|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLI TA' PROĊEDURA |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/675
tal-20 ta’ April 2021
li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati biex jiġi emendat il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010 (ICA) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/189/UE (1) u membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw (ICCO). |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tal-ICA, il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw (ICC) iwettaq jew iħejji għat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet kollha li jkunu meħtieġa biex l-ICA jiġi implimentat. F’konformità mal-Artikolu 12 tiegħu, id-deċiżjonijiet tal-ICC fil-prinċipju jittieħdu b’kunsens. Fin-nuqqas ta’ kunsens, id-deċiżjonijiet jittieħdu permezz ta’ vot speċjali. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10 tal-ICA, il-membri tal-ICCO b’kollox għandhom 2000 vot fl-ICC. Kull membru għandu għadd speċifiku ta’ voti li kull sena jiġi aġġustat skont il-kriterji stipulati f’dak l-Artikolu. |
|
(4) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li tipparteċipa fi ftehim internazzjonali dwar il-kawkaw, meta titqies l-importanza ta’ dak is-settur għal għadd ta’ Stati Membri u għall-ekonomija tas-settur Ewropew tal-kawkaw. |
|
(5) |
Grupp ta’ ħidma tekniku magħmul mill-membri tal-ICCO kemm mill-pajjiżi produtturi kif ukoll minn dawk esportaturi wettaq ħidma sostanzjali sabiex jippreżenta proposti konkreti għall-emendar tal-ICA. Il-membri tal-ICCO ġew mistiedna jressqu kwalunkwe suġġeriment biex tinbeda din l-analiżi teknika, kif għamlet l-Unjoni. L-ICC jeħtieġ jiftaħ negozjati għal reviżjoni parzjali tal-ICA ferm qabel l-iskadenza tal-validità tal-ICA, jiġifieri, it-30 ta’ Settembru 2022, taħt il-gwida tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD). Kwalunkwe qasam tal-ICA li għandu jiġi rieżaminat jeħtieġ li jkun is-suġġett ta’ negozjati formali. Tali negozjati għandhom jiġu konklużi mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022. |
|
(6) |
Jenħtieġ li kull emenda miftiehma fin-negozjati formali tiġi adottata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 63 tal-ICA. Skont dak l-Artikolu, l-ICC jista’, b’kunsens jew jekk le b’vot speċjali, jirrakkomanda emenda għall-ICA lill-Partijiet Kontraenti tal-ICA. L-emenda ssir effettiva skont l-Artikolu 63(1) tal-ICA, li jeħtieġ in-notifika ta’ aċċettazzjoni minn ċertu perċentwal ta’ Partijiet Kontraenti tal-ICA. Bħala membru tal-ICCO u Parti Kontraenti għall-ICA, f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu, jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista’ tipparteċipa fin-negozjati bil-għan li jiġi emendat l-ICA. |
|
(7) |
Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tidħol f’negozjati għar-reviżjoni parzjali tal-ICA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tinnegozja, f’isem l-Unjoni, biex jiġi emendat il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010.
2. In-negozjati għandhom jitmexxew abbażi tad-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill stabbiliti fl-Addendum għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
In-negozjati għandhom jitmexxew b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar Prodotti Bażiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/189/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (ĠU L 102 12.4.2012, p. 1).
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/3 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/676
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1352 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Malta biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba minn Malta fis-7 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020 il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lil Malta fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 243 632 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali ta’ Malta biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u twieġeb għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża minn Malta biex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri simili u miżuri relatati mas-saħħa msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1352 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 għadha qed tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol f’Malta. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika f’Malta fir-rigward tal-miżura msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1352. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati minn Malta fl-2020 u l-2021 biex titrażżan dik it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak marbut mas-saħħa kellhom u qed ikomplu jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, Malta kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 9,4 % u 55,2 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ta’ Malta huwa mbassar li jonqos għal 6,3 % tal-PDG filwaqt li d-dejn huwa mbassar li jiżdied għal 60,0 % tal-PDG. Skont it-tbassir proviżorja tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG ta’ Malta huwa proġettat li jiżdied b’4,5 % fl-2021. |
|
(5) |
Fl-10 ta’ Marzu 2021, Malta talbet assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 177 185 000, bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020 u l-2021 biex tittratta l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessa (6). |
|
(6) |
L-‘Att dwar il-Korporazzjoni għall-Intrapriża ta’ Malta (Kap. 463 tal-Liġijiet ta’ Malta)’/‘Malta Enterprise Act (Cap. 463 of the Laws of Malta)’ u n-‘Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 389 tat-13 ta’ April 2020’/‘Government Notice No. 389 of 13 April 2020’, li huma msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1352, introduċew suppliment għall-pagi tal-COVID-19, li jkopri lill-impjegati u lil dawk li jaħdmu għal rashom, biex jiġi indirizzat it-tfixkil ikkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Fil-perijodu minn Marzu sa Ġunju 2020, impjegati full-time li jaħdmu fis-setturi l-aktar milquta mill-kriżi, elenkati fl-Anness A, imsemmija fin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 389 kienu eliġibbli għal għajnuna fuq il-paga ta’ EUR 800 fix-xahar. F’setturi inqas affettwati, elenkati fl-Anness B imsemmija fin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 389, l-impjegati full-time kienu eliġibbli biex jirċievu EUR 160 fix-xahar. Kien hemm ukoll appoġġ għall-impjegati part-time b’ammont aktar baxx. F’Lulju 2020 il-listi tas-setturi inklużi fiż-żewġ annessi ġew riveduti. Setturi li qabel kienu appoġġati permezz tal-iskema iżda mhux inklużi fl-Anness A jew B riveduti ġew megħjuna b’suppliment għall-pagi ta’ EUR 600 għall-impjegati full-time. L-iskema li tagħti dawk il-kondizzjonijiet ġiet estiża sa tmiem l-2020. Minn Jannar 2021, id-daqs tas-suppliment għall-pagi jirrifletti tnaqqis fil-bejgħ fuq sitt xhur bejn Marzu u Ottubru 2020 meta mqabbel mal-fatturat iddikjarat fuq sitt xhur bejn Marzu u Ottubru 2019. Fejn ma jkun hemm l-ebda rekords tal-VAT disponibbli, is-suppliment għall-pagi jitħallas fuq il-bażi tal-kriterji applikabbli fl-2020. L-iskema hija maħsuba biex tibqa’ għaddejja sa tmiem l-2021. Fit-tieni nofs tal-2021, l-appoġġ jibqa’ effettiv għall-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u forniment tal-ikel b’mod konformi mal-parametri stabbiliti. Għal attivitajiet eliġibbli oħra, l-appoġġ ser jonqos għal 66 % fit-tielet kwart tal-2021 u mbagħad jonqos ulterjorment għal 33 % fl-aħħar kwart tas-sena. L-iskema ser tibqa’ disponibbli biss għal dawk l-intrapriżi li kienu diġà eliġibbli għall-appoġġ taħt l-iskema oriġinali. Bħalissa l-iskema hija applikata fil-prattika minn ‘Malta Enterprise’ u ser ikun speċifikat f’Notifikazzjoni tal-Gvern li għad irid jinħareġ. Skont ir-regoli l-ġodda, l-iskema ser tkopri wkoll is-sostituzzjoni ta’ impjegati (jiġifieri s-sostituzzjoni ta’ dawk li volontarjament ikunu temmew l-impjieg tagħhom wara Ġunju 2020), sakemm ma jinqabiżx l-għadd ta’ impjegati fit-tmiem ta’ Mejju 2020. Il-parti biss tan-nefqa pubblika relatata mal-impjegati li kienu kontinwament f’impjieg intalbet mill-awtoritajiet, eskluża l-parti għall-impjegati ingaġġati ġodda. |
|
(7) |
Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tkun tista’ titlob assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Malta pprovdiet lill-Kummissjoni evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 427 961 805 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu ttrattati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda f’daqqa u qawwija minħabba li huwa direttament relatat mal-estensjoni ta’ miżuri nazzjonali eżistenti dwar l-impjiegi simili għal skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar li tkopri proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol f’Malta. Malta ffinanzjat EUR 7 144 805 tal-ammont miżjud fin-nefqa pubblika permezz tal-fondi tagħha stess. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil Malta u vverifikat iż-żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata ma’ miżura simili għal skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar kif imsemmija fit-talba ta’ Malta tal-10 ta’ Marzu 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li Malta tiġi megħjuna tittratta l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(10) |
Jenħtieġ li Malta u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(11) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(12) |
Jenħtieġ li Malta tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn Malta tkun implimentat dik in-nefqa. |
|
(13) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija ta’ Malta, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1352 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Malta tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 4 1. Malta għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1352, Malta għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.’. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1352 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Malta biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 42).
