ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 15

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
18ta' Jannar 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/31 tat-13 ta’ Jannar 2021 dwar l-istabbiliment ta’ regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dħul ta’ ritratti, profili tad-DNA u data dattiloskopika fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1345 (notifikata bid-dokument C(2020) 9228)

1

 

*

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/32 tat-13 ta’ Jannar 2021 dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mill-Aġenzija għall-Ambjent tal-Lussemburgu li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodott bijoċidali BIOBOR JF f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2021) 13)

7

 

*

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/33 tal-14 ta’ Jannar 2021 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għal Spanja biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi mill-awturi sal-aħħar tal-2024 (notifikata bid-dokument C(2021) 80)

9

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tat-3 ta’ Diċembru 2020 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2021/34]

11

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera tal-11 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq u d-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat dwar il-miżuri tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea [2021/35]

34

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2020 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema ta’ tariffi applikabbli għall-vetturi fl-Iżvizzera mill-1 ta’ Lulju 2021 [2021/36]

48

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/1


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/31

tat-13 ta’ Jannar 2021

dwar l-istabbiliment ta’ regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dħul ta’ ritratti, profili tad-DNA u data dattiloskopika fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1345

(notifikata bid-dokument C(2020) 9228)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fiha allerti dwar persuni u oġġetti mfittxija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862, il-kategoriji ta’ data li jistgħu jiddaħħlu f’allert dwar persuna fis-SIS jinkludu ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ, profili tad-DNA u data dattiloskopika (din tal-aħħar tinkludi l-marki tas-swaba’ kif ukoll il-marki tal-pala tal-id). Skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2018/1862, jenħtieġ li tali data tiddaħħal fis-SIS, jekk tkun disponibbli.

(3)

L-Artikolu 42(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1862 jistipula li ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ, profili tad-DNA u data dattiloskopika mdaħħla f’allert fis-SIS huma soġġetti għal verifika tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dħul u l-ħżin ta’ tali data fis-SIS.

(5)

Skont l-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862, it-tiftix ta’ data dattiloskopika maħżuna fis-SIS b’settijiet kompluti jew inkompluti ta’ marki tas-swaba’ jew marki tal-pala tal-id misjuba f’post ta’ reat serju jew tat-terroriżmu għandu jkun permess jekk ikun jista’ jiġi stabbilit bi grad għoli ta’ probabbiltà li jappartjenu għall-awtur ta’ reat serju jew att terroristiku, u dment li ssir tfittxija b’mod simultanju fil-bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti tal-marki tas-swaba’ tal-Istati Membri. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1862, l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu fis-SIS allerti dwar persuni mfittxija mhux magħrufa li jkun fihom biss data dattiloskopika skoperta f’post ta’ reat serju jew tat-terroriżmu. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-istabbiliment ta’ standards tal-kwalità applikabbli għat-trażmissjoni ta’ tali data dattiloskopika lis-SIS.

(6)

Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet jistabbilixxu biss il-livell tal-kwalità meħtieġ għad-dħul u l-ħżin tar-ritratti fis-SIS li għandhom jintużaw biex tiġi kkonfermata l-identità ta’ persuna f’konformità mal-Artikolu 43(1) ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li l-livell tal-kwalità meħtieġ biex jiddaħħlu u jinħażnu ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ fis-SIS li għandhom jintużaw biex tiġi identifikata persuna skont l-Artikolu 43(4) jiġi stabbilit fi stadju aktar tard, meta jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu. Jenħtieġ li l-eu-LISA , f’konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv tas-SIS II, tiżviluppa u tiddokumenta d-dettalji tekniċi tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, fid-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface tas-SIS u fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Dettaljati. Jenħtieġ li l-Istati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (“Europol”), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (“ Eurojust”) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jiżviluppaw is-sistemi tagħhom f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dawn id-dokumenti.

(7)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1862 u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, minħabba li r-Regolament (UE) 2018/1862 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, fis-26 ta’ April 2019 innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1862 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għaldaqstant, id-Danimarka hija marbuta bid-dritt internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(8)

L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2).

(9)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt (G), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4).

(10)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (6).

(11)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt (G)tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (8).

(12)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE (9) u (UE) 2018/934 (10).

(13)

Fir-rigward tal-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011 u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 (11).

(14)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(15)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u ta l-opinjoni tiegħu fis-26 ta’ Awwissu 2020.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Pulizija SIS-SIRENE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dħul u l-ħżin ta’ ritratti, profili tad-DNA u data dattiloskopika fis-SIS kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1862, għandhom ikunu konformi mal-istandards minimi tal-kwalità tad-data u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1345 (13) hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Ylva JOHANSSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(5)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(7)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta’ Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta’ April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja, (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(13)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1345 tal-4 ta’ Awwissu 2016 dwar standards minimi tal-kwalità tad-data għal rekords ta’marki tas-swaba’ tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 213, 6.8.2016, p. 15).


ANNESS

Standards minimi tal-kwalità tad-data u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-użu ta’ ritratti, profili tad-DNA u data dattiloskopika fis-SIS.

1.    Data dattiloskopika

1.1.    Kategoriji ta’ data dattiloskopika użati fis-SIS

Il-kategoriji li ġejjin ta’ data dattiloskopika jistgħu jintużaw fis-SIS:

(a)

marki tas-swaba’ ċatti, inklużi slaps tal-ibhma ċatti u slaps ta’ erbat iswaba’ ċatti;

(b)

marka tas-swaba’ rrolljati;

(c)

marki tal-pala tal-id;

(d)

traċċi tas-swaba’: sett komplut jew inkomplut ta’ marki tas-swaba’ ta’ oriġini mhux magħrufa skoperti fuq il-post ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra li qed jiġu investigati;

(e)

traċċi tal-pala tal-id: sett komplut jew inkomplut ta’ marki tal-pala tal-id ta’ oriġini mhux magħrufa skoperti fuq il-post ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra li qed jiġu investigati.

1.2.    Formati ta’ data dattiloskopika permessi

L-Istati Membri jistgħu jittrażmettu lis-SIS Ċentrali:

(a)

data miġbura bl-użu ta’ apparati live-scan fil-livell nazzjonali li huma kapaċi jaqbdu u jissegmentaw sa għaxar marki tas-swaba’ individwali; irrolljati, ċatti, jew it-tnejn li huma;

(b)

marki tas-swaba’ u marki tal-pala tal-id “bil-linka”; irrolljati, ċatti jew it-tnejn li huma, li mbagħad jiġu skennjati diġitalment bil-kwalità u r-riżoluzzjoni rilevanti.

Is-Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’ tas-SIS Ċentrali (CS-SIS AFIS), kif definita fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2018/1862, trid tkun kompatibbli u interoperabbli mal-formati tad-data dattiloskopika msemmija fil-punti (a) u (b).

1.3.    Standards minimi tal-kwalità tad-data u speċifikazzjonijiet tekniċi

1.3.1.   Format tal-fajl u tal-kompressjoni (“kontenitur dattiloskopiku”)

Il-format tal-input għat-trażmissjoni ta’ data dattiloskopika (“kontenitur dattiloskopiku”) lis-SIS irid ikun konformi mal-istandard tas-SIS NIST ibbażat fuq il-format binarju ANSI/NIST (1).

Se jiġi stabbilit “ċekkjatur tas-SIS NIST” fil-livell tal-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-SIS Ċentrali (CS-SIS) biex jivverifika l-konformità tal-kontenitur dattiloskopiku trażmess mal-istandard definit tas-SIS NIST.

