|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/277
tas-16 ta’ Diċembru 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-pentaklorofenol u l-imluħ u l-esteri tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (2) u skont il-Protokoll dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1021, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, sew jekk weħidhom, sew jekk f’taħlitiet jew f’oġġetti, għandhom ikunu pprojbiti, soġġett għall-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament dwar (UE) 2019/1021 mingħajr valur tal-limitu ta’ Kontaminant fi Traċċi Mhux intenzjonat (UTC). |
|
(4) |
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2019/1021 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati biex timmodifika entrati eżistenti fl-Anness I sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni ddeterminat il-preżenza tal-pentaklorofenol u l-imluħ u tal-esteri tiegħu bħala impurità f’ċerti oġġetti, inklużi tessuti importati u laqx tal-injam irkuprat għall-produzzjoni ta’ pannelli tal-injam. |
|
(6) |
Sabiex ikun jista’ jitkompla r-riċiklaġġ tal-laqx tal-injam u biex jiġi ffaċilitat l-infurzar, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu tal-UTC ta’ 5 mg/kg (0,0005 % skont il-piż) għall-pentaklorofenol u l-imluħ u l-esteri tiegħu. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1021 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45.
ANNESS
Fil-Part A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, fir-raba’ kolonna (“Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra”) tal-entrata għall-Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu, jiżdied it-test li ġej:
“Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu ekwivalenti għal 5 mg/kg (0,0005 % tal-piż) jew inqas, meta dawn ikunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.”.
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/278
tas-16 ta’ Frar 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse”, irreġistrati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (3) (KE) Nru 1509/2000 u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (4) (UE) Nru 1121/2013. |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Chapon de Bresse” (DOP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2000 tat-12 ta’ Lulju 2000 li jemenda punti fl-Ispeċifikazzjonijiet ta’ diversi ismijiet elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ oriġini skont il-proċedura stipulata bl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 174, 13.7.2000, p. 7).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1121/2013 tas-6 ta’ Novembru 2013 li japprova emendi mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Volaille de Bresse/Poulet de Bresse/Poularde de Bresse/Chapon de Bresse (AOP)] (ĠU L 299, 9.11.2013, p. 26).
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/279
tat-22 ta’ Frar 2021
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u miżuri oħra li jiżguraw it-traċċabilità u l-konformità fil-produzzjoni organika u fit-tikkettar ta’ prodotti organiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 28(3)(a), 29(8)(a), 30(8), 32(5), 36(4), 38(9), 41(5) u 43(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi r-regoli ġenerali tal-produzzjoni għall-operaturi, fosthom il-miżuri ta prekawzjoni biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati, u l-miżuri li jridu jitwettqu f’każ li jkun hemm prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli addizzjonali. |
|
(2) |
Meta titqies l-importanza tal-miżuri prekawzjonarji li l-operaturi jridu jwettqu biex jevitaw li jkun hemm prodotti u sustanzi mhux awtorizzati msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/848, jixraq li jiġu stabbiliti passi proċedurali li jridu jiġu segwiti u d-dokumenti rilevanti li jridu jingħataw jekk l-operaturi jissuspettaw, minħabba li jkun hemm prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati, li l-prodott li huwa maħsub biex jintuża jew biex jiġi kkummerċjalizzat bħala prodott organiku jew prodott fil-fażi tal-konverżjoni ma jkunx jikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/848. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha fir-rigward tal-investigazzjoni uffiċjali msemmija fl-Artikolu 29(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/848 fil-każ tal-preżenza ta’ prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati fi prodotti organiċi jew fi prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti aktar regoli li jkopru l-elementi li għandhom jiġu ddeterminati meta titwettaq l-investigazzjoni, ir-riżultati mistennija tal-investigazzjoni uffiċjali kif ukoll l-obbligi minimi tar-rappurtar. |
|
(4) |
Il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti xi regoli addizzjonali fir-rigward tal-post u d-dehra ta’ ċerti indikazzjonijiet fuq it-tikketta. |
|
(5) |
Il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi u ta’ gruppi ta’ operaturi. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet armonizzati għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni ta’ gruppi ta’ operaturi. |
|
(6) |
Fl-interess tal-effiċjenza u l-kost operazzjonali għall-but ta’ kulħadd tas-sistema għall-kontrolli interni (ICS), jixraq li jiġi previst daqs massimu ta’ grupp ta’ operaturi. Bl-istabbiliment ta’ dan il-limitu, huwa mistenni li l-ICS tkun tista’ tiżgura l-konformità tal-membri kollha tal-grupp mar-Regolament (UE) 2018/848 permezz ta’ kontrolli interni, u tat-taħriġ meħtieġ. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti jew, fejn rilevanti, l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li jiċċertifikaw il-grupp jistgħu jerġgħu jispezzjonaw għadd tajjeb tal-membri. Il-limitazzjoni tad-daqs se tipprovdi garanziji addizzjonali li jkun hemm lista aġġornata ta’ membri, tpartit rapidu u regolari tat-tagħrif mal-awtoritajiet tal-kontroll jew mal-korpi tal-kontroll, u tiżgura l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa. Madankollu, jenħtieġ li d-daqs massimu jqis li grupp ta’ operaturi jenħtieġ li jkun kapaċi jiġġenera biżżejjed riżorsi biex jistabbilixxi ICS effiċjenti li tiddependi minn persunal kwalifikat. |
|
(7) |
Sabiex ikun hemm evidenza tal-konformità u biex ikun jista’ jsir tpartit tat-tagħrif u tpartit tal-għarfien, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-lista tad-dokumenti u r-rekords li jrid iżomm grupp ta’ operaturi għall-finijiet tal-ICS. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-ICS tkun tikkostitwixxi l-bażi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ grupp ta’ operaturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-maniġers tal-ICS ikunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtorità kompetenti jew, fejn jixraq, lill-awtorità tal-kontroll jew lill-korp tal-kontroll li jipprovdu ċ-ċertifikat tal-aktar kwistjonijiet importanti, bħal suspetti ta’ nonkonformità, sospensjonijiet jew irtirar ta’ membri u kwalunkwe projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
|
(9) |
Il-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi r-regoli għall-kontrolli uffiċjali u għall-attivitajiet uffiċjali oħra. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli addizzjonali. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali attwali fl-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-perċentwali minimi għall-kontrolli uffiċjali u għall-kampjunar. |
|
(11) |
Bil-ħsieb li tiġi eliminata d-diverġenza sostanzjali fl-applikazzjoni attwali tal-katalogi nazzjonali ta’ miżuri fl-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell komuni għal katalogu ta’ miżuri u li jiġu previsti linji gwida addizzjonali dwar il-klassifikazzjoni tan-nonkonformità u l-miżuri x-xierqa li jridu jitwettqu għalihom. |
|
(12) |
It-tagħrif dwar xi suspett ta’ nonkonformità, jew dwar nonkonformità stabbilita li taffettwa l-integrità ta’ xi prodotti organiċi jew ta’ xi prodotti fil-fażi tal-konverżjoni jenħtieġ li tiġi kkomunikata direttament u bl-aktar mod effettiv possibbli bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, primarjament sabiex l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha jkunu jistgħu jwettqu l-investigazzjonijiet uffiċjali u jwettqu l-miżuri neċessarji kif meħtieġ mill-Artikolu 29(1) u (2), l-Artikolu 41(1), (2) u (3) u l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/848. Barra minn hekk, jixraq li jiġu speċifikati d-dettalji u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ dak it-tagħrif, u fost l-oħrajn, il-funzjonalitajiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Biedja Organika. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiċċara wkoll li f’każ li l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll ikollhom xi suspett jew jistabbilixxu li jkun hemm nonkonformità li taffettwa l-integrità tal-prodotti organiċi jew tal-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, jenħtieġ li dan it-tagħrif jintbagħat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika liema tagħrif jkun jenħtieġ li għallinqas tiġi kkomunikata mill-awtoritajiet tal-kontroll u mill-korpi tal-kontroll ma’ awtoritajiet tal-kontroll u korpi tal-kontroll oħrajn u mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u jistabbilixxi obbligu li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-miżuri x-xierqa u jistabbilixxu proċeduri dokumentati li jippermettu dan it-tpartit ta’ tagħrif fit-territorju tagħhom. |
|
(13) |
Jista’ jkun il-każ li xi gruppi ta’ operaturi f’pajjiżi terzi li jaħdmu f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2) u mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3) u (KE) Nru 1235/2008 (4) ikollhom wisq iktar membri mill-għadd massimu stabbilit b’dan ir-Regolament. L-istabbiliment ta’ gruppi ġodda ta’ operaturi li jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit il-ġdid jista’ jinvolvi addattamenti tanġibbli biex tiġi stabbilita l-entità ġuridika korrispondenti, ICS, u l-elementi meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni minn awtorità tal-kontroll jew korp tal-kontroll. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju ta’ mhux aktar minn tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2022 għal dawk il-gruppi ta’ operaturi biex ikunu jistgħu jwettqu l-addattamenti meħtieġa biex jikkonformaw mad-daqs massimu l-ġdid. |
|
(14) |
Ir-rekwiżit relatat mal-katalogu nazzjonali tal-miżuri jista’ jinvolvi t-tibdil ta’ katalogi nazzjonali tal-miżuri eżistenti li diġà ġew żviluppati fl-Istati Membri sa issa f’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għalhekk jenħtieġ li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni massimu ta’ sena mill-1 ta’ Jannar 2022 għal dawk il-katalogi nazzjonali eżistenti tal-miżuri biex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jwettqu t-titjib meħtieġ jew ikunu jistgħu jissostitwixxu l-katalogi tal-miżuri nazzjonali tagħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(15) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Passi proċedurali li jridu jissegwew mill-operatur f’każ ta’ suspett ta’ nonkonformità li jitqajjem minħabba l-preżenza ta’ prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati
1. Sabiex jiġi vverifikat jekk is-suspett jistax jiġi sostanzjat f’konformità mal-Artikolu 28(2)(b) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-operatur għandu jqis l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
meta s-suspett ta’ nonkonformità jikkonċerna prodott organiku jew prodott fil-fażi tal-konverżjoni li jkun ġej minn x’imkien ieħor, l-operatur għandu jivverifika jekk:
|
|
(b) |
jekk ikun hemm suspett li l-kawża tal-preżenza tal-prodotti jew is-sustanzi mhux awtorizzati hija fil-kontroll tal-operatur, l-operatur għandu jeżamina kull raġuni possibbli għall-preżenza ta’ prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati. |
