jippermettu dan.

Għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-ewwel paragrafu, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli SSCI.62, SSCI.63, SSCI.65 u SSCI.66 japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu SSCI.69

Spejjeż relatati ma' rkupru

1.

Il-parti rikjesta għandha tirkupra mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm kwalunkwe spiża marbuta mal-irkupru li hija tagħmel, f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat tal-parti rikjesta li japplikaw għal pretensjonijiet simili.

2.

L-assistenza reċiproka mogħtija taħt din it-Taqsima għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Madankollu, meta l-irkupru jirriżulta fi problema speċifika jew jikkonċerna ammont kbir ta' spejjeż, il-partijiet applikanti u rikjesti jistgħu jaqblu dwar arranġamenti ta' rimborż speċifiċi għall-każijiet inkwistjoni.

L-Istat tal-parti applikanti għandu jibqa' responsabbli lejn l-Istat tal-parti rikjesta għal kwalunkwe spiża u kwalunkwe telf li jsir bħala riżultat ta' azzjonijiet meqjusa li huma bla bażi, sa fejn tkun ikkonċernata s-sostanza tal-pretensjoni jew il-validità tal-istrument maħruġ mill-parti applikanti.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu SSCI.70

Eżami mediku u verifiki amministrattivi

1.

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra, fejn benefiċjarju jew pretendent ta' benefiċċji, jew membru tal-familja ta' dik il-persuna, ikun qed jissoġġorna jew jirrisjedi fit-territorju ta' Stat ieħor għajr dak fejn tkun tinsab l-istituzzjoni debitriċi, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba ta' dik l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn jew ta' residenza tal-benefiċjarju f'konformità mal-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikati minn dik l-istituzzjoni.

L-istituzzjoni debitriċi għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' soġġorn jew ta' residenza dwar kwalunkwe rekwiżit speċjali li għandu jiġi segwit u, jekk ikun meħtieġ, bil-punti li għandhom jiġu koperti mill-eżami mediku.

2.

L-istituzzjoni tal-post ta' soġġorn jew ta' residenza għandha tgħaddi rapport lill-istituzzjoni debitriċi li tkun talbet l-eżami mediku. Din l-istituzzjoni għandha tkun marbuta bil-konklużjonijiet tal-istituzzjoni tal-post ta' soġġorn jew ta' residenza.

L-istituzzjoni debitriċi għandha tirriżerva d-dritt li l-benefiċjarju jiġi eżaminat minn tabib tal-għażla tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju jista' jintalab imur lura fl-Istat tal-istituzzjoni debitriċi biss jekk il-benefiċjarju jkun jista' jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta' ħsara għas-saħħa tal-benefiċjarju u jekk l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.

3.

Meta benefiċjarju jew pretendent ta' benefiċċji, jew membru tal-familja ta' dik il-persuna, ikun fuq soġġorn jew ikun jirrisjedi fit-territorju ta' Stat ieħor għajr dak li fih tkun tinsab l-istituzzjoni debitriċi, il-verifika amministrattiva għandha ssir, fuq it-talba tal-istituzzjoni debitriċi, mill-istituzzjoni tal-post ta' soġġorn jew ta' residenza tal-benefiċjarju.

Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll f'dan il-każ.

4.

Bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta' kooperazzjoni amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas fl-Artikolu SSC.59(3) ta' dan il-Protokoll, l-ammont effettiv tal-ispejjeż tal-verifiki msemmija f'dan l-Artikolu għandu jiġi rimborżat lill-istituzzjoni li tkun intalbet twettaqhom mill-istituzzjoni debitriċi li tkun talbithom.

Artikolu SSCI.71

Notifiki

1.

L-Istati għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali bid-dettalji tal-korpi u l-entitajiet definiti fl-Artikolu SSC.1 ta' dan il-Protokoll u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu SSCI.1(2) ta' dan l-Anness, u tal-istituzzjonijiet innominati skont dan l-Anness.

2.

Il-korpi speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti b'identità elettronika fil-forma ta' kodiċi ta' identifikazzjoni u indirizz elettroniku.

3.

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-arranġamenti dettaljati, inkluż il-format u l-mudell komuni, għan-notifika tad-dettalji speċifikati fil-paragrafu 1.

4.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, ir-Renju Unit jista' jieħu sehem fl-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali u jħallas l-ispejjeż relatati.

5.

L-Istati għandhom ikunu responsabbli għall-aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1.

Artikolu SSCI.72

Informazzjoni

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jħejji l-informazzjoni meħtieġa biex jiżgura li l-partijiet ikkonċernati jkunu konxji tad-drittijiet tagħhom u tal-formalitajiet amministrattivi meħtieġa sabiex jinfurzawhom. Din l-informazzjoni għandha, fejn ikun possibbli, tiġi mqassma elettronikament permezz tal-pubblikazzjoni online fuq siti aċċessibbli lill-pubbliku. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandu jiżgura li l-informazzjoni tiġi aġġornata regolarment u għandu jimmonitorja l-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti.

Artikolu SSCI.73

Kambju tal-munita

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll u ta' dan l-Anness, ir-rata tal-kambju bejn żewġ muniti għandha tkun ir-rata ta' referenza ppubblikata mill-istituzzjoni finanzjarja deżinjata għal dan l-iskop mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali. Id-data li għandha titqies biex tiġi ddeterminata r-rata tal-kambju għandha tkun stabbilita mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

Artikolu SSCI.74

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jista' jadotta gwida ulterjuri dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u ta' dan l-Anness.

Artikolu SSCI.75

Dispożizzjonijiet interim għal formoli u dokumenti

1.

Għal perjodu interim, li jispiċċa fid-data li għandha tiġi maqbula mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-formoli u d-dokumenti kollha maħruġin mill-istituzzjonijiet kompetenti fil-format użat immedjatament qabel il-Protokoll jidħol fis-seħħ għandhom ikunu validi għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u, fejn xieraq, għandhom ikomplu jintużaw għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kompetenti. Dawn il-formoli u d-dokumenti kollha maħruġa qabel u matul dak il-perjodu interim għandhom ikunu validi sal-iskadenza jew il-kanċellazzjoni tagħhom.

2.

Il-formoli u d-dokumenti li huma validi skont il-paragrafu 1 jinkludu:

(a)

Karti Ewropej tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa maħruġin f'isem ir-Renju Unit, li għandhom ikunu dokumenti validi ta' intitolament għall-finijiet tal-Artikolu SSC.17 u l-Artikolu SSC.25(1) ta' dan il-Protokoll u l-Artikolu SSCI.22 ta' dan l-Anness; u

(b)

dokumenti portabbli li jiċċertifikaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà soċjali ta' persuna kif meħtieġ biex jingħata effett lil dan il-Protokoll.

Appendiċi SSCI-1

ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI BEJN ŻEWĠ STATI JEW AKTAR (imsemmijin fl-Artikolu SSCI.8 ta' dan l-Anness)

IL-BELĠJU – IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tal-4 ta' Mejju u tal-14 ta' Ġunju 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' verifiki amministrattivi u eżamijiet mediċi)

L-Iskambju ta' Ittri tat-18 ta' Jannar u l-14 ta' Marzu 1977 rigward l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti skont it-termini tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) kif emendat bl-Iskambju ta' Ittri tal-4 ta' Mejju u tat-23 ta' Lulju 1982 (ftehim għal ħlas lura ta' spejjeż imġarrba taħt l-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71)

ID-DANIMARKA — IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tat-30 ta' Marzu u tad-19 ta' April 1977 kif modifikat minn Skambju ta' Ittri tat-8 ta' Novembru 1989 u tal-10 ta' Jannar 1990 dwar ftehim li jirrinunzja r-rimborż tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura u l-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

L-ESTONJA — IR-RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fid-29 ta' Marzu 2006 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Estonja u tar-Renju Unit skont l-Artikolu 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta' rimborż tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Mejju 2004

IL-FINLANDJA — IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tal-1 u l-20 ta' Ġunju 1995 li jikkonċerna l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament bażiku (KEE) Nru 1408/71 (ir-rimborż jew ir-rinunzja tar-rimborż tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja tar-rimborż tal-ispejjeż tal-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

FRANZA — IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tal-25 ta' Marzu u tat-28 ta' April 1997 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' verifiki amministrattivi u eżamijiet mediċi)

Il-Ftehim tat-8 ta' Diċembru 1998 dwar il-metodi speċifiċi għad-determinazzjoni tal-ammonti tar-rifużjoni tal-benefiċċji in natura permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

L-UNGERIJA — IR-RENJU UNIT

L-Arranġament iffinalizzat fl-1 ta' Novembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Ungerija u tar-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Mejju 2004

L-IRLANDA — IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tad-9 ta' Lulju 1975 rigward l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previst skont it-termini tal-Kapitolu 1 jew 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

L-ITALJA — IR-RENJU UNIT

L-Arranġament iffirmat fil-15 ta' Diċembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika Taljana u tar-Renju Unit skont l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta' ħlas lura tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Jannar 2005

IL-LUSSEMBURGU — IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta' Ittri tat-18 ta' Diċembru 1975 u l-20 ta' Jannar 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja għall-ħlas lura tal-ispejjeż għall-verifiki amministrattivi u eżamijiet mediċi msemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

MALTA — IR-RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fis-17 ta' Jannar 2007 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti ta' Malta u tar-Renju Unit skont l-Artikolu 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta' rimborż tal-ispejjeż ta' benefiċċji in natura previsti skont dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Mejju 2004

IN-NETHERLANDS — IR-RENJU UNIT

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3 tal-Arranġament Amministrattiv tat-12 ta' Ġunju 1956 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-11 ta' Awwissu 1954

IL-PORTUGALL — IR-RENJU UNIT

L-Arranġament tat-8 ta' Ġunju 2004 li jistabbilixxi metodi oħrajn ta' rimborż tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura pprovduti miż-żewġ pajjiżi b'effett mill-1 ta' Jannar 2003

SPANJA — IR-RENJU UNIT

Il-Ftehim tat-18 ta' Ġunju 1999 dwar ir-rimborż tal-ispejjeż għall-benefiċċji in natura mogħtija skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

L-IŻVEZJA — IR-RENJU UNIT

L-Arranġament tal-15 ta' April 1997 li jikkonċerna l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ħlas lura jew rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta' rifużjonijiet tal-prezzijiet ta' verifiki amministrattivi u eżamijiet mediċi)

Appendiċi SSCI-2

DOKUMENT TA' INTITOLAMENT (l-Artikolu SSC.17 u l-Artikolu SSC.25(1) ta' dan il-Protokoll u l-Artikolu SSCI.22 ta' dan l-Anness)

1.

