|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 071I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
2.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 71/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/371
tat-2 ta’ Marzu 2021
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998. |
|
(2) |
Fit-18 ta' Jannar 2021, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni li tikkundanna d-detenzjoni tal-politiku tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny mar-ritorn tiegħu f'Moska fis-17 ta' Jannar 2021 u tappella għall-ħelsien immedjat tiegħu. |
|
(3) |
Fit-22 ta' Frar 2021, il-Kunsill Affarijiet Barranin qabel li jipproċedi bil-ħidma dwar miżuri restrittivi futuri b'rispons għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
(4) |
F'dan il-kuntest, u minħabba il-kontinwità u s-serjetà tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, jenħtieġ li erba' persuni jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
ANNESS
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (Persuni fiżiċi) fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998:
|
|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni ta' ortografija Russa) |
Ismijiet (Ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“1. |
Alexander (Alexandr) Petrovich KALASHNIKOV |
Aлександр Петрович КАЛАШНИКОВ |
Pożizzjoni(jiet): Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) Data tat-twelid: 27.1.1964 Post tat-twelid: Tatarsk, Reġjun/Oblast ta' Novosibirsk, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Alexander Kalashnikov ilu d-direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) mit-8 ta' Ottubru 2019. F'dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-FSIN. Fil-kapaċità tiegħu bħala direttur tal-FSIN, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji. Fil-każ ta' Alexei Navalny, waqt li s-Sur Navalny kien qed jirkupra fil-Ġermanja (Settembru 2020-Jannar 2021) - wara li kien ġie avvelenat b'aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok, fit-28 ta' Diċembru 2020, il-FSIN ordna li b'mod immedjat jippreżenta ruħu quddiem uffiċjal tal-probation jew, jekk jonqos milli jagħmel dan, jiffaċċja sentenza ta’ ħabs talli jkun kiser il-kondizzjonijiet ta’ sentenza sospiża fuq kundanna għal frodi. Dik il-kundanna għal frodi nstabet li kienet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018. Fis-17 ta' Jannar 2021, fuq ordnijiet ta' Alexander Kalashnikov, uffiċjali tal-FSIN arrestaw lil Alexei Navalny mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta' Moska. L-arrest ta' Alexei Navalny huwa bbażat fuq deċiżjoni tal-qorti tal-belt ta' Khimki, li min-naħa tagħha nħarġet fuq talba tal-FSIN. Lejn l-aħħar ta’ Dicembru 2020, il-FSIN kien diġà talab li qorti tissostitwixxi s-sentenza sospiża ta’ Alexei Navalny b’terminu ta’ ħabs. Fis-17 ta’ Frar 2021, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa tirrilaxxa lil Alexei Navalny |
it-2 ta’ Marzu 2021 |
|
2. |
Alexander (Alexandr) Ivanovich BASTRYKIN |
Алексaндр Ивaнович БАСТРЫКИН |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 27.8.1953 Post tat-twelid: Pskov, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Alexander Bastrykin ilu jservi bħala President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (il-“Kumitat”) minn Jannar 2011 (u bħala aġent president minn Ottubru sa Diċembru 2010). F'dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Kumitat. Uffiċjalment, il-Kumitat huwa ppresedut mill-President Russu. Fil-kapaċità tiegħu, Alexander Bastrykin, bħala president tal-Kumitat, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji. Alexander Bastrykin huwa responsabbli għall-kampanji mifruxa u sistematiċi ta' repressjoni tal-Kumitat kontra l-oppożizzjoni Russa li jimmiraw u jinvestigaw il-membri tagħha. Fid-29 ta' Diċembru 2020, il-Kumitat nieda investigazzjoni dwar il-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, fejn ġie akkużat bi frodi fuq skala kbira. Alexei Navalny u oħrajn ippubblikaw artikli dwar is-sjieda ta' Alexander Bastrykin tad-ditta tal-proprjetà immobbli Ċeka LAW Bohemia fis-snin 2000. |
it-2 ta’ Marzu 2021 |
|
3. |
Igor Viktorovich KRASNOV |
Игорь Викторович КРАСНОВ |
Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 24.12.1975 Post tat-twelid: Arkhangelsk, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Igor Krasnov ilu Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa mit-22 ta' Jannar 2020 u qabel kien il-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa jissorvelja l-Uffiċċji tal-Prosekutur fil-Federazzjoni Russa, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Speċjali u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari. Fil-kapaċità tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-detenzjonijiet arbitrarji ta’ nies li pprotestaw f’dimostrazzjonijiet, u għar-repressjoni mifruxa u sistematika tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni. Qabel il-protesti tat-23 ta' Jannar 2021, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali wissa li l-parteċipanti kienu ser jitqiesu responsabbli. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali talab li s-Servizz Federali għas-Superviżjoni fl-Isfera tal-Komunikazzjonijiet, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa (Roskomnadzor) jirrestrinġi l-aċċess għas-siti web u l-kontijiet tan-network soċjali tal-oppożizzjoni li kien fihom informazzjoni dwar l-avvenimenti ppjanati tas-sostenituri ta' Alexei Navalny. Fid-29 ta' Jannar 2021, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali għal darb'oħra talab li r-Roskomnadzor jirrestrinġi l-aċċess għas-siti web u l-kontijiet tan-network soċjali tal-oppożizzjoni, din id-darba qabel il-protesti favur Navalny fit-30 u l-31 ta' Jannar 2021. Intbagħtu twissijiet lill-kumpanniji tal-internet (Facebook, TikTok, Twitter, Google, Mail.ru Group). L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ħabbar ukoll li dawk li kienu ser jieħdu sehem fid-dimostrazzjonijiet kienu ser jiffaċċjaw prosekuzzjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali appoġġa t-talba tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) sabiex is-sentenza sospiża imposta fuq Alexei Navalny f’każ allegat ta’ frodi tiġi konvertita sentenza ta’ ħabs. Minkejja li l-kundanna tiegħu f’dak il-każ instabet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018, Alexei Navalny ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta’ Moska fis-17 ta’ Jannar 2021. |
it-2 ta’ Marzu 2021 |
|
4. |
Viktor Vasilievich (Vasilyevich) ZOLOTOV |
Виктор Васильевич ЗОЛОТОВ |
Pożizzjoni(jiet): Direttur tas-Servizz Federali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) Data tat-twelid: 27.1.1954 Post tat-twelid: Sasovo, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Viktor Zolotov ilu Direttur tas-Servizz Federali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) mill-5 ta' April 2016 u għalhekk huwa Kap Kmandant tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll Kmandant tal-OMON – Unita Mobbli bi Skop Speċjali integrata fir-Rosgvardia. F'dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tat-truppi tar-Rosgvardia u tal-OMON. Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tar-Rosgvardia, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inklużi arresti u detenzjonijiet arbitrarji u r-repressjoni mifruxa u sistematika tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, b'mod partikolari bit-trażżin vjolenti ta' protesti u dimostrazzjonijiet. Ir-Rosgvardia ntużat biex trażżan id-dimostrazzjonijiet favur Navalny tat-23 ta' Jannar 2021 u bosta uffiċjali tal-OMON u tal-Gwardja Nazzjonali ġew irrappurtati li użaw brutalità u vjolenza kontra d-dimostranti. Għexieren ta' ġurnalisti spiċċaw fil-mira ta' aggressjoni mill-forzi tas-sigurtà, inkluża l-korrispondent ta' Meduza, Kristina Safronova, li sfat aggredita minn uffiċjal tal-OMON, u l-ġurnalista ta' Novaya Gazeta Yelizaveta Kirpanova, li laqtet daqqa ta' lembuba fuq rasha, li darrbitha. Il-forzi tas-sigurtà żammew maqbuda arbitrarjament aktar minn 300 minorenni. |
it-2 ta’ Marzu 2021” |
DEĊIŻJONIJIET
|
2.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 71/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/372
tat-2 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(2) |
Fit-18 ta' Jannar 2021, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni, f'isem l-Unjoni, li tikkundanna d-detenzjoni tal-politiku tal-oppożizzjoni fir-Russja Alexei Navalny mar-ritorn tiegħu f'Moska fis-17 ta' Jannar 2021 u tappella għall-ħelsien immedjat tiegħu. |
|
(3) |
Fit-22 ta' Frar 2021, il-Kunsill Affarijiet Barranin qabel li jipproċedi bil-ħidma dwar miżuri restrittivi futuri b'rispons għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
(4) |
F'dan il-kuntest, u minħabba il-kontinwità u s-serjetà tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, jenħtieġ li erba' persuni jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni (UE) 2020/1999 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
ANNESS
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (Persuni fiżiċi) fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999: