ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 145

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
28 ta' April 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/699 tal-21 ta’ Diċembru 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa u l-produzzjoni ta’ partijiet li għandhom jintużaw matul il-manutenzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-aspetti ta’ inġenju tal-ajru li qed jeqdiemu matul iċ-ċertifikazzjoni

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/700 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jemenda u li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tad-data tal-manutenzjoni u l-installazzjoni ta’ ċerti komponenti tal-inġenji tal-ajru matul il-manutenzjoni

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/701 tas-27 ta’ April 2021 li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati ( 1 )

37

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 tad-19 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ELKS) ( ĠU L 133, 20.4.2021 )

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/699

tal-21 ta’ Diċembru 2020

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa u l-produzzjoni ta’ partijiet li għandhom jintużaw matul il-manutenzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-aspetti ta’ inġenju tal-ajru li qed jeqdiemu matul iċ-ċertifikazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-iżvilupp u d-disponibbiltà ta’ struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, għall-produzzjoni ta’ partijiet u tagħmir li għandhom jiġu installati f’inġenji tal-ajru ċivili, għad-detenturi tal-approvazzjoni biex jipproduċu d-data, il-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-manwali meħtieġa biex jiżguraw l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenju tal-ajru ċivili, kif ukoll għall-approvazzjoni ta’ bidliet u tiswijiet għaċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristretti.

(2)

L-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa għandhom jiġu żviluppati minn detenturi tal-approvazzjoni tad-disinn bħala parti miċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott jew ta’ parti li, jekk tiġi implimentata kif suppost, tiżgura li l-prodott jew l-parti jibqgħu ajrunavigabbli matul il-ħajja maħsuba tagħhom. Peress li r-regoli eżistenti mhumiex ċari biżżejjed, id-detenturi taċ-ċertifikati tat-tip jistgħu jinterpretaw b’mod differenti x’inhu sett komplut ta’ struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa u sa liema livell huma meħtieġa jikkontrollaw id-data li tikkostitwixxi l-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa.

(3)

Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni għal “struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa” u li jiġu stabbiliti struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa bħala parti miċ-ċertifikat tat-tip sabiex jissaħħaħ il-kontroll tagħhom mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, inkluż l-emendi tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa.

(4)

Ir-rekwiżiti għaż-żamma tar-rekords, il-manwali u l-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa huma mifruxa fost id-diversi subpartijiet tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, li jwassal għal duplikazzjoni tar-rekwiżiti li huma simili. Għalhekk, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jingħaqdu f’rekwiżit wieħed għal kull wieħed minn dawk is-suġġetti.

(5)

Parti jew apparat huma eliġibbli biss għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip, meta jkunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu u meta tkun inħarġet l-Formola 1 tal-EASA biex tiċċertifika li l-parti jew l-apparat ġew manifatturati f’konformità mad-data tad-disinn approvata, sakemm ma tkunx parti standard jew tkun tissodisfa ċerti rekwiżiti u tkun installata f’ELA 1 jew f’ELA 2.

(6)

Il-Formola 1 tal-EASA tista’ tinħareġ biss minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata skont is-Subparti G tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew li turi l-konformità tal-partijiet u tal-apparat mad-data tad-disinn applikabbli f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fis-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. Fil-każ tal-aħħar, il-Formola 1 tal-EASA maħruġa mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni trid tiġi vvalidata wkoll mill-awtorità kompetenti. Għall-partijiet u t-tagħmir li l-effett tagħhom fuq is-sikurezza tal-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru jkun negliġibbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-disinn tagħhom, standard għoli tal-produzzjoni, kif iċċertifikat minn Formola 1 tal-EASA, ma jipprovdix sikurezza addizzjonali għall-operazzjonijiet tal-ajru, u l-ħruġ ta’ Formola 1 tal-EASA joħloq piż amministrattiv mhux meħtieġ.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li jkun permess li ċerti partijiet u tagħmir jiġu prodotti mingħajr il-ħtieġa li tiġi ċċertifikata l-konformità tagħhom mad-data tad-disinn approvata permezz tal-ħruġ ta’ Formola 1 tal-EASA, kif ukoll li tiġi permessa l-installazzjoni ta’ partijiet u tagħmir bħal dawn fi prodotti ċċertifikati tat-tip.

(8)

Kull inġenju tal-ajru jista’ jitqies li qed jeqdiem mill-mument tal-manifattura tiegħu. It-tiqdim ta’ inġenju tal-ajru jiddependi minn fatturi bħall-età, l-għadd ta’ ċikli ta’ titjir u l-għadd ta’ sigħat ta’ titjir. L-esperjenza tas-servizz uriet li hemm bżonn ta’ aġġornament kontinwu tal-għarfien dwar l-integrità strutturali tal-inġenji tal-ajru li qed jeqdiemu. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 (3) introduċa rekwiżiti ġodda għall-inġenji tal-ajru fis-servizz sabiex jinżamm aġġornat l-għarfien dwar il-fatturi ta’ tiqdim abbażi ta’ esperjenza operazzjonali f’ħin reali u bl-użu ta’ għodod moderni ta’ analiżi u ttestjar. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiżguraw li d-detenturi tal-approvazzjoni tad-disinn isegwu l-proċeduri, jipproduċu d-data u jagħmlu l-istruzzjonijiet u l-manwali għad-disinn eżistenti disponibbli għall-operaturi biex dawn ikunu jistgħu jimplimentawhom fil-ħin b’tali li mod li jipprevjenu r-reħja tal-istrutturi li qed jeqdiemu.

(9)

Meta tiġi mmodifikata l-istruttura ta’ ajruplan kbir b’ċertifikat tat-tip u wara li tkun tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1159, l-approvazzjoni ta’ bidliet jew tiswijiet futuri bħal dawn mhijiex soġġetta għal dawn ir-rekwiżiti għal integrità strutturali kontinwa. Barra minn hekk, meta ssir applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip ġdid jew ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplani kbar, ma jeżisti l-ebda rekwiżit li jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali jibqa’ validu matul il-ħajja operazzjonali tal-ajruplan.

(10)

Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu emendati r-regoli eżistenti biex jintlaħaq l-istess livell ta’ sikurezza meta struttura ta’ ajruplan kbir tiġi soġġetta għal bidliet strutturali jew tiswijiet futuri li jkunu żviluppati u approvati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, u li jiżdied ir-rekwiżit li kull detentur futur taċ-ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir għandu jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwu jibqa’ validu matul il-ħajja operazzjonali tal-ajruplan.

(11)

Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 (4) introduċa regola li l-persuna jew l-organizzazzjoni li twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà fuq inġenji tal-ajru soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (5) toħroġ ukoll iċ-Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà (ARC). Għalhekk, jenħtieġ li l-punti 21.A.174 u 21.B.325 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġu emendati biex ikunu allinjati mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(12)

Barra minn hekk, it-terminu “ajrunavigabbiltà kontinwa” ma jintużax konsistentement fir-Regolament (UE) Nru 748/2012, meta ssir referenza għad-data stabbilita mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu kkoreġuti l-punti 21.A.181, 21.A.211 u 21.A.431B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(13)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/897 (6) emenda l-punti 21.A.15, 21.A.93 u 21.A.432C tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. Fil-punti (b) u (d) tal-punt 21.A.15, fil-punt (b) tal-punt 21.A.93 u fil-punt (b) tal-punt 21.A.432C kien hemm żball grammatikali fir-referenza għall-possibbiltà li l-applikazzjoni inizjali tiġi ssupplimentata bil-programm taċ-ċertifikazzjoni aktar ’il quddiem. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut.

(14)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati affettwati jenħtieġ li jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw il-proċeduri tagħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-Opinjonijiet 12/2016 (7) u 07/2019 (8) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppreżentati skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Organizzazzjoni responsabbli mill-manifattura ta’ prodotti, partijiet u tagħmir għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21). Din id-dimostrazzjoni tal-kapaċità mhijiex meħtieġa għall-partijiet jew għat-tagħmir li timmanifattura organizzazzjoni li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21), ikunu eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip mingħajr il-ħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (jiġifieri l-Formola 1 tal-EASA).”;

2.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa kkoreġut skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-18 ta’ Mejju 2022, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2 u l-punt 4, il-punt 6, il-punt 9 u l-punt 15 tal-Anness I li għandu japplika mit-18 ta’ Mejju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 tal-5 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1321/2014 u (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta’ Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b’rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/897 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ verifika tal-konformità bbażata fuq ir-riskju fl-Anness I u l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 1).

(7)  L-Opinjoni 12/2016: Strutturi tal-inġenji tal-ajru li qed jeqdiemu.

(8)  L-Opinjoni 07/2019: Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa – Installazzjoni ta’ partijiet u tagħmir li jiġu rilaxxati mingħajr il-Formola 1 tal-EASA jew l-ekwivalenti tagħha.


ANNESS I

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-werrej huwa sostitwit b’dan li ġej:

Werrej

21.1.