Id-dokumenti ta' intitolament maħruġin għall-finijiet tal-Artikolu SSC.17 u l-Artikolu SSC.25(1) ta' dan il-Protokoll mill-istituzzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta' Ġunju 2009 tal-Kummissjoni Amministrattiva li tikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.

2.

Id-dokumenti ta' intitolament maħruġin għall-finijiet tal-Artikolu SSC.17 u l-Artikolu SSC.25(1) mill-istituzzjonijiet kompetenti tar-Renju Unit għandu jkun fihom id-data li ġejja:

(a)

il-kunjom u l-isem tad-detentur tad-dokument;

(b)

in-numru ta' identifikazzjoni personali tad-detentur tad-dokument;

(c)

id-data tat-twelid tad-detentur tad-dokument;

(d)

id-data tal-iskadenza tad-dokument;

(e)

il-kodiċi "UK" minflok il-kodiċi ISO tar-Renju Unit;

(f)

in-numru ta' identifikazzjoni u l-akronimu tal-istituzzjoni tar-Renju Unit li tkun ħarġet id-dokument;

(g)

in-numru loġiku tad-dokument;

(h)

fil-każ ta' dokument proviżorju, id-data tal-ħruġ u d-data tal-kunsinna tad-dokument, u l-firma u t-timbru tal-istituzzjoni tar-Renju Unit.

3.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-dokumenti ta' intitolament maħruġa mir-Renju Unit għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali sabiex tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni tad-dokumenti rispettivi mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri li jipprovdu l-benefiċċji in natura.

BENEFIĊĊJI IN NATURA LI TEĦTIEĠ FTEHIM MINN QABEL (l-Artikolu SSC.17 u l-Artikolu SSC.25(1) ta' dan il-Protokoll)

1.

Il-benefiċċji in natura li għandhom jiġu pprovduti skont l-Artikolu SSC.17 u l-Artikolu SSC.25(1) ta' dan il-Protokoll għandhom jinkludu benefiċċji pprovduti b'rabta ma' mard kroniku jew eżistenti kif ukoll b'rabta mat-tqala u t-twellid.

2.

Il-benefiċċji in natura, inklużi dawk b'rabta ma' mard kroniku jew mard eżistenti jew b'rabta mat-twellid, mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet meta l-għan tas-soġġorn fi Stat ieħor ikun li jingħataw dawn it-trattamenti.

3.

Kwalunkwe trattament mediku vitali li jkun disponibbli biss f'unità medika speċjalizzata jew mogħti minn persunal jew tagħmir speċjalizzat irid ikun soġġett għal ftehim minn qabel bejn il-persuna assigurata u l-unità li tagħti t-trattament sabiex jiġi żgurat li t-trattament ikun disponibbli tul is-soġġorn tal-persuna assigurata fi Stat għajr l-Istat kompetenti jew dak ta' residenza.

4.

Lista mhux eżawrjenti tat-trattamenti li jissodisfaw dawn il-kriterji hija din li ġejja:

(a)

dijaliżi renali;

(b)

terapija bl-ossiġenu;

(c)

trattament speċjali għall-ażma;

(d)

ekokardjografija f'każ ta' mard awtoimmuni kroniku;

(e)

kimoterapija.

Appendiċi SSCI-3

STATI LI JITOLBU R-RIMBORŻ TAL-ISPEJJEŻ TA' BENEFIĊĊJI IN NATURA FUQ IL-BAŻI TA' AMMONTI FISSI (imsemmijin fl-Artikolu SSCI.48(1) ta' dan l-Anness)

 

L-IRLANDA

 

SPANJA

 

ĊIPRU

 

IL-PORTUGALL

 

L-IŻVEZJA

 

IR-RENJU UNIT


ANNESS SSC-8

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI RIGWARD L-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU SSC.11

STATI MEMBRI


30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/2540


FTEHIM

bejn L-unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-gran brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward proċeduri TA’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”)

u

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”),

imsejħa b’mod konġunt “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU:

li l-Partijiet jikkondividu l-objettivi li jsaħħu s-sigurtà tagħhom stess b’kull mod,

li l-Partijiet jaqblu li bejniethom jenħtieġ li tiġi żviluppata kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni,

li, f’dan il-kuntest, għalhekk, teżisti ħtieġa permanenti għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li kooperazzjoni u konsultazzjoni sħaħ u effettivi jistgħu jeħtieġu l-aċċess għall-informazzjoni klassifikata u l-materjal relatat tal-Partijiet kif ukoll l-iskambji ta’ dawn,

KONXJI li tali aċċess għal, u skambji ta’, informazzjoni klassifikata u materjal jirrikjedu t-teħid ta’ miżuri adegwati ta’ sigurtà,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li dan il-Ftehim jikkostitwixxi ftehim supplimentari għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”),

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Biex jintlaħqu l-objettivi tat-tisħiħ tas-sigurtà ta’ kull waħda mill-Partijiet b’kull mod, dan il-Ftehim japplika għal informazzjoni jew materjal klassifikati f’kull forma jew ipprovduti minn Parti waħda lill-Parti l-oħra jew inkella skambjati bejniethom.

2.   Kull Parti għandha tipproteġi l-informazzjoni klassifikata li tirċievi mill-Parti l-oħra minn żvelar mhux awtorizzat jew telf skont it-termini mniżżlin f’dan il-Ftehim u skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet.

3.   Dan il-Ftehim ma jikkostitwixxix bażi biex tiġi mġiegħla ssir il-provvista jew l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata mill-Partijiet.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “informazzjoni klassifikata” tfisser kull informazzjoni jew materjal, f’kull forma, natura jew metodu ta’ trażmissjoni, li jkunu:

(a)

determinati minn waħda mill-Partijiet bħala li jeħtieġu protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat jew telf li jista’ joħloq livelli varji ta’ dannu jew ħsara fl-interessi tar-Renju Unit, fl-interessi tal-Unjoni jew fl-interessi ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tagħha; u

(b)

jkollhom marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà kif stabbilit fl-Artikolu 7.

Artikolu 3

1.   L-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni li għalihom japplika dan il-Ftehim huma l-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’Sigurtà, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“is-SEAE”), il-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

2.   Dawn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni jistgħu jikkondividu informazzjoni klassifikata li taslilhom permezz ta’ dan il-Ftehim ma’ istituzzjonijiet u entitajiet oħrajn tal-Unjoni, soġġetti għall-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti fornitriċi u soġġetti għal assigurazzjonijiet xierqa li l-istituzzjoni jew l-entità riċeventi jipproteġu l-informazzjoni b’mod adegwat.

Artikolu 4

Kull Parti għandha tiżgura li jkollha fis-seħħ sistemi u miżuri ta’ sigurtà xierqa, li jkunu bbażati fuq il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti fil-liġijiet, fir-regoli jew fir-regolamenti rispettivi tagħha u riflessi fl-arranġament ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12, biex ikun żgurat li qed jiġi applikat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata li hija soġġetta għal dan il-Ftehim.

