|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/380 tal-1 ta’ Marzu 2021 li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2021) 1248) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/1 |
REGOLAMENT (UE) 2021/378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2021
dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (riformulazzjoni) (BĊE/2021/1)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (2)
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (3) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi. Peress li jridu jsiru aktar emendi, dak ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt li jiġbor mill-istituzzjonijiet l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi, u li jivverifika l-eżattezza u l-kwalità tal-informazzjoni li jipprovdu l-istituzzjonijiet biex juru l-konformità tagħhom ma’ dawk ir-rekwiżiti. Sabiex jitnaqqas il-piż ġenerali tar-rapportar, huwa xieraq li l-informazzjoni statistika dwar il-karta bilanċjali ta’ kull xahar miġbura skont ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/2) (4) tintuża għall-kalkolu regolari tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
|
(3) |
Hija meħtieġa aktar trasparenza u ċarezza dwar għadd ta’ kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi, b’mod partikolari fir-rigward ta’: (a) il-kundizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi għall-istituzzjonijiet; (b) il-fatt li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi taż-żona tal-euro) jistgħu jiddeċiedu li jissospendu jew jeskludu l-aċċess ta’ istituzzjonijiet għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema u faċilitajiet permanenti (operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema); (c) il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom il-fondi għandhom jiġu magħduda bħala riżervi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi; (d) ir-rekwiżiti għall-applikazzjonijiet għal permess biex jinżammu riżervi minimi indirettament permezz ta’ istituzzjoni intermedjarja; u (e) il-kundizzjonijiet għall-irtirar ta’ permess biex jinżammu riżervi minimi indirettament permezz ta’ istituzzjoni intermedjarja. |
|
(4) |
Sabiex is-sistema ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi tal-Eurosistema tkun effettiva, huwa meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati aktar ir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi fir-rigward tal-kalkolu, in-notifika, il-konferma, u ż-żamma ta’ riżervi minimi, kif ukoll tar-rapportar u l-verifika. |
|
(5) |
Huwa xieraq li l-informazzjoni rrapportata mill-intermedjarji fuq il-bażi ta’ riżerva tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti rapportar preċiż skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Barra minn hekk, meta l-istituzzjoni prinċipali tingħata permess li tirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata skont dan ir-Regolament, huwa xieraq li tirrapporta d-data tal-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata lill-BĊN rilevanti skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn li tiġi żgurata l-korrettezza tad-data dwar riżervi minimi u l-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-qafas regolatorju, u sabiex jiġi evitat li jkollhom jerġgħu jinħarġu permessi validi u applikabbli, kull intermedjarju li jkun ingħata permess biex jirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu jkun kapaċi jkompli dak ir-rapportar mingħajr ma jkollu għalfejn japplika għal permess ġdid. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 19(1) tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-BĊE jista’ jirrikjedi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (Stati Membri taż-żona tal-euro) iżommu riżervi minimi f’kontijiet mal-BĊE u mal-BĊNi taż-żona tal-euro. Peress li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom kontijiet mal-BĊN fil-ġurisdizzjoni rispettiva tagħhom, huwa xieraq li dawn ir-riżervi jinżammu biss f’kontijiet mal-BĊNi. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament (KE) Nru 2532/98 jistabbilixxu s-setgħa tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet għal ksur ta’ obbligi ta’ rapportar statistiku inkluż għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, li huma allinjati mal-emenda għad-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet ta’ kreditu” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)), japplikaw fl-istess ħin bħal dik l-emenda fis-26 ta’ Ġunju 2021. Madankollu, għal raġunijiet operazzjonali, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut li d-dispożizzjonijiet dwar riżervi miżmuma japplikaw mit-28 ta’ Lulju 2021, l-ewwel jum tal-ħames perijodu ta’ manutenzjoni fl-2021, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ riżervi minimi għall-istituzzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma jew:
|
|
(b) |
friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi friegħi stabbiliti fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (Stat Membru taż-żona tal-euro) ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li la l-uffiċċju reġistrat tagħhom u lanqas l-uffiċċju prinċipali tagħhom ma jinsab fi Stat Membru taż-żona tal-euro; iżda esklużi friegħi stabbiliti barra minn Stat Membru taż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma stabbiliti fi Stat Membru taż-żona tal-euro. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“riżervi minimi” tfisser l-ammont ta’ fondi li istituzzjoni hija meħtieġa żżomm bħala riżervi fil-kontijiet ta’ riżerva tagħha mal-bank ċentrali nazzjonali rilevanti; |
|
(2) |
“rekwiżiti ta’ riżervi minimi” tfisser ir-rekwiżiti kollha li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jikkonformaw magħhom skont dan ir-Regolament b’rabta mar-riżervi minimi fir-rigward tal-kalkolu, in-notifika, il-konferma u ż-żamma ta’ riżervi minimi, u r-rapportar u l-verifika; |
|
(3) |
“Stat Membru taż-żona tal-euro” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; |
|
(4) |
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser “istituzzjoni ta’ kreditu” kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(5) |
“fergħa” tfisser “fergħa” kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(6) |
“BĊN rilevanti” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih tirrisjedi l-istituzzjoni; |
|
(7) |
“kontijiet ta’ riżerva” tfisser il-kontijiet li fihom istituzzjoni żżomm ir-riżervi tagħha mal-BĊN rilevanti; |
|
(8) |
“bażi ta’ riżerva” tfisser it-total tal-obbligazzjonijiet eliġibbli użat għall-kalkolu tar-riżervi minimi ta’ istituzzjoni; |
|
(9) |
“proporzjon ta’ riżerva” tfisser il-perċentwal applikat għall-entrati tal-bażi ta’ riżerva għall-kalkolu tar-riżervi minimi ta’ istituzzjoni; |
|
(10) |
“perjodu ta’ żamma” tfisser il-perjodu li matulu tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi; |
|
(11) |
“bilanċ ta’ tmiem il-jum” tfisser ir-riżervi miżmuma fiż-żmien meta jkunu ġew iffinalizzati l-attivitajiet ta’ pagamenti u jkunu ddaħħlu l-entrati relatati mal-aċċess għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema; |
|
(12) |
“jum ta’ negozju tal-BĊN” tfisser kwalunkwe ġurnata li fiha, BĊN partikolari jkun miftuħ sabiex iwettaq operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema; |
|
(13) |
“jum ta’ negozju TARGET2” tfisser kwalunkwe ġurnata li fiha TARGET2 huwa miftuħ għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas kif iddefinit fil-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew (8); |
|
(14) |
“residenti” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri taż-żona tal-euro skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (9); |
|
(15) |
“fużjoni” tfisser operazzjoni li biha istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar (l-istituzzjonijiet akkwistati), meta jiġu xolti mingħajr ma jidħlu f’likwidazzjoni, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra (l-istituzzjoni akkwirenti), li tista’ tkun istituzzjoni ta’ kreditu li tkun għadha kemm ġiet stabbilita; |
|
(16) |
“diviżjoni” tfisser operazzjoni li biha istituzzjoni ta’ kreditu waħda (l-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża), meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha lil aktar minn istituzzjoni waħda (l-istituzzjonijiet riċeventi), li jistgħu jkunu istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu għadhom kemm ġew stabbiliti. |
Artikolu 3
Żamma ta’ riżerva
1. L-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom iżommu riżervi minimi, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, kif ġej:
|
(a) |
il-bilanċ medju ta’ tmiem il-jum f’kont ta’ riżerva wieħed jew aktar matul il-perjodu ta’ żamma għandu jkun daqs jew għandu jeċċedi l-ammont ikkalkulat għal dak il-perjodu skont l-Artikolu 6; |
|
(b) |
ir-riżervi minimi għandhom jinżammu f’kontijiet ta’ riżerva, denominati f’euro, mal-BĊNi rilevanti f’kull Stat Membru taż-żona tal-euro li fih huma stabbiliti; |
|
(c) |
il-kontijiet tas-saldu mal-BĊNi jistgħu jintużaw bħala kontijiet ta’ riżerva għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament; |
|
(d) |
fondi soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew għal restrizzjoni oħra li tipprevjeni lill-istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi minn tali fondi matul il-perjodu ta’ żamma rilevanti għandhom jiġu esklużi mir-riżervi miżmuma. |
Għall-finijiet tal-punt (d), l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-BĊN rilevanti dwar kwalunkwe restrizzjoni msemmija fih mingħajr dewmien żejjed.
2. Meta istituzzjoni jkollha diversi friegħi fl-istess Stat Membru taż-żona tal-euro, għandu japplika dan kollu li ġej:
|
(a) |
l-uffiċċju reġistrat jew l-uffiċċju prinċipali, jekk jinsab f’dak l-Istat Membru, għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ riżervi minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu għal dawk il-friegħi f’dak l-Istat Membru; |
|
(b) |
dik l-istituzzjoni għandha tinnomina waħda mill-friegħi tagħha fl-istess Stat Membru għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi f’dan l-Artikolu meta la jkollha uffiċċju reġistrat u lanqas uffiċċju prinċipali f’dak l-Istat Membru; |
|
(c) |
il-BĊN rilevanti għandu juża l-bilanċi kollha ta’ tmiem il-jum fil-kontijiet ta’ riżerva tal-friegħi ta’ dik l-istituzzjoni fl-istess Stat Membru biex jivvaluta jekk il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu huwiex issodisfat. |
3. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jippubblika l-listi ta’ istituzzjonijiet li ġejjin fuq is-sit web tiegħu:
|
(a) |
istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont dan ir-Regolament; |
|
(b) |
istituzzjonijiet eżentati mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont l-Artikolu 4, bl-esklużjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 4(2). |
Artikolu 4
Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi
1. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi fl-Artikolu 3 meta tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(a)(i) tiġi rtirata jew rinunzjata; jew |
|
(b) |
istituzzjoni tkun soġġetta għal proċedimenti ta’ stralċ skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
2. Il-BĊE jista’ jagħti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi fl-Artikolu 3, fuq talba mill-BĊN rilevanti, meta tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
istituzzjoni tkun soġġetta għal miżura ta’ riorganizzazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE; |
|
(b) |
istituzzjoni tkun soġġetta għal ordni ta’ ffriżar imposta mill-Unjoni jew minn Stat Membru, jew tkun soġġetta għal miżuri imposti mill-Unjoni skont l-Artikolu 75 tat-Trattat li tirrestrinġi l-abbiltà tal-istituzzjoni li tuża l-fondi tagħha; |
|
(c) |
l-aċċess ta’ dik l-istituzzjoni għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema ġie sospiż jew eskluż mill-BĊE u mill-BĊNi (Eurosistema) skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (11); |
|
(d) |
ma jkunx xieraq li jintalbu riżervi minimi minn dik l-istituzzjoni. |
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, meta l-aċċess ta’ istituzzjoni għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema jiġi rrestawrat mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE skont l-Artikolu 158 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), l-eżenzjoni ma tibqax tapplika mill-bidu tal-perjodu ta’ żamma sussegwenti.
3. Għall-finijiet tal-għoti ta’ eżenzjonijiet skont il-paragrafu 2(d), il-BĊNi rilevanti u l-BĊE għandhom iqisu dan kollu li ġej:
|
(a) |
jekk dik l-istituzzjoni tkunx awtorizzata taqdi funzjonijiet bi skopijiet speċjali biss; |
|
(b) |
jekk dik l-istituzzjoni tkunx ipprojbita milli teżerċita funzjonijiet bankarji attivi f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet oħrajn ta’ kreditu; |
|
(c) |
jekk dik l-istituzzjoni tkunx taħt obbligu legali li jkollha d-depożiti kollha tagħha assenjati għal skopijiet relatati ma’ assistenza ta’ żvilupp reġjonali u/jew internazzjonali. |
Għall-finijiet tal-punt (a), istituzzjoni tkun awtorizzata li twettaq funzjonijiet bi skop speċjali biss, meta teżerċita kompiti speċifiċi ta’ amministrazzjoni pubblika jew l-istituzzjoni tkun ipprojbita bil-liġi jew bl-istatut milli twettaq in-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.
4. L-eżenzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw mill-bidu tal-perjodu ta’ żamma li fih iseħħ l-avveniment rilevanti.
Artikolu 5
Bażi ta’ riżerva
1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bażi tar-riżerva tagħhom billi jużaw l-informazzjoni statistika dwar l-obbligazzjonijiet li ġejjin irrapportati skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2):
|
(a) |
depożiti; |
|
(b) |
titoli ta’ dejn maħruġa. |
Meta istituzzjoni żżomm obbligazzjonijiet dovuti lil fergħa tal-istess entità li tinsab barra miż-żona tal-euro, jew lill-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tal-istess entità li tkun tinsab barra miż-żona tal-euro, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-bażi ta’ riżerva.
2. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-bażi ta’ riżerva kkalkolata skont il-paragrafu 1:
|
(a) |
obbligazzjonijiet dovuti lil kwalunkwe istituzzjoni oħra meta dik l-istituzzjoni:
|
|
(b) |
obbligazzjonijiet dovuti lill-BĊE jew lil BĊN ta’ Stat Membru taż-żona tal-euro. |
3. Meta l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mill-bażi ta’ riżerva skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni għandha:
|
(a) |
tinforma lill-BĊN rilevanti bl-ammont eskluż mingħajr dewmien żejjed; |
|
(b) |
tipprovdi evidenza ta’ dawk l-obbligazzjonijiet; |
|
(c) |
tnaqqas l-ammont ta’ dawk l-obbligazzjonijiet mill-bażi ta’ riżerva wara li tipprovdi evidenza tal-ammont lill-BĊN relevanti skont il-punt (b). |
Għall-fini tal-punt (b), meta istituzzjoni ma tkunx kapaċi tipprovdi evidenza lill-BĊN rilevanti tal-ammont ta’ obbligazzjonijiet fil-kategorija ta’ “titoli ta’ dejn maħruġa”, dik l-istituzzjoni għandha tapplika t-tnaqqis standard ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE għall-ammont pendenti tat-titoli ta’ dejn li tkun ħarġet u li jkollhom maturità oriġinali sa sentejn inklużi.
4. Meta jiddetermina t-tnaqqis standard applikat għal obbligazzjonijiet fil-kategorija tat-titoli ta’ dejn b’maturità sa sentejn imsemmija fil-paragrafu 3, il-BĊE għandu jqis il-proporzjon makro taż-żona tal-euro kollha bejn l-istokk ta’ strumenti rilevanti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u miżmuma minn istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn u mill-BĊE u mill-BĊNi rilevanti u l-ammont totali pendenti ta’ tali strumenti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu.
5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bażi ta’ riżerva tagħhom għal perjodu ta’ żamma partikolari abbażi tad-data relatata max-xahar, xahrejn qabel ix-xahar li fih jibda l-perjodu ta’ żamma.
6. L-istituzzjonijiet akkwirenti, kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/379 BSI] (BĊE/2021/2), għandhom jikkalkulaw il-bażi tar-riżerva tagħhom għal żewġ perjodi konsekuttivi ta’ żamma billi jibdew bil-perjodu ta’ żamma li jibda fit-tielet xahar wara tmiem trimestru, abbażi tad-data tal-aħħar tat-trimestru rrapportata skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Dawk l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw ir-riżervi minimi tagħhom lill-BĊN rilevanti skont l-Artikolu 7.
Artikolu 6
Kalkolu tar-riżervi minimi
1. Ir-riżervi minimi miżmuma mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 3 għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-proporzjonijiet ta’ riżerva li ġejjin għal kull obbligazzjoni tal-bażi ta’ riżerva msemmija fl-Artikolu 5:
|
(a) |
proporzjon ta’ riżerva ta’ 0 % għandu japplika għall-kategoriji li ġejjin imsemmija fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/379 BSI] (BĊE/2021/2):
|
|
(b) |
proporzjon ta’ riżerva ta’ 1 % fuq l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha inklużi fil-bażi tar-riżerva. |
2. Il-BĊNi jew l-istituzzjoni għandhom inaqqsu provvediment ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 100 000 mill-kalkolu ta’ riżervi minimi ta’ kull istituzzjoni, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 10 sa 12.
3. Il-BĊNi għandhom jużaw ir-riżervi minimi kkalkulati skont l-Artikolu 6 għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
biex jirremuneraw fondi ta’ riżervi minimi; |
|
(b) |
biex jivvalutaw jekk l-Artikolu 3(1)(a) huwiex issodisfat. |
Artikolu 7
Notifika ta’ riżervi minimi
1. Il-BĊNi għandhom jistabbilixxu l-proċedura għan-notifika tar-riżervi minimi individwali tal-istituzzjonijiet. Dik il-proċedura għandha tinkludi jekk il-BĊN rilevanti jew l-istituzzjoni tikkalkolax ir-riżervi minimi skont l-Artikolu 6.
