ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 099I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
22 ta' Marzu 2021

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 tat-22 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

1

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/479 tat-22 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

13

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 tat-22 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

15

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/481 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

25

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/482 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

37

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/483 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

40

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 99/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/478

tat-22 ta’ Marzu 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra li r-Regolament (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. It-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tagħha.

(3)

Fit-2 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/372 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/371 (3), li identifikat erba’ individwi Russi involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll ripressjoni mifruxa u sistematika tal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, u tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni.

(4)

L-Unjoni għadha ferm imħassba dwar il-ksur u l-abbuż serji tad-drittijiet tal-bniedem f’partijiet differenti tad-dinja, bħat-tortura, l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, għajbien sfurzat jew l-użu sistematiku ta’ xogħol furzat imwettqa minn individwi u entitajiet fiċ-Ċina, fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), fil-Libja, fl-Eritrea, fis-Sudan t’Isfel u fir-Russja.

(5)

F’dan il-kuntest, jenħtieġ li 11-il persuna u erba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2020/1998 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/372 tat-2 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 71I, 2.3.2021, p. 6).

(3)  Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/371 tat-2 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 71I, 2.3.2021, p. 1).

ANNESS

L-Anness għar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa em3ndat kif ġej:

(1)

il-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (“Persuni fiżiċi”) hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura tat-tieni kolonna (“Ismijiet (Trażlitterazzjoni ta’ortografija Russa”) hija sostitwita bi “Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)”;

(b)

l-intestatura tat-tielet kolonna (“Ismijiet (Ortografija Russa)”) hija sostitwita bi “Ismijiet”;

(c)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“5.

ZHU Hailun

朱海仑 (Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Eks Viċi Kap tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX)

Data tat-twelid: Jannar 1958

Post tat-twelid: Lianshui, Jiangsu (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u eks Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX (mill-2016 sal-2019). Eks Viċi Deputat tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX, korp leġiżlattiv reġjonali (mill-2019 sa Frar 2021).

22.3.2021

Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (mill-2016 sal-2019), Zhu Hailun kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Zhu Hailun ġie deskritt bħala l-“arkitett” ta’ dan il-programm. Huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala Viċi Kap tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX (mill-2019 sa Frar 2021), Zhu Hailun kompla jeżerċita influwenza deċiżiva fir-RAUX fejn il-programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn għadu għaddej sal-lum.

6.

WANG Junzheng

王君正 (Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina. Kummissarju politiku tal-KPKX u uffiċjal kap eżekuttiv tal-Grupp ta’ Xinjian taċ-Ċina

Data tat-twelid: Mejju 1963

Post tat-twelid: Linyi, Shandong (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina sa minn April 2020 kif ukoll Kummissarju politiku tal-KPKX sa minn Mejju 2020.

Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (minn Frar 2019 sa Settembru 2020). Wang Junzheng għandu wkoll karigi għoljin oħra fil-KPKX.

22.3.2021

Il-KPKX hu organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-RAUX, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang. Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-KPKX sa mill-2020, Wang Junzheng hu involut fis-sorveljanza tal-politika kollha implimentata mill-KPKX. F’din il-kariga, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira li laqat lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b’rabta mal-implimentazzjoni mill-KPKX ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.

Hu responsabbli wkoll mill-użu sistematiku mill-KPKX tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.

Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX sa mill-2020, Wang Junzheng hu involut fis-sorveljanza tal-politika tas-sigurtà kollha implimentata f’Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (minn Frar 2019 sa Settembru 2020), Wang Junzheng kien responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta l-programm imsemmi qabel.

7.

WANG Mingshan

王明山 (Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX

Data tat-twelid: Jannar 1964

Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020. Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) bejn l-2017 u Jannar 2021.

22.3.2021

Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020, Wang Mingshan hu responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, għandu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-BSPX (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u kien responsabbli direttament mill-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jindika lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni.

Fil-kariga attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjoni jew tat-twemmin tagħhom.

8.

CHEN Mingguo

陈明国

(Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX)

Data tat-twelid: Ottubru 1966

Post tat-twelid: Yilong, Sichuan (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) sa minn Jannar 2021 u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX).

22.3.2021

Bħala Direttur tal-BSPX, Chen Mingguo għandu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u hu involut direttament fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni. Chen Mingguo hu għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjoni jew ta’ twemmin tagħhom.

9.

JONG Kyong-thaek (magħruf ukoll bħala CHO’NG Kyo’ng-t’aek)

정경택

(Ortografija Koreana)

Kariga/i: Ministru tas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Data tat-twelid: bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963

Nazzjonalità: Koreana ta’ Fuq

Ġeneru: raġel

Jong Kyong-thaek hu l-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) sa mill-2017.

Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika repressiva tas-sigurtà tar-RDPK, b’enfasi fuq l-identifikazzjoni u t-trażżin ta’ dissens politiku, l-influss ta’ informazzjoni “sovversiva” minn barra, u kull imġiba oħra meqjusa bħala theddida politika serja għas-sistema politika u t-tmexxija tagħha.

22.3.2021

Bħala Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat, Jong Kyong-thaek huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.

10.

RI Yong Gil

(Magħruf bħala RI Yong Gi, Ri Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil)

리영길

(Ortografija Koreana)

Kariga/i: Ministru tas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblik Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Data tat-twelid: 1955

Nazzjonalità: Koreana ta’ Fuq

Ġeneru: raġel

Ri Yong Gil huwa l-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) sa minn Jannar 2021 u l-eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (APK) bejn l-2018 u Jannar 2021.

Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK (qabel magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli milli jimplimenta l-politika repressiva tas-sigurtà tar-RDPK, inkluż l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta’ nies li jaħarbu mir-RDPK “illegalment”. B’mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta’ xogħol ta’ detenzjoni fuq perijodu qasir ta’ żmien permezz tal-Bureau Korrettiv tiegħu, fejn il-prigunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u jirċievu trattament inuman ieħor.

22.3.2021

Bħala l-Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.

Bħala eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal- KPA, Ri Yong Gil huwa responsabbli wkoll għall-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA.

11.

Mohammed Khalifa AL-KANI (magħruf ukoll bħala Mohamed Khalifa Abderrahim Shaqaqi AL-KANI, Mohammed AL-KANI Muhammad Omar AL-KANI)

الكاني خليفة محمد (Ortografija Għarbija)

Kariga/i: Kap tal-Milizzja Kaniyat

Data tat-twelid: 3.5.1979

Nazzjonalità: Libjana

Numru tal-passaport: F86JKFJF

Ġeneru: raġel

Mohammed Khalifa Al-Kani huwa l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, li eżerċitat il-kontroll tal-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020. F’dik il-kariga, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Milizzja Kaniyat. Fil-kapaċità tiegħu bħala l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta’ persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f’Tarhuna.

Mohammed Khalifa Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta’ Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Wara dan, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna.

22.3.2021

12.

Abderrahim AL-KANI Al-Kani (magħruf ukoll bħala AL-KANI Abdul-Rahim, AL-KANI Abd-al-Rahim)

الرحيم الكاني عبد (Ortografija Għarbija)

Kariga/i: membru tal-Milizzja Kaniyat

Data tat-twelid: 7.9.1997

Nazzjonalità: Libjana

Numru tal-passaport: PH3854LY

Numru tal-karta tal-identità: 119970331820

Ġeneru: raġel

Abderrahim Al-Kani huwa membru ewlieni tal-Milizzja Kaniyat u ħu l-Kap tal-Milizzja Kaniyat Mohammed Khalifa Al-Khani. Il-Milizzja Kaniyat eżerċitat il-kontroll tal-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020.

Abderrahim Al-Kani huwa inkarigat mis-sigurtà interna għall-Milizzja Kaniyat. F’dik il-kapaċità, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta’ persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f’Tarhuna.

22.3.2021

Abderrahim Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta’ Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Wara dan, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna.

13.

Aiub Vakhaevich KATAEV

(magħruf ukoll bħala Ayubkhan Vakhaevich KATAEV)

Аюб Вахаевич КАТАЕВ (magħruf ukoll bħala Аюбхан Вахаевич КАТАЕВ)

(Ortografija Russa)

Kariga/i: Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena

Data tat-twelid: 1.12.1980 jew 1.12.1984

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena.

22.3.2021

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa f’Argun, Aiub Kataev jissorvelja l-attivitajiet tas-sigurtà tal-istat u tal-aġenziji tal-pulizija lokali. F’din il-kariga, huwa jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI, u individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov. Aiub Kataev u forzi taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament u pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u eżekuzzjonijiet arbitrarji jew ekstraġudizzjarji u qtil.

Skont diversi xiehda, Aiub Kataev issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti.

14.

Abuzaid (Abuzayed) Dzhandarovich VISMURADOV

Абузайд Джандарович ВИСМУРАДОВ

Kariga/i: Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov

Data tat-twelid: 24.12.1975

Post tat-twelid: Akhmat-Yurt/Khosi-Yurt, eks Repubblika Soċjalista Sovjetika Awtonoma Ċeċena-Ingush (ASSR), issa Repubblika Ċeċena (Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.

Abuzaid Vismuradov ilu l-kmandant tal-istakkament “Terek” tas-SOBR sa minn Mejju 2012. F’din il-kariga, huwa jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI jew individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.

22.3.2021

Abuzaid Vismuradov u l-unità “Terek” taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u qtil ekstraġudizzjarju u arbitrarju u eżekuzzjonijiet.

Skont diversi xiehda, Abuzaid Vismuradov issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti. Huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Ramzan Kadyrov, il-Kap tar-Repubblika Ċeċena, li ilu jmexxi kampanja ta’ repressjonijiet kontra l-avversarji politiċi tiegħu għal bosta snin.

15.

Gabriel Moses LOKUJO

-

Kariga/i: Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF)

Nazzjonalità: Sud Sudaniża

Ġeneru: raġel

Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF).

Gabriel Moses Lokujo huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, b’mod partikolari eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil.

F’Mejju 2020, tliet uffiċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) inħatfu u inqatlu fuq l-ordnijiet tal-Maġġur Ġeneral Lokujo.

22.3.2021”;

F’Settembru 2020, il-Maġġur Ġeneral Lokujo abbanduna lill-SPLA-IO u ngħaqad mal-SSPDF u huwa responsabbli għall-konfrontazzjonijiet sussegwenti ġewwa u madwar iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta’ Moroto fl-Equatoria Ċentrali tan-Nofsinhar. Bħala konsegwenza, diversi mwiet u korrimenti ġew irrapportati miż-żewġ naħat matul l-aħħar trimestru tal-2020, u ġew spustati wkoll persuni ċivili, speċjalment fiż-żona Kajo-Keji tal-Istat tal-Equatoria Ċentrali. Il-forzi tal-Maġġur Ġeneral Lokujo baqgħu fiż-żona fejn ġew irrapportati diversi konfrontazzjonijiet oħra u s-sikurezza u s-sigurtà tal-komunitajiet ċivili għadhom f’periklu.

