ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
12 ta' Frar 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

1

 

*

Regolament (UE) 2021/168 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta’ pajjiżi terzi u l-iffissar ta’ sostituti għal ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( 1 )

6

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/169 tal-11 ta’ Frar 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ( 1 )

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/1


REGOLAMENT (UE) 2021/167 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas leġiżlattiv komuni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-ambitu ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi. Waħda minn dawk is-sitwazzjonijiet hija relatata mal-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim stabbiliti mill-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO, World Trade Organization) u permezz ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali. Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 jippermetti li l-Unjoni tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra taħt ftehimiet kummerċjali internazzjonali wara li jiġu konklużi l-proċedimenti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 ma jittrattax sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni għandha dritt ta’ azzjoni b’reazzjoni għal miżura miżmuma minn pajjiż terz iżda r-riżoluzzjoni ta’ tilwim permezz ta’ aġġudikazzjoni tkun imblukkata jew inkella mhux disponibbli għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-pajjiż terz li jkun adotta l-miżura.

(3)

Il-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-WTO ma setax jimla l-pożizzjonijiet vakanti pendenti fil-Korp tal-Appell tad-WTO (il-‘Korp tal-Appell tad-WTO’). Il-Korp tal-Appell tad-WTO ma jistax jibqa’ jissodisfa l-funzjoni tiegħu mill-mument meta jkun fadal inqas minn tliet Membri tal-Korp tal-Appell tad-WTO. Sa meta dik is-sitwazzjoni tiġi riżolta u sabiex jiġu ppreservati l-prinċipji u l-karatteristiċi essenzjali tas-sistema tad-WTO għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim u d-drittijiet proċedurali tal-Unjoni f’tilwim li jkun għaddej u dak futur, l-Unjoni fittxet li tilħaq ftehim dwar arranġamenti interim għall-arbitraġġ ta’ appell skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim tad-WTO dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim (il-“Ftehim tad-WTO dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim”). Dak l-approċċ kien approvat mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 2019, fil-15 ta’ Lulju 2019 u fil-15 ta’ April 2020 u appoġġat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar il-kriżi tal-Korp tal-Appell tad-WTO. Jekk Membru tad-WTO jirrifjuta li jidħol f’tali arranġament, u jippreżenta appell quddiem Korp tal-Appell tad-WTO li ma jkunx qed jiffunzjona, ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim tiġi effettivament imblukkata.

(4)

Sitwazzjoni simili taf tirriżulta fl-ambitu ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali, fejn pajjiż terz ma jikkooperax bil-mod meħtieġ biex ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim tiffunzjona, pereżempju billi jonqos milli jaħtar arbitru u fejn ma jkun ipprovdut l-ebda mekkaniżmu biex jiġi żgurat il-funzjonament tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim f’tali sitwazzjoni.

(5)

Jekk ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim tiġi imblukkata, l-Unjoni ma tistax tinforza l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali. Għalhekk, huwa xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 654/2014 jiġi estiż sabiex ikopri tali sitwazzjonijiet.

(6)

Għal dak il-għan, l-Unjoni jenħtieġ li tkun tista’ rapidament tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra fl-ambitu ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali, jekk ir-rikors effettiv għal riżoluzzjoni vinkolanti ta’ tilwim ma jkunx possibbli minħabba li l-pajjiż terz ma jikkooperax biex isir possibbli tali rikors.

(7)

Huwa wkoll xieraq li jiġi stabbilit li meta jittieħdu miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ ma’ pajjiż terz, jenħtieġ li tali miżuri ma jeċċedux il-livell ta’ tħassir jew indeboliment tal-interessi kummerċjali tal-Unjoni kkawżat mill-miżuri ta’ dak il-pajjiż terz, f’konformità mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali.

(8)

Il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont dan ir-Regolament jirrigwardaw speċifikament il-kummerċ internazzjonali sa fejn ikunu intiżi essenzjalment li jirregolaw dan il-kummerċ u jkollhom effetti diretti u immedjati fuqu u, għalhekk, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3).

(9)

Is-servizzi u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom sehem importanti u li qiegħed jikber fil-kummerċ dinji u huma koperti minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali tal-Unjoni. Għalhekk, il-miżuri fl-oqsma tal-kummerċ fis-servizzi u l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri tal-politika kummerċjali disponibbli għall-Unjoni biex ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 isir aktar konsistenti u effettiv.

(10)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-mekkaniżmu ta’ infurzar f’tilwim kummerċjali relatat ma’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali. Il-mekkaniżmu ta’ infurzar tal-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni jifforma parti integrali mill-politika kummerċjali tal-Unjoni u dan ir-Regolament ikun japplika għas-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew obbligi oħra u l-adozzjoni ta’ miżuri b’reazzjoni għal ksur ta’ dawk il-kapitoli, jekk u sa fejn tali miżuri jkunu permessi u jkunu ġġustifikati miċ-ċirkostanzi.

(11)

Il-klawsola ta’ rieżami tar-Regolament (UE) Nru 654/2014 jenħtieġ li tkopri wkoll l-applikazzjoni tal-emendi li dan ir-Regolament jintroduċi f’dak ir-Regolament.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 654/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jiġu riekwilibrati l-konċessjonijiet jew obbligi oħra fir-relazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi, meta t-trattament mogħti lill-oġġetti jew lis-servizzi mill-Unjoni jinbidel b’mod li jaffettwa l-interessi tal-Unjoni.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

“konċessjonijiet jew obbligi oħra” tfisser konċessjonijiet tariffarji jew obbligi jew benefiċċji oħra fil-qasam tal-kummerċ fl-oġġetti jew fis-servizzi, jew li jikkonċernaw l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li l-Unjoni tkun impenjat ruħha li tapplika fil-kummerċ tagħha ma’ pajjiżi terzi bis-saħħa ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali li għalihom hija tkun parti;”;

(3)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

wara ċ-ċirkolazzjoni ta’ rapport tal-panel tad-WTO li jikkonferma, b’mod sħiħ jew parzjali, it-talbiet imressqa mill-Unjoni, jekk ma jkunx jista’ jiġi konkluż appell taħt l-Artikolu 17 tal-Ftehim tad-WTO dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim u jekk il-pajjiż terz ma jkunx qabel li jsir arbitraġġ ta’ appell interim taħt l-Artikolu 25 tal-Ftehim tad-WTO dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim;”;

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

f’tilwim kummerċjali relatat ma’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali, jekk l-aġġudikazzjoni ma tkunx possibbli minħabba li l-pajjiż terz ma jkunx qed jieħu l-passi li jkunu meħtieġa biex tkun tista’ tiffunzjona proċedura ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, inkluż jekk ikun qed idewwem il-proċedimenti indebitament bl-effett li dan jammonta għal nuqqas ta’ kooperazzjoni fil-proċess;”;

(c)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

f’każijiet ta’ modifika tal-konċessjonijiet jew tal-impenji minn membru tad-WTO taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 jew l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), fejn ma jkun ġie miftiehem l-ebda aġġustament ta’ kumpens u, fir-rigward tas-servizzi, l-aġġustamenti ta’ kumpens ma jsirux f’konformità mal-konklużjonijiet tal-arbitraġġ skont l-Artikolu XXI tal-GATS.”;

(4)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

fejn jittieħdu miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ ma’ pajjiż terz f’sitwazzjonijiet fl-ambitu tal-punt (aa) jew (ba) tal-Artikolu 3, il-livell ta’ tali miżuri m’għandux jeċċedi l-livell ta’ tħassir jew indeboliment tal-interessi kummerċjali tal-Unjoni kkawżat mill-miżuri ta’ dak il-pajjiż terz;”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fejn konċessjonijiet jew impenji jkunu modifikati jew irtirati fil-kummerċ ma’ pajjiż terz b’konnessjoni mal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim relatat (*1), jew mal-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni relatati, dawn għandhom ikunu sostanzjalment ekwivalenti għall-konċessjonijiet jew l-impenji modifikati jew irtirati minn dak il-pajjiż terz, skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim relatat jew fl-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni relatati.;

(*1)  Ftehim ‘Interpretazzjoni u Applikazzjoni tal-Artikolu XXVIII’.”"

