ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 129

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
15 ta' April 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/606 tal-14 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-entrati tal-Belarussja u tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey fil-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 1 )

65

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

73

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/608 tal-14 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni ( 1 )

119

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/609 tal-14 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/439 dwar l-istandards armonizzati għall-materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali u għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa

150

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/610 tal-14 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437 dwar l-istandards armonizzati għall-vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom, għat-tagħmir anestetiku u respiratorju, għall-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi, għall-materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali, għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa, għall-investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani, għall-impjanti kirurġiċi mhux attivi, għall-apparati mediċi li jużaw tessuti ta’ annimali u d-derivattivi tagħhom, għall-elettroakustika u għat-tagħmir elettriku mediku

153

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/611 tal-14 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/438 dwar l-istandards armonizzati għall-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi, għall-imballaġġ għall-apparati mediċi sterilizzati terminalment, għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa u għall-investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani

158

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 509/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja ( ĠU L 156, 16.6.2012 )

161

 

*

Rettifika għar-Regolament (KE) 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi ( ĠU L 342, 22.12.2009 )

162

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/605

tas-7 ta’ April 2021

li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, fejn tikkawża tfixkil għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawn l-annimali u għall-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered minn stabbiliment ta’ annimali porċini miżmuma għal ieħor u fil-metapopolazzjonijiet ta’ annimali porċini selvaġġi. It-tixrid tal-marda jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti l-produttività tas-settur tal-biedja minħabba telf dirett kif ukoll indirett.

(2)

Il-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer ilu preżenti f’Sardinja, fl-Italja, mill-1978, u mill-2014 kien hemm tifqigħat ta’ dik il-marda fi Stati Membri oħrajn kif ukoll f’pajjiżi terzi ġirien. Bħalissa, id-deni Afrikan tal-ħnieżer jista’ jitqies bħala marda endemika fil-popolazzjonijiet tal-annimali porċini f’għadd ta’ pajjiżi terzi li jmissu mal-Unjoni u jirrappreżenta theddida permanenti għall-popolazzjonijiet tal-annimali porċini fl-Unjoni. Is-sitwazzjoni attwali tal-marda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer tippreżenta wkoll riskju għas-saħħa tal-annimali porċini miżmuma f’żoni mhux affettwati tal-Istati Membri attwalment ikkonċernati mill-marda, kif ukoll għall-annimali porċini miżmuma fi Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari fid-dawl tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini u ta’ komoditajiet minn annimali porċini.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) tistabbilixxi miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri u ġiet emendata ħafna drabi biex tqis prinċipalment l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward ta’ dik il-marda u evidenza xjentifika ġdida. Din tapplika sal-21 ta’ April 2021.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. Id-deni Afrikan tal-ħnieżer jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u huwa soġġett għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3) jelenka d-deni Afrikan tal-ħnieżer bħala marda tal-Kategoriji A, D u E li taffettwa lis-Suidae, filwaqt li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (4) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard tal-Kategoriji A, B u C stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, inkluż b’miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Dawk it-tliet atti japplikaw mill-21 ta’ April 2021.

(5)

Jeħtieġ li l-miżuri ta’ kontroll attwali tal-Unjoni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġu adattati biex jiġu allinjati mal-qafas leġiżlattiv il-ġdid għas-saħħa tal-annimali stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/429, u sabiex jitjieb il-kontroll ta’ dik il-marda fl-Unjoni billi jiġu ssimplifikati r-regoli tal-Unjoni sabiex tkun tista’ ssir implimentazzjoni aktar effettiva u rapida tal-miżuri ta’ kontroll. Jeħtieġ ukoll li r-regoli tal-Unjoni jiġu allinjati kemm jista’ jkun ma’ standards internazzjonali, bħal dawk stabbiliti fil-Kapitolu 15.1 “Infezzjoni bil-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer” tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5) (il-Kodiċi tal-OIE). Il-miżuri ta’ kontroll stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jqisu l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(6)

Is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri affettwati u globalment tippreżenta riskju għoli li dik il-marda tkompli tinxtered fl-Unjoni. Il-miżuri ġenerali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 u fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 ma jkoprux id-dettalji u l-aspetti speċifiċi kollha b’rabta mat-tixrid u s-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Għalhekk jixraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għal perjodu ta’ żmien limitat, f’kundizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni.

(7)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi approċċ ta’ reġjonalizzazzjoni, li jenħtieġ li japplika flimkien mal-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u jenħtieġ li jelenka ż-żoni ristretti tal-Istati Membri kkonċernati minn tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer jew li jinsabu f’riskju minħabba l-prossimità tagħhom għal tali tifqigħat. Dawk iż-żoni ristretti jenħtieġ li jkunu differenzjati skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-livell ta’ riskju u kklassifikati bħala żoni ristretti I, II u III, b’żona ristretta III li telenka ż-żoni bl-ogħla livell ta’ riskju għat-tixrid ta’ dik il-marda u s-sitwazzjoni tal-marda l-aktar dinamika f’annimali porċini miżmuma. Dawn jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament filwaqt li titqies l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-marda, il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tar-reġjonalizzazzjoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-linji gwida tal-Unjoni miftiehma mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (6), il-livell ta’ riskju għat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat u fiż-żoni ġirien, fejn rilevanti.

(8)

Kull emenda taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet simili li kienu ntużaw għall-elenkar, u jenħtieġ li tqis l-istandards internazzjonali, bħall-Kapitolu 15.1 “Infezzjoni bil-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer” tal-Kodiċi tal-OIE, bħall-indikazzjoni tan-nuqqas tal-marda għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar fiż-żona jew f’pajjiż. F’ċerti sitwazzjonijiet, filwaqt li titqies il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u l-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tar-reġjonalizzazzjoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-linji gwida disponibbli fil-livell tal-Unjoni, dak il-perjodu jenħtieġ li jitnaqqas għal tliet xhur.

(9)

Fir-rigward tar-riskji tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini u ta’ komoditajiet differenti ta’ porċini joħolqu livelli differenti ta’ riskju. Bħala regola ġenerali, il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw mill-porċini minn żoni ristretti joħolqu livell ogħla ta’ riskju f’termini ta’ esponiment u konsegwenzi, mill-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inkluż b’mod partikolari l-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, kif indikat fl-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar id-Deni Afrikan tal-Ħnieżer, adottata fil-11 ta’ Marzu 2010 (7). Għalhekk, il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma, u ta’ diversi prodotti li joriġinaw mill-porċini miż-żoni ristretti II u III elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu pprojbiti b’mod proporzjonat għar-riskju involut u filwaqt li jitqiesu r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2154 (8).

(10)

Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 (9) jissupplimentaw ir-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali, tar-reġistri tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali li jridu jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti, tal-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi, tar-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali, u tar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u tan-notifika għal movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ mard trażmissibbli tal-annimali fl-Unjoni minn dawk il-prodotti. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirreferi għar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tal-informazzjoni li jeħtieġ li tinżamm mill-awtorità kompetenti tal-istabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali għall-annimali porċini.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (10) jistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa tal-annimali li jirriżultaw minn dawk il-prodotti sekondarji. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (11) jistabbilixxi ċerti regoli tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi r-regoli dwar ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawk il-prodotti sekondarji fl-Unjoni. Dawn l-atti legali ma jkoprux id-dettalji u l-aspetti speċifiċi kollha fir-rigward tar-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer permezz ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III u prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini selvaġġi miż-żoni ristretti I, II u III. Għalhekk huwa xieraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard relatati mal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-movimenti tagħhom miż-żoni ristretti I, II u III.

(12)

Sabiex jitqiesu l-livelli differenti ta’ riskju skont it-tip ta’ komoditajiet porċini u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istati Membri u ż-żoni ristretti kkonċernati mit-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi ċerti projbizzjonijiet fuq movimenti ta’ tipi differenti ta’ komoditajiet porċini miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn għall-kummerċ, ċerti derogi minn dawk il-projbizzjonijiet u kundizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk id-derogi jenħtieġ li jqisu wkoll ir-regoli ġenerali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali diġà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 u fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u l-prinċipji tal-Kodiċi tal-OIE fir-rigward tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

(13)

Il-movimenti ta’ annimali miżmuma għal qatla immedjata ġeneralment joħolqu riskju aktar baxx għat-tixrid ta’ mard tal-annimali minn tipi oħrajn ta’ movimenti ta’ annimali miżmuma sakemm ikun hemm fis-seħħ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew, b’mod eċċezzjonali, jagħtu derogi minn ċerti projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għal movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma, miż-żoni ristretti II u III, għal qtil immedjat f’biċċerija li tkun tinsab barra miż-żoni ristretti I, II u III fl-istess Stat Membru. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi kundizzjonijiet speċifiċi għal dawk id-derogi biex jiġi żgurat li l-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma miż-żoni ristretti I, II u III ma joħolqux riskju għat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

(14)

Id-derogi għall-movimenti ta’ ċerti annimali porċini miżmuma minn żona ristretta II għal żoni ristretti oħrajn II jew III ta’ Stat Membru ieħor huma ġġustifikati sakemm jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiċi. Dan jeħtieġ l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ passaġġ sikur taħt il-kontroll strett tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ, tal-passaġġ u tad-destinazzjoni.

(15)

L-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom jakkumpanjaw il-movimenti tal-annimali, inklużi l-annimali porċini miżmuma. Meta jiġu applikati derogi mill-projbizzjoni fuq il-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma miż-żoni ristretti I, II u III għal kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma maħsuba għal movimenti intra-Unjoni, dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jenħtieġ li jinkludu referenza għal dan ir-Regolament, biex jiġi żgurat li f’dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali tingħata informazzjoni adegwata u preċiża dwar is-saħħa tal-annimali. Jeħtieġ li jiġu mitigati r-riskji li jirriżultaw mill-movimenti ta’ kunsinni, u mill-movimenti għall-użu privat, ta’ laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali li jinkiseb minn annimali porċini selvaġġi, ta’ annimali porċini selvaġġi, li huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem, u ta’ annimali porċini selvaġġi miż-żoni ristretti I, II u III fl-istess Stat Membru kkonċernat u lejn Stati Membri oħra. Ir-riskji għat-tixrid tal-mard jenħtieġ li jitnaqqsu billi l-operaturi jipprojbixxu l-movimenti ta’ dawk il-prodotti u l-movimenti ta’ annimali porċini selvaġġi kif stabbilit fl-Artikolu 101 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 (12) fi ħdan u mill-Istati Membri.

(16)

L-Artikolu 167(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġin mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandhom jakkumpanjaw il-kunsinni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi dawk li joriġinaw mill-porċini, li jitħallew jinġarru minn żona ristretta stabbilita skont l-Artikolu 71(3) ta’ dak ir-Regolament soġġett għal ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard. Fejn dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi derogi minn projbizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali miż-żoni ristretti I, II u III, iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanjawhom jenħtieġ li jinkludu referenza għal dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata informazzjoni adegwata u preċiża dwar is-saħħa skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2154.

(17)

Movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam u prodotti tal-laħam friski jew ipproċessati, inklużi l-ġlud miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I u II jew miżmuma barra miż-żoni ristretti I, II u III u mbiċċra fiż-żoni ristretti I, II u III jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni inqas stretti sabiex jiġu evitati limitazzjonijiet kummerċjali bla bżonn u ta’ piż żejjed. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu awtorizzati movimenti ta’ kunsinni rilevanti fit-territorju tal-istess Stat Membru u lejn Stati Membri oħrajn abbażi tal-marki tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni applikati fi stabbilimenti, sakemm dawk l-istabbilimenti jinħatru skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jaħtru biss stabbilimenti, li fihom l-annimali porċini miżmuma u l-prodotti tagħhom li huma eliġibbli għal movimenti barra miż-żoni ristretti I, II u III jinżammu separati b’mod ċar minn dawk l-annimali u l-prodotti li mhumiex eliġibbli għal tali movimenti awtorizzati. Il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III, u l-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II, jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ dawk il-kunsinni barra miż-żona ristretta II previsti f’dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li jiġu mmarkati b’marki tas-saħħa speċjali skont dan ir-Regolament.

(18)

Barra minn hekk, il-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk, u ta’ prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, minn annimali porċini miżmuma miż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet aktar stretti. F’sitwazzjonijiet speċifiċi, il-laħam frisk minn annimali porċini miżmuma jenħtieġ li jiġi mmarkat skont ir-rekwiżiti għall-immarkar ta’ laħam frisk minn żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jew il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, minn annimali porċini miżmuma jenħtieġ li jiġu mmarkati b’marki speċjali li ma jistgħux jiġu mfixklin mal-marka tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2019/627 (13) jew mal-marka ta’ identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (14).

(19)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li għandhom jittieħdu passi xierqa mill-awtorità kompetenti biex tinforma lill-pubbliku dwar in-natura ta’ kull riskju mill-annimali jew mill-prodotti u l-miżuri meħuda jew ippjanati għall-prevenzjoni jew il-kontroll ta’ dak ir-riskju. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi obbligi ta’ informazzjoni speċjali dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer li jindirizzaw ir-riskji maħluqa mill-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali infettati, prodotti tal-laħam kontaminati u r-rimi illegali ta’ karkassi. Għalhekk huwa estremament importanti li tiġi evitata d-diffużjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer relatat mal-attività tal-bniedem, u li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma u prodotti rilevanti, tinġieb b’mod effettiv għall-attenzjoni tal-vjaġġaturi, inkluż dawk li jivjaġġaw bit-triq jew bil-ferrovija. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi postali jiġbdu l-attenzjoni tal-vjaġġaturi li jivvjaġġaw miż-żoni ristretti I, II u III elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għar-restrizzjonijiet tal-kontroll tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ f’dawk iż-żoni. Tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi adattata għal-livell ta’ riskju għat-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, azzjoni koordinata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati biex jiġi miġġieled ir-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li tiżgura li l-informazzjoni mxerrda permezz ta’ kampanji speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni pubblika tkun xierqa għall-iskop tagħha.

(20)

L-esperjenza miksuba fil-ġlieda kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni turi li ċerti miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u ta’ bijosigurtà msaħħa huma meħtieġa sabiex jipprevjenu, jikkontrollaw u jeqirdu dik il-marda fi stabbilimenti ta’ annimali porċini miżmuma. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkopru stabbilimenti soġġetti għal derogi stabbiliti għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III.

(21)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni li huma bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara t-tmiem tal-perjodu ta’ trażizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. Għalhekk, ir-referenzi għall-Istati Membri f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(22)

Billi r-Regolament (UE) 2016/429 japplika b’effett mill-21 ta’ April 2021, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll minn dik id-data.

(23)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għall-perjodu ta’ mill-inqas seba’ snin filwaqt li titqies l-esperjenza tal-Unjoni fil-ġlieda kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer u s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali ta’ din il-marda fl-Istati Membri kkonċernati. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar:

(a)

miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri (15) li għandhom żoni ristretti I, II jew III elenkati fl-Anness I (l-Istati Membri kkonċernati).

Dawn il-miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard japplikaw għall-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u għall-prodotti miksuba mill-annimali porċini flimkien mal-miżuri li japplikaw fiż-żoni ta’ protezzjoni, fiż-żoni tas-sorveljanza, f’żoni ristretti oħrajn u fiż-żoni infettati stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikoli 21(1) u 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(b)

miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer li għandhom jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri kollha.

2.   Dan ir-Regolament japplika:

(a)

għall-movimenti ta’ kunsinni ta’:

(i)

annimali porċini miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni;

(ii)

prodotti ġerminali, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma msemmija fil-punt (a)(i);

(b)

għall-movimenti ta’:

(i)

kunsinni ta’ annimali porċini selvaġġi fl-Istati Membri kollha;

(ii)

kunsinni u movimenti għall-użu privat minn kaċċaturi ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali miksubin minn ħnieżer selvaġġi fiż-żoni ristretti I, II u III jew ipproċessati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III;

(c)

operaturi tan-negozji tal-ikel li jimmaniġġjaw il-kunsinni msemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

l-Istati Membri kollha fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer.

3.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ikopru dan li ġej:

(a)

Il-Kapitolu II jistabbilixxi regoli speċjali għall-istabbiliment taż-żoni ristretti I, II u III fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-applikazzjoni ta’ miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard fl-Istati Membri kollha;

(b)

Il-Kapitolu III jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard applikabbli għal kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III u għall-prodotti miksuba minnhom fl-Istati Membri kkonċernati;

(c)

Il-Kapitolu IV jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ mitigazzjoni tar-riskju li jikkonċernaw id-deni Afrikan tal-ħnieżer għan-negozji tal-ikel fl-Istati Membri kkonċernati;

(d)

Il-Kapitolu V jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard applikabbli għall-annimali porċini selvaġġi fl-Istati Membri;

(e)

Il-Kapitolu VI jistabbilixxi obbligi speċjali ta’ informazzjoni u taħriġ fl-Istati Membri;

(f)

Il-Kapitolu VII jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“annimal porċin” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-familja Suidae elenkata fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;

(b)

“prodotti ġerminali” tfisser semen, ooċiti u embrijuni porċini miksuba minn annimali porċini miżmuma għar-riproduzzjoni artifiċjali;

(c)

“żona ristretta I” tfisser żona ta’ Stat Membru elenkata fil-Parti I tal-Anness I b’delimitazzjoni ġeografika preċiża soġġetta għal miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard u fil-fruntiera taż-żoni ristretti II jew III;

(d)

“żona ristretta II” tfisser żona ta’ Stat Membru elenkata fil-Parti II tal-Anness I b’delimitazzjoni ġeografika preċiża soġġetta għal miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard;

(e)

“żona ristretta III” tfisser żona ta’ Stat Membru elenkata fil-Parti III tal-Anness I b’delimitazzjoni ġeografika preċiża soġġetta għal miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard;

(f)

“Stat Membru li qabel kien ħieles mill-mard” tfisser Stat Membru, fejn id-deni Afrikan tal-ħnieżer ma ġiex ikkonfermat f’annimali porċini miżmuma matul il-perjodu preċedenti ta’ tnax-il xahar;

(g)

“materjali tal-Kategorija 2” tfisser prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 miksuba minn annimali porċini miżmuma;

(h)

“materjali tal-Kategorija 3” tfisser prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 miksuba minn annimali porċini miżmuma.

KAPITOLU II

REGOLI SPEĊJALI GĦALL-ISTABBILIMENT TAŻ-ŻONI RISTRETTI I, II U III FIL-KAŻ TA’ TIFQIGĦA TAD-DENI AFRIKAN TAL-ĦNIEŻER U L-APPLIKAZZJONI TA’ MIŻURI SPEĊJALI TA’ KONTROLL TAL-MARD FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

Artikolu 3

Regoli speċjali għall-istabbiliment ta’ żoni ristretti u infettati fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer

Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma jew selvaġġi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi jew:

(a)

f’każ ta’ tifqigħa f’annimali porċini miżmuma, żona ristretta skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; jew

(b)

f’każ ta’ tifqigħa f’annimali porċini selvaġġi, żona infettata skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 4

Regoli speċjali għall-istabbiliment ta’ żona ristretta addizzjonali fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma jew selvaġġi

1.   Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma jew selvaġġi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tistabbilixxi, abbażi tal-kriterji u l-prinċipji għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ristretti stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, żona ristretta addizzjonali li tmiss maż-żona ristretta stabbilita jew maż-żona infettata msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u li tiddemarka dawk iż-żoni minn żoni mhux ristretti.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li ż-żona ristretta addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 tikkorrispondi maż-żona ristretta I elenkata fil-Parti I tal-Anness I skont l-Artikolu 5.

Artikolu 5

Regoli speċjali għall-elenkar taż-żoni ristretti I fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma jew selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru li għandu fruntiera ma’ żona fejn ma tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment l-ebda tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer

1.   Wara tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma jew selvaġġi f’żona tal-Istat Membru, li tmiss ma’ żona fejn ma tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment l-ebda tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma jew selvaġġi, dik iż-żona fejn ma ġiet ikkonfermata l-ebda tifqigħa għandha tiġi elenkata, jekk jeħtieġ, fil-Parti I tal-Anness I bħala żona ristretta I.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li wara l-elenkar ta’ żona fil-Parti I tal-Anness I bħala żona ristretta I, żona ristretta addizzjonali stabbilita skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 tkun aġġustata mingħajr dewmien biex tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta I rilevanti elenkata fl-Anness I għal dak l-Istat Membru.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi mingħajr dewmien iż-żona ristretta addizzjonali rilevanti skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, jekk iż-żona ristretta I tkun ġiet elenkata fl-Anness I.

Artikolu 6

Regoli speċjali għall-elenkar taż-żoni ristretti II fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru

1.   Wara tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru, dik iż-żona għandha tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta II rilevanti elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru.

Artikolu 7

Regoli speċjali għall-elenkar taż-żoni ristretti III fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fl-Istat Membru

1.   Wara tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’żona ta’ Stat Membru, dik iż-żona għandha tiġi elenkata bħala żona ristretta III fil-Parti III tal-Anness I.

Madankollu, meta tkun ġiet ikkonfermata l-ewwel u l-unika tifqigħa biss tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’żona ta’ Stat Membru li qabel kien ħieles mill-mard, dik iż-żona ma għandhiex tiġi elenkata bħala żona ristretta III fil-Parti III tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li ż-żona ristretta stabbilita skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta III rilevanti elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru.

Artikolu 8

Applikazzjoni ġenerali ta’ miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard fiż-żoni ristretti I, II u III

L-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw il-miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dan ir-Regolament fiż-żoni ristretti I, II u III flimkien mal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 f’:

(a)

żoni ristretti stabbiliti skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b)

żoni infettati stabbiliti skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

KAPITOLU III

MIŻURI SPEĊJALI TA’ KONTROLL TAL-MARD APPLIKABBLI GĦAL KUNSINNI TA’ ANNIMALI PORĊINI MIŻMUMA FIŻ-ŻONI RISTRETTI I, II U III U GĦALL-PRODOTTI MIKSUBA MINNHOM FL-ISTATI MEMBRI KKONĊERNATI

TAQSIMA 1

Applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet speċifiċi fuq kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma u l-prodotti tagħhom fl-Istati Membri kkonċernati

Artikolu 9

Projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tipprojbixxi l-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li l-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta I għal stabbilimenti li jinsabu f’żoni ristretti I, II u III oħrajn jew barra minn dawk iż-żoni sakemm l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat.

Artikolu 10

Projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tipprojbixxi l-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni.

Artikolu 11

Projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tipprojbixxi l-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li l-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti sekondarji tal-annimali miksubin minn annimali porċini miżmuma barra ż-żoni ristretti II u III u maqtula f’biċċeriji li jinsabu fiż-żoni ristretti II u III sakemm ikun hemm separazzjoni ċara ta’ dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali fl-istabbilimenti u matul it-trasport minn prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III.

Artikolu 12

Projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tipprojbixxi l-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li l-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni II u III ristretti, li jkunu għaddew mit-trattament rilevanti skont l-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, fi stabbilimenti maħtura skont l-Artikolu 41(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Projbizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma u l-prodotti tagħhom meqjusin bħala riskju ta’ tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tipprojbixxi, fit-territorju tal-istess Stat Membru, il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma u prodotti miksuba minn annimali porċini miżmuma jekk l-awtorità kompetenti tqis li hemm riskju għat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer lejn, minn jew permezz ta’ dawk l-annimali porċini miżmuma jew prodotti tagħhom.

TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti i, ii u iii barra minn dawk iż-żoni

Artikolu 14

Kundizzjonijiet ġenerali għal derogi minn projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni

1.   B’deroga mill-projbizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 9(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini li jinżammu fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fil-każijiet koperti mill-Artikoli 22, 23, 24, 25, 28 u 29 u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli, u:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687; u

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali li jikkonċernaw:

(i)

movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma miż-żoni ristretti I, II u III stabbiliti fl-Artikolu 15;

(ii)

stabbilimenti għal annimali porċini miżmuma li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III stabbiliti fl-Artikolu 16;

(iii)

il-mezzi tat-trasport użati għat-trasport ta’ annimali porċini miżmuma miż-żoni ristretti I, II u III stabbiliti fl-Artikolu 17.

2.   Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjonijiet previsti fl-Artikoli 22 sa 25 u 28 sa 30, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tivvaluta r-riskji li jirriżultaw minn tali awtorizzazzjonijiet u dik il-valutazzjoni għandha tindika li r-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa negliġibbli.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li l-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali msemmija fl-Artikoli 15 u 16 ma għandhomx japplikaw għal movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma f’biċċeriji li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III sakemm:

(a)

l-annimali porċini miżmuma jridu jinġarru lejn biċċerija oħra minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal ħsara kbira fil-biċċerija;

(b)

il-biċċerija tad-destinazzjoni tinsab jew:

(i)

fiż-żoni ristretti I, II jew III tal-istess Stat Membru; jew

(ii)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħan-nuqqas tal-biċċeriji msemmija fil-punt (b)(i), barra miż-żoni ristretti I, II jew III fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(c)

il-moviment huwa awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali relatati mal-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tawtorizza l-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fil-każijiet koperti mill-Artikoli 22 sa 25 u 28 sa 30 taħt il-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli sakemm:

(a)

l-annimali porċini jkunu nżammu fl-istabbiliment tad-dispaċċ u ma jkunux inħarġu minnu għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-moviment, jew minn twelidhom, jekk ikollhom inqas minn 30 jum, u matul dak il-perjodu ma ġie introdott l-ebda annimal porċin miżmum ieħor miż-żoni ristretti II u III, la:

(i)

f’dak l-istabbiliment; u lanqas

(ii)

fl-unità epidemjoloġika fejn inżammu kompletament separati l-annimali porċini li kienu se jinġarru. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina, wara li twettaq valutazzjoni tar-riskju, il-konfini ta’ tali unità epidemjoloġika li jikkonfermaw li l-istruttura, id-daqs u d-distanza bejn unitajiet epidemjoloġiċi differenti u l-operazzjonijiet li jkunu qed jitwettqu jiżguraw faċilitajiet separati għall-akkomodazzjoni, iż-żamma u l-għalf ta’ annimali porċini miżmuma sabiex il-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer ma jkunx jista’ jinxtered minn unità epidemjoloġika għal oħra;

(b)

sar eżami kliniku fuq l-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment tad-dispaċċ, inklużi dawk l-annimali li se jinġarru jew li se jintużaw għall-ġbir ta’ prodotti ġerminali, b’riżultati favorevoli dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer:

(i)

minn veterinarju uffiċjali;

(ii)

fl-aħħar 24 siegħa ta’ qabel il-ħin tal-moviment tal-kunsinna ta’ annimali porċini jew qabel il-ħin tal-ġbir tal-prodotti ġerminali; u

(iii)

f’konformità mal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mal-punt A.1 tal-Anness I tiegħu.

(c)

jekk ikun meħtieġ, skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti, ikunu saru testijiet għall-identifikazzjoni tal-patoġeni qabel id-data tal-moviment tal-kunsinna mill-istabbiliment tad-dispaċċ jew qabel id-data tal-ġbir tal-prodotti ġerminali:

(i)

wara l-eżami kliniku msemmi fil-punt (b) għall-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, inkluż dawk l-annimali li se jinġarru jew li se jintużaw għall-ġbir ta’ prodotti ġerminali; u

(ii)

skont il-punt A.2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tikseb, fejn rilevanti, riżultati negattivi tat-testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni msemmija fil-punt (1)(c) qabel ma tawtorizza l-moviment tal-kunsinna.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li, fil-każ ta’ movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma minn stabbilimenti ta’ dispaċċ li jinsabu f’żoni ristretti I u II barra minn dawk iż-żoni għal stabbilimenti li jinsabu fl-istess Stat Membru kkonċernat, l-eżami kliniku msemmi fil-paragrafu (1)(b):

(a)

għandu jitwettaq biss għall-annimali li se jinġarru; jew

(b)

ma hemmx għalfejn isir, sakemm:

(i)

l-istabbiliment tad-dispaċċ tkun saritlu żjara minn veterinarju uffiċjali bi frekwenza msemmija fl-Artikolu 16(a)(i) u b’riżultat favorevoli taż-żjarat kollha minn veterinarju uffiċjali matul perjodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar qabel id-data tal-moviment, li tindika li:

ir-rekwiżiti tal-bijosigurtà msemmija fl-Artikolu 16(b) ġew implimentati fl-istabbiliment tad-dispaċċ;

ikun sar eżami kliniku b’riżultati favorevoli dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer minn veterinarju uffiċjali matul dawk iż-żjarat fuq l-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment tad-dispaċċ skont l-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u l-punt A.1 tal-Anness I tiegħu;

(ii)

is-sorveljanza kontinwa msemmija fl-Artikolu 16(c) ilha fis-seħħ fl-istabbiliment tad-dispaċċ għal perjodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar qabel id-data tal-moviment.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali relatati ma’ stabbilimenti ta’ annimali porċini miżmuma li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tawtorizza biss movimenti ta’ annimali porċini miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fil-każijiet koperti mill-Artikoli 22 sa 25 u 28 sa 30 u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli sakemm:

(a)

l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun saritlu żjara minn veterinarju uffiċjali mill-inqas darba wara l-elenkar taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jew waqt l-aħħar tliet xhur qabel il-ġarr tal-annimali, u huwa soġġett għal żjarat regolari minn veterinarji uffiċjali kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 kif ġej:

(i)

fiż-żoni ristretti I u II: mill-inqas darbtejn fis-sena, b’intervall ta’ mill-inqas erba’ xhur bejn dawn iż-żjarat;

(ii)

fiż-żona ristretta III: mill-anqas darba kull tliet xhur.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li twettaq żjarat fl-istabbiliment fiż-żona ristretta III bi frekwenza msemmija fil-paragrafu (a)(i) abbażi ta’ eżitu favorevoli tal-aħħar żjara wara l-elenkar taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew waqt l-aħħar tliet xhur qabel il-ġarr tal-annimali, li jindikaw li r-rekwiżiti ta’ bijosigurtà msemmija fil-paragrafu (b) huma implimentati u s-sorveljanza kontinwa msemmija fil-paragrafu (c) tkun fis-seħħ f’dak l-istabbiliment.

(b)

l-istabbiliment tad-dispaċċ jimplimenta r-rekwiżiti ta’ bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer:

(i)

skont il-miżuri msaħħa ta’ bijosigurtà stabbiliti fl-Anness II; u

(ii)

kif stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat;

(c)

is-sorveljanza kontinwata permezz ta’ ttestjar b’testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer issir fl-istabbiliment tad-dispaċċ:

(i)

f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u l-Anness I tiegħu;

(ii)

b’riżultati negattivi kull ġimgħa fuq mill-inqas l-ewwel żewġ annimali porċini miżmuma mejtin li għandhom aktar minn 60 jum jew, fin-nuqqas ta’ annimali mejtin bħal dawn li għandhom aktar minn 60 jum, fuq kwalunkwe annimal porċin miżmum mejjet wara l-ftim, f’kull unità epidemjoloġika;

(iii)

mill-inqas matul il-perjodu ta’ monitoraġġ għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbilit fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 qabel il-moviment tal-kunsinna mill-istabbiliment tad-dispaċċ.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li d-delimitazzjoni reżistenti għall-bhejjem prevista fil-punt (2)(h) tal-Anness II imsemmi fil-paragrafu (1)(b)(i) ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tkun meħtieġa għal stabbilimenti ta’ annimali porċini miżmuma għal perjodu ta’ tliet xhur wara konferma tal-ewwel tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru sakemm:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun ivvalutat ir-riskji li jirriżultaw minn tali deċiżjoni u dik il-valutazzjoni tindika li r-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa negliġibbli;

(b)

ikun hemm sistema alternattiva fis-seħħ li tiżgura li l-annimali porċini miżmuma fi stabbilimenti jkunu separati minn annimali porċini selvaġġi fi Stati Membri fejn il-popolazzjoni ta’ annimali porċini selvaġġi tkun preżenti;

(c)

l-annimali porċini miżmuma minn dawk l-istabbilimenti ma jiġux imċaqalqa lejn Stati Membri oħra.

Artikolu 17

Kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali relatati mal-mezzi tat-trasport użati għat-trasport ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tawtorizza biss movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni jekk il-mezzi tat-trasport użati għat-trasport ta’ dawk il-kunsinni:

(a)

jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2020/687; u

(b)

jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 taħt il-kontroll jew is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

TAQSIMA 3

obbligi fuq l-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

Artikolu 18

L-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor f’każijiet koperti mill-Artikoli 22 sa 25 u 28 sa 30 jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jkun fih mill-inqas waħda mill-attestazzjonijiet ta’ konformità li ġejjin mar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament:

(a)

“Annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta I f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2021/605.”;

(b)

“Annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”;

(c)

“Annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2021/605.”;

Madankollu, fil-każ ta’ movimenti fl-istess Stat Membru kkonċernat, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ma għandux għalfejn jinħareġ kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 19

L-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miż-żoni ristretti I, II u III

1.   L-operaturi għandhom iġorru biss kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti I u II barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor f’każijiet koperti mill-Artikoli 38 u 39, jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jkun fih:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2154; u

(b)

mill-inqas waħda mill-attestazzjonijiet ta’ konformità li ġejjin mar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament:

(i)

“Laħam frisk u prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta I f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”;

(ii)

“Laħam frisk u prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessati, inkluż ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor sakemm:

(a)

il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali għaddew mit-trattament rilevanti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbilit fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b)

dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jkun fih:

(i)

l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2154; u

(ii)

l-attestazzjoni li ġejja ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament:

“Prodotti tal-laħam ipproċessati, inkluż ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”

3.   L-operaturi għandhom iġorru biss kunsinni ta’ laħam frisk u prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III u mbiċċra f’biċċeriji li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor, jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn:

(a)

ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2154; u

(b)

l-attestazzjoni li ġejja ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament:

“Laħam frisk u prodotti tal-laħam, inklużi ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III u mbiċċra fiż-żoni ristretti I, II u III f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”

4.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessati, inkluż ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III u pproċessati f’żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor sakemm:

(a)

il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali għaddew mit-trattament rilevanti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbilit fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b)

dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jkun fih:

(i)

l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2154; u

(ii)

l-attestazzjoni li ġejja ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament:

“Prodotti tal-laħam ipproċessati, inkluż ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III u pproċessati f’żoni ristretti I, II u III f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”

5.   Fil-każijiet ta’ movimenti ta’ kunsinni msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 fl-istess Stat Membru kkonċernat, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ma għandux għalfejn jinħareġ kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429.

6.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li marka tas-saħħa jew, fejn rilevanti, marka ta’ identifikazzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 applikata fuq il-laħam frisk jew ipproċessat, fuq il-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, fi stabbilimenti maħtura skont l-Artikolu 41(1) ta’ dan ir-Regolament jew fi stabbilimenti li jittrattaw il-laħam frisk jew ipproċessat, il-prodotti tal-laħam, inkuż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta I jew f’żoni barra ż-żoni ristretti I, II u III, tista’ tissostitwixxi ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-kunsinni li ġejjin:

(a)

ta’ laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti I u II barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor, kif stabbilit fil-paragrafu 1;

(b)

ta’ prodotti tal-laħam ipproċessati, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti I u II barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor, kif stabbilit fil-paragrafu 2;

(c)

ta’ laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III u mbiċċra f’biċċeriji li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor, kif stabbilit fil-paragrafu 3;

(d)

il-prodotti tal-laħam ipproċessati, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III u pproċessati f’żoni ristretti I, II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor, kif stabbilit fil-paragrafu 4.

Artikolu 20

L-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ristretti II u III barra dawk iż-żoni

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor f’każijiet koperti mill-Artikoli 31 u 32, jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 161(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jkun fih mill-inqas waħda mill-attestazzjonijiet ta’ konformità li ġejjin mar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament:

(a)

“Prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”;

(b)

“Prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”.

Madankollu, fil-każ ta’ movimenti fl-istess Stat Membru kkonċernat, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ma għandux għalfejn jinħareġ kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 161(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 21

L-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ’l barra miż żoni ristretti II u III ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategoriji 2 u 3 miksuba minn annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni

L-operaturi għandhom iġorru biss kunsinni ta’ materjali tal-Kategoriji 2 u 3 miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru kkonċernat jew lejn Stat Membru ieħor f’każijiet koperti mill-Artikoli 33 sa 37, jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn:

(a)

id-dokument kummerċjali msemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; u

(b)

ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

Madankollu, fil-każ ta’ movimenti fl-istess Stat Membru kkonċernat, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ma għandux jinħareġ kif imsemmi fl-Artikolu 22(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Taqsima 4

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta I barra minn dik iż-żona

Artikolu 22

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta I barra minn dik iż-żona

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 9(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta I barra dik iż-żona għal:

(a)

stabbiliment li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat:

(i)

f’żona ristretta I oħra;

(ii)

fiż-żoni ristretti II u III;

(iii)

barra miż-żoni ristretti I, II u III;

(b)

stabbiliment li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

(c)

pajjiżi terzi.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 soġġetti għall-konformità ma’:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2) u fl-Artikoli 15(1)(b)(c), (2) u (3), u fl-Artikoli 16 u 17.

TAQSIMA 5

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona

Artikolu 23

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona ġewwa t-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 9, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona għal stabbiliment li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat:

(a)

f’żona ristretta II oħra;

(b)

fiż-żoni ristretti I u III;

(c)

barra miż-żoni ristretti I, II u III.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 soġġetti għall-konformità ma’:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 15, 16 u 17.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li l-annimali porċini soġġetti għal moviment awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 1 jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni għal mill-inqas il-perjodu ta’ monitoraġġ għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbilit fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 24

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona lejn biċċerija li tinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat għall-iskop ta’ tbiċċir immedjat

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 9, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona lejn biċċerija li tinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat, sakemm:

(a)

l-annimali porċini miżmuma jinġarru għall-finijiet ta’ qatla immedjata;

(b)

il-biċċerija tad-destinazzjoni hija maħtura skont l-Artikolu 41(1).

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 soġġetti għall-konformità ma’:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2), l-Artikolu 15(1)(b)(c), (2) u (3), u l-Artikoli 16 u 17.

Artikolu 25

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona lejn iż-żoni ristretti II jew III fi Stat Membru ieħor

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 9, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona għal stabbiliment li jinsab fiż-żona ristretta II jew III fi Stat Membru ieħor.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 diment li:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 15, 16 u 17 jiġu ssodisfati;

(c)

tkun ġiet stabbilita proċedura ta’ direzzjonar skont l-Artikolu 26;

(d)

l-annimali porċini miżmuma jikkonformaw ma’ kwalunkwe garanzija xierqa addizzjonali oħra relatata mad-deni Afrikan tal-ħnieżer abbażi ta’ riżultat pożittiv ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-miżuri kontra t-tixrid ta’ dik il-marda:

(i)

meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-dispaċċ;

(ii)

approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-passaġġ u tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, qabel il-moviment tal-annimali porċini miżmuma;

(e)

ma ġiet ikkonfermata l-ebda tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 matul perjodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar fl-istabbiliment tad-dispaċċ;

(f)

l-operatur innotifika lill-awtorità kompetenti minn qabel bl-intenzjoni li tiċċaqlaq il-kunsinna ta’ annimali porċini miżmuma skont il-punt (b) tal-Artikolu 152 tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-Artikolu 96 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688.

3.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandha:

(a)

tfassal lista ta’ stabbilimenti li jikkonformaw mal-garanziji msemmija fil-paragrafu 2(d);

(b)

tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-garanziji previsti fil-paragrafu (2)(d) u dwar l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-paragrafu 2(d)(ii).

4.   L-approvazzjoni prevista fil-paragrafu 2(d)(ii) u l-obbligu ta’ informazzjoni immedjata previst fil-paragrafu 3(b) ma għandhomx ikunu meħtieġa meta l-istabbiliment tad-dispaċċ, il-postijiet ta’ passaġġ u l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkunu kollha jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III u dawk iż-żoni jkunu kontinwi, li b’hekk jiġi żgurat li l-annimali porċini miżmuma jitmexxew biss minn kwalunkwe waħda minn dawk iż-żoni ristretti I, II u III skont il-kundizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 26

Proċedura speċifika ta’ direzzjonar għall-għoti ta’ derogi għal movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona għal żoni ristretti II jew III fi Stat Membru ieħor

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tistabbilixxi proċedura ta’ kanalar kif previst fl-Artikolu 25(2)(c) għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona għal stabbiliment li jinsab fiż-żoni ristretti II jew III fi Stat Membru ieħor taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti ta’:

(a)

l-istabbiliment tad-dispaċċ;

(b)

passaġġ;

(c)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandha:

(a)

tiżgura li kull mezz ta’ trasport użat għall-movimenti msemmija fil-paragrafu 1 ikun:

(i)

individwalment akkumpanjat minn sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita biex tiddetermina, tittrażmetti u tirreġistra l-post tal-ħin reali tagħha;

(ii)

issiġillat minn veterinarju uffiċjali immedjatament wara t-tagħbija tal-kunsinna ta’ annimali porċini miżmuma; veterinarju uffiċjali jew awtorità tal-infurzar biss tal-Istat Membru kkonċernat, kif miftiehem mal-awtorità kompetenti, jistgħu jkissru s-siġill u jissostitwixxuh b’wieħed ġdid, fejn rilevanti.

(b)

tinforma minn qabel lill-awtorità kompetenti dwar il-post tal-istabbiliment tad-destinazzjoni u, fejn rilevanti, lill-awtorità kompetenti tal-post tal-passaġġ, bl-intenzjoni li tintbagħat il-kunsinna ta’ annimali porċini miżmuma;

(c)

tistabbilixxi sistema li permezz tagħha l-operaturi jkunu meħtieġa jinnotifikaw minnufih lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tad-dispaċċ dwar kwalunkwe aċċident jew ħsara ta’ kwalunkwe mezz ta’ trasport użat fit-trasport tal-kunsinna ta’ annimali porċini miżmuma;

(d)

tiżgura l-istabbiliment ta’ pjan ta’ emerġenza, il-katina ta’ kmand u l-arranġamenti meħtieġa għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) fil-każ ta’ aċċidenti possibbli matul it-trasport, kwalunkwe ħsara kbira jew kwalunkwe azzjoni frodulenti mill-operaturi.

Artikolu 27

Obbligi fuq l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tal-post tal-istabbiliment tad-destinazzjonijiet għall-kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II ta’ Stat Membru ieħor

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tal-post tal-istabbiliment ta’ destinazzjonijiet għall-kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II ta’ Stat Membru ieħor għandha:

(a)

tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti dwar l-istabbiliment tad-dispaċċ tal-wasla tal-kunsinna;

(b)

tiżgura li l-annimali porċini miżmuma jew:

(i)

jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni għal mill-inqas il-perjodu ta’ monitoraġġ għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbilit fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687; jew

(ii)

jinġarru direttament lejn biċċerija maħtura skont l-Artikolu 41(1) ta’ dan ir-Regolament.

