ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 100

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
23 ta' Marzu 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/484 tas-16 ta’ Marzu 2021 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Burrata di Andria (IĠP))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/485 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb ( 1 )

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/486 tal-15 ta’ Marzu 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li jinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/487 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda u testendi d-Deċiżjoni (PESK) 2018/653 dwar l-istabbiliment ta’ faċilità ta’ maħżen għal missjonijiet ta’ maniġġar ċivili ta’ kriżijiet

13

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/488 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 u (UE) 2020/1167 dwar l-użu tat-teknoloġiji innovattivi approvati f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt, mill-gass naturali kkompressat u bl-E85 ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/484

tas-16 ta’ Marzu 2021

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Burrata di Andria” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Burrata di Andria”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2103 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Burrata di Andria” (IĠP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2103 tal-21 ta’ Novembru 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Burrata di Andria (IĠP)) (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 16).

(3)  ĠU C 408, 27.11.2020, p. 9.


23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/485

tat-22 ta’ Marzu 2021

dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Iż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawn l-addittivi mbagħad ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, tal-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb.

(4)

L-applikant talab li ż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe jiġu awtorizzati wkoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Iżda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu taż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe fl-ilma tax-xorb ma jkun permess.

(5)

L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Mejju 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, iż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja u bħala sensitizzaturi tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(7)

L-Awtorità kkonkludiet, li ż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe huma rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, għalhekk, ma hemmx bżonn dimostrazzjoni ulterjuri tal-effikaċja. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

Il-valutazzjoni taż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe turi li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi jenħtieġ jiġi awtorizzat [kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament].

(9)

Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex ikun hemm kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta jinqabeż dan il-kontenut, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ tiġi indikata ċerta informazzjoni.

(10)

Il-fatt li ż-żejt essenzjali tal-ġinġer, l-oleoreżina tal-ġinġer u t-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe mhumiex awtorizzati għall-użu bħala aromatizzanti fl-ilma tax-xorb, ma jipprekludix l-użu tagħhom fl-għalf kompost li jiġi mitmugħ mal-ilma.

(11)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Użu fl-ilma tax-xorb

Is-sustanzi awtorizzati speċifikati fl-Anness ma għandhomx jintużaw fl-ilma tax-xorb.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ Ottubru 2021 skont ir-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ April 2021 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ April 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ April 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ April 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ April 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ta’ 23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf ta’ l-annimali (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2020;18(6):6147.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva /kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali.

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b489-eo

Żejt essenzjali tal-ġinġer

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt essenzjali derivat mid-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt essenzjali derivat mid-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa  (1).

α-zingiberene: 29–40 %

β-sesquiphellandrene: 8–14 %

ar-curcumene: 5–12 %

α-farnesene: 4–10 %

camphene: 2–10 %

β-bisabolene: 2–9 %

Numru CAS: 8007-08-7,

Numru EINECS: 283-634-2

Numru FEMA: 2522

Numru CoE 489

Forma likwida

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni ta’ alpha-zingiberene, beta-sesquiphellandrene u ar-curcumene fl-addittiv tal-għalf:

Il-kromatografija b’fażi gassuża bl-ispettrometrija tal-massa (GC-MS) (modalità ta’ scan sħiħa) bl-użu tal-metodoloġija tal-Illokjar tal-Ħin ta’ Retenzjoni (RTL) (jew sustanzi standard tal-markaturi fitokimiċi) bi (jew mingħajr) il-kromatografija b’fażi gassuża bid-detezzjoni tal-jonizzazzjoni tal-fjamma (GC-FID) abbażi tal-metodu standard ISO 11024.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

għoġġiela tas-simna (sostitut tal-ħalib):80 mg;

speċijiet jew kategoriji oħrajn ta’ annimali: 20 mg.”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta’ użu fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell msemmi fil-punt 3.

5.

It-taħlita ta’ żejt essenzjali tal-ġinġer ma’ addittivi awtorizzati oħra miksuba miż-Zingiber officinale Roscoe m’għandhiex tiġi permessa fl-għalf.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel.

it-12 ta’ April 2031

2b489-or

 

Oleoreżina tal-ġinġer

Kompożizzjoni tal-addittiv

Oleoreżina tal-ġinġer miksuba mid-distillazzjoni bil-fwar u l-estrazzjoni tas-solvent mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Oleoreżina tal-ġinġer miksuba mid-distillazzjoni bil-fwar u l-estrazzjoni tas-solvent mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1).