(5)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(ba)

is-sospensjoni tal-obbligi rigward il-kummerċ fis-servizzi u l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fis-servizzi;

(bb)

is-sospensjoni tal-obbligi fir-rigward tal-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ mogħtija minn istituzzjoni jew aġenzija tal-Unjoni u validi fl-Unjoni kollha, u l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-protezzjoni ta’ tali drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew l-isfruttament kummerċjali tagħhom, fir-rigward tad-detenturi tad-drittijiet li jkunu ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat;”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.

Meta tkun qed tagħżel il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-punt (ba) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha dejjem tikkunsidra l-miżuri skont il-ġerarkija tal-passi li ġejja:

(a)

miżuri relatati mal-kummerċ fis-servizzi li jeħtieġu awtorizzazzjoni b’validità fl-Unjoni kollha u li tkun ibbażata fuq leġiżlazzjoni sekondarja, jew, fejn ma jkunux disponibbli tali miżuri,

(b)

miżuri relatati ma’ servizzi oħra f’oqsma fejn teżisti leġiżlazzjoni estensiva tal-Unjoni, jew, fejn ma jkunux disponibbli tali miżuri,

(c)

miżuri li l-eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni mwettaq skont l-Artikolu 9(1a), kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1b), wera li ma jimponux piż sproporzjonat fuq il-proċess tal-amministrazzjoni tar-regolamenti nazzjonali rilevanti.

1b.

Il-miżuri adottati skont il-punti (ba) u (bb) tal-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu soġġetti għal eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 9(1a);

(b)

jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1) fejn, wara rieżami mwettaq skont l-Artikolu 9(1a), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri mhumiex effettivi biżżejjed jew jimponu piż mhux raġonevoli fuq il-proċess tal-amministrazzjoni tar-regolamenti nazzjonali rilevanti. Tali rieżami mill-Kummissjoni għandu l-ewwel isir sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni tal-miżuri u f’intervalli ta’ tnax-il xahar minn hemm ’il quddiem;

(c)

ikunu soġġetti għal rapport ta’ evalwazzjoni, sitt xhur wara t-terminazzjoni tagħhom u abbażi, inter alia, tal-kontribut tal-partijiet ikkonċernati, li għandu jeżamina l-effettività u l-operat tagħhom, u jasal għal konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri.”;

(6)

fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.

Fir-rigward tal-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, it-terminu “ċittadini” għandu jinftiehem fl-istess sens kif użat fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.”;

(7)

fl-Artikolu 7, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

f’każijiet ta’ rtirar jew modifika tal-konċessjonijiet jew l-impenji minn membru tad-WTO taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS, meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjonat lill-Unjoni wara l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni taħt l-Artikolu 4(1).”;

(8)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Il-Kummissjoni għandha tfittex tikseb informazzjoni u fehmiet dwar l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni f’setturi speċifiċi ta’ oġġetti jew servizzi, jew fir-rigward ta’ aspetti speċifiċi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, permezz ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni pubbliċi adatti oħra, fejn tindika l-perjodu li fih għandu jiġi ppreżentat il-kontribut. Il-Kummissjoni għandha tqis il-kontribut li tkun irċeviet.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.

Meta l-Kummissjoni tipprevedi miżuri skont il-punt (ba) jew (bb) tal-Artikolu 5(1), hija għandha tinforma u tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija, affettwati minn miżuri possibbli tal-politika kummerċjali u lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri involuti fil-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-oqsma affettwati. Mingħajr ma ddewwem bla bżonn l-adozzjoni ta’ tali miżuri, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tfittex tikseb informazzjoni dwar:

(a)

l-impatt ta’ tali miżuri fuq fornituri ta’ servizzi ta’ pajjiżi terzi jew detenturi ta’ drittijiet li jkunu ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat u fuq kompetituri, utenti jew konsumaturi fl-Unjoni ta’ tali servizzi jew detenturi ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(b)

l-interazzjoni ta’ tali miżuri mar-regolamenti rilevanti tal-Istati Membri;

(c)

il-piż amministrattiv li jista’ jinħoloq minn tali miżuri.

Il-Kummissjoni għandha tqis bl-akbar reqqa l-informazzjoni miġbura matul tali konsultazzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi analiżi tal-miżuri previsti lill-Istati Membri meta tkun qed tipproponi l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8.”;

(9)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 10

Rieżami

1.

Mal-ewwel opportunità possibbli wara t-13 ta’ Frar 2021, iżda mhux aktar tard minn sena wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-miżuri ta’ politika kummerċjali li jistgħu jiġu adottati, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu, u għandha tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.

Meta taġixxi skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami bl-għan li tipprevedi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament miżuri addizzjonali ta’ politika kummerċjali li jissospendu konċessjonijiet jew obbligi oħra fil-qasam tal-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Frar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Frar 2021.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50).

(3)  L-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2017, ECLI:EU:C:2017:376, il-paragrafu 36.


12.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/6


REGOLAMENT (UE) 2021/168 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta’ pajjiżi terzi u l-iffissar ta’ sostituti għal ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Sabiex ikun hemm iħħeġġjar kontra movimenti negattivi fir-rati tal-kambju li jinvolvu muniti li ma jkunux konvertibbli faċilment f’munita bażi jew li jinvolvu muniti li jkunu soġġetti għal kontrolli tal-kambju, il-kumpaniji fl-Unjoni jidħlu f’derivattivi bbażati fuq munita mhux konsenjabbli, bħal forwards u swaps. L-indisponibbiltà ta’ parametri referenzjarji tal-kambju spot għall-kalkolu tar-rimborżi dovuti skont derivattivi bbażati fuq munita tħalli effett negattiv fuq il-kumpaniji fl-Unjoni li jesportaw lejn swieq emerġenti jew li jkollhom assi jew obbligazzjonijiet f’dawk is-swieq, bl-iskopertura konsegwenti għall-fluttwazzjonijiet ta’ muniti tas-swieq emerġenti. Wara l-iskadenza tal-perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2021 stipulat fir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-“perjodu tranżitorju”), mhux se jibqa’ possibbli li jintużaw il-parametri referenzjarji tal-kambju spot pprovduti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz, għajr minn bank ċentrali.

(2)

Sabiex il-kumpaniji fl-Unjoni jkunu jistgħu jissuktaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom filwaqt li jimmitigaw ir-riskju tal-kambju, ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot li jkunu użati fl-istrumenti finanzjarji għall-kalkolu tar-rimborżi kuntrattwali u li jkunu ffissati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ ċerti kriterji jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011.

