ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
5 ta' Marzu 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2021/390 tal-20 ta’ Frar 2020 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fir-riċerka fil-qasam tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 ( 1 )

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/393 tal-1 ta’ Marzu 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE stabbilit permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea rigward emendi fil-Kapitolu IIa, u fl-Annessi I u II, tal-Protokoll 10 ta’ dak il-Ftehim, dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u l-formalitajiet rigward il-ġarr tal-merkanzija

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

29

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/395 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar il-proprjetajiet elettrostatiċi tal-ilbies protettiv, tal-ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar u għar-rikkieba tal-muturi, tal-ilbies protettiv li jintuża fis-snowboarding u tal-ilbies li jintlibes mill-operaturi li jitfgħu l-pestiċidi u mill-ħaddiema li jerġgħu jidħlu fiż-żona fejn ikunu ntefgħu l-pestiċidi, tat-tagħmir iktar viżibbli għal sitwazzjonijiet ta’ riskju medju, tat-tagħmir tal-alpiniżmu u tal-ilbies protettiv kontra l-perikli termali ta’ ark elettriku

35

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2151 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli dwar l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti D tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ( ĠU L 428, 18.12.2020 )

40

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2021/390

tal-20 ta’ Frar 2020

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fir-riċerka fil-qasam tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea, f’konformità mad-Direttivi tal-Kunsill tat-3 ta’ Lulju 2009, wettqet negozjati dwar Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fir-riċerka fil-qasam tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari,

(2)

Dawk in-negozjati ġew konklużi b’suċċess,

(3)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim jenħtieġ li tiġi approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fir-riċerka fil-qasam tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari, hija b’dan approvata (*1).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

B. DIVJAK


(*1)  Ftehim ippubblikat fil-ĠU L 440, 30.12.2020, p. 1.


REGOLAMENTI

5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/391

tal-4 ta’ Marzu 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Fuq il-bażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-entrati għal żewġ persuni jenħtieġ li jitħassru u l-informazzjoni fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2017 dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-taqsima A (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2”), jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk;

15.

Serhiy Hennadiyovych Arbuzov;

(2)

it-taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”) hija sostitwita b’dan li ġej:

“B.

Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna

L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (“Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali”) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab għall-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-omissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti.

L-Artikolu 303 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jiddistingwi bejn deċiżjonijiet u ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati matul il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess (l-ewwel paragrafu) u d-deċiżjonijiet, l-atti u l-omissjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati fil-qorti matul il-proċedimenti preparatorji (it-tieni paragrafu). L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta’ Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. L-Artikolu 308 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti li jirrigwardaw in-nuqqas mill-investigatur jew mill-prosekutur pubbliku li josservaw żmien raġonevoli matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jistgħu jiġu ppreżentati lil prosekutur pubbliku superjuri u għandhom jiġu kkunsidrati fi żmien tlett ijiem minn meta jiġu ppreżentati. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b’appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta’ proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta’ azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew minn Qorti (pereżempju s-sekwestru ta’ proprjetà taħt l-Artikoli 167 sa 175, u miżuri ta’ detenzjoni taħt l-Artikoli 176 sa 178, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ kull waħda mill-persuni elenkati

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna tal-11 ta’ Awwissu 2020 li fiha l-Qorti eżaminat il-petizzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna u tat permess biex jinqabad is-Sur Yanukovych. Fid-deċiżjoni tal-Qorti, l-imħallef inkwirenti kkonferma li hemm suspett raġonevoli tal-involviment tas-Sur Yanukovych f’reat kriminali relatat ma’ miżapproprjazzjoni u kkonferma wkoll l-istatus tas-Sur Yanukovych bħala suspettat fil-proċedimenti kriminali.

Il-Qorti Għolja ta’ Kontra l-Korruzzjoni stabbiliet ukoll li s-Sur Yanukovych ilu joqgħod barra mill-Ukrajna mill-2014. Il-Qorti kkonkludiet li kien hemm biżżejjed raġunijiet biex jitwemmen li s-Sur Yanukovych kien qed jistaħba mill-korpi ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Yanukovych kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Kontra l-Korruzzjoni attribwiti lis-Sur Yanukovych ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

2.

Vitalii Yuriyovych Zakharchenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018, tat-23 ta’ Novembru 2018 u tas-27 ta’ Novembru 2019 li tagħti permess biex is-Sur Zakharchenko jiġi detenut.

Barra minn hekk, il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu s-Sur Zakharchenko. Fit-12 ta’ Frar 2020, il-korp investigattiv iddeċieda li jqiegħed lis-Sur Zakharchenko fil-lista internazzjonali ta’ persuni mfittxijin u bagħat it-talba lid-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija fi ħdan il-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna biex jiddaħħal fil-bażi ta’ data tal-Interpol.

Fit-28 ta’ Frar 2020, issoktat l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess u twettqu azzjonijiet proċedurali u investigattivi. Il-korp investigattiv issospenda l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-3 ta’ Marzu 2020, ikkonkluda li s-Sur Zakharchenko qed jinħeba mill-korp investigattiv u mill-Qorti biex jevadi r-responsabbiltà kriminali, li mhuwiex magħruf fejn jinsab u li twettqu l-azzjonijiet investigattivi (ta’ tfittxija) u proċedurali kollha li jistgħu jitwettqu fin-nuqqas ta’ persuni suspettati. Dik id-deċiżjoni ta’ sospensjoni setgħet tiġi appellata.

Ma jista’ jiġi aċċertat ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fiċ-ċirkostanzi fejn id-difiża ma tkunx qed teżerċita dawk id-drittijiet.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Zakharchenko kien qed jaħrab mill-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Zakharchenko kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

3.

Viktor Pavlovych Pshonka

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fit-22 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali setgħet tiġi appellata u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu s-Sur Pshonka. Fl-24 ta’ Lulju 2020, intbagħtet talba għal assistenza legali internazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa biex jiġi stabbilit fejn tinsab is-Sur Pshonka u biex tiġi interrogata. Dik it-talba għadha pendenti. L-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess ġiet sospiża fl-24 ta’ Lulju 2020 minħabba fil-ħtieġa li jitwettqu azzjonijiet proċedurali fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali.

L-awtoritajiet Russi ċaħdu t-talbiet għal assistenza legali internazzjonali mibgħuta lilhom fl-2016 u l-2018.

Fid-deċiżjoni tagħha tat-2 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna ċaħdet l-appell ippreżentat mill-avukat tas-Sur Pshonka biex jitħassar l-avviż ta’ suspett datat it-23 ta’ Diċembru 2014. Il-Qorti kkonkludiet li l-avviż ta’ suspett ġie nnotifikat f’konformità mal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna u kkonfermat l-istatus tas-Sur Pshonka bħala persuna suspettata fil-proċedimenti.

Fis-7 ta’ Mejju 2020 u fid-9 ta’ Novembru 2020, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna irrifjutat talba biex jinfetħu proċedimenti magħmula abbażi ta’ ilment minn avukati dwar nuqqas ta’ azzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna fil-proċedimenti kriminali. L-Awla tal-Appell tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni kkonfermat dawk id-deċiżjonijiet fl-1 ta’ Ġunju 2020 u s-26 ta’ Novembru 2020, rispettivament.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Pshonka kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni attribwiti lis-Sur Pshonka kif ukoll in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni preċedenti tat-talbiet għal assistenza legali internazzjonali kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

6.

Viktor Ivanovych Ratushniak

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018, tat-23 ta’ Novembru 2018, u tal-4 ta’ Diċembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Ratushniak. Fit-12 ta’ Frar 2020, il-korp investigattiv iddeċieda li jqiegħed lis-Sur Ratushniak fil-lista internazzjonali ta’ persuni mfittxijin u bagħat it-talba lid-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija fi ħdan il-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna biex jiddaħħal fil-bażi ta’ data tal-Interpol.

Fit-28 ta’ Frar 2020, l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess issoktat bil-għan li jitwettqu azzjonijiet proċedurali u investigattivi. Il-korp investigattiv issospenda l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-3 ta’ Marzu 2020, u kkonkluda li s-Sur Ratushniak qed jinħeba mill-korpi investigattivi u mill-Qorti biex jevadi r-responsabbiltà kriminali, li mhuwiex magħruf fejn jinsab u li twettqu l-azzjonijiet investigattivi (ta’ tfittxija) u proċedurali kollha li jistgħu jitwettqu fin-nuqqas ta’ persuni suspettati. Dik id-deċiżjoni ta’ sospensjoni setgħet tiġi appellata.

Ma jista’ jiġi aċċertat ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fiċ-ċirkostanzi fejn id-difiża ma tkunx qed teżerċita dawn id-drittijiet.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Ratushniak kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Ratushniak kkontribwew ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Yanukovych, li qed joqgħod fil-Federazzjoni Russa u qed jevita l-investigazzjoni.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Yanukovych kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Yanukovych ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

9.

Artem Viktorovych Pshonka

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fid-29 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell, u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Pshonka. Fl-24 ta’ Lulju 2020, intbagħtet talba għal assistenza legali internazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa biex jiġi stabbilit fejn tinsab il-persuna suspettata u biex tiġi interrogata. Dik it-talba għadha pendenti. L-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess ġiet sospiża fl-24 ta’ Lulju 2020 minħabba fil-ħtieġa li jitwettqu azzjonijiet proċedurali fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali.

L-awtoritajiet Russi ċaħdu t-talba għal assistenza legali internazzjonali mibgħuta lilhom fl-2018.

Fid-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 2020, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna ċaħdet l-appell ippreżentat mill-avukat tas-Sur Pshonka biex titħassar id-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2015 li tiġi sospiża l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-Qorti kkonkludiet ukoll li l-avviż ta’ suspett ġie nnotifikat f’konformità mal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna u kkonfermat l-istatus tas-Sur Pshonka bħala persuna suspettata fil-proċedimenti kriminali.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Pshonka kien qed jaħrab l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni attribwiti lis-Sur Pshonka kif ukoll lil nuqqas ta’ eżekuzzjoni preċedenti tat-talba għal assistenza legali internazzjonali kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

12.

Serhiy Vitalyovych Kurchenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta’ Marzu 2018 li tat permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. Barra minn hekk, id-difiża ġiet notifikata bit-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-28 ta’ Marzu 2019 u ngħatat aċċess għall-materjali għall-familjarizzazzjoni. Il-Kunsill għandu informazzjoni li għaddejja l-familjarizzazzjoni mid-difiża.

Fid-deċiżjoni tagħha tad-29 ta’ April 2020, il-Qorti ta’ Appell ta’ Odessa laqgħet l-appell mill-prosekutur u imponiet miżura preventiva ta’ detenzjoni f’kustodja fuq is-Sur Kurchenko. Il-Qorti ddikjarat ukoll li s-Sur Kurchenko telaq mill-Ukrajna fl-2014 u li ma jistax jiġi stabbilit fejn jinsab. Il-Qorti kkonkludiet li s-Sur Kurchenko qed jinħeba mill-korpi ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess sabiex jevita r-responsabbiltà kriminali.

Il-Kunsill ġie infurmat li fid-29 ta’ April 2020 l-awtoritajiet Ukreni bagħtu talba għal assistenza legali internazzjonali lill-Federazzjoni Russa, li ġiet irritornata fit-28 ta’ Lulju 2020 mingħajr eżekuzzjoni.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Kurchenko kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ta’ Odessa attribwiti lis-Sur Kurchenko kif ukoll in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza legali internazzjonali kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

17.

Oleksandr Viktorovych Klymenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-1 ta’ Marzu 2017 u l-5 ta’ Ottubru 2018 li taw permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. Il-Kunsill josserva li d-difiża ġiet innotifikata bit-tlestija tal-investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess fl-2017 u fl-2018, rispettivament, u ġiet ipprovduta bil-materjal tal-proċedimenti kriminali għall-familjarizzazzjoni minn dak iż-żmien ’l hawn. Ir-reviżjoni u l-eżami mid-difiża tal-volum kbir ta’ materjal disponibbli b’rabta mal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess dwar proċedimenti kriminali għadhom għaddejjin. Il-Kunsill iqis li l-perijodu twil ta’ familjarizzazzjoni jiġi attribwit lid-difiża.".


5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/392

tal-4 ta’ Marzu 2021

dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(7), 12(4), 13(4) u 15(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data relatata ma’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati fl-Unjoni huma essenzjali għall-funzjonament tal-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631. Meta jitqies li dak ir-Regolament beda japplika fl-1 ta’ Jannar 2020, huwa xieraq li jiġu ssimplifikati u ċċarati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (2) u (UE) Nru 293/2012 (3) u li dawk id-dispożizzjonijiet jiddaħħlu f’Regolament ta’ Implimentazzjoni wieħed uniku. Madankollu, għar-rapportar tad-data għas-sena kalendarja 2020, huwa xieraq li kemm id-dispożizzjonijiet il-ġodda kif ukoll dawk eżistenti jitħallew jikkoinċidu sat-28 ta’ Frar 2021.

(2)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data relatata ma’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mill-manifatturi, kif ukoll mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).

(3)

Iċ-ċiklu ta’ monitoraġġ u rapportar previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/631 jikkonsisti fi tliet passi ewlenin: ir-rapportar annwali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri lill-Kummissjoni tad-data provviżorja bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi ġodda fis-sena kalendarja preċedenti; it-trażmissjoni ta’ dik id-data provviżorja mill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-EEA, lill-manifatturi kkonċernati; il-verifika ta’ dik id-data mill-manifatturi u, fejn meħtieġ, in-notifika lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet għal dik id-data.

(4)

Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-atturi differenti, bħala parti minn dawk it-tliet passi fil-limiti ta’ żmien rilevanti, jenħtieġ li jiġu speċifikati b’mod ċar, bl-objettiv li jiġu żgurati r-robustezza u l-affidabbiltà tas-sett ta’ data finali ppubblikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/631, li abbażi tiegħu jiġu ddeterminati l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur u l-konformità mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tiegħu.

(5)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/631, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiġbor, mill-2021, data dwar il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-użu reali tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief li jiġu rreġistrati minn apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord kif previst fl-Artikolu 4a tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (4).

(6)

Din id-data tal-użu reali jenħtieġ li tinġabar hekk kif issir disponibbli, peress li huwa essenzjali li jiġi identifikat, malajr kemm jista’ jkun, kif id-differenza bejn l-emissjonijiet tal-użu reali u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija u l-valuri korrispondenti tal-approvazzjoni tat-tip tevolvi maż-żmien, kemm għall-monitoraġġ tal-effettività tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi, kif ukoll għall-informazzjoni lill-pubbliku.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li jkun possibbli li jkun hemm aċċess għal data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tal-użu reali mill-aktar fis possibbli, il-manifatturi jenħtieġ li jintalbu jiġbru din id-data minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2021. Din id-data tista’ tinġabar jew permezz ta’ trasferimenti diretti ta’ data minn vetturi lill-manifatturi, jew permezz tan-negozjanti awtorizzati jew tas-sewwejja awtorizzati tagħhom meta l-vetturi jiddaħħlu għal service jew tiswijiet u d-data abbord għandha tinqara għal skopijiet oħra. Meta din id-data tkun saret disponibbli għal manifattur, jenħtieġ li tiġi rrapportata lill-Kummissjoni, li tibda b’data relatata ma’ vetturi ġodda rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba fl-2021.

(8)

Skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, l-obbligu li l-vetturi jiġu mgħammra b’apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija abbord ma japplikax għal ċerti manifatturi ta’ volumi żgħar, u għalhekk huwa xieraq li dawn jenħtieġ li jiġu eżentati wkoll mill-obbligu li jiġbru u jirrapportaw id-data tal-użu reali. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jżommx lill-manifatturi ta’ volumi żgħar milli jipprovdu data tal-użu reali f’każ li jkunu jixtiequ hekk.

(9)

Id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija tal-użu reali jenħtieġ li tinġabar mill-Istati Membri bħala parti mit-testijiet tal-affidabbiltà stradali mwettqa skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Sabiex dan il-kompitu jiġi ffaċilitat, huwa xieraq li l-obbligu li tinġabar id-data tal-użu reali jiġi allinjat mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/45/UE, kemm fir-rigward tal-iskedi nazzjonali għat-testijiet tal-affidabbiltà stradali kif ukoll għall-qari tad-data mill-port serjali dijanjostiku abbord tal-vetturi. Għalhekk il-ġbir ta’ data jenħtieġ li jibda mill-ewwel testijiet tal-affidabbiltà stradali u jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ qabel l-20 ta’ Mejju 2023, li hija d-data minn meta l-korpi u l-istabbilimenti li jwettqu dawk it-testijiet għandhom ikunu mgħammra bl-apparat meħtieġ, bħal għodod tal-iskennjar, skont dik id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jinżammux milli jagħtu data qabel dik id-data, jekk ikunu jixtiequ hekk.

(10)

Il-manifatturi u l-Istati Membri jenħtieġ li jirrappurtaw id-data tal-użu reali miġbura matul sena kalendarja lill-Kummissjoni u lill-EEA, billi jużaw il-proċeduri tat-trażmissjoni tad-data pprovduti mill-EEA. Jekk din id-data ma tkunx disponibbli, li jista’ jkun il-każ b’mod partikolari fl-ewwel snin kalendarji wara l-2021, il-manifatturi u l-Istati Membri jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni u jagħtu r-raġunijiet għal dan.

(11)

Id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija tal-użu reali jenħtieġ li tinġabar flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN). Il-VIN jitqies bħala data personali mill-mument li fih tiġi rreġistrata l-vettura, u għalhekk huwa soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data ta’ dak it-tip fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (6) L-ipproċessar tal-VINs għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/631 jenħtieġ li jitqies bħala legali skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-entitajiet involuti fil-ġbir, fir-rapportar u fl-ipproċessar tal-VINs, għandhom jitqiesu bħala kontrolluri ta’ dik id-data skont it-tifsira tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, fir-rigward tal-EEA u tal-Kummissjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li l-VINs jinġabru bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri, u li s-suġġetti tad-data, jiġifieri s-sidien tal-vetturi, ikunu infurmati b’mod adegwat skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(12)

Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll kif għandhom jintużaw id-data tal-użu reali u l-VINs, u l-perjodu ta’ żmien li għalih dik id-data għandha tinżamm mill-entitajiet differenti involuti fil-ġbir u fir-rapportar. Billi l-objettiv huwa li tiġi segwita l-evoluzzjoni tal-prestazzjoni ta’ użu reali tal-vettura għat-tul tal-ħajja stmat tagħha, id-data jenħtieġ li tinġabar għal perjodu ta’ 15-il sena għall-istess vettura u tinżamm mill-EEA għal perjodu ta’ 20 sena. Madankollu, fir-rigward ta’ entitajiet oħra li jiġbru u li jirrapportaw data, dawn jenħtieġ li jżommu d-data għaż-żmien meħtieġ biss biex iħejju d-data għat-trażmissjoni lill-EEA.

(13)

Il-ġbir ta’ data tal-użu reali u tal-VINs jenħtieġ li jkun trasparenti għalkollox, u s-sidien tal-vetturi għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jirrifjutaw li jagħmlu dik id-data disponibbli għall-manifatturi jew matul it-testijiet tal-affidabbiltà stradali. Jenħtieġ li jiġi nnutat li d-dritt għal rifjut min-naħa tas-sid tal-vettura mhuwiex ibbażat fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/679 u li r-rifjut jenħtieġ li jitqies validu biss fir-rigward tad-data li tinġabar għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(14)

Id-data li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/631 jenħtieġ li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ vetturi jew sewwieqa individwali, iżda jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss bħala sett ta’ data anonimizzat u aggregat mingħajr ebda referenza għall-VINs.

(15)

Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi ċerti aspetti tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-pubblikazzjoni tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija tal-użu reali, filwaqt li tqis, inter alia, id-disponibbiltà tat-trasferimenti diretti tad-data mill-vetturi.

(16)

Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tad-data tal-approvazzjoni tat-tip għall-fini tal-istabbiliment ta’ proċedura għall-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz, kif meħtieġ mill-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/631, il-ġbir ta’ din id-data skont ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (8) u (UE) 2017/1153 (9) jenħtieġ li jkompli wkoll wara li l-obbligu li tinġabar din id-data skont dawk ir-Regolamenti jieqaf japplika fl-1 ta’ Jannar 2021.

(17)

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li għalhekk jiżguraw li d-data relatata mat-testijiet imwettqa skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1151 tibqa’ tiġi rreġistrata u trażmessa liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, permezz tal-proċedura sikura ta’ trażmissjoni pprovduta minnu.

(18)

Mill-1 ta’ Jannar 2021, ma għadux meħtieġ li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief skont iċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) kif previst fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153, bl-eċċezzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri elettriċi ibridi b’iċċarġjar mhux fuq il-vettura mqiegħda fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2022, meta manifattur jixtieq jibbenefika minn super krediti kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/631.

(19)

Peress li t-tranżizzjoni mill-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 ibbażati fuq l-NEDC għal standards ibbażati fuq il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata Fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/1151 se titlesta kompletament biss sal-aħħar tal-2023, u fl-aħħar se tiġi rrappurtata bħala parti mill-proċess annwali ta’ monitoraġġ tad-data tas-CO2 fl-2024, u b’mod partikolari fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar l-ekoinnovazzjonijiet u l-vetturi ta’ tmiem is-serje, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar tal-2024.

(20)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-kummenti tiegħu fl-14 ta’ Jannar 2021.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri għall-monitoraġġ u għar-rapportar mill-Istati Membri u l-manifatturi ta’ data relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda, kif ukoll data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-użu reali ta’ dawk il-vetturi.

2.   Sabiex tiġi stabbilita l-proċedura għall-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi fis-servizz skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/631, dan ir-Regolament jipprevedi wkoll ir-rapportar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ ċerta data rreġistrata bħala parti mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip imwettqa skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/631, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

data dettaljata ta’ monitoraġġ” tfisser id-data dettaljata ta’ monitoraġġ speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/631 u għall-vetturi kummerċjali ħfief fit-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament;

(b)

data ta’ monitoraġġ aggregata” tfisser id-data aggregata speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri fit-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/631 u għall-vetturi kummerċjali ħfief fit-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament;

(c)

data tal-użu reali” tfisser id-data msemmija fil-punt 3.1(a) u (b) u l-punt 3.2(a) sa (g) u (l) tal-Anness XXII tar-Regolament (UE) 2017/1151 li nkisbet minn apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord.

KAPITOLU 2

RAPPORTAR TA’ DATA SKONT L-ARTIKOLU 7 TAR-REGOLAMENT (UE) 2019/631

Artikolu 3

Data ta’ monitoraġġ aggregata u dettaljata

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-manutenzjoni, il-ġbir, il-kontroll, il-verifika u t-trażmissjoni f’waqtha tad-data ta’ monitoraġġ aggregata u dettaljata lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet mill-EEA għal kjarifiki jew korrezzjonijiet tad-data trażmessa jiġu indirizzati mingħajr dewmien mill-persuni ta’ kuntatt maħtura tagħhom.

2.   Id-data ta’ monitoraġġ aggregata u dettaljata għandha tiġi rrapportata f’żewġ settijiet ta’ data separati għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief, rispettivament, skont il-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/631 u l-Parti C tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data ta’ monitoraġġ aggregata u dettaljata permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju Ċentrali tad-Data (CDR) ġestit mill-EEA. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta tiġi trażmessa d-data.

Artikolu 4

Kalkoli u data provviżorji

1.   Il-Kummissjoni, flimkien mal-EEA, għandha, skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/631, tiżgura li kull manifattur u konsorzju ta’ manifatturi responsabbli minn karozzi ġodda tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni jiġi nnotifikat dwar il-kalkolu provviżorju tal-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tiegħu u l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu tas-CO2, u dwar id-data rrapportata mill-Istati Membri.

2.   Il-kalkoli provviżorji u d-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati separatament għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief u għandhom jinkludu r-rekords li, abbażi tal-isem tal-manifattur u l-Identifikatur Dinji tal-Manifattur, jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-manifattur.

3.   Ir-reġistru ċentrali tad-data msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/631 għandu jinkludi l-entrati kollha tad-data rrappurtati mill-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi (VINs).

Il-VINs għandhom jinżammu mill-EEA għal perjodu ta’ 20 sena mid-data li fiha dawn ikunu ġew applowdjati għall-ewwel darba fis-CDR jew fir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju (BDR) tal-EEA.

Artikolu 5

Dettalji tal-manifattur

Il-manifatturi li jqiegħdu jew li jkollhom l-intenzjoni li jqiegħdu karozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/631 fis-suq tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-informazzjoni li ġejja u bi kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni:

(a)

l-isem tal-manifattur li jindikaw jew li jkollhom l-intenzjoni li jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità;

(b)

l-Identifikatur Dinji tal-Manifattur, li jikkorrispondi għall-ewwel tliet karattri tal-VIN, li jindikaw jew li jkollhom l-intenzjoni li jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità;

(c)

għall-fini tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/631, l-isem u l-indirizz tal-persuna ta’ kuntatt li tirrappreżenta lill-manifattur u li lilha tiġi indirizzata n-notifika tal-kalkoli u d-data provviżorji.

L-ismijiet u l-indirizzi msemmija fil-punt (c) għandhom jitqiesu bħala data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 6

Notifika ta’ żbalji fid-data użata għall-kalkoli provviżorji

1.   Meta manifattur jivverifika d-data provviżorja skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, huwa għandu juża s-sett ta’ data pprovdut għal dak l-iskop mill-EEA.

2.   Meta jiġi identifikat żball fis-sett ta’ data, il-manifattur għandu, fejn possibbli, jikkoreġih u jindika, permezz ta’ entrata separata fis-sett ta’ data għal kull rekord ta’ vetturi, intitolat “Kummenti tal-manifattur”, wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin:

(a)

il-Kodiċi A, jekk ir-reġistru jkun inbidel mill-manifattur;

(b)

il-Kodiċi B, jekk il-vettura ma tistax tiġi identifikata mill-manifattur;

(c)

il-Kodiċi C, jekk il-vettura taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/631;

(d)

il-Kodiċi D, jekk il-manifattur li lilu tkun ġiet attribwita vettura tal-kategorija N1 huwa l-manifattur tal-vettura kompluta iżda mhux tal-vettura bażi mhux kompluta jew kompluta.

Għall-finijiet tal-punt (b), vettura titqies mhux identifikabbli meta l-VIN ikun nieqes jew ikun manifestament żbaljat.

3.   Il-manifatturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żball skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/631 billi japplowdjaw is-sett ta’ data kkoreġut komplut fil-BDR. Dawn għandhom jibagħtu wkoll kopja elettronika tan-notifika għall-informazzjoni lill-indirizzi tal-posta elettronika li ġejjin:

EC-CO2-LDV-implementation@ec.europa.eu

u

CO2-monitoring@eea.europa.eu

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-talbiet għal kjarifiki tal-korrezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-EEA jiġu indirizzati mingħajr dewmien mill-persuni ta’ kuntatt tagħhom maħtura skont l-Artikolu 5(c) ta’ dan ir-Regolament.

5.   Meta manifattur ma jinnotifikax lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żball qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, il-valuri provviżorji nnotifikati skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala finali.

Artikolu 7

Rapportar ta’ data relatata ma’ vetturi kummerċjali ħfief kompluti

Il-manifatturi ta’ vettura bażi kif imsemmija fil-punt 1.2.2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 għandhom jittrażmettu d-data msemmija f’dak il-punt permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-data lill-BDR sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati bid-data provviżorja skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 tan-NEDC għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/631

1.   Manifattur ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-snin kalendarji 2021 jew 2022 b’valuri mkejla tas-CO2 tan-NEDC ta’ inqas minn 50 g CO2/km, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153, għandu jirrapporta dawk il-valuri mkejla tas-CO2 tal-NEDC lill-Kummissjoni flimkien man-notifika msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-manifattur biex jipprovdi ċ-ċertifikati ta’ konformità u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti li jappoġġaw il-valuri rrapportati tal-emissjonijiet tas-CO2.

KAPITOLU 3

IL-ĠBIR U R-RAPPORTAR TA’ DATA TAL-UŻU REALI

Artikolu 9

Ġbir u rapportar ta’ data tal-użu reali mill-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiġbru data tal-użu reali flimkien mal-VINs ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li huma rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2021 u li huma mgħammra b’apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2017/1151, sakemm sid il-vettura ma jirrifjutax b’mod espliċitu li jagħmel dik id-data disponibbli għall-manifattur jew għan-negozjant awtorizzat jew għas-sewwej awtorizzat tiegħu.

2.   Meta d-data tal-użu reali u l-VINs ma jinġabrux mill-manifattur permezz ta’ trasferiment dirett tad-data mill-vettura, il-manifattur għandu jiżgura li d-data tinġabar u tiġi trażmessa lilu min-negozjant awtorizzat jew mis-sewwej awtorizzat tiegħu kull darba li l-vettura tinġieb għas-service jew għat-tiswija jew għal kwalunkwe intervent ieħor u li d-data għandha tinqara mill-port serjali dijanjostika abbord tal-vettura. L-apparat jew l-għodda tal-iskennjar użata għandha tkun kapaċi taqra d-data kif tiġi rreġistrata fuq l-apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord. Il-qari tad-data għandu jkun bla ħlas u ma għandu jkun soġġett għal ebda kundizzjonijiet speċifiċi.

Il-manifattur u, meta applikabbli, in-negozjant awtorizzat jew is-sewwej awtorizzat tiegħu, għandu jiżgura li għall-ġbir tal-VINs jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri.

3.   Fl-1 ta’ April ta’ kull sena, b’effett mill-2022, manifattur għandu jirrapporta lill-Kummissjoni kwalunkwe data tal-użu reali u l-VINs li jkunu nġabru fis-sena kalendarja preċedenti, kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness, billi japplowdjaha fuq il-BDR.

Fil-każ li diversi rekords li jirreferu għall-istess VIN jinġabru minn manifattur fl-istess sena kalendarja, id-data tal-użu reali li għandha tiġi rrapportata għandha tkun ir-rekord li jindika l-ogħla distanza totali vvjaġġata. Id-data tal-użu reali għal vettura partikolari għandha tinġabar għal perjodu massimu ta’ 15-il sena mid-data li fiha d-data għal dik il-vettura tkun ġiet irrappurtata għall-ewwel darba lill-EEA.

Meta manifattur jiddikjara li d-data tal-użu reali ma tistax tiġi rrapportata, jew tista’ tiġi rrapportata biss parzjalment, dan għandu jagħmel dikjarazzjoni f’dak ir-rigward lill-Kummissjoni u għandu jipprovdi r-raġunijiet għal dan. Id-dikjarazzjoni u l-ġustifikazzjoni għandhom jiġu applowdjati fuq il-BDR.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-manifatturi ta’ volumi żgħar kif imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) 2017/1151.

Artikolu 10

Ġbir u rapportar ta’ data tal-użu reali mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi jew l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/45/UE jiġbru data tal-użu reali u VINs ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li huma rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2021 u li huma mgħammra b’apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2017/1151.

B’effett mill-20 ta’ Mejju 2023, id-data tal-użu reali flimkien mal-VINs għandhom jinġabru meta l-vetturi jgħaddu minn testijiet tal-affidabbiltà stradali skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/45/UE, sakemm sid il-vettura ma jirrifjutax b’mod espliċitu li jagħmel dik id-data disponibbli.

Id-data tal-użu reali għandha tinqara permezz ta’ apparat għall-konnessjoni mal-interfaċċja elettronika tal-vettura, bħal għodda tal-iskennjar kif imsemmi fl-Anness III tad-Direttiva 2014/45/UE. L-apparat użat għandu jkun kapaċi jaqra d-data kif tiġi rreġistrata fuq l-apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord.

2.   B’effett mill-2022, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-użu reali flimkien mal-VINs, kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness, li nġabret fis-sena kalendarja preċedenti, tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni kull sena fl-1 ta’ April, billi japplowdjaw dik id-data fis-CDR. Meta tali data ma tkunx disponibbli, għandha tiġi applowdjata fis-CDR dikjarazzjoni f’dak ir-rigward, li tinkludi r-raġunijiet għaliex id-data mhijiex disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-użu reali għal vettura partikolari tinġabar għal perjodu massimu ta’ 15-il sena mid-data li fiha dik id-data tkun ġiet irrappurtata għall-ewwel darba għall-vettura lill-EEA.

L-Istati Membri u l-korpi jew l-istabbilimenti responsabbli għall-ġbir tal-VINs għandhom jiżguraw li għall-ġbir tal-VINs jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri.

Artikolu 11

Obbligi relatati mal-protezzjoni ta’ data personali

1.   L-entitajiet li ġejjin li huma responsabbli mill-ġbir tal-VINs flimkien mad-data tal-użu reali direttament mill-vetturi, għandhom, fir-rigward tal-ġbir u l-ipproċessar tal-VINs, jitqiesu bħala kontrolluri tad-data rilevanti skont it-tifsira tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679:

(a)

il-manifatturi fil-każ ta’ trasferimenti diretti ta’ data mill-vetturi lill-manifattur;

(b)

in-negozjanti awtorizzati jew is-sewwejja awtorizzati;

(c)

il-korpi jew l-istabbilimenti responsabbli għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali.