Il-kontenituri dattiloskopiċi li ma jikkonformawx mal-istandard definit tas-SIS NIST jiġu rrifjutati mis-CS-SIS AFIS u ma jinħażnux fis-SIS Ċentrali. Jekk fajl mhux konformi jiġi rifjutat mis-CS-SIS AFIS, is-CS-SIS tibgħat messaġġ ta’ errur lill-Istat Membru li jkun ittrażmetta d-data.

1.3.2.   Il-format u r-riżoluzzjoni tal-immaġni

L-immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ u tal-marki tal-pala tal-id imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-Taqsima 1.1, iridu jkunu ta’ riżoluzzjoni nominali ta’ 1 000 ppi jew ta’ 500 ppi b’256 livell ta’ griż sabiex jiġu pproċessati mis-CS-SIS. L-immaġnijiet b’500 ppi jridu jiddaħħlu billi jintuża l-format WSQ filwaqt li l-immaġnijiet b’1 000 ppi jridu jkunu fil-format JPEG2000 (JP2).

L-immaġnijiet tat-traċċi tas-swaba’ u tat-traċċi tal-pala tal-id imsemmija fil-punti (d) u (e) tat-Taqsima 1.1, iridu jkunu ta’ riżoluzzjoni ta’ 500 jew 1 000 ppi sabiex jiġu pproċessati mis-CS-SIS. L-immaġnijiet b’500 ppi jridu jiddaħħlu billi jintuża l-format WSQ filwaqt li l-immaġnijiet b’1 000 ppi jridu jkunu fil-format JPEG2000 (JP2). Trid tintuża kompressjoni JPEG lossless għall-immaġnijiet fiż-żewġ riżoluzzjonijiet.

1.3.3.   Limiti minimi tal-kwalità għall-ħżin u l-użu ta’ immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ u tal-marki tal-pala tal-id fis-CS-SIS AFIS.

L-immaġnijiet dattiloskopiċi jridu jikkonformaw mal-limiti minimi tal-kwalità stabbiliti fid-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface tas-SIS u l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Dettaljati sabiex jinħażnu u jintużaw fis-CS-SIS AFIS.

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità mal-limiti minimi tal-kwalità tal-immaġnijiet dattiloskopiċi qabel ma jittrażmettuhom lis-CS-SIS.

Il-kontenituri dattiloskopiċi konformi li jkun fihom immaġnijiet dattiloskopiċi tal-marki tas-swaba’ jew il-marki tal-pala tal-id taħt il-limiti minimi tal-kwalità mhux se jinħażnu fis-CS-SIS AFIS u mhux se jintużaw għal tfittxijiet bijometriċi. Il-kontenituri dattiloskopiċi li jkun fihom immaġnijiet dattiloskopiċi rrifjutati mis-CS-SIS AFIS jistgħu jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta’ persuna f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2018/1862. Is-CS-SIS tibgħat messaġġ ta’ errur lill-Istat Membru li jkun ittrażmetta d-data kull meta fajl ikun ġie rrifjutat mis-CS-SIS AFIS minħabba l-kwalità baxxa tal-immaġnijiet.

1.3.4.   Limiti minimi tal-kwalità għall-ħżin u l-użu ta’ immaġnijiet tat-traċċi tas-swaba’ u tat-traċċi tal-pala tal-id fis-CS-SIS AFIS.

L-immaġnijiet dattiloskopiċi ta’ traċċi tas-swaba’ u ta’ traċċi tal-pala tal-id iridu jikkonformaw mal-limiti minimi tal-kwalità stabbiliti fid-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface tas-SIS u l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Dettaljati sabiex jinħażnu u jintużaw fis-CS-SIS AFIS.

Il-kontenituri dattiloskopiċi konformi li jkun fihom immaġnijiet dattiloskopiċi ta’ traċċi tas-swaba’ jew ta’ traċċi ‘tal-pala tal-id taħt il-limiti minimi tal-kwalità mhux se jinħażnu fis-CS-SIS AFIS. Is-CS-SIS se tibgħat messaġġ ta’ errur lill-Istat Membru li jkun ittrażmetta d-data meta fajl ikun ġie rrifjutat mis-CS-SIS AFIS minħabba l-kwalità baxxa tal-immaġnijiet.

1.4.    Tfittxijiet bijometriċi

Is-CS-SIS AFIS tipprovdi funzjonalità ta’ tiftix bijometriku għat-tipi kollha ta’ immaġnijiet dattiloskopiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti skont il-punti 1.3.3 u 1.3.4.

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u l-preċiżjoni bijometrika għall-kategoriji differenti ta’ tfittxijiet bijometriċi fis-CS-SIS AFIS huma stabbiliti fid-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface tas-SIS u fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Dettaljati.

2.   Ritratti

Trid tintuża riżoluzzjoni minima ta’ 480 × 600 pixels b’colour depth ta’ 24 bits meta jiddaħħlu r-ritratti fis-SIS.

3.   Profili tad-DNA

It-tip ta’ fajl użat biex jiddeskrivi l-profil tad-DNA jrid isegwi l-Extensible Markup Language (XML). L-istruttura tal-fajl trid issegwi l-istandard tal-Combined DNA Index System (CODIS) (2) biex tiddeskrivi l-profil tad-DNA li għandu jinħażen fis-SIS.


(1)  American National Standard for Information Systems/National Institute of Standards and Technology.

(2)  https://www.fbi.gov/services/laboratory/biometric-analysis/codis


18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/7


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/32

tat-13 ta’ Jannar 2021

dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mill-Aġenzija għall-Ambjent tal-Lussemburgu li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodott bijoċidali BIOBOR JF f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2021) 13)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Mejju 2020, l-Aġenzija għall-Ambjent tal-Lussemburgu (“l-awtorità kompetenti”) adottat deċiżjoni (li wara ġiet emendata fid-19 ta’ Ġunju 2020 u fis-7 ta’ Ottubru 2020) f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 biex sal-31 ta’ Ottubru 2020 jiġi permess it-tqegħid fis-suq u l-użu mill-utenti professjonali tal-prodott bijoċidali BIOBOR JF għat-trattament antimikrobiku tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru pparkjati (“l-azzjoni”). L-awtorità kompetenti għarrfet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni u l-ġustifikazzjoni għaliha, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skont it-tagħrif mogħti mill-awtorità kompetenti, l-azzjoni kienet meħtieġa sabiex titħares is-saħħa pubblika. Il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru tista’ twassal għal funzjonament ħażin tal-magna tal-inġenju tal-ajru u tipperikola l-ajrunavigabbiltà tiegħu, u b’hekk tipperikola s-sikurezza tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ. Il-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet fuq it-titjiriet li rriżultaw wasslu biex bosta inġenji tal-ajru jiġu pparkjati temporanjament. L-immobbiltà tal-inġenji tal-ajru hija fattur aggravanti tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika.

(3)

BIOBOR JF fih 2,2’-(1-metiltrimetilenediossi)bis-(4-metil-1,3,2-diossaborinane) (numru CAS 2665-13-6) u 2,2’-ossibis (4,4,6-trimetil-1,3,2-diossaborinan) (numru CAS 14697-50-8), sustanzi attivi għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 bħala preservattivi għall-prodotti waqt il-ħżin kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Peress li dawk is-sustanzi attivi mhumiex inklużi fil-programm ta’ ħidma stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 528/2012, jeħtieġ li jiġu vvalutati u approvati qabel ma l-prodotti bijoċidali li jkun fihom dawn is-sustanzi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni.