(3)

Meta titqies il-ħtieġa li jsir rieżami bir-reqqa tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011 u tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jikkonċernaw il-parametri referenzjarji pprovduti minn amministraturi li jinsabu f’pajjiżi terzi (“parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi”), il-perjodu tranżitorju attwali għall-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi estiż. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li testendi ulterjorment il-perjodu tranżitorju permezz ta’ att delegat, għal massimu ta’ sentejn, jekk il-valutazzjoni li fuqha dak ir-rieżami huwa bbażat turi li l-iskadenza prevista tal-perjodu tranżitorju tkun ta’ detriment għall-użu kontinwu tal-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni jew tkun theddida għall-istabbiltà finanzjarja.

(4)

L-estensjoni tal-perjodu tranżitorju għall-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi tista’ toħloq inċentiv għall-amministraturi tal-parametri referenzjarji tal-Unjoni biex jirrilokaw l-attivitajiet tagħhom f’pajjiż terz sabiex ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/1011. Biex tali ċirkomvenzjoni tiġi evitata, l-amministraturi li jirrilokaw mill-Unjoni għal pajjiż terz matul il-perjodu tranżitorju jenħtieġ li ma jibbenefikawx mill-aċċess għas-suq tal-Unjoni mingħajr ma jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/1011.

(5)

Mill-31 ta’ Diċembru 2020, mat-tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (5), il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax London Interbank Offered Rate (LIBOR) ma jibqax jikkwalifika bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika skont ir-Regolament (UE) 2016/1011. Barra minn hekk, il-Financial Conduct Authority (FCA) tar-Renju Unit ħabbret fl-2017 li mhijiex se tipperswadi jew iġġiegħel lill-banek tal-panel jikkontribwixxu data tal-input għal-LIBOR wara tmiem l-2021. Avviżi sussegwenti mill-FCA u mill-amministratur ta’ LIBOR għamluha ċara li LIBOR x’aktarx li jiġi stralċjat fil-biċċa l-kbira tat-termini u tal-muniti li għalihom huwa kkalkulat sa tmiem l-2021, b’termini u muniti oħra jsegwu fl-2023. Il-waqfien jew l-istralċ tal-LIBOR jista’ jirriżulta f’konsegwenzi negattivi li jfixklu b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Hemm numru sostanzjali ta’ kuntratti li jaffettwaw lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni u li jirrigwardaw dejn, self, depożiti b’terminu, titoli u derivattivi li kollha jagħmlu referenza għal-LIBOR, li jimmaturaw iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021 u li ma għandhomx dispożizzjonijiet ta’ riżerva suffiċjentement robusti li jkopru l-waqfien jew l-istralċ tal-LIBOR kif ikkalkolat għall-munita rilevanti jew uħud mit-termini tagħha. Uħud minn dawn il-kuntratti, u wħud mill-istrumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ma jistgħux jiġu nnegozjati mill-ġdid sabiex jinkorporaw dispożizzjoni ta’ riżerva kuntrattwali qabel il-31 ta’ Diċembru 2021.

(6)

Biex ikun jista’ jiġi previst il-funzjonament ordnat kontinwu ta’ kuntratti eżistenti li jagħmlu referenza għal parametru referenzjarju użat b’mod wiesa’ u li t-twaqqif tiegħu jista’ jirriżulta f’konsegwenzi negattivi li jfixklu b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u fejn tali kuntratti, jew strumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, ma jkunux jistgħu jiġu nnegozjati mill-ġdid b’mod li jinkludu dispożizzjoni ta’ riżerva kuntrattwali sal-mument tal-waqfien ta’ dak il-parametru referenzjarju, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas għall-waqfien jew l-istralċ ordnat ta’ tali parametri referenzjarji. Dak il-qafas jenħtieġ li jinkludi mekkaniżmu għat-tranżizzjoni ta’ tali kuntratti, jew strumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, lejn sostitut iffissat għal parametru referenzjarju. Sostitut għal parametru referenzjarju jenħtieġ li jiżgura li tiġi evitata l-frustrazzjoni kuntrattwali, li tista’ tfixkel b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.

(7)

In-nuqqas ta’ qafas fil-livell tal-Unjoni għall-waqfien jew l-istralċ ordnat ta’ parametru referenzjarju x’aktarx li jirriżulta f’soluzzjonijiet regolatorji diverġenti fl-Istati Membri, li jwasslu biex il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni jkunu esposti għal riskji ta’ inċertezza legali u frustrazzjoni kuntrattwali. Flimkien mad-daqs tal-iskopertura għal tali parametri referenzjarji ta’ kuntratti eżistenti, u strumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, iż-żieda fir-riskju ta’ frustrazzjoni kuntrattwali u ta’ litigazzjoni tista’ tfixkel b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji. F’dawk iċ-ċirkostanzi straordinarji u sabiex jiġu indirizzati r-riskji sistemiċi involuti, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit approċċ armonizzat biex jiġi indirizzat il-waqfien jew l-istralċ ta’ ċerti parametri referenzjarji b’rilevanza sistemika għall-Unjoni. Il-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-parametri referenzjarji lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat konferiti fuq il-Kummissjoni mhumiex effettwati minn dan ir-Regolament.

(8)

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi lill-entitajiet taħt superviżjoni li mhumiex amministraturi ta’ parametru referenzjarju li jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ li parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi pprovdut. Jekk ikun possibbli, dawk il-pjanijiet ta’ kontinġenza jenħtieġ li jidentifikaw sostitut potenzjali wieħed jew aktar għall-parametri referenzjarji. Kif ħareġ mill-esperjenza bil-LIBOR, huwa importanti li jitħejjew pjanijiet ta’ kontinġenza għal każijiet li fihom parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi pprovdut. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jimmonitorjaw jekk hemmx konformità ma’ dak l-obbligu, u jenħtieġ li jkun possibbli għalihom li jwettqu verifiki każwali dwar il-konformità. Għalhekk, l-entitajiet taħt superviżjoni jenħtieġ li jżommu l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, u kwalunkwe aġġornament tagħhom, faċilment disponibbli sabiex ikunu jistgħu jgħadduhom, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien.

(9)

Kuntratti li ma jkunux kuntratti finanzjarji kif definit fir-Regolament (UE) 2016/1011, jew strumenti finanzjarji li mhumiex koperti mid-definizzjoni ta’ strument finanzjarju ta’ dak ir-Regolament, iżda li jirreferu wkoll għal parametri referenzjarji li qed jitwaqqfu jew li qed jiġu stralċjati, jistgħu wkoll ifixklu b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Ħafna entitajiet jużaw tali parametri referenzjarji iżda ma jikkwalifikawx bħala entitajiet taħt superviżjoni. Konsegwentement, il-partijiet għal tali kuntratti u d-detenturi ta’ tali istrumenti finanzjarji ma jibbenefikawx minn sostitut għal parametru referenzjarju. Sabiex jiġu mitigati kemm jista’ jkun l-impatti potenzjali fuq l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja u biex tiġi prevista protezzjoni kontra l-inċertezza legali, il-mandat tal-Kummissjoni biex tiffissa sostitut għal parametru referenzjarju jenħtieġ li japplika għal kwalunkwe kuntratt u kwalunkwe strument finanzjarju kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE li jkunu soġġetti għal-liġi ta’ Stat Membru. Barra minn hekk, is-sostitut iffissat għal parametru referenzjarju jenħtieġ li japplika għal kuntratti li jkunu soġġetti għal-liġi ta’ pajjiż terz iżda li l-partijiet tagħhom kollha huma stabbiliti fl-Unjoni, f’każijiet fejn il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u fejn il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz ma jipprevedix stralċ ordnat ta’ parametru referenzjarju. Din l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1011 li ma humiex emendati permezz ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Is-sostitut statutorju ta’ parametru referenzjarju jenħtieġ li jkun ristrett għal kuntratti, u għal strumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, li ma jkunux ġew innegozjati mill-ġdid qabel id-data tal-waqfien tal-parametru referenzjarju kkonċernat. Meta jintużaw kuntratti qafas, is-sostitut iffissat għal parametru referenzjarju japplika biss għal tranżazzjonijiet li jsiru qabel id-data tas-sostituzzjoni rilevanti, anki jekk tranżazzjonijiet sussegwenti jistgħu teknikament ikunu parti mill-istess kuntratt. L-iffissar tas-sostitut għal parametru referenzjarju jenħtieġ li ma jaffettwax il-kuntratti, jew l-istrumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, li jkunu diġà jipprovdu għal dispożizzjoni ta’ riżerva kuntrattwali xierqa li tindirizza l-waqfien permanenti ta’ parametru referenzjarju.