Żejt essenzjali: 25–30 (piż skont il-piż)

Ġinġeroli totali: 0,5–8 % (piż skont il-piż)

6-Ġinġerol

8-Ġinġerol

10-Ġinġerol

Shogaols totali: 3–6 % (piż skont il-piż)

6 Shogaol

8-Shogaol

Umdità u volatili: 25–30 (piż skont il-piż)

Numru CoE: 489

Forma likwida

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ġinġeroli totali u shogaols totali fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina tal-ġinġer):

Kromatografija likwida bi pressjoni għolja (HPLC) b’detezzjoni spettrofotometrika (UV) — ISO 13685

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ tal-bajd

Dundjani tas-simna.

Qżieqeż

Ħnieżer tas-simna

Ħnieżer nisa

Baqar tal-ħalib

Għoġġiela tas-simna (sostitut tal-ħalib)

Bhejjem tal-ifrat tas-simna

Nagħaġ u mogħoż

Żwiemel

Fniek

Ħut

Annimali tad-dar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % u għas-sostituti tal-ħalib b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 5,5 %:

tiġieġ tas-simna: 5 mg;

tiġieġ tal-bajd u fniek: 7 mg;

dundjani tas-simna: 6 mg;

qżieqeż: 8 mg;

ħnieżer tas-simna: 10 mg;

ħnieżer nisa: 13 mg;

baqar tal-ħalib: 12 mg;

għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib): 21 mg;

bhejjem tal-ifrat tas-simna: 19 mg;

nagħaġ, mogħoż, żwiemel u ħut: 20 mg;

annimali tad-dar: 1 mg.”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta’ użu fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell msemmi fil-punt 3.

5.

It-taħlita ta’ oleoreżina tal-ġinġer ma’ addittivi awtorizzati oħra miksuba miż-Zingiber officinale Roscoe m’għandhiex tiġi permessa fl-għalf.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel.

it-12 ta’ April 2031

2b489-t

 

Tintura tal-ġinġer

Kompożizzjoni tal-addittiv

Tintura tal-ġinġer miksuba bl-estrazzjoni ta’ riżomi mnixxfa mitħuna taż-Zingiber officinale Roscoe bl-użu ta’ taħlita ta’ etanol/ilma.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

It-tintura tal-ġinġer tinkiseb bl-estrazzjoni ta’ riżomi mnixxfa mitħuna taż-Zingiber officinale Roscoe bl-użu ta’ taħlita ta’ etanol/ilma kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1).

Solvent (etanol/ilma, 90/10): 97-98 % (piż skont il-piż)

Materja niexfa: 2–3 % (piż skont il-piż)

Ġinġeroli totali: 0,14–0,11 % (piż skont il-piż)

6-Ġinġerol

8-Ġinġerol

10-Ġinġerol

Shogaols totali: 0,043-0,031 % (piż skont il-piż)

6 Shogaol

8-Shogaol

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ġinġeroli totali u shogaols totali fl-addittiv tal-għalf (tintura tal-ġinġer):

Kromatografija likwida bi pressjoni għolja (HPLC) b’detezzjoni spettrofotometrika (UV) — ISO 13685

Żwiemel

Klieb

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

Żwiemel 1,58 mL

Klieb 1,81 mL”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta’ użu fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell msemmi fil-punt 3.

5.

It-taħlita ta’ tintura tal-ġinġer ma’ addittivi awtorizzati oħra miksuba miż-Zingiber officinale Roscoe m’għandhiex tiġi permessa fl-għalf.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel.

it-12 ta’ April 2031


(1)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


DEĊIŻJONIJIET

23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/486

tal-15 ta’ Marzu 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li jinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali, inkluż il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili (“Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru”) li jinsab fl-Anness III tiegħu, japplikaw fl-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

Skont l-Artikolu 28 tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru, proposti dwar il-Linji Komuni għandhom jiġu indirizzati lis-Segretarjat tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

(3)

Il-pandemija tal-COVID-19 u t-tnaqqis ekonomiku li rriżulta affettwaw severament lill-industrija tal-avjazzjoni ċivili, li n-negozju tagħha huwa mhedded mill-problemi ta’ likwidità f’medda ta’ żmien qasis tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru u tax-xerrejja ta’ inġenji tal-ajru u ta’ magni ġodda. Fid-dawl tat-tnaqqis ekonomiku attwali u li qed jiżviluppa u sabiex titnaqqas is-severità tal-impatt tiegħu, l-Unjoni għandha tipproponi Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self għall-akkwist ta’ inġenji tal-ajru u ta’ magni ġodda (il-“Linja Komuni proposta”).