(4)

Fis-16 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet talba motivata mingħand l-awtorità kompetenti biex tiġi estiża l-azzjoni f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. It-talba motivata saret abbażi tat-tħassib li s-sikurezza tat-trasport tal-ajru tista’ tkompli tiġi pperikolata mill-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru u l-argument li l-BIOBOR JF huwa essenzjali sabiex tiġi kkontrollata t-tali kontaminazzjoni mikrobijoloġika.

(5)

Skont it-tagħrif mogħti mill-awtorità kompetenti, l-uniku prodott bijoċidali alternattiv irrakkomandat mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni għat-trattament tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika ġie rtirat mis-suq f’Marzu 2020 minħabba anomaliji serji fl-imġiba tal-magni li ġew osservati wara t-trattament b’dak il-prodott.

(6)

Kif indikat mill-awtorità kompetenti, it-trattament mekkaniku tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru jinkludi l-istabbiliment ta’ operazzjonijiet ta’ tneħħija regolari u ttestjar mikrobijoloġiku tal-kampjuni ta’ tneħħija, li jeħtieġu persunal addizzjonali u l-istabbiliment ta’ proċeduri kumplessi għall-kampjunar u l-ittestjar tal-kampjuni fil-laboratorju, li ma jidhrux xierqa għall-flotta tal-linja tal-ajru Lussemburgiża. Barra minn hekk, it-tindif manwali tat-tankijiet kontaminati, li jkun meħtieġ jekk tiġi detetta l-kontaminazzjoni, jesponi lill-ħaddiema għal gassijiet tossiċi u għalhekk jenħtieġ li jiġi evitat.

(7)

Skont it-tagħrif mogħti mill-awtorità kompetenti, il-manifattur ta’ BIOBOR JF ħa passi għall-awtorizzazzjoni regolari tal-prodott u fil-bidu tal-2021 mistennija titressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li fih. L-approvazzjoni tas-sustanzi attivi u l-awtorizzazzjoni sussegwenti tal-prodott bijoċidali jirrappreżentaw soluzzjoni permanenti għall-futur, iżda se jkun meħtieġ ammont sinifikanti ta’ żmien għat-tlestija ta’ dawk il-proċeduri.

(8)

Peress li n-nuqqas ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru jista’ jipperikola s-sikurezza tat-trasport bl-ajru, u peress li dak il-periklu ma jistax jitrażżan b’mod adegwat bl-użu ta’ prodott bijoċidali ieħor jew b’mezzi oħrajn, jixraq li l-awtorità kompetenti titħalla testendi l-azzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx il-550 jum li jibda mill-jum ta’ wara l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta’ 180 jum permess fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-4 ta’ Mejju 2020 kif emendata fis-7 ta’ Ottubru 2020.

(9)

Meta wieħed iqis li l-azzjoni ilha li skadiet mill-1 ta’ Novembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkollha effett retroattiv.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Aġenzija għall-Ambjent tal-Lussemburgu tista’ testendi sal-5 ta’ Mejju 2022 l-azzjoni biex tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu mill-utenti professjonali tal-prodott bijoċidali BIOBOR JF għat-trattament antimikrobiku tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru pparkjati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija għall-Ambjent tal-Lussemburgu.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2020.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294 10.10.2014, p. 1).


18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/9


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/33

tal-14 ta’ Jannar 2021

fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għal Spanja biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi mill-awturi sal-aħħar tal-2024

(notifikata bid-dokument C(2021) 80)

(it-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 376 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), Spanja tista’ tkompli teżenta l-provvista ta’ servizzi mogħtija minn awturi, elenkati fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva, f’konformità mal-kundizzjonijiet li japplikaw f’dak l-Istat Membru fl-1 ta’ Jannar 1993. F’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2189 (3) Spanja kienet awtorizzata biex ma tqisx il-forniment ta’ servizzi minn awturi kif imsemmi fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2019.

(3)

Fl-ittra tagħha tal-19 ta’ Frar 2019, Spanja talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tinqa’ ma tqisx ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. B’mod partikolari, Spanja mhix f’pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-forniment tas-servizzi mill-awturi. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawk it-tranżazzjonijet fuq il-bażi ta’ riżorsi tal-VAT ta’ Spanja. Għalhekk Spanja jenħtieġ li tkun awtorizzata biex ma tikkunsidrax il-provvista ta’ servizzi minn awturi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi tal-VAT.

(4)

Għall-finijiet ta’ trasparenza u ċertezza legali, hu xieraq li jkun hemm limitu ta’ żmien għal-applikabilità tal-awtorizzazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2024, Spanja hija awtorizzata biex ma tikkunsidrax il-forniment tas-servizzi minn awturi kif imsemmi fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Johannes HAHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2189 tal-25 ta’ Novembru 2015 li tawtorizza lil Spanja ma tiħux inkunsiderazzjoni ċerti kategoriji ta’ tranżazzjoni għall-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT (ĠU L 312, 27.11.2015, p. 23).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/11


ID-DEĊIŻJONI Nru 2/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tat-3 ta’ Diċembru 2020

li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2021/34]

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, mill-1 ta’ Frar 2021.

Artikolu 2

1.   L-emendi għal kwalunkwe att imsemmi fl-Anness tal-Ftehim, adottati mill-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u limitati għall-emendar tad-dħul fis-seħħ jew id-data tal-applikazzjoni tal-att jew l-applikazzjoni sħiħa jew parzjali tiegħu, jew limitati għat-tħassir sħiħ jew parzjali tiegħu, għandhom jiġu kkomunikati lill-Konfederazzjoni Żvizzera f’konformità mal-Artikolu 23(3) tal-Ftehim u għandhom jitqiesu inklużi fl-Anness tal-Ftehim hekk kif jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr il-ħtieġa ta’ deċiżjoni ulterjuri mill-Kumitat Konġunt biex jirrevedi l-Anness. L-informazzjoni li jkun fiha referenza sħiħa għall-emendi rilevanti, wara l-adozzjoni tagħhom, flimkien ma’ referenza għal din id-deċiżjoni, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. L-emendi għandhom japplikaw fl-Iżvizzera mill-istess data li japplikaw fl-Unjoni Ewropea.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-atti adottati sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Magħmul f’Bern u Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Filip CORNELIS

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Christian HEGNER


ANNESS

“ANNESS

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea;

Kull fejn l-atti speċifikati f’dan l-Anness fihom referenzi għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita bl-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma’ din tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-fini tal-Ftehim, jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta’ rabta mal-Iżvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru bil-liċenzja u li jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra tal-avjazzjoni ċivili

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità, (Riformulazzjoni), ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1,

ir-Regolament (UE) 2020/696, ĠU L 165, 27.5.2020, p. 1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57.

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.

Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007, ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9.

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010, ĠU L 87, 7.4.2010, p. 19,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1118, ĠU L 243, 29.7.2020, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, (l-Artikoli 1-12) kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 793/2004, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 50,

ir-Regolament (UE) 2020/459, ĠU L 99, 31.3.2020, p. 1.

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità, ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25).

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 35, 4.2.2009, p. 47.

2.   Regoli tal-kompetizzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Sal-estent fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim. L-inserzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-ftehim.)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(l-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:

(1)

Fir-rigward ta’ konċentrazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u li tista’ tiġi rieżaminata skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ minn tal-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta’ sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet li ma taqbilx mat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu.

Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikoli 9(2) u (6), u fl-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera skont l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) mingħajr dewmien.

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6), u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1, (l-Artikoli 1-24), kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008, ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013, ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (Verżjoni kkodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 148, 11.6.2009, p. 1.

