|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
16.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/452
tal-15 ta’ Marzu 2021
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Rumena tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (2) fiha żbalji fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(18)(a) u fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(18)(b) li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Għalhekk, il-verżjoni bil-lingwa Rumena tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
|
16.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/453
tat-15 ta' Marzu 2021
li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar għar-riskju tas-suq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 430(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-2019, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS) ippubblika r-reviżjoni tar-“Rekwiżiti kapitali minimi għar-riskju tas-suq”, bil-għan li jindirizza d-dgħufijiet fit-trattament prudenzjali li jagħti l-banek lill-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u introduċa, fost l-oħrajn, ir-rekwiżit għal approċċ standardizzat sensittiv għar-riskju tas-suq, li huwa mfassal u kkalibrat biex iservi ta’ riżerva kredibbli għall-approċċ tal-mudelli interni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jintroduċi fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni r-rekwiżit għall-istituzzjonijiet li jirrapportaw informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dan l-approċċ standardizzat alternattiv u sensittiv għar-riskju. |
|
(3) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi ta’ rapportar dwar il-fondi proprji skont dan l-approċċ standardizzat alternattiv fir-rigward tar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 430b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 430b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar għar-riskju tas-suq stabbiliti f’dak l-Artikolu jenħtieġ li japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk huwa xieraq li d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun tikkoniċidi mad-data tal-applikazzjoni ta’ dak l-att delegat. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). |
|
(6) |
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dati ta’ referenza u dati ta’ rapportar
1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 430b, 94 (1) u 325a (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi trimestrali kif din l-informazzjoni tkun tinsab fil-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol tal-jiem li ġejjin: it-12 ta’ Mejju, il-11 ta’ Awwissu, il-11 ta’ Novembru u l-11 ta’ Frar.
3. Meta l-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jum tax-xogħol fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li lilha għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni, jew ikun is-Sibt jew il-Ħadd, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol tal-jum tax-xogħol li jsegwi.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kull korrezzjoni fl-informazzjoni rrapportata mingħajr dewmien bla bżonn.
Artikolu 2
Rapportar dwar il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 94(1) u 325a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta bilanċjali u barra minnha li huwa soġġett għar-riskju tas-suq, u dwar id-daqs tal-portafoll tan-negozjar tagħhom, fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, kif applikabbli, billi jużaw il-mudell 90 tal-Anness I u f’konformità mal-istruzzjonijiet tat-Taqsima 1 tal-Parti II tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Rapportar dwar l-approċċ standardizzat alternattiv
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq l-approċċ standardizzat alternattiv kif imsemmi fl-Artikolu 430b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, kif applikabbli, billi jużaw il-formola 91 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-istruzzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Parti II tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Formati tal-iskambju tad- data u informazzjoni assoċjata mal-preżentazzjonijiet
1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jirrispettaw id-definizzjoni tal-punt tad-data tal-mudell tal-punt tad-data u l-formuli ta’ validazzjoni stabbiliti fl-Anness III.
2. Informazzjoni mhux meħtieġa jew mhux applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża fil-preżentazzjoni tad-data.
3. Il-valuri numeriċi għandhom jiġu ppreżentati kif ġej:
|
(a) |
punti tad-data bit-tip ta’ data“Monetarja” għandhom jiġu rrapportati bl-użu minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet; |
|
(b) |
punti tad-data bit-tip ta’ data“Perċentwali” għandhom jiġu espressi għal kull unità b’minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal erba’ pożizzjonijiet deċimali; |
|
(c) |
punti tad-data bit-tip ta’ data“Numru Sħiħ” għandhom jiġu rrapportati billi ma jintużawx deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet. |
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiġu identifikati biss permezz tal-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI) tagħhom. L-entitajiet ġuridiċi u l-kontropartijiet għajr l-istituzzjonijiet għandhom jiġu identifikati permezz tal-LEI tagħhom fejn dan ikun disponibbli.
