ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 58

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
19 ta' Frar 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/250 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tal-eżenzjoni temporanja mir-regoli dwar l-użu ta’ slots fl-ajruporti tal-Unjoni minħabba l-kriżi tal-COVID-19 ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (PESK) 2021/251 tat-18 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/252 tad-29 ta’ Jannar 2021 li jopera tnaqqis mill-kwota tas-sajd Portugiża disponibbli għall-inċova, minħabba sajd eċċessiv fis-sena preċedenti

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/253 tas-17 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/254 tat-18 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 u r-Regolamenti (KE) Nru 218/2007 u (KE) Nru 1518/2007 fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit u li jeskludi dawk il-prodotti mill-kwoti tariffarji bil-perjodi tal-kwota li għaddejjin attwalment

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/255 tat-18 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ( 1 )

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/256 tat-18 ta’ Frar 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ( 1 )

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/257 tat-18 ta’ Frar 2021 b’appoġġ għall-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/258 tat-18 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/259 tal-10 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dwar is-sigurtà industrijali fir-rigward ta’ għotjiet ikklassifikati

55

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/1


REGOLAMENT (UE) 2021/250 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tal-eżenzjoni temporanja mir-regoli dwar l-użu ta’ slots fl-ajruporti tal-Unjoni minħabba l-kriżi tal-COVID-19

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-kriżi tal-COVID-19 wasslet għal tnaqqis qawwi fit-traffiku tal-ajru minħabba tnaqqis sinifikanti fid-domanda u minħabba miżuri diretti li ttieħdu mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi biex jikkontrollaw it-tixrid tal-COVID-19. L-impatt fuq it-trasportaturi tal-ajru ilu detrimentali mill-1 ta’ Marzu 2020, u dan x’aktarx li jkompli fis-snin li ġejjin.

(2)

Dawk iċ-ċirkostanzi huma lil hinn mill-kontroll tat-trasportaturi tal-ajru u wasslu għall-kanċellazzjoni volontarja jew obbligatorja tas-servizzi tal-ajru tagħhom. B’mod partikolari, il-kanċellazzjonijiet volontarji jipproteġu s-saħħa finanzjarja tat-trasportaturi tal-ajru u jevitaw l-impatt ambjentali negattiv ikkawżat minn titjiriet vojta jew fil-maġġoranza tagħhom vojta, biss biex jinżammu s-slots tagħhom.

(3)

Iċ-ċifri ppubblikati mill-Eurocontrol, li hija l-maniġer tan-network għall-funzjonijiet tan-network tat-traffiku tal-ajru, tal-ajru uniku Ewropew, jindikaw tnaqqis kontinwu sena wara l-oħra fit-traffiku tal-ajru ta’ madwar 74 % minn nofs Ġunju 2020.

(4)

Mhuwiex possibbli, abbażi tal-prenotazzjonijiet magħrufa, ta’ tbassir mill-Eurocontrol u tat-tbassir epidemjoloġiku, li jiġi mbassar meta l-perjodu ta’ domanda mnaqqsa ħafna kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19 aktarx jintemm. Skont l-aħħar tbassir tal-Eurocontrol, fi Frar 2021 it-traffiku tal-ajru se jkun madwar nofs il-livell ta’ Frar 2020. It-tbassir li jestendi lil hinn minn dik id-data jiddependi fuq għadd ta’ fatturi mhux magħrufa, bħad-disponibbiltà ta’ vaċċini kontra l-COVID-19. F’dawn iċ-ċirkostanzi, it-trasportaturi tal-ajru li jonqsu milli jużaw is-slots tagħhom skont ir-rata tal-użu tas-slots stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (3) jenħtieġ li ma jitilfux awtomatikament il-preċedenza fir-rigward tas-serje ta’ slots stabbilita fl-Artikoli 8(2) u 10(2) ta’ dak ir-Regolament, li f’ċirkostanzi oħra kienu jgawdu minnhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi.

(5)

Dawk ir-regoli jenħtieġ li fl-istess ħin jindirizzaw l-impatti potenzjalment negattivi fuq il-kompetizzjoni tat-trasportaturi tal-ajru. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-ajru li jkunu lesti jipprovdu servizzi jitħallew jużaw kapaċità mhux użata u jkollhom il-possibbiltà li jżommu tali slots fit-tul. Jenħtieġ li jinżammu l-inċentivi tat-trasportaturi tal-ajru biex tintuża l-kapaċità tal-ajruporti, li min-naħa tagħha hija ta’ benefiċċju għall-konsumaturi.

(6)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu stipulati, skont dawn il-prinċipji u għal perjodu limitat, il-kundizzjonijiet li skonthom it-trasportaturi tal-ajru jibqgħu intitolati għas-serje ta’ slots skont l-Artikoli 8(2) u 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, u li jiġu stabbiliti rekwiżiti għat-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jirrilaxxaw il-kapaċità mhux użata.

(7)

Għall-perjodu li matulu t-trasport bl-ajru jiġi milqut b’mod negattiv mill-kriżi tal-COVID-19, id-definizzjoni tat-terminu “membru ġdid” jenħtieġ li titwessa’ biex jiżdied l-għadd ta’ trasportaturi tal-ajru koperti, biex b’hekk aktar trasportaturi tal-ajru jingħataw l-opportunità li jistabbilixxu u jespandu l-operazzjonijiet tagħhom, jekk jixtiequ jagħmlu dan. Madankollu, jeħtieġ li l-privileġġi korrispondenti għal trasportaturi tal-ajru, koperti minn dik id-definizzjoni, jiġu limitati għal membri ġodda ġenwini billi jiġi eskluż kwalunkwe trasportatur tal-ajru li, flimkien mal-kumpanija omm tiegħu, jew mas-sussidjarji tiegħu stess jew ma’ sussidjarji tal-kumpanija omm tiegħu, ikollu aktar minn 10 % tal-għadd totali ta’ slots allokati fil-jum inkwistjoni f’kull ajruport partikolari.

(8)

Matul il-perjodu li fih tiġi applikata l-eżenzjoni mir-regoli dwar l-użu tas-slots, jenħtieġ li s-sistema tal-allokazzjoni tas-slots tirrikonoxxi l-isforzi tat-trasportaturi tal-ajru li jkunu operaw titjiriet bl-użu ta’ slots li huma parti minn serje li hija bi dritt ta’ trasportatur tal-ajru ieħor skont l-Artikoli 8(2) u 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, iżda li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-koordinatur tas-slots għal riallokazzjoni temporanja. Għalhekk, jenħtieġ li t-trasportaturi tal-ajru li jkunu operaw mill-anqas ħames slots ta’ serje jirċievu prijorità għall-allokazzjoni ta’ dawk is-serje fil-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss, sakemm it-trasportatur tal-ajru intitolat għalihom skont dawk l-Artikoli ma jitlobhomx.

(9)

L-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji speċifiċi għall-COVID-19 fl-ajruporti tista’ tnaqqas il-kapaċità disponibbli, u dan jista’ joħloq il-ħtieġa li jiġu previsti parametri speċifiċi ta’ koordinazzjoni għall-COVID-19. F’tali sitwazzjonijiet, u sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni xierqa ta’ tali parametri, il-koordinaturi jenħtieġ li jitħallew jadattaw il-ħin tas-slots allokati lit-trasportaturi tal-ajru skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 jew li jikkanċellaw tali slots għall-perjodu ta’ skedar li matulu jkunu applikabbli miżuri sanitarji speċifiċi għall-COVID-19.

(10)

Biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-kapaċità tal-ajruport matul il-perjodu ta’ skedar tas-sajf 2021, jenħtieġ li t-trasportaturi tal-ajru jitħallew jirritornaw slots storiċi lill-koordinatur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ skedar sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati mill-ġdid fuq bażi ad hoc. It-trasportaturi tal-ajru li jirritornaw serje sħiħa ta’ slots qabel l-iskadenza stabbilita minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jżommu d-dritt tagħhom għall-istess serje ta’ slots f’dak l-ajruport għall-perjodu ta’ skedar tas-sajf 2022. Fid-dawl tal-miżuri l-oħra ta’ eżenzjoni mis-slots inklużi f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li t-trasportaturi tal-ajru li jkollhom għadd sinifikanti ta’ slots f’ajruport jitħallew jirritornaw massimu ta’ nofs is-slots tagħhom b’dan il-mod.

(11)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mar-regoli stabbiliti fit-Trattati u fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-konsegwenzi negattivi tal-miżuri possibbli adottati mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi li jindirizzaw it-tixrid tal-COVID-19 u li jirrestrinġu l-kapaċità li wieħed jivvjaġġa fi żmien qasir ħafna ma jistgħux jiġu attribwiti lit-trasportaturi tal-ajru u jenħtieġ li jiġu mitigati fejn dawk il-miżuri jkollhom impatt sinifikanti fuq il-vijabbiltà jew il-possibbiltà ta’ vjaġġar jew minħabba d-domanda fuq ir-rotot ikkonċernati. Jenħtieġ li dan jinkludi miżuri li jwasslu għal għeluq parzjali jew totali tal-fruntiera jew tal-ispazju tal-ajru jew għal għeluq jew tnaqqis parzjali jew totali tal-kapaċità tal-ajruporti partikolari, għal restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-ekwipaġġ tal-linji tal-ajru li jfixklu b’mod sinifikanti l-operat ta’ servizzi tal-ajru jew għal impediment serju fuq il-kapaċità tal-passiġġieri li jivvjaġġaw ma’ kwalunkwe trasportatur fuq ir-rotta kkonċernata, inklużi restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, restrizzjonijiet ta’ moviment jew miżuri ta’ kwarantina fil-pajjiż jew fir-reġjun ta’ destinazzjoni jew restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ servizzi essenzjali li jagħtu appoġġ dirett lill-operat ta’ servizz tal-ajru. Jenħtieġ li l-mitigazzjonijiet jiżguraw li t-trasportaturi tal-ajru ma jiġux penalizzati talli jkunu naqsu milli jużaw is-slots, meta dan in-nuqqas jirriżulta minn tali miżuri restrittivi li kienu għadhom ma ġewx ippubblikati meta l-islots ġew allokati. L-eżenzjoni speċifika mill-effetti tal-impożizzjoni ta’ tali miżuri jenħtieġ li tkun għal tul ta’ żmien limitat, u fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li ma ttawwalx aktar minn żewġ perjodi ta’ skedar konsekuttivi.

(12)

Matul perjodi fejn id-domanda tintlaqat b’mod sinifikanti b’riżultat tal-kriżi tal-COVID-19, it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jiġu rilaxxati, sal-punt meħtieġ, mir-rekwiżiti li jużaw is-slots sabiex iżommu l-intitolament għal dawk is-slots fil-perjodu ta’ skedar ekwivalenti sussegwenti. Dan jenħtieġ li jippermetti lit-trasportaturi tal-ajru jżidu s-servizzi meta ċ-ċirkostanzi jippermettu. Ir-rata minima tal-użu aktar baxxa, stabbilita għal dan il-għan jenħtieġ li tqis il-perspettiva tat-traffiku tal-ajru għall-2021, sa mill-bidu tal-2021, li hija ta’ 50 % tal-livelli tat-traffiku tal-2019, l-inċertezza dwar il-kriżi tal-COVID-19 u r-ritorn tal-fiduċja tal-konsumaturi u tal-livelli tat-traffiku.

(13)

Sabiex jiġi indirizzat l-impatt li qed jevolvi tal-kriżi tal-COVID-19 u n-nuqqas ta’ ċarezza li jirriżulta fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-livelli tat-traffiku f’nofs it-terminu ta’ żmien, u biex ikun hemm rispons flessibbli, fejn strettament meħtieġ u ġġustifikat, għall-isfidi li qed jiffaċċja bħala konsegwenza s-settur tat-trasport tal-ajru, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-emendar tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-regola dwar l-użu tas-slots u l-valuri perċentwali tar-rata tal-użu minima fi ħdan medda partikolari. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(14)

Sabiex ikunu jistgħu jwettqu t-tħejjijiet meħtieġa fil-ħin, it-trasportaturi tal-ajru u l-koordinaturi jeħtieġ li jkunu jafu bil-kundizzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-operat tas-slots f’perjodu ta’ skedar partikolari. Il-Kummissjoni għalhekk, jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tadotta l-atti delegati malajr kemm jista’ jkun u jenħtieġ li tadotta tali atti, fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza għar-ritorn tas-slots kif stabbilit fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93.

(15)

L-ajruporti, il-fornituri tas-servizzi tal-ajruport u t-trasportaturi tal-ajru jeħtieġ li jiġu informati dwar il-kapaċità disponibbli għall-finijiet ta’ ppjanar adegwat. It-trasportaturi tal-ajru għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-koordinatur għal riallokazzjoni possibbli lil trasportaturi tal-ajru oħrajn, kwalunkwe slot li mhumiex beħsiebhom jużaw kmieni kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn tliet ġimgħat qabel id-data ppjanata tal-operat tagħhom. Meta t-trasportaturi tal-ajru jonqsu milli jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit ripetutament u intenzjonalment, jew ma’ kwalunkwe rekwiżit ieħor tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, jenħtieġ li jiġu soġġetti għal penali jew miżuri ekwivalenti xierqa.

(16)

Fejn koordinatur ikun sodisfatt li trasportatur tal-ajru jkun waqaf jopera f’ajruport, il-koordinatur jenħtieġ li jirtira minnufih is-slots mit-trasportatur tal-ajru inkwistjoni u jpoġġihom fil-ġemgħa ta’ slots għar-riallokazzjoni lil trasportaturi oħrajn.

(17)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi u l-eżenzjoni mir-regoli ġenerali dwar l-użu tas-slots għal perjodu ta’ żmien limitat, bil-għan li jiġu mitigati l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 fuq it-traffiku tal-ajru, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(18)

Minħabba l-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali b’rabta mal-kriżi tal-COVID-19, hu meqjus xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni, li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(19)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, bħala kwistjoni ta’ urġenza jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 95/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 10a(3) “membru ġdid” għandha tfisser:

(i)

trasportatur tal-ajru li jitlob, bħala parti minn serje ta’ slots, slot f’ajruport f’jum partikolari, fejn, jekk it-talba tat-trasportatur tintlaqa’, dan fit-total ikollu anqas minn seba’ slots f’dak l-ajruport f’dak il-jum; jew

(ii)

trasportatur tal-ajru li jitlob serje ta’ slots għal servizz ta’ passiġġieri skedat mingħajr waqfien bejn żewġ ajruporti fl-Unjoni, fejn massimu ta’ żewġ trasportaturi oħra tal-ajru joperaw l-istess servizz skedat mingħajr waqfien bejn dawk l-ajruporti f’dak il-jum, u fejn, jekk it-talba tat-trasportatur tal-ajru tiġi aċċettata, it-trasportatur tal-ajru xorta waħda jkollu anqas minn disa’ slots fl-iskeda f’dak l-ajruport f’dak il-jum għal dak is-servizz mingħajr waqfien.

Trasportatur tal-ajru li, flimkien mal-kumpanija omm tiegħu, is-sussidjarji tiegħu stess jew is-sussidjarji tal-kumpanija omm tiegħu, ikollu aktar minn 10 % tas-slots totali allokati fil-jum inkwistjoni f’ajruport partikolari, ma għandux jitqies bħala membru ġdid f’dak l-ajruport;”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(n)

“parametri ta’ koordinazzjoni tal-COVID-19” għandha tfisser parametri ta’ koordinazzjoni riveduti li jirriżultaw fi tnaqqis tal-kapaċità tal-ajruport li tkun disponibbli f’ajruport koordinat bħala riżultat ta’ miżuri sanitarji speċifiċi imposti mill-Istati Membri b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19.”;

(2)

fl-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Trasportaturi tal-ajru li joperaw jew li beħsiebhom joperaw f’ajruport bi skedi faċilitati jew koordinat għandhom jippreżentaw lill-faċilitatur jew lill-kordinatur tal-iskedi rispettivament, l-informazzjoni kollha rilevanti mitluba minnhom. L-informazzjoni kollha rilevanti għandha tkun provduta fil-format u fil-limitu ta’ żmien speċifikat mill-faċilitatur jew mill-koordinatur tal-iskedi. B’mod partikolari, it-trasportatur tal-ajru għandu jinforma lill-kordinatur, fiż-żmien tat-talba għall-allokazzjoni, jekk jibbenefikax minn status ta’ membru ġdid, skont l-Artikolu 2(b) jew (ba), fir-rigward tas-slots rikjesti.”;

(3)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-formulazzjoni introduttorja tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tinbidel b’dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 8a u 9, l-Artikolu 10(1) u (2a) u l-Artikolu 14, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 10a(3), serje ta’ slots li ngħatat lura lill-ġemgħa ta’ slots skont l-Artikolu 8(1) fi tmiem il-perjodu ta’ skedar (il-“perjodu ta’ skedar ta’ referenza”), għandha, fuq talba, tiġi allokata lill-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss lil trasportatur tal-ajru li jkun opera mill-anqas ħames slots tas-serje inkwistjoni wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(7) matul il-perjodu ta’ skedar ta’ referenza, dment li s-serje ta’ slots ma tkunx ġiet diġà allokata lit-trasportatur li jkun oriġinarjament kellu dik is-serje għall-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Fil-każ li aktar minn applikant wieħed jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu, għandha tingħata prijorità lit-trasportatur tal-ajru li jkun opera l-akbar numru ta’ slots minn dik is-serje.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6a.   Fil-perjodu li matulu japplikaw il-parametri ta’ koordinazzjoni tal-COVID-19 u sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati kif xieraq dawn il-parametri ta’ koordinazzjoni, il-koordinatur jista’ jemenda l-ħin tas-slots mitluba jew allokati li jaqgħu fi ħdan il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 10a(3) jew jikkanċellahom wara li jkun sema’ lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat. F’dan il-kuntest, il-koordinatur għandu jqis ir-regoli u l-linji gwida addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih.”;

(4)

fl-Artikolu 8a, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

(a)

Slots allokati lil membru ġdid kif definit fl-Artikolu 2(b) jew (ba) ma jistgħux jiġu trasferiti kif previst fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu għall-perjodu ta’ żewġ perjodi ta’ skedar ekwivalenti, ħlief fil-każ ta’ trasferiment ta’ kontroll legalment awtorizzat tal-attivitajiet ta’ impriża falluta.

(b)

Slots allokati lil membru ġdid kif definit fl-Artikolu 2(b)(ii) u (iii) jew fl-Artikolu 2(ba)(ii) ma jistgħux ikunu trasferiti lil rotta oħra kif previst fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu għal perjodu ta’ żewġ perjodi ta’ skedar ekwivalenti sakemm il-membru il-ġdid ma jkunx ġie ttrattat bl-istess prijorità fuq ir-rotta l-ġdida bħal dik fuq ir-rotta inizjali.

(c)

Slots allokati lil membru ġdid kif definit fl-Artikolu 2(b) jew (ba) ma jistgħux ikunu skambjati kif previst fil-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu għal perjodu ta’ żewġ perjodi ta’ skedar ekwivalenti, ħlief sabiex jittejbu l-ħinijiet tas-slots għal dawn is-servizzi b’rabta mal-ħinijiet inizjalment mitluba.”;

(5)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Minkejja l-paragrafu 2, serje ta’ slots allokati għall-perjodu ta’ skedar mit-28 ta’ Marzu 2021 sat-30 ta’ Ottubru 2021 għandha tagħti lit-trasportatur tal-ajru d-dritt għall-istess serje ta’ slots għall-perjodu ta’ skedar mis-27 ta’ Marzu 2022 sad-29 ta’ Ottubru 2022 jekk it-trasportatur tal-ajru jkun poġġa s-serje kompleta ta’ slots għad-dispożizzjoni tal-koordinatur għar-riallokazzjoni qabel it-28 ta’ Frar 2021. Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal serje ta’ slots li kienu ġew allokati lill-istess trasportatur għall-perjodu ta’ skedar mid-29 ta’ Marzu 2020 sal-24 ta’ Ottubru 2020. L-għadd ta’ slots li fir-rigward tiegħu t-trasportatur tal-ajru inkwistjoni jista’ jibbenefika fl-ambitu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun limitat għal għadd ekwivalenti għal 50 % tas-slots li kienu allokati lill-istess trasportatur għall-perjodu ta’ skedar mid-29 ta’ Marzu 2020 sal-24 ta’ Ottubru 2020 ħlief għal trasportatur tal-ajru allokat anqas minn 29 slot fil-ġimgħa bħala medja matul il-perjodu ta’ skedar ekwivalenti preċedenti fl-ajruport inkwistjoni.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

jiżdied il punt li ġej:

“(e)

matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 10a(3), l-introduzzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ miżuri maħsuba biex jindirizzaw it-tixrid tal-COVID-19 f’tarf wieħed ta’ rotta li għaliha, is-slots inkwistjoni ntużaw jew kienu ppjanati li jintużaw, bil-kundizzjoni li l-miżuri ma kinux ġew ippubblikati fiż-żmien meta ġiet allokata s-serje ta’ slots, li dawk il-miżuri għandhom impatt sinifikanti fuq il-vijabbiltà jew il-possibbiltà ta’ vjaġġar jew id-domanda fuq ir-rotot ikkonċernati u li jwasslu għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

għeluq parzjali jew totali tal-fruntiera jew tal-ispazju tal-ajru jew għeluq parzjali jew totali jew tnaqqis fil-kapaċità tal-ajruport, matul parti sostanzjali tal-perjodu ta’ skedar rilevanti,

(ii)

impediment serju għall-kapaċità tal-passiġġieri li jivvjaġġaw ma’ kwalunkwe trasportatur fuq dik ir-rotta diretta matul parti sostanzjali tal-perjodu ta’ skedar rilevanti inklużi:

ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ibbażati fuq in-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza, il-projbizzjoni ta’ kull vjaġġ ħlief dak essenzjali, jew projbizzjoni fuq titjiriet minn jew lejn ċerti pajjiżi jew żoni ġeografiċi,

ir-restrizzjonijiet ta’ moviment jew kwarantina jew miżuri ta’ iżolament fil-pajjiż jew fir-reġjun fejn ikun jinsab l-ajruport tad-destinazzjoni (inklużi punti intermedji),

ir-restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ servizzi essenzjali għall-appoġġ dirett tal-operat ta’ servizz tal-ajru,

(iii)

ir-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-ekwipaġġ tal-linji tal-ajru li jfixklu b’mod sinifikanti l-operat tas-servizzi tal-ajru minn jew lejn l-ajruporti moqdija, inklużi projbizzjonijiet f’daqqa fuq id-dħul jew il-qbid tal-ekwipaġġ f’postijiet mhux mistennija minħabba miżuri ta’ kwarantina.”;

(ii)

jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Il-punt (e) għandu japplika fil-perjodu li matulu japplikaw il-miżuri msemmija f’dak il-punt u fil-limiti msemmija fit-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għal perjodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt ġimgħat. Madankollu, fejn il-miżuri msemmija fil-punt (e) ma jibqgħux japplikaw anqas minn sitt ġimgħat qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ skedar, il-punt (e) għandu japplika għall-bqija tal-perjodu ta’ sitt ġimgħat biss meta s-slots fil-perjodu ta’ skedar sussegwenti jintużaw għall-istess rotta.

Il-punt (e) għandu japplika biss għas-slots użati għal rotot li għalihom kienu diġà ntużaw mit-trasportatur tal-ajru qabel il-pubblikazzjoni tal-miżuri msemmija f’dak il-punt.

Il-punt (e) ma għandux jibqa’ japplika fejn it-trasportatur tal-ajru juża s-slots inkwistjoni biex jibdel għal rotta mhux affettwata mill-miżuri tal-awtoritajiet pubbliċi.

It-trasportaturi tal-ajru jistgħu jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ użu ta’ slot f’konformità mal-punt (e) għal massimu ta’ żewġ perjodi ta’ skedar konsekuttivi.”;

(c)

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fost it-talbiet minn membri ġodda, għandha tingħata preferenza lil trasportaturi tal-ajru li jikkwalifikaw għal status ta’ membri ġodda skont l-Artikolu 2(b)(i) u (ii), jew l-Artikolu 2(b)(i) u (iii) jew l-Artikolu 2(ba)(i) u (ii).”;

(6)

l-Artikolu 10a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10a

Allokazzjoni ta’ slots b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8(2) u 10(2), il-koordinaturi għandhom iqisu s-slots allokati għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sas-27 ta’ Marzu 2021 bħala li jkunu ġew operati mit-trasportatur tal-ajru li lilu jkunu ġew allokati inizjalment.

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8(2) u 10(2), il-koordinaturi għandhom iqisu s-slots allokati għall-perjodu mit-23 ta’ Jannar 2020 sad-29 ta’ Frar 2020 bħala li jkunu ġew operati mit-trasportatur tal-ajru li lilu jkunu ġew allokati inizjalment, fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bejn l-ajruporti fl-Unjoni u l-ajruporti fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew fir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

3.   Fir-rigward tas-slots li ma kinux saru disponibbli għall-koordinatur għar-riallokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2a), matul il-perjodu mit-28 ta’ Marzu 2021 sat-30 ta’ Ottubru 2021 u għall-finijiet tal-Artikoli 8(2) u 10(2), jekk trasportatur tal-ajru juri, għas-sodisfazzjon tal-koordinatur, li s-serje ta’ slots inkwistjoni ġiet operata, kif awtorizzata mill-koordinatur, minn dak it-trasportatur tal-ajru għal mill-anqas 50 % tal-ħin matul il-perjodu ta’ skedar li għalih ġiet allokata, it-trasportatur tal-ajru għandu jkun intitolat għall-istess serje ta’ slots għall-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss.

Fir-rigward tal-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-valuri perċentwali msemmija fl-Artikolu 10(4) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(6) għandhom ikunu 50 %.

4.   Fir-rigward ta’ slots b’data mid-9 ta’ April 2020 sas-27 ta’ Marzu 2021, il-paragrafu 1 għandu japplika biss fejn it-trasportatur tal-ajru jkun irritorna s-slots rilevanti mhux użati lill-koordinatur għar-riallokazzjoni lil trasportaturi tal-ajru oħrajn.

5.   Fejn il-Kummissjoni ssib, abbażi tad-data ppubblikata mill-Eurocontrol, li hija l-maniġer tan-network għall-funzjonijiet tan-network tat-traffiku tal-arju tal-Ajru Uniku Ewropew, li t-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru meta mqabbel mal-livell fil-perjodu korrispondenti fl-2019 qed jippersisti u, abbażi tat-tbassir tat-traffiku tal-Eurocontrol, x’aktarx li se jkompli jippersisti, u ssib ukoll, abbażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli, li din is-sitwazzjoni hija r-riżultat tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu kif xieraq.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li, fejn strettament meħtieġ sabiex tindirizza l-impatt li qed jevolvi tal-kriżi tal-COVID-19 dwar il-livelli tat-traffiku tal-ajru, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-valuri perċentwali msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’medda ta’ bejn 30 % u 70 %. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis il-bidliet li seħħew mill-20 ta’ Frar 2021, abbażi tal-elementi li ġejjin:

(a)

data ppubblikata mill-Eurocontrol dwar il-livelli tat-traffiku u t-tbassir tat-traffiku;

(b)

l-evoluzzjoni tat-tendenzi tat-traffiku tal-ajru matul il-perjodi ta’ skedar, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni osservata mill-bidu tal-kriżi tal-COVID-19; u

(c)

indikaturi relatati mad-domanda għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż it-tendenzi rigward id-daqs tal-flotta, l-użu tal-flotta, u l-fatturi tat-tagħbija.

L-atti delegati skont dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru għall-perjodu ta’ skedar tas-sajf ta’ wara u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju għall-perjodu ta’ skedar tax-xitwa ta’ wara.

6.   Fejn, fil-każ ta’ impatt fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

7.   Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħmlu kwalunkwe slot li ma jkunux beħsiebhom jużaw disponibbli għall-koordinatur għar-riallokazzjoni lil trasportaturi tal-ajru oħrajn, mhux anqas minn tliet ġimgħat qabel id-data tal-operat.”;

(7)

fl-Artikolu 12a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 10a hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Frar 2022.”;

(8)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi jew miżuri ekwivalenti għat-trasportaturi tal-ajru li ripetutament u intenzjonalment jonqsu milli jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.”;

(b)

fil-paragrafu 6, jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

Matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 10a(3), meta koordinatur jiddetermina, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, li trasportatur tal-ajru waqqaf l-operazzjonijiet tiegħu f’ajruport u ma għadux jista’ jopera s-slots li jkunu ġew allokati lilu, il-koordinatur għandu jirtira s-serje ta’ slots inkwistjoni mingħand dak it-trasportatur tal-ajru għall-bqija tal-perjodu ta’ skedar u jpoġġihom fil-ġemgħa, wara li jkun sema’ lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Opinjoni tas-27 ta’ Jannar 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2021.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

(5)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/9


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (PESK) 2021/251

tat-18 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/258 tat-18 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti mid-Deċiżjoni 2011/101/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuni u entitajiet nominati fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe.

(2)

Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/258, li tneħħi persuna waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi u li li temenda l-entrati għal żewġ persuni fiha kif stabbilit, rispettivament, fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2021, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/253 (4) emenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 skont dan. It-tneħħija ta’ persuna mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi teħtieġ ukoll it-tneħħija tal-persuna mill-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, li jelenka l-persuni u l-entitajiet sospiżi minn miżuri restrittivi skont l-Artikolu 6(4) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Ara paġna 51 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).

(4)  Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, titħassar l-entrata segwenti:

“4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema”.


19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/252

tad-29 ta’ Jannar 2021

li jopera tnaqqis mill-kwota tas-sajd Portugiża disponibbli għall-inċova, minħabba sajd eċċessiv fis-sena preċedenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 (ANE/9/3411) tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (“CECAF”) ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 (2), għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(2)

Il-kwoti tas-sajd għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF (ANE/9/3411) ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (3), għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.