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/677
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba mingħand il-Latvja fis-7 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020 il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lil-Latvja fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 192 700 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Latvja biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirrispondi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża mil-Latvja biex tiffinanzja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri simili u miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1351 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 kompliet tipparalizza parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fil-Latvja fir-rigward ta’ miżuri ġodda, jiġifieri l-benefiċċji ta’ għajnuna għall-mard għall-ġenituri u l-indokraturi u l-primjums għall-prattikanti mediċi u l-impjegati li jittrattaw il-kriżi tal-COVID-19 u miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (a) (c) (d) (f) u (g) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji li implimentat il-Latvja fl-2020 u fl-2021 biex trażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak relatat mas-saħħa tagħha kellhom u qed ikomplu jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, kien mistenni li l-Latvja jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 7,4 % u 47,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tal-Latvja huma mbassra li jonqsu għal 3,5 % u 45,9 % tal-PDG, rispettivament. Skont it-tbassir proviżorju tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Latvja huwa proġettat li jiżdied bi 3,5 % fl-2021. |
|
(5) |
Fil-11 ta’ Marzu 2021, il-Latvja talbet assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 112 500 000, bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020 u fl-2021 biex titratta l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (6) sa (8). |
|
(6) |
‘Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 709 “Regolamenti Rigward l-Għotja għall-Inattività għall-Kontribwenti għall-Kontinwità tal-Attività tagħhom fiċ-Ċirkustanzi tal-Kriżi tal-COVID-19”’ (adottat fl-24 ta’ Novembru 2020 (3) u emendat fit-12 ta’ Jannar 2021 (4)) estenda u emenda skema għall-kumpens taż-żmien inattiv għall-ħaddiema, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. Dik l-iskema tapplika għall-kumpaniji, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-pagaturi tat-tariffa tal-liċenzja, li l-introjtu tagħhom mill-attività ekonomika naqas b’mill-inqas 20 %, meta mqabbel ma’ Awwissu-Ottubru 2020 bħala medja. L-iskema tħallas lill-impjegati assenti bil-permess jew lill-persuni li jaħdmu għal rashom kumpensi ta’ 50 % jew 70 % tas-salarji jew l-introjti tagħhom, skont ir-reġim tat-taxxa li joperaw fih. Il-livell minimu ta’ appoġġ huwa stabbilit għal EUR 500 u l-massimu għal EUR 1 000 għal kull impjegat għal kull xahar kalendarju. Mehmuż ma’ din l-iskema għall-kumpens taż-żmien inattiv għall-ħaddiema hemm il-bonus tal-ħaddiema għat-tfal, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (c), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. Il-bonus ta’ EUR 50 fix-xahar għal kull wild jagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema inattivi li huma intitolati għal ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu personali għad-dipendenti. Il-miżura ta’ appoġġ ġiet estiża bl-’Ordni tal-Kabinett Nru 706 tal-1 ta’ Diċembru 2020 “Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’ ” ’ (5) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 15 tal-11 ta’ Jannar 2021 “Rigward l-Allokazzjoni tal-Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’ ” ’ (6). Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, billi tipprovdi appoġġ għall-introjtu għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom. |
|
(7) |
L-iskema għas-sussidji tal-pagi tagħti appoġġ għall-impjegaturi li jiffaċċjaw tnaqqis fid-dħul ta’ mill-inqas 20 % minn kwalunkwe attività ekonomika. L-iskema tammonta għal 50 % tal-paga grossa medja fix-xahar, iżda mhux aktar minn EUR 500 għal kull xahar kalendarju. L-impjegaturi benefiċjarji huma obbligati jżommu l-impjieg tal-ħaddiema appoġġati u li jissupplimentaw is-sussidju tal-pagi għall-paga regolari sħiħa. L-iskema ġiet stabbilita mir-‘Regolament tal-Kabinett Nru 675 dwar “Regolamenti Rigward l-Għoti ta’ Għajnuna lill-Kontribwenti għall-Kontinwazzjoni tal-Attività tagħhom fiċ-Ċirkustanzi tal-Kriżi tal-COVID-19”’(adottati fl-10 ta’ Novembru 2020 (7) u emendati fit-12 ta’ Jannar 2021 (8)) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 128 tas-26 ta’ Frar 2021“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’” (9). Il-miżura testendi l-iskema għas-sussidji tal-pagi għall-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (d), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351, u tespandi l-kopertura għall-impjegaturi kollha eliġibbli. |
|
(8) |
Il-benefiċċji ta’ għajnuna għall-mard għall-ġenituri u l-indokraturi jagħtu appoġġa lill-impjegati li ma jistgħux jaħdmu mill-bogħod u li jkollhom jieħdu ħsieb tfal taħt l-età ta’ 10 snin jew persuni b’diżabilità meta l-iskejjel u ċ-ċentri ta’ kura matul il-jum jingħalqu minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, billi din tagħti appoġġ għall-introjtu lill-ġenituri u lill-indokraturi u tgħin biex jiġu ppreservati l-impjiegi billi tipprevjeni lill-ġenituri u lill-indokraturi li jkollhom jieħdu ħsieb lil uliedhom jew lil persuni b’diżabilità meta l-iskejjel u ċ-ċentri ta’ kura matul il-jum ikunu magħluqin mill-ħtieġa li jtemmu r-relazzjoni ta’ impjieg. Il-benefiċċji ta’ għajnuna għall-mard huma previsti fl-‘Emenda tal-Liġi “Dwar l-Assigurazzjoni tal-Maternità u tal-Mard” tas-26 ta’ Novembru 2020’ (10) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 707 tal-1 ta’ Diċembru 2020“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’”’ (11) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 13 tal-11 ta’ Jannar 2021“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programmr-Riżorsi Finanzjarji għall-programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’”’ (12). |
|
(9) |
Il-Latvja kompliet testendi u tintroduċi wkoll sensiela ta’ miżuri relatati mas-saħħa biex tindirizza l-kriżi tal-COVID-19. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (10) sa (12). |
|
(10) |
Estensjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021 tal-benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19 kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351 ġiet stabbilita bl-‘Emendi tal-Liġi “Dwar l-Assigurazzjoni tal-Maternità u tal-Mard” tat-12 ta’ Novembru 2020’ (13). Il-miżura tipprovdi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat għal dawk li kellhom jitilfu x-xogħol minħabba l-obbligu ta’ awtoiżolament jew awtokwarantina, filwaqt li normalment parti mill-benefiċċju tal-mard jinqasam mal-impjegatur. |
|
(11) |
Huwa pprovdut appoġġ addizzjonali għan-nefqa relatata mas-saħħa fuq it-tagħmir protettiv personali, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (f), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. In-nefqa kienet diġà implimentata fl-2020, inkluż dik stabbilita mir-‘Regolament tal-Kabinett Nru 380 tad-9 ta’ Ġunju 2020“Regolamenti dwar ir-Riżorsi biex tiġi Żgurata s-Sikurezza Epidemjoloġika Meħtieġa għall-Istituzzjonijiet Inklużi fil-Lista ta’ Istituzzjonijiet u Ħtiġijiet ta’ Prijorità”’ (14). |
|
(12) |
Il-primjums għall-prattikanti mediċi u l-impjegati li jittrattaw il-kriżi tal-COVID-19 minn 20 % sa 100 % tas-salarji fix-xahar jippremjaw il-ħidma mwettqa f’kundizzjonijiet ta’ żieda fir-riskju u żieda fl-ammont ta’ xogħol, kif previst fl-‘Ordnijiet tal-Kabinett Nru 136 tas-27 ta’ Marzu 2020 u Nru 656 tas-6 ta’ Novembru 2020“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’”’ (15), l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 743 tat-8 ta’ Diċembru 2020“Emendi tal-Ordni tal-Kabinett Nru 655 tas-6 ta’ Novembru 2020 Dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Stat ta’ Emerġenza”’ (16) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 37 tal-21 ta’ Jannar 2021 Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’’” (17). Dawk il-primjums huma addizzjonali għall-primjum massimu stabbilit fil-‘Liġi Dwar ir-Remunerazzjoni tal-Uffiċjali u l-Impjegati tal-Awtoritajiet Statali u tal-Gvern Lokali’. Il-miżura tappoġġa l-impjiegi billi tiżgura s-sikurezza tas-saħħa tal-impjegati u l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi essenzjali. |
|
(13) |
Il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Latvja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika reali u ppjanata żdiedet b’EUR 405 297 901 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata kemm ma’ miżuri ġodda kif ukoll ma’ estensjoni ta’ miżuri eżistenti direttament relatati mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Il-Latvja beħsiebha tiffinanzja EUR 100 097 901 tal-ammont miżjud tan-nefqa pubblika permezz tal-fondi tagħha stess. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-Latvja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika reali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tal-Latvja tal-11 ta’ Marzu 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(15) |
Il-miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmija fit-talba tal-Latvja tal-11 ta’ Marzu 2021 u fil-premessi (10) sa (12), jammontaw għal EUR 22 304 365. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Latvja tiġi megħjuna titratta l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tas-segmenti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-Latvja u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(18) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-Latvja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Latvja implimentat dik in-nefqa. |
|
(20) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Latvja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-Latvja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 4 1. Il-Latvja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara dan, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351, il-Latvja għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.’. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1351 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 38).
(3) Latvijas Vēstnesis, 230B, 27.11.2020.
(4) Latvijas Vēstnesis, 9 A, 14.1.2021.
(5) Latvijas Vēstnesis, 234, 3.12.2020.
(6) Latvijas Vēstnesis, 9, 14.1.2021.
(7) Latvijas Vēstnesis, 222 A, 16.11.2020.
(8) Latvijas Vēstnesis, 9, 14.1.2021.
(9) Latvijas Vēstnesis, 42, 2.3.2021.
(10) Latvijas Vēstnesis, 230 A, 27.11.2020.
(11) Latvijas Vēstnesis, 234, 3.12.2020.
(12) Latvijas Vēstnesis, 9, 14.1.2021.
(13) Latvijas Vēstnesis, 221 A, 13.11.2020.
(14) Latvijas Vēstnesis, 113 A, 12.6.2020.
(15) Latvijas Vēstnesis, 62B, 27.3.2020., Latvijas Vēstnesis, 218, 10.11.2020.
(16) Latvijas Vēstnesis, 237 A, 8.12.2020.
(17) Latvijas Vēstnesis, 16, 25.1.2021.
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/678
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1350 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Litwanja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara t-talba mil-Litwanja tas-7 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lil-Litwanja fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 602 310 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena,, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Litwanja biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u twieġeb għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża mil-Litwanja biex tiffinanzja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1350 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 għadha qed tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fil-Litwanja. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika mil-Litwanja fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a) u (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1350. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mil-Litwanja fl-2020 u l-2021 biex titrażżan dik it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak marbut mas-saħħa kellhom u qed ikollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, il-Litwanja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 8,4 % u 47,2 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tal-Litwanja huma mbassra li jkunu 6,0 % u 50,7 % tal-PDG rispettivament. Skont it-tbassir proviżorju tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Litwanja huwa proġettat li jkun naqas bi 2,2 % fl-2021. |
|
(5) |
Fil-11 ta’ Marzu 2021, il-Litwanja talbet assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 354 950 000, bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020 u l-2021 biex tittratta l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (6) sa (8). |
|
(6) |
Fil-‘Liġi dwar l-Impjiegi Nru XII-2470’ tal-21 ta’ Ġunju 2016, kif emendata fl-2020 (3), kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1350, il-Litwanja introduċiet skema biex jitħallsu sussidji lil min iħaddem biex jiġu koperti l-pagi stmati għal kull persuna impjegata li tiffaċċja żmien bla xogħol, bħala appoġġ matul il-kwarantina u l-emerġenza tal-istat. Qabel l-1 ta’ Jannar 2021, min iħaddem kien jista’ jagħżel bejn sussidji li jkopru 70 % tas-salarju, sa massimu ta’ 1,5 darba l-paga minima, jew 90 % tas-salarju (100 % fil-każ ta’ impjegati ta’ 60 sena u aktar), sa massimu tal-paga minima. Mill-1 ta’ Jannar 2021, min iħaddem jista’ jirċievi sussidji biex ikopri 100 % tas-salarju, sa massimu ta’ 1,5 darba l-paga minima. Dawk li jħaddmu li jkunu pparteċipaw fl-iskema jridu jżommu mill-inqas 50 % tal-impjegati tagħhom għal mill-inqas tliet xhur wara li jintemm is-sussidju mħallas. |
|
(7) |
Skont il-‘Liġi dwar l-Impjieg Nru XII-2470’ tal-21 ta’ Ġunju 2016, kif emendata fl-2020, kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1350, is-sussidji tħallsu wkoll għall-impjegati li jirritornaw wara żmien bla xogħol (4), għal perijodu sa massimu ta’ sitt xhur wara r-ritorn tagħhom għax-xogħol. Soġġett għal-limitu tal-paga minima jew darbtejn il-paga minima, li tiddependi fuq l-attività ekonomika mwettqa minn min iħaddem, l-ammont ta’ sussidji mħallsa fl-ewwel u fit-tieni xhur wara r-ritorn għax-xogħol jista’ jilħaq anki 100 % tas-salarju tal-impjegat, fit-tielet u r-raba’ xahar jista’ jilħaq 50 %, u fil-ħames u s-sitt xahar jista’ jilħaq 30 %. Dawk is-sussidji jistgħu jitqiesu bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, billi għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ għad-dħul għall-impjegati u jgħinu biex jinżammu r-relazzjonijiet ta’ impjieg eżistenti. |
|
(8) |
L-awtoritajiet introduċew ukoll benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom inklużi l-persuni li jaħdmu għal rashom li jeżerċitaw attività agrikola ma’ azjenda agrikola jew impriża agrikola ta’ mhux inqas minn erba’ unitajiet ta’ daqs ekonomiku, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1350. Dik il-miżura ġiet emendata fl-2020 (5). Fl-2020, il-benefiċċju ammonta għal EUR 257 u tħallas matul il-perjodu tal-kwarantina u tal-emerġenza tal-istat u fix-xahrejn ta’ wara. Fl-2021, il-benefiċċju jammonta għal EUR 260 u jitħallas matul il-perjodu tal-kwarantina u tal-emerġenza tal-istat u fix-xahar ta’ wara. Il-benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu jitqiesu li huma miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, billi għandhom l-għan li jipproteġu lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu. |
|
(9) |
Il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tkun tista’ titlob assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Litwanja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 1 101 607 198 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu ttrattati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda f’daqqa u qawwija minħabba li huwa relatat ukoll ma’ estensjoni ta’ miżuri nazzjonali eżistenti relatati direttament mal-iskema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Litwanja. Il-Litwanja ffinanzjat EUR 144 347 198 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-Litwanja u vverifikat iż-żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, imsemmija fit-talba tal-Litwanja tal-11 ta’ Marzu 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Litwanja tiġi mgħejuna titratta l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-Litwanja u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(13) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa tal-Istati Membri li jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Litwanja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Litwanja tkun implimentat dik in-nefqa. |
|
(15) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Litwanja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1350 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-Litwanja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 4 1. Il-Litwanja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1350, il-Litwanja għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.’. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1350 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Litwanja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 35).