(4)

Skont il-Parti 4, Taqsima 3 tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru, il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru għandhom jiddeċiedu permezz tal-proċedura bil-miktub dwar il-Linja Komuni proposta.

(5)

Il-Linja Komuni proposta tippermetti lill-akkwirenti ta’ inġenji tal-ajru ġodda kif definit fl-Artikolu 8(a)(1) tal-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru u l-akkwirenti ta’ magni ta’ riżerva u spare parts kif definit fl-Artikolu 20(a), (b) u (c) tiegħu li jiddifferixxu r-ripagamenti tal-kapital tas-self għal 12-il xahar wara l-konsenja tal-merkanzija akkwistata jew, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, għal 18-il xahar wara l-konsenja tal-merkanzija akkwistata.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fir-rigward tal-Linja Komuni proposta fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali għall-Inġenji tal-Ajru, billi l-Linja Komuni proposta, ladarba tiġa miftiehma, ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni u kapaċi li tinfluwenza b’mod deċiżiv il-kontenut tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 1233/2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall- Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li tinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz propost tal-Linja Komuni (*1).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 45).

(*1)  Ara d-dokument ST 5390/21 fuq http://register.consilium.europa.eu


23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/487

tat-22 ta’ Marzu 2021

li temenda u testendi d-Deċiżjoni (PESK) 2018/653 dwar l-istabbiliment ta’ faċilità ta’ maħżen għal missjonijiet ta’ maniġġar ċivili ta’ kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Għall-fini tal-operazzjonijiet ta’ maniġġar ċivili ta’ kriżijiet, il-ħtiġijiet tal-istazzjonament rapidu u r-rekwiżiti operazzjonali jenħtieġ li jiġu ssodisfati.

(2)

Fis-26 ta’ April 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/653 dwar l-istabbiliment ta’ faċilità ta’ maħżen għal missjonijiet ta’ maniġġar ċivili ta’ kriżijiet (1).

(3)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/653 jipprevedi rieżami sabiex jiġi vvalutat l-ammont ta’ referenza finanzjarja msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Deċiżjoni fir-rigward tal-ammont meqjus neċessarju biex jiġu ssodisfati t-talbiet mill-missjonijiet ċivili tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, u biex jitqiesu l-ħtiġijiet li jkunu qed jevolvu ta’ tali missjonijiet, ta’ azzjoni operazzjonali oħra tal-Unjoni u tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-valutazzjoni saret mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-" Rappreżentant Għoli”) u l-Kummissjoni Ewropea. Ir-riżultat ta’ dak ir-rieżami, kif diskuss u maqbul fi ħdan il-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill f’Diċembru 2019 u f’Jannar 2020, kien li l-ammont ta’ referenza finanzjarja ma kienx jeħtieġ li jiġi rivedut.

(4)

Skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni PESK 2018/653, li jipprevedi l-possibbiltà li l-Kunsill jiddeċiedi li jestendi dik id-Deċiżjoni, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni rrakkomandaw, fir-rapport tagħhom ta’ kull sitt xhur lill-Kunsill, li jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/653 tiġi estiża bi 18-il xahar, inkluż perijodu ta’ sitt xhur għall-għeluq amministrattiv u finanzjarju tal-faċilità ta’ maħżen stabbilita b’dik id-Deċiżjoni.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni jridu jagħmlu t-tħejjijiet meħtieġa għal arranġamenti ta’ ħażna fil-ġejjieni u jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet inizjali tagħhom lill-Kunsill mhux aktar tard minn Ġunju 2021,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/653 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   L-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili għandha tiżgura l-kapaċità operattiva sħiħa tal-maħżen sal-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni. Arranġamenti dettaljati għal dan għan għandhom jiġu miftiehma mill-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili, il-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

6.   L-operatur tal-faċilità tal-maħżen għandu jiżgura tranżizzjoni u trasferiment bla xkiel għal arranġamenti ta’ ħażna fil-ġejjieni, kif immexxija mill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.”;

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-perijodu ta’ 54 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun ta’ EUR 46 197 384,22.”;

(3)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tiskadi 54 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(3).”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 108, 27.4.2018. p. 22.