2. Meta l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, lill-awtorità tal-kontroll jew lill-korp tal-kontroll f’konformità mal-Artikolu 28(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar suspett sostanzjat, jew meta s-suspett ma jkunx jista’ jiġi eliminat, l-operatur għandu jipprovdi mill-inqas l-elementi li ġejjin jekk ikunu rilevanti u meta jkunu disponibbli:
|
(a) |
it-tagħrif u d-dokumenti dwar il-fornitur (nota tal-konsenja, fattura, ċertifikat tal-fornitur, Ċertifikat ta’ Spezzjoni għall-prodotti organiċi (COI)); |
|
(b) |
it-traċċabilità tal-prodott flimkien mal-identifikazzjoni tal-lott, il-kwantità tal-istokk u l-kwantità tal-prodott mibjugħ; |
|
(c) |
ir-riżultati ta’ laboratorju akkreditat jekk rilevanti u disponibbli; |
|
(d) |
l-iskeda tal-kampjunar li tagħti d-dettalji tal-ħin, tal-post u tal-metodu li ntuża biex ittieħed il-kampjun; |
|
(e) |
kull tagħrif dwar xi suspett preċedenti fir-rigward tal-prodott jew tas-sustanza speċifika mhux awtorizzati; |
|
(f) |
kull dokument rilevanti ieħor biex jiċċara l-każ. |
Artikolu 2
Metodoloġija ta’ investigazzjoni uffiċjali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) 2018/848, meta jwettqu investigazzjoni uffiċjali msemmija fl-Artikolu 29(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, il-korpi tal-kontroll jew l-awtoritajiet tal-kontroll għandhom jiddeterminaw mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-isem, l-identifikazzjoni tal-lott, is-sjieda u l-post fiżiku tal-prodotti kkonċernati organiċi jew fil-fażi tal-konverżjoni; |
|
(b) |
jekk il-prodotti kkonċernati għadhomx jitqiegħdu fis-suq bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni jew għadhomx jintużaw fil-produzzjoni organika; |
|
(c) |
it-tip, l-isem, il-kwantità u kull tagħrif rilevanti ieħor dwar dawn il-prodotti jew is-sustanzi mhux awtorizzati; |
|
(d) |
f’liema stadju tal-produzzjoni, tal-preparazzjoni, tal-ħżin jew tad-distribuzzjoni u fejn eżattament ġiet skoperta l-preżenza tal-prodotti jew tas-sustanzi mhux awtorizzati, b’mod partikolari fil-każ tal-prodotti għall-produzzjoni tal-pjanti, jekk il-kampjun itteħidx qabel il-ħsad jew wara l-ħsad; |
|
(e) |
jekk ġewx affettwati operaturi oħrajn fil-katina tal-provvista; |
|
(f) |
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet uffiċjali preċedenti tal-prodotti organiċi jew fil-fażi tal-konverżjoni u tal-operaturi kkonċernati. |
2. L-investigazzjoni uffiċjali għandha titwettaq bil-metodi u t-tekniċi x-xierqa li jinkludu dawk imsemmijin fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 137(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
3. L-investigazzjoni uffiċjali għandha mill-inqas tasal għal konklużjoni dwar:
|
(a) |
l-integrità tal-prodotti organiċi u ta’ dawk fil-fażi tal-konverżjoni; |
|
(b) |
is-sors u l-kawża tal-preżenza tal-prodotti jew tas-sustanzi mhux awtorizzati; |
|
(c) |
l-elementi previsti fl-Artikolu 29(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/848. |
4. L-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll għandhom ifasslu rapport finali għal kull investigazzjoni uffiċjali. Dak ir-rapport finali għandu jkun fih:
|
(a) |
ir-rekords tal-elementi speċifiċi meħtieġa skont dan l-Artikolu; |
|
(b) |
ir-rekords tat-tagħrif skambjat mal-awtorità kompetenti, ma’ awtoritajiet oħra tal-kontroll, mal-korpi tal-kontroll u mal-Kummissjoni, li huma relatati ma’ din l-investigazzjoni uffiċjali. |
Artikolu 3
Kondizzjonijiet għall-użu ta’ ċerti indikazzjonijiet
1. L-indikazzjoni prevista għall-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni li joriġinaw mill-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tidher:
|
(a) |
b’kulur, daqs u stil ta’ kitba li ma jkunux aktar prominenti mid-deskrizzjoni tal-bejgħ tal-prodott, filwaqt li l-indikazzjoni sħiħa għandu jkollha l-istess daqs ta’ ittri; |
|
(b) |
bl-istess kamp viżiv bħal tan-numru tal-kodiċi tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp tal-kontroll imsemmi fl-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/848. |
2. L-indikazzjoni tan-numru tal-kodiċi tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp tal-kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/848, għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, meta tintuża fit-tikkettar.
3. L-indikazzjoni tal-post fejn tkabbret il-materja prima agrikola li minnha jkun magħmul il-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha titqiegħed eżatt taħt in-numru tal-kodiċi msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Il-kompożizzjoni u d-daqs ta’ grupp ta’ operaturi
Membru ta’ grupp ta’ operaturi għandu jirreġistra ma’ grupp ta’ operaturi wieħed biss għal prodott speċifiku, anke meta l-operatur hu impenjat f’attivitajiet differenti marbuta ma’ dak il-prodott.
Id-daqs massimu ta’ grupp ta’ operaturi għandu jkun ta’ 2 000 membru.
Artikolu 5
Dokumenti u rekords ta’ grupp ta’ operaturi
Il-grupp ta’ operaturi għandu jżomm id-dokumenti u r-rekords li ġejjin għall-finijiet tas-sistema għall-kontrolli interni (ICS):
|
(a) |
il-lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi bbażata fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom ta’ kull membru u li tikkonsisti mill-elementi li ġejjin għal kull membru tal-grupp ta’ operaturi:
|
|
(b) |
il-ftehimiet ta’ sħubija ffirmati bejn il-membru u l-grupp ta’ operaturi bħala persuna ġuridika, li għandhom jinkludu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-membru; |
|
(c) |
ir-rapporti tal-ispezzjonijiet interni ffirmati mill-ispettur tal-ICS u mill-membru spezzjonat tal-grupp tal-operaturi u li jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
|
(d) |
ir-rekords tat-taħriġ tal-ispetturi tal-ICS li jikkonsistu minn:
|
|
(e) |
ir-rekords tat-taħriġ tal-membri tal-grupp ta’ operaturi; |
|
(f) |
ir-rekords tal-miżuri li twettqu f’każ ta’ nonkonformità mill-maniġer tal-ICS, li għandhom jinkludu:
|
|
(g) |
ir-rekords tat-traċċabilità, bit-tagħrif dwar il-kwantitajiet, dwar l-attivitajiet li ġejjin, fejn rilevanti:
|
|
(h) |
il-ftehimiet bil-miktub u l-kuntratti bejn il-grupp ta’ operaturi u sottokuntratturi inkluż it-tagħrif dwar in-natura tal-attivitajiet sottokuntrattati; |
|
(i) |
il-ħatra tal-maniġer tal-ICS; |
|
(j) |
il-ħatra tal-ispetturi tal-ICS kif ukoll il-lista tal-ispetturi tal-ICS. |
Il-lista tal-membri msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu għandha tiġi aġġornata mill-maniġer tal-ICS wara kull modifika tal-elementi elenkati fil-punt (a)(i) sa (viii) u għandu jiġi indikat jekk kienx hemm membru li ġie sospiż jew irtirat minħabba miżuri li jitwettqu f’każ ta’ nonkonformità li jirriżultaw minn spezzjonijiet interni jew minn kontrolli uffiċjali.
Artikolu 6
Notifiki mill-maniġer tal-ICS
Il-maniġer tal-ICS għandu jgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, lill-awtorità tal-kontroll jew lill-korp tal-kontroll bit-tagħrif li ġej:
|
(a) |
kwalunkwe suspett ta’ nonkonformità maġġuri u kritika; |
|
(b) |
kwalunkwe sospensjoni jew irtirar min-naħa tal-grupp, ta’ membru jew ta’ unità ta’ produzzjoni jew ta’ post, fost dawn ukoll iċ-ċentri tax-xiri u tal-ġbir; |
|
(c) |
kwalunkwe projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ prodott bħala wieħed organiku jew fil-fażi tal-konverżjoni, bl-isem tal-membru jew tal-membri kkonċernati, il-kwantitajiet rilevanti, u l-identifikazzjoni tal-lott. |
Artikolu 7
Perċentwali minimi ta’ kontrolli u ta’ teħid ta’ kampjuni
Ir-regoli li ġejjin dwar il-perċentwali minimi għandhom japplikaw għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2018/848, li jridu jitwettqu minn kull awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, awtorità tal-kontroll jew korp tal-kontroll skont ir-riskju ta’ nonkonformità:
|
(a) |
minimu ta’ 10 % tal-kontrolli uffiċjali kollha tal-operaturi jew tal-gruppi ta’ operaturi għandhom jitwettqu kull sena, mingħajr avviż minn qabel; |
|
(b) |
minimu ta’ 10 % ta’ kontrolli addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jitwettqu kull sena; |
|
(c) |
minimu ta’ 5 % tal-għadd tal-operaturi, ħlief għall-operaturi li jkunu eżentati f’konformità mal-Artikolu 34(2) u mal-Artikolu 35(8) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandu jkun soġġett għall-kampjunar kull sena f’konformità mal-Artikolu 14(h) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
|
(d) |
minimu ta’ 2 % tal-membri ta’ kull grupp ta’ operaturi għandhom ikunu soġġetti għall-kampjunar kull sena f’konformità mal-Artikolu 14(h) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
|
(e) |
minimu ta’ 5 % tal-operaturi li jkunu membri ta’ grupp ta’ operaturi, iżda mhux inqas minn 10 membri, għandhom ikunu soġġetti għal ispezzjoni mill-ġdid kull sena. Meta l-grupp ta’ operaturi jkollu 10 membri jew inqas, il-membri kollha għandhom jiġu kkontrollati b’rabta mal-verifika tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2018/848. |
Artikolu 8
Miżuri f’każ ta’ nonkonformità stabbilita
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw l-arranġamenti uniformi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament biex jiżviluppaw katalogu nazzjonali ta’ miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 41(4) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Dak il-katalogu nazzjonali ta’ miżuri għandu jkopri mill-inqas:
|
(a) |
lista ta’ nonkonformitajiet b’referenza għar-regoli speċifiċi tar-Regolament (UE) 2018/848 jew tal-att delegat jew ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità ma’ dak ir-Regolament; |
|
(b) |
il-klassifikazzjoni tan-nonkonformitajiet fi tliet kategoriji: minuri, maġġuri u kritika, filwaqt li jitqiesu mill-inqas il-kriterji li ġejjin:
|
|
(c) |
il-miżuri li jikkorrispondu ma’ kategoriji differenti ta’ nonkonformità. |
Artikolu 9
Tpartit ta’ tagħrif
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Biedja Organika (OFIS) u l-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex ipartu t-tagħrif mal-Kummissjoni u ma’ Stati Membri oħra u f’konformità mar-regoli li ġejjin:
|
(a) |
Stat Membru (Stat Membru notifikanti) għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri rilevanti (Stat Membru jew Stati Membri notifikati) tal-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(i) u (ii), l-Istat Membru jew l-Istati Membri notifikati għandhom iwieġbu fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-wasla tan-notifika u għandhom jinfurmaw dwar l-azzjonijiet u l-miżuri mwettqa, inklużi r-riżultati tal-investigazzjoni uffiċjali, u jipprovdu kull tagħrif ieħor li jkun disponibbli u/jew meħtieġ mill-Istat Membru notifikanti; |
|
(c) |
l-Istat Membru notifikanti jista’ jitlob kwalunkwe tagħrif ieħor li jkun meħtieġ mingħand l-Istat Membru jew l-Istati Membri notifikati; |
|
(d) |
l-Istat Membru notifikanti għandu, malajr kemm jista’ jkun, idaħħal l-entrati u l-aġġornamenti meħtieġa fl-OFIS, inklużi l-aġġornamenti relatati mar-riżultati tal-investigazzjonijiet uffiċjali li jkun għamel hu stess; |
|
(e) |
fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) (ii) u meta l-Kummissjoni hi notifikata minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti, jew fejn rilevanti, lill-awtorità tal-kontroll jew lill-korp tal-kontroll tal-pajjiż terz. |
2. Minbarra l-obbligu ta’ tagħrif msemmi fl-Artikolu 32(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-awtorità kompetenti li tkun ikkonferixxitilhom jew li tkun iddelegatilhom ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra f’konformità mal-Artikolu 4(3) u mal-Artikolu 28(1) jew mal-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, dwar kull nonkonformità ssuspettata jew stabbilita li taffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi jew fil-fażi tal-konverżjoni. Dawn għandhom jipprovdu wkoll kull tagħrif ieħor meħtieġ minn dik l-awtorità kompetenti.
