|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit - Notifika mill-Unjoni |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444/1 |
Avviż lill-qarrej
Minħabba t-tlestija tard ħafna tan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, fl-24 ta' Diċembru 2020, u, bħala konsegwenza, id-disponibbiltà tard ħafna tal-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Ftehimiet, fis-27 ta' Diċembru 2020, ma kienx materjalment possibbli li wieħed jipproċedi għar-reviżjoni finali mill-ġuristi-lingwisti fl-24 verżjoni lingwistika kollha tat-testi tal-Ftehimiet qabel l-iffirmar tagħhom mill-Partijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, fejn il-perijodu ta' tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-1 ta' Frar 2020 jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020, madankollu tqies li huwa fl-interess kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tar-Renju Unit li jiġu ffirmati u ppubblikati t-testi tal-Ftehimiet kif irriżultaw min-negozjati, mingħajr ir-reviżjoni mill-ġuristi-lingwisti minn qabel. B'riżultat ta' dan, it-testi ppubblikati hawnhekk jista' jkun fihom żbalji tekniċi u impreċiżjonijiet li ser jiġu kkoreġuti fix-xhur li ġejjin.
Kif previst fl-Artikolu FINPROV.9 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar Proċeduri ta' Sigurtà għall-Iskambju u għall-Protezzjoni ta' Informazzjoni Klassifikata u l-Artikolu 25 tal-Ftehim dwar l-Użu Sikur u Paċifiku tal-Enerġija Nukleari, il-verżjonijiet ta' dawk il-Ftehimiet bil-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, in-Netherlandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż ser ikunu soġġetti għal reviżjoni finali mill-ġuristi-lingwisti u t-testi awtentiċi u definittivi li jirriżultaw minn dik ir-reviżjoni mill-ġuristi-lingwisti jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehimiet.
Dawn it-testi awtentiċi u definittivi tal-Ftehimiet ser jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien debitu sat-30 ta' April 2021.
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444/2 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2252
tat-29 ta’ Diċembru 2020
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ir-"Renju Unit") innotifika lill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(2) |
Fit-30 ta' Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/135 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-''Ftehim dwar il-Ħruġ''). Il-Ftehim dwar il-Ħruġ daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2020. |
|
(3) |
Fil-25 ta' Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/266 (2) li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Renju Unit għal ftehim ta' sħubija ġdid. Dawk in-negozjati tmexxew fid-dawl tad-direttivi ta' negozjar tal-25 ta' Frar 2020. |
|
(4) |
In-negozjati rriżultaw fi Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (il-"Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni"), Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (il-"Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni") u Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użu Sigur u Paċifiku tal-Enerġija Nukleari (il-"Ftehim dwar l-Enerġija Nukleari"). |
|
(5) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi l-bażi għal relazzjoni wiesgħa bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li tinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi, azzjonijiet komuni u proċeduri speċjali. Il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni huwa ftehim supplimentari għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, marbut intrinsikament ma' dan tal-aħħar b'mod partikolari fir-rigward tad-dati tal-bidu tal-applikazzjoni u t-terminazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u tal-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni (il-"Ftehimiet") tkun imsejsa fuq il-bażi ġuridika li tipprevedi l-istabbiliment ta' assoċjazzjoni li tippermetti lill-Unjoni tidħol f'impenji fl-oqsma kollha koperti mit-Trattati. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-karattru eċċezzjonali u uniku tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, li huwa ftehim komprensiv ma' pajjiż li ħareġ mill-Unjoni, il-Kunsill, b'dan, qed jiddeċiedi li juża l-possibbiltà li l-Unjoni teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward tar-Renju Unit. |
|
(7) |
Huwa xieraq li jiġu definiti l-arranġamenti għar-rappreżentanza tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija u fil-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Il-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 17(1) TUE, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni u tesprimi l-pożizzjonijiet tal-Unjoni kif stabbiliti mill-Kunsill f'konformità mat-Trattati. Il-Kunsill għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta' tfassil ta' politiki u ta' koordinazzjoni kif previst fl-Artikolu 16(1) TUE billi jistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija u fil-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Barra minn hekk, fejn il-Kunsill ta' Sħubija jew il-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jintalbu jadottaw atti b'effetti legali, il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f'isem l-Unjoni f'dawk il-korpi għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(TFUE). |
|
(8) |
Jenħtieġ li kull Stat Membru jkun jista' jibgħat rappreżentant wieħed biex jakkumpanja lir-rappreżentant tal-Kummissjoni, bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni, fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija u ta' korpi konġunti oħra stabbiliti skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(9) |
Bil-għan li l-Unjoni tkun tista' tieħu azzjoni rapida u effettiva biex tipproteġi l-interessi tagħha f'konformità mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u sakemm ma jiġi adottat u jidħol fis-seħħ fl-Unjoni att leġiżlattiv speċifiku li jirregola l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tieħu miżuri ta' rimedju, bħas-sospensjoni tal-obbligi taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew kwalunkwe ftehim supplimentari, f'każijiet ta' ksur ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew fejn ċerti kondizzjonijiet ma jiġux issodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-kummerċ f'merkanzija, tal-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, tat-trasport bit-triq, tat-trasport bl-ajru, tas-sajd u tal-programmi tal-Unjoni, kif speċifikat fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll li tieħu miżuri ta' rimedju, miżuri ta' riekwilibriju u kontromiżuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma b'mod sħiħ lill-Kunsill fi żmien xieraq dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta dawn il-miżuri bil-ħsieb li tippermetti skambju ta' fehmiet sinifikanti fil-Kunsill. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-fehmiet espressi. Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta tali miżuri. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, jenħtieġ li tinforma lill-Kunsill fi żmien xieraq bir-raġunijiet tagħha. |
|
(10) |
Sabiex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi fi żmien xieraq fejn ma jkunux baqgħu ssodisfati l-kondizzjonijiet rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tieħu ċerti deċiżjonijiet li jissospendu l-benefiċċji mogħtija lir-Renju Unit skont l-Anness dwar Prodotti Organiċi u l-Anness dwar Prodotti Mediċinali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma b'mod sħiħ lill-Kunsill fi żmien xieraq dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta dawn il-miżuri bil-ħsieb li tippermetti skambju ta' fehmiet sinifikanti fil-Kunsill. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-fehmiet espressi. Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta tali miżuri. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, jenħtieġ li tinforma lill-Kunsill fi żmien xieraq bir-raġunijiet tagħha. |
|
(11) |
Kull meta l-Unjoni tkun meħtieġa taġixxi sabiex tkun konformi mal-Ftehimiet, tali azzjoni għandha tittieħed f'konformità mat-Trattati, filwaqt li jiġu rrispettati l-limiti tas-setgħat mogħtija lil kull istituzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, hija l-Kummissjoni li għandha tipprovdi lir-Renju Unit l-informazzjoni jew in-notifiki meħtieġa mill-Ftehimiet, ħlief fejn il-Ftehimiet jirreferu għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji speċifiċi oħra tal-Unjoni, u li għandha tikkonsulta mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet speċifiċi. Hija wkoll il-Kummissjoni li għandha tirrappreżenta lill-Unjoni quddiem it-tribunal tal-arbitraġġ fejn xi tilwim ikun ġie ppreżentat għall-arbitraġġ f'konformità mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. F'konformità mad-dmir ta' kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) TUE, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kunsill bil-quddiem, pereżempju billi tippreżentalu l-punti prinċipali tal-osservazzjonijiet li l-Unjoni jkun biħsiebha tippreżenta lit-tribunal tal-arbitraġġ, u tieħu kemm jista' jkun kont tal-kummenti li jkunu saru mill-Kunsill. |