(2)

fil-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li jinsabu fit-taqsima B (‘Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi’), jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Isem (Trażlitterazzjonibl-alfabett Latin)

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“1.

Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang

新疆生产建设兵团公安局

(Ortografija Ċiniża)

Indirizz: 106 Guangming Road, Urumqi, Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR), China

Telefon: +86 991 598 8114

Il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (XPCC) huwa inkarigat bl-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-XPCC relatati ma’ kwistjonijiet tas-sigurtà, inkluż il-ġestjoni ta’ ċentri ta’ detenzjoni. L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.

22.3.2021

Bħala l-organizzazzjoni inkarigata mill-politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira kkawżati fuq l-Ujgur u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, b’rabta ma’, fost l-oħrajn, l-implimentazzjoni min-naħa tal-XPCC ta’ sorveljanza, detenzjoni u programmi ta’ indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn minoranzi etniċi Musulmani.

Bħala parti mill-programm imsemmi hawn fuq, l-XPCC juża’ lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra bħala forza tax-xogħol furzata, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton. Bħala l-organizzazzjoni inkarigata minn politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għall-użu sistematiku ta’ xogħol furzat.

2.

Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku (magħruf ukoll bħala Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK))

조선민주주의인민공화국 중앙검찰소(Ortografija Koreana)

L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku huwa istituzzjoni, li tissorvelja l-proċedimenti kriminali kollha fir- Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), inkluż l-investigazzjoni, l-interrogazzjoni, iż-żamma taħt arrest u l-proċess kriminali.

22.3.2021

L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku jintuża għall-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ persuni għal għemil ħażin politiku fi proċessi kriminali fundamentalment inġusti. Huwa jerfa’ wkoll ir-responsabbiltà istituzzjonali għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’ħabsijiet komuni u f’ċentri ta’ detenzjoni tal-interrogazzjoni billi jonqos milli jinforza d-drittijiet ta’ detenuti qabel il-proċess u priġunieri kkundannati. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeri għas-Sigurtà tal-Istat u għas-Sigurtà Soċjali, huwa jerfa’ r-responsabbiltà u jipprovdi leġittimità għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-amministrazzjoni tas-sigurtà tar-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

3.

Milizzja Kaniyat (preċedentement magħrufa wkoll bħala “7 th Brigade ”, Tarhuna 7th Brigade, Tarhuna Brigade) (magħrufa wkoll bħala “9 th brigade, Al-Kani Militia, Al-Kaniyat, Kani brigade, Kaniat, Kaniyat, Kanyat)

مليشيا كانيات(Ortografija Għarbija)

Il-Milizzja Kaniyat hija milizzja armata Libjana, li eżerċitat il-kontroll fil-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020. Oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna wara li l-milizzja ħarbet lejn il-Lvant tal-Libja f’Ġunju 2020. Il-Milizzja Kaniyat hija responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u l-għajbien sfurzat ta’ persuni.

22.3.2021

4.

Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea

-

Immexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa

L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea huwa mmexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa u huwa taħt is-superviżjoni tal-Uffiċċju tal-President. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa organizzat f’sitt uffiċċji, b’kull wieħed minnhom maqsum fi tliet taqsimiet responsabbli mill-intelligence, l-arresti u l-interrogazzjonijiet, rispettivament. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea, b’mod partikolari arresti arbitrarji, qtil ekstraġudizzjarju, għajbien sfurzat ta’ persuni u tortura mwettaq mill-aġenti tiegħu.’

22.3.2021”.

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 99/13

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/479

tat-22 ta’ Marzu 2021

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/482 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK (3).

(2)

Fit-22 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/482, li permezz tagħha emenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK, inkluż it-titolu tagħha. Huwa espanda wkoll il-kriterji ta’ deżinjazzjoni biex jippermetti l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll kontra persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà jew ikkontrollati mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw),jipprovdulhom appoġġ jew jibbenefikaw minnhom u b’hekk jikkontribwixxu għal, jew jibbenefikaw minn, attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt jew jiksru b’mod serju d-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(3)

Hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/482, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 401/2013 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008”;

(2)

fl-Artikolu 4a, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Anness IV għandu jinkludi:

(a)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma;

(b)

persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li jinvolvu ruħhom fi, jew jipprovdu appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma;

(c)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti ta’ assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn;

(d)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-kondotta ta’ investigazzjonijiet indipendenti dwar allegazzjonijiet ta’ ksur jew abbużi seri tad-drittijiet tal-bniedem;

(e)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jipprovdulhom appoġġ jew jibbenefikaw minnhom;

(f)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati ma‘ dawk imsemmija fil-punti (a) sa (e).”;

(3)

qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4da

1.   B’deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, u ikel, għat-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet mill-Myanmar/Burma.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba’ ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Ara l-paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 99/15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/480

tat-22 ta’ Marzu 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Mejju 2013 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bl-aktar mod qawwi l-kolp ta’ stat militari mwettaq fil-Myanmar/Burma fl-1 ta’ Frar 2021. Appella biex titnaqqas it-tensjoni tal-kriżi permezz tat-tmiem immedjat tal-istat ta’ emerġenza, ir-restawr tal-gvern ċivili leġittimu u l-ftuħ tal-Parlament li kien għadu kemm ġie elett.

(3)

Il-Kunsill appella wkoll lill-awtoritajiet militari biex jeħilsu lill-President, lill-Kunsillier tal-Istat u lil dawk kollha li ġew detenuti jew arrestati b’konnessjoni mal-kolp ta’ stat. Il-Kunsill insista li trid tiġi żgurata telekomunikazzjoni mingħajr xkiel, iridu jiġu garantiti l-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, u l-aċċess għall-informazzjoni, u jridu jiġu rispettati l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Ikkundanna r-repressjoni militari u tal-pulizija kontra d-dimostranti paċifiċi filwaqt li appella biex l-awtoritajiet irażżnu kemm jista’ jkun lilhom infushom u biex in-naħat kollha jżommu lura mill-vjolenza, f’konformità mal-liġi internazzjonali.

