|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/598
tal-14 ta’ Diċembru 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 153(9) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (“l-Approċċ IRB”), f’dak li jikkonċerna l-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat li istituzzjoni ma tkunx tista’ tistma l-PDs tagħhom jew l-istimi PD tal-istituzzjonijiet ma jkunux jissodisfaw ċerti rekwiżiti, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat skont l-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi tqassamhom f’waħda mill-kategoriji fit-Tabella 1 stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(5) abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat fil-konfront ta’ kull wieħed mill-fatturi msemmija fit-tieni subparagrafu tiegħu. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat f’kategoriji, jenħtieġ li jiġi stipulat kif dawn il-fatturi jridu jitqiesu billi jiġi previst kalkolu ta’ valuri li abbażi tagħhom il-fatturi jkunu jistgħu jitlaqqgħu mal-kategoriji tar-riskju ta’ dik it-Tabella. Billi l-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat jaqgħu taħt il-klassi ta’ skopertura korporattiva fi ħdan l-Approċċ IRB u billi l-metodu għall-assenjazzjoni ta’ ponderazzjoni tar-riskju għal skoperturi bħal dawk speċifikati fl-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa forma ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni, l-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat stipulati minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw flimkien mar-regoli ġenerali li jikkonċernaw l-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet għal skoperturi korporattivi u r-riskju u rekwiżiti oħra fir-rigward tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-Approċċ IRB. |
|
(2) |
Biex l-istituzzjonijiet japplikaw kull waħda minn dawn il-fatturi b’mod xieraq, jenħtieġ li dawn ikunu speċifikati aktar fil-forma ta’ subfatturi bil-għan li jiġu ċċarati l-kriterji ta’ valutazzjoni għal kull sitwazzjoni. Biex is-subfatturi jiġu vvalutati b’mod xieraq, huwa meħtieġ li xi subfatturi jiġu speċifikati aktar f’komponenti tas-subfatturi. |
|
(3) |
Sabiex l-istandards maqbula internazzjonalment jiġu riflessi fuq l-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, kif inhu speċifikat mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja fil-Qafas ta’ Basel II (2), u biex jitqies l-għadd kbir ta’ varjazzjonijiet ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, jenħtieġ li, meta jiġu applikati l-fatturi, jiġu applikati kriterji ta’ valutazzjoni differenti għal kull waħda minn dawk il-klassijiet ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat. Qabel ma tiġi assenjata ponderazzjoni tar-riskju għal skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiddeterminaw liema waħda minn dawk il-klassijiet tikkorrispondi l-aktar ma’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat. |
|
(4) |
Fejn debitur ikun inadempjenti, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jassenjaw il-kategorija 5 tal-ponderazzjoni tar-riskju fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ogħla kategorija ta’ telf mistenni, jiġifieri l-kategorija 5 fit-Tabella 2 tal-Artikolu 158(6) ta’ dak ir-Regolament, għall-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat skont il-qafas ta’ Basel II. |
|
(5) |
L-attribuzzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet ta’ kategorija għal kull fattur jenħtieġ li ssir abbażi ta’ valutazzjoni kumplessiva li tqis il-kategoriji attribwiti għas-subfatturi tal-fattur kif ukoll l-importanza relattiva ta’ kull subfattur fir-rigward tat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat. L-istess proċedura jenħtieġ li tiġi segwita meta tiġi attribwita kategorija għal subfatturi fejn subfattur jiġi speċifikat aktar f’komponenti tas-subfatturi. |
|
(6) |
Biex l-assenjazzjoni ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat f’kategoriji ssir bl-akbar preċiżjoni u konsistenza possibbli, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jattribwixxu ponderazzjoni għal kull fattur b’rabta mal-importanza relattiva tiegħu għat-tip ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat u jiddeterminaw il-medja ponderata tal-valuri tal-kategoriji li jkunu ġew attribwiti lill-fatturi. Biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jassenjaw dan il-ponderazzjonijiet f’mod prudenti biżżejjed, il-ponderazzjoni li tista’ tiġi assenjata għal kull fattur jenħtieġ li jkollha limitu minimu u limitu massimu. |
|
(7) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-istituzzjonijiet huma obbligati jżommu rekord tal-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju fil-kuntest tal-Approċċ IRB b’mod ġenerali. Biex tiġi ffaċilitata l-verifika min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-applikazzjoni korretta tar-regoli dwar l-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju fir-rigward tal-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li jiġu stipulati ċerti rekwiżiti għal dokumentazzjoni speċifika b’rabta mal-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet tar-riskju għal dawk l-iskoperturi. |
|
(8) |
Fil-parti l-kbira tiegħu dan ir-Regolament huwa bbażat fuq standards maqbula internazzjonali dwar l-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat. Meta titqies il-varjetà tal-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat u minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ tali skoperturi, dan jista’ ma jaqbadx il-motivaturi kollha tar-riskju li jiġu identifikati ta’ kuljum mill-istituzzjonijiet, kemm minn tipi partikolari ta’ skoperturi skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat individwali. Meta jitqies li l-istituzzjonijiet huma obbligati mill-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha għall-assenjazzjoni ta’ debituri u faċilitajiet fi gradi jew ġabriet, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiġu obbligati kull wieħed mill-motivaturi tar-riskju addizzjonali u jqisuhom flimkien mas-subfattur tal-qafas tal-iskopertura għal għoti ta’ self speċjalizzat li jikkorrispondi l-aktar mal-motivatur tar-riskju. Fejn dan isir għal skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat individwali, dan jenħtieġ li jitqies bħala prevalenti għall-finijiet tal-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjoni jenħtieġ li tiddokumenta għaliex kien xieraq li jitqiesu motivaturi tar-riskju addizzjonali u tagħti ġustifikazzjoni għal dan. |
|
(9) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ prevalenzi fl-Approċċ IRB japplikaw ukoll għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat. Għaldaqstant, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-istituzzjonijiet jitħallew ma japplikawx ċerti subfattur jew komponent ta’ subfattur għal skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat individwali fejn isibu li ma tkunx rilevanti. L-istituzzjonijiet jenħtieġ li jitħallew, fuq bażi eċċezzjonali, ma japplikawx ċertu subfattur jew komponent ta’ subfattur għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat kollha li jaqgħu taħt tip ta’ skoperturi kif inhu definit fil-punt (2) tal-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta subfattur jew komponent ta’ subfattur ma jkunx motivatur tar-riskju rilevanti għal dik it-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat. L-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiġu obbligati jiddokumentaw id-deċiżjoni li ma japplikawx subfattur jew komponent ta’ subfattur u jipprovdu ġustifikazzjoni għal dan. |
|
(10) |
L-istituzzjonijiet jenħtieġ li jingħataw perjodu biżżejjed ta’ żmien biex jadattaw is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom għall-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat biex jikkonformaw mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(12) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji ta’ valutazzjoni applikabbli għal klassijiet differenti ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat
1. Fejn l-iskop tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja l-iżvilupp jew l-akkwist ta’ stallazzjonijiet kbar, kumplessi u aktar għoljin, inkluż b’mod partikolari impjanti tal-enerġija, impjanti ta’ proċessar tal-kimiki, minjieri, infrastruttura tat-trasport, u l-introjtu li jkun se jiġi ġġenerat mill-assijiet jkunu l-flus iġġenerati mill-kuntratti għall-output tal-istallazzjoni li tinkiseb minn parti waħda jew diversi partijiet li ma jkunux taħt il-kontroll tal-maniġment tal-isponsor (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ proġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness I għal din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju b’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. Fejn l-iskop tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja l-iżvilupp jew l-akkwist ta’ proprjetà immobbli, inkluż b’mod partikolari bini ta’ uffiċini għall-kiri, spazju għal bejgħ bl-imnut, binjiet residenzjali għal ħafna familji, spazji industrijali jew imħażen, lukandi u art, u l-introjtu li jkun se jiġi ġġenerat mill-proprjetà immobbli jkun pagamenti ta’ lokazzjoni jew kiri jew ir-rikavati mill-bejgħ ta’ tali proprjetà immobbli miksuba minn parti terza jew diversi (“skoperturi ta’ proprjetà immobbli”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness II għal din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3. Fejn l-iskop ta’ skoperta fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja l-akkwist ta’ assijiet fiżiċi, fosthom partikolarment bastimenti, inġenji tal-ajru, satelliti, awtovaguni, u flotot, u l-introjtu li jiġi ġġenerat minn dawn l-assi jkunu pagamenti ta’ lokazzjoni jew kiri miksuba minn parti terza waħda jew diversi (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ oġġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness III ta’ din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4. Fejn l-iskop ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja riżervi, inventarji jew riċevibbli ta’ komoditajiet nnegozjati fil-borża, fosthom partikolarment żejt grezz, metalli, jew għelejjel, u l-introjtu li jiġi ġġenerat minn dawk ir-riżervi, inventarji jew reċivibbli jkunu r-rikavati mill-bejgħ tal-komoditajiet (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ komoditajiet”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness IV ta’ din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 2
Valutazzjoni fil-livell tal-fatturi u l-assenjazzjoni tal-ponderazzjoni tar-riskju
1. Abbażi ta’ valutazzjoni kumplessiva, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu kategorija lil kull fattur stabbilit fl-anness li tkun applikabbli għall-klassi ta’ skoperturi għal għoti ta’ self speċjalizzat skont l-Artikolu 1. Għal kull skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjoni għandha tagħmel din l-attribuzzjoni b’kunsiderazzjoni tal-kategoriji li jiġu attribwiti għal kull subfattur applikabbli skont l-Artikoli 3 u 4, kif ukoll tal-importanza relattiva ta’ kull subfattur għat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat kif inhu definit fil-punt (2) tal-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. L-istituzzjoni għandha tassenja ponderazzjoni f’perċentwal li ma jkunx anqas minn 5 % u mhux aktar minn 60 % għal kull fattur b’kunsiderazzjoni għall-importanza relattiva tiegħu fir-rigward tat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat.
3. L-istituzzjoni għandha tiddetermina l-medja ponderata tal-kategoriji li jiġu attribwiti għall-fatturi skont il-paragrafu 1, u tapplika l-ponderazzjonijiet assenjati skont il-paragrafu 2. Fejn il-medja ponderata tkun numru deċimali, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw dak in-numru għall-eqreb numru kardinali.
4. L-istituzzjoni għandha tassenja l-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat għall-kategorija stipulata fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li n-numru tagħha jikkorrispondi mal-medja ponderata kkalkolata skont il-paragrafu 3.
Artikolu 3
Valutazzjoni fil-livell tas-subfattur
1. Meta subfattur ta’ fattur partikolari elenkat fl-Anness I, II, III jew IV ma jkunx speċifikat aktar fil-komponenti tas-subfattur, l-istituzzjoni għandha tattribwixxi kategorija tas-subfattur abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati għal dak is-subfattur.
2. Meta subfattur ta’ fattur partikolari elenkat fl-Anness I, II, III jew IV jiġi speċifikat aktar f’komponenti tas-subfattur, l-istituzzjoni għandha:
|
(a) |
tattribwixxi kategorija għal kull komponent ta’ subfattur abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati għal dak il-komponent ta’ subfattur; |
|
(b) |
tattribwixxi kategorija lis-subfattur abbażi ta’ valutazzjoni kumplessiva li ssir b’mod li jqis il-kategoriji attribwiti skont il-punt (a) kif ukoll l-importanza relattiva ta’ kull komponent ta’ subfattur għat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat. |
3. Meta l-istituzzjoni tqis l-informazzjoni rilevanti addizzjonali (“motivatur addizzjonali tar-riskju”) skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal tip ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, għandha tqisha flimkien mas-subfattur li l-aktar jikkorrispondi mill-qrib ma’ dak il-motivatur addizzjonali tar-riskju.