(4)

L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dawn it-tnaqqisiet iridu jsiru fis-sena jew fis-snin segwenti billi jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni rispettivi kif stabbiliti hemmhekk.

(5)

Il-Portugall qabeż il-kwoti tas-sajd tiegħu għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF (ANE/9/3411) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(6)

Għalhekk hu xieraq li jkun hemm tnaqqis fil-kwota tas-sajd allokata lilu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 u, fejn xieraq, fis-snin ta’ wara, għall-istokkijiet mistada żżejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Portugall għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 (ANE/9/3411) tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (“CECAF”), stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, għandha titnaqqas kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).


ANNESS

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota inizjali għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (f’kilogrammi)

Ħatt l-art permess għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (Kwantità totali adattata f’kilogrammi)  (1)

Qabdiet totali għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (kwantità f’kilogrammi)

Konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (%)

Sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (kwantità f’kilogrammi)

Fattur ta’ multiplikazzjoni  (2)

Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni  (3) ,  (4)

Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel  (5) (kwantità f’kilogrammi)

Tnaqqis li għandu japplika għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 (kwantità f’kilogrammi)

PT

ANE

9/3411

Inċova

Żoni 9 u 10 tal-ICES; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tas-CECAF 34.1.1

5 343 000

3 779 330

3 858 005

102,08

78 675

/

/

/

78 675


(1)  Kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolament 2019/124 wara li jitqiesu l-iskambji ta’ opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), trasferimenti tal-kwoti mill-2018 għall-2019 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew riallokazzjoni u tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343 22.12.2009, p. 1).

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” tindika li ġie applikat fattur ta’ multiplikazzjoni addizzjonali ta’ 1,5 minħabba li l-Istat Membru ripetutament qabeż il-kwota tiegħu matul is-sentejn preċedenti. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa suġġett għal pjan pluriennali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal mis-sena jew mis-snin ta’ qabel.


19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/253

tas-17 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tidentifika l-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi kif previst fl-Artikoli 4 u 5 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 jġib fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sa fejn hi meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(3)

Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/258 (3) li temenda l-entrati għal żewġ persuni u li tneħħi persuna waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Għalhekk, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/258 tat-18 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ara paġna 51 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

L-Anness III, Taqsima I, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati għall-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti kif ġej:

“(5)

CHIWENGA, Constantine

Viċi President

Eks Kmandant tal-Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral irtirat, imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Viċi President u eks Kmandant tal-Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe. Membru tal-Kmand Operazzjonijiet Konġunti u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-ħtif ta’ azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008, hu kien arkitett prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.”

“(7)

SIBANDA, Phillip Valerio (a.k.a. Valentine)

Kmandant tal-Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe

Eks Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew l-24.12.1954

ID 63-357671H26

Kmandant tal-Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe u eks-Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe. Membru anzjan tal-armata b’rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat.”

(2)

L-entrata li ġejja titħassar:

“(6)

Shiri, Perence (a.k.a. Bigboy) Samson Chikerema

Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru)

Imwieled fl-1.11.1955

ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż waqt l-elezzjonijiet tal-2008 f’Mashonaland West f’Chiadzwa.”


19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/254

tat-18 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 u r-Regolamenti (KE) Nru 218/2007 u (KE) Nru 1518/2007 fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit u li jeskludi dawk il-prodotti mill-kwoti tariffarji bil-perjodi tal-kwota li għaddejjin attwalment

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/20082, u b’mod partikolari l-Artikolu 66(4) (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 (3) u (KE) Nru 614/2009 u b’mod partikolari l-punti (a) sa (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (4) jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u li jissostitwixxi u jħassar ċertu numru ta’ atti li fetħu dawn il-kwoti u jipprevedi regoli speċifiċi.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (5) li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (il-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 218/2007 (6) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-inbid.

(4)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2007 (7) li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-vermut.

(5)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) (8) jipprevedi li prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit mhumiex eliġibbli li jiġu impurtati lejn l-Unjoni skont il-kwoti tar-rati tariffarji eżistenti tad-WTO kif stabbiliti fl-Artikolu GOODS.18 tal-Ftehim. Dak l-Artikolu jirreferi għall-kwoti tariffarji mqassma bejn il-Partijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT, bin-negozjati mibdija mill-Unjoni Ewropea fid-dokument tad-WTO G/SECRET/42/Add.2 (9) u mir-Renju Unit fid-dokument tad-WTO G/SECRET/44 (10) u kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni interna rispettiva ta’ kull Parti. Dak l-Artikolu jipprevedi li l-istatus oriġinarju tal-merkanzija għandu jiġi determinat abbażi tar-regoli tal-oriġini nonpreferenzjali applikabbli fil-Parti importatur.

(6)

Il-kwoti tar-rati tariffarji eżistenti tad-WTO kif definit fl-Artikolu GOODS.18 tal-Ftehim jirreferu għall-konċessjonijiet tad-WTO tal-Unjoni Ewropea inklużi fl-abbozz tal-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tal-EU28 skont il-GATT 1994 ippreżentati lid-WTO fid-dokument G/MA/TAR/RS/506 (11) kif emendat bid-dokumenti G/MA/TAR/RS/506/Add.1 u G/MA/TAR/RS/506/Add.2 (12).

(7)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 u r-Regolamenti (KE) Nru 218/2007 u (KE) Nru 1518/2007 jiġu emendati sabiex ikunu konformi mal-Artikolu GOOD.18 tal-Ftehim, sabiex jeskludu prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit mill-kwoti tariffarji eżistenti.

(8)

Peress li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 japplikaw biss għall-kwoti tariffarji li l-perjodi tal-kwota tagħhom jibdew mill-1 ta’ Jannar 2021, jenħtieġ li r-Renju Unit jiġi eskluż anki għall-finijiet tal-istess kwoti tariffarji li l-perjodi tal-kwota tagħhom kienu bdew qabel l-1 ta’ Jannar 2021 (il-perjodi tal-kwota fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021) u li għall-importazzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2021. Il-liċenzji li diġà nħarġu mhumiex meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit minħabba l-possibilità ta importazzjoni mingħajr dazju u mingħajr kwota skont il-Ftehim. F’każ li dawn il-liċenzji jkunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2021, jenħtieġ li l-garanziji relevanti jiġu rilaxxati fuq talba tal-operaturi kkonċernati. Jenħtieġ li mill-1 ta’ Jannar 2021, ma joħorġux liċenzji għal dawk il-kwoti tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu GOODS.18 tal-Ftehim, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.4131, 09.4133, 09.4120, 09.4121 u 09.4122 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(b)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4125 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada u r-Renju Unit”

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.4138, 09.4148, 09.4166 u 09.4168 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(b)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4119 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Indja, il-Pakistan, it-Tajlandja, l-Istati Uniti tal-Amerka u r-Renju Unit”

(c)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4130 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Awstralja, it-Tajlandja, l-Istati Uniti tal-Amerka u r-Renju Unit”

(d)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4154 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha ħlief l-Awstralja, il-Guyana, it-Tajlandja, l-Istati Uniti tal-Amerka u r-Renju Unit”

(3)

fl-Anness IV, il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4320 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(4)

fl-Anness VI, il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4287 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina, l-Arġentina u r-Renju Unit”

(5)

fl-Anness VII, il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4286 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina u r-Renju Unit”

(6)

fl-Anness VIII, il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4003 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(7)

fl-Anness IX, il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4595 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(8)

fl-Anness X, il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4038 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(9)

fl-Anness XI, il-kaxxa “Oriġini” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.4401 u 09.4402 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(10)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.4067, 09.4068, 09.4069, 09.4070 u 09.4422 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(b)

it-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.4213, 09.4216, 09.4260 u 09.4412 huma emendati b’dan li ġej:

(i)

il-kaxxa “Oriġini” hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Brażil, it-Tajlandja u r-Renju Unit”

(ii)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Fit-Taqsima 24 il-liċenzji għandu jkun fihom id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u mir-Renju Unit’”

(c)

it-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.4218 hija emendata b’dan li ġej:

(i)

il-kaxxa “Oriġini” hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha ħlief il-Brażil u r-Renju Unit”

(ii)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Fit-Taqsima 24 il-liċenzji għandu jkun fihom id-dikjarazzjoni ‘Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mill-Brażil u mir-Renju Unit’”

(d)

it-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.4263, 09.4264 u 09.4265 huma emendati b’dan li ġej:

(i)

il-kaxxa “Oriġini” hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra t-Tajlandja u r-Renju Unit”

(ii)

il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” hija sostitwita b’dan li ġej:

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Il-liċenzji għandu jkun fihom fit-taqsima 24 id-dikjarazzjoni “Ma għandhiex tintuża għall-prodotti li joriġinaw mit-Tajlandja u mir-Renju Unit”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.0138, 09.0132, 09.0135, 09.2903, 09.2905, 09.0071, 09.0072, 09.0073, 09.0074, 09.0075, 09.0076, 09.0089, 09.0070, 09.0043, 09.0083, 09.0139, , 09.0056, 09.0057, 09.0041, 09.0039, 09.0058, 09.0094, 09.0059, 09.0060, 09.0061, 09.0062, 09.0063, 09.0040, 09.0025, 09.0027, 09.0033, 09.0092, 09.0093, 09.0035, 09.0144, 09.0161 (kwota subtariffarja ta’ 09.0144), 09.0162 (kwota subtariffarja ta’ 09.0144), 09.0145, 09.0163 (kwota subtariffarja ta’ 09.0145), 09.0164 (kwota subtariffarja ta’ 09.0145), 09.0113, 09.0114, 09.0115, 09.0147, 09.0148, 09.0149, 09.0150, 09.0151, 09.0152, 09.0153, 09.0159 (kwota subtariffarja ta’ 09.0153), 09.0160 (kwota subtariffarja ta’ 09.0153), 09.0118, 09.0119, 09.0120, 09.0121, 09.0122, 09.0123, 09.2178, 09.2179, 09.2016, 09.2181, 09.2019, 09.0154 u 09.0055 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit”

(2)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.0128 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi li huma membri tad-WTO minbarra ċ-Ċina, it-Tajlandja, l-Indoneżja u r-Renju Unit”

(3)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.0131 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina u r-Renju Unit”

(4)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.0142 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Arġentina u r-Renju Unit”

(5)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.2171, 09.2175 u 09.2015 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-membri tad-WTO kollha minbarra l-Arġentina, l-Awstralja, New Zealand, l-Urugwaj, iċ-Ċilì, Greenland, l-Iżlanda u r-Renju Unit”

(6)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabelli li jirreferu għat-TRQ bin-numri tal-ordni 09.0156 u 09.0158 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Brażil u r-Renju Unit”

(7)

il-kaxxa “Oriġini” tat-tabella li tirreferi għat-TRQ bin-numru tal-ordni 09.0157 hija sostitwita b’dan li ġej:

Oriġini

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra l-Brażil, it-Tajlandja u r-Renju Unit”.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 218/2007

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 218/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

f’punt (a), il-kliem “(erga omnes)” huma sostitwiti bil-kliem “(il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit)”;

(2)

f’punt (b), il-kliem “(erga omnes)” huma sostitwiti bil-kliem “(il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit)”.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1518/2007

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/ 2007, il-kliem “(erga omnes)” huma sostitwiti bil-kliem “(il-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Renju Unit)”.

Artikolu 5

Kwoti tariffarji b’perjodi tal-kwota li għaddejjin attwalment

1.   Mill-1 ta’ Jannar 2021, il-liċenzji ma għandhomx joħorġu għall-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit skont il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Artikolu 1 li l-perjodu ta’ kwota tagħhom hu dak fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021. Mill-istess data, il-prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit ma għandhomx jidħlu skont il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Artikolu 2.

2.   Fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-Renju Unit abbażi tal-liċenzji skont il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Artikolu 1 maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2021 u li jinkludu r-Renju Unit bħala pajjiż tal-oriġini, li l-perjodu ta’ kwota tagħhom ikun dak fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, u li l-Istati Membri ma jirrilaxxawhomx għal ċirkolazzjoni libera b’konformità mal-Ftehim, il-garanziji marbuta magħhom għandhom jiġu rilaxxati fuq talba tal-operaturi kkonċernati.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 218/2007 tat-28 ta’ Frar 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għall-inbejjed (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 22).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-vermut (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 14).

(8)  ĠU L 444, 31.12.2020, p. 14.

(9)  https://docs.wto.org

(10)  https://docs.wto.org

(11)  https://docs.wto.org

(12)  https://docs.wto.org


19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/255

tat-18 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-pandemija tal-COVID-19 qiegħda tkompli tħalli impatt fuq l-avjazzjoni ċivili Ewropea u internazzjonali sal-punt li t-twettiq ta’ żjarat fuq il-post għan-nominazzjoni u n-nominazzjonijiet mill-ġdid tat-trasportaturi tal-ajru u tal-operaturi tal-merkanzija f’pajjiżi terzi skont il-punt 6.8 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) jibqa’ mxekkel serjament minħabba raġunijiet oġġettivi, li huma lil hinn mill-kontroll ta’ dawk it-trasportaturi jew l-operaturi tal-merkanzija.

(2)

Għalhekk, jeħtieġ li l-applikabbiltà tal-proċess alternattiv u mħaffef għall-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-operaturi tal-katina tal-provvista lejn l-Unjoni li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19, tiġi estiża lil hinn mid-data stabbilita fil-punt 6.8.1.7 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.

(3)

Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), l-Unjoni ppromwoviet l-iżvilupp ta’ kunċett ta’ politika internazzjonali ta’ Informazzjoni Antiċipata dwar il-Merkanzija Qabel it-Tagħbija (PLACI), li jintuża biex jiddeskrivi sett speċifiku ta’ data 7 + 1 (3) kif definit fil-Qafas ta’ Standards SAFE tad-WCO (SAFE FoS). Id-data tal-kunsinni, ipprovduta lir-regolaturi minn spedizjoniera, trasportaturi tal-ajru, operaturi postali, integraturi, aġenti regolati, jew entitajiet oħra malajr kemm jista’ jkun qabel it-tagħbija tal-merkanzija fuq inġenju tal-ajru fl-aħħar punt tat-tluq, tippermetti l-implimentazzjoni ta’ livell addizzjonali ta’ sigurtà, li jikkonsisti fit-twettiq ta’ analiżi ta’ riskji u ta’ theddid mid-dwana tad-dħul, qabel it-tluq.

(4)

Għalhekk, qabel ma titgħabba l-merkanzija fuq inġenju tal-ajru li jitlaq minn pajjiż terz, għall-finijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, jenħtieġ li l-ewwel analiżi tar-riskju dwar il-merkanzija li għandha tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru titwettaq malajr kemm jista’ jkun mal-wasla tas-sett ta’ data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 106(2) u (2a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (4). Ir-rekwiżit li titwettaq l-ewwel analiżi tar-riskju jenħtieġ li japplika mill-15 ta’ Marzu 2021.

(5)

L-Artikolu 186 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5) jistabbilixxi l-proċess tal-analiżi tar-riskju u tal-kontrolli implimentati mill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul, u l-Artikolu 182 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi s-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni (ICS2), imfassla mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bi qbil reċiproku, bħala l-interfaċċa armonizzata tan-negozjanti tal-UE għal sottomissjonijiet, talbiet għal emendi, talbiet għal invalidazzjonijiet, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-awtoritajiet doganali.

(6)

Peress li r-riżultati tal-analiżi tar-riskju tal-Informazzjoni Antiċipata dwar il-Merkanzija Qabel it-Tagħbija jistgħu jirrikjedu, mill-15 ta’ Marzu 2021, miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni li għandhom jiġu applikati mill-operaturi involuti fil-katina tal-provvista lejn l-Unjoni waqt l-operazzjonijiet tagħhom f’pajjiż terz, huwa meħtieġ li r-regoli ta’ implimentazzjoni għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jiġu integrati b’mod urġenti skont dan.

(7)

Il-kapaċità tal-ajruporti fl-Unjoni li jlestu l-proċess ta’ installazzjoni ta’ tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) tal-istandard 3 hija affettwata serjament mill-pandemija attwali tal-COVID-19. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jibqgħu impenjati sew biex itemmu l-implimentazzjoni tal-aktar teknoloġija ġdida għall-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva. Ġie elaborat pjan direzzjonali ġdid biex jippermetti flessibbiltà addizzjonali għall-adattament għas-sitwazzjoni attwali, f’konformità ma’ mekkaniżmu ta’ prijoritizzazzjoni bbażat fuq il-kategoriji tal-ajruporti, kif ukoll biex jipprovdi viżibbiltà għall-introduzzjoni ta’ standards ogħla għall-prestazzjoni tal-individwazzjoni.

(8)

L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 uriet il-ħtieġa li jsiru xi emendi għall-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni. Il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ wħud minn dawk l-istandards jeħtieġ li jiġu aġġustati sabiex jiċċaraw, jarmonizzaw, jissimplifikaw u jsaħħu ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni, itejbu ċ-ċarezza legali, jistandardizzaw l-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u jkomplu jiżguraw l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni fis-sigurtà tal-avjazzjoni.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punti (1) u (22) tal-Anness għandhom japplikaw mill-15 ta’ Marzu 2021, il-punt (2) tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022, u l-punt (14) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).

(3)  L-isem tal-ispeditur, l-indirizz tal-ispeditur, l-isem tad-destinatarju, l-indirizz tad-destinatarju, in-numru ta’ pakketti, il-piż gross totali, id-deskrizzjoni tal-merkanzija, u l-polza tal-vjaġġ bl-ajru maħruġa minn spedizjonier jew dik minn maħruġa minn trasportatur.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(1)

jiżdied il-punt 6.0.4 li ġej:

“6.0.4

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “Informazzjoni Antiċipata dwar il-Merkanzija qabel it-Tagħbija” jew “PLACI” tfisser il-proċess tal-ewwel analiżi tar-riskju għall-finijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-merkanzija li għandha tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni (*) bl-ajru.

(*)  Billi l-Iżlanda mhijiex parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, għall-finijiet tal-punt 6.8.7 ta’ dan l-Anness, l-Iżlanda hija meqjusa bħala pajjiż terz.”;"

(2)

jiddaħħlu l-punti 6.1.4, 6.1.5 u 6.1.6 li ġejjin:

“6.1.4

Aċċess għaż-żoni ristretti ta’ sigurtà tal-merkanzija u tal-posta jista’ jingħata biss wara li jkun ġie stabbilit għal liema kategorija minn fost dawn li ġejjin tkun tagħmel parti l-entità li tkun qed tittrasporta l-kunsinna min-naħa tal-art:

(a)

aġent regolat;

(b)

speditur magħruf;

(c)

trasportatur innominat f’konformità mal-punt 6.6.1.1(c), li jittrasporta kunsinni li diġà jkunu għaddew mill-kontrolli tas-sigurtà;

(d)

l-ebda waħda mill-entitajiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c).

6.1.5

Meta jkun japplika l-punt 6.1.4(c), kopja tad-dikjarazzjoni ffirmata kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġent regolat, tat-trasportatur tal-ajru jew tal-operatur tal-ajruport li jagħti aċċess għaż-żoni ristretti ta’ sigurtà, sakemm ma tkunx tapplika xi waħda miż-żewġ kundizzjoni li ġejjin:

(a)

it-trasportatur stess ikun aġent regolat;

(b)

it-trasport isir f’isem l-aġent regolat li jkun qiegħed jirċievi jew it-trasportatur tal-ajru fiż-żoni ristretti ta’ sigurtà.

Il-preżentazzjoni ta’ kopja tad-dikjarazzjoni ffirmata mit-trasportatur fid-Dokument Mehmuż 6-E tista’ tiġi ssostitwita b’mekkaniżmu ekwivalenti ta’ notifika minn qabel lill-punt ta’ aċċess, żgurat jew mill-ispeditur magħruf ’il barra mill-ajruport jew mill-aġent regolat li f’ismu jitwettaq it-trasport, jew mill-aġent regolat li jirċievi jew mit-trasportatur tal-ajru fiż-żona ristretta ta’ sigurtà.

6.1.6

Kunsinni tal-merkanzija jew tal-posta li jkunu għadhom ma sarulhomx il-kontrolli tas-sigurtà jistgħu jitħallew jidħlu fiż-żoni ristretti ta’ sigurtà, sakemm dawn ikunu soġġetti għall-implimentazzjoni ta’ waħda mill-għażliet li ġejjin:

(a)

ġew skrinjati qabel id-dħul, f’konformità mal-punt 6.2, u taħt ir-responsabbiltà tal-aġent regolat li jirċievi jew tat-trasportatur tal-ajru;

(b)

ġew skortati fil-bini tal-aġent regolat jew tat-trasportatur tal-ajru li jinsab fiż-żoni ristretti ta’ sigurtà, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Mat-twassil, dawn il-kunsinni għandhom jinżammu protetti minn interferenza mhux awtorizzata, sakemm jiġu soġġetti għall-iskrinjar.

Il-persunal li jeskorta dawn il-kunsinni jew li jipproteġihom minn interferenza mhux awtorizzata għandu jkun ġie rreklutat f’konformità mal-punt 11.1.1, u tal-anqas ikun tħarreġ f’konformità mal-punt 11.2.3.9.”;

(3)

fil-punt 6.3.1.2, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-awtorità xierqa jew validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f’isimha għandu jeżamina l-programm tas-sigurtà qabel ma jwettaq verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu.

Ħlief għar-rekwiżiti ta’ skrinjar stipulati fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*) għandu jitqies bħala verifika fuq il-post jekk ikun sar mhux qabel 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant jitlob approvazzjoni bħala aġent regolat. L-awtorizzazzjoni bħala AEO u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-applikant għal spezzjoni ulterjuri.

(*)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”;"

(4)

fil-punt 6.3.1.4, it-tielet paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Ħlief għar-rekwiżiti tal-iskrinjar stabbiliti fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-aġent regolat mill-awtorità doganali rilevanti mwettaq f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għandu jitqies bħala verifika fuq il-post.”;

(5)

il-punt 6.3.1.5. huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.3.1.5

Meta l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta li l-aġent regolat jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, hija għandha tirtira l-istatus tal-aġent regolat għas-sit jew għas-siti speċifikati.

Immedjatament wara l-irtirar u, f’kull każ, fi żmien 24 siegħa mill-irtirar, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li t-tibdil fl-istatus tal-eks aġent regolat ikun indikat fil-“bażi ta’ data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”.

Meta l-aġent regolat ma jibqax detentur ta’ awtorizzazzjoni bħala AEO msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jew meta l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala AEO tiġi sospiża minħabba nuqqas ta’ konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u mal-Artikolu 28 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex tiżgura l-konformità tal-aġent regolat mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

L-aġent regolat għandu jinforma lill-awtorità xierqa dwar kwalunkwe tibdil relatat mal-awtorizzazzjoni tiegħu bħala AEO msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2015/2447.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”;"

(6)

il-punt 6.3.1.8 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.3.1.8

L-awtorità xierqa għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali kwalunkwe tagħrif relatat mal-istatus ta’ aġent regolat li jista’ jkun rilevanti għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni bħala AEO msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. Dak it-tagħrif għandu jinkludi t-tagħrif relatat ma’ approvazzjonijiet ġodda ta’ aġenti regolati, ma’ rtirar tal-istatus ta’ aġent regolat, ma’ validazzjoni mill-ġdid u spezzjonijiet, ma’ skedi ta’ verifika u mal-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet.

Għandhom jiġu stabbiliti modalitajiet għal dan l-iskambju ta’ tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.”;

(7)

fil-punt 6.3.2.6, il-punt (g) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(g)

l-identifikatur uniku riċevut mingħand l-awtorità xierqa, ta’ kwalunkwe aġent regolat li jkun aċċetta l-istatus tas-sigurtà mogħti lil kunsinna minn aġent regolat ieħor, inkluż matul l-operazzjonijiet ta’ trasferiment.”;

(8)

il-paragrafu li ġej jiżdied fil-punt 6.3.2.6:

“Merkanzija jew posta ta’ trasferiment li għaliha t-trasportatur tal-ajru, jew l-aġent regolat li jopera f’ismu, ma jkunx jista’ jikkonferma fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ it-tagħrif meħtieġ minn dan il-punt, jew mill-punt 6.3.2.7, skont kif ikun applikabbli, għandha tkun soġġetta għall-iskrinjar qabel ma titgħabba abbord inġenju tal-ajru għat-titjira sussegwenti.”;

(9)

fil-punt 6.4.1.2, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c)

eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għandu jitqies bħala verifika fuq il-post jekk ma jsirx qabel 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant jitlob approvazzjoni bħala speditur magħruf. F’dawk il-każijiet, l-applikant għandu jimla t-tagħrif meħtieġ fl-Ewwel Parti tal-“Lista ta’ kontroll tal-validazzjoni għall-ispedituri magħrufa” li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C u jibgħatha lill-awtorità xierqa flimkien mad-dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

L-awtorizzazzjoni bħala AEO u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-applikant għal spezzjoni ulterjuri.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa kkonċernata jew tinżamm mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u meta tintalab titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità xierqa kkonċernata;”;

(10)

fil-punt 6.4.1.4, it-tielet paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Eżami tas-sit tal-ispeditur magħruf mill-awtorità doganali rilevanti f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għandu jitqies bħala verifika fuq il-post.”;

(11)

il-punt 6.4.1.5. huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.4.1.5.

Fejn l-awtorità xierqa ma tibqax issodisfata fir-rigward tal-konformità tal-ispeditur magħruf mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, hija għandha tirtira l-istat tal-ispeditur magħruf għas-sit(i) speċifikat(i).

Immedjatament wara l-irtirar, u, f’kull każ, fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li t-tibdil fl-istatus tal-ispeditur magħruf ikun indikat fil-“bażi ta’ data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”.

Meta l-ispeditur magħruf ma jibqax detentur ta’ awtorizzazzjoni bħala AEO msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jew meta l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala AEO tiġi sospiża minħabba nuqqas ta’ konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u mal-Artikolu 28 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex tiżgura l-konformità tal-ispeditur magħruf mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

L-ispeditur magħruf għandu jinforma lill-awtorità xierqa dwar kwalunkwe tibdil relatat mal-awtorizzazzjoni tiegħu bħala AEO msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”;

(12)

il-punt 6.4.1.7. huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.4.1.7

L-awtorità xierqa għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali kwalunkwe tagħrif relatat mal-istatus ta’ speditur magħruf li jista’ jkun rilevanti għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni bħala AEO msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. Dak it-tagħrif għandu jinkludi t-tagħrif relatat ma’ approvazzjonijiet ġodda ta’ spedituri magħrufa, ma’ rtirar tal-istatus ta’ speditur magħruf, ma’ validazzjoni mill-ġdid u spezzjonijiet, ma’ skedi ta’ verifika u mal-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet.

Għandhom jiġu stabbiliti modalitajiet għal dan l-iskambju ta’ tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.”;

(13)

il-punt 6.5.1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.5.1

L-aġent regolat għandu jżomm bażi ta’ data li jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja dwar kull speditur in konto li jkun innomina qabel l-1 ta’ Ġunju 2017:

(a)

id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz tan-negozju bona fide;

(b)

in-natura tan-negozju;

(c)

id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna jew tal-persuni responsabbli għas-sigurtà;

(d)

in-numru ta’ referenza tal-VAT jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija;

(e)

“Dikjarazzjoni tal-impenji — speditur in konto” ffirmata kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-D.

Meta l-ispeditur in konto jkun detentur ta’ awtorizzazzjoni bħala AEO msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, in-numru tal-awtorizzazzjoni ta’ AEO għandu jinżamm fil-bażi ta’ data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Il-bażi ta’ data għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa.”;

(14)

jiżdiedu l-punti 6.6.1.3, 6.6.1.4 u 6.6.1.5 li ġejjin:

“6.6.1.3

It-trasportatur għandu jiżgura li l-persunal li jiġbor, li jġorr, li jaħżen u li jwassal il-merkanzija u l-posta bl-ajru li diġà jkunu għaddew mill-kontrolli tas-sigurtà tal-anqas ikunu sarulu:

(a)

kontroll tal-integrità personali, li jikkonsisti fil-verifika tal-identità u tal-curriculum vitae u/jew tar-referenzi pprovduti;

(b)

taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà, f’konformità mal-punt 11.2.7.

6.6.1.4

Kwalunkwe membru tal-persunal tat-trasportatur li jingħata aċċess mhux sorveljat għall-merkanzija u għall-posta waqt li jkun qed iwettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet imsemmija fil-punt 6.6.1.3, jew waqt li jkun qed jimplimenta kwalunkwe wieħed mill-kontrolli tas-sigurtà stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandu:

(a)

ikun temm b’suċċess kontroll tal-preċedenti personali;

(b)

jgħaddi minn taħriġ dwar is-sigurtà, f’konformità mal-punt 11.2.3.9.

6.6.1.5

Meta trasportatur juża s-servizzi ta’ kumpanija oħra sabiex iwettaq waħda jew aktar mill-funzjonijiet imsemmija fil-punt 6.6.1.3, dik il-kumpanija l-oħra għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tiffirma ftehim ta’ trasportatur mat-trasportatur;

(b)

toqgħod lura milli tagħti aktar sottokuntratti;

(c)

timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-punti 6.6.1.3 u 6.6.1.4, kif applikabbli.