(4)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill issottolinjaw ir-rieda tal-Unjoni li tadotta miżuri restrittivi bi tweġiba għall-kolp ta’ stat militari.

(5)

Fit-28 ta’ Frar 2021, wara r-repressjoni vjolenti kontra protesti paċifiċi madwar il-pajjiż, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà kkundanna r-repressjoni brutali u appella lill-awtoritajiet militari biex iwaqqfu immedjatament l-użu tal-forza kontra ċ-ċivili u jippermettu lill-popolazzjoni tesprimi d-dritt tagħha għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ għaqda.

(6)

F’dan il-kuntest, u fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi li tippersisti fil-Myanmar/Burma, 11-il persuna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(7)

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“15.

Min Aung Hlaing

Data tat-twelid: 3 ta’ Lulju 1956

Post tat-twelid: Tavoy, il-Myanmar/Burma

Nazzjonalità: Myanmar

Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali: 12/SAKHANA(N)020199

Sess: raġel

Min Aung Hlaing ilu Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) mill-2011. Huwa l-President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) u membru tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi annullaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

22.3.2021

Permezz tal-konċentrazzjoni tas-setgħat kollha bħala President tal-SAC, il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala President tal-SAC, il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrappurtaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dan il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Kap Kmandant tat-Tatmadaw sa mill-2011, Min Aung Hlaing huwa direttament responsabbli għal dak il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya.

16.

Myint Swe

Data tat-twelid: 24 ta’ Mejju 1951

Sess: raġel

Nazzjonalità: Myanmar

Il-Logutenent Ġeneral Myint Swe hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u kien il-Viċi President maħtur mit-Tatmadaw sal-1 ta’ Frar 2021. F’dik id-data, Myint Swe pparteċipa f’laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC), ma’ membri oħra tat-Tatmadaw. Il-laqgħa tal-NDSC kienet anti-kostituzzjonali peress li ma inkludietx il-membri ċivili tiegħu. Matul dik il-laqgħa, Myint Swe ġie ddikjarat Aġent President. Myint Swe mbagħad iddikjara l-istat ta’ emerġenza u għadda s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża Min Aung Hlaing. Il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza nkisret peress li, skont il-Kostituzzjoni, il-President biss għandu l-awtorità li jiddikjara stat ta’ emerġenza.

Peress li aċċetta n-nomina tiegħu bħala Aġent President u billi ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, ġudizzjarji u eżekuttivi lill-Kap Kmandant, Myint Swe kkontribwixxa għat-twaqqiegħ tal-gvern elett demokratikament u għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

22.3.2021

17.

Soe Win

Data tat-twelid: 1 ta’ Marzu 1960

Sess: raġel

Nazzjonlità: Myanmar

Soe Win ilu Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) mill-2011. Huwa l-Viċi President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) u membru tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi annullaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

22.3.2021

Bħala Viċi President tal-SAC, il-Viċi Kap Kmandant Soe Win kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala President tal-SAC, il-Viċi Kap Kmandant Soe Win hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Viċi Kap Kmandant tat-Tatmadaw sa mill-2011, Soe Win huwa direttament responsabbli għal dak il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya.

18.

Sein Win

Data tat-twelid: fl-24 ta’ Lulju 1956.

Post tat-twelid: Pyin Oo Lwin, il-Myanmar/Burma

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Sein Win huwa membru tat-Tatmadaw u eks Ministru għad-Difiża (bejn l-24 ta’ Awwissu 2015 u l-1 ta’ Frar 2021). Fl-1 ta’ Frar, huwa pparteċipa f’laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC), ma’ membri oħra tat-Tatmadaw. Il-laqgħa tal-NDSC kienet anti-kostituzzjonali peress li ma inkludiex il-membri ċivili tiegħi. Matul dik il-laqgħa, Myint Swe ġie ddikjarat Aġent President. Myint Swe mbagħad iddikjara Stat ta’ Emerġenza u għadda s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża Min Aung Hlaing. Il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza nkisret peress li, skont il-Kostituzzjoni, il-President biss għandu l-awtorità li jiddikjara stat ta’ emerġenza.

Bil-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħa tal-NDSC li matulha ġie deċiż li jiġi ddikjarat l-istat ta’ emerġenza u li s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat jgħaddu lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, Sein Win ikkontribwixxa għall-iskartar tar-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u għat-twaqqiegħ tal-gvern demokratikament elett. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

22.3.2021

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrappurtaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Ministru għad-Difiża mill-24 ta’ Awwissu 2015 sal-1 ta’ Frar 2021, Sein Win hu responsabbli għal dak il-ksur u abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya.

19.

Thein Soe

(magħruf ukoll bħala U Thein Soe)

Data tat-twelid: 23 ta’ Jannar 1952

Post tat-twelid: Kani, il-Myanmar/Burma

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Thein Soe ġie nnominat president tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Peress li aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, u permezz tal-azzjonijiet tiegħu bħala president tal-UEC, b’mod partikolari l-kanċellazzjoni tar-riżultati mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, Thein Soe kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar.

22.3.2021

20.