TAQSIMA 6

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III barra dik iż-żona

Artikolu 28

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III barra dik iż-żona għal żona ristretta II fl-istess Stat Membru kkonċernat

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 9, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn bħala riżultat ta’ dik il-projbizzjoni jinqalgħu problemi ta’ trattament xieraq tal-annimali fi stabbiliment fejn jinżammu l-annimali porċini, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III barra dik iż-żona għal stabbiliment li jinsab fiż-żona ristretta II fit-territorju tal-istess Stat Membru sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2), l-Artikoli 15, 16 u 17 jiġu ssodisfati;

(c)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni jappartjeni għall-istess katina ta’ provvista u l-annimali porċini miżmuma se jinġarru biex jitlesta ċ-ċiklu tal-produzzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li l-annimali porċini miżmuma ma jiġux imċaqalqa mill-istabbiliment tad-destinazzjoni li jinsab fiż-żona ristretta II matul mill-inqas il-perjodu ta’ monitoraġġ għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbilit fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 29

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III barra dik iż-żona għal tbiċċir immedjat fl-istess Stat Membru kkonċernat

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 9, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn bħala riżultat tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) jinqalgħu problemi ta’ trattament xieraq tal-annimali fi stabbiliment fejn jinżammu l-annimali porċini, u fil-każ ta’ limitazzjonijiet loġistiċi fil-kapaċità tat-tbiċċir tal-biċċeriji li jinsabu fiż-żona ristretta III u maħtura skont l-Artikolu 41(1) jew fin-nuqqas tal-biċċerija maħtura fiż-żona ristretta III, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza għall-iskop ta’ movimenti immedjati ta’ tbiċċir ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III barra dik iż-żona għal biċċerija maħtura skont l-Artikolu 41(1) fl-istess Stat Membru kemm jista’ jkun qrib l-istabbiliment ta’ dispaċċ li jinsab:

(a)

f’żona ristretta II;

(b)

f’żona ristretta I, fejn ma jkunx possibbli li jinqatlu l-annimali fiż-żona ristretta II;

(c)

barra miż-żoni ristretti I, II u III, fejn ma jkunx possibbli li jinqatlu l-annimali fiż-żoni ristretti III, II u I.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti biss awtorizzazzjoni prevista fil-paragrafu 1 sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 15(1)(b)(c) u (2), 16 u 17 huma ssodisfati;

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li:

(a)

l-annimali porċini miżmuma jkunu maħsuba għal tbiċċir immedjat direttament lejn biċċerija maħtura skont l-Artikolu 41(1);

(b)

mal-wasla fil-biċċerija maħtura, l-annimali porċini miż-żona ristretta III jinżammu separatament minn annimali porċini oħrajn u jitbiċċru jew;

(i)

f’jum speċifiku meta jitbiċċru biss annimali porċini miż-żona ristretta III; jew

(ii)

fl-aħħar ta’ jum ta’ tbiċċir u b’hekk jiġi żgurat li annimali porċini miżmuma oħrajn ma jitbiċċrux wara;

(c)

wara t-tbiċċir tal-annimali porċini miż-żona ristretta III, u qabel ma jibda t-tbiċċir ta’ annimali porċini miżmuma oħrajn, il-biċċerija trid tiġi mnaddfa u diżinfettata skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li:

(a)

il-prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III u li jinġarru barra minn dik iż-żona jiġu pproċessati jew jintremew f’konformità mal-Artikoli 33 u 36;

(b)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III u li jinġarru barra miż-żona ristretta III jiġu pproċessati u maħżuna f’konformità mal-Artikolu 40.

TAQSIMA 7

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw movimenti ta’ annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti i, ii u iii barra minn dawk iż-żoni għal impjant approvat ta’ prodotti sekondarji tal-annimali

Artikolu 30

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III għal impjant approvat ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jinsab barra miż-żoni ristretti I, II u III li jinsab fl-istess Stat Membru kkonċernat

1.   B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 9, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III għal impjant approvat ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jinsab barra miż-żoni ristretti I, II u III li jinsabu fl-istess Stat Membru kkonċernat li fih:

(a)

l-annimali porċini miżmuma jinqatlu minnufih; u

(b)

il-prodotti sekondarji tal-annimali li jirriżultaw jintremew f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti biss awtorizzazzjoni prevista fil-paragrafu 1 sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 14(2) u 17 huma ssodisfati.

TAQSIMA 8

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona

Artikolu 31

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II minn dik iż-żona fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat

B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 10, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali minn stabbiliment ta’ prodotti ġerminali li jinsab fiż-żona ristretta II għal żona ristretta II oħra u għaż-żoni ristretti I u III jew għal żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III fit-territorju tal-istess Stat Membru sakemm:

(a)

il-prodotti ġerminali nġabru jew ġew prodotti, ipproċessati u maħżuna fi stabbilimenti u nkisbu minn annimali porċini miżmuma li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1)(b)(c) u (2) u l-Artikolu 16;

(b)

l-irġiel donaturi u n-nisa donaturi tal-annimali porċini nżammu fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali fejn ma ġie introdott l-ebda annimal porċin miżmum ieħor miż-żoni ristretti II u III matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ prodotti ġerminali.

Artikolu 32

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II minn dik iż-żona għaż-żoni ristretti II u III fi Stat Membru ieħor

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 10, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II minn stabbiliment approvat tal-prodotti ġerminali li jinsab fiż-żona ristretta II għaż-żoni ristretti II u III fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor ikkonċernat sakemm:

(a)

il-prodotti ġerminali jkunu nġabru jew ġew prodotti, ipproċessati u maħżuna fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1)(b)(c) u (2) u fl-Artikolu 16;

(b)

l-irġiel donaturi u n-nisa donaturi tal-annimali porċini nżammu fi stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali fejn ma ġie introdott fihom l-ebda annimal porċin miżmum ieħor miż-żoni ristretti II u III matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tal-prodotti ġerminali;

(c)

il-kunsinni ta’ prodotti ġerminali jikkonformaw ma’ kwalunkwe garanzija xierqa oħra għas-saħħa tal-annimali bbażata fuq eżitu pożittiv ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer:

(i)

meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-istabbiliment tad-dispaċċ;

(ii)

approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, qabel il-moviment tal-prodotti ġerminali.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha:

(a)

tfassal lista ta’ stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u li huma awtorizzati għall-movimenti ta’ prodotti ġerminali miż-żona ristretta II f’dak l-Istat Membru kkonċernat lejn żoni ristretti II u III fi Stat Membru kkonċernat ieħor; dik il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa li għandha tinżamm mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali għall-annimali porċini kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686;

(b)

tagħmel il-lista prevista fil-punt (a) disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha u żżommha aġġornata;

(c)

tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-ħolqa għas-sit web imsemmi fil-paragrafu (b).

TAQSIMA 9

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II U III barra minn dawk iż-żoni

Artikolu 33

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II U III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru għall-fini ta’ pproċessar jew rimi

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni għal impjant jew stabbiliment approvat mill-awtorità kompetenti għall-fini ta’ pproċessar, rimi bħala skart permezz ta’ inċinerazzjoni jew rimi jew irkupru permezz ta’ koinċinerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 24(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jinsabu barra miż-żoni ristretti II jew III li jinsabu fl-istess Stat Membru sakemm il-mezzi tat-trasport ikunu mgħammra individwalment b’sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita biex jiddeterminaw, jittrażmettu u jirreġistraw il-post tal-ħin reali tagħhom.

2.   L-operatur tat-trasport responsabbli għall-movimenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandu:

(a)

jippermetti lill-awtorità kompetenti tikkontrolla permezz ta’ sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita l-moviment f’ħin reali tal-mezzi tat-trasport;

(b)

iżomm ir-rekords elettroniċi ta’ dak il-moviment għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn mid-data tal-moviment.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li s-sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sostitwita b’siġill individwali tal-mezzi tat-trasport diment li:

(a)

il-kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III jitmexxew biss fl-istess Stat Membru għall-użi msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

kull mezz ta’ trasport ikun issiġillat minn veterinarju uffiċjali immedjatament wara t-tagħbija tal-kunsinna ta’ prodotti sekondarji tal-annimali; veterinarju uffiċjali jew awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru biss, kif miftiehem mal-awtorità kompetenti, jistgħu jkissru s-siġill u jissostitwixxuh b’wieħed ġdid, fejn rilevanti.

Artikolu 34

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ demel miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ demel, inkluż skart u friex użat, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III għal miżbla li tinsab barra dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

2.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ demel, inkluż skart u friex użat, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II għall-ipproċessar jew ir-rimi skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’impjant approvat għal dawk l-għanijiet fit-territorju tal-istess Stat Membru.

3.   L-operatur tat-trasport responsabbli għall-movimenti tal-kunsinni tad-demel, inkluż l-iskart u l-friex użat, imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu:

(a)

jippermetti lill-awtorità kompetenti tikkontrolla permezz ta’ sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita l-moviment f’ħin reali tal-mezzi tat-trasport;

(b)

iżomm ir-rekords elettroniċi ta’ dak il-moviment għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn mid-data tal-moviment.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li s-sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita msemmija fil-paragrafu 3(a) għandha tiġi sostitwita b’siġill individwali tal-mezzi tat-trasport sakemm kull mezz tat-trasport ikun issiġillat minn veterinarju uffiċjali immedjatament wara t-tagħbija tal-kunsinna tad-demel, inkluż l-iskart u l-friex użat, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Veterinarju uffiċjali jew awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru biss, kif miftiehem mal-awtorità kompetenti, jistgħu jkissru s-siġill u jissostitwixxuh b’wieħed ġdid, fejn rilevanti.

Artikolu 35

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 3 miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti II barra minn dawk iż-żoni fl-istess Stat Membru għall-fini tal-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 24(1)(a), (e) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 3 miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona għal impjant jew stabbiliment approvat mill-awtorità kompetenti għall-fini ta’ pproċessar ulterjuri f’għalf ipproċessat, għall-manifattura ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi, prodotti derivati maħsuba għal użi barra mill-katina tal-għalf, jew trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’bijogass jew kompost kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a), (e) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li jinsabu barra miż-żona ristretta II li tinsab fl-istess Stati Membri sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 14(2) huma ssodisfati;

(c)

il-materjali tal-Kategorija 3 joriġinaw minn annimali porċini miżmuma u minn stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 15(1)(b)(c), (2) u (3) u fl-Artikolu 16;

(d)

il-materjali tal-Kategorija 3 jinkisbu minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II u jinqatlu jew:

(i)

fiż-żona ristretta II tal-:

istess Stat Membru kkonċernat; jew

Stat Membru kkonċernat ieħor skont l-Artikolu 25;

jew

(ii)

barra miż-żona ristretta II li tinsab fl-istess Stat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 24;

(e)

il-mezz tat-trasport huwa mgħammar individwalment b’sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita biex jiddetermina, jittrażmetti u jirreġistra l-post f’ħin reali tiegħu;

(f)

il-kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 3 jinġarru mill-biċċerija ddeżinjata skont l-Artikolu 41(1) direttament lejn:

(i)

impjant tal-ipproċessar għall-ipproċessar ta’ prodotti derivati msemmija fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(ii)

impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi approvat għall-produzzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi pproċessat imsemmi fil-punt 3(a) u (b)(i) sa (iii) tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(iii)

impjant tal-bijogass jew tal-kompost approvat għat-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’kompost jew f’bijogass skont il-parametri ta’ trasformazzjoni standard imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; jew

(iv)

impjant tal-ipproċessar għall-ipproċessar ta’ prodotti derivati msemmija fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

2.   L-operatur tat-trasport responsabbli għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 3 għandu:

(a)

jippermetti lill-awtorità kompetenti tikkontrolla permezz ta’ sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita l-moviment f’ħin reali tal-mezzi tat-trasport;

(b)

iżomm ir-rekords elettroniċi ta’ dak il-moviment għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn mid-data tal-moviment.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li s-sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita msemmija fil-paragrafu 1(e) għandha tiġi sostitwita b’siġill individwali tal-mezzi tat-trasport sakemm:

(a)

il-materjali tal-Kategorija 3 huma:

(i)

miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II;

(ii)

jinġarru biss fi ħdan l-istess Stat Membru għall-użi msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

kull mezz ta’ trasport ikun issiġillat minn veterinarju uffiċjali immedjatament wara t-tagħbija tal-kunsinna ta’ materjali tal-Kategorija 3; veterinarju uffiċjali jew awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru biss, kif miftiehem mal-awtorità kompetenti, jistgħu jkissru s-siġill u jissostitwixxuh b’wieħed ġdid, fejn rilevanti.

Artikolu 36

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni tal-Kategorija 2 materjali miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti II u III barra minn dawk iż-żoni għall-fini tal-ipproċessar u r-rimi fi Stati Membri oħra

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ta’ materjali tal-Kategorija 2 miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III għal impjant tal-ipproċessar li għandhom jiġu pproċessati bil-metodi 1 sa 5, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jew għal impjant ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jinsab fi Stati Membri oħra, sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 14(2) huma ssodisfati;

(c)

il-mezz tat-trasport huwa mgħammar individwalment b’sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita biex jiddetermina, jittrażmetti u jirreġistra l-post f’ħin reali tiegħu;

2.   L-operatur tat-trasport responsabbli għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 2 għandu:

(a)

jippermetti lill-awtorità kompetenti tikkontrolla permezz ta’ sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita l-moviment f’ħin reali tal-mezzi tat-trasport; u

(b)

iżomm ir-rekords elettroniċi ta’ dak il-moviment għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn mid-data tal-moviment.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni tal-kunsinna ta’ materjali tal-Kategorija 2 għandhom jiżguraw il-kontrolli ta’ dik il-kunsinna skont l-Artikolu 48(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 37

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 3 miksuba minn annimali porċini miżmuma f’żona ristretta II barra minn dik iż-żona għal aktar ipproċessar jew trasformazzjoni fi Stati Membri oħrajn

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 3 miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II barra dik iż-żona għal impjant jew stabbiliment approvat mill-awtorità kompetenti għall-ipproċessar ta’ materjali tal-Kategorija 3 f’għalf ipproċessat, ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi, prodotti derivati maħsuba għal użi barra mill-katina tal-għalf, jew it-trasformazzjoni ta’ materjali tal-Kategorija 3 f’bijogass jew kompost kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a), (e) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2) huma ssodisfati;

(c)

il-materjali tal-Kategorija 3 joriġinaw minn annimali porċini miżmuma u stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 15(1)(b)(c), (2) u (3), u l-Artikolu 16;

(d)

il-materjali tal-Kategorija 3 jinkisbu minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II u jinqatlu jew:

(i)

fiż-żona ristretta II tal-:

istess Stat Membru kkonċernat; jew

Stat Membru kkonċernat ieħor skont l-Artikolu 25;

jew

(ii)

barra miż-żona ristretta II li tinsab fl-istess Stat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 24;

(e)

il-mezz tat-trasport huwa mgħammar individwalment b’sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita biex jiddetermina, jittrażmetti u jirreġistra l-post f’ħin reali tiegħu;

(f)

il-prodotti sekondarji tal-annimali jinġarru direttament mill-biċċerija maħtura skont l-Artikolu 41(1) għal:

(i)

impjant tal-ipproċessar għall-ipproċessar ta’ prodotti derivati msemmija fl-Annessi X u XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(ii)

impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi approvat għall-produzzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi pproċessat imsemmi fil-punt 3(b)(i)(ii) u (iii) tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(iii)

impjant tal-bijogass jew tal-kompost approvat għat-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’kompost jew f’bijogass skont il-parametri ta’ trasformazzjoni standard imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

2.   L-operatur tat-trasport responsabbli għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ materjali tal-Kategorija 3 għandu:

(a)

jippermetti lill-awtorità kompetenti tikkontrolla permezz ta’ sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita l-moviment f’ħin reali tal-mezzi tat-trasport; u

(b)

iżomm ir-rekords elettroniċi tal-moviment għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn mid-data tal-moviment.

TAQSIMA 10

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III ’il barra minn dawk iż-żoni

Artikolu 38

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II ’il barra minn dik iż-żona fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat

1.   B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II ’il barra minn dik iż-żona fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat, sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, jinkisbu minn annimali porċini miżmuma fi stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(1)(b)(c) (2) u (3), u fl-Artikolu 16;

(c)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, ġew prodotti fi stabbilimenti maħtura skont l-Artikolu 41(1).

2.   B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II ’il barra minn dik iż-żona fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat, sakemm:

(a)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, ikunu ġew prodotti fi stabbilimenti maħtura skont l-Artikolu 41(1);

(b)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, jew

(i)

fil-każ ta’ laħam frisk biss, huma mmarkati u mċaqalqa skont il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti ta’ laħam frisk miksub minn annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn ċerti stabbilimenti stabbiliti fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 lejn stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddi minn wieħed mit-trattamenti rilevanti għall-mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness VII tiegħu;

jew

(ii)

ġew immarkati skont l-Artikolu 44 b’marka tas-saħħa speċjali jew, fejn rilevanti, marka ta’ identifikazzjoni li mhijiex ovali u li ma tistax tiġi konfuża mal-marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

(iii)

huma maħsuba biss għall-moviment fl-istess Stat Membru kkonċernat.

Artikolu 39

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II ’il barra minn dik iż-żona lejn Stati Membri oħrajn u lejn pajjiżi terzi

B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II ’il barra minn dik iż-żona lejn Stati Membri oħrajn u lejn pajjiżi terzi, sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2) huma ssodisfati;

(c)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, jinkisbu minn annimali porċini miżmuma fi stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16;

(d)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, ġew prodotti fi stabbilimenti maħtura skont l-Artikolu 41(1).

Artikolu 40

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III lejn żoni ristretti I, II u III oħrajn jew lejn żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III fit-territorju tal-istess Stat Membru

B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti ta’ kunsinni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III lejn żoni ristretti I, II u III oħrajn jew lejn żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III fit-territorju tal-istess Stat Membru, sakemm:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma ssodisfati;

(b)

il-kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 14(2) huma ssodisfati;

(c)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, jinkisbu minn annimali porċini:

(i)

miżmuma fi stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16; u

(ii)

imbiċċra:

fl-istess żona ristretta III; jew

barra miż-żona ristretta III, wara l-moviment awtorizzat skont l-Artikolu 29;

(d)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, ikunu ġew prodotti fi stabbilimenti maħtura skont l-Artikolu 41(1); u jew

(i)

fil-każ ta’ laħam frisk biss, huma mmarkati u mċaqalqa skont il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti ta’ laħam frisk miksub minn annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn ċerti stabbilimenti stabbiliti fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 lejn stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddi minn wieħed mit-trattamenti rilevanti għall-mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness VII tiegħu;

jew

(ii)

ġew immarkati skont l-Artikolu 44 b’marka tas-saħħa speċjali jew, fejn rilevanti, marka ta’ identifikazzjoni li mhijiex ovali u li ma tistax tiġi konfuża mal-marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

(iii)

huma maħsuba biss għall-moviment fl-istess Stat Membru kkonċernat.

KAPITOLU IV

MIŻURI SPEĊJALI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU LI JIKKONĊERNAW ID-DENI AFRIKAN TAL-ĦNIEŻER GĦAN-NEGOZJI TAL-IKEL FL-ISTATI MEMBRI KKONĊERNATI

Artikolu 41

Deżinjazzjoni speċjali ta’ biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ, imħażen tal-friża, stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam u stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha, wara applikazzjoni minn operatur ta’ negozju tal-ikel, taħtar stabbilimenti għall-:

(a)

qtil immedjat ta’ annimali porċini miżmuma miż-żoni ristretti II u III:

(i)

f’dawk iż-żoni ristretti II u III;

(ii)

barra minn dawk iż-żoni ristretti II u III, kif imsemmi fl-Artikoli 24 u 29;

(b)

il-qtugħ, l-ipproċessar u l-ħżin tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III kif imsemmi fl-Artikoli 38, 39 u 40;

(c)

it-tħejjija ta’ laħam tal-kaċċa kif imsemmi fil-punt 1(1.18) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-ipproċessar u l-ħżin tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam minn annimali porċini selvaġġi miksuba fiż-żoni ristretti I, II u III kif previst fl-Artikoli 48 u 49 ta’ dan ir-Regolament;

(d)

it-tħejjija ta’ laħam tal-kaċċa kif imsemmi fil-punt 1(1.18) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-ipproċessar u l-ħżin tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam minn annimali porċini selvaġġi, jekk dawk l-istabbilimenti jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III kif previst fl-Artikoli 48 u 49 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li d-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa għal stabbilimenti li jipproċessaw, li jaqtgħu u li jaħżnu l-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inklużi il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III u minn annimali porċini selvaġġi miksuba fiż-żoni ristretti I, II u III, u stabbiliment imsemmi fil-paragrafu 1(d), sakemm:

(a)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, li joriġinaw mill-porċini jiġu mmarkati b’marka tas-saħħa speċjali jew, fejn rilevanti, marka ta’ identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 44 f’dak l-istabbiliment;

(b)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, li joriġinaw mill-porċini minn dawk l-istabbilimenti jkunu maħsuba biss għall-istess Stat Membru kkonċernat;

(c)

prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw mill-porċini minn dawk l-istabbilimenti jiġu pproċessati jew jintremew biss skont l-Artikolu 33 fl-istess Stat Membru.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha:

(a)

jipprovdu lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra b’ħolqa għas-sit web tal-awtorità kompetenti b’lista ta’ stabbilimenti maħtura u l-attivitajiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

iżommu l-lista prevista fil-paragrafu (a) aġġornata.

Artikolu 42

Kundizzjonijiet speċjali għad-deżinjazzjoni ta’ stabbilimenti għat-tbiċċir immedjat ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II u III

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha taħtar biss stabbilimenti għat-tbiċċir immedjat ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III, sakemm:

(a)

it-tbiċċir ta’ annimali porċini miżmuma barra miż-żoni ristretti II u III u ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III li huma soġġetti għal movimenti awtorizzati previsti fl-Artikoli 24 u 29 u l-produzzjoni u l-ħżin ta’ prodotti tagħhom jitwettqu separatament mit-tbiċċir ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III u mill-produzzjoni u l-ħżin ta’ prodotti tagħhom li ma jikkonformawx ma’:

(i)

kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17; u

(ii)

kundizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikoli 24 u 29;

(b)

l-operatur tal-istabbiliment ikollu fis-seħħ struzzjonijiet jew proċeduri dokumentati approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat biex jiżgura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (a) jiġu ssodisfati.

Artikolu 43

Kundizzjonijiet speċjali għad-deżinjazzjoni ta’ stabbilimenti għall-qtugħ, għall-ipproċessar u għall-ħżin tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha taħtar biss stabbilimenti għall-qtugħ, l-ipproċessar u l-ħżin tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III soġġetti għal moviment awtorizzat previst fl-Artikoli 38, 39 u 40, sakemm:

(a)

il-qtugħ, l-ipproċessar u l-ħżin tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma barra miż-żoni ristretti II u III u minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III jitwettqu separatament minn laħam frisk u prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u III li ma jikkonformawx ma’:

(i)

kundizzjonijiet ġenerali addizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17; u

(ii)

kundizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikoli 38, 39 u 40;

(b)

l-operatur tal-istabbiliment ikollu fis-seħħ struzzjonijiet jew proċeduri dokumentati approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat biex jiżgura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (a) jiġu ssodisfati.

Artikolu 44

Marki speċjali tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni

L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tiżgura li l-prodotti li ġejjin, ta’ oriġini mill-annimali jkunu mmarkati b’marka tas-saħħa speċjali jew, fejn rilevanti, marka ta’ identifikazzjoni li mhijiex ovali u li ma tistax tiġi konfuża mal-marka tas-saħħa jew mal-marka ta’ identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta III, kif stabbilit fl-Artikolu 40(d)(ii);

(b)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, inkluż il-ġlud, miksuba minn annimali porċini miżmuma fiż-żona ristretta II, jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ dawk il-kunsinni barra miż-żona ristretta II previsti fl-Artikolu 38(1) ma jiġux issodisfati, kif stabbilit skont l-Artikolu 38(2)(b)(ii):

(c)

il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam minn annimali porċini selvaġġi mċaqalqa fiż-żona ristretta I jew barra dik iż-żona mill-istabbiliment maħtur skont l-Artikolu 41(1), kif stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 49(1)(c)(iii).

KAPITOLU V

MIŻURI SPEĊJALI TA’ KONTROLL TAL-MARD APPLIKABBLI GĦALL-ANNIMALI PORĊINI SELVAĠĠI FL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 45

Projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti ta’ annimali porċini selvaġġi

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandhom jipprojbixxu l-movimenti ta’ annimali porċini selvaġġi minn operaturi kif previst fl-Artikolu 101 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688:

(a)

fit-territorju kollu tal-Istat Membru;

(b)

mit-territorju kollu tal-Istat Membru lil:

(i)

Stati Membri oħrajn; u

(ii)

pajjiżi terzi.

Artikolu 46

Projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u ’l barra minn dawk iż-żoni ta’ laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji u prodotti dderivati mill-annimali miksuba minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu l-movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u ’l barra minnhom ta’ kunsinni ta’ laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, ta’ prodotti sekondarji u dderivati tal-annimali miksuba minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu l-movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u ’l barra minn dawk iż-żoni ta’ laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, ta’ prodotti sekondarji u dderivati tal-annimali miksuba minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

(a)

għall-użu domestiku privat;

(b)

marbuta mal-attivitajiet tal-kaċċaturi li jfornu kwantitajiet żgħar ta’ kaċċa porċina selvaġġa jew laħam tal-kaċċa selvaġġa li joriġina mill-porċini direttament lill-konsumatur finali jew lil stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur finali, kif previst fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 47

Projbizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti miksuba minn annimali porċini selvaġġi u tal-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, b’kunsiderazzjoni tar-riskju għat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tipprojbixxi fit-territorju tal-istess Stat Membru l-movimenti ta’ laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor miksub minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jekk l-awtorità kompetenti tqis li hemm riskju ta’ tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer lejn, minn, jew permezz ta’ dawk l-annimali porċini selvaġġi jew tal-prodotti tagħhom.

Artikolu 48

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw il-movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u minn dawk iż-żoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessati miksuba minn annimali porċini selvaġġi

1.   B’deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 46(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u minn dawk iż-żoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessati miksuba minn annimali porċini selvaġġi minn stabbiliment li jinsab fiż-żoni ristretti I, II u III għal:

(a)

żoni ristretti I, II u III oħrajn li jinsabu fl-istess Stat Membru kkonċernat;

(b)

żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III tal-istess Stat Membru kkonċernat; u

(c)

lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tawtorizza biss movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessati miksuba minn annimali porċini selvaġġi minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III msemmija fil-paragrafu 1 sakemm:

(a)

ikunu saru t-testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għal kull annimal porċin selvaġġ użat għall-produzzjoni u għall-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam fiż-żona ristretta I, II u III;

(b)

l-awtorità kompetenti tkun kisbet riżultati negattivi tat-testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmija fil-punt (a) qabel it-trattament imsemmi fil-punt (c)(ii);

(c)

il-prodotti tal-laħam minn annimali porċini selvaġġi:

(i)

ikunu ġew prodotti, ipproċessati u maħżuna fi stabbilimenti deżinjati f’konformità mal-Artikolu 41(1); u

(ii)

ikunu għaddew mit-trattament rilevanti ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn żoni ristretti f’konformità mal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

Artikolu 49

Kundizzjonijiet speċifiċi għal derogi li jawtorizzaw movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u ’l barra miż-żona ristretta I ta’ laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali miksuba minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem

1.   B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 46(1) u (2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza l-movimenti fiż-żona ristretta I u ’l barra minn dik iż-żona tal-laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali miksuba minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, lejn żoni ristretti I, II u III oħrajn jew lejn żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III tal-istess Stat Membru, sakemm:

(a)

ikunu saru testijiet għall-identifikazzjoni tal-patoġeni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għal kull annimal porċin selvaġġ rilevanti qabel il-moviment tal-laħam frisk, tal-prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali minn dawk l-annimali porċini selvaġġi;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat kisbet riżultati negattivi għat-testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmija fil-punt (a) qabel il-moviment;

(c)

il-laħam frisk, il-prodotti tal-laħam u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jinġarru fiż-żona ristretta I jew barra minnha fl-istess Stat Membru:

(i)

għall-użu domestiku privat; jew

(ii)

marbuta mal-attivitajiet tal-kaċċaturi li jfornu kwantitajiet żgħar ta’ kaċċa porċina selvaġġa jew laħam tal-kaċċa selvaġġa li joriġina mill-porċini direttament lill-konsumatur finali jew lil stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur finali, kif previst fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; jew

(iii)

mill-istabbiliment maħtur skont l-Artikolu 41(1) fejn il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam ġew immarkati jew:

b’marka speċjali tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 44;

jew

skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u jiġu ttrasferiti għal stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddu minn wieħed mit-trattamenti rilevanti għall-mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness VII tiegħu.

2.   B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 46(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza l-movimenti tal-laħam frisk, tal-prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali minn annimali porċini selvaġġi u l-katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fiż-żoni ristretti II u III tal-istess Stat Membru, sakemm:

(a)

ikunu saru testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għal kull annimal porċin selvaġġ rilevanti qabel il-moviment tal-laħam frisk, tal-prodotti tal-laħam u ta’ kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali minn dak il-porċin selvaġġ jew il-ġisem ta’ dak l-annimal porċin selvaġġ, li huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat kisbet riżultati negattivi għat-testijiet ta’ identifikazzjoni tal-patoġeni għad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmija fil-punt (a) qabel il-moviment;

(c)

il-laħam frisk, il-prodotti tal-laħam u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali minn annimali porċini selvaġġi u katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jinġarru fi ħdan iż-żoni ristretti II u III fl-istess Stat Membru għal:

(i)

użu domestiku privat;

jew

(ii)

skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġu ttrasferiti għal stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddu minn wieħed mit-trattamenti rilevanti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness VII tiegħu.

Artikolu 50

L-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-kunsinni ta’ laħam frisk, ta’ prodotti tal-laħam u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali, miksub minn annimali porċini selvaġġi u katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għal movimenti barra miż-żoni ristretti I, II u III

L-operaturi għandhom iġorru biss barra miż-żoni ristretti I, II u III il-kunsinni ta’ laħam frisk, il-prodotti tal-laħam, u kwalunkwe prodott ieħor ta’ oriġini mill-annimali li jinkiseb minn annimali porċini selvaġġi u katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

(a)

f’każijiet koperti mill-Artikoli 48 u 49; u

(b)

jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jkun fih:

(i)

l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2154; u

(ii)

mill-inqas waħda mill-attestazzjonijiet ta’ konformità li ġejjin mar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament:

“laħam frisk u prodotti tal-laħam, u kwalunkwe prodott ieħor li joriġina mill-annimali, minn żona ristretta I miksuba minn annimali porċini selvaġġi f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”;

“Katavri ta’ annimali porċini selvaġġi, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, minn żona ristretta I f’konformità mal-miżuri ta’ kontroll speċjali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”;

“Prodotti tal-laħam ipproċessati minn żoni ristretti I, II u III miksuba minn annimali porċini selvaġġi f’konformità mal-miżuri speċjali ta’ kontroll relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605.”.

Madankollu, fil-każ ta’ moviment fl-istess Stat Membru kkonċernat, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ma għandux għalfejn jinħareġ kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 51

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u ’l barra minn dawk iż-żoni ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minn annimali porċini selvaġġi

1.   B’deroga mill-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 46, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u barra minn dawk iż-żoni ta’ kunsinni ta’ prodotti derivati miksuba minn annimali porċini selvaġġi lejn żoni ristretti I, II u III oħrajn jew għal żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III tal-istess Stat Membru u għal Stati Membri oħrajn sakemm dawn ikunu ġew soġġetti għal trattament li jiżgura li l-prodotti derivati ma joħolqu l-ebda riskju fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

2.   B’deroga mill-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 46(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza movimenti fiż-żoni ristretti I, II u III u barra minn dawk iż-żoni ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali porċini selvaġġi lejn żoni ristretti I, II u III oħrajn u għal żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III tal-istess Stat Membru sakemm:

(a)

il-prodotti sekondarji tal-annimali jinġabru, jiġu ttrasportati u jintremew skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

għall-movimenti barra miż-żoni ristretti I, II u III, il-mezzi tat-trasport huma mgħammra individwalment b’sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita biex jiddeterminaw, jittrażmettu u jirreġistraw il-post tagħhom f’ħin reali. L-operatur tat-trasport għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti tikkontrolla l-moviment f’ħin reali tal-mezzi tat-trasport u żżomm ir-rekords elettroniċi tal-moviment għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn minn meta l-kunsinna tiċċaqlaq.

Artikolu 52

L-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali porċini selvaġġi barra miż-żoni ristretti I, II u III fit-territorju tal-istess Stat Membru kkonċernat

L-operaturi għandhom iċaqalqu biss kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali porċini selvaġġi barra ż-żoni ristretti I, II u III fl-istess Stat Membru kkonċernat fil-każ imsemmi fl-Artikolu 51(2), jekk dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn:

(a)

dokument kummerċjali msemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; u

(b)

ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ma għandux jinħareġ kif imsemmi fl-Artikolu 22(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

KAPITOLU VI

OBBLIGI SPEĊJALI TA’ INFORMAZZJONI U TAĦRIĠ FL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 53

Obbligi ta’ informazzjoni speċjali tal-Istati Membri kkonċernati

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tal-anqas l-operaturi ferrovjarji, tal-kowċ, tal-ajruport u tal-port, l-aġenziji tal-ivvjaġġar, l-organizzaturi tal-vjaġġi tal-kaċċa u l-operaturi tas-servizzi postali jkunu meħtieġa jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti tagħhom għall-miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dan ir-Regolament billi jipprovdu l-informazzjoni tal-anqas dwar il-projbizzjonijiet ewlenin stabbiliti fl-Artikoli 9, 11, 12, 45 u 46 lil vjaġġaturi li jivvjaġġaw minn żoni ristretti I, II u III u lill-klijenti tas-servizzi postali b’mod xieraq.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jorganizzaw u jwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubbliċi regolari biex jippromwovu u jxerrdu informazzjoni dwar il-miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, b’dan li ġej:

(a)

bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fit-territorju tagħhom;

(b)

ir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer imwettqa fiż-żoni ristretti I, II u III u żoni barra miż-żoni ristretti I, II u III f’annimali porċini miżmuma u selvaġġi;

(c)

miżuri u inizjattivi oħrajn meħuda għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

Artikolu 54

Obbligi ta’ taħriġ speċjali tal-Istati Membri kkonċernati

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jorganizzaw u jwettqu b’mod regolari jew f’intervalli xierqa taħriġ speċifiku dwar ir-riskji tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u miżuri possibbli ta’ prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni għal mill-inqas il-gruppi fil-mira li ġejjin:

(a)

veterinarji;

(b)

bdiewa li jrabbu annimali porċini;

(c)

kaċċaturi.

Artikolu 55

Obbligi ta’ informazzjoni speċjali tal-Istati Membri kollha

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

fuq rotot kbar tal-infrastruttura tal-art, bħat-toroq ta’ komunikazzjoni internazzjonali u l-ferroviji, u networks relatati tat-trasport fuq l-art, informazzjoni xierqa dwar ir-riskji tat-trażmissjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u dwar il-miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dan ir-Regolament tinġieb għall-attenzjoni tal-vjaġġaturi:

(i)

b’mod viżibbli u prominenti;

(ii)

ippreżentata b’mod li jinftiehem faċilment minn vjaġġaturi li ġejjin minn, u sejrin lejn:

iż-żoni ristretti I, II u III; jew

pajjiżi terzi f’riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(b)

il-miżuri meħtieġa huma fis-seħħ biex titqajjem sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati attivi fis-settur tal-annimali porċini miżmuma inklużi stabbilimenti ta’ daqs żgħir dwar ir-riskji għall-introduzzjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u biex dawn jingħataw l-aktar informazzjoni xierqa dwar miżuri msaħħa ta’ bijosigurtà għall-istabbilimenti ta’ annimali porċini miżmuma li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III kif previst fl-Anness II, b’mod partikolari l-miżuri li għandhom jiġu infurzati fiż-żoni ristretti I, II u III, bil-mezzi l-aktar adatti biex tali informazzjoni tinġieb għall-attenzjoni tagħhom.

2.   L-Istati Membri kollha għandhom iqajmu kuxjenza dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fost:

(a)

il-pubbliku kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(b)

veterinarji, bdiewa u kaċċaturi u jipprovduhom bl-aktar informazzjoni xierqa dwar il-mitigazzjoni tar-riskju u miżuri ta’ bijosigurtà msaħħa kif previst f’:

(i)

l-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

il-linji gwida tal-Unjoni dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer kif miftiehem mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf;

(iii)

l-evidenza xjentifika disponibbli pprovduta mill-awtorità Ewropea għas-sikurezza alimentari;

(iv)

il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 56

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-21 ta’ April 2021 sal-20 ta’ April 2028.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri u li tirrevoka d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(5)  https://www.oie.int/en/standard-setting/terrestrial-code/access-online/

(6)  https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/control-measures/asf_en

(7)  The EFSA Journal 2010; 8(3):1556.

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2154 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ notifika dwar is-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri (ĠU L 431, 21.12.2020, p. 5).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(12)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(15)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.


ANNESS I

ŻONI RISTRETTI

PARTI I

1.   L-Estonja

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:

Hiiu maakond.

2.   L-Ungerija

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:

Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe,

Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403250, 403350, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404570, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, 406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250350, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 250850, 250950, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251450, 251550, 251650, 251750, 251850, 252150 és 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe.

3.   Il-Latvja

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:

Pāvilostas novada Vērgales pagasts,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Grobiņas novads,

Rucavas novada Dunikas pagasts.

4.   Il-Litwanja

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:

Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos,

Palangos miesto savivaldybė.

