ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 94

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
18 ta' Marzu 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/464 tas-17 ta’ Marzu 2021 dwar in-nonapprovazzjoni tal-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum, bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/465 tas-16 ta’ Marzu 2021 li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

3

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1749 tas-7 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju ( ĠU L 421, 14.12.2020 )

5

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/464

tas-17 ta’ Marzu 2021

dwar in-nonapprovazzjoni tal-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum, bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-kumpanija Bio Natural Protect għall-approvazzjoni tal-estratt tal-cayenne, Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum, bħala sustanza bażika għall-użu bħala repellent għall-mammiferi u l-għasafar li jieklu ż-żerriegħa. Dik l-applikazzjoni riveduta, li waslet fit-23 ta’ Mejju 2019, kellha magħha l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) għall-għajnuna xjentifika. Fil-31 ta’ Marzu 2020, l-awtorità pprovdiet lill-Kummissjoni b’rapport tekniku dwar l-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum (2). L-Awtorità kkonkludiet li l-ispeċifikazzjonijiet l-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum propost, inkluż il-komponent attiv ewlieni tiegħu kapsaiċina, ma kinux definiti sew. Barra minn hekk, skont l-Awtorità, id-destin u l-proprjetajiet tal-imġiba fl-ambjent previsti għal xi wħud mill-komponenti tal-estratt possibbli, inkluż il-kapsajċina, kienu inċerti u kienu meħtieġa studji addizzjonali dwar it-tossiċità għall-ispeċijiet kollha mhux fil-mira. L-Awtorità nnutat li kien hemm ukoll evidenza pprovduta minn kumpaniji lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li l-komponenti tal-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum jista’ jkollhom jiġu kklassifikati bħala li jikkawżaw ħsara serja lill-għajnejn, ta’ ħsara jekk jinbelgħu u wkoll bħala kawża ta’ irritazzjoni tal-ġilda.

(3)

Barra minn hekk, il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel identifika l-potenzjal ġenotossiku tal-kapsaiċina (3).

(4)

Ma saret disponibbli ebda evalwazzjoni, imwettqa f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(5)

Fis-17 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ rieżami (4) u l-abbozz ta’ dan ir-Regolament dwar in-nonapprovazzjoni tal-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(7)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat.

(8)

B’riżultat ta’ dan, kif stabbilit fir-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk huwa xieraq li l-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum ma jiġix approvat bħala sustanza bażika.

(9)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum bħala sustanza bażika f’konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza tal-estratt tal-cayenne Capsicum annuum L. var. annuum, tal-grupp longum mhix approvata bħala sustanza bażika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2020. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for approval of Capsicum annuum L. var. annuum, longum group, cayenne extract to be used in plant protection as repellent to seed-eating mammals and birds. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2020:EN-1838. 77pp. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1838.

(3)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar il-Kapsaiċina (adottata fis-26 ta’ Frar 2002); https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/fs_food-improvement-agents_flavourings-out120.pdf.

(4)  https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-db_en.


DEĊIŻJONIJIET

18.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/465

tas-16 ta’ Marzu 2021

li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mir-Repubblika Ċeka,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta’ Settembru 2020.

(2)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2) li ħatret il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li ħassret id-Deċiżjoni tal-Kunsill li ħatret il-membri ta’ dak il-Kumitat għall-istess perijodu. Fit-22 ta’ Ottubru 2020, fit-30 ta’ Ottubru 2020 u fit-13 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill adotta tliet Deċiżjonijiet oħra li ħatru membri ta’ dak il-Kumitat għal dak il-perijodu (3). Baqa’ vakanti siġġu wieħed fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għar-Repubblika Ċeka u jeħtieġ li jimtela’ b’deċiżjoni ta’ ħatra sussegwenti.