2. Meta l-BĊN rilevanti jikkalkula r-riżervi minimi ta’ istituzzjoni skont il-paragrafu 1, għandu japplika dan kollu li ġej:
|
(a) |
il-BĊN rilevanti għandu jinnotifika lil dik l-istituzzjoni dwar ir-riżervi minimi tagħha mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju tal-BĊN qabel jibda l-perjodu ta’ żamma; |
|
(b) |
dik l-istituzzjoni għandha tikkonferma r-riżervi minimi kkalkulati sa mhux aktar tard mill-jum ta’ negozju tal-BĊN ta’ qabel ma jibda l-perjodu ta’ żamma; |
|
(c) |
meta l-istituzzjoni ma tweġibx għan-notifika msemmija fil-punt (a) sa tmiem il-jum tan-negozju tal-BĊN ta’ qabel jibda l-perjodu ta’ żamma, il-konferma msemmija fil-punt (b) għandha titqies li saret u r-riżervi minimi nnotifikati għandhom japplikaw għal dik l-istituzzjoni għal dak il-perjodu ta’ żamma. |
3. Meta istituzzjoni tikkalkula r-riżervi minimi tagħha skont il-paragrafu 1, għandu japplika dan kollu li ġej:
|
(a) |
dik l-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-BĊN rilevanti dwar ir-riżervi minimi tagħha mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju tal-BĊN qabel jibda l-perjodu ta’ żamma; |
|
(b) |
il-BĊN rilevanti għandu jikkonferma r-riżervi minimi ta’ dik l-istituzzjoni sa mhux aktar tard mill-jum ta’ negozju tal-BĊN ta’ qabel jibda l-perjodu ta’ żamma; |
|
(c) |
jekk il-BĊN rilevanti ma jweġibx għan-notifika msemmija fil-punt (a) sa tmiem il-jum tan-negozju tal-BĊN ta’ qabel jibda l-perjodu ta’ żamma, il-konferma msemmija fil-punt (b) għandha titqies li saret u r-riżervi minimi nnotifikati għandhom japplikaw għal dik l-istituzzjoni għal dak il-perjodu ta’ żamma. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-BĊN rilevanti jista’ jispeċifika data aktar bikrija għan-notifika tar-riżervi minimi.
5. Il-BĊNi jistgħu jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u l-limiti ta’ żmien li fihom l-istituzzjonijiet jistgħu jirrevedu l-bażi ta’ riżerva u r-riżervi minimi nnotifikati skont dan l-Artikolu. Ma għandha tkun permessa l-ebda reviżjoni wara l-konferma tar-riżervi minimi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.
6. Il-BĊNi rilevanti għandhom jagħmlu disponibbli kalendarji li jindikaw il-limiti ta’ żmien għan-notifika u l-konferma ta’ data rilevanti għall-kalkolu ta’ riżervi minimi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu.
7. Meta istituzzjoni tkun naqset milli tirrapporta l-informazzjoni statistika speċifikata fir-Regolament (UE) 2021/379 BSI] (BĊE/2021/2), il-BĊN relevanti għandu jistma r-riżervi minimi ta’ dik l-istituzzjoni għall-perjodu ta’ żamma rilevanti fuq il-bażi tal-informazzjoni storika rapportata mill-istituzzjoni u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, u għandhom jinnotifikaw lill-istituzzjoni dwar ir-riżervi minimi tagħha mill-inqas tlett ijiem tan-negozju tal-BĊN qabel jibda dak il-perjodu ta’ żamma.
Artikolu 8
Perjodu ta’ żamma
1. Perjodu ta’ żamma għandu jibda fil-jum tas-saldu tal-operazzjoni prinċipali ta’ rifinanzjament wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li fiha l-istima tal-pożizzjoni tal-politika monetarja tkun skedata minn qabel u għandu jintemm il-jum ta’ qabel jibda l-perjodu ta’ żamma sussegwenti, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Kunsill Governattiv.
2. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jippubblika kalendarju ta’ perjodi ta’ żamma fuq is-sit web tal-BĊE. Il-BĊNi għandhom jippubblikaw ukoll dak il-kalendarju fuq is-siti web rispettivi tagħhom. Dak il-kalendarju għandu jiġi ppubblikat mill-BĊE u l-BĊNi mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta’ kull sena kalendarja.
3. Il-Kunsill Governattiv jista’ jimmodifika l-kalendarju msemmi fil-paragrafu 2. Dak il-kalendarju modifikat għandu jiġi ppubblikat fuq is-siti web tal-BĊE u tal-BĊNi qabel il-perjodu ta’ żamma relatat mal-modifika.
Artikolu 9
Remunerazzjoni
1. Il-BĊN rilevanti għandu jirremunera fondi ta’ riżervi minimi fil-kontijiet ta’ riżerva bir-rata medja (ponderata skont in-numru ta’ jiem kalendarji), meħuda matul il-perjodu ta’ żamma, għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema skont il-formula li ġejja (fejn ir-riżultat jitqarreb għall-eqreb ċenteżmu):
Fejn:
|
Rt |
= |
ir-remunerazzjoni li għandha titħallas fuq fondi ta’ riżervi minimi għall-perjodu ta’ żamma t; |
|
Ht |
= |
il-medja ta’ fondi ta’ kuljum ta’ riżervi minimi għall-perjodu tal-żamma t; |
|
nt |
= |
in-numru ta’ jiem kalendarji fil-perjodu ta’ żamma t; |
|
rt |
= |
ir-rata ta’ remunerazzjoni fuq fondi ta’ riżervi minimi għall-perjodu taż-żamma t; għandu jsir aġġustament standardizzat tar-rata ta’ remunerazzjoni għal żewġ punti deċimali; |
|
i |
= |
i jum kalendarju tal-perjodu ta’ żamma t; |
|
MRi |
= |
ir-rata ta’ interess marġinali għall-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija l-aktar riċenti mħallsa fil-jum kalendarju i jew qabel. |
2. Il-BĊN rilevanti għandu jħallas ir-remunerazzjoni fuq il-fondi ta’ riżervi minimi fit-tieni jum ta’ negozju TARGET2 wara t-tmiem tal-perjodu ta’ żamma li matulu ġiet iggwadanjata r-remunerazzjoni.
Artikolu 10
Żamma indiretta ta’ riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju
1. Istituzzjoni tista’ tapplika mal-BĊN rilevanti għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta’ istituzzjoni intermedjarja meta dik l-istituzzjoni intermedjarja:
|
(a) |
tkun residenti fl-istess Stat Membru; |
|
(b) |
tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ riżervi minimi; |
|
(c) |
twettaq regolarment ċerti kompiti amministrattivi (eż. mmaniġġjar ta’ flus) għal dik l-istituzzjoni, minbarra ż-żamma ta’ riżervi minimi. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta istituzzjoni tapplika għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta’ istituzzjoni intermedjarja, hija għandha tikkonkludi ftehim ma’ dik l-istituzzjoni intermedjarja għal dak il-għan. Dak il-ftehim għandu jispeċifika mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
jekk l-istituzzjoni applikanti tixtieqx taċċessa l-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema u l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ; |
|
(b) |
perjodu ta’ notifika ta’ mill-inqas 12-il xahar, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10(7)(b). |
Meta istituzzjoni tagħti notifika kif imsemmi fil-punt (b), għandha tinforma lill-BĊN relevanti b’dan mingħajr dewmien żejjed.
3. Meta l-istituzzjoni omm ta’ grupp tikkonsolida fir-rapportar statistiku tagħha n-negozju tas-sussidjarji li huma residenti fl-istess Stat Membru skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), dik l-istituzzjoni omm tista’ tapplika mal-BĊN rilevanti għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi tal-grupp bħala intermedjarja.
4. Meta istituzzjoni omm tapplika għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi tal-grupp bħala intermedjarja skont il-paragrafu 3, dik l-istituzzjoni omm għandha tikkonkludi ftehim ma’ kull istituzzjoni f’dak il-grupp biex taġixxi bħala intermedjarja. Dawk il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw tal-anqas dan li ġej:
|
(a) |
jekk l-istituzzjoni omm jew is-sussidjarji ikunux se jaċċessaw faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema u operazzjonijiet tas-suq miftuħ; |
|
(b) |
perjodu ta’ notifika ta’ mill-inqas 12-il xahar. |
5. Il-BĊN rilevanti jista’ jagħti permess lill-istituzzjoni applikanti biex iżżomm riżervi minimi permezz ta’ intermedjarja u għandu jinnotifika lil dik l-istituzzjoni u lill-istituzzjoni intermedjarja b’dan mingħajr dewmien żejjed. Dak il-permess għandu jidħol fis-seħħ mill-bidu tal-ewwel perjodu ta’ żamma wara d-data li fiha jingħata l-permess, u għandu japplika sakemm idum il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew 4, jew sakemm il-permess jiġi rtirat skont il-paragrafi 7 u 8.
Permess mogħti lil istituzzjoni biex iżżomm riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu jitqies li ngħata skont dan il-paragrafu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
6. Meta istituzzjoni intermedjarja żżomm riżervi minimi għal istituzzjoni oħra skont dan l-Artikolu, hija għandha żżomm dawk ir-riżervi fil-kontijiet ta’ riżerva tagħha stess flimkien mar-riżervi tagħha stess miżmuma skont dan ir-Regolament.
7. Il-BĊE jew il-BĊN rilevanti jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jirtiraw il-permess mogħti skont il-paragrafu 5 meta tapplika xi waħda minn dan li ġejjin:
|
(a) |
kwalunkwe parti għall-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew 4 tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
kwalunkwe parti għall-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew 4 titlob tali rtirar tal-permess skont dan l-Artikolu; |
|
(c) |
il-kundizzjonijiet għaż-żamma indiretta ta’ riżervi minimi speċifikati fil-paragrafu 1 ma jibqgħux issodisfati; |
|
(d) |
jeżistu raġunijiet prudenzjali relatati mal-istituzzjoni intermedjarja. |
8. Il-BĊN rilevanti jew il-BĊE għandu jikkunsidra dawn li ġejjin meta jiddetermin a jekk għandux jiġi rtirat permess skont il-paragrafu 7:
|
(a) |
jekk il-partijiet ftehmux li jtemmu l-ftehim b’kunsens reċiproku; |
|
(b) |
jekk l-istituzzjoni li żżomm ir-riżervi minimi tagħha indirettament permezz ta’ intermedjarja hijiex kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti ta’ riżervi tagħha stess. |
9. Meta l-BĊN rilevanti jew il-BĊE jirtira permess skont il-paragrafu 7, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
l-irtirar tal-permess għandu jidħol fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta’ żamma ħlief meta l-permess jiġi rtirat skont il-paragrafu 7(d); |
|
(b) |
meta l-permess jiġi rtirat skont il-paragrafu 7(d), l-irtirar għandu jkollu effett immedjat u l-perjodu minimu ta’ notifika previst fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika; |
|
(c) |
il-BĊN relevanti jew il-BĊE għandu jinnotifika liż-żewġ partijiet għall-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew 4 bl-irtirar mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel jintemm il-perjodu ta’ żamma finali li għalih japplika l-permess. |
10. Meta l-BĊE jimponi sanzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98, huwa jista’ jimponi dawk is-sanzjonijiet fuq l-istituzzjoni intermedjarja u l-istituzzjoni li tagħha żżomm riżervi.
Artikolu 11
Rapportar aggregat tal-bażi ta’ riżerva
1. Meta istituzzjoni tapplika mal-BĊN rilevanti għal permess biex iżżomm ir-riżervi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta’ istituzzjoni omm skont l-Artikolu 10(3), dik l-istituzzjoni omm tista’ tapplika mal-BĊN rilevanti għal permess biex tirrapporta l-bażi ta’ riżerva u l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet f’dak il-grupp fuq bażi aggregata u skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Il-BĊNi jistgħu jagħtu permess lil istituzzjonijiet omm biex jirrapportaw il-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata u skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2).
2. Meta istituzzjoni omm tapplika mal-BĊN rilevanti għal permess biex tirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata skont il-paragrafu 1, il-BĊN rilevanti għandu jiżgura li l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 10(4) jinkludi konferma tat-telf potenzjali tat-tnaqqis tal-provvediment ta’ somma f’daqqa msemmi fl-Artikolu 6(2) f’livell individwali.
3. Meta l-BĊN rilevanti jagħti permess lil istituzzjoni omm biex tirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata skont il-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-istituzzjoni rilevanti b’dan mingħajr dewmien żejjed. Dak il-permess għandu jidħol fis-seħħ mill-bidu tal-ewwel perjodu ta’ żamma wara d-data li fiha jingħata l-permess, u għandu japplika sakemm idum il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jew sakemm dak il-permess jiġi rtirat.
4. Meta l-BĊN rilevanti jagħti permess lil istituzzjoni omm biex tirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata skont il-paragrafu 1, provvediment wieħed ta’ somma f’daqqa msemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jitnaqqas awtomatikament mir-riżervi minimi miżmuma mill-istituzzjoni intermedjarja.
5. Permess mogħti lil istituzzjoni mill-BĊE biex tirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu jitqies validu u applikabbli għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament sakemm jiġi rtirat dak il-permess.
Artikolu 12
Fużjonijiet u diviżjonijiet
1. Meta fużjoni tidħol fis-seħħ matul perjodu ta’ żamma, għandu japplika dan kollu li ġej:
|
(a) |
l-istituzzjoni akkwirenti għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għall-istituzzjoni akkwistata; |
|
(b) |
ir-riżervi minimi tal-istituzzjoni akkwirenti għandhom jitnaqqsu b’kull provvediment ta’ somma f’daqqa applikabbli skont l-Artikolu 6(2); |
|
(c) |
Il-BĊNi għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1)(a) billi jqisu l-fondi ta’ tmiem il-jum fil-kontijiet ta’ riżerva kemm tal-istituzzjonijiet akkwirenti kif ukoll ta’ dawk akkwistati. |
2. Dan li ġej għandu japplika matul il-perjodu ta’ żamma immedjatament wara l-perjodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1:
|
(a) |
ir-riżervi minimi tal-istituzzjoni akkwirenti għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 6(2) bi provvediment ta’ somma f’daqqa wieħed biss; u |
|
(b) |
ir-riżervi minimi tal-istituzzjoni akkwirenti għandhom jiġu kkalkulati għall-finijiet tal-Artikolu 6 bl-użu ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega l-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet akkwistati u tal-istituzzjoni akkwirenti. |
Għall-finijiet tal-punt (b), il-kalkolu għandu juża l-bażijiet ta’ riżerva ta’ kull istituzzjoni għall-perjodu ta’ żamma rilevanti daqslikieku ma tkunx seħħet il-fużjoni, u skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III, Parti 2 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2).
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal perjodi ta’ żamma sussegwenti fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 tal-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) jiġu ssodisfati.
3. Meta sseħħ diviżjoni matul perjodu ta’ żamma, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
l-istituzzjonijiet riċevituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għall-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża; |
|
(b) |
kull waħda mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu riċevituri għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dik il-parti tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża li tiġi allokata lilha; |
|
(c) |
ir-riżervi miżmuma mill-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża għandhom jiġu allokati proporzjonalment bejn l-istituzzjonijiet riċevituri; |
|
(d) |
il-provvediment ta’ somma f’daqqa msemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jitnaqqas mir-riżervi minimi ta’ kull istituzzjoni riċevitriċi. |
4. Dan li ġej għandu japplika matul il-perjodu ta’ żamma immedjatament wara l-perjodu ta’ żamma li fih tidħol fis-seħħ id-diviżjoni u sakemm l-istituzzjonijiet riċevituri jirrapportaw il-bażijiet ta’ riżerva rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2):
|
(a) |
kull istituzzjoni riċevitriċi għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dik il-parti tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni li tkun qed tiġi diviża li tiġi allokata lilha, jekk ikun hemm; u |
|
(b) |
il-provvediment ta’ somma f’daqqa msemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jitnaqqas mir-riżervi minimi ta’ kull istituzzjoni riċevitriċi. |
Artikolu 13
Delega tas-setgħat f’każ ta’ adozzjoni tal-euro
1. Meta Stat Membru jadotta l-euro skont it-Trattat, il-Kunsill Governattiv b’dan jiddelega s-setgħa lill-Bord Eżekuttiv biex jiddetermina, wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Operazzjonijiet tas-Suq tas-SEBĊ, dan li ġej:
|
(a) |
id-dati ta’ perjodu tranżitorju ta’ żamma għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont l-Artikolu 3 għal istituzzjonijiet stabbiliti f’dak l-Istat Membru, bid-data tal-bidu tkun id-data tal-adozzjoni tal-euro f’dak l-Istat Membru; |
|
(b) |
il-mod ta’ kalkolu tal-bażi ta’ riżerva msemmija fl-Artikolu 5 matul il-perjodu tranżitorju ta’ żamma msemmi fil-punt (a); |
|
(c) |
l-iskadenza għall-kalkolu u l-verifika tar-riżervi minimi mill-istituzzjonijiet stabbiliti f’dak l-Istat Membru jew mill-BĊN rilevanti għall-perjodu ta’ żamma tranżitorju. |
Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta u jippubblika deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu mill-inqas xahrejn qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rilevanti u għandu jinnotifika lill-Kunsill Governattiv b’dan.
2. Il-Kunsill Governattiv jiddelega wkoll lill-Bord Eżekuttiv is-setgħa li jippermetti tnaqqis mill-bażi ta’ riżerva ta’ obbligazzjonijiet dovuti lil istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru li jadotta l-euro minn istituzzjonijiet stabbiliti fi Stati Membri oħra taż-żona tal-euro għall-perjodi ta’ żamma rilevanti matul u immedjatament wara l-perjodu ta’ żamma tranżitorju msemmi fil-paragrafu 1(a).