5.   Il-Polonja

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

gminy Wielbark i Rozogi w powiecie szczycieńskim,

gminy Janowiec Kościelny, Janowo i część gminy Kozłowo położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie nidzickim,

gminy Iłowo – Osada, Lidzbark, Płośnica, Rybno, miasto Działdowo, część gminy wiejskiej Działdowo położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejowe biegnące od wschodniej do zachodniej granicy gminy w powiecie działdowskim,

gminy Kisielice, Susz, miasto Iława i część gminy wiejskiej Iława położona na na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 521 biegnącą od zachodniej granicy gminy do zachodniej granicy miasta Iława oraz na zachód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od południowej granicy gminy miasta Iława przez miejscowość Katarzynki do południowej granicy gminy w powiecie iławskim,

powiat nowomiejski.

w województwie podlaskim:

gminy Wysokie Mazowieckie z miastem Wysokie Mazowieckie, Czyżew i część gminy Kulesze Kościelne położona na południe od linii wyznaczonej przez linię koleją w powiecie wysokomazowieckim,

gminy Miastkowo, Nowogród, Śniadowo i Zbójna w powiecie łomżyńskim,

gminy Szumowo, Zambrów z miastem Zambrów i część gminy Kołaki Kościelne położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie zambrowskim,

w województwie mazowieckim:

powiat ostrołęcki,

powiat miejski Ostrołęka,

gminy Bielsk, Brudzeń Duży, Drobin, Gąbin, Łąck, Nowy Duninów, Radzanowo, Słupno i Stara Biała w powiecie płockim,

powiat miejski Płock,

powiat sierpecki,

powiat żuromiński,

gminy Andrzejewo, Brok, Stary Lubotyń, Szulborze Wielkie, Wąsewo, Ostrów Mazowiecka z miastem Ostrów Mazowiecka, część gminy Małkinia Górna położona na północ od rzeki Brok w powiecie ostrowskim,

gminy Dzierzgowo, Lipowiec Kościelny, miasto Mława, Radzanów, Szreńsk, Szydłowo i Wieczfnia Kościelna, w powiecie mławskim,

powiat przasnyski,

powiat makowski,

gminy Gzy, Obryte, Zatory, Pułtusk i część gminy Winnica położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Bielany, Winnica i Pokrzywnica w powiecie pułtuskim,

gminy wyszkowski,

gminy Jadów, Strachówka i Tłuszcz w powiecie wołomińskim,

gminy Korytnica, Liw, Łochów, Miedzna, Sadowne, Stoczek i miasto Węgrów w powiecie węgrowskim,

gminy Kowala, Wierzbica, część gminy Wolanów położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 12 w powiecie radomskim,

powiat miejski Radom,

gminy Jastrząb, Mirów, Orońsko w powiecie szydłowieckim,

powiat gostyniński,

w województwie podkarpackim:

gminy Pruchnik, Rokietnica, Roźwienica, w powiecie jarosławskim,

gminy Fredropol, Krasiczyn, Krzywcza, Medyka, Orły, Żurawica, Przemyśl w powiecie przemyskim,

powiat miejski Przemyśl,

gminy Gać, Jawornik Polski, Kańczuga, część gminy wiejskiej Przeworsk położona na zachód od miasta Przeworsk i na zachód od linii wyznaczonej przez autostradę A4 biegnącą od granicy z gminą Tryńcza do granicy miasta Przeworsk, część gminy Zarzecze położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1594R biegnącą od północnej granicy gminy do miejscowości Zarzecze oraz na południe od linii wyznaczonej przez drogi nr 1617R oraz 1619R biegnącą do południowej granicy gminy w powiecie przeworskim,

powiat łańcucki,

gminy Trzebownisko, Głogów Małopolski i część gminy Sokołów Małopolski położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 875 w powiecie rzeszowskim,

gminy Dzikowiec, Kolbuszowa, Niwiska i Raniżów w powiecie kolbuszowskim,

gminy Borowa, Czermin, Gawłuszowice, Mielec z miastem Mielec, Padew Narodowa, Przecław, Tuszów Narodowy w powiecie mieleckim,

w województwie świętokrzyskim:

powiat opatowski,

powiat sandomierski,

gminy Bogoria, Łubnice, Oleśnica, Osiek, Połaniec, Rytwiany i Staszów w powiecie staszowskim,

gminy Bliżyn, Skarżysko – Kamienna, Suchedniów i Skarżysko Kościelne w powiecie skarżyskim,

gmina Wąchock, część gminy Brody położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 9 oraz na południowy - zachód od linii wyznaczonej przez drogi: nr 0618T biegnącą od północnej granicy gminy do skrzyżowania w miejscowości Lipie, drogę biegnącą od miejscowości Lipie do wschodniej granicy gminy oraz na północ od drogi nr 42 i część gminy Mirzec położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 744 biegnącą od południowej granicy gminy do miejscowości Tychów Stary a następnie przez drogę nr 0566T biegnącą od miejscowości Tychów Stary w kierunku północno - wschodnim do granicy gminy w powiecie starachowickim,

powiat ostrowiecki,

gminy Fałków, Ruda Maleniecka, Radoszyce, Smyków, część gminy Końskie położona na zachód od linii kolejowej, część gminy Stąporków położona na południe od linii kolejowej w powiecie koneckim,

gminy Mniów i Zagnańsk w powiecie kieleckim,

w województwie łódzkim:

gminy Łyszkowice, Kocierzew Południowy, Kiernozia, Chąśno, Nieborów, część gminy wiejskiej Łowicz położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 92 biegnącej od granicy miasta Łowicz do zachodniej granicy gminy oraz część gminy wiejskiej Łowicz położona na wschód od granicy miasta Łowicz i na północ od granicy gminy Nieborów w powiecie łowickim,

gminy Cielądz, Rawa Mazowiecka z miastem Rawa Mazowiecka w powiecie rawskim,

gminy Bolimów, Głuchów, Godzianów, Lipce Reymontowskie, Maków, Nowy Kawęczyn, Skierniewice, Słupia w powiecie skierniewickim,

powiat miejski Skierniewice,

gminy Mniszków, Paradyż, Sławno i Żarnów w powiecie opoczyńskim,

gminy Czerniewice, Inowłódz, Lubochnia, Rzeczyca, Tomaszów Mazowiecki z miastem Tomaszów Mazowiecki i Żelechlinek w powiecie tomaszowskim,

gmina Aleksandrów w powiecie piotrkowskim,

w województwie pomorskim:

gminy Ostaszewo, miasto Krynica Morska oraz część gminy Nowy Dwór Gdański położona na południowy - zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 55 biegnącą od południowej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 7, następnie przez drogę nr 7 i S7 biegnącą do zachodniej granicy gminy w powiecie nowodworskim,

gminy Lichnowy, Miłoradz, Nowy Staw, Malbork z miastem Malbork w powiecie malborskim,

gminy Mikołajki Pomorskie, Stary Targ i Sztum w powiecie sztumskim,

powiat gdański,

Miasto Gdańsk,

powiat tczewski,

powiat kwidzyński,

w województwie lubuskim:

gminy Przytoczna, Pszczew, Skwierzyna i część gminy Trzciel położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 92 w powiecie międzyrzeckim,

gminy Lubniewice i Krzeszyce w powiecie sulęcińskim,

gminy Bogdaniec, Deszczno, Lubiszyn i część gminy Witnica położona na północny - wschód od drogi biegnącej od zachodniej granicy gminy od miejscowości Krześnica, przez miejscowości Kamień Wielki - Mościce -Witnica - Kłopotowo do południowej granicy gminy w powiecie gorzowskim,

w województwie dolnośląskim:

gminy Bolesławiec z miastem Bolesławiec, Gromadka i Osiecznica w powiecie bolesławieckim,

gmina Węgliniec w powiecie zgorzeleckim,

gmina Chocianów i część gminy Przemków położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 12 w powiecie polkowickim,

gmina Jemielno, Niechlów i Góra w powiecie górowskim,

gmina Rudna i Lubin z miastem Lubin w powiecie lubińskim,

w województwie wielkopolskim:

gminy Krzemieniewo, Rydzyna, część gminy Święciechowa położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 12w powiecie leszczyńskim,

część gminy Kwilcz położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 24, część gminy Międzychód położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 24 w powiecie międzychodzkim,

gminy Lwówek, Kuślin, Opalenica, część gminy Miedzichowo położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 92, część gminy Nowy Tomyśl położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 305 w powiecie nowotomyskim,

gminy Granowo, Grodzisk Wielkopolski i część gminy Kamieniec położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 308 w powiecie grodziskim,

gmina Czempiń, miasto Kościan, część gminy wiejskiej Kościan położona na północny – zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 5 oraz na wschód od linii wyznaczonej przez kanał Obry, część gminy Krzywiń położona na wschód od linii wyznaczonej przez kanał Obry w powiecie kościańskim,

powiat miejski Poznań,

gminy Buk, Dopiewo, Komorniki, Tarnowo Podgórne, Stęszew, Swarzędz, Pobiedziska, Czerwonak, Mosina, miasto Luboń, miasto Puszczykowo i część gminy Kórnik położona na zachód od linii wyznaczonych przez drogi: nr S11 biegnącą od północnej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 434 i drogę nr 434 biegnącą od tego skrzyżowania do południowej granicy gminy, część gminy Rokietnica położona na południowy zachód od linii kolejowej biegnącej od północnej granicy gminy w miejscowości Krzyszkowo do południowej granicy gminy w miejscowości Kiekrz oraz część gminy wiejskiej Murowana Goślina położona na południe od linii kolejowej biegnącej od północnej granicy miasta Murowana Goślina do północno-wschodniej granicy gminy w powiecie poznańskim,

gmina Kiszkowo i część gminy Kłecko położona na zachód od rzeki Mała Wełna w powiecie gnieźnieńskim,

gminy Lubasz, Czarnków z miastem Czarnków, część gminy Połajewo na położona na północ od drogi łączącej miejscowości Chraplewo, Tarnówko-Boruszyn, Krosin, Jakubowo, Połajewo - ul. Ryczywolska do północno-wschodniej granicy gminy oraz część gminy Wieleń położona na południe od linii kolejowej biegnącej od wschodniej granicy gminy przez miasto Wieleń i miejscowość Herburtowo do zachodniej granicy gminy w powiecie czarnkowsko-trzcianeckim,

gminy Duszniki, Kaźmierz, Pniewy, Ostroróg, Wronki, miasto Szamotuły i część gminy Szamotuły położona na zachód od zachodniej granicy miasta Szamotuły i na południe od linii kolejowej biegnącej od południowej granicy miasta Szamotuły, do południowo-wschodniej granicy gminy oraz część gminy Obrzycko położona na zachód od drogi nr 185 łączącej miejscowości Gaj Mały, Słopanowo i Obrzycko do północnej granicy miasta Obrzycko, a następnie na zachód od drogi przebiegającej przez miejscowość Chraplewo w powiecie szamotulskim,

gmina Budzyń w powiecie chodzieskim,

gminy Mieścisko, Skoki i Wągrowiec z miastem Wągrowiec w powiecie wągrowieckim,

gmina Dobrzyca i część gminy Gizałki położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 443 w powiecie pleszewskim,

gmina Zagórów w powiecie słupeckim,

gmina Pyzdry w powiecie wrzesińskim,

gminy Kotlin, Żerków i część gminy Jarocin położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogi nr S11 i 15 w powiecie jarocińskim,

gmina Rozdrażew, część gminy Koźmin Wielkopolski położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 15, część gminy Krotoszyn położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 15 oraz na wschód od granic miasta Krotoszyn w powiecie krotoszyńskim,

gminy Nowe Skalmierzyce, Raszków, Ostrów Wielkopolski z miastem Ostrów Wielkopolski w powiecie ostrowskim,

powiat miejski Kalisz,

gminy Ceków – Kolonia, Godziesze Wielkie, Koźminek, Lisków, Mycielin, Opatówek, Szczytniki w powiecie kaliskim,

gmina Malanów i część gminy Tuliszków położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 72 w powiecie tureckim,

gminy Rychwał, Rzgów, część gminy Grodziec położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 443, część gminy Stare Miasto położona na południe od linii wyznaczonej przez autostradę nr A2 w powiecie konińskim,

w województwie zachodniopomorskim:

część gminy Dębno położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 126 biegnącą od zachodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 23 w miejscowości Dębno, następnie na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 23 do skrzyżowania z ul. Jana Pawła II w miejscowości Cychry, następnie na północ od ul. Jana Pawła II do skrzyżowania z ul. Ogrodową i dalej na północ od linii wyznaczonej przez ul. Ogrodową, której przedłużenie biegnie do wschodniej granicy gminy w powiecie myśliborskim,

gminy Chojna, Trzcińsko - Zdrój oraz część gminy Cedynia położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 124 biegnącą od zachodniej granicy gminy do miasta Cedynia, a następnie na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 125 biegnącą od miasta Cedynia do wschodniej granicy gminy w powiecie gryfińskim.

6.   Is-Slovakkja

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:

id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II,

id-distrett kollu ta’ Humenné,

id-distrett kollu ta’ Snina,

id-distrett kollu ta’ Medzilaborce

id-distrett kollu ta’ Stropkov

id-distrett kollu ta’ Svidník, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II,

id-distrett kollu ta’ Stará Ľubovňa, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II,

id-distrett kollu ta’ Kežmarok,

id-distrett kollu ta’ Snina,

fid-distrett ta’ Rožňava, il-muniċipalitajiet sħaħ ta’ Dobšiná,Vlachovo, Gočovo, Kobeliarovo, Markuška, Koceľovce, Vyšná Slaná Rejdová, Čierna Lehota, Slavošovce, Rochovce, Brdárka, Hanková, Slavoška, Dedinky, Stratená,

id-distrett kollu ta’ Revúca, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II,

fid-distrett ta’ Michalovce, il-muniċipalità kollha ta’ Strážske,

fid-distrett ta’ Rimavská Sobota, il-muniċipalitajiet li jinsabu fin-Nofsinhar tat-triq Nru. 526 mhux inklużi fil-Parti II,

id-distrett kollu ta’ Lučenec, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II,

id-distrett kollu ta’ Veľký Krtíš, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti II,

fid-distrett ta’ Zvolen, il-muniċipalità kollha ta’ Lešť,

fid-distrett ta’ Detva, il-muniċipalità kollha ta’ Horný Tisovník.

7.   Il-Greċja

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:

fl-unità reġjonali ta’ Drama:

id-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Sidironero u Skaloti u d-dipartimenti muniċipali ta’ Livadero u Ksiropotamo (fil-muniċipalità ta’ Drama),

id-dipartiment muniċipali ta’ Paranesti (fil-muniċipalità ta’ Paranesti),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Kokkinogeia, Mikropoli, Panorama, Pyrgoi (fil-muniċipalità ta’ Prosotsani),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Kato Nevrokopi, Chrysokefalo, Achladea, Vathytopos, Volakas, Granitis, Dasotos, Eksohi, Katafyto, Lefkogeia, Mikrokleisoura, Mikromilea, Ochyro, Pagoneri, Perithorio, Kato Vrontou u Potamoi (fil-muniċipalità ta’ Kato Nevrokopi),

fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:

id-dipartimenti muniċipali ta’ Kimmerion, Stavroupoli, Gerakas, Dafnonas, Komnina, Kariofyto u Neochori (fil-muniċipalità ta’ Xanthi),

id-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Satres, Thermes, Kotyli, u d-dipartimenti muniċipali ta’ Myki, Echinos u Oraio (fil-muniċipalità ta’ Myki),

id-dipartiment tal-komunità ta’ Selero u d-dipartiment muniċipali ta’ Sounio (fil-muniċipalità ta’ Avdira),

fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:

id-dipartimenti muniċipali ta’ Komotini, Anthochorio, Gratini, Thrylorio, Kalhas, Karydia, Kikidio, Kosmio, Pandrosos, Aigeiros, Kallisti, Meleti, Neo Sidirochori u Mega Doukato (fil-muniċipalità ta’ Komotini),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Ipio, Arriana, Darmeni, Archontika, Fillyra, Ano Drosini, Aratos u d-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Kehros u Organi (fil-muniċipalità ta’ Arriana),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Iasmos, Sostis, Asomatoi, Polyanthos u Amvrosia u d-dipartiment tal-komunità ta’ Amaxades (fil-muniċipalità ta’ Iasmos),

id-dipartiment muniċipali ta’ Amaranta (fil-muniċipalità ta’ Maroneia Sapon),

fl-unità reġjonali ta’ Evros:

id-dipartimenti muniċipali ta’ Kyriaki, Mandra, Mavrokklisi, Mikro Dereio, Protokklisi, Roussa, Goniko, Geriko, Sidirochori, Megalo Derio, Sidiro, Giannouli, Agriani u Petrolofos (fil-muniċipalità ta’ Soufli),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Dikaia, Arzos, Elaia, Therapio, Komara, Marasia, Ormenio, Pentalofos, Petrota, Plati, Ptelea, Kyprinos, Zoni, Fulakio, Spilaio, Nea Vyssa, Kavili, Kastanies, Rizia, Sterna, Ampelakia, Valtos, Megali Doxipara, Neochori u Chandras (fil-muniċipalità ta’ Orestiada),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Asvestades, Ellinochori, Karoti, Koufovouno, Kiani, Mani, Sitochori, Alepochori, Asproneri, Metaxades, Vrysika, Doksa, Elafoxori, Ladi, Paliouri u Poimeniko (fil-muniċipalità ta’ Didymoteixo),

fl-unità reġjonali ta’ Serres:

id-dipartimenti muniċipali ta’ Kerkini, Livadia, Makrynitsa, Neochori, Platanakia, Petritsi, Akritochori, Vyroneia, Gonimo, Mandraki, Megalochori, Rodopoli, Ano Poroia, Katw Poroia, Sidirokastro, Vamvakophyto, Promahonas, Kamaroto, Strymonochori, Charopo, Kastanousi u Chortero u d-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Achladochori, Agkistro u Kapnophyto (fil-muniċipalità ta’ Sintiki),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Serres, Elaionas u Oinoussa u d-dipartimenti tal-komunitajiet ta’ Orini u Ano Vrontou (fil-muniċipalità ta’ Serres),

id-dipartimenti muniċipali ta’ Dasochoriou, Irakleia, Valtero, Karperi, Koimisi, Lithotopos, Limnochori, Podismeno u Chrysochorafa (fil-muniċipalità ta’ Irakleia).

8.   Il-Ġermanja

Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:

Bundesland Brandenburg:

Landkreis Dahme-Spreewald:

Gemeinde Alt Zauche-Wußwerk,

Gemeinde Byhleguhre-Byhlen,

Gemeinde Märkische Heide,

Gemeinde Neu Zauche,

Gemeinde Schwielochsee mit den Gemarkungen Groß Liebitz, Guhlen, Mochow und Siegadel,

Gemeinde Spreewaldheide,

Gemeinde Straupitz,

Landkreis Märkisch-Oderland:

Gemeinde Neuhardenberg,

Gemeinde Gusow-Platkow,

Gemeinde Lietzen,

Gemeinde Falkenhagen (Mark),

Gemeinde Zeschdorf,

Gemeinde Treplin,

Gemeinde Lebus mit den Gemarkungen Wüste-Kunersdorf, Wulkow bei Booßen, Schönfließ, Mallnow – westlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Fichtenhöhe – westlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Lindendorf – westlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Vierlinden – westlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Müncheberg mit den Gemarkungen Trebnitz und Jahnsfelde,

Gemeinde Letschin mit den Gemarkungen Steintoch, Neu Rosenthal, Letschin, Kiehnwerder, Sietzing, Kienitz, Wilhelmsaue, Posedin, Solikante, Klein Neuendorf, Neubarnim, Ortwig, Groß Neuendorf, Ortwig Graben, Mehrin-Graben und Zelliner Loose,

Gemeinde Seelow – westlich der Bahnstrecke RB 60,

Landkreis Oder-Spree:

Gemeinde Storkow (Mark),

Gemeinde Wendisch Rietz,

Gemeinde Reichenwalde,

Gemeinde Diensdorf-Radlow,

Gemeinde Bad Saarow,

Gemeinde Rietz-Neuendorf mit den Gemarkungen Buckow, Glienicke, Behrensdorf, Ahrensdorf, Herzberg, Görzig, Pfaffendorf, Sauen, Wilmersdorf (G), Neubrück, Drahendorf, Alt Golm,

Gemeinde Tauche mit den Gemarkungen Briescht, Kossenblatt, Werder, Görsdorf (B), Giesendorf, Wiesendorf, Wulfersdorf, Falkenberg (T), Lindenberg,

Gemeinde Steinhöfel mit den Gemarkungen Demnitz, Steinhöfel, Hasenfelde, Ahrensdorf, Heinersdorf, Tempelberg,

Gemeinde Langewahl,

Gemeinde Berkenbrück,

Gemeinde Briesen (Mark),

Gemeinde Jacobsdorf,

Landkreis Spree-Neiße:

Gemeinde Jänschwalde,

Gemeinde Peitz,

Gemeinde Tauer,

Gemeinde Turnow-Preilack,

Gemeinde Drachhausen,

Gemeinde Schmogrow-Fehrow,

Gemeinde Drehnow,

Gemeinde Guben mit der Gemarkung Schlagsdorf,

Gemeinde Schenkendöbern mit den Gemarkungen Grabko, Kerkwitz, Groß Gastrose,

Gemeinde Teichland,

Gemeinde Dissen-Striesow,

Gemeinde Heinersbrück,

Gemeinde Briesen,

Gemeinde Forst,

Gemeinde Wiesengrund,

Gemeinde Groß Schacksdorf-Simmersdorf,

Gemeinde Neiße-Malxetal,

Gemeinde Jämlitz-Klein Düben,

Gemeinde Tschernitz,

Gemeinde Döbern,

Gemeinde Felixsee,

Gemeinde Spremberg mit den Gemarkungen Lieskau, Schönheide, Graustein, Türkendorf, Groß Luja, Wadelsdorf, Hornow,

Gemeinde Neuhausen/Spree mit den Gemarkungen Kathlow, Haasow,

Stadt Cottbus mit den Gemarkungen Dissenchen, Döbbrick, Merzdorf, Saspow, Schmellwitz, Sielow, Willmersdorf,

kreisfreie Stadt Frankfurt (Oder),

Bundesland Sachsen:

Landkreis Görlitz:

Landkreis Görlitz nördlich der Bundesautobahn 4 sofern nicht bereits Teil des gefährdeten Gebietes.

PARTI II

1.   Il-Bulgarija

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:

ir-reġjun kollu ta’ Haskovo,

ir-reġjun kollu ta’ Yambol,

ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora,

ir-reġjun kollu ta’ Pernik,

ir-reġjun kollu ta’ Kyustendil,

ir-reġjun kollu ta’ Plovdiv,

ir-reġjun kollu ta’ Pazardzhik,

ir-reġjun kollu ta’ Smolyan,

ir-reġjun kollu ta’ Burgas ħlief iż-żoni fil-Parti III.

2.   L-Estonja

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:

Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond).

3.   L-Ungerija

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:

Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe,

Fejér megye 403150, 403160, 403260, 404250, 404550, 404560, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe,

Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe,

Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Komárom-Esztergom megye: 251950, 252050, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe.

4.   Il-Latvja

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:

Ādažu novads,

Aizputes novada Aizputes, Cīravas un Lažas pagasts, Kalvenes pagasta daļa uz rietumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz dienvidiem no autoceļa A9, uz rietumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz rietumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, Aizputes pilsēta,

Aglonas novads,

Aizkraukles novads,

Aknīstes novads,

Alojas novads,

Alsungas novads,

Alūksnes novads,

Amatas novads,

Apes novads,

Auces novads,

Babītes novads,

Baldones novads,

Baltinavas novads,

Balvu novads,

Bauskas novads,

Beverīnas novads,

Brocēnu novads,

Burtnieku novads,

Carnikavas novads,

Cēsu novads

Cesvaines novads,

Ciblas novads,

Dagdas novads,

Daugavpils novads,

Dobeles novads,

Dundagas novads,

Durbes novads,

Engures novads,

Ērgļu novads,

Garkalnes novads,

Gulbenes novads,

Iecavas novads,

Ikšķiles novads,

Ilūkstes novads,

Inčukalna novads,

Jaunjelgavas novads,

Jaunpiebalgas novads,

Jaunpils novads,

Jēkabpils novads,

Jelgavas novads,

Kandavas novads,

Kārsavas novads,

Ķeguma novads,

Ķekavas novads,

Kocēnu novads,

Kokneses novads,

Krāslavas novads,

Krimuldas novads,

Krustpils novads,

Kuldīgas novada, Laidu pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1296, Padures, Rumbas, Rendas, Kabiles, Vārmes, Pelču, Ēdoles, Īvandes, Kurmāles, Turlavas, Gudenieku un Snēpeles pagasts, Kuldīgas pilsēta,

Lielvārdes novads,

Līgatnes novads,

Limbažu novads,

Līvānu novads,

Lubānas novads,

Ludzas novads,

Madonas novads,

Mālpils novads,

Mārupes novads,

Mazsalacas novads,

Mērsraga novads,

Naukšēnu novads,

Neretas novads,

Ogres novads,

Olaines novads,

Ozolnieku novads,

Pārgaujas novads,

Pāvilostas novada Sakas pagasts, Pāvilostas pilsēta,

Pļaviņu novads,

Preiļu novads,

Priekules novads,

Priekuļu novads,

Raunas novads,

republikas pilsēta Daugavpils,

republikas pilsēta Jelgava,

republikas pilsēta Jēkabpils,

republikas pilsēta Jūrmala,

republikas pilsēta Rēzekne,

republikas pilsēta Valmiera,

Rēzeknes novads,

Riebiņu novads,

Rojas novads,

Ropažu novads,

Rugāju novads,

Rundāles novads,

Rūjienas novads,

Salacgrīvas novads,

Salas novads,

Salaspils novads,

Saldus novads,

Saulkrastu novads,

Sējas novads,

Siguldas novads,

Skrīveru novads,

Skrundas novada Raņķu pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1272 līdz robežai ar Ventas upi, Skrundas pagasta daļa no Skrundas uz ziemeļiem no autoceļa A9 un austrumiem no Ventas upes,

Smiltenes novads,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Strenču novads,

Talsu novads,

Tērvetes novads,

Tukuma novads,

Vaiņodes novada Vaiņodes pagasts un Embūtes pagasta daļa uz dienvidiem autoceļa P116, P106,

Valkas novads,

Varakļānu novads,

Vārkavas novads,

Vecpiebalgas novads,

Vecumnieku novads,

Ventspils novads,

Viesītes novads,

Viļakas novads,

Viļānu novads,

Zilupes novads.

5.   Il-Litwanja

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:

Alytaus miesto savivaldybė,

Alytaus rajono savivaldybė,

Anykščių rajono savivaldybė,

Akmenės rajono savivaldybė,

Birštono savivaldybė,

Biržų miesto savivaldybė,

Biržų rajono savivaldybė,

Druskininkų savivaldybė,

Elektrėnų savivaldybė,

Ignalinos rajono savivaldybė,

Jonavos rajono savivaldybė,

Joniškio rajono savivaldybė,

Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Girdžių, Jurbarko miesto, Jurbarkų, Raudonės, Šimkaičių, Skirsnemunės, Smalininkų, Veliuonos ir Viešvilės seniūnijos,

Kaišiadorių rajono savivaldybė,

Kalvarijos savivaldybė,

Kauno miesto savivaldybė,

Kauno rajono savivaldybė: Akademijos, Alšėnų, Batniavos, Ežerėlio, Domeikavos, Garliavos, Garliavos apylinkių, Karmėlavos, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Vandžiogalos, Užliedžių, Vilkijos, ir Zapyškio seniūnijos, Babtų seniūnijos dalis į rytus nuo kelio A1, ir Vilkijos apylinkių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 1907,

Kazlų rūdos savivaldybė,

Kelmės rajono savivaldybė,

Kėdainių rajono savivaldybė: Dotnuvos, Gudžiūnų, Kėdainių miesto, Krakių, Pelėdnagių, Surviliškio, Šėtos, Truskavos, Vilainių ir Josvainių seniūnijos dalis į šiaurę ir rytus nuo kelio Nr. 229 ir Nr. 2032,

Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos,

Kupiškio rajono savivaldybė,

Kretingos rajono savivaldybė,

Lazdijų rajono savivaldybė,

Marijampolės savivaldybė,

Mažeikių rajono savivaldybė,

Molėtų rajono savivaldybė,

Pagėgių savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė,

Panevėžio rajono savivaldybė,

Panevėžio miesto savivaldybė,

Pasvalio rajono savivaldybė,

Radviliškio rajono savivaldybė,

Rietavo savivaldybė,

Prienų rajono savivaldybė,

Plungės rajono savivaldybė: Žlibinų, Stalgėnų, Nausodžio, Plungės miesto, Šateikių ir Kulių seniūnijos,

Raseinių rajono savivaldybė: Betygalos, Girkalnio, Kalnujų, Nemakščių, Pagojukų, Paliepių, Raseinių miesto, Raseinių, Šiluvos, Viduklės seniūnijos,

Rokiškio rajono savivaldybė,

Skuodo rajono savivaldybės: Aleksandrijos, Ylakių, Lenkimų, Mosėdžio, Skuodo ir Skuodo miesto seniūnijos,

Šakių rajono savivaldybė,

Šalčininkų rajono savivaldybė,

Šiaulių miesto savivaldybė,

Šiaulių rajono savivaldybė,

Šilutės rajono savivaldybė,

Širvintų rajono savivaldybė,

Šilalės rajono savivaldybė,

Švenčionių rajono savivaldybė,

Tauragės rajono savivaldybė,

Telšių rajono savivaldybė,

Trakų rajono savivaldybė,

Ukmergės rajono savivaldybė,

Utenos rajono savivaldybė,

Varėnos rajono savivaldybė,

Vilniaus miesto savivaldybė,

Vilniaus rajono savivaldybė,

Vilkaviškio rajono savivaldybė,

Visagino savivaldybė,

Zarasų rajono savivaldybė.

6.   Il-Polonja

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

gminy Kalinowo, Stare Juchy, Prostki oraz gmina wiejska Ełk w powiecie ełckim,

powiat elbląski,

powiat miejski Elbląg,

powiat gołdapski,

powiat piski,

gminy Górowo Iławeckie z miastem Górowo Iławeckie i Sępopol w powiecie bartoszyckim,

gminy Biskupiec, Kolno, część gminy Olsztynek położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr S51 biegnącą od wschodniej granicy gminy do miejscowości Ameryka oraz na zachód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od skrzyżowania z drogą S51 do północnej granicy gminy, łączącej miejscowości Mańki – Mycyny – Ameryka w powiecie olsztyńskim,

gminy Dąbrówno, Grunwald, część gminy Małdyty położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr S7, część gminy Miłomłyn położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr S7, część gminy wiejskiej Ostróda położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr S7 oraz na południe od drogi nr 16, część miasta Ostróda położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr S7 w powiecie ostródzkim,

powiat giżycki,

powiat braniewski,

powiat kętrzyński,

gminy Lubomino i Orneta w powiecie lidzbarskim,

gmina Nidzica i część gminy Kozłowo położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie nidzickim,

gminy Dźwierzuty, Jedwabno, Pasym, Szczytno i miasto Szczytno i Świętajno w powiecie szczycieńskim,

powiat mrągowski,

gminy Lubawa, miasto Lubawa, Zalewo i część gminy wiejskiej Iława położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 521 biegnącą od zachodniej granicy gminy do zachodniej granicy miasta Iława oraz na wschód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od południowej granicy gminy miasta Iława przez miejscowość Katarzynki do południowej granicy gminy w powiecie iławskim,

powiat węgorzewski,

część gminy wiejskiej Działdowo położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejowe biegnące od wschodniej do zachodniej granicy gminy w powiecie działdowskim,

w województwie podlaskim:

powiat bielski,

powiat grajewski,

powiat moniecki,

powiat sejneński,

gminy Łomża, Piątnica, Jedwabne, Przytuły i Wizna w powiecie łomżyńskim,

powiat miejski Łomża,

powiat siemiatycki,

powiat hajnowski,

gminy Ciechanowiec, Klukowo, Szepietowo, Kobylin-Borzymy, Nowe Piekuty, Sokoły i część gminy Kulesze Kościelne położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie wysokomazowieckim,

gmina Rutki i część gminy Kołaki Kościelne położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie zambrowskim,

powiat kolneński z miastem Kolno,

powiat białostocki,

gminy Filipów, Jeleniewo, Przerośl, Raczki, Rutka-Tartak, Suwałki, Szypliszki Wiżajny oraz część gminy Bakałarzewo położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę 653 biegnącej od zachodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą 1122B oraz na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1122B biegnącą od drogi 653 w kierunku południowym do skrzyżowania z drogą 1124B i następnie na północny - wschód od drogi nr 1124B biegnącej od skrzyżowania z drogą 1122B do granicy z gminą Raczki w powiecie suwalskim,

powiat miejski Suwałki,

powiat augustowski,

powiat sokólski,

powiat miejski Białystok,

w województwie mazowieckim:

powiat siedlecki,

powiat miejski Siedlce,

gminy Bielany, Ceranów, Jabłonna Lacka, Kosów Lacki, Repki, Sabnie, Sterdyń i gmina wiejska Sokołów Podlaski w powiecie sokołowskim,

gminy Grębków i Wierzbno w powiecie węgrowskim,

powiat łosicki,

powiat ciechanowski,

powiat sochaczewski,

gminy Policzna, Przyłęk, Tczów i Zwoleń w powiecie zwoleńskim,

powiat kozienicki,

gminy Chotcza i Solec nad Wisłą w powiecie lipskim,

gminy Gózd, Jastrzębia, Jedlnia Letnisko, Pionki z miastem Pionki, Skaryszew, Jedlińsk, Przytyk, Zakrzew, część gminy Iłża położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 9, część gminy Wolanów położona na północ od drogi nr 12 w powiecie radomskim,

gminy Bodzanów, Bulkowo, Staroźreby, Słubice, Wyszogród i Mała Wieś w powiecie płockim,

powiat nowodworski,

powiat płoński,

gminy Pokrzywnica, Świercze i część gminy Winnica położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Bielany, Winnica i Pokrzywnica w powiecie pułtuskim,

gminy Dębówka, Klembów, Poświętne, Radzymin, Wołomin, miasto Kobyłka, miasto Marki, miasto Ząbki, miasto Zielonka w powiecie wołomińskim,

gminy Borowie, Garwolin z miastem Garwolin, Miastków Kościelny, Parysów, Pilawa, część gminy Wilga położona na północ od linii wyznaczonej przez rzekę Wilga biegnącą od wschodniej granicy gminy do ujścia do rzeki Wisły, część gminy Górzno położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Łąki i Górzno biegnącą od wschodniej granicy gminy, następnie od miejscowości Górzno na północ od drogi nr 1328 W biegnącej do drogi nr 17, a następnie na północ od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od drogi nr 17 do zachodniej granicy gminy przez miejscowości Józefów i Kobyla Wola w powiecie garwolińskim,

gminy Boguty – Pianki, Zaręby Kościelne, Nur i część gminy Małkinia Górna położona na południe od rzeki Brok w powiecie ostrowskim,

gminy Stupsk, Wiśniewo i Strzegowo w powiecie mławskim,

gminy Chlewiska i Szydłowiec w powiecie szydłowieckim,

powiat miński,

powiat otwocki,

powiat warszawski zachodni,

powiat legionowski,

powiat piaseczyński,

powiat pruszkowski,

powiat grójecki,

powiat grodziski,

powiat żyrardowski,

powiat białobrzeski,

powiat przysuski,

powiat miejski Warszawa,

w województwie lubelskim:

powiat bialski,

powiat miejski Biała Podlaska,

gminy Batorz, Godziszów, Janów Lubelski, Modliborzyce i Potok Wielki w powiecie janowskim,

gminy Janowiec, Kazimierz Dolny, Końskowola, Kurów, Markuszów, Nałęczów, Puławy z miastem Puławy, Wąwolnica i Żyrzyn w powiecie puławskim,

gminy Nowodwór, miasto Dęblin i część gminy Ryki położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową powiecie ryckim,

gminy Adamów, Krzywda, Stoczek Łukowski z miastem Stoczek Łukowski, Wola Mysłowska, Trzebieszów, Stanin, Wojcieszków, gmina wiejska Łuków i miasto Łuków w powiecie łukowskim,

powiat lubelski,

powiat miejski Lublin,

gminy Niedźwiada, Ostrów Lubelski, Serniki i Uścimów w powiecie lubartowskim,

powiat łęczyński,

powiat świdnicki,

gminy Fajsławice, Gorzków, Izbica, Krasnystaw z miastem Krasnystaw, Kraśniczyn, Łopiennik Górny, Siennica Różana i część gminy Żółkiewka położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 842 w powiecie krasnostawskim,

gminy Chełm, Ruda – Huta, Sawin, Rejowiec, Rejowiec Fabryczny z miastem Rejowiec Fabryczny, Siedliszcze, Wierzbica, część gminy Dorohusk położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową, część gminy Wojsławice położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę 1839L, część gminy Leśniowice położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę 1839L w powiecie chełmskim,

powiat miejski Chełm,

powiat kraśnicki,

powiat opolski,

powiat parczewski,

powiat włodawski,

powiat radzyński,

w województwie podkarpackim:

powiat stalowowolski,

gminy Oleszyce, Lubaczów z miastem Lubaczów, Wielkie Oczy w powiecie lubaczowskim,

część gminy Kamień położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19, część gminy Sokołów Małopolski położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 875 w powiecie rzeszowskim,

gminy Cmolas i Majdan Królewski w powiecie kolbuszowskim,

gminy Grodzisko Dolne, część gminy wiejskiej Leżajsk położona na południe od miasta Leżajsk oraz na zachód od linii wyznaczonej przez rzekę San, w powiecie leżajskim,

gmina Jarocin, część gminy Harasiuki położona na północ od linii wyznaczona przez drogę nr 1048 R, część gminy Ulanów położona na północ od linii wyznaczonej przez rzekę Tanew, część gminy Nisko położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 oraz na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową biegnącą od wschodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 19, część gminy Jeżowe położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 w powiecie niżańskim,

powiat tarnobrzeski,

w województwie pomorskim:

gminy Dzierzgoń i Stary Dzierzgoń w powiecie sztumskim,

gmina Stare Pole w powiecie malborskim,

gminy Stegny, Sztutowo i część gminy Nowy Dwór Gdański położona na północny - wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 55 biegnącą od południowej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 7, następnie przez drogę nr 7 i S7 biegnącą do zachodniej granicy gminy w powiecie nowodworskim,

w województwie świętokrzyskim:

gmina Tarłów i część gminy Ożarów położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 74 w powiecie opatowskim,

część gminy Brody położona na zachód od linii kolejowej biegnącej od miejscowości Marcule i od północnej granicy gminy przez miejscowości Klepacze i Karczma Kunowska do południowej granicy gminy oraz na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 9 i na północny - wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 0618T biegnącą od północnej granicy gminy do skrzyżowania w miejscowości Lipie oraz przez drogę biegnącą od miejscowości Lipie do wschodniej granicy gminy i część gminy Mirzec położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 744 biegnącą od południowej granicy gminy do miejscowości Tychów Stary a następnie przez drogę nr 0566T biegnącą od miejscowości Tychów Stary w kierunku północno – wschodnim do granicy gminy w powiecie starachowickim,

gmina Gowarczów, część gminy Końskie położona na wschód od linii kolejowej, część gminy Stąporków położona na północ od linii kolejowej w powiecie koneckim,

w województwie lubuskim:

powiat wschowski,

gmina Kostrzyn nad Odrą i część gminy Witnica położona na południowy zachód od drogi biegnącej od zachodniej granicy gminy od miejscowości Krześnica, przez miejscowości Kamień Wielki - Mościce - Witnica - Kłopotowo do południowej granicy gminy w powiecie gorzowskim,

gminy Gubin z miastem Gubin, Maszewo i część gminy Bytnica położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1157F w powiecie krośnieńskim,

powiat słubicki,

gminy Słońsk, Sulęcin i Torzym w powiecie sulęcińskim,

gminy Bledzew i Międzyrzecz w powiecie międzyrzeckim,

gminy Kolsko, część gminy Kożuchów położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 283 biegnącą od wschodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 290 i na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 290 biegnącej od miasta Mirocin Dolny do zachodniej granicy gminy, część gminy Bytom Odrzański położona na północny zachód od linii wyznaczonej przez drogi nr 293 i 326, część gminy Nowe Miasteczko położona na zachód od linii wyznaczonych przez drogi 293 i 328, część gminy Siedlisko położona na północny zachód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od rzeki Odry przy południowe granicy gminy do drogi nr 326 łączącej się z drogą nr 325 biegnącą w kierunku miejscowości Różanówka do skrzyżowania z drogą nr 321 biegnącą od tego skrzyżowania w kierunku miejscowości Bielawy, a następnie przedłużoną przez drogę przeciwpożarową biegnącą od drogi nr 321 w miejscowości Bielawy do granicy gminy w powiecie nowosolskim,

gminy Nowogród Bobrzański, Trzebiechów część gminy Bojadła położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 278 biegnącą od wschodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 282 i na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 282 biegnącej od miasta Bojadła do zachodniej granicy gminy i część gminy Sulechów położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr S3 w powiecie zielonogórskim,

powiat żarski,

gminy Brzeźnica, Iłowa, Małomice, Szprotawa, Wymiarki, Żagań, miasto Żagań, miasto Gozdnica, część gminy Niegosławice położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 328 w powiecie żagańskim,

gminy Lubrza, Łagów i Świebodzin w powiecie świebodzińskim,

w województwie dolnośląskim:

gmina Pęcław, część gminy Kotla położona na północ od linii wyznaczonej przez rzekę Krzycki Rów, część gminy wiejskiej Głogów położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogi nr 12, 319 oraz 329, część miasta Głogów położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 12 w powiecie głogowskim,

gminy Grębocice i Polkowice w powiecie polkowickim,

w województwie wielkopolskim:

gminy Przemęt i Wolsztyn w powiecie wolsztyńskim,

gmina Wielichowo część gminy Kamieniec położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 308 i część gminy Rakoniewice położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 305 w powiecie grodziskim,

gminy Lipno, Osieczna, Wijewo, Włoszakowice i część gminy Święciechowa położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 12 w powiecie leszczyńskim,

gmina Śmigiel, część gminy wiejskiej Kościan położona na południowy – wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 5 oraz na zachód od linii wyznaczonej przez kanał Obry, część gminy Krzywiń położona na zachód od linii wyznaczonej przez kanał Obry w powiecie kościańskim,

powiat miejski Leszno,

powiat obornicki,

część gminy Połajewo na położona na południe od drogi łączącej miejscowości Chraplewo, Tarnówko-Boruszyn, Krosin, Jakubowo, Połajewo - ul. Ryczywolska do północno-wschodniej granicy gminy w powiecie czarnkowsko-trzcianeckim,

gmina Suchy Las, część gminy wiejskiej Murowana Goślina położona na północ od linii kolejowej biegnącej od północnej granicy miasta Murowana Goślina do północno-wschodniej granicy gminy oraz część gminy Rokietnica położona na północ i na wschód od linii kolejowej biegnącej od północnej granicy gminy w miejscowości Krzyszkowo do południowej granicy gminy w miejscowości Kiekrz w powiecie poznańskim,

część gminy Szamotuły położona na wschód od wschodniej granicy miasta Szamotuły i na północ od linii kolejowej biegnącej od południowej granicy miasta Szamotuły do południowo-wschodniej granicy gminy oraz część gminy Obrzycko położona na wschód od drogi nr 185 łączącej miejscowości Gaj Mały, Słopanowo i Obrzycko do północnej granicy miasta Obrzycko, a następnie na wschód od drogi przebiegającej przez miejscowość Chraplewo w powiecie szamotulskim.

w województwie łódzkim:

gminy Białaczów, Drzewica, Opoczno i Poświętne w powiecie opoczyńskim,

gminy Biała Rawska, Regnów i Sadkowice w powiecie rawskim,

gmina Kowiesy w powiecie skierniewickim,

w województwie zachodniopomorskim:

gmina Boleszkowice i część gminy Dębno położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 126 biegnącą od zachodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 23 w miejscowości Dębno, następnie na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 23 do skrzyżowania z ul. Jana Pawła II w miejscowości Cychry, następnie na południe od ul. Jana Pawła II do skrzyżowania z ul. Ogrodową i dalej na południe od linii wyznaczonej przez ul. Ogrodową, której przedłużenie biegnie do wschodniej granicy gminy w powiecie myśliborskim,

gminy Mieszkowice, Moryń, część gminy Cedynia położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 124 biegnącą od zachodniej granicy gminy do miasta Cedynia, a następnie na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 125 biegnącą od miasta Cedynia do wschodniej granicy gminy w powiecie gryfińskim.

7.   Is-Slovakkja

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:

id-distrett kollu ta’ Gelnica,

id-distrett kollu ta’ Spišská Nová Ves,

id-distrett kollu ta’ Levoča,

fid-distrett ta’ Michalovce, il-muniċipalitajiet sħaħ tad-distrett mhux inklużi fil-Parti I,

id-distrett kollu ta’ Košice-okolie,

id-distrett kollu ta’ Rožnava, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-Parti I,

il-belt kollha ta’ Košice,

id-distrett kollu ta’ Sobrance,

fid-distrett ta’ Vranov nad Topľou, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Zámutov, Rudlov, Jusková Voľa, Banské, Cabov, Davidov, Kamenná Poruba, Vechec, Čaklov, Soľ, Komárany, Čičava, Nižný Kručov, Vranov nad Topľou, Sačurov, Sečovská Polianka, Dlhé Klčovo, Nižný Hrušov, Poša, Nižný Hrabovec, Hencovce, Kučín, Majerovce, Sedliská, Kladzany u Tovarnianska Polianka, Herrmanovce nad Topľou, Petrovce, Pavlovce, Hanušovce nad Topľou, Medzianky, Radvanovce, Babie, Vlača, Ďurďoš, Prosačov, Remeniny, Skrabské, Bystré, Petkovce, Michalok, Vyšný Žipov, Čierne nad Topľou, Zlatník, Hlinné, Jastrabie nad Topľou, Merník,

id-distrett kollu ta’ Prešov,

id-distrett kollu ta’ Sabinov,

fid-distrett ta’ Svidník, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Dukovce, Želmanovce, Kuková, Kalnište, Lužany pri Ondave, Lúčka, Giraltovce, Kračúnovce, Železník, Kobylince, Mičakovce,

id-distrett kollu ta’ Bardejov,

fid-distrett ta’ Stará Ľubovňa, il-muniċipalitajiet sħaħ ta’ Kyjov, Pusté Pole, Šarišské Jastrabie, Čirč, Ruská Voľa nad Popradom, Obručné, Vislanka, Ďurková, Plaveč, Ľubotín, Orlov,

fid-distrett ta’ Revúca, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Gemer, Tornaľa, Žiar, Gemerská Ves, Levkuška, Otročok, Polina, Rašice, Licince, Leváre, Držkovce, Chvalová, Sekerešovo, Višňové, Gemerské Teplice, Gemerský Sad, Hucín, Jelšava, Nadraž, Prihradzany, Šivetice, Kameňany,

fid-distrett ta’ Rimavská Sobota, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Abovce, Barca, Bátka, Cakov, Chanava, Dulovo, Figa, Gemerské Michalovce, Hubovo, Ivanice, Kaloša, Kesovce, Kráľ, Lenartovce, Lenka, Neporadza, Orávka, Radnovce, Rakytník, Riečka, Rimavská Seč, Rumince, Stránska, Uzovská Panica, Valice, Vieska nad Blhom, Vlkyňa, Vyšné Valice, Včelince, Zádor, Číž, Štrkovec Tomášovce, Žíp, Španie Pole, Hostišovce, Budikovany, Teplý Vrch, Veľký Blh, Janice, Chrámec, Orávka, Martinová, Bottovo, Dubovec, Šimonovce, Širkovce Drňa, Hostice, Gemerské Dechtáre, Jestice, Petrovce, Dubno, Gemerský Jablonec,

fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Ľuboriečka, Muľa, Dolná Strehová, Závada, Pravica, Chrťany, Senné, Brusník, Horná Strehová, Slovenské Kľačany, Vieska, Veľký Lom, Suché Brezovo, Horné Strháre, Dolné Strháre, Modrý Kameň,Veľký Krtíš, Veľké Zlievce, Malé Zlievce, Veľké Stračiny, Malé Stračiny, Bušince, Čeláre, Gabušovce, Zombor, Olováry, Malý Krtíš, Nová Ves

fid-distrett ta’ Lučenec, il-muniċipalitajiet sħaħ ta’ Kalonda, Panické Dravce, Halič, Mašková, Lehôtka, Ľuboreč, Jelšovec, Veľká nad Ipľom, Trenč, Rapovce, Mučín, Lipovany.