Dawk l-entitajiet għandhom jiżguraw li jissodisfaw l-obbligu li jipprovdu informazzjoni lis-sidien tal-vetturi fil-kapaċità tagħhom bħala suġġetti tad-data, kif stipulat fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Meta l-VINs ikunu nkisbu b’mod indirett minn sid il-vettura għall-finijiet tal-Artikoli 3, 9 jew 10, l-Istati Membri, u, fejn applikabbli, il-manifatturi għandhom, fil-kapaċità tagħhom bħala kontrolluri tad-data, jiżguraw li jissodisfaw l-obbligu li jipprovdu informazzjoni lis-sidien tal-vetturi kif stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.   L-EEA u l-Kummissjoni għandhom, b’rabta mal-ġbir u l-ipproċessar tal-VINs għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jitqiesu bħala kontrolluri tad-data soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725.

4.   Il-VINs u d-data tal-użu reali miġbura skont l-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament ma jistgħu jintużaw għall-ebda skop għajr dak speċifikat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/631.

5.   Il-VINs u d-data tal-użu reali miġbura skont l-Artikoli 9 u 10 jistgħu jinżammu biss għall-perjodi li ġejjin:

(a)

mill-manifatturi, sakemm dik id-data tkun ġiet irrapportata skont l-Artikolu 9(3);

(b)

min-negozjanti u mis-sewwejja awtorizzati, sakemm dik id-data tkun ġiet trażmessa lill-manifattur skont l-Artikolu 9(2);

(c)

mill-korpi u mill-istabbilimenti responsabbli għat-testijiet tal-affidabbiltà stradali, sakemm dik id-data tkun ġiet trażmessa lill-EEA, jew lill-awtorità maħtura mill-Istati Membri għar-rapportar tad-data lill-EEA, skont l-Artikolu 10(2);

(d)

mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għar-rapportar tad-data tal-użu reali lill-EEA, sakemm dik id-data tkun ġiet irrapportata skont l-Artikolu 10(2);

(e)

mill-EEA, sa 20 sena mid-data li fiha d-data tkun ġiet applowdjata għall-ewwel darba fil-BDR skont l-Artikolu 9(3) jew fis-CDR skont l-Artikolu 10(2).

Artikolu 12

Pubblikazzjoni ta’ data tal-użu reali

B’effett minn Diċembru 2022, kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika settijiet ta’ data anonimizzati u aggregati li għandhom jinqasmu bejn il-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magni ta’ kombustjoni interna, u vetturi elettriċi ibridi b’iċċarġjar mhux fuq il-vettura (OVC-HEVs) tal-istess kategoriji, inkluża d-data li ġejja għal kull manifattur:

(a)

il-konsum medju tal-fjuwil (l/100 km) abbażi tad-data rrapportata skont l-Artikoli 9 u 10;

(b)

il-konsum medju tal-enerġija elettrika (kWh/100 km) abbażi tad-data rrapportata skont l-Artikoli 9 u 10;

(c)

l-emissjonijiet medji tas-CO2 (g/km) ikkalkulati abbażi tad-data rrapportata skont l-Artikoli 9 u 10;

(d)

id-differenza bejn il-konsum medju tal-fjuwil imsemmi fil-punt (a) u l-medja tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-istess vetturi bħal dawk li għalihom ġiet irrappurtata d-data tal-użu reali;

(e)

id-differenza bejn il-konsum medju tal-enerġija elettrika msemmi fil-punt (b) u l-medja tal-valuri tal-konsum tal-enerġija elettrika rreġistrati fiċ-ċertifikati tal-konformità tal-istess vetturi bħal dawk li għalihom ġiet irrappurtata d-data tal-użu reali;

(f)

id-differenza bejn l-emissjonijiet medji tas-CO2 (g/km) ikkalkulati skont il-punt (c) u l-medja tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-istess vetturi bħal dawk li għalihom ġiet irrapportata d-data tal-użu reali.

Il-punti (b) u (e) għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-OVC-HEVs.

Artikolu 13

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, tirrevedi l-implimentazzjoni tal-Artikoli 9 sa 12 ta’ dan ir-Regolament filwaqt li tqis, b’mod partikolari, dan li ġej:

(a)

l-għadd ta’ vetturi mgħammra b’apparat għat-trasferiment dirett tad-data;

(b)

il-ħtieġa ta’ monitoraġġ u rapportar kontinwi tad-data tal-użu reali mill-manifatturi;

(c)

il-perjodu ta’ żmien li matulu d-data tal-użu reali jeħtieġ li tiġi mmonitorjata u rrapportata;

(d)

il-livell xieraq ta’ aggregazzjoni tad-data li għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU 4

MONITORAĠĠ U RAPPORTAR TAD-DATA MIT-TESTIJIET LI JSIRU SKONT IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2017/1151

Artikolu 14

Data tat-test

1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiżguraw li d-data speċifikata fit-Tabella 2 tal-Anness tiġi rreġistrata għal kull test tat-Tip 1 imwettaq skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

2.   Id-data rreġistrata għandha tiġi applowdjata f’format kriptat fis-server dedikat tal-Kummissjoni. Meta d-data tkun ġiet applowdjata b’mod korrett, għandha tintbagħat irċevuta mis-server tal-Kummissjoni lill-entità li tkun applowdjat id-data.

3.   Id-data tat-test ma għandhiex tiġi ppubblikata.

Artikolu 15

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1014/2010 u (UE) Nru 293/2012 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.

2.   Ir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta’ April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).


ANNESS

1.   Il-ġbir u r-rappurtar ta’ data dwar l-użu reali u vins skont l-Artikoli 9 u 10

Tabella 1

Data li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikoli 9 u 10

Parametru

Unità

Vetturi tal-kategorija M1 u N1

 

 

Vetturi b’magna tal-kombustjoni interna biss u vetturi elettriċi ibridi b’iċċarġjar fuq il-vettura  (1)

Vetturi elettriċi ibridi b’iċċarġjar mhux fuq il-vettura (2)

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

-

Il-fjuwil totali kkonsmat (tul il-ħajja tal-vettura)

l

Id-distanza totali vvjaġġata (tul il-ħajja tal-vettura)

km

Il-fjuwil totali kkonsmat fi tħaddim bi tnaqqis taċ-ċarġ (tul il-ħajja tal-vettura)

l

_

Il-fjuwil totali kkonsmat fi tħaddim b’żieda taċ-ċarġ ta’ modalità li tista’ tintgħażel mis-sewwieq (tul il-ħajja tal-vettura)

l

_

Id-distanza totali vvjaġġata fi tħaddim bi tnaqqis taċ-ċarġ bil-magna mitfija (tul il-ħajja tal-vettura)

km

_

Id-distanza totali vvjaġġata fi tħaddim bi tnaqqis taċ-ċarġ bil-magna qed taħdem (tul il-ħajja tal-vettura)

km

_

Id-distanza totali vvjaġġata fi tħaddim b’żieda taċ-ċarġ ta’ modalità li tista’ tintgħażel mis-sewwieq (tul il-ħajja tal-vettura)

km

_

L-enerġija tal-grilja totali fil-batterija (tul il-ħajja tal-vettura)

kWh

_

2.   Rapportar tad-data skont l-Artikolu 14

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu rrapportati għal kull familja ta’ interpolazzjoni, jiġifieri għall-vehicle high (VH) u, fejn applikabbli, għall-vehicle low (VL) jew vettura M, għat-testijiet tat-Tip 1 imwettqa skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

Ħlief fejn indikat mod ieħor fit-Tabella 2, fejn isir aktar minn test wieħed tat-Tip 1 ta’ vehicle high jew ta’ vehicle low, id-data tat-test għandha tiġi rrapportata skont dan li ġej:

(a)

fil-każ ta’ żewġ testijiet tat-Tip 1, id-data tat-test għat-test tat-Tip 1 bl-ogħla emissjonijiet tas-CO2 imkejla (ikkombinati);

(b)

fil-każ ta’ tliet testijiet tat-Tip 1, id-data tat-test għat-test tat-Tip 1 bil-medjan tal-emissjonijiet tas-CO2 imkejla (ikkombinati).

Tabella 2

Data tat-test tat-Tip 1

Nru.

Parametri

Unità

Sors (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-referenzi kollha huma għar-Regolament (UE) 2017/1151)

Kummenti

1

Identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni

-

Il-Punt 0, it-Taqsima II taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, l-Appendiċi 4 tal-Anness I.

Għandha tiġi pprovduta data għal kull familja ta’ interpolazzjoni b’approvazzjoni tat-tip

2

Identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-ġenitur (fejn applikabbli)

-

-

Indika l-identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-ġenitur, jekk id-data tat-test tkun ġiet iddeterminata għal familja tal-interpolazzjoni oħra

3

Estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip

-

Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

0 = Le | 1 = Iva – jekk it-test isir għall-iskop ta’ estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip

4

Tip ta’ propulsjoni

-

 

ICEV, OVC-HEV, NOVC-HEV biss

5

Il-kategorija u l-klassi tal-vettura

 

Il-Punt 0.4, l-Appendiċi 3 tal-Anness I

M1 jew N1 Klassi 1, 2 jew 3

6

Tip ta’ tqabbid

 

Il-Punt 3.2.1.1., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni

7

Numru ta’ ċilindri

-

Il-Punt 3.2.1.2., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

In-numru, jekk ma jkunx ipprovdut, huwa prestabbilit għal 4

8

L-istroke tal-magna

mm

Il-Punt 3.2.1.2.2., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

 

9

Iċ-ċilindrata

cm3

Il-Punt 3.2.1.3., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

 

10

Il-potenza nominali tal-magna

kW

Il-Punt 3.2.1.8., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

 

11

Il-veloċità tal-magna bil-potenza nominali tal-magna

min-1

Il-Punt 3.2.1.8., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Il-veloċità tal-magna bil-potenza netta massima

12

It-tip ta’ fjuwil

-

Il-Punt 3.2.2.1. tal-Appendiċi 3 tal-Anness I

Diżil/Petrol/LPG/NG jew Bijometan/Etanol(E85)/Bijodiżil/Idroġenu

13

Vettura bifjuwil

-

Il-Punt 3.2.2.4., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

0 = Le | 1 = Iva

Fil-każ ta’ vetturi bifjuwil, għandhom jiġu pprovduti riżultati tat-testijiet għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil (2 mudelli tal-input)

14

L-output ta’ potenza massima ta’ kull magna elettrika (P0, P1, P2, P2 planetarju, P3, jew P4) (*1)

kW

Il-Punt 3.3.1.1.1., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

OVC-HEV u NOVC-HEV

15

In-numru ta’ ċelloli tal-REESS

-

Il-Punt 3.3.2.1. l-Appendiċi 3 tal-Anness I

OVC-HEV u NOVC-HEV

16

Il-kapaċità tal-batterija ta’ servizz

Ah

Il-Punt 3.4.4.5, l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Il-kapaċità tal-batterija b’vultaġġ baxx

17

Il-vultaġġ nominali tal-alternatur

V

Il-Punt 3.4.4.5, l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Il-vultaġġ nominali tal-alternatur (obbligatorju għat-tip “ICEV biss”)