|
(12) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni ma jeskludix il-possibbiltà li l-Istati Membri jidħlu f'arranġamenti jew ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet speċifiċi koperti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fl-oqsma tat-trasport bl-ajru, il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dwana u tal-VAT u tas-sigurtà soċjali taħt ċerti kondizzjonijiet. |
|
(13) |
Huwa għalhekk neċessarju li jiġi stabbilit qafas li għandu jiġi segwit mill-Istati Membri fejn li jiddeċiedu li jidħlu f'arranġamenti jew ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit fl-oqsma tat-trasport bl-ajru, tal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dwana u tal-VAT u tas-sigurtà soċjali, inkluż il-kondizzjonijiet u l-proċedura biex l-Istati Membri jinnegozjaw u jikkonkludu tali arranġamenti jew ftehimiet bilaterali, b'tali mod li jiġi żgurat li dawn ikunu kompatibbli mal-għan tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u mal-liġi tal-Unjoni u jittieħed kont tas-suq intern u tal-interessi usa' tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri li biħsiebhom jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit f'oqsma mhux koperti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jinfurmaw, b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom u dwar il-progress tan-negozjati. |
|
(14) |
Jiġi mfakkar li, skont l-Artikolu FINPROV.1(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ambitu territorjali tal-ftehimiet futuri inkluża fil-minuti tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Novembru 2018, il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni la japplika għal Ġibiltà u lanqas m'għandu effetti f'dak it-territorju. Kif previst f'dik id-dikjarazzjoni, "dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jkun hemm ftehimiet separati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fir-rigward ta' Ġibiltà" u, "mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Unjoni u b'rispett sħiħ għall-integrità territorjali tal-Istati Membri tagħha kif garantita mill-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawk il-ftehimiet separati ser jirrikjedu qbil minn qabel mir-Renju ta' Spanja". |
|
(15) |
L-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri b'rabta ma' kwalunkwe negozjar li għaddej bħalissa jew futur dwar ftehimiet internazzjonali, jew dwar l-iffirmar jew il-konklużjoni tagħhom ma kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew b'rabta ma' kwalunkwe negozjar futur dwar kwalunkwe ftehim supplimentari, jew dwar l-iffirmar jew il-konklużjoni tiegħu, imsemmi fl-Artikolu COMPROV.2 [Ftehimiet supplimentari] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(16) |
Bħala pajjiż li ħareġ mill-Unjoni, ir-Renju Unit jinsab f'sitwazzjoni differenti u eċċezzjonali fil-konfront tal-Unjoni meta mqabbel ma' pajjiżi terzi oħra li magħhom l-Unjoni nnegozjat jew ikkonkludiet ftehimiet. Taħt il-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-liġi tal-Unjoni tapplika għar-Renju Unit u fih waqt il-perijodu ta' tranżizzjoni, u, fi tmiem dak il-perijodu, il-bażi għall-kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-Unjoni hija għalhekk ta' livell għoli ħafna, b'mod partikolari fl-oqsma tas-suq intern, tal-politika komuni tas-sajd, u tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Il-perijodu ta' tranżizzjoni ser jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020, u wara dan id-dispożizzjonijiet dwar kwistjonijiet oħra ta' separazzjoni previsti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ ser jindirizzaw l-għeluq bla xkiel ta' tali kooperazzjoni f'għadd ta' oqsma. Jekk il-Ftehimiet ma jidħlux fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2021, il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit ser taqa' għal livell li la huwa mixtieq u lanqas huwa fl-interess tal-Unjoni, u b'hekk ikun hemm tfixkil fir-relazzjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Tali tfixkil jista' jiġi limitat permezz tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehimiet. |
|
(17) |
Għalhekk, minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali tar-Renju Unit fir-rigward tal-Unjoni, l-urġenza tas-sitwazzjoni peress li l-perijodu ta' tranżizzjoni jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020, kif ukoll il-ħtieġa li jingħata żmien suffiċjenti lill-Parlament Ewropew, u lill-Kunsill biex iwettqu b'mod xieraq skrutinju tad-deċiżjoni prevista dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet u t-testi tal-Ftehimiet, jenħtieġ li l-Ftehimiet jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tagħhom. |
|
(18) |
Minħabba li n-negozjati tal-Ftehimiet tlestew tard ħafna, sebat ijiem biss qabel it-tmiem tal-perijodu ta' tranżizzjoni, ma kienx possibbli li ssir r-reviżjoni legali-lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet qabel l-iffirmar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Partijiet jipproċedu għar-reviżjoni legali-lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet fl-24 lingwa awtentika kollha, fejn jibdew immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehimiet. Dik ir-reviżjoni legali-lingwistika jenħtieġ li titlesta fi żmien debitu. Wara, permezz tal-iskambju ta' noti diplomatiċi, jenħtieġ li l-Partijiet jistabbilixxu dawk it-testi riveduti tal-Ftehimiet fit-tali lingwi kollha bħala awtentiċi u definittivi. Jenħtieġ li dawk it-testi riveduti jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehimiet. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-Ftehimiet jiġu ffirmati, u d-Dikjarazzjonijiet u n-Notifika mehmużin jiġu approvati f'isem l-Unjoni. |
|
(20) |
L-iffirmar tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-"Ftehim Euratom"), huwa soġġett għal proċedura separata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet għajr dawk li jaqgħu taħt il-Ftehim Euratom, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.
2. L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.
3. It-testi tal-Ftehimiet huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija, fil-Kumitat ta' Sħubija tal-Kummerċ, fil-Kumitati Speċjalizzati fil-Kummerċ u l-Kumitati Speċjalizzati stabbiliti skont l-Artikoli INST.1 [Kunsill ta' Sħubija] u INST.2 [Kumitati] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll fi kwalunkwe Kumitat addizzjonali Speċjalizzat fil-Kummerċ jew Kumitat Speċjalizzat li jkun stabbilit f'konformità mal-punt (g) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu INST.1 [Kunsill ta' Sħubija] jew il-punt (g) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu INST.2 [Kumitati] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
Kull Stat Membru għandu jkun jista' jibgħat rappreżentant wieħed biex jakkumpanja lir-rappreżentant tal-Kummissjoni, bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni, fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija u ta' korpi konġunti oħra stabbiliti skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
2. Sabiex il-Kunsill ikun f'pożizzjoni li jeżerċita b'mod sħiħ il-funzjonijiet tiegħu ta' tfassil ta' politiki, ta' koordinazzjoni u ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'konformità mat-Trattati, b'mod partikolari bl-istabbiliment tal-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Sħubija, fil-Kumitat ta' Sħubija tal-Kummerċ, fil-Kumitati Speċjalizzati fil-Kummerċ u l-Kumitati Speċjalizzati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Kunsill jirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati ma' kull laqgħa ta' dawk il-korpi konġunti jew ma' kull att li għandu jiġi adottat permezz tal-proċedura bil-miktub fi żmien suffiċjenti qabel dik il-laqgħa jew dak l-użu tal-proċedura bil-miktub, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien ġranet tax-xogħol qabel dik il-laqgħa jew dak l-użu tal-proċedura bil-miktub.
Il-Kunsill għandu wkoll jiġi informat fil-ħin dwar id-diskussjonijiet u l-eżitu tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Sħubija, il-Kumitat ta' Sħubija tal-Kummerċ, il-Kumitati Speċjalizzati fil-Kummerċ u l-Kumitati Speċjalizzati u tal-użu tal-proċedura bil-miktub, u għandu jirċievi l-abbozz ta' minuti u d-dokumenti kollha relatati ma' tali laqgħat jew użu tal-proċedura.
3. Il-Parlament Ewropew għandu jitqiegħed f'pożizzjoni li jeżerċita b'mod sħiħ il-prerogattivi istituzzjonali tiegħu matul il-proċess kollu f'konformità mat-Trattati.
4. Għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
Artikolu 3
1. Sakemm jidħol fis-seħħ fl-Unjoni att leġiżlattiv speċifiku li jirregola l-adozzjoni tal-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (i) hawn taħt, kwalunkwe deċiżjoni mill-Unjoni biex tieħu t-tali miżuri għandha tittieħed mill-Kummissjoni, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, fir-rigward:
|
(a) |
tas-sospensjoni tat-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodott(i) kkonċernat(i) kif stabbilit fl-Artikolu GOODS.19 [Miżuri fil-każ ta' ksur jew ċirkomvenzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(b) |
tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju u s-sospensjoni tal-obbligi kif stabbilit fl-Artikolu LPFOFCSD.3.12 [Miżuri ta' rimedju] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(c) |
tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' riekwilibriju u l-kontromiżuri kif stabbilit fl-Artikolu LPFOFCSD.9.4 [Riekwilibriju] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(d) |
tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju kif stabbilit fl-Artikolu ROAD.11 [Miżuri ta' rimedju] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(e) |
tal-miżuri ta' kumpens kif stabbilit fl-Artikolu FISH.9 [Miżuri ta' kumpens fil-każ ta' rtirar jew tnaqqis tal-aċċess] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(f) |
tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju kif stabbilit fl-Artikolu FISH.14 [Miżuri ta' rimedju u soluzzjoni ta' tilwim] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(g) |
tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programmi tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu UNPRO.3.1 [Sospensjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm tal-Unjoni mill-Unjoni Ewropea] u l-Artikolu UNPRO.3.20 [Terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programm tal-Unjoni mill-Unjoni Ewropea] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(h) |
offerta jew aċċettazzjoni tal-kumpens temporanju jew is-sospensjoni tal-obbligi fil-kuntest ta' konformità b'segwitu għal proċedura ta' arbitraġġ jew ta' grupp ta' esperti taħt l-Artikolu INST.24 [Rimedji Temporanji] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, ħlief kif previst fir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
|
(i) |
tal-miżuri ta' salvagwardja u tal-miżuri ta' riekwilibriju kif stabbilit fl-Artikolu INST.36 [Miżuri ta' salvagwardja] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod sħiħ lill-Kunsill fi żmien xieraq dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li tippermetti skambju ta' fehmiet sinifikanti fil-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-fehmiet espressi. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew, kif xieraq.
3. Fejn ikun hemm it-tħassib partikolari ta' Stat Membru wieħed jew aktar, dak jew dawk l-Istat(i) Membru/i, jista'/jistgħu jitlob/jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien xieraq bir-raġunijiet tagħha.
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid id-drittijiet u l-obbligi taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni kif eżistew qabel l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
5. Qabel ma jiġi adottat att leġiżlattiv speċifiku li jirregola l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jwettaq rieżami tal-arranġamenti li jinsabu f'dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Fejn Stat Membru wieħed jew aktar iqajjem diffikultà sostanzjali li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-sajd, il-Kummissjoni għandha teżamina dik it-talba bħala prijorità u jekk xieraq għandha tpoġġi dik il-kwistjoni quddiem il-Kunsill ta' Sħubija, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. F'każ li ma tkun instabet ebda soluzzjoni sodisfaċenti, dik il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata mill-iktar fis possibbli, fil-kuntest tar-rieżamijiet previsti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Fejn dik id-diffikultà tippersisti, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li jiġi negozjat u konkluż ftehim li jagħmel l-emendi meħtieġa għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tieħu, f'isem l-Unjoni, kwalunkwe deċiżjoni biex:
|
(a) |
tikkonferma jew tissospendi r-rikonoxximent tal-ekwivalenza wara l-valutazzjoni mill-ġdid tal-ekwivalenza li għandha titwettaq sal-31 ta' Diċembru 2023 f'konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 3 [Rikonoxximent tal-ekwivalenza] tal-Anness TBT-4 [Prodotti Organiċi] għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(b) |
tissospendi r-rikonoxximent tal-ekwivalenza f'konformità mal-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 3 [Rikonoxximent tal-ekwivalenza] tal-Anness TBT-4 [Prodotti Organiċi] għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(c) |
taċċetta d-dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura maħruġa minn awtorità tar-Renju Unit għall-faċilitajiet tal-manifattura li jinsabu barra t-territorju tal-awtorità emittenti u biex tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet li skonthom l-Unjoni taċċetta dawk id-dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura f'konformità mal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 5 [Rikonoxximent tal-ispezzjonijiet] tal-Anness TBT-2 [Prodotti Mediċinali] għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(d) |
tadotta kwalunkwe arranġament ta' implimentazzjoni meħtieġ għall-iskambju ta' dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura ma' awtorità tar-Renju Unit skont l-Artikolu 6 [Skambju tad-dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura] tal-Anness TBT-2 [Prodotti Mediċinali] għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u għall-iskambju ta' informazzjoni ma' awtorità tar-Renju Unit rigward l-ispezzjonijiet ta' faċilitajiet tal-manifattura skont l-Artikolu 7 [Salvagwardji] ta' dak l-Anness; |
|
(e) |
tissospendi r-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet jew l-aċċettazzjoni ta' dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura maħruġa mir-Renju Unit u tinnotifika lir-Renju Unit bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 9 [Sospensjoni] tal-Anness TBT-2 [Prodotti Mediċinali] għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u tidħol f'konsultazzjonijiet mar-Renju Unit f'konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 [Bidliet għal-leġiżlazzjoni applikabbli] ta' dak l-Anness TBT-2; |
|
(f) |
tissospendi totalment jew parzjalment, għall-prodotti kollha, jew xi wħud minnhom, elenkati fl-Appendiċi C għall-Anness TBT-2 [Prodotti Mediċinali] għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, ir-rikonoxximent tal-ispezzjonijiet jew l-aċċettazzjoni tad-dokumenti uffiċjali tal-Prassi Tajba ta' Manifattura tal-Parti l-oħra f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 9 [Sospensjoni] ta' dak l-Anness. |
2. Għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 3.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jinnegozjaw, jiffirmaw u jikkonkludu l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu AIRTRN.3 [Drittijiet tat-traffiku] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
dawk l-arranġamenti għandhom isiru biss għall-fini stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Artikolu AIRTRN.3 [Drittijiet tat-traffiku] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u f'konformità mat-termini tiegħu, u m'għandhom jirregolaw l-ebda kwistjoni oħra irrispettivament minn jekk tali kwistjonijiet jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu I tal-Intestatura Tnejn tal-Parti Tnejn [Trasport bl-ajru] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(b) |
dawk l-arranġamenti m'għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni. |
Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 9 tal-Artikolu AIRTRN.3 [Drittijiet tat-traffiku] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni soġġett għat-termini tiegħu u f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali. Meta jagħtu dawk l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri m'għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni.
3. L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jinnegozjaw, jiffirmaw u jikkonkludu l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 9 tal-Artikolu AIRTRN.3 [Drittijiet tat-traffiku] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
dawk l-arranġamenti għandhom isiru biss għall-fini stabbilit fil-paragrafu 9 tal-Artikolu AIRTRN.3 [Drittijiet tat-traffiku] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u f'konformità mat-termini tiegħu, u m'għandhom jirregolaw l-ebda kwistjoni oħra irrispettivament minn jekk dawn il-kwistjonijiet jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu I tal-Intestatura Tnejn tal-Parti Tnejn [Trasport bl-Ajru] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
(b) |
dawk l-arranġamenti m'għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni. |
Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jinnegozjaw, jiffirmaw u jikkonkludu ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 41 tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi u dazji jew fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fir-rigward ta' suġġetti mhux koperti mill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-ftehim previst għandu jkun kompatibbli ma', u m'għandux jimmina, il-funzjonament tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew tas-suq intern; |
|
(b) |
il-ftehim previst għandu jkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u m'għandux iqiegħed f'riskju l-kisba ta' objettiv tal-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat jew b'xi mod ieħor ikun ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni; |
|
(c) |
il-ftehim previst għandu jikkonforma mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità proklamat fit-TFUE. |
Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
1. Kull Stat Membru li jkollu l-intenzjoni li jinnegozja arranġament bilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (3) jew ftehim bilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar in-negozjati mar-Renju Unit dwar tali arranġamenti jew ftehimiet u, fejn xieraq, jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.
2. Malli jitlestew in-negozjati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-abbozz tal-arranġament jew ftehim li jirriżulta lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan mingħajr dewmien.
3. Fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-abbozz ta' arranġament jew ftehim, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta', rispettivament, l-Artikolu 6(1) jew (3) jew l-Artikolu 7 jkunux sodisfatti. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiffirma u jikkonkludi l-arranġament jew ftehim inkwistjoni.
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kopja tal-arranġament jew tal-ftehim lill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu jew, fejn l-arranġament jew il-ftehim għandu jiġi applikat b'mod proviżorju, fi żmien xahar mill-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu.
Artikolu 9
L-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit f'oqsma mhux koperti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandhom jinfurmaw, b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, lill-Kummissjoni fi żmien debitu dwar l-intenzjonijiet tagħhom u dwar il-progress tan-negozjati.
Artikolu 10
L-eżerċizzju ta' kompetenza tal-Unjoni permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fi kwalunkwe negozjar li jkun għaddej jew futur għal ftehimiet internazzjonali, jew fl-iffirmar jew konklużjoni tagħhom, ma' kwalunkwe pajjiż terz ieħor jew b'rabta ma' kwalunkwe negozjar futur dwar kwalunkwe ftehim supplimentari, jew dwar l-iffirmar jew il-konklużjoni tiegħu, imsemmi fl-Artikolu COMPROV.2 [Ftehimiet supplimentari] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
Artikolu 11
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehimiet f'isem l-Unjoni.
Artikolu 12
1. Soġġett għar-reċiproċità, il-Ftehimiet għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2021, sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tagħhom.
2. L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit dwar it-tlestija tar-rekwiżiti u l-proċeduri interni tal-Unjoni meħtieġa għal dik l-applikazzjoni proviżorja dment li, qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, ir-Renju Unit ikun innotifika lill-Unjoni li jkunu tlestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni tiegħu meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja.
3. Il-verżjonijiet tal-Ftehim bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni finali legali-lingwistika.
Il-verżjonijiet lingwistiċi li jirriżultaw mir-reviżjoni legali-lingwistika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti bħala awtentiċi u definittivi permezz tal-iskambju ta' noti diplomatiċi mar-Renju Unit.
It-testi awtentiċi u definittivi msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehim.
4. Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-paragrafu 2 u jippreżenta n-nota diplomatika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.
Artikolu 13
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika/i prevista/i fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u fl-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni.
Artikolu 14
Id-Dikjarazzjonijiet u n-Notifika mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.
Artikolu 15
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-29 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/266 tal-25 ta' Frar 2020 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għal ftehim ta' sħubija ġdid (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 53).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50).
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444/11 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2020/2253
tat-29 ta’ Diċembru 2020
li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użu Sikur u Paċifiku tal-Enerġija Nukleari u l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Frar 2020, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Renju Unit għal ftehim ta' sħubija ġdid. Dawk in-negozjati rriżultaw fi Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (il-''Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni''), Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (il-''Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni'') u Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika dwar l-Użu Sikur u Paċifiku tal-Enerġija Nukleari (il-''Ftehim dwar l-Enerġija Nukleari'') ('il-Ftehimiet'). |
|
(2) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jkopri kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-''Komunità''), jiġifieri l-assoċjazzjoni mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom u mal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni rregolata mill-Ħames Parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (Parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni, ġestjoni finanzjarja tajba u dispożizzjonijiet finanzjarji). Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jiġi konkluż f'isem il-Komunità fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-''Trattat Euratom''). L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni f'isem l-Unjoni huwa soġġett għal proċedura separata. |
|
(3) |
Qiegħed jiġi mfakkar li l-abbozzi ta' ftehimiet bilaterali bejn Stat Membru tal-Komunità u r-Renju Unit fl-ambitu tat-Trattat Euratom, inklużi ftehimiet għall-iskambju ta' informazzjoni xjentifika jew industrijali fil-qasam nukleari, jistgħu jiġu konklużi sakemm il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikoli 29 u 103 ta' dak it-Trattat jiġu mħarsa. |
|
(4) |
Minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali tar-Renju Unit fil-konfront tal-Unjoni u tal-Komunità, u l-urġenza tas-sitwazzjoni bil-perijodu ta' tranżizzjoni jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020, il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom, jenħtieġ li jiġi ffirmat u applikat fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-Ftehim dwar l-Enerġija Nukleari jiġi ffirmat u jiġi applikat fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu u titlesta r-reviżjoni legali-lingwistika finali u jiġi stabbilit li tali verżjonijiet lingwistiċi finalment riveduti huma awtentiċi u definittivi mill-Partijiet. |
|
(5) |
Minħabba li n-negozjati tal-Ftehimiet tlestew tard ħafna, sebat ijiem biss qabel it-tmiem tal-perijodu ta' tranżizzjoni, ma kienx possibbli li ssir r-reviżjoni legali-lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet qabel l-iffirmar tagħhom. Għalhekk, immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehimiet, jenħtieġ li l-Partijiet jipproċedu għar-reviżjoni legali-lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet fl-24 lingwa awtentika kollha. Dik ir-reviżjoni legali-lingwistika jenħtieġ li titlesta fi żmien debitu. Wara, permezz tal-iskambju ta' noti diplomatiċi, jenħtieġ li l-Partijiet jistabbilixxu dawk it-testi riveduti tal-Ftehimiet fit-tali lingwi kollha bħala awtentiċi u definittivi. Jenħtieġ li dawk it-testi riveduti jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehimiet. |
|
6) |
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim dwar l-Enerġija Nukleari jenħtieġ li tiġi approvata. |
|
(7) |
Il-konklużjoni mill-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jenħtieġ li tiġi approvata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użu Sikur u Paċifiku tal-Enerġija Nukleari hija b'dan approvata, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
2. Il-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, inkluż id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-applikazzjoni proviżorja, hija b'dan approvata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
3. It-test tal-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
It-test tal-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 huwa mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 (1).
Artikolu 2
1. Qabel il-konklużjoni tiegħu u soġġett għar-reċiproċità, il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1(1), għandu jġi ffirmat u għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2021, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu u tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2.
2. Il-verżjonijiet tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1(1) bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni legali-lingwistika finali.
Il-verżjonijiet lingwistiċi li jirriżultaw mir-reviżjoni legali-lingwistika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti bħala awtentiċi u definittivi permezz tal-iskambju ta' noti diplomatiċi mar-Renju Unit.
It-testi awtentiċi u definittivi msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1(1).
3. L-applikazzjoni proviżorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi maqbula permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità u l-Gvern tar-Renju Unit. It-testi ta' dawk l-ittri huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
1. Qabel il-konklużjoni tiegħu u soġġett għar-reċiproċità, il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1(2), fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom, għandu jiġi ffirmat u għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2021, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
2. In-notifika lir-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/2252 rigward it-tlestija tar-rekwiżiti u l-proċeduri interni tal-Unjoni meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja għandha tingħata mill-President tal-Kunsill dment li, qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, ir-Renju Unit ikun innotifika lill-Unjoni li jkunu tlestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni tiegħu meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja.
3. Il-verżjonijiet tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1(2) bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni legali-lingwistika finali.
Il-verżjonijiet lingwistiċi li jirriżultaw mir-reviżjoni legali-lingwistika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti bħala awtentiċi u definittivi permezz tal-iskambju ta' noti diplomatiċi mar-Renju Unit.
It-testi awtentiċi u definittivi msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-29 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 29 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2).