(11)

L-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni li jiffissa sostitut għal parametru referenzjarju jenħtieġ li ma twaqqafx lill-partijiet f’kuntratt milli jaqblu li japplikaw sostitut differenti għal dak il-parametru referenzjarju.

(12)

Il-parametri referenzjarji u r-rati ta’ riżerva miftiehma kuntrattwalment tagħhom jistgħu, maż-żmien, ivarjaw b’mod sinifikanti u mhux mistenni, u bħala konsegwenza, jistgħu ma jibqgħux jirrappreżentaw l-istess realtà ekonomika sottostanti jew iwasslu għal riżultati kummerċjalment inaċċettabbli. Każijiet bħal dawn jistgħu jinkludu t-twessigħ sinifikanti tad-differenza bejn il-parametru referenzjarju u r-rata ta’ riżerva miftiehma kuntrattwalment maż-żmien, jew sitwazzjonijiet fejn id-dispożizzjoni ta’ riżerva miftiehma kuntrattwalment tbiddel il-bażi tal-parametru referenzjarju minn rata varjabbli għal rata fissa. Peress li din il-kwistjoni tista’ tqum f’għadd ta’ Stati Membri, u peress li partijiet kontraenti minn Stati Membri differenti spiss jiġu affettwati wkoll f’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li tiġi indirizzata b’mod armonizzat sabiex jiġu evitati l-inċertezza legali, litigazzjoni eċċessiva u, bħala konsegwenza, effetti negattivi sinifikanti possibbli fuq is-suq intern jew riperkussjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri individwali jew fl-Unjoni. Għaldaqstant, is-sostitut għal parametru referenzjarju li jkun stabbilit mill-att ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li, taħt ċerti prekundizzjonijiet iservi bħala sostitut meta l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, pereżempju l-awtoritajiet makroprudenzjali, il-kunsilli tar-riskju sistemiku jew banek ċentrali, ikunu stabbilew li d-dispożizzjoni ta’ riżerva miftiehma oriġinarjament ma għadhiex tirrifletti r-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju li jkun se jitwaqqaf kien maħsub biex ikejjel jew li tali dispożizzjoni tista’ tkun theddida għall-istabbiltà finanzjarja. L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jenħtieġ li jwettqu valutazzjoni meta huma jiġu mgħarrfa dwar l-inadegwatezza potenzjali ta’ dispożizzjoni ta’ riżerva użata b’mod komuni minn parti waħda jew aktar potenzjalment interessati. Tali valutazzjoni jenħtieġ, madanakollu, li ma ssirx fuq bażi ta’ kuntratt b’kuntratt. L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti involuti jenħtieġ li jkunu obbligati jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar dik il-valutazzjoni.

(13)

Il-partijiet kontraenti huma responsabbli mill-analiżi tal-arranġament kuntrattwali tagħhom biex jiddeterminaw liema sitwazzjonijiet dispożizzjoni ta’ riżerva kuntrattwali għandha l-intenzjoni li tkopri. Jekk l-interpretazzjoni ta’ kuntratt, jew ta’ strument finanzjarju kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE, tiżvela li l-partijiet ma kellhomx l-intenzjoni li jkopru l-waqfien permanenti ta’ parametru referenzjarju magħżul, is-sostitut statutorju għal parametru referenzjarju li jkun iffissat b’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi livell xieraq ta’ protezzjoni biex jiġi indirizzat il-waqfien permanenti ta’ dak il-parametru referenzjarju.

(14)

Meta jitqies li s-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tista’ tirrikjedi bidliet għal kuntratti, jew għal strumenti finanzjarji kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE, li jagħmlu referenza għal tali parametri referenzjarji meta dawk il-bidliet huma meħtieġa għall-użu prattiku jew l-applikazzjoni ta’ tali sostitut għal parametru referenzjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-bidliet essenzjali korrispondenti ta’ konformità fl-att ta’ implimentazzjoni.

(15)

Għall-parametri referenzjarji li jkunu ffissati mill-Kummissjoni bħala kritiċi fi Stat Membru wieħed skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 u meta l-waqfien jew l-istralċ ta’ tali parametru referenzjarju jista’ jfixkel b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji f’dak l-Istat Membru, l-awtorità kompetenti rilevanti jenħtieġ li tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tevita tali tfixkil b’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

(16)

Meta Stat Membru jaderixxi għaż-żona tal-euro u nuqqas sussegwenti ta’ data tal-input għall-komputazzjoni ta’ parametru referenzjarju nazzjonali jirrikjedi s-sostituzzjoni ta’ dak il-parametru referenzjarju, jenħtieġ li jkun possibbli għal dak l-Istat Membru sabiex jipprovdi għat-tranżizzjoni minn dak il-parametru referenzjarju nazzjonali għal sostitut għalih. F’każ bħal dan, dak l-Istat Membru jenħtieġ li jqis l-istatus tal-konsumaturi bħala partijiet kontraenti u jiżgura li huma ma humiex affettwati b’mod negattiv, aktar milli meħtieġ, minn tali tranżizzjoni.

(17)

Sabiex tiffissa ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta’ pajjiżi terzi bħala esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-eżenzjoni tal-parametri referenzjarji tal-kambju spot għal muniti mhux konvertibbli meta tali parametri referenzjarji tal-kambju spot jintużaw għall-kalkolu tar-rimborżi ġġenerati minn kuntratti tad-derivattivi tal-kambju mhux konsenjabbli. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(18)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiffissa sostitut għal parametru referenzjarju biex jissostitwixxi r-referenzi kollha għal dak il-parametru referenzjarju f’kuntratti, jew f’istrumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, li ma jkunux ġew innegozjati mill-ġdid sad-data tal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Iċ-ċertezza legali tobbliga lill-Kummissjoni teżerċita dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni biss f’ċirkostanzi tal-iskattar definiti bir-reqqa u li juru biċ-ċar li l-amministrazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-parametru referenzjarju li jkun se jiġi ssostitwit se jitwaqqfu b’mod permanenti.

(19)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha biss f’sitwazzjonijiet fejn tivvaluta li l-waqfien jew l-istralċ ta’ parametru referenzjarju jkun jista’ jirriżulta f’konsegwenzi negattivi li jfixklu b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji jew fl-ekonomija reali fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha biss fejn joħroġ biċ-ċar li r-rappreżentattività tal-parametru referenzjarju kkonċernat ma tkunx tista’ titreġġa’ lura jew li l-parametru referenzjarju se jitwaqqaf b’mod permanenti.