5. L-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet għandha tkun assoċjata ma’ dan li ġej:
|
(a) |
ir-rapportar tad-data ta’ referenza u l-perjodu ta’ referenza; |
|
(b) |
il-munita tar-rapportar; |
|
(c) |
l-istandard tal-kontabilità; |
|
(d) |
l-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni tar-rapportar; |
|
(e) |
l-ambitu tal-konsolidazzjoni. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika tat-5 ta' Ottubru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, tat-15 ta' Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ RAPPORTAR GĦAR-RISKJU TAS-SUQ
|
MUDELLI COREP |
|||
|
Numru tal-mudell |
Kodiċi tal-mudell |
Isem tal-mudell/grupp ta’ mudelli |
L-isem fil-qosor |
|
|
|
Limiti |
|
|
90 |
C 90.00 |
LIVELLI LIMITU TAL-PORTAFOLL TAN-NEGOZJAR U TAR-RISKJU TAS-SUQ |
OTK |
|
|
|
Approċċ Standardizzat Alternattiv għar-riskju tas-suq |
|
|
91 |
C 91.00 |
REKWIŻITI TA’ FONDI PROPRJI |
MKR ASA SUM |
|
C 90.00 Il-portafoll tan-negozjar u l-limiti tar-riskju tas-suq (OTK) |
|
|
|||||||||
|
|
|
|
Negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha soġġett għal riskju tas-suq |
Assi totali |
|||||
|
|
Tqassim skont il-ktieb regolatorju |
f’% tal-assi totali |
|||||||
|
|
|
Portafoll tan-negozjar |
Portafoll mhux tan-negozjar |
||||||
|
|
|
li minnhom: Operazzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-Artikolu 94 CRR |
Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju tal-kambju |
Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju tal-komoditajiet |
|||||
|
|
|
Total |
f’% tal-assi totali |
||||||
|
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
0080 |
||
|
0010 |
Xahar 3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0020 |
Xahar 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0030 |
Xahar 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C 91.00 Approċċ Standardizzat Alternattiv: Sommarju (MKR ASA SUM) |
|
|
Pożizzjonijiet soġġetti għal metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet |
||||||||||||||||
|
Sensittivitajiet delta mhux ponderati |
Rekwiżiti ta’ fondi proprji skont ix-xenarji differenti |
||||||||||||||||
|
Xenarju ta’ korrelazzjoni baxxa |
Xenarju ta’ korrelazzjoni medja |
Xenarju ta’ korrelazzjoni għolja |
|||||||||||||||
|
Pożittiv |
Negattiv |
Sensittivitajiet netti għal kull klassi ta’ riskju |
Riskju Delta |
Riskju Vega |
Riskju ta’ Kurvatura |
Total |
Riskju Delta |
Riskju Vega |
Riskju ta’ Kurvatura |
Total |
Riskju Delta |
Riskju Vega |
Riskju ta’ Kurvatura |
Total |
|||
|
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
0080 |
0090 |
0100 |
0110 |
0120 |
0130 |
0140 |
0150 |
|||
|
0010 |
Total (Approċċ standardizzat alternattiv) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0020 |
Metodu bbażat fuq is-sensittività |
Riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0030 |
Riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet (CSR) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0040 |
Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0050 |
Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0060 |
Riskju tal-ekwità (EQU) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0070 |
Riskju tal-komoditajiet (COM) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0080 |
Riskju tal-kambju (FX) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0090 |
Riskju ta’ inadempjenza |
Nontitolizzazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0100 |
Titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (non-ACTP) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0110 |
Titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (ACTP) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0120 |
Riskju residwu |
Sottostanti eżotiċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0130 |