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, meta operaturi jew gruppi ta’ operaturi u/jew is-sottokuntratturi tagħhom jiġu kkontrollati minn awtoritajiet tal-kontroll jew minn korpi tal-kontroll differenti, dawk l-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll għandhom ipartu t-tagħrif rilevanti dwar l-operazzjonijiet fil-kontroll tagħhom.
4. Għall-finijiet tal-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, meta l-operaturi jew il-gruppi ta’ operaturi u/jew is-sottokuntratturi tagħhom jibdlu l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll tagħhom, dawn l-operaturi u/jew l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll ikkonċernat għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien b’dik il-bidla.
L-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll il-ġodda għandhom jitolbu l-fajl tal-kontrolli tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi kkonċernati mingħand l-awtorità tal-kontroll jew mill-korp tal-kontroll preċedenti. L-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll preċedenti għandhom mingħajr dewmien jgħaddu lill-awtorità tal-kontroll jew lill-korp tal-kontroll il-ġdid, il-fajl tal-kontrolli tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi kkonċernati, li jkun fih ukoll ir-rekords bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 38(6) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-istatus taċ-ċertifikazzjoni, il-lista ta’ nonkonformitajiet u l-miżuri korrispondenti mwettqa mill-awtorità tal-kontroll jew mill-korp tal-kontroll preċedenti.
L-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll il-ġdid għandhom jiżguraw li n-nonkonformitajiet innutati fir-rekords tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp tal-kontroll preċedenti ġew indirizzati jew se jiġu indirizzati mill-operatur.
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, meta l-operaturi jew il-gruppi ta’ operaturi jkunu soġġetti għal verifika tat-traċċabilità u għal verifika tal-bilanċ tal-massa, l-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll għandhom ipartu t-tagħrif rilevanti li jippermetti l-finalizzazzjoni ta’ dawn il-verifiki.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-miżuri xierqa u jistabbilixxu proċeduri dokumentati biex jippermettu t-tpartit tat-tagħrif bejniethom, u l-awtoritajiet ta’ kontroll u/jew il-korpi ta’ kontroll li lilhom ikunu kkonferixxew jew iddelegaw ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet tal-kontroll u/jew korpi tal-kontroll.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Gruppi ta’ operaturi f’pajjiżi terzi li jikkonformaw mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007, (KE) Nru 889/2008 u (KE) Nru 1235/2008 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li għalihom huma meħtieġa bidliet amministrattivi, legali u strutturali importanti fir-rigward tad-daqs massimu tal-grupp ta’ operaturi stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dik id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.
2. Il-katalogu nazzjonali ta’ miżuri żviluppati f’konformità mal-Artikolu 8 għandu jibda japplika mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
ANNESS I
Arranġamenti uniformi għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ katalogu nazzjonali tal-miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 8
1.
L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika l-każijiet ta’ nonkonformità bħala minuri, maġġuri jew kritiċi fuq il-bażi tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni fl-Artikolu 8, meta tkun tapplika waħda jew iżjed ms-sitwazzjonijiet li ġejjin:|
(a) |
il-każ ta’ nonkonformità jkun minuri meta:
|
|
(b) |
il-każ ta’ nonkonformità jkun maġġuri meta:
|
|
(c) |
il-każ ta’ nonkonformità jkun kritiku meta:
|
2.
Miżuri
L-awtoritajiet kompetenti, jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll jistgħu japplikaw b’mod proporzjonat il-miżuri li ġejjin għall-kategoriji elenkati ta’ każijiet ta’ nonkonformità:
|
Kategorija ta’ nonkonformità |
Miżura |
|
Minuri |
Sottomission mill-operatur ta’ pjan ta’ azzjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit għall-korrezzjoni ta’ nonkonformità |
|
Maġġuri |
Ma hemmx referenza għall-produzzjoni organika fuq it-tikketti u fir-reklamar tal-lott kollu jew tat-tiratura kollha kkonċernata (l-għalla/l-għelejjel jew l-annimal(i) affettwat(i)) f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 Jeħtieġ perjodu ta’ konverżjoni ġdid Limitu tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat Titjib tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prekawzjoni u tal-kontrolli li jrid idaħħal fis-seħħ l-operatur biex jiżgura l-konformità |
|
Kritika |
Ma hemmx referenza għall-produzzjoni organika fuq it-tikketti u fir-reklamar tal-lott kollu jew tat-tiratura kollha kkonċernata (l-għalla/l-għelejjel jew l-annimal(i) affettwat(i)) f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 Il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzar ta’ prodotti li jirreferu għall-produzzjoni organika għal perjodu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 Jeħtieġ perjodu ta’ konverżjoni ġdid Limitu tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat Sospensjoni taċ-ċertifikat Irtirar taċ-ċertifikat |
ANNESS II
Mudelli tal-OFIS imsemmija fl-Artikolu 9
|
1. |
Mudell ta’notifika internazzjonali standard dwar nonkonformità suspettata jew stabbilita
|
|
2. |
Mudell ta’ tweġiba standard għal notifika standard dwar nonkonformità suspettata jew stabbilita
|
|
3. |
Mudell għal notifika ta’ twissija
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. |
Mudell ta’notifika internazzjonali standard dwar nonkonformità suspettata jew stabbilita
|
-----------
|
(*) |
Taqsimiet obbligatorji. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(2) Miżura skont l-Artikoli 29(1) u (2), 41(1) sa (4) u 42 tar-Regolament (UE) 2018/848.
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/280
tat-22 ta’ Frar 2021
li jemenda r-Regolamenti (UE) 2015/1222, (UE) 2016/1719, (UE) 2017/2195 u (UE) 2017/1485 sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (UE) 2019/943
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 59(1) u (2) u l-Artikolu 60(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-introduzzjoni ta’ regoli armonizzati dwar il-kummerċ tal-elettriku u t-tħaddim tal-grilja permezz ta’ kodiċijiet u linji gwida tan-network tal-elettriku wriet li hija kruċjali biex jinkiseb suq tal-elettriku integrat fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 (5) jipprovdu regoli importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-elettriku, billi jistabbilixxu regoli ddettaljati li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet regolatorji biex jiddefinixxu b’mod konġunt it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa għall-allinjament tal-kummerċ tal-elettriku u t-tħaddim tal-grilja fl-Unjoni. |
|
(3) |
Il-prattika bil-proċess tal-adozzjoni tat-TCM uriet li jenħtieġ li jiġu ċċarati żewġ aspetti tal-proċess tal-adozzjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolamenti (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u (UE) 2019/943 immodifikaw il-qafas regolatorju tas-suq intern tal-elettriku, inkluż il-proċess biex jintlaħaq qbil dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji. |
|
(5) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/942, it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li qabel kienu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji kollha issa jiġu adottati direttament mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi Ewropej tal-Enerġija (“l-Aġenzija”). Ir-Regolamenti (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 jipprevedu wkoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija huma intitolati li jirrevedu u jemendaw il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni (“TSOs”) u l-Operaturi nominati tas-suq tal-elettriku (“NEMOs”). |
|
(6) |
Ir-Regolamenti (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 jistabbilixxu wkoll li r-regolaturi nazzjonali u l-Aġenzija huma responsabbli għall-adozzjoni tat-testi finali tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, u li għandhom id-dritt li jirrevedu u jemendaw il-proposti mit-TSOs jew min-NEMOs sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-objettivi tar-Regolamenti (UE) 2015/1222, (UE) 2016/1719, (UE) 2017/2195 u (UE) 2017/1485 u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament xieraq tas-suq tal-elettriku. |
|
(7) |
Dawk il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolamenti (UE) 2015/1222, (UE) 2016/1719, (UE) 2017/2195 u (UE) 2017/1485. |
|
(8) |
L-esperjenza bil-proċess ta’ żvilupp eżistenti tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, inkluża l-ġurisprudenza reċenti u d-dewmien biex jintlaħaq qbil dwar ċerti termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji, wasslu għall-ħtieġa li tiġi riveduta l-proċedura regolatorja biex jiġu ddefiniti t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni f’waqtha tagħhom. |
|
(9) |
Skont il-każistika reċenti tal-Qorti (7), ir-Regolament (UE) 2015/1222 jippermetti lil kull awtorità regolatorja nazzjonali unika titlob emendi għall-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji mit-TSOs jew min-NEMOs. Tali possibbiltà tista’ potenzjalment twassal għal sekwenza ta’ diversi talbiet individwali għal emendi u proposti emendati rispettivi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, mingħajr l-ebda perspettiva realistika ta’ approvazzjoni u implimentazzjoni f’waqthom. Dan mhux biss jista’ jwassal għal dewmien sinifikanti fl-iżvilupp tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, iżda talbiet individwali mhux ikkoordinati għal bidliet fil-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu joħolqu wkoll inċertezza legali, peress li jibqa’ jkun hemm dubju dwar liema talba għal emenda jenħtieġ li fl-aħħar mill-aħħar tieħu preċedenza. Sabiex tiġi evitata dik is-sitwazzjoni, ir-Regolamenti (UE) 2015/1222, (UE) 2016/1719, (UE) 2017/2195 u (UE) 2017/1485 jenħtieġ li jistabbilixxu proċedura ċara għall-koordinazzjoni ta’ talbiet għal emendi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji. |
|
(10) |
Il-proċedura ta’ deċiżjonijiet ikkoordinati dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji hija identika fir-Regolamenti (UE) 2015/1222, (UE) 2016/1719, (UE) 2017/2195 u (UE) 2017/1485. Barra minn hekk, il-proċess biex jiġu emendati dawk l-erba’ Regolamenti huwa identiku. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-bidliet għal dawk l-erba’ Regolamenti jiġu adottati permezz ta’ Regolament emendatorju wieħed. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) 2019/943, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2015/1222
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/1222 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Adozzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji
1. It-TSOs u n-NEMOs għandhom jiżviluppaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa minn dan ir-Regolament u jissottomettuhom għall-approvazzjoni lill-Aġenzija jew lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti fi żmien l-iskadenzi rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari f’każijiet fejn skadenza ma tkunx tista’ tiġi ssodisfata minħabba ċirkostanzi esterni għall-isfera tat-TSOs jew tan-NEMOs, l-iskadenzi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu jiġu estiżi mill-Aġenzija fi proċeduri skont il-paragrafu 6, b’mod konġunt mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha, fi proċeduri skont il-paragrafu 7, u mill-awtorità regolatorja kompetenti fi proċeduri skont il-paragrafu 8.
Meta proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament jeħtieġ li tiġi żviluppata u miftiehma minn aktar minn TSO jew NEMO wieħed, it-TSOs u n-NEMOs parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib. It-TSOs, bl-assistenza tal-ENTSO tal-Elettriku, u n-NEMOs kollha għandhom jinformaw regolarment lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti u lill-Aġenzija dwar il-progress fl-iżvilupp ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji.