Artikolu 5

1.   Kull Parti għandha, fir-rigward ta’ informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim:

(a)

tipproteġi, f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti tagħha stess, tali informazzjoni klassifikata għal livell ekwivalenti ta’ protezzjoni bħalma tagħti lill-informazzjoni klassifikata tagħha stess fil-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà korrispondenti, kif stabbilit fl-Artikolu 7;

(b)

tiżgura li tali informazzjoni klassifikata żżomm il-marka tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà mogħtija lilha mill-Parti fornitriċi, u li ma tbaxxix il-livell tal-klassifikazzjoni tagħha jew tiddeklassifikaha mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti fornitriċi; il-Parti riċeventi għandha tipproteġi l-informazzjoni klassifikata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli tagħha stess għal informazzjoni li jkollha klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti, kif speċifikat fl-Artikolu 7;

(c)

ma tużax tali informazzjoni klassifikata għal għanijiet li mhumiex dawk stabbiliti mill-oriġinatur jew dawk li għalihom tiġi pprovduta jew skambjata l-informazzjoni, ħlief meta l-Parti fornitriċi tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel;

(d)

soġġett għall-modalitajiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ma tiżvelax tali informazzjoni klassifikata lil terza persuna jew tagħmel tali informazzjoni klassifikata disponibbli għall-pubbliku mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-Parti fornitriċi;

(e)

ma tippermettix l-aċċess għal tali informazzjoni klassifikata minn individwi ħlief jekk dawn ikollhom bżonn it-tagħrif u jkunu ngħataw l-approvazzjoni tas-sigurtà jew jingħataw is-setgħa jew l-awtorizzazzjoni b’xi mod ieħor f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli tal-Parti riċeventi;

(f)

tiżgura li tali informazzjoni klassifikata tiġi ttrattata u maħżuna f’faċilitajiet li jkunu żgurati, ikkontrollati, u protetti b’mod xieraq f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti; u

(g)

tiżgura li l-individwi kollha li jkollhom aċċess għal tali informazzjoni klassifikata jkunu infurmati bir-responsabbiltà tagħhom li jipproteġuha f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

2.   Il-Parti riċeventi għandha:

(a)

tieħu l-passi kollha meħtieġa f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha biex tipprevjeni li informazzjoni klassifikata pprovduta skont dan il-Ftehim issir disponibbli għall-pubbliku jew kwalunkwe parti terza; jekk ikun hemm xi talba biex xi informazzjoni klassifikata pprovduta skont dan il-Ftehim issir disponibbli għall-pubbliku jew għal xi parti terza, il-Parti riċeventi għandha tinnotifika minnufih lill-Parti fornitriċi bil-miktub, u ż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-miktub qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandux isir żvelar ta’ dik l-informazzjoni;

(b)

tinforma lill-Parti fornitriċi bi kwalunkwe talba minn awtorità ġudizzjarja, ukoll bħala parti minn proċess ġudizzjarju, jew minn awtorità leġiżlattiva li taġixxi f’kapaċità investigattiva, biex tikseb informazzjoni klassifikata riċevuta mill-Parti fornitriċi skont dan il-Ftehim; meta l-Parti riċeventi tivvaluta din it-talba, hi għandha, sa fejn possibbli, tikkunsidra l-opinjonijiet tal-Parti fornitriċi; jekk, permezz tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti riċeventi, dik it-talba tinvolvi t-trażmissjoni tal-informazzjoni klassifikata lill-awtorità leġiżlattiva jew l-awtorità ġudizzjarja rikjedenti, ukoll bħala parti minn proċess ġudizzjarju, il-Parti riċeventi għandha tiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-informazzjoni tkun protetta b’mod xieraq, inkluż minn kwalunkwe żvelar lil awtoritajiet oħra jew partijiet terzi.

Artikolu 6

1.   L-informazzjoni klassifikata għandha tiġi żvelata jew rilaxxata f’konformità mal-prinċipju tal-kunsens tal-oriġinatur.

2.   Biex isir rilaxx lil riċevituri oħra li mhumiex il-Partijiet, soġġett għall-punt (d) tal-Artikolu 5(1), deċiżjoni dwar l-iżvelar jew ir-rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata mill-Parti riċeventi għandha tittieħed fuq il-bażi ta’ każ b’każ, soġġetta għall-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti fornitriċi u f’konformità mal-prinċipju tal-kunsens tal-oriġinatur.

3.   Ma għandu jkun possibbli l-ebda rilaxx ġeneriku sakemm ma jkunux ġew miftehma proċeduri bejn il-Partijiet rigward ċerti kategoriji ta’ informazzjoni li huma rilevanti għar-rekwiżiti speċifiċi tagħhom.

4.   L-informazzjoni klassifikata li hija soġġetta għal dan il-Ftehim tista’ tiġi pprovduta lil kuntrattur jew lil kuntrattur prospettiv biss bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti fornitriċi. Qabel ma tiżvela xi informazzjoni klassifikata lil xi kuntrattur jew kuntrattur prospettiv, il-Parti riċeventi għandha tiżgura li l-kuntrattur jew il-kuntrattur prospettiv ikun ipprovda sigurtà għall-faċilitajiet tiegħu u li jkun jista’ jipproteġi l-informazzjoni klassifikata f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli, u li l-kuntrattur jew il-kuntrattur prospettiv ikollu l-approvazzjoni tas-sigurtà adatta, fejn applikabbli, għalih innifsu u jkollu l-approvazzjonijiet tas-sigurtà adatti għall-membri tal-persunal tiegħu li jeħtieġu aċċess għall-informazzjoni klassifikata.

Artikolu 7

1.   Biex jiġi stabbilit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata pprovduta mill-Partijiet jew skambjata bejniethom, il-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà għandhom jikkorrispondu kif ġej:

UE

Renju Unit

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

UK TOP SECRET

SECRET UE/EU SECRET

UK SECRET

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

L-ebda ekwivalenti - ara l-paragrafu 2

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

UK OFFICIAL-SENSITIVE

2.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-Partijiet, ir-Renju Unit għandu jagħti informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak ta’ informazzjoni klassifikata UK SECRET.

3.   Sakemm ir-Renju Unit ma jkunx innotifika lill-Unjoni bil-miktub li jkun iddegrada jew iddeklassifika l-informazzjoni klassifikata UK CONFIDENTIAL tiegħu li diġà teżisti, l-Unjoni għandha tagħti lil din l-informazzjoni livell ekwivalenti ta’ protezzjoni bħal dak mogħti lil informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u, sakemm ir-Renju Unit ma jkunx innotifika lill-Unjoni bil-miktub li huwa ddeklassifika l-informazzjoni klassifikata UK RESTRICTED l tiegħu i diġà teżisti, l-Unjoni għandha tagħti lil kwalunkwe informazzjoni klassifikata UK RESTRICTED li diġà teżisti livell ekwivalenti ta’ protezzjoni bħal dak mogħti lil informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

Artikolu 8

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li, fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom, jeħtieġu aċċess, jew li d-dmirijiet jew il-funzjonijiet tagħhom jistgħu jagħtuhom aċċess, għal informazzjoni klassifikata fil-livell ta’ CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew UK SECRET jew ogħla li ġiet ipprovduta jew skambjata permezz ta’ dan il-Ftehim, ikollhom approvazzjonijiet tas-sigurtà adegwati jew inkella jkunu ngħataw is-setgħa jew l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli tal-Parti riċeventi, qabel dawk il-persuni jingħataw aċċess għal tali informazzjoni klassifikata apparti r-rekwiżit li l-individwu jkollu bżonn it-tagħrif, kif previst fil-punt (e) tal-Artikolu 5(1).

2.   Il-proċeduri ta’ approvazzjoni tas-sigurtà għandhom jitfasslu biex jiġi determinat jekk individwu, b’kont meħud tal-lealtà u l-affidabbiltà tal-individwu, jistax ikollu aċċess għal informazzjoni klassifikata.

Artikolu 9

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

l-informazzjoni klassifikata kollha rilaxxata lill-Unjoni skont dan il-Ftehim għandha tintbagħat permezz ta’:

(i)

ir-Reġistru Ċentrali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jekk tkun indirizzata lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill jew lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(ii)

ir-Reġistru tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, jekk tkun indirizzata lill-Kummissjoni Ewropea;

(iii)

ir-Reġistru tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jekk tkun indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew is-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna;

(b)

l-informazzjoni klassifikata kollha rilaxxata lir-Renju Unit skont dan il-Ftehim għandha tintbagħat lir-Renju Unit permezz tal-Missjoni tar-Renju Unit lejn l-Unjoni;

(c)

il-Partijiet jistgħu jaqblu b’mod reċiproku dwar il-metodi xierqa biex jiżguraw l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni klassifikata, skont l-arranġamenti stabbilit fil-punti (a) u (b).

Artikolu 10

It-trażmissjonijiet elettroniċi ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni u r-Renju Unit u t-trażmissjonijiet elettroniċi ta’ informazzjoni klassifikata bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni għandhom jiġu kriptati f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti li tirrilaxxa, kif stabbilit fil-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti tagħha; l-arranġament ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 għandu jistabbilixxi kif xieraq il-kundizzjonijiet li bihom kull Parti tista’ tittrażmetti, taħżen jew tipproċessa informazzjoni klassifikata, ipprovduta mill-Parti l-oħra, fin-networks interni tagħhom.

Artikolu 11

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, il-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal kwistjonijiet ta’ sigurtà, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali tar-Renju Unit, l-Uffiċċju tal-Kabinett, għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 12

1.   Biex dan il-Ftehim jiġi implimentat, għandu jiġi stabbilit arranġament ta’ implimentazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ sigurtà kompetenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni indikati hawn taħt, li kull waħda taġixxi f’isem l-awtorità organizzattiva tagħha, u l-Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali tar-Renju Unit, l-Uffiċċju tal-Kabinett, biex jiġu stabbiliti l-istandards għall-protezzjoni reċiproka ta’ informazzjoni klassifikata skont dan il-Ftehim:

(a)

id-Direttorat għas-Sikurezza u s-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(b)

id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea (DG.HR.DS); u

(c)

id-Direttorat għas-Sigurtà u l-Infrastruttura tas-SEAE.