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

L-Aġenzija għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fl-Iżvizzera wkoll.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 2(6) u (7), l-Artikolu 41(6), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 67(2) u (3), l-Artikolu 70(4), l-Artikolu 71(2), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 84(1), l-Artikolu 85(9), l-Artikolu 104(3)(i), l-Artikolu 105(1) u l-Artikolu 106(1) u (6) fl-Iżvizzera wkoll.

Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u msemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139 ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jitqies bħala trasferiment lill-awtorità EASA biex taġixxi f’isem l-Iżvizzera fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali għal finijiet oħra għajr li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1(a), il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Unjoni”;

(ii)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Kull meta l-Unjoni tinnegozja ma’pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim diment li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi ta’ ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta’ dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Iżvizzera offerta ta’ ftehim simili mal-pajjiż terz inkwistjoni. L-Iżvizzera għandha, min-naħa tagħha, tagħmel ħilitha biex tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jikkorrispondu għal dawk ta’ mal-Unjoni”.

(b)

Fl-Artikolu 95 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 96 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit bħala l-Anness A ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 102 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa għalkollox fil-Bord Amministrattiv u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għajr id-dritt li tivvota”.

(e)

Fl-Artikolu 120 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“13.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

S (0,2/100) + S [1 – (a + b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija mhux koperta mit-tariffi u mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1(c) u (d)

a

=

l-għadd ta’ Stati Assoċjati

b

=

l-għadd ta’ Stati Membri tal-UE

c

=

il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 122 jiżdied il-paragrafu li ġej:

6.   “Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-kontroll finanzjarju mill-Unjoni fl-Iżvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta’ dan l-Anness.”

(g)

L-Anness I tar-Regolament għandu jiġi estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (1):

A/c - [HB-JES] – it-tip Gulfstream G-V

A/c - [HB-ZDF] – it-tip MD900.

(h)

Fl-Artikolu 132(1), ir-referenza għar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinftiehem, fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

(i)

L-Artikolu 140(6) ma japplikax għall-Iżvizzera.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 25,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014, ĠU L 74, 14.3.2014, p. 33,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445, ĠU L 74, 18.3.2015, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539, ĠU L 91, 7.4.2016, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065, ĠU L 192, 30.7.2018, p. 21,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119, ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/27, ĠU L 8, 10.1.2019, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430, ĠU L 75, 19.3.2019, p. 66,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1747, ĠU L 268, 22.10.2019, p. 23,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 82,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4, (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1,

ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008, ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1.

F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni tar-regoli dettaljati adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar il-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjiriet u tal-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ fir-rigward tat-taxi tal-ajru, is-servizzi mediċi ta’ emerġenza u l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi bdot wieħed bl-ajruplani.

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (UE) Nru 376/2014, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18,

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 20.

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, kif emendat l-aħħar b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736, ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583, ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 187, 17.7.2012, p. 29.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013, ĠU L 4, 9.1.2013, p. 36,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 12,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039, ĠU L 167, 1.7.2015, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5, ĠU L 3, 6.1.2016, p. 3,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/897, ĠU L 144, 3.6.2019, p. 1,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570, ĠU L 132, 27.4.2020, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013, ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 27,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014, ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014, ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140, ĠU L 24, 30.1.2015, p. 5,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329, ĠU L 206, 1.8.2015, p. 21,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338, ĠU L 330, 16.12.2015, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199, ĠU L 198, 23.7.2016, p. 13,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363, ĠU L 55, 2.3.2017, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/394, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 1,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042, ĠU L 188, 25.7.2018, p. 3 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4.2 il-ġdid tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, kif previst fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2018/1042, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/745, ĠU L 176, 5.6.2020, p. 11,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1975, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 53,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1387, ĠU L 229, 5.9.2019, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1176, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 10,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar metodi ta’ operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/161, ĠU L 27, 1.2.2017, p. 99,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/401, ĠU L 72, 15.3.2018, p. 17,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1234, ĠU L 282, 31.8.2020, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2153 tas-16 ta’ Diċembru 2019 dwar it-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 319/2014, ĠU L 327, 17.12.2019, p. 36.

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158, ĠU L 192, 16.7.2016, p. 21.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088, ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536, ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334, ĠU L 50, 28.2.2017, p. 13,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1142, ĠU L 207, 16.8.2018, p. 2,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/270, ĠU L 56, 27.2.2020, p. 20,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/133, ĠU L 25, 29.1.2019, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2357 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta’ konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma’ liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta’ dawn iċ-ċertifikati (notifikata bid-dokument C(2016) 8645), ĠU L 348, 21.12.2016, p. 72.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/357, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 34.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta’ gliders kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji għal ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/358, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 57.

Ir-Regolament (UE) 2019/494 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 85 I, 27.3.2019, p. 11.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1128 tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 177, 2.7.2019, p. 112.

4.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011, ĠU L 193, 23.7.2011, p. 19,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011, ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013, ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096, ĠU L 326, 1.12.2016, p. 7.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472, ĠU L 85, 1.4.2016, p. 28.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (mhux disponibbli bil-Malti), ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426, ĠU L 334, 22.12.2015, p. 5,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815, ĠU L 122, 13.5.2017, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/55, ĠU L 10, 13.1.2018, p. 5,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/103, ĠU L 21, 24.1.2019, p. 13, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/413, ĠU L 73, 15.3.2019, p. 98,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583, ĠU L 246, 26.9.2019, p. 15, kif emendata b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111, ĠU L 21, 27.1.2020, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 tas-16 ta’ Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (mhux ippubblikata fil-ĠU), kif emendata b’dan:

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030,

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4857,

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 132, kif emendata b’dan:

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4241.

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kliem “fil-livell Komunitarju, bl-involviment tal-Iżvizzera”.

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u msemmija f’dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

B’rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u għandha tinforma lill-fornitur tas-servizz dwarha, sa fejn jikkonċernah legalment.”.

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ Interoperabilità) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiżi, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Iżvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 jitħassar b’effett mill-11 ta’ Settembru 2018. Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6, 6a u 7 ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi III u IV tiegħu għandhom jibqgħu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/1139 u sa fejn dawk l-atti jkopru s-suġġett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (mhux disponibbli bil-Malti), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013, ĠU L 127, 9.5.2013, p. 23,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120, ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139, ĠU L 25, 30.1.2018, p. 4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009, ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008, ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011, ĠU L 77, 23.3.2011, p. 23.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310, ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1170, ĠU L 183, 9.7.2019, p. 6,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208, ĠU L 43, 17.2.2020, p. 72.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattament li ġej:

“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fil-parti A tal-Anness I.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6, kif emendat:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9.

Ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 huwa mħassar b’effett mis-27 ta’ Jannar 2022.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006, ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2159, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 45.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2010)5134 tad-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (mhux ippubblikata fil-ĠU).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbiliment u l-modifikazzjoni ta’ blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali, ĠU L 51, 25.2.2011, p. 2.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 4130 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar in-nomina ta’ Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (mhux disponibbli bil-Malti u mhux ippubblikata fil-ĠU).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 għandu jinqara bl-adattament li ġej:

“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 7,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386, ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340, ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185, ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013, ĠU L 190, 11.7.2013, p. 37,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 47.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 190, 28.6.2014, p. 19.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/709 tas-6 ta’ Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-maniġer tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew (notifikata bid-dokument C(2019) 3228), ĠU L 120, 8.5.2019, p. 27.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 tad-29 ta’ Mejju 2019 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 144, 3.6.2019, p. 49.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2167 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tapprova l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020-2029, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 89.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 312, 3.12.2019, p. 95.

6.   Ambjent u storbju

Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (l-Artikoli 1-12 u 14-18), ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.