8.   Il-Ġermanja

Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:

Bundesland Brandenburg:

Landkreis Oder-Spree:

Gemeinde Grunow-Dammendorf,

Gemeinde Mixdorf

Gemeinde Schlaubetal,

Gemeinde Neuzelle,

Gemeinde Neißemünde,

Gemeinde Lawitz,

Gemeinde Eisenhüttenstadt,

Gemeinde Vogelsang,

Gemeinde Ziltendorf,

Gemeinde Wiesenau,

Gemeinde Friedland,

Gemeinde Siehdichum

Gemeinde Müllrose,

Gemeinde Groß Lindow,

Gemeinde Brieskow-Finkenheerd,

Gemeinde Ragow-Merz,

Gemeinde Beeskow,

Gemeinde Rietz-Neuendorf mit den Gemarkungen Groß Rietz und Birkholz,

Gemeinde Tauche mit den Gemarkungen Stremmen, Ranzig, Trebatsch, Sabrodt, Sawall, Mitweide und Tauche,

Landkreis Dahme-Spreewald:

Gemeinde Jamlitz,

Gemeinde Lieberose,

Gemeinde Schwielochsee mit den Gemarkungen Goyatz, Jessern, Lamsfeld, Ressen, Speichrow und Zaue,

Landkreis Spree-Neiße:

Gemeinde Schenkendöbern mit den Gemarkungen Stakow, Reicherskreuz, Groß Drewitz, Sembten, Lauschütz, Krayne, Lübbinchen, Grano, Pinnow, Bärenklau, Schenkendöbern und Atterwasch,

Gemeinde Guben mit den Gemarkungen Bresinchen, Guben und Deulowitz,

Landkreis Märkisch-Oderland:

Gemeinde Zechin,

Gemeinde Bleyen-Genschmar,

Gemeinde Golzow,

Gemeinde Küstriner Vorland,

Gemeinde Alt Tucheband,

Gemeinde Reitwein,

Gemeinde Podelzig,

Gemeinde Letschin mit der Gemarkung Sophienthal,

Gemeinde Seelow – östlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Vierlinden – östlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Lindendorf – östlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Fichtenhöhe – östlich der Bahnstrecke RB 60,

Gemeinde Lebus mit den Gemarkungen Lebus und Mallnow – östlich der Bahnstrecke RB 60,

Bundesland Sachsen:

Landkreis Görlitz:

Gemeinde Bad Muskau,

Gemeinde Krauschwitz i.d. O.L. östlich der Linie: Straßenzug B115/B156 nördlicher Teil (Jämlitzer Weg) bis Abzweig Forstweg, weiter entlang des Wildzaunes: Forstweg – Bautzener Straße – Waldstück “Drachenberge” – S126 bis B115,

Gemeinde Hähnichen östlich der B115,

Gemeinde Horka nördlich der Bahnstrecke DB6207 “Roßlau (Elbe) – Horka – Grenze DE/PL”,

Gemeinde Neißeaue nördlich der Bahnstrecke DB6207 “Roßlau (Elbe) – Horka – Grenze DE/PL”,

Gemeinde Niesky östlich der B115 und nördlich der Bahnstrecke DB6207 “Roßlau (Elbe) – Horka – Grenze DE/PL”,

Gemeinde Rietschen östlich der B115,

Gemeinde Rothenburg/O.L. nördlich der Bahnstrecke DB6207 “Roßlau (Elbe) – Horka – Grenze DE/PL”,

Gemeinde Weißkeißel östlich der B115 sowie Gebiet westlich der B115 und nördlich der S126 (Friedhof).

PARTI III

1.   Il-Bulgarija

Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:

ir-reġjun kollu ta’ Blagoevgrad,

ir-reġjun kollu ta’ Dobrich,

ir-reġjun kollu ta’ Gabrovo,

ir-reġjun kollu ta’ Kardzhali,

ir-reġjun kollu ta’ Lovech,

ir-reġjun kollu ta’ Montana,

ir-reġjun kollu ta’ Pleven,

ir-reġjun kollu ta’ Razgrad,

ir-reġjun kollu ta’ Ruse,

ir-reġjun kollu ta’ Shumen,

ir-reġjun kollu ta’ Silistra,

ir-reġjun kollu ta’ Sliven,

ir-reġjun kollu tal-belt ta’ Sofija,

ir-reġjun kollu tal-Provinċja ta’ Sofija,

ir-reġjun kollu ta’ Targovishte,

ir-reġjun kollu ta’ Vidin,

ir-reġjun kollu ta’ Varna,

ir-reġjun kollu ta’ Veliko Tarnovo,

ir-reġjun kollu ta’ Vratza,

fir-reġjun ta’ Burgas:

il-muniċipalità kollha ta’ Burgas,

il-muniċipalità kollha ta’ Kameno,

il-muniċipalità kollha ta’ Malko Tarnovo,

il-muniċipalità kollha ta’ Primorsko,

il-muniċipalità kollha ta’ Sozopol,

il-muniċipalità kollha ta’ Sredets,

il-muniċipalità kollha ta’ Tsarevo,

il-muniċipalità kollha ta’ Sungurlare,

il-muniċipalità kollha ta’ Ruen,

il-muniċipalità kollha ta’ Aytos.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:

Aizputes novada Kalvenes pagasta daļa uz austrumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz ziemeļiem no autoceļa A9, uz austrumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz austrumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296,

Kuldīgas novada, Laidu pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1296,

Skrundas novada Rudbāržu, Nīkrāces pagasts, Raņķu pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1272 līdz robežai ar Ventas upi, Skrundas pagasts (izņemot pagasta daļa no Skrundas uz ziemeļiem no autoceļa A9 un austrumiem no Ventas upes), Skrundas pilsēta,

Vaiņodes novada Embūtes pagasta daļa uz ziemeļiem autoceļa P116, P106.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:

Jurbarko rajono savivaldybė: Seredžiaus ir Juodaičių seniūnijos,

Kauno rajono savivaldybė: Čekiškės seniūnija, Babtų seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio A1ir Vilkijos apylinkių seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 1907,

Kėdainių rajono savivaldybė: Pernaravos seniūnija ir Josvainių seniūnijos pietvakarinė dalis tarp kelio Nr. 229 ir Nr. 2032,

Plungės rajono savivaldybė: Alsėdžių, Babrungo, Paukštakių, Platelių ir Žemaičių Kalvarijos seniūnijos,

Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos ir Ariogalos miesto seniūnijos,

Skuodo rajono savivaldybės: Barstyčių, Notėnų ir Šačių seniūnijos.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

gminy Bisztynek i Bartoszyce z miastem Bartoszyce w powiecie bartoszyckim,

gminy Kiwity i Lidzbark Warmiński z miastem Lidzbark Warmiński w powiecie lidzbarskim,

gminy Łukta, Morąg, Miłakowo, część gminy Małdyty położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr S7, część gminy Miłomłyn położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr S7, część gminy wiejskiej Ostróda położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr S7 oraz na północ od drogi nr 16, część miasta Ostróda położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr w powiecie ostródzkim,

powiat olecki,

gminy Barczewo, Gietrzwałd, Jeziorany, Jonkowo, Dywity, Dobre Miasto, Purda, Stawiguda, Świątki, część gminy Olsztynek położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr S51 biegnącą od wschodniej granicy gminy do miejscowości Ameryka oraz na wschód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od skrzyżowania z drogą S51 do północnej granicy gminy, łączącej miejscowości Mańki – Mycyny – Ameryka w powiecie olsztyńskim,

powiat miejski Olsztyn,

w województwie podlaskim:

część gminy Bakałarzewo położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę 653 biegnącej od zachodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą 1122B oraz na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1122B biegnącą od drogi 653 w kierunku południowym do skrzyżowania z drogą 1124B i następnie na południowy - zachód od drogi nr 1124B biegnącej od skrzyżowania z drogą 1122B do granicy z gminą Raczki w powiecie suwalskim,

w województwie mazowieckim:

gminy Łaskarzew z miastem Łaskarzew, Maciejowice, Sobolew, Trojanów, Żelechów, część gminy Wilga położona na południe od linii wyznaczonej przez rzekę Wilga biegnącą od wschodniej granicy gminy do ujścia do rzeki Wisły, część gminy Górzno położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Łąki i Górzno biegnącą od wschodniej granicy gminy, następnie od miejscowości Górzno na południe od drogi nr 1328 W biegnącej do drogi nr 17, a następnie na południe od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od drogi nr 17 do zachodniej granicy gminy przez miejscowości Józefów i Kobyla Wola w powiecie garwolińskim,

część gminy Iłża położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 9 w powiecie radomskim,

gmina Kazanów w powiecie zwoleńskim,

gminy Ciepielów, Lipsko, Rzeczniów i Sienno w powiecie lipskim,

w województwie lubelskim:

powiat tomaszowski,

gminy Białopole, Dubienka, Kamień, Żmudź, część gminy Dorohusk położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową, część gminy Wojsławice położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę 1839L, część gminy Leśniowice położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę 1839L w powiecie chełmskim,

gmina Rudnik i część gminy Żółkiewka położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 842 w powiecie krasnostawskim,

powiat zamojski,

powiat miejski Zamość,

powiat biłgorajski,

powiat hrubieszowski,

gminy Dzwola i Chrzanów w powiecie janowskim,

gmina Serokomla w powiecie łukowskim,

gminy Abramów, Kamionka, Michów, Lubartów z miastem Lubartów, Firlej, Jeziorzany, Kock, Ostrówek w powiecie lubartowskim,

gminy Kłoczew, Stężyca, Ułęż i część gminy Ryki położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie ryckim,

gmina Baranów w powiecie puławskim,

w województwie podkarpackim:

gminy Cieszanów, Horyniec – Zdrój, Narol i Stary Dzików w powiecie lubaczowskim,

gminy Kuryłówka, Nowa Sarzyna, miasto Leżajsk, część gminy wiejskiej Leżajsk położona na północ od miasta Leżajsk oraz część gminy wiejskiej Leżajsk położona na wschód od linii wyznaczonej przez rzekę San, w powiecie leżajskim,

gminy Krzeszów, Rudnik nad Sanem, część gminy Harasiuki położona na południe od linii wyznaczona przez drogę nr 1048 R, część gminy Ulanów położona na południe od linii wyznaczonej przez rzekę Tanew, część gminy Nisko położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 oraz na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową biegnącą od wschodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 19, część gminy Jeżowe położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 w powiecie niżańskim,

gminy Chłopice, Jarosław z miastem Jarosław, Laszki, Wiązownica, Pawłosiów, Radymno z miastem Radymno, w powiecie jarosławskim,

gmina Stubno w powiecie przemyskim,

część gminy Kamień położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 w powiecie rzeszowskim,

gminy Adamówka, Sieniawa, Tryńcza, miasto Przeworsk, część gminy wiejskiej Przeworsk położona na wschód od miasta Przeworsk i na wschód od linii wyznaczonej przez autostradę A4 biegnącą od granicy z gminą Tryńcza do granicy miasta Przeworsk, część gminy Zarzecze położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1594R biegnącą od północnej granicy gminy do miejscowości Zarzecze oraz na północ od linii wyznaczonej przez drogi nr 1617R oraz 1619R biegnącą do południowej granicy gminy w powiecie przeworskim,

w województwie lubuskim:

gminy Nowa Sól i miasto Nowa Sól, Otyń oraz część gminy Kożuchów położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 283 biegnącą od wschodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 290 i na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 290 biegnącej od miasta Mirocin Dolny do zachodniej granicy gminy, część gminy Bytom Odrzański położona na południowy wschód od linii wyznaczonej przez drogi nr 293 i 326, część gminy Nowe Miasteczko położona na wschód od linii wyznaczonych przez drogi 293 i 328, część gminy Siedlisko położona na południowy wschód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od rzeki Odry przy południowe granicy gminy do drogi nr 326 łączącej się z drogą nr 325 biegnącą w kierunku miejscowości Różanówka do skrzyżowania z drogą nr 321 biegnącą od tego skrzyżowania w kierunku miejscowości Bielawy, a następnie przedłużoną przez drogę przeciwpożarową biegnącą od drogi nr 321 w miejscowości Bielawy do granicy gminy w powiecie nowosolskim,

gminy Babimost, Czerwieńsk, Kargowa, Świdnica, Zabór, część gminy Bojadła położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 278 biegnącą od wschodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 282 i na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 282 biegnącej od miasta Bojadła do zachodniej granicy gminy i część gminy Sulechów położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr S3 w powiecie zielonogórskim,

część gminy Niegosławice położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 328 w powiecie żagańskim,

powiat miejski Zielona Góra,

gminy Skąpe, Szczaniec i Zbąszynek w powiecie świebodzińskim,

gminy Bobrowice, Dąbie, Krosno Odrzańskie i część gminy Bytnica położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1157F w powiecie krośnieńskim,

część gminy Trzciel położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 92 w powiecie międzyrzeckim,

w województwie wielkopolskim:

gmina Zbąszyń, część gminy Miedzichowo położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 92, część gminy Nowy Tomyśl położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 305 w powiecie nowotomyskim,

gmina Siedlec w powiecie wolsztyńskim,

część gminy Rakoniewice położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 305 w powiecie grodziskim,

gminy Chocz, Czermin, Gołuchów, Pleszew i część gminy Gizałki położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 443 w powiecie pleszewskim,

część gminy Grodziec położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 443 w powiecie konińskim,

gminy Blizanów, Stawiszyn, Żelazków w powiecie kaliskim,

w województwie dolnośląskim:

gminy Jerzmanowa, Żukowice, część gminy Kotla położona na południe od linii wyznaczonej przez rzekę Krzycki Rów, część gminy wiejskiej Głogów położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogi nr 12, 319 oraz 329, część miasta Głogów położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 12 w powiecie głogowskim,

gminy Gaworzyce, Radwanice i część gminy Przemków położona na północ od linii wyznaczonej prze drogę nr 12 w powiecie polkowickim,

w województwie świętokrzyskim:

część gminy Brody położona na wschód od linii kolejowej biegnącej od miejscowości Marcule i od północnej granicy gminy przez miejscowości Klepacze i Karczma Kunowska do południowej granicy gminy w powiecie starachowickim.

5.   Ir-Rumanija

Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:

Zona orașului București,

Județul Constanța,

Județul Satu Mare,

Județul Tulcea,

Județul Bacău,

Județul Bihor,

Județul Bistrița Năsăud,

Județul Brăila,

Județul Buzău,

Județul Călărași,

Județul Dâmbovița,

Județul Galați,

Județul Giurgiu,

Județul Ialomița,

Județul Ilfov,

Județul Prahova,

Județul Sălaj,

Județul Suceava

Județul Vaslui,

Județul Vrancea,

Județul Teleorman,

Judeţul Mehedinţi,

Județul Gorj,

Județul Argeș,

Judeţul Olt,

Judeţul Dolj,

Județul Arad,

Județul Timiș,

Județul Covasna,

Județul Brașov,

Județul Botoșani,

Județul Vâlcea,

Județul Iași,

Județul Hunedoara,

Județul Alba,

Județul Sibiu,

Județul Caraș-Severin,

Județul Neamț,

Județul Harghita,

Județul Mureș,

Județul Cluj,

Județul Maramureş.

6.   Is-Slovakkja

Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:

id-distrett kollu ta’ Trebišov.

7.   L-Italja

Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:

it-territorju kollu ta’ Sardenja.


ANNESS II

MIŻURI MSAĦĦA TA’ BIJOSIGURTÀ GĦALL-ISTABBILIMENTI TA’ ANNIMALI PORĊINI MIŻMUMA LI JINSABU FIŻ-ŻONI RISTRETTI I, II U III

(kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b)(i))

1.   

Il-miżuri msaħħa ta’ bijosigurtà li ġejjin skont kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b)(i) għandhom japplikaw għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali porċini u li jinsabu fiż-żoni ristretti I, II u III fl-Istati Membri kkonċernati fil-każ ta’ movimenti awtorizzati ta’ kunsinni ta’:

(a)

annimali porċini li jinżammu fiż-żoni ristretti I, II u III ’il barra minn dawk iż-żoni kif previst fl-Artikoli 22, 23, 24, 25, 28 u 29;

(b)

prodotti ġerminali miksuba minn annimali porċini li jinżammu fiż-żona ristretta II ’il barra minn dik iż-żona kif previst fl-Artikoli 31 u 32;

(c)

prodotti sekondarji miksuba minn annimali porċini li jinżammu fiż-żona ristretta II ’il barra minn dik iż-żona kif previst fl-Artikoli 35 u 37;

(d)

laħam frisk, prodotti tal-laħam, inklużi l-ġlud, miksuba minn annimali porċini li jinżammu fiż-żoni ristretta II u III ’il barra minn dik iż-żona kif previst fl-Artikoli 38, 39 u 40.

2.   

Fil-każ ta’ movimenti awtorizzati ’l barra miż-żoni ristretti I, II u III, fl-Istati Membri kkonċernati, l-operaturi ta’ stabbilimenti tal-annimali porċini miżmuma li jinsabu f’dawk iż-żoni għandhom jiżguraw li fl-istabbilimenti tal-annimali porċini miżmuma jiġu applikati l-miżuri msaħħa ta’ bijosigurtà li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li ma jkunx hemm kuntatt dirett jew indirett bejn l-annimali porċini miżmuma u għallinqas:

(i)

annimali porċini oħrajn minn stabbilimenti oħrajn;

(ii)

annimali porċini selvaġġi;

(b)

miżuri xierqa tal-iġjene pereżempju li min jidħol u min joħroġ mill-post fejn jinżammu l-annimali porċini jbiddel ħwejġu u ż-żraben;

(c)

ħdejn l-entratura tal-post fejn jinżammu l-annimali porċini, jinħaslu u jiġu ddiżinfettati l-idejn u xedd is-saqajn;

(d)

ma jsir xejn kuntatt mal-annimali porċini miżmuma għal mill-inqas 48 siegħa wara kull attività ta’ kaċċa b’rabta mal-annimali porċini selvaġġi, jew kull tip ieħor ta’ kuntatt ma’ annimali porċini selvaġġi;

(e)

projbizzjoni li jidħlu fl-istabbiliment u fil-post fejn jinżammu l-annimali porċini persuni u mezzi ta’ trasport mhux awtorizzati;

(f)

ir-reġistrazzjoni xierqa tal-persuni u tal-mezzi ta’ trasport li jidħlu fl-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali porċini;

(g)

il-binjiet u l-postijiet fejn jinżammu l-annimali porċini fl-istabbiliment jeħtieġ li:

(i)

jkunu mibnija b’mod li l-ebda annimali ieħor ma jista’ jidħol fil-postijiet jew fil-binjiet jew ikollu kuntatt mal-annimali porċini miżmuma jew mal-għalf u mal-materjal tal-marqad tagħhom;

(ii)

jkollhom fejn jistgħu jinħaslu u jiġu ddiżinfettati l-idejn;

(iii)

il-post ikun mgħammar b’mod li jista’ jinħasel u jiġi ddiżinfettat;

(iv)

mal-entratura tal-post fejn jinżammu l-annimali porċini jkun hemm faċilitajiet fejn jistgħu jitbiddlu l-ħwejjeġ u xedd is-saqajn;

(h)

delimitazzjoni reżistenti għall-annimali għalmenu għall-post fejn jinżammu l-annimali porċini u għall-binjiet fejn jinżammu l-għalf u l-mifrex;

(i)

jeħtieġ li jkunu fis-seħħ pjan ta’ bijosigurtà li jqis il-profil tal-istabbiliment u leġiżlazzjoni nazzjonali, approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat; dak il-pjan ta’ bijosigurtà għandu jinkludi mill-inqas:

(i)

l-istabbiliment taż-żoni “nodfa” u “maħmuġin” għall-persunal, li jkunu xierqa għat-tip ta’ farm, bħal kmamar għat-tibdil tal-ħwejjeġ, doċoċ u kamra tal-ikel;

(ii)

it-twaqqif, u meta japplika, ir-rieżami, ta’ arranġamenti loġistiċi biex jiddaħħlu annimali porċini miżmuma ġodda fl-istabbiliment;

(iii)

il-proċeduri għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-faċilitajiet, tal-mezzi tat-trasport, tat-tagħmir u tal-persunal;

(iv)

ir-regoli dwar l-ikel għall-persunal li jkun fl-istabbiliment u projbiżżjoni fuq iż-żamma ta’ annimali porċini mill-persunal meta rilevanti u jekk ikun applikabbli;

(v)

programm apposta ta’ sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar l-istabbiliment, li jittenna regolarment;

(vi)

it-twaqqif u r-rieżami, meta japplika, ta’ arranġamenti loġistiċi biex tkun żgurata separazzjoni tajba bejn l-unitajiet epidemjoloġiċi diversi u biex jiġi evitat li l-annimali porċini jidħlu f’kuntatt dirett jew indirett ma’ prodotti sekondarji u ma’ unitajiet oħra;

(vii)

il-proċeduri u l-istruzzjonijiet għall-infurzar tar-rekwiżiti ta’ bijosigurtà waqt il-bini jew it-tiswija tal-postijiet u tal-binjiet;

(viii)

awditu intern jew awtoevalwazzjoni għall-infurzar tal-miżuri ta’ bijosigurtà.


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/65


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/606

tal-14 ta’ April 2021

li jemenda l-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-entrati tal-Belarussja u tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey fil-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom sabiex jiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti tal-inqas ekwivalenti. Dawk il-kundizzjonijiet jinkludu l-identifikazzjoni tal-annimali u tal-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni elenkati f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3), (KE) Nru 119/2009 (4), (UE) Nru 206/2010 (5) u (UE) Nru 605/2010 (6), li jitħassru mill-21 ta’ April 2021 mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (7), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 (8), li jitħassar mill-21 ta’ April 2021 mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (9), jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li japplika mill-21 ta’ April 2021, jissostitwixxi l-listi fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ikel fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010 u (UE) Nru 605/2010, kif ukoll fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626.

(3)

Il-Belarussja hija inkluża fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd minbarra l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626, u għandha pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-akkwakultura b’konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (10). Għaldaqstant, hemm evidenza u garanziji xierqa biex jiżguraw li l-Belarussja tissodisfa r-rekwiżiti tal-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd, inklużi dawk mill-akkwakultura, minbarra l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar. Jenħtieġ li l-kumment “qabda salvaġġa biss”, li attwalment huwa assoċjat mal-Belarussja fil-lista stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jitneħħa, sabiex jiġi awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd mill-akkwakultura minn dak il-pajjiż terz.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010 u (UE) Nru 605/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 ġew emendati fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey fil-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali jew oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2205 (11), (UE) 2020/2206 (12), (UE) 2020/2204 (13), (UE) 2020/2207 (14) u (UE) 2020/2209 (15) rispettivament.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 ma kienx jinkludi r-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey f’dawk il-listi. Jenħtieġ għalhekk li dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi emendat biex jinkludi dawk l-entrati.

(6)

Ir-Renju Unit pprovda evidenza u garanziji xierqa biex jiżgura li l-annimali u l-oġġetti awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni mir-Renju Unit u mid-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

(7)

Il-punt (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jipprevedi li l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ programm ta’ kontroll ta’ residwi approvat mill-Kummissjoni, meta applikabbli, huwa rekwiżit ulterjuri għall-inklużjoni ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. Il-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi ġie approvat, hija stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li ġie emendat fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi mir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey, mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2218. (16)

(8)

Meta jitqiesu l-evidenza u l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, jenħtieġ li dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu inklużi fl-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Rivalutazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 mhuwiex neċessarju.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I, l-Anness IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu emendati skont dan.

(10)

Peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 japplika mill-21 ta’ April 2021, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-istess data.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae salvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art salvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-listi (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 31).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p.118).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2205 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Guernsey fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom ċerti kunsinni ta’ tjur jew prodotti tat-tjur jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 11).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2206 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam ta’ leporidae salvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art salvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet (ĠU L 438, 28.12.2020, p.15).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2204 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u laħam frisk (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 7)

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2207 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew tal-partijiet tagħhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti ibbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 438, 28.12.2020, p.18).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2209 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali jew oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 24).

(16)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2218 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi mir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 63).


ANNESS

L-Anness I, l-Annessi IV sa XIII u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) (2021)405 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżvizzera u New Zealand:

“GB

Ir-Renju Unit (*1)

 

(2)

fl-Anness IV, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżvizzera u l-Ġappun:

“GB

Ir-Renju Unit (*2)

 

(3)

fl-Anness V, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għaċ-Ċina u l-Maċedonja ta’ Fuq:

“GB

Ir-Renju Unit (*3)

 

(4)

fl-Anness VI, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Kanada u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*4)

 

(5)

fl-Anness VII, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għaċ-Ċina u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*5)

A

A

A

A

A

(6)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati taċ-Ċilì u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*6)

 

GG

Guernsey

Qabda salvaġġa biss

(b)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati ta’ Greenland u l-Ġamajka:

“IM

Isle of Man

 

JE

Jersey

Qabda salvaġġa biss”

(7)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

“BY

Il-Belarussja”

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Gabon u Grenada:

“GB

Ir-Renju Unit (*7)

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Georgia u l-Ghana:

“GG

Guernsey

Qabda salvaġġa biss”

(d)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżrael u l-Indja:

“IM

Isle of Man”

 

(e)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iran u l-Ġamajka:

“JE

Jersey

Qabda salvaġġa biss”

(8)

fl-Anness X, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għall-Iżvizzera u l-Ġappun:

“GB

Ir-Renju Unit (*8)

 

GG

Guernsey

 

“IM

Isle of Man

 

JE

Jersey

 

(9)

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għall-Eġittu u l-Ghana:

“GB

Ir-Renju Unit (*9)

 

GG

Guernsey

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Indoneżja u l-Indja:

“IM

Isle of Man”

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Indja u l-Marokk:

“JE

Jersey”

 

(10)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati tal-Gżejjer Falkland u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*10)

 

GG

Guernsey

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżrael u l-Indja:

“IM

Isle of Man”

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Indja u l-Ġappun:

“JE

Jersey”

 

(11)

fl-Anness XIII, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għaċ-Ċina u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*11)

 

GG

Guernsey

 

(12)

fl-Anness XVI, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għall-Iżvizzera u l-Iżrael:

“GB

Ir-Renju Unit (*12)

BPP, DOC, HEP

BPP, DOC, HEP

GG

Guernsey

BPP

BPP



15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/73


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/607

tal-14 ta’ April 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 1193/2008 (2) il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Il-miżuri ħadu s-sura ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn is-6,6 % u t-42,7 %.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2008/899/KE (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) aċċettat impenji fuq il-prezzijiet offruti minn sitt produtturi esportaturi Ċiniżi (inkluż grupp ta’ produtturi esportaturi) flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u tal-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tas-Sustanzi Kimiċi (China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters, “CCCMC”). Il-produtturi kienu Anhui BBCA Biochemical Co., Ltd. (issa COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co., Ltd.); Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd.; RZBC Co., Ltd. u RZBC (Juxian) Co., Ltd.; TTCA Co., Ltd.; Weifang Ensign Industry Co., Ltd. u Yixing Union Biochemical Co., Ltd. (issa Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd.).

(3)

Bid-Deċiżjoni 2012/501/UE (4), il-Kummissjoni rtirat l-impenn offrut minn produttur esportatur wieħed, jiġifieri Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd. (“Laiwu Taihe”).

(4)

Bir-Regolament (UE) 2015/82 (5), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ wara rieżami ta’ skadenza (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

(5)

Bir-Regolament (UE) 2016/32 (6), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le.

(6)

Bir-Regolament (UE) 2016/704 (7), il-Kummissjoni rtirat l-impenn minn żewġ kumpaniji oħra abbażi ta’ sejbiet ta’ ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà tiegħu, li t-tnejn li huma ġġustifikaw l-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn.

(7)

Bir-Regolament (UE) 2018/1236 (8), il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kambodja kif ukoll jekk le.

(8)

Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ ivarjaw bejn il-15,3 % u t-42,7 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u rata ta’ dazju ta’ 42,7 % japplikaw għall-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħra kollha.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(9)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (9), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(10)

It-talba għal rieżami tressqet fil-21 ta’ Ottubru 2019 minn N.V. Citrique Belge S.A. u Jungbunzlauer Austria AG (“l-applikanti”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ aċidu ċitriku. It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(11)

Wara li ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, u wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(12)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Partijiet interessati

(13)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tar-rieżami u stednithom jipparteċipaw.

(14)

Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kampjunar

(15)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista’ tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   L-ebda kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(16)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li ż-żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, N.V. Citrique Belge S.A. u Jungbunzlauer Austria AG, kellhom jissottomettu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu. Il-Kummissjoni stiednet ukoll lil produtturi oħra tal-Unjoni u lil assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, jekk kien hemm, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju. L-ebda produttur ieħor tal-Unjoni jew assoċjazzjoni rappreżentattiva ma ppreżentat ruħha.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(17)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(18)

Importatur mhux relatat ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.6.3.   Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(19)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, hija talbet lill-missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu kienu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(20)

Erba’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

(21)

B’mod ġenerali, il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet insuffiċjenti. Fil-fatt, Laiwu Taihe, l-akbar produttur esportatur responsabbli għal aktar minn 53 % tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni ma kkooperax f’dan ir-rieżami ta’ skadenza. Minflok, il-Kummissjoni użat id-data tal-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(22)

Fil-bidu, il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji għall-produtturi, l-importaturi, l-utenti u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni fiċ-Ċina disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (11). Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(23)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mill-applikanti, importatur wieħed, erba’ utenti, u erba’ produtturi esportaturi. Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

1.8.   Verifika

(24)

Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti meħuda biex tiġi indirizzata t-tifqigħa kif deskritt f’avviż ippubblikat fil-fajl tal-każ (“l-Avviż dwar il-COVID-19” (12)), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-entitajiet li ppreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(25)

Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni wettqet Kontroverifiki Remoti tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

S.A. Citrique Belge N. V., Tienen, il-Belġju,

Jungbunzlauer Austria AG, Vjenna, l-Awstrija u Jungbunzlauer Ladenburg GmbH, Ladenburg, il-Ġermanja;

 

Utenti:

Reckitt Benckiser (ENA) BV, Schiphol, in-Netherlands,

Henkel AG & Co. KGaA, Düsseldorf, il-Ġermanja;

 

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:

COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd., Changchun, Jilin Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd., Yixing, Jiangsu Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

RZBC Group, Rizhao, Shandong Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

Weifang Ensign Industry Co., Ltd., Weifang, Shandong Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

1.9.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(26)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(27)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-aċidu ċitriku. Erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(28)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt(b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Madankollu, il-GTĊ ma weġibx għal dak il-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

(29)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’reazzjoni għan-Notifika ta’ Bidu, is-CCCMC għamlet kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall hawn taħt fil-punt 3.2.

(30)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(31)

Fil-5 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020”) biex tikseb il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża biex tiddetermina l-valur normali, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku (13). F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat f’dak l-istadju lill-Brażil, il-Kolombja u t-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Fit-13 ta’ Marzu 2020, fuq talba tas-CCCME, il-Kummissjoni żvelat l-Anness IV tan-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020, li fiha d-data tal-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”) (14) disponibbli għall-pubbliku li s-servizzi tal-Kummissjoni pproponew li tintuża għall-materjali tal-input u għall-prodotti sekondarji elenkati fin-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020.

(32)

Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi, mis-CCCMC u mill-applikanti. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda kumment.

(33)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet dwar in-Nota tal-5 ta’ Marzu fit-Tieni Nota dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali tat-30 ta’ Novembru 2020 (“in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020”) (15). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll lista proviżorja ta’ fatturi ta’ produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, kienet beħsiebha tuża lill-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u rċeviet kummenti mingħand l-applikanti u s-CCCMC. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall hawn taħt fil-punti 3.3 u 3.4.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott taħt rieżami

(34)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011 u 2918150019) (“il-prodott taħt rieżami”).

(35)

L-aċidu ċitriku jintuża bħala regolatur aċidulant u tal-pH f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju deterġenti għall-kura fid-djar, xorb, ikel, kożmetiċi u farmaċewtiċi. Iz-zokkor/il-melassa, it-tapjoka, il-qamħirrum jew il-glukożju (miksuba miċ-ċereali) u aġenti differenti għall-fermentazzjoni mikrobika mgħaddsa tal-karboidrati huma l-materja prima ewlenija tiegħu.

2.2.   Prodott simili

(36)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott taħt rieżami li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(37)

Għalhekk, dawk il-prodotti ġew ikkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Pretensjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(38)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda pretensjoni rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, is-CCCMC innotat li l-prodott taħt rieżami kif iddefinit fin-notifika ta’ bidu jkopri t-tipi ta’ prodotti soġġetti għall-miżuri oriġinali kif ukoll it-tipi koperti mill-ewwel rieżami ta’ skadenza.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(39)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping miċ-Ċina.

(40)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni totali ddikjarata tal-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw kienet tammonta għal madwar 72 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża totali stmata. Fid-dawl tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 u bbażat is-sejbiet tagħha dwar is-suq Ċiniż tal-aċidu ċitriku, inklużi l-produzzjoni, il-kapaċità u l-kapaċità ta’ riżerva, fuq il-fatti disponibbli.

(41)

Is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati b’mod partikolari fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami, l-istatistika bbażata fuq id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”), kif ukoll fuq it-tweġibiet fil-kampjunar ipprovduti fil-mument tal-bidu u t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-bażijiet ta’ data GTA u l-Orbis Bureau van Dijk (16) (“Orbis”).

3.2.   Valur normali

(42)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(43)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(44)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.1.1.   Introduzzjoni

(45)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

“is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-Istat f’ditti li tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(46)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni preċedenti. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew ta’ aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott taħt rieżami. Fil-fatt, peress li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jitqiesu għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(47)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”.

(48)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport” jew “ir-rapport taċ-Ċina”) (17), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(49)

It-talba għal rieżami sottomessa mill-applikant, minbarra li tenniet is-sejbiet li saru fir-rapport, b’mod partikolari fis-settur kimiku, kien fiha informazzjoni addizzjonali dwar il-proċedimenti anti-dumping preċedenti tal-Istati Uniti dwar l-aċidu ċitriku u b’mod partikolari s-sejbiet fil-proċediment l-aktar riċenti, kif ippubblikat fil-Memorandum dwar Kwistjonijiet u Deċiżjoni għar-Riżultati Finali tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Kumpensatorju: Aċidu Ċitriku u Ċertu Melħ taċ-Ċitrat, is-7 ta’ Diċembru 2015. B’mod partikolari, l-applikant irrefera għas-sejbiet li jikkonċernaw: il-politika tas-self (self li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-industrija tal-aċidu ċitriku minn banek tal-Istat b’rati tal-imgħax anqas mir-rati kummerċjali); tnaqqis fit-taxxi fuq l-introjtu (li l-industrija tal-aċidu ċitriku tibbenefika minn tnaqqis fit-taxxi fuq l-introjtu u titlob krediti tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ tagħmir domestiku); aċċess orħos għal materja prima awżiljarja, speċjalment is-sustanzi kimiċi, inklużi l-aċidu sulfuriku, is-soda kawstika, il-faħam bituminuż, il-karbonat tal-kalċju jew il-ġir; l-art (sejbiet dwar id-drittijiet għall-użu tal-art miksuba għal remunerazzjoni anqas minn adegwata); l-elettriku (is-sejba tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti li l-kumpanija investigata kienet ipprovduta b’elettriku għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata) kif ukoll sussidji fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi u kumpens tat-taxxa ambjentali.

(50)

Kif indikat fil-premessa (23) u (28) rispettivament, il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(51)

Il-kummenti f’dan ir-rigward waslu b’rispons għall-bidu tal-kawża mis-CCCMC f’isem il-produtturi membri li kkooperaw tas-CCCMC.

(52)

L-ewwel nett, is-CCCMC argumentat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mad-dritt tad-WTO. L-ewwel nett, is-CCCMC iddikjarat li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA, li jippermetti biss il-bini tal-valur normali jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Is-CCCMC osservat li dan l-Artikolu ma jsemmix li distorsjonijiet sinifikanti jippermettu l-bini tal-valur normali. It-tieni nett, is-CCCMC sostniet li anki jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti kien konformi mal-liġi tad-WTO, il-valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2.2.1.1 ADA u l-interpretazzjoni tiegħu mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’UE — Bijodiżil (DS478). It-tielet nett, is-CCCMC issottomettiet li minkejja li l-kunċett ta’ “perkors ordinarju tal-kummerċ” mhuwiex iddefinit b’mod espliċitu fl-ADA, l-Artikolu 2.2.1 jipprovdi li l-bejgħ ta’ prodott jista’ jiġi ttrattat bħala li ma jkunx fil-perkors ordinarju tal-kummerċ u injorat “biss jekk […] tali bejgħ isir f’perjodu ta’ żmien estiż fi kwantitajiet sostanzjali u jsir bi prezzijiet li ma jipprevedux l-irkupru tal-kostijiet kollha […]”. Ir-raba’ nett, l-ADA tirrikjedi li l-valur normali jrid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tal-kostijiet li jirriflettu l-livell tal-prezz jew tal-kost fil-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, il-prezz mibni bbażat fuq il-pajjiż rappreżentattiv ma jistax jirrifletti l-livell tal-prezz u tal-kost fil-pajjiż esportatur. Skont is-CCCMC, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fid-dritt tad-WTO li tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz.

(53)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a) hija konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CCCMC. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, skont l-opinjoni tal-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell f’UE — Bijodiżil (DS473), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-bini tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din id-dispożizzjoni tipprevedi l-bini tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(54)

It-tieni nett, is-CCCMC issottomettiet li fil-każ inkwistjoni ma hemm ebda prova ta’ distorsjonijiet sinifikanti. L-ewwel nett, il-CCCMC iddikjarat li l-applikanti ma pprovdewx biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jiġġustifikaw bidu skont l-Artikolu 5(3) tar-regolament dwar ir-Regolament bażiku, b’mod partikolari minħabba li l-evidenza kienet ġenerali ħafna u mhux speċifika għall-industrija tal-aċidu ċitriku. It-tieni nett, ir-Rapport kien ippubblikat f’Diċembru 2017, filwaqt li l-RIP f’din l-investigazzjoni kien fl-2019. Għalhekk, l-evidenza miġbura fir-Rapport kienet skaduta u ma kienx jirrifletti s-sitwazzjoni tal-industrija tal-aċidu ċitriku fil-każ inkwistjoni. It-tielet nett, f’US — Miżuri Kumpensatorji (iċ-Ċina) (Artikolu 21.5) (DS437), il-Korp tal-Appell sab li “l-eżistenza ta’ distorsjoni fil-prezz li tirriżulta minn intervent tal-gvern trid tiġi stabbilita u spjegata b’mod adegwat” u li “id-determinazzjoni […] trid issir fuq bażi ta’ każ b’każ”. Għalhekk, is-CCCMC issottomettiet li r-Rapport kien sors inadegwat biex jintuża bħala evidenza fl-industrija tal-aċidu ċitriku, peress li jiddeskrivi distorsjonijiet fis-settur usa’ tal-industrija kimika. Ir-raba’ nett, is-CCCMC argumentat li l-proċedimenti anti-dumping tal-Istati Uniti msemmija mill-applikanti huma irrilevanti f’dan il-każ, peress li jikkonċernaw sejbiet li saru qabel l-RIP.

(55)

B’rispons, il-Kummissjoni fakkret li l-punt 4.1 tan-Notifika ta’ Bidu rreferiet għal għadd ta’ elementi fis-suq Ċiniż tal-aċidu ċitriku, biex tissostanzja li s-suq kien affettwat mid-distorsjonijiet fis-setturi Ċiniżi tal-materja prima, tal-petrokimiċi u tal-kimiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Minbarra dan, filwaqt li s-sejbiet fl-investigazzjonijiet tad-dumping imwettqa mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħra ma jikkostitwixxux awtomatikament evidenza ta’ distorsjonijiet fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping tal-UE, jista’ jkun fihom elementi probattivi rilevanti biex juru li hemm ċerti anormalitajiet fis-suq rilevanti tal-pajjiż esportatur, kif kien il-każ f’din iċ-ċirkostanza fir-rigward tal-industrija Ċiniża tal-aċidu ċitriku.

(56)

Fir-rigward tal-argument li r-Rapport kien skadut, il-Kummissjoni fakkret li sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li r-rapport huwa skadut. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni nnutat b’mod partikolari li l-evidenza u d-dokumenti ta’ politika ewlenin li jinsabu fir-rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ ħames snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott taħt rieżami kienu għadhom rilevanti matul l-RIP, u li la s-CCCMC u lanqas il-partijiet l-oħra ma taw prova li dan ma kienx għadu l-każ.

(57)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li US — Miżuri Kumpensatorji (iċ-Ċina) (DS437) ma kienx jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Dik it-tilwima kienet tikkonċerna sitwazzjoni fattwali differenti, u kienet tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, u mhux l-ADA. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessi (49) u (55) hawn fuq, l-evidenza mressqa kienet relatata b’mod ċar mas-suq tal-aċidu ċitriku Ċiniż u għalhekk mal-prodott investigat fil-każ inkwistjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(58)

Rigward l-aħħar argument tas-CCCMC li s-sejbiet fil-proċedimenti antidumping tal-Istati Uniti kienu irrilevanti f’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu mill-applikant kienet tinkludi wkoll sejbiet oħra minbarra r-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-Istati Uniti, b’mod partikolari għadd ta’ evidenza bbażata fuq ir-Rapport. Din l-evidenza tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Filwaqt li l-investigazzjoni tal-Istati Uniti saret qabel l-RIP, il-kummenti pprovduti mill-applikanti dwar il-bidu servew bħala indikazzjoni addizzjonali ta’ sostenn tal-irregolaritajiet fis-suq Ċiniż.