Mya Tun Oo

Data tat-twelid: 4 jew 5 ta’ Mejju 1961

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Il-Ġeneral Mya Tun Oo hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Hu nħatar bħala Ministru għad-Difiża fl-1 ta’ Frar 2021 u hu membru tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

22.3.2021

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn; il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Mya Tun Oo kien il-Kap Kmandant Konġunt tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), it-tielet l-ogħla pożizzjoni fit-Tatmadaw, minn Awwissu 2016 sal-ħatra tiegħu bħala l-Ministru għad-Difiża. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta’ Rakhine u kkoordina d-diversi forzi armati, li jinkludu l-Armata, il-Flotta Navali u l-Forza tal-Ajru, kif ukoll l-użu tal-artillerija. Għalhekk, hu reponsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya.

21.

Dwe Aung Lin

Data tat-twelid:

fil-31 ta’ Mejju 1962.

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u hu s-Segretarju tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC).

Il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin nħatar Segretarju tal-SAC fit-2 ta’ Frar 2021 u ppubblika l-ordnijiet tal-SAC. Fost oħrajn, hu ordna t-tneħħija ta’ individwi mill-kariga li kienu nħatru għaliha mill-gvern elett legalment kif ukoll il-bdil tal-persunal tal-kummissjoni elettorali tal-Myanmar.

Bħala membru u Segretarju tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

22.3.2021

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, l-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala membru u Segretarju tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

22.

Ye Win Oo

Data tat-twelid: 21 ta’ Frar 1966

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u hu s-Segretarju Konġunt tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC).

Il-Logutenent Ġenerali Ye Win Oo nħatar Segretarju Konġunt tal-SAC fit-2 ta’ Frar 2021. Bħala membru u Segretarju Konġunt tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi tas-sigurtà u l-awtoritajiet tal-Myanmar li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn; il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala membru u Segretarju Konġunt tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

23.

Maung Maung Kyaw

Data tat-twelid: 23 ta’ Lulju 1964

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Il-Ġeneral Maung Maung Kyaw hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u membru tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC).

Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

24.

Moe Myint Tun

Data tat-twelid: 24 ta’ Mejju 1968

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u membru tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC).

Bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun serva bħala Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali (BSO)-6 u kien il-Kap Kmandant (Armata) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sal-2019. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet fl-Istat ta’ Rakhine. Għalhekk, hu responsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya.

25.

Than Hlaing

Data tat-twelid:

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa nħatar Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija fit-2 ta’ Frar 2021.

Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing, li nħatar mill-SAC, huwa impenjat f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

22.3.2021”

Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija li aġixxew taħt l-awtorità tal-Logutenent Ġeneral Than Hlaing wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn; il-qtil ta’ persuni ċivili u dimostranti mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, l-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija, il-Logutenent Ġenerali Than Hlaing hu direttament responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw politiki repressivi u azzjonijiet vjolenti li twettqu mill-pulizija kontra dimostranti paċifiċi, u għalhekk hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

DEĊIŻJONIJIET

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 99/25

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/481

tat-22 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. It-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tagħha.

(3)

Fit-2 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/372 (2), li identifikat erba’ individwi Russi involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll ripressjoni mifruxa u sistematika tal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, u tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni.

(4)

L-Unjoni għadha ferm imħassba dwar il-ksur u l-abbuż serji tad-drittijiet tal-bniedem f’partijiet differenti tad-dinja, bħat-tortura, l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, għajbien sfurzat jew l-użu sistematiku ta’ xogħol furzat imwettqa minn individwi u entitajiet fiċ-Ċina, fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), fil-Libja, fl-Eritrea, fis-Sudan t’Isfel u fir-Russja.

(5)

F’dan il-kuntest, jenħtieġ li 11-il persuna u erba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(6)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 410I, 7.12.2020, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/372 tat-2 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 71I, 2.3.2021, p. 6).

ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (“Persuni fiżiċi”) hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura tat-tieni kolonna (“Ismijiet (Trażlitterazzjoni ta’ ortografija Russa”) hija sostitwita bi “Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)”;

(b)

l-intestatura tat-tielet kolonna (“Ismijiet (Ortografija Russa)”) hija sostitwita bi “Ismijiet”;

(c)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“5.

ZHU Hailun

朱海仑 (Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Eks Viċi Kap tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX)

Data tat-twelid: Jannar 1958

Post tat-twelid: Lianshui, Jiangsu (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u eks Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX (mill-2016 sal-2019). Eks Viċi Deputat tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX, korp leġiżlattiv reġjonali (mill-2019 sa Frar 2021).

22.3.2021

Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (mill-2016 sal-2019), Zhu Hailun kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Zhu Hailun ġie deskritt bħala l-“arkitett” ta’ dan il-programm. Huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala Viċi Kap tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX (mill-2019 sa Frar 2021), Zhu Hailun kompla jeżerċita influwenza deċiżiva fir-RAUX fejn il-programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn għadu għaddej sal-lum.

6.

WANG Junzheng

王君正 (Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina. Kummissarju politiku tal-KPKX u uffiċjal kap eżekuttiv tal-Grupp ta’ Xinjian taċ-Ċina

Data tat-twelid: Mejju 1963

Post tat-twelid: Linyi, Shandong (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina sa minn April 2020 kif ukoll Kummissarju politiku tal-KPKX sa minn Mejju 2020.

Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (minn Frar 2019 sa Settembru 2020). Wang Junzheng għandu wkoll karigi għoljin oħra fil-KPKX.

22.3.2021

Il-KPKX hu organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-RAUX, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang. Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-KPKX sa mill-2020, Wang Junzheng hu involut fis-sorveljanza tal-politika kollha implimentata mill-KPKX. F’din il-kariga, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira li laqat lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b’rabta mal-implimentazzjoni mill-KPKX ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.