It-trasportatur li jopera permezz tas-sottokuntratt iżomm ir-responsabbiltà sħiħa għat-trasport kollu f’isem l-aġent jew l-ispeditur.”;

(15)

fil-punt 6.8.1.7, il-kliem tal-bidu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, l-awtorità xierqa tista’ tidderoga mill-proċess stabbilit fil-punt 6.8.2 u tinnomina temporanjament trasportatur tal-ajru bħala ACC3, meta ma tkunx tista’ ssir validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minħabba raġunijiet oġġettivi li jkunu relatati mal-kriżi tal-pandemija kkawżata mill-COVID-19 u li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru. In-nominazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:”;

(16)

il-punti 6.8.3.6 u 6.8.3.7 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“6.8.3.6

Wara li jkunu ġew implimentati l-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.8.3.1 sa 6.8.3.5, l-ACC3 jew l-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3) li jkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà għandu jiżgura li d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, fil-forma ta’ polza tal-vjaġġ bl-ajru, f’dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata, mogħtija f’format elettroniku jew bil-miktub, tkun tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikatur alfanumeriku uniku tal-ACC3;

(b)

l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna msemmi fil-punt (d) tal-punt 6.3.2.6 u maħruġ mill-ACC3 jew mill-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3), kif xieraq;

(c)

identifikatur uniku tal-kunsinna, bħalma huwa n-numru tal-polza tal-vjaġġ bl-ajru maħruġa minn speditur jew ta’ dik maħruġa minn trasportatur, fejn applikabbli;

(d)

il-kontenut tal-kunsinna, jew indikazzjoni ta’ konsolidazzjoni fejn applikabbli;

(e)

ir-raġunijiet għall-ħruġ tal-istatus tas-sigurtà, inkluż il-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar jew ir-raġunijiet li għalihom il-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar filwaqt li jintużaw l-istandards adottati fl-iskema tad-Dikjarazzjoni ta’ Sigurtà tal-Konsenja tal-ICAO.

Fil-każ tal-konsolidazzjonijiet, l-ACC3 jew l-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3) li wettaq il-konsolidazzjoni għandu jżomm l-informazzjoni stipulata fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel paragrafu għal kull kunsinna individwali tal-anqas sal-ħin stmat tal-wasla tal-kunsinni fl-ewwel ajruport fl-Unjoni jew għal 24 siegħa, skont liema perjodu jkun l-itwal.

6.8.3.7

Kwalunkwe trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fid-Dokument Mehmuż 6-F għandu jiżgura l-konformità mal-punti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.8.3.6 fir-rigward tal-merkanzija u tal-posta ttrasportati abbord. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ rigward dawn il-kunsinni għandha tal-anqas tikkonforma mal-iskema tad-Dikjarazzjoni tas-Sigurtà tal-Konsenja tal-ICAO jew ma’ skema alternattiva li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa b’mod ekwivalenti.”;

(17)

il-punt 6.8.3.9. huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.8.3.9

Kunsinni ta’ tranżitu jew ta’ trasferiment li jaslu minn pajjiż terz mhux imsemmi fil-punt 6.8.3.8 li d-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament tagħhom ma tkunx konformi mal-punt 6.8.3.6, għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-punt 6.2 qabel it-titjira sussegwenti.”;

(18)

fil-punt 6.8.4.11, il-kliem tal-bidu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, l-awtorità xierqa tista’ tidderoga mill-proċess stabbilit fil-punt 6.8.5 u tinnomina temporanjament entità ta’ pajjiż terz bħala RA3 jew KC3, meta ma tkunx tista’ ssir validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minħabba raġunijiet oġġettivi li jkunu relatati mal-kriżi tal-pandemija kkawżata mill-COVID-19 u li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tal-entità. In-nominazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:”;

(19)

fil-punt 6.8.4.12, il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

in-nominazzjoni tingħata għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur u tista’ tkun soġġetta għal estensjoni fil-perjodu ta’ deroga kif stabbilit fil-punt 6.8.4.11.”;

(20)

jitħassru l-punti 6.8.5.5, 6.8.5.6 u 6.8.5.7;

(21)

fil-punt 6.8.6.1, il-punt 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

Meta l-Kummissjoni jew awtorità xierqa tidentifika jew tirċievi tagħrif bil-miktub fuq nuqqas serju relatat mal-operazzjonijiet ta’ ACC3, ta’ RA3 jew ta’ KC3, li jitqies li jkollu impatt sinifikanti fuq il-livell globali ta’ sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni, hija għandha:

(a)

tinforma minnufih lit-trasportatur tal-ajru jew lill-entità kkonċernata, titlob kummenti u miżuri xierqa fir-rigward tan-nuqqas serju;

(b)

tinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

In-nuqqas serju msemmi fl-ewwel paragrafu jista’ jiġi identifikat matul waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(1)

matul l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità;

(2)

matul l-eżami tad-dokumentazzjoni inkluż ir-rapport ta’ validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ operaturi oħra li huma parti mill-katina tal-provvista tal-ACC3, tal-RA3 jew tal-KC3;

(3)

mal-wasla ta’ tagħrif fattwali bil-miktub mingħand awtoritajiet u/jew mingħand operaturi oħrajn fir-rigward tal-attivitajiet tal-ACC3, tal-RA3 jew tal-KC3 ikkonċernati, fil-forma ta’ evidenza dokumentata li tindika b’mod ċar ksur tas-sigurtà.”;

(22)

jiżdied il-punt 6.8.7 li ġej:

“6.8.7   Informazzjoni Antiċipata dwar il-Merkanzija qabel it-Tagħbija (PLACI)

6.8.7.1

Skont l-Artikolu 186 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, il-proċess PLACI għandu jitwettaq qabel it-tluq minn pajjiż terz, mal-wasla għand l-awtorità doganali tal-ewwel punt ta’ dħul, tas-sett ta’ data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 106(2) u (2a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (*).

6.8.7.2

Matul il-PLACI u meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli għall-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul li jissuspetta li kunsinna li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru tista’ tkun ta’ theddida serja għall-avjazzjoni ċivili, dik il-kunsinna għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) f’konformità mal-punt 6.7.

6.8.7.3

It-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna f’pajjiż terz għajr dawk elenkati fid-Dokument Mehmuż 6-F u fl-Iżlanda, għandha, mal-wasla ta’ notifika mill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul li jeħtieġ li kunsinna tiġi ttrattata bħala merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) f’konformità mal-punt 6.8.7.2:

(a)

Timplimenta fir-rigward tal-kunsinna speċifika, il-kontrolli tas-sigurtà elenkati fil-punti 6.7.3 u 6.7.4 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8005, f’każ ta’ ACC3 jew ta’ RA3 approvat għat-twettiq ta’ kontrolli tas-sigurtà bħal dawn;

(b)

tiżgura li ACC3 jew RA3 approvat għat-twettiq ta’ kontrolli tas-sigurtà bħal dawn jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a). L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jiġi pprovdut b’tagħrif f’każ li l-kunsinna tkun se tingħata jew tkun ingħatat lil operatur, lil entità jew lil awtorità oħra għall-applikazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà. Tali operatur, entità jew awtorità oħra għandha tiżgura l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà msemmijin fil-punt (a) u għandha tikkonferma lit-trasportatur tal-ajru, lill-operatur, lill-entità jew lill-persuna li mingħandha tkun waslet il-kunsinna, kemm l-implimentazzjoni ta’ dawn il-kontrolli tas-sigurtà kif ukoll ir-riżultati tagħhom;

(c)

tikkonferma mal-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul kemm l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà msemmijin fil-punt (a) kif ukoll ir-riżultati tagħhom.

Il-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu ma għandhomx japplikaw fil-każ li l-kontrolli tas-sigurtà mitlubin jkunu ġew implimentati qabel. Madankollu, jekk ikun hemm tagħrif speċifiku dwar it-theddid li jkun sar disponibbli biss wara l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà preċedenti, it-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna tista’ tintalab tirrepeti l-kontrolli tas-sigurtà billi tuża mezzi u metodi speċifiċi, u tipprovdi konferma kif stabbilit fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu. It-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna jistgħu jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe element u tagħrif meħtieġ sabiex jintlaħaq b’mod effettiv l-objettiv tas-sigurtà.

6.8.7.4

It-trasportaturi tal-ajru, l-operaturi, l-entitajiet jew il-persuni f’pajjiż terz elenkat fid-Dokument Mehmuż 6-F jew fl-Iżlanda, li jirċievu notifika mill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul li teħtieġ li kunsinna tiġi ttrattata bħala merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) f’konformità mal-punt 6.8.7.2, għandhom:

(a)

jimplimentaw, fir-rigward tal-kunsinna speċifika, tal-anqas il-kontrolli tas-sigurtà stabbiliti fl-Anness 17 tal-ICAO għal Merkanzija jew għal Posta b’Riskju Għoli (**);

(b)

jiżguraw li r-rekwiżiti tal-punt (a) ikunu ssodisfati minn operatur, minn entità jew minn awtorità approvata mill-awtorità xierqa rilevanti fil-pajjiż terz għat-twettiq ta’ dawn il-kontrolli tas-sigurtà. L-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul għandu jiġi pprovdut b’tagħrif f’każ li l-kunsinna tkun se tingħata jew tkun ingħatat lil operatur, lil entità jew lil awtorità oħra għall-applikazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà. Tali operatur, entità jew awtorità oħra għandha tiżgura l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà msemmijin fil-punt (a) u għandha tikkonferma lit-trasportatur tal-ajru, lill-operatur, lill-entità jew lill-persuna li mingħandha tkun waslet il-kunsinna, kemm l-implimentazzjoni ta’ dawn il-kontrolli tas-sigurtà kif ukoll ir-riżultati tagħhom;

(c)

tikkonferma mal-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul kemm l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà msemmijin fil-punt (a) kif ukoll ir-riżultati tagħhom.

Il-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu ma għandhomx japplikaw fil-każ li l-kontrolli tas-sigurtà mitlubin jkunu ġew implimentati qabel. Madankollu, jekk ikun hemm tagħrif speċifiku dwar it-theddid li jkun sar disponibbli biss wara l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà preċedenti, it-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna tista’ tintalab tirrepeti l-kontrolli tas-sigurtà billi tuża mezzi u metodi speċifiċi, u tipprovdi konferma kif stabbilit fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu. It-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna jistgħu jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe element u tagħrif meħtieġ sabiex jintlaħaq b’mod effettiv l-objettiv tas-sigurtà.

6.8.7.5

Matul il-PLACI u meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli għall-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul li jissuspetta li kunsinna li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru toħloq theddida serja għas-sigurtà, u dan iwassal sabiex toħroġ notifika sabiex ma titgħabbhiex, dik il-kunsinna ma għandhiex titgħabba abbord inġenju tal-ajru, jew tinħatt minnu, skont kif ikun applikabbli.

6.8.7.6

It-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna f’pajjiż terz li tirċievi notifika mill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul li tirrikjedi li kunsinna ma titgħabbiex abbord inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt 6.8.7.5, għandha:

(a)

tiżgura li l-kunsinna fil-pussess tagħha ma titgħabbiex abbord inġenju tal-ajru, jew tinħatt minnu minnufih f’każ li l-kunsinna diġà tkun tinsab abbord l-inġenju tal-ajru;

(b)

tipprovdi konferma li hija ssodisfat it-talba lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c)

tikkoopera mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul;

(d)

tinforma lill-awtorità xierqa għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-Istat fejn jinsab it-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna li tirċievi n-notifika u tal-pajjiż terz fejn tkun tinsab il-kunsinna f’dak iż-żmien, jekk dan ikun differenti.

6.8.7.7

Jekk il-kunsinna tkun diġà ma’ trasportatur tal-ajru, ma’ operatur jew ma’ entità oħra tul il-katina tal-provvista, it-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna li tirċievi n-notifika sabiex kunsinna ma titgħabbiex li hija stabbilita fil-punt 6.8.7.5 għandha tinforma minnufih lil tali trasportatur tal-ajru, operatur, entità jew persuna oħra li hija għandha:

(a)

tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a), (c) u (d) tal-punt 6.8.7.6;

(b)

tikkonferma l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-punt 6.8.7.6 lit-trasportatur tal-ajru, lill-operatur, lill-entità jew lill-persuna li rċiviet in-notifika stabbilita fil-punt 6.8.7.5.

6.8.7.8

Jekk l-inġenju tal-ajru diġà jkun fl-ajru b’kunsinna abbord li għaliha l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul kien innotifika, skont il-punt 6.8.7.5, li kunsinna ma tistax titgħabba, it-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna li tirċievi n-notifika għandha tinforma minnufih:

(a)

lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru msemmija fil-punt (c) tal-punt 6.8.7.6 sabiex tinforma u tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-ewwel titjira li tgħaddi minn fuq l-Unjoni;

(b)

lill-awtorità xierqa għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-pajjiż terz fejn jinsab it-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna li tirċievi n-notifika u tal-pajjiż terz minn fejn li minnu tkun telqet t-titjira, jekk dan ikun differenti.

6.8.7.9

Wara n-notifika riċevuta mill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul li jkun ħareġ notifika kif stabbilit fil-punt 6.8.7.5, l-awtorità xierqa tal-istess Stat Membru għandha, kif applikabbli, timplimenta jew tiżgura l-implimentazzjoni tagħhom, jew tikkoopera fi kwalunkwe azzjoni sussegwenti, inkluża l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz tat-tluq u fejn applikabbli fil-pajjiż jew fil-pajjiżi ta’ tranżitu u/jew ta’ trasferiment, il-protokolli rilevanti ta’ kontinġenza tas-sigurtà f’konformità mal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-Istat Membru u mal-istandards internazzjonali u mal-prattiki rakkomandati li jirregolaw il-ġestjoni tal-kriżijiet u r-rispons għal atti ta’ interferenza illegali.

6.8.7.10

It-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna f’pajjiż terz li tirċievi notifika maħruġa mill-awtorità doganali ta’ pajjiż terz li jimplimenta skema ta’ Informazzjoni Antiċipata dwar il-Merkanzija qabel it-Tagħbija f’konformità mal-prinċipji stabbiliti mill-Qafas ta’ Standards SAFE tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, għandha tiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.8.7.3 u 6.8.7.4 u fil-punti 6.8.7.6, 6.8.7.7, 6.8.7.8.

Dan il-punt japplika biss fir-rigward ta’ kunsinni ta’ merkanzija jew ta’ posta li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji ta’ hawn taħt:

(a)

jinġarru għat-tranżitu jew għat-trasferiment f’ajruport tal-Unjoni qabel ma jaslu fid-destinazzjoni finali f’ajruport ibbażat fil-pajjiż terz tal-awtorità doganali li tinnotifika;

(b)

jinġarru għat-tranżitu jew għat-trasferiment lejn ajruport tal-Unjoni qabel ma jkollhom tranżitu jew trasferiment ieħor lejn ajruport ibbażat fil-pajjiż terz tal-awtorità doganali li tinnotifika.

Għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.8.7.6(c) u 6.8.7.8(a), it-trasportatur tal-ajru, l-operatur, l-entità jew il-persuna li tirċievi n-notifika f’pajjiż terz, għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-ewwel illandjar fl-Unjoni.

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun diġà fl-ajru, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-ewwel titjira li tgħaddi minn fuq l-Unjoni li għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-punt 6.8.7.9, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-ewwel illandjar fl-Unjoni.

L-awtoritajiet rilevanti kemm tal-Istat Membru tal-ewwel titjira li tgħaddi minn fuq l-Unjoni kif ukoll tal-Istat Membru tal-ewwel illandjar fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-awtorità doganali rispettiva.

(*)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1)."

(**)  It-trasportaturi tal-ajru, l-operaturi u l-entitajiet fl-Iżlanda għandhom japplikaw il-punti 6.7.3 u 6.7.4 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8005.”;"

(23)

fil-punt 11.6.3.6 tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-awtorità xierqa għandha tipprovdi lill-validaturi li tapprova bil-partijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni mhux pubblika u bil-programmi nazzjonali li jirreferu għall-operazzjonijiet u għaż-żoni li jridu jiġu vvalidati.”;

(24)

il-punt 11.6.3.8 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“11.6.3.8

L-awtorità xierqa li taġixxi bħala validatur tista’ twettaq biss validazzjonijiet fir-rigward ta’ trasportaturi tal-ajru, ta’ operaturi u ta’ entitajiet li jitqiegħdu taħt ir-responsabbiltà tagħha jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità xierqa ta’ Stat Membru ieħor, meta tkun intalbet jew inħatret b’mod espliċitu sabiex tagħmel dan minn dik l-awtorità.”;

(25)

jiżdied il-punt 11.6.3.11 li ġej:

“11.6.3.11

L-approvazzjoni ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tkun valida għal perjodu massimu ta’ ħames snin.”;

(26)

il-punt 11.6.4.1. huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“11.6.4.1

Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE:

(a)

ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu fil-“bażi ta’ data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”;

(b)

għandu jiġi pprovdut b’evidenza tal-istatus tiegħu minn jew f’isem l-awtorità xierqa;

(c)

ma jistax iwettaq validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jekk ikollu status ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni skont skema ekwivalenti fis-seħħ f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, sakemm ma jkunx applikabbli l-punt 11.6.4.5.

Il-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE elenkati fil-“bażi ta’ data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista” f’isem l-awtorità xierqa, jistgħu jwettqu biss validazzjonijiet tal-linji tal-ajru, tal-operaturi jew tal-entitajiet taħt ir-responsabbiltà ta’ dik l-awtorità xierqa.”;

(27)

il-punt 11.6.5.6. huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“11.6.5.6

B’mod awtomatiku, ir-rapport għandu jkun bl-Ingliż u għandu jiġi pprovdut lill-awtorità xierqa flimkien mal-entità vvalidata, fi żmien mhux aktar tard minn xahar wara l-verifika fuq il-post.

L-awtorità xierqa għandha tivvaluta r-rapport ta’ validazzjoni fi żmien mhux aktar minn sitt ġimgħat wara li tirċivih.

Fejn ir-rapport jikkonċerna linja tal-ajru, operatur jew entità li tkun qed issirilha validazzjoni għall-finijiet ta’ nominazzjoni eżistenti li tiskadi wara l-perjodi msemmijin fil-paragrafi ta’ hawn fuq, l-awtorità xierqa tista’ tistabbilixxi perjodu itwal sabiex titlesta l-valutazzjoni.

F’każ bħal dan, u sakemm ma jkunux meħtieġa aktar tagħrif u evidenza dokumentarja addizzjonali sabiex il-valutazzjoni tiġi konkluża b’suċċess, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-proċess jitlesta qabel ma tiskadi l-validità tal-istatus.

Fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport, il-validatur għandu jiġi pprovdut b’feedback bil-miktub dwar il-kwalità tar-rapport, u fejn applikabbli, bi kwalunkwe rakkomandazzjoni u rimarka li l-awtorità xierqa tista’ tqis li jkunu meħtieġa. Fejn applikabbli, kopja ta’ dan il-feedback għandha tiġi trażmessa lill-awtorità xierqa li tkun approvat lill-validatur.

Għall-finijiet tan-nominazzjoni ta’ linji tal-ajru, ta’ operaturi jew ta’ entitajiet oħra kif previst f’dan ir-Regolament, awtorità xierqa tista’ titlob u għandha tikseb, fi żmien ħmistax-il jum, mill-awtorità xierqa li tkun abbozzat rapport ta’ validazzjoni bil-lingwa nazzjonali tagħha jew li tkun talbet lill-validatur li jwettaq il-validazzjoni sabiex jagħmel dan, kopja tar-rapport sħiħ ta’ validazzjoni bil-lingwa Ingliża.”;

(28)

il-punt 12.0.2.1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“12.0.2.1

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 12.0.5, it-tagħmir ta’ sigurtà li ġej jista’ jiġi installat biss wara l-1 ta’ Ottubru 2020 jekk ikun immarkat b’“Timbru tal-UE” jew immarkat b’ “Timbru tal-UE pendenti” kif imsemmi fil-punt 12.0.2.5:

(a)

tagħmir bokka għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD);

(b)

tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS);

(c)

tagħmir għall-individwazzjoni tat-traċċi ta’ splussivi (ETD);

(d)

tagħmir ta’ sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi likwidi (LEDS);

(e)

tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall (MDE);

(f)

skeners tas-sigurtà;

(g)

tagħmir għall-iskenjar taż-żraben;

(h)

(h) tagħmir għall-individwazzjoni tal-fwar splussiv (EVD).”;

(29)

il-punt 12.0.2.3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“12.0.2.3

L-immarkar tat-“Timbru tal-UE” għandu jingħata lit-tagħmir tas-sigurtà ttestjat minn ċentri tat-testijiet li jimplimentaw miżuri ta’ kontroll tal-kwalità f’konformità mal-Proċess ta’ Evalwazzjoni Komuni tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità xierqa.”;

(30)

il-punt 12.0.5.3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“12.0.5.3

It-tagħmir tas-sigurtà approvat fil-livell nazzjonali fuq il-bażi tal-punt 12.0.5.1 jew 12.0.5.2 ma għandux ikun immarkat b’mod awtomatiku b’“Timbru tal-UE””;

(31)

jiżdied il-punt 12.3.1 li ġej:

“12.3.1

It-tagħmir kollu installat sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023, li għandu jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta, kif ukoll tal-posta u tal-materjali tat-trasportaturi tal-ajru soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà f’konformità mal-Kapitolu 6, għandu jkun b’viżjoni multipla (multi-view).

L-awtorità xierqa, għal raġunijiet oġġettivi, tista’ tippermetti l-użu ta’ tagħmir bir-raġġi X b’viżjoni unika (single-view) installat qabel l-1 ta’ Jannar 2023 sad-dati li ġejjin:

(a)

tagħmir tar-raġġi X b’viżjoni unika installat qabel l-1 ta’ Jannar 2016, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025;

(b)

tagħmir tar-raġġi X b’viżjoni unika installat mill-1 ta’ Jannar 2016, għal perjodu massimu ta’ għaxar snin mid-data tal-installazzjoni tiegħu jew sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, skont liema jiġi l-ewwel.

L-awtorità xierqa għandha tinforma lill-Kummissjoni meta tapplika d-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu.”;

(32)

il-punt 12.4.2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“12.4.2   Standards għall-EDS

12.4.2.1

It-tagħmir kollu bl-EDS għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tagħmir installat qabel l-1 ta’ Settembru 2014 għandu tal-anqas jissodisfa l-istandard 2;

(b)

tagħmir installat mill-1 ta’ Settembru 2014 sal-31 ta’ Awwissu 2022 għandu tal-anqas jissodisfa l-istandard 3;

(c)

tagħmir installat mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2026 irid tal-anqas jissodisfa l-istandard 3.1;

(d)

tagħmir installat mill-1 ta’ Settembru 2026 irid tal-anqas jissodisfa l-istandard 3.2.

12.4.2.2.

L-istandard 2 għandu jiskadi fl-1 ta’ Settembru 2021.

12.4.2.3

Sabiex tiġi permessa estensjoni fl-użu tal-EDS tal-istandard 2, għandu jkun hemm erba’ kategoriji ta’ ajruporti:

(a)

il-kategorija I - ajruport b’aktar minn 25 miljun passiġġier fl-2019;

(b)

il-kategorija II – ajruport b’servizzi skedati lejn tal-anqas wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-A ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;

(c)

il-kategorija III – ajruport bl-ogħla volum ta’ traffiku fl-2019 f’kull Stat Membru fejn l-ajruport ma jkunx diġà elenkat taħt il-kategorija I jew II;

(d)

il-kategorija IV – ajruport ieħor.

12.4.2.4

L-awtorità xierqa tista’ tippermetti l-użu tal-EDS tal-istandard 2 mill-1 ta’ Settembru 2021, f’konformità mat-tabella li ġejja, sa:

 

Tagħmir bl-EDS tal-istandard 2 installat qabel l-1 ta’ Jannar 2011

Tagħmir bl-EDS tal-istandard 2 installat bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u 1 ta’ Settembru 2014

Ajruporti fil-Kategorija I

fl-1 ta’ Marzu 2022.

fl-1 ta’ Marzu 2023.

Ajruporti fil-Kategorija II jew fil-Kategorija III

fl-1 ta’ Settembru 2022.

fl-1 ta’ Settembru 2023.

Ajruporti fil-Kategorija IV

fl-1 ta’ Marzu 2023.

fl-1 ta’ Marzu 2024.

12.4.2.5

L-awtorità xierqa għandha tinforma lill-Kummissjoni meta tippermetti li l-użu tal-EDS tal-istandard 2 ikompli mill-1 ta’ Settembru 2021.

12.4.2.6.

Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C1.

12.4.2.7.

Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina li jkun fihom il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C2.

12.4.2.8.

Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina li jkun fihom il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku u l-LAGs għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C3.

12.4.2.9

It-tagħmir kollu bl-EDS li jissodisfa l-istandard C3 għandu jitqies bħala ekwivalenti għat-tagħmir tal-LEDS li jissodisfa l-istandard 2 għall-iskrinjar tal-LAGS.”.

(*)  Billi l-Iżlanda mhijiex parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, għall-finijiet tal-punt 6.8.7 ta’ dan l-Anness, l-Iżlanda hija meqjusa bħala pajjiż terz.”;

(*)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”;

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”;

(*)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(**)  It-trasportaturi tal-ajru, l-operaturi u l-entitajiet fl-Iżlanda għandhom japplikaw il-punti 6.7.3 u 6.7.4 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8005.”;”


19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/256

tat-18 ta’ Frar 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Jipprevedi li l-prodotti jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttivi 2002/99/KE u 2009/158/KE, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ.

(4)

Għalhekk, ir-Renju Unit, għajr l-Irlanda ta’ Fuq, qed jiġi elenkat fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur minn ċerti partijiet tat-territorju tiegħu skont il-preżenza tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni tar-Renju Unit hi stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/169 (4).

(5)

Fit-12 ta’ Frar 2021, ir-Renju Unit ikkonferma l-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N1 f’azjendi tat-tjur fi Glenrothes fl-Iskozja.

(6)

L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-azjenda affettwata u implimentaw politika ta’ qerda sabiex tiġi kkontrollata l-preżenza tal-HPAI u titrażżan il-firxa ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit ikkonfermaw li ssospendew minnufih il-ħruġ ta’ ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta’ komoditajiet maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tar-Renju Unit, għajr għall-Irlanda ta’ Fuq.

(7)

Ir-Renju Unit ippreżenta lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u dwar il-miżuri li ħa għall-prevenzjoni ta’ aktar tixrid tal-HPAI, u l-Kummissjoni evalwatha. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, jixraq li jitqiegħdu restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet miż-żona fl-Iskozja affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit qiegħdu taħt restrizzjoni minħabba t-tifqigħa attwali.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-entrata għar-Renju Unit fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/169 tal-11 ta’ Frar 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (ĠU L 49, 12.2.2021, p. 18).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB - Ir-Renju Unit (*1)

GB-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

GB-1

Il-pajjiż kollu tar-Renju Unit, minbarra ż-żona GB-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

GB-2

It-territorju tar-Renju Unit li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

GB-2.1

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.30 u W1.47

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

GB-2.2

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.29 u W1.45

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

GB-2.3

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.49 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

GB-2.4

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.72 u E0.15

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

GB-2.5

Il-Kontea ta’ Derbyshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.93 u W1.57

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

GB-2.6

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.37 u W2.16

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

GB-2.7

Il-Gżejjer Orkney:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N59.28 u W2.44

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.8

Il-Kontea ta’ Dorset:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N51.06 u W2.27

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.9

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.52 u E0.96

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

GB-2.10

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.52 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

GB-2.11

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10.4 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.53 u E0.66

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

GB-2.12

Il-Kontea ta’ Devon:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N50.70 u W3.36

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 

GB-2.13

Qrib Amlwch, Isle of Anglesey, Wales:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N53.38 u W4.30

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

27.1.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

27.1.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

27.1.2021

 

 

 

 

GB-2.14

Qrib Redcar, Redcar u Cleveland, l-Ingilterra:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.57 u W1.07

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

8.2.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

8.2.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

8.2.2021

 

 

 

 

GB-2.15

Glenrothes, Fife, l-Iskozja:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N56.23 u W3.02

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

12.2.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

12.2.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

12.2.2021

 

 

 

 


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.


DEĊIŻJONIJIET

19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/257

tat-18 ta’ Frar 2021

b’appoġġ għall-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li l-Unjoni taħdem biex ikun hemm grad għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, sabiex, fost l-oħrajn, iżżomm il-paċi, tipprevjeni l-konflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f’konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà li tidentifika l-isfidi u t-theddid globali, u li ssejjaħ għal ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli dwar il-multilateraliżmu effettiv u istituzzjonijiet internazzjonali li jiffunzjonaw tajjeb.

(3)

Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom (“il-Konvenzjoni”) daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1999. Din tikkostitwixxi l-uniku strument internazzjonali komprensiv li jipprovdi rispons komprensiv biex jintemmu s-sofferenza u l-korrimenti kkawżati minn mini tal-art kontra l-persunal, inkluż permezz tal-projbizzjoni tal-użu, il-kumulazzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċ u t-trasferiment tagħhom u tal-iżgurar tad-distruzzjoni tagħhom, kif ukoll l-għajnuna għall-vittmi. Mill-1 ta’ Ġunju 2013, l-Istati Membri kollha huma parti għall-Konvenzjoni.

(4)

Fit-23 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/487/PESK (1) b’appoġġ għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

(5)

Fit-3 ta’ Diċembru 2009, fit-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni, l-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni (l-‘Istati Partijiet’) adottaw il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010–2014 dwar l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-Konvenzjoni. Fl-Għaxar Laqgħa tal-Istati Partijiet fl-2010, l-Istati Partijiet adottaw id-Direttiva tal-Istati Partijiet għall-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni, li fiha huma qablu li l-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni (ISU) tal-Konvenzjoni jenħtieġ li tipprovdi parir u appoġġ tekniku lill-Istati Partijiet dwar l- universalizzazzjoni u l- implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, tiffaċilita l-komunikazzjoni fost l-Istati Partijiet, u tippromwovi l-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni rigward il-Konvenzjoni kemm ma’ Stati li mhumiex parti għall-Konvenzjoni kif ukoll mal-pubbliku. Fl--Erbatax-il laqgħa tal-Istati Partijiet fl-2015, l-Istati Partijiet adottaw Deċiżjoni dwar it-tisħiħ tal-governanza finanzjarja u t-trasparenza fi ħdan l-ISU, li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet biex l-ISU twettaq attivitajiet jew proġetti li ma jidhrux fil-baġit annwali tagħha, inkluż fuq stedina ta’ Stati Partijiet jew Stati li mhumiex parti għall-Konvenzjoni.