(3) L-Artikolu 41, il-parti 2-1 tal-‘Liġi dwar l-Impjiegi Nru XII-2470’ tal-21 ta’ Ġunju 2016, kif emendata permezz tal-‘Liġi Nru XIII-2822’ tas-17 ta’ Marzu 2020, il-‘Liġi Nru XIII-2846’ tas-7 ta’ April 2020, il-‘Liġi Nru XIII-3005’ tal-4 ta’ Ġunju 2020, u l-‘Liġi Nru XIV-131’ tat-23 ta’ Diċembru 2020.
(4) L-Artikolu 41, il-parti 2-4 tal-‘Liġi dwar l-Impjiegi Nru XII-2470’ tal-21 ta’ Ġunju 2016, kif emendata permezz tal-‘Liġi Nru XIII-2882’ tas-7 ta’ Mejju 2020, il-‘Liġi Nru XIII-3005’ tal-4 ta’ Ġunju 2020.
(5) L-Artikolu 5-1 tal-‘Liġi dwar l-Impjiegi Nru XII-2470’ tal-21 ta’ Ġunju 2016, kif emendata permezz tal-‘Liġi Nru XIII-2822’ tas-17 ta’ Marzu 2020, il-‘Liġi Nru XIII-2846’ tas-7 ta’ April 2020, il-‘Liġi Nru XIII-2877’ tat-30 ta’ April 2020, u l-‘Liġi Nru XIV-35’ tat-3 ta’ Diċembru 2020.
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/16 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/679
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba mingħand il-Greċja fis-6 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020 il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Greċja fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 2 728 000 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Greċja biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u twieġeb għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża mill-Greċja biex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1346 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 għadha qed tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fil-Greċja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika mill-Greċja fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (a) u (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji limplimentati mill-Greċja fl-2020 u l-2021 biex trażżan dik it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak marbut mas-saħħa kellhom u qed ikomplu jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, l-Greċja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,9 % u 207,1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tal-Greċja huma mbassra li jonqsu għal 6,3 % u 200,7 % tal-PDG, rispettivament. Skont it-tbassir proviżorju tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Greċja huwa proġettat li jkun żdied bi 3,5 % fl-2021. |
|
(5) |
Fid-9 ta’ Marzu 2021, il-Greċja talbet għal assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 2 537 000 000 bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020 u fl-2021 biex tittratta l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (6) u (7). |
|
(6) |
B’mod aktar speċifiku, it-talba tal-Greċja tappartjeni għall-‘Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020’ (3), kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346, li introduċa allokazzjoni speċjali għall-impjegati tas-settur privat li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ġew sospiżi. Dik il-miżura għandha l-għan li tipproteġi l-impjiegi f’kumpaniji li jwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom permezz ta’ ordni pubblika jew li jappartjenu għal setturi ekonomiċi li huma affettwati b’mod qawwi mit-tifqigħa tal-COVID-19, u tikkonċerna l-għoti ta’ allokazzjoni speċjali kull xahar ta’ EUR 534 lill-impjegati li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ġew sospiżi. Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li min iħaddem iżomm l-istess għadd ta’ impjegati (jiġifieri l-istess impjegati eżatti) għal perjodu li jkun daqs il-perjodu li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż. Il-miżura ġiet estiża sal-31 ta’ Marzu 2021 għall-ħaddiema regolari u sal-31 ta’ Ottubru 2021 għall-ħaddiema staġonali. Jistgħu japplikaw aktar estensjonijiet għal għadd iżgħar ta’ setturi ekonomiċi eliġibbli fix-xhur li ġejjin. |
|
(7) |
L-awtoritajiet introduċew ukoll il-finanzjament mill-Istat tal-kopertura tas-sigurtà soċjali tal-impjegati li jibbenefikaw mill-allokazzjoni speċjali msemmija fil-premessa (6), kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li min iħaddem iżomm l-istess għadd ta’ impjegati (jiġifieri l-istess impjegati eżatti) għal perjodu li jkun daqs il-perjodu li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż. |
|
(8) |
Il-Greċja tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tkun tista’ titlob assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Greċja pprovdiet lill-Kummissjoni evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 6 071 899 097 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu ttrattati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata ma’ estensjoni ta’ miżuri nazzjonali eżistenti direttament relatati mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Greċja. Il-Greċja beħsiebha tiffinanzja EUR 806 899 097 tal-ammont miżjud tan-nefqa pubblika permezz tal-fondi tagħha stess. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Greċja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tal-Greċja tad-9 ta’ Marzu 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Greċja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Greċja u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim tas-self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(12) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-Greċja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Greċja tkun implimentat dik in-nefqa. |
|
(14) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Greċja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-Greċja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1346 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 21).
(3) L-‘Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020 ’ (Gazzetta tal-Gvern A’ 64) irratifikat mill-Artikolu 3 tal-‘Liġi 4682/2020’ (Gazzetta tal-Gvern A’ 76); id-‘Deċiżjoni Ministerjali 12998/232’ (Gazzetta tal-Gvern B’ 1078/28 ta’ Marzu 2020), id-‘Deċiżjoni Ministerjali 16073/287/22’ ta’ April 2020 (Gazzetta tal-Gvern B’ 1547/22 ta’ April 2020), id-’Deċiżjoni Ministerjali 17788/346/8 ta’ Mejju 2020 (Gazzetta tal-Gvern B’ 1779/10 ta’ Mejju 2020), id-‘Deċiżjoni Ministerjali 23102/477/2020’ (Gazzetta tal-Gvern B’ 2268/13 ta’ Ġunju 2020), id-‘Deċiżjoni Ministerjali 49989/1266/2020’ (FEK B’ 5391/07-12-2020); u d-‘Deċiżjoni Ministerjali 45742/1748’ (FEK B’ 5515/16/12/2020).
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/680
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Ċipru biex jittaffew ir-riskji tal-qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba minn Ċipru gis-6 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020 il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lil Ċipru fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 479 070 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li jikkomplementa l-isforzi nazzjonali ta’ Ċipru biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jwieġeb għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża minn Ċipru biex jiffinanzja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri simili u miżuri relatati mas-saħħa msemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1344 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 qed tkompli tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol f’Ċipru. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika minn Ċipru fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (a) sa (e), (g) u (h), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati minn Ċipru fl-2020 u l-2021 biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll marbut mas-saħħa kellhom u qed ikomplu jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, Ċipru kien mistenni li jkollu defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,1 % u 112,6 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ Ċipru huma mbassra li jonqsu għal 2,3 % u 108,2 % tal-PDG rispettivament. Skont it-tbassir proviżorju tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG ta’ Ċipru huwa proġettat li jiżdied bi 3,2 % fl-2021. |
|
(5) |
Fl-10 ta’ Marzu 2021, Ċipru talab assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 124 700 000 bil-ħsieb li jkompli jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tiegħu biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fl-2020 u fl-2021 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (6) sa (13). |
|
(6) |
Il-‘Liġi 27(I)/2020’ (3), l-‘Liġi 49(I)/2020’ (4), il-‘Liġi 140(I)/2020’ (5) u l-‘Liġi 36(I)2021’ (6) kienu l-bażi għall-introduzzjoni ta’ għadd ta’ atti amministrattivi regolatorji ta’ kull xahar (7), li jiddeskrivu l-miżuri li jindirizzaw l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19. Fuq il-bażi ta’ dawk il-liġijiet, l-awtoritajiet introduċew “skema ta’ liv speċjali”, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344, li tipprovdi kumpens għall-paga lill-ġenituri li jaħdmu fis-settur privat li għandhom tfal sal-età ta’ 15-il sena jew tfal ta’ kwalunkwe età b’diżabilità. Dik l-iskema ta’ liv speċjali tista’ titqies li hija miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, billi tipprovdi appoġġ għall-introjtu lill-impjegati u jippreserva l-impjiegi, billi jiġi evitat li l-ġenituri li jkollhom jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom waqt li l-iskejjel ikunu magħluqa jkollhom jitterminaw ir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom. Il-miżura inizjalment kienet fis-seħħ għall-perjodu minn Frar 2020 sa Ġunju 2020 u sussegwentement ġiet estiża biex tkopri l-perjodu minn Jannar 2021 sa Lulju 2021. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-‘Liġi 27(I)/2020’, l-‘Liġi 49(I)/2020’, il-‘Liġi140(I)/2020’ u l-‘Liġi 36(I)2021’ u għadd ta’ atti amministrattivi regolatorji ta’ kull xahar (8) kienu l-bażi għal ‘skema li tappoġġa kumpaniji li kellhom jissospendu kompletament l-operazzjonijiet’, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344. Dik l-iskema tipprovdi kumpens ta’ pagi għal 97 % tal-impjegati tan-negozji li kellhom jissospendu l-operazzjonijiet tagħhom, bil-kundizzjoni taż-żamma tal-impjieg. Il-kumpens ikopri 60 % tas-salarju tal-impjegat jew 60 % tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali tal-impjegat maqlugħin fl-2018 (2019 għall-perjodu minn Ġunju 2020 sa Awwissu 2020), skont liema jkun l-akbar ammont. Il-kumpens jinsab f’firxa ta’ bejn massimu ta’ EUR 1 214 u minimu ta’ EUR 360 fix-xahar. Il-miżura inizjalment kienet fis-seħħ għall-perjodu minn Marzu 2020 sa Awwissu 2020 u sussegwentement ġiet estiża biex tkopri l-perjodu minn Settembru 2020 sa Lulju 2021. |
|
(8) |
Barra minn hekk, il-‘Liġi 27(I)/2020’, il-‘Liġi 49(I)/2020’, il-‘Liġi140 (I)/2020’u l-‘Liġi 36(I)2021’ u għadd ta’ atti amministrattivi regolatorji ta’ kull xahar (9) kienu l-bażi għall-‘iskema li tappoġġa kumpaniji f’sospensjoni parzjali tal-operazzjonijiet’, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344. Dik l-iskema tipprovdi kumpens ta’ pagi lill-impjegati ta’ negozji li qed jesperjenzaw tnaqqis fil-fatturat minħabba l-fil-kriżi tal-COVID-19, bil-kundizzjoni taż-żamma tal-impjieg. Il-kumpens ikopri 60 % tas-salarju tal-impjegat jew 60 % tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali tal-impjegat maqlugħin fl-2018, skont liema jkun l-akbar ammont. Il-kumpens jinsab f’firxa ta’ bejn massimu ta’ EUR 1 214 u minimu ta’ EUR 360 fix-xahar. Il-miżura inizjalment kienet fis-seħħ għall-perjodu minn Marzu 2020 sa Ġunju 2020 u sussegwentement ġiet estiża biex tkopri l-perjodu minn Jannar 2021 sa Lulju 2021. |
|
(9) |