Riskji residwi oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju ta’ inadempjenza |
Pożizzjonijiet soġġetti għal riskju residwu |
Rekwiżiti ta' fondi proprji |
L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju |
|||
|
Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (jump-to-default, JTD) |
Valur nozzjonali gross |
||||||
|
Twal |
Qosra |
||||||
|
0160 |
0170 |
0180 |
0190 |
0200 |
|||
|
0010 |
Total (Approċċ standardizzat alternattiv) |
|
|
|
|
|
|
|
0020 |
Metodu bbażat fuq is-sensittività |
Riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR) |
|
|
|
|
|
|
0030 |
Riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet (CSR) |
|
|
|
|
|
|
|
0040 |
Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR) |
|
|
|
|
|
|
|
0050 |
Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR) |
|
|
|
|
|
|
|
0060 |
Riskju tal-ekwità (EQU) |
|
|
|
|
|
|
|
0070 |
Riskju tal-komoditajiet (COM) |
|
|
|
|
|
|
|
0080 |
Riskju tal-kambju (FX) |
|
|
|
|
|
|
|
0090 |
Riskju ta’ inadempjenza |
Nontitolizzazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
0100 |
Titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (non-ACTP) |
|
|
|
|
|
|
|
0110 |
Titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (ACTP) |
|
|
|
|
|
|
|
0120 |
Riskju residwu |
Sottostanti eżotiċi |
|
|
|
|
|
|
0130 |
Riskji residwi oħra |
|
|
|
|
|
|
ANNESS II
STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-MUDELLI FL-ANNESS I DWAR REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAR-RAPPORTAR GĦAR-RISKJU TAS-SUQ
PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI
1. Struttura u konvenzjonijiet
1.1. Struttura
|
1. |
Għall-finijiet tar-rapportar tal-informazzjoni skont dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-istituzzjonijiet iridu jimlew żewġ mudelli separati:
|
1.2. Konvenzjoni tal-enumerazzjoni
|
2. |
Il-konvenzjonijiet segwenti jintużaw fir-referenzi għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-mudelli f’dawn l-istruzzjonijiet u r-regoli ta’ validazzjoni użati għall-validazzjoni tal-informazzjoni rrapportata:
|
1.3. Il-konvenzjoni dwar is-sinjali
|
3. |
Kull ammont li jżid il-fondi proprji jew ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jiġi rrapportat bħala ċifra pożittiva. Kull ammont li jnaqqas it-total tal-fondi proprji jew tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jiġi rrapportat bħala ċifra negattiva. Meta jkun hemm sinjal negattiv (-) qabel id-deżinjazzjoni ta’ element, ma jkun mistenni li tiġi rrapportata ebda ċifra pożittiva għal dak l-element. |
1.4. Taqsiriet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa deżinjat bħala “CRR”.
PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL
1. C 90.00 – Il-portafoll tan-negozjar u l-limiti tar-riskju tas-suq
1.1. Kummenti ġenerali
|
4. |
L-informazzjoni li tingħata f’dan il-mudell għandha tirrifletti r-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 94 CRR (deroga għal negozju żgħir fil-portafoll tan-negozjar), u d-daqs tan-negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha ta’ istituzzjoni li jkun soġġett għar-riskju tas-suq ikkalkolat skont l-Artikolu 325a CRR. Din l-informazzjoni tiddetermina jekk japplikax l-obbligu li tiġi rrapportata informazzjoni dwar l-“approċċ standardizzat alternattiv” jew l-“approċċ ta’ mudelli interni alternattivi” msemmijin fl-Artikolu 430 CRR. |
1.2. Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
|
5. |
Ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 94 CRR u l-informazzjoni dwar id-daqs tan-negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha ta’ istituzzjoni soġġett għar-riskju tas-suq ikkalkolati skont l-Artikolu 325a CRR għandhom jiġu rrapportati separatament għal kull tmiem ix-xahar fit-trimestru li għalih jirreferi r-rapport fir-ringieli minn 0010 sa 0030.