(20)

Qabel ma teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha li tiffissa sostitut għal parametru referenzjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq konsultazzjoni pubblika u jenħtieġ li tqis ir-rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati rilevanti u b’mod partikolari mill-gruppi ta’ ħidma tas-settur privat li joperaw taħt l-awspiċji tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-bank ċentrali. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq konsultazzjonijiet pubbliċi u għarfien espert estensivi, dwar l-aktar rata ta’ sostituzzjoni xierqa għall-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li jkun se jitwaqqaf. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ukoll ir-rakkomandazzjonijiet ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju u l-ESMA.

(21)

Fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011, kien mistenni li, sa tmiem l-2021, il-pajjiżi terzi jistabbilixxu reġimi regolatorji simili għall-parametri referenzjarji finanzjarji u li l-użu fl-Unjoni minn entitajiet taħt superviżjoni tal-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jkun żgurat permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza adottati mill-Kummissjoni jew permezz ta’ rikonoxximent jew approvazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, ftit li xejn sar progress f’dak ir-rigward. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim regolatorju għall-parametri referenzjarji finanzjarji jvarja b’mod sinifikanti bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi. Għalhekk, biex jiġu żgurati l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u d-disponibbiltà ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi għall-użu fl-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tranżitorju, il-Kummissjoni jenħtieġ, sal-15 ta’ Ġunju 2023, tippreżenta rapport dwar ir-rieżami tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011, kif emendat b’dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-effett tiegħu fuq l-użu ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-konsegwenzi tal-kamp ta’ applikazzjoni estensiv ta’ tali regolamentazzjoni għall-amministraturi u l-utenti tal-parametri referenzjarji tal-Unjoni anke fir-rigward tal-użu kontinwu tal-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk hemmx bżonn li r-Regolament (UE) 2016/1011 jiġi emendat ulterjorment sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jitnaqqas għall-amministraturi ta’ ċerti tipi ta’ parametri referenzjarji biss jew għall-amministraturi li l-parametri referenzjarji tagħhom jintużaw b’mod wiesa’ fl-Unjoni.

(22)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) reċentement ġie emendat biex jipprovdi ċarezza lill-parteċipanti fis-suq li l-kuntratti li jsiru jew li jiġu nnovati qabel il-bidu tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ikklerjar jew tal-marġni għal kuntratti tad-derivattivi nnegozjati barra l-borża (“OTC”) li jagħmlu referenza għal parametru referenzjarju (“kuntratti ta’ legat”) mhux se jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti jekk dawk il-kuntratti jiġu emendati fir-rigward tal-parametru referenzjarju li huma jirreferu għalih u jekk dawk l-emendi jkollhom biss l-iskop li jimplimentaw jew iħejju għall-implimentazzjoni ta’ sostitut għal parametru referenzjarju jew li jdaħħlu dispożizzjonijiet ta’ riżerva matul it-tranżizzjoni għal parametru referenzjarju ġdid bħala parti minn riforma tal-parametri referenzjarji. Ir-riformi tal-parametri referenzjarji jirriżultaw minn flussi ta’ ħidma u inizjattivi kkoordinati internazzjonalment bil-għan tar-riforma tal-parametri referenzjarji biex jikkonformaw mal-Prinċipji Internazzjonali għall-Parametri Referenzjarji Finanzjarji ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli. Ir-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi li l-entitajiet taħt superviżjoni jipproduċu u jżommu pjanijiet robusti bil-miktub li jistabbilixxu l-azzjonijiet li jieħdu f’każ li kwalunkwe parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi pprovdut u li jirriflettu dawk il-pjanijiet fir-relazzjoni kuntrattwali mal-klijenti. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-parteċipanti fis-suq ma’ dawk l-obbligi u biex tiġi appoġġata l-azzjoni mill-parteċipanti fis-suq biex tissaħħaħ ir-robustezza tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li jagħmlu referenza għal parametri referenzjarji potenzjalment soġġetti għal riformi, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jiġi emendat ulterjorment biex jiċċara li l-kuntratti ta’ legat mhux se jkunu soġġetti għal rekwiżiti tal-ikklerjar jew tal-marġni jekk dawk il-kuntratti jiġu emendati għall-iskop uniku li jissostitwixxu l-parametru referenzjarju li jagħmlu referenza għalih fl-isfond ta’ riforma tal-parametri referenzjarji.

Għalhekk, dik l-eċċezzjoni tapplika biss għall-emendi kuntrattwali meħtieġa għall-implimentazzjoni jew għat-tħejjija għall-implimentazzjoni ta’ sostitut għal parametru referenzjarju minħabba riforma tal-parametri referenzjarji jew meħtieġa biex jiddaħħlu dispożizzjonijiet ta’ riżerva b’rabta ma’ parametru referenzjarju sabiex tissaħħaħ ir-robustezza tal-kuntratti rilevanti. Dawk l-emendi jenħtieġ li jservu biex jipprovdu ċarezza lill-parteċipanti fis-suq u jenħtieġ li ma jaffettwawx il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi tal-ikklerjar u tal-marġni b’rabta mal-emendi tal-kuntratti tad-derivattivi OTC għal skopijiet oħra jew b’rabta ma’ sostituzzjonijiet jew novazzjonijiet bħal bidliet tal-kontropartijiet.

(23)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2016/1011 u (UE) Nru 648/2012 jiġu emendati skont dan.

(24)

Fid-dawl tal-fatt li l-LIBOR mhijiex se tibqa’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/1011 mill-1 ta’ Jannar 2021, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) 2016/1011

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(2)jiżdied il-punt li ġej:

“(i)

parametru referenzjarju tal-kambju spot li jkun ġie ffissat mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 18a(1).”;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(22a)

“parametru referenzjarju tal-kambju spot” tfisser parametru referenzjarju li jirrifletti l-prezz, espress f’munita waħda, ta’ munita oħra jew ta’ basket ta’ muniti oħra, għal kunsinna fl-iktar data tal-valur kmieni possibbli;”

(b)

fil-punt 24(a), punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

ċentru ta’ negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew ċentru ta’ negozjar f’pajjiż terz li għalih il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż huwa kkunsidrat li għandu effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew l-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew suq regolat ikkunsidrat ekwivalenti skont l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iżda f’kull każ biss b’referenza għal data ta’ tranżazzjoni li tikkonċerna l-istrumenti finanzjarji;

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).”;"

(3)

fit-Titolu III, it-titolu tal-Kapitolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax u parametri referenzjarji tal-kambju spot”;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Parametri referenzjarji tal-kambju spot

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiffissa parametru referenzjarju tal-kambju spot amministrat minn amministraturi li jkunu jinsabu barra mill-Unjoni meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a)

il-parametru referenzjarju tal-kambju spot jirreferi għal rata tal-kambju spot ta’ munita ta’ pajjiż terz li ma tkunx konvertibbli faċilment; u

(b)

il-parametru referenzjarju tal-kambju spot jintuża fuq bażi frekwenti, sistematika u regolari biex jiħħeġġja kontra movimenti avversi tar-rata tal-kambju.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjoni pubblika biex tidentifika l-parametri referenzjarji tal-kambju spot li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1.

3.   Sal-15 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 49 biex toħloq lista ta’ parametri referenzjarji tal-kambju spot li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dik il-lista kif xieraq.”;

(5)

fit-Titolu III, jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

KAPITOLU 4A

Sostituzzjoni statutorja ta’ parametru referenzjarju

Artikolu 23a

Kamp ta’ applikazzjoni tas-sostituzzjoni obbligatorja ta’ parametru referenzjarju

Dan il-Kapitolu japplika għal:

(a)

kwalunkwe kuntratt, jew strument finanzjarju kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE, li jagħmel referenza għal parametru referenzjarju u li huwa soġġett għal-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri; u

(b)

kwalunkwe kuntratt, li l-partijiet tiegħu jkunu kollha stabbiliti fl-Unjoni, li jagħmel referenza għal parametru referenzjarju u li jkun soġġett għal-liġi ta’ pajjiż terz u meta dik il-liġi ma tipprevedix għal stralċ ordnat ta’ parametru referenzjarju.

Artikolu 23b

Sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju mill-Unjoni

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal:

(a)

parametri referenzjarji li jkunu ġew iffissati bħala ta’ importanza kritika minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 20(1);

(b)

parametri referenzjarji bbażati fuq il-kontribuzzjoni ta’ data tal-input jekk il-waqfien jew l-istralċ tagħhom ifixkel b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni; u

(c)

parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jekk il-waqfien jew l-istralċ tagħhom ifixkel b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni jew joħloq riskju sistemiku lis-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tiffissa sostituzzjoni wieħed jew aktar għal parametru referenzjarju dment li jkun seħħ kwalunkwe wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti għall-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju tkun ħarġet dikjarazzjoni pubblika, jew tkun ippubblikat informazzjoni, fejn jitħabbar li dak il-parametru referenzjarju ma għadux jirrifletti s-suq jew ir-realtà ekonomika sottostanti; fil-każ ta’ parametru referenzjarju ffissat bħala ta’ importanza kritika minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 20(1), l-awtorità kompetenti għandha tagħmel tali avviż biss meta, wara l-eżerċitar tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 23, il-parametru referenzjarju xorta ma jirriflettix is-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika;

(b)

l-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju, jew persuna li taġixxi f’isem dak l-amministratur, ikun ħareġ dikjarazzjoni pubblika, jew ikun ippubblika informazzjoni, jew tali dikjarazzjoni pubblika tkun saret jew tali informazzjoni tkun ġiet ippubblikata, fejn jitħabbar li dak l-amministratur ikun se jibda l-istralċ ordnat ta’ dak il-parametru referenzjarju jew ikun se jieqaf jipprovdi dak il-parametru referenzjarju jew ċerti termini jew ċerti muniti li għalihom dak il-parametru referenzjarju jiġi kkalkulat b’mod permanenti jew indefinit, dment li, meta tinħareġ id-dikjarazzjoni jew tiġi ppubblikata l-informazzjoni, ma jkun hemm l-ebda amministratur suċċessur li jkun se jkompli jipprovdi dak il-parametru referenzjarju;

(c)

l-awtorità kompetenti għall-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju jew kwalunkwe entità li jkollha awtorità ta’ insolvenza jew ta’ riżoluzzjoni fuq tali amministratur tkun ħarġet dikjarazzjoni pubblika, jew tkun ippubblikat informazzjoni, fejn jitħabbar li l-amministratur ikun se jibda l-istralċ ordnat ta’ dak il-parametru referenzjarju jew ikun se jieqaf jipprovdi dak il-parametru referenzjarju jew ċerti termini jew ċerti muniti li għalihom dak il-parametru referenzjarju jiġi kkalkulat b’mod permanenti jew indefinit, dment li, meta tinħareġ id-dikjarazzjoni jew tiġi ppubblikata l-informazzjoni, ma jkun hemm l-ebda amministratur suċċessur li jkun se jkompli jipprovdi dak il-parametru referenzjarju; jew

(d)

l-awtorità kompetenti għall-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju tirtira jew tissospendi l-awtorizzazzjoni b’konformità mal-Artikolu 35 jew ir-rikonoxximent b’konformità mal-Artikolu 32(8) jew teħtieġ il-waqfien tal-approvazzjoni b’konformità mal-Artikolu 33(6), dment li meta jsir l-irtirar jew is-sospensjoni jew il-waqfien tal-approvazzjoni, ma jkun hemm l-ebda amministratur suċċessur li jkun se jkompli jipprovdi dak il-parametru referenzjarju u l-amministratur tiegħu jkun se jibda l-istralċ ordnat ta’ dak il-parametru referenzjarju jew ikun se jieqaf jipprovdi dak il-parametru referenzjarju jew ċerti termini jew ċerti muniti li għalihom dak il-parametru referenzjarju jiġi kkalkulat b’mod permanentijew indefinit.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, is-sostitut għal parametru referenzjarju għandha tissostitwixxi r-referenzi kollha għal dak il-parametru referenzjarju fil-kuntratti u l-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23a meta dawk il-kuntratti u l-istrumenti finanzjarji ma jkun fihom:

(a)

l-ebda dispożizzjoni ta’ riżerva; jew

(b)

l-ebda dispożizzjoni ta’ riżerva xierqa.

4.   Għall-fini tal-punt (b) tal-paragrafu 3, dispożizzjoni ta’ riżerva għandha titqies mhux xierqa jekk:

(a)

ma tipprovdix għal sostituzzjoni permanenti għall-parametru referenzjarju li jkun se jitwaqqaf; jew

(b)

l-applikazzjoni tagħha tirrikjedi kunsens minn partijiet terzi li jkun ġie miċħud; jew

(c)

hija tipprevedi sostituzzjoni għal parametru referenzjarju li ma għadux jirrifletti jew li jiddevja b’mod sinifikanti mis-suq sottostanti jew mir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju li jkun se jitwaqqaf huwa maħsub li jkejjel, u l-applikazzjoni tagħha jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja.

5.   Is-sostituzzjoni għal parametru referenzjarju maqbul bħala rata ta’ riżerva kuntrattwali ma għadhiex tirrifletti jew tiddevja b’mod sinifikanti mis-suq sottostanti jew mir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju li jkun se jitwaqqaf huwa maħsub li jkejjel, u jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, fejn:

(a)

dan ġie stabbilit mill-awtorità nazzjonali rilevanti abbażi ta’ valutazzjoni orizzontali ta’ tip speċifiku ta’ arranġament kuntrattwali li twettaq wara talba motivata minn tal-anqas parti interessata waħda, u wara li ġew ikkonsultati l-partijiet ikkonċernati rilevanti;;

(b)

wara -valutazzjoni b’konformità mal-punt (a), waħda mill-partijiet għall-kuntratt jew strument finanzjarju tkun oġġezzjonat għad-dispożizzjoni ta’ riżerva miftiehma kuntrattwalment mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-waqfien tal-parametru referenzjarju; u

(c)

wara oġġezzjoni skont il-punt (b), il-partijiet għall-kuntratt jew strument finanzjarju ma jkunux qablu dwar sostituzzjoni alternattiva għall-parametru referenzjarju sa mhux aktar tard minn jum tax-xogħol wieħed qabel il-waqfien ta’ dak il-parametru referenzjarju.