Il-‘Liġi 27(I)/2020’, il-‘Liġi 49(I)/2020’, il-‘Liġi 140 (I)/2020’u l-‘Liġi 36(I)2021’ u għadd ta’ atti amministrattivi regolatorji (10) kienu l-bażi għall-‘iskema speċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom’, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (c), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344. Dik l-iskema tipprovdi kumpens għall-persuni li jaħdmu għal rashom u li ma jistgħu jwettqu l-ebda attività skont id-digriet tal-Ministeru tas-Saħħa jew deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri. Il-miżura inizjalment kienet fis-seħħ għall-perjodu minn Marzu 2020 sa Ġunju 2020 u sussegwentement ġiet estiża biex tkopri l-perjodu minn Lulju 2020 sa Lulju 2021. |
|
(10) |
Il-‘Liġi 27(I)/2020’, il-‘Liġi 49(I)/2020’, il-‘Liġi140 (I)/2020’ u l-‘Liġi 36(I)2021’ u għadd ta’ atti amministrattivi regolatorji (11) kienu l-bażi għall-‘iskema speċjali għal unitajiet ta’ lukandi u akkommodazzjoni għat-turisti’, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (d), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344. Dik l-iskema tipprovdi kumpens ta’ pagi biex jiġu appoġġati l-impjegati fl-industrija tal-lukandi u negozji oħra li jipprovdu akkomodazzjoni turistika u li l-impjegatur tagħhom issospenda għalkollox l-operazzjonijiet jew esperjenza tnaqqis ta’ aktar minn 40 % fil-fatturat. Il-parteċipazzjoni fl-iskema hija bil-kundizzjoni li jinżammu l-impjiegi. Il-miżura kienet inizjalment fis-seħħ għall-perjodu minn Ġunju 2020 sa Ottubru 2020 u sussegwentement ġiet estiża biex tkopri l-perjodu minn Novembru 2020 sa Mejju 2021. |
|
(11) |
Il-‘Liġi 27 (I)/2020’, il-Liġi 49(I)/2020’, il-‘Liġi 140(I)/2020’ u l-‘Liġi 36(I)2021’ għadd ta’ atti amministrattivi regolatorji (12) kienu l-bażi għall-“iskema speċjali għall-appoġġ tan-negozji relatati mal-industrija tat-turiżmu jew affettwati mit-turiżmu jew assoċjati ma’ negozji li huma soġġetti għal sospensjoni totali obbligatorja”, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (e), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344. Dik l-iskema tipprovdi kumpens tal-pagi lill-impjegati fl-industrija tal-lukandi u lil negozji oħra li jipprovdu akkomodazzjoni għat-turisti li ssospendew kompletament l-operazzjonijiet tagħhom jew li esperjenzaw tnaqqis fil-fatturat ta’ aktar minn 40 % meta mqabbel ma’ 55 % taħt l-iskema oriġinali, bil-kundizzjoni li jinżammu l-impjiegi. Il-miżura kienet inizjalment fis-seħħ għall-perjodu minn Ġunju 2020 sa Awwissu 2020 u ġiet estiża u emendata biex tkopri l-perjodu minn Settembru 2020 sa Lulju 2021. |
|
(12) |
Barra minn hekk, l-‘iskema ta’ sussidju’ stabbilita minn ‘Baġit supplimentari, Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex tiġi appoġġata l-ekonomija fit-tifqigħa attwali tal-COVID-19’, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344, introduċiet sussidji għal intrapriżi żgħar u żgħar ħafna u għal dawk li jaħdmu għal rashom li jimpjegaw sa 50 impjegat. Ġiet mitluba biss dik il-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed. Dawk is-sussidji jipprovdu għotja ta’ somma sħiħa biex tappoġġa l-ispejjeż operatorji ta’ intrapriżi żgħar u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom. L-ammonti tal-għotjiet ta’ somma sħiħa ġew riveduti għal diversi kategoriji ta’ intrapriżi fuq il-bażi tal-għadd ta’ impjegati. Barra minn hekk, ġew miftiehma għotjiet għall-intrapriżi li ssospendew l-operazzjonijiet tagħhom minn Marzu 2020, b’ammont ta’ EUR 10 000 għal massimu ta’ 9 impjegati u EUR 15 000 għal aktar minn disa’ impjegati. L-iskema ta’ sussidjar tista’ titqies li hija miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, billi għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu. Il-miżura kienet inizjalment fis-seħħ għall-perjodu minn April 2020 sa Mejju 2020 u ġiet estiża u emendata għal Novembru 2020. |
|
(13) |
Ċipru estenda ulterjorment miżura relatata mas-saħħa biex tittrratta l-kriżi tal-COVID-19 prevista mil-‘Liġi 27 (I)/2020’, il-‘Liġi 49(I)/2020’, il-‘Liġi140(I)/2020’ u l-‘Liġi 36(I)2021’ u mill-atti amministrattivi regolatorji (13). B’mod partikolari, l-‘iskema ta’ benefiċċji tal-mard’, kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (h), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344, tipprovdi kumpens għall-pagi lill-impjegati tas-settur privat u lil dawk li jaħdmu għal rashom, bil-kundizzjoni li dawn jew jiġu kklassifikati bħala individwi vulnerabbli skont lista ppubblikata mill-Ministeru tas-Saħħa, li tqiegħdu fi kwarantina mill-awtoritajiet, jew li huma infettati mill-COVID-19. Il-miżura kienet inizjalment fis-seħħ għall-perjodu minn Marzu 2020 sa Ġunju 2020 u ġiet estiża biex tkopri l-perjodu minn Novembru 2020 sa Lulju 2021. |
|
(14) |
Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet biex ikun jista’ jitlob assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Ċipru pprovda lill-Kummissjoni evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 742 040 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu ttrattati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din jikkostitwixxi żieda f’daqqa u qawwija minħabba li hija relatata ma’ estensjoni ta’ miżuri nazzjonali eżistenti dwar l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol f’Ċipru. Ċipru biħsiebu jiffinanzja EUR 138 270 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz ta’ fondi tal-Unjoni. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil Ċipru u vverifikat iż-żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata ma’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa relatati mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba ta’ Ċipru tal-10 ta’ Marzu 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(16) |
Il-miżura relatata mas-saħħa, kif imsemmija fit-talba ta’ Ċipru tal-10 ta’ Marzu 2021 u fil-premessa (13), tammonta għal EUR 440 000. |
|
(17) |
Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li Ċipru jiġi megħjun jittratta l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(18) |
Jenħtieġ li Ċipru u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(19) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata mad-distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet potenzjali ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(20) |
Jenħtieġ li Ċipru jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn Ċipru jkun implimenta dik in-nefqa. |
|
(21) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija ta’ Ċipru, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Ċipru jista’ jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 4 jhuwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 4 1. Ċipru għandu jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1344, Ċipru għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, u kull sitt xhur minn hemm’ il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.’. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1344 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Ċipru biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 13).
(3) Ε.Ε., Παρ.Ι(I), Αρ.4748, 27.3.2020
(4) Ε.Ε., Παρ.Ι(I), Αρ.4756, 26.5.2020
(5) Ε.Ε., Παρ.Ι(I), Αρ.4780, 12.10.2020
(6) Ε.Ε., Παρ.Ι(I), Αρ.4823, 30.3.2021
(7) ‘Atti Amministrattivi Regolatorji 127/148/151/184/192/212/213/235/2020’, u estiżi bl-‘Atti Amministrattivi Regolatorji 20/88/2021’.
(8) ‘Atti Amministrattivi Regolatorji 130/148/151/187/212/213/238/243/271/273/2020’, u estiżi bl-‘Atti Amministrattivi Regolatorji 319/395/421/501/536/634/2020 u 15/83/2021’.
(9) ‘Atti Amministrattivi Regolatorji 131/148/151/188/212/213/239/2020’, u estiżi bl-‘Atti Amministrattivi Regolatorji 16/84/2021’.
(10) ‘Atti Amministrattivi Regolatorji 129/148/151/186/213/237/322/2020’, u estiżi bl-‘Atti Amministrattivi Regolatorji 398/423/503/538/636/2020 u 18/86/2021’.
(11) ‘Atti Amministrattivi Regolatorji 269/317/2020’, u estiżi bl-‘Atti Amministrattivi Regolatorji 393/418/498/533/631/2020 u 13/81/2021’.
(12) ‘Atti Amministrattivi Regolatorji 270/318/2020’, u estiżi bl-‘Atti Amministrattivi Regolatorji 394/419/499/534/632/2020 u 14/82/2021’.
(13) ‘Atti Amministrattivi Regolatorji 128/148/151/185/212/236/2020’, u estiżi bl-‘Atti Amministrattivi Regolatorji 637/2020 u 19/87/2021’.
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/24 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/681
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1342 li tagħti appoġġ temporanju lir-Renju tal-Belġju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 biex jittaffew ir-riskji tal-qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba mill-Belġju fis-7 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Belġju fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 7 803 380 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Belġju biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jwieġeb għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża mill-Belġju biex jiffinanzja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri simili u miżuri relatati mas-saħħa msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1342 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 għadha qed tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fil-Belġju. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika mill-Belġju fir-rigward ta’ miżura ġdida, jiġifieri skema ġdida ta’ appoġġ għall-intrapriżi ż-żgħar fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, u miżuri reġjonali eżistenti oħra, xi wħud minnhom estiżi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(d), il-punti (i) sa (iv), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1342. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Belġju fl-2020 u l-2021 biex titrażżan dik it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak marbut mas-saħħa kellhom u qed ikomplu jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, il-Belġju kien mistenni li jkollu defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 11,2 % u 117,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tal-Belġju huma mbassra li jkunu 7,1 % u 117,8 % tal-PDG rispettivament. Skont it-tbassir proviżorju tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Belġju huwa proġettat li jiżdied bi 3,9 % fl-2021. |
|
(5) |
Fil-11 ta’ Marzu 2021, il-Belġju talab assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 394 150 000 bil-ħsieb li tkompli tikkumplimenta l-isforzi nazzjonali tiegħu li wettaq fl-2020 u l-2021 biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (6) u (7). |
|
(6) |