(59)

Barra minn hekk, is-CCCMC ippreżentat kummenti dwar l-Ewwel Nota dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali. F’din is-sottomissjoni, is-CCCMC l-ewwel tenniet il-kummenti tagħha li għamlet fil-bidu. It-tieni nett, hija sostniet li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, dawk il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li ntwera li kien hemm distorsjoni fihom biss jenħtieġ li jiġu sostitwiti bi prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. B’mod speċifiku, is-CCCMC ikkummentat li l-applikanti naqsu milli jagħtu prova li kien hemm distorsjoni fil-kostijiet lavorattivi fiċ-Ċina, u għalhekk il-Kummissjoni kellha tuża l-kostijiet lavorattivi effettivi kif irrapportat mill-produtturi esportaturi. Is-CCCMC iddikjarat li ma kienx raġonevoli li l-kostijiet lavorattivi jiġu sostitwiti ma’ dawk f’pajjiż terz, minħabba li dawn kienu influwenzati minn diversi fatturi, bħar-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ikkonċernat, il-grad ta’ awtomatizzazzjoni fil-produzzjoni u l-livell tal-prezz tal-prodott bażiku fir-reġjun fejn kienu jinsabu l-produtturi. Is-CCCMC żiedet tgħid li l-kostijiet lavorattivi varjaw mhux biss bejn pajjiżi differenti iżda wkoll bejn produtturi Ċiniżi differenti. Minbarra dan, is-CCCMC ikkummentat li l-kostijiet tal-enerġija varjaw skont diversi fatturi, inkluż it-tip ta’ enerġija u d-disponibbiltà tagħha fiż-żona, it-teknoloġija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ir-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda, eċċ. Għalhekk, il-prezzijiet tal-enerġija f’pajjiż wieħed ma jistgħux jirriflettu l-livell tal-prezz tal-enerġija taħt il-kundizzjoni normali tas-suq f’pajjiż ieħor.

(60)

Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(b), mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ tibni normali bl-użu ta’ prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a)(a) jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li mhumiex distorti. Madankollu, il-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija individwali u/jew kostijiet tal-input oħra tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami ma setgħux jiġu stabbiliti bħala mhux distorti fid-dawl tal-evidenza disponibbli. Kif muri hawn fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.9, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija tal-aċidu ċitriku, u ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva dwar il-fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali li kienu mingħajr distorsjoni.

(61)

Fi kwalunkwe każ, il-kalkolu tal-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija kien ibbażat fuq l-ammont rispettiv ta’ manodopera u enerġija użati fil-proċess tal-manifattura kif iddikjarat mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, l-ammont ta’ manodopera u enerġija kkorrisponda għall-użu reali ta’ dawn il-fatturi mill-produtturi Ċiniżi, filwaqt li l-kost lavorattiv u tal-enerġija biss kien sostitwit mill-valur mingħajr distorsjoni mill-pajjiż rappreżentattiv. Filwaqt li jista’ jkun minnu li l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija jistgħu jvarjaw sa ċertu punt bejn żoni ġeografiċi differenti, il-Kummissjoni tuża biss kostijiet li mhumiex soġġetti għal distorsjonijiet f’pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a). Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar il-fatturi tal-produzzjoni li jippermettu lill-partijiet biżżejjed opportunitajiet biex jikkummentaw, inkluż billi tindika kwalunkwe anormalità possibbli jew kunsiderazzjonijiet oħra li potenzjalment jistgħu jaffettwawhom fil-pajjiż jew pajjiżi rappreżentattiv(i). F’dan il-kuntest, il-partijiet interessati ma qajmux dubji dwar il-livell tal-kostijiet lavorattivi u/jew tal-enerġija fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq stabbiliti fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

(62)

It-tielet nett, is-CCCMC ikkummentat li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li ssir għal kull produttur esportatur b’mod separat. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tanalizza s-sitwazzjoni ta’ kull produttur Ċiniż inkluż fil-kampjun u tiddeċiedi jekk hemmx distorsjoni fi kwalunkwe wieħed mill-fatturi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ għal kull wieħed minnhom.

(63)

Il-Kummissjoni tinnota li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali, u b’hekk tapplika għall-produtturi esportaturi kollha f’dak il-pajjiż, kif inhu l-każ hawnhekk. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessa (60), l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi li l-ispejjeż domestiċi jistgħu jintużaw jekk jiġi stabbilit li mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, f’liema każijiet jintużaw għall-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(64)

F’sottomissjonijiet separati, il-produtturi esportaturi Weifang Ensign Industry, RZBC u Jiangsu Guoxin Union Energy tennew il-pretensjonijiet li saru mis-CCCMC fl-ewwel nota. Barra minn hekk, f’sottomissjoni minn COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu), dan il-produttur esportatur ikkummenta li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tmur kontra d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2.2 tal-ADA tal-ADA.

(65)

Il-Kummissjoni nnutat li l-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mad-dritt tad-WTO diġà ġiet spjegata fil-premessa (53) ta’ hawn fuq.

(66)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u Weifang Ensign Industry, RZBC u Jiangsu Guoxin Union Energy, ippreżentaw sett ta’ kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti (“it-tliet produtturi esportaturi”).

(67)

L-ewwel nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi tennew il-pretensjoni li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mal-Artikoli 2.2.1.1 u 2.2 ADA u mas-sejbiet li saru fil-każijiet tad-WTO li ġejjin: UE — Bijodiżil (l-Arġentina) (sejbiet tal-Bord u AB), UE-Bijodiżil (l-Indoneżja) (sejbiet tal-Bord), Ukrajna — Nitrat tal-Ammonju (sejbiet tal-Bord u AB), l-Awstralja — Karta Kopja (sejbiet tal-Bord) u UE — Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet (sejbiet tal-Bord). Dawn il-partijiet jirreferu speċifikament għas-sejbiet f’dan l-aħħar rapport tal-Bord, jiġifieri li l-allegata distorsjoni ta’ intervent/suq tal-gvern Russu ma kinitx tikkostitwixxi bażi adegwata biex jiġi konkluż li r-rekords tal-produtturi esportaturi ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(68)

Il-Kummissjoni fakkret li l-ebda wieħed mill-każijiet tad-WTO kkwotati hawn fuq ma kien jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet fattwali sottostanti f’dawk il-każijiet huma kollha differenti mis-sitwazzjoni sottostanti u l-kriterji li jwasslu għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tat-tilwima tad-WTO UE — l-Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja appellaw is-sejbiet tal-Panel, li għalhekk mhumiex finali u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tal-GATT jew tad-WTO peress li dawn ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-Partijiet KONTRAENTI tal-GATT jew mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord ikkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-ambitu tat-tilwima. Il-Bord sab li dawn id-dispożizzjonijiet huma ta’ essenza differenti u għandhom implikazzjonijiet legali differenti mid-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, li kienu s-suġġett ta’ dik it-tilwima u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) ma ħadux post tal-aħħar meta ġew introdotti (18). Għalhekk, is-sejbiet li saru fil-każijiet imsemmija hawn fuq ma għandhom l-ebda rilevanza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a), li huwa dispożizzjoni ġdida u qatt ma kien soġġett għal kwalunkwe proċediment tad-WTO, u ma jiħux post l-Artikolu 2(5) u/jew l-Artikolu 2(3). Għalhekk, dawn is-sejbiet ma għandhom l-ebda sinifikat għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mar-regoli rilevanti tad-WTO. Għal dawn ir-raġunijiet, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(69)

It-tieni, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li minkejja s-sejbiet tad-WTO msemmija fil-premessa (67) li jikkostitwixxu parti integrali mis-sejbiet tal-UE dwar il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, id-divulgazzjoni ma indikat l-ebda raġunament dwar kif din id-dispożizzjoni kienet konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2.2.1.1 ADA u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Lanqas ma indikat xi rabta bejn l-Artikolu 2(6a) u “sitwazzjoni partikolari tas-suq” potenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 2.2 ADA u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-użu mill-Kummissjoni tad-data ta’ pajjiżi terzi jkun iġġustifikat mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tispjega l-konsistenza legali tal-Artikolu 2(6a) mal-ġurisprudenza ċċitata tad-WTO.

(70)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku japplikaw għall-investigazzjonijiet antidumping sakemm il-kundizzjonijiet rilevanti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet rispettivi jiġu ssodisfati. B’kuntrast ma’ dan, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) jikkonċernaw il-każ speċifiku ta’ investigazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi fejn ġiet ikkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, u fejn l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tirrendi l-kostijiet u l-prezzijiet domestiċi mhux xierqa għall-fini tal-kalkolu tal-valur normali. Il-proċedura applikata skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u s-sustanza tal-valutazzjoni huma għalhekk differenti minn dawk skont l-Artikoli 2(3) u 2(5) tar-Regolament bażiku. Fit-talba tagħhom, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi jassumu li d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) huma neċessarjament marbuta mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(5) u 2(3) tar-Regolament bażiku, u jsostnu bħala riżultat li l-Kummissjoni jenħtieġ li legalment tiġġustifika l-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) skont l-Artikoli 2(5) u/jew 2(3) tar-Regolament bażiku. Din is-suppożizzjoni mis-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi kienet purament spekulattiva, minħabba li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi li ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tagħha, trid tiġi applikata l-metodoloġija skont dan l-Artikolu. Ma hemm l-ebda rekwiżit f’din id-dispożizzjoni biex titwettaq xi analiżi legali supplimentari skont l-Artikoli 2(3) u/jew 2(5) tar-Regolament bażiku, u wisq inqas il-ġurisprudenza sottostanti tagħhom, kif jiddikjaraw b’mod żbaljat is-CCCME u t-tliet produtturi esportaturi. Dawn id-dispożizzjonijiet huma separati minn xulxin. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(71)

It-tielet, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li s-sejbiet tal-Bord fil-Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Ispejjeż tal-UE dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku japplikaw ukoll għall-Artikolu 2(6a). Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li d-divulgazzjoni ma għamlet l-ebda referenza għall-aġġustamenti li saru fid-data Kolombjana sabiex jiġu riflessi l-kostijiet tal-produzzjoni fiċ-Ċina, li jkun pass meħtieġ skont l-Artikolu 2.2 ADA, li jipprevedi aġġustament ta’ kwalunkwe data ta’ pajjiż terz użata mill-awtorità tal-investigazzjoni meħtieġa biex tirrifletti l-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini.

(72)

Bi tweġiba, il-Kummissjoni nnotat li, kif diġà ġie spjegat fil-premessi (68) u (70), is-sejbiet li saru s’issa fl-investigazzjonijiet tad-WTO, inklużi l-Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Ispejjeż tal-UE, ma kinux jikkonċernaw b’mod speċifiku l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku iżda tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-aktar importanti, is-sejbiet f’dik it-tilwima mhumiex finali peress li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja appellawhom u għalhekk, skont il-ġurisprudenza tad-WTO stabbilita, ma għandhom l-ebda status legali fil-GATT jew fis-sistema tad-WTO peress li ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-PARTIJIET KONTRAENTI tal-GATT jew il-Membri tad-WTO. Barra minn hekk, dak ir-rapport tal-Bord iddikjara speċifikament li d-dispożizzjonijiet rispettivi mhumiex tal-istess essenza u għandhom implikazzjonijiet legali differenti mill-Artikolu 2(6a). Daqstant importanti, kif spjegat fil-premessa (53) u diskuss aktar fil-premessa (74) hawn taħt, il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, fejn ġustifikat. Fir-rigward tad-data Kolombjana, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi qed jerġgħu jibbażaw it-talba tagħhom fuq taħlita tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fid-dettall hawn taħt fit-Taqsimiet minn 3.3 sa 3.8 ta’ dan ir-Regolament u fid-divulgazzjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni użat id-data rilevanti fil-Kolombja (jew minn sorsi oħra għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni) f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Saru ċerti aġġustamenti għall-valur rilevanti biex wieħed jasal għal prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni biex jinbena l-valur normali. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(73)

Ir-raba’ nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li s-sejba żvelata mill-Kummissjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fil-premessi 170-186 tad-Divulgazzjoni u l-intenzjoni tagħha li żżomm il-miżuri eżistenti ma kinitx leġittima fid-dawl tas-sejbiet tal-Bord f’UE — Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Ispejjeż li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) tal-ADA. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ħeġġew lill-Kummissjoni tispjega u tiġġustifika fid-dettall il-pretensjoni legali tagħha fil-premessa 53 tad-divulgazzjoni li l-metodoloġija bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza tal-ADA applikabbli.

(74)

Għal darb’ oħra, il-Kummissjoni tenfasizza li s-sejbiet ta’ dan ir-rapport tal-Bord tad-WTO mhumiex finali peress li ġew appellati kemm mill-UE kif ukoll mir-Russja, u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fil-GATT jew fis-sistema tad-WTO peress li ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-PARTIJIET KONTRAENTI tal-GATT jew il-Membri tad-WTO. Barra minn hekk, il-Bord iddeċieda b’mod espliċitu li l-Artikolu 2(6a) kien barra t-termini ta’ referenza tiegħu minħabba l-essenza u l-implikazzjonijiet legali differenti tad-dispożizzjoni meta mqabbla mal-Artikolu 2(5). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (53), il-Kummissjoni qieset li skont is-sejbiet li saru fil-każ tad-WTO UE — Bijodiżil (DS473), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Peress li ma hemm l-ebda sejbiet speċifiċi li saru mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO dwar id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(6a), il-Kummissjoni qieset li jekk is-sejbiet li saru fil-każ UE-Bijodiżil (DS473) jitqiesu rilevanti fil-kuntest u s-sitwazzjoni differenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament antidumping bażiku, xorta waħda jkunu kompletament konsistenti mal-possibbiltà li tintuża data barra mill-pajjiż biex jinkisbu valuri mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(75)

Il-ħames, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li mill-iskadenza tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO f’Diċembru 2016, ma hemm l-ebda bażi legali fid-WTO biex jiġi applikat kalkolu tal-valur normali barra mill-qafas tad-WTO ADA. Għalhekk, l-UE hija marbuta bl-obbligi internazzjonali tagħha li taderixxi strettament mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ADA li jaffettwaw id-determinazzjoni tal-valur normali.

(76)

Il-Kummissjoni fakkret mill-bidu nett li fil-proċedimenti antidumping li jikkonċernaw prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx jibqgħu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li mhijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew l-ispejjeż Ċiniżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku ġie introdott bir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) li jirreferi għall-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi ġuridika tiegħu. Kif iċċarat ukoll fil-premessa (53), id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali tal-UE, inklużi r-regoli rilevanti tad-WTO. Billi l-Kummissjoni kkonkludiet fit-Taqsima 3.2.1 li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku f’din l-investigazzjoni u din id-dispożizzjoni hija kompletament konsistenti mar-regoli tad-WTO, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(77)

Is-sitt nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li s-sejbiet fl-investigazzjoni kienu bbażati b’mod wiesa’ fuq ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 li ma għandux x’jaqsam speċifikament mas-settur tal-aċidu ċitriku iżda pjuttost b’mod aktar ġenerali mas-settur usa’ tal-kimika, mas-swieq upstream tal-materja prima u/jew mal-elementi tal-ekonomija Ċiniża u mal-politiki tal-gvern Ċiniż li b’mod ċar mhumiex speċifiċi għas-settur tal-aċidu ċitriku. F’dan ir-rigward, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi osservaw li skont is-sejbiet tal-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Istati Uniti — Miżuri Kumpensatorji, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq determinazzjoni każ b’każ ta’ kwalunkwe distorsjoni. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li ma qablux mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li dawk is-sejbiet huma irrilevanti għal dan il-każ minħabba li jikkonċernaw il-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”). Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi enfasizzaw li dawk is-sejbiet huma rilevanti wkoll fil-każ inkwistjoni.

(78)

Il-Kummissjoni fakkret li skont l-ASCM, il-kuntest tad-distorsjonijiet huwa indirizzat mill-perspettiva speċifika tas-sussidjar li jagħtu lok għalih favur il-produtturi esportaturi. Il-konsegwenza ta’ dawn il-proċedimenti hija l-applikazzjoni ta’ dazju kumpensatorju kkalkulat speċifikament fuq il-bażi tal-ammont ta’ sussidjar inġurjuż misjub minn awtorità investigattiva. B’kuntrast ma’ dan, fil-kuntest tal-antidumping skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-analiżi mhijiex iffukata fuq jekk dawn id-distorsjonijiet jammontawx għal sussidju kumpensabbli u jissodisfawx il-kundizzjonijiet rilevanti, iżda jekk humiex sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) u għalhekk jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur normali prevista minn din id-dispożizzjoni. L-ordinament ġuridiku, is-sitwazzjonijiet u l-kuntest sottostanti huma differenti, iservu skopijiet differenti, u jagħtu lok għal konsegwenzi legali differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-fehma tagħha li s-sejbiet fil-każ imsemmi hawn fuq mhumiex rilevanti għall-investigazzjoni attwali u b’hekk irrifjutat din il-pretensjoni.

(79)

Fir-rigward tal-argument li r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 ma jinkludix kapitolu speċifiku dwar l-aċidu ċitriku, il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott li qed jiġi investigat. Ir-rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fir-RPĊ li huma trasversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża kollha u li jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott investigat. Barra minn hekk, ir-Rapport mhuwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tagħha, peress li hemm elementi addizzjonali ta’ prova użati għal dan il-għan. Kif spjegat fit-taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 hawn taħt, l-industrija tal-aċidu ċitriku hija soġġetta għal għadd ta’ interventi governattivi deskritti fir-Rapport (kopertura mill-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u dokumenti oħra, distorsjonijiet fil-materja prima, distorsjonijiet finanzjarji eċċ.), li huma elenkati u msemmija b’mod espliċitu f’dan ir-Regolament. Minbarra dan, il-premessi (94), (97), (100) u (101) ta’ dan ir-Regolament iddettaljaw ukoll numru ta’ distorsjonijiet applikabbli għas-settur tal-aċidu ċitriku u/jew għall-materja prima tiegħu u għall-inputs tiegħu lil hinn mid-distorsjonijiet sinifikanti li diġà hemm fir-Rapport. Iċ-ċirkostanzi tas-suq u l-politiki u l-pjanijiet sottostanti li jwasslu għad-distorsjonijiet sinifikanti għadhom applikabbli għas-settur tal-aċidu ċitriku u għal dak tal-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, minkejja li r-Rapport ġie rilaxxat f’Diċembru 2017. L-ebda parti ma ressqet xi evidenza li turi l-kuntrarju. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(80)

Is-seba’, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi argumentaw li filwaqt li l-Kummissjoni semmiet diversi kunċetti governattivi ta’ gwida u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jippermettu u jistgħu saħansitra espressament jagħtu mandat għal interventi tal-gvern fl-ekonomija, il-Kummissjoni naqset milli turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet attwali bħala konsegwenza ta’ dan. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li skont is-sejbiet tal-Korp tal-Appell f’US — Miżuri Kumpensatorji “l-eżistenza ta’ distorsjoni tal-prezz li tirriżulta minn intervent tal-gvern trid tiġi stabbilita u spjegata adegwatament” u li “d-determinazzjoni trid issir fuq bażi każ b’każ.” Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi argumentaw ukoll li l-analiżi tad-distorsjoni tal-prezzijiet imwettqa mill-Kummissjoni trid issir fuq produttur individwali skont il-produttur u fuq il-bażi tal-kost, minħabba li kwalunkwe eżerċizzju reali ta’ intervent governattiv jista’ jseħħ, pereżempju, f’livelli differenti ta’ gvern u fir-rigward ta’ reġjuni differenti fil-pajjiż, u b’hekk il-produtturi kollha tal-prodott investigat ma jaffettwawx bl-istess mod lill-produtturi kollha tal-prodott investigat.

(81)

Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(b) jiddikjara li, meta tivvaluta l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-“impatt potenzjali” tal-elementi elenkati f’dak l-Artikolu. Is-sejbiet fit-taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 ta’ dan ir-Regolament juru li l-produtturi Ċiniżi tal-aċidu ċitriku għandhom aċċess preferenzjali għall-finanzjament mill-Istat u li hemm distorsjonijiet fil-pajjiż kollu fir-rigward tas-sitt elementi kollha li jindikaw distorsjonijiet, kif elenkati fl-Artikolu 2(6a)(b). Għalhekk, il-preżenza ta’ tali distorsjonijiet fis-settur hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 2(6a)(b). Il-Kummissjoni fakkret ukoll li irrispettivament minn jekk il-produtturi esportaturi kinux fil-fatt affettwati minn intervent dirett mill-Istat, bħall-wasla ta’ sussidji, il-fornituri tagħhom jew atturi oħra involuti fis-swieq upstream jew downstream tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat x’aktarx li kienu affettwati minn intervent mill-Istat, bħall-aċċess preferenzjali għall-finanzjament, li huwa indikatur addizzjonali li l-prezzijiet jew il-kostijiet mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles. Fir-rigward tar-referenza għas-sejbiet tad-WTO fl-Istati Uniti — Miżuri kumpensatorji, kif spjegat fil-premessi (57) u (78), il-Kummissjoni ttenni li dawn mhumiex rilevanti fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni peress li jikkonċernaw l-istrument antisussidji, u fi kwalunkwe każ ma jbiddlux is-sejbiet tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(82)

Fl-aħħar nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li d-Divulgazzjoni falliet b’mod konsistenti, kemm fir-rigward tar-referenzi tagħha għal politiki jew pjanijiet tal-gvern ġenerali kif ukoll fir-rigward tal-allegat intervent tal-gvern fis-settur tal-aċidu ċitriku speċifikament, biex jikkwotaw każijiet ta’ intervent attwali tal-gvern fl-operazzjonijiet tal-produtturi Ċiniżi tal-aċidu ċitriku bir-riżultat ta’ distorsjoni tal-prezzijiet ta’ dawn il-produtturi. Bħala eżempju, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi kkwotaw il-pjan governattiv imsemmi fil-premessa (76) tad-Divulgazzjoni li ħeġġeġ lill-produtturi tal-aċidu ċitriku biex joħolqu intrapriżi akbar permezz ta’ fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-pjan imsemmi jirrigwarda biss ċerti provinċji, reġjuni jew żoni ta’ produzzjoni, li jfisser li anke l-inkoraġġiment mhuwiex estiż b’mod komprensiv għall-produtturi kollha madwar iċ-Ċina, li għal darb’ oħra jiġġustifika analiżi u divulgazzjoni bejn produttur u produttur. Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li “inkoraġġiment” sempliċi fil-fatt mhuwiex l-istess bħal intervent attwali li jirrikjedi fużjonijiet/riorganizzazzjonijiet u l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi eżempji ta’ intervent attwali. Fl-aħħar nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ssottomettew li l-istess dokument kien jinkludi miżuri oħra, bħall-applikazzjoni ta’ standards ta’ protezzjoni ambjentali, sforzi ta’ verifika tal-produzzjoni nadifa u titjib komprensiv fil-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma, u l-promozzjoni tal-produzzjoni nadifa u r-riċiklaġġ. Dawn il-miżuri kollha jkunu raġonevolment aktar effiċjenti biex jiġu applikati jekk l-unitajiet tal-produzzjoni jkunu akbar, kif imħeġġeġ.

(83)

Il-Kummissjoni fakkret li l- “inkoraġġiment” tal-gvern ta’ ċerti azzjonijiet, bħal fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet biex jinħolqu konglomerati akbar, mhumiex biss dikjarazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet vojta, iżda li hemm inċentivi finanzjarji reali li jappoġġaw ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-gvern fil-pjanijiet uffiċjali (ara t-Taqsima 3.2.1.8 u l-premessa (110) b’ mod partikolari). Anki jekk, abbażi tal-pjan tiegħu, il-gvern Ċiniż ma jisfurzax jew jobbliga lill-kumpaniji biex jiġbru flimkien f’entitajiet akbar, quod non, fi kwalunkwe każ hemm ċerti benefiċċji finanzjarji jew kundizzjonijiet favorevoli ta’ self disponibbli għall-intrapriżi li jiddeċiedu li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-pjan, b’hekk il-forzi tas-suq ħieles li jiggwidaw lill-kumpaniji fin-nuqqas ta’ tali pjanijiet huma distorti. Fi kwalunkwe każ, l-analiżi u s-sejbiet fit-Taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 ta’ dan ir-Regolament juru biċ-ċar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-aċidu ċitriku, u l-fatt li dawn x’aktarx jaffettwaw lill-fornituri tal-materja prima lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(84)

Il-Kummissjoni għalhekk ipproċediet biex teżamina jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija Ċiniża b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Abbażi ta’ dan, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

3.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina

(85)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat titqies bħala “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (20). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għaċ-Ċina bħala li qiegħda fl-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, u l-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (21).

(86)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” u ddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (22) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvern jeżerċita kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(87)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (23). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(88)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (ammeljorament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.5 ta’ hawn taħt) (24).

(89)

It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) (25). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-ishma, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (26).

(90)

It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi deċiżjonali (27). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (28).

(91)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (29).

3.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.

(92)

Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(93)

Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (30). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (31). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-aċidu ċitriku huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.1.4 ta’ hawn taħt.

(94)

Speċifikament fis-settur tal-aċidu ċitriku, huwa evidenti ċertu grad ta’ sjieda mill-GTĊ. L-investigazzjoni wriet li mill-anqas tlieta mill-produtturi esportaturi, COFCO, Jiangsu Guoxin Union Energy u Laiwu Taihe, huma SOEs. Barra minn hekk, skont it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Ipproċessar tal-Grani u taż-Żejt, l-industrija tal-aċidu ċitriku hija mħeġġa toħloq intrapriżi akbar permezz ta’ fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet (32). Dan l-inkoraġġiment huwa evidenza tal-involviment tal-gvern fl-affarijiet tal-industrija.

(95)

Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-aċidu ċitriku u l-prevalenza tal-SOEs f’dan is-settur, anke l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi bi sjieda pubblika kif ukoll dawk bi sjieda privata fis-settur tal-aċidu ċitriku huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit ulterjorment fit-Taqsima 3.2.1.5 ta’ hawn taħt.

3.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew il-kostijiet

(96)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħra, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (33), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji Ċiniża, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (34)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP eżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit (35). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (36). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-aċidu ċitriku u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(97)

Speċifikament fis-settur tal-aċidu ċitriku, kif diġà ġie indikat, uħud mill-produtturi huma proprjetà tal-Istat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li ħamsa mill-produtturi tal-aċidu ċitriku, inklużi COFCO, Weifang Ensign, RZBC, Jiangsu Guoxin u Laiwu Taihe Biochemistry għandhom rabtiet mas-CCP fost il-maniġment superjuri kif ukoll l-attivitajiet ta’ bini tal-partit.

(98)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (37). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-aċidu ċitriku u f’setturi oħra (bħas-settur finanzjarji u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u mal-kostijiet.

3.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(99)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti l-aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (38).

(100)

Filwaqt li l-industrija tal-aċidu ċitriku fiha nnifisha mhijiex industrija ewlenija fiċ-Ċina, il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-aċidu ċitriku hija rregolata ħafna fiċ-Ċina. Il-materja prima ewlenija, il-qamħirrum, hija soġġetta għal regolamentazzjoni intensiva.

(101)

Iċ-Ċina għandha ammonti kbar ta’ ħażniet tal-qamħirrum li jippermettu lill-gvern inaqqas jew jgħolli b’mod artifiċjali l-prezzijiet ta’ dan il-prodott bażiku billi jixtri jew ibigħ ammonti kbar ta’ qamħirrum fis-suq. Minkejja li ċ-Ċina bdiet tindirizza l-problema tar-riżervi eċċessivi tal-qamħirrum fl-2016, xorta għandha ħażniet kbar ħafna, li għandhom effett distorsiv fuq il-prezzijiet (39). Barra minn hekk, il-gvern qed jikkontrolla d-diversi aspetti tal-katina kollha tal-valur tal-qamħirrum, inklużi s-sussidji fuq il-produzzjoni tal-qamħirrum (40) u s-superviżjoni tal-ipproċessar: “l-awtoritajiet lokali kollha għandhom jespandu l-monitoraġġ u l-analiżi tal-provvista u d-domanda tal-qamħirrum fl-oqsma rilevanti, isaħħu s-superviżjoni tal-fażi tal-bini u tal-fażi ta’ wara l-bini ta’ proġetti ta’ pproċessar profond tal-qamħirrum, irawmu l-bilanċ tal-provvista u d-domanda tal-qamħirrum u jiżguraw is-sigurtà nazzjonali tal-ikel” (41). Fir-RPĊ hemm stabbiliti ukoll miżuri ta’ kontroll tal-investiment: “[i]l-preżentazzjoni għall-bini ta’ proġetti ta’ pproċessar profond ta’ qamħirrum għandha tkun soġġetta għal ġestjoni armonizzata f’konformità mal-Ordni tal-Kunsill tal-Istat Nru 673” (42). Dan l-involviment tal-gvern fil-katina tal-valur kollha kemm hi għandu potenzjalment, tal-anqas, effett distorsiv fuq il-prezzijiet.

(102)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-qamħirrum; il-qamħirrum huwa l-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-aċidu ċitriku. Dawn il-miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(103)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin propji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali minn prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (43).

(104)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina (44). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (45). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (46).

(105)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti, dwar il-kumpaniji u dwar il-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk joħolqu distorsjonijiet billi jżommu ħajjin ditti insolventi u bl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina. Bħal setturi oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-aċidu ċitriku huma soġġetti għal dawn il-liġijiet, u għalhekk huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja tagħhom jew mill-infurzar inadegwat tagħhom. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(106)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-aċidu ċitriku, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

3.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(107)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (47). Skont id-dritt nazzjonali, hija attiva organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (48). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (49). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina.

(108)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-aċidu ċitriku mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta hawn fuq. Għalhekk, is-settur tal-aċidu ċitriku huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-paga kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina).

3.2.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(109)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(110)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (50), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Bl-istess mod għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (51) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. B’dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (52). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (53).

(111)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(112)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu distorti minħabba diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (54).

(113)

Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (55). Dan jirriżulta fi preġudizzju li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(114)

It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan intwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li joperaw fis-sistema bankarja ma jsegwux ir-reazzjonijiet kummerċjali normali.

(115)

It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u jidher li żdied ir-rikors għall-kreditu mmirat, billi dan is-sehem żdied b’mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezzijiet eċċessivament baxxi, u konsegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(116)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji żombi, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambji ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(117)

Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali.

(118)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-aċidu ċitriku, u/jew il-fornituri ta’ dan is-settur ikunu eżentati mill-intervent tal-gvern imsemmi hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.2.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(119)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.5, kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-taqsimiet 3.2.1.6 sa 3.2.1.8 u fil-Parti B tar-Rapport.

(120)

Il-Kummissjoni fakkret li sabiex jiġi prodott l-aċidu ċitriku, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs, inklużi l-qamħirrum, il-patata ħelwa mnixxfa, l-aċidu sulfuriku, l-aċidu idrokloriku, il-faħam eċċ. Skont l-evidenza fil-fajl, il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kisbu l-inputs kollha tagħhom miċ-Ċina, u l-inputs importati jikkostitwixxu proporzjon negliġibbli tal-materja prima ta’ dawk il-produtturi esportaturi li jakkwistaw xi inputs barra mill-pajjiż. Meta l-produtturi tal-aċidu ċitriku jixtru jew jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija hawn fuq. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għal distorsjonijiet. Huma jistgħu jkunu ssellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(121)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-aċidu ċitriku mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolasment bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li kwalunkwe input prodott fiċ-Ċina, anki jekk jikkombina diversi fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input, u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju.

3.2.1.10.   Konklużjoni

(122)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.1.2. sa 3.2.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-aċidu ċitriku (inkluż il-prodott taħt rieżami) uriet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(123)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.3.   Pajjiż rappreżentattiv

(124)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet pajjiż rappreżentattiv xieraq biex jiddetermina prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami abbażi tal-kriterji li ġejjin:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qieset pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji;

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti f’dak il-pajjiż; u,

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, għandha tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(125)

Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali u dwar il-pajjiż rappreżentattiv fuq din il-bażi.

(126)

Fin-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji ta’ hawn fuq u identifikat lill-Brażil, lill-Kolombja u lit-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali xierqa. Il-Kummissjoni identifikat ukoll il-produtturi tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi rappreżentattivi xierqa potenzjali li għalihom sabet data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku.

(127)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar diversi aspetti tal-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv mis-CCCMC, l-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-industrija tal-Unjoni.

(128)

Fis-sottomissjonijiet tagħhom tat-23 ta’ Marzu 2020, is-CCCMC u l-erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi indikaw li l-Brażil ikun l-aħjar pajjiż rappreżentattiv. L-ewwel nett, abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji, l-introjtu nazzjonali gross (“ING”) tal-Brażil huwa l-eqreb ta’ dak taċ-Ċina, filwaqt li l-ING tal-Kolombja u tat-Tajlandja huwa ħafna anqas. Barra minn hekk, iż-żewġ kumpaniji fil-Brażil identifikati bħala produtturi tal-aċidu ċitriku kienu profittabbli f’dawn l-aħħar snin. Barra minn hekk, il-Brażil għandu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali. Fl-istess ħin, is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-għażla tal-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huma sostnew li xi data dwar l-importazzjoni tal-Kolombja li tikkonċerna ċerti fatturi tal-produzzjoni ma kinitx disponibbli jew rappreżentattiva. Huma argumentaw ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Kolombja ta’ xi materja prima ewlenija (jiġifieri l-aċidu sulfuriku, l-aċidu idrokloriku u l-faħam mhux maħdum) kienu sostanzjalment u mingħajr raġuni ogħla minn dawk tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħra u għalhekk jenħtieġ li ma jitqisux bħala prezzijiet mingħajr distorsjoni li jistgħu jintużaw biex jinbena l-valur normali tal-aċidu ċitriku.

(129)

Is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw sostnew ukoll li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li tnejn mit-tliet produtturi identifikati tal-aċidu ċitriku ma kinux profittabbli fl-2018 u t-tielet wieħed kien prinċipalment iffukat fuq is-swieq tal-esportazzjoni.

(130)

Fis-sottomissjoni tagħhom, l-industrija tal-Unjoni qieset li l-Kolombja kienet l-aktar għażla xierqa biex jiġu ddeterminati l-kostijiet mingħajr distorsjoni. Huma saħqu li d-data finanzjarja tal-kumpaniji fit-Tajlandja ma ġietx awditjata, li naqqas bil-kbir il-valur tagħha f’termini ta’ affidabbiltà. Barra minn hekk, huma sostnew li tnejn mit-tliet produtturi identifikati fit-Tajlandja kienu fil-biċċa l-kbira proprjetà ta’ kumpaniji Ċiniżi jew tal-Istat Ċiniż u li kienu orjentati lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-Brażil, l-industrija tal-Unjoni argumentat li ż-żewġ kumpaniji Brażiljani kienu jappartjenu għal gruppi u l-influwenza tal-grupp fuq id-data finanzjarja dehret diffiċli biex tiġi vvalutata, u dawn il-kumpaniji kienu jbigħu wkoll firxa varjata ta’ prodotti.

(131)

Wara li analizzat fid-dettall l-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni Nota fit-30 ta’ Novembru 2020 li tindirizza dawn il-kummenti kollha abbażi tal-kriterji elenkati hawn fuq filwaqt li tinforma lill-partijiet interessati dwar il-konklużjonijiet preliminari tagħha. F’din in-Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li kellha l-ħsieb li tuża lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi kkonfermata. Il-Kummissjoni indikat ukoll li għall-kalkolu tal-valur normali tista’ tuża wkoll prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali xierqa mingħajr distorsjoni, u għall-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti mingħajr distorsjoni tista’ tqis l-alternattivi xierqa kollha disponibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, peress li l-unika kumpanija Kolombjana li tipproduċi l-prodott taħt rieżami kellha profittabbiltà baxxa fl-2018 u kienet qed tagħmel it-telf fl-2017 — simili għas-sitwazzjoni għall-produtturi fit-Tajlandja u fil-Brażil, il-Kummissjoni tqis data aktar riċenti jekk tkun disponibbli u jekk turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profittabbiltà. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw.

(132)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand is-CCCMC u mingħand il-produtturi tal-Unjoni rigward in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020.

(133)

Fis-sottomissjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2020, is-CCCMC iddikjarat li l-Kolombja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq, u minflok il-Brażil jenħtieġ li jintgħażel bħala l-pajjiż xieraq. Hija argumentat li l-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil kienu minħabba l-vantaġġi tad-distanzi tat-trasport u tal-kwantità minflok xi distorsjoni. Huma argumentaw ukoll li jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljani ma jkunux jistgħu jintużaw, jenħtieġ li jintużaw prezzijiet internazzjonali minflok ma l-Brażil jiġi eskluż kompletament mill-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-Kolombja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-produttur identifikat kellu kostijiet operatorji mhux raġonevoli.

(134)

L-Industrija tal-Unjoni sostniet li l-Kolombja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. Minħabba li l-kumpanija Kolombjana li tipproduċi l-prodott taħt rieżami kienet qed tagħmel telf jew kellha profittabbiltà baxxa fl-2018 u anke fl-2019, u li għaliha d-data saret disponibbli fil-frattemp, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni identifika għadd ta’ kumpaniji li jipproduċu prodott simili għall-prodott taħt rieżami. B’mod partikolari, il-produttur tal-Unjoni ffoka fuq il-kumpaniji li jimmanifatturaw ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u dik farmaċewtika fil-Kolombja li d-data finanzjarja tagħhom uriet livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

(135)

Il-Kummissjoni qieset bir-reqqa l-argumenti kollha mqajma mill-partijiet kollha. Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni qablet mas-CCCMC u mal-produttur tal-Unjoni li mhijiex pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-produtturi tal-prodott taħt rieżami qed jagħmlu telf, u/jew huma sussidjarji ta’ kumpaniji Ċiniżi, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott taħt rieżami ma wrewx livell raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitti. Għalhekk, it-Tajlandja ġiet miċħuda.

(136)

Il-Kummissjoni għalhekk iffukat l-analiżi tagħha fuq il-Brażil u l-Kolombja. Il-Kummissjoni l-ewwel analizzat jekk kienx hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni jew distorsjonijiet oħra li jikkonċernaw il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Il-fattur ewlieni ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami huwa l-qamħirrum, li jammonta għal aktar minn 70 % tal-kost totali tal-materjali tal-input għall-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni nnutat li l-kwantità ta’ importazzjonijiet ta’ qamħirrum fil-Brażil kienet tammonta biss għal 1,5 miljun tunnellata, meta mqabbla mal-produzzjoni domestika tal-qamħirrum Brażiljan ta’ aktar minn 100 miljun tunnellata (56). Is-CCCMC ikkontestat il-fatt li dawn il-kwantitajiet ta’ importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Brażil huma baxxi. Madankollu, meta mqabbla mad-daqs tal-produzzjoni Brażiljana, dawn il-kwantitajiet ta’ importazzjoni jammontaw biss għal 1,5 % tal-produzzjoni. Minħabba din il-kwantità ta’ importazzjoni limitata ħafna meta mqabbla mal-produzzjoni domestika kbira, il-Kummissjoni vverifikat ukoll il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil u nnutat li dawn kienu differenti b’mod sinifikanti mill-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum. Fil-kummenti tagħha għan-Nota tat-30 ta’ Novembru, is-CCCMC ikkontestat li l-prezzijiet kienu jvarjaw b’mod sinifikanti u talbet informazzjoni addizzjonali dwar it-tqabbil tal-prezzijiet. Il-prezz medju internazzjonali tal-qamħirrum tal-2019 imsemmi mill-Kummissjoni fin-Nota tat-30 ta’ Novembru kien jammonta għal EUR 151/tunnellata fuq bażi FOB skont l-IndexMundi (57), filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni GTA tal-qamħirrum fil-Brażil kien jammonta għal EUR 116/tunnellata biss fuq bażi FOB. Din iċ-ċifra turi b’mod ċar li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil kienu ferm aktar baxxi mill-indiċi tal-prezzijiet internazzjonali.

(137)

Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum kienu aktar baxxi fil-Brażil milli fil-Kolombja minħabba kostijiet tat-trasport aktar baxxi peress li l-importazzjonijiet fil-Brażil prinċipalment magħmula minn pajjiżi ġirien bħall-Arġentina u l-Paragwaj, filwaqt li l-Kolombja timporta l-qamħirrum primarjament mill-Istati Uniti u mill-Arġentina. Din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata, peress li s-CCCMC ma wrietx l-oriġini u l-port tad-dħul attwali fil-pajjiżi rispettivi, u lanqas ma wriet l-inċidenza tal-kostijiet tat-trasport tal-qamħirrum fil-pajjiżi rispettivi. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(138)

Is-CCCMC issottomettiet ukoll li l-produtturi Ċiniżi jixtru kwantità kbira tal-qamħirrum tagħhom domestikament. Għalhekk, hija sostniet li l-prezz tal-importazzjoni tal-Brażil jirrifletti aħjar is-sitwazzjoni tax-xiri tal-qamħirrum mill-produtturi Ċiniżi. Il-Kummissjoni nnutat li dan l-argument ma għandu l-ebda rilevanza għall-fatt li l-kwantitajiet tal-importazzjoni fil-Brażil huma oġġettivament baxxi meta mqabbla mad-daqs tal-produzzjoni domestika, u b’hekk idgħajjef ir-rappreżentattività tal-prezz tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil. Dan l-argument lanqas ma jnaqqas mill-importanza tal-konklużjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil ivarjaw b’mod sinifikanti mill-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum, li probabbilment huwa minħabba l-livell baxx ta’ importazzjonijiet u d-daqs sinifikanti tal-produzzjoni domestika. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(139)

Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li, anke jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil ma setgħux jintużaw minħabba li ma kinux rappreżentattivi, quod non, il-Brażil xorta jenħtieġ li jintgħażel bħala l-pajjiż rappreżentattiv, u jenħtieġ li jiġi applikat prezz internazzjonali xieraq mingħajr distorsjoni għall-qamħirrum minflok il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil.