Hu responsabbli wkoll mill-użu sistematiku mill-KPKX tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.

Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX sa mill-2020, Wang Junzheng hu involut fis-sorveljanza tal-politika tas-sigurtà kollha implimentata f’Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (minn Frar 2019 sa Settembru 2020), Wang Junzheng kien responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta l-programm imsemmi qabel.

7.

WANG Mingshan

王明山 (Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX

Data tat-twelid: Jannar 1964

Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020. Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) bejn l-2017 u Jannar 2021.

22.3.2021

Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020, Wang Mingshan hu responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, għandu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-BSPX (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u kien responsabbli direttament mill-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jindika lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni.

Fil-kariga attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjoni jew tat-twemmin tagħhom.

8.

CHEN Mingguo

陈明国

(Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX)

Data tat-twelid: Ottubru 1966

Post tat-twelid: Yilong, Sichuan (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) sa minn Jannar 2021 u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX).

22.3.2021

Bħala Direttur tal-BSPX, Chen Mingguo għandu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u hu involut direttament fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni. Chen Mingguo hu għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjoni jew ta’ twemmin tagħhom.

9.

JONG Kyong-thaek (magħruf ukoll bħala CHO’NG Kyo’ng-t’aek)

정경택

(Ortografija Koreana)

Kariga/i: Ministru tas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Data tat-twelid: bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963

Nazzjonalità: Koreana ta’ Fuq

Ġeneru: raġel

Jong Kyong-thaek hu l-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) sa mill-2017.

Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika repressiva tas-sigurtà tar-RDPK, b’enfasi fuq l-identifikazzjoni u t-trażżin ta’ dissens politiku, l-influss ta’ informazzjoni “sovversiva” minn barra, u kull imġiba oħra meqjusa bħala theddida politika serja għas-sistema politika u t-tmexxija tagħha.

22.3.2021

Bħala Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat, Jong Kyong-thaek huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.

10.

RI Yong Gil

(Magħruf bħala RI Yong Gi, Ri Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil)

리영길

(Ortografija Koreana)

Kariga/i: Ministru tas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblik Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Data tat-twelid: 1955

Nazzjonalità: Koreana ta’ Fuq

Ġeneru: raġel

Ri Yong Gil huwa l-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) sa minn Jannar 2021 u l-eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (APK) bejn l-2018 u Jannar 2021.

Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK (qabel magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli milli jimplimenta l-politika repressiva tas-sigurtà tar-RDPK, inkluż l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta’ nies li jaħarbu mir-RDPK “illegalment”. B’mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta’ xogħol ta’ detenzjoni fuq perijodu qasir ta’ żmien permezz tal-Bureau Korrettiv tiegħu, fejn il-prigunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u jirċievu trattament inuman ieħor.

22.3.2021

Bħala l-Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.

Bħala eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal- KPA, Ri Yong Gil huwa responsabbli wkoll għall-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA.

11.

Mohammed Khalifa AL-KANI (magħruf ukoll bħala Mohamed Khalifa Abderrahim Shaqaqi AL-KANI, Mohammed AL-KANI Muhammad Omar AL-KANI)

الكاني خليفة محمد (Ortografija Għarbija)

Kariga/i: Kap tal-Milizzja Kaniyat

Data tat-twelid: 3.5.1979

Nazzjonalità: Libjana

Numru tal-passaport: F86JKFJF

Ġeneru: raġel

Mohammed Khalifa Al-Kani huwa l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, li eżerċitat il-kontroll tal-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020. F’dik il-kariga, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Milizzja Kaniyat. Fil-kapaċità tiegħu bħala l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta’ persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f’Tarhuna.

Mohammed Khalifa Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta’ Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Wara dan, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna.

22.3.2021

12.

Abderrahim AL-KANI Al-Kani (magħruf ukoll bħala AL-KANI Abdul-Rahim, AL-KANI Abd-al-Rahim)

الرحيم الكاني عبد (Ortografija Għarbija)

Kariga/i: membru tal-Milizzja Kaniyat

Data tat-twelid: 7.9.1997

Nazzjonalità: Libjana

Numru tal-passaport: PH3854LY

Numru tal-karta tal-identità: 119970331820

Ġeneru: raġel

Abderrahim Al-Kani huwa membru ewlieni tal-Milizzja Kaniyat u ħu l-Kap tal-Milizzja Kaniyat Mohammed Khalifa Al-Khani. Il-Milizzja Kaniyat eżerċitat il-kontroll tal-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020.

Abderrahim Al-Kani huwa inkarigat mis-sigurtà interna għall-Milizzja Kaniyat. F’dik il-kapaċità, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta’ persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f’Tarhuna.

22.3.2021

Abderrahim Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta’ Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Wara dan, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna.

13.

Aiub Vakhaevich KATAEV

(magħruf ukoll bħala Ayubkhan Vakhaevich KATAEV)

Аюб Вахаевич КАТАЕВ (magħruf ukoll bħala Аюбхан Вахаевич КАТАЕВ)

(Ortografija Russa)

Kariga/i: Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena

Data tat-twelid: 1.12.1980 jew 1.12.1984

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena.

22.3.2021

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa f’Argun, Aiub Kataev jissorvelja l-attivitajiet tas-sigurtà tal-istat u tal-aġenziji tal-pulizija lokali. F’din il-kariga, huwa jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI, u individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov. Aiub Kataev u forzi taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament u pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u eżekuzzjonijiet arbitrarji jew ekstraġudizzjarji u qtil.

Skont diversi xiehda, Aiub Kataev issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti.