Dan jikkonċerna talba għal appoġġ għal estensjoni ta’ skemi ta’ appoġġ għall-introjtu reġjonali u komunitarji eżistenti msemmija fl-Artikolu 3(d), il-punti (i) sa (iv), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1342, tar-Reġjun ta’ Brussell- Kapitali, ir-Reġjun Fjamming u l-Komunità Fjamminga, ir-Reġjun tal-Vallonja u l-Komunità Franċiża: ‘Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/019 du 23 avril 2020/Bijzondere machtenbesluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering nr. 2020/019 van 23 April 2020 (3) ’; ‘Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/030 du 28 mai 2020/Bijzondere machtenbesluit nr. 2020/030 van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 28 mei 2020 (4) ’, kif estiż mill-‘Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 15 octobre 2020 relatif à une aide aux secteurs de l’événementiel, du monde de la nuit, du tourisme et de la culture dans le cadre de la crise sanitaire du COVID-19/Besluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 15 oktober 2020 betreffende steun aan de evenementen-, uitgaans-, toeristische en culturele sector in het kader van de gezondheidscrisis COVID-19’ u ‘Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 12 novembre 2020 relatif à une aide aux entreprises débits de boissons et restaurants dans le cadre de la crise sanitaire du COVID-19/Besluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 12 november 2020 betreffende steun aan de eet- en drankgelegenhedenondernemingen in het kader van de gezondheidscrisis COVID-19’. Iż-żewġ skemi estiżi jipprovdu primjums ta’ kumpens għal dawk li jaħdmu għal rashom u għal kumpaniji b’persuna waħda f’setturi li kienu mġiegħla jagħlqu fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19; ‘Notification de la réunion du conseil des ministres du gouvernement de la région de Bruxelles-Capitale du jeudi 14 mai 2020/Betekening van de vergadering van de Ministerraad van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van donderdag 14 mei 2020 ‘, kif trasposta mill-’Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 24 juillet 2020 instaurant une aide exceptionnelle pour les travailleurs intermittents de la culture/Besluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 24 juli 2020 houdende invoering van uitzonderlijke steun voor de cultuurwerkers (5) ’; ‘Besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020 (6) ’; ‘Besluit van de Vlaamse Regering van 10 April 2020 (7) ’; ‘Besluit van de Vlaamse Regering van 12 juni 2020 (8) ’ li jistabbilixxi ‘primjum ta’ appoġġ’ biex jipprovdi appoġġ ill-intrapriżi li huma miftuħa iżda li jesperjenzaw tnaqqis fil-fatturat ta’ mill-anqas 60 % ‘Besluit van de Vlaamse Regering van 7 augustus 2020 ’ (9), ‘Besluit van de Vlaamse Regering van 23 oktober 2020 ’ (10), u ‘Besluit van de Vlaamse Regering van 13 november 2020 ’ (11). Dawk it-tliet Digrieti tal-Gvern Fjamming li jirreferu għal skemi, imsejħa wkoll ‘Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Fjamming 1,2 u 3’ rispettivament, li jemendaw xi wħud mid-digrieti msemmija hawn fuq jipprovdu appoġġ għall-intrapriżi li huma miftuħa iżda jesperjenzaw tnaqqis fil-fatturat ta’ mill-inqas 60 % jew li kellhom jagħlqu n-negozju tagħhom minħabba miżuri federali ta’ sikurezza u sigurtà; ‘Arrêté du Gouvernement de la Communauté française de pouvoirs spéciaux n° 4 du 23 avril 2020 (12) ’, ‘Arrêté du Gouvernement de la Communauté française du 7 avril 2020 (13) ’; ‘Arrêté ministériel du 8 avril 2020 portant exécution de l’arrêté du Gouvernement wallon du 20 mars 2020 (14) ’; ‘Arrêté du Gouvernement wallon du 19 juin 2020 (15) ’; Il-miżuri msemmija qabel jappartjenu għal skemi li jipprovdu appoġġ għall-introjtu lil dawk li jaħdmu għal rashom, kumpaniji b’persuna waħda, u tipi oħra ta’ impjegati li ma jikkwalifikawx għal tipi oħra ta’ appoġġ għall-introjtu. B’mod partikolari, il-primjums ta’ kumpens għall-kumpaniji u għall-imprendituri fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, il-primjums ta’ inkonvenjent, kumpens u appoġġ fir-Reġjun Fjamming u l-Komunità Fjamminga, u l-primjum ta’ kumpens għall-għeluq tan-negozju fir-Reġjun ta’ Walloon jipprovdu appoġġ ġeneralizzat ta’ darba għall-kumpaniji u għal dawk li jaħdmu għal rashom li kellhom bżonn iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom minħabba COVID-19 jew li kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ tnaqqis sostanzjali fil-fatturat. Fejn il-miżuri jimmiraw lejn firxa usa’ ta’ benefiċjarji, intalbu biss l-ammonti għan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’persuna waħda. Miżuri oħra, (il-primjum ta’ kumpens għall-ħaddiema intermittenti fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, is-sovvenzjoni tan-nurseries u tal-operaturi kulturali fil-Komunità Franċiża tal-Belġju, l-attivitajiet ta’ taħriġ fir-Reġjun ta’ Walloon, u s-sovvenzjoni tal-operaturi kulturali u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jindirizzaw lil dawk li jaħdmu għal rashom u lill-ħaddiema mingħajr aċċess għall-iskema ta’ qgħad temporanju f’setturi speċifiċi (is-settur kulturali u tal-indukrar, l-attivitajiet ta’ taħriġ). |
|
(7) |
Qed jintalab ukoll appoġġ għal miżura ġdida mir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali. Tikkonċerna l-‘Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale concernant l’octroi d’une subvention de 1 625 000,00 EUR à la SA Brusoc dans le cadre de l’octroi de micro-crédits de trésorerie pour les indépendants et les micro-entreprises en raison de la crise sanitaire du COVID-19/Besluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 3 december 2020 betreffende de toekenning van micro-kaskredieten voor zelfstandigen en zko’s’. B’mod partikolari, il-miżura tipprovdi mikrokrediti lill-intraprendituri u lil kumpaniji b’persuna waħda fi Brussell Kapitali. Intalbet biss il-parti tan-nefqa pubblika relatata mat-telf mistenni fuq is-self. L-ammont mitlub għan-nefqa jirrigwarda biss l-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ negozji b’persuna waħda. |
|
(8) |
Il-Belġju jissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Belġju pprovda lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 10 103 933 459 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu ttrattati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda f’daqqa u severa minħabba li huwa relatat kemm ma’ miżura ġdida kif ukoll ma’ miżuri eżistenti relatati direttament ma’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, xi wħud minnhom estiżi, li jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Belġju. Il-Belġju biħsiebu jiffinanzja EUR 1 906 403 459 tal-ammont miżjud tan-nefqa pubblika permezz tal-fondi tiegħu stess. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Belġjuu vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tal-Belġju tas-11 ta’ Marzu 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Belġju jiġi megħjun jitratta l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Belġju u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(12) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-Belġju jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Belġju implimenta dik in-nefqa. |
|
(14) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Belġju, kif ukoll tat-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li ġew applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1342 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-Belġju jista’ jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 4 1. Il-Belġju għandu jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara dan, l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm din in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1342, il-Belġju għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.’. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1342 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Renju tal-Belġju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 4).
(3) Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/019 du 23 avril 2020 modifiant l’arrêté de pouvoirs spéciaux n° 2020/013 du 7 avril 2020 relatif à une aide en vue de l’indemnisation des entreprises affectées par les mesures d’urgence pour limiter la propagation du coronavirus COVID-19/Bijzondere machtenbesluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering nr. 2020/019 van 23 April 2020 tot wijziging van het bijzondere machtenbesluit nr. 2020/013 van 7 April 2020 betreffende de steun tot vergoeding van de ondernemingen getroffen door de dringende maatregelen om de verspreiding van het coronavirus COVID-19 te beperken.
(4) Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/030 du 28 mai 2020 relatif à l’aide aux entreprises qui subissent une baisse d’activité en raison de la crise sanitaire du COVID-19/Bijzondere machtenbesluit nr. 2020/030 van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 28 mei 2020 betreffende de steun aan ondernemingen die een terugval van hun activiteit ondergaan als gevolg van de gezondheidscrisis COVID-19.
(5) Notification de la réunion du conseil des ministres du gouvernement de la région de Bruxelles-Capitale du jeudi 14 mai 2020, point 25/Betekening van de vergadering van de Ministerraad van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van donderdag 14 mei 2020, il-punt 25. This political decision has been transposed into a legal act by Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 24 juillet 2020 instaurant une aide exceptionnelle pour les travailleurs intermittents de la culture/Besluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 24 juli 2020 houdende invoering van uitzonderlijke steun voor decultuurwerkers.
(6) Besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die verplicht moeten sluiten ten gevolge van de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.
(7) Besluit van de Vlaamse Regering van 10 April 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van de exploitatiebeperkingen opgelegd door de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.
(8) Besluit van de Vlaamse Regering van 12 juni 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die een omzetdaling hebben ondanks de versoepelde coronavirusmaatregelen, tot wijziging van de artikelen 1, 9 en 11 van het besluit van de Vlaamse Regering van 10 April 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van de exploitatiebeperkingen opgelegd door de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus, en tot wijziging van de artikelen 1, 6, 9 en 12 van het besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die verplicht moeten sluiten ten gevolge van de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.
(9) Besluit van de Vlaamse Regering van 7 augustus 2020 betreffende het Vlaams Beschermingsmechanisme voor ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van verstrengde coronavirusmaatregelen genomen vanaf 29 juli 2020, tot wijziging van artikel 10 en 21 van het besluit van de Vlaamse Regering van 12 juni 2020 inzake de corona ondersteuningspremie en tot wijziging van artikel 1 en tot toevoeging van een bijlage aan het besluit van de Vlaamse Regering van 29 mei 2020 inzake de corona handelshuurlening.
(10) Besluit van de Vlaamse Regering van 23 oktober 2020 betreffende het Vlaams Beschermingsmechanisme voor ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van de verstrengde coronavirusmaatregelen genomen op 6 en 16 oktober 2020 en tot wijziging van artikel 6 van het besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die verplicht moeten sluiten ten gevolge van de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.
(11) Besluit van de Vlaamse Regering van 13 november 2020 betreffende het Vlaams Beschermingsmechanisme voor ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van de verstrengde coronavirusmaatregelen van 28 oktober 2020 en tot wijziging van artikel 1, 3 en 4 van en toevoeging van een bijlage aan het besluit van de Vlaamse Regering van 23 oktober 2020 betreffende het Vlaams Beschermingsmechanisme voor ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van de verstrengde coronavirusmaatregelen genomen op 6 en 16 oktober 2020 en tot wijziging van artikel 6 van het besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die verplicht moeten sluiten ten gevolge van de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.
(12) Arrêté du Gouvernement de la Communauté française de pouvoirs spéciaux n° 4 du 23 avril 2020 relatif au soutien du secteur culturel et du cinéma dans le cadre de la crise sanitaire du COVID-19.
(13) Arrêté du Gouvernement de la Communauté française du 7 avril 2020 relatif au soutien des milieux d’accueil dans le cadre de la crise sanitaire du COVID-19.
(14) Arrêté ministériel du 8 avril 2020 portant exécution de l’arrêté du Gouvernement wallon du 20 mars 2020 relatif à l’octroi d’indemnités compensatoires dans le cadre des mesures contre le coronavirus COVID-19 u Arrêté du Gouvernement wallon du 20 mars 2020 relatif à l’octroi d’indemnités compensatoires dans le cadre des mesures contre le coronavirus COVID-19.
(15) Arrêté du Gouvernement wallon du 19 juin 2020 portant des dispositions diverses relatives aux formateurs et au subventionnement des activités de formation des centres de formation du réseau IFAPME.