4. Fejn, b’mod eċċezzjonali, subfattur jew komponent ta’ subfattur ma jkunx rilevanti għall-iskoperturi fuq l-għoti ta’ self speċjalizzat kollha li jaqgħu taħt ċertu tip ta’ skoperturi għal għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dak is-subfattur jew il-komponent ta’ subfattur għal kwalunkwe skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat li taqa’ taħt dak it-tip.
Artikolu 4
Kriterji sovrapposti fil-livelli tas-subfattur jew tal-komponent ta’ subfattur
Fejn subfattur jew komponent ta’ subfattur jkollu kriterji ta’ valutazzjoni identiċi f’żewġ kategoriji jew aktar (“kriterji sovrapposti”), u l-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat tikkonforma ma’ dawk il-kriterji sovrapposti, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu kategorija lis-subfattur jew lill-komponent ta’ subfattur kif ġej:
|
(a) |
fejn il-kriterji sovrapposti jseħħu f’żewġ kategoriji, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu l-ogħla waħda miż-żewġ kategoriji; |
|
(b) |
fejn il-kriterji sovrapposti jseħħu fi tliet kategoriji, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu l-kategorija bejn l-anqas u l-ogħla tat-tliet kategoriji. |
Artikolu 5
Inadempjenza ta’ obbligant
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 1 sa 4, fejn id-debitur ikun inadempjenti fit-tifsira tal-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tassenja ponderazzjoni tar-riskju tal-kategorija 5 kif stipulat fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) ta’ dak ir-Regolament għall-iskopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat.
Artikolu 6
Dokumentazzjoni
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw l-informazzjoni li ġejja għal kull tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat li fir-rigward tagħha jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju skont dan ir-Regolament:
|
(a) |
l-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet għal kull fattur skont l-Artikolu 2(2) u l-ġustifikazzjoni għal dik l-assenjazzjoni; |
|
(b) |
deskrizzjoni ta’ motivaturi addizzjonali tar-riskju u ġustifikazzjoni biex jitqiesu skont l-Artikolu 3(3), kull fejn applikabbli; |
|
(c) |
ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li ma jiġix applikat ċertu subfattur jew komponent ta’ subfattur skont l-Artikolu 3(4), kull fejn applikabbli. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw l-informazzjoni li ġejja għal kull skopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat li fir-rigward tagħha jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju skont dan ir-Regolament:
|
(a) |
il-klassi tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat kif stipulata fl-Artikoli 1; |
|
(b) |
il-kategorija ta’ Tabella 1 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fir-rigward tagħha l-iskopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat tkun ġiet assenjata; |
|
(c) |
il-maturità li jifdal kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(d) |
il-valutazzjoni tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat f’kull pass tal-proċess stipulat fl-Artikolu 2 sa 5 li jkun wassal għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjoni tar-riskju tal-iskopertura. |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ April 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) International Convergence of Capital Measurement and Capital Standards, A Revised Framework, Comprehensive Version, Ġunju 2006.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-finanzjament ta’ proġetti
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
Kategorija 3 |
Kategorija 4 |
||
|
Fattur: is-solidità finanzjarja |
|
|
|
|
||
|
Għadd żgħir ta’ fornituri li jikkompetu jew vantaġġ sostanzjali u durabbli fil-lokalità, fil-kost, jew fit-teknoloġija. Domanda soda u li qed tiżdied. |
Għadd żgħir ta’ fornituri li jikkompetu jew lokalità, kost, jew teknoloġija aħjar mill-medja iżda din is-sitwazzjoni tista’ tinbidel. Domanda soda u stabbli. |
Proġett b’ebda vantaġġ fir-rigward tal-lokalità, tal-kost, jew tat-teknoloġija. Domanda xierqa u stabbli. |
Proġett b’lokalità, kost jew teknoloġija agħar mill-medja. Domanda dgħajfa u qed tonqos. |
||
|
Proporzjonijiet finanzjarji sodi li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett; suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti ħafna. |
Proporzjonijiet finanzjarji minn sodi sa aċċettabbli li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett; suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti tal-proġett. |
Proporzjonijiet finanzjarji standard li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett |
Proporzjonijiet finanzjarji aggressivi li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett. |
||
|
Il-proġett jista’ jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu f’kundizzjonijiet ekonomiċi jew settorjali taħt stress sever u fit-tul. |
Il-proġett jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu f’kundizzjonijiet ekonomiċi jew settorjali taħt stress normali. Possibbiltà żgħira li l-proġett ikun inadempjenti taħt kundizzjonijiet ekonomiċi severi. |
Il-proġett huwa vulnerabbli għal stress li huwa komuni matul ċiklu ekonomiku, u jista’ jkun inadempjenti f’perjodu ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. |
Il-proġett x’aktarx li jkun inadempjenti sakemm il-kundizzjonijiet ma jitjibux malajr. |
||
|
|
|
|
|
||
|
Ammortizzament tad-dejn mingħajr rimborż b’saldu uniku |
Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku jew b’wieħed insinifikanti |
Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku limitat |
Rimborż b’saldu uniku jew ammortizzament tar-rimborż tad-dejn b’rimborż b’saldu uniku għoli |
||
|
Ma hemm l-ebda skopertura jew skopertura limitata għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Ma hemm ebda riskju ta’ rifinanzjament jew riskju baxx ħafna. |
L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija limitata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Hemm riskju ta’ rifinanzjament baxx. |
L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija moderata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Riskju medju ta’ rifinanzjament. |
Hemm skopertura sinifikanti għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru biss parti żgħira mir-rimborżi tas-self fil-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Riskju għoli ta’ rifinanzjament. |
||
|
Ma hemm ebda riskju tal-kambju għaliex ma hemm l-ebda differenza fil-munita tas-self u fl-introjtu tal-proġett jew minħabba li r-riskju tal-kambju jkun totalment iħħeġġjat. |
Ma hemm ebda riskju tal-kambju għaliex ma hemm l-ebda differenza fil-munita tas-self u fl-introjtu tal-proġett jew minħabba li r-riskju tal-kambju jkun totalment iħħeġġjat. |
Hemm differenza bejn il-munita tas-self u l-introjtu tal-proġett, iżda r-riskju tal-kambju jitqies li jkun baxx għaliex ir-rata tal-kambju tkun stabbli jew għaliex ir-riskju tal-kambju jkun iħħeġġjat fil-parti l-kbira tiegħu. |
Hemm differenza fil-munita tas-self u tal-introjtu tal-proġett, u r-riskju tal-kambju jitqies li jkun għoli għaliex ir-rata tal-kambju tkun volatili u r-riskju tal-kambju ma jkunx iħħeġġjat fil-parti l-kbira tiegħu. |
||
|
Fattur: l-ambjent politiku u legali |
|
|
|
|
||
|
Skopertura baxxi ħafna; strumenti ta’ mitigazzjoni sodi, jekk meħtieġa |
Skopertura baxxa; strumenti ta’ mitigazzjoni sodisfaċenti, jekk meħtieġa |
Skopertura moderata; strumenti ta’ mitigazzjoni ekwi |
Skopertura għolja; ebda strument ta’ mitigazzjoni jew strumenti dgħajfa |
||
|
Ebda skopertura jew skopertura baxxa għal riskju ta’ force majeure |
Skopertura limitata għal riskju ta’ force majeure |
Skopertura sinifikanti għal riskju ta’ force majeure li ma jkunx mitigat biżżejjed |
Skopertura sinifikanti għal riskju ta’ force majeure li ma jkunx mitigat |
||
|
Proġett ta’ importanza strateġika għall-pajjiż (preferibbilment orjentat lejn l-esportazzjoni). Appoġġ sod mill-Gvern. |
Proġett meqjus importanti għall-pajjiż. Livell tajjeb ta’ appoġġ mill-Gvern. |
Proġett li jista’ jkun strateġiku iżda jwassal benefiċċju mingħajr dubju għall-pajjiż. Appoġġ mill-Gvern li ma jkunx espliċitu. |
Proġett li ma jkunx ewlieni għall-pajjiż. Ebda appoġġ jew appoġġ dgħajjef mill-Gvern. |
||
|
Ambjent regolatorju favorevoli u stabbli fit-tul |
Ambjent favorevoli u stabbli fuq it-terminu ta’ żmien medju |
Bidliet regolatorji jistgħu jitbassru b’livell tajjeb ta’ ċertezza |
Kwistjonijiet regolatorji attwali jew futuri jistgħu jaffettwaw il-proġett |
||
|
Sod |
Sodisfaċenti |
Mhux Ħażin |
Dgħajjef |
||
|
Kuntratti, kollateral u titoli eżegwibbli. |
Kuntratti, kollateral u titoli eżegwibbli. |
Kuntratti, kollateral u titoli meqjusa bħala eżegwibbli anke jekk ma jkunux jeżistu ċerti kwistjonijiet mhux ewlenin. |
Hemm kwistjonijiet ewlenin mhux solvuti fir-rigward tal-eżegwibbiltà reali tal-kuntratti, tal-kollateral u tat-titoli. |
||
|
Fattur: il-karatteristiċi tat-tranżazzjoni |
|
|
|
|
||
|
Teknoloġija u disinn kompletament ipprovati |
Teknoloġija u disinn kompletament ipprovati |
Teknoloġija u disinn ipprovati - kwistjonijiet ta’ negozji ġodda jiġu mitigati minn pakkett ta’ kkompletar sod |
Teknoloġija jew disinn mhux ipprovati; jeżistu kwistjonijiet kumplessi ta’ teknoloġija u/jew ta’ disinn. |
||
|
|
|
|
|
||
|
Il-permessi kollha miksuba |
Xi permessi jkunu għadhom pendenti iżda x’aktarx li jinħarġu |
Xi permessi jkunu għadhom pendenti iżda l-proċess tal-għoti tal-permess ikun definit sew u meqjus bħala ta’ rutina. |
Permessi ewlenin li jkun għadhom iridu jinkisbu u ma jkunux meqjusa ta’ rutina. Jistgħu jiżdiedu kundizzjonijiet sinifikanti. |
||
|
Kostruzzjoni turnkey EPC bi prezz fiss u b’data ċerta (5) (kuntratt ta’ inġinerija u ta’ akkwist) |
Kostruzzjoni turnkey EPC bi prezz fiss u b’data ċerta |
Kuntratt ta’ kostruzzjoni turnkey EPC bi prezz fiss u b’data ċerta b’kuntrattur wieħed jew diversi |
Kuntratt turnkey mingħajr prezz fiss jew bi prezz fiss parzjali u/jew kwistjonijiet ta’ interfaċċa b’diversi kuntratturi |
||
|
Huwa kważi ċert li l-proġett ikun se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul. |
X’aktarx li l-proġett se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul. |
Huwa inċert jekk il-proġett hux se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul. |
Hemm indikazzjonijiet li l-proġett ma jkunx se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul. |