6.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 4, l-awtorità nazzjonali rilevanti għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-valutazzjoni tagħha msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5. Meta entitajiet f’aktar minn Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jiġu affettwati mill-valutazzjoni, l-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk l-Istati Membri kollha għandhom iwettqu l-valutazzjoni b’mod konġunt.

7.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità rilevanti, li tkun f’pożizzjoni li twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti sal-14 ta’ Awwissu 2021.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw sostitut wieħed jew aktar għal parametru referenzjarju b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) fejn ikun seħħ kwalunkwe wieħed mill-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

9.   Att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8 għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

is-sostitut jew sostituti għal parametru referenzjarju;

(b)

l-aġġustament tal-firxa, inkluż il-metodu għad-determinazzjoni ta’ tali aġġustament tal-firxa, li għandu jiġi applikat għas-sostitut għal parametru referenzjarju li jkun se jitwaqqaf fid-data tas-sostituzzjoni għal kull terminu partikolari sabiex jitqiesu l-effetti tat-tranżizzjoni jew tal-bidla mill-parametru referenzjarju li se jiġi stralċat għas-sostitut tiegħu;

(c)

il-bidliet korrispondenti essenzjali ta’ konformità li huma assoċjati u raġonevolment meħtieġa fir-rigward tal-użu jew l-applikazzjoni ta’ sostitut għal parametru referenzjarju; u

(d)

id-data li minnha jibdew japplikaw is-sostitut jew is-sostituti għal parametru referenzjarju.

10.   Meta tadotta att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8, il-Kummissjoni għandha tqis rakkomandazzjonijiet disponibbli dwar is-sostitut għal parametru referenzjarju, il-bidliet korrispondenti ta’ konformità u l-aġġustament tal-firxa magħmula mill-bank ċentrali responsabbli għaż-żona tal-munita fejn il-parametru referenzjarju rilevanti qed jiġi stralċat, jew mill-grupp ta’ ħidma tar-rata referenzjarja alternattiva li jopera taħt l-awspiċji tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-bank ċentrali. Qabel ma tadotta l-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u tqis ir-rakkomandazzjonijiet ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju u l-ESMA.

11.   Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu (5) ta’ dan l-Artikolu, sostitut għal parametru referenzjarju ffissat mill-Kummissjoni b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-partijiet kollha jew il-maġġoranza meħtieġa tal-partijiet għal kuntratt jew strument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 23a jkunu qablu li japplikaw sostitut differenti għal parametru referenzjarju kemm jekk qabel jew wara d-data tal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 23c

Sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju bil-liġi nazzjonali

1.   L-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru fejn ikunu jinsabu l-maġġoranza tal-kontributuri tista’ tiffissa sostitut wieħed jew aktar għal parametru referenzjarju kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1), dment li jkun seħħ kwalunkwe wieħed minn dawn l-avvenimenti:

(a)

l-awtorità kompetenti għall-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju tkun ħarġet dikjarazzjoni pubblika, jew tkun ippubblikat informazzjoni, fejn jitħabbar li dak il-parametru referenzjarju ma għadux jirrifletti s-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika; l-awtorità kompetenti għandha tagħmel tali avviż biss meta, wara l-eżerċitar tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 23, il-parametru referenzjarju xorta ma jirriflettix is-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika;

(b)

l-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju jew persuna li taġixxi f’isem dak l-amministratur, ikun ħareġ dikjarazzjoni pubblika, jew ikun ippubblika informazzjoni, jew tali dikjarazzjoni pubblika tkun saret jew tali informazzjoni tkun ġiet ippubblikata, fejn jitħabbar li dak l-amministratur se jibda l-istralċ ordnat ta’ dak il-parametru referenzjarju jew se jieqaf jipprovdi dak il-parametru referenzjarju jew ċerti termini jew ċerti muniti li għalihom dak il-parametru referenzjarju jiġi kkalkulat b’mod permanenti jew indefinit, dment li, meta tinħareġ id-dikjarazzjoni jew tiġi ppubblikata l-informazzjoni, ma jkun hemm l-ebda amministratur suċċessur li jkun se jkompli jipprovdi dak il-parametru referenzjarju;

(c)

l-awtorità kompetenti għall-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju jew kwalunkwe entità li jkollha awtorità ta’ insolvenza jew ta’ riżoluzzjoni fuq tali amministratur tkun ħarġet dikjarazzjoni pubblika, jew tkun ippubblikat informazzjoni, fejn jitħabbar li dak l-amministratur se jibda l-istralċ ordnat ta’ dak il-parametru referenzjarju jew se jieqaf jipprovdi l-parametru referenzjarju jew ċerti termini jew ċerti muniti li għalihom dak il-parametru referenzjarju jiġi kkalkulat b’mod permanenti jew indefinit, dment li, meta tinħareġ id-dikjarazzjoni jew tiġi ppubblikata l-informazzjoni, ma jkun hemm l-ebda amministratur suċċessur li jkun se jkompli jipprovdi dak il-parametru referenzjarju; jew

(d)

l-awtorità kompetenti għall-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju tirtira jew tissospendi l-awtorizzazzjoni b’konformità mal-Artikolu 35, dment li meta jsiru l-irtirar jew is-sospensjoni, ma jkun hemm l-ebda amministratur suċċessur li jkun se jkompli jipprovdi dak il-parametru referenzjarju u l-amministratur tiegħu jkun se jibda l-istralċ ordnat ta’ dak il-parametru referenzjarju jew ikun se jieqaf jipprovdi dak il-parametru referenzjarju jew ċerti termini jew ċerti muniti li għalihom dak il-parametru referenzjarju jiġi kkalkulat b’mod permanenti jew indefinit.

2.   Meta Stat Membru jiffissa sostitut wieħed jew aktar għal parametru referenzjarju b’konformità mal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-ESMA b’dan.

3.   Is-sostitut għal parametru referenzjarju għandu jissostitwixxi r-referenzi kollha għal dak il-parametru referenzjarju fil-kuntratti u l-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 23a, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk il-kuntratti jew l-istrumenti finanzjarji jagħmlu referenza għall-parametru referenzjarju li jkun se jitwaqqaf fid-data li fiha tibda tapplika l-liġi nazzjonali li tiffissa s-sostitut għal parametru referenzjarju; u

(b)

dawk il-kuntratti jew l-istrumenti finanzjarji ma jkun fihom l-ebda dispożizzjoni ta’ riżerva jew ikun fihom dispożizzjoni ta’ riżerva li ma tipprovdix għal sostitut għall-parametru referenzjarju li jkun se jitwaqqaf.

