ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/651
tad-19 ta’ April 2021
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“il-GATT) tal-1994 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
(2) |
In-negozjati mal-Arġentina ġew konklużi u l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (il-“Ftehim”) ġie inizjalat fil-5 ta’ Frar 2021. |
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim f’isem l-Unjoni fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/650
tad-19 ta’ April 2021
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, relatat mal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati, taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
(2) |
In-negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerka ġew konklużi u fil-5 ta’ Marzu 2021 ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka, skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, relatat mal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (il-“Ftehim”). |
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka, skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, relatat mal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa sabiex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) It-test tal-Ftehim jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
REGOLAMENTI
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/652
tal-10 ta’ Frar 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-attivitajiet u tal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(a)(ii) u (vi), (b), (c)(i) u (ii) u (d), l-Artikolu 173(1)(f), l-Artikolu 223(2)(a) u l-Artikolu 231(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-Titolu II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (2) jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-attivitajiet u l-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex. |
(2) |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jesternalizzaw ċerti attivitajiet. F’xi Stati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma kumpaniji kbar, li spiss ikollhom livelli multipli ta’ sussidjarji. Id-dispożizzjonijiet dwar l-esternalizzazzjoni jenħtieġ għalhekk li jiġu fformulati mill-ġdid biex ikopru sitwazzjonijiet fejn l-attivitajiet jiġu esternalizzati lil entitajiet li jkunu relatati mill-qrib mal-produttur. |
(3) |
F’dawn l-aħħar snin, il-produzzjoni tal-faqqiegħ ma għadhiex limitata għall-varjetà tal-ġeneru Agaricus. L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi speċjalizzati fil-produzzjoni tal-faqqiegħ jipproduċu varjetajiet oħra ta’ faqqiegħ ikkultivat bħal Pleurotus, Shiitaké u Agrocybe, li jirriflettu l-ħtieġa tas-suq u l-aspettattivi tal-konsumaturi. Għaldaqstant, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-bażi għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ faqqiegħ maħsub għall-ipproċessar jenħtieġ li jiġi estiż sabiex ikopri aktar varjetajiet ta’ faqqiegħ ikkultivati. |
(4) |
F’konformità mal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-politika agrikola komuni (PAK) futura, l-iskema ta’ għajnuna għall-frott u l-ħxejjex trid tiġi integrata fil-pjanijiet strateġiċi futuri tal-PAK tal-Istati Membri. Sakemm jiġu adottati dawk il-proposti, ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward tas-snin 2021 u 2022. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata integrazzjoni bla xkiel ta’ dik l-iskema ta’ għajnuna fil-PAK futura, il-programmi operattivi eżistenti fis-settur tal-frott u l-ħaxix li ma laħqux it-tul ta’ żmien massimu tagħhom ta’ ħames snin jistgħu jiġu estiżi biss sal-31 ta’ Diċembru 2022. Barra minn hekk, il-programmi operattivi l-ġodda fis-settur tal-frott u l-ħaxix jistgħu jiġu approvati biss għal tul ta’ żmien massimu ta’ tliet snin. Billi l-programmi operattivi inkwistjoni jridu jikkonformaw mal-istrateġija nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jestendu l-istrateġija nazzjonali tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
(5) |
L-indennizz tal-assigurazzjoni li jingħata f’ċerti każijiet ta’ tnaqqis fil-produzzjoni jista” jiddaħħal fil-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata. Jixraq li jiġi ċċarat meta għandu jiġi inkluż, jiġifieri fil-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-perjodu ta’ referenza ta’ 12-il xahar li fih fil-fatt jitħallas. |
(6) |
L-infiq fil-kuntest tal-programmi operattivi eliġibbli għall-għajnuna għandu jkun ristrett għall-ispejjeż li effettivament ikunu saru. Madankollu, għall-fini tal-approvazzjoni tal-infiq fuq azzjonijiet u miżuri fil-qafas tal-programmi operattivi, l-użu mill-Istati Membri ta’ rati fissi, skali ta’ spejjeż għal kull unità jew somom f’daqqa jenħtieġ li jkun allinjat mar-regoli dwar il-programmi tal-iżvilupp rurali. |
(7) |
Il-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fih regoli dwar miżuri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet, inkluż fost l-oħrajn l-irtirar mis-suq. Fir-Rapport Speċjali Nru 23/2019 tiegħu “Stabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa: sett komprensiv ta’ għodod, iżda l-istrumenti ftit li xejn jintużaw u jeħtieġ li jiġi indirizzat il-kumpens eċċessiv” tal-5 ta’ Diċembru 2019 (4), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri qajmet tħassib dwar xi aspetti tal-iskema tal-irtirar tal-frott u l-ħxejjex, b’mod partikolari għall-prodotti pproċessati magħmula minn prodotti rtirati li jistgħu jwasslu għal kumpens eċċessiv. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tirrakkomanda li tiġi stabbilita assistenza finanzjarja massima tal-Unjoni għall-irtirar għad-distribuzzjoni bla ħlas ta’ frott u ħxejjex ipproċessati bil-ħsieb li jiġi evitat kull effett possibbli ta’ kumpens eċċessiv. Għal dik ir-raġuni, id-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas ta’ frott u ħxejjex ipproċessati jenħtieġ li jagħmluha ċara li l-pagamenti li jsiru lill-proċessuri għandhom jikkumpensaw biss għall-ispejjeż tal-ipproċessar u għandhom jeskludu l-kumpens eċċessiv. |