||
|
Danni likwidati sostanzjali appoġġati minn sustanza finanzjarja u/jew garanzija soda tal-ikkompletar minn sponsors b’pożizzjoni finanzjarja eċċellenti |
Danni sinifikanti likwidati appoġġati minn sustanza finanzjarja u/jew garanzija tal-ikkompletar minn sponsors b’pożizzjoni finanzjarja tajba |
Danni likwidati xierqa appoġġati minn sustanza finanzjarja u/jew garanzija tal-ikkompletar minn sponsors b’pożizzjoni finanzjarja tajba |
Danni likwidati mhux xierqa jew mhux appoġġati minn sustanza finanzjarja jew garanziji tal-ikkompletar dgħajfa |
||
|
Sod |
Tajbin |
Sodisfaċenti |
Dgħajfa |
||
|
|
|
|
|
||
|
Kuntratt O&M sod fit-tul (8), preferibbilment b’inċentivi kuntrattwali dwar il-prestazzjoni (9), u/jew kont ta’ riżerva O&M (10), għalkemm kuntratt O&M ma jkunx strettament neċessarju biex issir il-manutenzjoni meħtieġa minħabba attivitajiet ta’ O&M sempliċi u trasparenti. |
L-attivitajiet O&M huma relattivament sempliċi u trasparenti, u hemm kuntratt O&M fit-tul, u/jew kont ta’ riżerva O&M. |
L-attivitajiet O&M huma kumplessi u jenħtieġ kuntratt O&M. Hemm kuntratt O&M limitat fit-tul u/jew kuntratt ta’ riżerva. |
L-attivitajiet O&M huma kumplessi u jenħtieġ strettament kuntratt O&M. Ma hemm ebda kuntratt O&M. Għaldaqstant hemm ir-riskju li l-kostijiet operazzjonali imorru lil hinn mill-mitiganti. |
||
|
Assistenza teknika soda ħafna jew impenjata tal-isponsors |
Soda |
Aċċettabbli |
Limitata/dgħajfa, jew operatur lokali dipendenti fuq l-awtoritajiet lokali |
||
|
|
|
|
|
||
|
Dħul sod ħafna |
Dħul sod |
Dħul aċċettabbli |
Id-dħul minn proġett mhuwiex ċert u hemm indikazzjonijiet li ċertu dħul jista’ ma jinkisibx. |
||
|
Affidabbiltà kreditizja eċċellenti tal-off-taker; klawsoli ta’ terminazzjoni sodi; terminu tal-kuntratt li faċilment jeċċedi l-maturità tad-dejn. |
Affidabbiltà kreditizja tajba tal-off-taker; klawsoli ta’ terminazzjoni sodi; terminu tal-kuntratt li jeċċedi l-maturità tad-dejn. |
Pożizzjoni finanzjarja aċċettabbli tal-off-taker; klawsoli ta’ terminazzjoni normali; terminu tal-kuntratt li jeċċedi l-maturità tad-dejn. |
Off-taker dgħajjef; klawsoli ta’ terminazzjoni dgħajfa; terminu tal-kuntratt li ma jeċċedix il-maturità tad-dejn. |
||
|
Proġett li jipproduċi servizzi essenzjali jew komodità li tinbiegħ b’mod mifrux f’suq dinji; output li jista’ jiġi assorbit minnufih bi prezzijiet proġettati anke jekk ikunu anqas mir-rati ta’ tkabbir storiċi tas-suq. |
Proġett li jipproduċi servizzi essenzjali jew komodità li tinbiegħ b’mod mifrux f’suq reġjonali li jassorbihom bi prezzijiet proġettati b’rati ta’ tkabbir storiċi. |
Komodità tinbiegħ f’suq limitat li jkun jista’ jassorbiha biss bi prezzijiet anqas milli proġettat. |
Output ta’ proġett li d-domanda għalih tiġi biss mingħand għadd żgħir ta’ bejjiegħa jew li ġeneralment ma jinbiegħx f’suq organizzat. |
||
|
|
|
|
|
||
|
Kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur b’pożizzjonijiet finanzjarji eċċellenti. |
Kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur b’pożizzjoni finanzjarja tajba. |
Kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur b’pożizzjoni finanzjarja tajba — jista’ jkun għad hemm livell ta’ riskju fil-prezz. |
Kuntratt ta’ provvista fuq żmien qasir jew kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur finanzjarjament dgħajjef — żgur li jibqa’ livell ta’ riskju fil-prezz. |
||
|
Riżervi pprovati u żviluppati awditjati indipendentement li jeċċedu ħafna l-ħtiġijiet tul il-ħajja tal-proġett. |
Riżervi awditjati, pprovati u żviluppati li jeċċedu l-ħtiġijiet tul il-ħajja tal-proġett. |
Riżervi pprovati li jistgħu jfornu l-proġett b’mod adegwat permezz tal-maturità tad-dejn. |
Proġett li sa ċertu jiddependi fuq riżervi potenzjali u mhux żviluppati. |
||
|
Fattur: is-solidità tal-isponsor (inkluża kull sħubija pubblika privata) |
|
|
|
|
||
|
Sponsor sod b’pożizzjonijiet finanzjarja eċċellenti |
Sponsor tajjeb b’pożizzjonijiet finanzjarja tajba |
Sponsor b’pożizzjoni finanzjarja adegwata |
Sponsor dgħajjef b’dgħufijiet finanzjarji ċari |
||
|
Sponsor b’ rekord u esperjenza eċċellenti ta’ pajjiż/settur |
Sponsor b’rekord u esperjenza sodisfaċenti ta’ pajjiż/settur |
Sponsor b’rekord u esperjenza xierqa ta’ pajjiż/settur |
Sponsor b’ebda rekord jew b’rekord u esperjenza dubbjużi ta’ pajjiż/settur |
||
|
Qawwija. Proġett strateġiku ħafna għall-isponsor (negozju ewlieni — strateġija fit-tul). |
Tajba. Proġett strateġiku għall-isponsor (negozju ewlieni — strateġija fit-tul). |
Aċċettabbli. Proġett meqjus bħala importanti għall-isponsor (negozju ewlieni). |
Limitata. Proġett li mhux ewlieni għall-istrateġija fit-tul jew għan-negozju ewlieni tal-isponsor. |
||
|
Fattur: il-pakkett tas-sigurtà |
|
|
|
|
||
|
Komprensiv għalkollox |
Komprensiv |
Aċċettabbli |
Dgħajjef |
||
|
L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat (17) fl-assijiet kollha tal-proġett, fil-kuntratti, fil-permessi u fil-kontijiet neċessarja għat-tħaddim tal-programm |
Interess ta’ garanzija pperfezzjonat għall-assijiet kollha tal-proġett, fil-kuntratti, fil-permessi u fil-kontijiet neċessarji għat-tħaddim tal-programm |
Interess ta’ garanzija aċċettabbli għall-assijiet kollha tal-proġett, fil-kuntratti, fil-permessi u fil-kontijiet neċessarja għat-tħaddim tal-programm |
Sigurtà jew kollateral żgħar għas-selliefa; klawsola ta’ rahan negattiv dgħajfa (18) |
||
|
Sod |
Sodisfaċenti |
Mhux Ħażin |
Dgħajjef |
||
|
Pakkett ta’ patt b’saħħtu għal dan it-tip ta’ proġett. Proġett li ma jistax joħroġ dejn addizzjonali. |
Pakkett ta’ patt li huwa sodisfaċenti għal dan it-tip ta’ proġett. Proġett li jista’ joħroġ dejn addizzjonali limitat ferm. |
Pakkett ta’ patt ġust għal dan it-tip ta’ proġett. Proġett li jista joħroġ dejn addizzjonali limitat. |
Pakkett ta’ patt Insuffiċjenti għal dan it-tip ta’ proġett. Proġett li jista’ joħroġ dejn addizzjonali bla limitu. |
||
|
Perjodu ta’ kopertura itwal mill-medja, il-fondi ta’ riżerva ffinanzjati kollha bi flus jew b’ittri ta’ kreditu minn bank bi klassifikazzjoni għolja |
Perjodu ta’ kopertura medju, il-fondi ta’ riżerva ffinanzjati kollha |
Perjodu ta’ kopertura medju, il-fondi ta’ riżerva ffinanzjati kollha |
Perjodu ta’ kopertura iqsar mill-medja, fondi ta’ riżerva ffinanzjati minn flussi ta’ flus operattivi |
(1) Il-Proporzjon tal-Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (“DSCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-kapital u l-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn ikun ikkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.
(2) Il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax (“ICR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.
(3) Il-Kopertura tat-Tul taż-Żmien tas-Self (“LLCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-valur preżenti nett tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn għall-bilanċ tad-dejn pendenti, u jirreferi għall-għadd ta’ drabi li l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jkun jista’ jiġi ġġenerat mill-assi jkun jista’ jħallas lura l-bilanċ tad-dejn pendenti fuq it-tul ta’ żmien tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.
(4) It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.
(5) Kuntratt ta’ Inġinerija u Akkwist (“EPC”) jew “kuntratt turnkey” jirreferi għal ftehim bejn il-kuntrattur tal-inġinerija u tal-akkwist (“il-kuntrattur EPC”) u l-iżviluppatur, fejn il-kuntrattur EPC jaqbel li jiżviluppa d-disinn dettaljat tal-inġinerija tal-proġett, jakkwista t-tagħmir u l-materjal kollu, jibni u jwettaq faċilità jew assi ta’ funzjonament lill-iżviluppatur, normalment b’perjodu ta’ żmien u baġit miftiehma.
(6) Garanzija tal-ikkompletar tirreferi għal garanzija li tingħata minn kuntrattur lis-selliefa tal-proġett biex jikkometti li jlesti l-proġett fiż-żmien speċifikat, u li jħallas il-kost aktar milli ppjanat, jekk dan iseħħ.
(7) Danni likwidati jirreferu għal kumpens monetarju għal telf, ħsara jew dannu fuq id-drittijiet jew il-proprjetà ta’ persuna, mogħti minn sentenza ta’ qorti jew minn stipulazzjoni ta’ kuntratt dwar il-ksur ta’ kuntratt.
(8) Kuntratt ta’ Operazzjoni u Manutenzjoni (“O & M”) jirreferi għal kuntratt bejn l-iżviluppatur u l-operatur. L-iżviluppatur jiddelega l-operazzjoni, il-manutenzjoni u, ta’ sikwit, il-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-proġett lil operatur b’għarfien espert fl-industrija skont it-termini tal-kuntratt O & M (jiġifieri l-iskop, it-terminu, ir-responsabbiltà tal-operatur, it-tariffi, u d-danni likwidati).
(9) Inċentivi tal-prestazzjoni jew ikkuntrattar ibbażat fuq il-prestazzjoni jirreferu għall-kejl tal-prestazzjoni li jirrigwarda direttament l-ikkuntrattar tal-pagament għal dan il-kejl tal-prestazzjoni. Kejl tal-prestazzjoni li jista’ jkejjel id-disponibbiltà, l-affidabbiltà, il-kapaċità ta’ manutenzjoni u appoġġ.
(10) Kont ta’ riżerva O&M jirreferi għal fond li fih jiġu depożitati flus biex jintużaw għall-finijiet li jitħallsu l-kostijiet tal-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-proġett.
(11) Riskju tal-output ta’ proġett jirreferi għar-riskju li d-domanda għall-output jew servizz ma tkunx teżisti bil-prezz li tingħata jew off-taker ma jkunx jista’ jew jirrifjuta li jonora l-impenn li jixtri l-output jew is-servizz.
(12) Kuntratt off-take jirreferi għal kuntratt bejn produttur ta’ riżorsa/prodott/servizz u xerrej (“off-taker”) ta’ riżorsa li jixtri/jbigħ il-porzjonijiet kollha tal-produzzjoni futura tal-produttur. Normalment kuntratt off-take jiġi nnegozjat qabel il-kostruzzjoni ta’ faċilità sabiex jiġi garantit suq għall-output futur tal-faċilità. L-għan huwa li l-produttur jiġi pprovdut bi dħul stabbli u suffiċjenti biex iħallas l-obbligu ta’ dejn tiegħu, jiġu koperti l-kostijiet operazzjonali u jiġi ġġenerat ċertu redditu meħtieġ.
(13) Klawsola ta’ terminazzjoni tirreferi għad-dispożizzjoni f’kuntratt li tippermetti t-terminazzjoni tiegħu f’ċirkostanzi speċifikati.
(14) Kuntratt take-or-pay jirreferi għal kuntratt fejn jintlaħaq ftehim li klijent jixtri l-output jew servizz mingħand fornitur jew il-klijent iħallas penali lill-fornitur. Kemm il-prezz kif ukoll il-penali jiġu stabbiliti fil-kuntratt.
(15) Riskju ta’ riżerva jirreferi għar-riskju li r-riżervi aċċessibli jkun iżgħar milli stmat.
(16) Klawsola ta’ sjieda tirreferi għal dispożizzjoni li tiddikjara li proġett ma jkunx jista’ jkun sjieda ta’ entità differenti mis-sid attwali (l-isponsor).