Ġenerali

TAQSIMA A – REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.A.1

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant jew id-detentur ta’ ċertifikat

21.A.3A

Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti

21.A.3B

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

21.A.4

Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

21.A.5

Żamma tar-reġistri

21.A.6

Manwali

21.A.7

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.11

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.13

Eliġibbiltà

21.A.14

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.15

Applikazzjoni

21.A.19

Bidliet li jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

21.A.20

Dimostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

21.A.21

Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

21.A.31

Disinn tat-tip

21.A.33

Spezzjonijiet u testijiet

21.A.35

Testijiet tat-titjiriet

21.A.41

Ċertifikat tat-tip

21.A.44

Obbligi tad-detentur

21.A.47

Trasferibbiltà

21.A.51

Durata u validità kontinwa

21.A.62

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

21.A.65

Integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi tal-ajruplani

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.90 A

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.90B

Bidliet standard

21.A.90C

Tibdiliet awtonomi fl-Istruzzjonijiet għall-Ajrunavigabbiltà Kontinwa

21.A.91

Klassifikazzjoni tal-bidliet f’ċertifikat tat-tip

21.A.92

Eliġibbiltà

21.A.93

Applikazzjoni

21.A.95

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla minuri

21.A.97

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla maġġuri

21.A.101

Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.A.108

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

21.A.109

Obbligi u mmarkar tal-EPA

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.A.111

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.112 A

Eliġibbiltà

21.A.112B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.113

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.115

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidliet maġġuri fil-forma ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.116

Trasferibbiltà

21.A.117

Bidliet f’dik il-parti ta’ prodott koperta b’ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.118 A

Obbligi u mmarkar tal-EPA

21.A.118B

Durata u validità kontinwa

21.A.120B

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.122

Eliġibbiltà

21.A.124

Applikazzjoni

21.A.125 A

Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

21.A.125B

Sejbiet

21.A.125C

Durata u validità kontinwa

21.A.126

Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

21.A.127

Testijiet: inġenju tal-ajru

21.A.128

Testijiet: magni u skrejjen

21.A.129

Obbligi tal-manifattur

21.A.130

Dikjarazzjoni tal-konformità

SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.133

Eliġibbiltà

21.A.134

Applikazzjoni

21.A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.A.139

Sistema tal-Kwalità

21.A.143

Espożizzjoni

21.A.145

Rekwiżiti għall-approvazzjoni

21.A.147

Bidliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata

21.A.148

Bidliet fil-post

21.A.149

Trasferibbiltà

21.A.151

Termini tal-approvazzjoni

21.A.153

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.157

Investigazzjonijiet

21.A.158

Sejbiet

21.A.159

Durata u validità kontinwa

21.A.163

Privileġġi

21.A.165

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.A.171

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.172

Eliġibbiltà

21.A.173

Klassifikazzjoni

21.A.174

Applikazzjoni

21.A.175

Lingwa

21.A.177

Emenda jew modifika

21.A.179

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.180

Spezzjonijiet

21.A.181

Durata u validità kontinwa

21.A.182

Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.A.201

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.203

Eliġibbiltà

21.A.204

Applikazzjoni

21.A.207

Emenda jew modifika

21.A.209

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.210

Spezzjonijiet

21.A.211

Durata u validità kontinwa

SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.A.231

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.233

Eliġibbiltà

21.A.234

Applikazzjoni

21.A.235

Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn

21.A.239

Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21.A.243

Data

21.A.245

Rekwiżiti għall-approvazzjoni

21.A.247

Bidliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21.A.249

Trasferibbiltà

21.A.251

Termini tal-approvazzjoni

21.A.253

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.257

Investigazzjonijiet

21.A.258

Sejbiet

21.A.259

Durata u validità kontinwa

21.A.263

Privileġġi

21.A.265

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

21.A.305

Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

21.A.307

L-eliġibbiltà ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

21.A.431A

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.431B

Tiswijiet standard

21.A.432A

Eliġibbiltà

21.A.432B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.432C

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija

21.A.433

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija

21.A.435

Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

21.A.439

Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija

21.A.441

Inkorporazzjoni tat-tiswija

21.A.443

Limitazzjonijiet

21.A.445

Ħsara mhux imsewwija

21.A.451

Obbligi u mmarkar tal-EPA

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.602 A

Eliġibbiltà

21.A.602B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.603

Applikazzjoni

21.A.604

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Potenza Awżiljari (APU)

21.A.605

Rekwiżiti tad-data

21.A.606

Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.607

Privileġġi ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.608

Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP)

21.A.609

Obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

21.A.610

Approvazzjoni għal devjazzjoni

21.A.611

Bidliet fid-disinn

21.A.615

Spezzjoni mill-Aġenzija

21.A.619

Durata u validità kontinwa

21.A.621

Trasferibbiltà

SUBPARTI P — PERMESS TAT-TITJIR

21.A.701

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.A.703

Eliġibbiltà

21.A.705

Awtorità kompetenti

21.A.707

Applikazzjoni għal permess tat-titjir

21.A.708

Kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.709

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.710

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.711

Ħruġ ta’ permess tat-titjir

21.A.713

Bidliet

21.A.715

Lingwa

21.A.719

Trasferibbiltà

21.A.721

Spezzjonijiet

21.A.723

Durata u validità kontinwa

21.A.725

Tiġdid ta’ permess tat-titjir

21.A.727

Obbligi tad-detentur ta’ permess tat-titjir

21.A.729

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801

Identifikazzjoni ta’ prodotti

21.A.803

Immaniġġjar tad-data tal-identifikazzjoni

21.A.804

Identifikazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

21.A.805

Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi

21.A.807

Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO

TAQSIMA B — PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.B.5

Kamp ta’ Applikazzjoni

21.B.20

Obbligi tal-awtorità kompetenti

21.B.25

Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti

21.B.30

Proċeduri dokumentati

21.B.35

Bidliet fl-organizzazzjoni u l-proċeduri

21.B.40

Riżoluzzjoni tat-tilwim

21.B.45

Rappurtar/koordinazzjoni

21.B.55

Żamma tar-reġistri

21.B.60

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.70

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

21.B.75

Kundizzjonijiet speċjali

21.B.80

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.82

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.85

Definizzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.100

Livell ta’ involviment

21.B.103

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.105

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.B.107

Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.B.109

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.B.111

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari

SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.120

Investigazzjoni

21.B.125

Sejbiet

21.B.130

Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

21.B.135

Żamma tal-ittra ta’ ftehim

21.B.140

Emenda fl-ittra ta’ ftehim

21.B.145

Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta’ ittra ta’ ftehim

21.B.150

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.220

Investigazzjoni

21.B.225

Sejbiet

21.B.230

Ħruġ ta’ ċertifikat

21.B.235

Sorveljanza kontinwa

21.B.240

Emenda ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.B.245

Sospensjoni u revoka ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.B.260

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.B.320

Investigazzjoni

21.B.325

Ħruġ ta’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà

21.B.326

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21.B.327

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

21.B.330

Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ta’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti

21.B.345

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.B.420

Investigazzjoni

21.B.425

Ħruġ ta’ ċertifikati tal-istorbju

21.B.430

Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikat tal-istorbju

21.B.445

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

21.B.450

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri

21.B.453

Ħruġ ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.B.480

Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

SUBPARTI P — PERMESS TAT-TITJIR

21.B.520

Investigazzjoni

21.B.525

Ħruġ ta’ permessi tat-titjir

21.B.530

Revoka ta’ permessi tat-titjir

21.B.545

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Appendiċijiet

Appendiċi I — Il-Formola 1 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat;

Appendiċi II — Il-Formoli 15 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà;

Appendiċi III — Il-Formola 20a tal-EASA — Il-Permess tat-Titjir;

Appendiċi IV — Il-Formola 20b tal-EASA — Permess tat-titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati);

Appendiċi V — Il-Formola 24 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett;

Appendiċi VI — Il-Formola 25 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà;

Appendiċi VII — Il-Formola 45 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Istorbju;

Appendiċi VIII — Il-Formola 52 tal-EASA — Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenju tal-Ajru;

Appendiċi IX — Il-Formola 53 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz;

Appendiċi X — Il-Formola 55 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni;

Appendiċi XI — Il-Formola 65 tal-EASA — L-Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

Appendiċi XII — Il-kategoriji ta’ testijiet tat-titjira u l-kwalifika 85 tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjira bi prova.”;

(2)

jiddaħħlu l-punti 21.A.5, 21.A.6 u 21.A.7 li ġejjin:

“21.A.5   Żamma tar-reġistri

L-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott jew l-oġġett ttestjat sabiex jiġi ċċertifikat, għandhom jinżammu mid-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn jew ta’ disinni tat-tiswija jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-ajrunavigabbilità kontinwa, il-validità kontinwa tad-data tal-adegwatezza operattiva u l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott jew tal-oġġett.

21.A.6   Manwali

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, jew ċertifikat tat-tip supplementari għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali jew tal-varjazzjonijiet fil-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott jew l-oġġett, u jekk jintalab, għandu jipprovdi kopji tagħhom lill-Aġenzija.

21.A.7   Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

(a)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn jew ta’ disinni ta’ tiswija għandu jiżviluppa jew jagħti referenza tal-istruzzjonijiet li huma meħtieġa biex ikun żgurat li jinżamm l-istandard tal-ajrunavigabbiltà marbut mat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ma’ kwalunkwe parti assoċjata matul il-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru, meta tintwera l-konformità mal-bażi applikabbli stabbilita u nnotifikata mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.80.

(b)

Għandu jiġi pprovdut mill-inqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet kompluti għal ajrunavigabbiltà kontinwa mid-detentur ta’:

1.

ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett lil kull sid magħruf ta’ prodott wieħed jew aktar mal-konsenja tiegħu jew mal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għall-inġenju tal-ajru affettwat, skont liema minnhom iseħħ l-aħħar,

2.

ċertifikat tat-tip supplementari jew approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn għall-operaturi kollha magħrufa tal-prodott affettwat mit-tibdil, mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott modifikat,

3.

approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operaturi kollha magħrufa tal-prodott affettwat mit-tiswija, mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott li fih huwa inkorporat id-disinn tat-tiswija. Il-prodott, il-parti jew it-tagħmir imsewwi jista’ jiġi rilaxxat għas-servizz qabel ma jitlestew l-istruzzjonijiet relatati għal ajrunavigabbiltà kontinwa, iżda dan għandu jkun għal perjodu ta’ servizz limitat, u bi ftehim mal-Aġenzija.