(8) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar l-appoġġ għall-irtirar mis-suq relatat mal-applikazzjoni tal-limitu ta’ 5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jiġu ċċarati. |
(9) |
Filwaqt li jitqies li huwa importanti li l-istrumenti jiġu razzjonalizzati, simplifikati u kkoordinati aħjar u jiġu kkumplimentati b’azzjonijiet ġodda fejn meħtieġ, id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ħsad jenħtieġ li jiġu allinjati mar-regoli dwar il-programmi ta’ żvilupp rurali. |
(10) |
Bil-ħsieb li l-miżura ta’ kkowċjar issir aktar attraenti bħala miżura għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet, jenħtieġ li jittaffew il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà relatati mar-riċevitur tal-ikkowċjar. |
(11) |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma obbligati jevalwaw l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom. Billi l-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (5) ġie sostitwit, ir-referenza għal dak l-Artikolu jenħtieġ li titħassar fir-regoli dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni fir-Regolament Delegat (UE) 2017/891. |
(12) |
Xi dispożizzjonijiet tranżitorji ma għadhomx jgħoddu u għalhekk jenħtieġ li jitneħħew. |
(13) |
Skont l-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-medja ponderata tal-prezzijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex irreġistrati li jikkorrispondu mat-tipi u l-varjetajiet ta’ prodotti, mad-daqsijiet u mal-preżentazzjonijiet, kif speċifikat fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. Sabiex tiġi riflessa b’mod preċiż is-sitwazzjoni tas-suq, jenħtieġ li jiġu aġġornati d-dettalji dwar it-“tip/varjetà”, il-“preżentazzjoni/daqs” u s-“swieq rappreżentattivi” relatati mat-tadam u t-tuffieħ, kif speċifikat f’dak l-Anness. Barra minn hekk, sabiex is-sistema ta’ notifika tal-prezzijiet prevista fir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 tiġi allinjata kemm jista’ jkun mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (6), il-lista tal-prodotti li għalihom l-Istati Membri jridu jinnotifikaw il-prezzijiet ta’ kull ġimgħa lill-Kummissjoni jenħtieġ li titqassar minn 32 għal 16-il prodott. Dik il-lista limitata ta’ 16-il prodott tkun identika għal-lista ta’ prodotti stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit jenħtieġ li jitħassar mil-lista ta’ “swieq rappreżentattivi”. |
(14) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 27, għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: “6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-istrateġija nazzjonali tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2025. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali deċiżjoni ta’ estensjoni.”; |
(4) |
fl-Artikolu 31, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-infiq fil-kuntest tal-programmi operattivi eliġibbli għall-għajnuna għandu jkun ristrett għall-ispejjeż li effettivament ikunu saru. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati fissi standard, skali ta’ spejjeż għal kull unità jew somom f’daqqa, ħlief għall-infiq marbut ma’ miżuri għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kriżijiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw rati fissi standard differenzjati, skali ta’ spejjeż għal kull unità jew somom f’daqqa biex iqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew lokali.”; |
(5) |
L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fl-Artikolu 51, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament nazzjonali addizzjonali sabiex jappoġġaw l-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad li jkunu qed jibbenifikaw mill-fond operattiv. Madankollu, l-appoġġ pubbliku totali għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma għandux jaqbeż it-80 % tal-ispiża tal-premiums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra t-telf.”; |
(7) |
fl-Artikolu 51a, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Ir-riċevitur ta’ kkowċjar għandu jkun organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, grupp ta’ produtturi jew il-produtturi individwali, li ma jkunux membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tagħhom.”; |
(8) |
fl-Artikolu 57(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-evalwazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ rapport fis-sena ta’ qabel tal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv.”; |
(9) |
fl-Artikolu 80 jitħassru l-paragrafi 2 u 3; |
(10) |
L-Annessi II, III u VI ġew emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).
(3) Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).
(4) ECA SR 23/2019 – Rapport Speċjali dwar l-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa: sett komprensiv ta’ għodod, iżda l-istrumenti ftit li xejn jintużaw u jeħtieġ li jiġi indirizzat il-kumpens eċċessiv – https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=52395.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).
ANNESS
L-Annessi II, III u VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness II, il-punt 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness VI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS VI Notifika tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 55(1)
|