4.   Is-sostitut għal parametru referenzjarju ffissat minn awtorità kompetenti b’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-partijiet kollha jew il-maġġoranza meħtieġa tal-partijiet għal kuntratt jew strument finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 23a jkunu qablu li japplikaw sostitu differenti għal parametru referenzjarju kemm jekk qabel jew wara d-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tal-liġi nazzjonali.”;

(6)

fl-Artikolu 28, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-entitajiet taħt superviżjoni, li mhumiex amministraturi kif imsemmi fil-paragrafu 1, li jużaw parametru referenzjarju għandhom jipproduċu u jżommu pjanijiet robusti bil-miktub li jistipulaw l-azzjonijiet li jieħdu f’każ li parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi pprovdut. Meta jkun fattibbli u xieraq, tali pjanijiet għandhom jiffissaw parametru referenzjarju alternattiv wieħed jew aktar li tista’ ssir referenza għalihom biex jiġu sostitwiti l-parametri referenzjarji li ma jkunux se jibqgħu jiġu pprovduti, filwaqt li jiġu indikati r-raġunijiet għall-adegwatezza ta’ tali parametri referenzjarji alternattivi. L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jipprovdu, fuq talba u mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità kompetenti rilevanti dawk il-pjanijiet u kwalunkwe aġġornament u għandhom jirriflettuhom fir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-klijenti.”;

(7)

fl-Artikolu 29, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Entità taħt superviżjoni tista’ wkoll tuża s-sostitut għal parametru referenzjarju ffissat skont l-Artikolu 23b jew fl-Artikolu 23c.”;

(8)

l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2b.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 18a(3) u 54(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-13 ta’ Frar 2021.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 18a(3) u 54(7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6a.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 18a(3) jew 54(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(9)

fl-Artikolu 51, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu (2) jew (3) tal-Artikolu 30,ma jkunx ġie rikonoxxut amministratur skont l-Artikolu 32 jew ma jkunx ġie approvat parametru referenzjarju skont l-Artikolu 33, l-użu fl-Unjoni minn entitajiet taħt superviżjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ pajjiż terz għandu jiġi permess biss għal strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji u kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment li diġà jagħmlu referenza għal dak il-parametru referenzjarju jew li jżidu referenza għal tali parametru referenzjarju qabel il-31 ta’ Diċembru 2023.

L-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal parametri referenzjarji pprovduti minn amministraturi li jirrilokaw mill-Unjoni għal pajjiż terz matul il-perjodu tranżitorju. L-awtorità nazzjonali għandha tinnotifika lill-ESMA b’konformità mal-Artikolu 35. L-ESMA għandha tfassal lista ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi li għalihom l-ewwel subparagrafu ma japplikax.”;

(10)

fl-Artikolu 54, paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sal-15 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu kontinwu minn entitajiet taħt superviżjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi u dwar in-nuqqasijiet potenzjali tal-qafas attwali. Dak ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk hemmx bżonn li dan ir-Regolament jiġi emendat sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jitnaqqas għall-provvediment ta’ ċerti tipi ta’ parametri referenzjarji jew għall-provvediment ta’ parametri referenzjarji li jintużaw b’mod wiesa’ fl-Unjoni u għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 49 sal-15 ta’ Ġunju 2023 sabiex testendi l-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 51(5) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025 jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu juri li, altrimenti, l-użu kontinwu fl-Unjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi minn entitajiet taħt superviżjoni jkun indebolit b’mod sinifikanti jew ikun ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja.”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

L-Artikolu 13a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13a

Emendi għall-kuntratti ta’ legat għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ riformi tal-parametri referenzjarji

1.   Il-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju, imsemmija fl-Artikolu 11(3) li jkollhom fis-seħħ fit-13 ta’ Frar 2021 fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma humiex ikklerjati minn kontroparti ċentrali u li jkunu daħlu fihom jew li jkunu ġew innovati qabel id-data li fiha l-obbligu li jkun hemm proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11(3) jidħol fis-seħħ meta, wara t-13 ta’ Frar 2021, dawk il-kuntratti jiġu sussegwentement emendati jew innovati bl-iskop uniku li jiġi sostitwit parametru referenzjarju jew li tiġi introdotta dispożizzjoni ta’ riżerva fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju li għalih hemm referenza f’dak il-kuntratt.

2.   Il-kuntratti li jsiru jew li jiġu innovati qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4 u li, wara t-13 ta’ Frar 2021, jiġu sussegwentement emendati jew innovati għall-iskop uniku li jiġi sostitwit parametru referenzjarju jew li tiġi introdotta dispożizzjoni ta’ riżerva fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju li għalih hemm referenza f’dak il-kuntratt, ma għandhomx, għal dik ir-raġuni, isiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għal kuntratti tad-derivattivi OTC li l-emenda jew in-novazzjoni tagħhom:

(a)

hija neċessarja sabiex tissostitwixxi parametru referenzjarjua fil-kuntest tar-riformi tal-parametri referenzjarji;

(b)

ma tibdilx is-sustanza ekonomika jew il-fattur ta’ riskju rappreżentat mir-referenza għall-parametru referenzjarju f’tali kuntratt; u

(c)

ma tinkludix bidliet oħra għal kwalunkwe terminu legali ta’ dak il-kuntratt li ma jirrelatax għall-parametru referenzjarju li għalih hemm referenza u għalhekk potenzjalment jemenda il-kuntratt b’mod li effettivament jirrikjedi li huwa jitqies bħala kuntratt ġdid.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 366, 30.10.2020, p. 4.

(2)  ĠU C 10, 11.1.2021, p. 35.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2021(għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Frar 2021.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(5)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(6)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/169

tal-11 ta’ Frar 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Jipprevedi li l-prodotti jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttivi 2002/99/KE u 2009/158/KE, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ.

(4)

Għalhekk, ir-Renju Unit, għajr l-Irlanda ta’ Fuq, qed jiġi elenkat fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur minn ċerti partijiet tat-territorju tiegħu skont il-preżenza tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni tar-Renju Unit hi stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/130 (4).

(5)

Fit-8 ta’ Frar 2021, ir-Renju Unit ikkonferma l-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjendi tat-tjur f’Redcar u fi Cleveland fl-Ingilterra.

(6)

L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-azjenda affettwata u implimentaw politika ta’ qerda sabiex tiġi kkontrollata l-preżenza tal-HPAI u titrażżan il-firxa ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit ikkonfermaw li ssospendew minnufih il-ħruġ ta’ ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta’ komoditajiet maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tar-Renju Unit, għajr għall-Irlanda ta’ Fuq.

(7)

Ir-Renju Unit ippreżenta lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u dwar il-miżuri li ħa għall-prevenzjoni ta’ aktar tixrid tal-HPAI, u l-Kummissjoni evalwatha. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, jixraq li jitqiegħdu restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet miż-żona fl-Ingilterra affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit qiegħdu taħt restrizzjoni minħabba t-tifqigħa attwali.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-entrata għar-Renju Unit fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/130 tat-3 ta’ Frar 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 16).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB - Ir-Renju Unit (*1)

GB-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

GB-1

Il-pajjiż kollu tar-Renju Unit, minbarra ż-żona GB-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

GB-2

It-territorju tar-Renju Unit li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

GB-2.1

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.30 u W1.47

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

GB-2.2

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.29 u W1.45

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

GB-2.3

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.49 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

GB-2.4

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.72 u E0.15

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

GB-2.5

Il-Kontea ta’ Derbyshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.93 u W1.57

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

GB-2.6

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.37 u W2.16

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

GB-2.7

Il-Gżejjer Orkney:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N59.28 u W2.44

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.8

Il-Kontea ta’ Dorset:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N51.06 u W2.27

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.9

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.52 u E0.96

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

GB-2.10

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.52 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

GB-2.11

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10.4 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N52.53 u E0.66

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

GB-2.12

Il-Kontea ta’ Devon:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N50.70 u W3.36

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 

GB-2.13

Qrib Amlwch, Isle of Anglesey, Wales:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N53.38 u W4.30

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

27.1.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

27.1.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

27.1.2021

 

 

 

 

GB-2.14

Qrib Redcar, Redcar u Cleveland, l-Ingilterra:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata fuq il-koordinati deċimali WGS84 li ġejjin: N54.57 u W1.07

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

8.2.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

8.2.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

8.2.2021

 

 

 

 


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.