Dan l-ewwel subparagrafu għandu japplika meta l-istituzzjonijiet fl-Istat Membru li jadotta l-euro ma jidhrux fuq il-lista ta’ istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3)(a) fiż-żmien li jiġu kkalkolati r-riżervi minimi. F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Eżekuttiv li jippermettu t-tnaqqis skont dan il-paragrafu jistgħu jispeċifikaw aktar il-mod li bih għandu jiġi kkalkulat it-tnaqqis ta’ tali obbligazzjonijiet.
.
Artikolu 14
Verifika
1. Il-BĊNi rilevanti jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw l-eżattezza u l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-bażi ta’ riżerva pprovduta mill-istituzzjonijiet, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98.
2. Meta istituzzjoni tinnotifika l-kalkolu tagħha tar-riżervi minimi skont l-Artikolu 7(3), il-BĊN rilevanti għandu jivverifika l-eżattezza ta’ dak il-kalkolu u għandu jimmonitorja l-konsistenza mal-informazzjoni statistika rapportata skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2).
Artikolu 15
Revoka
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) huwamħassar b’effett mis-26 ta’ Ġunju 2021.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta’ Ġunju 2021. Madankollu, l-Artikolu 3 għandu japplika mit-28 ta’ Lulju 2021, fl-ewwel jum tal-ħames perjodu ta’ żamma fl-2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar il-partiti tal-karta bilanċjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (Ara paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(8) Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).
(10) Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).
(11) Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10)
Regolament (KE) Nru 1052/2008 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/10), (ĠU L 282, 25.10.2008, p. 14).
Regolament (UE) Nru 1358/2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2011/26) (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 51)
Regolament (UE) Nru 1376/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/52) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 79)
Regolament (UE) 2016/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/26) (ĠU L 257, 23.9.2016, p. 10)
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 1745/2003 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2(1) |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(2), 4(3) |
|
Artikolu 2(3) |
Artikolu 3(3) |
|
— |
Artikolu 3(1)(d) u Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 3(2a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 3(2a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(4) |
|
— |
Artikolu 5(5) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 5(6) |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 5(7) |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6(1)(a) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 6(1)(b) |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 6(1), sentenza introduttorja u Artikolu 6(3) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 5(3) |
Artikolu 7(1) sa (5) |
|
Artikolu 5(4) |
Artikolu 7(6) |
|
Artikolu 5(5) |
Artikolu 7(7) |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel u t-tieni sentenzi |
Artikolu 3(1)(b) |
|
Artikolu 6(1), it-tielet sentenza |
Artikolu 3(1)(c) |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 3(1)(a) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 10(1) u (2), 10(5) |
|
Artikolu 10(3) |
Artikolu 10(6) u (10) |
|
Artikolu 10(4) |
Artikolu 10(7) u Artikolu 10(9)(a) u (c) |
|
Artikolu 10(5) |
Artikolu 10(9)(b) |
|
— |
Artikolu 10(4) sa (5) u (8) |
|
Artikolu 10(6) |
Premessa 5, Artikolu 14(2) |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
— |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 13a |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
|
— |
|
|
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
|
— |
L-Annessi I u II |
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/16 |
REGOLAMENT (UE) 2021/379 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2021
dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2021/2)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (3) ġie emendat u jeħtieġ aktar emendi sostanzjali, b’mod partikolari fid-dawl tal-emendi riċenti għar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (4), ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi rriformulat għall-finijiet ta’ ċarezza. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea ġiet ikkonsultata dwar l-emendi għar-rekwiżiti tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. |
|
(3) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeżiġi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jispeċifika l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rapportar ta’ referenza u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ aġenti tar-rapportar mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tiegħu. L-Artikolu 6(4) jipprovdi li l-BĊE jista’ jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi eżerċitat id-dritt għall-verifika jew biex isir il-ġbir obbligatorju ta’ tagħrif statistiku. |
|
(4) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeżiġi li l-Istati Membri jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkooperaw bis-sħiħ mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
|
(5) |
Is-SEBĊ teżiġi, għat-twettiq tal-kompiti tagħha, tagħrif statistiku dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji, f’termini ta’ ammonti u tranżazzjonijiet pendenti, dwar is-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) u dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fid-dritt tal-Unjoni. Sabiex il-BĊE jingħata stampa statistika komprensiva tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”, li huma meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed, jeħtieġ li tiġi prodotta karta bilanċjali konsolidata tas-settur tal-MFIs ibbażata fuq popolazzjoni ta’ rapportar kompluta u omoġenja. Jeħtieġ ukoll tagħrif statistiku dettaljat biżżejjed biex tiġi żgurata l-utilità analitika kontinwa tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontropartijiet. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 jemenda, fost l-oħrajn, id-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet ta’ kreditu” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) sabiex tinkludi d-ditti tal-investiment sistemiċi. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-referenza fid-definizzjoni ta’ “istituzzjoni finanzjarja monetarja” fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) għad-dispożizzjoni emendata rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex tinżamm il-konsistenza fl-istandards, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet komuni għall-klassifikazzjoni statistika ta’ korporazzjonijiet li jieħdu depożitu, u l-omoġeneità tas-settur tal-MFIs. Madankollu, jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tat-tagħrif statistiku dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat, inkluż għall-kalkolu tal-bażijiet ta’ riżerva għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (8). L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs huma għalhekk inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-riformulazzjoni. |
|
(7) |
Sabiex jitnaqqas il-piż ġenerali tar-rapportar ikun aħjar jekk it-tagħrif statistiku dwar il-karta bilanċjali ta’ kull xahar jintuża għall-kalkolu regolari tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma soġġetti għas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ rapportar relatati mal-bażi ta’ riżerva jenħtieġ li jkunu adattati sabiex jakkomodaw ir-rapportar ta’ depożiti mqiegħda mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva minima mingħajr referenza għal klassifikazzjoni statistika speċifika. |
|
(8) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-issodisfar ta’ rekwiżiti statistiċi minn gruppi ta’ aġenti li jirrapportaw relatati, huwa xieraq li l-MFIs jistgħu jitħallew jirrapportaw f’isem aġenti li jirrapportaw oħrajn li jkunu wkoll MFIs residenti fl-istess Stat Membru. Madankollu huwa meħtieġ li t-tagħrif statistiku rrapportat għal dawk il-gruppi jkun suffiċjenti, fejn relevanti, għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). Għalhekk, it-tagħrif statistiku meħtieġ għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva ta’ kull membru ta’ dawk il-gruppi għandu jiġi rrapportat, ħlief meta l-grupp ikun ġie awtorizzat jirrapporta riżervi fuq bażi aggregata għall-grupp bħala ħaġa sħiħa skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). |
|
(9) |
Jista’ jkun xieraq li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiġbru mingħand il-popolazzjoni attwali li tirrapporta it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta’ rapportar statistiku usa’ li l-BĊNi jistabbilixxu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni jew il-prattika stabbilita u li jservi wkoll skopijiet ta’ statistika oħrajn, sakemm ma jiġix mhedded l-issodisfar tar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE. Dan jista’ jnaqqas ukoll il-piż tar-rapportar. Sabiex titrawwem it-trasparenza, huwa xieraq, f’dawn il-każijiet, li l-aġenti ta’ rapportar jiġu infurmati li d-data tiġi miġbura biex jiġu ssodisfati għanijiet statistiċi oħrajn. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ jibbaża fuq tagħrif statistiku miġbur għal għanijiet bħal dawn biex jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu. |
|
(10) |
Jeħtieġ li l- BĊE jissorvelja t-trażmissjoni tal-politika monetarja u b’mod partikolari l-impatt tal-bidliet fir-rati tal-imgħax applikati għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, operazzjonijiet immirati ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal u tax-xiri mwettaq taħt il-programmi ta’ xiri ta’ assi fuq il-kundizzjonijiet ta’ self għall-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Sabiex il-BĊE jissorvelja l-kundizzjonijiet ta’ kreditu fl-ekonomija reali u r-rwol tiegħu bħala kontroparti għall-aggregati monetarji b’mod aktar effettiv u f’waqtu, jeħtieġ li jinġabar aktar tagħrif statistiku dwar it-titolizzazzjonijiet u trasferimenti oħrajn mill-MFIs fuq bażi ta’ kull xahar, b’mod partikolari dawk relatati ma’ self lil unitajiet domestiċi maqsuma skont l-iskop u self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji maqsuma skont il-maturità. |
|
(11) |
Il-BĊE jeħtieġ tagħrif statistiku dwar l-ippuljar ta’ flus kontanti nozzjonali sabiex tkun tista’ ssir distinzjoni bejn l-impatt ta’ depożiti u self f’pools ta’ flus kontanti nozzjonali u dak ta’ depożiti u self oħrajn fl-analiżi tal-iżviluppi monetarji u ta’ kreditu. |
|
(12) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-analiżi tal-iżviluppi ta’ kreditu, ċerti definizzjonijiet u prattiki ta’ rapportar jenħtieġ li jkunu allinjati ma’ dawk ta’ rekwiżiti ta’ rapportar regolatorji oħrajn stabbiliti mill-BĊE. |
|
(13) |
Jeħtieġ ukoll li d-definizzjoni ta’ fondi tas-suq monetarju (MMFs) tiġi allinjata għal skopijiet ta’ statistika ma’ regoli superviżorji sabiex tiżdied it-trasparenza fis-suq u jiġi ffaċilitat ir-rapportar, sa fejn l-impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati taħt ir-Regolament (UE) 2017/1131 joħorġu strumenti finanzjarji li huma meqjusa sostituti mill-qrib għal depożiti. |
|
(14) |
Sabiex titjieb l-analiżi tal-karta bilanċjali tas-settur tal-MFIs għaż-żona tal-euro kollha kemm hi, jeħtieġ li titħeġġeġ l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar għal ċerti entrati ma’ tagħrif statistiku komplementari pprovdut mill- BĊNi skont il-Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew (9). |
|
(15) |
Sabiex il-BĊE jissorvelja b’mod effettiv l-attività interbankarja, jeħtieġ li jinġabar tagħrif dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet bi tqassim skont il-kontropartijiet tal-MFIs u li titjieb il-konsistenza bejn it-tagħrif dwar il-kontropartijiet miġbur fuq bażi ta’ kull xahar u dak miġbur fuq bażi ta’ kull trimestru. |
|
(16) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-MFIs u partijiet oħrajn tas-settur finanzjarju, inklużi intermedjarji finanzjarji għajr istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, u sabiex jingħata appoġġ għall-kompilazzjoni ta’ kontijiet finanzjarji tal-unjoni monetarja, jeħtieġ li jinġabar tagħrif statistiku dwar id-depożiti u l-ekwitajiet bi tqassim tal-kontropartijiet skont is-subsetturi. |
|
(17) |
It-tagħrif dwar l-investimenti f’titoli ta’ dejn tal-MFIs maħruġa mill-gvernijiet ta’ kull Stat Membru jrid jinġabar f’waqtu sabiex jiġu mmonitorjati bir-reqqa l-iskoperturi għal dawn it-titoli. It-tagħrif dwar l-Istati Membri jenħtieġ li jkun ikkomplementat b’tagħrif dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Unjoni, inklużi l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF). Barra minn hekk, jeħtieġu aġġornamenti minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
|
(18) |
Jeħtieġ ukoll li jinġabar tagħrif relatat mal-investimenti totali fi proprjetà immobbli sabiex jiġi mmonitorjat il-grad ta’ sjieda ta’ tali assi mill-MFIs, u jinftiehmu aħjar l-iżviluppi fl-assi mhux finanzjarji totali tagħhom. |
|
(19) |
Jenħtieġ li jiġu introdotti l-aktar rekwiżiti riċenti ta’ kull xahar u ta’ kull trimestru fir-rigward tal-perijodi ta’ referenza li jaqgħu fi trimestru tas-sena kalendarja sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom mill-aġenti ta’ rapportar. Għaldaqstant l-ewwel rapportar tar-rekwiżiti ta’ kull xahar huwa għall-perijodu ta’ referenza Jannar 2022, u l-ewwel rapportar tar-rekwiżiti trimestrali jirreferi għall-ewwel trimestru tal-2022. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data meħtieġa, jenħtieġ li jinżammu r-rekwiżiti tad-data trimestrali fir-rigward tal-perijodu ta’ referenza tar-raba’ trimestru tal-2021. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti skont dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk li japplikaw wara l-perijodu ta’ referenza rispettiv għat-tagħrif ta’ kull xahar li għandu jiġi rrapportat, jiġifieri l-1 ta’ Frar 2022. |
|
(20) |
Jeħtieġ li tiġi stabbilita proċedura sabiex isiru emendi tekniċi għall-Annessi ta’ dan ir-Regolament b’mod effettiv, kemm-il darba dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jżidu l-piż tar-rapportar. Meta tkun qiegħda tiġi segwita din il-proċedura, jenħtieġ li jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ. Jenħtieġ li l-BĊNi jipproponu tali emendi tekniċi għall-Annessi ta’ dan ir-Regolament permezz tal-Kumitat tal-Istatistika. |
|
(21) |
Madankollu, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li huma konsegwenza diretta tal-emenda għad-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet ta’ kreditu” skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 japplikaw fl-istess ħin tal-emenda fis-26 ta’ Ġunju 2021. |
|
(22) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċertezza tad-dritt, jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirreferu għar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) japplikaw mill-istess data bħad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-aġenti tar-rapportar li ġejjin li huma residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro fir-rigward tat-tagħrif statistiku dwar l-entrati tal-karta bilanċjali:
|
(a) |
istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu; |
|
(b) |
istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu jew:
|
|
(c) |
fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi fergħat stabbiliti fi Stat Membru taż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li la l-uffiċċju reġistrat tagħhom u lanqas l-uffiċċju prinċipali tagħhom ma jinsab fi Stat Membru taż-żona tal-euro; iżda esklużi fergħat stabbiliti barra minn Stat Membru taż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma stabbiliti fi Stat Membru taż-żona tal-euro. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (MFI) tfisser entità li tappartjeni lil xi wieħed mis-setturi li ġejjin:
|
|
(2) |
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser “istituzzjoni ta’ kreditu” kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(3) |
“korporazzjonijiet li jieħdu d-depożitu ħlief għal banek ċentrali” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(4) |
“istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex MFI” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li n-negozju tagħha ma jikkonsistix fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(5) |
“fondi tas-suq monetarju” jew “MMFs” tfisser impriżi ta’ investiment kollettiv li ġew awtorizzati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1131 u li joħorġu ishma jew unitajiet li huma sostituti mill-qrib għal depożiti kif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(6) |
“aġenti tar-rapportar” tfisser “aġenti tar-rapportar” kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
|
(7) |
“residenti” tfisser “residenti” kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
|
(8) |
“BĊN rilevanti” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru taż-żona tal-euro fejn l-aġent tar-rapportar huwa residenti; |
|
(9) |
“korporazzjoni ta’ veikoli finanzjarji” jew “FVC” tfisser “korporazzjoni ta’ veikoli finanzjarji” kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (12); |
|
(10) |
“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni li hija jew: titolizzazzjoni tradizzjonali kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), jew titolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40) li fiha hemm disponiment ta’ self li jkun qiegħed jiġi titolizzat lil FVC; |
|
(11) |
“istituzzjoni tal-flus elettroniċi” tfisser “istituzzjoni tal-flus elettroniċi” kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); |
|
(12) |
“flus elettroniċi” tfisser “flus elettroniċi” kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE; |
|
(13) |
“tniżżil fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat ta’ self fuq il-karta bilanċjali minħabba l-indeboliment tiegħu; |
|
(14) |
“tħassir” tfisser tħassir tal-ammont riportat sħiħ ta’ self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta bilanċjali. |
|
(15) |
“servizzjant” tfisser MFI li tiġġestixxi self sottostanti għal titolizzazzjoni jew self li ġie ttrasferit b’xi mod ieħor f’termini tal-ġbir ta’ kapital u ta’ imgħax mingħand l-obbliganti; |
|
(16) |
“pożizzjonijiet intragrupp” tfisser self lil jew dipożiti mingħand korporazzjonijiet taż-żona tal-euro li jieħdu depożiti li jappartjenu għall-istess grupp, li jikkonsisti f’korporazzjoni omm u l-membri tal-grupp residenti fiż-żona tal-euro li huma kkontrollati minnha direttament jew indirettament; |
|
(17) |
“istituzzjoni żgħira (“tail”)” tfisser MFI li ngħatat deroga skont l-Artikolu 9(1) u (2), jew istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex MFI li ngħatat deroga skont l-Artikolu 9(5)(a); |
|
(18) |
“proviżjonament għat-telf mis-self” tfisser konċessjonijiet imwarrba mill-aġent tar-rapportar għal telf mis-self skont il-prattiki tal-kontabilità applikabbli; |
|
(19) |
“investimenti f’titoli” tfisser titoli miżmuma mill-aġent tar-rapportar emittenti, li jirriżultaw minn waħda jew oħra minn dawn li ġejjin:
|
|
(20) |
“ippuljar ta’ flus kontanti nozzjonali” tfisser arranġamenti ta’ ppuljar ta’ flus kontanti pprovduti minn MFI jew MFIs lil grupp ta’ entitajiet (“parteċipanti fl-ippuljar”) meta l-imgħax li jkollha tħallas jew tirċievi l-MFI jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ pożizzjoni netta “nozzjonali” tal-kontijiet kollha fil-pool u meta dak il-grupp ta’ entitajiet:
|
|
(21) |
“fergħa” tfisser “fergħa” kif definit fl-Artikolu 4(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(22) |
“irtirar tar-rikonoxximent” tfisser it-tneħħija ta’ self jew ta’ parti minnu mill-ammonti pendenti skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I; |
|
(23) |
“trasferiment ta’ self” tfisser akkwist jew disponiment mill-aġent tar-rapportar ta’ self jew pool ta’ self, miksub jew bi trasferiment tas-sjieda jew b’subparteċipazzjoni; |
|
(24) |
“fużjoni” tfisser operazzjoni li biha istituzzjoni waħda jew aktar (l-istituzzjonijiet akkwistati), meta jiġu xolti mingħajr ma jidħlu f’likwidazzjoni, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil istituzzjoni oħra (l-istituzzjoni akkwirenti), li tista’ tkun istituzzjoni li tkun għadha kemm ġiet stabbilita; |
Artikolu 3
Popolazzjoni attwali tar-rapportar
1. Il-popolazzjoni attwali tar-rapportar għandha tikkonsisti minn MFIs u istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs li jkunu residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro.