23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/488

tat-22 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 u (UE) 2020/1167 dwar l-użu tat-teknoloġiji innovattivi approvati f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt, mill-gass naturali kkompressat u bl-E85

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tagħhom,

Filwaqt li:

(1)

Fid-9 ta’ Lulju 2020, il-manifatturi Škoda Auto a.s, Ford-Werke GmbH, Groupe Renault, FCA Italy S.p.A, SEAT S.A., Volkswagen AG, Automobiles Citroen, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA u OPEL Automobile GmbH ippreżentaw talba b’mod konġunt, skont l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 (3), għall-emenda ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/174 (4) biex alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt approvati bħala teknoloġija innovattiva skont dik id-Deċiżjoni jintużaw ukoll fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u fil-vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) u bl-E85.

(2)

Fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-manifatturi Ford-Werke GmbH, Honda Motor Europe Ltd u Renault SA ippreżentaw talba b’mod konġunt, skont l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014, għall-emenda ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 (5) biex muturi ġeneraturi effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertituri ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC, approvati bħala teknoloġija innovattiva skont dik id-Deċiżjoni, jintużaw ukoll f’karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u f’ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u f’vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bl-LPG, bis-CNG u bl-E85.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat iż-żewġ rikjesti f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 u mal-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011(il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (6).

(4)

Peress li ż-żewġ talbiet jikkonċernaw il-kjarifika tal-użu tat-teknoloġiji innovattivi f’vetturi li kapaċi jaħdmu bl-LPG, bis-CNG u bl-E85, huwa xieraq li dawk it-talbiet jiġu indirizzati f’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni waħda.

(5)

Fir-rigward taż-żewġ talbiet, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-iffrankar tas-CO2 mit-teknoloġiji innovattivi jista’ jiġi ddeterminat ukoll meta dawn jiġu installati fuq vetturi li jaħdmu bl-LPG, bis-CNG u bl-E85. Soġġetti għaż-żieda ta’ ċerti fatturi speċifiċi għall-fjuwil, il-metodoloġiji biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 u (UE) 2020/1167 huma għalhekk meqjusa xierqa għad-determinazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 assoċjat mal-użu tat-teknoloġiji innovattivi rispettivi għall-vetturi li jaħdmu b’dawk il-fjuwils.

(6)

Rigward l-E85, minkejja d-disponibbiltà limitata tiegħu fis-suq tal-Unjoni kollu, ma jkunx xieraq li ssir distinzjoni bejn dan it-tip ta’ fjuwil u l-petrol għall-fini tal-metodoloġiji biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 u (UE) 2020/1167 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

tintuża fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna (M1) u fil-vetturi kummerċjali ħfief (N1) li kapaċi jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E85 jew b’kombinazzjoni ta’ dawk il-fjuwils;”;

(b)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (i) u (ii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(i)

73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85 ħlief dawk bit-turboċarġer;

(ii)

73,4 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85 li għandhom turboċarġer;”;

(ii)

jiżdiedu l-punti (iv) sa (vii) li ġejjin:

“(iv)

74,6 % għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG, ħlief dawk bit-turboċarġer;

(v)

74,1 % għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG u għandhom turboċarġer;

(vi)

76,3 % għall-vetturi li jaħdmu bis-CNG, ħlief dawk bit-turboċarġer;

(vii)

75,7 % għall-vetturi li jaħdmu bis-CNG u għandhom turboċarġer.”;

(2)

fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 kif ġej:

(a)

għal vettura bifjuwil li tuża l-petrol u l-fjuwils gassużi, il-valur tal-iffrankar tas- CO2 fir-rigward tal-LPG jew tas-CNG;

(b)

għal vettura flex fjuwil li tuża l-petrol u l-E85, il-valur tal-iffrankar tas-CO2 fir-rigward tal-petrol.”;

(3)

L-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

tintuża fil-karozzi tal-passiġġieri (M1) jew vetturi kummerċjali ħfief (N1) bil-karatteristiċi li ġejjin:

(i)