(6)

Fit-13 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/700/PESK (2) b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010–2014.

(7)

Fis-27 ta’ Ġunju 2014, waqt it-Tielet Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni, l-Istati Partijiet adottaw il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo 2014–2019, li kellu l-għan li jsir progress sinifikanti u sostenibbli lejn l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni matul il-perijodu 2014–2019, u għamlu dikjarazzjoni konġunta li fiha ddikjaraw l-aspirazzjoni tagħhom li jilħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni sa fejn possibbli sal-2025.

(8)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Ġunju 2014 dwar it-Tielet Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni, il-Kunsill fakkar fl-unità tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Konvenzjoni u li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom storja twila ta’ appoġġ għat-tneħħija tal-mini u d-distruzzjoni tal-mini kontra l-persunal maħżuna, kif ukoll għall-għajnuna lill-vittmi tal-mini kontra l-persunal. Il-konklużjonijiet tennew l-appoġġ sod tal-Unjoni lill-Istati Partijiet fl-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom tal-Konvenzjoni, u l-impenn tagħha biex tippromwovi l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni, tipprovdi riżorsi biex tiffinanzja l-azzjoni dwar il-mini, u għajnuna konkreta u sostenibbli lill-vittmi tal-mini kontra l-persunal, lill-familji u lill-komunitajiet tagħhom.

(9)

Fl-4 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 (3), b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo 2014–2019.

(10)

Fil-25 ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-pożizzjoni tal-UE dwar it-tisħiħ tal-projbizzjoni kontra l-mini kontra l-persunal fid-dawl tar-Raba’ Konferenza ta’ Reviżjoni għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Mini kontra l-Persunal mill-25 sad-29 ta’ Novembru 2019 f’Oslo. Il-Kunsill ikkunsidra li, għoxrin sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-Konvenzjoni saret storja ta’ suċċess tad-diplomazija dwar id-diżarm u eżempju ta’ dak li tirrappreżenta l-Unjoni għal ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, ankrata fir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali. Barra minn hekk, il-Kunsill għaraf li l-objettivi tal-Konvenzjoni għadhom ma nkisbux għalkollox.

(11)

Fir-Raba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni, li saret f’Oslo fl-2019, l-Istati Partijiet adottaw il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo 2020–2024. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo 2020–2024 jagħti dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Istati Parti jenħtieġ li jieħdu matul il-perijodu 2020 sal-2024 biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, filwaqt li jibnu fuq il-kisbiet tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni preċedenti. Bħala parti mill-mandat tagħha, l-ISU tappoġġa lill-Istati Partijiet fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni u tal-impenji tagħhom taħt il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo 2020–2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Biex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-bniedem billi tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo 2020–2024 (il-“Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo”) adottat mill-Istati Partijiet fir-Raba’ Konferenza ta’ Reviżjoni għall-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom (il-“Konvenzjoni”), fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà u f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-komunità internazzjonali, l-Unjoni għandha taħdem biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:

(a)

li jingħata appoġġ għall-isforzi tal-Istati Partijiet biex jimplimentaw l-aspetti li jirrigwardaw il-monitoraġġ u t-tneħħija u l-edukazzjoni dwar ir-riskji mill-mini u t-tnaqqis tar-riskji mill-mini tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo;

(b)

li jingħata appoġġ għall-isforzi tal-Istati Partijiet biex jimplimentaw l-aspetti li jirrigwardaw assistenza lill-vittmi tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo;

(c)

li tiġi promossa l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni u li jiġu promossi normi kontra kwalunkwe użu, ħażna, produzzjoni u trasferiment ta’ mini kontra l-persunal u dwar id-distruzzjoni tagħhom;

(d)

li jingħata appoġġ għall-isforzi tal-Istati Partijiet li jżommu l-mini kontra l-persunal għal skopijiet permessi li jżidu l-kapaċitajiet ta’ rappurtar, jiżguraw li n-numru ta’ dawn il-mini miżmuma ma jaqbiżx in-numru minimu assolutament meħtieġ, u li jiġu esplorati alternattivi għal mini attivi kontra l-persunal għal skopijiet ta’ taħriġ u riċerka fejn possibbli;

(e)

li jintwera l-impenn kontinwu tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għall-Konvenzjoni u d-determinazzjoni tagħhom li jikkooperaw ma’, u jestendu l-assistenza tagħhom, lil dawk l-Istati li jeħtieġu appoġġ biex jissodisfaw l-impenji tagħhom taħt il-Konvenzjoni, biex b’hekk isaħħu r-rwol ewlieni tal-Unjoni biex tintlaħaq il-viżjoni tal-Konvenzjoni li jintemmu definittivament t-tbatija u l-korrimenti kkawżati mill-mini kontra l-persunal.

2.   L-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu segwiti b’tali mod li jsaħħu t-tradizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ sħubija u kollaborazzjoni bejn Stati, organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet oħrajn, inkluż ir-rappreżentanti minn komunitajiet affettwati mill-mini. L-azzjonijiet kollha għandhom jiżguraw approċċ inklużiv fil-livelli kollha.

3.   Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmijin fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tappoġġa l-proġetti li ġejjin:

(a)

appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni, għall-kooperazzjoni u l-assistenza Internazzjonali, u għat-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni;

(b)

appoġġ għall-implimentazzjoni tal-assistenza għall-vittmi, għall-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali, u għat-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni;

(c)

appoġġ għall-isforzi għall-Universalizzazzjoni u għall-promozzjoni tan-normi tal-Konvenzjoni;

(d)

appoġġ għal alternattivi għall-użu ta’ mini attivi kontra l-persunal għal skopijiet ta’ taħriġ, u għal żieda fil-kooperazzjoni u l-assistenza;

(e)

it-turija tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri u l-iżgurar tal-viżibbiltà tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ sessjonijiet ta’ tagħrif annwali biex tingħata pubbliċità lill-attivitajiet previsti f’din id-Deċiżjoni u l-eżiti tagħhom u permezz tal-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ għeluq, biex b’hekk jiġi ssottolinjat il-kontribut tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

4.   Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 hija stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-‘Rappreżentant Għoli’) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(3) għandha tiġi fdata f’idejn lill-ISU tal-konvenzjoni, irrappreżentata miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal skopijiet Umanitarji (GICHD).

3.   L-ISU għandha timplimenta l-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(3) taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dak il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-GICHD.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(3) għandu jkun ta’ EUR 2 658 139.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tal-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-GICHD, li jistipula li l-ISU tiżgura l-identifikazzjoni u l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatti għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

5.   L-ISU għandha timplimenta l-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(3) f’konformità mad-Deċiżjoni dwar it-tisħiħ tal-governanza u t-trasparenza finanzjarja fi ħdan l-ISU, meħuda fl-Erbatax-il Laqgħa tal-Istati Partijiet fl-2015. L-ISU għandha tipprovdi, fost rapportar ieħor, rapporti deskrittivi u trimestrali, kif ukoll qafas loġiku u matriċi ta’ attivitajiet kif stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-ISU. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 48 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż f’dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/487/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 b’appoġġ għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulu ta’ Ħażna, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini tal-Art Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (ĠU L 165, 26.6.2008, p. 41).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/700/PESK tat-13 ta’ Novembru 2012 fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kartaġena 2010–2014, adottat mill-Istati Parti għall-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 40).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1428 tal-4 ta’ Awwissu 2017 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 101).


ANNESS

PROĠĠETT B’APPOĠĠ GĦALL-PJAN TA’ AZZJONI TA’ OSLO GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONVENZJONI TAL-1997 DWAR IL-PROJBIZZJONI TAL-UŻU, IL-KUMULAZZJONI, IL-PRODUZZJONI U T-TRASFERIMENT TA’ MINI KONTRA L-PERSUNAL U DWAR ID-DISTRUZZJONI TAGĦHOM.

Sfond

Li tikkontribwixxi għal aktar sigurtà tal-bniedem kif previst permezz tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà, billi tippromwovi l-aċċettazzjoni tan-normi u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u dwar id-Distruzzjoni tagħhom (“il-Konvenzjoni”). Il-proġett appoġġat mill-Unjoni jappoġġa l-isforzi tal-Istati Partijiet biex jimplimentaw diversi aspetti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Oslo 2020–2024 (l-“OAP”), kif adottat fir-Raba’ Konferenza ta’ Reviżjoni f’Novembru 2019.

Il-proġett propost jibni fuq l-Azzjoni Konġunta 2008/487/PESK u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2012/700/PESK u (PESK) 2017/1428, billi jikkontribwixxi għat-tħejjijiet tal-Ħames Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni fl-2024.

Proġett 1: Appoġġ għall-implimentazzjoni tat-tneħħija tal-mini (l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni), għall-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali (l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni), u għat-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni)

1.1.   Objettivi

Li tiżdied il-kapaċità li tiġi rrappurtata u indirizzata l-kontaminazzjoni minn mini kontra l-persunal inkluż, fejn rilevanti, dawk ta’ natura improvviżata.

Li tingħata edukazzjoni speċifika għall-kuntest dwar ir-riskju tal-mini u sforzi ta’ tnaqqis.

Li jiġu stabbiliti kapaċitajiet nazzjonali sostenibbli biex jiġu indirizzati żoni fejn hemm il-mini li qabel ma kinux magħrufa.

Li jiżdied id-djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati;

Li jiġu esplorati opportunitajiet għall-kooperazzjoni (internazzjonali, reġjonali, trijangulari u nofsinhar-nofsinhar) biex jiġu indirizzati l-isfidi li fadal.

Li jittejjeb ir-rappurtar f’konformità mal-OAP u l-indikaturi tiegħu.

1.2.   Deskrizzjoni

B’kontribut mill-Kumitat dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu 5 dwar l-għażla ta’ pajjiżi/reġjuni benefiċjarji, isiru sa ħames avvenimenti nazzjonali/reġjonali fil-Kontinent Amerikan, l-Ewropa, l-Asja Ċentrali jew tax-Xlokk, ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq (MENA), ir-reġjun tal-Qarn tal-Afrika u r-reġjun tas-sub-Saħara.

Id-Djalogi Nazzjonali jew Reġjonali tal-Partijiet Ikkonċernati jfittxu li jtejbu aktar il-kooperazzjoni u l-assistenza dwar l-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet tal-OAP relatati mal-Artikoli 5, 6 u 7 tal-Konvenzjoni. F’xi każijiet, dawk id-Djalogi jagħmlu enfasi speċjali fuq ir-rappurtar ta’ mini kontra l-persunal ta’ natura improvviżata. Tingħata prijorità għad-Djalogi Nazzjonali lil Stati bi skadenzi imminenti għat-tneħħija tal-mini u li jeħtieġu appoġġ. Barra minn hekk, jistgħu jsiru Djalogi fi Stati li waslu biex ilestu t-tneħħija tal-mini (Artikolu 5 tal-Konvenzjoni) jew li dan l-aħħar għamlu dan f’konformità mal-Azzjoni 26 tal-OAP.

Filwaqt li jibnu fuq is-suċċessi tal-passat, l-avvenimenti jikkunsidraw u jitnebbħu fil-livelli ta’ tfassil, ġestjoni u implimentazzjoni mill-ħtiġijiet u l-perspettivi differenti tan-nisa, il-bniet, is-subien u l-irġiel f’komunitajiet affettwati mill-mini, u tas-sħab fl-azzjoni kontra l-mini.

Id-djalogi jiġu organizzati u kkofaċilitati mill-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni (ISU) u l-Istat Parti benefiċjarju flimkien mal-organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti li tikkollabora jew tospita l-avveniment b’mod konġunt.

Fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni li kien element bażiku tal-Konvenzjoni, ikunu involuti l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri, il-Kumitat dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu 5 u l-Kumitat dwar it-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni u l-Assistenza, ir-rappreżentanti tad-donaturi, l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali għat-tneħħija tal-mini, il-Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni tal-Mini tal-Art (ICBL), u partijiet ikkonċernati oħra. Jekk jirriżulta fi sponsorizzazzjoni, tali involviment ikun soġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati fid-dikjarazzjoni tal-impatt baġitarju.

Jistgħu jitwettqu azzjonijiet ta’ segwitu appoġġati mill-ISU b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mid-Djalogi jew li joħorġu mill-Osservazzjonijiet rilevanti tal-Kumitat u/jew id-Deċiżjoni rilevanti tal-Istati Partijiet (eż. Deċiżjonijiet dwar talbiet għal estensjoni). Filwaqt li tkompli bil-prattika stabbilita, fejn l-Istati benefiċjarji jkunu involuti f’koalizzjonijiet ta’ pajjiżi jew sħubijiet mal-Unjoni jew l-Istati Membri, l-ISU taħdem flimkien mal-partijiet kollha.

1.3.   Riżultati

Ir-rappreżentanti tal-Istati jiksbu aktar għarfien ta’ kif jiżguraw l-implimentazzjoni tal-OAP permezz ta’ konsultazzjonijiet inklużivi mal-membri tal-komunitajiet affettwati.

Ir-rappreżentanti tal-Istati jiksbu għarfien dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti, malajr kemm jista’ jkun u ferm qabel it-tlestija, il-kapaċitajiet nazzjonali li jiġu indirizzati żoni ta’ mini ġodda jew li qabel ma kinux magħrufa wara t-tlestija.

Ir-rappreżentanti tal-Istati jsaħħu l-kapaċitajiet biex itejbu r-rappurtar b’rabta mal-OAP skont il-Gwida tar-Rappurtar.

Ir-rappreżentanti tal-Istati jitgħallmu dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza disponibbli biex jappoġġaw l-isforzi ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-passi li jistgħu jieħdu biex jinkoraġġixxu tali kooperazzjoni u assistenza, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ Pjattaformi Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Mini.

Ir-rappreżentanti tal-Istati jitgħallmu dwar l-isfidi u l-lakuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom tal-OAP u jevalwaw b’mod partikolari fejn jinsabu fir-rigward tal-indikaturi tal-OAP.

Abbażi tad-Djalogi, ir-rappreżentanti tal-Istati jikkunsidraw ir-reviżjoni, l-aġġornament jew l-iżvilupp ta’ strateġiji jew pjanijiet nazzjonali għat-tneħħija tal-mini.

Il-perspettivi differenti tan-nisa, l-bniet, is-subien u l-irġiel u l-ħtiġijiet tas-superstiti tal-mini u tal-komunitajiet affettwati u l-parteċipazzjoni sinifikanti tagħhom jiġu żgurati.

1.4.   Benefiċjarji

In-nisa, il-bniet, is-subien u l-irġiel li ħajjithom hija affettwata mill-preżenza jew il-preżenza suspettata ta’ mini kontra l-persunal fl-Istati Partijiet li huma fil-proċess li jimplimentaw l-obbligi tal-Artikolu 5 skont il-Konvenzjoni jew li reċentement issodisfaw tali obbligi.

Ir-rappreżentanti tal-Istat li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, u b’mod partikolari aspetti relatati mat-tneħħija tal-mini, u l-edukazzjoni dwar ir-riskju mill-mini u t-tnaqqis tar-riskju tal-mini.

Proġett 2: Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-għajnuna lill-vittmi, għall-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali (l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni), u għat-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni (l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni)

2.1.   Objettivi

L-Istati Partijiet jimplimentaw l-għajnuna lill-vittmi (‘VA’) bħala parti minn approċċi usa’ ta’ drittijiet ta’ diżabilità u ta’ żvilupp li jieħdu kont ta’ kwistjonijiet ta’ ġeneru u tal-ħtiġijiet differenti tas-superstiti tal-mini, inkluż il-ħtiġijiet tas-superstiti al-mini f’żoni rurali u remoti.

2.2.   Deskrizzjoni

Bl-adozzjoni tal-OAP, l-Istati Partijiet affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li “jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u effettiva tal-vittmi tal-mini fis-soċjetà, abbażi tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-inklużjoni u n-nondiskriminazzjoni.” (traduzzjoni mhux uffiċjali).

Bis-saħħa tal-appoġġ finanzjarju pprovdut permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428, u bħala segwitu għall-konferenza globali msemmija fid-Deċiżjoni 2012/700/PESK, il-prattikanti tal-VA u tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità minn Stati Partijiet u mhux parti b’għadd sinifikanti ta’ superstiti ltaqgħu f’konferenza globali biex ikomplu jorbtu sħubijiet mad-dinja tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fil-livelli nazzjonali u internazzjonali.

Dan inkiseb bis-saħħa tal-parteċipazzjoni tal-ministeri nazzjonali rilevanti, u l-għarfien espert vast ipprovdut mill-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar id-Diżabilità u l-Aċċessibbiltà, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC), u organizzazzjonijiet esperti membri tal-ICBL bħal Humanity and Inclusion (HI), fost oħrajn.

Filwaqt li jibni fuq dik il-kisba, dan il-Proġett jappoġġa t-tielet konferenza globali, bi prattikanti esperjenzati tal-VA, il-Mibgħut Speċjali tan-NU dwar id-Diżabilità u l-Aċċessibbiltà u Membru tal-Kumitat tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), biex tiġi riveduta l-implimentazzjoni tal-OAP u jingħata kontribut għal Pjan ta’ Azzjoni ġdid li għandu jiġi adottat mill-komunità internazzjonali fl-2024. Tali konferenza ssir mill-inqas sena qabel il-Ħames Konferenza ta’ Reviżjoni u torbot fuq il-parteċipazzjoni u l-kontribut tal-President Nominat tal-Konferenza ta’ Reviżjoni.

Bil-kontribut mill-Kumitat għall-Għajnuna lill-Vittmi dwar l-għażla tal-pajjiżi/reġjuni benefiċjarji, il-Proġett jestendi l-appoġġ tiegħu lill-Istati Partijiet permezz ta’ Djalogi Nazzjonali u/jew Reġjonali tal-Partijiet Ikkonċernati f’sa ħames avvenimenti fil-Kontinent Amerikan, l-Ewropa, l-Asja Ċentrali jew tax-Xlokk, ir-reġjun tal- MENA, ir-reġjun tal-Qarn tal-Afrika u r-reġjun tas-sub-Saħara. Id-djalogi jfittxu li jappoġġaw lill-Istati Partijiet fit-tisħiħ tal-isforzi multisettorjali tagħhom biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-VA tkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tas-CRPD. Dawk id-Djalogi jfittxu li jsaħħu u jiżguraw l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni effettiva tal-vittmi tal-mini u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, f’diskussjonijiet biex jiġu mobilizzati u żgurati r-riżorsi u jiġu ggarantiti s-servizzi minn perspettiva bbażata fuq id-drittijiet. Sabiex jissaħħu aktar dawk ir-rabtiet u jinżamm pjan koeżiv biex jinbnew u jiġu żviluppati l-kapaċitajiet nazzjonali, il-Proġett ifittex ukoll li jospita Laqgħat ta’ Esperti dwar il-VA qabel il-Laqgħat tal-Istati Partijiet kif meħtieġ iżda, fi kwalunkwe każ, mill-inqas tliet darbiet.

Filwaqt li jibnu fuq is-suċċessi tal-passat, l-avvenimenti jikkunsidraw u jitnebbħu fil-livelli ta’ tfassil, ġestjoni u implimentazzjoni minn proċess inklużiv li jqis il-ħtiġijiet u l-perspettivi differenti tan-nisa, il-bniet, is-subien u l-irġiel li ssopravvivew l-isplużjoni ta’ mini kontra l-persunal, komunitajiet affettwati mill-mini u l-komunità tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, inkluż is-superstiti ta’ mini f’żoni rurali u remoti. Dan jiżgura valur miżjud għall-isforzi li qed isiru fil-livelli nazzjonali.

Id-djalogi jkunu organizzati u kkofaċilitati mill-ISU u l-Istat Parti benefiċjarju u, fejn rilevanti, mal-organizzazzjoni intergovernattiva reġjonali li tisponsorja d-Djalogu b’mod konġunt. Fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni li kien element bażiku tal-Konvenzjoni, ikunu involuti l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri, il-Kumitati dwar l-Għajnuna lill-Vittmi u l-Kumitat dwar it-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni u l-Assistenza, ir-rappreżentanti tad-donaturi, l-aġenziji tan-NU inkluż id-WHO u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali għat-tneħħija tal-mini, l-ICRC u partijiet ikkonċernati oħra bħall-ICBL u organizzazzjonijiet membri bħall-HI. Jekk jirriżulta fi sponsorizzazzjoni, tali involviment ikun soġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati fid-dikjarazzjoni tal-impatt baġitarju.

Jistgħu jitwettqu azzjonijiet ta’ segwitu appoġġati mill-ISU b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mid-Djalogi jew li joħorġu mill-Osservazzjonijiet tal-Kumitat rilevanti u/jew mill-konklużjonijiet tad-Djalogi Nazzjonali/Reġjonali. Dan ikun jinkludi sponsorizzazzjoni ta’ prattikanti tal-VA rilevanti u/jew rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ superstiti tal-mini biex jipparteċipaw fi żjarat ta’ skambju tekniku jew biex jattendu laqgħat formali jew informali tal-Konvenzjoni. Filwaqt li tkompli bil-prattika stabbilita, fejn l-Istati Partijiet benefiċjarji jkunu involuti f’koalizzjonijiet ta’ pajjiżi jew sħubijiet mal-Unjoni jew l-Istati Membri, l-ISU taħdem flimkien mal-partijiet kollha.

2.3.   Riżultati

Ir-rappreżentanti tal-Istati jżidu l-għarfien dwar kif l-aħjar jiżguraw rispons multisettorjali biex jimplimentaw l-obbligi tal-VA tagħhom, u jintegraw il-VA f’politiki, pjanijiet u oqfsa legali nazzjonali usa’.

L-Istati jiksbu fehim dwar il-ħtieġa li jiġi żgurat li entità tal-gvern rilevanti tiġi inkarigata biex tissorvelja l-integrazzjoni tal-VA f’oqfsa usa’, u dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat pjan ta’ azzjoni bbażat fuq objettivi speċifiċi, miżurabbli, realistiċi u marbuta biż-żmien biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-mini.

L-Istati jżidu l-inklużjoni fl-approċċ tagħhom tal-VA, b’mod partikolari billi jinkludu, jew iżidu l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-superstiti tal-mini jew tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fl-ippjanar nazzjonali u bħala parti mid-delegazzjonijiet wara l-attivitajiet tal-Proġett.

Ir-rappreżentanti tal-Istati jitgħallmu dwar l-isfidi u l-lakuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom tal-OAP u jevalwaw b’mod partikolari fejn jinsabu fir-rigward tal-indikaturi tal-OAP.

Abbażi tad-Djalogi, ir-rappreżentanti tal-Istati jikkunsidraw ir-reviżjoni, l-aġġornament jew l-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar il-persuni b’diżabilità.

L-organizzazzjonijiet tas-superstiti tal-mini u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità jkomplu jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom u/jew jissaħħu fil-pożizzjoni tagħhom wara l-attivitajiet tal-Proġett.

Ir-rappreżentanti tal-Istati jsaħħu l-kapaċitajiet biex itejbu r-rappurtar b’rabta mal-OAP skont il-Gwida tar-Rappurtar.

L-Istati u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-vittmi jżidu s-sħubiji mal-komunitajiet umanitarji, ta’ konsolidazzjoni tal-paċi, tal-iżvilupp u tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti b’kont meħud tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

2.4.   Benefiċjarji

In-nisa, il-bniet, is-subien u l-irġiel li ndarbu minn mini kontra l-persunal u fdalijiet splussivi oħra tal-gwerra, u vittmi oħra tal-mini, inkluż f’żoni rurali u remoti.

Esperti tal-VA li jaħdmu fuq kwistjonijiet rilevanti għall-VA.

Prattikanti tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità li jaħdmu fi Stati b’għadd sinifikanti ta’ superstiti tal-mini.

Proġett 3: Appoġġ għall-isforzi ta’ universalizzazzjoni u għall-promozzjoni tan-normi tal-Konvenzjoni

3.1.   Objettiv

Stati mhux parti jersqu eqreb lejn l-adeżjoni waqt li l-uffiċjali rilevanti jiżviluppaw affinità espressa għall-Konvenzjoni u/jew in-normi internazzjonali kontra mini kontra l-persunal.

3.2.   Deskrizzjoni

Fid-Dikjarazzjoni ta’ Oslo dwar Dinja Mingħajr Mini l-Istati jimpenjaw ruħhom li “jippromwovu u jiddefendu” n-normi stabbiliti mill-Konvenzjoni, u “jagħmlu kull sforz għall-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni” abbażi tal-“obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali, inkluż il-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem.” (traduzzjoni mhux uffiċjali).

L-OAP tidentifika żewġ Azzjonijiet biex tiżgura żieda fis-sħubija fil-Konvenzjoni u tisħiħ tan-normi tal-Konvenzjoni. L-Azzjonijiet tal-OAP 11 u 12 jappellaw lill-Istati Partijiet biex “jużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jippromwovu r-ratifika ta’/l-adeżjoni mal-Konvenzjoni minn Stati mhux parti inkluż billi jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma tal-Konvenzjoni”; u, “biex ikomplu jippromwovu l-osservanza universali tan-normi u l-objettivi tal-Konvenzjoni” (traduzzjoni mhux uffiċjali).

Għal dak il-għan, u b’kontribut mill-President tal-Konvenzjoni u l-grupp informali tal-universalizzazzjoni, fejn rilevanti, il-Proġett iwettaq varjetà ta’ sforzi ta’ universalizzazzjoni. Dawk jinkludu żjarat ta’ livell għoli, laqgħat tekniċi u/jew sessjonijiet ta’ ħidma, sponsorizzazzjoni ta’ uffiċjali rilevanti minn Stati fil-mira biex jattendu laqgħat tal-Konvenzjoni, u laqgħat fil-livell ta’ ambaxxaturi fil-kwartieri ġenerali tan-NU jew kwalunkwe wieħed mill-kwartieri ġenerali reġjonali sussidjarji tagħha.

Mill-inqas ħames attivitajiet jitwettqu bl-appoġġ tal-komunità tal-Konvenzjoni inkluż l-Istati Membri tal-Unjoni u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-Istati fil-mira. Filwaqt li tkompli bil-prattika stabbilita, fejn l-Unjoni jew l-Istati Membri jkunu involuti f’koalizzjonijiet ta’ pajjiżi jew sħubijiet fi Stati fil-mira, l-ISU taħdem flimkien mal-partijiet kollha.

Kull meta jkun possibbli, approċċ politiku ta’ livell għoli jiġi segwit b’sessjonijiet ta’ ħidma teknika mnebbħin minn kontribut espert mill-Istati li jmexxu l-isforzi ta’ universalizzazzjoni, l-ICBL, l-ICRC, it-Timijiet tal-Pajjiżi tan-NU, u/jew l-organizzazzjonijiet rilevanti. Dawk is-sessjonijiet ta’ ħidma jitwettqu fil-livelli nazzjonali, subreġjonali jew reġjonali mal-ministeru/i rilevanti jew istituzzjoni(ijiet) tal-Istati fil-mira. Il-proġett ifittex li jisponsorizza delegati rilevanti minn Stati fil-mira biex jattendu l-laqgħat tal-Konvenzjoni. Dan jiżgura li l-Istati Parti jkunu jistgħu jsegwu lill-Istati fil-mira, u li l-laqgħat tal-Konvenzjoni jibqgħu fuq ir-radar tal-Istati fil-mira. L-ISU tikkoordina tali sponsorizzazzjoni kif permess skont id-dikjarazzjoni tal-impatt baġitarju.

Barra minn hekk, l-ISU tospita laqgħa teknika ta’ segwitu f’livell nazzjonali, subreġjonali jew reġjonali ma’ Stat mhux parti li qabel kien fil-mira ta’ Deċiżjoni tal-Unjoni jew ta’ Azzjoni Konġunta tal-Unjoni.

3.3.   Riżultati

Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fi Stati li mhumiex parti jiksbu għarfien akbar tal-Konvenzjoni u n-normi tagħha u/jew tal-appoġġ disponibbli għall-adeżjoni.

L-uffiċjali rilevanti tal-Istati jiksbu fehim akbar tal-ħidma tal-Konvenzjoni.

L-Istati mhux parti jesprimu pubblikament it-tqarrib jew l-affinità għall-Konvenzjoni u n-normi tagħha (eż. jattendu laqgħa formali jew informali tal-Konvenzjoni).

Bħala riżultat tal-missjonijiet, il-partijiet ikkonċernati nazzjonali marbutin mal-azzjoni kontra l-mini u/jew l-universalizzazzjoni jingħataw spinta biex jagħmlu pressjoni għall-universalizzazzjoni.

Ir-rwol tal-Unjoni fil-promozzjoni tal-Konvenzjoni u n-normi tagħha jiġi enfasizzat fost il-komunità tal-Konvenzjoni, l-uffiċjali tal-Unjoni, u l-Istati mhux parti.

Mill-inqas Stat fil-mira wieħed mhux parti jipprovdi rapport volontarju skont l-Artikolu 7.

3.4.   Benefiċjarji

L-Istati li għadhom ma rratifikawx, ma approvawx, ma aċċettawx jew ma aderewx għall-Konvenzjoni.

Stati Partijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali u dawk mhux governattivi involuti fi sforzi li jippromwovu l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni.

In-nisa, il-bniet, is-subien u l-irġiel fl-Istati fejn tidħol fis-seħħ projbizzjoni fuq il-mini tal-art.