2. Meta l-BĊNi jiġbru tagħrif statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet tal-MMF minn intermedjarji finanzjarji oħrajn ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (OFIs), kif definit fil-paragrafi 2.86 sa 2.94 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013, skont l-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament, dawk il-BĊNi jistgħu jinkludu dawk l-OFIs bħala parti mill-popolazzjoni attwali tar-rapportar għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Lista ta’ MFIs għal skopijiet statistiċi
1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ MFIs ibbażata fuq it-tagħrif statistiku reġistrat mill-BĊNi kif imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (15).
2. Il-BĊE għandu jippubblika l-lista aġġornata tal-MFIs għal skopijiet statistiċi, inkluż b’mezzi elettroniċi.
3. Meta l-aħħar verżjoni aċċessibbli tal-lista ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi aġent tar-rapportar li ma jissodisfax kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu taħt dan ir-Regolament sakemm dak l-aġent tar-rapportar ikun ibbaża in bona fide fuq il-lista mhux korretta.
L-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku meħtieġ skont dan ir-Regolament meta l-esklużjoni tagħhom mil-lista tkun manifestament żbaljata.
Artikolu 5
Rekwiżiti ta’ rapportar statistiku
1. L-MFIs għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku kollu li ġej lill-BĊN rilevanti:
|
(a) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I; |
|
(b) |
l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull xahar speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 1 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull xahar f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti; |
|
(c) |
it-trasferimenti ta’ self nett ta’ kull xahar speċifikati fit-Tabella 5a fil-Parti 5 tal-Anness I; |
|
(d) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull xahar ta’ self trasferit speċifikat fit-Tabella 5b fil-Parti 5 tal-Anness I; |
|
(e) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 2, 3 u 4 fil-Parti 3 tal-Anness I; |
|
(f) |
l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull trimestru speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 2 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull trimestru f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti. |
Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku trimestrali speċifikat fil-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi ta’ kull xahar meta dan il-ġbir jiffaċilita l-proċess tal-produzzjoni tad-data.
2. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs għandhom jirrapportaw lill-BĊN rilevanti t-tagħrif statistiku kollu li ġej:
|
(a) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I, bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
|
|
(b) |
l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull xahar speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 1 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull xahar f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti, bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
|
|
(c) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 3 tal-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-entrati li jirreferu għal tqassim ta’ self skont il-maturitajiet residwi; |
|
(d) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 3 u 4 fil-Parti 3 tal-Anness I; |
|
(e) |
l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull trimestru speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 2 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull trimestru f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti. |
Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku trimestrali speċifikat fil-punti (c) sa (e) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi ta’ kull xahar meta dan il-ġbir jiffaċilita l-proċess tal-produzzjoni tad-data.
3. Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku skont il-paragrafi 1 u 2 dwar it-titoli maħruġa u miżmuma fuq bażi ta’ titolu b’titolu meta t-tagħrif statistiku jkun derivat skont l-istandards minimi speċifikati fl-Anness IV.
4. Il-BĊNi jistgħu jiġbru tagħrif statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishm/unitajiet ta’ MMFs maħruġa mill-MFIs minn sorsi disponibbli oħrajn kif stabbilit fit-Taqsima 5.7 tal-Parti 2 tal-Anness I meta dak it-tagħrif jikkonforma mal-istandards minimi definiti fl-Anness IV.
Artikolu 6
Rapportar dwar il-gruppi mill-MFIs
1. Meta kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha jkunu MFIs residenti fl-istess Stat Membru, il-kumpanija omm tista’ tikkonsolida t-tagħrif statistiku dwar in-negozju ta’ dawn is-sussidjarji fit-tagħrif statistiku rapportat skont l-Artikolu 5(1). Meta l-grupp ikun jinkludi istituzzjonijiet ta’ kreditu u MFIs oħrajn, dak it-tagħrif statistiku għandu jiġi rrapportat separatament għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u MFIs oħrajn.
2. Il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza lil istituzzjoni ta’ kreditu tirrapporta t-tagħrif statistiku msemmi fl-Artikolu 5(1) f’isem grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi aggregata, fejn japplikaw dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx qiegħda tikkonsolida t-tagħrif statistiku dwar in-negozju ta’ dawn is-sussidjarji fit-tagħrif statistiku rrapportat b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) skont il-paragrafu 1; |
|
(b) |
il-BĊN rilevanti jkun ta permess li jinżammu riżervi minimi permezz ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) u meta dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun l-istituzzjoni intermedjarja fit-tifsira tal-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament; |
|
(c) |
il-membri kollha tal-grupp ikunu MFIs residenti fl-istess Stat Membru. |
Meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet awtorizzata mill-BĊN rilevanti skont l-ewwel subparagrafu, dik l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrapporta t-tagħrif statistiku fil-karta bilanċjali tagħha stess u fuq il-karta bilanċjali ta’ kull membru tal-grupp, fuq bażi aggregata, skont l-Artikolu 5(1).
3. Meta l-MFIs jirrapportaw fuq bażi ta grupp skont il-paragrafi 1 u 2, huma għandhom jirrapportaw, bħala minimu, it-tagħrif stipulat fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness III għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva ta’ kull membru tal-grupp skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).
Meta MFI li tirrapporta fuq il-bażi ta’ grupp skont il-paragrafi 1 u 2 tkun ingħatat permess sabiex tirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika.
4. Il-membri kollha tal-gruppi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu inklużi separatament fil-lista tal-MFIs imsemmija fl-Artikolu 4.
Artikolu 7
Tempesitività
1. Il-BĊNi għandhom jiddeterminaw il-frekwenza u t-tempesitività li bihom jirċievu t-tagħrif statistiku mill-aġenti tar-rapportar skont dan ir-Regolament sabiex jissodisfaw l-iskadenzi tar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, u għandhom jinformaw lill-aġenti tar-rapportar dwarhom.
2. Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-istatistika ta’ kull xahar lill-BĊE sa tmiem il-15-il jum ta’ xogħol ta’ wara l-aħħar tax-xahar li tirreferi għalih.
3. Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-istatistika ta’ kull trimestru lill-BĊE sa tmiem it-28 jum ta’ xogħol ta’ wara l-aħħar tat-trimestru li tirreferi għalih.
Artikolu 8
Regoli ta’ kontabilità għal skopijiet ta’ rapportar statistiku
1. Għall-iskopijiet ta’ rapportar skont dan ir-Regolament u sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, l-aġenti tar-rapportar għandhom isegwu r-regoli ta’ kontabilità stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (16) u fi kwalunkwe standard internazzjonali applikabbli ieħor.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha fuq bażi gross.
2. Meta l-aġenti tar-rapportar jirrapportaw obbligazzjonijiet ta’ depożitu u self, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw l-ammonti ta’ kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar ta’ obbligazzjonijiet ta’ depożitu u self. |
|
(b) |
l-aġenti tar-rapportar għandhom jeskludu tħassir u tniżżil fil-valur kif determinat mill-prattiki kontabilistiċi rilevanti mill-ammont imsemmi fil-punt (a). |
|
(c) |
l-aġenti tar-rapportar ma għandhomx jinnettjaw l-obbligazzjonijiet ta’ depożitu u self kontra kwalunkwe assi jew obbligazzjoni oħra. |
3. Il-BĊNi jistgħu jippermettu lill-aġenti tar-rapportar kollha sabiex jirrapportaw self wara t-tnaqqis tal-proviżjonament għat-telf mis-self meta jkunu ppermettew lill-aġenti tar-rapportar kollha jagħmlu dan qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
4. L-MFIs għandhom jeskludu mill-ammonti ta’ assi u obbligazzjonijiet rispettivi l-investimenti proprji f’titoli ta’ dejn u ekwitajiet li jkunu ħarġu. Il-BĊNi jistgħu jippermettu lill-MFIs jirrapportaw l-investimenti proprji f’titoli fi ħdan l-assi u l-obbligazzjonijiet rispettivi, inkluż fuq bażi ta’ titolu b’titolu skont l-Artikolu 5(3), meta l-BĊN ikun jista’ joħroġ it-tqassim tal-assi u l-obbligazzjonijiet neċessarji speċifikati fl-Anness I, minbarra l-ammonti tal-investimenti proprji f’titoli.
Artikolu 9
Derogi
1. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs żgħar mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku msemmija fl-Artikolu 5(1) sakemm dawn it-tnejn li ġejjin japplikaw:
|
(a) |
il-kontribuzzjoni kombinata tal-MFIs żgħar kollha li jingħataw deroga ma taqbiżx il-5 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali; |
|
(b) |
il-kontribuzzjoni kombinata tal-MMFs kollha li jingħataw deroga ma taqbiżx wieħed jew l-ieħor mil-livelli limiti li ġejjin:
|
Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont l-ewwel subparagrafu, bħala minimu għandhom jiġbru t-tagħrif statistiku kollu li ġej:
|
(a) |
l-ammont pendenti tal-assi totali fuq bażi annwali; |
|
(b) |
it-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). |
2. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs żgħar li jkunu istituzzjonijiet ta’ kreditu mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stabbiliti fl-Anness I, skont il-Parti 6 ta’ dak l-Anness, diment li dawn it-tnejn li ġejjin japplikaw:
|
(a) |
il-kontribuzzjoni kombinata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jingħataw derogi ma tkunx taqbeż l-10 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali; u |
|
(b) |
il-kontribuzzjoni kombinata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jingħataw derogi ma tkunx taqbeż il-1 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MFIs aggregati taż-żona tal-euro. |
3. Istituzzjonijiet żgħar (“tail”) jistgħu jew japplikaw id-derogi li jkunu ngħataw mill-BĊNi skont il-paragrafi 1, 2 jew 5(a) jew jirrapportaw it-tagħrif statistiku skont l-Artikolu 5.
4. Il-BĊNi jistgħu ukoll jagħtu derogi lil MMFs mir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), meta dawn kollha li ġejjin japplikaw:
|
|
(b) |
kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku li ġejjin stabbiliti fl-Anness I:
|
|
(c) |
ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma jew unitajiet ta’ MMFs imsemmija fit-Taqsima 5.7 tal-Parti 2 tal-Anness I, meta tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
Meta l-BĊNi jagħtu derogi lil MMFs skont is-subpunti (i), (ii), (v) jew (vi) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, huma għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjoni kombinata tad-derogi għall-ammont pendenti totali korrispondenti għal kull entrata fil-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali ma taqbiżx il-5 %.
Meta l-BĊNi jagħtu derogi lill-MMFs skont is-subpunt (iii) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, huma għandhom jiddistingwu blokki separati għall-pożizzjonijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet u għar-residenti domestiċi u r-residenti ta’ Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro u jiżguraw li l-kontribuzzjoni tas-setturi tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ pensjoni kombinata f’kull blokka li għaliha tapplika d-deroga, ma taqbiżx il-5 % tal-blokka rilevanti tal-karta bilanċjali tal-MMFs nazzjonali
Meta l-BĊNi jagħtu derogi lill-MMFs skont is-subpunti (i) u (iii) tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk id-derogi għandhom japplikaw għal perijodu ta’ 12-il xahar.
5. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(2) meta l-ammonti pendenti tal-assi totali tal-aġent tar-rapportar ikunu EUR 350 miljun jew inqas; |
|
(b) |
kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku li ġejjin stabbiliti fl-Anness I:
|
Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, bħala minimu għandhom jiġbru t-tagħrif statistiku kollu li ġej:
|
(a) |
l-ammont pendenti tal-assi totali fuq bażi annwali; |
|
(b) |
it-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). |
6. Il-BĊNi jistgħu jagħtu d-derogi li ġejjin lil MFIs u lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni skont l-Artikolu 5(1) u (2):
|
(a) |
deroga lill-MMFs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness I; |
|
(b) |
deroga lil MFIs u lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni dwar titoli stabbiliti fit-Tabella 1 A fil-Parti 4 tal-Anness I fuq bażi ta’ kull xahar. Meta tingħata deroga skont dan il-punt, l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw dawk l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni fuq bażi ta’ kull trimestru u għandhom jipprovdu lill-BĊNi dawn it-tnejn li ġejjin meta jkunu mitluba:
|
|
(c) |
Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs u lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness I meta l-aġent tar-rapportar jirrapporta l-ammonti pendenti ta’ titoli fl-aħħar tax-xahar fuq bażi ta’ titolu b’titolu. Meta tingħata deroga skont dan il-punt, dawn it-tnejn li ġejjin għandhom japplikaw:
|
7. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku msemmija fit-Taqsimiet 7 sa 9 tal-Parti 3 tal-Anness I relatati ma’ Stat Membru mhux fiż-żona tal-euro meta xi waħda minn dawn li ġejjin japplikaw:
|
(a) |
it-tagħrif statistiku miġbur f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni jkun juri li l-pożizzjonijiet ma’ kontropartijiet residenti f’dak l-Istat Membru mhux fiż-żona tal-euro huma insinifikanti; |
|
(b) |
it-tagħrif statistiku miġbur f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni jkun juri li l-pożizzjonijiet fil-munita ta’ dak l-Istat Membru mhux fiż-żona tal-euro huma insinifikanti; |
Meta BĊN jagħti derogi lil MFIs skont l-ewwel subparagrafu relatati ma’ pajjiż li jaderixxi mal-Unjoni, il-BĊN jista’ jirtira dawk id-derogi 12-il xahar wara li jinforma lill-MFIs dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira dawk id-derogi.
Meta BĊNi jagħtu derogi lil MFIs skont l-ewwel subparagrafu, jistgħu wkoll jagħtu dawk l-istess derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs.
8. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku dwar l-ippuljar ta’ flus kontanti nozzjonali kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-ammonti pendenti ta’ depożiti ta’ flus kontanti nozzjonali minn, jew self lil, residenti fiż-żona tal-euro (minbarra MFIs) fil-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali ma jaqbżux iż-EUR 2 biljun; |
|
(b) |
meta l-livell limitu msemmi fil-punt (a) jinqabeż, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFI meta l-ammonti pendenti tad-depożiti ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali minn, jew self li, residenti taż-żona tal-euro (minbarra MFIs) ma jaqbżux il-EUR 500 miljun. |
9. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs fir-rigward tar-rekwiżit li jidentifikaw separatament is-self lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali msemmi fit-Taqsima 3 tal-Parti 2 tal-Anness I meta dak is-self ikun jinkludi inqas minn 5 % tas-self totali lil unitajiet domestiċi fil-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali.
Meta l-BĊNi jagħtu derogi lil MFIs skont l-ewwel subparagrafu, huma għandhom jagħtu wkoll dawk l-istess derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs.
10. Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont il-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 9, huma għandhom jivverifikaw li l-livelli limiti msemmija fihom ma jinqabżux. Il-verifika għandha ssir fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe deroga b’effett mill-bidu tas-sena sussegwenti.
Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont il-paragrafu 8, huma għandhom jivverifikaw li l-livelli limiti msemmija fih ma jinqabżux. Dik il-verifika għandha ssir mill-inqas darba kull sentejn u fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe deroga b’effett mill-bidu tas-sena sussegwenti.
Artikolu 10
Standards minimi u arranġamenti ta’ rapportar nazzjonali
1. L-aġenti tar-rapportar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku li għalihom ikunu soġġetti skont l-istandards minimi għat-trażmissjoni, l-akkuratezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali tar-rapportar skont ir-rekwiżiti nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu verifika akkurata li l-istandards minimi għat-trażmissjoni, l-akkuratezza u l-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV ikunu ssodisfati.