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/682
tas-26 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/715 fir-rigward ta’ frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina
(notifikata bid-dokument C(2021) 2744)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 (2) tistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-frott tas-Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, għajr il-frott tas-Citrus aurantium L. u tas-Citrus latifolia Tanaka (“il-frott speċifikat”), li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t’Isfel jew mill-Urugwaj, biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa. |
|
(2) |
Fl-2020, l-Istati Membri, abbażi tal-ispezzjonijiet tal-importazzjonijiet tagħhom, innotifikaw total ta’ 90 interċettazzjoni tal-Phyllosticta citricarpa fuq il-frott tas-Citrus limon (L.) N. Burm.f. u tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck li joriġina mill-Arġentina. Dak l-għadd bla preċedent ta’ nuqqasijiet ta’ konformità jixħet dubju fuq l-affidabbiltà tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-Arġentina. |
|
(3) |
B’riżultat ta’ dan, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1199 (3), li jipprojbixxi l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tas-Citrus limon (L.) N. Burm.f. u tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck li joriġinaw mill-Arġentina sat-30 ta’ April 2021. |
|
(4) |
Waqt awditu mwettaq fi Frar 2021, l-Arġentina pprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar ir-raġunijiet għall-falliment tas-sistema tagħha ta’ ċertifikazzjoni tal-esportazzjonijiet taċ-ċitru fl-istaġun tal-esportazzjoni tal-2020, u dwar l-azzjonijiet tagħha biex tirrinforzaha għall-istaġun tat-tkabbir u tal-esportazzjoni tal-2021. |
|
(5) |
Minħabba li l-Arġentina ħadet azzjonijiet biex tirrinforza s-sistema tagħha, azzjonijiet li ġew ikkomunikati matul l-awditu, il-projbizzjoni temporanja tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tas-Citrus limon (L.) N. Burm.f. u tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck li joriġinaw mill-Arġentina jenħtieġ li ma tiġix estiża. Fl-istess ħin, billi l-Arġentina għadha ma implimentatx bis-sħiħ dawk l-azzjonijiet kollha matul l-istaġun tat-tkabbir u tal-esportazzjoni, dawn jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni għall-istaġuni futuri, u r-riskju tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-Phyllosticta citricarpa mill-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina għadu ma jistax jiġi vvalutat bis-sħiħ. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri dettaljati u bbażati fuq ir-riskju għall-introduzzjoni tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(6) |
Tali miżuri jenħtieġ li jikkonsistu fir-rekwiżit li l-għelieqi ta’ produzzjoni, u tal-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom, fl-Arġentina fejn jiġi prodott il-frott speċifikat, jiġu rreġistrati, li jiġu assenjati kodiċijiet uniċi ta’ identifikazzjoni (“kodiċijiet ta’ traċċabbiltà”) lil dawk l-għelieqi ta’ produzzjoni u l-unitajiet ta’ produzzjoni, fi spezzjonijiet uffiċjali biex jiġi kkonfermat li ma jkunx hemm il-Phyllosticta citricarpa f’dawk l-għelieqi ta’ produzzjoni u l-unitajiet ta’ produzzjoni, li jkun hemm aktar metodi ta’ kampjunar u tiġi kkomunikata minn qabel il-lista ta’ għelieqi approvati ta’ produzzjoni bl-unitajiet approvati ta’ produzzjoni tagħhom biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà. |
|
(7) |
Tali miżuri jenħtieġ li jqisu wkoll ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni, matul l-istaġun tal-esportazzjoni tas-sena rispettiva, u jenħtieġ li jippermettu l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-frott speċifikat biss meta dan joriġina f’unità ta’ produzzjoni fejn ma jkunx instab il-Phyllosticta citricarpa abbażi ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali. Tali miżura tkun konformi mal-prattika stabbilita tal-Arġentina, li infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni li tissospendi kull unità ta’ produzzjoni fejn il-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa fuq il-frott speċifikat hija kkonfermata abbażi tal-kontrolli mwettqa fil-punti tad-dħul fl-Unjoni. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-miżuri jqisu wkoll ir-riżultati tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-Arġentina fl-unitajiet approvati ta’ produzzjoni li jappartjenu għall-istess għalqa ta’ produzzjoni bħall-unità ta’ produzzjoni fejn il-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa tkun ġiet ikkonfermata waqt spezzjonijiet imwettqa mill-Arġentina fil-faċilitajiet ta’ ppakkjar, u qabel l-esportazzjoni, kif ukoll waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni. L-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-frott speċifikat li joriġina minn dawk l-unitajiet ta’ produzzjoni jenħtieġ li tiġi permessa biss wara li dawk l-investigazzjonijiet ikunu finalizzati u ma jkunx instab il-Phyllosticta citricarpa. Tali miżuri se jkunu konformi mal-prattika stabbilita tal-Arġentina, li infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni li , bħala miżura preventiva, tissospendi l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-frott speċifikat li joriġina mill-unitajiet approvati ta’ produzzjoni li jappartjenu għall-istess għalqa ta’ produzzjoni bħall-unità ta’ produzzjoni fejn il-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa fuq il-frott speċifikat tkun ġiet ikkonfermata abbażi ta’ spezzjonijiet li tkun wettqet fil-faċilitajiet ta’ ppakkjar, u qabel l-esportazzjoni, u abbażi tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fil-punti tad-dħul fl-Unjoni, u li twettaq investigazzjonijiet f’dawk l-unitajiet ta’ produzzjoni u tippermetti li jerġgħu jibdew l-esportazzjonijiet minn dawn l-unitajiet biss meta jkunu kkonfermaw in-nuqqas tal-Phyllosticta citricarpa. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-miżuri jqisu wkoll ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mwettqa fl-Arġentina u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni matul l-istaġun preċedenti tat-tkabbir u tal-esportazzjoni u jippermettu l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-frott speċifikat li joriġina fl-unitajiet ta’ produzzjoni fejn ma jkunx instab il-Phyllosticta citricarpa matul dak l-istaġun preċedenti tat-tkabbir u tal-esportazzjoni. Tali miżuri huma mistennija li jkunu effettivi, peress li l-Arġentina infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni li tissospendi unità ta’ produzzjoni, meta matul l-istaġun preċedenti tat-tkabbir u tal-esportazzjoni l-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa fuq il-frott speċifikat li ġej minnha tkun ġiet ikkonfermata fil-kontrolli mwettqa fil-punti tad-dħul fl-Unjoni. |
|
(10) |
Sabiex jiġi identifikat is-sors tal-frott speċifikat infettat, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-kodiċi ta’ traċċabbiltà tal-unità ta’ produzzjoni meta jinnotifikaw in-nuqqasijiet ta’ konformità rispettivi. |
|
(11) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti tal-Arġentina jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti l-ġodda, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tibda tapplika mill-1 ta’ Mejju 2021. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/715
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/715 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
L-Artikolu 5a huwa emendat kif ġej:
|
|
(b) |
jiddaħħal l-Artikolu 5(b) li ġej: “Artikolu 5b Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina 1. Il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Minbarra il-paragrafu 1, il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina għandu jiġi introdott fl-Unjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(c) |
fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Fil-każ tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw in-nuqqasijiet ta’ konformità nnotifikati rispettivi bħala riżultat tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni u l-lista aġġornata msemmija fl-Artikolu 5b, il-paragrafu 1, il-punt (h), biex jidentifikaw l-unitajiet ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5b, il-paragrafu 2, il-punti (a) u (b).”; |
|
(d) |
fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina mal-Artikolu 5b, fin-notifika tan-nuqqasijiet ta’ konformità l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-kodiċi ta’ traċċabbiltà tal-unità ta’ produzzjoni rispettiva msemmi fl-Artikolu 5b(1)(b).” |
Artikolu 2
Data ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2021.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 tal-11 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta’ ċertu frott f’xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta’ ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 16).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1199 tat-13 ta’ Awwissu 2020 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 ħalli ssir projbizzjoni temporanja fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu frott li joriġina mill-Arġentina ħalli jkunu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (ĠU L 267, 14.8.2020, p. 3).
REGOLI TA' PROĊEDURA
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA TAL-AĠENZIJA EŻEKUTTIVA TAL-KUNSILL EWROPEW GĦAR-RIĊERKA
tal-11 ta’ Diċembru 2020
dwar regoli interni li jikkonċernaw restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA TAL-AĠENZIJA EŻEKUTTIVA TAL-KUNSILL EWROPEW GĦAR-RIĊERKA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 249(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1) (“ir-Regolament”), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (2),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)9048 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/37/KE (3),
Wara li kkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Billi:
|
(1) |
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (‘l-Aġenzija’) ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)9048 fid-dawl tal-prestazzjoni ta’ kompiti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien li tinkludi, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (4). |
|
(2) |
Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv u operazzjonali tagħha, l-Aġenzija tista’ twettaq inkjesti amministrattivi, proċedimenti qabel dawk dixxiplinari, dawk dixxiplinari u ta’ sospensjoni f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) (5) u mad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari. Jekk meħtieġ, l-Aġenzija tista’ twettaq attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet potenzjali u tista’ tinnotifika każijiet lill-OLAF. |
|
(3) |
Il-membri tal-persunal tal-Aġenzija għandhom l-obbligu li jirrapportaw u jivvalutaw allegazzjonijiet ta’ attivitajiet potenzjalment illegali, inklużi l-frodi u l-korruzzjoni u mġiba xjentifika ħażina, li huma ta’ detriment għall-interessi tal-Unjoni. Il-membri tal-persunal huma obbligati wkoll jirrapportaw imġiba relatata mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali li tista’ tikkostitwixxi nuqqas serju ta’ konformità mal-obbligi tal-uffiċjali tal-Unjoni. Dan huwa rregolat mir-regoli jew politiki interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. |
|
(4) |
L-Aġenzija implimentat politika biex tipprevjeni u tittratta b’mod effettiv każijiet proprji jew potenzjali ta’ fastidju psikoloġiku jew sesswali fuq il-post tax-xogħol, kif previst fil-miżuri ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolamenti tal-Persunal li jistabbilixxu proċedura informali li permezz tagħha l-allegata vittma tal-fastidju tista’ tikkuntattja lill-konsulenti “kunfidenzjali” tal-Aġenzija. |
|
(5) |
L-Aġenzija tista’ twettaq ukoll investigazzjonijiet ta’ sigurtà interni (IT) u dwar ksur potenzjali tar-regoli tas-sigurtà għal informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (“IKUE”). |
|
(6) |
L-Aġenzija hija soġġetta għal awditi kemm interni kif ukoll esterni li jikkonċernaw l-attivitajiet tagħha, inkluż dawk imwettqa mis-Servizzi tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. |
|
(7) |
L-Aġenzija tista’ tittratta talbiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u talbiet għal aċċess għall-fajls mediċi tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija, u tista’ twettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament. |
|
(8) |
Fil-kuntest ta’ tali inkjesti amministrattivi, awditi, investigazzjonijiet jew talbiet, l-Aġenzija tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni. |
|
(9) |
L-Aġenzija tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, jew fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva proprja. |
|
(10) |
L-Aġenzija tista’ tikkoopera wkoll mal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE, jew fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva proprja. |
|
(11) |
L-Aġenzija tista’ tkun soġġetta għal jew tirċievi lmenti, allegazzjonijiet, proċedimenti jew investigazzjonijiet permezz ta’ informaturi, ta’ partijiet terzi jew tal-Ombudsman Ewropew. |
|
(12) |
L-Aġenzija tista’ tkun involuta f’kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta jew tirreferi kwistjoni lill-Qorti, jew tiddefendi deċiżjoni li tkun ħadet u li tkun ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti, jew tintervjeni f’kawżi rilevanti għall-kompiti tagħha. F’dan il-kuntest, l-Aġenzija jista’ jkollha bżonn tippreserva l-kunfidenzjalità tad-data personali li tinsab fid-dokumenti miksuba mill-partijiet jew l-intervenjenti. |
|
(13) |
Fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha l-Aġenzija tipproċessa diversi kategoriji ta’ data personali, inkluż id-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi, l-informazzjoni ta’ kuntatt, ir-rwoli u l-kompiti professjonali, l-informazzjoni dwar l-imġiba privata u professjonali u dwar il-prestazzjoni, u data finanzjarja kif ukoll f’xi każijiet speċifiċi data sensittiva (eż. data dwar is-saħħa). Id-data personali tinkludi data “konkreta” fattwali (hard data) u data“soġġettiva” ta’ valutazzjoni (soft data). “ Data konkreta” hija data fattwali oġġettiva, bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, metadata relatata ma’ komunikazzjonijiet elettroniċi u data dwar it-traffiku. “ Data soġġettiva” tinkludi b’mod partikolari d-deskrizzjoni u l-valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi, l-opinjonijiet, l-osservazzjonijiet relatati mas-suġġetti tad-data, l-evalwazzjoni tal-imġiba u tal-prestazzjoni tas-suġġetti tad-data u r-raġunament wara d-deċiżjonijiet individwali relatati jew imressqa b’rabta mas-suġġett tal-proċedura jew l-attività mwettqa mill-Aġenzija f’konformità mal-qafas legali applikabbli. Il-valutazzjonijiet, l-osservazzjonijiet u l-opinjonijiet jitqiesu bħala data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament. |