|
2. C 91.00 – Ir-Riskju tas-Suq: Sommarju tal-Approċċ Standardizzat Alternattiv (MKR ASA SUM)
2.1. Kummenti Ġenerali
|
6. |
Dan il-mudell jipprovdi informazzjoni fil-qosor dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-Riskju tas-Suq skont l-Approċċ Standardizzat Alternattiv (ASA), stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR. |
|
7. |
Skont l-Approċċ Standardizzat Alternattiv (ASA), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fir-rigward tal-portafoll ta’ pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti segwenti:
|
2.2. Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
|
Kolonna |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
||||||
|
0010 – 0150 |
Pożizzjonijiet soġġetti għal metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet għal riskji delta, vega u kurvatura għal strumenti b’opzjonalità u mingħajrha, kif applikabbli, għandhom jiġu rrapportati separatament u bħala somma fil-mudell. Il-proċess biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji speċifiċi għall-klassi tar-riskju għandu jitwettaq għal tliet xenarji differenti għal kull klassi ta’ riskju, li għandhom jiġu riflessi fit-taqsima separata tal-mudell:
|
||||||
|
0010 – 0030 |
Sensittivitajiet delta mhux ponderati |
||||||
|
0010 |
Sensittivitajiet delta mhux ponderati – Pożittivi L-Artikolu 325f(3) u l-Artikolu 325r CRR. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-portafoll tagħhom għal kull fattur ta’ riskju fil-klassi ta’ riskju f’konformità mal-Artikolu 325f(3) CRR. Għandhom jirrapportaw is-somma tas-sensittivitajiet pożittivi kollha għall-fatturi ta’ riskju delta fil-klassi ta’ riskju. |
||||||
|
0020 |
Sensittivitajiet delta mhux ponderati – Negattivi L-Artikolu 325f(3) u l-Artikolu 325r CRR. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-portafoll tagħhom għal kull fattur ta’ riskju fil-klassi ta’ riskju f’konformità mal-Artikolu 325f (3) CRR. Huma għandhom jirrapportaw is-somma tas-sensittivitajiet negattivi kollha għall-fatturi ta’ riskju delta fil-klassi ta’ riskju. |
||||||
|
0030 |
Sensittivitajiet delta mhux ponderati – Sensittivitajiet netti għal kull klassi ta’ riskju L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw is-somma netta tas-sensittivitajiet pożittivi kollha u s-sensittivitajiet negattivi kollha lill-fatturi ta’ riskju delta differenti fil-klassi ta’ riskju. |
||||||
|
0040, 0080, 0120 |
Riskju Delta Il-punt (a) tal-Artikolu 325e(1) u l-Artikolu 325f CRR L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji speċifiku għall-klassi tar-riskju fir-rigward tar-riskju delta msemmi fl-Artikolu 325f(8) CRR fix-xenarju applikabbli. |
||||||
|
0050, 0090, 0130 |
Riskju Vega Il-punt (b) tal-Artikolu 325e(1) u l-Artikolu 325f CRR L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji speċifiku għall-klassi tar-riskju fir-rigward tar-riskju vega msemmi fl-Artikolu 325f(8) CRR fix-xenarji applikabbli. |
||||||
|
0060, 0100, 0140 |
Riskju ta’ Kurvatura Il-punt (c) tal-Artikolu 325(1) u l-Artikolu 325 g CRR |
||||||
|
0070, 0110, 0150 |
Total L-Artikolu 325h(3) CRR. Għal kull xenarju l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta’ riskju delta, vega u kurvatura. |
||||||
|
0160 – 0170 |
Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju ta’ inadempjenza – Ammonti grossi ta’ inadempjenza immedjata u mhux mistennija (jump-to-default, JTD) L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti grossi ta’ inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-iskoperturi tagħhom għal strumenti mhux ta’ titolizzazzjoni kkalkolati skont l-Artikolu 325w CRR, għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-ACTP determinati skont l-Artikolu 325z ta’ dak is-CRR, u għal skoperturi ta’ titolizzazzjoni u skoperturi mhux ta’ titolizzazzjoni inklużi fl-ACTP determinati skont l-Artikolu 325ac CRR b’diżaggregazzjoni bejn skoperturi twal u qosra. |
||||||
|
0160 |
Twal |
||||||
|
0170 |
Qosra |
||||||
|
0180 |
Pożizzjonijiet soġġetti għal riskju residwu – Valur nozzjonali gross L-Artikolu 325u CRR. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti nozzjonali grossi, kif imsemmi fl-Artikolu 325u(3) CRR, tal-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 325u(2) CRR li huma soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskji residwi kif imsemmi fil-paragrafi (1) u (4) tal-Artikolu 325u CRR. |
||||||
|
0190 |
Rekwiżiti ta’ Fondi Proprji L-Artikolu 325h(4), l-Artikoli minn 325w sa 325ad u l-Artikolu 325u CRR Ir-rekwiżit kapitali ddeterminat skont il-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR għal pożizzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approċċ standardizzat alternattiv. |
||||||
|
0200 |
L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju Il-punt (b) tal-Artikolu 92(3) CRR u l-Artikolu 92(4) CRR |
|
Ringiela |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
|
0010 |
Totali (approċċ standardizzat alternattiv) |
|
0020 – 0080 |
Metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet It-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR |
|
0020 |
Riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR) Il-punt (b) tal-Artikolu 325d(1) CRR |
|
0030 |
Riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet (CSR) Il-punt (ii) tal-Artikolu 325d(1) CRR |
|
0040 |
Riskju ta’ firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR) Il-punt (iii) tal-Artikolu 325d(1) CRR |
|
0050 |
Riskju ta’ firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR) Il-punt (iv) tal-Artikolu 325d(1) CRR |
|
0060 |
Riskju tal-ekwità (EQU) Il-punt (v) tal-Artikolu 325d(1) CRR |
|
0070 |
Riskju tal-komoditajiet (COM) Il-punt (vi) tal-Artikolu 325d(1) CRR |
|
0080 |
Riskju tal-kambju (FX) Il-punt (vii) tal-Artikolu 325d(1) CRR |
|
0090 – 0110 |
Riskju ta’ inadempjenza It-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR |
|
0090 |
Nontitolizzazzjonijiet Is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR |
|
0100 |
Titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (non-ACTP) Is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR |
|
0110 |
Titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (ACTP) Is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR |
|
0120 – 0130 |
Riskju residwu It-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR |
|
0120 |
Sottostanti eżotiċi Il-punt (a) tal-Artikolu 325u(2) CRR |
|
0130 |
Riskji residwi oħra Il-punt (b) tal-Artikolu 325u(2) CRR |
DEĊIŻJONIJIET
|
16.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/454
tat-12 ta’ Marzu 2021
li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 (1) introduċiet deroga ta’ xahar mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2) fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li tintuża l-proċedura ordinarja bil-miktub, fejn dawk id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper). Dik id-deroga kienet prevista li ddum sat-23 ta’ April 2020. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/430 tipprevedi li, jekk ikun ġustifikat minn kontinwazzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kunsill jista’ jġedded dik id-Deċiżjoni. Fil-21 ta’ April 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/556 (3), estenda d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 b’perijodu ieħor ta’ xahar mit-23 ta’ April 2020. Dik l-estensjoni tad-deroga kienet prevista li ddum sat-23 ta’ Mejju 2020. Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/702 (4), estenda d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 sal-10 ta’ Lulju 2020. Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/970 (5), estenda dik id-deroga sal-10 ta’ Settembru 2020. Fl-4 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1253 (6), estenda dik id-deroga sal-10 ta’ Novembru 2020. Fis-6 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1659 (7), estenda dik id-deroga sal-15 ta’ Jannar 2021. Fit-12 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2021/26 (8), estenda dik id-deroga sad-19 ta’ Marzu 2021. |
|
(3) |
Minħabba li għad jeżistu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, b’għadd ta’ miżuri straordinarji preventivi u ta’ konteniment meħuda mill-Istati Membri li għadhom fis-seħħ, teżisti l-ħtieġa li tiġi estiża d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430, kif estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970, (UE) 2020/1253, (UE) 2020/1659 u (UE) 2021/26, b’perijodu limitat ieħor sal-21 ta’ Mejju 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 hija b’dan estiża aktar sal-21 ta’ Mejju 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 tat-23 ta’ Marzu 2020 dwar deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 88 I, 24.3.2020, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/556 tal-21 ta’ April 2020 li testendi d-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 128 I, 23.4.2020, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/702 tal-20 ta’ Mejju 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 u estiża bid-Deċiżjoni (UE) 2020/556 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 38).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/970 tat-3 ta’ Lulju 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556 u (UE) 2020/702, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 216, 7.7.2020, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1253 tal-4 ta’ Settembru 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702 u (UE) 2020/970, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 294, 8.9.2020, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1659 tas-6 ta’ Novembru 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970 u (UE) 2020/1253, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 376, 10.11.2020, p. 3).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/26 tat-12 ta’ Jannar 2021 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970, (UE) 2020/1253 u (UE) 2020/1659, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 11, 14.1.2021, p. 19).