Minn dakinhar ’il quddiem, dawk id-detenturi ta’ approvazzjoni tad-disinn għandhom jagħmlu dawk l-istruzzjonijiet disponibbli fuq talba lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk l-istruzzjonijiet.

(c)

Bħala deroga mill-punt (b), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jista’ jipposponi d-disponibbiltà ta’ parti mill-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, li tittratta l-istruzzjonijiet ta’ kisba fit-tul ta’ natura skedata, sakemm il-prodott jew il-prodott modifikat jidħol fis-servizz, iżda għandu jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli qabel ma jkun meħtieġ l-użu ta’ din id-data għall-prodott jew il-prodott immodifikat.

(d)

Id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, li huwa meħtieġ jipprovdi struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa f’konformità mal-punt (b), għandu wkoll jagħmel il-bidliet f’dawk l-istruzzjonijiet disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott affettwat mill-bidla u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk il-bidliet. Dak id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn għandu juri lill-Aġenzija, fuq talba, l-adegwatezza tal-proċess li bih il-bidliet fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa jsiru disponibbli f’konformità ma’ dan il-punt.”;

(3)

il-punt 21.A.41 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.41   Ċertifikat tat-tip

Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet operazzjonali, l-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-ajrunavigabbiltà u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kull kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, id-data tal-adegwatezza operattiva, kif ukoll l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-istorbju. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u taċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandha tinkludi r-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tas-CO2, u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna għandha tinkludi r-rekord ta’ konformità tal-emissjonijiet tal-egżost.”;

(4)

il-punt 21.A.44 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.44   Obbligi tad-detentur

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett għandu:

(a)

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.55, 21.A.57, 21.A.61, 21.A.62 u 21.A.65; u, għal dan il-għan, għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà skont il-punt 21.A.14; kif ukoll

(b)

jispeċifika l-immarkar f’konformità mas-Subparti Q.”;

Mit-18 ta’ Mejju 2022, l-obbligu ta’ konformità mal-obbligi elenkati fil-punt a) għandu jinftiehem bħala li jirreferi għall-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.62 u 21.A.65; u, għal dan il-għan, kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà skont il-punt 21.A.14.

(5)

jitħassru l-punti 21.A.55, 21.A.57 u 21.A.61;

(6)

jiddaħħal il-punt 21.A.65 li ġej:

“21.A.65   Integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi tal-ajruplani

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir għandu jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwa jibqa’ validu tul il-ħajja operattiva tal-ajruplan, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali”;

(7)

fil-punt 21.A.90B(a), il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

li jsegwi data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettaq u jiġi identifikat it-tibdil standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għal ajrunavigabbiltà kontinwa; kif ukoll”;

(8)

jiddaħħal il-punt 21.A.90C li ġej:

“21.A.90C   Tibdiliet awtonomi fl-Istruzzjonijiet għall-Ajrunavigabbiltà Kontinwa

(a)

It-tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa huma tibdiliet li ma jiġux ippreparati direttament bħala riżultat ta’ bidla fid-disinn tat-tip jew fid-disinn tat-tiswija.

(b)

It-tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa jistgħu jsiru biss mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn li għalih ikunu ġew stabbiliti dawk l-istruzzjonijiet.

(c)

Il-punti 21.A.91 sa 21.A.109 m’għandhomx japplikaw għal tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa li:

1.

ma jaffettwawx it-taqsima tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, u

2.

ma jeħtiġux li d-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn iwettaq ebda dimostrazzjoni addizzjonali ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni.

(d)

It-tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa msemmija fil-punt (c) għandhom jiġu approvat mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn skont il-proċeduri miftiehma mal-Aġenzija.”;

(9)

il-punt 21.A.101 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu tal-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Ħlief kif previst fil-punt (h), b’deroga mill-punt (a), emenda preċedenti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) u f’xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li għandha x’taqsam direttament, tista’ tintuża f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, diment li l-emenda preċedenti ssir applikabbli qabel id-data meta jkunu saru applikabbli l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip:”;

(b)

jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

Għall-ajruplani kbar soġġetti għall-punt 26.300 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640 (*1), l-applikant għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ sikurezza għall-punti 26.300, 26.320 u 26.330 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, ħlief għall-applikanti għal ċertifikati tat-tip supplementari li mhumiex meħtieġa jqisu l-punt 26.303.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18)”."

(10)

jitħassru l-punti 21.A.105 u 21.A.107;

(11)

fil-punt 21.A.109, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.5, 21.A.7 u 21.A.108; kif ukoll”;

(12)

fil-punt 21.A.118 A, il-punt (a)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7 u 21.A.120B;”;

(13)

jitħassru l-punti 21.A.119 u 21.A.120 A;

(14)

il-punt 21.A.307 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.307   L-eliġibbiltà ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

(a)

Parti jew tagħmir ikun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip meta jkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu, ikun immarkat f’konformità mas-Subparti Q u akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA), li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-data tad-disinn approvata.

(b)

B’deroga mill-punt (a) u sakemm il-kundizzjonijiet fil-punt (c) jiġu ssodisfati, il-partijiet jew it-tagħmir li ġejjin ma jeħtiġux Formola 1 tal-EASA biex ikunu eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip:

(1)

parti standard;

(2)

fil-każ ta’ ELA1 u ELA2, parti jew tagħmir:

(i)

li l-użu tiegħu ma jkunx għal żmien limitat, li ma jiffurmax parti mill-istruttura primarja jew mill-kontrolli tat-titjira;

(ii)

li ġie identifikat għall-installazzjoni fl-inġenju tal-ajru speċifiku;

(iii)

li għandu tiġi installat f’inġenju tal-ajru li sidu jkun ivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli fil-punti (i) u (ii) u jkun aċċetta r-responsabbiltà għal din il-konformità;

(3)

parti jew tagħmir li għalih il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-data tad-disinn approvata jkollu effett ta’ sikurezza negliġibbli fuq il-prodott u li huwa identifikat bħala tali mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa. Sabiex jiddetermina l-effetti ta’ sikurezza ta’ parti jew tagħmir mhux konformi, fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa d-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn jista’ jistabbilixxi attivitajiet ta’ verifika speċifiċi li għandhom jitwettqu mill-installatur tal-parti jew tat-tagħmir fuq il-prodott;

(4)

fil-każ tal-inkorporazzjoni ta’ bidla standard f’konformità mal-punt 21.A.90B jew tiswija standard f’konformità mal-punt 21.A.431B, parti jew tagħmir, li għalihom il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-data tad-disinn għandhom effett ta’ sikurezza negliġibbli fuq il-prodott, u li jiġi identifikat bħala tali fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-bidliet standard jew għat-tiswijiet standard maħruġa skont il-punt (a)(2) tal-punt 21.A.90B u l-punt (a)(2) tal-punt 21.A.431B. Sabiex jiġu ddeterminati l-effetti ta’ sikurezza ta’ parti jew tagħmir mhux konformi, jistgħu jiġu stabbiliti attivitajiet speċifiċi li għandhom jitwettqu mill-persuna li tinstalla l-parti jew it-tagħmir fuq il-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija hawn fuq;

(5)

parti jew tagħmir li huwa eżentat minn approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (*2); kif ukoll

(6)

parti jew tagħmir li huwa oġġett ta’ assemblaġġ ogħla identifikat fil-punti (b)(1) sa (b)(5).

(c)

Il-partijiet u t-tagħmir elenkati fil-punt (b) huma eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn Formola 1 tal-EASA, sakemm l-installatur ikollu dokument maħruġ mill-persuna jew l-organizzazzjoni li mmanifatturat il-parti jew it-tagħmir, li jiddikjara l-isem tal-parti jew tat-tagħmir, in-numru tal-parti, u l-konformità tal-parti jew tat-tagħmir mad-data tad-disinn tagħhom u li jkun fih id-data tal-ħruġ.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014 tas-7 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1).”."

(15)

fil-punt 21.A.433, il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni;”;

(b)

jiżdied il-punt (5) li ġej:

“5.

ikun intwera għat-tiswija ta’ ajruplan soġġett għall-punt 26.302 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, li l-integrità strutturali tat-tiswija u tal-istruttura affettwata tkun mill-inqas ekwivalenti għal-livell ta’ integrità strutturali stabbilit għall-istruttura bażi mill-punt 26.302 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640.”;

(16)

jitħassru l-punti 21.A.447 u 21.A.449;

(17)

il-punt 21.A.451 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a)(1)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.7, 21.A.439, 21.A.441, u 21.A.443;”;

(b)

il-punt (b)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.5 u 21.A.7; kif ukoll”;

(18)

fil-punt 21.A.609, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jipprepara u jżomm, għal kull mudell ta’ kull oġġett li għalih tkun inħarġet awtorizzazzjoni tal-ETSO, fajl attwali ta’ data u rekords tekniċi kompluti f’konformità mal-punt 21.A.5;”;

(19)

il-punt 21.A.613 jitħassar;

(20)

il-punt 21.A.804 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.804 Identifikazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

(a)

Kwalunkwe parti jew tagħmir li jkun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat għandu jkun immarkat, b’mod permanenti u li jinqara, b’dawn li ġejjin:

1.

isem, trademark jew simbolu li jidentifika l-manifattur b’mod identifikat fid-data tad-disinn applikabbli;

2.

in-numru tal-parti, kif iddefinit fid-data tad-disinn applikabbli; kif ukoll

3.

l-ittri EPA għall-partijiet jew it-tagħmir prodotti f’konformità mad-data tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-artikoli tal-ETSO u l-partijiet u t-tagħmir kopert fil-punt (b) tal-punt 21.A.307.