2.   Qabel ma tiġi pprovduta jew skambjata informazzjoni klassifikata skont dan il-Ftehim, l-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jaqblu li l-Parti riċeventi tkun tista’ tipproteġi l-informazzjoni b’mod konsistenti mal-arranġament ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 13

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli fir-rigward tas-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata li tkun soġġetta għal dan il-Ftehim u jistgħu jipprovdu assistenza reċiproka dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni. L-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti msemmija fl-Artikolu 12(1) għandhom iwettqu konsultazzjonijiet u żjajjar ta’ evalwazzjoni reċiproċi ta’ sigurtà biex tiġi stmata l-effettività tal-arranġamenti tas-sigurtà fil-qasam tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Il-Partijiet għandhom jiddeċiedu flimkien dwar il-frekwenza ta’ dawk il-konsultazzjonijiet u ż-żjarat ta’ valutazzjoni u dwar meta għandhom isiru.

Artikolu 14

1.   L-awtorità tas-sigurtà kompetenti ta’ Parti kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) għandha tinforma immedjatament lill-awtorità tas-sigurtà kompetenti tal-Parti l-oħra bi kwalunkwe każ ta’ żvelar mhux awtorizzat ippruvat jew suspettat jew telf ta’ informazzjoni klassifikata pprovduta minn dik il-Parti. L-awtorità tas-sigurtà kompetenti tal-Parti rilevanti għandha tmexxi investigazzjoni, bl-assistenza mill-Parti l-oħra jekk meħtieġ, u għandha tirrapporta r-riżultati lill-Parti l-oħra.

2.   L-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti msemmijin fl-Artikolu 12(1) għandhom jistabbilixxu l-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’każijiet bħal dawn.

Artikolu 15

Kull Parti għandha tassumi l-ispejjeż tagħha stess fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 16

1.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jbiddel il-ftehimiet jew l-arranġamenti bejn il-Partijiet jew il-ftehimiet jew l-arranġamenti bejn ir-Renju Unit u Stat Membru wieħed jew aktar.

2.   Dan il-Ftehim ma għandux jipprekludi lill-Partijiet milli jikkonkludu ftehimiet oħra relatati mal-provvediment jew l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata li tkun soġġetta għal dan il-Ftehim, sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunx inkompatibbli mal-obbligi skont dan il-Ftehim.

Artikolu 17

Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub bi kwalunkwe bidla fil-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti tagħha li tista’ taffettwa l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata msemmija f’dan il-Ftehim.

Artikolu 18

Il-Partijiet għandhom jindirizzaw kull tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet.

Artikolu 19

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data bħad-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, dment li, qabel dik id-data, il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għall-istabbiliment tal-kunsens tagħhom li jintrabtu.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew mid-data li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom biex jirrilaxxaw informazzjoni klassifikata skont dan il-Ftehim, skont liema data tkun l-aktar tard. Jekk il-Partijiet ma jkunux innotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom biex jistabbilixxu l-kunsens tagħhom li jkunu marbuta b’dan il-Ftehim mid-data li fiha l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tieqaf, dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jkun applikat.

3.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi rieżaminat biex jiġu kkunsidrati emendi eventwali b’talba ta’ xi waħda mill-Partijiet.

4.   Kwalunkwe emenda magħmula għal dan il-Ftehim għandha ssir biss bil-miktub u bi qbil komuni bejn il-Partijiet.

Artikolu 20

1.   Skont l-Artikolu 779 tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, dan il-Ftehim għandu jintemm mat-tmiem tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

2.   It-tmiem ta’ dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa l-obbligi li diġà daħlu għalihom b’dan il-Ftehim. B’mod partikolari, kull informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata skont dan il-Ftehim għandha tibqa’ tiġi protetta f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 21

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż,(bl-Irlandiż,) bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż. Sat-30 ta’ April 2021, il-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal proċess ta’ reviżjoni ġuridika-lingwistika finali. Minkejja s-sentenza preċedenti, il-proċess tar-reviżjoni ġuridika-lingwistika finali għall-verżjoni Ingliż tal-Ftehim għandu jkun iffinalizzat mhux aktar tard mill-jum imsemmi fl-Artikolu 19(1) jekk dan il-jum jiġi qabel it-30 ta’ April 2021.

Il-verżjonijiet lingwistiċi li jirriżultaw mill-proċess ta’ reviżjoni ġuridika-lingwitika finali ta’ hawn fuq għandhom jieħdu post ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehim u għandhom jiġu stabbiliti bħala awtentiċi u definittivi permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Съставено в Брюксел и Лондон на тридесети декември две хиляди и двадесета година.

Hecho en Bruselas y Londres, el treinta de diciembre de dos mil veinte.

V Bruselu a v Londýně dne třicátého prosince dva tisíce dvacet.

Udfærdiget i Bruxelles og London, den tredivte december to tusind og tyve.

Geschehen zu Brüssel und London am dreißigsten Dezember zweitausendzwanzig.

Kahe tuhande kahekümnenda aasta detsembrikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis ja Londonis.

Έγινε στις Βρυξέλλες και στο Λονδίνο, στις τριάντα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες είκοσι.

Done at Brussels and London on the thirtieth day of December in the year two thousand and twenty.

Fait à Bruxelles et à Londres, le trente décembre deux mille vingt..

Arna dhéanamh sa Bhruiséil agus i Londain, an tríochadú lá de mhí na Nollag an bhliain dhá mhíle fiche.

Sastavljeno u Bruxellesu i Londonu tridesetog prosinca godine dvije tisuće dvadesete.

Fatto a Bruxelles e Londra, addì trenta dicembre duemilaventi.

Briselē un Londonā, divi tūkstoši divdesmitā gada trīsdesmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai dvidešimtų metų gruodžio trisdešimtą dieną Briuselyje ir Londone.

Kelt Brüsszelben és Londonban, a kétezer-huszadik év december havának harmincadik napján.

Magħmul fi Brussell u Londra, fit-tletin jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u għoxrin.

Gedaan te Brussel en Londen, dertig december tweeduizend twintig.

Sporządzono w Brukseli i Londynie dnia trzydziestego grudnia roku dwa tysiące dwudziestego.

Feito em Bruxelas e em Londres, em trinta de dezembro de dois mil e vinte.

Întocmit la Bruxelles și la Londra la treizeci decembrie două mii douăzeci.

V Bruseli a Londýne tridsiateho decembra dvetisícdvadsať.

V Bruslju in Londonu, tridesetega decembra dva tisoč dvajset.

Tehty Brysselissä ja Lontoossa kolmantenakymmenentenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentä.

Som skedde i Bryssel och i London den trettionde december år tjugohundratjugo.

Image 25

Image 26


30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/2549


Dikjarazzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni u tal-Ftehim dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-KOOPERAZZJONI REGOLATORJA FIS-SERVIZZI FINANZJARJI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU UNIT

1.

L-Unjoni u r-Renju Unit jaqblu li jistabbilixxu kooperazzjoni regolatorja strutturata dwar is-servizzi finanzjarji, bil-għan li tiġi stabbilita relazzjoni dejjiema u stabbli bejn il-ġuriżdizzjonijiet awtonomi. Abbażi ta' impenn komuni biex jiġu ppreservati l-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, u l-protezzjoni tal-investituri u l-konsumaturi, dawn l-arranġamenti ser jippermettu:

skambji bilaterali ta' fehmiet u analiżi relatati ma' inizjattivi regolatorji u kwistjonijiet oħra ta' interess;

trasparenza u djalogu xieraq fil-proċess ta' adozzjoni, sospensjoni u rtirar ta' deċiżjonijiet ta' ekwivalenza; kif ukoll

kooperazzjoni u koordinazzjoni msaħħa inkluż f'korpi internazzjonali kif xieraq.

2.

Iż-żewġ Partijiet, sa Marzu 2021, se jiftiehmu dwar Memorandum ta' Ftehim li jistabbilixxi l-qafas għal din il-kooperazzjoni. Il-partijiet se jiddiskutu, fost l-oħrajn , kif jimxu 'l quddiem fuq iż-żewġ naħat b'determinazzjonijiet ta' ekwivalenza bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, mingħajr preġudizzju għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet unilaterali u awtonomu ta' kull naħa.

DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA REĠIMI TAT-TAXXA DANNUŻI

L-Unjoni Ewropea (1) u r-Renju Unit ("il-Parteċipanti") japprovaw id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta li ġejja dwar il-Ġlieda kontra r-Reġimi tat-Taxxa Dannużi.

Il-parteċipanti, li jirriflettu l-prinċipji globali tal-kompetizzjoni ġusta tat-taxxa, jaffermaw l-impenn tagħhom li jiġġieldu kontra reġimi tat-taxxa dannużi, b'mod partikolari dawk li jistgħu jiffaċilitaw l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt f'konformità mal-Azzjoni 5 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS). F'dan il-kuntest, il-Parteċipanti jaffermaw l-impenn tagħhom li japplikaw il-prinċipji fil-ġlieda kontra reġimi tat-taxxa dannużi f'konformità ma' din id-dikjarazzjoni politika konġunta.

Ir-reġimi tat-taxxa dannużi jkopru reġimi ta' tassazzjoni tan-negozju, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-post tal-attività tan-negozju, inkluż ta' gruppi ta' kumpaniji, fi ħdan il-Parteċipanti. Is-sistemi tat-taxxa jinkludu kemm liġijiet jew regolamenti kif ukoll prattiki amministrattivi.