(140)

B’rispons, il-Kummissjoni nnotat li, kif spjegat aktar f’din it-taqsima, hija qieset lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’din l-investigazzjoni abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fir-Regolament bażiku, inkluża d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja aktar xierqa għall-produtturi ta’ prodotti simili għall-aċidu ċitriku meta mqabbla mal-Brażil. Fir-rigward tal-kwantitajiet u tal-prezzijiet tal-importazzjoni Kolombjani tal-qamħirrum, skont l-IndexMundi, il-produzzjoni domestika totali tal-qamħirrum fil-Kolombja tammonta għal 1,5 miljun tunnellata filwaqt li, skont id-data tal-GTA, l-importazzjonijiet tal-qamħirrum huma madwar 5,5 miljun tunnellata, u b’hekk jammontaw għal 365 % tal-produzzjoni. Dan it-tqabbil juri li l-kwantitajiet tal-importazzjoni fil-Kolombja jidhru li huma rappreżentattivi filwaqt li jitqies id-daqs tal-produzzjoni domestika, għall-kuntrarju tal-Brażil. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-qamħirrum, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-qamħirrum tal-GTA fil-Kolombja għall-2019 kien ta’ EUR 174/tunnellata fuq bażi CIF, ħafna eqreb lejn il-prezz medju internazzjonali tal-qamħirrum ta’ EUR 151/tunnellata fuq bażi FOB, u konformi miegħu, meta jitqies li l-prezz internazzjonali tal-importazzjoni fuq bażi CIF ikun ogħla. Billi l-Kolombja hija kkunsidrata pajjiż rappreżentattiv xieraq f’aspetti oħra, kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt; il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Kolombja huma fil-biċċa l-kbira konformi mal-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum; u ma hemm l-ebda evidenza ta’ xi distorsjoni li taffettwa l-prezzijiet tal-qamħirrum fil-Kolombja; ma hemm l-ebda raġuni biex il-Brażil jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u biex jintuża punt ta’ riferiment internazzjonali minflok il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq kif preskritt mill-Artikolu 2(6a)(a), it-2 subparagrafu, l-ewwel sing.

(141)

Fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni li jifdal, jeżistu restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti fatturi tal-produzzjoni fil-Brażil (rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni għall-ġir) u fit-Tajlandja (rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni għall-ġipsum), filwaqt li ma jeżisti l-ebda wieħed fil-Kolombja, kif ikkonfermat mil-Lista rilevanti tal-OECD (58). Filwaqt li dawn il-fatturi għandhom piż ħafna aktar limitat fil-kost tal-produzzjoni ta’ ċerti produtturi esportaturi u ma kinux japplikaw għall-produtturi esportaturi kollha, dan kien element rilevanti ieħor fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(142)

Għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni eżaminat ukoll id-disponibbiltà tad-data finanzjarja pubblika għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami fit-Tajlandja, fil-Brażil u fil-Kolombja f’konformità mar-Regolament bażiku.

(143)

Peress li t-Tajlandja ma tqisitx pajjiż rappreżentattiv xieraq kif spjegat fil-premessa (117), il-Kummissjoni ffukat l-analiżi komparattiva tagħha fuq il-Brażil u l-Kolombja.

(144)

Fir-rigward tal-Brażil u l-Kolombja, il-Kummissjoni indikat fin-Nota tal-5 ta’ Marzu l-kumpaniji li jipproduċu l-aċidu ċitriku f’dawk il-pajjiżi. F’dak iż-żmien, ma kien hemm l-ebda produttur bi profitti raġonevoli la fil-Brażil u lanqas fil-Kolombja għall-2018.

(145)

Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddikjarat li l-kumpanija Kolombjana Sucroal SA, li għaliha d-data dwar l-SG&A u l-profitti kienet disponibbli pubblikament, kienet kumpanija rappreżentattiva xierqa peress li tipproduċi l-prodott taħt rieżami u firxa ta’ prodotti l-aktar simili għall-aċidu ċitriku. Fl-istess ħin, Sucroal SA wriet livell baxx ta’ profittabbiltà fl-2018 u fl-2017 kienet qed tagħmel it-telf.

(146)

Is-sitwazzjoni kienet simili fil-Brażil, fejn il-kumpanija Brażiljana li għaliha kienet disponibbli pubblikament data finanzjarja, konglomerat kbir li jipproduċi firxa usa’ ta’ prodotti inkluż l-aċidu ċitriku, uriet profittabbiltà baxxa għall-2018. Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni indikat li jekk data aktar riċenti għas-sena 2019 issir disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tuża din id-data jekk turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profittabbiltà, jew jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra l-alternattivi xierqa kollha disponibbli.

(147)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, id-data tal-2019 għal Sucroal SA saret disponibbli f’Orbis. Peress li fl-2019 Sucroal SA ġarrbet telf, id-data finanzjarja għal din il-kumpanija ma setgħetx titqies xierqa biex jiġi stabbilit livell mingħajr distorsjoni ta’ SG&A u profitti.

(148)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset alternattivi xierqa. B’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet fejn l-ebda produttur tal-prodott taħt rieżami f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali ma juri livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra produtturi ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami b’data finanzjarja disponibbli pubblikament li turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti.

(149)

Is-CCCMC sostniet li peress li Sucroal SA ġarrbet telf għas-sena 2019, il-Kolombja jenħtieġ li ma titqiesx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u minflok jenħtieġ li jintuża l-Brażil. Is-CCCMC innutat li l-produttur identifikat Cargill Agricola reġa’ beda jagħmel profitt fl-2019 u għalhekk l-SG&A u l-profitt tiegħu kienu xierqa għall-ħtiġijiet tal-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-profitt ta’ Cargill Agricola kien jammonta għal anqas minn wieħed fil-mija tal-fatturat tiegħu fl-2019, u għalhekk kien saħansitra anqas mill-profitt tiegħu fl-2018. Dan il-livell baxx ta’ profitt kien f’livell simili għal dak ta’ Sucroal SA fl-istess sena u ma kienx meqjus raġonevoli. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(150)

Fiż-żewġ settijiet ta’ kummenti tagħha, l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet li għandha tintuża d-data minn kumpaniji fl-istess pajjiż, li jimmanifatturaw l-istess kategorija ta’ prodotti jew li jagħmlu parti mill-istess settur tal-manifattura bħall-prodott taħt rieżami. Il-kategorija ta’ manifatturi tal-ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u tal-farmaċewtika fil-Kolombja ġiet issuġġerita flimkien ma’ lista ta’ ħdax-il kumpanija fl-istess settur.

(151)

Fid-dawl tal-fatti kollha tal-investigazzjoni u l-kummenti rċevuti, il-Kummissjoni fittxet il-kodiċi NAICS 325998 (Il-Manifattura tal-Prodotti Kimiċi u tal-Preparazzjonijiet Mixxellanji l-Oħra Kollha) fil-bażi tad-data Orbis. Dan huwa l-istess kodiċi użat kemm minn Cargill Agricola SA kif ukoll minn Sucroal SA. Bħala riżultat ta’ din it-tfittxija, kien hemm għadd ferm ogħla ta’ kumpaniji li juru livell raġonevoli ta’ profitti fil-Kolombja meta mqabbla mal-Brażil, li juri li d-disponibbiltà tad-data finanzjarja pubblika kienet ukoll rappreżentattiva u affidabbli fil-Kolombja. Barra minn hekk, sabiex jiġi limitat ir-riżultat ta’ din it-tfittxija għal dawk il-kumpaniji li jipproduċu prodott simili għall-aċidu ċitriku, il-Kummissjoni analizzat fid-dettall l-attività u l-produzzjoni tal-kumpaniji Kolombjani profittabbli kollha. Permezz tad-deskrizzjoni tal-attività kummerċjali tagħhom disponibbli f’Orbis, il-Kummissjoni finalment identifikat seba’ kumpaniji fil-Kolombja li jipproduċu prodotti f’kategorija simili ta’ prodotti għall-aċidu ċitriku. L-SG&A u l-profitt ta’ dawk il-kumpaniji tqiesu affidabbli. B’paragun ma’ dan, il-Kummissjoni nnutat li fil-Brażil ma kien hemm l-ebda kumpanija fl-istess qasam ta’ attività bid-data finanzjarja tal-2019 disponibbli għall-pubbliku f’Orbis.

(152)

Il-kumpaniji Kolombjani identifikati mill-Kummissjoni b’dan il-mod kienu jaqblu mal-kumpaniji identifikati mill-industrija tal-Unjoni bħala kumpaniji xierqa fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami. Minbarra dawk is-seba’ kumpaniji, l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet erba’ kumpaniji oħra fil-Kolombja, li madankollu d-data finanzjarja jew id-deskrizzjoni tal-attività għalihom ma kinitx faċilment disponibbli f’Orbis. Għalhekk, dawk il-kumpaniji ma ġewx meqjusa għall-istabbiliment tal-SG&A u tal-profitt.

(153)

Abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, u b’mod partikolari d-data finanzjarja disponibbli u r-rappreżentattività tal-prezz tal-importazzjoni għall-qamħirrum li jirrappreżenta l-fattur ewlieni ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-Kolombja kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-kalkolu tal-valur normali f’din l-investigazzjoni.

(154)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddubitaw l-għażla tal-Kummissjoni tal-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huma tennew il-pretensjoni msemmija hawn fuq li l-għażla tal-Kolombja ma kinitx raġonevoli minħabba l-fatt li l-uniku produttur tal-aċidu ċitriku Kolombjan ma kienx profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami filwaqt li produttur Brażiljan kien. Huma tennew ukoll il-pretensjoni msemmija hawn fuq li l-prezzijiet tal-qamħirrum fil-Brażil ma kinux distorti. Minħabba li dawn il-pretensjonijiet kienu diġà ġew indirizzati fil-premessi (136) u (149) ta’ dan ir-Regolament u peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida f’dan ir-rigward, il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

(155)

Il-partijiet imsemmija hawn fuq sostnew ukoll li l-Kummissjoni użat data dwar l-SG&A u dwar il-profittabbiltà minn kumpaniji Kolombjani f’setturi oħra ta’ prodotti mingħajr ma tat prova li dawn il-kumpaniji għandhom l-istess livell ta’ SG&A u profitt bħall-produtturi tal-aċidu ċitriku.

(156)

F’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jinbena fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni meta tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. Minħabba li l-SG&A u l-profitt tal-kumpanija Kolombjana Sucroal SA ma setgħux jintużaw għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (145) u (147), il-Kummissjoni użat data għall-eqreb settur inkluż il-prodott investigat, fejn l-elementi tal-kostijiet imsemmija qabel tqiesu bħala mhux distorti u raġonevoli. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza biex tiġi kkontestata din il-konklużjoni, u b’mod partikolari li l-livell ta’ SG&A u l-profitti tal-kumpaniji Kolombjani fl-eqreb settur għall-aċidu ċitriku ma kinux raġonevoli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(157)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, għall-kuntrarju tal-industrija tal-Unjoni, is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw ma pprovdewx jew ma ssuġġerewx lista ta’ manifatturi fl-istess pajjiż rappreżentattiv potenzjali, li jimmanifatturaw l-istess kategorija jew kategorija simili ta’ prodotti jew li huma fl-istess settur tal-manifattura jew f’settur simili bħall-prodott li qed jiġi rieżaminat, li l-Kummissjoni tista’ tuża d-data finanzjarja tagħhom.

(158)

Għalhekk, u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (151), il-Kummissjoni qieset id-data finanzjarja mis-seba’ kumpaniji li identifikat fil-Kolombja li jipproduċu prodotti f’kategorija ta’ prodotti qrib tal-aċidu ċitriku bħala indikatur raġonevoli għal SG&A mingħajr distorsjoni u l-profitt li għandu jintuża fil-kostruzzjoni tal-valur normali fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-pretensjoni tas-CCCMC u tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ma ntlaqgħetx.

3.4.   Is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(159)

Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati u ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u sorsi bħal materjali, enerġija u manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi.

(160)

Il-Kummissjoni identifikat ukoll is-sorsi li għandhom jintużaw sabiex jinbena l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku (GTA, l-istatistika nazzjonali, eċċ.). Fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ta’ fatturi ta’ produzzjoni li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, inizjalment kienu meqjusa li ntużaw għall-analiżi tal-GTA.

(161)

Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni kkonfermat li kienet se tuża data tal-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni, inkluża l-materja prima.

3.5.   Is-sorsi użati għall-kostijiet tal-elettriku, tal-ilma u lavorattivi

3.5.1.   Elettriku

(162)

Għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-formola tal-prezz faċilment disponibbli ta’ Enel, il-fornitur ewlieni tal-elettriku fil-Kolombja. Dan is-sors jipprovdi prezz medju uniku tal-elettriku fix-xahar.

3.5.2.   Ilma

(163)

It-tariffa tal-ilma kienet faċilment disponibbli mill-kumpanija Acueducto, li hija responsabbli għall-provvista tal-ilma, għall-ġbir tad-dranaġġ u għat-trattament tiegħu f’Bogota. L-informazzjoni ppermettiet l-identifikazzjoni tat-tariffi applikabbli għall-utenti industrijali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.5.3.   Manodopera

(164)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fil-Kolombja (59). Dawn jipprovdu informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Kolombja fl-2019.

(165)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar is-sorsi użati biex stabbiliet il-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku, l-ilma u l-manodopera u għalhekk użat dawk is-sorsi biex tistabbilixxi l-valur normali.

3.6.   Sorsi użati għall-SG&A u għall-profitt

(166)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali mibni jenħtieġ li jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. Barra minn hekk, kellu jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex jiġu koperti l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni.

(167)

Sabiex jiġi stabbilit valur mingħajr distorsjoni tal-SG&A u tal-profitti, il-Kummissjoni użat il-proporzjon tal-kost tal-manifattura li l-SG&A u l-profitti jirrappreżentaw fil-kumpaniji rappreżentattivi fil-Kolombja kif spjegat fit-Taqsima 3.3.

(168)

Il-valuri li jirriżultaw, espressi bħala perċentwal tad-dħul ammontaw għal 14,2 % għall-profitt u 17 % għall-SG&A.

3.7.   Materja prima

(169)

Għall-materja prima u l-materjali awżiljarji kollha, il-Kummissjoni ddependiet mill-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intiżi għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw dawn il-prezzijiet. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn membri mhux tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60) ġew esklużi wkoll.

(170)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv. Fi stadju aktar tard, matul il-kalkoli tal-marġni tad-dumping individwali, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku speċifiċi għall-kumpanija mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport domestiku għall-materja prima kollha ġew ibbażati fuq id-data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(171)

Għall-materja prima b’impatt negliġibbli f’termini ta’ kostijiet, li l-kumpaniji ma rrapportawx fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu, tali kostijiet ġew inklużi fil-kostijiet ġenerali tal-manifattura kif spjegat fit-taqsima 3.8. Il-fatturi tal-produzzjoni espressi bħala kostijiet ġenerali huma elenkati fid-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-kumpanija.

(172)

Fil-kummenti tagħha tas-16 ta’ Marzu 2020, l-industrija tal-Unjoni nnutat li għal xi materja prima, jew ma kien hemm l-ebda valur medju tal-importazzjoni jew li l-valuri medji kienu jikkonċernaw kwantitajiet żgħar u għalhekk ma kinux affidabbli jew li kienu jeżistu raġunijiet oħra li wasslu għal dubji dwar l-affidabbiltà tagħhom. Huma ssuġġerew li f’dawn il-każijiet jenħtieġ li jintużaw il-valuri mill-istatistika għar-reġjun jew kif ippubblikati minn stħarriġiet tas-suq minn fornituri bħal ArgusMedia, AgroChart jew IntraTec.

(173)

Fil-kummenti tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2020, l-industrija tal-Unjoni tenniet li fil-każ tal-Kolombja, il-kostijiet għaċ-ċifri tal-produzzjoni jistgħu jiġu ddeterminati bid-data għall-importazzjonijiet u d-data pubblika disponibbli għall-prezzijiet tal-elettriku, tal-ilma u d-data pubblika dwar il-kostijiet lavorattivi. Huma saħqu li wħud mill-valuri medji tal-importazzjoni għal fatturi ta’ kost anqas importanti dehru li huma għoljin u ssuġġerew li dawn jiġu sostitwiti b’data minn fornituri ta’ servizzi tad-data speċjalizzati.

(174)

Fis-sottomissjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2020, is-CCCMC ikkummentat li wħud mill-prezzijiet tal-importazzjoni għal ċerti materjali ewlenin bħall-faħam, l-aċidu sulfuriku u l-aċidu idrokloriku fil-Kolombja kienu għoljin b’mod anormali u għalhekk ma kinux rappreżentattivi. Huma sostnew ukoll li kien hemm differenzi kbar bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni żvelati tal-Kolombja, tat-Tajlandja u tal-Brażil u li l-prezzijiet tal-importazzjoni varjaw b’mod sinifikanti anke għall-istess materjal importat mill-istess pajjiż, li jista’ jkun minħabba differenzi fil-kwalità fl-istess kodiċi HS. Is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni tidentifika r-raġuni għal dawn id-differenzi u biex tindirizzahom. Il-Kummissjoni qieset dan l-argument u, fejn iġġustifikat, issostitwiet il-prezzijiet tal-importazzjoni mhux rappreżentattivi biżżejjed minn sorsi affidabbli kif spjegat fit-Tabella A ta’ hawn taħt.

(175)

Is-CCCMC argumentat ukoll li peress li parti mill-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami tinxtara domestikament fiċ-Ċina, mhuwiex raġonevoli li sempliċement jintużaw il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ pajjiż terz speċifiku, peress li dawn il-prezzijiet tal-aħħar aktarx jinkludu kostijiet ogħla tat-trasport marittimu/tal-konsenja minn dawk ta’ materja prima mixtrija domestikament. Dan huwa speċjalment il-każ għal sustanzi kimiċi perikolużi bħall-aċidu sulfuriku u l-aċidu idrokloriku li għalihom jintużaw vetturi speċjali għall-konsenja. Għalhekk, is-CCCMC qieset li jridu jsiru aġġustamenti xierqa biex jiġi żgurat tqabbil ġust.

(176)

Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni nnotat li, għar-raġunijiet stabbiliti fit-taqsima 3.2.1 ta’ hawn fuq, hija tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rieżami ta’ skadenza attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tfittex kostijiet mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq biex tiżgura li l-kost applikat ma jiġix affettwat minn distorsjonijiet u jkun ibbażat fuq data disponibbli faċilment. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni ta’ distorsjonijiet possibbli fis-suq tal-pajjiż rappreżentattiv fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kimiċi perikolużi u fl-assenza ta’ data pprovduta mis-CCCMC biex tissostanzja l-pretensjoni tagħha dwar il-kostijiet għoljin tat-trasport, il-valuri tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament baziku u li jipprovdu stima raġonevoli tal-prezz fil-pajjiż rappreżentattiv inklużi l-kostijiet tat-trasport. Barra minn hekk, billi l-inputs importati jikkompetu fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv f’termini ta’ prezzijiet, il-Kummissjoni qisithom bħala indikatur affidabbli.

(177)

Għalhekk, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni GTA fil-Kolombja. Meta dawn il-prezzijiet ma kinux rappreżentattivi jew inkella ma kinux affidabbli, intalbu valuri referenzjarji internazzjonali. Meta dawn ma kinux disponibbli, intużaw prezzijiet affidabbli minn sorsi oħra, kif spjegat fit-Tabella A ta’ hawn taħt.

(178)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul il-kontroverifiki mill-bogħod, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet tariffarji li ġejjin użati fil-Brażil, fil-Kolombja jew fit-Tajlandja, fejn applikabbli:

Tabella A

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tat-Tariffi

Sors tad-data dwar l-importazzjoni li l-Kummissjoni beħsiebha tuża

Unità ta’ kejl

Materja prima/Prodotti konsumabbli

 

 

 

Qamħirrum

1005901100

GTA Kolombja (61)

KG

Patata ħelwa mnixxfa

0714209000

GTA Kolombja

KG

Klorur tas-sodju/melħ li jittiekel

2501009100 /2501001000 , 2501002000 , 2501009200 , 2501009900

GTA Kolombja

KG

Aċidu sulfuriku

2807 00 10

GTA Brażil

KG

Kubrit/kubrit likwidu

2503000000

GTA Kolombja

KG

Aċidu idrokloriku

2806 10 20

GTA Brażil

KG

Karbonju attivat

3802100000

GTA Kolombja

KG

Trab tal-franka/dqiq

2521 00 00

GTA Brażil

KG

Aġent kontra r-Ragħwa

3402200000 /3402909000

GTA Kolombja

KG

Dijatomit

2512000000 /3802901000

GTA Kolombja

KG

Perlit

2530100000

GTA Kolombja

KG

Amilażi

(Glukoamilażi)/Enzima sakkarifikanti

3507909000

GTA Kolombja

KG

Kalċju

2805 12 00

GTA Brażil

KG

Soda kawstika (Idrossidu tas-sodju)

2815110000 /2815120000

GTA Kolombja

KG

Alkali likwidi

2815120000

GTA Kolombja

KG

Perossidu tal-idroġenu

2847000000

GTA Kolombja

KG

Dqiq (qamħ jew taħlita ta’ ċereali)

1101000000

GTA Kolombja

KG

Dqiq tal-injam

4405000000

GTA Kolombja

M3

Ossidu tal-kalċju

2825904000

GTA Kolombja

KG

Ġir verġni

2522100000

GTA Kolombja

KG

Nuħħala mill-qamħ

2302100000

GTA Kolombja

KG

Likur konċentrat tal-qamħirrum

1901901000

GTA Kolombja

KG

Karbonat tal-kalċju/Kalċit

2836500000

GTA Kolombja

KG

Tafal attivat

3802901000

GTA Kolombja

KG

Għajnuna għall-iffiltrar (perlite)

2530100000

GTA Kolombja

KG

Diaċetat tas-sodju

2915292000

GTA Kolombja

KG

Aċidu ċitriku

2918140000

GTA Kolombja

KG

Ċitrat tas-sodju

2918153000

GTA Kolombja

KG

Inibitur tal-korrużjoni u tal-iskala

2921 59

GTA Brażil

KG

Faħam mhux maħdum/Ħama

2701 19 00

GTA Brażil

KG

Diżil

2710192100

GTA Kolombja

M3

Imballaġġ — Borża b’rita

3923299000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Trej artab

3923900000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Palit

4421999000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Kaxxa tal-karti

4819200000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża tal-karti

4819301000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża tal-karti

4819400000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża minsuġa

6305331000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża b’rita tqila

3920100000

GTA Kolombja

Biċċa

Prodott sekondarju/skart

 

 

 

Gass

2705000000

GTA Kolombja

KG

Ruttam tal-proteini għoljin/Residwu tal-lamtu tal-qamħirrum

2303100000

GTA Kolombja

KG

Għalf tal-qamħirrum

2303300000

GTA Kolombja

KG

Sulfat tal-kalċju

2833299000

GTA Kolombja

KG

Prodotti residwi oħra tal-industriji kimiċi (Ħama granulari)

3825 90 00

GTA Brażil

KG

Żejt tan-nibbieta tal-qamħirrum/Żejt tal-qamħirrum

1518009000 /1515290000

GTA Kolombja

KG

Frak tal-qamħirrum/Residwu tal-lamtu tal-qamħirrum

2303100000

GTA Kolombja

KG

Dqiq tal-glutina tal-qamħ

1109000000

GTA Kolombja

KG

Miċelju (preparazzjoni tal-għalf tal-annimali)

2309909000

GTA Kolombja

KG

Nibbieta taċ-ċereali

1104300000

GTA Kolombja

KG

Trab tal-ġebel tal-kalċit

2836500000

GTA Kolombja

KG

Ġibsum

2520100000

GTA Kolombja

KG

Irmied, gagazza

2621900000

GTA Kolombja

KG

Residwu tal-estrazzjoni taż-żejt tan-nibbieta tal-qamħirrum

23069010 /90

GTA Thailand

KG

Pasta/trab tal-glutina tal-qamħirrum

2302100000

GTA Brażil

KG

Granuli tat-trab tal-proteina (residwu tal-qamħirrum)

2302100000

GTA Brażil

KG

Kejk tal-filtru tal-proteina (residwu tal-qamħirrum)

2302100000

GTA Brażil

KG

Ħliefa tal-qamħirrum imbexxa

2302100000

GTA Brażil

KG

3.8.   Kalkolu tal-Valur Normali

(179)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni ħadet il-passi li ġejjin.

(180)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-konsum tal-materja prima, tal-manodopera u tal-enerġija). Hija applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni bbażati fuq is-sorsi elenkati hawn fuq għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(181)

It-tieni nett, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u l-materjali awżiljarji msemmija fil-premessa (171) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(182)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt medju ponderat ta’ seba’ produtturi Kolombjani rappreżentattivi ta’ ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u dik farmaċewtika għall-kalkolu ta’ hawn fuq.

(183)

Meta espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-manifattura, dawn jammontaw għal 24,82 % għall-SG&A u 20,72 % għall-profitt. Meta espressi bħala perċentwal tad-dħul, dawn jammontaw għal 17 % għall-SG&A u 14,2 % għall-profitt.

(184)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott għal kull wieħed mill-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw.

3.9.   Prezz tal-esportazzjoni

(185)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.10.   Tqabbil

(186)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

(187)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, fejn applikabbli u ġġustifikat, saru konċessjonijiet għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, l-ippakkjar, il-kostijiet ta’ kreditu, il-kostijiet bankarji u l-kummissjonijiet.

3.11.   Il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw

(188)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(189)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma ogħla minn 42 % għal Weifang Ensign Industry Co., Ltd u 144 % għal COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd. L-ebda dumping ma ġie kkalkulat għal RZBC Group (RZBC (Juxian) Co., Ltd. u n-negozjant relatat RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd.), u lanqas għal Jiangsu Guoxin Union Energy Co. Ltd, li huma soġġetti għal impenji ta’ prezzijiet kif spjegat fil-premessa (191).

3.12.   Il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx

(190)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll il-marġni tad-dumping medju għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, intuża l-ogħla marġni ta’ dumping tal-produtturi li kkooperaw, mhux l-inqas minħabba l-livell konsiderevolment aktar baxx tal-prezzijiet tal-esportazzjoni minn kumpaniji li ma kkooperawx.

3.13.   Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping

(191)

B’kollox, il-maġġoranza tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE (bejn 70 u 90 %) saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. L-esportazzjonijiet Ċiniżi li jifdal saru miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda dumping. Dawn iż-żewġ produtturi esportaturi huma soġġetti għal impenji fuq il-prezzijiet u l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni saru bil-prezz minimu tal-importazzjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni tqiesu li huma influwenzati mill-impenji u għalhekk mhux affidabbli biżżejjed biex jintużaw għad-determinazzjoni ta’ jekk id-dumping huwiex se jkompli fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza.

(192)

Fil-qosor, id-dumping kompla għall-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(193)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu revokati skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni; u prattiki ta’ ċirkomvenzjoni.

(194)

Kif issemma hawn fuq, erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi biss ippreżentaw ruħhom. Għalhekk, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet limitata.

(195)

Għal din ir-raġuni, il-maġġoranza tas-sejbiet stabbiliti hawn taħt li jikkonċernaw il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping kellhom ikunu bbażati fuq sorsi oħra, jiġifieri, il-bażijiet ta’ data tal-Eurostat u l-GTA u l-informazzjoni mressqa mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni żvelat dan li ġej.

4.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat

(196)

Abbażi biss tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-investigazzjoni żvelat kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda ta’ madwar 129 000 tunnellata, li jammontaw għal 20 sa 40 % tad-domanda tal-UE. Fl-RIP, il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali hija stmata li hija bejn tlieta u erba’ darbiet aktar mill-konsum totali tal-UE.

(197)

Id-domanda domestika Ċiniża kienet stmata li hija madwar 465 000 tunnellata — anqas minn 24 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-pajjiż. Barra minn hekk, żidiet ulterjuri ppjanati fil-kapaċità jindikaw li din tal-aħħar se tilħaq il-livell tal-konsum dinji totali fl-2021 (62) — li se jkompli jaggrava l-kapaċità żejda Ċiniża eżistenti. Dawn il-kapaċitajiet ġodda wisq probabbli se jissarrfu fi pressjoni saħansitra akbar għall-esportazzjoni, mhux l-anqas fid-dawl tad-diskrepanza bejn il-kapaċità u l-livelli msemmija hawn fuq tad-domanda domestika. Huwa improbabbli ħafna li l-konsum domestiku Ċiniż jiżdied sal-punt li jkun kapaċi jassorbi l-kapaċità eżistenti, u wisq inqas dik miżjuda. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ miżuri diġà fis-seħħ f’għadd ta’ swieq oħra tagħmilha ferm probabbli li jkun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħassru.

4.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(198)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi kienet evidenti minħabba l-preżenza li kompliet u li kienet massiva anke bil-miżuri — u li tilħaq bejn 30 % u 50 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni.

(199)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal darb’oħra kienet ssottolinjata ulterjorment mill-fatt li investitur Ċiniż qed jibni impjant ġdid b’kapaċità li tilħaq sa 60 000 tunnellata fl-Unjoni (63).

(200)

Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq importanti oħra bħall-Istati Uniti, il-Brażil, il-Kolombja, l-Indja jew it-Tajlandja kienu ristretti mill-eżistenza ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ.

(201)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet ikkonfermata wkoll mill-elementi tal-prezz imsemmija hawn taħt.

4.3.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

(202)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mill-erba’ kumpaniji li kkooperaw kienu bejn 20 u 40 % anqas mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u dan jerġa’ jissottolinja l-attraenza tagħha.

4.4.   Prattiki ta’ ċirkomvenzjoni

(203)

Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni permezz tal-Malasja, li wasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji kontra ċ-ċirkomvenzjoni f’Jannar 2016 imsemmija fil-premessa (5), komplew jissottolinjaw l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

4.5.   Il-prezzijiet u l-marġnijiet tad-dumping probabbli f’każ li l-miżuri jiġu mħassra

(204)

Kif spjegat hawn fuq, id-dumping kompla għall-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(205)

Barra minn hekk, l-indikazzjonijiet kollha kienu li l-bejgħ isir f’livelli oġġett ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu.

(206)

L-ewwel nett, il-fatt li l-kumpaniji kollha b’impriżi biegħu preċiżament bil-prezz minimu tal-importazzjoni tal-impriża, indika li l-impenn kien qed jaġixxi bħala prezz minimu. Fin-nuqqas ta’ tali valur minimu, u ffaċċjati b’kompetizzjoni minn esportazzjonijiet Ċiniżi oħra bi prezzijiet fil-medda ta’ bejn it-30 u l-40 % anqas minn dawk fl-impenn, id-ditti jkollhom ibigħu f’dik il-medda ta’ prezzijiet aktar baxxi biex jibqgħu fis-suq. Dan x’aktarx iwassal għal marġnijiet ta’ dumping ogħla għall-kumpaniji kollha soġġetti għall-impenn.

(207)

It-tieni nett, iċ-ċirkomvenzjoni tista’ titqies bħala fattur addizzjonali li jindika l-interess tal-esportaturi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu fis-suq tal-Unjoni f’livelli mhux oġġett ta’ dumping. Kien hemm ukoll xejra ta’ mġiba inġusta fl-ipprezzar minn ditti Ċiniżi meta jesportaw lejn swieq oħra, kif muri minn għadd kbir ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-aċidu ċitriku fil-pajjiżi terzi msemmija fil-premessa (200).

(208)

It-tielet nett, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mill-erba’ kumpaniji li kkooperaw kienu ħafna anqas minn dawk lejn l-Unjoni, li jindika l-probabbiltà ta’ tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-esportazzjoni u b’hekk ta’ żieda ulterjuri fil-marġnijiet tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu.

4.6.   Konklużjoni

(209)

Jekk il-miżuri jiskadu, l-analiżi ta’ hawn fuq żvelat il-kontinwazzjoni tad-dumping u l-probabbiltà qawwija ta’ żieda fil-marġnijiet tad-dumping, bi preżenza saħansitra aktar prominenti ta’ importazzjonijiet fis-suq attraenti tal-Unjoni.

(210)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddubitaw is-sejbiet dwar il-kapaċità żejda. Huma sostnew li abbażi tal-kalkoli proprji tal-Kummissjoni, il-kapaċitajiet żejda naqsu minn 192 000 tunnellata fl-2015 (ir-rieżami preċedenti) għal 129 000 tunnellata fl-RIP, u b’hekk jikkontradixxu s-sejba ta’ kapaċità ta’ produzzjoni żejda dejjem akbar li tissarraf fi pressjoni ogħla għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li hija vvalutat il-kapaċitajiet żejda abbażi tad-data mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma differenti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-rieżami preċedenti. Għal din ir-raġuni, it-tqabbil mis-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw huwa żbaljat. Fi kwalunkwe każ, 129 000 tunnellata għadhom jirrappreżentaw kapaċità żejda massiva. Il-pretensjoni kienet għalhekk miċħuda.

(211)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw sostnew li l-Kummissjoni ma kinitx ivverifikat l-affidabbiltà u l-akkuratezza tal-evidenza ddikjarata dwar iż-żidiet ippjanati fil-kapaċità ppreżentati mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat li hija rrieżaminat bir-reqqa s-sottomissjonijiet kemm tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll tas-CCCMC f’dan ir-rigward u r-rieżami tagħha ma sab l-ebda element li jista’ jibdel is-sejbiet tagħha kif stabbiliti fil-premessa (197).

(212)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddikjaraw li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jaqgħu għal-livelli ta’ pajjiżi terzi fin-nuqqas ta’ miżuri ġodda, hija spekulazzjoni totali. Huma sostnew ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda kwantifikazzjoni jew analiżi fir-rigward tal-konklużjoni tagħha li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx jiżdiedu u jseħħu f’marġnijiet ta’ dumping ogħla fin-nuqqas ta’ miżuri. Fl-aħħar nett, huma sostnew li l-Kummissjoni ma ppreżentatx raġunament ekonomiku sod għaliex il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu se jwaqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tagħhom lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri mġedda.

(213)

Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni stabbilixxiet b’mod ċar li d-dumping ikompli anki abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li huma msaħħa mill-PMI tal-impenji. Il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal impenji kienu ferm aktar baxxi, u dan jindika b’mod ċar li l-prezzijiet x’aktarx li jonqsu fin-nuqqas ta’ impenji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra għall-produtturi esportaturi kollha soġġetti għal impenji, u dan jindika li s-suq tal-Unjoni jattira żieda fl-importazzjonijiet. Dawn l-elementi, flimkien mal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ, appoġġaw b’mod ċar is-sejba li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni x’aktarx li jkomplu jseħħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u b’volumi akbar jekk il-miżuri jiġu revokati.

5.   DANNU

5.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(214)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul l-RIP. Dawn il-produtturi jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(215)

Fir-rigward tal-fatt li żewġ produtturi biss jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ppreżentat uħud miċ-ċifri f’dan ir-Regolament bl-użu ta’ meded u/jew indiċijiet skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku sabiex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali.

(216)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita fil-medda ta’ bejn 300 000 u 350 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ produtturi tal-Unjoni.

5.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(217)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra, kif indikat fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-istatistika tal-importazzjoni bbażata fuq il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6).

(218)

Il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum totali tal-Unjoni

500 000 - 550 000

535 000 – 585 000

535 000 – 585 000

515 000 - 565 000

Indiċi

100

107

107

103

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(219)

Il-konsum tal-Unjoni inizjalment żdied b’7 %, u laħaq il-massimu tiegħu fl-2017 u fl-2018. Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum naqas xi ftit, iżda baqa’ 3 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(220)

Ir-raġuni għaż-żieda fil-konsum tal-aċidu ċitriku kienet iż-żieda fil-konsum ta’ prodotti li jużaw il-prodott taħt rieżami f’diversi industriji bħall-ikel, id-deterġenti tad-dar, il-prodotti farmaċewtiċi u l-kożmetiċi. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni li tirrikjedi s-sostituzzjoni tal-fosfati fid-deterġenti tat-tindif tad-dar wasslet għal żieda akbar fil-konsum tal-prodott taħt rieżami, peress li l-aċidu ċitriku huwa wieħed mill-aktar sostituti xierqa tal-fosfati f’dawn l-applikazzjonijiet.

5.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(221)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni.

(222)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

207 295

190 750

223 185

205 595

Indiċi

100

92

108

99

Sehem mis-suq (%)

40–45

34–39

40–45

38–43

Indiċi

100

86

100

96

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(223)

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u baqa’ kważi fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2016. L-importazzjonijiet aktar baxxi fl-2017 u l-importazzjonijiet ogħla tal-2018 huma marbuta mal-fatt li l-aċidu ċitriku huwa prodott ittrasportat fi kwantitajiet kbar, u tali kwantità kbira daħlet fis-suq tal-Unjoni f’Jannar 2018 u għalhekk ġiet attribwita għall-importazzjonijiet tal-2018 (l-importazzjonijiet ta’ Jannar 2018 huma madwar 50 % ogħla minn Diċembru 2017). B’mod ġenerali, il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbli.

(224)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku miċ-Ċina kien sinifikanti u baqa’ fil-biċċa l-kbira fil-medda ta’ 40 %, bi tnaqqis żgħir ta’ 1,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqsu wkoll, kif deskritt fil-premessa (234) sa (235), il-Kummissjoni osservat li ż-żieda fid-domanda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġiet issodisfata biż-żieda fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(225)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Iċ-Ċina

736,7

773,8

738,2

701,9

Indiċi

100

105

100

95

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(226)

Il-prezz tal-aċidu ċitriku importat miċ-Ċina kien stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod ġenerali, il-prezz tal-aċidu ċitriku Ċiniż naqas b’5 % meta mqabbel mal-2016. Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu sostanzjalment aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-Unjoni, kif rifless fit-Tabella 8.

(227)

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni fl-2017 tista’ tiġi marbuta maż-żieda fil-konsum, li, kif spjegat fil-premessa (219), kienet partikolarment għolja fl-2017, minħabba l-bidla leġiżlattiva deskritta fil-premessa (220) li tikkonċerna l-fosfati. Din iż-żieda fid-domanda wasslet għal żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni. Il-prezzijiet imbagħad naqsu fl-2018 u fl-2019 hekk kif id-domanda ġiet aġġustata.

(228)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni imposti fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

(b)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF) inkluż id-dazju anti-dumping, b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(229)

Hawn taħt jidhru żewġ livelli ta’ marġnijiet ta’ twaqqigħ, bl-ewwel waħda tkopri l-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux soġġetti għall-impenn imsemmi fil-premessa (189). It-tieni livell jinkludi wkoll it-tliet kooperaturi li kienu soġġetti għall-impenn. Issir distinzjoni minħabba li l-prezzijiet tal-kumpaniji soġġetti għall-impenn kienu influwenzati mit-termini tal-impenn.

(230)

Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, it-twaqqigħ tal-prezz ma setax jiġi stabbilit bl-użu tal-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott, peress li din l-informazzjoni ma kinitx disponibbli. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit billi ġew imqabbla l-prezzijiet medji ponderati ġenerali tal-bejgħ kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx.

(231)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament xieraq fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultati tat-tqabbil ġew espressi bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn urew marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat għall-produtturi esportaturi mhux soġġetti għall-impenji ta’ aktar minn 19 %, u għall-produtturi esportaturi soġġetti għall-impenn ta’ aktar minn 10 %.

5.4.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina

(232)

L-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina ġew prinċipalment mill-Kambodja, mill-Kolombja u mit-Tajlandja.

(233)

Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

It-Tajlandja

Volum (tunnellati)

19 410

20 163

13 203

13 305

Indiċi

100

104

68

69

Sehem mis-suq (%)

< 5

< 5

< 5

< 5

Prezz medju (EUR)

817

887

847

784

Indiċi

100

109

104

96

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

10 331

18 612

7 909

7 194

Indiċi

100

180

77

70

Sehem mis-suq (%)

< 5

< 5

< 5

< 5

Prezz medju (EUR)

1 094

1 001

1 251

1 265

Indiċi

100

92

114

116

Total tal-pajjiżi terzi kollha

Volum (tunnellati)

29 741

38 775

21 112

20 500

Indiċi

100

130

71

69

Sehem mis-suq (%)

5-10

5-10

< 5

< 5

Prezz medju (EUR)

913

942

998

952

Indiċi

100

103

109

104

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(234)

L-akbar volumi ta’ importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġew mit-Tajlandja. L-importazzjonijiet mit-Tajlandja naqsu b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat. F’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet segwew ix-xejra tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda kienu bejn 11 % u 15 % ogħla.

(235)

L-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mill-pajjiżi terzi kollha naqsu bi 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tagħhom kienu wkoll ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina.

5.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(236)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.5.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(237)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Il-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

300 000 – 350 000

342 000 – 392 000

339 000 – 389 000

327 000 – 377 000

Indiċi

100

114

113

109

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

350 000 – 400 000

381 000 – 431 000

395 000 – 445 000

395 000 – 445 000

Indiċi

100

109

113

113

Użu tal-kapaċità (%)

90–100

90–100

90–100

87–97

Indiċi

100

105

100

97

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(238)

Il-volum tal-produzzjoni żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-quċċata tal-produzzjoni ntlaħqet fl-2017 (meta kienet 14 % ogħla milli fl-2016). Ix-xejra tal-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ssegwi fil-biċċa l-kbira x-xejra tal-konsum tal-Unjoni.

(239)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’mod kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u meta mqabbla mal-2016 kienet bi 13 % ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(240)

L-użu tal-kapaċità varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħaq l-aktar livell baxx matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, bi 3 % taħt il-livell tal-2016.

5.5.3.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(241)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

250 000 – 300 000

292 000 – 342 000

280 000 – 330 000

275 000 – 325 000

Indiċi

100

117

112

110

Bejgħ fis-suq kaptiv

0–5 000

0–5 000

0–5 000

0–5 000

Bejgħ fis-suq ħieles

245 000 – 300 000

287 000 – 342 000

275 000 – 330 000

270 000 – 325 000

Indiċi

100

116

112

110

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

50–60

54–64

52–62

54–64

Indiċi

100

109

104

107

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(242)

Il-bejgħ fis-suq kaptiv, marbut prinċipalment mal-produzzjoni ta’ speċjalitajiet u mluħa speċjali li jużaw l-aċidu ċitriku bħala materjal ta’ input, kien f’livell żgħir ta’ anqas minn 5 000 tunnellata f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u għalhekk ma kellu l-ebda influwenza notevoli fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, inklużi l-ishma mis-suq tagħha.

(243)

Il-bejgħ żviluppa b’mod simili għax-xejra tal-produzzjoni u żdied b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li kien fl-ogħla livell fl-2017.

(244)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien bejn 50 % u 64 % f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami dan żdied b’madwar 4 punti perċentwali.

5.5.4.   L-impjieg u l-produttività

(245)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

L-impjieg u l-produttività fl-Unjoni

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Għadd ta’ impjegati

600–650

624–674

642–692

642–792

Indiċi

100

104

107

107

Il-produttività (unità/impjegat)

500–550

550–600

530–580

510–560

Indiċi

100

110

106

102

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(246)

L-għadd ta’ impjegati espress f’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time żdied b’madwar 7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex jintlaħaq il-livell ta’ aktar minn 640 impjegat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(247)

Il-produttività żdiedet bi ftit biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’madwar 2 %. F’dan ir-rigward, il-produttività hija espressa bħala għadd ta’ tunnellati għal kull għadd ta’ impjegati (ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time) matul is-sena.

5.5.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(248)

L-impatt tal-marġnijiet ta’ dumping attwali fuq l-industrija tal-Unjoni ttaffa mill-impenn applikabbli għal-livell tal-prezz ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi kbar, li aġixxa bħala minimu għall-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi rilevanti.