18

Id-dimensjonijiet tat-tajers (quddiem/wara)

-

Il-Punt 3.5.7.1

Parametri tal-vettura tat-test, l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Il-kodiċi tat-tajer (eż. P195/55R1685H) tat-tajers tal-vettura tat-test

19

Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0

N

Il-Punt 3.5.7.1. l-Appendiċi 3 tal-Anness I

VH u VL (jekk applikabbli)

20

Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1

N/(km/h)

Il-Punt 3.5.7.1. l-Appendiċi 3 tal-Anness I

VH u VL (jekk applikabbli)

21

Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2

N/(km/h)2

Il-Punt 3.5.7.1. l-Appendiċi 3 tal-Anness I

VH u VL (jekk applikabbli)

22

It-tip ta’ gerboks

-

Il-Punt 4.5.1., l-Appendiċi 3 tal-Anness I

awtomatiku/manwali/CVT/planetarju

23

Il-proporzjonijiet interni tal-gerboks

-

Il-Punt 4.6, l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Għal kull ger separatament

24

Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni finali

-

Il-Punt 4.6, l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Jekk il-vettura jkollha aktar minn trażmissjoni finali waħda, daħħal il-valuri għal kull ger separatament

25

Il-valuri tal-marġini addizzjonali tas-sikurezza (ASM)

%

Il-Punt 4.6.1.7.1, l-Appendiċi 3 tal-Anness I

Irrapporta l-valuri meta jintużaw għall-kalkoli tat-tibdil tal-gerijiet

26

Ir-roti tas-sewqan

-

Il-Punt 1.7, l-Appendiċi 4 tal-Anness I

Trazzjoni fuq żewġ roti, trazzjoni fuq erba’ roti.

27

L-emissjonijiet tas-CO2 li jnaqqsu ċ-ċarġ (ikkombinati)

gCO2/km

Il-Punt 2.5.3.2, l-Appendiċi 4 tal-Anness I

OVC-HEV biss

Fil-każ ta’ 2 jew 3 testijiet, għandhom jiġu pprovduti r-riżultati kollha.

28

L-emissjonijiet tas-CO2 ponderati kkombinati (imkejla)

gCO2/km

2.5.3.3., l-Appendiċi 4 tal-Anness I

OVC-HEV biss.

Fil-każ ta’ 2 jew 3 testijiet, għandhom jiġu pprovduti r-riżultati kollha.

29

L-emissjonijiet tas-CO2 ponderati kkombinati (iddikjarati)

gCO2/km

Il-Punt 2.5.3.3., l-Appendiċi 4 tal-Anness I

OVC-HEV biss

30

L-ekwivalenti tal-medda Elettrika Kollha (EAER) ikkombinata

km

Il-Punt 2.5.3.7.2., (EAER), l-Appendiċi 4 tal-Anness I

OVC-HEV biss

31

Il-veloċità idle tal-magna

min-1

Il-Punt 1.1.2., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Il-veloċità idle f’kundizzjonijiet sħan

32

Il-fatturi Willans għal ICE għall-emissjonijiet tas-CO2

gCO2/MJ

Il-Punt 1.1.3., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Il-valur skont it-Tabella A6.App2/3 użat għall-korrezzjoni tal-RCB

33

Il-kapaċità tal-REESS tat-trazzjoni

Ah

Il-Punt 1.1.10., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

OVC-HEV u NOVC-HEV

34

It-tip ta’ teknoloġija tal-REESS tat-trazzjoni

-

Il-Punt 1.1.10., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

OVC-HEV u NOVC-HEV

35

Il-vultaġġ nominali jew serje ta’ ħin tal-REESS tat-trazzjoni

V

Il-Punt 1.1.10., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

OVC-HEV u NOVC-HEV

Il-valuri nominali jew f’serje ta’ ħin użati għat-test (20Hz)

36

Il-massa tat-test

kg

Il-Punt 1.2.1 għal VH u l-Punt 1.3.1. għal VL, l-Appendiċi 8a, l-Anness I

VH u VL (jekk applikabbli)

37

In-numru ta’ assi dinamometriku matul it-test

-

Il-Punt 2.1, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Konfigurazzjoni tax-xażi dinamometriku matul it-test tat-Tip 1 (fus 1, 2 fusijiet) għal VH/VL

38

Kurrent tal-alternejter (konvertitur DC/DC - naħa tal-vultaġġ baxx - fil-każ ta’ NOVC u ta’ OVC-HEVs)

A

Kif imkejjel fit-test tat-Tip 1

Arranġament: 1Hz, riżoluzzjoni ta’ 0.1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

39

Fattur Riġenerattiv Ki

multiplikattiv/addittiv

-

Il-Punt 2.1.1.2.1., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

L-emissjonijiet tas-CO2; Għal vetturi mingħajr sistemi li jirriġeneraw perjodikament, dan il-valur huwa ugwali għal 1.

40

Il-valur imkejjel ta’ CO2 f’fażi baxxa

gCO2/km

Il-Punt 2.1.1.2.1, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Valur imkejjel mhux ikkoreġut ta’ MCO2.p.1 tal-fażi baxxa (valur li jsostni l-iċċarġjar fil-każ ta’ NOVC- u OVC-HEVs).

41

Il-valur imkejjel ta’ CO2 f’fażi medja

gCO2/km

Il-Punt 2.1.1.2.1, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Valur imkejjel mhux ikkoreġut ta’ MCO2.p.1 tal-fażi medja (valur li jsostni l-iċċarġjar fil-każ ta’ NOVC- u OVC-HEVs)

42

Il-valur imkejjel ta’ CO2 f’fażi għolja

gCO2/km

Il-Punt 2.1.1.2.1, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Valur imkejjel mhux ikkoreġut ta’ MCO2.p.1 tal-fażi għolja (valur li jsostni l-iċċarġjar fil-każ ta’ NOVC- u OVC-HEVs)

43

Il-valur imkejjel ta’ CO2 f’fażi għolja ħafna

gCO2/km

Il-Punt 2.1.1.2.1, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Valur imkejjel mhux ikkoreġut ta’ MCO2.p.1 tal-fażi għolja ħafna (valur li jsostni l-iċċarġjar fil-każ ta’ NOVC- u OVC-HEVs).

44

Il-valur imkejjel ta’ CO2 (ikkombinat)

gCO2/km

Il-Punt 2.1.1.2.1, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Valur imkejjel mhux ikkoreġut ta’ MCO2.c.1 taċ-ċiklu sħiħ (valur li jsostni l-iċċarġjar fil-każ ta’ NOVC- u OVC-HEVs). Fil-każ ta’ 2 u 3 testijiet għandhom jiġu pprovduti r-riżultati kollha mkejla.

45

CO2 imkejjel ikkoreġut (ikkombinat)

gCO2/km

Il-Punt 2.1.1.2.1., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

L-emissjonijiet ikkombinati ta’ CO2 imkejla għall-vettura H u L wara l-korrezzjonijiet kollha applikabbli, MCO2,C,5. Fil-każ ta’ 2 u 3 testijiet għandhom jiġu pprovduti r-riżultati kollha mkejla. Fil-każ ta’ OVC-HEV u NOVC-HEV, din hija l-modalità li ssostni l-iċċarġjar

46

Il-valur iddikjarat ta’ CO2

gCO2/km

Il-Punt 2.1.1.2.1., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Valur iddikjarat mill-manifattur

47

Fattur ta’ korrezzjoni tal-familja tal-ATCT

-

Il-Punt 2.1.1.2.2., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Fattur ta’ korrezzjoni tal-familja tal-ATCT (korrezzjoni ta’ 14 °C)

48

Il-konsum tal-fjuwil matul it-test tat-Tip 1 kif irreġistrat fuq l-apparat għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil abbord (OBFCM)

l

Il-Punt 2.1.1.3.1., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Il-fjuwil ikkonsmat matul it-test (valur li jsostni l-iċċarġjar fil-każ ta’ NOVC-HEV u OVC-HEV). Fil-każ ta’ 2 u 3 testijiet għandhom jiġu pprovduti r-riżultati kollha mkejla.

49

In-numru tal-indiċi taċ-ċiklu ta’ tranżizzjoni

-

Il-Punt 2.1.1.4.1.4., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

għal OVC-HEV indika n-numru tal-indiċi taċ-ċiklu ta’ tranżizzjoni

50

Vultaġġ nominali tal-REESS

V

Il-Punt 1.1.10., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Għall-batterija b’vultaġġ baxx kif deskritt fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI

51

Korrezzjoni tal-RCB

 

 

Il-korrezzjoni saret?

0 = Le | 1 = Iva

52

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tal-RCB

(g/km)/(Wh/km)

Il-Punt 2.1.1.2.1., l-Appendiċi 8a tal-Anness I

NOVC-HEV u OVC-HEV

53

Il-konsum tal-fjuwil

l/100 km

Iddeterminat skont il-Punt 6 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI u permezz tar-riżultati għall-kriterji emissjonijiet u emissjonijiet tas-CO2 mill-Istadju 2 fit-Tabella A7/1

Il-konsum mhux ibbilanċjat tal-fjuwil tal-vettura H tat-test tat-Tip 1 u, fejn applikabbli, tal-vettura L. F’każ ta’ żewġ jew tliet testijiet, għandhom jiġu rrapportati l-valuri kollha.

54

Ħin

sek

Kif imkejjel fit-test tat-Tip 1

Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1Hz

55

Il-profil tal-veloċità (teoretiku)

km/siegħa

Kif applikat fit-test tat-Tip 1

Arranġament: 1Hz, riżoluzzjoni ta’ 0.1 km/siegħa. Jekk ma jkunx ipprovdut, japplika l-profil tal-veloċità ddefinit fil-Punt 6 tas-Subanness 1 tal-Anness XXI u b’mod partikolari, tat-tabelli A1/7-A1/9, A1/11, u A1/12

56

Il-profil tal-veloċità (attwali)

km/siegħa

Kif imkejjel fit-test tat-Tip 1

Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1Hz u 10 Hz, riżoluzzjoni ta’ 0.1 km/siegħa

57

Il-ger (teoretiku)

-

Kif applikat fit-test tat-Tip 1 ibbażat fuq il-kalkoli definiti fis-Subanness 2 tal-Anness XXI

Arranġament: 1Hz. Obbligatorju għal vetturi bi trażmissjoni manwali

58

Il-veloċità tal-Magna

rpm

Kif imkejjel fit-test tat-Tip 1

Arranġament: 1Hz, riżoluzzjoni ta’ 10 RPM mill-OBD

59

It-Temperatura tal-Fluwidu Berried tal-Magna

°C

Kif imkejla fit-test tat-Tip 1

Arranġament: Data tal-OBD, 1Hz, riżoluzzjoni ta’ 1 °C

60

Il-kurrent tal-batterija ta’ servizz

A

Kif imkejjel fit-test tat-Tip 1

Arranġament: 1Hz, riżoluzzjoni ta’ 0.1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

61

It-tagħbija kkalkulata

-

Kif imkejla fit-test tat-Tip 1

Arranġament: Data tal-OBD, kejl tat-test ta’ mill-inqas 1Hz (frekwenzi ogħla possibbli, riżoluzzjoni ta’ 1 %)

62

Kurrent tal-REESS tat-trazzjoni

A

Kif imkejjel fit-test tat-Tip 1

Il-valuri tas-serje f’ħin ta’ 20Hz użati għat-test(ijiet) kampjunat/i mill-ġdid għal 1Hz

obbligatorji għal NOVC-HEV u għal OVC-HEV

63

Rata tal-fjuwil tal-magna

g/s

Kif imkejla fit-test tat-Tip 1

Sinjal istantanju rreġistrat għat-test (valur li jsostni l-iċċarġjar fil-każ ta’ NOVC-HEV u OVC-HEV).