2. Meta t-TSOs jew in-NEMOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 6 ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għandha tintlaħaq fi ħdan kull waħda mill-klassijiet ta’ votazzjoni rispettivi tat-TSOs u tan-NEMOs. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti elenkati fil-paragrafu 6 għandha teħtieġ il-maġġoranza li ġejja:
|
(a) |
TSOs jew NEMOs li jirrappreżentaw mill-inqas 55 % tal-Istati Membri; u |
|
(b) |
TSOs jew NEMOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 6 għandha tinkludi TSOs jew NEMOs li jirrappreżentaw mill-inqas erba’ Stati Membri, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
Għal deċiżjonijiet tat-TSOs dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 6, għandu jiġi attribwit vot wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn TSO wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat tal-votazzjoni fost it-TSOs.
Għan-NEMOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 6, għandu jiġi attribwit vot wieħed għal kull Stat Membru. Kull NEMO għandu jkollu għadd ta’ voti daqs in-numru ta’ Stati Membri fejn huwa jkun nnominat. Jekk jiġi nnominat aktar minn NEMO wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat ta’ votazzjoni fost in-NEMOs, filwaqt li jqis il-volum rispettiv tagħhom ta’ elettriku nnegozjat f’dak l-Istat Membru partikolari fis-sena finanzjarja ta’ qabel.
3. Ħlief għall-Artikolu 43(1), l-Artikolu 44, l-Artikolu 56(1), l-Artikolu 63 u l-Artikolu 74(1), meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu (7) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim u meta r-reġjuni kkonċernati jkunu magħmula minn aktar minn ħames Stati Membri, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għandha tintlaħaq fi ħdan kull waħda mill-klassijiet ta’ votazzjoni rispettivi tat-TSOs u tan-NEMOs. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7 għandha teħtieġ il-maġġoranza li ġejja:
|
(a) |
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 72 % tal-Istati Membri kkonċernati; u |
|
(b) |
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat |
Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7 għandha tinkludi mill-inqas l-għadd minimu ta’ TSOs li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, flimkien ma’ TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas Stat Membru addizzjonali wieħed ikkonċernat, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kkwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
It-TSOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7 fir-rigward ta’ reġjuni magħmula minn ħames Stati Membri jew inqas għandhom jiddeċiedu b’kunsens.
Għal deċiżjonijiet tat-TSOs dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7, għandu jiġi attribwit vot wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn TSO wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat ta’ votazzjoni fost it-TSOs.
In-NEMOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7 għandhom jiddeċiedu b’kunsens.
4. Jekk it-TSOs jew in-NEMOs jonqsu milli jissottomettu proposta inizjali jew emendata għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew lill-Aġenzija skont il-paragrafi 6 sa 8 jew 12 sal-iskadenzi stabbiliti f’dan ir-Regolament, dawn għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti u lill-Aġenzija bl-abbozzi rilevanti tal-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, u jispjegaw xi jkun impedixxa l-ilħuq ta’ ftehim. L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha flimkien, jew l-awtorità regolatorja kompetenti għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jadottaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa skont il-paragrafi 6, 7 u 8 rispettivament, pereżempju billi jitolbu emendi jew jirrevedu u jlestu l-abbozzi skont dan il-paragrafu, inkluż meta ma jkun ġie ppreżentat l-ebda abbozz, u japprovawhom.
5. Kull awtorità regolatorja jew, fejn ikun applikabbli, l-Aġenzija, skont il-każ, għandha tapprova t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji użati biex jiġi kkalkulat jew stabbilit l-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata żviluppati mit-TSOs u min-NEMOs. Dawn għandhom ikunu responsabbli biex japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji msemmija fil-paragrafi 6, 7 u 8. Qabel ma japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jirrevedu l-proposti fejn ikun meħtieġ, wara li jikkonsultaw it-TSOs jew in-NEMOs rispettivi, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-għan ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament xieraq tas-suq.
6. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Aġenzija:
|
(a) |
il-pjan dwar it-twettiq konġunt tal-funzjonijiet MCO skont l-Artikolu 7(3); |
|
(b) |
ir-reġjuni bil-kapaċità kalkolata skont l-Artikolu 15(1); |
|
(c) |
il-metodoloġija tal-provvista tad-data dwar il-ġenerazzjoni u t-tagħbija skont l-Artikolu 16(1); |
|
(d) |
il-metodoloġija tal-mudell ta’ grilja komuni skont l-Artikolu 17(1); |
|
(e) |
il-proposta għal metodoloġija armonizzata għall-kalkolu tal-kapaċità skont l-Artikolu 21(4); |
|
(f) |
metodoloġija ta’ riżerva skont l-Artikolu 36(3); |
|
(g) |
l-algoritmu sottomess min-NEMOs skont l-Artikolu 37(5), inklużi s-settijiet ta’ rekwiżiti tat-TSOs u tan-NEMOs għall-iżvilupp tal-algoritmu skont l-Artikolu 37(1); |
|
(h) |
prodotti li jistgħu jitqiesu min-NEMOs fil-proċess ta’ akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont l-Artikoli 40 u 53; |
|
(i) |
il-prezzijiet massimi u minimi skont l-Artikoli 41(1) u 54(2); |
|
(j) |
il-metodoloġija tal-ipprezzar tal-kapaċità tal-istess ġurnata li għandha tiġi żviluppata skont l-Artikolu 55(1); |
|
(k) |
il-ħinijiet tal-ftuħ tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata u l-ħinijiet tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata skont l-Artikolu 59(1); |
|
(l) |
l-iskadenza għaċ-ċertezza ta’ ġurnata bil-quddiem skont l-Artikolu 69; |
|
(m) |
il-metodoloġija tad-distribuzzjoni tal-introjtu mill-konġestjoni skont l-Artikolu 73(1). |
7. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat:
|
(a) |
il-metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kapaċità skont l-Artikolu 20(2); |
|
(b) |
id-deċiżjonijiet dwar l-introduzzjoni u l-posponiment tal-kalkolu bbażat fuq il-fluss skont l-Artikolu 20(2) sa (6) u dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 20(7); |
|
(c) |
il-metodoloġija għar-ridispaċċ u tpartit ikkoordinat skont l-Artikolu 35(1); |
|
(d) |
il-metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-iskambji skedati skont l-Artikoli 43(1) u 56(1); |
|
(e) |
il-proċeduri ta’ riżerva skont l-Artikolu 44; |
|
(f) |
irkanti reġjonali komplementari skont l-Artikolu 63(1); |
|
(g) |
il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ allokazzjoni espliċita skont l-Artikolu 64(2); |
|
(h) |
il-metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż tar-ridispaċċ jew it-tpartit skont l-Artikolu 74(1). |
8. It-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni individwali minn kull awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti oħra tal-Istati Membri kkonċernati:
|
(a) |
fejn ikun applikabbli, in-nomina u r-revoka jew is-sospensjoni tan-nomina ta’ NEMO skont l-Artikolu 4(2), (8) u (9); |
|
(b) |
jekk ikun applikabbli, it-tariffi jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kkalkulati t-tariffi tan-NEMOs relatati man-negozjar fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont l-Artikolu 5(1); |
|
(c) |
proposti ta’ TSOs individwali għal rieżami tal-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti skont l-Artikolu 32(1)(d); |
|
(d) |
fejn ikun applikabbli, il-proposta għall-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali u arranġamenti oħra skont l-Artikoli 45 u 57; |
|
(e) |
l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-konġestjoni skont l-Artikoli 75 sa 79; |
|
(f) |
jekk ikun applikabbli, il-kondiviżjoni tal-ispejjeż, tal-ispejjeż reġjonali tal-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont l-Artikolu 80(4). |
9. Il-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandha tinkludi skeda ta’ żmien proposta għall-implimentazzjoni tagħhom u deskrizzjoni tal-impatt mistenni tagħhom fuq l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni minn diversi awtoritajiet regolatorji skont il-paragrafu 7 għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija fi żmien ġimgħa minn meta jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet regolatorji. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni minn awtorità regolatorja waħda skont il-paragrafu 8 jistgħu jiġu ppreżentati lill-Aġenzija fi żmien xahar minn meta jiġu ppreżentati skont id-diskrezzjoni tal-awtorità regolatorja filwaqt li għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-Aġenzija għal finijiet ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 jekk l-Aġenzija tqis li l-proposta għandha impatt transfruntiera. Fuq talba mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti, l-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien tliet xhur.
10. Meta l-approvazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafu 7 jew l-emenda skont il-paragrafu 12 tkun teħtieġ deċiżjoni minn aktar minn awtorità regolatorja waħda, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mill-qrib u jikkoordinaw ma’ xulxin sabiex jilħqu ftehim. Fejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom iqisu l-opinjoni tal-Aġenzija. L-awtoritajiet regolatorji jew, meta tkun kompetenti, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjonijiet dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont il-paragrafi 6, 7 u 8, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji mill-Aġenzija jew mill-awtorità regolatorja jew, fejn applikabbli, mill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata. Il-perjodu għandu jibda fil-jum wara dak li fih il-proposta tkun ġiet ippreżentata lill-Aġenzija skont il-paragrafu 6, lill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata skont il-paragrafu 7 jew, fejn ikun applikabbli, lill-awtorità regolatorja skont il-paragrafu 8.
11. Meta l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 10, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-proposti ppreżentati għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
12. Fil-każ li l-Aġenzija, jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha flimkien, jew l-awtorità regolatorja kompetenti, titlob emenda biex jiġu approvati t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont il-paragrafi 6, 7 u 8 rispettivament, it-TSOs jew in-NEMOs rilevanti għandhom jippreżentaw proposta għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji emendati għall-approvazzjoni fi żmien xahrejn wara t-talba mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew mill-awtorità regolatorja kompetenti. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew l-awtorità regolatorja kompetenti għandha tiddeċiedi dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien xahrejn minn meta jiġu ppreżentati. Meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jkunux setgħu jilħqu ftehim dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafu 7 fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Jekk it-TSOs jew in-NEMOs rilevanti jonqsu milli jippreżentaw proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati, għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
13. L-Aġenzija, jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha flimkien, jew l-awtorità regolatorja kompetenti, meta jkunu responsabbli għall-adozzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 6, 7 u 8, jistgħu rispettivament jitolbu proposti biex jiġu emendati dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji u jiddeterminaw skadenza għall-preżentazzjoni ta’ dawk il-proposti. It-TSOs jew in-NEMOs responsabbli għall-iżvilupp ta’ proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu jipproponu emendi lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Aġenzija.
Il-proposti biex jiġu emendati t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandhom jiġu ppreżentati għall-konsultazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 u approvati skont il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.
14. It-TSOs u n-NEMOs responsabbli biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament għandhom jippubblikawhom fuq l-Internet wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew, jekk ma tkun meħtieġa l-ebda approvazzjoni bħal din, wara li jiġu stabbiliti, ħlief fejn tali informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 13.”