Jekk reġim tat-taxxa jissodisfa l-kriterju gateway tal-impożizzjoni ta' livell effettiv b'mod sinifikanti anqas ta' tassazzjoni minn dawk il-livelli li ġeneralment japplikaw fil-Parteċipanti, inkluż tassazzjoni żero, dan jenħtieġ li jitqies bħala potenzjalment dannuż. Livell ta' tassazzjoni bħal dan jista' jopera bis-saħħa ta' rata tat-taxxa nominali, il-bażi tat-taxxa jew kwalunkwe fattur relevanti ieħor.

F'dan il-kuntest, u meta jitqies l-approċċ stabbilit fil-livell globali, meta jiġi vvalutat jekk reġim ta' tassazzjoni tan-negozju huwiex ta' ħsara, jenħtieġ li jitqies jekk japplikax wieħed jew aktar mill-fatturi ewlenin li ġejjin:

a)

jekk il-vantaġġi humiex delimitati mill-ekonomija domestika sabiex ma jaffettwawx il-bażi tat-taxxa nazzjonali jew jingħataw biss lil dawk li mhumiex residenti;

b)

jekk ir-reġim li jagħti l-vantaġġi jonqosx milli jirrikjedi xi attività ekonomika sostanzjali u preżenza ekonomika sostanzjali fi ħdan il-Parteċipant li joffri dawn il-vantaġġi fiskali;

c)

jekk ir-regoli għad-determinazzjoni tal-profitt fir-rigward ta' attivitajiet fi ħdan grupp multinazzjonali ta' kumpaniji jitbegħdux minn prinċipji aċċettati internazzjonalment, b'mod partikolari r-regoli miftiehma fi ħdan l-OECD;

d)

jekk ir-reġim tat-taxxa jkunx nieqes mit-trasparenza, inkluż fejn id-dispożizzjonijiet legali jiġu rilassati fil-livell amministrattiv b'mod mhux trasparenti jew fejn ma jkun hemm l-ebda skambju effettiv ta' informazzjoni fir-rigward tar-reġim.

Il-parteċipanti jenħtieġ li jinkoraġġixxu, fil-qafas tal-arranġamenti kostituzzjonali tagħhom, l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji fit-territorji li għalihom għandhom responsabbiltajiet speċjali jew prerogattivi ta' tassazzjoni.

Il-Parteċipanti jenħtieġ li jkollhom djalogu annwali biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dawn il-Prinċipji .

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-UNJONI EWROPEA U R-RENJU UNIT DWAR IL-POLITIKA MONETARJA U L-KONTROLL TAS-SUSSIDJI

Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim reċiproku tagħhom li l-attivitajiet imwettqa minn bank ċentrali fit-twettiq ta' politiki monetarji ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 3 tat-Titolu XI tal-Ewwel Intestatura tat-Tieni Parti tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-POLITIKI TA' KONTROLL TAS-SUSSIDJI

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ("il-Parteċipanti") japprovaw id-Dikjarazzjoni Politika li ġejja dwar il-Politiki tal-Kontroll tas-Sussidji.

Il-gwida f'din id-dikjarazzjoni konġunta tirrappreżenta l-fehim kondiviż tal-Parteċipanti tal-politiki ta' sussidju xierqa fl-oqsma stabbiliti hawn taħt.

Filwaqt li mhijiex vinkolanti fuq il-Parteċipanti, huma jistgħu jqisu din il-gwida fis-sistemi rispettivi tagħhom ta' kontroll tas-sussidji.

Il-Parteċipanti jistgħu jaqblu li jaġġornaw din il-gwida.

Sussidji għall-iżvilupp ta' żoni żvantaġġati

1.

Jistgħu jingħataw sussidji għall-iżvilupp ta' żoni jew reġjuni żvantaġġati jew żvantaġġati. Meta jiġi stabbilit l-ammont ta' sussidju, jistgħu jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:

is-sitwazzjoni soċjoekonomika taż-żona żvantaġġata kkonċernata;

id-daqs tal-benefiċjarju; kif ukoll

id-daqs tal-proġett ta' investiment.

2.

Il-benefiċjarju għandu jipprovdi l-kontribuzzjoni sostanzjali tiegħu għall-ispejjeż tal-investiment. Is-sussidju ma għandux ikollu bħala l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu li jinċentiva lill-benefiċjarju biex jittrasferixxi l-istess attività jew waħda simili mit-territorju ta' Parti waħda għat-territorju tal-Parti l-oħra.

Trasport

1.

Sussidji lill-ajruporti għal investimenti infrastrutturali u spejjeż operattivi jistgħu jingħataw filwaqt li jitqies id-daqs tal-ajruport f'termini ta' volum annwali ta' passiġġieri. Sabiex jirċievi sussidji biex jiffinanzja l-ispejjeż operattivi, ajruport, għajr ajruport reġjonali żgħir, għandu juri l-kapaċità tiegħu li jiżgura vijabbiltà futura f'perjodu ta' żmien li jippermetti li s-sussidju jitneħħa progressivament.

2.

Is-sussidji għal proġetti ta' infrastruttura tat-toroq jistgħu jingħataw jekk ma jkunux imfassla b'mod selettiv għall-benefiċċju ta' attur jew settur ekonomiku individwali, iżda minflok jipprovdu benefiċċji lis-soċjetà inġenerali. Meta jingħata s-sussidju, għandu jiġi żgurat li l-aċċess miftuħ għall-infrastruttura jkun disponibbli għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja (2).

3.

Sussidji lill-portijiet jistgħu jingħataw għal tħammil jew għal proġetti ta' infrastruttura jekk ikunu limitati għall-ammont minimu meħtieġ biex jinbeda l-proġett.

Riċerka u żvilupp

Jistgħu jingħataw sussidji għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp (3). Dan jinkludi r-riċerka fundamentali, ir-riċerka industrijali u l-iżvilupp sperimentali, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' teknoloġija ġdida u innovattiva ħafna li tixpruna t-tkabbir tal-produttività u l-kompetittività, jekk ikunu meħtieġa, proporzjonati, u ma jkollhomx bħala l-għan jew l-effett ewlieni tagħhom it-trasferiment jew l-għeluq ta' tali attivitajiet fit-territorju tal-Parti l-oħra. Is-sussidji jistgħu jingħataw ukoll b'rabta ma' inizjattivi oħra, bħal pereżempju għal proċessi ta' produzzjoni ġodda, infrastruttura rilevanti, raggruppamenti tal-innovazzjoni u ċentri diġitali. L-ammont ta' sussidju għandu jirrifletti, fost fatturi oħra, ir-riskju u l-ammont ta' innovazzjoni teknoloġika involuta fil-proġett, kemm il-proġett huwa qrib is-suq u l-kontribut tal-proġett għall-ġenerazzjoni tal-għarfien.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-UNJONI U R-RENJU UNIT DWAR L-ANNESS 29

Il-partijiet jifhmu li l-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-kummerċ imsemmija fl-Anness 29 ifisser li, fil-limiti stabbiliti f'dak l-Anness, l-arranġamenti kummerċjali:

jenħtieġ li jkunu effiċjenti kemm jista' jkun; kif ukoll

jenħtieġ li, f'ċirkostanzi normali, jirriżulta fi l-flussi bejn l-interkonnetturi tal-elettriku li jkunu konsistenti mal-prezzijiet fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem tal-Partijiet.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 412 U L-ARTIKOLU 415

Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim komuni tagħhom li:

1.

L-Artikolu 412 u l-Artikolu 415 mhumiex reċiprokament esklużivi. B'mod partikolari, mhuwiex eskluż li interess ta' sigurtà ta' Parti jikkwalifika simultanjament bħala 'interess essenzjali ta' sigurtà' għall-finijiet tal-Artikolu 415 u bħala kwistjoni ta' 'sigurtà pubblika' jew 'ordni pubblika' għall-finijiet tal-Artikolu 412.

2.

Artikolu 412 u Artikolu 415, inklużi b' mod partikolari t-termini 'interessi essenzjali ta' sigurtà', 'sigurtà pubblika', 'morali pubblika' u 'ordni pubbliku' għandhom jiġu interpretati f'konformità mar-regoli ta' interpretazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, kif stabbilit fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 516.

DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TRASPORTATURI BIT-TRIQ

Il-Partijiet jinnotaw li filwaqt li l-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jittrattax l-arranġamenti tal-viża jew tal-fruntieri għat-trasportaturi bit-triq li joperaw fit-territorju tal-parti l-oħra, il-ġestjoni tajba u effiċjenti tal-arranġamenti tal-viża u tal-fruntieri għat-trasportaturi bit-triq hija importanti għall-moviment tal-merkanzija, b'mod partikolari bejn il-fruntiera bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni.

Għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' kull Parti li tirregola d-dħul ta' persuni fiżiċi, jew is-soġġorn temporanju tagħhom, fit-territorju tagħha, il-Partijiet jaqblu li jiffaċilitaw b'mod xieraq, fil-liġijiet rispettivi tagħhom, id-dħul u s-soġġorn temporanju tax-xufiera li jwettqu l-attivitajiet permessi skont it-Titolu I tat-Tielet Intestatura tat-Tieni Parti ta' dan il-Ftehim.

DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR L-ASIL U R-RITORNI

Filwaqt li l-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar l-asil, ir-ritorn, ir-riunifikazzjoni tal-familja għal minorenni mhux akkumpanjati, jew il-migrazzjoni illegali, il-Partijiet jinnotaw l-importanza ta' ġestjoni tajba tal-flussi migratorji, u jirrikonoxxu ċ-ċirkostanzi speċjali li jirriżultaw mill-arranġamenti ta' kontroll imħallta, is-servizzi roll-on roll-off ferry, iċ-Channel Fixed Link u ż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar.