64

Rata tal-fjuwil tal-magna

l/h

Kif imkejla fit-test tat-Tip 1

Idem

65

Rata tal-fjuwil tal-vettura

g/s

Kif imkejla fit-test tat-Tip 1

Idem

66

Il-kurva tal-potenza b’tagħbija sħiħa għall-ICEVs

kW vs. rpm

Dikjarazzjoni tal-manifattur

Il-kurva tal-potenza tat-tagħbija sħiħa tul il-medda tal-veloċità tal-magna minn n idle sa n nominali jew n mass, jew n dv(n gvmax) × v mass, skont liema minnhom ikun l-ogħla

67

L-istat inizjali ta’ ċarġ tal-REESS tat-trazzjoni

%

Dikjarazzjoni tal-manifattur

SOC inizjali tal-REESS tat-trazzjoni f’kundizzjoni li ssostni l-iċċarġjar (għal OVC-HEV u NOVC-HEV)

68

Il-konsum tal-fjuwil bil-magna idle

g/s

Dikjarazzjoni tal-manifattur

Konsum tal-fjuwil bil-magna idle f’kundizzjoni sħuna

69

Il-potenza massima tal-alternatur

kW

Dikjarazzjoni tal-manifattur

 

70

L-effiċjenza tal-alternatur

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

Valur prestabbilit = 0.67

71

Il-konvertur tat-torque

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le, 1 = Iva; Il-vettura tuża konvertur tat-torque?

72

Il-ger li jiffranka l-fjuwil għat-trażmissjoni awtomatika

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le, 1 = Iva

73

Turbocharger jew Supercharger

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna hija mgħammra b’xi tip ta’ sistema ta’ ċċarġjar?

74

Start-stop

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema start-stop?

75

L-Irkupru tal-enerġija mill-Brejkijiet

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha teknoloġiji għall-irkupru tal-enerġija?

76

L-attwazzjoni varjabbli tal-valv

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna fiha attwazzjoni varjabbli tal-valv?

77

Il-ġestjoni termali

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha teknoloġiji li jimmaniġġjaw b’mod attiv it-temperatura fil-gerboks?

78

Injezzjoni diretta/Injezzjoni tal-Fjuwil mill-Bokka

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = PFI | 1 = DI

79

Il-kombustjoni b’taħlita fqira

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna tuża kombustjoni b’taħlita fqira?

80

Id-diżattivazzjoni taċ-ċilindru

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna tuża sistema ta’ diżattivazzjoni taċ-ċilindru? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi wkoll il-proporzjonijiet taċ-ċilindri attivi

81

Ir-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema esterna tal-EGR?

82

Il-filtru tal-partikuli

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha filtru tal-partikuli?

83

Ir-Riduzzjoni Katalitika Selettiva

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema SCR?

84

In-nassa tal-NOx f’taħlita fqira

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha nassa tal-NOx f’taħlita fqira?

85

Konfigurazzjoni tal-Vettura Ibrida (P0, P1, P2, P2 planetarja, P3, jew P4)  (*1)

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

Il-vettura għandha magna elettrika użata għall-propulsjoni tal-vettura u għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika fil-pożizzjoni P0, P1, P2, P2 planetarja, P3, jew P4, jew kombinament tagħhom?

86

Output tat-torque massimu għal kull magna elettrika (P0, P1, P2, P2 planetarju, P3, jew P4)  (*1)

Nm

Dikjarazzjoni tal-manifattur

 

87

Għal kull magna elettrika, il-proporzjon bejn il-veloċità rotazzjonali tal-magna elettrika u l-veloċità rotazzjonali ta’ referenza (P0, P1, P2, P2 planetarju, P3, jew P4)  (*1)

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

 

88

Funzjoni ta’ deċelerazzjoni libera bil-magna mixgħula

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

Iva/Le. Il-vettura għandha l-funzjoni ta’ engine idle coasting (li tippermetti li l-magna tkun idle matul id-deċelerazzjoni libera tal-vettura sabiex jiġi ffrankat il-fjuwil)?

89

Funzjoni ta’ deċelerazzjoni libera bil-magna mitfija

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

Iva/Le. Il-vettura għandha l-funzjoni ta’ engine-stop coasting (li tippermetti li l-magna tintefa’ waqt id-deċelerazzjoni libera tal-vettura sabiex jiġi ffrankat il-fjuwil)?

90

Il-vettura mhijiex kompluta

-

Dikjarazzjoni tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva – Il-vettura mhijiex kompluta?

91

Il-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan

kg

Il-Punt 1.1, l-Appendiċi 4 tal-Anness I

MRO għal VH u VL (jekk applikabbli)

92

Il-veloċità limitata tal-vettura

km/siegħa

Il-parametri għall-għażla taċ-ċiklu il-punt 1.2.3, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Indika jekk il-veloċità limitata (u l-valur) intużatx fit-test tat-Tip 1 għal VH u VL (jekk applikabbli)

93

Il-veloċità massima tal-vettura

km/siegħa

Il-parametri għall-għażla taċ-ċiklu il-punt 1.2.3, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Indika l-veloċità massima tal-vettura għal VH u VL (jekk applikabbli)

94

L-informazzjoni addizzjonali għall-kalkolu tat-tibdil tal-gerijiet

min-1

It-tibdil tal-gerijiet il-punt 1.2.4, l-Appendiċi 8a tal-Anness I

Għal vetturi bi trażmissjoni manwali biss. Informazzjoni dwar sewqan n_min.

P1: il-magna elettrika hija mqabbda mal-krankxaft tal-magna u għalhekk ikollha l-veloċità tal-magna bħala l-veloċità ta’ referenza;

P2: il-magna elettrika hija mmuntata dritt ’il fuq mit-trażmissjoni (gerboks jew trażmissjoni kontinwament varjabbli), u għalhekk ikollha l-veloċità tal-input tat-trażmissjoni bħala l-veloċità ta’ referenza;

P2 planetarju: il-magna elettrika hija mqabbda mal-ger ta’ sett ta’ gerijiet planetarji li ma jkunx imqabbad mal-magna tal-kombustjoni interna jew mal-ġnub tat-trażmissjoni finali, hawnhekk imsejħa bħala l-ġenb planetarju. F’dan il-każ il-proporzjon tal-veloċità li għandu jiġi speċifikat huwa l-proporzjon bejn il-magna elettrika u l-veloċità tar-rotazzjoni tal-ġenb planetarju (il-veloċità ta’ referenza) li jirrifletti l-effett tal-multiplikazzjoni/tnaqqis tal-veloċità ta’ ger ta’ tnaqqis;

P3: il-magna elettrika hija dritt ’il fuq mit-trażmissjoni finali ta’ fus motorizzat, għalhekk ikollha l-veloċità rotazzjonali tal-input tat-trażmissjoni finali bħala l-veloċità ta’ referenza (dan jinkludi magni elettriċi mmuntati fuq il-ger ta’ sett ta’ gerijiet planetarji fuq in-naħa tat-trażmissjoni finali). Vettura jista’ jkollha sa żewġ magni P3 (waħda għall-fus ta’ quddiem (P3a) u waħda għall-fus ta’ wara (P3b);

P4: il-magna elettrika hija ’l isfel mit-trażmissjoni finali, u għalhekk ikollha l-veloċità tar-rota bħala l-veloċità ta’ referenza. Vettura jista’ jkollha sa erba’ muturi P4 (wieħed għal kull rota, fejn P4a jindika r-roti ta’ quddiem u P4b ir-roti ta’ wara).


(1)  Jaħdmu esklussivament bid-diżil minerali, bil-bijodiżil, bil-petrol, bl-etanol jew bi kwalunkwe kombinament ta’ dawk il-fjuwils.

(2)  Jaħdmu bl-elettriku u bid-diżil minerali, bil-bijodiżil, bil-petrol jew bl-etanol.

(*1)  P0: il-magna elettrika hija mqabbda maċ-ċinturin tas-servizz tal-magna u għalhekk ikollha l-veloċità tal-magna bħala l-veloċità ta’ referenza;


DEĊIŻJONIJIET

5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/393

tal-1 ta’ Marzu 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE stabbilit permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea rigward emendi fil-Kapitolu IIa, u fl-Annessi I u II, tal-Protokoll 10 ta’ dak il-Ftehim, dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u l-formalitajiet rigward il-ġarr tal-merkanzija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 10 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (il-“Ftehim ŻEE”) dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u l-formalitajiet rigward il-ġarr tal-merkanzija u dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (il-“Protokoll”) ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2009 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim ŻEE (il-“Kumitat Konġunt taż-ŻEE”) jista’ jadotta deċiżjoni li temenda l-Kapitolu IIa u l-Annessi tal-Protokoll matul is-sessjoni li jmiss tiegħu jew permezz ta’ skambju ta’ ittri.

(3)

Taħt l-Artikolu 9h(3) tal-Protokoll, huma meħtieġa emendi fil-Kapitolu IIa, u fl-Annessi I u II, tal-Protokoll sabiex jittieħed kont tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar materji koperti minn dak il-Kapitolu u minn dawk l-Annessi. Barra minn hekk, jekk ma tistax tiġi adottata deċiżjoni għall-implimentazzjoni simultanja tal-emendi fil-Protokoll u l-emendi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-emendi previsti fl-abbozz ta’ Deċiżjoni ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu applikati b’mod proviżorju fejn possibbli mill-15 ta’ Marzu 2021, bir-rispett dovut lejn il-proċeduri interni tal-Partijiet Kontraenti. Dik l-għażla ta’ data tikkoinċidi mal-ewwel ħarġa tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2, li fiha n-Norveġja qablet li tipparteċipa.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emendi fil-Kapitolu IIa, u fl-Annessi I u II, tal-Protokoll, peress li dawk l-emendi se jkunu vinkolanti għall-Unjoni.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jew permezz ta’ skambju ta’ ittri, fir-rigward tal-emendi fil-Kapitolu IIa, u fl-Annessi I u II, tal-Protokoll 10 ta’ dak il-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2009 tat-30 ta’ Ġunju 2009 li temenda l-Protokoll 10 dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonjiet u l-formalitajiet fir-rigward tat-trasport tal-oġġetti u l-Protokoll 37 li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101 (ĠU L 232, 3.9.2009, p. 40).

(3)  Ara d-dokument ST 5661/21 hawnhekk: http://register.consilium.europa.eu.


5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/394

tal-4 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1).