(17) L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jirreferi għall-interess ta’ garanzija f’assi (ipotekat bħala kollateral) li jkun protett minn pretensjonijiet min-naħa ta’ partijiet oħra. Rahan jiġi pperfezzjonat billi jiġi rreġistrat għand awtorità statutorja biex isir eżegwibbli legalment u kwalunkwe pretensjoni sussegwenti għal dawk l-assi tingħata status inferjuri.
(18) Klawsola ta’ rahan negattiv tirreferi għal dispożizzjoni li tindika li l-istituzzjoni ma tkunx se twiegħed kwalunkwe wieħed mill-assijiet tagħha jekk dan ikun ifisser li s-selliefa jkunu garantiti anqas.
(19) “Cash sweep” tirreferi għall-użu obbligatorju ta’ flussi ta’ flus ħielsa eċċessivi biex jitħallas id-dejn pendenti u mhux biex jitqassmu fost l-azzjonisti.
(20) Kont indipendenti miżmum minn terzi jirreferi għal kont miżmum f’isem l-isponsor minn bank li jkun qed jiġi appoġġat minn ftehim ta’ kont indipendenti miżmum minn terzi bejn is-sellief u l-mutwatarju li jipprevedu struzzjonijiet irrevokabbli mill-mutwatarju bl-effett li d-dħul operazzjonali jew ir-rikavati kollha mill-bejgħ ta’ assijiet tal-proġett jkunu se jitħallsu f’dan il-kont, u fejn il-bank ikun awtorizzat li jagħmel pagamenti minn fondi disponibbli skont kif ikun ġie miftiehem fid-dokument ta’ finanzjament tal-proġett.
(21) Prepagament obbligatorju jirreferi għal dispożizzjoni li tirrekjedi lill-mutwatarju li jħallas porzjon tad-dejn minn qabel b’ċerti rikavati jekk u meta jiġu rċevuti qabel id-data tal-maturità.
(22) Pagament differit jirreferi għal dispożizzjoni li tindika li l-mutwatarju jitħalla jibda jagħmel pagamenti fi żmien speċifikat fil-futur.
(23) Pagament kaskata jirreferi għal dispożizzjoni li permezz tagħha l-flus tal-flus tal-proġett jinġabru fil-qosor permezz ta’ flus minn kaskata, li turi l-prijorità ta’ kull dħul u ħruġ ta’ flus.
(24) Restrizzjoni fuq dividend tirreferi għal dispożizzjoni li tiddefinixxi ċ-ċirkostanzi fejn is-sellief ikun jista’ jipprevjeni distribuzzjonijiet ta’ ekwità.
ANNESS II
Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-proprjetà immobbli
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
Kategorija 3 |
Kategorija 4 |
||
|
Fattur: is-solidità finanzjarja |
|
|
|
|
||
|
Id-domanda u l-provvista għat-tip u l-lokalità tal-proġett bħalissa jinsabu f’bilanċ. L-għadd ta’ proprjetajiet kompetittivi li jidħlu fis-suq ikun l-istess jew inqas mid-domanda prevista. |
Id-domanda u l-provvista għat-tip u l-lokalità tal-proġett bħalissa jinsabu f’bilanċ. L-għadd ta’ proprjetajiet kompetittivi li jidħlu fis-suq ikun kważi l-istess għal dak tad-domanda prevista. |
B’mod ġenerali l-kundizzjonijiet tas-suq jinsabu f’bilanċ. Proprjetajiet kompetittivi li jidħlu fis-suq u oħrajn jinsabu fi stadji ta’ tħejjija. Id-disinn u l-kapaċitajiet tal-proprjetajiet komparabbli eżistenti ma jkunux tal-ogħla livell meta mqabbla ma’ proġetti ġodda. |
Kundizzjonijiet tas-suq dgħajfa. Inċertezza dwar il-kundizzjonijiet ikunux se jitjiebu u jirritornaw f’bilanċ. Proprjetajiet komparabbli fis-suq ikunu qed jitilfu l-inkwilini meta tiskadi l-lokazzjoni. Termini ta’ lokazzjoni ġodda ta’ proprjetajiet komparabbli li jkunu anqas favorevoli meta mqabbla ma’ dawk eżistenti. |
||
|
Proporzjonijiet finanzjarji tal-proprjetà, mkejla skont il-proporzjon tal-kopertura tas-servizz tad-dejn (DSCR (1)) jew proporzjon tal-kopertura tal-imgħax (ICR (2)), meqjusa sodi u mistennija jibqgħu sodi meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. DSCR jew ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni. |
Proporzjonijiet finanzjarji tal-proprjetà, mkejla skont id-DSCR jew l-ICR tal-proprjetà, meqjusa bħala tajbin u mistennija jibqgħu tajbin meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. Id-DSCR jew l-ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni. |
Il-proporzjonijiet finanzjarja tal-proprjetà, imkejla skont id-DSCR jew l-ICR tal-proprjetà ikunu sodisfaċenti u ikunu mistennija jibqgħu sodisfaċenti meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. Id-DSCR jew l-ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni. |
Proporzjonijiet finanzjarji tal-proprjetà, mkejla skont id-DSCR jew l-ICR tal-proprjetà, li jkunu dgħajfa u mistennija jibqgħu dgħajfa meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. Id-DSCR jew l-ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni. |
||
|
Il-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) tal-proprjetà meqjus bħala baxx meta titqies it-tip ta’ proprjetà. Fejn ikun jeżisti suq sekondarju, it-tranżazzjoni tiġi sottoskritta għall-istandards tas-suq. |
L-LTV tal-proprjetà jitqies sodisfaċenti meta jitqies it-tip ta’ proprjetà. Fejn ikun jeżisti suq sekondarju, it-tranżazzjoni tiġi sottoskritta għall-istandards tas-suq. |
L-LTV tal-proprjetà meqjus bħala relattivament għoli meta jitqies it-tip ta’ proprjetà. |
Il-proporzjon tal-LTV tal-proprjetà ikun ferm ogħla mill-istandards ta’ sottoskrizzjoni tal self ġdid. |
||
|
Ir-riżorsi, kontinġenzi u l-istruttura tal-obbligazzjonijiet tal-proprjetà jippermettulha tissodisfa l-obbligi finanzjarja tagħha matul perjodu ta’ stress finanzjarju qawwi (pereż. ir-rati tal-imgħax, it-tkabbir ekonomiku). |
Il-proprjetà tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha f’perjodu ta’ stress finanzjarju twil (pereż. Ir-rati tal-imgħax, it-tkabbir ekonomiku). Il-proprjetà x’aktarx li tkun inadempjenti f’kundizzjonijiet ekonomiċi severi biss. |
Matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-proprjetà tintlaqat minn tnaqqis fid-dħul li jżid ir-riskju ta’ inadempjenza b’mod sinifikanti. |
Il-kundizzjoni finanzjarja tal-proprjetà tkun taħt stress u x’aktarx li tkun inadempjenti sakemm il-kundizzjonijiet ma jitjibux fil-futur qarib. |
||
|
|
|
|
|
||
|
Il-lokazzjoni tal-proprjetà hija fit-tul b’inkwilini b’sodezza kreditizja u d-dati tal-maturità huma mferrxa, jew garanziji ta’ sħubijiet pubbliċi privati meqjusa bħala parti mill-kuntratti tal-kera. Il-proprjetà jkollha rekord li żżomm l-inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tagħha tkun baxxa. Spejjeż (manutenzjoni, assigurazzjoni, sigurtà, u taxxi fuq il-proprjetà) prevedibbli. |
Il-maġġoranza tal-proprjetà jkollha diversi kuntratti ta’ lokazzjoni mal-inkwilini fit-tul, u b’inkwilini li fuq medja jkollhom sodezza kreditizja għolja, u b’dati ta’ maturità mferrxa. Sħubija pubblika privata tista’ tiggarantixxi parti mill-kuntratti tal-kiri. Fejn proprjetà jkollha kuntratt ta’ lokazzjoni wieħed biss jew inkwilin wieħed ikollu sehem sinifikanti ħafna tal-introjtu li jiġi ġġenerat mill-proprjetà, dan l-inkwilin affidabbli fin-naħa tal-kreditu u l-kuntratt jinkludi patti li jiżguraw il-ħlas tal-lokazzjoni sa ma jintemm il-proġett jew anke wara. Il-proprjetà jkollha livell normali ta’ bdil ta’ inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tkun baxxa. Spejjeż prevedibbli. |
Il-parti l-kbira tal-lokazzjonijiet tal-proprjetà jkunu aktar fuq tul ta’ żmien medju milli twil b’kerrejja b’livelli differenti ta’ affidabbiltà kreditizja. Sħubija pubblika privata tista’ tiggarantixxi parti żgħira biss mill-kuntratti tal-kiri. Fejn proprjetà jkollha kuntratt tal-lokazzjoni wieħed biss jew inkwilin wieħed ikollu sehem sinifikanti ħafna tal-introjtu li jiġi ġġenerat mill-proprjetà, il-kuntratti ikun jinkludi patti li jiżguraw il-ħlas tal-lokazzjoni sa tmiem il-proġett u anke wara, iżda l-inkwilin b’affidabbiltà kreditizja moderata. Il-proprjetà jkollha livell moderat ta’ bdil ta’ inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tkun moderata. Spejjeż relattivament prevedibbli iżda jvarjaw fir-rigward tad-dħul. |
Il-proporzjon ta’ kuntratti ta’ lokazzjonijiet fil-qosor b’inkwilini b’diversi livelli ta’ affidabbiltà kreditizja, jew il-proprjetà ikollha kuntratt ta’ lokazzjoni wieħed biss, jew inkwilin wieħed ikollu sehem sinifikanti ħafna mill-introjtu ġġenerat mill-proprjetà, fejn l-inkwilin ikollu affidabbiltà kreditizja baxxa u/jew il-kuntratt ma jkunx inkluda il-patti meħtieġa li jiżguraw il-ħlas tal-lokazzjoni sa meta jintemm il-proġett u anke wara. Il-proprjetà jkollha livell għoli ta’ bdil ta’ inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tkun għolja. Jiġġarrbu spejjeż sinifikanti fit-tħejjija tal-ispazju għal inkwilini ġodda. |
||
|
Il-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri, pereżempju miksuba minn sħubija pubblika privata, jilħqu jew jeċċedu l-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà. Dan il-proġett għandu jikseb l-istabbilizzazzjoni fil-futur qarib. |
Il-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri, pereżempju miksuba minn sħubija pubblika privata, jilħqu jew jeċċedu l-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà. Dan il-proġett għandu jikseb l-istabbilizzazzjoni fil-futur qarib. |