(3)

Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Diċembru 2020, ir-Repubblika Ċeka kkonfermat in-nomina tas-Sur Jaroslav UNGERMAN għall-ħatra bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. Dak il-membru jenħtieġ li jinħatar għall-bqija tal-mandat kurrenti, li jiddekorri sal-20 ta’ Settembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Jaroslav UNGERMAN, konsulent u analist speċjalizzat fl-ekonomija u l-ippjanar strateġiku, huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat kurrenti, li jiddekorri sal-20 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill- 21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill- 21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1555 tat-22 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (ĠU L 355, 26.10.2020, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1636 tat-30 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (ĠU L 369, 5.11.2020, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1709 tat-13 ta’ Novembru 2020 li taħtar żewġ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 16).


Rettifika

18.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/5


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1749 tas-7 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 421 tal-14 ta’ Diċembru 2020 )

Fil-paġna 94, il-punti 2B206.c.1 u 2B206.c.2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.

Li fihom ‘laser’; kif ukoll

2.

Li kapaċi jżommu, mill-inqas għal 12-il siegħa, f’temperatura ta’ ± 1 K (± 1 °C); madwar temperatura standard u pressjoni standard, dan kollu li ġej:

a.

‘Riżoluzzjoni’ fuq l-iskala kollha tagħhom ta’ 0,1 μm jew aħjar; u

b.

B’‘inċertezza tal-kejl’ daqs jew aħjar (inqas) minn (0,2 + L/2 000) μm (L huwa t-tul imkejjel f’millimetri).”;

Fil-paġna 142, il-punti 3B001.f.3 sa 3B001.g jinbidlu b’dan li ġej:

“3.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' maskri li għandu dan kollu li ġej:

a.

Raġġ ta’ elettroni ffukat iddevjat, raġġ ta’ joni jew raġġ tal-‘lejżer’; u

b.

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1.

Daqs ta’ spot b’wisa’ ta’ nofs id-daqs (full-width half-maximum (FWHM)) iżgħar minn 65 nm b’kollokament ta’ immaġni (image placement) ta’ inqas minn 17-il nm (medja + 3 sigma); jew

2.

Mhux użat;

3.

Żball ta' kopertura għat-tieni saffa ta' inqas minn 23 nm (medja + 3 sigma) fuq il-maskra;

4.

Tagħmir iddisinjat għall-ipproċessar ta' apparat li juża metodi ta' kitba diretti, li għandu dan kollu li ġej:

a.

Raġġ ta’ elettroni ffukat iddevjat; u

b.

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1.

Daqs minimu ta’ raġġ ugwali għal jew iżgħar minn 15-il nm; jew

2.

Żball ta' kopertura ta' inqas minn 27 nm (medja + 3 sigma);

g.

Maskri u retikoli, iddisinjati għaċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001;”;

Fil-paġna 160, il-punti 5E001.d sa 5E001.e.2 jinbidlu b’dan li ġej:

“d.

‘Teknoloġija’ skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’ jew il-‘produzzjoni’ ta’ amplifikaturi b’Ċirkwit Integrat Monolitiku b’Microwaves (‘MMIC’) iddisinjati apposta għat-telekomunikazzjoni u li huma xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Nota Teknika: Għall-finijiet ta’ 5E001.d., il-parametru tal-ogħla output ta’ enerġija saturata jista’ jissemma’ wkoll fuq karti tad-data dwar il-prodott bħala output ta’ enerġija, output ta’ enerġija saturata, output ta’ enerġija massima, l-ogħla output ta’ enerġija, jew l-ogħla output ta’ enerġija output.

1.

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 2,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 15 %, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 75 W (48,75 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 2,7 GHz sa u inkluż 2,9 GHz;

b.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 55 W (47,4 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 2,9 GHz sa u inkluż 3,2 GHz;

c.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 40 W (46 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 3,2 GHz sa u inkluż 3,7 GHz; jew

d.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 20 W (43 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 3,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz;

2.

Previsti għal tħaddim fi frekwenzi li jaqbżu 6,8 GHz sa u inkluż 16 GHz b’‘faxxa tal-frekwenza frazzjonali’ ta’ aktar minn 10 %, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 10W (40 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 6,8 GHz sa u inkluż 8,5 GHz; jew

b.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 5W (37 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 8,5 GHz sa u inkluż 16 GHz;

3.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 3 W (34,77 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 16 GHz sa u inkluż 31,8 GHz u b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 10 %;

4.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 31,8 GHz sa u inkluż 37 GHz;

5.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 1 W (30 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 37 GHz sa u inkluż 43,5 GHz u b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 10 %;

6.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 31,62 mW (15 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 43,5 GHz sa u inkluż 75 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %;

7.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 10 mW (10 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 75 GHz sa u inkluż 90 GHz u b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 5 %; jew

8.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) bi kwalunkwe frekwenza ta’ aktar minn 90 GHz;

e.