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444/14 |
FTEHIM TA’ KUMMERĊ U KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444/1463 |
FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ DWAR PROĊEDURI TA’ SIGURTÀ GĦALL-ISKAMBJU U L-PROTEZZJONI TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444/1475 |
Dikjarazzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni, u dwar applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni u tal-Ftehim dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-KOOPERAZZJONI REGOLATORJA FIS-SERVIZZI FINANZJARJI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU UNIT
|
1. |
L-Unjoni u r-Renju Unit jaqblu li jistabbilixxu kooperazzjoni regolatorja strutturata dwar is-servizzi finanzjarji, bil-għan li tiġi stabbilita relazzjoni dejjiema u stabbli bejn il-ġuriżdizzjonijiet awtonomi. Abbażi ta’ impenn komuni biex jiġu ppreservati l-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, u l-protezzjoni tal-investituri u l-konsumaturi, dawn l-arranġamenti se jippermettu:
|
|
2. |
Iż-żewġ Partijiet, sa Marzu 2021, se jiftiehmu dwar Memorandum ta’ Ftehim li jistabbilixxi l-qafas għal din il-kooperazzjoni. Il-partijiet se jiddiskutu, fost l-oħrajn , kif jimxu 'l quddiem fuq iż-żewġ naħat b’determinazzjonijiet ta’ ekwivalenza bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, mingħajr preġudizzju għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet unilaterali u awtonomu ta’ kull naħa. |
DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA REĠIMI TAT-TAXXA DANNUŻI
L-Unjoni Ewropea (1)u r-Renju Unit (“il-Parteċipanti”) japprovaw id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta li ġejja dwar il-Ġlieda kontra r-Reġimi tat-Taxxa Dannużi.
Il-parteċipanti, li jirriflettu l-prinċipji globali tal-kompetizzjoni ġusta tat-taxxa, jaffermaw l-impenn tagħhom li jiġġieldu kontra reġimi tat-taxxa dannużi, b’mod partikolari dawk li jistgħu jiffaċilitaw l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt f’konformità mal-Azzjoni 5 tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS). F’dan il-kuntest, il-Parteċipanti jaffermaw l-impenn tagħhom li japplikaw il-prinċipji fil-ġlieda kontra reġimi tat-taxxa dannużi f’konformità ma’ din id-dikjarazzjoni politika konġunta.
Ir-reġimi tat-taxxa dannużi jkopru reġimi ta’ tassazzjoni tan-negozju, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-post tal-attività tan-negozju, inkluż ta’ gruppi ta’ kumpaniji, fi ħdan il-Parteċipanti. Is-sistemi tat-taxxa jinkludu kemm liġijiet jew regolamenti kif ukoll prattiki amministrattivi.
Jekk reġim tat-taxxa jissodisfa l-kriterju gateway tal-impożizzjoni ta’ livell effettiv b’mod sinifikanti anqas ta’ tassazzjoni minn dawk il-livelli li ġeneralment japplikaw fil-Parteċipanti, inkluż tassazzjoni żero, dan jenħtieġ li jitqies bħala potenzjalment dannuż. Livell ta’ tassazzjoni bħal dan jista’ jopera bis-saħħa ta’ rata tat-taxxa nominali, il-bażi tat-taxxa jew kwalunkwe fattur relevanti ieħor.
F’dan il-kuntest, u meta jitqies l-approċċ stabbilit fil-livell globali, meta jiġi vvalutat jekk reġim ta’ tassazzjoni tan-negozju huwiex ta’ ħsara, jenħtieġ li jitqies jekk japplikax wieħed jew aktar mill-fatturi ewlenin li ġejjin:
|
a) |
jekk il-vantaġġi humiex delimitati mill-ekonomija domestika sabiex ma jaffettwawx il-bażi tat-taxxa nazzjonali jew jingħataw biss lil dawk li mhumiex residenti; |
|
b) |
jekk ir-reġim li jagħti l-vantaġġi jonqosx milli jirrikjedi xi attività ekonomika sostanzjali u preżenza ekonomika sostanzjali fi ħdan il-Parteċipant li joffri dawn il-vantaġġi fiskali; |
|
c) |
jekk ir-regoli għad-determinazzjoni tal-profitt fir-rigward ta’ attivitajiet fi ħdan grupp multinazzjonali ta’ kumpaniji jitbiegħdux minn prinċipji aċċettati internazzjonalment, b’mod partikolari r-regoli miftiehma fi ħdan l-OECD; |
|
d) |
jekk ir-reġim tat-taxxa jkunx nieqes mit-trasparenza, inkluż fejn id-dispożizzjonijiet legali jiġu rilassati fil-livell amministrattiv b’mod mhux trasparenti jew fejn ma jkun hemm l-ebda skambju effettiv ta’ informazzjoni fir-rigward tar-reġim. |
Il-parteċipanti jenħtieġ li jinkoraġġixxu, fil-qafas tal-arranġamenti kostituzzjonali tagħhom, l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji fit-territorji li għalihom għandhom responsabbiltajiet speċjali jew prerogattivi ta’ tassazzjoni.
Il-Parteċipanti jenħtieġ li jkollhom djalogu annwali biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ dawn il-Prinċipji .
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-UNJONI EWROPEA U R-RENJU UNIT DWAR IL-POLITIKA MONETARJA U L-KONTROLL TAS-SUSSIDJI
Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim reċiproku tagħhom li l-attivitajiet imwettqa minn bank ċentrali fl-insegwiment ta’ politiki monetarji ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 3 [Kontroll tas-sussidjarjetà] tat-Titolu XI [Kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni miftuħa u ġusta u l-iżvilupp sostenibbli] tal-Ewwel Intestatura [Kummerċ] tat-Tieni Parti tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-POLITIKI TA’ KONTROLL TAS-SUSSIDJI
L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (“il-Parteċipanti”) japprovaw id-Dikjarazzjoni Politika li ġejja dwar il-Politiki tal-Kontroll tas-Sussidji.
Il-gwida f’din id-dikjarazzjoni konġunta tirrappreżenta l-fehim kondiviż tal-Parteċipanti tal-politiki ta’ sussidju xierqa fl-oqsma stabbiliti hawn taħt.
Filwaqt li mhijiex vinkolanti fuq il-Parteċipanti, huma jistgħu jqisu din il-gwida fis-sistemi rispettivi tagħhom ta’ kontroll tas-sussidji.
Il-Parteċipanti jistgħu jaqblu li jaġġornaw din il-gwida.