Il-parti l-kbira tal-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri jilħqu l-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà, iżda l-istabbilizzazzjoni se ddum biex isseħħ. |
Il-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri ma jilħqux il-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà. Minkejja li ntlaħqet ir-rata ta’ okkupazzjoni, il-kopertura tal-flus tal-flus hija stretta minħabba dħul diżappuntanti. |
||
|
Il-proprjetà hija mogħtija b’lokazzjoni kompletament minn qabel permezz tat-terminu tas-self (5) jew mibjugħa minn qabel lil xerrej b’affidabbiltà kreditizja għolja, jew il-bank ikollu impenn vinkolanti għal finanzjament “take-out” mingħand inkwilin jew xerrej b’affidabbiltà kreditizja għolja, pereżempju permezz ta’ sħubija pubblika privata. |
Il-proprjetà hija mogħtija b’lokazzjoni jew mibjugħa kompletament minn qabel lil inkwilin jew xerrej b’affidabbiltà kreditizja, jew il-bank ikollu impenn vinkolanti għall-finanzjament permanenti ta’ inkwilin b’affidabbiltà kreditizja, pereżempju permezz ta’ sħubija pubblika privata. |
L-attività tal-kiri tkun fil-limiti tal-projezzjonijiet iżda l-binja tista’ ma tingħatax b’lokazzjoni minn qabel u jista’ ma jkunx hemm finanzjament “take-out”. Il-bank jista’ jkun is-sellief permanenti. |
Il-proprjetà tkun qiegħda tiddeterjora minħabba kostijiet żejda, id-deterjorament tas-suq, kanċellazzjonijiet minn inkwilin jew fatturi oħra. Jista’ jkun hemm tilwima mal-parti li tipprovdi finanzjament permanenti. |
||
|
Fattur: l-ambjent politiku u ġuridiku |
|
|
|
|
||
|
Ġuriżdizzjoni favorevoli ħafna għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti. |
Ġuriżdizzjoni ġeneralment favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti. |
Ġuriżdizzjoni ġeneralment favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti, iżda r-ripussess jista’ jdum u/jew ikun diffiċli. |
Ambjent ġuridiku u regolatorju batut jew instabbli. Ġuriżdizzjoni li tista’ tieħu r-ripussess u teżegwixxi kuntratti twal jew impossibbli. |
||
|
Skopertura baxxa ħafna; strumenti ta’ mitigazzjoni sodi, jekk meħtieġa |
Skopertura baxxa; strumenti ta’ mitigazzjoni sodisfaċenti, jekk meħtieġa |
Skopertura moderata; strumenti ta’ mitigazzjoni ekwi |
Skopertura għolja; ebda strument ta’ mitigazzjoni jew strumenti dgħajfa |
||
|
Fattur: karatteristiċi tal-ass/tat-tranżazzjoni |
|
|
|
|
||
|
Proprjetà li tinsab f’lokalità mixtieqa ħafna li jkun konvenjenti għas-servizzi mixtieqa mill-inkwilini. |
Proprjetà li tnsab f’lokalità mixtieqa li tkun konvenjenti għas-servizzi mixtieqa mill-inkwilini. |
Il-lokalità tal-proprjetà ma jkollhiex vantaġġ kompetittiv. |
Il-proprjetà tinsab f’lokalità mhux mixtieqa. |
||
|
Proprjetà favorita minħabba d-disinn, il-konfigurazzjoni, u l-manutenzjoni tagħha, u tkun tikkompeti tajjeb ħafna ma’ proprjetajiet ġodda. |
Proprjetà adegwata b’rabta mad-disinn, il-konfigurazzjoni u l-manutenzjoni tagħha. Id-disinn u l-kapaċitajiet tal-proprjetà jikkompeti ma’ dawk ta’ proprjetajiet ġodda. |
Proprjetà adegwata b’rabta mal-konfigurazzjoni, id-disinn u l-manutenzjoni tagħha. |
Il-konfigurazzjoni, id-disinn u l-manutenzjoni tal-proprjetà kkontribwew għad-diffikultajiet tal-proprjetà. Jeżistu dgħufijiet fil-konfigurazzjoni, fid-disinn jew fil-manutenzjoni tal-proprjetà. |
||
|
Baġit tal-kostruzzjoni konservattiv u perikli tekniċi limitati. Kuntratturi kwalifikati ħafna u pożizzjoni kreditizja tajba ħafna. |
Baġit tal-kostruzzjoni konservattiv u perikli tekniċi limitati. Kuntratturi kwalifikati ħafna u b’pożizzjoni kreditizja tajba. |
Baġit tal-kostruzzjoni adegwat u kuntratturi li normalment ikunu kwalifikati u b’pożizzjoni kreditizja medja. |
Proġett li qed jaqbeż il-baġit stabbilit jew mhux realistiku minħabba l-perikli tekniċi tiegħu. Kuntratturi li jistgħu ma jkunx kwalifikati biżżejjed u b’pożizzjoni kreditizja baxxa. |
||
|
|
|
|
|
||
|
Ammortizzament tad-dejn mingħajr rimborż b’saldu uniku |
Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku jew b’wieħed insinifikanti |
Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku limitat |
Rimborż b’saldu uniku jew ammortizzament tar-rimborż tad-dejn b’rimborż b’saldu uniku għoli |
||
|
Ma hemm l-ebda skopertura jew skopertura limitata għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Ma hemm ebda riskju ta’ rifinanzjament jew riskju baxx ħafna. |
L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija limitata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Hemm riskju ta’ rifinanzjament baxx. |
L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija moderata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Riskju ta’ rifinanzjament medju. |
Hemm skopertura sinifikanti għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Riskju għoli ta’ rifinanzjament. |
||
|
Fattur: is-solidità tal-isponsor/tal-iżviluppatur (fosthom kwalunkwe sħubija pubblika privata) |
|
|
|
|
||
|
L-isponsor/l-iżviluppatur ikun għamel kontribuzzjoni sostanzjali ta’ flus għall-kostruzzjoni jew ix-xiri tal-proprjetà. L-isponsor/l-iżviluppatur ikollu riżorsi sostanzjali u obbligazzjonijiet diretti u kontinġenti limitati. Il-proprjetajiet ta’ isponsor/l-iżviluppatur ikunu diversifikati ġeografikament kif ukoll fir-rigward tat-tip. |
L-isponsor/l-iżviluppatur ikun għamel kontribuzzjoni materjali ta’ flus għall-kostruzzjoni jew ix-xiri tal-proprjetà. Il-kundizzjoni finanzjarja tal-isponsor/l-iżviluppatur tippermettilu jappoġġa l-proprjetà fil-każ ta’ tnaqqis fil-fluss tal-flus. Il-proprjetajiet tal-isponsor/l-iżviluppatur ikunu jinsabu f’diversi reġjuni ġeografiċi. |
Il-kontribuzzjoni tal-isponsor/l-żviluppatur tista’ immaterjali jew mhux fi flus. L-isponsor/l-iżviluppatur ikollu riżorsi finanzjarji bejn medji għal taħt il-medja. |
L-isponsor/l-iżviluppatur ma jkollux kapaċità jew rieda li jappoġġa l-proprjetà. |
||
|
Maniġment ta’ esperjenza u kwalità għola tal-isponsor; reputazzjoni soda u twila u rekord ta’ suċċess bi proprjetajiet simili |
Maniġment u sponsor ta’ kwalità adegwata. L-isponsor jew il-maniġment ikollhom rekord ta’ suċċess bi proprjetajiet simili. |
Maniġment u sponsor ta’ kwalità moderata. Rekord tal-maniġment jew tal-isponsor li ma jqajjem ebda tħassib serju. |
Maniġment mhux effettiv u sponsor ta’ kwalità inferjuri. Diffikultajiet tal-maniġment u tal-isponsor ikkontribwew għal diffikultajiet fl-immaniġġjar tal-proprjetajiet fil-passat. |
||
|
Relazzjonijiet sodi ma’ atturi ewlenin bħal aġenti tal-kiri |
Relazzjonijiet ipprovati ma’ atturi ewlenin bħal aġenti tal-kiri |
Relazzjonijiet adegwati ma’ aġenti tal-kiri u ma’ partijiet oħra li jipprovdi servizzi importanti ta’ proprjetà immobbli |
Relazzjonijiet ħżiena ma’ aġenti tal-kiri u/jew ma’ partijiet oħra li jipprovdi servizzi importanti ta’ proprjetà immobbli |
||
|
Fattur: pakkett tas-sigurtà |
|
|
|
|
||
|
L-ewwel rahan ipperfezzjonat (6) |
L-ewwel rahan ipperfezzjonat |
L-ewwel rahan ipperfezzjonat |
Il-kapaċità tas-sellief li jipprekludi tkun limitata. |
||
|
Is-sellief ikun kiseb assenjazzjoni għall-maġġoranza tal-kirjiet. Ikollhom informazzjoni attwali dwar l-inkwilin li tiffaċilita l-avżar ta’ kirjiet tal-proġett direttament lis-sellief, bħall-pagament tal-kirja u kopji tal-lokazzjonijiet tal-proġett. |
Is-sellief ikun kiseb assenjament għal parti sinifikanti tal-kirjiet. Ikollhom informazzjoni attwali dwar l-inkwilini li tiffaċilita l-avżar lill-inkwilini dwar il-kirjiet tal-proġett direttament lis-sellief, bħall-pagament tal-kirja u kopji tal-lokazzjonijiet tal-proġett. |
Is-sellief ikun kiseb assenjazzjoni għal parti relattivament żgħira tal-kirja. Is-sellief ma jkunx żamm informazzjoni attwali dwar l-inkwilin li jiffaċilita l-avżar lill-inkwilini dwar il-kirjiet tal-proġett direttament lis-sellief, bħall-pagament tal-kirja u kopji tal-lokazzjonijiet tal-proġett. |
Is-sellief ma tkunx kisbet assenjament ta’ lokazzjonijiet. |
||
|
Kwalità tajba ħafna |
Kwalità tajba |
Kwalità adegwata |
Kwalità inferjuri |
(1) Il-Proporzjon tal-Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (“DSCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-kapital u l-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn ikun ikkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.
(2) Il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax (“ICR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.
(3) Il-proporzjon bejn is-Self u l-Valur (“LTV”) jirreferi għall-proporzjon tal-ammont tas-self fil-konfront tal-valur tar-rahan tal-assijiet.
(4) It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.
(5) It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.
(6) Selliefa f’xi swieq jużaw biss strutturi ta’ self li jinkludu rahan inferjuri. Rahan inferjuri jista’ jkun indikattiv ta’ dan il-livell ta’riskju jekk l-LTV inklużiv totali tal-pożizzjonijiet għolja kollha ma jkunx jeċċedi l-ewwel self LTV tipiku.