Proġett 4: Appoġġ għal alternattivi għall-użu ta’ mini attivi kontra l-persunal għal skopijiet ta’ taħriġ (Artikolu 3 tal-Konvenzjoni), u għal żieda fil-kooperazzjoni u l-assistenza (Artikolu 6)

4.1.   Objettiv

L-Istati li jżommu l-mini kontra l-persunal għal finijiet permessi jaġixxu fuq l-Azzjoni 16 tal-OAP inkluż billi jżidu r-rappurtar, u l-Azzjoni 17 tal-OAP billi jesploraw alternattivi għal mini attivi kontra l-persunal.

4.2.   Deskrizzjoni

Bħalissa hemm 66 Stat Parti li jżomm aktar minn 150 000 mina kontra l-persunal għal finijiet permessi skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni. Filwaqt li l-informazzjoni li waslet mill-Istati Partijiet tindika li dan in-numru qed jonqos, għadd żgħir ta’ Stati Partijiet ma ppreżentawx l-informazzjoni annwali dwar it-trasparenza dwar il-mini kontra l-persunal miżmuma tagħhom għal ħafna snin.

Sabiex jiġu appoġġati l-Istati Partijiet li jkunu jixtiequ jaġixxu fuq l-Azzjoni 16 u 17 tal-OAP, il-Proġett propost, b’kontribut mill-President tal-Konvenzjoni, jappoġġa seminar nazzjonali jew reġjonali ma’ mill-inqas żewġ Stati li jitolbu tali assistenza. L-Istati Partijiet, inkluż l-Istati Membri, u l-organizzazzjonijiet rilevanti jistgħu jipprovdu tagħlimiet meħuda u pjanijiet direzzjonali biex jissostitwixxu l-mini kontra l-persunal attivi għat-taħriġ. Filwaqt li tkompli bil-prattika stabbilita, fejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jkunu involuti f’koalizzjonijiet ta’ pajjiżi jew sħubijiet ma’ Stati Partijiet benefiċjarji, l-ISU taħdem flimkien mal-partijiet kollha.

Il-proġett jappoġġa wkoll sessjoni ta’ ħidma teknika dwar alternattivi għall-użu ta’ mini attivi kontra l-persunal. Kull meta jkun rilevanti u/jew possibbli, l-Istati Membri tal-Unjoni u Stati Partijiet oħra jiġu mistiedna jikkondividu t-tagħlimiet meħuda dwar alternattivi għat-taħriġ u r-riċerka, u/jew il-qerda tal-mini kontra l-persunal miżmuma, filwaqt li jsaħħu aktar il-kooperazzjoni u l-assistenza fost il-komunità tal-Konvenzjoni. Għal dak il-għan, il-Proġett ikun jinvolvi lill-Kumitat dwar il-Konformità Kooperattiva, u l-Kumitat dwar it-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni u l-Assistenza.

4.3.   Riżultati

L-Istati Partijiet iżidu r-rappurtar dwar l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni fir-rapporti annwali dwar it-trasparenza.

L-Istati Partijiet f’pożizzjoni li jagħmlu dan jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni u assistenza lejn Stati Partijiet li jixtiequ jieħdu azzjoni dwar l-impenji tal-Artikolu 3, u fir-rigward tal-Azzjonijiet 16 u 17tal-OAP.

Jinkiseb għarfien aġġornat mill-Istati Partijiet li jżommu għadd kbir ta’ mini kontra l-persunal b’mill-inqas Stat Parti wieħed jagħmel progress lejn l-użu ta’ alternattivi għat-taħriġ.

4.4.   Benefiċjarji

L-Istati Partijiet b’impenji tal-Artikolu 3.

Uffiċjali tal-Istati responsabbli għall-programmi ta’ taħriġ għat-tneħħija tal-mini.

In-nisa, il-bniet, is-subien u l-irġiel fl-Istati Partijiet fejn jinqerdu l-mini kontra l-persunal miżmuma.

Proġett 5: It-turija tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u l-iżgurar tal-viżibbiltà tagħhom

5.1.   Objettiv

Il-Komunità tal-Konvenzjoni u l-Istati Partijiet benefiċjarji jiksbu fehim dwar il-kontribut tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lejn l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, filwaqt li l-uffiċjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jsiru konxji minn din id-Deċiżjoni u kif tista’ tirrelata ma’ ħidmiethom.

5.2.   Deskrizzjoni

Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill u l-Azzjoni Konġunta preċedenti, l-ISU timpenja ruħha li tenfasizza r-rwol tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fost il-komunità tal-Konvenzjoni u fl-Istati benefiċjarji u fil-mira. Għal dak il-għan u skont il-Pjan ta’ Komunikazzjoni u Viżibbiltà, l-ISU torganizza sessjonijiet ta’ tagħrif regolari, b’mod partikolari matul il-laqgħat tal-Konvenzjoni, matul il-fażi ta’ implimentazzjoni tal-Proġett u torganizza avveniment tal-għeluq.

L-ISU tagħmel kampanji tal-media u toħroġ pubblikazzjonijiet li jippromwovu dak li twettaq mill-Konvenzjoni. L-ISU tiżgura li r-rwol tal-Unjoni f’din il-kampanja jiġi enfasizzat.

Kif stabbilit mill-prattika preċedenti, l-ISU tippreżenta rapporti narrattivi ta’ kull xahar lill-Unjoni u rapporti ta’ kull tliet xhur lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-proġett.

5.3.   Riżultati

L-uffiċjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jkunu konxji minn din id-Deċiżjoni u kif tista’ tirrelata ma’ ħidmiethom.

L-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-Konvenzjoni u l-azzjoni kontra l-mini b’mod ġenerali jitpoġġew fiċ-ċentru tal-attenzjoni quddiem l-Istati Partijiet u udjenza globali interessata fis-sigurtà tal-bniedem.

Jissaħħaħ l-għarfien dwar l-objettivi tal-Konvenzjoni fost il-komunità internazzjonali.


19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/258

tat-18 ta’ Frar 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe.

(2)

Il-Kunsill wettaq rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, fejn qies is-sitwazzjoni politika fiż-Żimbabwe.

(3)

Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-20 ta’ Frar 2022. Jenħtieġ li l-Kunsill iżommhom taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-iżviluppi politiċi u dawk fil-qasam tas-sigurtà fiż-Żimbabwe.

(4)

Jenħtieġ li l-entrata għal persuna waħda li mietet titħassar mil-lista ta’ persuni u entitajiet indikati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu għal tliet persuni u entità waħda mniżżlin f’ dak l-Anness, u jenħtieġ li jiġu aġġornati l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni u r-raġunijiet għall-indikazzjoni għal żewġ persuni stabbiliti f’dak l-Anness. Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tiġġedded għal tliet persuni elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni u jenħtieġ li persuna waħda li mietet titħassar mill-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/101/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ Frar 2022.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), sa fejn japplikaw għall-persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta’ Frar 2022.

4.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”;

(2)

l-Anness I huwa sostitwit bl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

(3)

L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS I

PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 4 U 5

I.   Persuni

 

Isem (u psewdonimi)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

2.

MUGABE, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Eks Segretarja tal-Lega tan-nisa ta’ ZANU-PF (Zimbabwe African National Union – Patriotic Front), involuta f’attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb b’mod illeċitu profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

5.

CHIWENGA, Constantine

Viċi President

Eks Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral irtirat, imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Viċi President u eks Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe. Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika repressiva tal-istat. Uża l-armata għall-akkwisti ta’ azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.

7.

SIBANDA, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe

Eks Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew l-24.12.1954

ID 63-357671H26

Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe u eks Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe. Membru anzjan tal-armata b’rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat.

II.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe.

Assoċjata mal-Ministeru għad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern ta’ ZANU-PF.


ANNESS II

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, titħassar l-entrata li tikkonċerna lill-persuna li ġejja:

“4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema”.


19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2021/259

tal-10 ta’ Frar 2021

li tistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dwar is-sigurtà industrijali fir-rigward ta’ għotjiet ikklassifikati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (2),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (3),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (4),

Wara li kkonsultat lill-Grupp ta’ Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 41(5) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444,

Billi:

(1)

L-Artikoli 41, 42, 47 u 48 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 jipprovdu li għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet aktar dettaljati biex jissupplimentaw u jappoġġaw il-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni f’regoli ta’ implimentazzjoni dwar is-sigurtà industrijali, li jirregolaw kwistjonijiet bħalma huma l-aġġudikazzjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja kklassifikata, l-approvazzjonijiet tas-sigurtà għal faċilità, l-approvazzjonijiet tas-sigurtà tal-persunal, iż-żjarat u t-trażmissjoni u l-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (“EUCl”).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tiddikjara li l-ftehimiet ta’ għotja kklassifikata għandhom jiġu implimentati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ sigurtà nazzjonali, mal-awtorità għas-sigurtà nnominata jew ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tal-Istati Membri kkonċernati; L-Istati Membri qablu li jiżguraw li kull entità taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li tista’ tirċievi jew tiġġenera informazzjoni klassifikata li toriġina mill-Kummissjoni tiġi approvata b’mod xieraq għas-sigurtà u tkun kapaċi tipprovdi protezzjoni xierqa ekwivalenti għal dik mogħtija mir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni korrispondenti, kif previst fil-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea (2011/C 202/05) (5).

(3)

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà qablu li jiżguraw konsistenza massima fl-applikazzjoni ta’ regoli ta’ sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tagħhom tal-IKUE filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet istituzzjonali u organizzattivi speċifiċi tagħhom, skont id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-minuti tas-sessjoni tal-Kunsill li fiha ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (6) dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

(4)

Għalhekk, ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà industrijali fir-rigward ta’ għotjiet klassifikati jenħtieġ li jiżguraw ukoll konsistenza massima u jqisu l-Linji Gwida dwar is-Sigurtà Industrijali li ġew approvati mill-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill fit-13 ta’ Diċembru 2016.

(5)

Fl-4 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni (7) li tagħti s-setgħa lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà li jadotta, f’isem il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha, ir-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 60 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni dwar is-sigurtà industrijali fir-rigward ta’ għotjiet ikklassifikati fi ħdan it-tifsira tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444, u b’mod partikolari l-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) fil-pubblikazzjoni ta’ sejħiet, u meta jingħataw għotjiet u jiġu implimentati l-ftehimiet ta’ għotja kklassifikata konklużi mill-Kummissjoni Ewropea.

3.   Din id-Deċiżjoni tapplika għal għotjiet li jinvolvu informazzjoni kklassifikata fil-livelli li ġejjin:

(a)

RESTREINT UE/EU RESTRICTED;

(b)

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL;

(c)

SECRET UE/EU SECRET.

4.   Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti f’atti legali oħrajn, bħal dawk li jikkonċernaw il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża.

Artikolu 2

Responsabbiltajiet fi ħdan il-Kummissjoni

1.   Bħala parti mir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal awtorizzanti tal-awtorità awtorizzanti msemmi fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa għandu jiżgura li l-għotja klassifikata tikkonforma mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha.

2.   Għal dak il-għan, l-uffiċjal awtorizzanti kkonċernat għandu, fl-istadji kollha, jitlob il-parir tal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet rigward l-elementi ta’ sigurtà ta’ ftehim ta’ għotja kklassifikata, programm jew proġett, u għandu jinforma lill-uffiċjal tas-sigurtà lokali dwar il-ftehimiet ta’ għotja klassifikata ffirmati. Id-deċiżjoni dwar il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ suġġetti speċifiċi għandha tibqa’ f’idejn l-awtorità awtorizzanti u għandha tittieħed b’kunsiderazzjoni xierqa tal-gwida dwar il-klassifikazzjoni tas-sigurtà.

3.   Fejn jiġu applikati l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà tal-programm jew tal-proġett imsemmija fl-Artikolu 5(3), l-awtorità awtorizzanti u l-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni għandhom jaqdu r-responsabbiltajiet assenjati lilhom f’dawk l-istruzzjonijiet.

4.   Biex tirrispetta r-rekwiżiti ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni, l-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ sigurtà nazzjonali (’ASN’) u mal-awtoritajiet tas-sigurtà magħżula (’DSAs’) tal-Istati Membri kkonċernati, b’mod partikolari fir-rigward tal-approvazzjonijiet tas-sigurtà għal faċilità (’ASF’) u l-approvazzjonijiet tas-sigurtà tal-persunal (’PSCs’), il-proċeduri taż-żjarat u l-pjanijiet tat-trasport.

5.   Fejn l-għotjiet jiġu ġestiti minn aġenziji eżekuttivi tal-UE jew minn korpi ta’ finanzjament oħrajn u r-regoli speċifiċi stabbiliti f’atti legali oħrajn imsemmija fl-Artikolu 1(4) ma japplikawx:

(a)

id-dipartiment tal-Kummissjoni li jiddelega għandu jeżerċita d-drittijiet li jappartjenu lill-oriġinatur ta’ IKUE ġġenerata fil-kuntest tal-għotjiet jekk l-arranġamenti ta’ delega jipprovdu hekk;

(b)

id-dipartiment tal-Kummissjoni ta’ delega għandu jkun responsabbli għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà;

(c)

it-talbiet għal informazzjoni dwar l-approvazzjoni tas-sigurtà u n-notifiki lill-NSAs u/jew lid-DSAs għandhom jintbagħtu permezz tal-awtorità tas-sigurtà tal-Kummissjoni.

KAPITOLU 2

TRATTAMENT TAS-SEJĦIET GĦAL GĦOTJIET IKKLASSIFIKATI

Artikolu 3

Prinċipji bażiċi

1.   Partijiet ikklassifikati mill-għotjiet għandhom jiġu implimentati biss minn benefiċjarji rreġistrati fi Stat Membru, jew minn benefiċjarji rreġistrati f’pajjiż terz jew stabbiliti minn organizzazzjoni internazzjonali meta dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali tkun ikkonkludiet ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni mal-Unjoni jew tkun daħlet f’arranġament amministrattiv mal-Kummissjoni (8).

2.   Qabel ma tniedi sejħa għal għotja klassifikata, l-awtorità awtorizzanti għandha tiddetermina l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi pprovduta lill-applikanti. L-awtorità awtorizzanti għandha tiddetermina wkoll il-klassifikazzjoni massima ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni użata jew iġġenerata fl-eżekuzzjoni tal-ftehim tal-għotja jew programm jew proġett, jew tal-inqas il-volum u t-tip antiċipati ta’ informazzjoni li għandha tiġi prodotta jew ġestita, u l-ħtieġa għal sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni klassifikata (SKI).

3.   L-awtorità awtorizzanti għandha tiżgura li s-sejħiet għall-għotjiet klassifikati jipprovdu informazzjoni dwar l-obbligi speċjali ta’ sigurtà relatati ma’ informazzjoni klassifikata. Id-dokumentazzjoni tas-sejħa għandha tinkludi kjarifiki dwar l-iskeda ta’ żmien għall-benefiċjarji biex jiksbu l-FSCs, fejn ikunu meħtieġa. L-Annessi I u II fihom mudelli ta’ kampjuni għall-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tas-sejħa.

4.   L-awtorità awtorizzanti għandha tiżgura li l-informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED, CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tiġi żvelata lill-applikanti biss wara li jkunu ffirmaw ftehim ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni, li jobbliga lill-applikanti jittrattaw u jipproteġu l-IKUE skont id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u r-regoli ta’ implimentazzjoni u r-regoli nazzjonali applikabbli tagħha.

5.   Meta informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED tiġi pprovduta lill-applikanti, ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 5(7) ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu inklużi fis-sejħa jew fl-arranġamenti ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni konklużi fl-istadju tal-proposta.

6.   L-applikanti u l-benefiċjarji kollha li jkunu meħtieġa jittrattaw jew jaħżnu informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fi ħdan il-faċilitajiet tagħhom, jew fil-fażi tal-proposta jew matul l-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ għotja klassifikata, għandu jkollhom ASF fil-livell meħtieġ, għajr għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 9. Dawn li ġejjin jidentifikaw it-tliet xenarji li jistgħu jirriżultaw matul l-istadju tal-proposti għal għotja klassifikata li tkun jinvolvi IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET:

(a)

l-ebda aċċess għal IKUE fil-livell ta’ CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ta’ SECRET UE/EU SECRET matul l-istadju tal-proposta:

Meta s-sejħa jkollha x’taqsam ma’ għotja li tkun se tinvolvi IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, iżda ma tkunx tirrikjedi li l-applikant jittratta tali informazzjoni fl-istadju tal-proposta, applikant li ma jkollux FSC fil-livell meħtieġ ma għandux jiġi eskluż mill-proċess tal-applikazzjoni għar-raġuni li ma jkollux ASF.

(b)

l-aċċess għal IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-bini tal-awtorità awtorizzanti matul l-istadju tal-proposta:

Għandu jingħata aċċess lill-persunal tal-applikant li jkollu PSC fil-livell meħtieġ u li jkollu ħtieġa ta’ tagħrif.

(c)

it-trattament jew il-ħżin ta’ IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-bini tal-applikant matul l-istadju tal-offerti:

Meta s-sejħa tirrikjedi li l-applikanti jittrattaw jew jaħżnu IKUE fil-bini tagħhom, l-applikant għandu jkollu ASF fil-livell meħtieġ. F’tali ċirkostanzi, l-awtorità awtorizzanti għandha tikseb, permezz tal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, assigurazzjoni mill-ASN jew mid-DSA rilevanti li l-applikant ingħata ASF xierqa qabel ma jkun ġie pprovdut kwalunkwe materjal tal-IKUE lill-applikant. Għandu jingħata aċċess lill-persunal tal-applikant li jkollu PSC fil-livell meħtieġ u li jkollu ħtieġa ta’ tagħrif.

7.   Fil-prinċipju, ASF jew PSC ma għandhiex tkun meħtieġa biex tiġi aċċessata informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED, jew fl-istadju tal-proposta jew għall-prestazzjoni tal-ftehim tal-għotja. Meta l-Istati Membri jkunu jirrikjedu ASF jew PSC għal ftehimiet ta’ għotja jew subkuntratti fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom, kif elenkati fl-Anness IV, dawk ir-rekwiżiti nazzjonali ma għandhom jimponu l-ebda obbligu addizzjonali fuq Stati Membri oħrajn jew jeskludu applikanti, benefiċjarji jew sottokuntratturi minn Stati Membri li ma jkollhomx tali rekwiżiti tal-ASF jew tal-PSC għal aċċess għal informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED minn ftehimiet jew sottokuntratti tal-għotjiet relatati, jew kompetizzjoni għal tali. Dawn il-ftehimiet ta’ għotja għandhom jiġu eżegwiti fl-Istati Membri skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom.

8.   Fejn ikun meħtieġ ASF fit-trattament ta’ sejħa u għall-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ għotja klassifikata, l-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat, permezz tal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, talba lill-ASN jew lid-DSA tal-benefiċjarju bl-użu ta’ folja ta’ informazzjoni ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità (“ASCIS”) jew ta’ kwalunkwe forma elettronika ekwivalenti stabbilita. L-Anness III, Appendiċi D, fih eżempju ta’ FSCIS (9). Sa fejn ikun possibbli, għandha tingħata risposta għal FSCIS fi żmien għaxart ijiem xogħol mid-data tat-talba.

9.   Fejn l-istabbilimenti tal-gvern tal-Istati Membri jew stabbilimenti taħt il-kontroll tal-gvern tagħhom jipparteċipaw f’għotjiet ikklassifikati li jeħtieġu FSCs, u fejn l-FSCs ma jinħarġux għal dawk l-istabbilimenti skont il-liġijiet nazzjonali, l-awtorità awtorizzanti għandha tivverifika mal-ASN jew mad-DSA ikkonċernata, permezz tal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, jekk dawk l-istabbilimenti tal-gvern humiex kapaċi jittrattaw IKUE fil-livell meħtieġ.

10.   Fejn PSC tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ ftehim ta’ għotja klassifikata u fejn, skont ir-regoli nazzjonali, ASF tkun meħtieġa qabel ma tingħata PSC, l-awtorità awtorizzanti għandha tivverifika mal-ASN jew mad-DSA tal-benefiċjarju, permezz tal-awtorità ta’ sigurtà tal-Kummissjoni, bl-użu ta’ FSCIS, li l-benefiċjarju għandu FSC jew li l-proċess għal FSC jinsab għaddej. F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma għandhiex toħroġ talbiet għal PSCs bl-użu ta’ folja ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal (“PSCIS”).

Artikolu 4

Sottokuntrattar f’għotjiet ikklassifikati

1.   Il-kondizzjonijiet li taħthom il-benefiċjarji jistgħu jissottokuntrattaw kompiti ta’ azzjoni li jinvolvu IKUE għandhom jiġu definiti fis-sejħa u fil-ftehim tal-għotja. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu r-rekwiżit li l-FSCISs kollha għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-awtorità ta’ sigurtà tal-Kummissjoni. Is-sottokuntrattar għandu jkun soġġett għal kunsens bil-miktub minn qabel mill-awtorità awtorizzanti. Fejn applikabbli, is-sottokuntrattar għandu jikkonforma mal-att bażiku li jistabbilixxi l-programm.

2.   Partijiet ikklassifikati mill-għotjiet għandhom jiġu sottokontrattati biss lil entitajiet irreġistrati fi Stat Membru, jew lil entitajiet irreġistrati f’pajjiż terz jew stabbiliti minn organizzazzjoni internazzjonali meta dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali tkun ikkonkludiet ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni mal-Unjoni jew tkun daħlet f’arranġament amministrattiv mal-Kummissjoni (10).

KAPITOLU 3

TRATTAMENT TA’ GĦOTJIET IKKLASSIFIKATI

Artikolu 5

Prinċipji bażiċi

1.   Meta tapprova għotja klassifikata, l-awtorità awtorizzanti, flimkien mal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, għandha tiżgura li l-obbligi tal-benefiċjarji rigward il-protezzjoni tal-IKUE użata jew iġġenerata fl-eżekuzzjoni tal-ftehim tal-għotja jkunu parti integrali mill-ftehim tal-għotja. Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għall-għotja għandhom jieħdu l-forma ta’ ittra dwar aspetti ta’ sigurtà (SAL). Mudell kampjun għal SAL huwa stabbilit fl-Anness III.

2.   Qabel ma tiffirma għotja kklassifikata, l-awtorità awtorizzanti għandha tapprova gwida tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà (GKS) għall-kompiti li għandhom jitwettqu u għall-informazzjoni ġġenerata fl-implimentazzjoni tal-għotja, jew fil-livell tal-programm jew tal-proġett, fejn applikabbli. Il-GKS għandha tkun parti mis-SAL.

3.   Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għal programm jew proġett għandhom jieħdu l-forma ta’ struzzjoni dwar is-sigurtà ta’ programm (jew ta’ proġett) (PSI). Il-PSI tista’ tiġi abbozzata billi jintużaw id-dispożizzjonijiet tal-mudell tas-SAL kif stipulat fl-Anness III. Il-PSI għandha tiġi żviluppata mid-dipartiment tal-Kummissjoni li jiġġestixxi l-programm jew il-proġett, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, u għandha tiġi ppreżentata għal parir lill-Grupp ta’ Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Meta ftehim tal-għotja jkun parti minn programm jew proġett bil-PSI tiegħu stess, l-SAL tal-ftehim tal-għotja għandu jkollha forma ssimplifikata u għandha tinkludi referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà stabbiliti fil-PSI tal-programm jew tal-proġett.

4.   Ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(9), il-ftehim ta’ għotja kklassifikata ma għandux jiġi ffirmat sakemm l-ASN jew id-DSA tal-applikant tkun ikkonfermat l-FSC tal-applikant, jew, meta l-ftehim ta’ għotja kklassifikata jingħata lil konsorzju, sakemm l-ASN jew id-DSA ta’ mill-inqas applikant wieħed, fil-konsorzju, jew aktar jekk ikun meħtieġ, ikun ikkonferma l-FSC ta’ dak l-applikant.

5.   Fil-prinċipju, u ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’regoli relevanti oħrajn, l-awtorità awtorizzanti għandha titqies bħala l-oriġinatur ta’ IKUE ġġenerata fit-twettiq tal-ftehim tal-għotja.

6.   L-awtorità awtorizzanti, permezz tal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, għandha tinnotifika lill-ASN u/jew lid-DSAs tal-benefiċjarji u tas-subkuntratturi kollha bl-iffirmar ta’ ftehimiet jew sottokuntratti ta’ għotja kklassifikata u bi kwalunkwe estensjoni jew terminazzjoni bikrija ta’ tali kuntratti jew sottokuntratti. Il-lista tar-rekwiżiti tal-pajjiżi hija pprovduta fl-Anness IV.

7.   Il-ftehimiet ta’ għotja li jinvolvu l-informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandhom jinkludu klawżola dwar is-sigurtà li tagħmel id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi E tal-Anness III vinkolanti fuq il-benefiċjarji. Dawk il-ftehimiet ta’ għotja għandhom jinkludu SAL li tistabbilixxi, bħala minimu, ir-rekwiżiti għat-trattament ta’ informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED inklużi aspetti ta’ assigurazzjoni ta’ informazzjoni u rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-benefiċjarji fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-SKI tagħhom li tittratta informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

8.   Meta dan ikun meħtieġ mil-liġijiet u mir-regolamenti nazzjonali tal-Istati Membri, l-ASN jew id-DSAs għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jew is-sottokuntratturi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà applikabbli għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED u jwettqu żjarat ta’ verifika fil-faċilitajiet tal-benefiċjarji jew tas-sottokuntratturi li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom. Meta l-ASN jew id-DSA ma jkollhiex tali obbligu, l-awtorità awtorizzanti għandha tiżgura li l-benefiċjarji jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà meħtieġa stabbiliti fl-Anness III, Appendiċi E.

Artikolu 6

Aċċess għal IKUE minn persunal ta’ benefiċjarji u sottokuntratturi

1.   L-awtorità awtorizzanti għandha tiżgura li ftehimiet ta’ għotja kklassifikata jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li jiddikjaraw li l-persunal tal-benefiċjarji jew tas-sottokuntratturi li, għall-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’għotja kklassifikata jew sottokuntratt, ikunu jirrikjedu aċċess għal IKUE, jista’ jingħata tali aċċess biss jekk:

(a)

ikun ġie stabbilit li dan għandu ħtieġa ta’ tagħrif;

(b)

għal informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, ikunu ngħataw approvazzjoni mis-sigurtà fil-livell rilevanti mill-ASN jew mid-DSA rispettiva jew minn kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra;

(c)

ikun ġie informat dwar ir-regoli ta’ sigurtà applikabbli biex tiġi protetta l-IKUE u jkun irrikonoxxa r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni ta’ tali informazzjoni.

2.   Fejn applikabbli, l-aċċess għall-IKUE għandu jkun ukoll f’konformità mal-att bażiku li jistabbilixxi l-programm u għandu jqis kwalunkwe marka addizzjonali definita fl-SCG.

3.   Jekk benefiċjarju jew subkuntrattur ikun jixtieq jimpjega ċittadin ta’ pajjiż mhux tal-UE f’kariga li tkun tirrikjedi aċċess għal IKUE klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, hija r-responsabbiltà tal-benefiċjajru jew tas-subkuntrattur li jibda l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà ta’ tali persuna skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli fil-post fejn għandu jingħata l-aċċess għall-IKUE.

Artikolu 7

Aċċess għal IKUE minn esperti li jipparteċipaw f’kontrolli, rieżamijiet jew awditi

1.   Fejn persuni esterni (“esperti”) ikunu involuti f’verifiki, rieżamijiet jew awditi mwettqa mill-awtorità awtorizzanti jew f’reviżjonijiet tal-prestazzjoni tal-benefiċjarji li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, dawn għandhom jiġu pprovduti b’kuntratt biss jekk ikunu ġew approvati mill-ASN jew mid-DSA rispettivi jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra. L-awtorità awtorizzanti, permezz tal-awtorità ta’ sigurtà tal-Kummissjoni, għandha tivverifika u, fejn meħtieġ, titlob lill-ASN jew lid-DSA biex jibdew il-proċess ta’ skrutinju għall-esperti mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-kuntratti rispettivi tagħhom.

2.   Qabel jiffirmaw il-kuntratti tagħhom, l-esperti għandhom jiġu informati dwar ir-regoli ta’ sigurtà applikabbli għall-protezzjoni tal-IKUE u għandhom jirrikonoxxu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ tali informazzjoni.

KAPITOLU 4

ŻJARAT B’RABTA MA’ FTEHIMIET TA’ GĦOTJA KKLASSIFIKATA

Artikolu 8

Prinċipji bażiċi

1.   Meta l-awtorità awtorizzanti, l-esperti, il-benefiċjarji jew is-sottokuntratturi jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-bini ta’ xulxin fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ għotja kklassifikata, iż-żjarat għandhom jiġu organizzati flimkien mal-ASN jew id-DSAs jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra kkonċernata.

2.   Iż-żjarat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjara għandu jkollha skop uffiċjali relatat mal-għotja kklassifikata;

(b)

kwalunkwe viżitatur għandu jkollu PSC fil-livell meħtieġ u għandu jkollu ħtieġa ta’ tagħrif sabiex ikollu aċċess għal IKUE użata jew iġġenerata fl-eżekuzzjoni ta’ għotja kklassifikata.

Artikolu 9

Talbiet għal żjarat

1.   Iż-żjarat minn benefiċjarji jew minn sottokuntratturi f’faċilitajiet ta’ benefiċjarji jew ta’ sottokuntratturi oħrajn, jew fil-bini ta’ awtorità awtorizzanti, li jinvolvu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandhom jiġu organizzati skont il-proċedura li ġejja:

(a)

l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità li tibgħat il-viżitatur għandu jimla l-partijiet rilevanti kollha tal-formola ta’ talba għal żjara (RFV) u għandu jissottometti t-talba lill-ASN/id-DSA tal-faċilità. Mudell tal-formola RFV huwa stabbilit fl-Appendiċi C tal-Anness III;

(b)

l-ASN jew id-DSA tal-faċilità emittenti trid tikkonferma l-PSC tal-viżitatur qabel ma tissottometti l-RFV lill-ASN jew lid-DSA tal-faċilità ospitanti (jew lill-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni jekk iż-żjara tkun se ssir fil-bini tal-awtorità awtorizzanti);

(c)

l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità li tibgħat għandu mbagħad jikseb mingħand l-ASN jew mingħand id-DSA tiegħu t-tweġiba tal-ASN jew tad-DSA tal-faċilità ospitanti (jew l-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni) li jew tawtorizza jew inkella tirrifjuta l-RFV;

(d)

RFV titqies bħala approvata jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni sa ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data taż-żjara.