Artikolu 11
Fużjonijiet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet
1. Aġent attwali tar-rapportar għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti dwar fużjoni, diviżjoni jew kwalunkwe riorganizzazzjoni oħra meta:
|
(a) |
dik il-fużjoni, id-diviżjoni jew riorganizzazzjoni oħra x’aktarx li taffettwa l-issodisfar tar-rekwiżiti tar-rapportar ta’ aġent attwali tar-rapportar; u |
|
(b) |
l-intenzjoni li tiġi implimentata l-operazzjoni msemmija fil-punt (a) tkun magħrufa mill-pubbliku. |
2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
|
(a) |
tingħata fi żmien raġonevoli qabel ma l-fużjoni, id-diviżjoni jew kwalunkwe riorganizzazzjoni oħra ssir effettiva; u |
|
(b) |
tispeċifika l-proċeduri li jkunu se jintużaw sabiex ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. |
3. Meta fużjoni bejn aġenti tar-rapportar isseħħ bejn it-tmiem tal-perijodu ta’ referenza u l-iskadenza għar-rapportar tat-tagħrif statistiku għal dak il-perijodu ta’ referenza determinat mill-BĊN rilevanti skont l-Artikolu 7(1), l-istituzzjoni akkwirenti għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istituzzjonijiet akkwistati għal dak il-perijodu ta’ referenza daqslikieku dik il-fużjoni ma seħħitx.
4. Meta fużjoni bejn aġenti tar-rapportar isseħħ waqt perijodu ta’ referenza, il-BĊNi jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni akkwirenti tirrapporta tagħrif statistiku għall-istituzzjonijiet akkwistati separatament mit-tagħrif statistiku tagħha għal dak il-perijodu ta’ referenza u għal perijodi ta’ referenza sussegwenti.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊNi ma jistgħux jippermettu lill-istituzzjoni akkwirenti tirrapporta tagħrif statistiku għall-istituzzjonijiet akkwistati separatament mit-tagħrif statistiku tagħha għal perijodu ta’ aktar minn sitt xhur wara l-fużjoni.
Artikolu 12
Rapportar ta’ tagħrif statistiku dwar il-bażi ta’ riżerva
1. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrapportaw lill-BĊN rilevanti t-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III li jkun meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).
2. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrapportaw, bħala minimu, it-tagħrif statistiku stabbilit fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness III fuq bażi trimestrali meta japplikaw dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun istituzzjoni żgħira (“tail”); |
|
(b) |
l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun tirrapporta f’isem grupp, skont l-Artikolu 6, li jikkonsisti biss f’istituzzjonijiet żgħar (“tail”). |
Artikolu 13
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-aġenti tar-rapportar huma mitluba jipprovdu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċità dawn id-drittijiet huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali tar-rapportar ma tissodisfax l-istandards minimi ta’ trażmissjoni, akkuratezza, konformità mal-kunċetti u reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 14
L-ewwel rapportar
1. L-ewwel rapportar ta’ tagħrif statistiku ta’ kull xahar skont l-Artikolu 5(1) u (2) għandu jibda b’data għal Jannar 2022.
2. L-ewwel rapportar ta’ tagħrif statistiku ta’ kull trimestru skont l-Artikolu 5(1) u (2) għandu jibda b’data għall-ewwel trimestru tal-2022.
Artikolu 15
proċedura ta’ emenda simplifikata
Wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel kwalunkwe emenda teknika meħtieġa fl-Annessi, sakemm dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar tal-aġenti tar-rapportar fl-Istati Membri. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv bi kwalunkwe emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed..
Artikolu 16
Revoka
1. Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) huwa mħassar b’effett mis-26 ta’ Ġunju 2021.
2. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI.
Artikolu 17
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-MFIs kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mis-26 ta’ Ġunju 2021 sal-1 ta’ Frar 2022.
2. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs kif imsemmija fl-Artikolu 2(4) għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli għall-MFIs stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mis-26 ta’ Ġunju 2021 sal-1 ta’ Frar 2022, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. Bl-eċċezzjoni tat-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), il-BĊNi jistgħu jispeċifikaw data għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs sabiex jirrapportaw it-tagħrif skont dan il-paragrafu. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2022.
3. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku msemmija fil-paragrafu 1 meta l-ammonti pendenti tal-assi totali tal-aġent tar-rapportar ikunu EUR 350 miljun jew inqas.
Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont l-ewwel subparagrafu, bħala minimu għandhom jiġbru t-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III li jkun meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-aġenti tar-rapportar ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tqassim skont il-kollateral immobiljari ta’ kreditu msemmi fit-Taqsima 1 tal-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
5. L-aġenti tar-rapportar għandhom ikomplu jirrapportaw ċerti entrati tat-tagħrif tal-karta bilanċjali fuq bażi trimestrali, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u kif speċifikat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, sat-28 ta’ Frar 2022.
6. Għall-perijodu ta’ bejn is-26 ta’ Ġunju 2021 u l-1 ta’ Fraf 2022, meta l-aġenti tar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jirrapportaw obbligazzjonijiet dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva minimi taħt ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), huma għandhom jinkludu l-obbligazzjonijiet tagħhom dovuti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs f’dak ir-rapportar.
Artikolu 18
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mis-26 ta’ Ġunju 2021.
Madankollu, l-Artikoli 5, 8 u 9 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.
(3) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru tal-2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10). Emendi reċenti għar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) huma inklużi fir-riformulazzjoni ta’ dak ir-Regolament fir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
(6) Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(7) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.).
(8) Regolament (UE) 2021/378 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1).
(10) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(12) Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura nvoluti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).
(13) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
(14) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(15) Il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).
(16) Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).
(17) Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).
ANNESS I
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR STATISTIKU
PARTI 1
Identifikazzjoni ta’ ċerti MFIs ibbażata fuq prinċipji ta’ sostitwibbilità ta’ depożiti
|
1.1 |
Istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu strumenti finanzjarji kkunsidrati bħala sostituti mill-qrib għal depożiti għandhom jiġu kklassifikati bħala MFIs sakemm jissodisfaw id-definizzjoni ta’ MFI f’aspetti oħra. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji tas-sostitwibbiltà tad-depożiti, jiġifieri jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx ikunu kklassifikati bħala depożiti, li jiġi ddeterminat mil-likwidità tagħhom, mill-kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ trasferibbiltà, konvertibbiltà, ċertezza u kummerċjabilità, u billi jitqies, fejn xieraq, it-terminu tal-ħruġ tagħhom.
Dawn il-kriterji għas-sostitwibbiltà tad-depożiti għandhom jiġu applikati wkoll biex jiġi ddeterminat jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jiġu kklassifikati bħala depożiti, sakemm ma jkunx hemm kategorija separata għal dawn l-obbligazzjonijiet. |
|
1.2. |
Għall-finijiet kemm tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà tad-depożiti kif ukoll tal-klassifikazzjoni ta’ obbligazzjonijiet bħala depożiti:
|
|
1.3. |
Ishma/unitajiet maħruġa minn impriżi ta’ investiment kollettiv li joperaw biss bħala skemi ta’ tfaddil għall-impjegati u meta taħt dawk l-iskemi l-investituri jkollhom permess biss li jifdu l-investiment tagħhom skont termini ta’ tifdija restrittivi mhux marbuta ma’ żviluppi tas-suq ma għandhomx jitqiesu bħala sostituti viċini għad-depożiti. |
PARTI 2
Il-karta bilanċjali (ammonti pendenti ta’ kull xahar)
Biex jikkompila l-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontrapartijiet, il-BĊE jeħtieġ id-data fit-Tabella 1. Data addizzjonali hija meħtieġa għall-finijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE. Ir-rekwiżiti ta’ kull xahar huma kif ġej:
1. Kategoriji ta’ strumenti
(a) Obbligazzjonijiet
Il-kategoriji ta’ strumenti rilevanti huma: muniti fiċ-ċirkolazzjoni, obbligazzjonijiet ta’ depożiti, ishma/unitajiet ta’ MMF maħruġa, titoli ta’ dejn maħruġa, kapital u riżervi u l-obbligazzjonijiet li jifdal. Sabiex l-obbligazzjonijiet monetarji jiġu separati minn dawk mhux monetarji, l-obbligazzjonijiet ta’ depożiti għandhom jinqasmu wkoll f’depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma, depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż u ftehimiet ta’ riakkwist (repos). Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.
(b) Assi
Il-kategoriji ta’ strumenti rilevanti huma: flus kontanti, self, titoli ta’ dejn miżmuma, ekwità, ishma f’fond ta’ investiment, assi mhux finanzjarji u assi li jifdal. Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.
2. Tqassim skont il-maturità
L-iskadenzi tal-maturità oriġinali jipprovdu sostitut għad-dettall tal-istrument meta l-istrumenti finanzjarji ma jkunux kompletament paragunabbli bejn is-swieq.
(a) Obbligazzjonijiet
Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità, jew għal perijodi ta’ avviż, huma: għal depożiti b’maturità miftiehma, b’maturità ta’ sena u ta’ sentejn meta jinħarġu; u għal depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż, b’avviż ta’ tliet xhur u ta’ sentejn. Ir-riakkwisti ma għandhomx jinqasmu skont il-maturità peress illi dawn normalment ikunu strumenti għal żmien qasir ħafna, jiġifieri b’maturità ta’ inqas minn tliet xhur meta jinħarġu. Titoli ta’ dejn maħruġa mill-MFIs għandhom jinqasmu f’dawk ta’ sena u dawk ta’ sentejn. L-ebda tqassim skont il-maturità ma huwa meħtieġ għal ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs.
(b) Assi
Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità huma: għal self lil residenti taż-żona tal-euro (minbarra MFIs) skont is-subsettur u wkoll għal self lil unitajiet domestiċi skont l-iskop, b’faxex ta’ maturità ta’ sena u ta’ ħames snin, b’punt ta’ skadenza addizzjonali ta’ sentejn għal self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u lil unitajiet domestiċi skont l-iskop denominat f’euro; u għal investimenti f’titoli ta’ dejn maħruġin minn MFIs li jinsabu fiż-żona tal-euro, b’faxex ta’ maturita ta’ sena u sentejn.
3. Tqassim skont l-iskop u identifikazzjoni separata ta’ self lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali
Self lil unitajiet domestiċi u lil istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi għandu jkompli jinqasam skont l-iskop tas-self (kreditu għall-konsum, self għal xiri ta’ dar, self ieħor). Fil-kategorija “self ieħor”, is-self mogħti lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali għandu jiġi identifikat separatament.
4. Tqassim skont il-munita
Għal entrati tal-karta bilanċjali li jistgħu jintużaw fil-kompilazzjoni ta’ aggregati monetarji, il-bilanċi f’euro jridu jiġu identifikati separatament sabiex il-BĊE jkollu l-għażla li jiddefinixxi l-aggregati monetarji f’termini ta’ bilanċi denominati fil-muniti kollha kombinati jew fl-euro biss.
5. Tqassim skont is-settur u r-residenza tal-kontropartijiet
|
5.1. |
Il-kompilazzjoni tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u tal-kontrapartijiet tirrikjedi l-identifikazzjoni ta’ dawk il-kontrapartijiet li jifformaw is-settur taż-żamma tal-flus li jinsabu fit-territorju taż-żona tal-euro. Għal dan il-għan, il-kontrapartijiet li mhumiex MFIs għandhom jinqasmu, kif stabbilit fis-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet riveduta (minn hawn ’il quddiem “ESA 2010”) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (ara l-Parti 3 tal-Anness II), fi gvern ġenerali (S.13), bil-gvern ċentrali (S.1311) identifikat separatament fit-total tal-obbligazzjonijiet ta’ depożiti, u setturi residenti oħra. Sabiex tiġi kkalkolata diżaggregazzjoni tas-settur ta’ kull xahar tal-aggregati monetarji u tal-kontrapartijiet ta’ kreditu, setturi residenti oħrajn għandhom jinqasmu ulterjorment skont is-subsetturi li ġejjin: korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11), unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128), fondi ta’ pensjoni (S.129), fondi tal-investiment mhux MMFs (S.124), intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125), awżiljarji finanzjarji (S.126), u istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127). Għall-finijiet ta’ rapportar ta’ ċerti entrati tal-karta bilanċjali, bħal self u titoli ta’ dejn, dawn l-aħħar tliet setturi għandhom jingħaqdu flimkien (S.125 + S.126 + S.127). Għandha ssir distinzjoni addizzjonali għal kontropartijiet li huma FVCs u kontropartijiet ċentrali tal-ikklerjar, fi ħdan intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125). Għal kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali ara t-Taqsima 3.
Għall-finijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, għandha ssir distinzjoni fit-Tabella 1 għall-gvern ċentrali fir-rigward tat-total tal-obbligazzjonijiet ta’ depożiti u l-kategoriji ta’ depożitu “depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn”, “depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż ta’ aktar minn sentejn” u “riakkwisti”. Barra minn hekk għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva, għandu jinġabar tagħrif rigward l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn soġġetti għal rekwiżiti minimi ta’ riżerva, kif speċifikat fil-Parti 1 tal-Anness III. |
|
5.2. |
Il-kontropartijiet tal-MFIs għandhom jinqasmu f’banek ċentrali (S.121), b’identifikazzjoni separata tal-BĊE, korporazzjonijiet li jieħdu depożiti minbarra l-banek ċentrali (S.122), u MMFs (S.123). Dan biex ikun hemm fehim aħjar tal-politiki ta’ self u finanzjament fis-settur bankarju u biex jitjieb il-monitoraġġ tal-attivitajiet interbankarji. |
|
5.3. |
Fir-rigward ta’ pożizzjonijiet intragrupp, għandha ssir distinzjoni addizzjonali għall-pożizzjonijiet ta’ self u ta’ depożiti tal-aġenti tar-rapportar u tranżazzjonijiet ma’ korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti minbarra l-banek ċentrali (S.122) sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni ta’ interkonnessjonijiet bejn entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp (domestiċi u ta’ Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro). |
|
5.4. |
Fir-rigward ta’ investimenti f’titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa sena, bi tqassim skont il-munita, għandha ssir distinzjoni addizzjonali għall-gvern ġenerali (S.13) sabiex tiġi żgurata stampa aħjar tal-interkonnessjonijiet bejn sovrani u banek. |
|
5.5. |
Ċerti depożiti/self li jirriżultaw minn riakkwisti/retro riakkwisti jew operazzjonijiet simili jistgħu jkunu relatati ma’ tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet ċentrali. Kontraparti ċentrali hija entità li legalment tintervjeni bejn il-kontrapartijiet għal kuntratti negozjati fi swieq finanzjarji, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ ghal kull xerrej. Skont l-Artikolu 8(2), tali negozju jrid jiġi rrapportat taħt depożiti u self, irrispettivament mit-trattament li japplika għal finijiet ta’ rapportar oħrajn. Minħabba li tali tranżazzjonijiet spiss huma sostituti għal negozju bilaterali fost l-MFIs, għandha ssir distinzjoni addizzjonali għar-riakkwisti u għar-retro riakkwisti li jinvolvu kontropartjiet ċentrali li jkunu kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125). |
|
5.6. |
Il-kontropartijiet “domestiċi” għandhom ikunu identifikati separatament minn kontropartijiet “taż-żona tal-euro ħlief dawk domestiċi” fir-rigward tat-tqassim statistiku kollu. Kontropartijiet li jinsabu fl-Istati Membri għandhom jiġu identifikati skont is-settur domestiku tagħhom jew il-klassifikazzjoni istituzzjonali skont il-listi miżmuma mill-BĊE għal skopijiet statistiċi, il-“Manual on MFI balance sheet statistics” tal-BĊE u l-ESA 2010. L-istituzzjonijiet tal-UE li huma residenti taż-żona tal-euro iżda mhumiex residenti ta’ Stat Membru (il-BĊE huwa eżempju) għandhon jiġu rrapportati bħala kontropartijiet “taż-żona tal-euro għajr dawk domestiċi”. Il-kontropartijiet li jinsabu barra mill-Istati Membri għandhom jiġu kklassifikati skont is-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-“SNA 2008”). |
|
5.7. |
Fil-każ ta’ ishma/unitajiet ta’ MMFs maħruġin mill-MFIs tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw bħala minimu d-data dwar ir-residenza tad-detenturi skont tqassim f’domestiċi/taż-żona tal-euro għajr dawk domestiċi/bqija tad-dinja sabiex ikunu jistgħu jiġi esklużi l-investimenti ta’ non-residenti taż-żona tal-euro. Il-BĊNi jistgħu jiksbu t-tagħrif statistiku neċessarju mid-data li tinġabar fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), sakemm id-data tkun konformi mat-tempestività skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u mal-istandards minimi definiti fl-Anness IV.
|
6. Tqassim ta’ kapital u riżervi
Dan it-tqassim huwa meħtieġ biex jingħata tagħrif dwar il-komponenti tal-kontabbiltà ta’ kapital u riżervi u biex tiġi mmonitorjata l-interazzjoni ta’ din l-entrata ma’ żviluppi oħrajn tal-karta bilanċjali.
7. L-identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-karta bilanċjali għal derivattivi u imgħax akkumulat fuq self u depożiti fl-assi li jifdal u fl-obbligazzjonijiet li jifdal.
Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-istatistika.
8. Investimenti proprji f’titoli
It-Tabella 1 teħtieġ tagħrif dwar l-investimenti proprji tal-MFIs fit-titoli ta’ dejn u ekwitajiet, li huma esklużi mill-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 8(4).