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/1719
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/1719 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
L-Adozzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji
1. It-TSOs għandhom jiżviluppaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa minn dan ir-Regolament u jippreżentawhom għall-approvazzjoni lill-Aġenzija jew lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti sal-iskadenzi rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari f’każijiet fejn ma tkunx tista’ tintlaħaq skadenza minħabba ċirkostanzi esterni għall-isfera tat-TSOs, l-iskadenzi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu jiġu estiżi mill-Aġenzija fi proċeduri skont il-paragrafu 6, u b’mod konġunt mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha, fi proċeduri skont il-paragrafu 7. Meta proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament tkun teħtieġ li tiġi żviluppata u maqbula minn aktar minn TSO wieħed, it-TSOs parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib. It-TSOs, bl-għajnuna tal-ENTSO tal-Elettriku, għandhom jinformaw regolarment lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti u lill-Aġenzija dwar il-progress fl-iżvilupp ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji.
2. Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 6 ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti skont il-paragrafu 6 għandha teħtieġ il-maġġoranza li ġejja:
|
(a) |
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 55 % tal-Istati Membri; u |
|
(b) |
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 6 għandha tinkludi TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas erba’ Stati Membri, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
Għal deċiżjonijiet tat-TSOs dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 6, għandu jiġi attribwit vot wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn TSO wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat tal-votazzjoni fost it-TSOs.
3. Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7 ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim u meta r-reġjuni kkonċernati jkunu magħmula minn aktar minn ħames Stati Membri, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti skont il-paragrafu 7 għandha teħtieġ il-maġġoranza li ġejja:
|
(a) |
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 72 % tal-Istati Membri kkonċernati; u |
|
(b) |
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat. |
Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7 għandha tinkludi mill-inqas l-għadd minimu ta’ TSOs li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, flimkien ma’ TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas Stat Membru addizzjonali wieħed ikkonċernat, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kkwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
It-TSOs li jiddeċiedu dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7 fir-rigward ta’ reġjuni magħmula minn ħames Stati Membri jew inqas għandhom jiddeċiedu b’kunsens.
Għal deċiżjonijiet tat-TSOs dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fil-paragrafu 7, għandu jiġi attribwit vot wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn TSO wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat ta’ votazzjoni fost it-TSOs.
4. Jekk it-TSOs jonqsu milli jippreżentaw proposta inizjali jew emendata għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti nazzjonali jew lill-Aġenzija skont il-paragrafi 6 u 7 jew 11 sal-iskadenzi stabbiliti f’dan ir-Regolament, dawn għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti u lill-Aġenzija bl-abbozzi rilevanti tal-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, u jispjegaw xi jkun impedixxa l-ilħuq ta’ ftehim. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha flimkien, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jadottaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa skont il-paragrafi 6 jew 7 rispettivament, pereżempju billi jitolbu emendi jew jirrevedu u jlestu l-abbozzi skont dan il-paragrafu, inkluż fejn ma jkun ġie ppreżentat l-ebda abbozz, u japprovawhom.
5. Kull awtorità regolatorja jew, fejn ikun applikabbli, l-Aġenzija, skont il-każ, għandha tkun responsabbli biex tapprova t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji msemmija fil-paragrafi 6 u 7. Qabel ma japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jirrevedu l-proposti fejn ikun meħtieġ, wara li jikkonsultaw it-TSOs rispettivi, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-għan ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament xieraq tas-suq.
6. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Aġenzija:
|
(a) |
il-metodoloġija tal-provvista ta’ data ta’ ġenerazzjoni u tagħbija skont l-Artikolu 17; |
|
(b) |
il-metodoloġija tal-mudell ta’ grilja komuni skont l-Artikolu 18; |
|
(c) |
ir-rekwiżiti għall-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 49; |
|
(d) |
ir-regoli armonizzati ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 51; |
|
(e) |
il-metodoloġija tal-qsim tal-introjtu mill-konġestjoni skont l-Artikolu 57; |
|
(f) |
il-metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-ispiża biex tiġi stabbilita, żviluppata u mħaddma l-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 59; |
|
(g) |
il-metodoloġija għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż li jiġġarrbu biex tiġi żgurata ċ-ċertezza u r-remunerazzjoni tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 61. |
7. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat:
|
(a) |
il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità skont l-Artikolu 10; |
|
(b) |
il-metodoloġija għall-qsim tal-kapaċità transżonali skont l-Artikolu 16; |
|
(c) |
it-tfassil reġjonali tad-drittijiet tat-trażmissjoni fit-tul skont l-Artikolu 31; |
|
(d) |
l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 42; |
|
(e) |
ir-rekwiżiti reġjonali tar-regoli armonizzati dwar l-allokazzjoni skont l-Artikolu 52, inklużi r-regoli reġjonali dwar il-kumpens skont l-Artikolu 55. |
8. Il-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandha tinkludi skeda ta’ żmien proposta għall-implimentazzjoni tagħhom u deskrizzjoni tal-impatt mistenni tagħhom fuq l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni minn diversi awtoritajiet regolatorji jew mill-awtoritajiet regolatorji kollha skont il-paragrafu 7 għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija fi żmien ġimgħa minn meta jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet regolatorji. Fuq talba mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti, l-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien tliet xhur.
9. Meta l-approvazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafu 7 jew l-emenda skont il-paragrafu 11 tkun teħtieġ deċiżjoni minn aktar minn awtorità regolatorja waħda, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mill-qrib u jikkoordinaw ma’ xulxin sabiex jilħqu ftehim. Fejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom iqisu l-opinjoni tal-Aġenzija. L-awtoritajiet regolatorji jew, meta tkun kompetenti, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjonijiet dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont il-paragrafi 6 u 7, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji mill-Aġenzija jew, fejn ikun applikabbli, mill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata. Il-perjodu għandu jibda fil-jum wara dak li fih il-proposta tkun ġiet ippreżentata lill-Aġenzija skont il-paragrafu 6 jew lill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata skont il-paragrafu 7.
10. Meta l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 9, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-proposti ppreżentati għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
11. Fil-każ li l-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha flimkien jitolbu emenda biex japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont il-paragrafi 6 u 7, it-TSOs rilevanti għandhom jippreżentaw proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati għall-approvazzjoni fi żmien xahrejn wara t-talba mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien xahrejn minn meta jiġu ppreżentati. Meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jkunux setgħu jilħqu ftehim dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafu 7 fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Jekk it-TSOs rilevanti jonqsu milli jippreżentaw proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati, għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafu 4.
12. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji flimkien, meta jkunu responsabbli għall-adozzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 6 u 7, jistgħu rispettivament jitolbu proposti biex jiġu emendati dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji u jiddeterminaw skadenza biex jiġu ppreżentati dawk il-proposti. It-TSOs responsabbli għall-iżvilupp ta’ proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu jipproponu emendi lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Aġenzija.
Il-proposti biex jiġu emendati t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandhom jiġu ppreżentati għall-konsultazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u approvati skont il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.
13. It-TSOs responsabbli biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament għandhom jippubblikawhom fuq l-Internet wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew, jekk ma tkun meħtieġa l-ebda approvazzjoni bħal din, wara li jkunu ġew stabbiliti, ħlief fejn tali informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 7.”
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2195
L-Artikoli 4 sa 7 tar-Regolament (UE) 2017/2195 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 4
It-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
1. It-TSOs għandhom jiżviluppaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa minn dan ir-Regolament u jippreżentawhom għall-approvazzjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 5(2), jew lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti skont l-Artikolu 5(3) sal-iskadenzi rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari f’każijiet fejn ma tkunx tista’ tintlaħaq skadenza minħabba ċirkostanzi esterni għall-isfera tat-TSOs, l-iskadenzi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji jistgħu jiġu estiżi mill-Aġenzija fi proċeduri skont l-Artikolu 5(2), b’mod konġunt mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti kollha fi proċeduri skont l-Artikolu 5(3), u mill-awtorità regolatorja rilevanti fi proċeduri skont l-Artikolu 5(4).
2. Meta proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament tkun teħtieġ li tiġi żviluppata u maqbula minn aktar minn TSO wieħed, it-TSOs parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib. It-TSOs, bl-għajnuna tal-ENTSO tal-Elettriku, għandhom jinformaw regolarment lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-Aġenzija dwar il-progress fl-iżvilupp ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji.
3. Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 5(2) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti elenkati fl-Artikolu 5(2) għandha teħtieġ il-maġġoranza li ġejja:
|
(a) |
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 55 % tal-Istati Membri; u |
|
(b) |
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 5(2) għandha tinkludi TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas erba’ Stati Membri, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
4. Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 5(3) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, u meta r-reġjuni kkonċernati jkunu magħmula minn aktar minn ħames Stati Membri, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti skont l-Artikolu 5(3) għandha teħtieġ il-maġġoranza li ġejja:
|
(a) |
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 72 % tal-Istati Membri kkonċernati; u |
|
(b) |
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni taż-żona kkonċernata. |
Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 5(3) għandha tinkludi mill-inqas għadd minimu ta’ TSOs li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, flimkien ma’ TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas Stat Membru addizzjonali wieħed ikkonċernat, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
5. It-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 5(3) fir-rigward ta’ reġjuni magħmulin minn ħames Stati Membri jew inqas għandhom jiddeċiedu b’kunsens.
6. Għal deċiżjonijiet tat-TSOs dwar proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 3 u 4, għandu jiġi attribwit vot wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn TSO wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat tal-votazzjoni fost it-TSOs.
7. Meta t-TSOs jonqsu milli jippreżentaw proposta inizjali jew emendata għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti jew lill-Aġenzija skont l-Artikoli 5 u 6 sal-iskadenzi stabbiliti f’dan ir-Regolament, dawn għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-Aġenzija l-abbozzi rilevanti tal-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji u jispjegaw għaliex ma jkunx intlaħaq ftehim. L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti kollha flimkien, jew l-awtorità regolatorja rilevanti għandha tieħu l-passi xierqa biex tadotta t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa skont l-Artikolu 5, pereżempju billi titlob emendi jew tirrevedi u tlesti l-abbozzi skont dan il-paragrafu, inkluż fejn ma jkun ġie ppreżentat l-ebda abbozz, u tapprovahom.
Artikolu 5
Approvazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
1. Kull awtorità regolatorja jew, fejn ikun applikabbli, l-Aġenzija, skont il-każ, għandha tapprova t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji żviluppati mit-TSOs skont il-paragrafi 2, 3 u 4. Qabel ma japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jirrevedu l-proposti fejn ikun meħtieġ, wara li jikkonsultaw it-TSOs rispettivi, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-għan ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament xieraq tas-suq.
2. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Aġenzija:
|
(a) |
l-oqfsa għall-istabbiliment tal-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 20(1), 21(1) u 22(1); |
|
(b) |
il-modifiki tal-oqfsa għall-istabbiliment tal-pjattaformi Ewropej skont l-Artikoli 20(5) u 21(5); |
|
(c) |
il-prodotti standard għall-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 25(2); |
|
(d) |
il-metodoloġija ta’ klassifikazzjoni għall-finijiet tal-attivazzjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 29(3); |
|
(e) |
il-valutazzjoni dwar iż-żieda possibbli tal-volum minimu tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar li għandhom jintbagħtu lill-pjattaformi Ewropej skont l-Artikolu 29(11); |
|
(f) |
il-metodoloġiji għall-ipprezzar tal-enerġija tal-ibbilanċjar u l-kapaċità transżonali użati għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew għat-tħaddim tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi skont l-Artikolu 30(1) u (5); |
|
(g) |
l-armonizzazzjoni tal-metodoloġija għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew għall-kondiviżjoni tar-riżervi skont l-Artikolu 38(3); |
|
(h) |
il-metodoloġija għal proċess koottimizzat tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali skont l-Artikolu 40(1); |
|
(i) |
ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju tal-enerġija intenzjonat skont l-Artikolu 50(1); |
|
(j) |
l-armonizzazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-issetiljar tal-iżbilanċi skont l-Artikolu 52(2). |
L-Istat Membru jista’ jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-ewwel subparagrafu.
3. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat:
|
(a) |
il-qafas, għaż-żona ġeografika li tikkonċerna t-TSOs kollha li jwettqu proċess tar-rimpjazzament tar-riżervi skont il-Parti IV tar-Regolament (UE) 2017/1485, għall-istabbiliment tal-pjattaforma Ewropea għar-riżervi ta’ rimpjazzament skont l-Artikolu 19(1); |
|
(b) |
għaż-żona ġeografika li tikkonċerna żewġ TSOs jew aktar li jiskambjaw jew li jkunu jixtiequ jiskambjaw bejniethom il-kapaċità tal-ibbilanċjar, l-istabbiliment ta’ regoli u proċess komuni u armonizzati għall-iskambju u l-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 33(1); |
|
(c) |
għaż-żona ġeografika li tkopri lit-TSOs li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-probabbiltà tal-kapaċità transżonali disponibbli wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata skont l-Artikolu 33(6); |
|
(d) |
l-eżenzjoni, għaż-żona ġeografika li fiha jkun sar l-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, sabiex il-fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar ma jkunux jistgħu jittrasferixxu l-obbligi tagħhom li jipprovdu kapaċità tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 34(1); |
|
(e) |
l-applikazzjoni ta’ mudell TSO-BSP, f’żona ġeografika li tinkludi żewġ TSOs jew aktar, skont l-Artikolu 35(1); |
|
(f) |
il-metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità transżonali għal kull reġjun bil-kapaċità kalkolata skont l-Artikolu 37(3); |
|
(g) |
f’żona ġeografika li tinkludi żewġ TSOs jew aktar, l-applikazzjoni tal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riżervi skont l-Artikolu 38(1); |
|
(h) |
għal kull reġjun bil-kapaċità kalkolata, il-metodoloġija għal proċess ta’ allokazzjoni bbażat fuq is-suq tal-kapaċità transżonali skont l-Artikolu 41(1); |
|
(i) |
għal kull reġjun bil-kapaċità kalkolata, il-metodoloġija għal proċess ta’ allokazzjoni tal-kapaċità transżonali abbażi ta’ analiżi tal-effiċjenza ekonomika u l-lista ta’ kull allokazzjoni individwali tal-kapaċità transżonali abbażi ta’ analiżi tal-effiċjenza ekonomika skont l-Artikolu 42(1) sa (5); |
|
(j) |
għaż-żona ġeografika li tinkludi t-TSOs kollha li jiskambjaw l-enerġija intenzjonalment f’żona sinkronika, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju maħsub tal-enerġija skont l-Artikolu 50(3); |
|
(k) |
għaż-żona ġeografika li tinkludi t-TSOs kollha konnessi asinkronikament li jiskambjaw l-enerġija intenzjonalment, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambju maħsub tal-enerġija skont l-Artikolu 50(4); |
|
(l) |
għal kull żona sinkronika, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambji tal-enerġija mhux intenzjonati skont l-Artikolu 51(1); |
|
(m) |
għaż-żona ġeografika li tinkludi t-TSOs kollha konnessi asinkronikament, ir-regoli tal-issetiljar TSO-TSO għall-iskambji tal-enerġija mhux intenzjonati skont l-Artikolu 51(2); |
|
(n) |
l-eżenzjoni, fil-livell taż-żona sinkronika, għall-armonizzazzjoni tal-perjodi tal-issetiljar tal-iżbilanċi skont l-Artikolu 53(2); |
|
(o) |
għaż-żona ġeografika li tinkludi żewġ TSOs jew aktar li jiskambjaw il-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-prinċipji għall-algoritmi tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 58(3). |
L-Istat Membru jista’ jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-ewwel subparagrafu.
4. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn kull awtorità regolatorja ta’ kull Stat Membru kkonċernat fuq bażi ta’ każ b’każ:
|
(a) |
l-eżenzjoni li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-prezzijiet offruti tal-enerġija tal-ibbilanċjar jew tal-offerti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar minħabba tħassib dwar abbuż tas-suq skont l-Artikolu 12(4); |
|
(b) |
fejn ikun xieraq, il-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-azzjonijiet meħuda mid-DSOs, skont l-Artikolu 15(3); |
|
(c) |
it-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 18; |
|
(d) |
id-definizzjoni u l-użu ta’ prodotti speċifiċi skont l-Artikolu 26(1); |
|
(e) |
il-limitazzjoni fuq l-ammont ta’ offerti li jgħaddi għal għand il-pjattaformi Ewropej skont l-Artikolu 29(10); |
|
(f) |
l-eżenzjoni ta’ akkwist separat tal-kapaċità tal-ibbilanċjar ’l fuq u ’l isfel skont l-Artikolu 32(3); |
|
(g) |
fejn ikun xieraq, il-mekkaniżmu tal-issetiljar addizzjonali separat mill-issetiljar tal-iżbilanċ, għall-ħlas tal-kostijiet tal-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħra marbuta mal-ibbilanċjar mal-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar skont l-Artikolu 44(3); |
|
(h) |
id-derogi minn dispożizzjoni waħda jew aktar ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 62(2); |
|
(i) |
l-ispejjeż relatati mal-obbligi imposti fuq l-operaturi tas-sistema jew entitajiet terzi assenjati f’konformità ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 8(1). |
L-Istat Membru jista’ jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-ewwel subparagrafu.
5. Il-proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandha tinkludi skeda ta’ żmien proposta għall-implimentazzjoni tagħhom u deskrizzjoni tal-impatt mistenni tagħhom fuq l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni ma għandux ikun itwal minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, ħlief meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti kollha jaqblu li jestendu l-perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni jew meta jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien differenti f’dan ir-Regolament. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni minn diversi awtoritajiet regolatorji skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija fi żmien ġimgħa minn meta jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet regolatorji. Il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni minn awtorità regolatorja waħda skont il-paragrafu 4 jistgħu jiġu ppreżentati lill-Aġenzija fi żmien xahar minn meta jiġu ppreżentati skont id-diskrezzjoni tal-awtorità regolatorja filwaqt li għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-Aġenzija għal finijiet ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 jekk l-Aġenzija tqis li l-proposta għandha impatt transfruntiera. Fuq talba mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni dwar il-proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien tliet xhur.
6. Meta l-approvazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-emenda skont l-Artikolu 6 tkun teħtieġ deċiżjoni minn aktar minn awtorità regolatorja waħda, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mill-qrib u jikkoordinaw ma’ xulxin sabiex jilħqu ftehim. Meta l-Aġenzija toħroġ opinjoni, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom iqisu dik l-opinjoni. L-awtoritajiet regolatorji jew, meta tkun kompetenti, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont il-paragrafi 2, 3 u 4, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji mill-Aġenzija jew mill-awtorità regolatorja rilevanti jew, fejn ikun applikabbli, mill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata. Il-perjodu għandu jibda fil-jum wara dak li fih il-proposta tkun ġiet ippreżentata lill-Aġenzija skont il-paragrafu 2, lill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata skont il-paragrafu 3 jew, fejn ikun applikabbli, lill-awtorità regolatorja rilevanti skont il-paragrafu 4.
7. Meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti ma jkunux setgħu jilħqu ftehim fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-proposti ppreżentati għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien sitt xhur mill-jum tar-riferiment, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
8. Kwalunkwe parti tista’ tilmenta kontra operatur tas-sistema jew TSO rilevanti fir-rigward tal-obbligi jew id-deċiżjonijiet ta’ dak l-operatur tas-sistema jew TSO skont dan ir-Regolament u tista’ tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja rilevanti li, waqt li taġixxi bħala awtorità għas-soluzzjoni tat-tilwim, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-ilment. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra meta tintalab informazzjoni addizzjonali mill-awtorità regolatorja rilevanti. Dak il-perjodu estiż jista’ jiġi estiż aktar bil-qbil tal-ilmentatur. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja rilevanti għandha tkun vinkolanti kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b’appell.
Artikolu 6
Emendi għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
1. Meta l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti kollha flimkien jew l-awtorità regolatorja rilevanti tkun teħtieġ emenda sabiex jiġu approvati t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont l-Artikolu 5(2), (3) u (4) rispettivament, it-TSOs rilevanti għandhom jippreżentaw proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati għall-approvazzjoni fi żmien xahrejn wara t-talba mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jiddeċiedu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien xahrejn minn meta jiġu ppreżentati.
2. Meta l-awtoritajiet regolatorji rilevanti ma jkunux setgħu jilħqu ftehim dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Jekk it-TSOs rilevanti jonqsu milli jissottomettu proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 4.
3. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji, meta jkunu responsabbli għall-adozzjoni ta’ termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji skont l-Artikolu 5(2), (3) u (4), jistgħu rispettivament jitolbu proposti biex jiġu emendati dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji u jiddeterminaw skadenza għall-preżentazzjoni ta’ dawk il-proposti. It-TSOs responsabbli għall-iżvilupp ta’ proposta għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu jipproponu emendi lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Aġenzija. Il-proposti biex jiġu emendati t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandhom jiġu ppreżentati għal konsultazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 4 u 5.
Artikolu 7
Pubblikazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fuq l-Internet
It-TSOs responsabbli biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament għandhom jippubblikawhom fuq l-Internet wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti jew, meta ma tkun meħtieġa l-ebda approvazzjoni bħal din, wara li jiġu stabbiliti, ħlief fejn tali informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 11.”
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1485
L-Artikoli 5 sa 8 tar-Regolament (UE) 2017/1485 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
1. It-TSOs għandhom jiżviluppaw il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa minn dan ir-Regolament u jippreżentawhom għall-approvazzjoni lill-Aġenzija skont l-Artikolu 6(2), lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti skont l-Artikolu 6(3), jew lill-entità maħtura mill-Istat Membru skont l-Artikolu 6(4) u (5) sal-iskadenzi rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari f’każijiet fejn ma tkunx tista’ tintlaħaq skadenza minħabba ċirkostanzi esterni għall-isfera tat-TSOs, l-iskadenzi għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu jiġu estiżi mill-Aġenzija fi proċeduri skont l-Artikolu 6(2), b’mod konġunt mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha fi proċeduri skont l-Artikolu 6(3), u mill-awtorità regolatorja kompetenti fi proċeduri skont l-Artikolu 6(4) u (5).
2. Meta proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament tkun teħtieġ li tiġi żviluppata u maqbula minn aktar minn TSO wieħed, it-TSOs parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib. It-TSOs, bl-għajnuna tal-ENTSO tal-Elettriku, għandhom jinformaw regolarment lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Aġenzija dwar il-progress fl-iżvilupp ta’ dawk il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji.
3. Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 6(2) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti skont l-Artikolu 6(2) għandha teħtieġ maġġoranza ta’:
|
(a) |
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 55 % tal-Istati Membri; u |
|
(b) |
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
4. Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 6(2) għandha tinkludi TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas erba’ Stati Membri, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
5. Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont l-Artikolu 6(3) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim u meta r-reġjuni kkonċernati jkunu magħmula minn aktar minn ħames Stati Membri, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti skont l-Artikolu 6(3) għandha teħtieġ maġġoranza ta’:
|
(a) |
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 72 % tal-Istati Membri kkonċernati; u |
|
(b) |
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat. |
6. Il-minoranza li timblokka għad-deċiżjonijiet dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 6(3) għandha tinkludi mill-inqas għadd minimu ta’ TSOs li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, flimkien ma’ TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas Stat Membru addizzjonali wieħed ikkonċernat, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kwalifikata għandha titqies li tkun inkisbet.
7. It-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont l-Artikolu 6(3) fir-rigward ta’ reġjuni magħmulin minn ħames Stati Membri jew inqas għandhom jiddeċiedu b’kunsens.
8. Għal deċiżjonijiet tat-TSOs dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 3 u 5, għandu jiġi attribwit vot wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn TSO wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jalloka s-setgħat tal-votazzjoni fost it-TSOs.
9. Meta t-TSOs jonqsu milli jippreżentaw proposta inizjali jew emendata għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji lill-awtoritajiet regolatorji jew lill-Aġenzija skont l-Artikoli 6 u 7 jew lill-entitajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(4) sal-iskadenzi stabbiliti f’dan ir-Regolament, dawn għandhom jipprovdu lill-entità maħtura, lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti u lill-Aġenzija bl-abbozzi rilevanti tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, u jispjegaw għaliex ma ntlaħaqx ftehim. L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha flimkien, jew l-entità kompetenti maħtura għandha tieħu l-passi xierqa għall-adozzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji meħtieġa skont l-Artikolu 6, pereżempju billi titlob emendi jew tirrevedi u tlesti l-abbozzi skont dan il-paragrafu, inkluż meta ma jkun ġie sottomess l-ebda abbozz, u tapprovahom.
Artikolu 6
Approvazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
1. Kull awtorità regolatorja jew, fejn ikun applikabbli, l-Aġenzija, skont il-każ, għandha tapprova l-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji żviluppati mit-TSOs skont il-paragrafi 2 u 3. L-entità maħtura mill-Istat Membru għandha tapprova l-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji żviluppati mit-TSOs skont il-paragrafu 4. L-entità maħtura għandha tkun l-awtorità regolatorja sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Istat Membru. Qabel ma tapprova l-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, l-awtorità regolatorja, l-Aġenzija jew l-entità maħtura għandha tirrevedi l-proposti fejn ikun meħtieġ, wara li tikkonsulta t-TSOs rispettivi, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-għan ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament xieraq tas-suq.
2. Il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Aġenzija, li dwarhom Stat Membru jista’ jipprovdi opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata:
|
(a) |
ir-rekwiżiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet organizzazzjonali ewlenin marbutin mal-iskambju tad-data b’rabta mas-sigurtà operazzjonali skont l-Artikolu 40(6); |
|
(b) |
il-metodoloġija għall-bini tal-mudelli tal-grilja komuni skont l-Artikolu 67(1) u l-Artikolu 70; |
|
(c) |
il-metodoloġija għall-koordinazzjoni tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali skont l-Artikolu 75. |
3. Il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat, li dwarhom Stat Membru jista’ jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata:
|
(a) |
il-metodoloġija għal kull żona sinkronika għad-definizzjoni ta’ inerzja minima skont l-Artikolu 39(3)(b); |
|
(b) |
dispożizzjonijiet komuni għal kull reġjun bil-kapaċità kalkolata għall-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 76; |
|
(c) |
il-metodoloġija, tal-inqas għal kull żona sinkronika, għall-valutazzjoni tar-rilevanza tal-assi għall-koordinazzjoni tal-indisponibilità skont l-Artikolu 84; |
|
(d) |
il-metodoloġiji, il-kundizzjonijiet u l-valuri inklużi fil-ftehimiet operazzjonali dwar iż-żoni sinkroniċi fl-Artikolu 118 dwar:
|
|
(e) |
il-metodoloġiji u l-kundizzjonijiet inklużi fil-ftehimiet operazzjonali dwar il-blokok LFC imsemmija fl-Artikolu 119, li jikkonċernaw:
|
|
(f) |
il-miżuri ta’ mitigazzjoni għal kull żona sinkronika jew għal kull blokka LFC skont l-Artikolu 138; |
|
(g) |
proposta komuni għal kull żona sinkronika għad-determinazzjoni tal-blokok LFC skont l-Artikolu 141(2). |
4. Sakemm ma jiġix iddeterminat mod ieħor mill-Istat Membru, il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni individwali mill-entità maħtura skont il-paragrafu 1 mill-Istat Membru:
|
(a) |
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-proposta ta’ kull TSO li tispeċifika l-livell tat-telf tad-domanda li fih is-sistema ta’ trażmissjoni għandha tkun fl-istat ta’ blekawt; |
|
(b) |
l-ambitu tal-iskambju tad-data mad-DSOs u mal-utenti sinifikanti tal-grilja skont l-Artikolu 40(5); |
|
(c) |
ir-rekwiżiti addizzjonali għall-gruppi tal-forniment tal-FCR skont l-Artikolu 154(3); |
|
(d) |
l-esklużjoni tal-gruppi tal-forniment tal-FCR mill-forniment tal-FCR skont l-Artikolu 154(4); |
|
(e) |
għaż-żoni sinkroniċi Nordiċi u tal-Ewropa Kontinentali, il-proposta dwar il-perjodu interim minimu ta’ attivazzjoni li għandu jiġi żgurat mill-fornituri tal-FCR kif propost mit-TSO skont l-Artikolu 156(9); |
|
(f) |
ir-rekwiżiti tekniċi tal-FRR iddefiniti mit-TSO skont l-Artikolu 158(3); |
|
(g) |
ir-rifjut tal-gruppi tal-forniment tal-FRR mill-forniment tal-FRR skont l-Artikolu 159(7); |
|
(h) |
ir-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-unitajiet tal-forniment tal-RR u tal-gruppi tal-forniment tal-RR iddefiniti mit-TSO skont l-Artikolu 161(3); u |
|
(i) |
r-rifjut tal-gruppi tal-forniment tal-RR mill-forniment tal-RR skont l-Artikolu 162(6). |
5. Meta operatur tas-sistema jew TSO rilevanti individwali jkun meħtieġ jew permess skont dan ir-Regolament li jispeċifika jew jaqbel dwar rekwiżiti li mhumiex soġġetti għall-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mill-awtorità regolatorja kompetenti ta’ dawk ir-rekwiżiti u kwalunkwe emenda tagħhom.
6. Il-proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandha tinkludi skeda ta’ żmien proposta għall-implimentazzjoni tagħhom u deskrizzjoni tal-impatt mistenni tagħhom fuq l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni minn diversi awtoritajiet regolatorji skont il-paragrafu 3 għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija fi żmien ġimgħa minn meta jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet regolatorji. Il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji soġġetti għall-approvazzjoni minn entità maħtura skont il-paragrafu 4 jistgħu jiġu ppreżentati lill-Aġenzija fi żmien xahar minn meta jiġu ppreżentati skont id-diskrezzjoni tal-entità maħtura filwaqt li għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-Aġenzija għal finijiet ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 jekk l-Aġenzija tqis li l-proposta għandha impatt transfruntiera. Fuq talba mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti, l-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni fi żmien 3 xhur dwar il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji.
7. Meta l-approvazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafu 3 jew l-emenda skont l-Artikolu 7 tkun teħtieġ deċiżjoni minn aktar minn awtorità regolatorja waħda skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin u jikkooperaw u jikkoordinaw mill-qrib bejniethom sabiex jilħqu ftehim. Meta l-Aġenzija toħroġ opinjoni, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom iqisu dik l-opinjoni. L-awtoritajiet regolatorji jew, meta tkun kompetenti, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjonijiet dwar il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont il-paragrafi 2 u 3 fi żmien sitt xhur wara li tirċievi l-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji mill-Aġenzija jew mill-awtorità regolatorja jew, fejn ikun applikabbli, mill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata. Il-perjodu għandu jibda fil-jum wara dak li fih il-proposta tkun ġiet ippreżentata lill-Aġenzija skont il-paragrafu 2 jew lill-aħħar awtorità regolatorja kkonċernata skont il-paragrafu 3.
8. Meta l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 7, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-proposti ppreżentati għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942..
9. Meta l-approvazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tkun teħtieġ deċiżjoni minn entità maħtura waħda skont il-paragrafi 4 jew minn awtorità regolatorja kompetenti skont il-paragrafu 5, l-entità maħtura jew l-awtorità regolatorja kompetenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 6 xhur wara li tirċievi l-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji. Il-perjodu għandu jibda fil-jum wara dak li fih il-proposta tkun ġiet ippreżentata lill-entità maħtura skont il-paragrafu 4 jew lill-awtorità regolatorja kompetenti skont il-paragrafu 5.
10. Kull parti tista’ tilmenta kontra operatur tas-sistema jew TSO rilevanti fir-rigward tal-obbligi jew id-deċiżjonijiet tal-operatur tas-sistema jew tat-TSO rilevanti skont dan ir-Regolament u tista’ tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, waqt li taġixxi bħala awtorità għas-soluzzjoni tat-tilwim, għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien xahrejn wara li tkun irċeviet l-ilment. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra meta tintalab informazzjoni addizzjonali mill-awtorità regolatorja. Dak il-perjodu estiż jista’ jiġi estiż aktar bil-qbil tal-ilmentatur. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja għandha tkun vinkolanti kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b’appell.
Artikolu 7
Emendi għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
1. Meta l-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti kollha flimkien jitolbu emenda sabiex japprovaw il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 6 rispettivament, it-TSOs rilevanti għandhom jippreżentaw proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati għall-approvazzjoni fi żmien xahrejn wara t-talba mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien xahrejn minn meta jiġu ppreżentati.
2. Meta entità maħtura tkun teħtieġ emenda sabiex tapprova l-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji ppreżentati skont l-Artikolu 6(4) jew l-awtorità regolatorja kompetenti tkun teħtieġ emenda sabiex tapprova r-rekwiżiti ppreżentati skont l-Artikolu 6(5), it-TSO rilevanti għandu jippreżenta proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jew ir-rekwiżiti emendati għall-approvazzjoni fi żmien xahrejn wara t-talba mill-entità maħtura jew l-awtorità regolatorja kompetenti. L-entità maħtura jew l-awtorità regolatorja kompetenti għandha tiddeċiedi dwar il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien xahrejn wara li jiġu ppreżentati.
3. Meta l-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma jkunux setgħu jilħqu ftehim dwar il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 6 fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, jew fuq talba konġunta tagħhom, jew fuq talba tal-Aġenzija skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati fi żmien sitt xhur, skont l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Jekk it-TSOs rilevanti jonqsu milli jippreżentaw proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji emendati, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 5(9).
4. L-Aġenzija jew l-awtoritajiet regolatorji jew l-entitajiet maħtura, meta jkunu responsabbli għall-adozzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 6, jistgħu rispettivament jitolbu proposti biex jiġu emendati dawk il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji u jiddeterminaw skadenza għas-sottomissjoni ta’ dawk il-proposti. It-TSOs responsabbli għall-iżvilupp ta’ proposta għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji jistgħu jipproponu emendi lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Aġenzija. Il-proposti għall-emendar tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandhom jiġu ppreżentati għall-konsultazzjoni jekk ikun applikabbli skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 u approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 5 u 6.