Sussidji għall-iżvilupp ta’ żoni żvantaġġati
|
1. |
Jistgħu jingħataw sussidji għall-iżvilupp ta’ żoni jew reġjuni żvantaġġati jew żvantaġġati. Meta jiġi stabbilit l-ammont ta’ sussidju, jistgħu jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Il-benefiċjarju għandu jipprovdi l-kontribuzzjoni sostanzjali tiegħu għall-ispejjeż tal-investiment. Is-sussidju ma għandux ikollu bħala l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu li jinċentiva lill-benefiċjarju biex jittrasferixxi l-istess attività jew waħda simili mit-territorju ta’ Parti waħda għat-territorju tal-Parti l-oħra. |
Trasport
|
1. |
Sussidji lill-ajruporti għal investimenti infrastrutturali u spejjeż operattivi jistgħu jingħataw filwaqt li jitqies id-daqs tal-ajruport f’termini ta’ volum annwali ta’ passiġġieri. Sabiex jirċievi sussidji biex jiffinanzja l-ispejjeż operattivi, ajruport, għajr ajruport reġjonali żgħir, għandu juri l-kapaċità tiegħu li jiżgura vijabbiltà futura f’perjodu ta’ żmien li jippermetti li s-sussidju jitneħħa progressivament. |
|
2. |
Is-sussidji għal proġetti ta’ infrastruttura tat-toroq jistgħu jingħataw jekk ma jkunux imfassla b’mod selettiv għall-benefiċċju ta’ attur jew settur ekonomiku individwali, iżda minflok jipprovdu benefiċċji lis-soċjetà inġenerali. Meta jingħata s-sussidju, għandu jiġi żgurat li l-aċċess miftuħ għall-infrastruttura jkun disponibbli għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja (2). |
|
3. |
Sussidji lill-portijiet jistgħu jingħataw għal tħammil jew għal proġetti ta’ infrastruttura jekk ikunu limitati għall-ammont minimu meħtieġ biex jinbeda l-proġett. |
Riċerka u żvilupp
Jistgħu jingħataw sussidji għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp (3). Dan jinkludi r-riċerka fundamentali, ir-riċerka industrijali u l-iżvilupp sperimentali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida u innovattiva ħafna li tixpruna t-tkabbir tal-produttività u l-kompetittività, jekk ikunu meħtieġa, proporzjonati, u ma jkollhomx bħala l-għan jew l-effett ewlieni tagħhom it-trasferiment jew l-għeluq ta’ tali attivitajiet fit-territorju tal-Parti l-oħra. Is-sussidji jistgħu jingħataw ukoll b’rabta ma’ inizjattivi oħra, bħal pereżempju għal proċessi ta’ produzzjoni ġodda, infrastruttura rilevanti, raggruppamenti tal-innovazzjoni u ċentri diġitali. L-ammont ta’ sussidju għandu jirrifletti, fost fatturi oħra, ir-riskju u l-ammont ta’ innovazzjoni teknoloġika involuta fil-proġett, kemm il-proġett huwa qrib is-suq u l-kontribut tal-proġett għall-ġenerazzjoni tal-għarfien.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-UNJONI U R-RENJU UNIT DWAR L-ANNESS ENER-4
Il-partijiet jifhmu li l-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-kummerċ imsemmija fl-Anness ENER-4 ifisser li, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness, l-arranġamenti kummerċjali:
|
— |
jenħtieġ li jkunu effiċjenti kemm jista’ jkun; kif ukoll |
|
— |
jenħtieġ li, f’ċirkostanzi normali, jirriżulta fi l-flussi bejn l-interkonnetturi tal-elettriku li jkunu konsistenti mal-prezzijiet fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem tal-Partijiet. |
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU EXC.1 [EĊĊEZZJONIJIET ĠENERALI] U L-ARTIKOLU EXC.4 [EĊĊEZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ]
Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim komuni tagħhom li:
|
1. |
Artikolu EXC.1 [Eċċezzjonijiet Ġenerali] u l-Artikolu EXC.4 [Eċċezzjonijiet ta’ Sigurtà] ma jeskludux lil xulxin. B’mod partikolari, mhuwiex eskluż li interess ta’ sigurtà ta’ Parti jikkwalifika simultanjament bħala ‘interess essenzjali ta’ sigurtà’ għall-finijiet tal-Artikolu EXC.4 [Eċċezzjonijiet ta’ Sigurtà] u bħala kwistjoni ta’ ‘sigurtà pubblika’ jew ‘ordni pubblika’ għall-finijiet tal-Artikolu EXC.1 [Eċċezzjonijiet Ġenerali]. |
|
2. |
Artikolu EXC.1 [Eċċezzjonijiet ġenerali] u Artikolu EXC.4 [Eċċezzjonijiet ta’ Sigurtà], inklużi b’ mod partikolari t-termini ‘interessi essenzjali ta’ sigurtà’, ‘sigurtà pubblika’, ‘morali pubblika’ u ‘ordni pubbliku’ għandhom jiġu interpretati f’konformità mar-regoli ta’ interpretazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, kif stabbilit fl-Artikolu COMPROV.13 [Interpretazzjoni] u l-Artikolu OTH. [4a] [każistika tad-WTO]. |
DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TRASPORTATURI BIT-TRIQ
Il-Partijiet jinnotaw li filwaqt li l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jittrattax l-arranġamenti tal-viża jew tal-fruntieri għat-trasportaturi bit-triq li joperaw fit-territorju tal-parti l-oħra, il-ġestjoni tajba u effiċjenti tal-arranġamenti tal-viża u tal-fruntieri għat-trasportaturi bit-triq hija importanti għall-moviment tal-merkanzija, b’mod partikolari bejn il-fruntiera bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni.
Għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kull Parti li tirregola d-dħul ta’ persuni fiżiċi, jew is-soġġorn temporanju tagħhom, fit-territorju tagħha, il-Partijiet jaqblu li jiffaċilitaw b’mod xieraq, fil-liġijiet rispettivi tagħhom, id-dħul u s-soġġorn temporanju tax-xufiera li jwettqu l-attivitajiet permessi skont it-Titolu I [Trasport tal-merkanzija bit-triq] tat-Tielet Intestatura [Trasport bit-triq] tat-Tieni Parti [Kummerċ, trasport u sajd] ta’ dan il-Ftehim.
DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR L-ASIL U R-RITORNI
Filwaqt li l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar l-asil, ir-ritorn, ir-riunifikazzjoni tal-familja għal minorenni mhux akkumpanjati, jew il-migrazzjoni illegali, il-Partijiet jinnotaw l-importanza ta’ ġestjoni tajba tal-flussi migratorji, u jirrikonoxxu ċ-ċirkostanzi speċjali li jirriżultaw mill-arranġamenti ta’ kontroll imħallta, is-servizzi roll-on roll-off ferry, iċ-Channel Fixed Link u ż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar.
Għal dan il-għan, il-Partijiet jieħdu nota tal-intenzjoni tar-Renju Unit li jidħol f’diskussjonijiet bilaterali mal-Istati Membri l-aktar ikkonċernati biex jiddiskuti arranġamenti prattiċi xierqa dwar l-asil, ir-riunifikazzjoni tal-familja għal minorenni mhux akkumpanjati jew il-migrazzjoni illegali, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet.
DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TITOLU III [PNR] TAT-TIELET PARTI [L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI]
Il-partijiet jirrikonoxxu li l-użu effettiv tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) li tikkonċerna modi ta’ trasport minbarra titjiriet, bħat-trasportaturi marittimi, ferrovjarji u bit-triq, jippreżenta valur operazzjonali għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u l-kriminalità serja, u jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, jestendu l-ftehim milħuq fit-Titolu III tal-Parti Tlieta tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jekk l-Unjoni tistabbilixxi qafas legali intern għat-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tal-PNR għal modi oħra ta’ trasport.
Il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri u r-Renju Unit jidħlu fi ftehimiet bilaterali u joperawhom għal sistema għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data tal-PNR minn fornituri tat-trasport għajr dawk speċifikati fil-Ftehim, dment li l-Istati Membri jaġixxu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TITOLU VII [KONSENJA] TAT-TIELET PARTI [INFURZAR TAL-LIĠI U KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI]
L-Artikolu LAW.SURR.77 [Prinċipju ta’ proporzjonalità] tat- Titolu VII [Konsenja][tat-Tielet Parti [Infurzar tal-liġi u kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali] jipprevedi li l-kooperazzjoni dwar il-konsenja għandha tkun neċessarja u proporzjonata, b’kont meħud tad-drittijiet tal-persuna rikjesta u l-interessi tal-vittmi, u b’kont meħud tal-gravità tal-att, il-piena probabbli li tiġi imposta u l-possibbiltà li Stat jieħu miżuri inqas koerċittivi mill-konsenja tal-persuna rikjesta, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu evitati perjodi twal ta’ qabel id-detenzjoni bla bżonn.
Il-prinċipju tal-proporzjonalità huwa rilevanti matul il-proċess kollu li jwassal għad-deċiżjoni ta’ ċediment stabbilita fit-Titolu VII [Konsenja]. Meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni jkollha tħassib dwar il-prinċipju tal-proporzjonalità, hija għandha titlob l-informazzjoni supplimentari meħtieġa biex l-awtorità ġudizzjarja emittenti tkun tista’ tistabbilixxi l-fehmiet tagħha dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Iż-żewġ Partijiet jinnotaw li l-Artikoli LAW.SURR 77 [Prinċipju ta’ proporzjonalità] u 93 [Deċiżjoni ta’ konsenja]jippermettu lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati jikkunsidraw il-proporzjonalità u t-tul possibbli tad-detenzjoni ta’ qabel il-proċess meta jimplimentaw it-Titolu VII [Konsenja], u jinnotaw li dan huwa konsistenti mal-liġijiet domestiċi rispettivi tagħhom.
DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA DWAR IT-TITOLU IX [SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI TA’ REKORDS KRIMINALI] TAT-TIELET PARTI [L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI]
Il-Partijiet jirrikonoxxu li huwa importanti għal min iħaddem li jkollu informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ kundanni kriminali u dwar kwalunkwe skwalifika rilevanti li tirriżulta minn tali kundanni, fir-rigward ta’ persuni li jirreklutaw għal attivitajiet volontarji professjonali jew organizzati li jinvolvu kuntatti diretti u regolari ma’ adulti vulnerabbli. Il-Partijiet jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, jestendu it-Titolu IX [ Skambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali] tal-Parti Tlieta [L-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali] jekk l-Unjoni temenda l-qafas legali tagħha f’dan ir-rigward.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA BEJN L-UE U R-RENJU UNIT DWAR L-ISKAMBJU U L-PROTEZZJONI TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jidħlu malajr kemm jista’ jkun f’arranġamenti li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. F’dan ir-rigward, il-Partijiet se jagħmlu ħilithom kollha biex itemmu n-negozjati dwar l-arranġament ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni, hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli, biex il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni jkun jista’ japplika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim. Sadanittant, il-Partijiet jistgħu jiskambjaw informazzjoni klassifikata, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI TAL-UNJONI U L-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAL-PROGRAMM
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-benefiċċju reċiproku fil-kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess komuni, bħax-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni, ir-riċerka nukleari u l-ispazju. Sabiex jinkoraġġixxu kooperazzjoni futura f’dawn l-oqsma, hija l-intenzjoni tal-Partijiet li jistabbilixxu bażi formali għall-kooperazzjoni futura fil-forma tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi korrispondenti tal-Unjoni b’kundizzjonijiet ġusti u xierqa u, fejn xieraq, fil-forma ta’ aċċess għal ċerti servizzi pprovduti taħt il-programmi tal-Unjoni.
Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-test tal-Protokoll I “Programmi u attivitajiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit” li jistabbilixxi assoċjazzjoni tar-Renju Unit għall-parteċipazzjoni f’ċerti programmi u attivitajiet tal-Unjoni, u l-Protokoll II “dwar l-aċċess tar-Renju Unit għal ċerti servizzi pprovduti taħt il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni” ma setax jiġi ffinalizzat matul in-negozjati tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, peress li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-istrumenti legali korrispondenti tal-Unjoni għadhom ma ġewx adottati fil-mument tal-iffirmar tal-Ftehim.
Il-Partijiet jaffermaw li l-abbozz tal-protokolli stabbiliti hawn taħt ġew maqbula fil-prinċipju u se jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għad-diskussjoni u l-adozzjoni. Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jirriżervaw id-dritt tagħhom li jikkunsidraw mill-ġdid il-parteċipazzjoni fil-programmi, l-attivitajiet u s-servizzi elenkati fil-Protokolli [I u II] qabel ma jiġu adottati peress li l-istrumenti legali li jirregolaw il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil. Jista’ jkun meħtieġ ukoll li l-abbozz tal-protokolli jiġi emendat biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom ma’ dawn l-istrumenti kif adottati.
Hija l-intenzjoni soda tal-Partijiet li l-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni jadotta l-Protokolli mal-ewwel opportunità biex jippermetti l-implimentazzjoni tagħhom malajr kemm jista’ jkun, b’mod partikolari bl-ambizzjoni li l-entitajiet tar-Renju Unit ikunu jistgħu jipparteċipaw mill-bidu tal-programmi u l-attivitajiet identifikati, filwaqt li jiżgura li l-arranġamenti u l-ftehimiet rilevanti jkunu fis-seħħ, sa fejn ikun possibbli u f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Il-Partijiet ifakkru wkoll fl-impenn tagħhom għall-programm PEACE+ li se jkun is-suġġett ta’ ftehim ta’ finanzjament separat.
ABBOZZ TA’ PROTOKOLL I
Programmi u attivitajiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit
Artikolu 1: Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit
|
1. |
Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa u jikkontribwixxi [mill-1 ta’ Jannar 2021] għall-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, stabbiliti mill-atti bażiċi li ġejjin:
|
Artikolu 2: Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit
|
1. |
Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa fil-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew f’partijiet minnhom, imsemmija fl-Artikolu 1 [Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ] mill- [1 ta’ Jannar 2021] għat-tul ta’ żmien tagħhom jew għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, skont liema jkun l-iqsar . |
|
2. |
L-entitajiet tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit għandhom ikunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu UNPRO.1.4 [Konformità mar-regoli tal-programm] , fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti tal-Unjoni, li jimplimentaw l-impenji baġitarji tal-programmi u l-attivitajiet jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Artikolu 1 [Kamp ta’ applikazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ] fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu . |
|
3. |
Dan il-Protokoll għandu jiġi estiż u japplika għall-perjodu 2026–2027 bl-istess termini u kundizzjonijiet għas-suċċessur tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, Euratom (“il-Programm Euratom”), sakemm fi żmien 3-il xahar mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ dak il-programm suċċessur, kull Parti tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li ma testendix dan il-Protokoll għal dak il-programm suċċessur. Fil-każ ta’ tali notifika, dan il-Protokoll ma għandux japplika mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tas-suċċessur tal-Programm Euratom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi programmi u attivitajiet oħra tal-Unjoni, jew partijiet minnhom. |
Artikolu 3: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi ta’ parteċipazzjoni fil-Programm Spazjali
|
1. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b’mod partikolari l-Artikolu UNPRO.1.4 [Konformità mar-regoli tal-programm], ir-Renju Unit għandu jipparteċipa fil-komponent Copernicus tal-programm Spazjali u jibbenefika mis-servizzi u l-prodotti ta’ Copernicus bl-istess mod bħal pajjiżi parteċipanti oħra (9). |
|
2. |
Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess sħiħ għas-Servizz ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus. Il-modalitajiet ta’ attivazzjoni u użu għandhom ikunu soġġetti għal ftehim speċifiku.
Regoli dettaljati għall-aċċess għal tali servizzi għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rispettivi inkluż fir-rigward tal-operazzjoni speċifika tal-Artikoli UNPRO.3.1 (4) , UNPRO.3.2 (4) u UNPRO.3.3 (5) . |
|
3. |
Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess bħala utent awtorizzat għall-komponenti tas-Servizz tas-Sigurtà ta’ Copernicus sa fejn ikun hemm qbil dwar il-kooperazzjoni bejn il-partijiet fl-oqsma ta’ politika rilevanti. Il-modalitajiet ta’ attivazzjoni u użu għandhom ikunu soġġetti għal ftehimiet speċifiċi.
Regoli dettaljati għall-aċċess għal tali servizzi għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rispettivi inkluż fir-rigward tal-operazzjoni speċifika tal-Artikoli UNPRO.3.1 (4) , UNPRO.3.2 (4) u UNPRO.3.3 (5) . |
|
4. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, in-negozjati bejn ir-Renju Unit jew l-entitajiet tar-Renju Unit u l-korp rilevanti tal-Unjoni għandhom jibdew malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ġiet stabbilita l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’Copernicus f’dan il-Protokoll u f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għal tali servizzi.