“(a) vetturi li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna (vetturi li jaħdmu b’ICE konvenzjonali) li kapaċi jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E85 jew b’kombinazzjoni ta’ dawk il-fjuwils;”;

(ii)

vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament, imsemmija f’punt (i) li għalihom jistgħu jintużaw konsum tal-fjuwil u valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 mhux ikkoreġuti f’konformità mal-punt 1.1.4 tal-Appendiċi 2, mis-Subanness 8 sal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.”;

(b)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti u (ii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(i)

73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85 ħlief dawk bit-turboċarġer;

(ii)

73,4 % għall-vetturi li jaħdmu bl-E85 jew bil-petrol li għandhom turboċarġer;”;

(ii)

jiżdiedu l-punti (iv) sa (vii) li ġejjin:

“(iv)

74,6 % għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG, ħlief dawk bit-turboċarġer;

(v)

74,1 % għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG, u għandhom turboċarġer;

(vi)

76,3 % għall-vetturi li jaħdmu bis-CNG, ħlief dawk bit-turboċarġer;

(vii)

75,7 % għall-vetturi li għandhom turboċarġer u li jaħdmu bis-CNG.”;

(2)

fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 kif ġej:

(a)

għal vettura bifjuwil li tuża l-petrol u l-fjuwils gassużi, il-valur tal-iffrankar tas- CO2 fir-rigward tal-LPG jew tas-CNG;

(b)

għal vettura flex fjuwil li tuża l-petrol u l-E85, il-valur tal-iffrankar tas-CO2 fir-rigward tal-petrol.”

(3)

L-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri, skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/174 tas-6 ta’ Frar 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 7.2.2020, p. 13).

(5)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għal magna ta’ kombustjoni konvenzjonali u għal ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, 7.8.2020, p. 15)

(6)  https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf


ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 2

Konsum tal-potenza effettiva

Tip ta’ magna

Konsum tal-potenza effettiva (Vpe) [l/kWh]

Petrol/E85

0,264

Petrol/E85 bit-turbo

0,280

Diżil

0,220

LPG

0,342

LPG bit-turbo

0,363

 

Konsum tal-potenza effettiva (Vpe) [m3/kWh]

CNG (G20)

0,259

CNG (G20) bit-turbo

0,275”;

(b)

it-Tabella 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 3

Fattur tal-konverżjoni tal-fjuwil (CF)

Tip ta’ fjuwil

Fattur tal-konverżjoni (CF) [gCO2/l]

Petrol/E85

2 330

Diżil

2 640

LPG

1 629

 

Fattur tal-konverżjoni (CF) [gCO2/m3]

CNG (G20)

1 795 ”;

(2)

il-punt 8 huwa emendat kif ġej:

it-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 4

Il-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda

Petrol/E85 (ΔCO2mP) [g CO2/km]

0,0277•Δm

Diżil (ΔCO2mD) [g CO2/km]

0,0383•Δm

LPG (ΔCO2mLPG) [g CO2/km]

0,0251•Δm

CNG (ΔCO2mCNG(G20)) [g CO2/km]

0,0209•Δm”.


ANNESS II

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 3.2, it-Tabelli 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Tabella 2

Konsum tal-potenza effettiva

Tip ta’ magna

Konsum tal-potenza effettiva (Vpe) [l/kWh]

Petrol/E85

0,264

Petrol/E85 bit-turbo

0,280

Diżil

0,220

LPG

0,342

LPG bit-turbo

0,363

 

Konsum tal-potenza effettiva (Vpe) [m3/kWh]

CNG (G20)

0,259

CNG (G20) bit-turbo

0,275


Tabella 3

Fattur tal-konverżjoni tal-fjuwil (CF)

Tip ta’ fjuwil

Fattur tal-konverżjoni (CF) [gCO2/l]

Petrol/E85

2 330

Diżil

2 640

LPG

1 629

 

Fattur tal-konverżjoni (CF) [gCO2/m3]

CNG (G20)

1 795 ”;

(2)

fil-punt 3.5, it-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 4

Il-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda

Petrol/E85 (ΔCO2mP) [g CO2/km]

0,0277•Δm

Diżil (ΔCO2mD) [g CO2/km]

0,0383•Δm

LPG (ΔCO2mLPG) [g CO2/km]

0,0251•Δm

CNG (ΔCO2mCNG(G20)) [g CO2/km]

0,0209•Δm”.