14.

Abuzaid (Abuzayed) Dzhandarovich VISMURADOV

Абузайд Джандарович ВИСМУРАДОВ

Kariga/i: Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov

Data tat-twelid: 24.12.1975

Post tat-twelid: Akhmat-Yurt/Khosi-Yurt, eks Repubblika Soċjalista Sovjetika Awtonoma Ċeċena-Ingush (ASSR), issa Repubblika Ċeċena (Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.

Abuzaid Vismuradov ilu l-kmandant tal-istakkament “Terek” tas-SOBR sa minn Mejju 2012. F’din il-kariga, huwa jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI jew individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.

22.3.2021

Abuzaid Vismuradov u l-unità “Terek” taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u qtil ekstraġudizzjarju u arbitrarju u eżekuzzjonijiet.

Skont diversi xiehda, Abuzaid Vismuradov issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti. Huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Ramzan Kadyrov, il-Kap tar-Repubblika Ċeċena, li ilu jmexxi kampanja ta’ repressjonijiet kontra l-avversarji politiċi tiegħu għal bosta snin.

15.

Gabriel Moses LOKUJO

-

Kariga/i: Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF)

Nazzjonalità: Sud Sudaniża

Ġeneru: raġel

Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF).

Gabriel Moses Lokujo huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, b’mod partikolari eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil.

F’Mejju 2020, tliet uffiċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) inħatfu u inqatlu fuq l-ordnijiet tal-Maġġur Ġeneral Lokujo.

22.3.2021’;

F’Settembru 2020, il-Maġġur Ġeneral Lokujo abbanduna lill-SPLA-IO u ngħaqad mal-SSPDF u huwa responsabbli għall-konfrontazzjonijiet sussegwenti ġewwa u madwar iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta’ Moroto fl-Equatoria Ċentrali tan-Nofsinhar. Bħala konsegwenza, diversi mwiet u korrimenti ġew irrapportati miż-żewġ naħat matul l-aħħar trimestru tal-2020, u ġew spustati wkoll persuni ċivili, speċjalment fiż-żona Kajo-Keji tal-Istat tal-Equatoria Ċentrali. Il-forzi tal-Maġġur Ġeneral Lokujo baqgħu fiż-żona fejn ġew irrapportati diversi konfrontazzjonijiet oħra u s-sikurezza u s-sigurtà tal-komunitajiet ċivili għadhom f’periklu.

(2)

fil-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li jinsabu fit-taqsima B (‘Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi’), jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Isem (Trażlitterazzjonibl-alfabett Latin)

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

‘1.

Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang

新疆生产建设兵团公安局

(Ortografija Ċiniża)

Indirizz: 106 Guangming Road, Urumqi, Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR), China

Telefon: +86 991 598 8114

Il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (XPCC) huwa inkarigat bl-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-XPCC relatati ma’ kwistjonijiet tas-sigurtà, inkluż il-ġestjoni ta’ ċentri ta’ detenzjoni. L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.

22.3.2021

Bħala l-organizzazzjoni inkarigata mill-politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira kkawżati fuq l-Ujgur u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, b’rabta ma’, fost l-oħrajn, l-implimentazzjoni min-naħa tal-XPCC ta’ sorveljanza, detenzjoni u programmi ta’ indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn minoranzi etniċi Musulmani.

Bħala parti mill-programm imsemmi hawn fuq, l-XPCC juża’ lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra bħala forza tax-xogħol furzata, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton. Bħala l-organizzazzjoni inkarigata minn politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għall-użu sistematiku ta’ xogħol furzat.

2.

Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku (magħruf ukoll bħala Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK))

조선민주주의인민공화국 중앙검찰소(Ortografija Koreana)

L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku huwa istituzzjoni, li tissorvelja l-proċedimenti kriminali kollha fir- Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), inkluż l-investigazzjoni, l-interrogazzjoni, iż-żamma taħt arrest u l-proċess kriminali.

22.3.2021

L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku jintuża għall-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ persuni għal għemil ħażin politiku fi proċessi kriminali fundamentalment inġusti. Huwa jerfa’ wkoll ir-responsabbiltà istituzzjonali għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’ħabsijiet komuni u f’ċentri ta’ detenzjoni tal-interrogazzjoni billi jonqos milli jinforza d-drittijiet ta’ detenuti qabel il-proċess u priġunieri kkundannati. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeri għas-Sigurtà tal-Istat u għas-Sigurtà Soċjali, huwa jerfa’ r-responsabbiltà u jipprovdi leġittimità għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-amministrazzjoni tas-sigurtà tar-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

3.

Milizzja Kaniyat (preċedentement magħrufa wkoll bħala “7 th Brigade ", Tarhuna 7th Brigade, Tarhuna Brigade) (magħrufa wkoll bħala “9 th brigade, Al-Kani Militia, Al-Kaniyat, Kani brigade, Kaniat, Kaniyat, Kanyat)

مليشيا كانيات(Ortografija Għarbija)

Il-Milizzja Kaniyat hija milizzja armata Libjana, li eżerċitat il-kontroll fil-belt Libjana ta’ Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020. Oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f’Tarhuna wara li l-milizzja ħarbet lejn il-Lvant tal-Libja f’Ġunju 2020. Il-Milizzja Kaniyat hija responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u l-għajbien sfurzat ta’ persuni.

22.3.2021

4.

Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea

-

Immexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa

L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea huwa mmexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa u huwa taħt is-superviżjoni tal-Uffiċċju tal-President. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa organizzat f’sitt uffiċċji, b’kull wieħed minnhom maqsum fi tliet taqsimiet responsabbli mill-intelligence, l-arresti u l-interrogazzjonijiet, rispettivament. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea, b’mod partikolari arresti arbitrarji, qtil ekstraġudizzjarju, għajbien sfurzat ta’ persuni u tortura mwettaq mill-aġenti tiegħu.’

22.3.2021’.

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 99/37

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/482

tat-22 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

(2)

Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bl-aktar mod qawwi l-kolp ta’ stat militari mwettaq fil-Myanmar/Burma fl-1 ta’ Frar 2021. Appella biex titnaqqas it-tensjoni tal-kriżi permezz tat-tmiem immedjat tal-istat ta’ emerġenza, ir-restawr tal-gvern ċivili leġittimu u l-ftuħ tal-Parlament li kien għadu kemm ġie elett.

(3)

Il-Kunsill appella wkoll lill-awtoritajiet militari biex jeħilsu lill-President, lill-Kunsillier tal-Istat u lil dawk kollha li ġew detenuti jew arrestati b’konnessjoni mal-kolp ta’ stat. Il-Kunsill insista li trid tiġi żgurata telekomunikazzjoni mingħajr xkiel, iridu jiġu garantiti l-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, u l-aċċess għall-informazzjoni, u jridu jiġu rispettati l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Ikkundanna r-repressjoni militari u tal-pulizija kontra d-dimostranti paċifiċi, filwaqt li appella biex l-awtoritajiet irażżnu kemm jista’ jkun lilhom infushom u biex in-naħat kollha jżommu lura mill-vjolenza f’konformità mad-dritt internazzjonali.

(4)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill issottolinjaw ir-rieda tal-Unjoni li tadotta miżuri restrittivi bi tweġiba għall-kolp ta’ stat militari.

(5)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li l-kriterji ta’ deżinjazzjoni jiġu emendati biex jippermettu l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-attivitajiet tagħhom idgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) jew ikkontrollati minnhom, jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jipprovdulhom appoġġ, jew jibbenefikaw minnhom u b’hekk jikkontribwixxu għal, jew jibbenefikaw minn, attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt jew għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(6)

B’kont meħud tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, huwa xieraq li jiġi emendat it-titolu tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/184/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma”;

(2)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta’:

(a)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma;

(b)

persuni fiżiċi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom idgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li jinvolvu ruħhom f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew li jipprovdu appoġġ għal dawn l-azzjonijiet;

(c)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti tal-assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn;

(d)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tat-twettiq ta’ investigazzjonijiet indipendenti tal-ksur jew l-abbużi serji allegati tad-drittijiet tal-bniedem; jew

(e)

persuni fiżiċi assoċjati mal-persuni fiżiċi msemmija fil-punti (a) sa (d),

kif elenkati fl-Anness.”;

(3)

L-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew kontrollati minn:

(a)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma;

(b)

persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom idgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li jinvolvu ruħhom f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew li jipprovdu appoġġ għal dawn l-azzjonijiet;

(c)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti tal-assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn;

(d)

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tat-twettiq ta’ investigazzjonijiet indipendenti tal-ksur jew l-abbużi serji allegati tad-drittijiet tal-bniedem;

(e)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) jew ikkontrollati minnhom, jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jipprovdulhom appoġġ jew jibbenefikaw minnhom; jew

(f)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati ma’ dawk imsemmija fil-punti (a) sa (e),

kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

1.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi għal persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness, skont dawk il-kondizzjonijiet meqjusa xierqa mill-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu ddeterminaw li l-għoti ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, u ikel, għat-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji jew assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet minn Myanmar/Burma.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba’ ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 99/40

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/483

tat-22 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

(2)

Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bl-aktar mod qawwi l-kolp ta’ stat militari mwettaq fil-Myanmar/Burma fl-1 ta’ Frar 2021. Appella biex titnaqqas it-tensjoni tal-kriżi permezz tat-tmiem immedjat tal-istat ta’ emerġenza, ir-restawr tal-gvern ċivili leġittimu u l-ftuħ tal-Parlament li kien għadu kemm ġie elett.

(3)

Il-Kunsill appella wkoll lill-awtoritajiet militari biex jeħilsu lill-President, lill-Kunsillier tal-Istat u lil dawk kollha li ġew detenuti jew arrestati b’konnessjoni mal-kolp ta’ stat. Il-Kunsill insista li trid tiġi żgurata telekomunikazzjoni mingħajr xkiel, iridu jiġu garantiti l-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, u l-aċċess għall-informazzjoni, u jridu jiġu rispettati l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Ikkundanna r-repressjoni militari u tal-pulizija kontra d-dimostranti paċifiċi filwaqt li appella biex l-awtoritajiet irażżnu kemm jista’ jkun lilhom infushom u biex in-naħat kollha jżommu lura mill-vjolenza, f’konformità mal-liġi internazzjonali.

(4)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill issottolinjaw ir-rieda tal-Unjoni li tadotta miżuri restrittivi bi tweġiba għall-kolp ta’ stat militari.

(5)

Fit-28 ta’ Frar 2021, wara r-repressjoni vjolenti kontra protesti paċifiċi madwar il-pajjiż, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà kkundanna r-repressjoni brutali u appella lill-awtoritajiet militari biex iwaqqfu immedjatament l-użu tal-forza kontra ċ-ċivili u jippermettu lill-popolazzjoni tesprimi d-dritt tagħha għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ għaqda.

(6)

F’dan il-kuntest, u minħabba s-sitwazzjoni gravi li tippersisti fil-Myanmar/Burma, 11-il persuna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK.

(7)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK: