|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/1 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/125
tat-28 ta’ Jannar 2021
għar-reġistrazzjoni ta’ isem fir-reġistru tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Huile de noix du Périgord” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta’ Franza biex l-isem “Huile de noix du Périgord” jiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Huile de noix du Périgord” tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Huile de noix du Périgord” (DOP) huwa rreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.5 – “Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)” tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 308, 17.9.2020, p. 22.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/2 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/126
tat-28 ta’ Jannar 2021
li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Rudarska greblica” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Rudarska greblica” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Rudarska greblica” jiġi rreġistrat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Rudarska greblica” (IĠP) huwa rreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 2.3 Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 309, 18.9.2020, p. 17.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/3 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/127
tat-3 ta’ Frar 2021
li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi u għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq tali materjal, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Rettifika għar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) u l-Artikolu 52 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1137 (3) tipprevedi li għandhom isiru kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u li għandhom jittieħdu miżuri rigward il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ komoditajiet speċifikati li joriġinaw mill-Belarussja u miċ-Ċina, u kienet applikabbli sat-30 ta’ Ġunju 2020. Dawk ir-regoli applikaw flimkien mar-regoli tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2125 (4) dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam. |
|
(2) |
Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137 urew li l-immarkar tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam użat fit-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw mill-Belarussja u miċ-Ċina mhux dejjem jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/2031. Barra minn hekk, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, irreġistrati fi TRACES u, qabel, fis-sistema EUROPHYT-Interceptions ibbażata fuq l-Internet, urew li l-immarkar tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam użat fit-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw mill-Indja mhux dejjem jikkonforma ma’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
In-nuqqasijiet ta’ konformità li identifikaw l-Istati Membri juru li hemm riskju li jiġu introdotti pesti ħajjin permezz tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam użat fit-trasport ta’ ċerti komoditajiet minn dawk it-tliet pajjiżi ta’ oriġini, jiġifieri l-Belarussja, iċ-Ċina u l-Indja, u li dawk il-prodotti jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli speċifiċi. |
|
(4) |
Sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi ta’ tali nuqqas ta’ konformità fil-futur, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri fir-rigward tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw mill-Belarussja, iċ-Ċina u l-Indja. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet li jwettqu l-verifiki rispettivi tas-saħħa tal-pjanti jkunu jistgħu jħejju ruħhom aħjar, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jew l-operaturi involuti fl-importazzjoni tal-komoditajiet speċifikati li jkollhom magħhom materjal ta’ imballaġġ tal-injam, hekk kif ikunu jafu bil-wasla ta’ dak il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam, javżaw bil-quddiem lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam tal-kunsinni tal-komoditajiet speċifikati jkun soġġett għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq bażi regolari. Abbażi tar-riskju identifikat għas-saħħa tal-pjanti, ir-rata ta’ dawk il-kontrolli jenħtieġ li ma tkunx ta’ inqas minn 15 % tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam importat tal-komoditajiet speċifikati, sabiex jiġi żgurat li jsir kontroll fuq kampjun rappreżentattiv. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam, kif ukoll il-komoditajiet speċifikati, ikunu soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar is-superviżjoni doganali sakemm jitlestew dawn il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti, sabiex jiġi żgurat li l-moviment liberu tagħhom fit-territorju tal-Unjoni ma jintroduċi l-ebda riskju fitosanitarju. |
|
(8) |
Il-verifiki tas-saħħa tal-pjanti jenħtieġ li jsiru fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fit-territorju tal-Unjoni jew fil-punti ta’ kontroll imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, sabiex jiġi żgurat li dawk il-verifiki jitwettqu fl-aktar faċilitajiet xierqa. |
|
(9) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza ġuridika, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137 titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament, sabiex jitqiesu r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625, li ilhom applikabbli mill-14 ta’ Diċembru 2019. |
|
(10) |
Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023 sabiex ikun hemm żmien biżżejjed biex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni u tiġi ddeterminata l-konformità tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam u tal-kunsinni rispettivi ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam ta’ ċerti komoditajiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness, u l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuqhom, sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) 2016/2031.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“materjal ta’ imballaġġ tal-injam” tfisser il-prodotti kollha tal-injam f’għamla ta’ cases għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, ċilindri u kontenituri simili, palits, palits tal-kaxxi u boards oħrajn tat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, kemm jekk fil-fatt jintużaw fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull tip kif ukoll jekk le; injam mhux ipproċessat ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, injam prodott permezz ta’ proċessi li fihom jintużaw kolla, sħana u pressjoni, jew taħlita tagħhom, u dunnage li jsostni kunsinni ta’ injam u li jkun magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-kunsinna, huwa eskluż; |
|
(2) |
“komoditajiet speċifikati” tfisser komoditajiet li jissodisfaw dan kollu li ġej:
|
Artikolu 3
Rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam
Il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam jista’ jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:
|
(1) |
l-awtoritajiet kompetenti jew l-operaturi li huma responsabbli għall-introduzzjoni tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ikkonċernat jew li jkunu jafu bil-wasla tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, jinnotifikaw minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ikkonċernat se jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni; |
|
(2) |
il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament juru li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
Artikolu 4
Kontrolli tas-saħħa tal-pjanti
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
iwettqu kontrolli tas-saħħa tal-pjanti, fuq bażi regolari, fuq il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ta’ kunsinni tal-komoditajiet speċifikati f’wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
jiddefinixxu r-rata ta’ kontrolli tas-saħħa tal-pjanti previsti fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu. |
2. Ir-rata msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 15 % tal-kunsinni tal-komoditajiet speċifikati.
3. Sakemm jitlestew il-kontrolli previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 1, dak il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam u l-komoditajiet speċifikati rispettivi għandhom jibqgħu:
|
(a) |
taħt is-superviżjoni doganali skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; u |
|
(b) |
taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. |
4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità doganali tista’ tippermetti li komoditajiet speċifikati ma jinżammux taħt superviżjoni kif previst fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu, jekk l-operatur responsabbli għall-kunsinna jissepara l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam minn dawk il-komoditajiet speċifikati, meta dan ikun teknikament possibbli.
Artikolu 5
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137 titħassar.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1137 tal-10 ta’ Awwissu 2018 dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal tal-ippakkjar tal-injam għat-trasport ta’ prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 54).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2125 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq il-materjal għall-ippakkjar mill-injam, in-notifika ta’ ċerti kunsinni u miżuri li jeħtieġ jittieħdu f’każijiet ta’ nonkonformità (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 99).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Komoditajiet speċifikati, il-kodiċijiet rispettivi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew il-kodiċijiet TARIC u l-pajjiż tal-oriġini
|
Deskrizzjoni tal-komodità |
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew kodiċi TARIC |
Pajjiż ta’ oriġini |
|
Lavanja, kemm jekk mirquma b’mod raff jew sempliċiment maqtugħa, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2514 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Irħam, travertina, ecaussine u ġebel ieħor kalkarju għal monumenti jew għal bini ta’ gravità speċifika fid-dieher ta’ 2,5 jew iżjed, u alabastru, kemm jekk mirqum b’mod raff jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2515 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Granit, porfirju, bażalt, blat ramli u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum b’mod raff jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2516 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Qabs, fil-forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet jew forom simili; injam f’laqx jew partikuli; serratura u skart u laqx tal-injam, kemm jekk agglomerati fil-forma ta’ zkuk, briquettes, pellets jew forom simili u kif ukoll jekk le |
4401 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Cases, kaxxi, ċestuni, ċilindri u kontenituri simili, tal-injam; rombli tal-kejbils, tal-injam; palits, palits tal-kaxxi u boards oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits, tal-injam (ħlief kontenituri mfassla u mgħammra b’mod speċjali għal mod tat-trasport wieħed jew aktar) |
4415 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Ċangaturi tal-granit, għazez u ċangar, ta’ ġebla naturali (ħlief lavanja) |
6801 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Ġebla monumentali jew għall-bini maħduma (ħlief lavanja) u oġġetti magħmula minnha, għajr oġġetti tal-intestatura 6801 ; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta’ ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq rifda jew le; granijiet, laqx u trab, ta’ ġebla naturali, b’kuluri artifiċjali (inkluża lavanja) |
6802 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Lavanja maħduma u oġġetti ta’ lavanja jew ta’ lavanja agglomerata (ħlief granijiet, laqx u trab, kubi tal-mużajk u oġġetti simili ta’ lavanja, lapsijiet ta’ lavanja, u lavanji jew boards lesti għall-użu b’uċuħ għall-kitba jew għat-disinjar) |
6803 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Ċangatura u paviment, madum għall-qigħan taċ-ċmieni taċ-ċeramika; kubi tal-mużajk taċ-ċeramika u oġġetti bħal dawn, fuq rifda jew le (għajr dawk ta’ frakass fossili siliċiku jew ta’ trab siliċiku simili, oġġetti refrattarji, madum adattat apposta bħala mats tal-mejda, oġġetti ornamentali u madum immanifatturat speċifikament għall-fuklari) |
6907 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju |
7606 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/8 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/128
tat-3 ta’ Frar 2021
li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-snin 2021 sa 2027 għandu jkun kostitwit mill-ammonti massimi tas-sublimitu massimu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (2). |
|
(2) |
F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bosta Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2020. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti jrid ikun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). |
|
(3) |
F’konformità mas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali taħt l-FAEŻR, fis-sena finanzjarja 2021, ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020. |
|
(4) |
F’konformità mas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020 ċertu ammont ta’ appoġġ li jrid jiġi ffinanzjat permezz tal-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2021. |
|
(5) |
Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti stipulati fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġew adattati kif meħtieġ. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, il-limitu massimu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stipulat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn l-FAEŻR u l-pagamenti diretti. |
|
(7) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG għas-snin finanzjarji 2021 sa 2027. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-ammonti li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR jiġu ppubblikati wkoll, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija għas-snin finanzjarji 2021 sa 2027 huwa stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
ANNESS
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
|
(EUR miljun) |
||||
|
Sena finanzjarja |
Ammonti disponibbli għall-FAEŻR |
Ammonti trasferiti mill-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|
|
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
||
|
2021 |
1 099,539 |
58,165 |
600,658 |
40 367,954 |
|
2022 |
|
|
|
41 257,000 |
|
2023 |
|
|
|
41 518,000 |
|
2024 |
|
|
|
41 649,000 |
|
2025 |
|
|
|
41 782,000 |
|
2026 |
|
|
|
41 913,000 |
|
2027 |
|
|
|
42 047,000 |
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/11 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/129
tat-3 ta’ Frar 2021
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt tat-tewm f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2) daħħlet l-estratt tat-tewm bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt tat-tewm tiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2021. |
|
(4) |
Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt tat-tewm f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f’dak l-Artikolu. |
|
(5) |
L-applikant ressaq il-fajls addizzjonali meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa. |
|
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni għat-tiġdid b’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u fit-28 ta’ Marzu 2019 ippreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem, “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-Awtorità qiegħdet is-sommarju tal-fajl addizzjonali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. L-Awtorità ċċirkolat ukoll l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Fis-16 ta’ April 2020, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-estratt tat-tewm jissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fis-16. u fis-17 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ppreżentat rapport għat-tiġdid tal-estratt tat-tewm lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u abbozz ta’ Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-4 ta’ Diċembru 2020. |
|
(9) |
Rigward il-kriterji biex jiġu identifikati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (7), l-Awtorità kkonkludiet li l-estratt tat-tewm jitqies li ma jissodisfax il-kriterji għat-tħarbit endokrinali għall-bnedmin u għall-organiżmi mhux fil-mira, kif stabbilit rispettivament fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapport għat-tiġdid. L-applikant ippreżenta l-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(11) |
Dwar użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva estratt tat-tewm, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. |
|
(12) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt tat-tewm hija bbażata fuq għadd limitat ta’ użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-estratt tat-tewm. |
|
(13) |
Għalhekk jixraq li tiġġedded l-approvazzjoni tal-estratt tat-tewm. |
|
(14) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1160 (8) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tal-estratt tat-tewm sal-31 ta’ Awwissu 2021 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Madankollu, peress li laħqet ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid qabel dik id-data ta’ skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt tat-tewm hija mġedda kif stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(6) Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance garlic extract EFSA Journal 2020;18(6):6116https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020,6116.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1160 tal-5 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-diatomi), żjut tal-Pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, feromoni tal-lepidopteri ta’ katina dritta, tebuconazole u urea (ĠU L 257, 6.8.2020, p. 29).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||
|
Estratt tat-tewm Komponenti indikaturi: diallilsulfur (DAS1), diallildisulfur (DAS 2), dialliltrisulfur (DAS3), dialliltetrasulfur (DAS 4) |
Estratt tat-tewm |
1 000 g/kg |
fl-1 ta’ Marzu 2021 |
fid-29 ta’ Frar 2036 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport għat-tiġdid dwar l-estratt tat-tewm, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. Abbażi tal-użi proposti u approvati (kif elenkati fl-Appendiċi II), ġew identifikati l-kwistjonijiet li ġejjin li jeħtieġu attenzjoni partikolari u fuq terminu qasir mill-Istati Membri kollha, fil-qafas ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun se tingħata, se tinbidel jew se tiġi rtirata, skont il-każ:
|
||
|
Nru CAS 8000-780; 8008-99-9 |
|||||||
|
Nru CIPAC 916 |
(1) Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport għat-tiġdid.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-parti A, titħassar l-annotazzjoni 231 dwar l-estratt tat-tewm; |
|
(2) |
fil-Parti B, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
(1) Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport għat-tiġdid.