ANNESS III
Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-finanzjament ta’ oġġetti (“object finance”)
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
Kategorija 3 |
Kategorija 4 |
||
|
Fattur: is-solidità finanzjarja |
|
|
|
|
||
|
Domanda li hija qawwija u qed tiżdied, ostakli kbar għad-dħul, sensittività baxxa għall-bidliet fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika. |
Domanda soda u stabbli. Xi ostakli għad-dħul, element ta’ sensittività għat-tibdil fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika. |
Domanda li hija adegwata u stabbli, ostakli limitati għad-dħul, sensittività sinifikanti għall-bidliet fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika. |
Domanda dgħajfa u li qed tonqos, vulnerabbli għat-tibdil fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika, ambjent inċert ħafna. |
||
|
Proporzjonijiet finanzjarji sodi li jqisu t-tip tal-assi. Suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti ħafna. |
Proporzjonijiet finanzjarji minn sodi sa aċċettabbli li jqisu t-tip tal-assi. Suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti tal-proġett. |
Proporzjonijiet finanzjarji standard għat-tip tal-assi |
Proporzjonijiet finanzjarji aggressivi li jqisu t-tip tal-assi |
||
|
Proporzjonijiet finanzjarji b’saħħithom li jqisu t-tip tal-assi |
Proporzjonijiet LTV minn qawwija sa tajbin li jqisu t-tip tal-assi |
Proporzjonijiet LTV standard għat-tip tal-assi |
Proporzjonijiet LTV aggressivi li jqisu t-tip tal-assi |
||
|
Dħul stabbli fit-tul, kapaċi li jiflaħ għal kundizzjonijiet ta’ stress sever ta’ ċiklu ekonomiku |
Dħul sodisfaċenti fuq terminu qasir ta’ żmien. Self li jkun jiflaħ element ta’ diffikultajiet finanzjarji. L-inadempjenza x’aktarx li sseħħ biss taħt kundizzjonijiet ekonomiċi severi |
Dħul inċert fuq terminu qasir ta’ żmien. Flussi tal-flus li huma vulnerabbli għal stress li ma jkunx komuni f’ċiklu ekonomiku. Is-selfa tista’ tkun inadempjenti fi tnaqqis fir-ritmu ekonomiku |
Dħul suġġett għal inċertezza soda; l-assi jista’ jisfa inadempjenti anke f’kundizzjonijiet ekonomiċi normali, sakemm il-kundizzjonijiet ma jitjibux |
||
|
Suq strutturat fuq bażi dinjija; assi likwidi ħafna. |
Suq dinji jew reġjonali; assi relattivament likwidi. |
Suq reġjonali bi prospetti limitati fuq żmien qasir, li jimplika anqas likwidità. |
Suq lokali u/jew viżibbiltà baxxa. Likwidità baxxa jew ebda likwidità, partikolari fi swieq speċjalizzati. |
||
|
Fattur: l-ambjent politiku u ġuridiku |
|
|
|
|
||
|
Ġuriżdizzjoni favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti. |
Ġuriżdizzjoni favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti. |
Ġuriżdizzjoni ġeneralment favorevoli ir-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti, anke jekk ir-ripussess jista’ jdum u/jew ikun diffiċli. |
Ambjent ġuridiku u regolatorju batut jew instabbli. Ġuriżdizzjoni li tista’ tieħu r-ripussess u teżegwixxi kuntratti twal jew impossibbli. |
||
|
Skopertura baxxa ħafna; strumenti ta’ mitigazzjoni sodi, jekk meħtieġa |
Skopertura baxxa; strumenti ta’ mitigazzjoni sodisfaċenti, jekk meħtieġa |
Skopertura moderata; strumenti ta’ mitigazzjoni ekwi |
Skopertura għolja; ebda strument ta’ mitigazzjoni jew strumenti dgħajfa |
||
|
Fattur: karatteristiki tat-tranżazzjoni |
|
|
|
|
||
|
Ammortizzament tad-dejn mingħajr rimborż b’saldu uniku |
Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku jew b’wieħed insinifikanti |
Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku limitat |
Rimborż b’saldu uniku jew ammortizzament tar-rimborż tad-dejn b’rimborż b’saldu uniku għoli |
||
|
Ma hemm l-ebda skopertura jew skopertura limitata għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self (5) u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Ma hemm ebda riskju ta’ rifinanzjament jew riskju baxx ħafna. |
L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija limitata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Hemm riskju ta’ rifinanzjament baxx. |
L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija moderata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Riskju ta’ rifinanzjament medju. |
Hemm skopertura sinifikanti għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn. Riskju għoli ta’ rifinanzjament. |
||
|
|
|
|
|
||
|
Il-permessi kollha nkisbu; assijiet li jissodisfaw ir-regolamenti ta’ sikurezza attwali u dawk prevedibbli. |
Permessi kollha miksuba jew fil-proċess li jinkisbu; assijiet li jissodisfaw ir-regolamenti ta’ sikurezza attwali u dawk prevedibbli. |
Il-parti l-kbira tal-permessi miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, dawk pendenti meqjusa bħala normali, assijiet li jissodisfaw ir-regolament attwali dwar is-sikurezza. |
Problemi biex jinkisbu l-permessi kollha meħtieġa, parti mill-konfigurazzjoni ppjanata u/jew l-operazzjonijiet ippjanati jista’ jkollhom jiġu riveduti. |
||
|
Kuntratt O&M sod fuq żmien qasir (6), preferibbilment b’inċentivi kuntrattwali dwar il-prestazzjoni, u/jew kontijiet riżerva O&M (jekk meħtieġa) |
Kuntatt O&M fit-tul, u/jew kontijiet ta’ riżerva O&M (7) (jekk meħtieġa) |
Kuntratt O&M limitat jew kont ta’ riżerva O&M (jekk meħtieġ) |
Ebda kuntratt O&M: riskju li l-kostijiet operazzjonali jaqbżu l-mitiganti |
||
|
Rekord eċċellenti u kapaċità soda li jerġgħu jitpoġġew fis-suq |
Rekord sodisfaċenti u kapaċità li jerġgħu jitpoġġew fis-suq |
Rekord dgħajjef jew qasir u kapaċità inċerta li jerġgħu jitpoġġew fis-suq |
Ebda rekord jew rekord mhux magħruf u inkapaċità li l-assijiet jerġgħu jitpoġġew fis-suq |
||
|
Fattur: il-karatteristiċi tal-assijiet |
|
|
|
|
||
|
Vantaġġ sod fid-disinn u l-manutenzjoni. Konfigurazzjoni standard b’tali mod li l-oġġett jissodisfa suq likwidu. |
Disinn u manutenzjoni aħjar mill-medja. Konfigurazzjoni standard, forsi b’eċċezzjonijiet limitati ħafna — b’tali mod li l-oġġett jissodisfa suq likwidu |
Disinn u manutenzjoni medji. Konfigurazzjoni kemxejn speċifika, u għaldaqstant tista’ tikkaġuna suq aktar limitat għall-oġġett. |
Disinn u manutenzjoni agħar mill-medja. Assi qiegħed joqrob tmiem il-ħajja ekonomika tiegħu. Konfigurazzjoni speċifika ħafna; is-suq għall-oġġett huwa limitat ħafna. |
||
|
Il-valur attwali tar-rivendita huwa ferma ogħla mill-valur tad-dejn. |
Il-valur tar-rivendita huwa moderatament ogħla mill-valur tad-dejn. |
Il-valur tar-rivendita huwa kemxejn ogħla mill-valur tad-dejn. |
Il-valur tar-rivendita huwa anqas mill-valur tad-dejn. |
||
|
Il-valur tal-assi u l-likwidità huma relattivament insensittivi għaċ-ċikli ekonomiċi. |
Il-valur tal-assi u l-likwidità huma sensittivi għaċ-ċikli ekonomiċi. |
Il-valur tal-assi u l-likwidità huma pjuttost sensittivi għaċ-ċikli ekonomiċi. |
Il-valur tal-assi u l-likwidità huma sensittivi ħafna għaċ-ċikli ekonomiċi. |
||
|
Fattur: is-solidità tal-isponsor (inkluża sħubija pubblika privata) |
|
|
|
|
||
|
Sponsors b’rekord eċċellenti u b’pożizzjoni finanzjarja tajba ħafna |
Sponsors b’rekord tajjeb u pożizzjoni finanzjarja tajba |
Sponsors b’rekord adegwat u pożizzjoni finanzjarja tajba |
Sponsors mingħajr rekord jew b’rekord dubbjuż u/jew dgħufijiet finanzjarji |
||
|
Fattur: il-pakkett tas-sigurtà |
|
|
|
|
||
|
Dokumentazzjoni legali li tipprovdi lis-sellief kontroll effettiv (pereż. L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat (8), jew struttura ta’ kiri fosthom tali garanzija) tal-assi, jew tal-kumpanija sidu. |
Dokumentazzjoni legali li tipprovdi lis-sellief kontroll effettiv (pereż. interess ta’ garanzija pperfezzjonat, jew struttura tal-kiri li tinkludi tali garanzija) tal-assi, jew tal-kumpanija sidu. |
Dokumentazzjoni legali li tipprovdi lis-sellief kontroll effettiv (pereż. interess ta’ garanzija pperfezzjonat, jew struttura tal-kiri li tinkludi tali garanzija) tal-assi, jew tal-kumpanija sidu. |
Il-kuntratt ftit li xejn jipprovdi garanzija lis-sellief u jagħti lok għal element ta’ riskju li jintilef il-kontroll tal-assi. |
||
|
Is-sellief kapaċi jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi, fi kwalunkwe ħin u post (rapporti regolari, possibbiltà li jagħmel spezzjonijiet). |
Is-sellief kapaċi jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi, fi kważi kull ħin u post. |
Is-sellief kapaċi jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi, fi kważi kull ħin u post. |
Il-kapaċità tas-sellief li jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi hija limitata. |
||
|
Kopertura tal-assigurazzjoni soda inkluż ħsara kollaterali ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-aħjar kwalità |
Kopertura tal-assigurazzjoni sodisfaċenti (li ma tinkludix ħsara kollaterali) ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni ta’ kwalità tajba |
Kopertura tal-assigurazzjoni adegwata (li ma tinkludix ħsara kollaterali) ma’ assigurazzjoni ta’ kwalità aċċettabbli |
Kopertura tal-assigurazzjoni dgħajfa (li ma tinkludix ħsara kollaterali) jew ma’ assigurazzjoni ta’ kwalità dgħajfa |
(1) Il-Proporzjon tal-Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (“DSCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-kapital u l-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, fejn il-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.
(2) Il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax (“ICR”) jirreferi għall-proporzjoni tal-fluss tal-flus għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.
(3) Il-proporzjon bejn is-Self u l-Valur (“LTV”) jirreferi għall-proporzjon tal-ammont tas-self fil-konfront tal-valur tar-rahan tal-assijiet.
(4) It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.
(5) It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.
(6) Kuntratt ta’ Operazzjoni u Manutenzjoni (“O & M”) jirreferi għal kuntratt bejn l-iżviluppatur u l-operatur. L-iżviluppatur jiddelega l-operazzjoni, il-manutenzjoni u, sikwit, il-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-proġett lil operatur b’għarfien espert fl-industrija skont it-termini tal-kuntratt O & M (jiġifieri l-iskop, it-terminu, ir-responsabbiltà tal-operatur, it-tariffi, u d-danni likwidati).
(7) Kont ta’ riżerva O&M jirreferi għal fond li fih jiġu depożitati flus biex jintużaw għall-finijiet li jitħallsu l-kostijiet tal-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-proġett.
(8) L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jirreferi għall-interess ta’ garanzija f’assi (ipotekat bħala kollateral) li jkun protett minn pretensjonijiet min-naħa ta’ partijiet oħra. Rahan jiġi pperfezzjonat billi jiġi rreġistrat għand awtorità statutorja biex isir eżegwibbli legalment u kwalunkwe pretensjoni sussegwenti għal dawk l-assi tingħata status inferjuri.
ANNESS IV
Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-finanzjament ta’ komoditajiet
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
Kategorija 3 |
Kategorija 4 |
||
|
Fattur: is-sodezza finanzjarja |
|
|
|
|
||
|
Qawwi |
Tajjeb |
Sodisfaċenti |
Dgħajjef |
||
|
Fattur: l-ambjent politiku u ġuridiku |
|
|
|
|
||
|
L-ebda riskju għal pajjiż |
Skopertura limitata għar-riskju għal pajjiż (partikolarment, riżervi li jkunu jinsabu offshore f’pajjiż emerġenti) |
Skopertura għar-riskju għal pajjiż (partikolarment, riżervi li jkunu jinsabu offshore f’pajjiż emerġenti) |
Skopertura soda għar-riskju għal pajjiż (partikolarment, riżervi interni f’pajjiż emerġenti) |
||
|
Mitigazzjoni soda ħafna: Mekkaniżmi offshore sodi Xerrej tal-1el klassi ta’ komodità strateġika |
Mitigazzjoni soda: Mekkaniżmi offshore Xerrej sod ta’ komodità strateġika |
Mitigazzjoni aċċettabbli: Mekkaniżmi offshore Xerrej aċċettabbli ta’ komodità anqas strateġika |
Mitigazzjoni parzjali biss: Ebda mekkaniżmu offshore Xerrej dgħajjef ta’ komodità mhux strateġika |
||
|
Fattur: karatteristiċi tal-assijiet |
|
|
|
|
||
|
Komodità kkwotata u tista’ tiġi ħħeġġjata permezz ta’ futuri jew strumenti OTC. Komodità mhux suxxettibbli għal dannu. |
Komodità kkwotata u tista’ tiġi ħħeġġjata permezz ta’ strumenti OTC. Komodità mhux suxxettibbli għal dannu. |
Komodità mhux kkwotata iżda likwida. Hemm inċertezza dwar il-possibbiltà ta’ ħħeġġjar. Komodità mhux suxxettibbli għal dannu. |
Komodità mhux ikkwotata. Likwidità limitata meta jitqies id-daqs u l-profondità tas-suq. L-ebda strument ta’ ħħeġġjar xieraq. Komodità suxxettibbli għal dannu. |
||
|
Fattur: is-solidità tal-isponsor (inkluża sħubija pubblika privata) |
|
|
|
|
||
|
Soda ħafna, fir-rigward tal-filosofija u r-riskji kummerċjali |
Qawwija |
Adegwata |
Dgħajfa |
||
|
Esperjenza estensiva bit-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni. Rekord sod ta’ suċċess operazzjonali u kosteffiċjenza. |
Esperjenza suffiċjenti bit-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni. Rekord aqwa mill-medja ta’ suċċess operazzjonali u kosteffiċjenza. |
Esperjenza limitata bit-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni. Rekord medju ta’ suċċess operazzjonali u kosteffiċjenza. |
Rekord limitat jew inċert inġenerali. Kostijiet u profitti volatili. |
||
|
Standards sodi għall-għażla, l-iħħeġġjar u l-monitoraġġ tal-kontroparti |
Standards xierqa għall-għażla, l-iħħeġġjar u l-monitoraġġ tal-kontroparti |
Il-ftehimiet fil-passat ma esperjenzaw l-ebda problema jew problemi minuri |
Il-kummerċjant esperjenza telf sinifikanti f’ftehimiet fil-passat |
||
|
Eċċellenti |
Tajjeb |
Sodisfaċenti |
Id-divulgazzjoni finanzjarja fiha xi inċertezzi jew hija insuffiċjenti |
||
|
Fattur: il-pakkett tas-sigurtà |
|
|
|
|
||
|
L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat (1) jipprovdi lis-sellief bil-kontroll legali tal-assi fi kwalunkwe żmien jekk meħtieġ. |
L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jipprovdi lis-sellief bil-kontroll legali tal-assi fi kwalunkwe żmien jekk meħtieġ. |
F’ċertu punt fil-proċess ikun hemm qasma fil-kontroll tal-assi mis-sellief. Il-qasma hija mmitigata mill-għarfien tal-proċess kummerċjali jew minn parti terza skont kif ikun il-każ. |
Il-kuntratt jagħti lok għal xi riskju li jintilef il-kontroll tal-assi. L-irkupru jista’ jiġi pperikolat. |
||
|
Kopertura tal-assigurazzjoni soda inkluż danni kollaterali ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-aħjar kwalità |
Kopertura tal-assigurazzjoni sodisfaċenti (li ma tinkludix danni kollaterali) ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni ta’ kwalità tajba |
Kopertura ta’ assigurazzjoni adegwata (li ma tinkludix danni kollaterali) ma’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità aċċettabbli |
Kopertura tal-assigurazzjoni dgħajfa (li ma tinkludix danni kollaterali) jew ma’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità dgħajfa |
(1) L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jirreferi għall-interess ta’ garanzija f’assi (ipotekat bħala kollateral) li jkun protett minn pretensjonijiet min-naħa ta’ partijiet oħra. Rahan jiġi pperfezzjonat billi jiġi rreġistrat għand awtorità statutorja biex isir eżegwibbli legalment u kwalunkwe pretensjoni sussegwenti għal dawk l-assi tingħata status inferjuri.