PARTI 3
Il-karta bilanċjali (ammonti pendenti ta’ kull trimestru)
Sabiex ikun hemm analiżi ulterjuri tal-iżviluppi monetarji u biex iservu skopijiet statistiċi oħra, il-BĊE jeħtieġ dan li ġej fir-rigward ta’ entrati ewlenin:
|
1. |
Tqassim skont is-subsettur u l-maturità ta’ kreditu lil istituzzjonijiet li mhumiex MFIs fiż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2). Dan hu meħtieġ sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-istruttura sħiħa tas-subsettur u tal-maturità tal-finanzjament ta’ kreditu ġenerali (self u titoli) fir-rigward tas-settur taż-żamma tal-flus. Għal self denominat f’euro b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena u b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, huma meħtieġa aktar pożizzjonijiet “li minnhom” għal ċerti maturitajiet residwi u perijodi ta’ risettjar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax (ara t-Tabella 2). Ir-risettjar ta’ rata tal-imgħax għandu jinftiehem bħala bidla fir-rata tal-imgħax ta’ self stipulata fil-kuntratt ta’ self kurrenti. Self soġġett għar-risettjar tar-rata tal-imgħax għandu jinkludi, fost l-oħrajn, self b’rati tal-imgħax li jiġu riveduti perjodikament skont l-evoluzzjoni ta’ indiċi, eż. Euribor, self b’rati tal-imgħax li jiġu riveduti fuq bażi kontinwa, jiġifieri rati varjabbli, u self b’rati tal-imgħax rivedibbli fid-diskrezzjoni tas-sellief. |
|
2. |
Tqassim skont is-subsettur tal-obbligazzjonijiet ta’ depożiti lill-gvern ġenerali (minbarra l-gvern ċentrali) tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2). Dan hu meħtieġ bħala tagħrif komplementari għar-rapportar ta’ kull xahar. |
|
3. |
Tqassim skont is-settur ta’ pożizzjonijiet mal-kontrapartijiet barra miż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2). Il-klassifikazzjoni tas-setturi skont l-SNA 2008 għandha tapplika fejn l-ESA 2010 ma tkunx fis-seħħ. |
|
4. |
L-identifikazzjoni ta’ proprjetà immobbli fi ħdan assi mhux finanzjarji. Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex jingħata tagħrif addizzjonali dwar assi mhux finanzjarji u sabiex tiġi mmonitorjata l-importanza relattiva ta’ investimenti fi proprjetà immobbli mis-settur bankarju. |
|
5. |
Identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-karta bilanċjali għal derivattivi bi tqassim skont is-settur fl-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal (ara t-Tabella 2). Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-istatistika u jikkomplementa r-rapportar ta’ kull xahar. |
|
6. |
Tqassim tal-ekwitajiet miżmuma f’ishma elenkati, ishma mhux elenkati u ekwità oħra (ara t-Tabella 2). Dan jikkomplementa r-rapportar ta’ kull xahar billi jipprovdi tagħrif dwar kif l-ekwitajiet jistgħu jiġu nnegozjati. |
|
7. |
Tqassim skont il-pajjiż u pożizzjonijiet mal-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ara t-Tabella 3). Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex jiġu analizzati aktar l-iżviluppi monetarji, sabiex jingħata tagħrif statistiku dwar l-Istati Membri li jistgħu jadottaw l-euro, u għal kontrolli tal-kwalità tad-data. It-tqassim skont il-pajjiż għandu jiġi pprovdut fir-rigward ta’ kull Stat Membru. Meta pajjiż jaderixxi mal-Unjoni, ir-rapportar tat-tqassim għal dak l-Istat Membru jibda bil-perijodu ta’ referenza trimestrali li jinkludi d-data tal-adeżjoni tiegħu. It-tqassim skont il-pajjiż għandu jiġi pprovdut ukoll fir-rigward ta’ pajjiżi li joħorġu, jew ħarġu, mill-Unjoni, jiġifieri bħala tqassim separat fil-“Bqija tad-dinja (minbarra l-UE)”. |
|
8. |
It-tqassim skont is-settur għal depożiti transkonfinali fiż-żona tal-euro minn u self lil istituzzjonijiet li mhumiex MFIs (ara t-Tabella 3). Dan it-tqassim huwa meħtieġ biex jiġu evalwati l-pożizzjonijiet tal-aġenti tar-rapportar f’kull Stat Membru individwali mal-kontropartijiet residenti fl-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro. Meta Stat Membru jadotta l-euro, ir-rapportar tat-tqassim għal dak l-Istat Membru jibda bil-perijodu ta’ referenza trimestrali li jinkludi d-data ta’ meta jkun adotta l-euro. |
|
9. |
Tqassim skont il-munita (ara t-Tabella 4). Dan it-tqassim skont il-munita huwa meħtieġ għal self fir-rigward tal-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro u għal depożiti, self u titoli ta’ dejn miżmuma għal ċerti muniti (GBP, USD, CHF u JPY). Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu ta’ tranżazzjonijiet għal aggregati monetarji u kontrapartijiet aġġustati għall-bidliet fir-rata tal-kambju meta dawn l-aggregati jinkludu l-muniti kollha kkombinati flimkien. |
Tabella 3
Ammonti pendenti trimestrali (diżaggregazzjoni skont il-pajjiż)
|
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ |
UE |
Bqija tad-dinja (eskluża l-UE) |
|||||
|
|
|||||||
|
|
Stat Membru ieħor taż-żona tal-euro |
Stat Membru lil mhuwiex fiż-żona tal-euro |
Istituzzjonijiet magħżula tal-UE (*1) |
|
li minnhom: ir-Renju Unit |
||
|
PASSIV |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
minn IFM |
|
|
|
|
|
||
|
minn dawk li mhumiex IFM |
|
|
|
|
|
||
|
gvern ġenerali |
|
|
|
|
|
||
|
intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus |
|
|
|
|
|
||
|
korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni |
|
|
|
|
|
||
|
fondi tal-pensjoni |
|
|
|
|
|
||
|
fondi ta’ investiment li mhumiex MMF |
|
|
|
|
|
||
|
korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
|
|
|
|
||
|
unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
ATTIV |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
lil IFM |
|
|
|
|
|
||
|
lil dawk li mhumiex IFM |
|
|
|
|
|
||
|
gvern ġenerali |
|
|
|
|
|
||
|
intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus |
|
|
|
|
|
||
|
korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni |
|
|
|
|
|
||
|
fondi tal-pensjoni |
|
|
|
|
|
||
|
fondi ta’ investiment li mhumiex MMF |
|
|
|
|
|
||
|
korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
|
|
|
|
||
|
unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
sa sena |
|
|
|
|
|
||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
||
|
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn IFM |
|
|
|
|
|
||
|
sa sena |
|
|
|
|
|
||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
||
|
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn dawk li mhumiex IFM |
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: gvern ġenerali |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
Ishma/unitajiet tal-MMF |
|
|
|
|
|
||
|
Ishma/unitajiet f’fondi tal-investiment mhux MMFs |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
Tabella 4
Ammonti pendenti trimestrali (diżaggregazzjoni skont il-munita)
|
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ |
Il-muniti kollha flimkien |
Euro |
Muniti tal-UE minbarra l-euro |
Muniti li mhumiex tal-UE |
Muniti magħżula |
||||||
|
|
|
|
Total |
Il-munita ta’ kull Stat Membru tal-UE |
|
GBP |
USD |
JPY |
CHF |
||
|
PASSIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
minn IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
minn dawk li mhumiex IFM |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
minn IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
minn dawk li mhumiex IFM |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
sa sena |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
aktar minn sena |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
minn IFM |
Q |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
minn dawk li mhumiex IFM |
Q |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
ATTIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
lil IFM |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
lil dawk li mhumiex IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
lil IFM |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
lil dawk li mhumiex IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
sa sena |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
aktar minn sena |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
lil IFM |
Q |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
lil dawk li mhumiex IFM |
Q |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn dawk li mhumiex IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn dawk li mhumiex IFM |
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn IFM |
Q |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
maħruġa minn dawk li mhumiex IFM |
Q |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||||||||||
|
M |
Obbligi ta’ data ta’ kull xahar, ara t-Tabella 1. |
||||||||||
|
Q |
Obbligi ta’ data trimestrali, ara t-Tabella 2. |
||||||||||
PARTI 4
Rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalwazzjoni għall-kompilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet
L-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-BĊE jikkalkula t-tranżazzjonijiet finanzjarji. Dawn jipprovdu tagħrif dwar l-impatt ta’ bidliet fil-prezzijiet jew valwazzjonijiet oħrajn fuq l-ammonti pendenti ta’ assi u obbligazzjonijiet fl-aħħar tal-perijodu rapportati fil-karta bilanċjali. Bidliet fl-ammonti pendenti minħabba l-impatt ta’ movimenti fir-rata tal-kambju fuq l-assi u l-obbligazzjonijiet mhux denominati f’euro ma għandhomx jiġu inklużi fl-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni rapportata (l-aġġustamenti fir-rata tal-kambju għall-finijiet ta’ kompilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet huma derivati separatament).
Ir-rekwiżiti minimi għar-rapportar tal-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni huma stipulati fit-Tabella 1 A u 2 A. Kunsiderazzjonijiet speċifiċi għar-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ self u titoli huma deskritti hawn taħt.
1. Rivalwazzjonijiet ta’ self (inkluż tniżżil fil-valur/tħassir)
L-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni għandhom jirriflettu kwalunkwe bidla fl-ammonti pendenti ta’ self rapportat skont il-Partijiet 2 u 3 ikkawżata mill-applikazzjoni ta’ tniżżil fil-valur, inkluż it-tniżżil fil-valur tal-ammont pendenti kollu ta’ self (tħassir), u t-treġġigħ lura ta’ tniżżil fil-valur/tħassir. L-aġġustament għandu jirrifletti wkoll il-bidliet fil-proviżjonament għat-telf mis-self jekk BĊN jippermetti li l-ammonti pendenti fil-karta bilanċjali jiġu rreġistrati wara t-tnaqqis tal-proviżjonament għat-telf mis-self skont l-Artikolu 8(3). Aġġustament fir-rivalwazzjoni għandu jiġi rreġistrat ukoll sabiex jingħata kont tad-differenza bejn il-bidla fl-ammonti pendenti ta’ self li jirriżulta minn disponiment ta’ self (bl-irtirar tar-rikonoxximent mill-karta bilanċjali) u l-valur tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-prezz tal-bejgħ). Bl-istess mod, l-akkwist ta’ self bi prezz inqas mill-ammonti pendenti rapportati jirriżulta f’rivalwazzjoni pożittiva.
2. Rivalwazzjoni fil-prezz ta’ titoli
L-aġġustament fir-rigward tar-rivalwazzjoni tal-prezz ta’ titoli jirreferi għal ċaqliq fil-valwazzjoni ta’ titoli li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz li bih jiġu rreġistrati jew innegozjati t-titoli. L-aġġustament għandu jinkludi l-bidliet li jseħħu maż-żmien fil-valur tal-ammonti pendenti fil-karta bilanċjali fl-aħħar tal-perijodu minħabba bidliet fil-valur ta’ referenza li fih jiġu rreġistrati t-titoli, jiġifieri qligħ/telf potenzjali. L-aġġustament jista’ jinkludi wkoll bidliet fil-valwazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fit-titoli jiġifieri qligħ/telf realizzat.
L-ebda rekwiżit ta’ rapportar minimu ma hu stabbilit għat-titoli ta’ dejn maħruġa. Madankollu, jekk il-prattiki tal-valwazzjoni li japplikaw l-aġenti tar-rapportar għat-titoli ta’ dejn maħruġa jirriżultaw f’bidliet fl-ammonti pendenti tagħhom fl-aħħar tal-perijodu, il-BĊNi għandhom il-permess li jiġbru data dwar dawn il-bidliet.
PARTI 5
Rekwiżiti ta’ rapportar statistiku għal titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti ta’ self oħrajn
1. Rekwiżiti ġenerali
|
1.1. |
Id-data għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 8(2), ikkwalifikata b’dik tal-Artikolu 8(3) fejn applikabbli. L-entrati kollha tad-data għandhom jinqasmu skont ir-residenza u s-subsettur tal-obbligant tas-self kif indikat fl-intestaturi tal-kolonni tat-Tabella 5. |
|
1.2. |
Għandha ssir distinzjoni bejn it-titolizzazzjonijiet u trasferimenti ta’ self oħrajn. Self dispost matul fażi ta’ realizzazzjoni f’titolizzazzjoni għandu jiġi ttrattat bħallikieku kien diġà titolizzat. Identifikazzjoni separata hija meħtieġa għal titolizzazzjonijiet li jinvolvu FVCs residenti fiż-żona tal-euro. Għal trasferimenti ta’ self oħrajn, hija meħtieġa identifikazzjoni separata meta l-kontroparti tkun MFI domestika jew MFI mhux domestika taż-żona tal-euro. |
|
1.3. |
It-trasferimenti ta’ self għandhom jiġu distinti wkoll skont l-impatt fuq l-ammonti pendenti tas-self rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I:
|
|
1.4. |
Fir-rigward ta’ trasferimenti li jkollhom impatt fuq l-ammonti pendenti ta’ self rapportati, l-MFIs għandhom jagħmlu distinzjoni ulterjuri għat-trasferimenti li fihom jaġixxu bħala servizzjant tal-ammont pendenti ta’ self trasferit. |
2. Rekwiżiti għar-rapportar ta’ trasferimenti ta’ self
|
2.1. |
L-MFIs għandhom jikkalkolaw it-trasferimenti ta’ self netti bħala akkwiżizzjonijiet matul ix-xahar nieqes id-disponimenti matul ix-xahar. Għal dan il-għan, l-MFIs għandhom japplikaw il-valuri tat-tranżazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet u d-disponimenti (jiġifieri l-valur tax-xiri u tal-bejgħ, rispettivament). |
|
2.2. |
L-MFIs għandhom jipprovdu data dwar it-trasferimenti ta’ self skont it-Tabella 5a kif ġej:
|
|
2.3. |
Fir-rigward tal-allokazzjoni msemmija fit-Taqsima 2.2(a), il-BĊNi jistgħu jagħtu struzzjonijiet lil MFIs sabiex jallokaw trasferimenti ta’ self għal Blokka 1, pjuttost milli għal Blokka 2, meta MFI domestika oħra taġixxi bħala servizzjant tas-self trasferit. Il-BĊNi se jeħtieġu li tali trasferimenti jiġu identifikati separatament fir-rapportar statistiku minn dawk li jiġu ttrasferiti u sservizzjati mill-istess MFI. |
3. Rekwiżiti għar-rapportar ta’ ammonti pendenti ta’ self trasferit
|
3.1. |
L-MFIs għandhom jipprovdu data skont it-Tabella 5b dwar l-ammonti pendenti ta’ self fl-aħħar tax-xahar kif ġej:
|
|
3.2. |
Fir-rigward tal-allokazzjoni msemmija fit-Taqsima 3.1(a), fejn il-BĊNi jagħtu struzzjonijiet lill-MFIs sabiex jallokaw it-trasferimenti ta’ self skont it-Taqsima 2.3, l-MFIs għandhom jinkludu fi Blokka 1 l-ammonti pendenti ta’ self trasferit minn MFI domestika oħra li għalih jaġixxu bħala servizzjant, sakemm is-self ma jkunx inkluż fl-ammonti pendenti rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I ta’ MFIs domestiċi. Il-BĊNi se jirrikjedu li tali ammonti pendenti jiġu identifikati separatament fir-rapportar statistiku minn dawk li jiġu ttrasferiti u sservizzjati mill-istess MFI. |
|
3.3. |
Il-BĊNi jistgħu jitolbu tagħrif addizzjonali mill-MFIs sabiex jispjegaw l-iżviluppi fl-ammonti pendenti ta’ self, b’mod partikolari fir-rigward ta’ bidla fil-kontroparti li żżomm id-dejn trasferit, jew bidla fl-arranġamenti ta’ servizzjar għal self li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu, li jista’ jkun jeħtieġ aġġustamenti fir-riklassifikazzjoni sabiex il-BĊE jkun jista’ jaġġusta kif xieraq l-iżviluppi fis-self għall-impatt li jirriżulta mit-titolizzazzjonijiet u trasferimenti oħrajn fuq il-karta bilanċjali tal-MFI. |
4. Rekwiżiti għar-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalwazzjoni li jaffettwaw l-ammonti pendenti ta’ self trasferit
|
4.1. |
L-MFIs għandhom jipprovdu data skont it-Tabella 5b dwar aġġustamenti fir-rivalwazzjoni li jirriflettu kwalunkwe bidla fl-ammonti pendenti ta’ self fl-aħħar tax-xahar rapportati taħt it-Taqsima 3 li jkunu kkawżati mill-applikazzjoni ta’ tniżżil fil-valur jew tħassir ta’ self, u bidliet fil-proviżjonament għas-self (jekk l-ammonti pendenti jiġu rreġistrati wara li jitnaqqas il-proviżjonament). L-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni għandhom jirriflettu wkoll, fix-xahar tat-trasferiment tas-self, kwalunkwe differenza bejn l-ammonti pendenti ta’ self trasferit u l-valur tat-tranżazzjoni tal-akkwiżizzjoni jew tad-disponiment, kif imsemmi taħt it-Taqsima 2. |
|
4.2. |
L-MFIs għandhom jipprovdu data dwar l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni skont it-Tabella 5b kif ġej:
|
PARTI 6
Rapportar simplifikat għal istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar
Meta l-BĊNi jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 9(2), huma jistgħu jeżentaw lil dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
1. |
It-tqassim skont il-munita msemmi fit-Taqsima 4 tal-Parti 2. |
|
2. |
L-identifikazzjoni separata ta’:
|
|
3. |
It-tqassim skont is-setturi msemmi fit-Taqsima 3 tal-Parti 3. |
|
4. |
It-tqassim skont il-pajjiżi msemmi fit-Taqsima 7 tal-Parti 3. |
|
5. |
It-tqassim skont il-munita msemmi fit-Taqsima 9 tal-Parti 3. |
Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku msemmija fil-Partijiet 2, 4 u 5 billi jirraportaw data fuq bażi trimestrali biss u skont ir-rekwiżit tat-tempestività mogħti għal statistika trimestrali fl-Arikolu 7(3).
PARTI 7
Sommarju tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku dwar l-entrati tal-karta bilanċjali(1)
|
KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U MATURITÀ |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
ENTRATI TAL-KARTA BILANĊJALI |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
ASSI |
OBBLIGAZZJONIJIET |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
KATEGORIJI TAL-KONTROPARTIJIET U TAL-ISKOPIJIET |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
ASSI |
OBBLIGAZZJONIJIET |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
MUNITI |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Id-data għandha tkun identifikata b’mod separat għall-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
(1) It-tqassim tad-data ta’ kull xahar għandu jkun indikat b’tipa ħoxna, it-tqassim tad-data trimestrali għandu jkun indikat b’tipa normali.
(2) It-tqassim skont il-maturità ta’ kull xahar għandu jkun jirrigwarda s-self lis-setturi prinċipali residenti minbarra MFIs, inkluż il-gvern ġenerali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. It-tqassim korrispondenti skont il-maturità għal self lill-gvern ġenerali, minbarra l-gvern ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro għandu jkun trimestrali.
(3) Għal self mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u lil unitajiet domestiċi. Barra minn hekk, it-tqassim skont il-maturità għandu jinġabar għal self lil unitajiet domestiċi skont l-iskop tas-self.
(4) It-tqassim skont il-maturità ta’ kull xahar għandu jirrigwarda biss investimenti f’titoli maħruġin minn MFIs li jinsabu fiż-żona tal-euro, u l-investimenti f’titoli maħruġin mill-gvern ġenerali taż-żona tal-euro għandhom jinqasmu “sa sena”. Bħala data trimestrali, l-investimenti f’titoli maħruġa minn istituzzjonijiet li mhumiex MFIs fiż-żona tal-euro għandhom jinqasmu f’“sa sena” u “aktar minn sena”.
(5) Ma’ kontropartijiet residenti fil-bqija tad-dinja biss.
(6) Ir-rapportar tal-entrata “depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż ta’ aktar minn sentejn” huwa volontarju sakemm ma jingħatax avviż ieħor.
(7) It-tqassim ta’ kull xahar skont is-subsetturi huwa meħtieġ għal self u depożiti.
(8) Għar-riakkwisti u r-retro riakkwisti, huwa meħtieġ tqassim għall-kontropartijiet ċentrali klassifikati fis-subsettur S.125. Barra minn hekk, huwa meħtieġ tqassim għall-kontropartijiet li jkunu korporazzjonijiet ta’ veikoli finanzjarji għal self, depożiti u titoli ta’ dejn miżmuma.
(9) Tqassim trimestrali skont il-munita ta’ kull Stat Membru ieħor tal-UE huwa meħtieġ għal ċerti entrati ta’ self biss. It-tqassim trimestrali għall-muniti GBP, USD, JPY u CHF huwa meħtieġ għal ċerti entrati ta’ depożiti, self u titoli ta’ dejn miżmuma.
ANNESS II
PRINĊIPJI TA’ KONSOLIDAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
PARTI 1
Konsolidazzjoni għal skopijiet statistiċi fl-istess Stat Membru
|
1. |
Għal kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stat Membru taż-żona tal-euro”), il-popolazzjoni tar-rapportar tikkonsisti fl-MFIs inklużi fil-lista ta’ MFIs għal skopijiet statistiċi u f’istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti li mhumiex MFIs. Dawn huma:
L-aġenti tar-rapportar għandhom jikkonsolidaw għal skopijiet statistiċi n-negozju tal-uffiċċji domestiċi kollha tagħhom (uffiċċju reġistrat jew uffiċċju prinċipali u/jew fergħat) li jinsabu fl-istess Stat Membru. Istituzzjonijiet li jinsabu f’ċentri finanzjarji offshore għandhom jiġu ttrattati statistikament bħala residenti tat-territorji fejn jinsabu ċ-ċentri. |
|
2. |
L-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw in-negozju tal-uffiċċji mhux domestiċi kollha tagħhom kif ġej:
|
PARTI 2
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti
|
1. |
Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament. It-tabella mhijiex lista ta’ strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet mhumiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għall-ESA 2010. |
|
2. |
Il-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, tirreferi għall-perijodu fiss tal-ħajja ta’ strument finanzjarju li qablu l-istrument finanzjarju ma jistax jiġi mifdi, eż. titoli ta’ dejn, jew li jista’ jiġi mifdi qablu biss jekk titħallas xi tip ta’ penali, eż. xi tipi ta’ depożiti. Il-perijodu ta’ avviż jikkorrispondi għaż-żmien bejn il-mument li d-detentur javża dwar l-intenzjoni li jifdi l-istrument u d-data ta’ meta d-detentur jitħalla jikkonvertih fi flus mingħajr ma jeħel penali. L-istrumenti finanzjarji huma kklassifikati skont il-perijodu ta’ avviż biss meta ma jkunx hemm ebda maturità miftiehma. |
|
3. |
Il-pretensjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu distinti skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Pretensjoni tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun tista’ tiġi ttrasferita faċilment minn unità għal oħra b’konsenja jew approvazzjoni jew tkun tista’ tiġi paċuta fil-każ ta’ derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista’ potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati f’borża organizzata jew barra l-borża, għalkemm jekk attwalment ikunux innegozjati mhix kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà. |
Tabella
Kategoriji ta’ strumenti
KATEGORIJI TA’ ASSI
|
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Investimenti f’euro u f’karti tal-flus u muniti barranin fiċ-ċirkolazzjoni li normalment jintużaw sabiex isiru l-pagamenti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Investimenti f’assi finanzjarji maħluqin meta l-kredituri jsellfu fondi lid-debituri, li ma jkunux ipprovati minn dokumenti jew li jkunu pprovati minn dokumenti mhux negozjabbli. Din l-entrata tinkludi wkoll assi fil-forma ta’ depożiti magħmula minn aġenti tar-rapportar. Il-BĊNi jistgħu jirrikjedu wkoll tqassim komplut skont is-settur għal din l-entrata.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Investimenti f’titoli ta’ dejn, li jkunu strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala evidenza ta’ dejn, li normalment ikunu nnegozjati fi swieq sekondarji jew jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u ma jagħtu lid-detentur ebda tip ta’ dritt ta’ sjieda fuq l-istituzzjoni emittenti. Din l-entrata għandha tinkludi:
Titoli mislufa taħt operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta’ riakkwist għandhom jibqgħu fuq il-karta bilanċjali tas-sid oriġinali (u ma għandhomx jiġu rreġistrati fuq il-karta bilanċjali tal-akkwirent temporanju) meta jkun hemm impenn sod, u mhux sempliċement opzjoni, li tiġi invertita l-operazzjoni. Meta l-akkwirent temporanju jbiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ għandu jiġi rreġistrat bħala tranżazzjoni ċara f’titoli u mdaħħal fil-karta bilanċjali tal-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ekwità tirrappreżenta drittijiet ta’ proprjetà fuq korporazzjonijiet jew kważikorporazzjonijiet; hija pretensjoni fuq il-valur residwu wara li l-pretensjonijiet tal-kredituri kollha jkunu ġew issodisfati. Din l-entrata għandha tinkludi t-tqassim li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ishma jew unitajiet maħruġa minn fondi ta’ investiment li jkunu impriżi ta’ investiment kollettiv li jinvestu f’assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji, sakemm l-għan ikun l-investiment ta’ kapital miġbur mill-pubbliku Din l-entrata għandha tinkludi ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs skont dan ir-Regolament u ishma/unitajiet maħruġa minn fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs kif definit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Assi minbarra assi finanzjarji, inklużi assi fissi (assi mhux finanzjarji prodotti li jintużaw ripetutament jew kontinwament fil-produzzjoni għal aktar minn sena). Din l-entrata tista’ tinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-entrata “assi li jifdal” hija l-entrata residwa fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali, definita bħala “assi mhux inklużi mkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jirrikjedu r-rapportar ta’ subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi f’din l-entrata (minbarra dawk l-entrati “li minnhom” meħtieġa taħt dan ir-Regolament). Assi li jifdal jistgħu jinkludu:
“Assi li jifdal” għandhom jeskludu strumenti finanzjarji li jieħdu l-forma ta’ assi finanzjarji (inkluż fl-entrati l-oħrajn tal-karta bilanċjali), ċerti strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta’ assi finanzjarji, bħal garanziji, impenji, self amministrat u self lil trust (reġistrati barra l-karta bilanċjali), u assi mhux finanzjarji (inklużi fil-kategorija 6) |
KATEGORIJI TA’ OBBLIGAZZJONIJIET
|
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
||||||||||||||||||||||
|
Il-kategorija tal-obbligazzjonijiet “muniti fiċ-ċirkolazzjoni” hija karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni maħruġin jew awtorizzati minn awtoritajiet monetarji. Din il-kategorija tinkludi karti tal-flus maħruġa mill-BĊE u mill-BĊNi. Il-muniti fiċ-ċirkolazzjoni huma parti mill-aggregati monetarji u għandhom ikunu inklużi wkoll f’din il-kategorija anki jekk legalment il-muniti huma obbligazzjoni tal-gvern ċentrali pjuttost milli tal-BĊN. Fejn il-muniti fiċ-ċirkolazzjoni jinħarġu mill-gvern ċentrali, il-BĊN għandu jirreġistra kontroparti għal din l-obbligazzjoni fl-“assi li jifdal” (ara l-kategorija 7) |
||||||||||||||||||||||
|
Ammonti (ishma, depożiti jew oħrajn), li jkunu dovuti lil kredituri mill-aġenti tar-rapportar u li jkunu konformi mal-karatteristiċi deskritti fil-Parti 1 tal-Anness I, ħlief dawk li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ titoli negozjabbli jew ishma/unitajiet ta’ MMFs. Għall-finijiet tal-iskema ta’ rapportar, din il-kategorija għandha tinqasam f’depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma, depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż u ftehimiet ta’ riakkwist
L-entrata li ġejja ma għandhiex tiġi ttrattata bħala depożitu: Fondi (depożiti) riċevuti fuq bażi ta’ trust ma għandhomx jiġu rreġistrati fuq il-karta bilanċjali tal-istatistika (ara “Self mogħti fuq bażi ta’ trust” taħt il-kategorija 2) |
||||||||||||||||||||||
|
Depożiti li jistgħu jiġu kkonvertiti f’munita u/jew li jkunu trasferibbli fuq talba permezz ta’ ċekk, ordni bankarja, dħul ta’ dejn jew mezz simili, mingħajr dewmien, restrizzjoni jew penali sinifikanti. Din l-entrata għandha tinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
|
Depożiti trasferibbli huma dawk id-depożiti fil-kategorija “depożiti ta’ matul il-lejl” li jkunu trasferibbli direttament fuq talba biex isiru pagamenti lil aġenti ekonomiċi oħrajn permezz ta’ mezzi ta’ ħlas użati normalment, bħal trasferiment ta’ kreditu u debitu dirett, possibbilment ukoll permezz ta’ kard ta’ kreditu jew ta’ debitu, tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi, ċekkijiet, jew mezzi simili, mingħajr dewmien, restrizzjonijiet jew penali sinifikanti. Depożiti li jistgħu jintużaw biss għal ġbid ta’ flus u/jew depożiti li minnhom il-fondi jistgħu jinġibdu jew jiġu ttrasferiti biss permezz ta’ kont ieħor tal-istess sid, ma għandhomx jiddaħħlu bħala depożiti trasferibbli. |
||||||||||||||||||||||
|
Depożiti li ma jkunux trasferibbli li ma jistgħux jiġu kkonvertiti f’munita qabel terminu fiss miftiehem jew li jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti biss f’munita qabel dak it-terminu miftiehem kemm-il darba d-detentur iħallas xi tip ta’ penali. Din l-entrata għandha tinkludi wkoll depożiti ta’ tfaddil irregolati amministrattivament meta l-kriterju relatat mal-maturità ma jkunx rilevanti; dawn għandhom jiġu kklassifikati fil-faxxa ta’ maturità ta’ “aktar minn sentejn”. Prodotti finanzjarji bi provvedimenti roll-over iridu jiġu kklassifikati skont il-maturità l-aktar bikrija. Għalkemm depożiti b’maturità miftiehma jista’ jkollhom il-possibbiltà li jiġu mifdija aktar kmieni wara notifika minn qabel, jew jistgħu jiġu mifdija fuq talba soġġett għal ċerti penali, dawn il-karatteristiċi mhumiex meqjusa bħala rilevanti għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Dawn l-entrati għandhom jinkludu għal kull tqassim skont il-maturità:
Barra minn hekk, depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn għandhom jinkludu: Bilanċi (irrispettivament mill-maturità) li fihom ir-rati tal-imgħax u/jew it-termini u l-kundizzjonijiet ikunu speċifikati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li jkunu mfassla biex jinżammu għal għanijiet speċifiċi, eż. finanzjament għal djar, li jseħħu wara sentejn, anke jekk teknikament ikunu jistgħu jiġu mifdija fuq talba |
||||||||||||||||||||||
|
Depożiti li ma jkunux trasferibbli mingħajr ebda maturità miftiehma li ma jistgħux jiġu kkonvertiti f’munita mingħajr perijodu ta’ avviż minn qabel; il-konverżjoni f’munita ma tkunx possibbli qabel l-iskadenza jew tkun possibbli biss b’penali. Dawn jinkludu depożiti li, għalkemm forsi jkunu jistgħu jiġu rtirati legalment fuq talba, ikunu soġġetti għal penali u restrizzjonijiet skont il-prattika nazzjonali (klassifikati fil-faxxa ta’ maturità “sa u inklużi tliet xhur”), u kontijiet ta’ investimenti mingħajr perijodu ta’ avviż jew maturità miftiehma, imma li fihom dispożizzjonijiet restrittivi dwar ġbid ta’ flus (klassifikati fil-faxxa ta’ maturità ta’ “aktar minn tliet xhur”) |
||||||||||||||||||||||
|
Dawn l-entrati għandhom jinkludu:
Barra minn hekk, depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż sa u inklużi tliet xhur għandhom jinkludu depożiti ta’ domanda mhux trasferibbli u tipi oħrajn ta’ depożiti fil-livell tal-konsumatur li, għalkemm ikunu jistgħu jiġu mifdija legalment fuq talba, ikunu soġġetti għal penali sinifikanti Depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż ta’ aktar minn tliet xhur li minnhom b’avviż ta’ aktar minn sentejn (fejn applikabbli) għandhom jinkludu kontijiet ta’ investiment mingħajr perijodu ta’ avviż jew maturità miftiehma, iżda li jkunu jinkludu dispożizzjonijiet restrittivi dwar ġbid ta’ flus |
||||||||||||||||||||||
|
Kontraparti ta’ flus riċevuta bi skambju għal titoli mibjugħin minn aġenti tar-rapportar bi prezz partikolari b’impenn sod biex l-istess titoli jew oħrajn simili jerġgħu jinxtraw bi prezz fiss f’data speċifikata fil-futur. Ammonti riċevuti minn aġenti tar-rapportar bi skambju għal titoli trasferiti lil parti terza, jiġifieri l-akkwirent temporanju, għandhom jiġu kklassifikati taħt “ftehim ta’ riakkwist” meta jkun hemm impenn sod u mhux sempliċement opzjoni biex tiġi invertita l-operazzjoni. Dan jimplika li l-aġenti tar-rapportar iżommu r-riskji u l-benefiċċji kollha tat-titoli sottostanti waqt l-operazzjoni. Il-varjanti li ġejjin ta’ operazzjonijiet tat-tip riakkwist għandhom jiġu klassifikati kollha taħt “ftehimiet ta’ riakkwist”:
It-titoli sottostanti għal operazzjonijiet tat-tip riakkwist għandhom jiġu rreġistrati skont ir-regoli fl-entrata tal-assi 3 “titoli ta’ dejn”. Operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju ta’ deheb kontra kollateral ta’ flus kontanti għandhom jiġu inklużi wkoll taħt din l-entrata |
||||||||||||||||||||||
|
Ishma jew unitajiet maħruġa minn MMFs. Din l-entrata għandha tirrappreżenta l-obbligazzjoni totali lejn l-azzjonisti tal-MMFs. Fondi li jirriżultaw minn benefiċċji mhux distribwiti jew minn fondi mwarrba mill-MMF b’antiċipazzjoni ta’ pagamenti jew obbligi futuri probabbli għandhom ikunu inklużi wkoll |
||||||||||||||||||||||
|
Titoli għajr ekwità maħruġin minn aġenti tar-rapportar, li jkunu strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu kkumpensati fis-suq u li ma jagħtu lid-detentur ebda dritt ta’ sjieda fuq l-istituzzjoni emittenti. Din l-entrata għandha tinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
|
Dawn l-entrati għandhom jinkludu għal kull tqassim skont il-maturità:
|
||||||||||||||||||||||
|
Strumenti ibridi maħruġa b’maturità oriġinali ta’ mhux aktar minn sentejn, u li malli jimmaturaw jistgħu jkollhom valur ta’ fidi kuntrattwali fil-munita tal-ħruġ anqas mill-ammont li jkun ġie investit oriġinarjament minħabba t-taħlita tagħhom ta’ komponenti ta’ dejn u ta’ derivattivi |
||||||||||||||||||||||
|
Għall-għanijiet tal-iskema ta’ rapportar, din il-kategorija għandha tinkludi l-ammonti li jinħolqu mill-ħruġ ta’ kapital ta’ ekwità minn aġenti tar-rapportar lil azzjonisti jew proprjetarji oħra, li għad-detentur jirrappreżentaw drittijiet ta’ proprjetà fl-aġent tar-rapportar u ġeneralment dritt għal sehem fil-profitt tiegħu u sehem fil-fondi proprji tiegħu f’każ ta’ likwidazzjoni. Din il-kategorija għandha tinkludi t-tqassim li ġej:
|
||||||||||||||||||||||
|
L-entrata “obbligazzjonijiet li jifdal” għandha tkun l-entrata residwa fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali, definita bħala “obbligazzjonijiet mhux inklużi x’imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu r-rapportar ta’ subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi f’din l-entrata (minbarra dawk l-entrati “li minnhom” meħtieġa taħt dan ir-Regolament). Obbligazzjonijiet li jifdal jistgħu jinkludu:
“Obbligazzjonijiet li jifdal” tista’ teskludi kważi l-istrumenti finanzjarji kollha li jieħdu l-forma ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji (inklużi fl-entrati l-oħrajn tal-karta bilanċjali), strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji bħal garanziji, impenji, self amministrat u self lil trust (irreġistrati barra l-karta bilanċjali), u obbligazzjonijiet mhux finanzjarji bħal entrati ta’ kapital fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet (inklużi fil-“kapital u riżervi”). |
PARTI 3
Definizzjoni tas-setturi
L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni tas-setturi fl-Istati Membri. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni standard dettaljata tas-setturi li l-BĊNi għandhom jittrasponu fil-kategoriji nazzjonali b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament. Il-kontrapartijiet li jinsabu fiż-żona tal-euro għandhom jiġu identifikati skont is-settur tagħhom b’mod konformi mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal finijiet ta’ statistika, fejn rilevanti, u gwida oħra għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduta mill-BĊE.