(b)

B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti jew tagħmir ikun żgħir wisq jew li nkella ma jkunx prattiku li parti jew tagħmir jiġi mmarkat bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jakkumpanja l-parti jew it-tagħmir jew il-kontenitur tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ma setgħetx tiġi mmarkata fuq il-parti jew it-tagħmir.”;


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18)”.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014 tas-7 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1).”.”


ANNESS II

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

il-punt 21.A.15 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu tal-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tinkludi, bħala minimu, id-data deskrittiva preliminari tal-prodott, l-użu maħsub tal-prodott u t-tip ta’ operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, din għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.20, li jkun jikkonsisti minn:”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru għandha tinkludi suppliment ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali.”;

(2)

il-punt 21.A.93 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu tal-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Applikazzjoni għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni għad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-punt 21.A.20, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, li jkun jikkonsisti minn:”;

(b)

il-punt (2) tal-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

japplika għal estensjoni tal-perjodu ta’ żmien previst fl-ewwel sentenza tal-punt (c) għall-applikazzjoni oriġinali u jipproponi data ġdida għall-ħruġ tal-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101 u kif notifikat skont il-punt 21.B.105, għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, id-data ma għandhiex tippreċedi d-data l-ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ tal-approvazzjoni b’iktar minn ħames snin għal applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir jew għal inġenju tal-ajru kbir bir-rotors, u b’iktar minn tliet snin għal applikazzjoni għal bidla għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ieħor.”;

(3)

fil-punt 21.A.174, il-punt (ii) tal-punt (b)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

Stat li mhuwiex Stat Membru:

dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-ajruplan hu rreġistrat jew kien irreġistrat, li tkun tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tiegħu fiż-żmien tat-trasferiment;

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;

il-manwal tat-titjira meta tali manwal ikun meħtieġ mill-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenju tal-ajru;

ir-rekords storiċi biex jiġi stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifika u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-limitazzjonijiet kollha assoċjati ma’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett f’konformità mal-punt 21.B.327;

rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għal ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (*1) jew ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

id-data meta nħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u, jekk japplikaw l-istandards tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, id-data tal-valur metriku tas-CO2.;

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"

(4)

fil-punt 21.A.181, il-punt (1) tal-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

ikun hemm konformità mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa; kif ukoll”;

(5)

fil-punt 21.A.211, il-punt (1) tal-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

ikun hemm konformità mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u tal-ajrunavigabbiltà kontinwa; kif ukoll”;

(6)

fil-punt 21.A.431B, il-punt (2) tal-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

li jsegwu data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettqu u jiġu identifikati t-tiswijiet standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għal ajrunavigabbiltà kontinwa; kif ukoll”;

(7)

fil-punt 21.A.432C, l-ewwel paragrafu tal-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, li jkun fih:”;

(8)

fil-punt 21.A.711, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Organizzazzjoni approvata tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) skont il-privileġġ mogħti f’konformità mal-punt M.A.711 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew il-punt CAMO.A.125 tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew mal-punt CALO.A.095 tal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ta’ dan l-Anness ikunu ġew approvati f’konformità mal-punt 21.A.710 ta’ dan l-Anness.”;

(9)

fil-punt 21.B.325, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Għal inġenji tal-ajru li jkunu joriġinaw minn pajjiż li mhux Stat Membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ:

1.

għall-inġenji tal-ajru ġodda jew użati soġġetti għall-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat tar-reviżjoni inizjali tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15a tal-EASA, Appendiċi II);

2.

għall-inġenji tal-ajru ġodda soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat tar-reviżjoni inizjali tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, Appendiċi II);

3.

għall-inġenji tal-ajru użati soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat tar-reviżjoni inizjali tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, Appendiċi II), meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.”

(10)

fl-Appendiċi II, il-Formola 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà hija sostitwita b’dan li ġej:

Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 15c tal-EASA

NOTA: persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà flimkien mal-ispezzjoni kull 100 siegħa/annwali jistgħu jużaw il-faċċata l-oħra ta’ din il-formola biex joħorġu s-CRS imsemmi fil-punt ML.A.801 li jikkorrispondi għall-ispezzjoni ta’ kull 100 siegħa/annwali.

ĊERTIFIKAT TA’ REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) (għall-inġenji tal-ajru li jikkonformaw mal-Parti-ML)

Ir-referenza ARC: ………..

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

[L-ISEM TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI] (**)

b’dan jiċċertifika li:

☐…..li twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenju tal-ajru li ġej:

[jew]

☐.….l-inġenju tal-ajru l-ġdid li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru:…….............…….........Deżinjazzjoni tal-manifattur:……….............……………………

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…………....……Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:………………………………….

(u li dan l-inġenju tal-ajru) fil-mument tar-reviżjoni jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ: ..................................................................Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tar-reviżjoni (*): ………………………………………………………………..

Iffirmat: ............................................................Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): ………………........……….

[JEW]

[L-ISEM TAL-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, INDIRIZZ u REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI] (**)

[jew]

[L-ISEM SĦIĦ TAL-PERSUNAL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U N-NUMRU TAL-LIĊENZJA TAL-PARTI-66 (JEW EKWIVALENTI NAZZJONALI)] (**)

bil-preżenti jiċċertifika/tiċċertifika t-twettiq ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenju tal-ajru li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru:………………………………….Deżinjazzjoni tal-manifattur:……………………………

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:……………………Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:…………………………….

u li dan l-inġenju tal-ajru fil-mument tar-reviżjoni jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ: ..................................................................Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tar-reviżjoni (*): ………………………………………………………………..

Iffirmat: .................................................................Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): ……………………….

================================================================================

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ML.A.901(c) tal-Anness Vb (Parti-ML)

Data tal-ħruġ: ..................................................................Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tal-ħruġ (*): …………………………………………………… ………………

Iffirmat: ............................................................................Nru tal-Awtorizzazzjoni: ………………………

Isem il-kumpanija: ...............................................Referenza tal-approvazzjoni: ……………………………………...

================================================================================

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ML.A.901(c) tal-Anness Vb (Parti-ML)

Data tal-ħruġ: ..................................................................Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tal-ħruġ (*): …………………………………………………… ………………

Iffirmat: ............................................................................Nru tal-Awtorizzazzjoni: ………………………

Isem il-kumpanija: ..................................................Referenza tal-approvazzjoni: ……………………………………...

(*)

Għajr għall-blalen tal-arja u l-iġfna tal-ajru

(**)

L-emittent tal-Formola jista’ jfassalha skont il-bżonn tiegħu billi jħassar l-isem, id-dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni, ir-referenza għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni u d-dettalji tal-ħruġ li mhumiex rilevanti għall-użu tiegħu.

Il-Formola 15c tal-EASA, Ħarġa 4”.


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;”


28.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/700

tas-26 ta’ Marzu 2021

li jemenda u li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tad-data tal-manutenzjoni u l-installazzjoni ta’ ċerti komponenti tal-inġenji tal-ajru matul il-manutenzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, inkluż ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta’ komponenti fuq l-inġenji tal-ajru.

(2)

Meta komponent ġdid jiġi installat matul manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, irid jiġi akkumpanjat minn Formola 1 tal-EASA maħruġa f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (3) sabiex tiġi attestata l-konformità tal-komponent il-ġdid mad-data tad-disinn approvata.

(3)

Sabiex ikun hemm rekwiżiti iktar proporzjonati u effiċjenti għall-komponenti l-ġodda, dan l-aħħar ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/699 (4) biex jitneħħa r-rekwiżit li tiġi ċċertifikata l-konformità tal-komponenti l-ġodda li għalihom l-effett tagħhom fuq is-sikurezza tal-operat tal-inġenji tal-ajru huwa negliġibbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-disinn tagħhom u biex tkun permessa l-installazzjoni tagħhom fi prodotti ċċertifikati skont it-tip mingħajr ma tinħareġ Formola 1 tal-EASA.

(4)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jiġi emendat ukoll sabiex komponenti ġodda bħal dawn ikunu jistgħu jiġu installati matul il-manutenzjoni.

(5)

Għall-komponenti li ssirilhom il-manutenzjoni, jenħtieġ li tinħareġ Formola 1 tal-EASA f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 sabiex jiġi attestat li x-xogħol ta’ manutenzjoni identifikat fuq dawk il-komponenti twettaq f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

(6)

Sabiex jintlaħaq l-istess objettiv ta’ proporzjonalità u ta’ effiċjenza bħal fir-Regolament (UE) Nru 748/2012 li ġie emendat dan l-aħħar, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jintroduċi l-istess tnaqqis ta’ restrizzjonijiet fir-rigward tal-manutenzjoni ta’ komponenti li għalihom ma hemmx bżonn li tinħareġ Formola 1 tal-EASA.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 ġie emendat b’rabta mal-identifikazzjoni, mal-approvazzjoni, mal-ifformattjar u mad-disponibbiltà tal-Istruzzjonijiet għall-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà (ICA) u billi jistabbilixxi l-ICA bħala parti miċ-ċertifikat tat-tip tal-inġenji tal-ajru. Dan għandu implikazzjonijiet fuq id-definizzjoni tad-data tal-manutenzjoni applikabbli fir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, li għaldaqstant jenħtieġ li tiġi emendata biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 (5) introduċa perjodu ta’ tranżizzjoni għall-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, inkluż il-manutenzjoni. Dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni jintemm fl-24 ta’ Settembru 2021. B’kunsiderazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja, jeħtieġ li dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi estiż għal sitt xhur biex jiġi evitat piż addizzjonali għall-industrija matul din il-kriżi u biex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-regoli u mal-proċeduri l-ġodda introdotti b’dak ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 07/2019 (6) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) f’konformità mal-Artikoli 75(2)(b) u 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(10)

L-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jirreferi għad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/1383, billi jenħtieġ jirreferi għad-data tal-applikabbiltà tiegħu. Għalhekk, l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi kkoreġut.