|
16.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/455
tal-15 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika tal-apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll, u tat-tagħmir multimedjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li hu konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u għar-reviżjoni ta’ standards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-CENELEC irrevedew l-istandard armonizzat EN 60947-5-2:2007 għall-apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-5-2:2020. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-CENELEC, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641. |
|
(5) |
L-istandard armonizzat EN IEC 60947-5-2:2020 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/30/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/30/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE ikunu elenkati f’att wieħed, ir-referenza tal-istandard EN IEC 60947-5-2:2020 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dak l-Anness. |
|
(7) |
Għalhekk jeħtieġ li titneħħa mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60947-5-2:2007, flimkien mar-referenza tal-istandard emendatorju għalih EN 60947-5-2:2007/A1:2012. |
|
(8) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa xieraq li f’dak l-Anness tiġi inkluża r-referenza tal-istandard armonizzat EN 60947-5-2:2007, flimkien mar-referenza tal-istandard emendatorju għalih EN 60947-5-2:2007/A1:2012. |
|
(9) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-CENELEC emendaw l-istandard armonizzat EN 55035:2017, li r-referenza tiegħu hija inkluża fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN 55035:2017/A11:2020. L-istandard armonizzat EN 55035:2017/A11:2020 għandu l-għan li jissostitwixxi l-istandards armonizzati li ġejjin, flimkien ma’ kwalunkwe standard emendatorju jew korrettorju għalih: EN 55020:2007, li r-referenza tiegħu ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; EN 55024: 2010 li r-referenza tiegħu hija ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6); u EN 55103-2:2009 li r-referenza tiegħu hija inkluża fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326, bid-data tal-irtirar tat-18 ta’ Novembru 2021, li jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
L-istandard armonizzat EN 55035:2017, kif emendat bi EN 55035:2017/A11:2020, huwa konformi mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641 u jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/30/UE. Għalhekk huwa xieraq li l-entrata dwar l-istandard armonizzat EN 55035:2017 fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 tinbidel sabiex ir-referenza ta’ EN 55035:2017 tiġi inkluża flimkien mar-referenza ta’ EN 55035:2017/A11:2020, u biex ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 55024:2010 tiġi inkluża fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-5-2:2020, u għall-irtirar tar-referenza ta’ EN 55024:2010, jeħtieġ li jiġu differiti r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, flimkien mar-referenza tal-istandard emendatorju rilevanti għalihom: EN 60947-5-2:2007, kif emendat bi EN 60947-5-2:2007/A1:2012, u EN 55024:2010. |
|
(12) |
L-istandard armonizzat EN 55035:2017 introduċa bidliet sinifikanti fl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istandard armonizzat EN 55103-2:2009. Għalhekk, fl-istandard armonizzat EN55035:2017, is-CENELEC ipprovda perjodu twil għall-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni biex jissostitwixxu l-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandard armonizzat EN 55103-2:2009. Peress li d-disinn ta’ għadd ta’ prodotti koperti mill-istandard armonizzat EN 55103-2:2009, bħal apparat tal-awdjo, tal-vidjo, awdjoviżiv u tal-kontroll tat-tidwil għad-divertiment, jeħtieġ li jiġi modifikat b’mod sinifikanti sat-18 ta’ Novembru 2021 minħabba li l-istandard armonizzat EN 55103-2:2009 ma jibqax jipprovdi preżunzjoni ta’ konformità wara dik id-data, għadd ta’ manifatturi jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jissodisfaw dik l-iskadenza. Għalhekk huwa xieraq li, b’mod eċċezzjonali, tiġi posposta d-data tal-irtirar tal-istandard armonizzat EN 55103-2:2009. Għalhekk, l-entrata dwar l-istandard armonizzat EN 55103-2:2009 fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7641 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika.
(4) ĠU C 246, 13.7.2018, p. 1.
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 tal-5 ta’ Awwissu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-kompatibilità elettromanjetika abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 6.8.2019, p. 27).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
tiżdied l-entrata li ġejja:
|
ANNESS II
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata 4 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|