Għal dan il-għan, il-Partijiet jieħdu nota tal-intenzjoni tar-Renju Unit li jidħol f'diskussjonijiet bilaterali mal-Istati Membri l-aktar ikkonċernati biex jiddiskuti arranġamenti prattiċi xierqa dwar l-asil, ir-riunifikazzjoni tal-familja għal minorenni mhux akkumpanjati jew il-migrazzjoni illegali, f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet.

DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TITOLU III TAT-TIELET PARTI

Il-partijiet jirrikonoxxu li l-użu effettiv tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) li tikkonċerna modi ta' trasport minbarra titjiriet, bħat-trasportaturi marittimi, ferrovjarji u bit-triq, jippreżenta valur operazzjonali għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u l-kriminalità serja, u jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, jestendu l-ftehim milħuq fit-Titolu III tal-Parti Tlieta tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jekk l-Unjoni tistabbilixxi qafas legali intern għat-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tal-PNR għal modi oħra ta' trasport.

Il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri u r-Renju Unit jidħlu fi ftehimiet bilaterali u joperawhom għal sistema għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data tal-PNR minn fornituri tat-trasport għajr dawk speċifikati fil-Ftehim, dment li l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TITOLU VII TAT-TIELET PARTI

L-Artikolu 597 tat-Titolu VII tat-Tielet Parti jipprevedi li l-kooperazzjoni dwar il-konsenja għandha tkun neċessarja u proporzjonata, b'kont meħud tad-drittijiet tal-persuna rikjesta u l-interessi tal-vittmi, u b'kont meħud tal-gravità tal-att, il-piena probabbli li tiġi imposta u l-possibbiltà li Stat jieħu miżuri inqas koerċittivi mill-konsenja tal-persuna rikjesta, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu evitati perjodi twal ta' qabel id-detenzjoni bla bżonn.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità huwa rilevanti matul il-proċess kollu li jwassal għad-deċiżjoni ta' ċediment stabbilita fit-Titolu VII. Meta l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni jkollha tħassib dwar il-prinċipju tal-proporzjonalità, hija għandha titlob l-informazzjoni supplimentari meħtieġa biex l-awtorità ġudizzjarja emittenti tkun tista' tistabbilixxi l-fehmiet tagħha dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Iż-żewġ Partijiet jinnotaw li l-Artikoli 597 u 613 jippermettu lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati jikkunsidraw il-proporzjonalità u t-tul possibbli tad-detenzjoni ta' qabel il-proċess meta jimplimentaw it-Titolu VII, u jinnotaw li dan huwa konsistenti mal-liġijiet domestiċi rispettivi tagħhom.

DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TITOLU IX TAT-TIELET PARTI

Il-Partijiet jirrikonoxxu li huwa importanti għal min iħaddem li jkollu informazzjoni dwar l-eżistenza ta' kundanni kriminali u dwar kwalunkwe skwalifika rilevanti li tirriżulta minn tali kundanni, fir-rigward ta' persuni li jirreklutaw għal attivitajiet volontarji professjonali jew organizzati li jinvolvu kuntatti diretti u regolari ma' adulti vulnerabbli. Il-Partijiet jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, jestendu it-Titolu IX tat-Tielet Parti jekk l-Unjoni temenda l-qafas legali tagħha f'dan ir-rigward.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA BEJN L-UE U R-RENJU UNIT DWAR L-ISKAMBJU U L-PROTEZZJONI TA' INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jidħlu malajr kemm jista' jkun f'arranġamenti li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. F'dan ir-rigward, il-Partijiet se jagħmlu ħilithom kollha biex itemmu n-negozjati dwar l-arranġament ta' implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni, hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli, biex il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni jkun jista' japplika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim. Sadanittant, il-Partijiet jistgħu jiskambjaw informazzjoni klassifikata, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI TAL-UNJONI U L-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAL-PROGRAMM

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-benefiċċju reċiproku fil-kooperazzjoni f'oqsma ta' interess komuni, bħax-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni, ir-riċerka nukleari u l-ispazju. Sabiex jinkoraġġixxu kooperazzjoni futura f'dawn l-oqsma, hija l-intenzjoni tal-Partijiet li jistabbilixxu bażi formali għall-kooperazzjoni futura fil-forma tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi korrispondenti tal-Unjoni b'kundizzjonijiet ġusti u xierqa u, fejn xieraq, fil-forma ta' aċċess għal ċerti servizzi pprovduti taħt il-programmi tal-Unjoni.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-test tal-Protokoll I "Programmi u attivitajiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit" li jistabbilixxi assoċjazzjoni tar-Renju Unit għall-parteċipazzjoni f'ċerti programmi u attivitajiet tal-Unjoni, u l-Protokoll II "dwar l-aċċess tar-Renju Unit għal ċerti servizzi pprovduti taħt il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni" ma setax jiġi ffinalizzat matul in-negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, peress li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-istrumenti legali korrispondenti tal-Unjoni għadhom ma ġewx adottati fil-mument tal-iffirmar tal-Ftehim.

Il-Partijiet jaffermaw li l-abbozz tal-protokolli stabbiliti hawn taħt ġew maqbula fil-prinċipju u se jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għad-diskussjoni u l-adozzjoni. Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jirriżervaw id-dritt tagħhom li jikkunsidraw mill-ġdid il-parteċipazzjoni fil-programmi, l-attivitajiet u s-servizzi elenkati fil-Protokolli [I u II] qabel ma jiġu adottati peress li l-istrumenti legali li jirregolaw il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil. Jista' jkun meħtieġ ukoll li l-abbozz tal-protokolli jiġi emendat biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom ma' dawn l-istrumenti kif adottati.

Hija l-intenzjoni soda tal-Partijiet li l-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni jadotta l-Protokolli mal-ewwel opportunità biex jippermetti l-implimentazzjoni tagħhom malajr kemm jista' jkun, b'mod partikolari bl-ambizzjoni li l-entitajiet tar-Renju Unit ikunu jistgħu jipparteċipaw mill-bidu tal-programmi u l-attivitajiet identifikati, filwaqt li jiżgura li l-arranġamenti u l-ftehimiet rilevanti jkunu fis-seħħ, sa fejn ikun possibbli u f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Il-Partijiet ifakkru wkoll fl-impenn tagħhom għall-programm PEACE+ li se jkun is-suġġett ta' ftehim ta' finanzjament separat.

ABBOZZ TA' PROTOKOLL I

Programmi u attivitajiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit

Artikolu 1: Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit

1.   Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa u jikkontribwixxi [mill-1 ta' Jannar 2021] għall-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, stabbiliti mill-atti bażiċi li ġejjin:

a)

Ir-Regolament XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (4), sa fejn dan jikkonċerna r-regoli applikabbli għall-komponent imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament; [Copernicus]

b)

Ir-Regolament XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni (5), sa fejn dan jikkonċerna r-regoli applikabbli għall-komponenti msemmija fil-paragrafu 3 (a) u (aa) tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament;

c)

Id-Deċiżjoni XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (6);

d)

Ir-Regolament tal-Kunsill XXX li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, Euratom, għall-perjodu 2021–2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (7) (il- "Programm Euratom");

e)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER ("F4E") u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi ("id-Deċiżjoni tal-Kunsill F4E") (8).

Artikolu 2: Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit

1.   Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa fil-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew f'partijiet minnhom, imsemmija fl-Artikolu 1 [Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ] mill-[1 ta' Jannar 2021] għat-tul ta' żmien tagħhom jew għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, skont liema jkun l-iqsar.

2.   L-entitajiet tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit għandhom ikunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 711, fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti tal-Unjoni, li jimplimentaw l-impenji baġitarji tal-programmi u l-attivitajiet jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Artikolu 1 [Kamp ta' applikazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ] fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.

3.   Dan il-Protokoll għandu jiġi estiż u japplika għall-perjodu 2026–2027 bl-istess termini u kundizzjonijiet għas-suċċessur tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, Euratom ("il-Programm Euratom"), sakemm fi żmien 3-il xahar mill-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' dak il-programm suċċessur, kull Parti tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li ma testendix dan il-Protokoll għal dak il-programm suċċessur. Fil-każ ta' tali notifika, dan il-Protokoll ma għandux japplika mill-1 ta' Jannar 2026 fir-rigward tas-suċċessur tal-Programm Euratom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programmi u attivitajiet oħra tal-Unjoni, jew partijiet minnhom.

Artikolu 3: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi ta' parteċipazzjoni fil-Programm Spazjali

1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b'mod partikolari l-Artikolu 711, ir-Renju Unit għandu jipparteċipa fil-komponent Copernicus tal-programm Spazjali u jibbenefika mis-servizzi u l-prodotti ta' Copernicus bl-istess mod bħal pajjiżi parteċipanti oħra (9).

2.   Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess sħiħ għas-Servizz ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus. Il-modalitajiet ta' attivazzjoni u użu għandhom ikunu soġġetti għal ftehim speċifiku.

Regoli dettaljati għall-aċċess għal tali servizzi għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rispettivi inkluż fir-rigward tal-operazzjoni speċifika tal-Artikoli 718(4), 719(4) u 720(5).

3.   Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess bħala utent awtorizzat għall-komponenti tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Copernicus sa fejn ikun hemm qbil dwar il-kooperazzjoni bejn il-partijiet fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-modalitajiet ta' attivazzjoni u użu għandhom ikunu soġġetti għal ftehimiet speċifiċi.