(L-emendi għall-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi, ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27.

(l-Artikoli 1-8).

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1.

7.   Protezzjoni tal-konsumatur

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(l-Artikoli 1-10).

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29 (l-Artikoli 1-11), kif emendata b’dan:

id-Direttiva 2011/83/UE, ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tal-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom fl-eventwalità ta’ inċidenti, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, (l-Artikoli 1-8), kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 889/2002, ĠU L 140, 30.5.2002, p. 2.

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.

(l-Artikoli 1-18).

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

8.   Mixxellanji

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2).

9.   Annessi

A

:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B

:

Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA

ANNESS A

Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f’konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhu neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,

QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżura ġuridika jew amministrattiva ta’ restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, l-introjtu u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta’ dan it-tip. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, sabiex ikollhom effett ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.

Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tal-ħlasijiet dovuti li jammontaw sempliċement għal imposti għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b’dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament jekk hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, għajr b’kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u għat-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

Il-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu joħorġu laissez passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-membri u għall-impjegati ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez passer għandhom jinħarġu għall-uffiċjali u għal impjegati oħra bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew restrizzjoni oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew jew minnu.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u l-kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

(a)

mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali għolja li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċediment legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti mixħuta minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali.

L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew u minnu.

L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta’ reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn il-post tal-laqgħa u minnu, igawdu mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet abitwali.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta’ kull Stat Membru u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom:

(a)

soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin;

(c)

fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b’mod abitwali lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż ikkonċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, malli jtemmu dmirijiethom f’dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat;

(e)

id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta’ amministrazzjoni fis-suq domestiku f’dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom iħallsu taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, b’konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li, sempliċement minħabba l-qadi ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar diment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-estent fejn dan tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f’impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq il-persuni msemmija f’dan l-Artikolu u fil-kura tagħhom.

Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandha tkun eżentata mid-dazji tal-mewt f’dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.

Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħra tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra inklużi f’tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta’ tali immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B’mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhomx jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa b’konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f’konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Appendiċi

Proċeduri għall-applikazzjoni fl-Iżvizzera tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

1.   

Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera

Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi jridu jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.

2.   

Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT)

L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma jridux ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Iżvizzera. Fil-każ ta’ oġġetti u ta’ servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, b’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta’ rifużjoni. Eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkollu total ta’ minn tal-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluż it-taxxa).

Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan l-iskop lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn neċessarji.

3.   

Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill (2) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.

L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 ta’ hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.

L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (3) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

ANNESS B

Kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f’din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.

Artikolu 2

Verifiki

1.   F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fis-26 ta’ Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (5) u mal-istrumenti l-oħra msemmija f’din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu li awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew awditi oħra jitwettqu fi kwalunkwe mument fl-istabbiliment tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

4.   L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi jrid jiġi informat minn qabel dwar l-awditi li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhux se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ tali awditi.

Artikolu 3

Verifiki fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (6).

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi u ma’ awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħra maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi, li għandhom jiġu nnotifikati minn qabel biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jkunu jixtiequ li jsir hekk, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.

4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu b’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-Kummissjoni kif ikunu jeħtieġu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirhom fit-twettiq ta’ verifika jew ta’ spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma’ irregolarità li tkun innutat matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultat ta’ tali verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Komunità għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li nnutaw marbut ma’ irregolarità marbuta mal-konklużjoni u mal-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedi li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal finijiet oħra għajr biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (7) u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (8).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunarju fuq persuni għajr Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.

L-ordni ta’ infurzar trid tinħareġ, mingħajr xi kontroll ieħor għajr verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li trid tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ f’konformità mar-regoli Żvizzeri ta’ proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola tal-arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).


18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/34


Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera

tal-11 ta’ Diċembru 2020

li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq u d-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat dwar il-miżuri tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea [2021/35]

IL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN TAL-KOMUNITÀ/TAL-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 51(2) tal-Ftehim, il-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/l-Iżvizzera (minn hawn ’il quddiem il-“Kumitat Konġunt”) jenħtieġ li jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u jimplimenta l-klawżoli tal-adattament u tar-reviżjoni msemmija fl-Artikoli 52 u 55 tiegħu.

(2)

Skont l-Artikolu 52(4) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jenħtieġ li jadotta, fost l-oħrajn, id-deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1 sabiex jiddaħħlu fih, meta jkun meħtieġa u abbażi tar-reċiproċità, l-emendi tal-leġiżlazzjoni kkonċernata jew li jiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura oħra li tissalvagwardja l-funzjonament tajjeb tal-Ftehim.

(3)

L-Iżvizzera tippjana li tapplika dispożizzjonijiet ġuridiċi ekwivalenti għad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u d-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Bid-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera (4), il-Kumitat Konġunt, minn naħa, irreveda l-Anness 1 tal-Ftehim biex jinkorpora d-dispożizzjonijiet sostantivi l-ġodda ta’ dawn id-direttivi u, min-naħa l-oħra, jadotta dispożizzjonijiet tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea sakemm issir emenda tal-Ftehim skont il-proċeduri applikabbli. Dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(4)

Sakemm jiġu inkorporati d-dispożizzjonijiet sostantivi li fadal, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(5)

Jenħtieġ li d-data li fiha ċerti regoli nazzjonali Żvizzeri elenkati fl-Anness 1 tal-Ftehim, li jistgħu jkunu inkompatibbli mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà, jiġu rieżaminati bil-għan li dawn jitneħħew, jiġi emendati jew jinżammu, tiġi stabbilita għad-data tal-Kumitat li jmiss, u sat-30 ta’ Ġunju 2021 l-aktar tard.

(6)

Jenħtieġ li l-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797, li jistgħu jiġu previsti għal kull speċifikazzjoni teknika tal-interoperabbiltà bl-għan li tinżamm, b’mod xieraq, il-kompatibbiltà tas-sistema ferrovjarja eżistenti, kemm fir-rigward tan-network kif ukoll tal-vetturi, jiġu elenkati fl-Anness 1 tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 1 tal-Ftehim huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 għandu jiġi emendat kif ġej:

“Artikolu 6

1.   Ir-regoli nazzjonali u l-każijiet speċifiċi Żvizzeri jistgħu jissupplimentaw jew jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ir-regoli u l-każijiet speċifiċi jikkonċernaw il-parametri tekniċi tas-subsistemi, l-aspetti operazzjonali u l-aspetti relatati mal-persunal li jwettaq il-kompiti tas-sikurezza elenkati fl-Anness 1 tal-Ftehim.

2.   L-Iżvizzera għandha tinnotifika r-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Aġenzija biex jiġu ppubblikati permezz tas-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796.

3.   L-Anness 1 jidentifika r-regoli nazzjonali u l-każijiet speċifiċi applikabbli li huma potenzjalment inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk fit-30 ta’ Ġunju 2021 ma ġietx stabbilita l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, dawn ir-regoli nazzjonali u dawn il-każijiet speċifiċi ma jistgħux jibqgħu jiġu applikati sakemm il-Kumitat Konġunt ma jiddeċidix mod ieħor.”

Artikolu 3

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 huwa emendat kif ġej:

“L-Artikoli 2, 3, 4 u 5 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2021.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Berna, il-11 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-President

Peter Füglistaler

Għall-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Elisabeth Werner


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat tat-trasport intern tal-Komunità/l-Iżvizzera tat-13 ta’ Diċembru 2019 dwar il-miżuri tranżitorji għall-iffaċilitar tat-traffiku ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea (ĠU L 13, 17.1.2020, p. 43).