(249)

Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dannu kkawżat mid-dumping tal-passat tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-proċess ta’ rkupru tal-industrija tal-Unjoni kompla kif muri minn xejra favorevoli tal-indikaturi ewlenin tad-dannu.

5.5.6.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(250)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

1 000 –1 100

980–1 080

1 010 –1 110

1 010 –1 110

Indiċi

100

98

101

101

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

800–900

760–860

824–924

840–940

Indiċi

100

95

103

105

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(251)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni kienu stabbli ħafna u żdiedu b’1 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(252)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex laħaq livell ogħla ta’ 5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2016. Iż-żieda fil-kostijiet ikkombinata ma’ żieda żgħira biss fil-prezzijiet irriżultat fi tnaqqis tal-profittabbiltà, kif deskritt fil-premessa (257).

5.5.7.   Kostijiet lavorattivi

(253)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

70 000 – 80 000

70 000 – 80 000

71 400 – 81 400

72 800 – 82 800

Indiċi

100

100

102

104

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(254)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, anqas mill-inflazzjoni fl-Unjoni matul dan il-perjodu.

5.5.8.   Inventarji

(255)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

L-inventarji

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

20 000 – 25 000

16 200 – 21 200

24 400 – 39 400

24 000 – 28 000

Indiċi

100

81

122

120

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

5–10

3–8

5–10

5–11

Indiċi

100

71

107

110

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(256)

L-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-livell tal-inventarji jinsab f’livell stabbli wara ż-żieda fil-bejgħ u fil-produzzjoni. Il-livell ferm aktar baxx tal-istokk kien l-eċċezzjoni għat-tmiem is-sena 2017. L-eċċezzjoni hija marbuta maż-żieda fid-domanda għall-aċidu ċitriku minħabba s-sostituzzjoni tal-fosfati fil-kompożizzjoni kimika ta’ ċerti prodotti, kif spjegat fil-premessa (220).

5.5.9.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(257)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-profitabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

15–20

18–23

14–19

11–16

Indiċi

100

120

94

79

Indiċi tal-Fluss tal-Flus

100

140

100

102

Investimenti (EUR)

40 000 000 –50 000 000

35 600 000 –45 600 000

31 200 000 –41 200 000

39 600 000 –49 600 000

Indiċi

100

89

78

99

Redditu fuq l-investimenti (%)

30–40

37–48

27–38

26–36

Indiċi

100

125

92

86

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(258)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(259)

Il-profittabbiltà matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet fl-ogħla livell fl-2017. Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kienu marbuta mas-sostituzzjoni tal-fosfati, kif deskritt fil-premessa (220) u profitabbiltà ogħla f’dik is-sena jenħtieġ li tkun marbuta ma’ żieda fid-domanda f’dik is-sena speċifika. Il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet ogħla minn 10 %.

(260)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. L-iżvilupp tiegħu baqa’ f’livelli simili matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ħlief fis-sena 2017.

(261)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt espress bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. L-iżvilupp tiegħu kien simili għall-iżvilupp tal-profittabbiltà, u baqa’ f’livelli sodisfaċenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu.

(262)

L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma rrapporta diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(263)

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, l-impjieg, il-kapaċità, il-produttività u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv. Filwaqt li x-xejra tal-indikaturi finanzjarji bħall-profitabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti hija negattiva, il-livelli assoluti tagħhom għadhom soddisfaċenti u ma jurux sinjali ta’ dannu materjali.

(264)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

6.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

6.1.   Kummenti ġenerali

(265)

Fil-premessa (262), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jkunu tħallew jiskadu (64).

(266)

Ix-xejriet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami miċ-Ċina juru li filwaqt li l-esportaturi Ċiniżi żammew preżenza mdaqqsa fis-suq tal-Unjoni, il-miżuri fis-seħħ (dazju u impenji) wasslu għal titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq. L-industrija tal-Unjoni kienet il-benefiċjarju ewlieni ta’ dan l-iżvilupp, peress li l-preżenza fis-suq ta’ pajjiżi terzi oħra baqgħet limitata. Dan jindika li t-tneħħija tad-dannu hija prinċipalment dovuta għall-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ.

(267)

Kif imsemmi fil-premessi (196) sa (197), il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċità żejda enormi u li qed tiżdied li tippermettilhom li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b’mod rapidu ħafna. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prezzijiet aktar profittabbli fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi terzi, huwa probabbli li l-kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawk il-pajjiżi jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(268)

Barra minn hekk, is-swieq internazzjonali ewlenin għandhom miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-aċidu ċitriku Ċiniż. Għalhekk, se jkun aktar diffiċli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jbigħu f’dawk is-swieq milli f’suq tal-Unjoni mhux protett f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(269)

Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti anke bil-miżuri fis-seħħ. Mingħajr dazji, it-twaqqigħ tal-prezz mill-produtturi esportaturi mingħajr impenji jkun ta’ aktar minn 29 %. Dan ta’ hawn fuq juri l-livelli tal-prezzijiet li bihom il-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx jidħlu fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri. Mingħajr il-miżuri fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ żżomm il-prezzijiet tagħha, u x’aktarx iġġarrab f’telf bħal fl-investigazzjoni oriġinali.

(270)

Il-probabbiltà ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi fin-nuqqas ta’ miżuri hija kkonfermata wkoll mill-bosta investigazzjonijiet anti-dumping dwar l-aċidu ċitriku Ċiniż f’pajjiżi oħra msemmija fil-premessa (200).

(271)

Il-kombinazzjoni tal-kapaċità għolja tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi u prezzijiet dannużi twassal b’mod dirett għal telf rapidu tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u/jew tnaqqis fil-prezzijiet tagħha, li l-effett tagħhom iwassal għal deterjorament finanzjarju profond, li jfixkel is-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni — kif jidher mill-għeluq ta’ produtturi oħra tal-Unjoni, imsemmi fil-premessa (276).

(272)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ikkummentaw fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu li żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi ma tagħmilx sens kummerċjali jew tas-suq, jekk il-miżuri jiskadu. Barra minn hekk, is-CCCMC sostniet ukoll li l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ f’pajjiżi oħra ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-produtturi esportaturi miċ-Ċina. Dawn il-pretensjonijiet la kienu sostanzjati u lanqas ma wrew b’xi mod li l-firxa wiesgħa ta’ elementi u raġunament sostantivi msemmija hawn fuq ma kinux korretti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet tal-importazzjoni mingħajr dazji, kif muri fit-Tabella 3 huma diġà ferm taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (kif muri fit-Tabella 11). Konsegwentement, anki li jinżammu dawn il-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni jitfa’ pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni li x’aktarx terġa’ timmaterjalizza f’dannu. B’hekk, dawn il-pretensjonijiet ma jistgħux jiġu milqugħa.

(273)

Għalhekk, ġie konkluż li wisq probabbli n-nuqqas ta’ miżuri jwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u li aktarx iwassal għal rikorrenza ta’ dannu materjali.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(274)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(275)

Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li flimkien jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw f’din l-investigazzjoni. Kif iddikjarat fil-premessa (263), l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping fil-passat u l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta ma jkunux soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(276)

L-industrija tal-Unjoni kienet qed issegwi ż-żieda fid-domanda għall-aċidu ċitriku, inklużi l-investimenti meħtieġa biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom u qed tippjana li tespandi aktar.

(277)

Fl-istess ħin, it-tneħħija tal-miżuri x’aktarx twassal għal żieda fil-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, li thedded l-operazzjoni kontinwa tal-produtturi li jifdal f’industrija li altrimenti tkun vijabbli. Huwa mfakkar li tliet produtturi fl-Unjoni kienu għalqu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi.

(278)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fis-seħħ.

7.2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(279)

Kif ġie ddikjarat fil-premessa (18), importatur mhux relatat wieħed biss issottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk ma kienx hemm wisq interess fost l-importaturi fl-investigazzjoni attwali.

(280)

L-importaturi tal-aċidu ċitriku spiss ikunu negozjanti ta’ firxa usa’ ta’ prodotti kimiċi u għalhekk mhumiex limitati għall-aċidu ċitriku. Barra minn hekk, in-negozjanti jimportaw prodotti kimiċi minn pajjiżi terzi oħra minbarra ċ-Ċina, u jwettqu negozju wkoll fi prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt potenzjali taż-żamma tad-dazji fuq l-importaturi huwa mistenni li jkun limitat ħafna.

7.3.   L-interess tal-utenti

(281)

Kif stabbilit fil-premessa (23), il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju minn erba’ utenti mill-industrija tas-saħħa, tas-sbuħija u tal-iġjene fid-djar. Minkejja l-industrija tal-ikel u x-xorb li tikkostitwixxi l-akbar utent tal-aċidu ċitriku, l-ebda utent minn dik l-industrija ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(282)

Għall-biċċa l-kbira tal-utenti, l-aċidu ċitriku jammonta għal parti żgħira jew saħansitra negliġibbli mill-istruttura tal-kostijiet tagħhom. F’xi tip speċifiku ta’ prodotti, b’mod partikolari fil-qasam tal-prodotti tal-iġjene fid-djar bħall-pilloli tal-magni tal-ħasil tal-platti, il-kontenut tal-aċidu ċitriku huwa ferm ogħla.

(283)

Fil-kummenti tagħhom, l-utenti li kkooperaw iddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni rkuprat bis-sħiħ, u indikaw li mhijiex kapaċi tissodisfa bis-sħiħ id-domanda fl-Unjoni. Il-kummenti semmew ukoll li, speċjalment għal prodotti b’kontenut eċċezzjonalment għoli ta’ aċidu ċitriku, il-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-Unjoni hija anqas kompetittiva meta mqabbla ma’ pajjiżi fejn l-aċidu ċitriku mhuwiex soġġett għal dazji. L-utenti indikaw ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-produtturi tal-Unjoni.

(284)

Il-miżuri eżistenti ma affettwawx id-disponibbiltà tal-aċidu ċitriku minn sorsi mhux tal-Unjoni, kif tikkonferma l-preżenza mdaqqsa kontinwa tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. Iż-żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni huma ppjanati fl-Unjoni, kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll mill-investiment Ċiniż fl-Unjoni msemmi fil-premessa (199).

(285)

Il-profittabbiltà tal-utenti li kkooperaw kienet għolja, u għall-maġġoranza l-kbira tal-utenti, l-impatt finanzjarju tal-kost tal-aċidu ċitriku bħala materja prima kien negliġibbli. Għall-utenti involuti fil-produzzjoni tat-tip ta’ prodotti li fihom kontenut ogħla ta’ aċidu ċitriku, dawk il-prodotti kienu biss parti minn portafoll ħafna usa’. Matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, meta aktar utenti kkooperaw fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-aċidu ċitriku jammonta għal mhux aktar minn 5 % tal-kostijiet tal-materja prima tal-utenti li jipproduċu prodotti kimiċi. Għalhekk, l-effett tal-miżuri fuq dawn l-utenti kien meqjus bħala limitat.

(286)

Kollox ma’ kollox, l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni kien ferm akbar mill-impatt negattiv limitat tal-miżuri fis-seħħ fuq l-utenti.

7.4.   Fatturi oħra — is-sigurtà tas-sorsi tal-provvista

(287)

Is-sigurtà tal-provvista hija element importanti tas-suq tal-aċidu ċitriku. Għall-maġġoranza tal-applikazzjonijiet tal-aċidu ċitriku, il-fattur tal-prezz kien negliġibbli, filwaqt li d-disponibbiltà tal-prodott taħt rieżami bħala materja prima kienet kruċjali. Fin-nuqqas ta’ miżuri, is-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni tkun fil-periklu, b’effetti lil hinn mill-industrija nnifisha, eż., tnaqqis fis-sorsi disponibbli ta’ provvista jew tnaqqis tal-kompetituri fis-suq.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(288)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(289)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar l-aċidu ċitriku miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(290)

Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“UK”) mill-Unjoni Ewropea, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt ta’ tali ħruġ fuq il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza.

(291)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li s-sehem tal-importazzjonijiet totali tal-aċidu ċitriku fir-Renju Unit mill-importazzjonijiet totali fuq bażi tal-EU-28 kien inqas minn 10 % matul il-perjodu kkunsidrat (sors: Bażi tad-data tal-14.6). La l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u lanqas il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni ma jkunu affettwati mit-tnaqqis tas-suq intern għall-EU-27.

(292)

Il-bejgħ miż-żewġ produtturi uniċi tal-Unjoni lejn ir-Renju Unit kien fl-istess ordni ta’ kobor.

(293)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi fejn il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat kif spjegat fil-premessa (189), it-tneħħija tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit għall-finijiet tal-kalkolu ta’ marġni tad-dumping ma jkollhiex impatt ta’ aktar minn 1 punt perċentwali. Bħala korollarju ta’ dan, il-marġnijiet ta’ dumping għall-produtturi li ma kkooperawx ukoll ma jinbidlux.

(294)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni li wasslu għaż-żamma tal-miżuri antidumping ma jvarjawx, irrispettivament minn jekk ir-Renju Unit jitqiesx għall-analiżi jew le. L-ebda parti interessata ma għamlet kummenti dwar dan il-punt.

(295)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dak l-iżvelar.

(296)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(297)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011 u 2918150019) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd — No 1 Dongfeng Avenue, Wukeshu Economic Development Zone, Changchun City 130401, PRC

35,7

A874

Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd. — No 89, Changjiang Street, Laiwu City, Shandong Province, PRC

15,3

A880

RZBC Co., Ltd. — No 9 Xinghai West Road, Rizhao City, Shandong Province, RPĊ

36,8

A876

RZBC (Juxian) Co., Ltd. — No 209 Laiyang Road, Juxian Economic Development Zone, Rizhao City, Shandong Province, PRC

36,8

A877

TTCA Co., Ltd. — West, Wenhe Bridge North, Anqiu City, Shandong Province, RPĊ

42,7

A878

Weifang Ensign Industry Co., Ltd. — No 1567 Changsheng Street, Changle, Weifang, Shandong Province, RPĊ

33,8

A882

Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd. — No 1 Redian Road, Yixing Economic Development Zone, Jiangsu Province, RPĊ

32,6

A879

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

42,7

A999

3.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess aċidu ċitriku u ċitrat trisodiku diidrat li jiġu kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (kodiċijiet NM 2918 14 00 (Kodiċi TARIC 2918140010) u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011).

4.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta .” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li huma fatturati minn kumpaniji li l-impenji tagħhom huma aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni 2008/899/KE, emendata ulterjorment bid-Deċiżjoni 2012/501/UE u r-Regolament (UE) 2016/704, għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

jiġu manifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni; u

(b)

importazzjonijiet bħal dawn ikunu akkumpanjati minn fattura ta’ impenn li tkun fattura kummerċjali li jkun fiha mill-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament; u

(c)

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu bl-eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ impenn.

2.   Dejn doganali għandu jiġġarrab fil-mument ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera:

(a)

kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f’dan il-paragrafu mhumiex issodisfati; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn tagħha skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (66) permezz ta’ Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi ta’ impenn rilevanti bħala invalidi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 62.

(4)  ĠU L 244, 8.9.2012, p. 27.

(5)  ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8.

(6)  ĠU L 10, 15.1.2016, p. 3.

(7)  ĠU L 122, 12.5.2016, p. 19.

(8)  ĠU L 231, 14.9.2018, p. 20.

(9)  ĠU C 165, 14.5.2019, p. 3.

(10)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 18, 20.1.2020, p. 3).

(11)  Link għas-sit web speċifiku għall-każ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2432

(12)  Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.002450.

(13)  Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.002149.

(14)  Bażi tad-data ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ ipprovduta minn IHS Markit, https://ihsmarkit.com/products.html

(15)  Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.007937.

(16)  Bażi tad-data finanzjarja tal-kumpaniji pprovduta mill-Bureau van Dijk, www.bvdinfo.com

(17)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport”).

(18)  WTO DS 494, UE — Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet, paragrafi 7.76, 7.80 u 7.81.

(19)  ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1.

(20)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6–7.

(21)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10.

(22)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(23)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 20–21.

(24)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 41, 73–74.

(25)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120–121.

(26)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 122–135.

(27)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 167–168.

(28)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 169–170, 200–201.

(29)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 15–16, ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 108–9.

(30)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 22–24 u l-Kapitolu 5, p. 97–108.

(31)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 104–9.

(32)  Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Ipproċessar tal-Qamħ u taż-Żejt, it-Taqsima IV.2.1, disponibbli online fuq http://www.gov.cn/xinwen/2017-01/03/content_5155835.htm (aċċessat l-aħħar fil-21 ta’ Diċembru 2020).

(33)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 100–1.

(34)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 26.

(35)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 31–2.

(36)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(37)  Ir-Rapport — il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(38)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 41–42, 83.

(39)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 12, p. 319.

(40)  Informazzjoni dwar is-sussidji disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Agrikoltura: http://www.moa.gov.cn/gk/zcfg/qnhnzc/201904/t20190416_6179338.htm.

(41)  Ara n-Notifika 2017/627 tal-NDRC li tħassar l-“Avviż tal-NDRC dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Ġestjoni ta’ Proġetti ta’ Pproċessar Profond tal-Qamħirrum”, disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/fggz/cyfz/zcyfz/201704/t20170417_1149901.html.

(42)  Ibid.

(43)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 138–149.

(44)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 216.

(45)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 213–215.

(46)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 209–211.

(47)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 332–337.

(48)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 336.

(49)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 337–341.

(50)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 114–117.

(51)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 119.

(52)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120.

(53)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.

(54)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’ s Corporate Debt Problem” (“Riżoluzzjoni tal-Proglema tad-Dejn Korporattiv taċ-Ċina”), ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

(55)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.

(56)  https://www.indexmundi.com/agriculture/?commodity=corn

(57)  https://www.indexmundi.com/commodities/?commodity=corn&months=60&currency=eur

(58)  https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials

(59)  https://www.ilo.org/ilostat/faces/oracle/webcenter/portalapp/pagehierarchy/Page21.jspx?_afrLoop=2007202804813928&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=ejmgka3iz_63#!%40%40%3F_afrWindowId%3Dejmgka3iz_63%26_afrLoop%3D2007202804813928%26_afrWindowMode%3D0%26_adf.ctrl-state%3Dejmgka3iz_119

(60)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku qies li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, din id-data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

(61)  Disponibbli fuq: http://www.gtis.com/gta/

(62)  Il-Kummissjoni għamlet l-informazzjoni dwar il-livell ta’ kapaċitajiet fiċ-Ċina, flimkien mal-materjali tas-sors, disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, fis-7 ta’ Ġunju 2020, issejvjat bħala Nru t20.004035.

(63)  Istitut Ċina-CEE: “China and Hungary: 70 years of bilateral relations in a changing world” (Iċ-Ċina u l-Ungerija: 70 Sena ta’ relazzjonijiet bilaterali f’dinja li qed tinbidel), Diċembru 2019, p. 75.

(64)  Ara r-Rapport tal-Korp tal-Appell, United States — Anti-Dumping Measures on Oil Country Tubular Goods (OCTG) from Mexico (Stati Uniti — Miżuri Anti-Dumping dwar Oġġetti Tubulari tal-Pajjiż taż-Żejt mill-Messiku) (WT/DS282/AB/R), il-paragrafi 108 u 122–123.

(65)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(66)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-kumpaniji fl-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti, li huma soġġetti għall-impenn:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-OĠĠETTI SOĠĠETTI GĦAL IMPENN”.

2.

L-isem tal-kumpanija li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-deskrizzjoni preċiża tal-prodotti, fosthom:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (NKP) użat għall-għan tal-impenn,

deskrizzjoni b’lingwa sempliċi tal-prodotti li jikkorrispondu man-NKP ikkonċernat,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi TARIC,

il-kwantità (li trid tingħata f’tunnellati).

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:

prezz għal kull tunnellata,

it-termini tal-pagament applikabbli,

it-termini tal-konsenja applikabbli,

ir-roħs u l-iskonti totali.

8.

L-isem tal-kumpanija li tagħmilha ta’ importatur fl-Unjoni Ewropea li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti soġġetti għal impenn.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti b’din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skont it-termini tal-Impenn offrut minn (il-KUMPANIJA), u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/87. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/119


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/608

tal-14 ta’ April 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(2), il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(4) u l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90 tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 (3) jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni ta’ ċertu ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċertu ikel u għalf minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni b’mikotossini, inkluż l-aflatossini, ir-residwi tal-pestiċidi, il-pentaklorofenol u d-diossini, u l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika, elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jistabbilixxi rekwiżiti fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ikel u għalf elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u regoli għall-ħruġ ta’ tali ċertifikat, kemm bil-miktub kif ukoll f’forma elettronika. Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (4), TRACES hija l-komponent tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) li tippermetti li l-proċess kollu tal-produzzjoni taċ-ċertifikati jsir b’mod elettroniku, u b’hekk jiġu evitati l-prattiki frawdolenti jew qarrieqa possibbli fir-rigward taċ-ċertifikati uffiċjali. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jistabbilixxi mudell ta’ ċertifikat uffiċjali li huwa kompatibbli ma’ TRACES.

(3)

Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 huma konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (5) għaċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (6) iħassar u jissostitwixxi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628 mill-21 ta’ April 2021, filwaqt li jemenda u jiċċara r-rekwiżiti għall-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali stabbiliti f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jagħmel distinzjoni bejn iċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fuq karta, iċ-ċertifikati uffiċjali elettroniċi maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 u ċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fuq karta u mimlijin fi TRACES u stampati minnha. Barra minn hekk, dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi rekwiżiti lingwistiċi għaċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni biex jiġu ffaċilitati l-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni. Sabiex jiġu allinjati ċ-ċertifikati uffiċjali għal kategoriji differenti ta’ oġġetti u sabiex tiġi żgurata konsistenza mar-rekwiżiti ġodda ta’ ċertifikazzjoni fiċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, huwa xieraq li jiġi emendat l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.

(5)

L-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jipprevedi li l-listi stabbiliti fl-Annessi I u II jridu jiġu riveduti fuq bażi regolari li ma taqbiżx perjodu ta’ sitt xhur, sabiex titqies informazzjoni ġdida relatata mar-riskji u man-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(6)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti riċenti marbuta mal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (“RASFF”), kif stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u l-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fuq l-ikel u l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali tindika li l-listi stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jenħtieġ li jiġu emendati.

(7)

B’mod partikolari, minħabba l-frekwenza għolja ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-kontaminazzjoni bis-Salmonella identifikata matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 fl-2019 u fl-ewwel semestru tal-2020 u minħabba l-għadd kbir ta’ notifiki fl-RASFF matul dak il-perjodu, huwa xieraq li l-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi li jridu jitwettqu fuq il-bżar iswed (Piper nigrum) mill-Brażil tiżdied minn 20 % għal 50 %.

(8)

Minħabba l-frekwenza għolja ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-kontaminazzjoni b’residwi tal-pestiċidi identifikata matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 fit-tieni semestru tal-2019 u fl-ewwel semestru tal-2020, huwa xieraq li l-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi li jridu jitwettqu fuq il-bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mit-Tajlandja tiżdied minn 10 % għal 20 %.

(9)

Minħabba l-frekwenza għolja ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-kontaminazzjoni bl-aflatossini identifikata matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 fit-tieni semestru tal-2019 u fl-ewwel semestru tal-2020 u minħabba l-għadd kbir ta’ notifiki fl-RASFF fl-ewwel semestru tal-2020, huwa xieraq li l-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi li jridu jitwettqu fuq il-karawett mill-Indja tiżdied minn 10 % għal 50 %.

(10)

Il-bżar ħelu (Capsicum annuum) mit-Turkija diġà huwa elenkat fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni b’residwi tal-pestiċidi. Għall-kunsinni ta’ bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mit-Turkija, id-data li tirriżulta min-notifiki riċevuti permezz tal-RASFF fl-ewwel semestru tal-2020 tindika t-tfaċċar ta’ riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem, minħabba kontaminazzjoni possibbli b’residwi tal-pestiċidi, li jirrikjedi livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-entrata eżistenti dwar il-bżar ħelu (Capsicum annuum) mit-Turkija jenħtieġ li tiġi emendata biex tkopri l-bżar kollu tal-ispeċi Capsicum.

(11)

Għall-frott tal-bosk goġi miċ-Ċina elenkat fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1793 minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni b’residwi tal-pestiċidi, u għall-għeneb imnixxef mit-Turkija elenkat f’dak l-Anness minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-okratossina A, l-informazzjoni disponibbli għat-tieni semestru tal-2019 u l-ewwel semestru tal-2020 tindika grad sodisfaċenti ġenerali ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, peress li livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali ma għadux iġġustifikat għal dawk il-prodotti bażiċi, l-entrati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar dawk il-prodotti bażiċi jenħtieġ li jitħassru.

(12)

Għall-karawett mill-Brażil elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini, il-frekwenza tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġiet identifikata matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri naqset fit-tieni semestru tal-2019 u baqgħet f’livelli baxxi fl-ewwel semestru tal-2020. Għalhekk huwa xieraq li l-entrata dwar il-karawett mill-Brażil titħassar mill-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u li l-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi tiġi stabbilita għal 10 %.

(13)

Għall-karawett miċ-Ċina elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini, il-frekwenza tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġiet identifikata matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri naqset fit-tieni semestru tal-2019 u fl-ewwel semestru tal-2020. Għalhekk huwa xieraq li l-entrata dwar il-karawett miċ-Ċina titħassar mill-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u li l-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi tiġi stabbilita għal 10 %. Minħabba l-volum ta’ negozju f’dan il-prodott bażiku, dik il-frekwenza hija biżżejjed biex jiġi żgurat livell xieraq ta’ monitoraġġ.

(14)

Għall-ġellewż mit-Turkija elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini, il-frekwenza tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġiet identifikata matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri naqset fit-tieni semestru tal-2019 u fl-ewwel semestru tal-2020. Għalhekk huwa xieraq li l-entrata dwar il-ġellewż mit-Turkija titħassar mill-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u li l-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi tiġi stabbilita għal 5 %. Minħabba l-volum ta’ negozju f’dan il-prodott bażiku, dik il-frekwenza hija biżżejjed biex jiġi żgurat livell xieraq ta’ monitoraġġ.

(15)

Oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq tal-betel (Piper betle), jew li jikkonsistu minnu, li joriġinaw mill-Bangladesh jew li l-kunsinna ġejja minnu huma elenkati fl-Anness IIa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella. Konsegwentement, l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ dawn il-prodotti ġiet ipprojbita minn Ġunju 2014. Il-Bangladesh ipprovda garanziji bil-miktub billi ssottometta pjan ta’ azzjoni ġdid fis-27 ta’ Lulju 2020 b’miżuri li jkopru l-istadji kollha tal-katina tal-produzzjoni, li l-Kummissjoni vvalutat bħala sodisfaċenti. Wara din il-valutazzjoni, huwa xieraq li l-entrata dwar l-oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq tal-betel (Piper betle), jew li jikkonsistu minnu, li joriġinaw mill-Bangladesh jew li l-kunsinna ġejja minnu, titħassar mill-Anness IIa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, tiġi inkluża fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u li l-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi tiġi stabbilita għal 50 %.

(16)

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effiċjenti minn riskji potenzjali għas-saħħa li jirriżultaw minn kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew kimika taż-żerriegħa tas-Sesamum, fil-kolonni li jirreferu għall-“kodiċi NM” fit-tabelli fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 il-kodiċi NM għaż-żerriegħa inkaljata tas-Sesamum jenħtieġ li jiżdied fir-ringieli li jirreferu għal “Żerriegħa tas-Sesamum (ikel)”.

(17)

Il-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 tistabbilixxi l-informazzjoni dwar is-saħħa li l-uffiċjal li jiċċertifika jrid jipprovdi meta jimla ċ-ċertifikat. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-informazzjoni dwar is-saħħa għall-ikel jew l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali jista’ jkun fiha aktar minn ċertifikazzjoni waħda, fejn tali ċertifikazzjoni hija obbligatorja skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 flimkien mal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(18)

Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Annessi I, II, IIa u IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġu sostitwiti fl-intier tagħhom.

(19)

Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jibda japplika mill-21 ta’ April 2021, l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika wkoll minn dik id-data.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Ċertifikat uffiċjali

1.   Kull kunsinna ta’ ikel u għalf elenkata fl-Anness II għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat uffiċjali skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV (“ċertifikat uffiċjali”).

2.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini jew tal-pajjiż terz minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dan il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż ta’ oriġini;

(b)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jkollu l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kunsinna li huwa relatat miegħu, imsemmi fl-Artikolu 9(1);

(c)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jkollu l-firma tal-uffiċjal li jiċċertifika u t-timbru uffiċjali;

(d)

fejn il-mudell taċ-ċertifikat ikun fih dikjarazzjonijiet multipli jew alternattivi, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti għandhom jinqatgħu, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal li jiċċertifika, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat;

(e)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jikkonsisti minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

folja waħda tal-karti;

(ii)

diversi folji tal-karti fejn il-folji kollha jkunu indiviżibbli u jikkostitwixxu parti sħiħa integrata;

(iii)

sekwenza ta’ paġni b’kull paġna nnumerata sabiex jiġi indikat li hija paġna partikolari f’sekwenza finita;

(f)

meta ċ-ċertifikat uffiċjali jkun magħmul minn sekwenza ta’ paġni kif imsemmi fil-punt (e)(iii) ta’ dan il-paragrafu, kull paġna għandu jkollha l-kodiċi uniku kif imsemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-firma tal-uffiċjal li jiċċertifika u t-timbru uffiċjali;

(g)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni fejn il-konsenja tkun soġġetta għal kontrolli uffiċjali;

(h)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jinħareġ qabel il-kunsinna li huwa relatat magħha tħalli l-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat;

(i)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jitfassal fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni;

(j)

iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jkun validu għal mhux aktar minn erba’ xhur mid-data tal-ħruġ, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tar-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju msemmija fl-Artikolu 10(1).

3.   B’deroga mill-punt (i) tal-paragrafu 2, Stat Membru jista’ jagħti l-kunsens tiegħu għat-tfassil ta’ ċertifikati uffiċjali b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ, ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni awtentikata.

4.   Il-kulur tal-firma u tat-timbru minbarra timbru mbuzzat jew bil-marka tal-ilma, li huma msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, għandu jkun differenti mill-kulur tal-istampar.

5.   Il-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 4 ma għandhomx japplikaw għaċ-ċertifikati uffiċjali elettroniċi maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (*1).

6.   Il-punti (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għaċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fuq karta u kompluti fi TRACES u stampati minnha.

7.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat uffiċjali ta’ sostituzzjoni biss skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (*2).

8.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jimtela abbażi tan-noti stabbiliti fl-Anness IV.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37)."

(*2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).”;"

(2)

L-Annessi I, II, IIa u IV huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 tat-22 ta’ Ottubru 2019 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009, (UE) Nru 884/2014, (UE) 2015/175, (UE) 2017/186 u (UE) 2018/1660 (ĠU L 277, 29.10.2019, p. 89).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta’ April 2019 dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 101).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).


ANNESS I

Ikel u għalf li mhumiex ġejjin mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għal żieda temporanja tal-kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u f’punti ta’ kontroll

Ringiela

Ikel u għalf

(użu maħsub)

Kodiċi NM  (1)

Subdiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli tal-identità u tal-kontrolli fiżiċi (%)

1

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Bolivja (BO)

Aflatossini

50

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

2

Bżar iswed (Piper nigrum)

(Ikel - la mfarrak u lanqas mitħun)

ex 0904 11 00

10

Il-Brażil (BR)

Salmonella  (2)

50

3

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

4

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Iċ-Ċina (CN)

Aflatossini

10

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

5

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

(Ikel – imfarrak jew mitħun)

ex 0904 22 00

11

Iċ-Ċina (CN)

Salmonella  (6)

20

6

Te, kemm jekk imħawwar u kemm jekk le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (7)

20

7

Brunġiel (Solanum melongena)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

0709 30 00

 

Ir-Repubblika Dominicana (DO)

Residwi tal-pestiċidi  (3)

20

8

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

Ir-Repubblika Dominicana (DO)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (8)

50

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

ex 0709 60 99 ;

20

ex 0710 80 59

20

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata ssp. sesquipedalis, Vigna unguiculata ssp. unguiculata)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0708 20 00 ;

10

ex 0710 22 00

10

9

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (9)

20

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

ex 0710 80 59

20

10

Żerriegħa tas-sesamum

(Ikel)

1207 40 90

 

L-Etjopja (ET)

Salmonella  (2)

50

ex 2008 19 19

40

ex 2008 19 99

40

11

Ġellewż, bil-qoxra ta’ barra

0802 21 00

 

Il-Georgia (GE)

Aflatossini

50

Ġellewż, mingħajr qoxra ta’ barra

0802 22 00

Dqiq, grixa u trab tal-ġellewż

ex 1106 30 90

40

Ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

(Ikel)

ex 2008 19 19 ;

30

ex 2008 19 95 ;

20

ex 2008 19 99

30

12

Żejt tal-palm

(Ikel)

1511 10 90 ;

1511 90 11 ;

 

Il-Ghana (GH)

Żebgħat tas-Sudan (10)

50

ex 1511 90 19 ;

90

1511 90 99

 

13

Weraq tal-curry (Bergera/Murraya koenigii)

(Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef)

ex 1211 90 86

10

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (11)

50

14

Okra

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90 ;

20

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (12)

10

ex 0710 80 95

30

15

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

0708 20

 

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi  (3)

10

16

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

(Ikel - ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (13)

50

17

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata ssp. sesquipedalis, Vigna unguiculata ssp. unguiculata)

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0708 20 00 ;

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (14)

50

ex 0710 22 00

10

18

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

(Ikel — ippreparat jew ippreservat permezz tal-ħall jew tal-aċidu aċetiku)

ex 2001 90 97

11; 19

Il-Libanu (LB)

Rodamina B

50

19

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

(Ikel — ippreparat jew ippreservat permezz tas-salmura jew tal-aċidu ċitriku, mhux iffriżat)

ex 2005 99 80

93

Il-Libanu (LB)

Rodamina B

50

20

Bżar tal-ispeċi Capsicum

(ħelu jew għajr dak ħelu)

(Ikel - imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun)

0904 21 10 ;

 

Is-Sri Lanka (LK)

Aflatossini

50

ex 0904 21 90 ;

20

ex 0904 22 00 ;

11; 19

ex 2005 99 10 ;

10; 90

ex 2005 99 80

94

21

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Madagascar (MG)

Aflatossini

50

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

22

Jackfruit (Artocarpus heterophyllus)

(Ikel – frisk)

ex 0810 90 20

20

Il-Malasja (MY)

Residwi tal-pestiċidi  (3)

20

23

Żerriegħa tas-sesamum

(Ikel)

1207 40 90

 

In-Niġerja (NG)

Salmonella  (2)

50

ex 2008 19 19

40

ex 2008 19 99

40

24

Taħlitiet ta’ ħwawar

(Ikel)

0910 91 10 ;

0910 91 90

 

Il-Pakistan (PK)

Aflatossini

50

25

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti derivati

(Ikel)

ex 1207 70 00 ;

10

Sierra Leone (SL)

Aflatossini

50

ex 1208 90 00 ;

10

ex 2008 99 99

50

26

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Senegal (SN)

Aflatossini

50

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

27

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

(Ikel — ippreparat jew ippreservat permezz tal-ħall jew tal-aċidu aċetiku)

ex 2001 90 97

11; 19

Is-Sirja (SY)

Rodamina B

50

28

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

(Ikel — ippreparat jew ippreservat permezz tas-salmura jew tal-aċidu ċitriku, mhux iffriżat)

ex 2005 99 80

93

Is-Sirja (SY)

Rodamina B

50

29

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (15)

20

ex 0710 80 59

20

30

Ġellewż (Corylus sp.), bil-qoxra ta’ barra

0802 21 00

 

It-Turkija (TR)

Aflatossini

5

Ġellewż (Corylus sp.), mingħajr qoxra ta’ barra

0802 22 00

 

 

 

 

Taħlitiet ta’ ġewż jew ta’ frott imnixxef li fihom il-ġellewż

ex 0813 50 39 ;

70

 

ex 0813 50 91 ;

70

 

ex 0813 50 99

70

Paste tal-ġellewż

ex 2007 10 10 ;

70

 

ex 2007 10 99 ;

40

 

ex 2007 99 39 ;

05; 06

 

ex 2007 99 50 ;

33

 

ex 2007 99 97

23

Ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, inkluż it-taħlitiet

ex 2008 19 12 ;

30

ex 2008 19 19 ;

30

ex 2008 19 92 ;

30

ex 2008 19 95 ;

20

ex 2008 19 99 ;

30

ex 2008 97 12 ;

15

ex 2008 97 14 ;

15

ex 2008 97 16 ;

15

ex 2008 97 18 ;

15

ex 2008 97 32 ;

15

ex 2008 97 34 ;

15

ex 2008 97 36 ;

15

ex 2008 97 38 ;

15

ex 2008 97 51 ;

15

ex 2008 97 59 ;

15

ex 2008 97 72 ;

15

ex 2008 97 74 ;

15

ex 2008 97 76 ;

15

ex 2008 97 78 ;

15

ex 2008 97 92 ;

15

ex 2008 97 93 ;

15

ex 2008 97 94 ;

15

ex 2008 97 96 ;

15

ex 2008 97 97 ;

15

ex 2008 97 98

15

Dqiq, grixa u trab tal-ġellewż

ex 1106 30 90

40

Żejt tal-ġellewż

(Ikel)

ex 1515 90 99

20

31

Mandolin (inkluż tanġerini u satsumas); klementini, wilkings u ibridi oħrajn simili taċ-ċitru

(Ikel – frisk jew imnixxef)

0805 21 ;

0805 22 ;

0805 29

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi  (3)

5

32

Larinġ

(Ikel – frisk jew imnixxef)

0805 10

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi  (3)

10

33

Rummien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

ex 0810 90 75

30

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (16)

20

34

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0709 60 10 ;

0710 80 51 ;

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (17)

10

ex 0709 60 99 ;

20

ex 0710 80 59

20

35

Lewż tal-berquq mhux ipproċessati sħaħ, mitħunin, maqsumin, imqattgħin, maħsub biex jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali  (18)  (19)

(Ikel)

ex 1212 99 95

20

It-Turkija (TR)

Ċjanur

50

36

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

L-Uganda (UG)

Residwi tal-pestiċidi  (3)

20

ex 0710 80 59

20

37

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

10

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

38

Pistaċċi, bil-qoxra ta’ barra

0802 51 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

10

Pistaċċi, mingħajr qoxra ta’ barra

0802 52 00

 

Pistaċċi, inkaljati

ex 2008 19 13 ;

20

 

ex 2008 19 93

20

39

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

L-Użbekistan (UZ)

Sulfiti (20)

50

Berquq, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

(Ikel)

2008 50

40

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (21)

50

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

(Ikel - ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

ex 0709 99 90

40

41

Okra

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90 ;

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (21)

50

ex 0710 80 95

30

42

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi  (3)  (21)

50

ex 0710 80 59

20


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex”.

(2)  Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Anness III.

(3)  Ir-residwi ta’ mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta’ kontroll adottat f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b’metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija ta’ massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS) (il-pestiċidi jridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(4)  Residwi ta’ Amitraż.

(5)  Residwi ta’ Nikotina.

(6)  Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness III.

(7)  Residwi ta’ Tolfenpirad.

(8)  Ir-residwi tal-Amitraż (amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta’ 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), tad-Diafenthiuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p’ u o,p’), u tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram).

(9)  Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p’ u o,p’), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta’ 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), tat-Tijofanat-metil u tat-Triforina.

(10)  Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) Scarlet Red; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).

(11)  Residwi ta’ Aċefat.

(12)  Residwi ta’ Diafentjuron.

(13)  Residwi ta’ Fentoat.

(14)  Residwi ta’ Klorbufam.

(15)  Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imlieħ tiegħu espressa bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.

(16)  Residwi ta’ Prokloraż.

(17)  Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imlieħ tiegħu espressa bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat-metil.

(18)  “Prodotti mhux proċessati” kif definita fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(19)  “Tqegħid fis-suq” u “konsumatur finali” kif definiti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(20)  Metodi ta’ referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(21)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-Fentoat u l-Kwinalfos.