(2)

Fuq il-bażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK, l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi jenħtieġ li tiġi estiża sas-6 ta’ Settembru 2021 fir-rigward ta’ persuna waħda u sas-6 ta’ Marzu 2022 fir-rigward ta’ seba’ persuni u l-entrati għal żewġ persuni jenħtieġ li jitħassru. L-informazzjoni fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, inkluż id-dritt fundamentali għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali stabbilit minn qabel bil-liġi, jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/119/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ Marzu 2022. Fir-rigward tal-entrata 17 fl-Anness, il-miżuri fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw sas-6 ta’ Settembru 2021.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-taqsima A (“Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1”), jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk;

15.

Serhiy Hennadiyovych Arbuzov;

(2)

it-taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”) hija sostitwita b’dan li ġej:

“B.

Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna

L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (“Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali”) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab għall-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-omissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti.

L-Artikolu 303 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jiddistingwi bejn deċiżjonijiet u ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati matul il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess (l-ewwel paragrafu) u d-deċiżjonijiet, l-atti u l-omissjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati fil-qorti matul il-proċedimenti preparatorji (it-tieni paragrafu). L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta’ Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. L-Artikolu 308 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti li jirrigwardaw in-nuqqas mill-investigatur jew mill-prosekutur pubbliku li josservaw żmien raġonevoli matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jistgħu jiġu ppreżentati lil prosekutur pubbliku superjuri u għandhom jiġu kkunsidrati fi żmien tlett ijiem minn meta jiġu ppreżentati. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b’appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta’ proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta’ azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew minn Qorti (pereżempju s-sekwestru ta’ proprjetà taħt l-Artikoli 167 sa 175, u miżuri ta’ detenzjoni taħt l-Artikoli 176 sa 178, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ kull waħda mill-persuni elenkati

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna tal-11 ta’ Awwissu 2020 li fiha l-Qorti eżaminat il-petizzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna u tat permess biex jinqabad is-Sur Yanukovych. Fid-deċiżjoni tal-Qorti, l-imħallef inkwirenti kkonferma li hemm suspett raġonevoli tal-involviment tas-Sur Yanukovych f’reat kriminali relatat ma’ miżapproprjazzjoni u kkonferma wkoll l-istatus tas-Sur Yanukovych bħala suspettat fil-proċedimenti kriminali.

Il-Qorti Għolja ta’ Kontra l-Korruzzjoni stabbiliet ukoll li s-Sur Yanukovych ilu joqgħod barra mill-Ukrajna mill-2014. Il-Qorti kkonkludiet li kien hemm biżżejjed raġunijiet biex jitwemmen li s-Sur Yanukovych kien qed jistaħba mill-korpi ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Yanukovych kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja ta’ Kontra l-Korruzzjoni attribwiti lis-Sur Yanukovych ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

2.

Vitalii Yuriyovych Zakharchenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018, tat-23 ta’ Novembru 2018 u tas-27 ta’ Novembru 2019 li tagħti permess biex is-Sur Zakharchenko jiġi detenut.

Barra minn hekk, il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu s-Sur Zakharchenko. Fit-12 ta’ Frar 2020, il-korp investigattiv iddeċieda li jqiegħed lis-Sur Zakharchenko fil-lista internazzjonali ta’ persuni mfittxijin u bagħat it-talba lid-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija fi ħdan il-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna biex jiddaħħal fil-bażi ta’ data tal-Interpol.

Fit-28 ta’ Frar 2020, issoktat l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess u twettqu azzjonijiet proċedurali u investigattivi. Il-korp investigattiv issospenda l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-3 ta’ Marzu 2020, ikkonkluda li s-Sur Zakharchenko qed jinħeba mill-korp investigattiv u mill-Qorti biex jevadi r-responsabbiltà kriminali, li mhuwiex magħruf fejn jinsab u li twettqu l-azzjonijiet investigattivi (ta’ tfittxija) u proċedurali kollha li jistgħu jitwettqu fin-nuqqas ta’ persuni suspettati. Dik id-deċiżjoni ta’ sospensjoni setgħet tiġi appellata.

Ma jista’ jiġi aċċertat ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fiċ-ċirkostanzi fejn id-difiża ma tkunx qed teżerċita dawk id-drittijiet.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Zakharchenko kien qed jaħrab mill-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Zakharchenko kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

3.

Viktor Pavlovych Pshonka

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fit-22 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali setgħet tiġi appellata u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu s-Sur Pshonka. Fl-24 ta’ Lulju 2020, intbagħtet talba għal assistenza legali internazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa biex jiġi stabbilit fejn tinsab is-Sur Pshonka u biex tiġi interrogata. Dik it-talba għadha pendenti. L-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess ġiet sospiża fl-24 ta’ Lulju 2020 minħabba fil-ħtieġa li jitwettqu azzjonijiet proċedurali fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali.

L-awtoritajiet Russi ċaħdu t-talbiet għal assistenza legali internazzjonali mibgħuta lilhom fl-2016 u l-2018.

Fid-deċiżjoni tagħha tat-2 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna ċaħdet l-appell ippreżentat mill-avukat tas-Sur Pshonka biex jitħassar l-avviż ta’ suspett datat it-23 ta’ Diċembru 2014. Il-Qorti kkonkludiet li l-avviż ta’ suspett ġie nnotifikat f’konformità mal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna u kkonfermat l-istatus tas-Sur Pshonka bħala persuna suspettata fil-proċedimenti.

Fis-7 ta’ Mejju 2020 u fid-9 ta’ Novembru 2020, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna irrifjutat talba biex jinfetħu proċedimenti magħmula abbażi ta’ ilment minn avukati dwar nuqqas ta’ azzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna fil-proċedimenti kriminali. L-Awla tal-Appell tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni kkonfermat dawk id-deċiżjonijiet fl-1 ta’ Ġunju 2020 u s-26 ta’ Novembru 2020, rispettivament.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Pshonka kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni attribwiti lis-Sur Pshonka kif ukoll in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni preċedenti tat-talbiet għal assistenza legali internazzjonali kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

6.

Viktor Ivanovych Ratushniak

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018, tat-23 ta’ Novembru 2018, u tal-4 ta’ Diċembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Ratushniak. Fit-12 ta’ Frar 2020, il-korp investigattiv iddeċieda li jqiegħed lis-Sur Ratushniak fil-lista internazzjonali ta’ persuni mfittxijin u bagħat it-talba lid-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija fi ħdan il-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna biex jiddaħħal fil-bażi ta’ data tal-Interpol.

Fit-28 ta’ Frar 2020, l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess issoktat bil-għan li jitwettqu azzjonijiet proċedurali u investigattivi. Il-korp investigattiv issospenda l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-3 ta’ Marzu 2020, u kkonkluda li s-Sur Ratushniak qed jinħeba mill-korpi investigattivi u mill-Qorti biex jevadi r-responsabbiltà kriminali, li mhuwiex magħruf fejn jinsab u li twettqu l-azzjonijiet investigattivi (ta’ tfittxija) u proċedurali kollha li jistgħu jitwettqu fin-nuqqas ta’ persuni suspettati. Dik id-deċiżjoni ta’ sospensjoni setgħet tiġi appellata.

Ma jista’ jiġi aċċertat ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fiċ-ċirkostanzi fejn id-difiża ma tkunx qed teżerċita dawn id-drittijiet.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Ratushniak kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Ratushniak kkontribwew ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Yanukovych, li qed joqgħod fil-Federazzjoni Russa u qed jevita l-investigazzjoni.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Yanukovych kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Yanukovych ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

9.

Artem Viktorovych Pshonka

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fid-29 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell, u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Pshonka. Fl-24 ta’ Lulju 2020, intbagħtet talba għal assistenza legali internazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa biex jiġi stabbilit fejn tinsab il-persuna suspettata u biex tiġi interrogata. Dik it-talba għadha pendenti. L-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess ġiet sospiża fl-24 ta’ Lulju 2020 minħabba fil-ħtieġa li jitwettqu azzjonijiet proċedurali fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali.

L-awtoritajiet Russi ċaħdu t-talba għal assistenza legali internazzjonali mibgħuta lilhom fl-2018.

Fid-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 2020, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna ċaħdet l-appell ippreżentat mill-avukat tas-Sur Pshonka biex titħassar id-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2015 li tiġi sospiża l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-Qorti kkonkludiet ukoll li l-avviż ta’ suspett ġie nnotifikat f’konformità mal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna u kkonfermat l-istatus tas-Sur Pshonka bħala persuna suspettata fil-proċedimenti kriminali.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Pshonka kien qed jaħrab l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni attribwiti lis-Sur Pshonka kif ukoll lil nuqqas ta’ eżekuzzjoni preċedenti tat-talba għal assistenza legali internazzjonali kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

12.

Serhiy Vitalyovych Kurchenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta’ Marzu 2018 li tat permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. Barra minn hekk, id-difiża ġiet notifikata bit-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-28 ta’ Marzu 2019 u ngħatat aċċess għall-materjali għall-familjarizzazzjoni. Il-Kunsill għandu informazzjoni li għaddejja l-familjarizzazzjoni mid-difiża.

Fid-deċiżjoni tagħha tad-29 ta’ April 2020, il-Qorti ta’ Appell ta’ Odessa laqgħet l-appell mill-prosekutur u imponiet miżura preventiva ta’ detenzjoni f’kustodja fuq is-Sur Kurchenko. Il-Qorti ddikjarat ukoll li s-Sur Kurchenko telaq mill-Ukrajna fl-2014 u li ma jistax jiġi stabbilit fejn jinsab. Il-Qorti kkonkludiet li s-Sur Kurchenko qed jinħeba mill-korpi ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess sabiex jevita r-responsabbiltà kriminali.

Il-Kunsill ġie infurmat li fid-29 ta’ April 2020 l-awtoritajiet Ukreni bagħtu talba għal assistenza legali internazzjonali lill-Federazzjoni Russa, li ġiet irritornata fit-28 ta’ Lulju 2020 mingħajr eżekuzzjoni.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perijodi li matulhom is-Sur Kurchenko kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perijodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ta’ Odessa attribwiti lis-Sur Kurchenko kif ukoll in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza legali internazzjonali kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.

17.

Oleksandr Viktorovych Klymenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-1 ta’ Marzu 2017 u l-5 ta’ Ottubru 2018 li taw permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. Il-Kunsill josserva li d-difiża ġiet innotifikata bit-tlestija tal-investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess fl-2017 u fl-2018, rispettivament, u ġiet ipprovduta bil-materjal tal-proċedimenti kriminali għall-familjarizzazzjoni minn dak iż-żmien ’l hawn. Ir-reviżjoni u l-eżami mid-difiża tal-volum kbir ta’ materjal disponibbli b’rabta mal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess dwar proċedimenti kriminali għadhom għaddejjin. Il-Kunsill iqis li l-perijodu twil ta’ familjarizzazzjoni jiġi attribwit lid-difiża.”.


5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/395

tal-4 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar il-proprjetajiet elettrostatiċi tal-ilbies protettiv, tal-ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar u għar-rikkieba tal-muturi, tal-ilbies protettiv li jintuża fis-snowboarding u tal-ilbies li jintlibes mill-operaturi li jitfgħu l-pestiċidi u mill-ħaddiema li jerġgħu jidħlu fiż-żona fejn ikunu ntefgħu l-pestiċidi, tat-tagħmir iktar viżibbli għal sitwazzjonijiet ta’ riskju medju, tat-tagħmir tal-alpiniżmu u tal-ilbies protettiv kontra l-perikli termali ta’ ark elettriku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir ta’ protezzjoni personali li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/031, bit-titolu “Standardisation mandate to CEN/CENELEC concerning standards for personal protective equipment” (Mandat ta’ standardizzazzjoni indirizzat lis-CEN/CENELEC li jikkonċerna standards għal tagħmir ta’ protezzjoni personali), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) biex jiġu żviluppati u abbozzati standards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (3).