‘Teknoloġija’ skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’ jew il-‘produzzjoni’ ta’ apparat elettroniku u ċirkwiti, iddisinjati apposta għat-telekomunikazzjoni u li fihom komponenti mmanifatturati minn materjali ‘superkonduttivi’, iddisinjati apposta għal tħaddim f’temperaturi taħt ‘it-temperatura kritika’ ta’ mill-anqas wieħed mill-kostitwenti ‘superkonduttivi’, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Swiċċjar tal-kurrent għal ċirkwiti diġitali li jużaw bibien ‘superkonduttivi’ bir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ħin ta’ dewmien għal kull bieb (f’sekondi) bil-ħela ta’ qawwa għal kull bieb (f’watts) ta’ anqas minn 10-14 J; jew

2.

Għażla tal-frekwenza fil-frekwenzi kollha bl-użu ta’ ċirkwiti reżonanti b’valuri Q ta’ aktar minn 10 000.”;

Fil-paġna 175, il-punti 6A002.a.1.a sa 6A002.a.1.d jinbidlu b’dan li ġej:

“a.

Detetturi ottiċi kif ġej:

1.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ kif ġej:

Nota: Għall-fini ta’ 6A002.a.1., detetturi fi stat solidu jinkludu ‘matriċijiet fuq il-pjan fokali’.

a.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 10 nm, iżda mhux iżjed minn 300 nm; u

2.

Rispons ta’ inqas minn 0,1 % imqabbel mar-reazzjoni massima f’tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 400 nm;

b.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 900 nm iżda mhux iktar minn 1 200 nm; u

2.

‘Kostanti tal-ħin’ tar-rispons ta’ 95 ns jew inqas;

c.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ li għandhom l-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 1 200 nm iżda mhux iktar minn 30 000 nm;

d.

‘Matriċijiet fuq pjan fokali’‘kwalifikati għall-użu spazjali’ b’aktar minn 2 048 element għal kull matriċi u rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 300 nm iżda mhux iżjed minn 900 nm;”;

Fil-paġna 179, il-punti 6A002.b sa 6A002.f jinbidlu b’dan li ġej:

“b.

‘Sensuri monospettrali li juru l-immaġni’ u ‘sensuri multispettrali li juru l-immaġni’, iddisinjati għal applikazzjonijiet ta’ telerilevament u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Kamp ta’ viżjoni istantanju (IFOV) ta’ inqas minn 200 μrad (mikroradjanti); jew

2.

Speċifikati sabiex jaħdmu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 400 nm iżda mhux iżjed minn 30 000 nm u li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Jipprovdu output ta’ data tal-immaġni f’format diġitali; u

b.

Li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Kwalifikati għall-użu spazjali’; jew

2.

Iddisinjati għall-ħidma fl-ajru, bl-użu ta’ detetturi li mhumiex tas-siliċju, u li għandhom IFOV ta’ inqas minn 2,5 mrad (milliradjani);

Nota: 6A002.b.1. ma jikkontrollax ‘sensuri monospettrali li juru l-immaġni’ b’rispons massimu fil-medda tat-tulijiet ta’ mewġ ogħla minn 300 nm iżda mhux iktar minn 900 nm u li jinkorporaw biss xi wieħed minn dawn id-detetturi mhux ‘kwalifikati għall-użu spazjali’ jew ‘matriċijiet fuq pjan fokali’ mhux ‘kwalifikati għall-użu spazjali’ li ġejjin:

1.

Apparati għat-Trasferiment ta’ Ċarġ (CCD) mhux iddisinjati jew modifikati biex iwettqu l-‘multiplikazzjoni ta’ ċarġ’; jew

2.