|
(14) |
Skont ir-Regolament, l-Aġenzija hija għalhekk obbligata li tipprovdi informazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar dawk l-attivitajiet ta’ pproċessar u li tirrispetta d-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data. |
|
(15) |
L-Aġenzija hija impenjata li tirrispetta, sa fejn hu l-aktar possibli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari d-dritt għall-għoti ta’ informazzjoni, aċċess u rettifika, id-dritt għal tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament. Madankollu, l-Aġenzija tista’ tkun meħtieġa wkoll li tillimita d-drittijiet u l-obbligi tas-suġġett tad-data sabiex tipproteġi l-attivitajiet tagħha u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ oħrajn. |
|
(16) |
Għalhekk l-Artikolu 25(1) u (5) tar-Regolament jagħti lill-Aġenzija l-possibbiltà li tillimita, b’mod kondizzjonali, l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 20, u dan għandu jkun ibbażat fuq regoli interni li għandhom jiġu adottati fl-ogħla livell tal-ġestjoni tal-Aġenzija u jkunu soġġetti għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn ma jkunux ibbażati fuq atti legali adottati abbażi tat-Trattati. |
|
(17) |
Ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għal drittijiet differenti tas-suġġett tad-data, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data, id-dritt ta’ aċċess, ir-rettifika, it-tħassir, il-limitazzjoni tal-ipproċessar, il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ obbligi ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament. |
|
(18) |
L-Aġenzija tista’ tkun meħtieġa tirrikonċilja dawk id-drittijiet mal-objettivi tal-inkjesti amministrattivi, l-awditi, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti tal-qorti. Tista’ tkun meħtieġa wkoll tibbilanċja d-drittijiet ta’ suġġett tad-data mad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħrajn. |
|
(19) |
L-Aġenzija jista’ jkollha bżonn, pereżempju, li tillimita l-informazzjoni li tipprovdi lil suġġett tad-data dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħu matul il-fażi ta’ valutazzjoni preliminari ta’ inkjesta amministrattiva jew matul l-inkjesta nnifisha, qabel il-possibbiltà ta’ ċaħda tal-kawża jew fl-istadju qabel dak dixxiplinari. F’ċerti ċirkostanzi, l-għoti ta’ tali informazzjoni jista’ jaffettwa b’mod serju l-kapaċità tal-Aġenzija li twettaq l-investigazzjoni b’mod effettiv, pereżempju kull meta jkun hemm riskju li l-persuna kkonċernata teqred l-evidenza jew tinterferixxi ma’ xhieda potenzjali qabel dawn jiġu intervistati. L-Aġenzija jista’ jkollha bżonn ukoll tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tax-xhieda kif ukoll dawk ta’ persuni oħra involuti. |
|
(20) |
L-Aġenzija jista’ jkollha bżonn ukoll li tipproteġi l-anonimità ta’ xhud, kollaboratur jew ta’ informatur li jkun talab li ma jiġix identifikat. F’każ bħal dan, l-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tillimita l-aċċess għall-identità, id-dikjarazzjonijiet u data personali oħra ta’ tali persuni jew tas-suspettat, sabiex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom. |
|
(21) |
L-Aġenzija jista’ jkollha bżonn tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali dwar membru tal-persunal li jkun għamel kuntatt mal-konsulenti kunfidenzjali tal-Aġenzija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ fastidju. F’każijiet bħal dawn, l-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tillimita l-aċċess għall-identità, id-dikjarazzjonijiet u data personali oħra tal-vittma allegata, tal-persuna allegata li tagħti l-fastidju u tal-persuni l-oħrajn involuti sabiex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kollha kkonċernati. |
|
(22) |
Fir-rigward tal-proċeduri tal-għażla u r-reklutaġġ, tal-evalwazzjoni tal-persunal u tal-akkwist pubbliku, id-dritt ta’ aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni jista’ jiġi eżerċitat biss f’ċerti punti fiż-żmien u taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-proċeduri rilevanti sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet ta’ suġġetti tad-data oħrajn u jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trattament indaqs u s-segretezza tad-deliberazzjonijiet. |
|
(23) |
L-Aġenzija tista’ wkoll tillimita l-aċċess ta’ individwi għad-data medika tagħhom, pereżempju dik ta’ natura psikoloġika jew psikjatrika, minħabba s-sensittività potenzjali ta’ din id-data, u s-servizz mediku tal-Kummissjoni jista’ jkun irid jagħti lis-suġġetti tad-data aċċess indirett biss permezz tal-professjonist tal-kura tas-saħħa tagħhom. Is-suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rettifika ta’ valutazzjonijiet jew opinjonijiet tas-Servizz Mediku tal-Kummissjoni billi jipprovdi l-kummenti tiegħu jew rapport ta’ tabib tal-għażla tiegħu. |
|
(24) |
L-Aġenzija, irrappreżentata mid-Direttur tagħha, taġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn aktar delegazzjonijiet tar-rwol tal-kontrollur fl-Aġenzija biex tirrifletti r-responsabbiltajiet operazzjonali għal attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali speċifiċi għal “kontrolluri tad-data delegati”. |
|
(25) |
Id-data personali tinħażen b’mod sigur f’ambjent elettroniku konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (6) dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea jew fuq karti, biex jiġi pprevenut l-aċċess illegali jew it-trasferiment tad-data lil persuni li ma għandhomx bżonn li jkunu jafu. Id-data personali pproċessata tinżamm għal mhux aktar milli jkun meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata għall-perjodu speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data u r-rekords tal-Aġenzija. |
|
(26) |
L-Aġenzija għandha tapplika restrizzjonijiet biss meta dawn jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet, ikunu strettament meħtieġa u jkunu miżura proporzjonata f’soċjetà demokratika. L-Aġenzija għandha tagħti raġunijiet li jiġġustifikaw dawk ir-restrizzjonijiet u tinforma kif xieraq lis-suġġetti tad-data dwar dawk ir-raġunijiet u d-dritt tagħhom li jressqu lment quddiem l-EDPS kif previst fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament. |
|
(27) |
F’applikazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbiltà, l-Aġenzija għandha żżomm rekord tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet tagħha. |
|
(28) |
Meta tipproċessa data personali skambjata ma’ organizzazzjonijiet oħra fil-kuntest tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija u dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar ir-raġunijiet potenzjali għall-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet u n-neċessità u l-proporzjonalità ta’ dawk ir-restrizzjonijiet, sakemm dan ma jfixkilx l-attivitajiet tal-Aġenzija. |
|
(29) |
Dawn ir-regoli interni għandhom għalhekk japplikaw għall-attivitajiet kollha ta’ pproċessar imwettqa mill-Aġenzija li jinvolvu data personali fit-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju, ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, talbiet ta’ aċċess għal jew rettifika ta’ fajls mediċi proprji, l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament, l-investigazzjonijiet tas-sigurtà (IT) imwettqa internament jew b’involviment estern (eż. CERT-EU), awditi, proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, proċeduri ta’ għażla u reklutaġġ, evalwazzjoni tal-persunal u akkwist pubbliku, kif elenkati hawn fuq. |
|
(30) |
Dawn ir-regoli interni għandhom japplikaw għal attivitajiet ta’ pproċessar imwettqa qabel it-tnedija tal-proċeduri msemmija hawn fuq, matul dawn il-proċeduri u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn il-proċeduri. Jenħtieġ li jinkludu wkoll l-assistenza u l-kooperazzjoni pprovduti mill-Aġenzija lil Istituzzjonijiet tal-UE oħrajn, awtoritajiet nazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tagħha. |
|
(31) |
Skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament, l-Aġenzija hija intitolata li tiddifferixxi, tħalli barra jew tiċħad l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ restrizzjoni għas-suġġett tad-data jekk b’xi mod dan jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni. L-Aġenzija għandha tivvaluta fuq bażi ta’ każ b’każ jekk il-komunikazzjoni tar-restrizzjoni tikkanċellax l-effett tagħha. |
|
(32) |
L-Aġenzija għandha tneħħi r-restrizzjoni malli l-kondizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw, u għandha tivvaluta dawk il-kondizzjonijiet fuq bażi regolari. |
|
(33) |
Sabiex tiġi żgurata l-akbar protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tas-suġġetti tad-data u f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija għandu jiġi kkonsultat fi żmien xieraq qabel ma tiġi applikata jew riveduta kwalunkwe restrizzjoni, u għandu jivverifika l-konformità tagħha ma’ din id-Deċiżjoni. |
|
(34) |
L-Artikoli 16(5) u 17(4) tar-Regolament jipprevedu eċċezzjonijiet għad-dritt tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni u d-dritt ta’ aċċess. Jekk japplikaw dawn l-eċċezzjonijiet, l-Aġenzija ma għandhiex għalfejn tapplika restrizzjoni skont din id-Deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kondizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA) u kwalunkwe wieħed mis-suċċessuri legali tagħha (“l-Aġenzija”) jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 14 sa 22, 35 u 36, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament.
2. L-Aġenzija, bħala l-Kontrollur tad-Data, hija rrappreżentata mid-Direttur tal-Aġenzija, li jista’ jiddelega ulterjorament il-funzjoni tal-Kontrollur tad-Data.
Artikolu 2
Restrizzjonijiet Applikabbli
1. L-Aġenzija tista’ tillimita l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll tal-Artikolu 4 tar-Regolament, sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u mal-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 20.
2. Din id-Deċiżjoni tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv u operazzjonali tagħha:
|
a) |
skont l-Artikolu 25(1)(b), (c), (f), (g) u (h) tar-Regolament meta jitwettqu investigazzjonijiet interni, inkluż abbażi ta’ lmenti esterni, allegazzjonijiet, inkjesti amministrattivi, proċedimenti ta’ qabel dawk dixxiplinari, dawk dixxiplinari jew ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 86 l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, investigazzjonijiet tas-sigurtà jew investigazzjonijiet tal-OLAF; |
|
b) |
skont l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament, meta jiġi żgurat li l-membri tal-persunal tal-Aġenzija jkunu jistgħu jirrapportaw fatti b’mod kunfidenzjali meta jemmnu li hemm irregolaritajiet serji, kif stabbilit fir-regoli jew fil-politiki interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
c) |
skont l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament, meta jiġi żgurat li l-membri tal-persunal tal-Aġenzija jkunu jistgħu jagħmlu rapport lill-konsulenti kunfidenzjali fil-kuntest ta’ proċedura ta’ fastidju, kif definit mir-regoli interni; |
|
d) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament, meta jitwettqu awditi interni jew esterni fir-rigward tal-attivitajiet jew tal-funzjonament tal-Aġenzija; |
|
e) |
skont l-Artikolu 25(1)(d) u (h) tar-Regolament, meta jiġu żgurati analiżijiet tas-sigurtà, inkluż tas-sigurtà ċibernetika u abbużi tas-sistemi tal-IT, ittrattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE), l-iżgurar tas-sigurtà interna permezz ta’ sorveljanza bil-vidjow, il-kontroll tal-aċċess u skopijiet ta’ investigazzjoni, li s-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni jiġu assigurati u t-twettiq ta’ kontromiżuri tekniċi tas-sigurtà; |
|
f) |
skont l-Artikolu 25(1)(g) u (h) tar-Regolament, meta l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“UPD”) tal-Aġenzija jinvestiga kwistjonijiet relatati direttament mal-kompiti tiegħu; |
|
g) |
skont l-Artikolu 25(1)(b), (g) u (h) tar-Regolament, fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE); |
|
h) |
skont l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament, meta individwi jitolbu li jaċċessaw jew jirrettifikaw id-data medika tagħhom, inkluż jekk din tkun miżmuma mis-Servizz Mediku tal-Kummissjoni. |
|
i) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (d), (g) u (h) tar-Regolament, meta tiġi pprovduta assistenza lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni jew tiġi riċevuta mingħandhom, jew meta jkun hemm kooperazzjoni magħhom fil-kuntest tal-attivitajiet taħt il-punti (a) sa (h) ta’ dan il-paragrafu u skont ftehimiet rilevanti dwar il-livell ta’ servizz, memoranda ta’ qbil u ftehimiet ta’ kooperazzjoni tal-att ta’ stabbiliment rispettiv tagħhom; |
|
j) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament, meta tiġi pprovduta jew riċevuta assistenza lil jew mingħand awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, jew ikun hemm kooperazzjoni ma’ tali awtoritajiet u organizzazzjonijiet, jew fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva proprja; |
|
k) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament, meta tiġi pprovduta jew riċevuta assistenza u kooperazzjoni lil u mingħand l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE, jew fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva proprja; |
|
l) |
skont l-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament, meta tiġi pproċessata data personali f’dokumenti miksuba mill-partijiet jew mill-intervenjenti fil-kuntest ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, l-attivitajiet ta’ hawn fuq għandhom jinkludu azzjonijiet preparatorji u ta’ segwitu direttament relatati mal-istess attività.