(11)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fih referenzi żbaljati għar-rekwiżiti rilevanti għall-kwalifika tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni fil-Parti-M u fil-Parti-CAO. Għalhekk, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi kkoreġut.

(12)

L-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa identiku għall-Artikolu 3(7) ta’ dak ir-Regolament. Sabiex titħassar din id-duplikazzjoni, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi kkoreġut.

(13)

Jenħtieġ ukoll li jiġu kkoreġuti xi żbalji editorjali li jwasslu għal diffikultajiet fl-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fl-Annessi I, III, Vb u Vd tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Approvazzjonijiet għall-organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

1.   L-organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni fuqhom, inkluż il-manutenzjoni, għandhom jiġu approvati, fuq talba tagħhom, mill-awtorità kompetenti f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II (Parti-145), tal-Anness Vc (Parti-CAMO) jew tal-Anness Vd (Parti-CAO), kif applikabbli għall-organizzazzjonijiet rispettivi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, sal-24 ta’ Settembru 2020 l-organizzazzjonijiet, fuq talba tagħhom, jistgħu jinħarġulhom approvazzjonijiet mill-awtorità kompetenti f’konformità mas-Sottoparti F u mas-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M). L-approvazzjonijiet kollha maħruġa f’konformità mas-Sottoparti F u mas-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) għandhom ikunu validi sal-24 ta’ Marzu 2022.

3.   Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mal-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni JAR-145 imsemmija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (*1) u validi qabel id-29 ta’ Novembru 2003 għandhom jitqiesu li nħarġu f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II (Parti-145) ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-organizzazzjonijiet li jkollhom ċertifikat validu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet maħruġ f’konformità mas-Sottoparti F jew mas-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew mal-Anness II (Parti-145), fuq talba tagħhom, għandha tinħarġilhom Formola 3-CAO mill-awtorità kompetenti kif stabbilit fl-Appendiċi I tal-Anness Vd (Parti-CAO) u mbagħad jiġu ssorveljati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Anness Vd (Parti-CAO).

Il-privileġġi ta’ tali organizzazzjoni skont l-approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness Vd (Parti-CAO) għandhom ikunu l-istess bħall-privileġġi skont l-approvazzjoni maħruġa f’konformità mas-Sottoparti F jew mas-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew mal-Anness II (Parti-145). Madankollu, dawk il-privileġġi ma għandhomx jeċċedu l-privileġġi ta’ organizzazzjoni msemmija fit-Taqsima A tal-Anness Vd (Parti-CAO).

B’deroga mill-punt CAO.B.060 tal-Anness Vd (Parti-CAO), sal-24 ta’ Marzu 2022, l-organizzazzjoni tista’ tikkoreġi kwalunkwe sejba ta’ nuqqas ta’ konformità b’rabta mar-rekwiżiti introdotti mill-Anness Vd (Parti-CAO) li mhumiex inklużi fis-Sottoparti F jew fis-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew fl-Anness II (Parti-145).

Jekk wara l-24 ta’ Marzu 2022 l-organizzazzjoni ma tkunx għalqet dawn is-sejbiet, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi rrevokat, limitat jew sospiż kollu jew parzjalment.

5.   L-organizzazzjonijiet li jkollhom ċertifikat validu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mas-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M), fuq talba tagħhom, għandu jinħarġilhom ċertifikat tal-approvazzjoni tal-Formola 14 tal-EASA mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Anness Vc (Parti-CAMO) u mbagħad jiġu ssorveljati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Anness Vc (Parti-CAMO).

B’deroga mill-punt CAMO.B.350 tal-Anness Vc (Parti-CAMO), sal-24 ta’ Marzu 2022, l-organizzazzjoni tista’ tikkoreġi kwalunkwe sejba ta’ nuqqas ta’ konformità b’rabta mar-rekwiżiti introdotti mill-Anness Vc (Parti-CAMO) u li mhumiex inklużi fis-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M).

Jekk wara l-24 ta’ Marzu 2022 l-organizzazzjoni ma tkunx għalqet dawn is-sejbiet, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi rrevokat, limitat jew sospiż kollu jew parzjalment.

6.   Iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet tal-programmi ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 kif applikabbli qabel l-24 ta’ Marzu 2020 għandhom jitqiesu li nħarġu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).” "

(2)

l-Anness I (Parti-M) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness II (Parti-145) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(4)

l-Anness Vb (Parti-ML) huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-programmi ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) applikabbli qabel l-24 ta’ Marzu 2020 għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt ML.A.302 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, f’konformità mal-paragrafi 1 u 2.”;

(2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-persunal taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun kwalifikat f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-66), għajr kif previst fil-punti M.A.606(h), M.A.607(b), M.A.801(c) u M.A.803 tal-Anness I (Parti-M), fil-punti ML.A.801(c) u ML.A.803 tal-Anness Vb (Parti-ML), CAO.A.040(b) u CAO.A.040(c) tal-Anness Vd (Parti-CAO) u fil-punti 145.A.30(j) tal-Anness II (Parti-145) u fl-Appendiċi IV tiegħu.”;

(3)

fl-Artikolu 8, jitħassar il-paragrafu 7;

(4)

l-Anness I (Parti-M) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(5)

l-Anness III (Parti-66) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(6)

l-Anness Vb (Parti-ML) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament;

(7)

l-Anness Vb (Parti-CAO) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mit-18 ta’ Mejju 2022, għajr il-punt (1) tal-Artikolu 1 u l-punti (5), (6) u (8) tal-Anness I, li għandhom japplikaw mit-18 ta’ Mejju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/699 tal-21 ta’ Diċembru 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa u l-produzzjoni ta’ partijiet li għandhom jintużaw matul il-manutenzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-aspetti ta’ inġenju tal-ajru li qed jeqdiemu matul iċ-ċertifikazzjoni (Ara p. 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta’ Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b’rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1).

(6)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt M.A.305(e)(3), il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

is-CRS u d-dikjarazzjoni tal-aċċettazzjoni tas-sid għal kwalunkwe komponent li jitqabbad ma’ inġenju tal-ajru ELA2 mingħajr Formola 1 tal-EASA f’konformità mal-punt 21.A.307(b)(2) tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 iżda li jkopru perjodu mhux iqsar minn 36 xahar.”;

(2)

fil-punt M.A.401, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, id-data tal-manutenzjoni applikabbli hija kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

1.

kwalunkwe rekwiżit, proċedura, standard jew informazzjoni applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija;

2.

kwalunkwe direttiva applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà;

3.

l-istruzzjonijiet applikabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u struzzjonijiet oħra tal-manutenzjoni, maħruġa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari u minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tippubblika tali data f’konformità mal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

4.

għall-komponenti approvati għall-installazzjoni mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni applikabbli ppubblikati mill-manifatturi tal-komponenti u aċċettabbli għad-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn;

5.

kwalunkwe data applikabbli maħruġa f’konformità mal-punt 145.A.45(d).”;

(3)

fil-punt M.A.501(a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Komponenti li huma f’kundizzjoni sodisfaċenti, rilaxxati għall-użu b’Formola 1 tal-EASA jew b’formola ekwivalenti u mmarkati f’konformità mas-Sottoparti Q tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew f’dan l-Anness (Parti-M) jew fl-Anness Vd (Parti-CAO).”;

(4)

il-punt M.A.502 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“M.A.502   Manutenzjoni tal-komponenti

(a)

Il-manutenzjoni tal-komponenti għajr il-komponenti msemmija fil-punti (b)(2) sa (b)(6) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandha titwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati f’konformità mas-Sottoparti F ta’ dan l-Anness jew mal-Anness II (Parti-145) jew mal-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli.

(b)

B’deroga mill-punt (a), meta komponent jitqabbad mal-inġenju tal-ajru, il-manutenzjoni ta’ tali komponent tista’ titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata tal-inġenji tal-ajru f’konformità mas-Sottoparti F ta’ dan l-Anness jew mal-Anness II (Parti-145) jew mal-Anness Vd (Parti-CAO) jew mill-persunal taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt (b)(1) tal-punt M.A.801. Tali manutenzjoni għandha titwettaq f’konformità mad-data tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru jew f’konformità mad-data tal-manutenzjoni tal-komponenti jekk l-awtorità kompetenti tkun qablet. Tali organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru jew il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jneħħu b’mod temporanju l-komponent għall-manutenzjoni jekk dan ikun neċessarju biex jittejjeb l-aċċess għall-komponent, għajr meta tkun meħtieġa manutenzjoni addizzjonali minħabba t-tneħħija. Il-manutenzjoni tal-komponenti li titwettaq f’konformità ma’ dan il-punt ma għandhiex tkun eliġibbli għall-ħruġ ta’ Formola 1 tal-EASA u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-rilaxx għall-użu tal-inġenji tal-ajru previsti fil-punt M.A.801.

(c)

B’deroga mill-punt (a), meta komponent jitqabbad mal-magna jew mal-unità ta’ potenza awżiljarja (APU), il-manutenzjoni ta’ tali komponent tista’ titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-magni li tkun approvata f’konformità mas-Sottoparti F ta’ dan l-Anness jew mal-Anness II (Parti-145) jew mal-Anness Vd (Parti-CAO). Tali manutenzjoni għandha titwettaq f’konformità mad-data tal-manutenzjoni tal-magna jew tal-APU jew f’konformità mad-data tal-manutenzjoni tal-komponent jekk l-awtorità kompetenti tkun qablet. Tali organizzazzjoni bi klassifikazzjoni B tista’ tneħħi l-komponent b’mod temporanju għall-manutenzjoni jekk dan ikun neċessarju biex jittejjeb l-aċċess għall-komponent, għajr meta tkun meħtieġa manutenzjoni addizzjonali minħabba t-tneħħija.

