ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
20ta' Jannar 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/42 tat-19 ta’ Jannar 2021 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

20.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/1


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/42

tat-19 ta’ Jannar 2021

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika tal-Polonja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/640 (2), is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI nħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mis-7 ta’ Mejju 2016 sas-6 ta’ Mejju 2022.

(2)

Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Novembru 2019, is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI ppreżenta r-riżenja tiegħu bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri b’effett mit-30 ta’ Novembru 2019.

(3)

Minħabba r-riżenja tas-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI, huwa neċessarju li jinħatar membru ġdid għall-bqija tal-mandat tiegħu.

(4)

Ir-Repubblika tal-Polonja pproponiet il-ħatra tas-Sur Marek OPIOŁA bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2021 sas-6 ta’ Mejju 2022,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Marek OPIOŁA huwa b’dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2021 sas-6 ta’ Mejju 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-19 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A.P. ZACARIAS


(1)  Opinjoni tal-15 ta’ Diċembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/640 tal-21 ta’ April 2016 li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 32).