2.   Iż-żjarat mill-uffiċjali tal-awtorità awtorizzanti jew esperti jew awdituri fil-faċilitajiet ta’ benefiċjarji jew sottokuntratturi li jkunu jinvolvu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandhom jiġu organizzati skont il-proċedura li ġejja:

(a)

il-viżitatur għandu jimla l-partijiet rilevanti kollha tal-formola RFV u għandu jissottomettiha lill-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni;

(b)

l-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni għandha tikkonferma l-PSC tal-viżitatur qabel ma tissottometti l-RFV lill-ASN/id-DSA tal-faċilità ospitanti;

(c)

l-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni għandha tikseb tweġiba mill-ASN/id-DSA tal-faċilità ospitanti li jew tawtorizza jew tirrifjuta l-RFV;

(d)

RFV titqies bħala approvata jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni sa ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data taż-żjara.

3.   RFV tista’ tkopri jew żjara waħda jew żjarat rikorrenti. Fil-każ ta’ żjarat rikorrenti, l-RFV tista’ tkun valida sa sena mid-data tal-bidu mitluba.

4.   Il-validità ta’ kwalunkwe RFV ma għandhiex taqbeż il-validità tal-PSC tal-viżitatur.

5.   Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li tintbagħat RFV lill-awtorità kompetenti tas-sigurtà tal-faċilità ospitanti mill-inqas 15-il jum ta’ xogħol qabel id-data taż-żjara.

Artikolu 10

Proċeduri taż-żjarat

1.   Qabel ma l-viżitaturi jingħataw permess biex jaċċessaw IKUE, l-uffiċċju għas-sigurtà tal-faċilità ospitanti għandu jikkonforma mal-proċeduri u mar-regoli kollha ta’ sigurtà relatati ma’ żjara stabbiliti mill-ASN jew mid-DSA tiegħu.

2.   Il-viżitaturi għandhom jagħtu prova tal-identità tagħhom mal-wasla fil-faċilità ospitanti billi jippreżentaw karta tal-identità jew passaport validu. Dik l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni għandha tikkorrispondi għall-informazzjoni pprovduta fl-RFV.

3.   Il-faċilità ospitanti għandha tiżgura li jinżammu rekords tal-viżitaturi kollha, inkluż isimhom, l-organizzazzjoni li jirrappreżentaw, id-data ta’ skadenza tal-PSC, id-data taż-żjara u l-ismijiet tal-persuni li jkunu għamlu ż-żjara. Tali rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin jew iktar jekk ikun meħtieġ mir-regoli u r-regolamenti nazzjonali tal-pajjiż fejn tkun tinsab il-faċilità ospitanti.

Artikolu 11

Żjarat organizzati direttament

1.   Fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi, l-ASN jew id-DSAs rilevanti u l-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni jistgħu jaqblu fuq proċedura fejn iż-żjarat għal għotja kklassifikata speċifika jistgħu jiġu organizzati direttament bejn l-uffiċjal għas-sigurtà tal-viżitaturi u l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità li fiha tkun se ssir iż-żjara. Mudell tal-formola li għandha tintuża għal dan il-għan huwa stipulat fl-Appendiċi C tal-Anness III. Tali proċedura eċċezzjonali għandha tiġi stipulata fil-PSI jew f’arranġamenti speċifiċi oħrajn. F’tali każijiet, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1).

2.   Żjarat li jinvolvu aċċess għal informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandhom jiġu organizzati direttament bejn l-entità li tibgħat u dik li tirċievi, mingħajr il-ħtieġa li jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(1).

KAPITOLU 5

TRAŻMISSJONI U ĠARR TA’ IKUE FL-EŻEKUZZJONI TA’ FTEHIMIET TA’ GĦOTJA KKLASSIFIKATA

Artikolu 12

Prinċipji bażiċi

L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li d-deċiżjonijiet kollha relatati mat-trasferiment u mal-ġarr tal-IKUE huma konformi mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha, u mat-termini tal-ftehim ta’ għotja kklassifikata, inkluż il-kunsens tal-oriġinatur.

Artikolu 13

Trattament elettroniku

1.   It-trattament u t-trażmissjoni elettroniċi tal-IKUE għandhom jitwettqu f’konformità mal-Kapitoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha.

Is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni li huma proprjetà ta’ benefiċjarju u li jintużaw biex tiġi ttrattata IKUE għall-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ għotja (“SKI benefiċjarja”) għandhom ikunu soġġetti għal akkreditazzjoni mill-awtorità responsabbli għall-akkreditament ta’ sigurtà (AAS). Kwalunkwe trażmissjoni elettronika tal-IKUE għandha tkun protetta bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 36(4) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. Il-miżuri ta’ sigurtà ta’ TEMPEST għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 36(6) ta’ dik id-Deċiżjoni.

2.   L-akkreditament ta’ sigurtà tal-SKI ta’ benefiċjarju li tittratta IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED u kwalunkwe interkonnessjoni tagħha jista’ jiġi ddelegat lill-uffiċjal għas-sigurtà ta’ benefiċjarju jekk dan ikun permess mil-liġijiet u mir-regolamenti nazzjonali. Meta dak il-kompitu jiġi delegat, il-benefiċjarju għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà deskritti fis-SAL meta tkun qed tiġi ttrattata informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED fuq is-SKI tiegħu. Madankollu, l-ASN jew id-DSAs u l-AAS rilevanti jżommu r-responsabbiltà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED li tiġi ttrattata mill-benefiċjarju u d-dritt li jispezzjonaw il-miżuri ta’ sigurtà li jittieħdu mill-benefiċjarju. Barra minn hekk, il-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-awtorità awtorizzanti u, fejn meħtieġ mil-liġijiet u mir-regolamenti nazzjonali, l-AAS nazzjonali kompetenti, b’dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li s-SKI tal-benefiċjarju u l-interkonnessjonijiet relatati ġew akkreditati biex tiġi ttrattata IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED (11).

Artikolu 14

Trasport permezz ta’ kurriera kummerċjali

It-trasport ta’ IKUE b’kurrieri kummerċjali għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/1962 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni għat-trattament ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED (12) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/1961 dwar regoli ta’ implimentazzjoni biex tiġi trattata informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET (13).

Artikolu 15

Ġarr bl-idejn

1.   Il-ġarr bl-idejn ta’ informazzjoni klassifikata għandu jkun soġġett għal rekwiżiti stretti ta’ sigurtà.

2.   Informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista’ tinġarr bl-idejn mill-persunal tal-benefiċjarju fi ħdan l-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-envelop jew l-imballaġġ li jintuża jkun opak u ma jkollu l-ebda indikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kontenut tiegħu;

(b)

l-informazzjoni klassifikata tibqa’ fil-pussess ta’ min ikun qed iġorrha;

(c)

l-envelop jew l-imballaġġ ma jinfetaħx en route.

3.   Għall-informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET, il-ġarr bl-idejn minn persunal ta’ kuntrattur fi Stat Membru huwa organizzat minn qabel bejn l-entitajiet li jibagħtu u li jirċievu. L-awtorità jew il-faċilità tad-dispaċċ tinforma lill-awtorità jew lill-faċilità riċeventi dwar id-dettalji tal-kunsinna, inkluż referenza, klassifikazzjoni, il-ħin mistenni tal-wasla u l-isem tal-kurrier. Tali ġarr bl-idejn huwa permess, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni klassifikata tinġarr f’envelop jew f’imballaġġ doppju;

(b)

l-envelop jew l-imballaġġ ta’ barra jkun magħluq sew u ma jkollu l-ebda indikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kontenut tiegħu, filwaqt li l-envelop ta’ ġewwa jkollu l-livell tal-klassifikazzjoni;

(c)

L-IKUE tibqa’ fil-pussess ta’ min ikun qed iġorrha;

(d)

l-envelop jew l-imballaġġ ma jinfetaħx en route;

(e)

l-envelop jew l-imballaġġ għandu jinġarr f’bagalja li tista’ tissakkar jew f’kontenitur simili approvat ta’ tali daqs u piż li jkun jista’ jinżamm il-ħin kollu fil-pussess personali ta’ min ikun qed iġorru u qatt ma għandu jitpoġġa fi stiva tal-bagalji;

(f)

il-kurrier għandu jġorr ċertifikat ta’ kurrier maħruġ mill-awtorità għas-sigurtà kompetenti tiegħu jew tagħha li jawtorizza lill-kurrier biex iġorr il-kunsinna klassifikata kif identifikata.

4.   Għall-ġarr bl-idejn minn persunal ta’ benefiċjarju ta’ informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET minn Stat Membru għal ieħor, għandhom japplikaw ir-regoli addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-kurrier għandu jkun responsabbli għall-kustodja sikura tal-materjal klassifikat li jinġarr sakemm jiġi mgħoddi lir-riċevitur;

(b)

f’każ ta’ ksur ta’ sigurtà, l-ASN jew id-DSA tal-emittent tista’ titlob li l-awtoritajiet fil-pajjiż fejn ikun seħħ il-ksur iwettqu investigazzjoni, jirrapportaw is-sejbiet tagħhom u jieħdu azzjoni legali jew azzjoni oħra kif xieraq;

(c)

il-kurrier għandu jkun ġie mgħarraf bl-obbligi kollha ta’ sigurtà li għandhom jiġu osservati matul il-ġarr u għandu jkun iffirma dikjarazzjoni xierqa ta’ konferma ta’ dan;

(d)

l-istruzzjonijiet għall-kurrier għandhom jiġu mehmuża maċ-ċertifikat tal-kurrier;

(e)

il-kurrier għandu jingħata deskrizzjoni tal-kunsinna u itinerarju;

(f)

id-dokumenti għandhom jintbagħtu lura lill-ASN jew lid-DSA tal-ħruġ malli jitlesta(jitlestew) il-vjaġġ(i) jew jinżammu disponibbli mir-riċevitur għal finijiet ta’ monitoraġġ;

(g)

jekk id-dwana, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew il-pulizija tal-fruntiera jitolbu li jeżaminaw u jispezzjonaw il-kunsinna, dawn għandhom jitħallew jiftħu u josservaw partijiet suffiċjenti tal-kunsinna sabiex jiġi stabbilit li ma fiha l-ebda materjal ieħor għajr dak iddikjarat;

(h)

l-awtoritajiet doganali jenħtieġ li jkunu mħeġġin jonoraw l-awtorità uffiċjali tad-dokumenti tat-trasbord u tad-dokumenti tal-awtorizzazzjoni li jkunu qed jinġarru mill-kurrier.

Jekk kunsinna tinfetaħ mid-dwana, dan jenħtieġ li ma jsirx quddiem persuni mhux awtorizzati u jenħtieġ li jsir fil-preżenza tal-kurrier fejn ikun possibbli. Il-kurrier għandu jitlob li l-kunsinna tiġi ppakkjata mill-ġdid u għandu jitlob lill-awtoritajiet li jkunu qed iwettqu l-ispezzjoni biex jissiġillaw mill-ġdid il-kunsinna u jikkonfermaw bil-miktub li din infetħet minnhom.

5.   Il-ġarr bl-idejn minn persunal ta’ benefiċjarju ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED, CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali se jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew l-arranġament amministrattiv konkluż bejn, rispettivament, l-Unjoni Ewropea jew il-Kummissjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali.

KAPITOLU 6

IPPJANAR GĦALL-KONTINWITÀ TAN-NEGOZJU

Artikolu 16

Pjanijiet ta’ kontinġenza u miżuri ta’ rkupru

L-awtorità awtorizzanti għandha tiżgura li l-ftehim ta’ għotja kklassifikata ikun jirrikjedi li l-benefiċjarji jistabbilixxu pjanijiet ta’ kontinġenza tan-negozju (BCP) għall-protezzjoni ta’ IKUE trattata fil-kuntest tal-għotja klassifikata f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u li jistabbilixxi miżuri preventivi u ta’ rkupru fil-kuntest tal-ippjanar tal-kontinwità tan-negozju biex jiġi minimizzat l-impatt ta’ inċidenti fir-rigward tal-ġestjoni u l-ħżin tal-IKUE. Il-benefiċjarji għandhom jikkonfermaw lill-awtorità awtorizzanti li l-BCPs tagħhom ikunu fis-seħħ.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2021.

għall-Kummissjoni,

f’isem il-President,

Johannes HAHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41.

(3)  ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53.

(4)  ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40.

(5)  ĠU C 202, 8.7.2011, p. 13.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4.5.2016 dwar awtonomizzazzjoni relatata mas-sigurtà [C(2016) 2797 final].

(8)  Il-lista ta’ ftehimiet konklużi mill-UE u ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mill-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħhom l-informazzjoni klassifikata tal-UE tista’ tiġi skambjata ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

(9)  Formoli oħrajn użati jistgħu jkunu differenti mill-eżempju mogħti f’dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni fit-tfassil tagħhom.

(10)  Il-lista ta’ ftehimiet konklużi mill-UE u ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mill-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħhom l-informazzjoni klassifikata tal-UE tista’ tiġi skambjata ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

(11)  Ir-rekwiżiti minimi għal sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li jittrattaw IKUE fil-livell ta’ RESTREINT UE/EU RESTRICTED huma stipulati fl-Appendiċi E tal-Anness III.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/1962 tas-17 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni għat-trattament ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED (ĠU L 311, 2.12.2019, p. 21).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/1961 tas-17 ta’ Ottubru 2019 dwar regoli ta’ implimentazzjoni biex tiġi trattata informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET (ĠU L 311, 2.12.2019, p. 1).


ANNESS I

INFORMAZZJONI STANDARD FIS-SEJĦA

(għandha tiġi adattata għas-sejħa użata)

Sigurtà

Il-proġetti li jinvolvu informazzjoni klassifikata tal-UE jridu jgħaddu minn skrutinju tas-sigurtà biex jawtorizzaw finanzjament u jistgħu jkunu magħmulin soġġetti għal regoli speċifiċi ta’ sigurtà (dettaljati f’ittra dwar aspetti ta’ sigurtà (SAL) li hija annessa mal-Ftehim ta’ Għotja).

Dawn ir-regoli (regolati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (1) u/jew mir-regoli nazzjonali) jistipulaw pereżempju li:

proġetti li jinvolvu informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET (jew ekwivalenti) MA JISTGĦUX jiġu ffinanzjati;

informazzjoni klassifikata trid tkun immarkata skont l-istruzzjonijiet ta’ sigurtà applikabbli fis-SAL;

informazzjoni bil-livelli ta’ klassifikazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla (u RESTREINT UE/EU RESTRICTED jekk meħtieġ mir-regoli nazzjonali) tista’ tkun:

maħluqa jew aċċessata biss f’bini b’approvazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità mill-awtorità tas-sigurtà nazzjonali (ASN) kompetenti, skont ir-regoli nazzjonali;

trattata biss f’żona ta’ sigurtà akkreditata mill-ASN kompetenti;

aċċessata u ttrattata biss minn persuni b’approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal (PSC) valida u bi ħtieġa ta’ għarfien;

fi tmiem l-għoti, l-informazzjoni klassifikata trid jew tiġi rritornata jew trid tibqa’ tiġi protetta skont ir-regoli applikabbli;

il-kompiti ta’ azzjoni li jinvolvu informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) jistgħu jiġu sottokuntrattati biss b’approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-awtorità awtorizzanti u biss lil entitajiet stabbiliti fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż mhux tal-UE bi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni mal-UE (jew b’arranġament amministrattiv mal-Kummissjoni);

l-iżvelar ta’ IKUE lil partijiet terzi huwa soġġett għal approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-awtorità awtorizzanti.

Jekk jogħġbok kun af li, skont it-tip ta’ attività, l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità jista’ jkollha tiġi pprovduta qabel l-iffirmar tal-għoti. L-awtorità awtorizzanti se tivvaluta l-ħtieġa għal approvazzjonijiet f’kull każ u se tistabbilixxi d-data tal-konsenja tagħhom matul it-tħejjija tal-għoti. Jekk jogħġbok innota li taħt l-ebda ċirkostanza ma nistgħu niffirmaw xi ftehim ta’ għotja sakemm mill-inqas wieħed mill-benefiċjarji f’konsorzju jkollu approvazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità.

Aktar rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà jistgħu jiżdiedu mal-Ftehim tal-Għoti fil-forma ta’ konsenjabbli tas-sigurtà (eż. il-ħolqien ta’ grupp konsultattiv dwar is-sigurtà, limitazzjoni tal-livell ta’ dettall, l-użu ta’ xenarju falz, l-esklużjoni tal-użu ta’ informazzjoni klassifikata, eċċ.).

Il-benefiċjarji jridu jiżguraw li l-proġetti tagħhom ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta’ sigurtà nazzjonali/ta’ pajjiżi terzi li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni jew ipoġġu f’dubju l-għoti tal-għotja (eż. restrizzjonijiet teknoloġiċi, klassifikazzjoni tas-sigurtà nazzjonali, eċċ.). L-awtorità awtorizzanti trid tiġi nnotifikata immedjatament dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ sigurtà potenzjali.

[GĦAŻLA addizzjonali għall-FPAs: Għas-sħubijiet ta’ qafas, kemm l-applikazzjonijiet ta’ sħubija ta’ qafas kif ukoll l-applikazzjonijiet għal għotja jista’ jkollhom bżonn jgħaddu minn skrutinju tas-sigurtà.]


(1)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).


ANNESS II

KLAWŻOLI STANDARD TAL-FTEHIM TA’ AWTORIZZAZZJONI

(għandhom jiġu adattati għall-ftehim ta’ għotja użat)

13.2   Sigurtà - Informazzjoni klassifikata

Il-partijiet iridu jittrattaw informazzjoni klassifikata (UE jew nazzjonali) f’konformità mal-liġi tal-UE jew nazzjonali applikabbli dwar informazzjoni klassifikata (b’mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (1) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha).

Regoli speċifiċi ta’ sigurtà (jekk hemm) huma stabbiliti fl-Anness 5.

ANNESS 5

Sigurtà – Informazzjoni klassifikata tal-UE

[GĦAŻLA għal azzjonijiet b’informazzjoni klassifikata tal-UE (standard): Jekk l-informazzjoni klassifikata tal-UE tintuża jew tiġi ġġenerata b’din l-azzjoni, din trid tiġi ttrattata skont il-gwida tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà (SCG) u skont l-ittra dwar aspetti ta’ sigurtà (SAL) kif stabbilit fl-Anness 1, u d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha, sakemm ma tkunx deklassifikata.

Konsenjabbli li jkun fihom informazzjoni klassifikata tal-UE jridu jiġu sottomessi skont proċeduri speċjali miftiehma mal-awtorità awtorizzanti.

Kompiti ta’ azzjoni li jinvolvu informazzjoni klassifikata tal-UE jistgħu jiġu sottokuntrattati biss b’approvazzjoni espliċita bil-miktub minn qabel mill-awtorità awtorizzanti u biss lil entitajiet stabbiliti fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż mhux tal-UE bi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni mal-UE (jew arranġament amministrattiv mal-Kummissjoni).

L-informazzjoni klassifikata tal-UE ma tistax tiġi żvelata lil xi parti terza (inkluż il-parteċipanti involuti fl-implimentazzjoni tal-azzjoni) mingħajr approvazzjoni bil-miktub espliċita minn qabel mill-awtorità awtorizzanti.]


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).


ANNESS III

[Anness IV (għal …………)]

ITTRA DWAR ASPETTI TA’ SIGURTÁ (SAL) (1)

[Mudell]

Appendiċi A

REKWIŻITI TA’ SIGURTÀ

L-awtorità awtorizzanti trid tinkludi r-rekwiżiti ta’ sigurtà li ġejjin fl-ittra dwar aspetti ta’ sigurtà (SAL). Xi klawżoli jistgħu ma jkunux applikabbli għall-ftehim ta’ għotja. Dawn jidhru f’parenteżi kwadri.

Il-lista tal-klawżoli mhijiex eżawrjenti. Jistgħu jiżdiedu klawżoli oħrajn skont in-natura tal-għotja klassifikata.

KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI [N.B.: applikabbli għall-ftehimiet ta’ għotja kklassifikati kollha]

1.

Din l-ittra dwar aspetti ta’ sigurtà (SAL) hija parti integrali mill-ftehim ta’ għotja [jew sottokuntratt] klassifikat u tiddeskrivi r-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għall-ftehim. In-nuqqas li jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti jista’ jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti għat-tmiem tal-ftehim ta’ għotja.

2.

Il-benefiċjarji tal-awtorizzazzjoni huma soġġetti għall-obbligi kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (2) (minn hawn ’il quddiem “CD 2015/444”) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha (3). Jekk il-benefiċjarju tal-għotja jiffaċċja problema ta’ applikazzjoni tal-qafas legali applikabbli fi Stat Membru, irid jirreferi lill-awtorità tas-sigurtà tal-Kummissjoni u lill-awtorità tas-sigurtà nazzjonali (ASN) jew lill-awtorità tas-sigurtà kompetenti (ASK).

3.

L-informazzjoni klassifikata ġġenerata fit-twettiq tal-ftehim ta’ għotja trid tiġi mmarkata bħala informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) fil-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà, kif stabbilit fil-gwida tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà (GKS) fl-Appendiċi B għal din l-ittra. Devjazzjoni mil-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà stipulat mill-GKS hija permissibbli biss bl-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-awtorità awtorizzanti.

4.

Id-drittijiet li jappartjenu għall-oriġinatur ta’ kwalunkwe IKUE maħluqa u ttrattata għat-twettiq tal-ftehim ta’ għotja kklassifikat huma eżerċitati mill-Kummissjoni, bħala l-awtorità awtorizzanti.

5.

Mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-awtorità kontraenti, il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur ma jridux jagħmlu użu minn kwalunkwe informazzjoni jew materjal fornut mill-awtorità awtorizzanti jew prodott f’isem dik l-awtorità għal kwalunkwe raġuni għajr dik tal-ftehim ta’ għotja.

6.

Meta tkun meħtieġa approvazzjoni tas-sigurtà għal faċilità (ASF) għat-twettiq ta’ ftehim ta’ għotja, il-benefiċjarju jrid jitlob lill-awtorità awtorizzanti biex tipproċedi bit-talba tal-ASF.

7.

Il-benefiċjarju jrid jinvestiga l-ksur kollu ta’ sigurtà relatat ma’ IKUE u jrid jirrapportah lill-awtorità awtorizzanti malli jkun prattikabbli. Il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur irid jirrapporta minnufih lill-ASN jew lid-DSA tiegħu, u, fejn il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jippermettu dan, lill-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, il-każijiet kollha fejn ikun magħruf jew fejn hemm raġuni biex wieħed jissuspetta li IKUE pprovduta jew iġġenerata skont il-ftehim ta’ għotja intilfet jew ġiet żvelata lil persuni mhux awtorizzati.

8.

Wara t-tmiem tal-ftehim ta’ għotja, il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur irid jirritorna kwalunkwe IKUE li jkollu lill-awtorità awtorizzanti mill-aktar fis possibbli. Fejn ikun prattikabbli, il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur jista’ jeqred IKUE minflok ma jirritornaha. Dan irid isir skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tal-pajjiż fejn ikun ibbażat il-benefiċjarju, bil-ftehim minn qabel tal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, u skont l-istruzzjonijiet ta’ din tal-aħħar. L-IKUE trid tinqered b’tali mod li ma tkunx tista’ tiġi rikostruwita, kompletament jew parzjalment.

9.

Fejn il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur ikun awtorizzat li jżomm IKUE wara t-tmiem jew wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ għotja, l-IKUE trid tibqa’ tiġi protetta skont CD 2015/444 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha (4).

10.

Kwalunkwe trattament, ipproċessar u trażmissjoni elettronika ta’ IKUE jrid jirrispetta d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 5 u 6 tas-CD 2015/444. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, ir-rekwiżit li sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li huma proprjetà tal-kuntrattur u li jintużaw biex tiġi ttrattata IKUE għall-finijiet tal-ftehim ta’ għotja (minn hawn ’il quddiem “SKI tal-benefiċjarju”) jridu jkunu soġġetti għal akkreditazzjoni (5); li kwalunkwe trażmissjoni elettronika ta’ IKUE trid tkun protetta bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 36(4) tas-CD 2015/444, u li l-miżuri ta’ sigurtà ta’ TEMPEST iridu jiġu implimentati skont l-Artikolu 36(6) tas-CD 2015/444.

11.

Il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur għandu jkollu pjanijiet ta’ kontinġenza għan-negozju (BCP) biex jipproteġi kwalunkwe IKUE ttrattata fit-twettiq tal-ftehim ta’ għotja kklassifikat f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u għandu jistabbilixxi miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ rkupru biex jimminimizza l-impatt ta’ inċidenti assoċjati mat-trattament u l-ħżin ta’ IKUE. Il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur irid jinforma lill-awtorità awtorizzanti dwar il-BCP tiegħu.

FTEHIMIET TA’ GĦOTJA LI JEĦTIEĠU AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI RESTREINT UE/EU RESTRICTED KLASSIFIKATA

12.

Fil-prinċipju, l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal (PSC) mhijiex meħtieġa għall-konformità mal-ftehim ta’ għotja (6). Madankollu, informazzjoni jew materjal ikklassifikat bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED irid ikun aċċessibbli biss għall-persunal tal-benefiċjarju li jeħtieġ tali informazzjoni biex iwettaq il-ftehim ta’ għotja (il-prinċipju ta’ ħtieġa ta’ tagħrif), li jkun ġie informat mill-uffiċjal tas-sigurtà tal-benefiċjarju dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu u dwar il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe kompromess jew ksur ta’ sigurtà ta’ tali informazzjoni, u li jkun irrikonoxxa bil-miktub il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ protezzjoni ta’ IKUE.

13.

Ħlief fejn l-awtorità awtorizzanti tkun tat il-kunsens bil-miktub tagħha, il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur ma jridx jipprovdi aċċess għal informazzjoni jew materjal ikklassifikat bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED lil kwalunkwe entità jew persuna għajr dawk tal-persunal tiegħu li għandhom ħtieġa ta’ tagħrif.

14.

Il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur irid iżomm il-marki ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata ġġenerata mill-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ għotja, jew ipprovduta matulha, u ma għandux jiddeklassifika l-informazzjoni mingħajr kunsens bil-miktub mingħand l-awtorità awtorizzanti.

15.

Informazzjoni jew materjal ikklassifikati bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED irid jinħażen f’għamara tal-uffiċċju li tissakkar waqt li ma jkunux qed jintużaw. Meta jkunu fi tranżitu, id-dokumenti jridu jinġarru f’envelop opak. Id-dokumenti ma għandhomx iħallu l-pussess tad-detentur u ma għandhomx jinfetħu matul ir-rotta.

16.

Il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur jista’ jittrażmetti dokumenti kklassifikati bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED lill-awtorità awtorizzanti billi jintużaw kumpaniji ta’ kurrier kummerċjali, servizzi postali, trasport bl-idejn jew mezzi elettroniċi. Għal dan il-għan, il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur irid isegwi l-istruzzjoni ta’ sigurtà tal-programm (jew il-proġett) (PSI) maħruġa mill-Kummissjoni u/jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà industrijali fir-rigward ta’ għotjiet ikklassifikati (7).

17.

Meta ma jkunux għadhom meħtieġa, dokumenti klassifikati bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED iridu jinqerdu b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu kostruwiti, kompletament jew parzjalment.

18.

L-akkreditament ta’ sigurtà ta’ SKI tal-benefiċjarju li tittratta IKUE fil-livell ta’ RESTREINT UE/EU RESTRICTED u kwalunkwe interkonnessjoni tagħhom jista’ jiġi ddelegat lill-uffiċjal tas-sigurtà tal-benefiċjarju jekk il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jippermettu dan. Fejn akkreditazzjoni tkun b’hekk iddelegata, l-ASN/DSAs jew l-awtoriutajiet ta’ akkreditament ta’ sigurtà (AAS) iżommu r-responsabbiltà għall-protezzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED li tiġi ttrattata mill-benefiċjarju u d-dritt li l-miżuri ta’ sigurtà meħuda mill-kuntrattur jiġu spezzjonati. Barra minn hekk, il-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-awtorità awtorizzanti u, fejn meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, lill-AAS nazzjonali kompetenti b’dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li s-SKI tal-benefiċjarju u l-interkonnessjonijiet relatati kienu akkreditati biex tiġi ttrattata IKUE fil-livell ta’ RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

TRATTAMENT TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA RESTREINT UE/EU RESTRICTED F’SISTEMI TA’ KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI (SKI)

19.

Ir-rekwiżiti minimi għal SKI li tittratta informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED huma stabbiliti fl-Appendiċi E għal dan l-SAL.

Il-KUNDIZZJONIJIET LI BIHOM IL-KUNTRATTUR JISTA’ JISSOTTOKUNTRATTA

20.

Il-benefiċjarju jrid jikseb permess mill-awtorità awtorizzanti qabel ma jissottokuntratata xi parti minn ftehim ta’ għotja klassifikat.

21.

L-ebda sottokuntratt ma jista’ jingħata lil entità rreġistrata f’pajjiż mhux tal-UE jew lil entità li tappartjeni għal organizzazzjoni internazzjonali, jekk dak il-pajjiż mhux tal-UE jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali ma tkunx ikkonkludiet ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni mal-UE jew arranġament amministrattiv mal-Kummissjoni.