Il-klassifikazzjoni tas-setturi ta’ kontropartijiet li jinsabu barra l-Istati Membri għandha ssir skont l-SNA 2008. It-terminu “MFI” jirreferi biss għall-Istati Membri. Għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni ta’ residenti mhux tal-UE, it-terminu “MFI” għandu jiġi interpretat bħala li jfisser is-setturi tal-SNA 2008 “bank ċentrali”, “korporazzjonijiet li jieħdu d-depożitu minbarra l-bank ċentrali” u “fondi tas-suq monetarju”.
Tabella
Definizzjoni tas-setturi
|
Settur |
Definizzjoni |
|
MFIs |
Ara l-Artikolu 1 |
|
Gvern ġenerali |
Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali kollha li huma produtturi mhux għas-suq li l-output tagħhom huwa maħsub għall-konsum individwali jew kollettiv, u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u l-unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid nazzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113) |
|
Gvern ċentrali |
Dan is-subsettur (S.1311) jinkludi d-dipartimenti amministrattivi kollha tal-Istat u aġenziji ċentrali oħrajn li l-kompetenza tagħhom normalment testendi fuq it-territorju ekonomiku kollu, għajr l-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.114) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, gvern ċentrali jinkludi wkoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li huma kklassifikati fis-settur tal-gvern ġenerali (S.13). |
|
Gvern statali |
Dan is-subsettur (S.1312) jikkonsisti f’dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li huma unitajiet istituzzjonali separati li jwettqu wħud mill-funzjonijiet tal-gvern, għajr għall-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali, f’livell taħt dak ta’ gvern ċentrali u ogħla minn ta’ unitajiet istituzzjonali governattivi li jeżistu fil-livell lokali (ESA 2010, paragrafu 2.115). |
|
Gvern lokali |
Dan is-subsettur jinkludi dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li l-kompetenza tagħha testendi biss għal parti lokali mit-territorju ekonomiku, minbarra l-aġenziji lokali tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.116). |
|
Fondi tas-sigurtà soċjali |
Is-subsettur tal-fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314) jinkludi l-unitajiet istituzzjonali ċentrali, tal-istat, u lokali li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu benefiċċji soċjali u li jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin: (a) bil-liġi jew b’regolamentazzjoni, ċerti gruppi tal-popolazzjoni huma obbligati li jipparteċipaw fl-iskema jew li jħallsu kontribuzzjonijiet; u (b) il-gvern ġenerali huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istituzzjoni fejn għandhom x’jaqsmu s-saldu jew l-approvazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji, indipendentement mir-rwol tiegħu bħala korp sorveljanti u bħala entità li tipprovdi l-impjieg (ESA 2010, paragrafu 2.117) |
|
Fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs |
L-IFs kid definit fir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38). Dan is-subsettur jikkonsisti fl-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv, minbarra l-MMFs, li jinvestu f’assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji, sal-punt li l-objettiv ikun l-investiment ta’ kapital miġbur mill-pubbliku |
|
Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus |
L-intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għas-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi ta’ pensjoni (S.125) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jidħlu għal passivi f’forom li ma jinkludux il-flus, id-depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), unitajiet/ishma ta’ fondi ta’ investiment, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94). Is-subsettur tal-awżiljarji finanzjarji (S.126) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji. Dan is-subsettur jinkludi wkoll l-uffiċċji ċentrali li s-sussidjarji tagħhom kollha jew fil-parti l-kbira tagħhom huma korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97). Is-subsettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal-flus (S.127) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira jew tal-assi tagħhom jew il-passivi tagħhom mhumiex innegozjati fis-swieq miftuħa. Dan is-subsettur jinkludi kumpaniji holding li għandhom fil-pussess tagħhom is-sjieda ta’ livelli ta’ kontroll tal-ekwità ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm din l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 sa 2.99) |
|
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni |
Is-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji prinċipalment fil-forma ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta (ESA 2010, paragrafi 2.100 sa 2.104). |
|
Fondi tal-pensjoni |
Is-subsettur tal-fondi tal-pensjoni (S.129) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu introjtu waqt il-pensjoni, u ħafna drabi benefiċċji għal mewt u diżabbiltà (ESA 2010, paragrafi 2.105 sa 2.110). |
|
Korporazzjonijet mhux finanzjarji |
Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi tas-suq u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważikorporazzjonijiet mhux finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.54). |
|
Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi |
Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala intraprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm, il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważikorporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għal użu aħħari proprju b’mod esklużiv (ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128). Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (NPISHs) (S.15) jinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċi u li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus kontanti jew ħlas b’oġġetti, minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom ta’ konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvern ġenerali u minn introjtu minn proprjetà (ESA 2010, paragrafi 2.129 sa 2.130) |
|
Kumpaniji b’membru wieħed u soċjetajiet mingħajr status legali (subpopolazzjoni ta’ “Unitajiet domestiċi”) |
Kumpaniji b’membru wieħed u soċjetajiet mingħajr status legali, minbarra dawk stabbiliti bħala kważikorporazzjonijiet, u li huma produtturi għas-suq. (ESA 2010, paragrafu 2.119d). |
ANNESS III
RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ RIŻERVI MINIMI
PARTI 1
Regoli ġenerali
|
1. |
Ċelloli mmarkati b’* fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). F’dak li għandu x’jaqsam mat-titoli ta’ dejn, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jew jippreżentaw prova tal-obbligazzjonijiet li jridu jiġu esklużi mill-bażi ta’ riżerva jew japplikaw tnaqqis standard ta’ persentaġġ fiss speċifikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Ċelloli bid-disinni għandhom jiġu rrapportati biss mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva. |
|
2. |
Iċ-ċelloli fit-Tabella 1 dwar id-depożiti ma’ “istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva”, ma jridux jinkludu l-obbligazzjonijiet ta’ aġenti tar-rapportar dovuti lil istituzzjonijiet elenkati bħala eżenti mis-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, jiġifieri istituzzjonijiet li huma eżenti għal raġunijiet oħra għajr li huma soġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li jkunu temporanjament eżenti mir-rekwiżiti ta’ riżerva minima minħabba li jkunu soġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva minima u, għalhekk, l-obbligazzjonijiet dovuti lil dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu koperti mit-Tabella 1 f’din il-Parti. L-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet li mhumiex attwalment meħtieġa li jżommu ħażniet ta’ riżerva mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali minħabba l-applikazzjoni tar-remunerazzjoni f’somma f’daqqa għandhom ukoll ikunu koperti minn din it-Tabella. |
|
3. |
Skont is-sistemi nazzjonali ta’ ġbir u mingħajr preġudizzju għall-konformità sħiħa mad-definizzjonijiet u l-prinċipji ta’ klassifikazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva jistgħu alternattivament jirrapportaw id-data meħtieġa għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva, minbarra dik dwar strumenti negozjabbli, skont it-Tabella 1 f’din il-Parti, sakemm l-ebda waħda mill-pożizzjonijiet fiċ-ċelloli mingħajr disinn tat-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I ma tiġi affettwata. |
|
4. |
Għal rapportar skont it-tabella hawn taħt, irid jiġi żgurat qbil strett mat-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I.
Tabella 1 Bażi ta’ riżerva
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PARTI 2
Regoli speċjali fil-każ ta’ fużjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu
|
1. |
Meta sseħħ fużjoni bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti għall-perijodu ta’ manteniment li jsegwi immedjatament il-fużjoni għandu jiġi kkalkolat, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), bħala l-aggregat tal-bażi ta’ riżerva tagħha u tal-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet akkwistati daqslikieku l-fużjoni ma seħħitx, permezz tat-tagħrif statistiku rapportat skont dan ir-Regolament. |
|
2. |
Meta l-istituzzjoni akkwirenti fil-fużjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ma tkunx istituzzjoni żgħira (“tail”), il-perijodi ta’ referenza rilevanti tat-tagħrif statistiku rrapportat skont dan ir-Regolament biex jintuża għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
3. |
Meta l-istituzzjoni akkwirenti fil-fużjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun istituzzjoni żgħira (“tail”), il-perijodi ta’ referenza rilevanti tat-tagħrif statistiku rrapportat skont dan ir-Regolament biex jintuża għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
4. |
Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal perijodi ta’ manteniment sussegwenti meta dawn it-tnejn li ġejjin japplikaw:
|
(1) Ikkalkulati bħala s-somma ta’:
|
|
Il-kolonni (a)-(b)+(c)+(d)+(e)+(f)-(g)+(h)+(i)+(j)+(k) fit-Tabella 1 (Obbligazzjonijiet) fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); jew |
|
|
il-Kolonni (a)-(b)-(c)+(d)+(e)+(f)+(g)-(h)-(i)+(j)+(k)+(l)+(m) fit-Tabella 1 (Passiv) fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament |
(2) L-aġenti li jirrapportaw għandhom l-għażla li jissodisfaw dan l-obbligu ta’ rapportar permezz ta’ rapportar volontarju, jiġifieri huma jistgħu jirrapportaw jew ċifri veri (inklużi pożizzjonijiet nulli) jew “tagħrif nieqes”. Meta jagħżlu li jirrapportaw ċifri veri, l-aġenti li jirrapportaw ma jkunux jistgħu jirrapportaw aktar “tagħrif nieqes”.
(3) Ikkalkulati minn:
|
|
Il-Kolonna (l) fit-Tabella 1 (Obbligazzjonijiet) fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); jew |
|
|
il-Kolonni (n) fit-Tabella 1 (Obbligazzjonijiet) fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament |
ANNESS IV
STANDARDS MINIMI LI JRIDU JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI TAR-RAPPORTAR
L-aġenti tar-rapportar jeħtiġilhom jilħqu l-istandards minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
|
1. |
Standards minimi għat-trażmissjoni:
|
|
2. |
Standards minimi għall-akkuratezza:
|
|
3. |
Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:
|
|
4. |
Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika u l-proċeduri tar-reviżjonijiet stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN rilevanti jridu jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu ikunu akkumpanjati minn noti ta’ spjegazzjoni. |
ANNESS V
Regolament imħassar bl-emenda għalih
|
Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1). |
|
Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/51)(ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77). |
ANNESS VI
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Regolament (UE) Nru 1071/2013 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2(5) u Anness I, Parti 1, Taqsima 1.3 |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) |
- |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 1(b)(ii) |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5(1) u (3) |
Artikolu 5(1) u (2) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 5(4) |
- |
|
Artikolu 5(5) |
- |
|
Artikolu 6(a) sa (c) |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu punti (c) u (d) |
|
Artikolu 6(d) |
- |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 8(2) u (3) |
Artikolu 8(2) |
|
Artikolu 8(4) |
Artikolu 8(3) |
|
Artikolu 9(1)(a) |
Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu punt (a) |
|
Artikolu 9(1)(b) |
Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 9(5), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 9(1)(c) |
Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 9(1)(d) |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 9(1)(e) |
Artikolu 9(10), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 9(1)(f) |
Artikolu 9(3) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(4) |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 9(6) |
|
Artikolu 9(4) |
- |
|
Artikolu 9(5) |
Artikolu 9(7), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 14(1) |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14(2) |
Anness I, Parti 3, Taqsima 8, it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 14(3), l-ewwel sentenza |
Anness I, Parti 3, Taqsima 7, it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza |
|
Artikolu 14(3), it-tieni sentenza |
Artikolu 9(7), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
|
Anness I, Parti 1, Taqsima 1 |
Anness I, Parti 1 |
|
Anness I, Parti 1, Taqsima 2 |
- |
|
Anness I, Parti 2 |
Anness I, Parti 2 |
|
Anness I, Parti 3 |
Anness I, Parti 3 |
|
Anness I, Parti 4 |
Anness I, Parti 4 |
|
Anness I, Parti 5 |
Anness I, Parti 5 |
|
Anness I, Parti 6 |
Anness I, Parti 6 |
|
Anness I, Parti 7 |
Anness I, Parti 7 |
|
Anness II |
Anness II, Parti 1, paragrafu 1 |
|
Anness II, Parti 1, paragrafu 2(a) |
Artikolu 6(1) |
|
Anness II, Parti 1, paragrafu 2(b) |
Anness II, Parti 1, paragrafu 2(a) u (c) |
|
Anness II, Parti 1, paragrafu 2(c) |
Anness II, Parti 1, paragrafu 2(b) u (d) |
|
Anness II, Parti 2 |
Anness II, Parti 2 |
|
Anness II, Parti 2, Taqsima 3, l-aħħar sentenza |
Artikolu 9(9) |
|
Anness II, Parti 3 |
Anness II, Parti 3 |
|
Anness III, Parti 1, Taqsima 1 |
Anness III, Parti 1 |
|
Anness III, Parti 2, Taqsima 1 |
Artikolu 6 |
|
Anness III, Parti 2, Taqsima 2, paragrafu 2.1 |
Artikolu 2(24) |
|
Anness III, Parti 2, Taqsima 2, paragrafi 2.2 sa 2.3, u t-tabella |
Anness III, Parti 2 |
|
Anness III, Parti 2, Taqsima 2, paragrafu 2.4 |
Artikolu 11(3) u (4) |
|
Anness IV |
Anness IV |
DEĊIŻJONIJIET
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/86 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/380
tal-1 ta’ Marzu 2021
li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-Ġermanja
(notifikata bid-dokument C(2021) 1248)
(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/60/KE tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu biex jiġi kkontrollat id-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom dawk li għandhom jiġu applikati jekk jiġi kkonfermat każ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi. |
|
(2) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) tistabbilixxi miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fiż-żoni tagħhom kif stipulat fl-Anness (l-Istati Membri kkonċernati), u fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta’ movimenti ta’ ħnieżer selvaġġi u l-obbligi ta’ informazzjoni. L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, imqassmin skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda, inkluż lista ta’ żoni ta’ riskju għoli. Dak l-Anness ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u li kellhom bżonn jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Fl-2020 il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u ħadet il-miżuri biex tikkontrolla l-marda kif meħtieġ mid-Direttiva 2002/60/KE. |
|
(4) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE, il-Ġermanja ppreżentat lill-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-11 ta’ Diċembru 2020 (il-pjan ta’ eradikazzjoni). |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2021/123 (3) u jqis, fost l-oħrajn, il-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fil-Ġermanja, u l-Partijiet I u II ta’ dak l-Anness issa jinkludu ż-żoni infettati fil-Ġermanja. |
|
(6) |
Il-pjan ta’ eradikazzjoni ppreżentat mill-Ġermanja ġie eżaminat mill-Kummissjoni u nstab li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE. Għalhekk, jenħtieġ li l-pjan ta’ eradikazzjoni jiġi approvat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjan ippreżentat mill-Ġermanja fil-11 ta’ Diċembru 2020, f’konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/60/KE, dwar l-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa b’dan approvat.
Artikolu 2
Il-Ġermanja għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ eradikazzjoni fi żmien perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/123 tat-2 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (ĠU L 38, 3.2.2021, p. 63).