Artikolu 8
Pubblikazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fuq l-Internet
1. It-TSOs responsabbli biex jispeċifikaw il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont dan ir-Regolament għandhom jippubblikawhom fuq l-Internet wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew, meta ma tkun meħtieġa l-ebda approvazzjoni bħal din, wara l-ispeċifikazzjoni tagħhom, ħlief fejn tali informazzjoni titqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 12.
2. Il-pubblikazzjoni għandha tikkonċerna wkoll:
|
(a) |
it-titjib tal-għodod tal-operat tan-network skont l-Artikolu 55(e); |
|
(b) |
il-parametri fil-mira tal-FRCE skont l-Artikolu 128; |
|
(c) |
ir-restrizzjonijiet fuq il-kalar fuq il-livell taż-żona sinkronika skont l-Artikolu 137(1); |
|
(d) |
ir-restrizzjonijiet fuq il-kalar fuq il-livell tal-blokka LFC skont l-Artikolu 137(3); |
|
(e) |
il-miżuri meħuda fl-istat ta’ allert minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed riżervi ta’ potenza attiva skont l-Artikolu 152(11); u |
|
(f) |
t-talba tat-TSO tal-konnessjoni tar-riżervi lill-fornitur tal-FCR biex jagħmel l-informazzjoni disponibbli f’ħin reali skont l-Artikolu 154(11).” |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi linji gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 42).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 6).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22).
(7) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 fil-kawża T-332/17, E-Control Austria vs ACER.
DEĊIŻJONIJIET
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2021/281
tat-22 ta’ Frar 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha l-vantaġġi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 47 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (1) (Il-“Ftehim ITER”) ġie ffirmat f’Novembru 2006 mill-Euratom, iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti. Il-Euratom, li huwa l-Parti Ospitanti skont il-Ftehim ITER, ħa t-tmexxija ta’ dan il-proġett. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2007/198/Euratom (2), il-Kunsill stabbilixxa l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) (“l-Impriża Konġunta”) biex tipprovdi għall-kontribuzzjoni tal-Euratom għall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER u għall-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ mal-Ġappun u biex tħejji u tikkoordina programm ta’ attivitajiet bi tħejjija għall-kostruzzjoni ta’ reattur dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni u faċilitajiet relatati. |
|
(3) |
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2007/198/Euratom jipprevedi li l-Impriża Konġunta għandu jkollha regolament finanzjarju distint ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (3) u li jista’ jiżvija minn dak ir-Regolament ta’ Delega meta l-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tal-Impriża Konġunta jirrikjedu dan, soġġett għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni. It-Titolu IV tar-regolament finanzjarju tal-Impriża Konġunta jirregola l-implimentazzjoni tal-baġit. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2007/198/Euratom ipprovdiet ammont ta’ referenza finanzjarju li tqies bħala neċessarju għall-Impriża Konġunta, flimkien mal-kontribuzzjoni totali indikattiva tal-Euratom għal dak l-ammont, li għandu jkun disponibbli permezz tal-programmi Komunitarji ta’ riċerka u taħriġ li ġew adottati skont l-Artikolu 7 tat-Trattat jew permezz ta’ kwalunkwe deċiżjoni oħra adottata mill-Kunsill. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2007/198/Euratom ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/791/Euratom (4) biex tippermetti l-finanzjament tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għall-perijodu tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (5). |
|
(6) |
Linja bażi ġdida tal-proġett ITER, li tħejjiet bħala parti mit-titjib fil-ġestjoni tal-proġett, kisbet l-appoġġ tal-Kunsill ITER fl-2016 u l-2017. Sussegwentement intużat biex jiġu stmati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Impriża Konġunta. L-iskeda aġġornata tal-linja bażi l-ġdida tipprevedi li l-Ewwel Plażma ser tinkiseb f’Diċembru 2025 u operazzjoni bi prestazzjoni sħiħa, bl-użu ta’ fjuwil tad-dewterju-tritju, fl-2035. Dik l-iskeda ma tinkludix il-kontinġenzi u għalhekk tassumi li r-riskji maġġuri kollha għandhom jiġu mitigati. |
|
(7) |
Fit-12 ta’ April 2018, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn kontinwu tal-Euratom għat-tlestija b’suċċess tal-proġett ITER u ta mandat lill-Kummissjoni biex tapprova l-linja bażi l-ġdida tal-proġett ITER f’isem l-Euratom f’laqgħa tal-Kunsill ITER fil-livell Ministerjali. Fl-istess ħin, il-Kunsill talab li l-Impriża Konġunta tkompli twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ rapportar u rieżami skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2010 u twettaq valutazzjonijiet indipendenti regolari tal-progress tal-ITER b’enfasi fuq il-prestazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti, inkluż it-trażżin tal-kostijiet, il-kontroll tal-iskeda tal-proġetti kif ukoll il-ġestjoni tar-riskji. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni ser tippermetti sinerġiji u komplementaritajiet mal-attivitajiet ta’ riċerka dwar il-fużjoni ffinanzjati permezz tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom. Il-kostruzzjoni u l-operazzjoni b’suċċess tal-ITER jinsabu fuq il-perkors kritiku tal-pjan direzzjonali Ewropew dwar il-fużjoni approvat mill-partijiet ikkonċernati kollha involuti fir-riċerka dwar il-fużjoni fl-Ewropa. |
|
(9) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew il-livell massimu tal-impenji tal-Euratom għall-ITER fil-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (6) (il-“QFP 2021-2027”) għal EUR 5 614 000 000 fi prezzijiet kurrenti. |
|
(10) |
B’rispett sħiħ tad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita tal-enerġija tagħhom, l-azzjonijiet skont din id-Deċiżjoni jistgħu jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi tal-pjan direzzjonali Ewropew dwar il-fużjoni. |
|
(11) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7), jenħtieġ li l-ITER jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni eċċessiva u l-piżijiet amministrattivi. Fejn ikun xieraq, dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi kwantifikabbli, bħala bażi tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-ITER. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni ser jiġu komunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Jekk il-perijodi tal-evalwazzjonijiet ex post u interim ikunu qrib xulxin, jenħtieġ li jkun possibbli li ż-żewġ evalwazzjonijiet jingħaqdu f’evalwazzjoni waħda li tkopri perijodu kkombinat. |
|
(12) |
F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ir-‘Regolament Finanzjarju’), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (10), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) u (UE) 2017/1939 (12), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Komunità permezz tal-għoti ta’ informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, fosthom il-media u l-pubbliku. |
|
(14) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom tiġi emendata biex tippermetti l-finanzjament tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta u l-attivitajiet relatati tal-Kummissjoni għall-perijodu 2021-2027 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(15) |
Sabiex tiġi żgurata t-tlestija b’suċċess tal-proġett ITER u l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti mill-bidu tal-QFP 2021-2027 din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika, b’effett retroeffettiv, mill-1 ta’ Jannar 2021 u jenħtieġ li tidħol fis-seħħ b’mod urġenti. |
|
(16) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/198/Euratom jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/198/Euratom hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Jitħassar l-Artikolu 5b; |
|
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5c Evalwazzjoni 1. L-evalwazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu regolarment u f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. 2. Ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni matul il-perijodu 2021-2027, il-Kummissjoni għandha titwettaq evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni l-aktar tard sal-2024. 3. Fi tmiem l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-aktar tard sa erba’ snin wara t-tmiem tal-perijodu speċifikat fl-Artikolu 4(3), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. 4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, imwettaq skont dan l-Artikolu, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.”; |
|
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5d Komunikazzjoni, viżibbiltà u pubbliċità 1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Komunità għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Komunità, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku. 2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati ma’ din id-Deċiżjoni, mal-azzjonijiet meħuda skont din id-Deċiżjoni u mar-riżultati miksuba. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal din id-Deċiżjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 358, 16.12.2006, p. 62.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha l-vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/791/Euratom tat-13 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 100).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
(7) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(13) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/282
tat-22 ta’ Frar 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ April 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/598 (1) li taħtar lis-Sur Peter BURIAN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 (2) li testendi l-mandat tas-Sur BURIAN bħala r-RSUE għall-Asja Ċentrali. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/252 (3). Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-28 ta’ Frar 2021. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ erba’ xhur, fl-ammont ta’ referenza finanzjarja kif stabbilita fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/904, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/252. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Peter BURIAN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali huwa estiż sat-30 ta’ Ġunju 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ),”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 14, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ April 2021.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/598 tal-15 ta’ April 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 99, 16.4.2015, p. 25).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/904 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 12).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/252 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 54I, 26.2.2020, p. 7).
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/283
tat-22 ta’ Frar 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2274 (1) li taħtar lis-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 (2) li testendi l-mandat tas-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-RSUE għas-Saħel. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/253 (3). Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-28 ta' Frar 2021. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta erba’ xhur, fl-ammont ta' referenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/906, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/253. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej : "Il-mandat tas-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel huwa estiż sat-30 ta' Ġunju 2021. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ)."; |
|
(2) |
fl-Artikolu 14, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta' April 2021.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2274 tas-7 ta' Diċembru 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 44).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/906 tal-25 ta' Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 22).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/253 tal-25 ta' Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 54I , 26.2.2020, p. 9).
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/284
tat-22 ta’ Frar 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/346 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-28 ta' Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2012/346 (1) li taħtar lis-Sur Eamon GILMORE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-28 ta' Frar 2021. |
|
(2) |
Il-mandat tar-RSUE jenħtieġ li jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2021 sat-28 ta' Frar 2023. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/346 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Eamon GILMORE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa estiż sat-28 ta' Frar 2023. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta’ valutazzjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2021 sat-28 ta' Frar 2023 għandu jkun ta' EUR 2 690 000,00 ”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 12, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta' progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sat-30 ta' Novembru 2022.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/346 tat-28 ta’ Frar 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 62. 1.3.2019, p. 12).
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/285
tat-22 ta’ Frar 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2071 (1) li taħtar lis-Sur Toivo KLAAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/254 (3). Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-28 ta’ Frar 2021. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2021 sat-28 ta’ Frar 2022. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Toivo KLAAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia huwa estiż sat-28 ta’ Frar 2022. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”; |
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Mandat Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2021 sat-28 ta’ Frar 2022 għandu jkun ta’ EUR 2 940 000 ”; |
|
(4) |
fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta’ progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sat-30 ta’ Novembru 2021.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2071 tat-13 ta’ Novembru 2017 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 55).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/907 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 27).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/254 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 54I, 26.2.2020, p. 11).
|
23.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/286
tat-22 ta’ Frar 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Settembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248 (1) li taħtar lis-Sa Susanna TERSTAL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN). |
|
(2) |
Fil-25 ta' Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/250 (2) li testendi l-mandat tas-Sa Susanna TERSTAL bħala r-RSUE għall-PPLN. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-28 ta' Frar 2021. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-PPLN jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta' xahrejn, fl-ammont ta' referenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2020/250. |
|
(4) |
Ir-RSUE għall-PPLN ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sa Susanna TERSTAL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) huwa estiż sat-30 ta' April 2021.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1248 tat-18 ta' Settembru 2018 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 9).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/250 tal-25 ta' Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 54 I, 26.2.2020, p. 3).