(d)

Il-manutenzjoni tal-komponenti msemmija fil-punt (b)(2) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, meta l-komponent jitqabbad mal-inġenju tal-ajru jew jitneħħa b’mod temporanju biex jittejjeb l-aċċess, għandha titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li tkun approvata f’konformità mas-Sottoparti F ta’ dan l-Anness jew mal-Anness II (Parti-145) jew mal-Anness Vd (Parti-CAO), kif ikun applikabbli, mill-persunal taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt (b)(1) tal-punt M.A.801 jew mill-bdot-sid imsemmi fil-punt (b)(2) tal-punt M.A.801. Il-manutenzjoni tal-komponenti li titwettaq f’konformità ma’ dan il-punt ma għandhiex tkun eliġibbli għall-ħruġ ta’ Formola 1 tal-EASA u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-rilaxx għall-użu tal-inġenji tal-ajru previsti fil-punt M.A.801.

(e)

Il-manutenzjoni tal-komponenti msemmija fil-punti (b)(3) sa (b)(6) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandha titwettaq mill-organizzazzjoni msemmija fil-punt (a), jew għandha titwettaq minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni u għandha tiġi rrilaxxata għall-użu b’“dikjarazzjoni li l-manutenzjoni twettqet” maħruġa mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tkun wettqet il-manutenzjoni. Id-“dikjarazzjoni li l-manutenzjoni twettqet” għandu jkun fiha minn tal-inqas id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni li tkun twettqet, id-data meta l-manutenzjoni tlestiet, u l-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni jew tal-persuna li toħroġha. Din għandha titqies bħala rekord tal-manutenzjoni u ekwivalenti għal Formola 1 tal-EASA fir-rigward tal-komponent li tkun saritlu l-manutenzjoni.”;

(5)

fil-punt M.A.618(a), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Approvazzjoni għandha tibqa’ valida sal-24 ta’ Marzu 2022, soġġett għal:”;

(6)

fil-punt M.A.715(a), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Approvazzjoni għandha tibqa’ valida sal-24 ta’ Marzu 2022, soġġett għal:”;

(7)

fil-punt M.A.802, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Għajr għall-komponenti rrilaxxati għas-servizz minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni li tkun approvata f’konformità mal-Anness II (Parti-145) u għall-każijiet koperti mill-punt (e) tal-punt M.A.502, għandu jinħareġ CRS malli jitlesta kwalunkwe xogħol tal-manutenzjoni li jkun twettaq fuq komponent tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-punt M.A.502.”;

(8)

l-Appendiċijiet V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Appendiċi V

Iċ-Ċertifikat tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmi fl-Anness I (Parti-M) fis-Sottoparti F – il-Formola 3-MF tal-EASA

Paġna 1 minn 2

[STAT MEMBRU (*)]

Membru tal-Unjoni Ewropea (**)

ĊERTIFIKAT TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-MANUTENZJONI

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].MF.[XXXX]

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 u soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU (*)] b’dan tiċċertifika:

[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]

bħala organizzazzjoni tal-manutenzjoni f’konformità mat-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, approvata biex twettaq manutenzjoni tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir elenkati fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża u biex toħroġ ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz bl-użu tar-referenzi ta’ hawn fuq u, meta stipulat, ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà wara li tkun saret reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kif speċifikat fil-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 għal dawk l-inġenji tal-ajru elenkati fl-iskeda tal-approvazzjoni mehmuża.

KUNDIZZJONIJIET:

1.

Dan iċ-ċertifikat huwa limitat għal dak li huwa speċifikat fl-ambitu tat-taqsima tax-xogħol tal-manwal tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati kif imsemmi fit-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014; u

2.

Dan iċ-ċertifikat jirrikjedi l-konformità mal-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati; u

3.

Dan iċ-ċertifikat huwa validu diment li l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata tibqa’ f’konformità mal-Anness I (Parti-M) u mal-Anness Vb (Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.

4.

Soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu sal-24 ta’ Marzu 2022 sakemm iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut, sostitwit, sospiż jew irrevokat qabel dik id-data.

Data tal-ħruġ oriġinali: …

Data ta’ din ir-reviżjoni: …

Nru tar-reviżjoni: …

Iffirmat: …

Għall-awtorità kompetenti: [AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU (*)]

Ħarġa 6 tal-Formola 3-MF tal-EASA

(*)

Jew “EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(**)

Ħassar għall-Istati Membri mhux tal-UE jew għall-EASA.

Paġna 2 minn 2

TERMINI TAL-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-MANUTENZJONI

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].MF.XXXX

Organizzazzjoni: [L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]

KLASSI

KLASSIFIKAZZJONI

LIMITAZZJONI

INĠENJU TAL-AJRU (**)

(***)

(***)

(***)

(***)

MAGNI (**)

(***)

(***)

(***)

(***)

KOMPONENTI GĦAJR MAGNI KOMPLUTI JEW APUs (**)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

(***)

SERVIZZI SPEĊJALIZZATI (**)

(***)

(***)

(***)

(***)

Dawn it-termini tal-approvazzjoni huma limitati għall-prodotti, għall-partijiet u għat-tagħmir kif ukoll għall-attivitajiet speċifikati fl-ambitu tat-taqsima tax-xogħol tal-manwal tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati.

Referenza tal-Manwal tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni: …

Data tal-ħruġ oriġinali: …

Data tal-aħħar reviżjoni approvata: … Nru tar-reviżjoni: …

Iffirmat: …

Għall-awtorità kompetenti:[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU (*)]

Ħarġa 6 tal-Formola 3-MF tal-EASA

(*)

Jew “EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(**)

Ħassar kif jixraq jekk l-organizzazzjoni mhijiex approvata.

(***)

Imla bil-klassifikazzjoni u bil-limitazzjoni xierqa.

(****)

Imla bil-limitazzjoni xierqa u ddikjara jekk il-ħruġ tar-rakkomandazzjonijiet u taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà huwiex awtorizzat jew le (possibbli biss għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f’operazzjonijiet kummerċjali meta l-organizzazzjoni twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà flimkien mal-ispezzjoni annwali inkluża fl-AMP).

Appendiċi VI

Iċ-ċertifikat tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmi fl-Anness I (Parti-M) fis-Sottoparti G – il-Formola 14-MG tal-EASA

[STAT MEMBRU (*)]

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (**)

ĊERTIFIKAT TAL-

ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].MG.XXXX (ref. AOC XX.XXXX)

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 li għalissa huma fis-seħħ u soġġett għall-kundizzjoni speċifikata hawn taħt, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU (*)] b’dan tiċċertifika:

[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]

bħala organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mat-Taqsima A, is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, approvata biex tiġġestixxi l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru elenkati fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża u, meta stipulat, biex toħroġ ir-rakkomandazzjonijiet u ċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà wara li tkun saret reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kif speċifikat fil-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew ML.A.901 tal-Anness Vb (Parti-ML), u, meta stipulat, biex toħroġ permessi għat-titjir kif speċifikat fil-punt M.A.711(c) tal-Anness I (Parti-M) ta’ dak ir-Regolament.

KUNDIZZJONIJIET

1.

Dan iċ-ċertifikat huwa limitat għal dak li huwa speċifikat fl-ambitu tat-taqsima tax-xogħol tal-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata kif imsemmi fit-Taqsima A, is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

2.

Dan iċ-ċertifikat jirrikjedi l-konformità mal-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata f’konformità mas-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

3.

Dan iċ-ċertifikat huwa validu diment li l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata tibqa’ f’konformità mal-Anness I (Parti-M) u, jekk applikabbli, mal-Anness Vb (Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

4.

Meta l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tikkuntratta taħt is-Sistema tal-Kwalità tagħha s-servizz ta’ organizzazzjoni jew ta’ diversi organizzazzjonijiet, dan iċ-ċertifikat jibqa’ validu soġġett li tali organizzazzjoni(jiet) jissodisfa(w) l-obbligi kuntrattwali applikabbli.

5.

Soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet 1 sa 4 ta’ hawn fuq, dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu sal-24 ta’ Marzu 2022, sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut, sostitwit, sospiż jew irrevokat preċedentement.

Jekk il-formola tintuża wkoll għat-trasportaturi tal-ajru bil-liċenzja f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, għandu jiżdied numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC) mar-referenza, flimkien man-numru standard, u l-kundizzjoni 5 għandha tiġi sostitwita bil-kundizzjonijiet 6, 7 u 8 addizzjonali li ġejjin:

6.

Dan iċ-ċertifikat ma jikkostitwix awtorizzazzjoni biex jitħaddmu t-tipi ta’ inġenji tal-ajru msemmija fil-kundizzjoni 1. L-awtorizzazzjoni biex jitħaddmu l-inġenji tal-ajru hija l-AOC.

7.

It-terminazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-AOC awtomatikament tinvalida dan iċ-ċertifikat b’rabta mar-reġistrazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru speċifikati fl-AOC, sakemm ma jiġix iddikjarat espliċitament mod ieħor mill-awtorità kompetenti.

8.

Soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet 1 sa 4, 6 u 7, dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu sal-24 ta’ Marzu 2022, sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut, sostitwit, sospiż jew irrevokat preċedentement.

Data tal-ħruġ oriġinali: …

Iffirmat: …

Data ta’ din ir-reviżjoni: … Nru tar-reviżjoni: …

Għall-Awtorità Kompetenti: [AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU (*)]

Paġna 1 minn 2

Ħarġa 6 tal-Formola 14-MG tal-EASA

Paġna 2 minn 2

TERMINI TAL-APPROVAZZJONI

TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].MG.XXXX

(ref. AOC XX.XXXX)

Organizzazzjoni: [L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]

Tip/serje/grupp tal-inġenju tal-ajru

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzata

Permessi awtorizzati għat-titjir

Organizzazzjoni(jiet) li taħdem/jaħdmu taħt sistema tal-kwalità

 

[IVA/LE] (***)

[IVA/LE] (***)

 

 

[IVA/LE] (***)

[IVA/LE] (***)

 

 

[IVA/LE] (***)

[IVA/LE] (***)

 

 

[IVA/LE] (***)

[IVA/LE] (***)

 

Dawn it-termini tal-approvazzjoni huma limitati għal dak li huwa speċifikat fl-ambitu tax-xogħol inkluż fit-taqsima tal-Espożizzjoni tal-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà approvata …

Referenza tal-Espożizzjoni tal-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà: …

Data tal-ħruġ oriġinali: …

Iffirmati: …

Data ta’ din ir-reviżjoni: … Nru tar-reviżjoni: …

Għall-Awtorità Kompetenti: [AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU *]

Ħarġa 6 tal-Formola 14-MG tal-EASA

(*)

Jew EASA, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(**)

Ħassar għal Stat Membru mhux tal-UE jew għall-EASA.

(***)

Ħassar kif jixraq jekk l-organizzazzjoni mhijiex approvata.
”;

ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 145.A.42 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

Komponenti li huma f’kundizzjoni sodisfaċenti, rilaxxati għall-użu b’Formola 1 tal-EASA jew b’formola ekwivalenti u mmarkati f’konformità mas-Sottoparti Q tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, fil-punt M.A.502 tal-Anness I (Parti-M), fil-punt ML.A.502 tal-Anness III (Parti-ML), jew f’dan l-Anness (Parti-145).”,

(b)

fil-punt (b), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv)

Il-komponenti msemmija fil-punt (b)(2) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom jiġu installati biss jekk jitqiesu eliġibbli għall-installazzjoni minn sid l-inġenju tal-ajru fl-inġenju tal-ajru tiegħu stess.”;

(2)

fil-punt 145.A.45, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Id-data tal-manutenzjoni applikabbli hija d-data speċifikata fil-punt M.A.401(b) tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt M.A.401(b) tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.”.


ANNESS III

L-Anness Vb tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt ML.A.401, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “data tal-manutenzjoni applikabbli” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

1.

kwalunkwe rekwiżit, proċedura, standard jew informazzjoni applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija;

2.

kwalunkwe AD applikabbli;

3.

l-ICA applikabbli u struzzjonijiet oħra tal-manutenzjoni, maħruġa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari u minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tippubblika tali data f’konformità mal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

4.

għall-komponenti approvati għall-installazzjoni mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni applikabbli ppubblikati mill-manifatturi tal-komponenti u aċċettabbli għad-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn;

5.

kwalunkwe data applikabbli maħruġa f’konformità mal-punt 145.A.45(d).”;

(2)

fil-punt ML.A.501, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), fl-Anness II (Parti-145), fl-Anness Vd (Parti-CAO) ta’ dan ir-Regolament jew fil-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, komponent jista’ jitqabbad biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikun f’kundizzjoni sodisfaċenti;

(ii)

ikun ġie rilaxxat kif xieraq għas-servizz bl-użu ta’ Formola 1 tal-EASA kif stabbilit fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), jew ekwivalenti tagħha;

(iii)

ikun ġie mmarkat f’konformità mas-Sottoparti Q tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(3)

fil-punt ML.A.502, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-komponenti li huma aċċettati mis-sid f’konformità mal-punt (b)(2) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandha ssirilhom manutenzjoni minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni, soġġett għall-aċċettazzjoni mill-ġdid mis-sid skont il-kundizzjonijiet tal-punt (b)(2) tal-punt 21.A.307 ta’ dak l-Anness. Din il-manutenzjoni mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta’ Formola 1 tal-EASA, kif stabbilit fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-rilaxx tal-inġenji tal-ajru.”;

(4)

fil-punt ML.A.502, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Il-komponenti msemmija fil-punti (b)(3) sa (b)(6) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 tista’ ssirilhom manutenzjoni minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni. F’tali każ, b’deroga mill-punt (b), il-manutenzjoni ta’ dawk il-komponenti għandha tiġi rrilaxxata b’“dikjarazzjoni li l-manutenzjoni twettqet” maħruġa mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tkun wettqet il-manutenzjoni. Id-“dikjarazzjoni li l-manutenzjoni twettqet” għandu jkun fiha minn tal-inqas id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni li tkun twettqet, id-data meta l-manutenzjoni tlestiet, u l-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni jew tal-persuna li toħroġha. Din għandha titqies bħala rekord tal-manutenzjoni u ekwivalenti għal Formola 1 tal-EASA fir-rigward tal-komponent li tkun saritlu l-manutenzjoni.”;

(5)

fil-punt ML.A.802, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Għajr għall-każijiet koperti mill-punt (c) tal-punt ML.A.502, CRS tal-komponent għandu jinħareġ wara li x-xogħol tal-manutenzjoni meħtieġ ikun twettaq b’mod xieraq fuq komponent tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-punt ML.A.502.”;


ANNESS IV

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fil-punt M.A.201(h), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

is-CAMO jew is-CAO msemmija fil-punt (2) hi approvata f’konformità mal-Anness II (Parti-145) jew f’konformità mas-Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti-M) jew bħala CAO bi privileġġi tal-manutenzjoni, jew dik is-CAMO tkun ikkonkludiet kuntratt bil-miktub ma’ organizzazzjonijiet approvati f’konformità mal-Anness II (Parti-145) jew f’konformità mas-Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti-M) jew mal-Anness Vd (Parti-CAO) bi privileġġi tal-manutenzjoni.”;

(2)

fil-punt M.A.801, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

F’każ ta’ rilaxx għas-servizz f’konformità mal-punt (b)(1), il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jista’ jkun megħjun fit-twettiq tal-kompiti tal-manutenzjoni minn persuna waħda jew iktar soġġetta/i għall-kontroll dirett u kontinwu tiegħu.”;

(3)

fil-punt M.A.901, il-frażi introduttorja tal-punt (e) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(e)

Għall-inġenji tal-ajru b’MTOM ta’ 2 730 kg u inqas mhux użati mit-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kwalunkwe CAMO jew CAO magħżula mis-sid jew mill-operatur, f’konformità mal-punt CAMO.A.125(e) tal-Anness Vc jew mal-punt M.A.711(b) ta’ dan l-Anness jew mal-punt CAO.A.095(c) tal-Anness Vd, skont kif applikabbli, u soġġett għall-konformità mal-punt (j), tista’:”;

(4)

fl-Appendiċi III, il-frażi taċ-ċertifikazzjoni tal-Formola 15b tal-EASA hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-organizzazzjoni li ġejja, approvata f’konformità mat-Taqsima A tal-Anness Vc (Parti-CAMO) jew mat-Taqsima A tas-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew mat-Taqsima A tal-Anness Vd (Parti-CAO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014,

[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA]

[IR-REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI]

b’dan tiċċertifika li wettqet reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.901 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenji tal-ajru li ġejjin:”


ANNESS V

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fil-punt 66.A.20(b), il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-M), tal-Anness II (Parti-145), tal-Anness Vb (Parti-ML) u tal-Anness Vd (Parti-CAO); kif ukoll”;

(2)

fil-punt 66.A.25(a), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għal liċenzji għajr dawk tal-kategorija L, applikant għal liċenzja għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, jew għaż-żieda ta’ kategorija jew ta’ sottokategorija f’tali liċenzja, għandu juri, b’eżami, li jkollu livell ta’ għarfien fil-moduli tas-suġġetti xierqa f’konformità mal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66).”;

(3)

fil-punt 66.B.120(b), il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

l-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-detentur tal-liċenzja u lil kwalunkwe organizzazzjoni tal-manutenzjoni magħrufa li tkun approvata f’konformità mas-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew mal-Anness II (Parti-145) jew mal-Anness Vd (Parti-CAO) li jistgħu jiġu affettwati direttament minn tali fatt.”;

(4)

fit-Taqsima B, il-frażi introduttorja tas-Sottoparti E hija sostitwita b’dan li ġej:

“Din is-Sottoparti tipprovdi l-proċeduri għall-għoti tal-krediti tal-eżamijiet imsemmija fil-punt 66.A.25(e).”;

(5)

fil-punt 66.B.500, il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.

il-ħruġ ta’ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz minkejja li ma jkunx hemm konformità ma’ dan ir-Regolament.”;

(6)

fl-Appendiċi V, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ timmodifika l-Formola 19 tal-EASA biex tinkludi biss informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex ikun appoġġat il-każ meta r-rekwiżiti nazzjonali jippermettu jew jirrikjedu li l-liċenzja għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru maħruġa f’konformità mal-Anness III (Parti-66) tintuża barra mill-kuntest tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”.


ANNESS VI

L-Anness Vb tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fil-punt ML.A.901, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sabiex tkun żgurata l-validità taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, minn żmien għall-ieħor għandha titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.”;

(2)

l-Appendiċi IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

Iċ-Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà – il-Formola 15c tal-EASA

NOTA:

il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà flimkien mal-ispezzjoni annwali/wara 100 siegħa jistgħu jużaw in-naħa ta’ wara ta’ din il-formola sabiex joħorġu s-CRS imsemmi fil-punt ML.A.801 li jikkorrispondi għall-ispezzjoni annwali/wara 100 siegħa.

ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) (għall-inġenji tal-ajru li jikkonformaw mal-Parti-ML)

Referenza tal-ARC: …

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

[ISEM L-AWTORITÀ KOMPETENTI] (**)

b’dan tiċċertifika li:

☐… wettqet reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenji tal-ajru li ġejjin:

[jew]

☐… l-inġenji tal-ajru ġodda li ġejjin:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru: … Deżinjazzjoni tal-manifattur: …

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: … Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …

(u) tqies li għandu ajrunavigabbiltà tajba meta saritlu r-reviżjoni.

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir(FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-reviżjoni (*): …

Iffirmat: … Nru tal-awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): …

[JEW]

[L-ISEM TAL-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, L-INDIRIZZ u R-REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI] (**)

[jew]

[L-ISEM SĦIĦ TAL-PERSUNAL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U N-NUMRU TAL-LIĊENZJA TAL-PARTI-66 (JEW EKWIVALENTI NAZZJONALI)] (**)

b’dan tiċċertifika li wettqet reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenji tal-ajru li ġejjin:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru: … Deżinjazzjoni tal-manifattur: …

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: … Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …

(u) tqies li għandu ajrunavigabbiltà tajba meta saritlu r-reviżjoni.

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir(FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-reviżjoni (*): …

Iffirmat: … Nru tal-awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): …

========================================================================================

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.A.901(c) tal-Anness Vb (Parti-ML)

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir(FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*): …

Iffirmat: … Nru tal-awtorizzazzjoni: …

Isem il-kumpanija: … Referenza tal-approvazzjoni: …

========================================================================================

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.A.901(c) tal-Anness Vb (Parti-ML)

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir(FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*): …

Iffirmat: … Nru tal-awtorizzazzjoni: …

Isem il-kumpanija: … Referenza tal-approvazzjoni: …

(*)

Għajr il-blalen tal-arja jew l-iġfna tal-ajru

(**)

Min joħroġ il-Formola jista’ jadattaha skont il-ħtiġijiet tiegħu billi jħassar l-isem, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni, ir-referenza għall-inġenji tal-ajru inkwistjoni u d-dettalji tal-ħruġ li ma kinux rilevanti għall-użu tiegħu.

Ħarġa 4 tal-Formola 15c tal-EASA”.


ANNESS VII

L-Anness Vd tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fil-punt CAO.A.045(a), il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

ikollhom liċenzja xierqa maħruġa f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament jew lawrja ajrunawtika jew l-ekwivalenti, jew kisbu l-esperjenza addizzjonali fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil hinn minn dik imsemmija fil-punt (1), jiġifieri minn tal-inqas sentejn esperjenza għal gliders u blalen tal-arja u minn tal-inqas erba’ snin esperjenza għal kull inġenju tal-ajru ieħor;”;

(2)

fil-punt CAO.A.105(a), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina l-konformità kontinwa ma’ dan l-Anness, is-CAO għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe proposta biex titwettaq xi waħda mill-bidliet li ġejjin, qabel tali bidliet isiru:”.


DEĊIŻJONIJIET

28.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/701

tas-27 ta’ April 2021

li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE (2) ġiet emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/776 (3) fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-implimentazzjoni ta’ objettivi speċifiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE fiha diversi żbalji fit-Tabella 2 tal-Anness II, jiġifieri diversi parametri tar-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati ma għandhomx japplikaw għall-vaguni tal-merkanzija.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE titħassar.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tabella 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE hija kkoreġuta f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 108).

(4)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).


ANNESS

Fit-Tabella 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE, ir-ringieli bil-parametri Numru 4.5.2 sa 4.8.6 jinbidlu b’dan li ġej:

Parametru

Format tad-data

Applikabbiltà għal kategoriji tal-vetturi (Iva, Le, Fakultattiv, Punt Mhux Konkluż)

Parametri għal kompatibbiltà teknika bejn Vettura u n-netwerk(s) taż-żona tal-użu>

1. Vetturi tal-ġbid

2. Vetturi tal-passiġġieri rmonkati

3. Vaguni għall-Merkanzija

4. Vetturi speċjali

4.5.2

Massa tad-disinn

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.5.2.1

Massa tad-disinn f’kundizzjoni operattiva

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.2.2

Massa tad-disinn taħt tagħbija utli normali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.2.3

Massa tad-disinn taħt tagħbija utli eċċezzjonali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3

Tagħbija statika fuq il-fus

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.5.3.1

Tagħbija statika fuq il-fus f’kundizzjoni operattiva

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3.2

Tagħbija statika fuq il-fus taħt tagħbija utli normali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3.3

Tagħbija statika fuq il-fus taħt tagħbija utli eċċezzjonali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3.4

Pożizzjoni tal-fusien tul l-unità (spazjar tal-fusien):

a: Distanza bejn il-fusien

b: Distanza mit-tarf tal-fus sat-tarf tal-eqreb pjan tal-igganċjar

c: distanza bejn żewġ fusien interni

a [numru] m

b [numru] m

c [numru] m

Spjegazzjoni tal-valuri ta’ a, b u c [sekwenza ta’ karattri]

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.5

Massa totali tal-vettura (għal kull vettura tal-unità)

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.6

Massa għal kull rota

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.6

Imġiba dinamika ta’ vettura ferrovjarja

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.6.4

Kombinament tal-veloċità massima u l-insuffiċjenza massima tas-sopraelevazzjoni li il-vettura ġiet ivvalutata għalih

[numru] km/h - [numru] mm

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

4.6.5

Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja

[sekwenza ta’ karattri] minn lista predefinita

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

4.7

Ibbrejkjar

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.1

Deċellerazzjoni medja massima

[numru] m/s2

Iva

Le

Le

Iva

Le

4.7.2

Kapaċità termali

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.2.1

Il-prestazzjoni tal-brejkijiet fuq gradjenti weqfin ħafna bit-tagħbija utli normali

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.2.1.1

Każ ta’ referenza tat-TSI

[sekwenza ta’ karattri] minn lista predefinita

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.2

Veloċità (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] km/h

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.3

Gradjent (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] ‰ (mm/m)

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.4

Distanza (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] km

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.5

Ħin (jekk id-distanza ma tkunx indikata) (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] min

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.6

Kapaċità tal-enerġija termali massima tal-brejk

[numru] kJ

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.3

Brejk tal-ipparkjar

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.3.3

Gradjent massimu li fuqu l-unità tinżamm immobilizzata permezz tal-brejk tal-ipparkjar waħdu (jekk il-vettura tkun installata bih)

[numru] ‰ (mm/m)

Iva

Iva

Le

Iva

Le

4.7.3.4

Brejk tal-ipparkjar

[Boolean] Iva/Le

Le

Le

Iva

Le

Le

4.7.4

Sistemi tal-ibbrekkjar installati fuq il-vettura

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.1

Brejk b’eddy current

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.1.1

Binjarju installat bi brejk b’eddy current

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.1.2

Possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk tal-binarju b’eddy current (jekk ikun installat bi brejk tal-binarju b’eddy current)

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.2

Brejk manjetiku

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.2.1

Installat bi brejk tal-binarju manjetiku

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.2.2

Possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk tal-binarju manjetiku (jekk ikunu installat bi brejk manjetiku biss)

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.3

Brejk riġenerattiv (għal vetturi bi trazzjoni elettrika biss)

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.3.1

Brejk riġenerattiv installat

[Boolean] Iva/Le

Iva

Le

Le

Iva

Iva

4.7.4.3.2

Possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk riġenerattiv (jekk ikun installat bi brejk riġenerattiv biss)

[Boolean] Iva/Le

Iva

Le

Le

Iva

Iva

4.7.5

Brejk ta’ emerġenza: Distanza ta’ waqfien u profil ta’ deċellerazzjoni għal kull kundizzjoni ta’ tagħbija għal kull veloċità massima tad-disinn

[numru] m [numru] m/s2

Iva

Iva

Le

Iva

Le

4.7.6

Għal operat ġenerali:

Perċentwal tal-piż ibbrejkjat (lambda) jew il-Massa bbrejkjata

Lambda (%) [numru] tunnellati

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.7

Brejk ta’ servizz:

Fi brejk massimu ta’ servizz: Distanza ta’ waqfien, Deċellerazzjoni massima, għall-kundizzjoni tat-tagħbija “massa tad-disinn taħt tagħbija utli normali” bil-veloċità massima tad-disinn.

[numru] m [numru] m/s2

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.8

Sistema ta’ protezzjoni kontra ż-żliq tar-roti

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.8

Karatteristiċi ġeometriċi

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.8.1

Tul tal-vettura

[numru] m

Iva

Iva

Le

Iva

Le

4.8.2

Dijametru minimu tar-rotifis-servizz

[numru] mm

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

4.8.4

Kapaċità tar-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

[numru] m

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.8.5

Kapaċità tar-raġġ minimu ta’ kurva konvessa vertikali

[numru] m

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.8.6

Kapaċità tar-raġġ minimu ta’ kurva konkavi vertikali

[numru] m

Iva

Iva

Iva

Iva

Le”


Rettifika

28.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/42


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 tad-19 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ELKS)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 133 tal-20 ta’ April 2021 )

Fil-paġna 40, fl-Anness I, il-Parti 2, Speċifikazzjonijiet tekniċi, il-punt 3.6.2, Żamma fil-karreġġata, it-Tabella:

minflok:

“Nru

Deskrizzjoni tax-xenarju

1.

Linja solida — Ħruġ lejn in-naħa tal-lemin tal-vettura

Image 1

2.

Linja solida — Ħruġ lejn in-naħa tax-xellug tal-vettura

Image 2

aqra:

“Nru

Deskrizzjoni tax-xenarju

1.

Linja solida — Ħruġ lejn in-naħa tal-lemin tal-vettura

Image 3

2.

Linja solida — Ħruġ lejn in-naħa tax-xellug tal-vettura

Image 4