(3)

Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031, is-CEN abbozza diversi standards ġodda u rreveda għadd ta’ standards armonizzati eżistenti.

(4)

Fid-19 ta’ Novembru 2020, it-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031 skadiet u ġiet sostitwita b’talba ġdida ta’ standardizzazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7924 (4).

(5)

Billi r-Regolament (UE) 2016/425 japplika minflok ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza applikabbli għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali stabbiliti bid-Direttiva 89/686/KEE, l-abbozzi tal-istandards armonizzati żviluppati skont it-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031 huma koperti mit-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924. Għaldaqstant, ir-referenzi tagħhom jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jista’ jiġi aċċettat b’mod eċċezzjonali li tali standards żviluppati u ppubblikati mis-CEN u mis-CENELEC matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn it-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031 u t-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924 ma fihomx referenza espliċita għat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924.

(6)

Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 17109:2020 dwar sistemi tas-sikurezza individwali għall-perkorsi fl-għoli bil-ħbula, EN ISO 20320:2020 dwar protetturi tal-polz li jintużaw fis-snowboarding, l-emenda EN ISO 27065:2017/A1:2019 għall-istandard armonizzat EN ISO 27065:2017 dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv li jintlibes mill-operaturi li jitfgħu l-pestiċidi u mill-ħaddiema li jerġgħu jidħlu fiż-żona fejn ikunu ntefgħu l-pestiċidi u EN 61482-2:2020 dwar l-ilbies protettiv kontra l-perikli termali ta’ ark elettriku b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425.

(7)

Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN 469:2005, kif emendat b’EN 469:2005/A1:2006 u kkoreġut b’EN 469:2005/AC:2006 u EN 1149-5:2008, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 469:2020 dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv għall-attivitajiet tat-tifi tan-nar u, rispettivament, EN 1149-5:2018 dwar il-proprjetajiet elettrostatiċi tal-ilbies protettiv.

(8)

Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 13595-1:2002 u EN 13595-3:2002, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6). Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 17092-2:2020 dwar l-ilbies protettiv tal-klassi AAA għar-rikkieba tal-muturi, EN 17092-3:2020 dwar l-ilbies protettiv tal-klassi AA għar-rikkieba tal-muturi, EN 17092-4:2020 dwar l-ilbies protettiv tal-klassi A għar-rikkieba tal-muturi, EN 17092-5:2020 dwar l-ilbies protettiv tal-klassi B għar-rikkieba tal-muturi u EN 17092-6:2020 dwar l-ilbies protettiv tal-klassi C għar-rikkieba tal-muturi.

(9)

Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni fl-ittra M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 1150:1999 u EN 13356:2001, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 17353:2020 dwar it-tagħmir iktar viżibbli għal sitwazzjonijiet ta’ riskju medju.

(10)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN u mas-CENELEC ivvalutat jekk l-istandards abbozzati u riveduti mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924.

(11)

L-istandards armonizzati EN 17109:2020, EN ISO 20320:2020, EN ISO 27065:2017/A1:2019, EN 469:2020, EN 1149-5:2018, EN 17092-2:2020, EN 17092-3:2020, EN 17092-4:2020, EN 17092-5:2020, EN 17092-6:2020, EN 17353:2020 u EN 61482-2:2020 u l-emenda EN ISO 27065:2017/A1:2019 sa EN ISO 27065:2017 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandard armonizzat EN 469:2005 kif emendat b’EN 469:2005/A1:2006 u kkoreġut b’EN 469:2005/AC:2006, EN 1149-5:2008, EN 13595-1:2002, EN 13595-3:2002, EN 1150:1999, EN 13356:2001 u EN ISO 27065:2017 mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawk l-istandards ġew riveduti.

(13)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 (8) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425, filwaqt li l-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 tiġi emendata skont dan.

(15)

Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards riveduti u emendati, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar rispettiv tar-referenzi tal-istandards elenkati fl-Anness II.

(16)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir protettiv personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5)   ĠU C 113, 27.3.2018, p. 41.

(6)   ĠU C 113, 27.3.2018, p. 41.

(7)   ĠU C 113, 27.3.2018, p. 41.

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 19.5.2020, p. 13).


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“20.

EN 1149-5:2018

Ilbies protettiv – Proprjetajiet elettrostatiċi – Parti 5: Prestazzjoni tal-materjal u rekwiżiti tad-disinn

21.

EN 17092-2:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi – Parti 2: Ilbies tal-klassi AAA – Rekwiżiti

22.

EN 17092-3:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi – Parti 3: Ilbies tal-klassi AA – Rekwiżiti

23.

EN 17092-4:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi – Parti 4: Ilbies tal-klassi A – Rekwiżiti

24.

EN 17092-5:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi – Parti 5: Ilbies tal-klassi B – Rekwiżiti

25.

EN 17092-6:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi – Parti 6: Ilbies tal-klassi C – Rekwiżiti

26.

EN 17109:2020

Tagħmir tal-alpiniżmu – Sistemi tas-sikurezza individwali għall-perkorsi fl-għoli bil-ħbula – Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi tal-ittestjar

27.

EN 61482-2:2020

Xogħol fejn hemm kurrent elettriku għaddej – Ilbies protettiv kontra l-perikli termali ta’ ark elettriku – Parti 2: Rekwiżiti

28.

EN ISO 20320:2020

Ilbies protettiv li jintuża fis-snowboarding – Protetturi tal-polz – Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar (ISO 20320:2020)

29.

EN 17353:2020

Ilbies protettiv – Tagħmir iktar viżibbli għal sitwazzjonijiet ta’ riskju medju – Metodi tal-ittestjar u rekwiżiti

30.

EN 469:2020

Ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar – Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv għall-attivitajiet tat-tifi tan-nar

31.

EN ISO 27065:2017

Ilbies protettiv – Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv li jintlibes mill-operaturi li jitfgħu l-pestiċidi u mill-ħaddiema li jerġgħu jidħlu fiż-żona fejn ikunu ntefgħu l-pestiċidi (ISO 27065:2017)

EN ISO 27065:2017/A1:2019.”


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“15.

EN 469:2005

Ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar – Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv għall-attivitajiet tat-tifi tan-nar

EN 469:2005/A1:2006

EN 469:2005/AC:2006

il-5 ta’ Settembru 2022

16.

EN 1149-5:2008

Ilbies protettiv – Proprjetajiet elettrostatiċi – Parti 5: Prestazzjoni tal-materjal u rekwiżiti tad-disinn

il-5 ta’ Settembru 2022

17.

EN 13595-1:2002

Ilbies protettiv għar-rikkieba professjonali tal-muturi – Ġkieket, qliezet u tuti f’biċċa waħda jew diviżi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

il-5 ta’ Settembru 2022

18.

EN 13595-3:2002

Ilbies protettiv għar-rikkieba professjonali tal-muturi – Ġkieket, qliezet u tuti f’biċċa waħda jew diviżi – Parti 3: Metodu tal-ittestjar għad-determinazzjoni tar-reżistenza kontra t-tifqigħ

il-5 ta’ Settembru 2022

19.

EN 1150:1999

Ilbies protettiv – Ilbies iktar viżibbli għal użu mhux professjonali – Metodi tal-ittestjar u rekwiżiti

il-5 ta’ Settembru 2022

20.

EN 13356:2001

Aċċessorji viżibbli għal użu mhux professjonali – Metodi tal-ittestjar u rekwiżiti

il-5 ta’ Settembru 2022

21.

EN ISO 27065:2017

Ilbies protettiv – Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv li jintlibes mill-operaturi li jitfgħu l-pestiċidi u mill-ħaddiema li jerġgħu jidħlu fiż-żona fejn ikunu ntefgħu l-pestiċidi (ISO 27065:2017)

il-5 ta’ Settembru 2022”.


Rettifika

5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/40


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2151 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli dwar l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti D tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 428 tat-18 ta’ Diċembru 2020 )

F’paġna 59, fl-Anness I, fl-ewwel paragrafu tal-punt 1:

minflok:

Image 1
”,

aqra:

Image 2
”.

F’paġna 59, fl-Anness I, fl-ewwel paragrafu tal-punt 2:

minflok:

Image 3
”,

aqra:

Image 4
”.

F’paġna 60, fl-Anness I, l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-punt 3(b):

minflok:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK’, imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”,

aqra:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘PLASTIK FIL-PRODOTT’, imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”.

F’paġna 60, fl-Anness I, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-punt 3(c):

minflok:

“It-test informattiv ‘IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”,

aqra:

“It-test informattiv ‘PLASTIK FIL-PRODOTT’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”.

F’paġna 61, fl-Anness II, fl-ewwel paragrafu tal-punt 1:

minflok:

Image 5
”,

aqra:

Image 6
”.

F’paġna 61, fl-Anness II, l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-punt 2(b):

minflok:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK’ imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”,

aqra:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘PLASTIK FIL-PRODOTT’, imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”.

F’paġna 61, fl-Anness II, fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-punt 2(c):

minflok:

“It-test informattiv ‘IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”,

aqra:

“It-test informattiv ‘PLASTIK FIL-PRODOTT’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”.

F’paġna 63, fl-Anness III, fl-ewwel paragrafu tal-punt 1:

minflok:

Image 7
”,

aqra:

Image 8
”.

F’paġna 64, fl-Anness III, l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-punt 2(b):

minflok:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘IL-FILTRU FIH IL-PLASTIK’ imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”,

aqra:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘PLASTIK FIL-FILTRU’, imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”.

F’paġna 64, fl-Anness III, fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-punt 2(c):

minflok:

“It-test informattiv ‘IL-FILTRU FIH IL-PLASTIK’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”,

aqra:

“It-test informattiv ‘PLASTIK FIL-FILTRU’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”.

F’paġna 65, fl-Anness IV, fl-ewwel paragrafu tal-punt 1:

minflok:

Image 9
”,

aqra:

Image 10
”.

F’paġna 65, fl-Anness IV, fl-ewwel paragrafu tal-punt 2:

minflok:

Image 11
”,

aqra:

Image 12
”.

F’paġna 65, fl-Anness IV, fit-tieni paragrafu tal-punt 2:

minflok:

Image 13
”,

aqra:

Image 14
”.

F’paġna 66, fl-Anness IV, l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-punt 3(b):

minflok:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK’ imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”,

aqra:

“L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv ‘PLASTIK FIL-PRODOTT’, imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs.”.

F’paġna 66, fl-Anness IV, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-punt 3(c):

minflok:

“It-test informattiv ‘IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”,

aqra:

“It-test informattiv ‘PLASTIK FIL-PRODOTT’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”.

F’paġna 67, fl-Anness IV, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-punt 4(c)(ii):

minflok:

“It-test informattiv ‘MAGĦMUL MILL-PLASTIK’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”,

aqra:

“It-test informattiv ‘MAGĦMUL MINN PLASTIK’ għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold.”.