|
14.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/599
tas-7 ta’ April 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2012 (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/356 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut” (IĠP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2012 tas-6 ta’ Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rheinisches Zuckerrübenkraut/Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Rübenkraut (IĠP)] (ĠU L 182 du 13.7.2012, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/356 tal-15 ta’ Frar 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Rheinisches Zuckerrübenkraut/Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Rübenkraut (IĠP)] (ĠU L 54 du 1.3.2017, p. 2).
|
14.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/600
tas-7 ta’ April 2021
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dan il-perjodu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (KEE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Vireg ta’ liga tat-tungstenu, li fihom aktar minn 94 % bil-piż ta’ tungstenu u 1,5 % skont il-piż ta’ lantanu, b’tul ta’ 150 mm u dijametru ta’ 3 mm. Il-vireg ma jinkisbux biss permezz ta’ tgħaqqid bis-sħana, ma għandhom l-ebda kisja u mhumiex imqaxxra b’materjal flussanti. Huma bla ponta fit-truf tagħhom (jiġifieri mingħajr ponot ippuntati) u huma mmarkati individwalment bil-kulur. L-immarkar tal-kulur jindika l-element li jilliga u l-kontenut tat-tungstenu. Il-vireg huma ppakkjati f’lottijiet. Il-vireg huma ddisinjati biex jaqtgħu u jintużaw bħala elettrodi tal-iwweldjar għall-iwweldjar TIG (Tungsten Inert Gas). L-għan tal-elettrodu matul dan il-proċess ta’ wweldjar huwa li jifforma l-ark bejn l-elettrodu u l-oġġett li qed jinħadem. L-elettrodu ma jinħallx matul il-proċess; jiġifieri ma jistax jiġi kkunsmat. |
8101 99 10 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3 u n-nota 5(a) tat-Taqsima XV, in-nota 1(d) tal-Kapitolu 74, in-nota 1 tas-Sottointestatura tal-Kapitolu 81 u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8101 , 8101 99 u 8101 99 10 . Il-vireg jeħtieġ li jgħaddu minn proċess speċjali ta’ tħin tal-ponta sabiex tinkiseb il-forma tal-ponta meħtieġa biex isiru elettrodi li jistgħu jintużaw kif suppost għall-iwweldjar TIG. Għalhekk, meta jiġi ppreżentat lid-dwana, il-karatteristiki objettivi tal-oġġett mhumiex dawk tal-elettrodi tal-iwweldjar għal magni tal-iwweldjar tal-intestatura 8515 . Konsegwentement, il-klassifikazzjoni bħala partijiet ta’ magni jew apparat għall-iwweldjar bl-ark ta’ metalli tal-intestatura 8515 hija eskluża. Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, l-oġġett jikkorrispondi għall-formulazzjoni tal-intestatura 8101 , li tinkludi t-tungstenu (wolfram) u l-oġġetti tiegħu. (Ara wkoll l-ewwel paragrafu tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8101 , li jindika li t-tungstenu (wolfram) fil-forma ta’ żbarri rrumblati jew miġbudin jaqa’ f’din l-intestatura. Dik id-dispożizzjoni hija wkoll konformi mal-ewwel paragrafu tal-HSEN tal-intestatura 8311 , li skontu elettrodi ta’ metall ta’ valur baxx mhux miksijin jew imqaxxrin b’materjal tal-fluss huma esklużi mill-intestatura 8311 u għandhom jiġu kklassifikati fil-Kapitoli xierqa skont il-materjal kostitwenti tagħhom.) Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8101 99 10 bħala biċċiet u vireg, għajr dawk magħmulin sempliċiment mis-sinterizzazzjoni, tat-tungstenu. |
|
14.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/601
tat-13 ta’ April 2021
dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2022, l-2023 u l-2024 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali, li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm tkompla permezz ta’ Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 (3). |
|
(2) |
Hemm bejn tletin u erbgħin oġġett tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta’ tliet snin, il-pestiċidi f’dawk l-oġġetti tal-ikel jenħtieġ li jiġu mmonitorjati tul sensiela ta’ ċikli ta’ tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
|
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippreżentat rapport xjentifiku dwar valutazzjoni tad-disinn tal-programm ta’ monitoraġġ tal-pestiċidi. Ikkonkludiet li rata ta’ eċċess tal-MRLs li tkun ogħla minn 1 % tista’ tiġi stmata b’marġni ta’ żball ta’ 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta’ kampjun għal minimu ta’ 32 oġġett differenti tal-ikel (4). Il-ġbir ta’ dawn il-kampjuni jenħtieġ li jitqassam fost l-Istati Membri skont il-kobor tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena. |
|
(4) |
Tqiesu r-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta’ kontroll preċedenti tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-firxa ta’ pestiċidi koperti mill-programm ta’ kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
|
(5) |
Fis-sit web tal-Kummissjoni (5) tinsab ippubblikata gwida bl-isem “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed”. |
|
(6) |
Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw minn dekompożizzjoni jew minn reazzjoni, dawk il-komposti jenħtieġ li jiġu rrappurtati separatament sakemm jitkejlu b’mod individwali (6). |
|
(7) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità laħqu qbil dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni il-verżjoni 2 (SSD2) u l-Linja Gwida dwar ir-Rappurtar ta’ Monitoraġġ Kimiku, għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, relatati mal-preżentazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
|
(8) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni jenħtieġ li tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
|
(9) |
Jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (8), fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (9) u fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta’ analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jressqu l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. |
|
(12) |
Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba t-trikkib bejn il-programmi pluriennali konsekuttivi, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 jitħassar fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt. Madankollu, jenħtieġ li dan ikompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2021. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Matul is-snin 2022, 2023 u 2024, l-Istati Membri (*1) għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinamenti ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta’ kampjuni ta’ kull prodott, fosthom l-oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u l-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b’mod aleatorju.
Il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar u tal-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi msemmija fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
3. Għall-oġġetti tal-ikel maħsuba għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni għandhom jiġu evalwati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-MRLs stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE u fir-Regolament Delegat (UE) 2016/127. F’każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta’ tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f’forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2022, fl-2023 u fl-2024 sal-31 ta’ Awwissu tal-2023, tal-2024 u tal-2025 rispettivament. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu sottomessi fil-format ta’ rapportar elettroniku kif stabbilit mill-Awtorità.
Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva u/jew metabolit jew prodott li jirriżulta minn dekompożizzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Barra minn hekk, ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jitkejlu fuq bażi individwali.
Artikolu 4
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 jitħassar.
Madankollu, fir-rigward tal-kampjuni ttestjati fl-2021, għandu jibqa’ japplika sal-1 ta’ Settembru 2022.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 tas-27 ta’ April 2020 dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 135, 29.4.2020, p. 1).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; il-programm ta’ monitoraġġ tal-pestiċidi: il-valutazzjoni tad-disinn. EFSA Journal 2015;13(2):4005.
(5) Id-Dokument Nru SANTE/12682/2019.
l-aktar verżjoni reċenti tiegħu:https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_mrl_guidelines_wrkdoc_2019-12682.pdf
(6) SANCO/12574/2014, Dokument ta’ Ħidma dwar is-sommarju tal-LOQ f’każ ta’ definizzjonijiet kumplessi tar-residwi.
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta’ prosegwiment u fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).
(*1) Skont l-Artikolu 5(4) u t-Taqsima 24 tal-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, li huwa parti integrali tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u r-referenzi għall-Istati Membri jinqraw bħala li jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq sakemm japplika dak il-Protokoll.