3. L-Aġenzija tista’ tapplika wkoll restrizzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data msemmija f’din id-Deċiżjoni, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
a) |
meta s-servizzi tal-Kummissjoni jew istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni jkunu intitolati jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet elenkati u l-għan ta’ tali restrizzjoni minn dak is-Servizz tal-Kummissjoni, istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni jiġi pperikolat meta l-Aġenzija ma tapplikax restrizzjoni ekwivalenti fir-rigward tal-istess data personali; |
|
b) |
meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu intitolati jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet elenkati u l-għan ta’ tali restrizzjoni minn dik l-awtorità tal-Istat Membru jiġi pperikolat meta l-Aġenzija ma tapplikax restrizzjoni ekwivalenti fir-rigward tal-istess data personali; |
|
c) |
fejn l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jipperikola l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sakemm din il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni ma tkunx megħluba mill-interessi jew id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. |
Qabel ma tapplika r-restrizzjonijiet skont dan il-paragrafu, l-Aġenzija għandha tikkonsulta, fejn meħtieġ, lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji, u l-uffiċċji l-oħra tal-Unjoni, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, sakemm ma jkunx ċar li r-restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija hawn fuq jew sakemm it-tali konsultazzjoni ma tipperikolax l-attivitajiet tal-Aġenzija.
4. Il-kategoriji ta’ data personali pproċessati relatati mal-attivitajiet ta’ hawn fuq jista’ jkun fihom data“konkreta” fattwali u data“soġġettiva” ta’ valutazzjoni.
5. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tirrispetta l-essenza tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika.
Artikolu 3
Irrekordjar u reġistrazzjoni ta’ restrizzjonijiet
1. Il-Kontrollur tad-Data għandu jfassal rekord tar-restrizzjoni li tiddeskrivi:
|
a) |
ir-raġunijiet għal kwalunkwe restrizzjoni applikata skont din id-Deċiżjoni; |
|
b) |
liema raġunijiet japplikaw fost dawk elenkati fl-Artikolu 2; |
|
c) |
kif l-eżerċizzju tad-dritt jippreżenta riskju għas-suġġett tad-data jew jipperikola l-għan tal-kompiti tal-Aġenzija jew jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħrajn. |
|
d) |
l-eżitu tal-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament. |
2. Għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità ta’ restrizzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ qabel ma jiġu applikati r-restrizzjonijiet. Il-Kontrollur tad-Data għandu jikkunsidra r-riskji potenzjali għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tagħhom.
3. Ir-rekord tar-restrizzjoni u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jkun fihom elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom ikunu disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.
Artikolu 4
Riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data
1. Il-valutazzjonijiet tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data li jimponu restrizzjonijiet u d-dettalji tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati fir-rekord tal-attivitajiet tal-ipproċessar miżmuma mill-kontrollur tad-data abbażi tal-Artikolu 31 tar-Regolament. Dawn għandhom jiġu rreġistrati wkoll fi kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data fir-rigward ta’ dawk ir-restrizzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 39 tar-Regolament, fejn applikabbli.
2. Fejn il-kontrollur tad-data jikkunsidra li japplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandu jiġi meqjus, b’mod partikolari, mar-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħrajn u r-riskju ta’ impatt negattiv fuq l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri, pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkonċernaw primarjament, iżda mhumiex limitati għal, riskji għar-reputazzjoni u riskji għad-dritt tad-difiża u d-dritt li jinstema’.
Artikolu 5
Salvagwardji u perjodi ta’ ħażna
1. L-Aġenzija għandha timplimenta salvagwardji speċifiċi biex tipprevjeni l-abbuż u l-aċċess jew it-trasferiment illegali ta’ data personali li fir-rigward tagħha japplikaw jew jistgħu jiġu applikati restrizzjonijiet. Dawn is-salvagwardji għandhom jinkludu miżuri tekniċi u organizzazzjonali u għandhom ikunu spjegati bid-dettalji kollha meħtieġa fid-deċiżjonijiet interni, fil-proċeduri u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Aġenzija. Dawn is-salvagwardji għandhom jinkludu:
|
a) |
definizzjoni ċara tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-passi proċedurali; |
|
b) |
jekk ikun xieraq, ambjent elettroniku sigur li jipprevjeni l-aċċess jew it-trasferiment illegali u aċċidentali ta’ data elettronika lil persuni mhux awtorizzati; |
|
c) |
jekk ikun xieraq, il-ħażna u l-ipproċessar siguri ta’ dokumenti tal-karti; |
|
d) |
l-iżgurar tal-konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità għall-persuni kollha li għandhom aċċess għad-data personali. |
2. Il-perjodu taż-żamma tad-data personali taħt restrizzjoni għandu jiġi definit fir-rekord rilevanti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament filwaqt li jiġi kkunsidrat l-għan tal-ipproċessar u għandu jinkludi l-perjodu taż-żmien meħtieġ għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju. Fi tmiem il-perjodu taż-żamma, id-data personali għandha titħassar, tiġi anonimizzata jew trasferita fl-arkivji skont l-Artikolu 13 tar-Regolament.
Artikolu 6
Tul tar-restrizzjonijiet
1. Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm ir-raġunijiet li jiġġustifikawhom jibqgħu applikabbli.
2. Meta r-raġunijiet għal restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw, il-Kontrollur tad-Data għandu jneħħi r-restrizzjoni jekk l-eżerċizzju tad-dritt ristrett ma jibqax ikollu impatt negattiv fuq il-proċedura applikabbli rilevanti jew jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħrajn.
3. F’każ li s-suġġett tad-data jkun talab għal darba oħra l-aċċess għad-data personali kkonċernata, il-Kontrollur tad-Data għandu jipprovdi r-raġunijiet prinċipali għar-restrizzjoni lis-suġġett tad-data. Fl-istess ħin, l-Aġenzija għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe mument jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
4. L-Aġenzija għandha tirrevedi l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 kull sitt xhur.
Artikolu 7
L-Involviment tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
1. Il-kontrollur tad-data tal-Aġenzija għandu jinforma lill-UPD tal-Aġenzija mingħajr dewmien żejjed u qabel kwalunkwe deċiżjoni li jillimita d-drittijiet tas-suġġett tad-data f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni jew li jestendi l-applikazzjoni tar-restrizzjoni. Il-kontrollur tad-data għandu jipprovdi lill-UPD l-aċċess għar-rekords assoċjati u kwalunkwe dokument li jikkonċerna l-kuntest fattwali jew legali.
2. L-UPD jista’ jitlob lill-kontrollur tad-data biex jirrieżamina l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni. Il-kontrollur tad-data għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.
3. Il-kontrollur tad-data għandu jiddokumenta l-involviment tal-UPD fl-applikazzjoni tar-restrizzjoni, inkluż liema informazzjoni tiġi kondiviża. Id-dokumenti taħt dan l-artikolu għandhom ikunu parti mir-rekord relatat mar-restrizzjoni u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-EDPS fuq talba.
Artikolu 8
Informazzjoni lis-suġġett tad-data dwar ir-restrizzjonijiet għad-drittijiet tiegħu
1. Il-kontrollur tad-data għandu jinkludi fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data u r-rekords skont l-Artikolu 31 tar-Regolament, ippubblikati fuq is-sit web tiegħu u fuq l-Intranet, informazzjoni ġenerali dwar ir-restrizzjonijiet potenzjali tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 2(2) ta’ din id-deċiżjoni. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet u obbligi jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet li għalihom jistgħu jiġu applikati r-restrizzjonijiet u t-tul potenzjali tagħhom.
2. Il-kontrollur tad-data għandu jinforma lis-suġġetti tad-data b’mod individwali, bil-miktub u mingħajr dewmien bla bżonn dwar ir-restrizzjonijiet li jkunu għaddejjin jew futuri tad-drittijiet tagħhom. Il-kontrollur tad-data għandu jinforma lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni, bid-dritt tiegħu li jikkonsulta lill-UPD bil-ħsieb li jikkontesta r-restrizzjoni u bid-drittijiet tiegħu li jressaq ilment quddiem l-EDPS.
3. Il-kontrollur tad-data jista’ jiddifferixxi, iħalli barra jew jiċħad l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna r-raġunijiet għar-restrizzjoni u d-dritt li jitressaq ilment quddiem l-EDPS sakemm dan jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni. Il-valutazzjoni ta’ din il-ġustifikazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ u l-kontrollur tad-data għandu jipprovdi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data hekk kif din ma tibqax tikkanċella l-effett tar-restrizzjoni.
Artikolu 9
Id-dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data
1. F’każijiet debitament ġustifikati u skont il-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt ta’ aċċess skont l-Artikolu 17 tar-Regolament jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur tad-data fejn meħtieġ u proporzjonat fir-rigward tal-attivitajiet skont din id-Deċiżjoni.
2. Fejn is-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta’ attività speċifika ta’ pproċessar imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ din id-Deċiżjoni, l-Aġenzija għandha tillimita r-rispons tagħha għad-data personali pproċessata għal dik l-attività.
3. Id-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess dirett għad-dokumenti ta’ natura psikoloġika jew psikjatrika jistgħu jiġu ristretti. La l-aċċess indirett u lanqas id-dritt ta’ rettifika u komunikazzjoni ta’ ksur ta’ obbligu tad-data personali ma għandhom ikunu limitati b’dawn ir-regoli interni. Għalhekk, tabib intermedjarju jenħtieġ li jingħata aċċess fuq talba tal-individwu kkonċernat għall-informazzjoni relatata kollha u s-setgħa diskrezzjonali fir-rigward ta’ x’aċċess għandu jingħata lis-suġġett tad-data u kif.
4. Meta l-kontrollur tad-data jirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ aċċess għad-data personali, kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament, għandu jinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat bil-miktub, fit-tweġiba tiegħu għat-talba għal aċċess, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet prinċipali għaliha u bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem l-EDPS jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
5. L-informazzjoni dwar ir-restrizzjoni tal-aċċess tista’ tiġi differita, titħalla barra jew tiġi miċħuda jekk tkun tikkanċella l-effett tar-restrizzjoni skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament.
6. Restrizzjoni skont dan l-Artikolu għandha tiġi applikata f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Id-dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar
1. F’każijiet debitament ġustifikati u skont il-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar skont l-Artikoli 18, 19(1) u 20(1) tar-Regolament jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur tad-data fejn meħtieġ u xieraq, fir-rigward tal-attivitajiet skont l-Artikolu 2(2) ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Fir-rigward tad-data medika, is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ rettifika tal-valutazzjoni jew tal-opinjoni tas-Servizz Mediku tal-Kummissjoni billi jipprovdu l-kummenti tagħhom jew rapport ta’ tabib tal-għażla tagħhom, inkluż direttament lis-Servizz Mediku tal-Kummissjoni.
3. Restrizzjoni skont dan l-Artikolu għandha tiġi applikata f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 11
Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ obbligu tad-data personali lis-suġġett tad-data
1. Meta l-kontrollur tad-data jkun taħt obbligu li jikkomunika ksur ta’ obbligu tad-data skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament, huwa jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jillimita tali komunikazzjoni kompletament jew parzjalment. Għandu jiddokumenta f’nota r-raġunijiet għar-restrizzjoni, il-bażi legali għaliha skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni u valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tagħha. In-nota għandha tiġi kkomunikata lill-EDPS fil-mument tan-notifika tal-ksur tal-obbligu tad-data personali.
2. Fejn ir-raġunijiet għar-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw, l-Aġenzija għandha tikkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat u tinfurmah bir-raġunijiet prinċipali għar-restrizzjoni u bid-dritt tiegħu li jressaq ilment quddiem l-EDPS.
Artikolu 12
Kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika
1. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Aġenzija tista’ tirrestrinġi d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament. Tali restrizzjonijiet għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
2. Minkejja l-Artikolu 8(3), fejn l-Aġenzija tirrestrinġi d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħha għal kwalunkwe talba mis-suġġett tad-data, bir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u bid-dritt tiegħu li jressaq ilment quddiem l-EDPS.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija,
Il-President,
Jean-Eric PAQUET
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (C(2013)9048) li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/37/KE.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)9428 dwar id-delegazzjoni tas-setgħat lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka fid-dawl tal-prestazzjoni ta’ kompitu marbuta mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien li tinkludi, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri speċjali li japplikaw b’mod temporanju għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p.1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).
(7) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).