22.

Meta l-benefiċjarju jkun ta sottokuntratt, id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-ftehim ta’ għotja għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sottokuntrattur(i) u għall-persunal tiegħu (tagħhom). F’każ bħal dan, hija r-responsabbiltà tal-benefiċjarju li jiżgura li s-sottokuntratturi kollha japplikaw dawn il-prinċipji għall-arranġamenti tagħhom ta’ sottokuntrattar. Sabiex tiġi żgurata sorveljanza tas-sigurtà xierqa, l-ASN u/jew DSAs tal-benefiċjarju u tas-sottokuntrattur għandhom jiġu nnotifikati mill-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni bl-għoti tas-sottokuntratti klassifikati relatati kollha fil-livelli CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET. Fejn xieraq, l-ASN u/jew DSAs tal-benefiċjarju u tas-sottokuntrattur għandhom jiġu pprovduti b’kopja tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà speċifiċi għas-sottokuntratt. ASN/DSAs li jirrikjedu notifika dwar id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà ta’ ftehimiet ta’ għotja kklassifikati fil-livell ta’ RESTREINT UE/EU RESTRICTED huma elenkati fl-anness tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà industrijali fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ għotja kklassifikati (8).

23.

Il-benefiċjarju ma jista’ jirrilaxxa l-ebda IKUE lil sottokuntrattur mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-awtorità awtorizzanti. Jekk l-IKUE lis-sottokuntratturi għandha tintbagħat ta’ spiss jew bħala kwistjoni ta’ rutina, l-awtorità awtorizzanti tista’ tagħti l-approvazzjoni tagħha għal tul ta’ żmien speċifikat (pereżempju 12-il xahar) jew għal kemm idum is-sottokuntratt.

ŻJARAT

Jekk il-proċedura tat-talba standard għaż-żjara (RFV)RFV ikollha tiġi applikata għal żjarat li jinvolvu informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, l-awtorità awtorizzanti trid tinkludi l-paragrafi 24, 25 u 26 u trid tħassar il-paragrafu 27. Jekk iż-żjarat li jinvolvu informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET jiġu organizzati direttament bejn l-istabbilimenti li jibagħtu u dawk li jirċievu, l-awtorità awtorizzanti trid tħassar il-paragrafi 25 u 26 u tinkludi l-paragrafu 27 biss.

24.

Żjarat li jinvolvu aċċess jew aċċess potenzjali għal informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandhom jiġu organizzati direttament bejn l-istabbilimenti li jibagħtu u li jirċievu mingħajr il-ħtieġa li tiġi segwita l-proċedura deskritta fil-paragrafi 25 sa 27 hawn taħt.

[25.

Żjarat li jinvolvu aċċess jew aċċess potenzjali għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura li ġejja:

a)

l-uffiċjal tas-sigurtà tal-faċilità li tibgħat lill-viżitatur għandu jimla l-partijiet rilevanti kollha tal-formola RFV (l-Appendiċi C) u għandu jissottometti t-talba lill-ASN jew lid-DSA tal-faċilità;

b)

jeħtieġ li l-ASN jew id-DSA tal-faċilità li tibgħat tikkonferma l-PSC tal-viżitatur qabel ma tissottometti l-RFV lill-ASN jew lid-DSA tal-faċilità ospitanti (jew lill-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni jekk iż-żjara tkun se ssir fil-bini tal-awtorità awtorizzanti);

c)

l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità li tibgħat għandu mbagħad jikseb mingħand l-ASN jew mingħand id-DSA tiegħu, it-tweġiba tal-ASN jew tad-DSA tal-faċilità ospitanti (jew l-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni) li jew tawtorizza jew inkella tirrifjuta l-RFV;

d)

RFV titqies bħala approvata jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni sa ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data taż-żjara.]

[26.

Qabel ma l-viżitatur(i) jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, il-faċilità ospitanti trid tkun irċeviet awtorizzazzjoni mill-ASN/DSA tagħha.]

[27.

Żjarat li jinvolvu aċċess jew aċċess potenzjali għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandhom jiġu organizzati direttament bejn l-istabbilimenti li jibagħtu u dawk li jirċievu (eżempju tal-formola li tista’ tintuża għal dan il-għan huwa pprovdut fl-Appendiċi C).]

28.

Il-viżitaturi jridu jagħtu prova tal-identità tagħhom mal-wasla fil-faċilità ospitanti billi jippreżentaw karta tal-identità jew passaport validu.

29.

Il-faċilità li tospita ż-żjara trid tiżgura li jinżammu rekords għall-viżitaturi kollha. Dawn iridu jinkludu isimhom, l-organizzazzjoni li jirrappreżentaw, id-data ta’ skadenza tal-PSC (jekk applikabbli), id-data taż-żjara u l-isem/ismijiet tal-persun(a/i) li jkunu żaru. Mingħajr preġudizzju għar-regoli Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data, dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin jew skont ir-regoli u r-regolamenti nazzjonali, skont il-każ.

ŻJARAT TA’ VALUTAZZJONI

30.

L-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni tista’, f’kooperazzjoni mal-ASN jew mad-DSA rilevanti, twettaq żjarat fil-faċilitajiet tal-benefiċjarji jew tas-sottokuntratturi biex tivverifika li r-rekwiżiti ta’ sigurtà għat-trattament ta’ IKUE jkunu qegħdin jiġu segwiti.

GWIDA TAL-KLASSIFIKAZZJONI TA’ SIGURTÀ

31.

Lista tal-elementi kollha fil-ftehim ta’ għotja li huma kklassifikati jew li għandhom jiġu kklassifikati matul l-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ għotja, ir-regoli għat-twettiq ta’ dan u l-ispeċifikazzjoni tal-livelli ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà applikabbli jinsabu fil-gwida tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà (GKS). Il-GKS hija parti integrali minn dan il-kuntratt ta’ awtorizzazzjoni u tista’ tinstab fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Appendiċi B

GWIDA TAL-KLASSIFIKAZZJONI TA’ SIGURTÀ

[test speċifiku li għandu jiġi aġġustat skont is-suġġett tal-ftehim ta’ għotja]

Appendiċi C

TALBA GĦAL ŻJARA (MUDELL)

STRUZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IT-TLESTIJA TAT-TALBA GĦAL ŻJARA

(L-applikazzjoni trid tiġi sottomessa bl-Ingliż biss)

INTESTATURA

Immarka l-kaxxi għat-tip ta’ żjara, għat-tip ta’ informazzjoni, u indika n-numru ta’ siti li se ssirilhom żjara u n-numru ta’ viżitaturi.

4.

DATA AMMINISTRATTIVA

Għandha timtela mill-ASN/DSA li tagħmel it-talba.

5.

L-ORGANIZZAZZJONI JEW IL-FAĊILITÀ INDUSTRIJALI LI TAGĦMEL IT-TALBA

Agħti l-isem sħiħ u l-indirizz postali.

Inkludi l-belt, l-istat u l-kodiċi postali kif applikabbli.

6.

ORGANIZZAZZJONI JEW FAĊILITÀ INDUSTRIJALI LI SE SSIR ŻJARA FIHA

Agħti l-isem sħiħ u l-indirizz postali. Inkludi l-belt, l-istat, il-kodiċi postali, in-numru tat-telex jew tal-fax (jekk applikabbli), in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku. Agħti l-isem u n-numri tat-telefon/tal-fax u l-indirizz elettroniku tal-punt ta’ kuntatt prinċipali tiegħek jew tal-persuna li magħha għamilt l-appuntament għaż-żjara.

Rimarki:

1)

Huwa importanti li jingħata l-kodiċi postali korrett (il-kodiċi zip) minħabba li kumpanija jista’ jkollha diversi faċilitajiet differenti.

2)

Meta wieħed japplika manwalment, l-Anness 1 jista’ jintuża meta jkollha ssir żjara f’żewġ faċilitajiet jew aktar b’rabta mal-istess suġġett. Meta jintuża Anness, il-punt 3 jenħtieġ li jiddikjara: “ARA L-ANNESS 1, NUMRU TA’ FAĊ.:..” (numru tal-Istat tal-faċilitajiet).

7.

DATA TAŻ-ŻJARA

Agħti d-data jew il-perjodu attwali (data sa data) taż-żjara fil-format “jum - xahar - sena”. Fejn applikabbli, agħti data jew perjodu alternattiv fil-parentesi.

8.

TIP TA’ INIZJATTIVA

Speċifika jekk iż-żjara tkunx inbdiet mill-organizzazzjoni jew mill-faċilità li tagħmel it-talba jew permezz ta’ stedina tal-faċilità li se ssir żjara fiha.

9.

IŻ-ŻJARA HIJA RELATATA MA’:

Speċifika l-isem sħiħ tal-proġett, il-kuntratt jew is-sejħa għall-offerti bl-użu ta’ abbrevjazzjonijiet użati b’mod komuni biss.

10.

SUĠĠETT LI SE JIĠI DISKUSS/

ĠUSTIFIKAZZJONI

Agħti deskrizzjoni qasira tar-raġuni(jiet) għaż-żjara. Tużax abbrevjazzjonijiet mhux spjegati.

Rimarki:

Fil-każ ta’ żjarat rikorrenti, dan il-punt jenħtieġ li jiddikjara “Żjarat rikorrenti” bħala l-ewwel kliem fl-element tad-data (pereżempju Żjarat rikorrenti sabiex issir diskussjoni dwar_______)

11.

LIVELL ANTIĊIPAT TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA LI GĦANDHA TKUN INVOLUTA

SECRET UE/EU SECRET (S-UE/EU-S) tal-Istat

jew

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL (C-UE/EU-C), skont il-każ.

12.

DETTALJI TAL-VIŻITATUR

Rimarka: meta aktar minn żewġ viżitaturi jkunu involuti fiż-żjara, jenħtieġ li jintuża l-Anness 2.

13.

L-UFFIĊJAL TAS-SIGURTÀ TAL-ENTITÀ LI TAGĦMEL IT-TALBA

Dan il-punt jirrikjedi l-isem, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku tal-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-faċilità li tagħmel it-talba.

14.

ĊERTIFIKAZZJONI TA’ APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ

Din it-taqsima trid timtela mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.

Noti għall-awtorità ta’ ċertifikazzjoni:

a.

Agħti l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku (jistgħu jiġu stampati minn qabel).

b.

Dan il-punt jenħtieġ li jiġi ffirmat u ttimbrat (jekk applikabbli).

15.

AWTORITÀ TAS-SIGURTÀ LI TAGĦMEL IT-TALBA

Din it-taqsima għandha timtela mill-ASN/DSA.

Nota għall-ASN/DSA:

a.

Agħti l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku (jistgħu jiġu stampati minn qabel).

b.

Dan il-punt jenħtieġ li jiġi ffirmat u ttimbrat (jekk applikabbli).

L-oqsma kollha jridu jimtlew u l-formola jenħtieġ li tiġi ppreżentata permezz ta’ kanali minn Gvern għal Gvern (9)

TALBA GĦAL ŻJARA

(MUDELL)

LIL: _______________________________________

1.

TIP TA’ TALBA GĦAL ŻJARA

2.

TIP TA’ INFORMAZZJONI

3.

SOMMARJU

 

 

 

Uniku

Rikorrenti

Emerġenza

Emenda

Dati

Viżitaturi

Faċilità

Għal emenda, daħħal in-Nru ta’ Referenza tar-RFV oriġinali tal-ASN/DSA_____________

C-UE/EU-C

S-UE/EU-S

Nru ta’ siti: _______

Nru ta’ viżitaturi: _____

4.

DATA AMMINISTRATTIVA:

Min jagħmel it-talba:

Lil:

Nru ta’ Referenza tar-RFV tal-ASN/DSA_________________

Data (jj/xx/ssss): _____/_____/_____

5.

ORGANIZZAZZJONI JEW FAĊILITÀ INDUSTRIJALI LI TAGĦMEL IT-TALBA:

ISEM:

INDIRIZZ POSTALI:

INDIRIZZ ELETTRONIKU:

NRU TAL-FAX:

NRU TAT-TELEFON:

6.

ORGANIZZAZZJONI(JIET) JEW FAĊILITÀ(AJIET) INDUSTRIJALI LI SE SSIR ŻJARA FIHOM (Anness 1 li għandu jimtela)

7.

DATA TAŻ-ŻJARA (jj/xx/ssss): MINN _____/_____/_____ SA _____/_____/_____

8.

TIP TA’ INIZJATTIVA

Mibdija mill-organizzazzjoni jew faċilità li tagħmel it-talba

Bl-istedina tal-faċilità li se ssir żjara fiha

9.

IŻ-ŻJARA HIJA RELATATA MAL-KUNTRATT:

10.

SUĠĠETT LI SE JIĠI DISKUSS/RAĠUNIJIET/GĦAN (Inkludi d-dettalji tal-entità ospitanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Għandhom jiġu evitati l-abbrevjazzjonijiet):

11.

L-OGĦLA LIVELL TA’ KLASSIFIKAZZJONI ANTIĊIPAT TAL-INFORMAZZJONI/MATERJAL JEW L-AĊĊESS TAS-SIT LI SE JKUN INVOLUT:

12.

DETTALJI TAL-VIŻITATUR(I) (Anness 2 irid jimtela)

13.

L-UFFIĊJAL TAS-SIGURTÀ TAL-ORGANIZZAZZJONI JEW TAL-FAĊILITÀ INDUSTRIJALI LI TAGĦMEL IT-TALBA:

ISEM:

NRU TAT-TELEFON:

INDIRIZZ ELETTRONIKU:

FIRMA:

14.

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-LIVELL TA’ APPROVAZZJONI TA’ SIGURTÀ:

ISEM:

INDIRIZZ:

NRU TAT-TELEFON:

INDIRIZZ ELETTRONIKU :

Image 1

FIRMA:

DATA (jj/xx/ssss): _____/_____/_____

15.

AWTORITÀ TAS-SIGURTÀ NAZZJONALI/AWTORITÀ TAS-SIGURTÀ NNOMINATA LI TAGĦMEL IT-TALBA:

ISEM:

INDIRIZZ:

NRU TAT-TELEFON:

INDIRIZZ ELETTRONIKU:

Image 2

FIRMA:

DATA (jj/xx/ssss): _____/_____/_____

16.

RIMARKI (Ġustifikazzjoni obbligatorja meħtieġa fil-każ ta’ żjara ta’ emerġenza):

<Spazju riżervat għal referenza għal leġiżlazzjoni dwar id-data personali applikabbli u link għal informazzjoni obbligatorja għas-suġġett tad-data, pereżempju kif jiġi implimentat l-Artikolu 13 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (10).>

ANNESS 1 għal FORMOLA RFV

ORGANIZZAZZJONI(JIET) JEW FAĊILITÀ(AJIET) INDUSTRIJALI LI SE SSIR ŻJARA FIHOM

1.

ISEM:

INDIRIZZ:

NRU TAT-TELEFON:

NRU TAL-FAX:

ISEM TAL-PUNT TA’ KUNTATT:

INDIRIZZ ELETTRONIKU:

NRU TAT-TELEFON:

ISEM TAL-UFFIĊJAL TAS-SIGURTÀ JEW

TAL-PUNT TA’ KUNTATT SEKONDARJU:

INDIRIZZ ELETTRONIKU:

NRU TAT-TELEFON:

2.

ISEM:

INDIRIZZ:

NRU TAT-TELEFON:

NRU TAL-FAX:

ISEM TAL-PUNT TA’ KUNTATT:

INDIRIZZ ELETTRONIKU:

NRU TAT-TELEFON:

ISEM TAL-UFFIĊJAL TAS-SIGURTÀ JEW

TAL-PUNT TA’ KUNTATT SEKONDARJU:

INDIRIZZ ELETTRONIKU:

NRU TAT-TELEFON:

(Kompli kif meħtieġ)

<Spazju riżervat għal referenza għal leġiżlazzjoni dwar id-data personali applikabbli u link għal informazzjoni obbligatorja għas-suġġett tad-data, pereżempju kif jiġi implimentat l-Artikolu 13 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (11 12).>

ANNESS 2 għal FORMOLA RFV

DETTALJI TAL-VIŻITATUR(I)

1.

KUNJOM:

ISMIJIET (skont il-passaport):

DATA TAT-TWELID (jj/xx/ssss):____/____/____

POST TAT-TWELID:

NAZZJONALITÀ:

LIVELL TA’ APPROVAZZJONI TA’ SIGURTÀ:

NUMRU PP/ID:

KARIGA:

KUMPANIJA/ORGANIZZAZZJONI:

2.

KUNJOM:

ISMIJIET (skont il-passaport):

DATA TAT-TWELID (jj/xx/ssss):____/____/____

POST TAT-TWELID:

NAZZJONALITÀ:

LIVELL TA’ APPROVAZZJONI TA’ SIGURTÀ:

NUMRU PP/ID:

KARIGA:

KUMPANIJA/ORGANIZZAZZJONI:

(Kompli kif meħtieġ)

<Spazju riżervat għal referenza għal leġiżlazzjoni dwar id-data personali applikabbli u link għal informazzjoni obbligatorja għas-suġġett tad-data, pereżempju kif jiġi implimentat l-Artikolu 13 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (11 12).>

Appendiċi D

SKEDA TA’ INFORMAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ GĦAL FAĊILITÀ (FSCIS) (MUDELL)

1.   INTRODUZZJONI

1.1.

Mehmuż hawn kampjun ta’ Skeda ta’ Informazzjoni għal Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (FSCIS) għall-iskambju rapidu ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) jew l-Awtorità tas-Sigurtà Nnominata (DSA), awtoritajiet nazzjonali ta’ sigurtà kompetenti oħrajn u l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni (li taġixxi f’isem l-awtoritajiet awtorizzanti) fir-rigward tal-Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (ASF) ta’ faċilità involuta fl-applikazzjoni għal għotjiet jew sottokuntratti klassifikati u fl-implimentazzjoni tagħhom.

1.2.

L-FSCIS hija valida biss jekk tkun ittimbrata mill-ASN, DSA rilevanti jew minn awtorità kompetenti oħra.

1.3.

L-FSCIS hija maqsuma f’taqsima ta’ talba u tweġiba u tista’ tintuża għall-għanijiet identifikati hawn fuq jew għal kwalunkwe għan ieħor li għalih huwa meħtieġ l-istatus ASF ta’ faċilità partikolari. Ir-raġuni għall-investigazzjoni trid tiġi identifikata mill-ASN jew DSA li tagħmel it-talba fil-qasam 7 tat-taqsima tat-talba.

1.4.

Id-dettalji li jinsabu fl-FSCIS normalment mhumiex ikklassifikati; għalhekk, meta FSCIS ikollha tintbagħat bejn l-ASN/DSAs/il-Kummissjoni rispettivi dan jenħtieġ li preferibbilment isir b’mezzi elettroniċi.

1.5.

L-ASN/DSAs jenħtieġ li jagħmlu kull sforz biex jirrispondu għal talba tal-FSCIS fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol.

1.6.

Jekk kwalunkwe informazzjoni klassifikata tiġi ttrasferita jew tingħata għotja jew sottokuntratt fir-rigward ta’ din l-assigurazzjoni, l-ASN jew id-DSA li tibgħat trid tiġi informata.

Proċeduri u Struzzjonijiet għall-użu tal-Iskeda ta’ Informazzjoni għal Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (FSCIS)

Dawn l-istruzzjonijiet dettaljati huma għall-ASN jew għad-DSA jew għall-awtorità awtorizzanti u l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni li timla l-FSCIS. It-talba jenħtieġ li preferibbilment tiġi ttajpjata b’ittri kapitali.

INTESTATURA

Min jagħmel it-talba jdaħħal l-isem tal-ASN/DSA u tal-pajjiż sħiħ.

1.

TIP TA’ TALBA

L-awtorità awtorizzanti li tagħmel it-talba tagħżel il-kaxxa ta’ mmarkar xierqa għat-tip ta’ talba FSCIS. Inkludi l-livell ta’ approvazzjoni tas-sigurtà mitlub. Jenħtieġ li jintużaw l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

SECRET UE/EU SECRET = S-UE/EU-S

 

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL = C-UE/EU-C

 

SKI = Sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni għall-ipproċessar ta’ informazzjoni klassifikata.

2.

DETTALJI TAS-SUĠĠETT

L-oqsma 1 sa 6 huma awtoevidenti.

Fit-taqsima 4 jenħtieġ li jintuża l-kodiċi standard tal-pajjiż b’żewġ ittri. It-taqsima 5 mhijiex obbligatorja.

3.

RAĠUNI GĦAT-TALBA

Agħti r-raġuni speċifika għat-talba, ipprovdi l-indikaturi tal-proġett, in-numru tas-sejħa jew tal-għotja. Jekk jogħġbok speċifika l-ħtieġa għall-kapaċità ta’ ħżin, il-livell ta’ klassifikazzjoni tas-SKI, eċċ.

Jenħtieġ li tiġi inkluża kwalunkwe data ta’ skadenza/tal-awtorizzazzjoni li jista’ jkollha effett fuq it-tlestija ta’ ASF.

4.

ASN/DSA LI TAGĦMEL IT-TALBA

Iddikjara l-isem ta’ min jagħmel it-talba attwali (f’isem l-ASN/DSA) u d-data tat-talba fil-format tan-numru (jj/xx/ssss).

5.

TAQSIMA TAT-TWEĠIBA

Qasam 1-5: agħżel l-oqsma xierqa.

Qasam 2: jekk tkun għaddejja ASF, huwa rrakkomandat li tingħata indikazzjoni lil min jagħmel it-talba tal-ħin meħtieġ tal-ipproċessar (jekk ikun magħruf).

Qasam 6:

a)

Għalkemm il-validazzjoni hija differenti minn pajjiż għal ieħor jew saħansitra minn faċilità għal oħra, huwa rrakkomandat li tingħata d-data ta’ skadenza tal-ASF.

b)

F’każijiet fejn id-data ta’ skadenza tal-assigurazzjoni tal-ASF tkun indefinita, din it-taqsima tista’ tiġi ingassata.

c)

F’konformità mar-regoli u mar-regolamenti nazzjonali rispettivi, min jagħmel it-talba jew il-benefiċjarju jew is-sottokuntrattur ikun responsabbli biex japplika għal tiġdid tal-ASF.

6.

RIMARKI

Jista’ jintuża għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-ASF, il-faċilità jew l-oġġetti msemmija hawn fuq.

7.

ASN/DSA EMITTENTI

Iddikjara l-isem tal-awtorità li qed tipprovdi (f’isem l-ASN/DSA) u d-data tat-tweġiba fil-format tan-numru (jj/xx/ssss).

SKEDA TA’ INFORMAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ GĦAL FAĊILITÀ (FSCIS) (MUDELL)

L-oqsma kollha jridu jimtlew u l-formola trid tiġi kkomunikata permezz ta’ kanali minn Gvern għal Gvern jew minn Gvern għal organizzazzjoni internazzjonali.

TALBA GĦAL ASSIGURAZZJONI TA’ AWTORIZZAZZJONI TAS-SIGURTÀ GĦAL FAĊILITÀ

LIL: ____________________________________

(Isem il-pajjiż tal-ASN/DSA)

Jekk jogħġbok imla l-kaxxi tat-tweġiba, fejn applikabbli:

 

[ ] Ipprovdi assigurazzjoni tal-ASF fil-livell ta’: [ ] S-UE/EU-S [ ] C-UE/EU-C

għall-faċilità elenkata hawn taħt

 

[ ] Inkluża s-salvagwardja ta’ materjal/informazzjoni klassifikata

 

[ ] Inklużi s-Sistemi ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI) għall-ipproċessar ta’ informazzjoni klassifikata

 

[ ] Ibda, direttament jew fuq talba korrispondenti ta’ benefiċjarju jew sottokuntrattur, il-proċess tal-kisba ta’ ASF sa u inkluż il-livell ta’ … bi … livell ta’ salvagwardja u … livell ta’ SKI, jekk attwalment il-faċilità ma żżommx dawn il-livelli ta’ kapaċitajiet.

Ikkonferma l-preċiżjoni tad-dettalji tal-faċilità elenkati hawn taħt u pprovdi korrezzjonijiet/żidiet kif meħtieġ.

1.

Isem sħiħ tal-faċilità:

Korrezzjonijiet/Żidiet:

2.

Indirizz sħiħ tal-faċilità:

3.

Indirizz postali (jekk differenti minn 2)

4.

Zip/kodiċi postali/belt/pajjiż

5.

Isem l-Uffiċjal għas-Sigurtà

………………………………………………………………

………………………………………………………………

6.

Telefon/Fax/indirizz elettroniku tal-Uffiċjal tas-Sigurtà

7.

Din it-talba ssir għar-raġuni(jiet) li ġejja(ġejjin): (ipprovdi dettalji tal-istadju prekuntrattwali (għażla tal-proposta), għotja jew sottokuntratt, programm/proġett, eċċ.)

ASN/DSA/awtorità awtorizzanti li tagħmel it-talba: Isem: …

Data: (jj/xx/ssss)…

TWEĠIBA (fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol)

Dan jiċċertifika illi:

1.

[ ] il-faċilità msemmija hawn fuq għandha ASF sa u inkluż il-livell ta’ [ ] S-UE/EU-S

[ ] C-UE/EU-C.

2.

Il-faċilità msemmija hawn fuq għandha l-kapaċità li tissalvagwardja informazzjoni/materjal ikklassifikat:

[ ] iva, livell: … [ ] le.

3.

il-faċilità msemmija hawn fuq għandha SKI akkreditata/awtorizzata:

[ ] iva, livell: … [ ] le.

4.

[ ] fir-rigward tat-talba msemmija hawn fuq, ingħata bidu għall-proċess ASF. Inti se tiġi infurmat/a meta l-ASF tkun ġiet stabbilita jew irrifjutata.

5.

[ ] il-faċilità msemmija hawn fuq ma għandhiex ASF.

6.

Din l-assigurazzjoni tal-ASF tiskadi fi: … (jj/xx/ssss), jew kif ġie rrakkomandat mod ieħor mill-ASN/DSA. Fil-każ ta’ invalidazzjoni aktar kmieni jew ta’ xi tibdil fl-informazzjoni elenkata hawn fuq, inti se tiġi informat/a.

7.

Rimarki:

ASN/DSA emittenti Isem:

Data:(jj/xx/ssss)

<Spazju riżervat għal referenza għal leġiżlazzjoni dwar id-data personali applikabbli u link għal informazzjoni obbligatorja għas-suġġett tad-data, pereżempju kif jiġi implimentat l-Artikolu 13 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (13).>

Appendiċi E

Rekwiżiti minimi għall-protezzjoni ta’ IKUE f’forma elettronika fil-livell ta’ RESTREINT UE/EU RESTRICTED li tiġi ttrattata fis-SKI tal-benefiċjarju

Ġenerali

1.

Il-benefiċjarju jrid ikun responsabbli biex jiżgura li l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED tikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà kif stabbiliti f’din il-klawżola ta’ sigurtà u ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ieħor irrakkomandat mill-awtorità awtorizzanti jew, jekk applikabbli, mill-awtorità tas-sigurtà nazzjonali (ASN) jew mill-awtorità tas-sigurtà nnominata (DSA).

2.

Hija r-responsabbiltà tal-benefiċjarju li jimplimenta r-rekwiżiti ta’ sigurtà identifikati f’dan id-dokument.

3.

Għall-finijiet ta’ dan id-dokument, sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni (SKI) tkopri t-tagħmir kollu użat għat-trattament, għall-ħżin u għat-trażmissjoni ta’ IKUE, inklużi stazzjonijiet tax-xogħol, printers, kopjaturi, magni tal-fax, servers, sistemi ta’ ġestjoni tan-network, kontrolluri tan-network u kontrolluri tal-komunikazzjonijiet, laptops, notebooks, PCs tablets, smart phones u apparat ta’ ħżin li jista’ jitneħħa bħal pereżempju, USB-sticks, CDs, SD-cards, eċċ.

4.

Tagħmir speċjali, bħal prodotti kriptografiċi, irid jiġi protett skont il-proċeduri operattivi ta’ sigurtà ddedikati tiegħu (SecOPs).

5.

Il-kuntratturi jridu jistabbilixxu struttura responsabbli għall-ġestjoni tas-sigurtà tas-SKI li tittratta informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED u jaħtru uffiċjal tas-sigurtà responsabbli għall-faċilità kkonċernata.

6.

L-użu ta’ soluzzjonijiet tal-IT (hardware, software jew servizzi) li huma proprjetà privata tal-persunal tal-benefiċjarju għall-ħżin jew għall-ipproċessar ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED mhuwiex permess.

7.

Akkreditazzjoni tas-SKI tal-benefiċjarju li tittratta informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED trid tiġi approvata mill-awtorità ta’ akkreditament ta’ sigurtà (AAS) tal-Istat Membru kkonċernat jew trid tiġi ddelegata lill-uffiċjal tas-sigurtà tal-benefiċjarju kif permess mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

8.

Informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED biss li tkun kriptata bl-użu ta’ prodotti kriptografiċi approvati tista’ tiġi ttrattata, maħżuna jew trażmessa (b’mezzi bil-wajer jew bla fili) bħal kwalunkwe informazzjoni oħra mhux klassifikata taħt il-ftehim ta’ għotja. Prodotti kriptografiċi bħal dawn iridu jkunu approvati mill-UE jew minn Stat Membru.

9.

Il-faċilitajiet esterni involuti fil-ħidma ta’ manutenzjoni/tiswija jridu jkunu kuntrattwalment obbligati li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED, kif stabbilit f’dan id-dokument.

10.

Fuq talba tal-awtorità awtorizzanti jew tal-ASN, DSA, jew AAS rilevanti, il-benefiċjarju jrid jipprovdi evidenza tal-konformità mal-klawżola tas-sigurtà tal-ftehim ta’ għotja. Jekk tintalab ukoll verifika u spezzjoni tal-proċessi u tal-faċilitajiet tal-benefiċjarju, biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, il-benefiċjarji għandhom jippermettu lil rappreżentanti tal-awtorità awtorizzanti, l-ASN, DSA u/jew AAS, jew lill-awtorità rilevanti tas-sigurtà tal-UE biex iwettqu tali verifika u spezzjoni.