ANNESS II

Ikel u għalf minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali għad-dħul fl-Unjoni minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni bil-mikotossini, inklużi l-aflatossini, ir-residwi tal-pestiċidi, il-pentaklorofenol u d-diossini u kontaminazzjoni mikrobijoloġika

1.   Ikel u għalf li mhumiex ġejjin mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)(i)

Ringiela

Għalf u ikel (użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Subdiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli tal-identità u tal-kontrolli fiżiċi (%)

1

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

L-Arġentina (AR)

Aflatossini

5

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

2

Ġellewż (Corylus sp.), bil-qoxra ta’ barra

0802 21 00

 

L-Ażerbajġan (AZ)

Aflatossini

20

Ġellewż (Corylus sp.) mingħajr qoxra ta’ barra

0802 22 00

Taħlitiet ta’ ġewż jew ta’ frott imnixxef li fihom il-ġellewż

ex 0813 50 39 ;

70

ex 0813 50 91 ;

70

ex 0813 50 99

70

Paste tal-ġellewż

ex 2007 10 10 ;

70

ex 2007 10 99 ;

40

ex 2007 99 39 ;

05; 06

ex 2007 99 50 ;

33

ex 2007 99 97

23

Ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, inkluż it-taħlitiet

ex 2008 19 12 ;

30

ex 2008 19 19 ;

30

ex 2008 19 92 ;

30

ex 2008 19 95 ;

20

ex 2008 19 99 ;

30

ex 2008 97 12 ;

15

ex 2008 97 14 ;

15

ex 2008 97 16 ;

15

ex 2008 97 18 ;

15

ex 2008 97 32 ;

15

ex 2008 97 34 ;

15

ex 2008 97 36 ;

15

ex 2008 97 38 ;

15

ex 2008 97 51 ;

15

ex 2008 97 59 ;

15

ex 2008 97 72 ;

15

ex 2008 97 74 ;

15

ex 2008 97 76 ;

15

ex 2008 97 78 ;

15

ex 2008 97 92 ;

15

ex 2008 97 93 ;

15

ex 2008 97 94 ;

15

ex 2008 97 96 ;

15

ex 2008 97 97 ;

15

ex 2008 97 98

15

Dqiq, grixa u trab tal-ġellewż

ex 1106 30 90

40

Żejt tal-ġellewż

(Ikel)

ex 1515 90 99

20

3

Oġġetti tal-ikel li fihom jew li jikkonsistu minn weraq tal-betel (Piper betle)

(Ikel)

ex 1404 90 00  (10)

10

Il-Bangladesh (BD)

Salmonella  (6)

50

4

Ġewż tal-Brażil bil-qoxra ta’ barra

0801 21 00 ;

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

50

Taħlitiet ta’ ġewż jew ta’ frott imnixxef li fihom il-ġewż tal-Brażil bil-qoxra ta’ barra

(Ikel)

ex 0813 50 31 ;

20

ex 0813 50 39 ;

20

ex 0813 50 91

20

ex 0813 50 99 ;

20

5

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

L-Eġittu (EG)

Aflatossini

20

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

6

Bżar tal-ġeneru Piper; frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun

0904

 

L-Etjopja (ET)

Aflatossini

50

Ġinġer, żagħfran, żagħfran tal-Indja (kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, curry u ħwawar oħrajn

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

0910

7

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Ghana (GH)

Aflatossini

50

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

8

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Gambja (GM)

Aflatossini

50

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

9

Noċemuskata (Myristica fragrans)

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

10

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella  (2)

10

11

Bżar tal-ispeċi Capsicum (ħelu jew għajr dak ħelu)

(Ikel — imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun)

0904 21 10 ;

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

ex 0904 22 00 ;

11; 19

ex 0904 21 90 ;

20

ex 2005 99 10 ;

10; 90

ex 2005 99 80

94

12

Noċemuskata (Myristica fragrans)

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

13

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

50

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

14

Gomma tal-gwar

(Ikel u għalf)

ex 1302 32 90

10

L-Indja (IN)

Pentaklorofenol u diossini (3)

5

15

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi  (4)  (5)

10

ex 0710 80 59

20

 

16

Żerriegħa tas-sesamum

(Ikel)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella  (6)

Residwi tal-pestiċidi  (4)  (11)

20

ex 2008 19 19

40

 

ex 2008 19 99

40

50

17

Pistaċċi, bil-qoxra ta’ barra

0802 51 00

 

L-Iran (IR)

Aflatossini

50

Pistaċċi, mingħajr qoxra ta’ barra

0802 52 00

Taħlitiet ta’ ġewż jew ta’ frott imnixxef li fihom il-pistaċċi

ex 0813 50 39 ;

60

ex 0813 50 91 ;

60

ex 0813 50 99

60

Paste tal-pistaċċi

ex 2007 10 10 ;

60

ex 2007 10 99 ;

30

ex 2007 99 39 ;

03; 04

ex 2007 99 50 ;

32

ex 2007 99 97

22

Pistaċċi, ippreparati jew ippreservati, inklużi t-taħlitiet

ex 2008 19 13 ;

20

ex 2008 19 93 ;

20

ex 2008 97 12 ;

19

ex 2008 97 14 ;

19

ex 2008 97 16 ;

19

ex 2008 97 18 ;

19

ex 2008 97 32 ;

19

ex 2008 97 34 ;

19

ex 2008 97 36 ;

19

ex 2008 97 38 ;

19

ex 2008 97 51 ;

19

ex 2008 97 59 ;

19

ex 2008 97 72 ;

19

ex 2008 97 74 ;

19

ex 2008 97 76 ;

19

ex 2008 97 78 ;

19

ex 2008 97 92 ;

19

ex 2008 97 93 ;

19

ex 2008 97 94 ;

19

ex 2008 97 96 ;

19

ex 2008 97 97 ;

19

ex 2008 97 98

19

Dqiq, grixa u trab tal-pistaċċis

(Ikel)

ex 1106 30 90

50

18

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti derivati

(Ikel)

ex 1207 70 00 ;

10

In-Niġerja (NG)

Aflatossini

50

ex 1208 90 00 ;

10

ex 2008 99 99

50

19

Bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

Il-Pakistan (PK)

Residwi tal-pestiċidi  (4)

20

ex 0710 80 59

20

20

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett, imqaxxar

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett

2305 00 00

Dqiq u grixi tal-karawett

(Ikel u għalf)

ex 1208 90 00

20

21

Żerriegħa tas-sesamum

(Ikel)

1207 40 90

 

Is-Sudan (SD)

Salmonella  (6)

20

ex 2008 19 19

40

ex 2008 19 99

40

22

Tin imnixxef

0804 20 90

 

It-Turkija (TR)

Aflatossini

20

Taħlitiet ta’ ġewż jew ta’ frott imnixxef li fihom it-tin

ex 0813 50 99

50

Paste tat-tin imnixxef

ex 2007 10 10 ;

50

ex 2007 10 99 ;

20

ex 2007 99 39 ;

01; 02

ex 2007 99 50 ;

31

ex 2007 99 97

21

Tin imnixxef, ippreparat jew ippreservat, inklużi t-taħlitiet

ex 2008 97 12 ;

11

ex 2008 97 14 ;

11

ex 2008 97 16 ;

11

ex 2008 97 18 ;

11

ex 2008 97 32 ;

11

ex 2008 97 34 ;

11

ex 2008 97 36 ;

11

ex 2008 97 38 ;

11

ex 2008 97 51 ;

11

ex 2008 97 59 ;

11

ex 2008 97 72 ;

11

ex 2008 97 74 ;

11

ex 2008 97 76 ;

11

ex 2008 97 78 ;

11

ex 2008 97 92 ;

11

ex 2008 97 93 ;

11

ex 2008 97 94 ;

11

ex 2008 97 96 ;

11

ex 2008 97 97 ;

11

ex 2008 97 98 ;

11

ex 2008 99 28 ;

10

ex 2008 99 34 ;

10

ex 2008 99 37 ;

10

ex 2008 99 40 ;

10

ex 2008 99 49 ;

60

ex 2008 99 67 ;

95

ex 2008 99 99

60

Dqiq, grixa jew trab tat-tin imnixxef

(Ikel)

ex 1106 30 90

60

23

Pistaċċi, bil-qoxra ta’ barra

0802 51 00

 

It-Turkija (TR)

Aflatossini

50

Pistaċċi, mingħajr qoxra ta’ barra

0802 52 00

Taħlitiet ta’ ġewż jew ta’ frott imnixxef li fihom il-pistaċċi

ex 0813 50 39 ;

60

ex 0813 50 91 ;

60

ex 0813 50 99

60

Paste tal-pistaċċi

ex 2007 10 10 ;

60

ex 2007 10 99 ;

30

Pistaċċi, ippreparati jew ippreservati, inklużi t-taħlitiet

ex 2007 99 39 ;

03; 04

ex 2007 99 50 ;

32

ex 2007 99 97 ;

22

ex 2008 19 13 ;

20

ex 2008 19 93 ;

20

ex 2008 97 12 ;

19

ex 2008 97 14 ;

19

ex 2008 97 16 ;

19

ex 2008 97 18 ;

19

ex 2008 97 32 ;

19

ex 2008 97 34 ;

19

ex 2008 97 36 ;

19

ex 2008 97 38 ;

19

ex 2008 97 51 ;

19

ex 2008 97 59 ;

19

ex 2008 97 72 ;

19

ex 2008 97 74 ;

19

ex 2008 97 76 ;

19

ex 2008 97 78 ;

19

ex 2008 97 92 ;

19

ex 2008 97 93 ;

19

ex 2008 97 94 ;

19

ex 2008 97 96 ;

19

ex 2008 97 97 ;

19

ex 2008 97 98

19

Dqiq, grixa u trab tal-pistaċċi

(Ikel)

ex 1106 30 90

50

24

Weraq tad-dwieli

(Ikel)

ex 2008 99 99

11; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi  (4)  (7)

20

25

Żerriegħa tas-sesamum

(Ikel)

1207 40 90

 

L-Uganda (UG)

Salmonella  (6)

20

ex 2008 19 19

40

ex 2008 19 99

40

26

Pitahaya (dragon fruit)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi  (4)  (8)

10

2.   Ikel kompost imsemmi fl-Artikolu 1(1)(b)(ii)

Ringiela

Ikel kompost li fih xi wieħed mill-prodotti individwali elenkati fit-tabella fil-punt 1 ta’ dan l-Anness minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini fi kwantità ta’ aktar minn 20 % ta’ jew prodott wieħed jew bħala t-total tal-prodotti elenkati

 

Kodiċi NM (12)

Deskrizzjoni  (13)

1

ex 1704 90

Ħlewwiet taz-zokkor (inkluż iċ-ċikkulata bajda), li ma fihomx kawkaw, għajr iċ-chewing gum, kemm jekk miksi biz-zokkor u kemm jekk le

2

ex 1806

Ċikkulata u preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

3

ex 1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħrajn tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le, ostji tat-tqarbin, cachets vojta li huma adattati għall-użu farmaċewtiku, wafers tas-siġill, karta tar-ross u prodotti simili


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex”.

(2)  Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness III.

(3)  Ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament għandu jinħareġ minn laboratorju akkreditat f’konformità mal-EN ISO/IEC 17025 għall-analiżi tal-pentaklorofenol (PCP) fl-ikel u fl-għalf.

Ir-rapport analitiku għandu juri:

(a)

ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi għall-preżenza tal-PCP, li jkunu twettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż ta’ oriġini;

(b)

l-inċertezza tal-kejl tar-riżultat analitiku;

(c)

il-limitu ta’ detezzjoni (LOD) tal-metodu analitiku; u

(d)

il-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) tal-metodu analitiku.

L-estrazzjoni ta’ qabel l-analiżi għandha ssir permezz ta’ solvent aċidifikat. L-analiżi għandha ssir skont il-verżjoni mmodifikata tal-metodu QuEChERS, kif stabbilit fis-siti web tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għar-Residwi tal-Pestiċidi jew skont metodu daqstant ieħor affidabbli.

(4)  Ir-residwi ta’ mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta’ kontroll adottat f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b’metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija ta’ massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS) (il-pestiċidi jridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(5)  Residwi ta’ Karbofuran.

(6)  Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Anness III.

(7)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.

(8)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-Fentoat u l-Kwinalfos.

(9)  Id-deskrizzjoni tal-oġġetti kif stipulat fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256 7.9.1987, p. 1).

(10)  L-oġġetti tal-ikel li fihom jew li jikkonsistu minn weraq tal-betel (Piper betle) inkluż, għalkemm mhux limitati għal, dawk iddikjarati taħt il-kodiċi NM 1404 90 00.

(11)  Residwi ta’ ossidu tal-etilen (is-somma ta’ ossidu tal-etilen u 2-kloro-etanol, espressa bħala ossidu tal-etilen).

(12)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex”.

(13)  Id-deskrizzjoni tal-oġġetti kif stipulat fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256 7.9.1987, p. 1).


ANNESS IIa

Ikel u għalf minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 11a

Ringiela

Ikel u għalf

(użu maħsub)

Kodiċi NM  (1)

Subdiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

1

Oġġett tal-ikel li jikkonsistu minn fażola mnixxfa

(Ikel)

0713 35 00

0713 39 00

0713 90 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi tal-pestiċidi


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex”.


ANNESS IV

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 11 TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1793 GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ĊERTU IKEL JEW GĦALF

Image 1

 

PAJJIŻ

Ċertifikat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ikel jew għalf

Parti II: Ċertifikazzjoni

II.

Informazzjoni dwar is-saħħa

II.a

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b

Nru ta’ referenza IMSOC

 

II.1.

Jiena, is-sottoskritt, niddikjara li jien konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1) u r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE u li jħassru r-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1), u niċċertifika li:

 

(1) Jew

[II.1.1.

l-ikel tal-kunsinna deskritta hawn fuq bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni … (indika l-kodiċi ta’ identifikazzjoni għall-kunsinna msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793) ġie prodott skont ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u (KE) Nru 852/2004 u b’mod partikolari:

il-produzzjoni primarja tat-tali ikel u l-operazzjonijiet assoċjati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-iġjene ġenerali stipulati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(1) (2) u, fil-każ ta’ kwalunkwe stadju ta’ produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni wara l-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet relatati:

dan ġie mmaniġġjat u, fejn xieraq, ippreparat, imballat u maħżun b’mod iġjeniku skont ir-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u,

ġej minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-punti tal-analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;]

 

(1) Jew

[II.1.2.

l-għalf tal-kunsinna deskritta hawn fuq bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni ... (indika l-kodiċi ta’ identifikazzjoni għall-kunsinna msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793) ġie prodott skont ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u (KE) Nru 183/2005 u b’mod partikolari:

il-produzzjoni primarja tat-tali għalf u l-operazzjonijiet assoċjati elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 183/2005;

(1) (2) u, fil-każ ta’ kwalunkwe stadju ta’ produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni wara l-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet relatati:

dan ġie mmaniġġjat u, fejn xieraq, ippreparat, imballat u maħżun b’mod iġjeniku skont ir-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u,

ġej minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-punti tal-analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) skont lir-Regolament (KE) Nru 183/2005.]

II.2

iena, is-sottoskritt, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 tat-22 ta’ Ottubru 2019 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009, (UE) Nru 884/2014, (UE) 2015/175, (UE) 2017/186 u (UE) 2018/1660 (ĠU L 277, 29.10.2019, p. 89), niċċertifika li:

[II.2.1.

Ċertifikazzjoni għal ikel u għalf li mhumiex ġejjin mill-annimali elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, kif ukoll għal ikel kompost elenkat f’dak l-Anness, minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bil-mikotossini

mill-kunsinna deskritta hawn fuq, ittieħdu kampjuni skont:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ aflatossina B1 u l-livell tal-kontaminazzjoni totali bl-aflatossina għall-ikel

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ aflatossina B1 għall-għalf

fi … (data), soġġett għal analiżijiet tal-laboratorju fi … (data)

fil-… (isem il-laboratorju) b’metodi li jkopru tal-inqas il-perikli identifikati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.

Id-dettalji tal-metodi tal-analiżijiet tal-laboratorju u r-riżultati kollha huma mehmużin u juru konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi ta’ aflatossini.]

(3) U/Jew

[II.2.2.

Ċertifikazzjoni għal ikel u għalf li mhumiex ġejjin mill-annimali elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, kif ukoll għal ikel kompost elenkat f’dak l-Anness, minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bir-residwi tal-pestiċidi

mill-kunsinna deskritta hawn fuq, ittieħdu kampjuni skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE fi … (data), soġġett għal analiżijiet tal-laboratorju fi … (data) fil-… (isem il-laboratorju) b’metodi li jkopru tal-inqas il-perikli identifikati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.

Id-dettalji tal-metodi tal-analiżijiet tal-laboratorju u r-riżultati kollha huma mehmużin u juru konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi ta’ pestiċidi.]

(3) U/Jew

[II.2.3.

Ċertifikazzjoni għall-gomma tal-gwar elenkata fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, inkluż għal ikel kompost elenkat f’dak l-Anness, minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni bil-pentaklorofenol u d-diossini

mill-kunsinna deskritta hawn fuq, ittieħdu kampjuni skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE fi … (data), soġġett għal analiżijiet tal-laboratorju fi … (data) fil-… (isem il-laboratorju) b’metodi li jkopru tal-inqas il-perikli identifikati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.

Id-dettalji tal-metodi tal-analiżijiet tal-laboratorju u r-riżultati kollha huma mehmuża u juru li l-oġġetti ma fihomx aktar minn 0,01 mg/kg pentaklorofenol.]

(3) U/Jew

[II.2.4.

Ċertifikazzjoni għal ikel li mhumiex ġejjin mill-annimali elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793, kif ukoll għal ikel kompost elenkat f’dak l-Anness minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika

mill-kunsinna deskritta hawn fuq, ittieħdu kampjuni skont l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793

fi … (data), soġġett għal analiżijiet tal-laboratorju fi … (data)

fil-… (isem il-laboratorju) b’metodi li jkopru tal-inqas il-perikli identifikati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.

Id-dettalji tal-metodi tal-analiżijiet tal-laboratorju u r-riżultati kollha huma mehmuża u juru l-assenza tas-Salmonella f’25 g.]

II.3

Dan iċ-ċertifikat ħareġ qabel il-kunsinna relatata miegħu telqet minn taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti li ħarġitu.

II. 4

Dan iċ-ċertifikat huwa validu matul erba’ xhur mid-data tal-ħruġ, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tar-riżultati tal-aħħar analiżijiet tal-laboratorju.

Noti

Ara n-noti kif timla dan l-Anness.

Parti II:

(1)

Ħassar jew aqta’ kif xieraq (eż. jekk ikel jew għalf)

(2)

Dan japplika biss fil-każ ta’ kwalunkwe stadju ta’ produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni wara l-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet relatati.

(3)

Ħassar jew aqta’ kif xieraq fil-każ fejn ma tagħżilx dan il-punt għall-għoti taċ-ċertifikazzjoni.

(4)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola tapplika għat-timbri għajr dawk li huma mbuzzati jew li huma marka tal-ilma.

 

 

Uffiċjal li jiċċertifika:

Isem (b’ittri kbar):

Kwalifika u titlu:

Data:

Firma:

Timbru

NOTI DWAR KIF TIMLA L-MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 11 TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1793 GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ĊERTU IKEL JEW GĦALF

Ġenerali

Biex tagħżel pożittivament xi għażla, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa rilevanti b’salib (X).

Kull meta jissemma, “ISO” jfisser il-kodiċi standard internazzjonali b’żewġ ittri għal pajjiż, skont l-istandard internazzjonali ISO 3166 alpha-2 (1).

Tista’ tintgħażel biss waħda mill-għażliet fil-kaxex I.15, I.18, I.20.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, il-kaxex huma obbligatorji.

Jekk id-destinatarju, il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul (BCP) jew id-dettalji tat-trasport (jiġifieri, il-mezzi u d-data) jinbidlu wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat, l-operatur responsabbli għall-kunsinna għandu javża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Bidla bħal din ma għandhiex tirriżulta f’talba għal ċertifikat ta’ sostituzzjoni.

Jekk iċ-ċertifikat jiġi sottomess fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC), japplika dan li ġej:

l-entrati jew il-kaxex speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika taċ-ċertifikat uffiċjali;

is-sekwenzi tal-kaxex fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u d-daqs u l-forma ta’ dawn il-kaxex huma indikattivi;

fejn huwa meħtieġ timbru, l-ekwivalenti elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku. Tali siġill għandu jikkonforma mar-regoli għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi msemmija fl-Artikolu 90(f) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Parti I: Partikolaritajiet tal-kunsinna mibgħuta

Pajjiż:

Isem il-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.1.

Konsenjatur/Esportatur: l-isem u l-indirizz (triq, belt u reġjun, provinċja jew stat, kif xieraq) tal-persuna fiżika jew ġuridika li tibgħat il-kunsinna li trid tinsab fil-pajjiż terz.

Kaxxa I.2.

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: il-kodiċi obbligatorju uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skont il-klassifikazzjoni tiegħu stess. Huwa obbligatorju li din il-kaxxa timtela għaċ-ċertifikati kollha mhux sottomessi fl-IMSOC.

Kaxxa I.2.a

Nru ta’ referenza tal-IMSOC: il-kodiċi ta’ referenza uniku assenjat b’mod awtomatiku mill-IMSOC, f’każ li ċ-ċertifikat huwa rreġistrat fl-IMSOC. Din il-kaxxa ma għandhiex timtela jekk iċ-ċertifikat ma ġiex sottomess fl-IMSOC.

Kaxxa I.3.

Awtorità kompetenti ċentrali: isem l-awtorità ċentrali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.4.

Awtorità kompetenti lokali: meta applikabbli, isem l-awtorità lokali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.5.

Destinatarju/Importatur: isem u indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika li l-kunsinna fl-Istat Membru hija maħsuba għaliha.

Kaxxa I.6.

Operatur responsabbli għall-kunsinna: L-isem u l-indirizz tal-persuna fl-Unjoni Ewropea responsabbli mill-kunsinna meta tiġi ppreżentata fil-BCP u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti jew bħala l-importatur jew f’isem l-importatur. Din il-kaxxa mhijiex obbligatorja.

Kaxxa I.7.

Pajjiż tal-oriġini: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż minn fejn qed joriġinaw l-oġġetti, jitkabbru, jinħasdu jew jiġu prodotti.

Kaxxa I.8.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.9.

Pajjiż tad-destinazzjoni: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti.

Kaxxa I.10.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.11.

Post tad-dispaċċ: l-isem u l-indirizz tal-azjendi jew l-istabbilimenti minn fejn jiġu l-prodotti.

Kwalunkwe unità ta’ kumpanija fis-settur tal-ikel jew tal-għalf. Irid jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti bil-baħar. Fil-każ ta’ kummerċ li jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed (moviment trijangulari), il-post tad-dispaċċ huwa l-aħħar stabbiliment fil-pajjiż terz tal-katina ta’ esportazzjoni li minnha l-kunsinna finali tiġi ttrasportata lejn l-Unjoni Ewropea.

Kaxxa I.12.

Post tad-destinazzjoni: din l-informazzjoni hija fakultattiva.

Għat-tqegħid fis-suq: il-post fejn jintbagħtu l-prodotti sabiex jinħattu definittivament. Agħti l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-azjendi jew tal-istabbilimenti tal-post tad-destinazzjoni, jekk applikabbli.

Kaxxa I.13.

Post tat-tagħbija: mhux applikabbli.

Kaxxa I.14.

Data u ħin tat-tluq: id-data meta jitilqu l-mezzi tat-trasport (ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq).

Kaxxa I.15.

Mezz ta’ trasport: il-mezz ta’ trasport li jitlaq mill-pajjiż tad-dispaċċ.

Modi ta’ trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew mezz ieħor. “Oħrajn” tfisser mezzi ta’ trasport mhux koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005  (2).

Identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għall-ajruplani n-numru tat-titjira, għall-bastimenti isem il-vapur(i), għall-ferroviji n-numru tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni u l-pjanċa tat-trejler, jekk dan ikun applikabbli.

Fil-każ ta’ trasport b’bastiment, iddikjara l-identifikazzjoni tal-vettura tat-triq, il-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni bil-pjanċa tan-numru tat-trejler meta applikabbli, u l-isem tal-bastiment skedat.

Kaxxa I.16

BCP tad-dħul: iddikjara isem il-BCP u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tiegħu assenjat mill-IMSOC.

Kaxxa I.17.

Dokumenti ta’ akkumpanjament:

Rapport tal-laboratorju: indika n-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ tar-rapport/riżultati tal-analiżijiet tal-laboratorju msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.

Oħrajn: it-tip u n-numru ta’ referenza tad-dokument iridu jiġu ddikjarati meta kunsinna tiġi akkumpanjata minn dokumenti oħra bħal dokument kummerċjali (pereżempju, in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq).

Kaxxa I.18.

Kundizzjonijiet ta’ trasport: kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport ta’ prodotti (ambjentali, imkessħa, iffriżata). Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss.

Kaxxa I.19.

Nru tal-Kontejner/Nru tas-Siġill: meta applikabbli, in-numri korrispondenti.

In-numru tal-kontejner għandu jiġi pprovdut jekk l-oġġetti jiġu ttrasportati f’kontejners magħluqa.

In-numru uffiċjali tas-siġill biss irid jiġi ddikjarat. Siġill uffiċjali japplika jekk siġill jitwaħħal fuq il-kontejner, it-trakk jew il-vagun tal-ferrovija taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.20.

Oġġetti ċċertifikati bħala: iddikjara l-użu maħsub għall-prodotti kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Konsum mill-bniedem: jikkonċerna biss prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

Għalf: jikkonċerna biss prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali.

Kaxxa I.21.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.22.

Għas-suq intern: għall-kunsinni kollha destinati li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni Ewropea.

Kaxxa I.23.

Numru totali ta’ pakketti: in-numru ta’ pakketti. Fil-każ ta’ kunsinni bl-ingrossa, din il-kaxxa hija fakultattiva.

Kaxxa I.24.

Kwantità:

Piż nett totali: dan huwa definit bħala l-massa tal-oġġetti biss mingħajr ebda kontenitur jew imballaġġ.

Piż gross totali: piż totali f’kilogrammi. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

Kaxxa I.25.

Deskrizzjoni tal-oġġetti: Iddikjara l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata rilevanti u t-titlu definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87  (3). Din id-deskrizzjoni doganali għandha tiġi ssupplimentata, jekk meħtieġ, minn informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġu kklassifikati l-prodotti.

Indika l-ispeċi, it-tipi ta’ prodotti, in-numru ta’ pakketti, it-tip ta’ imballaġġ, in-numru tal-lott, il-piż nett, u indika “konsumatur finali” meta l-prodotti jkunu ppakkjati għal konsumatur finali.

Speċi: l-isem xjentifiku jew kif definit skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

It-tip ta’ imballaġġ: identifika t-tip ta’ imballaġġ skont id-definizzjoni mogħtija fl-Annessi V u VI tar-Rakkomandazzjoni Nru 21 tan-NU/CEFACT (Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku).

Parti II: Ċertifikazzjoni

Din il-parti għandha timtela minn uffiċjal li jiċċertifika awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz biex jiffirma ċ-ċertifikat uffiċjali, kif previst fl-Artikolu 88(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Kaxxa II.

Informazzjoni dwar is-saħħa: jekk jogħġbok imla din il-parti skont ir-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea relatati man-natura tal-prodotti u kif definit fil-ftehimiet ta’ ekwivalenza ma’ ċerti pajjiżi terzi jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal dik għaċ-ċertifikazzjoni.

Fost il-punti II.2.1, II.2.2, II.2.3 u II.2.4, agħżel il-punt li jikkorrispondi għall-kategorija tal-prodott u l-periklu/i li għalih/għalihom qed tingħata ċ-ċertifikazzjoni.

Fil-każ li ċ-ċertifikat uffiċjali ma jiġix sottomess fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti għandhom jinqatgħu, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal li jiċċertifika, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat.

Fil-każ li ċ-ċertifikat jiġi sottomess fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti għandhom jinqatgħu jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat.

Kaxxa II.a

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.

Kaxxa II.b

Nru ta’ referenza tal-IMSOC: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.a, obbligatorju biss għaċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fl-IMSOC.

Uffiċjal li jiċċertifika:

Uffiċjal tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz awtorizzat biex jiffirma ċertifikati uffiċjali mill-awtorità kompetenti: indika l-isem b’ittri kbar, il-kwalifika u t-titlu, fejn applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni u t-timbru oriġinali tal-awtorità kompetenti u d-data tal-firma.


(1)  Lista ta’ ismijiet tal-pajjiżi u elementi tal-kodiċi taħt:http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).”


DEĊIŻJONIJIET

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/150


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/609

tal-14 ta’ April 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/439 dwar l-istandards armonizzati għall-materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali u għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro li jkunu konformi mal-istandards nazzjonali rilevanti adottati skont l-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Permezz tal-ittri M/023 - BC/CEN/03/023/93-08 tal-5 ta’ Awwissu 1993 u M/252 tat-12 ta’ Settembru 1997, il-Kummissjoni għamlet talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE.

(3)

Abbażi tat-talba M/252, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN ISO 11737-2:2009, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/439 (3). Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 11737-2:2020 għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa.

(4)

Abbażi tat-talba M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati EN ISO 11607-1:2020 u EN ISO 11607-2:2020 għall-materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali.

(5)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandards armonizzati abbozzati u riveduti mis-CEN jikkonformawx mat-talbiet rilevanti.

(6)

L-istandards armonizzati EN ISO 11607-1:2020, EN ISO 11607-2:2020 u EN ISO 11737-2:2020 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stipulati fid-Direttiva 98/79/KE. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Jeħtieġ li tiġi sostitwita r-referenza tal-istandard armonizzat EN ISO 11737-2:2009, ippubblikat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/439, minħabba li dak l-istandard ġie rivedut.

(8)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/439 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE ikunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards EN ISO 11607-1:2020 u EN ISO 11607-2:2020 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/439 tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/439 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/439 24 ta’ Marzu 2020 dwar l-istandards armonizzati għall-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90I, 25.3.2020, p. 33).


ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 5 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“5.

EN ISO 11737-2:2020

Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Metodi mikrobijoloġiċi - Parti 2: Testijiet ta’ sterilità magħmulin fid-definizzjoni, fil-validazzjoni u fil-manutenzjoni ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni (ISO 11737-2:2019)”;

(2)

jiżdiedu l-entrati 42 u 43 li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“42.

EN ISO 11607-1:2020

Ippakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali - Parti 1: Rekwiżiti għal materjali, sistemi li joħolqu barriera sterili u sistemi ta’ ppakkjar sterili (ISO 11607-1:2019)

43.

EN ISO 11607-2:2020

Ippakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali - Parti 2: Rekwiżiti għall-validazzjoni għal proċessi ta’ ffurmar, issiġillar, u mmuntar (ISO 11607-2:2019)”.


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/153


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/610

tal-14 ta’ April 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437 dwar l-istandards armonizzati għall-vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom, għat-tagħmir anestetiku u respiratorju, għall-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi, għall-materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali, għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa, għall-investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani, għall-impjanti kirurġiċi mhux attivi, għall-apparati mediċi li jużaw tessuti ta’ annimali u d-derivattivi tagħhom, għall-elettroakustika u għat-tagħmir elettriku mediku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (2), l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-mezzi mediċi li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali rilevanti adottati skont l-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Permezz tal-ittri BC/CEN/CENELEC/09/89 tad-19 ta’ Diċembru 1991, M/023 - BC/CEN/03/023/93-08 tal-5 ta’ Awwissu 1993, M/295 tad-9 ta’ Settembru 1999, M/320 tat-13 ta’ Ġunju 2002 u M/432 tal-24 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni għamlet talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 93/42/KEE.

(3)

Abbażi tat-talba M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 1789:2007+A1:2010, EN ISO 10993-16:2010, EN ISO 11607-1:2009, EN ISO 11607-2:2006, EN ISO 11737-2:2009, EN 13718-1:2008, EN 13718-2:2015, EN ISO 22442-1:2007 u EN ISO 22442-2:2007, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/437 (3). Ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 1789:2020 dwar il-vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom, EN ISO 10993-16:2017 dwar l-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi, EN ISO 11607-1:2020 u EN ISO 11607-2:2020 dwar il-materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali, EN ISO 11737-2:2020 dwar l-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa, EN 13718-1:2014+A1:2020 u EN 13718-2:2015+A1:2020 dwar il-vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom u fl-aħħar nett EN ISO 22442-1:2020 u EN ISO 22442-2:2020 għall-apparati mediċi li jużaw tessuti ta’ annimali u d-derivattivi tagħhom.

(4)

Abbażi tat-talba BC/CEN/CENELEC/09/89, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN ISO 10993-18:2009, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 10993-18:2020 dwar l-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi.

(5)

Abbażi tat-talba M/295, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati EN ISO 14155:2011 kif ikkoreġut minn EN ISO 14155:2011/AC:2011, u EN 60601-2-4:2003, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 14155:2020 dwar l-investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani u EN 60601-2-4:2011 dwar it-tagħmir elettriku mediku.

(6)

Abbażi tat-talbiet M/320 u M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN ISO 14607:2009, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 14607:2018 dwar l-impjanti kirurġiċi mhux attivi.

(7)

Abbażi tat-talbiet M/432 u M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-Cenelec irreveda l-istandard armonizzat EN 60118-13:2005, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60118-13:2020 dwar l-elettroakustika.

(8)

Abbażi tat-talba M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandard armonizzat EN ISO 5361:2016 dwar it-tagħmir anestetiku u respiratorju u l-istandards armonizzati EN IEC 60601-2-83:2020 u EN ISO 80601-2-55:2018 dwar it-tagħmir elettriku mediku.

(9)

Abbażi tat-talbiet M/432 u M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-Cenelec abbozza l-istandard armonizzat EN IEC 60601-2-66:2020 dwar it-tagħmir elettriku mediku.

(10)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN u s-CENELEC ivvalutat jekk l-istandards armonizzati abbozzati u riveduti mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-talbiet rilevanti.

(11)

L-istandards armonizzati EN 1789:2020, EN ISO 5361:2016, EN ISO 10993-16:2017, EN ISO 10993-18:2020, EN ISO 11607-1:2020, EN ISO 11607-2:2020, EN ISO 11737-2:2020, EN 13718-1:2014+A1:2020, EN 13718-2:2015+A1:2020, EN ISO 14155:2020, EN ISO 14607:2018, EN ISO 22442-1:2020, EN ISO 22442-2:2020, EN IEC 60118-13:2020, EN 60601-2-4:2011, EN IEC 60601-2-66:2020, EN IEC 60601-2-83:2020 u EN ISO 80601-2-55:2018 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan ikopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 93/42/KEE. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Jeħtieġ li jiġu sostitwiti r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 1789:2007+A1:2010, EN ISO 10993-16:2010, EN ISO 10993-18:2009, EN ISO 11607-1:2009, EN ISO 11607-2:2006, EN ISO 11737-2:2009, EN 13718-1:2008, EN 13718-2:2015, EN ISO 14155:2011 kif ikkoreġut minn EN ISO 14155:2011/AC:2011, EN ISO 14607:2009, EN ISO 22442-1:2007, EN ISO 22442-2:2007, EN 60118-13:2005 u EN 60601-2-4:2003, ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437, minħabba li dawk l-istandards ġew riveduti.

(13)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 93/42/KEE. Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 93/42/KEE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards EN ISO 5361:2016, EN IEC 60601-2-66:2020, EN IEC 60601-2-83:2020 u EN ISO 80601-2-55:2018 jiġu inklużi f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437 tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/437 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/437 24 ta’ Marzu 2020. dwar l-istandards armonizzati għall-mezzi mediċi abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (ĠU L 90I, 25.3.2020, p. 1).


ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 22 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“22.

EN 1789:2020

Vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom – Ambulanzi tat-triq”;

(2)

l-entrata 81 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“81.

EN ISO 10993-16:2017

Evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi - Parti 16: Disinn ta’ studju tossikokinetiku għal prodotti soġġetti għal degradazzjoni u li jistgħu jnixxu (ISO 10993-16:2017)”;

(3)

l-entrata 83 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“83.

EN ISO 10993-18:2020

Evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi - Parti 18: Karatterizzazzjoni kimika ta’ materjali ta’ apparati mediċi fl-ambitu ta’ sistema ta’ mmaniġġjar tar-riskju (ISO 10993-18:2020)”;

(4)

l-entrati 92 u 93 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“92.

EN ISO 11607-1:2020

Materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali - Parti 1: Rekwiżiti għal materjali, sistemi li joħolqu barriera sterili u sistemi ta’ ppakkjar sterili (ISO 11607-1:2019)

93.

EN ISO 11607-2:2020

Materjal ta’ ppakkjar għal apparati mediċi sterilizzati b’mod terminali - Parti 2: Rekwiżiti għall-validazzjoni għal proċessi ta’ ffurmar, issiġillar u mmuntar (ISO 11607-2:2019)”;

(5)

l-entrata 96 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“96.

EN ISO 11737-2:2020

Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Metodi mikrobijoloġiċi - Parti 2: Testijiet ta’ sterilità magħmulin fid-definizzjoni, fil-validazzjoni u fil-manutenzjoni ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni (ISO 11737-2:2019)”;

(6)

l-entrati 125 u 126 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“125.

EN 13718-1:2014+A1:2020

Vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom - Ajruplani ambulanza - Parti 1: Rekwiżiti għal apparati mediċi użati f’ajruplani ambulanzi

126.

EN 13718-2:2015+A1:2020

Vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom - Ajruplani ambulanzi - Parti 2: Rekwiżiti operattivi u rekwiżiti tekniċi għall-ambulanzi tal-ajru”;

(7)

l-entrata 137 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“137.

EN ISO 14155:2020

Investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani – Prassi klinika tajba (ISO 14155:2020)”;

(8)

l-entrata 145 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“145.

EN ISO 14607:2018

Impjanti kirurġiċi mhux attivi – Impjanti mammarji – Rekwiżiti partikolari (ISO 14607:2018, Verżjoni kkoreġuta 2018-08)”;

(9)

l-entrati 180 u 181 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“180.

EN ISO 22442-1:2020

Apparati mediċi li jużaw tessuti ta’ annimali u d-derivattivi tagħhom – Parti 1: Applikazzjoni ta’ mmaniġġjar tar-riskju (ISO 22442-1:2020)

181.

EN ISO 22442-2:2020

Apparati mediċi li jużaw tessuti ta’ annimali u d-derivattivi tagħhom – Parti 2: Kontrolli fuq minn fejn jiġu, kif jinġabru u kif ikunu ttrattati (ISO 22442-2:2020)”;

(10)

l-entrata 193 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“193.

EN IEC 60118-13:2020

Elettroakustika - Apparati li jgħinu s-smigħ - Parti 13: Rekwiżiti u metodi tal-kejl għall-immunità elettromanjetika għal apparati diġitali mobbli mingħajr fili”;

(11)

l-entrata 208 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“208.

EN 60601-2-4:2011

Tagħmir elettriku mediku - Parti 2-4: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà bażika u l-operat essenzjali tal-defibrillaturi kardijaċi”;

(12)

jiżdiedu l-entrati 265 sa 268 li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“265.

EN ISO 5361:2016

Tagħmir anestetiku u respiratorju - Tubi u konnetturi trakeali (ISO 5361:2016)

266.

EN IEC 60601-2-66:2020

Tagħmir elettriku mediku - Parti 2-66: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà bażika u għall-operat essenzjali tal-apparati li jgħinu s-smigħ u għas-sistemi li jgħinu s-smigħ (IEC 60601-2-66:2019)

267.

EN IEC 60601-2-83:2020

Tagħmir elettriku mediku - Parti 2-83: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà bażika u l-operat essenzjali tat-tagħmir tad-dar għat-terapija bid-dawl

268.

EN ISO 80601-2-55:2018

Tagħmir elettriku mediku - Parti 2-55: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà bażika u l-operat essenzjali ta’ tagħmir li jimmonitorja l-gass respiratorju (ISO 80601-2-55:2018)”.


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/158


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/611

tal-14 ta’ April 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/438 dwar l-istandards armonizzati għall-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi, għall-imballaġġ għall-apparati mediċi sterilizzati terminalment, għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa u għall-investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE (2), l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-mezzi mediċi attivi impjantabbli li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali rilevanti adottati skont l-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Permezz tal-ittri BC/CEN/CENELEC/09/89 tad-19 ta’ Diċembru 1991, M/023 - BC/CEN/03/023/93-08 tal-5 ta’ Awwissu 1993 u M/295 tad-9 ta’ Settembru 1999, il-Kummissjoni għamlet talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 90/385/KEE.

(3)

Abbażi tat-talba M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN ISO 10993-16:2010, EN ISO 11607-1:2009 u EN ISO 11737-2:2009, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/438 (3). Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 10993-16:2017 dwar l-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi, EN ISO 11607-1:2020 dwar l-imballaġġ għall-apparati mediċi sterilizzati terminalment u EN ISO 11737-2:2020 dwar l-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa.

(4)

Abbażi tat-talba BC/CEN/CENELEC/09/89, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN ISO 10993-18:2009, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/438. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 10993-18:2020 dwar l-evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi.

(5)

Abbażi tat-talba M/295, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN ISO 14155:2011, kif ikkoreġut minn EN ISO 14155:2011/AC:2011, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/438. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 14155:2020 dwar l-investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani.

(6)

Abbażi tat-talba M/023 - BC/CEN/03/023/93-08, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN ISO 11607-2:2020 dwar l-imballaġġ għall-apparati mediċi sterilizzati terminalment.

(7)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati abbozzati u riveduti mis-CEN jikkonformawx mat-talbiet rilevanti.

(8)

L-istandards armonizzati EN ISO 10993-16:2017, EN ISO 10993-18:2020, EN ISO 11607-1:2020, EN ISO 11607-2:2020, EN ISO 11737-2:2020 u EN ISO 14155:2020 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stipulati fid-Direttiva 90/385/KEE. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Jeħtieġ li jiġu sostitwiti r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 10993-16:2010, EN ISO 10993-18:2009, EN ISO 11607-1:2009, EN ISO 11737-2:2009 u EN ISO 14155:2011 kif ikkoreġut minn EN ISO 14155:2011/AC:2011, ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/438, minħabba li dawk l-istandards ġew riveduti.

(10)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/438 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 90/385/KEE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 90/385/KEE ikunu elenkati f’att wieħed, ir-referenza tal-istandard EN ISO 11607-2:2020 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/438 tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/438 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/438 tat-24 ta’ Marzu 2020 dwar l-istandards armonizzati għall-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE (ĠU L 90I, 25.3.2020, p. 25).


ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“14.

EN ISO 10993-16:2017

Evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi - Parti 16: Disinn ta’ studju tossikokinetiku għal prodotti soġġetti għal degradazzjoni u li jistgħu jnixxu (ISO 10993-16:2017)”;

(2)

l-entrata 16 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“16.

EN ISO 10993-18:2020

Evalwazzjoni bijoloġika ta’ apparati mediċi - Parti 18: Karatterizzazzjoni kimika ta’ materjali ta’ apparati mediċi fi ħdan proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskju (ISO 10993-18:2020)”;

(3)

l-entrata 23 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“23.

EN ISO 11607-1:2020

Imballaġġ għal apparati mediċi sterilizzati terminalment - Parti 1: Rekwiżiti għal materjali, sistemi li joħolqu barriera sterili u sistemi ta’ imballaġġ sterili (ISO 11607-1:2019)”;

(4)

l-entrata 25 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“25.

EN ISO 11737-2:2020

Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Metodi mikrobijoloġiċi - Parti 2: Testijiet ta’ sterilità mwettqa fid-definizzjoni, fil-validazzjoni u fil-manutenzjoni ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni (ISO 11737-2:2019)”;

(5)

l-entrata 34 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“34.

EN ISO 14155:2020

Investigazzjoni klinika ta’ apparati mediċi għal suġġetti umani - Prassi klinika tajba (ISO 14155:2020)”;

(6)

tiżdied l-entrata 47 li ġejja:

Nru

Referenza tal-istandard

“47.

EN ISO 11607-2:2020

Imballaġġ għal apparati mediċi sterilizzati terminalment - Parti 2: Rekwiżiti għall-validazzjoni għal proċessi ta’ ffurmar, issiġillar u mmuntar (ISO 11607-2:2019)”.


Rettifika

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/161


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 509/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 156 tat-16 ta’ Ġunju 2012 )

Fil-paġna 31, fit-tabella IX.A1 (Materjali, sustanzi kimiċi, ‘mikroorganiżmi’ u ‘tossini’), Nru IX.A1.003:

minflok:

“Diklorometan, (CAS 75-09-3)”,

aqra:

“Diklorometan, (CAS 75-09-2)”.


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/162


Rettifika għar-Regolament (KE) 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 342 tat-22 ta' Diċembru 2009 )

Fil-paġna 137, fl-Anness III, In-numru ta’ referenza 24, it-tieni kolonna

minflok:

“Melħ taż-żingu li jdub fl-ilma bl-eċċezzjoni ta’ zinc 4-hydroxy-benzene sulphonate (annotazzjoni 25) u zinc pyrithione (annotazzjoni 101 u l-anness VI annotazzjoni 18)”;

aqra:

“Melħ taż-żingu li jdub fl-ilma bl-eċċezzjoni ta’ zinc 4-hydroxy-benzene sulphonate (annotazzjoni 25) u zinc pyrithione (annotazzjoni 101 u l-Anness V, annotazzjoni 8)”.