ANNESS

“ANNESS 1

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

F’konformità mal-Artikolu 52(6) ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera tapplika dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn taħt:

Dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea

TAQSIMA 1 – AĊĊESS GĦALL-PROFESSJONI

Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq (verżjoni kodifikata) (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 51), kif emendat l-aħħar bir-Rego-lament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim,

(a)

l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jeżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Konfederazzjoni Żvizzera, ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea mill-obbligu li jkollhom attestazzjoni ta’ xufier.

(b)

il-Konfederazzjoni Żvizzera ma tistax teżenta liċ-ċittadini ta’ Stati oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt a) hawn fuq mill-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom attestazzjoni ta’ xufier qabel ma tikkonsulta u tikseb l-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(c)

id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (dwar il-kabotaġġ) ma japplikawx.

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 88), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (dwar il-kabotaġġ) ma japplikawx.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-data li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 tad-9 ta’ April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 39).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).

TAQSIMA 2 – STANDARDS SOĊJALI

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħrig perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35), kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta’ data rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (ĠU L 168, 2.7.2010, p. 16).

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa (ĠU L 15, 22.1.2016, p. 51), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1503 tal-25 ta’ Awwissu 2017 (ĠU L 221, 26.8.2017, p. 10).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/502 tat-28 ta’ Frar 2018 (ĠU L 85, 28.3.2018, p. 1).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/548 tat-23 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi formola standard għad-dikjarazzjoni bil-miktub dwar it-tneħħija jew it-tkissir ta’ siġill tat-takografu (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 1).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1013 tat-30 ta’ Marzu 2017 li tfassal il-formola standard għar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 16.6.2017, p. 28).

TAQSIMA 3 – STANDARDS TEKNIĊI

Vetturi bil-mutur

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE tal-14 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49).

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri f’dak li hu miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta’ gassijiet u tniġġis ta’ partiċelli minn compression ignition engines għal użu f’inġenji, u ħruġ ta’ gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b’gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu għall-użu f’inġenji (ĠU L 036, 9.2.1988, p.33) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE tal-10 ta’ April 2001 (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10).

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f’vetturi ta’ inqas minn 3,5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/37/UE tas-27 ta’ Frar 2014 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 32).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8).

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KEE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, tal-10.11.1998, p. 1).

Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33).

Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51).

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 47, 18.2.2014, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1004 tat-22 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 165, 23.6.2016, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat-12 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 28).

Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131), kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1576 tas-26 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 3).

Trasport ta’ oġġetti perikolużi

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KEE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11).

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/1846 tat-23 ta’ Novembru 2018 (ĠU L 299, 26.11.2018, p. 58).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, fl-Iżvizzera japplikaw id-derogi tad-Direttiva 2008/68/KE li ġejjin:

1.   Trasport bit-triq

Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RO - a - CH - 1

Suġġett: trasport ta’ fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru UN 1202 fil-kontejners tank.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 6.8.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: l-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta’ trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-kontejners tank li mhumiex mibnija skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta’ anqas minn jew daqs 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont il-punt 1.1.3.6 ADR.1 210 litri u li jintużaw għat-trasport ta’ żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru UN

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punti 1.1.3.6.3(b) u 6.14 tal-Appendiċi 1 tad-Digriet dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

RO - a - CH - 2

Suġġett: l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi kif definit fil-punt 1.1.3.6.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: obbligu li jkollok dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li jaqgħu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ta’ ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal tagħmir tan-nifs għall-użu minn servizzi ta’ emerġenza jew bħala tagħmir għal taħt l-ilma, fi kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati fil-punt 1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jkollok dokument tat-trasport previst fil-punt 5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punt 1.1.3.6.3(c) tal-Appendiċi 1 tad-Digriet tad-29 ta’ Novembru 2002 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

RO - a - CH - 3

Suġġett: trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa mwettaq minn kumpaniji ta’ manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi li jistgħu jniġġsu l-ilma.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva: il-punti 6.5, 6.8, 8.2 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta’ tankijiet u ta’ vetturi; taħriġ għas-sewwieq.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-vetturi u t-tankijiet/kontenituri vojta mhux imnaddfa li jintużaw minn kumpaniji ta’ manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi li jistgħu jniġġsu l-ilma biex iżommu likwidi waqt li tkun qed issir manutenzjoni tat-tankijiet stazzjonarji mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni, tat-tikkettar u l-identifikazzjoni “orange-plate” stipulati mill-ADR. Huma suġġetti għal regolamenti speċifiċi ta’ tikkettar u ta’ identifikazzjoni, u s-sewwieq tal-vettura mhux suġġett għat-taħriġ deskritt fil-punt 8.2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punt 1.1.3.6.3.10 tal-Appendiċi 1 tad-Digriet tad-29 ta’ Novembru 2002 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi.

RO - bi - CH - 1

Suġġett: it-trasport ta’ skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi lejn impjanti għar-rimi tal-iskart.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva: il-punti 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ ikkumbinat, l-immarkar u t-tikkettar, id-dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-klassifikazzjoni ssimplifikata ta’ skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta’ reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jkunx jista’ jiġi kklassifikat mill-espert jista’ jiġi ttrasportat lejn ċentru tat-trattament fi kwantitajiet żgħar iddefiniti skont il-pakkett u skont l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punt 1.1.3.7 tal-Appendiċi 1 tad-Digriet tad-29 ta’ Novembru 2002 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Osservazzjonijiet: dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati biss għat-trasport ta’ skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet pubbliċi tat-trattament u l-impjanti għar-rimi tal-iskart.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

RO - bi - CH - 2

Suġġett: trasport lura tal-logħob tan-nar.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva: il-punti 2.1.2 u 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni u dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: sabiex jiġi ffaċilitat it-trasport lura tal-logħob tan-nar bin-numri UN 0335, 0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut lejn il-fornituri tagħhom, huma previsti xi derogi fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u tal-klassifikazzjoni tal-prodotti fid-dokument tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punt 1.1.3.8 tal-Appendiċi 1 tad-Digriet tad-29 ta’ Novembru 2002 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Osservazzjonijiet: il-verifika dettaljata tal-kontenut eżatt ta’ prodott mhux mibjugħ f’kull pakkett hija prattikament impossibbli għall-prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

RO - bi - CH - 3

Suġġett: iċ-ċertifikat ta’ taħriġ ADR għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara, vjaġġi biex jitwettqu tiswijiet, vjaġġi biex jiġu eżaminati vetturi bit-tank/bit-tankijiet, u vjaġġi li jsiru f’vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva: il-punt 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: is-sewwieqa jridu jagħmlu kors ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-taħriġ u ċ-ċertifikati ta’ taħriġ tal-ADR mhumiex meħtieġa għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma’ tiswijiet, vjaġġi li jsiru f’vetturi bit-tank bl-għan li tiġi eżaminata l-vettura bit-tank jew it-tank tagħha, u vjaġġi li jsiru minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vetturi bit-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-istruzzjonijiet tat-30 ta’ Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC) dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Osservazzjonijiet: ġieli jiġri li l-vetturi li tkun ġratilhom ħsara jew li jkunu qed isirulhom it-tiswijiet u l-vetturi bit-tank li jkunu qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni teknika jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi.

Ir-rekwiżiti fil-punti 1.3 u 8.2.3 jibqgħu applikabbli.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

2.   Trasport bil-ferrovija

Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RA - a - CH - 1

Suġġett: trasport ta’ fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru UN 1202 fil-kontejners tank.

Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta’ dik id-Direttiva: il-punt 6.8.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-kontejners tank li mhumiex mibnija skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta’ 1 210 litri jew anqas u li jintużaw għat-trasport ta’ żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru UN 1202 huma awtorizzati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Anness tad-Digriet tad-DETEC tat-3 ta’ Diċembru 1996 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD; RS 742.401.6) u l-kapitolu 6.14 tal-Appendiċi 1 tad-Digriet tad-29 ta’ Novembru 2002 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621)

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

RA - a - CH - 2

Suġġett: dokument tat-trasport.

Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta’ dik id-Direttiva: il-punt 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jista’ jintuża terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport jekk lista li tkun tinkludi l-informazzjoni preskritta skont ir-referenza hawn fuq tkun mehmuża miegħu.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Anness tad-Digriet tad-DETEC tat-3 ta’ Diċembru 1996 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD; RS 742.401.6).

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023.

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1).

TAQSIMA 4 – DRITTIJIET TA’ AĊĊESS U TA’ TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta’ drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75).

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/88/UE tad-9 ta’ Lulju 2014 (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 9).

Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/882 tal-1 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 22).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta’ Ġunju 2007 dwar l-użu ta’ format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE tal-10 ta’ Frar 2011 (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33).

Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/38/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 20).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 341, 22.12.2009, p. 1), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2299 tas-17 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 324, 10.12.2015, p. 15).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2009 dwar mudelli Komunitarji għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, ċertifikati komplementari, kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari u formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 13, 19.1.2010, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta’ konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati ta’ sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13).

Ir-Regolament (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar il-mudell ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ tip awtorizzat ta’ vettura ferrovjarja (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “Applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11) kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/775 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.05.2019, p. 103).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32), kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/765/UE tat-22 ta’ Novembru 2011 dwar kriterji għar-rikonoxximent ta’ ċentri tat-taħriġ involuti fit-taħriġ ta’ sewwieqa tal-ferroviji, dwar kriterji għar-rikonoxximent tal-eżaminaturi ta’ sewwieqa tal-ferroviji u dwar kriterji għall-organizzazzjoni ta’ eżamijiet skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 29.11.2011, p. 36).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji – vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 402/2013 tat-30 ta’ April 2013 dwar il-metodu komuni ta’ sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1136 tat-13 ta’ Lulju 2015 (ĠU L 185, 14.7.2015, p. 6).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“Infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 1).

Ir-regola nazzjonali li ġejja prevista fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt għandha tapplika fl-Iżvizzera:

CH-TSI PRM-001 (verżjoni 2.0 ta’ Novembru 2020) : Aċċess awtonomu għall-ferroviji (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji” – “lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2018, p. 108).

Ir-regoli nazzjonali li ġejjin previsti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt għandhom japplikaw fl-Iżvizzera:

CH-TSI LOC&PAS-001 (verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2015): Il-wisa’ tal-ark tal-pantografu;

CH-TSI LOC&PAS-002 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Id-djagonal dejjaq/ċertifikati tas-sewqan fuq devjaturi (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-003 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Magħżel żgħar r < 250 m (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-004 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Il-qawwa taċ-ċaqliq (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS005 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Insuffiċjenza tas-sopraelevazzjoni (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-006 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Approvazzjoni ta’ vetturi pendolari suċċessuri tas-serje (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-007 (verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2015): Apparat ta’ lubrifikazzjoni tal-flanġ (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-009 (verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2015): Emissjonijiet tal-egżost minn vetturi termiċi (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/1628, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-011 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Limitazzjoni tal-prestazzjoni tat-trazzjoni (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrd isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-012 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Ammissjoni;

CH-TSI LOC&PAS005 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Interazzjoni tal-pantografu/linja ta’ kuntatt;

CH-TSI LOC&PAS-014 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Kompatibbiltà mat-tagħmir ta’ kontroll tad-disponibbiltà tal-binarju (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-017 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Profil tal-ispazju liberu (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-019 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Sinjal “non leading input” għall-vettura ta’ quddiem nett (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-020 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Sinjal “sleeping input” b’unità ta’ kontroll multiplu (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Diċembru 2021);

CH-TSI LOC&PAS-022 (verżjoni 2.1 ta’ Novembru 2020): L-issettjar mill-ġdid tal-ibbrejkjar tal-emerġenza (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-025 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Sigurtà tal-apparat ta’ skonnessjoni tat-tagħmir ETCS abbord (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-026 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Projbizzjoni ta’ SIGNUM/ZUB fuq il-vetturi mgħammra bl-ERTMS/ETCS Baseline 3;

CH-TSI LOC&PAS-027 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Kontroll tar-radju manwali waqt il-manuvri (mod operattiv “shunting”) (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-028 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Profil tal-ispazju liberu, bibien (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-030 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2016): Użu ta’ sistemi tal-ibbrejkjar mingħajr frizzjoni statika (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-031 (verżjoni 2.1 ta’ Novembru 2020): Qtugħ tat-trazzjoni b’mod sikur (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-035 (verżjoni 2.1 ta’ Novembru 2020): Qawwa suffiċjenti tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-036 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Vetturi mgħammra b’pannell ta’ kontroll għaż-żewġ direzzjonijiet (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI LOC&PAS-037: (verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2019): Brejk (service brake) ETCS (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-sikurezza fil-mini ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 394), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — storbju” li jemenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li jħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE, (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta’ Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/778 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 356).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/171 tal-4 ta’ Frar 2015 dwar ċerti aspetti tal-proċedura ta’ liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji (ĠU L 29, 5.2.2015, p. 3).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/909 tat-12 ta’ Ġunju 2015 dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju (ĠU L 148, 13.6.2015, p. 17).

Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44); id-dispożizzjonijiet li ġejjin biss għandhom japplikaw fl-Iżvizzera: l-Artikoli 7(1) sa (3), 8 sa 10, 12, 15, 17, 21 (minbarra (7)), 22 sa 25, 27 sa 42, 44, 45 u 49, kif ukoll l-Annessi II, III u IV.

Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102–149); id-dispożizzjonijiet li ġejjin biss għandhom japplikaw fl-Iżvizzera: l-Artikoli 9, 10 (minbarra (7)), 13, 14 u 17, kif ukoll l-Anness III.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).

Ir-regoli nazzjonali li ġejjin previsti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt għandhom japplikaw fl-Iżvizzera:

CH-TSI CCS-003 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Attivazzjoni/diżattivazzjoni tat-trażmissjoni tal-pakkett 44 tas-sistemi ZUB/SIGNUM;

CH-TSI CCS-005 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Ċertifikat “Quality of Service” għat-trażmissjoni tad-data GSM-R (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-006 (verżjoni 2.1 ta’ Novembru 2020): Telf tas-sinjal “non leading permitted” fil-mod operattiv “Non Leading”(potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-007 (verżjoni 3.0 ta’ Novembru 2020): Regola dwar il-kurvi tal-ibbrejkjar għall-ERTMS/ETCS Baseline 2 ;

CH-TSI CCS-008 (verżjoni 3.0 ta’ Novembru 2020): Implimentazzjoni minima taċ-“Change Requests”(potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-011 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Funzjoni Euroloop ;

CH-TSI CCS-015 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Ġestjoni simultanja taż-żewġ kanali tad-data GSM-R ;

CH-TSI CCS-016 (verżjoni 3.0 ta’ Novembru 2020): Applikazzjoni ta’ parametri u funzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-018 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Projbizzjoni tal-Livelli STM/NTC għal ZUB/SIGNUM;