Sigurtà fiżika

11.

Żoni fejn is-SKI jintużaw biex juru, jaħżnu, jipproċessaw jew jittrażmettu informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED jew żoni li fihom ikun hemm servers, sistemi tal-ġestjoni tan-network, kontrolluri tan-network u kontrolluri tal-komunikazzjonijiet għal tali SKI jenħtieġ li jiġu stabbiliti bħala żoni separati u kkontrollati b’sistema ta’ kontroll tal-aċċess xierqa. L-aċċess għal dawn iż-żoni separati u kkontrollati jenħtieġ li jkun ristrett għal individwi b’awtorizzazzjoni speċifika. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, it-tagħmir kif deskritt fil-paragrafu 3 irid jinħażen f’tali żoni separati u kkontrollati.

12.

Iridu jiġu implimentati mekkaniżmi u/jew proċeduri ta’ sigurtà biex tiġi regolata l-introduzzjoni jew il-konnessjoni ta’ mezzi għall-ħżin tal-kompjuter li jistgħu jitneħħew (bħal USBs, tagħmir għall-ħażna bil-massa jew CD-RWs) ma’ komponenti tas-SKI.

Aċċess għas-SKI

13.

L-aċċess għal SKI ta’ benefiċjarju li tittratta IKUE huwa permess abbażi ta’ għarfien u awtorizzazzjoni stretti tal-persunal.

14.

Is-SKI kollha għandu jkollhom listi aġġornati tal-utenti awtorizzati. Kull utent irid ikun awtentikat fil-bidu ta’ kull sessjoni ta’ pproċessar.

15.

Il-passwords, li huma parti ta’ ħafna mill-miżuri tas-sigurtà ta’ identifikazzjoni u ta’ awtentikazzjoni, iridu jkunu twal tal-inqas disa’ karattri u jridu jinkludu karattri numeriċi u karattri “speċjali” (jekk permessi mis-sistema) kif ukoll karattri alfabetiċi. Il-passwords iridu jinbidlu mill-inqas kull 180 jum. Dawn iridu jinbidlu mill-aktar fis possibbli jekk ikunu ġew kompromessi jew żvelati lil persuna mhux awtorizzata, jew jekk ikun issuspettat tali kompromess jew żvelar.

16.

Is-SKI kollha għandu jkollhom kontrolli tal-aċċess interni biex ma jħallux utenti mhux awtorizzati jaċċessaw jew jimmodifikaw informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED u milli jimmodifikaw is-sistema u l-kontrolli ta’ sigurtà. L-utenti għandhom jiġu lloggjati ’l barra awtomatikament mis-SKI jekk it-terminals tagħhom ikunu ilhom inattivi għal xi perjodu ta’ żmien prestabbilit, jew is-SKI trid tattiva screen saver protett b’password wara 15-il minuta ta’ inattività.

17.

Kull utent tas-SKI jiġi allokat kont tal-utent uniku u ID. Il-kontijiet tal-utenti jridu jissakkru awtomatikament ladarba jkunu saru mill-inqas ħames tentattivi skorretti suċċessivi ta’ login.

18.

L-utenti kollha tas-SKI jridu jkunu konxji mir-responsabbiltajiet tagħhom u mill-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex tiġi protetta l-informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED fuq is-SKI. Ir-responsabbiltajiet u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti jridu jiġu ddokumentati u rikonoxxuti mill-utenti bil-miktub.

19.

Is-SecOPs iridu jkunu disponibbli għall-utenti u għall-amministraturi u jridu jinkludu deskrizzjonijiet tar-rwoli tas-sigurtà u l-lista assoċjata ta’ kompiti, istruzzjonijiet u pjanijiet.

Il-kontabbiltà, il-verifika u r-rispons għall-inċidenti

20.

Kwalunkwe aċċess għas-SKI għandu jiġi rreġistrat.

21.

L-avvenimenti li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati:

a)

it-tentattivi kollha biex isir illoggjar, kemm dawk li jirnexxu kif ukoll dawk li ma jirnexxux;

b)

illoggjar ’il barra (inkluż li l-utent jiġi “timed out”, fejn applikabbli);

c)

il-ħolqien, it-tħassir jew it-tibdil tad-drittijiet u tal-privileġġi tal-aċċess;

d)

il-ħolqien, it-tħassir jew it-tibdil ta’ passwords.

22.

Għall-avvenimenti kollha elenkati hawn fuq, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi kkomunikata bħala minimu:

a)

tip ta’ avveniment;

b)

ID tal-Utent;

c)

id-data u l-ħin;

d)

ID tat-tagħmir.

23.

Ir-rekords kontabilistiċi jenħtieġ li jipprovdu għajnuna lil uffiċjal tas-sigurtà biex jeżamina l-inċidenti ta’ sigurtà potenzjali. Dawn jistgħu jintużaw ukoll biex jappoġġaw kwalunkwe investigazzjoni legali fil-każ ta’ inċident ta’ sigurtà. Ir-rekords kollha tas-sigurtà jenħtieġ li jiġu kkontrollati b’mod regolari biex jiġu identifikati inċidenti ta’ sigurtà potenzjali. Ir-rekords kontabilistiċi jridu jiġu protetti minn tħassir jew minn modifiki mhux awtorizzati.

24.

Il-benefiċjarju jrid ikollu strateġija ta’ rispons stabbilita biex jittratta inċidenti ta’ sigurtà. L-utenti u l-amministraturi jridu jingħataw istruzzjonijiet dwar kif għandhom jirreaġixxu għal inċidenti, kif għandhom jirrapportawhom u x’għandhom jagħmlu f’każ ta’ emerġenza.

25.

Il-kompromess jew il-kompromess suspettat ta’ informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED irid jiġi rrapportat lill-awtorità kontraenti. Ir-rapport irid ikun fih deskrizzjoni tal-informazzjoni involuta u deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi tal-kompromess jew tal-kompromess suspettat. L-utenti kollha tas-SKI jridu jkunu konxji dwar kif għandhom jirrapportaw kwalunkwe inċident ta’ sigurtà attwali jew suspettat lill-uffiċjal tas-sigurtà.

Networking u interkonnessjoni

26.

Meta SKI tal-benefiċjarju li tittratta informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED hija interkonnessa ma’ SKI li mhijiex akkreditata, dan iżid b’mod sinifikanti t-theddida kemm għas-sigurtà tas-SKI kif ukoll għall-informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED li tiġi ttrattata minn dik is-SKI. Dan jinkludi l-internet u SKI pubbliċi jew privati oħrajn, bħal SKI oħrajn li huma l-proprjetà tal-benefiċjarju jew tas-sottokuntrattur. F’dan il-każ, il-benefiċjajru għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju biex jidentifika r-rekwiżiti addizzjonali tas-sigurtà li jridu jiġu implimentati bħala parti mill-proċess ta’ akkreditament ta’ sigurtà. Il-kuntrattur għandu jipprovdi lill-awtorità awtorizzanti, u fejn meħtieġ mil-liġijiet u mir-regolamenti nazzjonali, l-AAS kompetenti, b’dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li s-SKI benefiċjarja u l-interkonnessjonijiet relatati ġew akkreditati biex IKUE tiġi ttrattata fil-livell ta’ RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

27.

Aċċess mill-bogħod minn sistemi oħrajn għal servizzi LAN (pereżempju aċċess mill-bogħod għall-posta elettronika u appoġġ mill-bogħod mis-SISTEMA) huwa pprojbit sakemm ma jiġux implimentati u miftiehma miżuri speċjali ta’ sigurtà mill-awtorità awtorizzanti, u fejn meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, approvati mill-AAS kompetenti.

Maniġment tal-konfigurazzjoni

28.

Trid tkun disponibbli u miżmuma regolarment konfigurazzjoni dettaljata tal-hardware u tas-software, kif rifless fid-dokumentazzjoni tal-akkreditazzjoni/approvazzjoni (inkluż dijagrammi tas-sistema u tan-network).

29.

L-uffiċjal tas-sigurtà tal-benefiċjarju jrid iwettaq kontrolli tal-konfigurazzjoni fuq il-hardware u s-software biex jiżgura li ma jkun ġie introdott l-ebda hardware jew software mhux awtorizzat.

30.

Il-bidliet fil-konfigurazzjoni tas-SKI tal-benefiċjarju jridu jiġu vvalutati għall-implikazzjonijiet tas-sigurtà tagħhom u jridu jiġu approvati mill-uffiċjal tas-sigurtà, u fejn meħtieġ mil-liġijiet u mir-regolamenti nazzjonali, l-AAS.

31.

Is-sistema trid tiġi skennjata għal kwalunkwe vulnerabbiltà ta’ sigurtà mill-inqas darba kull tliet xhur. Is-software biex jiġi identifikat malware jrid jiġi installat u jinżamm aġġornat. Jekk ikun possibbli, tali software jenħtieġ li jkollu approvazzjoni nazzjonali jew internazzjonali rikonoxxuta, inkella jenħtieġ li jkun standard industrijali aċċettat b’mod wiesa’.

32.

Il-benefiċjarju jrid jiżviluppa pjan tal-kontinwità tan-negozju. Iridu jiġu stabbiliti proċeduri ta’ back-up biex jindirizzaw dan li ġej:

a)

il-frekwenza tal-back-ups;

b)

ir-rekwiżiti tal-ħżin fis-sit (kontenituri li jifilħu għal nar) jew mhux fis-sit;

c)

kontroll tal-aċċess awtorizzat għall-kopji back-up.

Sanitizzazzjoni u qerda

33.

Għal SKI jew għal mezzi għall-ħżin tad-data li jkollhom fi kwalunkwe ħin informazzjoni RESTREINT UE/EU RESTRICTED, trid issir is-sanitizzazzjoni li ġejja lis-sistema kollha jew lill-mezzi għall-ħżin qabel wieħed jiddisponi minnhom:

a)

memorja flash (pereżempju USB sticks, SD cards, drajvs ta’ stati solidi, diski riġidi ibridi) trid issir kitba fuqha stess tal-inqas tliet darbiet u mbagħad għandha tiġi vverifikata biex jiġi żgurat li l-kontenut oriġinali ma jkunx jista’ jiġi rkuprat, jew inkella għandu jitħassar bl-użu ta’ software approvat tat-tħassir;

b)

il-mezzi manjetiċi (pereżempju diski riġidi) iridu jiġu ssostitwiti b’data ġdida jew “degaussed”;

c)

midja ottika (pereżempju CDs u DVDs) trid titqatta’ f’biċċiet żgħar jew trid tiġi diżintegrata;

d)

għal kwalunkwe mezz ta’ ħżin ieħor, l-awtorità awtorizzanti jew, jekk xieraq, l-ASN, DSA jew AAS jenħtieġ li tiġi kkonsultata dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati.

34.

Informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tiġi sanitizzata fuq kwalunkwe midja għall-ħżin tad-data qabel ma tingħata lil kwalunkwe entità li mhijiex awtorizzata taċċessa informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED (pereżempju għal xogħol ta’ manutenzjoni).

(1)  Dan il-mudell tas-SAL japplika fejn il-Kummissjoni titqies bħala l-oriġinatur ta’ informazzjoni klassifikata maħluqa u ttrattata għat-twettiq tal-ftehim ta’ għotja. Fejn l-oriġinatur ta’ informazzjoni klassifikata maħluqa u ttrattata għat-twettiq tal-ftehim ta’ għotja ma jkunx il-Kummissjoni, u fejn qafas ta’ sigurtà speċifiku jiġi stabbilit mill-Istati Membri li jipparteċipaw fl-għotja, jistgħu japplikaw mudelli oħra ta’ SAL.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(3)  L-awtorità awtorizzanti jenħtieġ li ddaħħal ir-referenzi ladarba dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu ġew adottati.

(4)  L-awtorità awtorizzanti jenħtieġ li ddaħħal ir-referenzi ladarba dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu ġew adottati.

(5)  Il-parti li tkun qed twettaq l-akkreditazzjoni se jkollha tipprovdi lill-awtorità awtorizzanti b’dikjarazzjoni ta’ konformità, permezz tal-awtorità għas-sigurtà tal-Kummissjoni, u f’koordinazzjoni mal-awtorità ta’ akkreditament ta’ sigurtà (AAS) nazzjonali rilevanti.

(6)  Fejn il-benefiċjarji jkunu minn Stati Membri li jeħtieġu PSCs u/jew ASFs għal għotjiet ikklassifikati bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED, l-awtorità awtorizzanti telenka fis-SAL dawn ir-rekwiżiti PSC u ASF għall-benefiċjarji inkwistjoni.

(7)  L-awtorità awtorizzanti jenħtieġ li ddaħħal ir-referenzi ladarba dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu ġew adottati.

(8)  L-awtorità awtorizzanti jenħtieġ li ddaħħal ir-referenzi ladarba dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu ġew adottati.

(9)  Jekk ikun ġie miftiehem li ż-żjarat li jinvolvu aċċess jew aċċess potenzjali għal IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET jistgħu jiġu organizzati direttament, il-formola mimlija tista’ tiġi ppreżentata direttament lill-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-istabbiliment li tkun se ssir żjara fih.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


ANNESS IV

Approvazzjoni tas-sigurtà għal faċilità u l-persunal għal benefiċjarji jew sottokuntratturi li tinvolvi informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED u ASN/DSAs li jirrikjedu notifika ta’ ftehimiet ta’ għotja kklassifikati fil-livell ta’ RESTREINT UE/EU RESTRICTED (1)

Stat Membru

ASF

Notifika ta’ ftehim ta’ għotja jew sottokuntratt li jinvolvi informazzjoni R-UE/EU-R lill-ASN u/jew DSA

PSC

IVA

LE

IVA

LE

IVA

LE

Il-Belġju

 

X

 

X

 

X

Il-Bulgarija

 

X

 

X

 

X

Iċ-Ċekja

 

X

 

X

 

X

Id-Danimarka

X

 

X

 

X

 

Il-Ġermanja

 

X

 

X

 

X

L-Estonja

X

 

X

 

 

X

L-Irlanda

 

X

 

X

 

X

Il-Greċja

X

 

 

X

X

 

Spanja

 

X

X

 

 

X

Franza

 

X

 

X

 

X

Il-Kroazja

 

X

X

 

 

X

L-Italja

 

X

X

 

 

X

Ċipru

 

X

X

 

 

X

Il-Latvja

 

X

 

X

 

X

Il-Litwanja

X

 

X

 

 

X

Il-Lussemburgu

X

 

X

 

X

 

L-Ungerija

 

X

 

X

 

X

Malta

 

X

 

X

 

X

In-Netherlands

X

(biss għal ftehimiet ta’ għotja u sottokuntratti relatati mad-difiża)

 

X

(biss għal ftehimiet ta’ għotja u sottokuntratti relatati mad-difiża)

 

 

X

L-Awstrija

 

X

 

X

 

X

Il-Polonja

 

X

 

X

 

X

Il-Portugall

 

X

 

X

 

X

Ir-Rumanija

 

X

 

X

 

X

Is-Slovenja

X

 

X

 

 

X

Is-Slovakkja

X

 

X

 

 

X

Il-Finlandja

 

X

 

X

 

X

L-Iżvezja

 

X

 

X

 

X


(1)  Dawn ir-rekwiżiti nazzjonali għal ASF/PSC u notifiki għal ftehimiet ta’ għotja li jinvolvu informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED ma għandhom jimponu ebda obbligu addizzjonali fuq Stati Membri jew benefiċjarji jew sottokuntratturi oħrajn taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

N.B. Notifiki ta’ ftehimiet ta’ għotja li jinvolvu informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET huma obbligatorji.


ANNESS V

LISTA TA’ DIPARTIMENTI TA’ AWTORITÀ TAS-SIGURTÀ NAZZJONALI / AWTORITÀ TAS-SIGURTÀ NNOMINATA RESPONSABBLI GĦALL-PROĊEDURI TA’ TRATTAMENT ASSOĊJATI MAS-SIGURTÀ INDUSTRIJALI

IL-BELĠJU

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

FPS Foreign Affairs (FPS Affarijiet Barranin)

Rue des Petits Carmes 15

1000 Brussels

Tel.: +32 25014542 (Segretarjat)

Fax: +32 25014596

Posta elettronika: nvo-ans@diplobel.fed.be

IL-BULGARIJA

1.

State Commission on Information Security - National Security Authority (Il-Kummissjoni Statali dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni - l-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

4 Kozloduy Street

1202 Sofia

Tel.: +359 29835775

Fax: +359 29873750

Posta elettronika: dksi@government.bg

2.

Defence Information Service at the Ministry of Defence (Servizz ta’ Informazzjoni dwar id-Difiża fil-Ministeru tad-Difiża) (servizz ta’ sigurtà)

3 Dyakon Ignatiy Street

1092 Sofia

Tel.: +359 29227002

Fax: +359 29885211

Posta elettronika: office@iksbg.org

3.

State Intelligence Agency (Aġenzija tal-Intelligence tal-Istat) (servizz ta’ sigurtà)

12 Hajdushka Polyana Street

1612 Sofia

Tel.: +359 29813221

Fax: +359 29862706

Posta elettronika: office@dar.bg

4.

State Agency for Technical Operations (Aġenzija tal-Istat għall-Operazzjonijiet Tekniċi) (servizz ta’ sigurtà)

29 Shesti Septemvri Street

1000 Sofia

Tel.: +359 29824971

Fax: +359 29461339

Posta elettronika: dato@dato.bg

(L-awtoritajiet kompetenti elenkati hawn fuq iwettqu l-proċeduri ta’ skrutinju għall-ħruġ tal-ASF lil entitajiet legali li japplikaw biex jikkonkludu kuntratt klassifikat, u PSCs lil individwi li jimplimentaw kuntratt ikklassifikat għall-ħtiġijiet ta’ dawn l-awtoritajiet.)

5.

State Agency National Security (Aġenzija Statali tas-Sigurtà Nazzjonali) (servizz ta’ sigurtà)

45 Cherni Vrah Blvd.

1407 Sofia

Tel.: +359 28147109

Fax: +359 29632188, +359 28147441

Posta elettronika: dans@dans.bg

(Is-servizz ta’ sigurtà msemmi hawn fuq iwettaq il-proċeduri ta’ skrutinju għall-ħruġ tal-ASF u tal-PSCs lill-entitajiet u lill-individwi ġuridiċi l-oħrajn kollha fil-pajjiż li japplikaw biex jikkonkludu kuntratt ikklassifikat jew ftehim ta’ għotja kklassifkat jew li jkunu qed jimplimentaw kuntratt klassifikat jew ftehim ta’ għotja klassifikat.)

IĊ-ĊEKJA

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Industrial Security Department (Dipartiment tas-Sigurtà Industrijali)

PO BOX 49

150 06 Praha 56 Tel.

Tel.: +420 257283129

Posta elettronika: sbr@nbu.cz

ID-DANIMARKA

1.

Politiets Efterretningstjeneste

(Is-Servizz Daniż tal-Intelligence dwar is-Sigurtà)

Klausdalsbrovej 1

2860 Søborg Tel.

Tel.: +45 33148888

Fax: +45 33430190

2.

Forsvarets Efterretningstjeneste

(Is-Servizz Daniż tal-Intelligence dwar id-Difiża)

Kastellet 30

2100 Copenhagen Ø Tel.

Tel.: +45 33325566

Fax: +45 33931320

IL-ĠERMANJA

1.

Għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika ta’ sigurtà industrijali, l-ASF, il-pjanijiet ta’ trasportazzjoni (minbarra l-kripto/CCI):

Federal Ministry of Economic Affairs and Energy (Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi u tal-Enerġija)

Industrial Security Division (Id-Diviżjoni tas-Sigurtà Industrijali) - RS3

Villemombler Str. 76

53123 Bonn

Tel.: +49 228996154028

Fax: +49 228996152676

Posta elettronika: dsagermany-rs3@bmwi.bund.de (indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċċju)

2.

Għal talbiet għal żjarat standard minn/lil kumpaniji Ġermaniżi:

Federal Ministry of Economic Affairs and Energy (Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi u tal-Enerġija)

Industrial Security Division (Diviżjoni tas-Sigurtà Industrijali) – RS2

Villemombler Str. 76

53123 Bonn

Tel.: +49 228996152401

Fax: +49 228996152603

Posta elettronika: rs2-international@bmwi.bund.de (indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċċju)

3.

Pjanijiet ta’ trasportazzjoni għall-materjal kripto:

Federal Office for Information Security (Uffiċċju Federali għas-Sigurtà tal-Informazzjoni) (BSI)

National Distribution Agency (Aġenzija Nazzjonali tad-Distribuzzjoni)/NDA-EU DEU

Mainzer Str. 84

53179 Bonn

Tel.: +49 2289995826052

Fax: +49 228991095826052

Posta elettronika: NDAEU@bsi.bund.de

L-ESTONJA

National Security Authority Department (Dipartiment tal-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Estonian Foreign Intelligence Service (Servizz Estonjan tal-Intelligence Barranija)

Rahumäe tee 4B

11316 Tallinn

Tel.: +372 6939211

Fax: +372 6935001

Posta elettronika: nsa@fis.gov.ee

L-IRLANDA

National Security Authority Ireland (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Irlanda)

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ

76-78 Harcourt Street

IE-Dublin 2

D02 DX45

Tel.: +353 14082724

Posta elettronika: nsa@dfa.ie

IL-GREĊJA

Hellenic National Defence General Staff (Persunal Ġenerali tad-Difiża Nazzjonali Ellenika)

E’ Division (Security INTEL, CI BRANCH)

E3 Directorate

Industrial Security Office

227-231 Mesogeion Avenue

15561 Holargos, Athens

Tel.: +30 2106572022, +30 2106572178

Fax: +30 2106527612

Posta elettronika: daa.industrial@hndgs.mil.gr

SPANJA

Autoridad Nacional de Seguridad

Oficina Nacional de Seguridad

Calle Argentona 30

28023 Madrid

Tel.: +34 912832583, +34 912832752, +34 913725928

Fax: +34 913725808

Posta elettronika: nsa-sp@areatec.com

Għal informazzjoni dwar programmi klassifikati: programas.ons@areatec.com

Għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjonijiet tas-sigurtà tal-persunal: hps.ons@areatec.com

Għall-pjanijiet ta’ trasport u ż-żjarat internazzjonali: sp-ivtco@areatec.com

FRANZA

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali) (ASN) (għal politika u għal implimentazzjoni f’oqsma minbarra l-industrija tad-difiża)

Secrétariat général de la défense et de la sécurité nationale

Sous-direction Protection du secret (SGDSN/PSD)

51 boulevard de la Tour-Maubourg

75700 Paris 07 SP Tel.

Tel.: +33 171758193

Fax: +33 171758200

Posta elettronika: ANSFrance@sgdsn.gouv.fr

Awtorità tas-Sigurtà Nnominata (għall-implimentazzjoni fl-industrija tad-difiża)

Direction Générale de l’Armement

Service de la Sécurité de Défense et des systèmes d’Information (DGA/SSDI)

60 boulevard du général Martial Valin

CS 21623

75509 Paris CEDEX 15

Tel.: +33 988670421

Posta elettronika: għall-formoli u għall-RFVs ħerġin: dga-ssdi.ai.fct@intradef.gouv.fr

għall-RFVs li deħlin: dga-ssdi.visit.fct@intradef.gouv.fr

IL-KROAZJA

Uffiċċju tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà

NSA Kroata

Jurjevska 34

10000 Zagreb

Tel.: +385 14681222

Fax: +385 14686049

Posta elettronika: NSACroatia@uvns.hr

L-ITALJA

Presidenza del Consiglio dei Ministri

D.I.S. - U.C.Se.

Via di Santa Susanna 15

00187 Ruma

Tel.: +39 0661174266

Fax: +39 064885273

ĊIPRU

ΥΠΟΥΡΓΕΙΟ ΑΜΥΝΑΣ

Εθνική Αρχή Ασφάλειας (ΕΑΑ)

Λεωφόρος Στροβόλου, 172-174

Στρόβολος, 2048, Λευκωσία

Τηλέφωνα: +357 22807569, +357 22807764

Τηλεομοιότυπο: +357 22302351

Posta elettronika: cynsa@mod.gov.cy

Ministry of Defence (Ministeru tad-Difiża)

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali) (ASN)

172-174, Strovolos Avenue

2048 Strovolos, Nicosia

Tel.: +357 22807569, +357 22807764

Fax: +357 22302351

Posta elettronika: cynsa@mod.gov.cy

IL-LATVJA

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Constitution Protection Bureau of the Republic of Latvia (Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Latvja)

P.O. Box 286

Rīga, LV-1001

Tel.: +371 67025418, +371 67025463

Fax: +371 67025454

Posta elettronika: ndi@sab.gov.lt, ndi@zd.gov.lv

IL-LITWANJA

Lietuvos Respublikos paslapčių apsaugos koordinavimo komisija

(Il-Kummissjoni għall-Koordinazzjoni tal-Protezzjoni tas-Sigrieti tar-Repubblika tal-Litwanja)

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Pilaitės pr. 19

LT-06264 Vilnius

Tel.: +370 70666128

Posta elettronika: nsa@vsd.lt

IL-LUSSEMBURGU

Autorité Nationale de Sécurité

207, route d’Esch

L-1471 Luxembourg

Tel.: +352 24782210

Posta elettronika: ans@me.etat.lu

L-UNGERIJA

National Security Authority of Hungary (L-Awtorità Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Ungerija)

H-1399 Budapest P.O. Box 710/50

H-1024 Budapest, Szilágyi Erzsébet fasor 11/B Tel.

Tel.: +36 13911862

Fax: +36 13911889

Posta elettronika: nbf@nbf.hu

MALTA

Director of Standardisation (Direttur tal-Istandardizzazzjoni)

Designated Security Authority for Industrial Security (Awtorità tas-Sigurtà Nnominata għas-Sigurtà Industrijali)

Standards & Metrology Institute (L-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija)

Malta Competition and Consumer Affairs Authority (L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur)

Mizzi House

National Road

Blata l-Bajda HMR9010

Tel.:+356 23952000

Fax: +356 21242406

Posta elettronika: certification@mccaa.org.mt

IN-NETHERLANDS

1.

Ministry of the Interior and Kingdom Relations (Ministeru tal-Intern u r-Relazzjonijiet tar-Renju)

PO Box 20010

2500 EA The Hague

Tel.: +31 703204400

Fax: +31 703200733

Posta elettronika: nsa-nl-industry@minbzk.nl

2.

Ministry of Defence (Ministeru tad-Difiża)

Industrial Security Department (Dipartiment tas-Sigurtà Industrijali)

PO Box 20701

2500 ES The Hague

Tel.: +31 704419407

Fax: +31 703459189

Posta elettronika: indussec@mindef.nl

L-AWSTRIJA

1.

Federal Chancellery of Austria (Il-Kanċellerija Federali tal-Awstrija)

Department I/10, Federal Office for Information Security (Dipartiment I/10, Uffiċċju Federali għas-Sigurtà tal-Informazzjoni)

Ballhausplatz 2

10104 Vienna

Tel.: +43 153115202594

Posta elettronika: isk@bka.gv.at

2.

DSA fl-isfera militari:

BMLV/Abwehramt

Postfach 2000

1030 Vienna

Posta elettronika: abwa@bmlvs.gv.at

IL-POLONJA

Aġenzija tas-Sigurtà Interna

Department for the Protection of Classified Information (Id-Dipartiment għall-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata)

Rakowiecka 2A

00-993 Warsaw

Tel.: +48 225857944

Fax: +48 225857443

Posta elettronika: nsa@abw.gov.pl

IL-PORTUGALL

Gabinete Nacional de Segurança

Serviço de Segurança Industrial

Rua da Junqueira no 69

1300-342 Lisbon

Tel.: +351 213031710

Fax: +351 213031711

Posta elettronika: sind@gns.gov.pt, franco@gns.gov.pt

IR-RUMANIJA

Oficiul Registrului Național al Informațiilor Secrete de Stat - ORNISS

Romanian NSA - ORNISS - National Registry Office for Classified Information (L-ASN Rumena - ORNISS - L-Uffiċċju tar-Reġistri Nazzjonali għal Informazzjoni Klassifikata)

4th Mures Street

012275 Bucharest

Tel.: +40 212075115

Fax: +40 212245830

Posta elettronika: relatii.publice@orniss.ro, nsa.romania@nsa.ro

IS-SLOVENJA

Urad Vlade RS za varovanje tajnih podatkov

Gregorčičeva 27

1000 Ljubljana

Tel.: +386 14781390

Fax: +386 14781399

Posta elettronika: gp.uvtp@gov.si

IS-SLOVAKKJA

Ústavný súd Slovenskej republiky

(Awtorità tas-Siġurtà Nazzjonali)

Security Clearance Department (Dipartiment għall-Approvazzjoni ta’ Sigurtà)

Budatínska 30 P.O.

851 06 Bratislava

Tel.: +421 268691111

Fax: +421 268691700

Posta elettronika: podatelna@nbu.gov.sk

IL-FINLANDJA

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Ministry for Foreign Affairs (Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

P.O. Box 453

FI-00023 Government

Posta elettronika: NSA@formin.fi

L-IŻVEZJA

1.

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Utrikesdepartementet (Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

UD SÄK / NSA

SE-103 39 Stockholm

Tel.: +46 84051000

Fax: +46 87231176

Posta elettronika: ud-nsa@gov.se

2.

DSA

Försvarets Materielverk (Amministrazzjoni ta’ Materjal tad-Difiża Żvediż)

FMV Säkerhetsskydd

SE-115 88 Stockholm

Tel.: +46 87824000

Fax: +46 87826900

Posta elettronika: security@fmv.se