|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
8.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/570
tal-24 ta’ Ottubru 2019
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi tal-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209 flimkien mal-Artikolu 218(5) u (7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”). |
|
(2) |
In-negozjati ġew konklużi. |
|
(3) |
L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lill-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża (‘l-Awtorità Palestinjana’) li tipparteċipa f’ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit mill-Protokoll jistipula prinċipji għal miżuri ta’ kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika u jippermettu lill-Awtorità Palestinjana tirċievi għajnuna teknika, b’mod partikolari għajnuna finanzjarja, mill-Unjoni taħt dawk il-programmi. Il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali kostituttivi rilevanti jipprovdu għall-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tal-Awtorità Palestinjana. L-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għalhekk ma jinvolvux l-eżerċizzju ta’ setgħat, taħt id-diversi politiki settorjali segwiti mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi tal-Unjoni huwa b’hekk awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.
It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Protokoll, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu (1).
Artikolu 4
Il-Kummissjoni hija awtorizzata biex tistabbilixxi, f’isem l-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Awtorità Palestinjana fi kwalunkwe programm partikolari tal-Unjoni, inkluża l-kontribuzzjoni finanzjarja li jkollha titħallas. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-grupp ta’ ħidma rilevanti tal-Kunsill infurmat.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.-K. PEKONEN
(1) Id-data tal-iffirmar tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
8.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/3 |
PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI INTERIM EWRO-MEDITERRANJU DWAR KUMMERĊ U KOOPERAZZJONI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-ORGANIZZAZZJONI GĦAL-LIBERAZZJONI TAL-PALESTINA (PLO) GĦALL-BENEFIĊĊJU TAL-AWTORITÀ PALESTINJANA TAX-XATT TAL-PUNENT U L-MEDDA TA’ GAŻA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR FTEHIM QAFAS BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-AWTORITÀ PALESTINJANA TAX-XATT TAL-PUNENT U L-MEDDA TA’ GAŻA DWAR IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAGĦHA FIL-PROGRAMMI TAL-UNJONI
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,
minn naħa waħda, u
l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità Palestinjana”,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim”) ġie ffirmat fl-24 ta’ Frar 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1997. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ b’mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2004. |
|
(3) |
Il-Kunsill ripetutament adotta konklużjonijiet favur din il-politika. |
|
(4) |
Fil-5 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill esprima appoġġ għall-approċċ ġenerali u globali, deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Diċembru 2006, sabiex l-imsieħba tal-PEV jipparteċipaw fl-aġenziji Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti tagħhom u fejn hekk jippermettu l-bażijiet ġuridiċi. |
|
(5) |
L-Awtorità Palestinjana esprimiet ix-xewqa tagħha li tipparteċipa f’għadd ta’ programmi tal-Unjoni. |
|
(6) |
Jenħtieġ li t-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Awtorità Palestinjana f’kull programm tal-Unjoni, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja kif ukoll l-proċeduri ta’ rapportar u ta’ evalwazzjoni, jiġu ddeterminati f’memorandum ta’ qbil bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Awtorità Palestinjana, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Awtorità Palestinjana għandha titħalla tipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni attwali u futuri kollha miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Awtorità Palestinjana skont l-atti legali li jadottaw dawk il-programmi.
Artikolu 2
L-Awtorità Palestinjana għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni fejn jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi tal-Unjoni li fihom hija tipparteċipa.
Artikolu 3
Ir-rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jikkonċernaw lill-Awtorità Palestinjana, fil-kumitati tal-ġestjoni responsabbli li jimmonitorjaw il-programmi tal-Unjoni li għalihom tikkontribwixxi finanzjarjament l-Awtorità Palestinjana.
Artikolu 4
Il-proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Awtorità Palestinjana għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu soġġetti għall-istess kondizzjonijiet, regoli u proċeduri li jappartjenu għall-programmi kkonċernati tal-Unjoni kif huma applikati lill-Istati Membri.
Artikolu 5
It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Palestinjana f’kull programm tal-Unjoni, b’mod partikolari l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkollhom jitħallsu mill-Awtorità Palestinjana kif ukoll il-proċeduri ta’ rapportar u ta’ evalwazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati f’memorandum ta’ qbil bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Awtorità Palestinjana abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-programmi kkonċernati tal-Unjoni.
Jekk l-Awtorità Palestinjana tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex tipparteċipa fi programm tal-Unjoni partikolari abbażi tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna tal-Unjoni lill-Awtorità Palestinjana li jiġi adottat fil-futur, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Awtorità Palestinjana ta' tali assistenza għandhom jiġu determinati fi ftehim ta’ finanzjament f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 232/2014.
Artikolu 6
Kull memorandum ta’ qbil konkluż skont l-Artikolu 5 għandu jistipula, skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li l-kontroll finanzjarju, l-awditjar jew verifiki oħra, inklużi investigazzjonijiet amministrattivi, għandhom isiru minn, jew taħt l-awtorità ta', il-Kummissjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-Qorti tal-Awdituri.
Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kontroll finanzjarju u l-awditjar, investigazzjonijiet amministrattivi, l-irkupru, penali finanzjarji u sanzjonijiet amministrattivi oħra, li jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u lill-Qorti tal-Awdituri setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew tal-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.
Artikolu 7
Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li fih ikun fis-seħħ il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim.
Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f’konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.
Kull Parti tista’ tiddenunzja dan il-Protokoll permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jieqaf japplika sitt xhur wara d-data ta’ tali notifika.
It-terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll konsegwenti għal denunzja minn xi waħda mill-Partijiet ma għandu jkollha l-ebda influwenza fuq il-verifiki u l-kontrolli li għandhom isiru, fejn meħtieġ, taħt l-Artikoli 5 u 6.
Artikolu 8
Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u sussegwentement kull tliet snin, il-Partijiet jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Awtorità Palestinjana fi programmi tal-Unjoni.
Artikolu 9
Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom huwa applikat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża.
Artikolu 10
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.
Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw il-Protokoll provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.
Artikolu 11
Dan il-Protokoll għandu jkun parti integrali mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim.
Artikolu 12
Dan il-Ftehim huwa mfassal f'żewġ eżemplari fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.
(1) ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).