Apparat Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall Komplimentari (CMOS) mhux iddisinjat jew modifikat biex jikseb ‘multiplikazzjoni taċ-ċarġ’.

c.

Tagħmir għall-immaġni ta’ ‘viżjoni diretta’ li jinkorpora xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Tubi li jintensifikaw l-immaġni speċifikati f’6A002.a.2.a. jew 6A002.a.2.b.;

2.

‘Matriċi fuq pjan fokali’ speċifikati f’6A002.a.3.; jew

3.

Detetturi fi stat solidu speċifikati f’6A002.a.1.;

Nota Teknika:

 

‘Viżjoni diretta’ tirreferi għal tagħmir għall-immaġni li juri immaġni viżiva lill-osservatur uman mingħajr ma jbiddel l-immaġni f’sinjal elettroniku għall-viżjoni televiżiva, u li ma jistax jirreġistra jew jaħżen l-immaġni b’mezzi fotografiċi, elettroniċi jew b’xi mezz ieħor.

Nota: 6A002.c. ma jikkontrollax it-tagħmir kif ġej, meta jinkorpora fotokatodi li mhumiex GaAs jew GaInAs:

a.

Sistemi ta’ allarm kontra l-intrużjoni industrijali jew ċivili, ta’ kontroll jew kunteġġ tat-traffiku jew tal-moviment fl-industrija;

b.

Tagħmir mediku;

c.

Tagħmir industrijali użat għall-ispezzjoni, l-issortjar jew l-analiżi tal-karatteristiċi tal-materjali;

d.

Detetturi tal-fjammi għall-fran industrijali;

e.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-użu fil-laboratorju.

d.

Komponenti ta’ sapport speċjali għas-sensuri ottiċi, kif ġej:

1.

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi ‘kwalifikati għall-użu spazjali’;

2.

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi mhux ‘kwalifikati għall-użu spazjali’ b’temperatura tas-sors li jkessaħ taħt il-218 K (– 55 °C), kif ġej:

a.

Tip biċ-ċiklu magħluq b’Ħin Medju Qabel il-Ħsara (MTTF) jew Ħin Medju Bejn il-Ħsarat (MTBF) speċifikat, ta’ aktar minn 2 500 siegħa;

b.

Sistemi żgħar awtoregolatorji ta’ tkessiħ Joule-Thomson (JT) b’dijametri esterni tal-kanna ta’ inqas minn 8 mm;

3.

Fibri sensuri ottiċi fabbrikati apposta kompożizzjonalment jew strutturalment, jew modifikati b’kisja, sabiex ikunu sensittivi għall-effetti akustiċi, termiċi, inerzjali, elettromanjetiċi jew għar- radjazzjoni nukleari;

Nota: 6A002.d.3. ma jikkontrollax fibri sensuri ottiċi miġburin iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet ta’ sensuri ta’ spieri.

e.

Mhux użat.

f.

‘Ċirkwiti integrati tal-qari’ (Read-out integrated circuits, ‘ROIC’) ddisinjati apposta għal ‘matriċijiet fuq il-pjan fokali’ speċifikati f’6A002.a.3.

Nota: 6A002.f. ma jikkontrollax ‘ċirkwiti integrati tal-qari’ ddisinjati b’mod speċjali għall-applikazzjonijiet awtopropulsivi ċivili. Nota Teknika: ‘Ċirkwit integrat tal-qari’ (‘ROIC’) huwa ċirkwit integrat iddisinjat biex ikun sottostanti għal ‘matriċi fuq il- pjan lokali’ (focal plane array, ‘FPA’) jew marbut miegħu, u jintuża biex jaqra (jiġifieri jislet u jirreġistra) sinjali prodotti mill-elementi tad-detettur. Mill-inqas, ir-‘ROIC’ jaqra ċ-ċarġ mill-elementi tad-detettur billi jislet iċ-ċarġ u japplika funzjoni ta’ multiplexing b’mod li jżomm il-pożizzjoni spazjali relattiva u l-informazzjoni tal-orjentazzjoni tal-elementi tad-detettur għall-ipproċessar fir-‘ROIC’ u barra minnu.”.