Regoli dettaljati għall-aċċess għal tali servizzi għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rispettivi inkluż fir-rigward tal-operazzjoni speċifika tal-Artikoli 718(4), 719(4) u 720(5).

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, in-negozjati bejn ir-Renju Unit jew l-entitajiet tar-Renju Unit u l-korp rilevanti tal-Unjoni għandhom jibdew malajr kemm jista' jkun wara li tkun ġiet stabbilita l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f'Copernicus f'dan il-Protokoll u f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għal tali servizzi.

Jekk tali ftehim jiddewwem sostanzjalment jew jirriżulta impossibbli, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jeżamina kif jaġġusta l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f'Copernicus u l-finanzjament tiegħu filwaqt li jqis din is-sitwazzjoni.

5.   Il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tar-Renju Unit fil-laqgħat tal-Bord ta' Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun irregolata mir-regoli u l-proċeduri għall-parteċipazzjoni f'dan il-bord b'kont meħud tal-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz.

Artikolu 4: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi ta' parteċipazzjoni fil-Programm Orizzont Ewropa

1.   Soġġett għall-Artikolu 6, Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fil-partijiet kollha tal-programm Orizzont Ewropa kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament XXX implimentat permezz tal-programm speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008.

2.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b'mod partikolari l-Artikolu 711, entitajiet mir-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) u f'azzjonijiet indiretti b'kundizzjonijiet ekwivalenti bħal dawn applikabbli għal entitajiet oħra tal-Unjoni.

3.   Meta l-Unjoni tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , l-entitajiet tar-Renju Unit u tar-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fl-istrutturi legali maħluqa skont dawk id-dispożizzjonijiet, f'konformità mal-atti legali tal-Unjoni relatati mal-istabbiliment ta' dawn l-istrutturi legali.

4.   Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (10), kif emendat, u d-Deċiżjoni XXX dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: It-tisħiħ tat-Talent u l-Kapaċità ta' Innovazzjoni tal-Ewropa (11), kif emendat, għandu japplika għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 711.

5.   Fejn entitajiet tar-Renju Unit jipparteċipaw f'azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, ir-rappreżentanti tar-Renju Unit għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, mingħajr drittijiet tal-vot. Soġġetta għal dik il-kondizzjoni, tali parteċipazzjoni għandha tkun irregolata mill-istess regoli u proċeduri bħal dawk applikabbli għar-rappreżentanti tal-Istati Membri, inklużi d-drittijiet tat-taħdit u l-proċeduri għar-riċeviment ta' informazzjoni u dokumentazzjoni fir-rigward ta' punt li jikkonċerna r-Renju Unit.

6.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni operazzjonali skont l-Artikolu 714(5) l-approprjazzjonijiet ta' impenn inizjali mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni adottati definittivament għas-sena applikabbli għall-finanzjament ta' Orizzont Ewropa, inkluż in-nefqa ta' appoġġ tal-programm, għandhom jiżdiedu bl-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat estern skont [l-Artikolu XXX] tar-Regolament tal-Kunsill [XXX] li jistabbilixxi Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea biex jappoġġa l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (12).

7.   Id-drittijiet tar-Renju Unit għar-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u s-sottogruppi tiegħu għandhom ikunu dawk applikabbli għall-pajjiżi assoċjati.

8.   Ir-Renju Unit jista' jipparteċipa f'Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka ("ERIC") f'konformità mal-atti legali li jistabbilixxu dak l-ERIC u b'kont meħud tal-parteċipazzjoni tiegħu f'Orizzont 2020 f'konformità mat-termini li japplikaw għal dik il-parteċipazzjoni immedjatament qabel ma daħal fis-seħħ dan il-Protokoll u l-parteċipazzjoni tiegħu f'Orizzont Ewropa kif stabbilit f'dan il-Protokoll.

Artikolu 5: Modalitajiet dwar l-applikazzjoni ta' mekkaniżmu ta' korrezzjoni awtomatiku għall-Programm Orizzont Ewropa skont l-Artikolu 716

1.   L-Artikolu 716 għandu japplika għall-programm Orizzont Ewropa.

2.   Għandhom japplikaw il-modalitajiet li ġejjin:

a)

għall-finijiet tal-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika, "għotjiet kompetittivi" tfisser għotjiet mogħtija permezz ta' sejħiet għal proposti fejn il-benefiċjarji finali jistgħu jiġu identifikati fil-mument tal-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika bl-eċċezzjoni tal-appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi kif definit fl-Artikolu 204 tar-Regolament Finanzjarju (13) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni;

b)

meta jiġi ffirmat impenn legali ma' koordinatur ta' konsorzju, l-ammonti użati biex jiġu stabbiliti l-ammonti inizjali tal-impenn legali msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 716 għandhom ikunu l-ammonti inizjali kumulattivi allokati fl-impenn legali lill-membri ta' konsorzju li huma entitajiet tar-Renju Unit.

c)

L-ammonti kollha tal-impenji legali għandhom jiġu stabbiliti bl-użu tas-sistema elettronika tal-Kummissjoni Ewropea eCorda;

d)

"spejjeż mhux ta' intervent" tfisser spejjeż tal-programm operazzjonali minbarra għotjiet kompetittivi, inklużi nefqa ta' appoġġ, amministrazzjoni speċifika għall-programm, azzjonijiet oħra (14);

e)

l-ammonti allokati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bħala entitajiet legali li huma l-benefiċjarju finali (15) għandhom jitqiesu bħala spejjeż mhux ta' intervent.

3.   Il-mekkaniżmu għandu jiġi applikat kif ġej:

a)

Il-korrezzjonijiet awtomatiċi għas-sena N fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-sena N għandhom jiġu applikati abbażi ta' data dwar is-sena N u s-sena N+1 mill-eCorda msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 fis-sena N+2 wara li kwalunkwe aġġustament skont l-Artikolu 714(8) ikun ġie applikat għall-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal Orizzont Ewropa. L-ammont ikkunsidrat se jkun l-ammont ta' għotjiet kompetittivi li għalihom id-data hija disponibbli.

b)

L-ammont tal-korrezzjoni awtomatika għandu jiġi kkalkulat billi tittieħed id-differenza bejn:

i)

l-ammont totali ta' dawn l-għotjiet kompetittivi mqassma lill-entitajiet tar-Renju Unit bħala impenji magħmula fuq l-approprjazzjonijiet tal-baġit tas-sena N; kif ukoll

ii)

l-ammont tal-kontribuzzjoni aġġustata tar-Renju Unit għas-sena N immultiplikat bil-proporzjon bejn:

(A)

l-ammont ta' għotjiet kompetittivi magħmula fuq approprjazzjonijiet ta' impenn tas-sena N għal dan il-programm, u

(B)

it-total tal-impenji legali kollha li saru fuq l-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-sena N, inkluża n-nefqa ta' appoġġ.

Fejn isir kwalunkwe aġġustament għal sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet tar-Renju Unit huma esklużi, skont l-applikazzjoni tal-Artikolu 714(8), l-ammonti tal-għotja kompetittiva korrispondenti ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu.

Artikolu 6: Esklużjoni mill-Fond Ewropew tal-Kunsill tal-Innovazzjoni

1.   Ir-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit ma għandhomx jipparteċipaw fil-Fond tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) stabbilit taħt Orizzont Ewropa. Il-Fond EIC huwa l-istrument finanzjarju li huwa l-parti tal-Aċċelleratur tal-EIC ta' Orizzont Ewropa li jipprovdi investiment permezz ta' ekwità jew forma oħra ripagabbli (16).

2.   Mill-2021, u sal-2027, kull sena, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal Orizzont Ewropa għandha tiġi aġġustata b'ammont miksub billi jiġu mmultiplikati l-ammonti stmati li għandhom jiġu allokati lill-benefiċjarji tal-Fond EIC stabbilit skont il-programm, eskluż l-ammont li ġej minn pagamenti lura u rimborżi, bil-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni kif definit fl-Artikolu 714(6).

3.   Wara kwalunkwe sena N li fiha jkun sar aġġustament skont il-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għandha fi snin sussegwenti tiġi aġġustata 'l fuq jew' l isfel, billi tiġi mmultiplikata d-differenza bejn l-ammont stmat allokat lill-benefiċjarji tal-Fond EIC, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) , u l-ammont allokat lill-benefiċjarji tal-Fond EIC fis-sena N, bil-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni, kif definit fl-Artikolu 714(6).

Artikolu 7: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi ta' parteċipazzjoni fil-Programm Euratom

1.   Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fil-partijiet kollha tal-Programm Euratom.

2.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b'mod partikolari l-Artikolu 711, entitajiet mir-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fl-aspetti kollha tal-Programm Euratom b'kundizzjonijiet ekwivalenti bħal dawk applikabbli għal entitajiet oħra tal-Euratom.

3.   L-entitajiet tar-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet diretti tal-JRC skont l-Artikolu 4(2) ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 8: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, il-Ftehim ITER u l-Ftehim ta' Approċċ Usa'

1.   Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa bħala membru tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E, u l-Istatuti tagħha mehmuża magħha (l-"Istatuti tal-F4E"), kif emendati l-aħħar jew li għandhom jiġu emendati fil-futur, li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika futura fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata permezz tal-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-Programm Euratom.

2.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b'mod partikolari l-Artikolu 711, entitajiet mir-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet kollha tal-F4E bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal entitajiet ġuridiċi tal-Euratom.

3.   Ir-rappreżentanti tar-Renju Unit għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-F4E skont l-Istatuti tal-F4E.

4.   F'konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E, ir-Renju Unit għandu japplika l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-Impriża Konġunta, id-Direttur tagħha u l-persunal b'rabta mal-attivitajiet tagħhom skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E. F'konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E, ir-Renju Unit għandu wkoll jikkonferixxi l-vantaġġi kollha previsti fl-Anness III għat-Trattat Euratom lill-Impriża Konġunta F4E fl-ambitu tal-attivitajiet uffiċjali tiegħu.

5.   Il-Partijiet jaqblu li:

a)

Il-Ftehim dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER għall-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni konġunta tal-proġett ITER (il-Ftehim ITER) għandu japplika għat-territorju tar-Renju Unit, u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu , dan il-Protokoll għandu jitqies bħala ftehim rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 21 tal-Ftehim ITER;

b)

Il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet) għandu japplika għat-territorju tar-Renju Unit, u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu , dan il-Protokoll għandu jitqies bħala ftehim rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet; kif ukoll

c)

Il-Ftehim bejn l-Euratom u l-Gvern tal-Ġappun għall-implimentazzjoni konġunta tal-Attivitajiet ta' Approċċ Usa' fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (Ftehim ta' Approċċ Usa' ) għandu japplika għat-territorju tar-Renju Unit, b'mod partikolari l-privileġġi u l-immunitajiet skont l-Artikoli 13 u 14.5, u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu , dan il-Protokoll għandu jitqies bħala ftehim rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 26 tal-Ftehim dwar l-Approċċ Usa'.

6.   Ir-Renju Unit għandu jiġi infurmat mill-Euratom jekk il-Ftehim ITER, il-Ftehim ta' Approċċ Usa' jew il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ikunux se jiġu emendati. Kwalunkwe emenda li taffettwa d-drittijiet jew l-obbligi tar-Renju Unit għandha f'dan ir-rigward tiġi diskussa fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni bil-ħsieb li tiġi aġġustata l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit għas-sitwazzjoni l-ġdida. Kwalunkwe emenda li taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tar-Renju Unit teħtieġ il-qbil formali tar-Renju Unit qabel ma tidħol fis-seħħ fir-rigward tar-Renju Unit.

7.   Il-Euratom u r-Renju Unit jistgħu jaqblu fi ftehim speċifiku li l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw f'attivitajiet tar-Renju Unit relatati mal-attivitajiet imwettqa mill-F4E.

Artikolu 9: Reċiproċità

Għall-fini ta' dan l-Artikolu "entità tal-Unjoni" tfisser kwalunkwe tip ta' entità, kemm jekk persuna fiżika, persuna ġuridika jew tip ieħor ta' entità, li tirrisjedi jew li hija stabbilita fl-Unjoni.

L-entitajiet eliġibbli tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw fi programmi tar-Renju Unit ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1 [Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ] ta' dan il-Protokoll f'konformità mal-liġi u r-regoli tar-Renju Unit.

Artikolu 10: Proprjetà intellettwali

Għall-programmi u l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 1 u soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b'mod partikolari l-Artikolu 711, l-entitajiet tar-Renju Unit li jipparteċipaw fi programmi koperti minn dan il-Protokoll għandhom, fir-rigward tas-sjieda, l-isfruttament u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni u tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, ikollhom drittijiet u obbligi ekwivalenti bħall-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fil-programmi u l-attivitajiet inkwistjoni. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għar-riżultati miksuba minn proġetti mibdija qabel l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

ABBOZZ TA' PROTOKOLL II

Dwar l-aċċess tar-Renju Unit għal servizzi stabbiliti skont ċerti programmi u attivitajiet tal-Unjoni li fihom ir-Renju Unit ma jipparteċipax

Artikolu 1: Ambitu tal-aċċess

Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess għas-servizzi li ġejjin skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, l-atti bażiċi u kwalunkwe regola oħra li tappartjeni għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet rilevanti tal-Unjoni:

a)

Servizzi ta' Sorveljanza u Traċċar mill-Ispazju (Space Surveillance and Tracking, SST) kif definit fl-Artikolu 54 tar-Regolament XXX (17) [ir-Regolament dwar l-Ispazju].

Sakemm jidħlu fis-seħħ l-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-pajjiż terz għat-tliet servizzi tal-SST disponibbli pubblikament, is-servizzi tal-SST kif imsemmija fl-Artikolu 5.1 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE għandhom jiġu pprovduti lir-Renju Unit u lis-sidien ta' inġenji spazjali pubbliċi u privati u lill-operaturi li joperaw fir-Renju Unit jew minnu f'konformità mal-Artikolu 5.2 ta' din id-deċiżjoni (jew kwalunkwe leġiżlazzjoni li tissostitwixxiha b'modifika jew mingħajrha).

Artikolu 2: Tul ta' żmien tal-aċċess

Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 1 għat-tul kollu tagħhom jew għat-tul kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, skont liema jkun l-iqsar.

Artikolu 3: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess għas-servizzi tal-SST

L-aċċess tar-Renju Unit għas-servizzi tal-SST disponibbli pubblikament imsemmija fil-punt (a), (b) u (c) tal-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament għandu jingħata (18) f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament XXX, fuq talba u soġġett għall-kondizzjonijiet applikabbli għal pajjiżi terzi.

L-aċċess tar-Renju Unit għas-servizzi tal-SST imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 54(1) tal-att bażiku għandu, meta disponibbli (19), ikun soġġett għall-kundizzjonijiet applikabbli għal pajjiżi terzi.

DIKJARAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI TA' DEĊIŻJONIJIET TA' ADEGWATEZZA FIR-RIGWARD TAR-RENJU UNIT

Il-Partijiet jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tniedi minnufih il-proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza fir-rigward tar-Renju Unit skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi, u l-intenzjoni tagħha li taħdem mill-qrib għal dak il-għan mal-korpi u l-istituzzjonijiet l-oħra involuti fil-proċedura rilevanti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.


(1)  Għall-finijiet tal-impenji f'din id-Dikjarazzjoni, fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, ir-referenzi għall-Parteċipanti huma mifhuma bħala li huma għall-Unjoni Ewropea, għall-Istati Membri tagħha, jew għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont ma jkun il-każ.

(2)  Għal dan il-għan, id-diskriminazzjoni tfisser li sitwazzjonijiet komparabbli jiġu ttrattati b'mod differenti u d-differenzazzjoni ma tkunx iġġustifikata oġġettivament.

(3)  Riċerka u Żvilupp kif definiti fil-Manwal ta' Frascati tal-OECD.

(4)  [daħħal ir-referenza tal-ĠU].

(5)  [daħħal ir-referenza tal-ĠU].

(6)  [daħħal ir-referenza tal-ĠU].

(7)  [daħħal ir-referenza tal-ĠU].

(8)  [daħħal ir-referenza tal-ĠU] (kif emendata).

(9)  Ir-referenzi għal "pajjiżi parteċipanti" għandhom jiġu ffinalizzati f'konformità mat-terminoloġija tal-atti bażiċi meta jiġu adottati.

(10)  ĠU L 97, 9.4.2008.

(11)  [ĠU L …].

(12)  [ĠU L …; COM(2020) 441].

(13)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU UE L 193, 30.7.2018, p. 1).

(14)  "Azzjonijiet oħra" jistgħu jinkludu premjijiet, strumenti finanzjarji, forniment ta' servizzi tekniċi/xjentifiċi mill-JRC, Sottoskrizzjonijiet (OECD, Eureka, IPEEC, IEA,...), ftehimiet ta' delega, Esperti (evalwaturi, monitoraġġ ta' proġetti).

(15)  L-organizzazzjonijiet internazzjonali jitqiesu biss bħala spejjeż mhux ta' intervent jekk ikunu benefiċjarji finali. Dan mhux ser japplika meta organizzazzjoni internazzjonali tkun koordinatur ta' proġett (tqassam fondi lil koordinaturi oħra).

(16)  Din id-definizzjoni għandha tiġi sostitwita bid-definizzjoni minn att leġiżlattiv b'referenza f'nota f'qiegħ il-paġna għal dan l-att leġiżlattiv fil-verżjoni finali tal-protokoll (l-aħħar definizzjoni tal-Fond EIC f'Orizzont 2020 hija d-deċiżjoni C(2020) 4001 tad-deċiżjoni emendatorja tal-Kummissjoni C(2019) 5323). F'każ li ma jkun hemm l-ebda definizzjoni disponibbli fir-rigward ta' Orizzont Ewropa meta l-protokoll jiġi ffinalizzat, jista' jkun li d-definizzjoni jkollha tiġi riveduta.

(17)  Ir-Regolament XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE [COM/2018/447 final] [ĠU L ...].

(18)  Dan ikun soġġett għall-kundizzjoni finali tal-att bażiku u dment li ż-żewġ Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjoni għall-forniment tas-servizz tal-SST.

(19)  Dan ikun soġġett għall-kundizzjoni finali tal-att bażiku u dment li ż-żewġ Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjoni għall-forniment tas-servizz tal-SST.


30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/2560


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (1), iffirmati fi Brussell u f’Londra fit-30 ta’ Diċembru 2020, ser jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021.


(1)  Ara l-paġni 10 u 2540 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.