CH-TSI CCS-019 (verżjoni 3.0 ta’ Novembru 2020): Ksib u wiri awtomatiċi tad-data tal-ferroviji (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-022 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Rivers fil-mod operattiv “Unfitted” ;

CH-TSI CCS-023 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Wiri ta’ messaġġi testwali ;

CH-TSI CCS-024 (verżjoni 2.0 ta’ Ġunju 2019): Data tal-ferrovija: NC_TRAIN, M_AXLELOAD, V_MAXTRAIN ;

CH-TSI CCS-026 (verżjoni 2.1 ta’ Novembru 2020): Monitoraġġ online tat-tagħmir tal-binarji mill-vettura (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-032 (verżjoni 2.1 ta’ Novembru 2020): Numru uniku tal-ferrovija mdaħħal għat-tagħmir ETCS abbord u għar-radju tal-kabina GSM-R (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-033 (verżjoni 1.1 ta’ Novembru 2020): Funzjonalitajiet GSM-R Voice (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-034 (verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2019): Mod operattiv “Non Leading” ;

CH-TSI CCS-035 (verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2019): Kliem li għandu jintwera fuq id-DMI (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-036 (verżjoni 2.0 ta’ Novembru 2020) : Immunità tal-GSM-R għall-interferenzi (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-037 (verżjoni 1.1 ta’ Novembru 2020) : SIL2 DMI (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-TSI CCS-038 (verżjoni 1.1 ta’ Novembru 2020): Messaġġ li jindika distakk kbir fl-intervall ta’ kunfidenza tal-odometrija (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-CSM-RA-001(verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2019): Kunċett ta’ fajl ta’ sikurezza għall-ksib tal-approvazzjoni ETCS fl-Iżvizzera (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-CSM-RA-002(verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2019): Rekwiżiti għal veloċitajiet ogħla minn 200 km/h (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021);

CH-CSM-RA-003(verżjoni 1.0 ta’ Ġunju 2019): Kwalità tad-data tal-ferrovija (potenzjalment ir-regola tista’ tkun inkompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 2016/919, ir-rieżami tar-regola jrid isir qabel it-30 ta’ Ġunju 2021).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta’ April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vetturi ferrovjarji f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 tas-16 ta’ Frar 2018 li jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat tas-sikurezza uniku jew ta’ awtorizzazzjoni tas-sikurezza f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 16).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi komuni ta’ sikurezza dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 26).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/763 tad-9 ta’ April 2018 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 49).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/250 tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-mudelli għad-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati “KE” għall-kostitwenti u s-subsistemi ta’ interoperabbiltà ferrovjarja, dwar il-mudell ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ tip awtorizzat ta’ vettura ferrovjarja u dwar il-proċeduri ta’ verifika “KE” għas-subsistemi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 (ĠU L 42, 13.2.2019, p. 9).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “Operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE ( ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 5).

Ir-regoli nazzjonali li ġejjin previsti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt għandhom japplikaw fl-Iżvizzera:

CH-TSI OPE-006 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2020): Proċess tas-servizz ferrovjarju: kunċetti ta’ komunikazzjoni ;

CH-TSI OPE-007 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2020): Proċess tas-servizz ferrovjarju, mingħajr bażi fit-TSI OPE;

CH-TSI OPE-008 (verżjoni 1.0 ta’ Lulju 2020): Regolamenti li jikkonċernaw esklussivament l-IMs jew li jikkonċernaw esklussivament l-ETF.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/880/UE (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 312).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/780 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ sikurezza għall-maniġers tal-infrastruttura (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 390).

TAQSIMA 5 – OQSMA OĦRA

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).

Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39).

Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).


18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/48


DEĊIŻJONI Nru 3/2020 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN TAL-KOMUNITÀ/TAL-IŻVIZZERA

tas-16 ta’ Diċembru 2020

dwar is-sistema ta’ tariffi applikabbli għall-vetturi fl-Iżvizzera mill-1 ta’ Lulju 2021 [2021/36]

IL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN TAL-KOMUNITÀ/TAL-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bit-trasport ferrovjarju u bit-triq (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 40(6) u l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 40 tal-Ftehim, l-Iżvizzera ilha mill-1 ta’ Jannar 2001 timponi tariffa mhux diskriminatorja fuq il-vetturi għall-ispejjeż li jiġġeneraw (“tariffa fuq it-traffiku tal-vetturi tqal tal-merkanzija skont il-prestazzjoni tagħhom”). Din it-tariffa hija differenzjata skont tliet kategoriji ta’ standards tal-emissjonijiet (il-klassijiet EURO).

(2)

Għal dan l-għan, l-Artikolu 40(2) u (4) tal-Ftehim jistabbilixxi l-medja ponderata tat-tariffi, it-tariffa massima għall-kategorija ta’ vetturi li jniġġsu l-iktar kif ukoll id-differenza massima fit-tariffa minn kategorija għall-oħra.

(3)

Skont l-Artikolu 40(6) tal-Ftehim, il-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera jiddetermina l-ponderazzjoni abbażi ta’ eżamijiet biennali sabiex jitqiesu l-iżviluppi fl-istruttura tal-flotta ta’ vetturi li jiċċirkolaw fl-Iżvizzera u l-iżviluppi fl-istandards dwar il-klassijiet EURO. Fid-dawl tal-immodernizzar tal-flotta ta’ vetturi li jiċċirkolaw fl-Iżvizzera, li jimplika li kulma jmur iktar vetturi qed jikkonformaw mal-iktar standards reċenti tal-klassijiet EURO, jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-kategoriji tal-istandards tal-klassijiet EURO tiġi adattata b’tali mod li l-EURO VI, il-klassi ta’ emissjonijiet li tniġġes l-inqas, tibqa’ fil-kategorija ta’ tariffi l-iktar baxxa filwaqt li l-klassijiet ta’ emissjonijiet EURO IV u V jitqiegħdu fil-kategorija l-iktar għalja.

(4)

Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ ukoll li jitneħħa t-tnaqqis ta’ 10 % tat-tariffa applikabbli għall-kategorija tagħhom, kif previst fid-Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera (2), mogħti lill-vetturi tal-klassijiet ta’ emissjonijiet EURO II u EURO III mgħammra b’mod retroattiv b’sistema approvata ta’ filtru tal-partikolati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-tariffa fuq it-traffiku tal-vetturi tqal tal-merkanzija skont il-prestazzjoni tagħhom għall-vetturi li l-piż mgħobbi totali effettiv tagħhom ma jaqbiżx l-40 tunnellata u li jagħmlu traġitt ta’ 300 km, għandha tkun:

CHF 372,00 għall-kategorija tariffarja 1

CHF 322,80 għall-kategorija tariffarja 2

CHF 273,60 għall-kategorija tariffarja 3.

Artikolu 2

Il-kategorija tariffarja 1 għandha tapplika għall-vetturi li ġew ammessi għaċ-ċirkolazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandard tal-klassi EURO VI.

Il-kategorija tariffarja 3 għandha tapplika għall-vetturi tal-klassi tal-emissjonijiet EURO VI.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni Nru 1/2011 titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021.

Magħmul f’Bern, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-President

Peter FÜGLISTALER

Għall-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Elisabeth WERNER


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat dwar it-trasport fuq l-art tal-Komunità/l-Isvizzera tal-10 ta’ Ġunju 2011 dwar l-għoti ta’ ribass fuq it-tariffa tat-traffiku ta’ vetturi kummerċjali tqal, ibbażata fuq il-prestazzjonijiet tat-tipi ta’ emissjonijiet EURO II u III, b’sistema ta’ tnaqqis ta’ materja partikulata approvata (ĠU L 193, 23.7.2011, p. 52).