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/16 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/130
tat-3 ta’ Frar 2021
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Jipprevedi li l-komoditajiet jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI). |
|
(3) |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttivi 2002/99/KE u 2009/158/KE, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Renju Unit, għajr għall-Irlanda ta’ Fuq, qed jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur tal-irziezet minn ċerti partijiet tat-territorju proprju skont il-preżenza tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni tar-Renju Unit hi stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/24 (4). |
|
(5) |
Fis-27 ta’ Jannar 2021, ir-ir-Renju Unit ikkonferma il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjendi tat-tjur fil-Gżira ta’ Anglesey f’Wales. |
|
(6) |
L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-azjenda affettwata u implimentaw politika ta’ qerda sabiex tiġi kkontrollata l-preżenza tal-HPAI u titrażżan il-firxa ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit ikkonfermaw li ssospendew minnufih il-ħruġ ta’ ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta’ komoditajiet maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tar-Renju Unit, għajr għall-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(7) |
Ir-Renju Unit ippreżenta lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u dwar il-miżuri li ħa għall-prevenzjoni ta’ aktar tixrid tal-HPAI, u l-Kummissjoni evalwatha. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, jixraq li jitqiegħdu restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet miż-żona f’Wales affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit qiegħdu taħt restrizzjoni minħabba t-tifqigħa attwali. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-entrata għar-Renju Unit fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1)
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/24 tat-13 ta’ Jannar 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (ĠU L 11, 14.1.2021, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“GB - Ir-Renju Unit (*1) |
GB-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|
EP, E |
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
GB-1 |
Il-pajjiż kollu tar-Renju Unit, minbarra ż-żona GB-2 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N |
|
|
A |
|
|
|
|
WGM |
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
|||
|
GB-2 |
It-territorju tar-Renju Unit li jikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GB-2.1 |
Il-Kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.30 u W1.47 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
6.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
6.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
6.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.2 |
Il-Kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.29 u W1.45 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
8.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
8.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
8.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.3 |
Il-Kontea ta’ Norfolk: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.49 u E0.95 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
10.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
10.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
10.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.4 |
Il-Kontea ta’ Norfolk: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.72 u E0.15 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
11.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
11.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
11.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.5 |
Il-Kontea ta’ Derbyshire: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.93 u W1.57 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
17.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
17.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
17.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.6 |
Il-Kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.37 u W2.16 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
19.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
19.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
19.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.7 |
Il-Gżejjer Orkney: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N59.28 u W2.44 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
20.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
20.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
20.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.8 |
Il-Kontea ta’ Dorset: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N51.06 u W2.27 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
20.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
20.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
20.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.9 |
Il-Kontea ta’ Norfolk: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.52 u E0.96 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
23.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
23.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
23.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.10 |
Il-Kontea ta’ Norfolk: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.52 u E0.95 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
28.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
28.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
28.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.11 |
Il-Kontea ta’ Norfolk: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10,4 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.53 u E0.66 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
7.2.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
7.2.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
7.2.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.12 |
Il-Kontea ta’ Devon: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N50.70 u W3.36 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
1.1.2021 |
31.1.2021 |
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
1.1.2021 |
31.1.2021 |
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
1.1.2021 |
31.1.2021 |
|
|
|
|||
|
GB-2.13 |
Viċin Amlwch, il-Ġżira ta’ Anglesey, Wales: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N53.38 u W4.30 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
N P2 |
27.1.2021 |
|
A |
|
|
|
|
WGM |
|
P2 |
27.1.2021 |
|
|
|
|
|||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
27.1.2021 |
|
|
|
|
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/21 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/131
tat-3 ta’ Frar 2021
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003 skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Wara rieżami tekniku tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jenħtieġ li waħda mill-entitajiet titneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet li jenħtieġ li l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi japplika għalihom. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-entrata segwenti:
|
“67. |
IRAQI STATE ENTERPRISE FOR FOODSTUFFS TRADING, Indirizz: P.O. Box 548, Bagdad, l-Iraq.” |
Rettifika
|
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/23 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020 )
F’paġna 403, fl-Artikolu 20(2)(b)(i),
minflok:
“fil-pajjiż jew territorju terz”,
aqra:
“fil-pajjiż terz jew fit-territorju”;
F’paġna 430, fl-Artikolu 82(1),
minflok:
“Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ntbagħtu minn stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jkunu elenkati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi elenkati jew ta’ territorji jew żoni tagħhom.”,
aqra:
“Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ntbagħtu minn stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jkunu elenkati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ territorji jew żoni tagħhom elenkati.”;
F’paġna 447, fl-Artikolu 124(a)(ii),
minflok:
“f’pajjiż jew territorju terz jew żona tiegħu”,
aqra:
“f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu”.