ANNESS I
Parti A: Prodotti li joriġinaw mill-pjanti (1) li jrid jittieħed kampjun minnhom fl-2022, fl-2023 u fl-2024
|
2022 |
2023 |
2024 |
|
(c) |
(a) |
(b) |
|
Tuffieħ (2) |
Larinġ (2) |
Għeneb tal-mejda (2) |
|
Frawli (2) |
Lanġas (2) |
Banana (2) |
|
Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (2) |
Frott tal-kiwi (2) |
Grapefruit (2) |
|
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb (meta ma jkun hemm l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid disponibbli, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-fattur tal-ipproċessar tal-inbid użati). |
Pastard (2) |
Brunġiel (2) |
|
Ħass (2) |
Basal (2) |
Brokkli (2) |
|
Kaboċċi bir-ras (2) |
Zunnarija (2) |
Bettieħ (2) |
|
Tadam (2) |
Patata (2) |
Faqqiegħ ikkultivat (2) |
|
Spinaċi (2) |
Fażola (imnixxfa) (2) |
Bżar ħelu (2) |
|
Żerriegħa tas-segala (4) |
Żerriegħa tal-qamħ (4) |
|
|
Ir-ross ismar (ir-ross meħluf), li huwa ddefinit bħala ross wara li titneħħa l-fosdqa mir-ross paddy (6) |
Żejt taż-żebbuġa verġni (Jekk ma jkun disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati). |
Parti B: Prodotti li joriġinaw mill-annimali (7) li jrid jittieħed kampjun minnhom fl-2022, fl-2023 u fl-2024
|
2022 |
2023 |
2024 |
|
(e) |
(f) |
(d) |
|
Ħalib tal-baqar (8) |
||
|
Fwied tal-bovini (9) |
Parti C: Kombinamenti ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu mmonitorjati fi/fuq il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti
|
|
2022 |
2023 |
2024 |
Kummenti |
|
2,4-D |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fil-larinġ, fil-pastard, fir-ross ismar, fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2023; fil-grapefruit, fl-għeneb tal-mejda, fil-brunġiel, fil-brokkli u fuqhom fl-2024. |
|
2-Fenilfenol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Abamektina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aklonifen |
|
(a) |
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fiz-zunnarija u fuqha fl-2023 |
|
Aċefat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aċetamiprid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Akrinatrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aldikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aldrin u dieldrin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ametoktradin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ażinfos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ażossistrobina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bifentrin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bifenil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bitertanol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Boskalid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Jon tal-bromur |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fir-ross ismar u fuqu fl-2023; fl-bżar ħelu u fuqu fl-2024. |
|
Bromopropilat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bupirimat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Buprofeżin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Kaptan |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Karbaril |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Karbendażim u benomil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Karbofuran |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorantraniliprol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorfenapir |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klormekwat |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tadam, fil-ħafur, fix-xgħir u fuqhom fl-2022; fiz-zunnarija, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2023; fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2024. |
|
Klorotalonil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorprofam |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorpirifos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorpirifos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klofenteżina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klotijanidin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċjantraniliprol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċjażofammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċiflufenammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċiflutrin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċimoksanil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċipermetrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċiprokonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċiprodinil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċiromażina |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fil-patata, fil-basal, fiz-zunnarija u fuqhom fl-2023; fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ, fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2024. |
|
Deltametrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Diażinon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Diklorvos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dikloran |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dikofol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dietofenkarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Difenokonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Diflubenżuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dimetoat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dimetomorf |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dinikonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Difenilammina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ditijanon |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tuffieħ, fil-ħawħ u fuqhom fl-2022; fil-lanġas, fir-ross ismar u fuqhom fl-2023; fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2024. |
|
Ditijokarbamati |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkli, il-pastard, il-kaboċċi bir-ras, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal. |
|
Dodina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Benżoat tal-emamektin B1a, express bħala emamektin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Endosulfan |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Epoksikonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Etefon |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2022; fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2023; fil-bżar ħelu, fil-qamħ, fl-għeneb tal-mejda fl-2024. |
|
Etijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Etirimol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Etofenproks |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Etossażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Famoksadon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenamidon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenamifos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenarimol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenażakwin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenbukonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ossidu tal-fenbutatin |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2022; fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2023; fil-brunġiel, fil-grapefruit, fil-bżar ħelu, fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2024. |
|
Feneżammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenitrotijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenoksikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpropatrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpropidina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpropimorf |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpirażammina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpirossimat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fentijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenvalerat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fipronil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flonikamid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fluważifop-P |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras, fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fil-pastard, fil-fażola mnixxfa, fil-patata, fiz-zunnarija u fuqhom fl-2023; fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2024. |
|
Flubendiammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fludioksonil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flufenoksuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fluwopikolid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fluwopiram |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flukwinkonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flusilażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flutrijafol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fluksapiroksad |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Folpet |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Formetanat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fosetil-Al |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fostijażat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Glifosat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Glufosinat-ammonju |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aloksifop inkluż l-aloksifop-P |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras u fuqhom fl-2022; fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2023; fil-brokkli, fil-grapefruit, fil-bżar ħelu, fil-qamh u fuqhom fl-2024. |
|
Eżakonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Eksitijażoks |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Imażalil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Imidakloprid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Indoksakarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Iprodion |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Iprovalikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Iżokarbofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Iżoprotijolan |
|
(a) |
|
Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2022 u fl-2024. Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2023. |
|
Kreżoksim-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Lambda-ċjalotrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Linuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Lufenuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Malatijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Mandipropamid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Mepanipirim |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Mepikwat |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħafur, fix-xgħir u fuqhom fl-2022; fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2023; fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2024. |
|
Metaflumiżon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metalaksil u metalaksil-M |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metamidofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metidatijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metijokarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metomil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metossifenożid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metrafenon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Monokrotofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Miklobutanil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ometoat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Oksadiksil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Oksamil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Oksidemeton-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Paklobutrażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Paratijon-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Penkonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Penċikuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pendimetalina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Permetrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fosmet |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pirimikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pirimifos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Prokloraż |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Proċimidon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Profenofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Propamokarb |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam, fix-xgħir u fuqhom fl-2022; fiz-zunnarija, fil-pastard, fil-basal, fil-patata u fuqhom fl-2023; fl-għeneb tal-mejda, fil-bettieħ, fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2024. |
|
Propargit |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Propikonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Propiżammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Prokwinażid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Prosulfokarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Protijokonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-kaboċċi bir-ras, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur, fix-xgħir u fuqhom fl-2022; fiz-zunnarija, fil-basal, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2023; fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2024. |
|
Pimetrożina |
(c) |
|
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-kaboċċi bir-ras, fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2022; fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2024. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2023. |
|
Piraklostrobin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Piridaben |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Piridalil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pirimetanil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Piriproksifen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Kwinoksifen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spinosad |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spinetoram |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spirodiklofen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spiromesifen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spiroksammina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spirotetramat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Sulfoksaflor |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Taw-Fluvalinat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tebukonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tebufenożid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tebufenpirad |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Teflubenżuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Teflutrin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Terbutilażina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tetrakonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tetradifon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijabendażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijakloprid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijametoksam |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijofanat-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tolklofos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Trijadimefon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Trijadimenol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijodikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Triażofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Triċiklażol |
|
(a) |
|
Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2023. |
|
Trifloksistrobin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Triflumuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Vinklożolin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
Parti D: Kombinamenti ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu mmonitorjati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali
|
|
2022 |
2023 |
2024 |
Kummenti |
|
Aldrin u dieldrin |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Bifentrin |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Klordan |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Klorpirifos |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Klorpirifos-metil |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Ċipermetrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
DDT |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Deltametrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Diażinon |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Endosulfan |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Famoksadon |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Fenvalerat |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Fipronil |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Glifosat |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Glufosinat-ammonju |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Ettakloru |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Eżaklorobenżen |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru) |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru) |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Indoksakarb |
(e) |
|
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib u fuqu fl-2022. |
|
Lindan |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Metossiklor |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Paratijon |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Pendimetalina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Permetrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Pirimifos-metil |
(e) |
(f) |
(d) |
|
(1) Għall-komoditajiet naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/62 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(2) Il-prodotti mhux ipproċessati għandhom jiġu analizzati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.
(3) Jekk ma jkunx hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta’ kampjuni taż-żerriegħa tal-ħafur, il-parti tal-għadd ta’ kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tal-ħafur li ma setgħetx tittieħed, tista’ tiżdied mal-għadd ta’ kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir jiżdied b’mod proporzjonali.
(4) Jekk jkunx hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta’ kampjuni taż-żerriegħa tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir, jista’ jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur u tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(5) Jekk ma jkunx hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta’ kampjuni taż-żerriegħa tax-xgħir, il-parti tal-għadd ta’ kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tax-xgħir li ma setgħetx tittieħed, tista’ tiżdied mal-għadd ta’ kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur jiżdied b’mod proporzjonali.
(6) Meta xieraq, tista’ tiġi analizzata wkoll iż-żerriegħa tar-ross illustrat. Għandu jiġi rrappurtat lill-EFSA jekk ġiex analizzat ross illustrat jew ross meħluf. Jekk ikun ġie analizzat ross illustrat, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(7) Għall-komoditajiet naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/62 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(8) Ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, inkluż il-ħalib iffriżat, pasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.
(9) Il-prodotti mhux ipproċessati għandhom jiġu analizzati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.
(10) Jistgħu jittieħdu kampjuni mil-laħam skont it-Tabella 3 tal-Anness tad-Direttiva 2002/63/KE.
(11) Bajd sħiħ mingħajr il-qoxra għandu jkun analizzat.
ANNESS II
Għadd ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
(1)
L-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu għal kull komodità u li jridu jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, huwa stabbilit fil-punt (5).
(2)
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont il-punt (5), fl-2022 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta’ prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b’bażi ta’ ċereali u janalizzahom.Barra mill-kampjuni meħtieġa skont il-punt (5), fl-2023 kull Stat Membru għandu jieħu ħames kampjuni ta’ formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta’ formuli ta’ prosegwiment u janalizzahom.
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont il-punt (5), fl-2024 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi pproċessat b’bażi ta’ ċereali u janalizzahom.
(3)
Skont il-punt (5), il-kampjuni mill-komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, meta disponibbli, għandhom jittieħdu b’mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta’ dawk il-komoditajiet f’kull Stat Membru, b’minimu ta’ 1.
(4)
L-Istati Membri li jużaw metodi multiresidwi jistgħu jużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv fuq massimu ta’ 15 % tal-kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati skont il-punt (5). Meta jintużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv, l-għadd ta’ kampjuni li jifdal għandu jiġi analizzat permezz ta’ metodi multiresidwi kwantitattivi.Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta’ mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.
(5)
L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull sena għal kull komodità:|
BE |
15 |
LT |
12 |
|
BG |
15 |
LU |
12 |
|
CZ |
15 |
HU |
15 |
|
DK |
12 |
MT |
12 |
|
DE |
106 |
NL |
20 |
|
EE |
12 |
AT |
15 |
|
IE |
12 |
PL |
51 |
|
EL |
15 |
PT |
15 |
|
ES |
55 |
RO |
22 |
|
FR |
78 |
SI |
12 |
|
HR |
12 |
SK |
12 |
|
IT |
75 |
FI |
12 |
|
CY |
12 |
SE |
15 |
|
LV |
12 |
Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (1) |
12 |
GĦADD TOTALI TA’ KAMPJUNI: 683
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/602
tat-8 ta’ April 2021
dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 54 u 55 tiegħu,
Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità li ngħatat is-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol,
Billi:
|
(1) |
Il-mandat ta’ wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi attwali tal-Europol intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Għaldaqstant, jeħtieġ li jinħatar Viċi Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol. |
|
(2) |
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 tistabbilixxi r-regoli għall-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol. |
|
(3) |
Skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017, waħda mill-karigi ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol tqieset battala mit-3 ta’ Lulju 2020.. Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta’ Settembru 2020 (2). |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, tħejjiet lista qasira ta’ kandidati minn kumitat tal-għażla stabbilit mill-Bord ta’ Amministrazzjoni (il-“Kumitat tal-Għażla”). Il-Kumitat tal-Għażla ħejja rapport debitament motivat u ppreżentah lill-Bord ta’ Amministrazzjoni fil-25 ta’ Novembru 2020. |
|
(5) |
Abbażi tar-rapport tal-Kumitat tal-Għażla u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-1 ta’ Mejju 2017, il-Bord ta’ Amministrazzjoni ħareġ opinjoni motivata fl-10 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol, li fiha ppropona lill-Kunsill lista qasira ta’ tliet kandidati adatti għall-kariga. |
|
(6) |
Fil-25 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill għażel lis-Sur Jean Philippe Lecouffe bħala l-Viċi Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Europol u informa lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew (il-“Kumitat LIBE”), li huwa il-kumitat kompetenti għall-finijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, dwar dik l-għażla. |
|
(7) |
Fl-24 ta’ Frar 2021, is-Sur Jean-Philippe LECOUFFE deher quddiem il-Kumitat LIBE. Fit-23 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat LIBE ta l-opinjoni tiegħu skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Jean Philippe Lecouffe huwa b’dan maħtur bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol għall-perijodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sat-30 ta’ April 2025 fil-grad AD 14.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
|
14.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/603
tad-9 ta’ April 2021
li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, tal-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali li jew għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew huma politikament responsabbli lejn assemblea eletta. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/511 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Willem-Frederik SCHILTZ. |
|
(4) |
Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sa Gwendolyn RUTTEN, li għandha mandat elettorali reġjonali bħala membru tal-Vlaams Parlement (Parlament Fjamming), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuna segwenti hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
— |
Is-Sa Gwendolyn RUTTEN, Member of a Regional Assembly: Vlaams Parlement. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tas-26 ta’ Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18).