Jekk tali ftehim jiddewwem sostanzjalment jew jirriżulta impossibbli, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jeżamina kif jaġġusta l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’Copernicus u l-finanzjament tiegħu filwaqt li jqis din is-sitwazzjoni. |
|
5. |
Il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tar-Renju Unit fil-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandha tkun irregolata mir-regoli u l-proċeduri għall-parteċipazzjoni f’dan il-bord b’kont meħud tal-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz. |
Artikolu 4: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi ta’ parteċipazzjoni fil-Programm Orizzont Ewropa
|
1. |
Soġġett għall-Artikolu 6, Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fil-partijiet kollha tal-programm Orizzont Ewropa kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament XXX implimentat permezz tal-programm speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008. |
|
2. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b’mod partikolari l-Artikolu UNPRO.1.4 [Konformità mar-regoli tal-programm], entitajiet mir-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw f’azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) u f’azzjonijiet indiretti b’kundizzjonijiet ekwivalenti bħal dawn applikabbli għal entitajiet oħra tal-Unjoni. |
|
3. |
Meta l-Unjoni tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , l-entitajiet tar-Renju Unit u tar-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fl-istrutturi legali maħluqa skont dawk id-dispożizzjonijiet, f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni relatati mal-istabbiliment ta’ dawn l-istrutturi legali. |
|
4. |
Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (10), kif emendat, u d-Deċiżjoni XXX dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: It-tisħiħ tat-Talent u l-Kapaċità ta’ Innovazzjoni tal-Ewropa (11), kif emendat, għandu japplika għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu UNPRO.1.4 [Konformità mar-regoli tal-programm] . |
|
5. |
Fejn entitajiet tar-Renju Unit jipparteċipaw f’azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, ir-rappreżentanti tar-Renju Unit għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, mingħajr drittijiet tal-vot. Soġġetta għal dik il-kondizzjoni, tali parteċipazzjoni għandha tkun irregolata mill-istess regoli u proċeduri bħal dawk applikabbli għar-rappreżentanti tal-Istati Membri, inklużi d-drittijiet tat-taħdit u l-proċeduri għar-riċeviment ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni fir-rigward ta’ punt li jikkonċerna r-Renju Unit. |
|
6. |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni operazzjonali skont l-Artikolu UNPRO.2.1(5) l-approprjazzjonijiet ta’ impenn inizjali mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni adottati definittivament għas-sena applikabbli għall-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa, inkluża n-nefqa ta’ appoġġ tal-programm, għandhom jiżdiedu bl-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat estern skont [l-Artikolu XXX] tar-Regolament tal-Kunsill [XXX] li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea biex jappoġġa l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (12). |
|
7. |
Id-drittijiet tar-Renju Unit għar-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u s-sottogruppi tiegħu għandhom ikunu dawk applikabbli għall-pajjiżi assoċjati. |
|
8. |
Ir-Renju Unit jista’ jipparteċipa f’Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (“ERIC”) f’konformità mal-atti legali li jistabbilixxu dak l-ERIC u b’kont meħud tal-parteċipazzjoni tiegħu f’Orizzont 2020 f’konformità mat-termini li japplikaw għal dik il-parteċipazzjoni immedjatament qabel ma daħal fis-seħħ dan il-Protokoll u l-parteċipazzjoni tiegħu f’Orizzont Ewropa kif stabbilit f’dan il-Protokoll. |
Artikolu 5: Modalitajiet dwar l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatiku għall-Programm Orizzont Ewropa skont l-Artikolu UNPRO.2.2 [Programmi li għalihom japplika mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatiku]
|
1. |
L-Artikolu UNPRO.2.2 [Programmi li għalihom japplika mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatiku] għandu japplika għall-programm Orizzont Ewropa. |
|
2. |
Għandhom japplikaw il-modalitajiet li ġejjin:
|
|
3. |
Il-mekkaniżmu għandu jiġi applikat kif ġej:
Fejn isir kwalunkwe aġġustament għal sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet tar-Renju Unit huma esklużi, skont l-applikazzjoni tal-Artikolu UNPRO.2.1 (8), l-ammonti tal-għotja kompetittiva korrispondenti ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu. |
Artikolu 6: Esklużjoni mill-Fond Ewropew tal-Kunsill tal-Innovazzjoni
|
1. |
Ir-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit ma għandhomx jipparteċipaw fil-Fond tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) stabbilit taħt Orizzont Ewropa. Il-Fond EIC huwa l-istrument finanzjarju li huwa l-parti tal-Aċċelleratur tal-EIC ta’ Orizzont Ewropa li jipprovdi investiment permezz ta’ ekwità jew forma oħra ripagabbli (16). |
|
2. |
Mill-2021, u sal-2027, kull sena, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal Orizzont Ewropa għandha tiġi aġġustata b’ammont miksub billi jiġu mmultiplikati l-ammonti stmati li għandhom jiġu allokati lill-benefiċjarji tal-Fond EIC stabbilit skont il-programm, eskluż l-ammont li ġej minn pagamenti lura u rimborżi, bil-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni kif definit fl-Artikolu UNPRO.2.1 (6). |
|
3. |
Wara kwalunkwe sena N li fiha jkun sar aġġustament skont il-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għandha fi snin sussegwenti tiġi aġġustata ‘l fuq jew’ l isfel, billi tiġi mmultiplikata d-differenza bejn l-ammont stmat allokat lill-benefiċjarji tal-Fond EIC, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) , u l-ammont allokat lill-benefiċjarji tal-Fond EIC fis-sena N, bil-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni, kif definit fl-Artikolu UNPRO 2.1 (6). |
Artikolu 7: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi ta’ parteċipazzjoni fil-Programm Euratom
|
1. |
Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fil-partijiet kollha tal-Programm Euratom. |
|
2. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b’mod partikolari l-Artikolu UNPRO.1.4 [Konformità mar-regoli tal-programm], entitajiet mir-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fl-aspetti kollha tal-Programm Euratom b’kundizzjonijiet ekwivalenti bħal dawk applikabbli għal entitajiet oħra tal-Euratom. |
|
3. |
L-entitajiet tar-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw f’azzjonijiet diretti tal-JRC skont l-Artikolu 4(2) ta’ dan il-Protokoll. |
Artikolu 8: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, il-Ftehim ITER u l-Ftehim ta’ Approċċ Usa’
|
1. |
Ir-Renju Unit għandu jipparteċipa bħala membru tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E, u l-Istatuti tagħha mehmuża magħha (l-“Istatuti tal-F4E”), kif emendati l-aħħar jew li għandhom jiġu emendati fil-futur, li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika futura fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata permezz tal-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-Programm Euratom. |
|
2. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b’mod partikolari l-Artikolu UNPRO.1.4 [Konformità mar-regoli tal-programm], entitajiet mir-Renju Unit jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet kollha tal-F4E bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal entitajiet ġuridiċi tal-Euratom. |
|
3. |
Ir-rappreżentanti tar-Renju Unit għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-F4E skont l-Istatuti tal-F4E. |
|
4. |
F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E, ir-Renju Unit għandu japplika l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-Impriża Konġunta, id-Direttur tagħha u l-persunal b’rabta mal-attivitajiet tagħhom skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E. F’konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-F4E, ir-Renju Unit għandu wkoll jikkonferixxi l-vantaġġi kollha previsti fl-Anness III għat-Trattat Euratom lill-Impriża Konġunta F4E fl-ambitu tal-attivitajiet uffiċjali tiegħu. |
|
5. |
Il-Partijiet jaqblu li:
|
|
6. |
Ir-Renju Unit għandu jiġi infurmat mill-Euratom jekk il-Ftehim ITER, il-Ftehim ta’ Approċċ Usa’ jew il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ikunux se jiġu emendati. Kwalunkwe emenda li taffettwa d-drittijiet jew l-obbligi tar-Renju Unit għandha f’dan ir-rigward tiġi diskussa fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni bil-ħsieb li tiġi aġġustata l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit għas-sitwazzjoni l-ġdida. Kwalunkwe emenda li taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tar-Renju Unit teħtieġ il-qbil formali tar-Renju Unit qabel ma tidħol fis-seħħ fir-rigward tar-Renju Unit. |
|
7. |
Il-Euratom u r-Renju Unit jistgħu jaqblu fi ftehim speċifiku li l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’attivitajiet tar-Renju Unit relatati mal-attivitajiet imwettqa mill-F4E. |
Artikolu 9: Reċiproċità
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu “entità tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe tip ta’ entità, kemm jekk persuna fiżika, persuna ġuridika jew tip ieħor ta’ entità, li tirrisjedi jew li hija stabbilita fl-Unjoni.
L-entitajiet eliġibbli tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw fi programmi tar-Renju Unit ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1 [Ambitu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ] ta’ dan il-Protokoll f’konformità mal-liġi u r-regoli tar-Renju Unit.
Artikolu 10: Proprjetà intellettwali
Għall-programmi u l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 1 [Kamp ta’ applikazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit ] u soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u b’mod partikolari l-Artikolu UNPRO.1.4 [Konformità mar-regoli tal-programm ], l-entitajiet tar-Renju Unit li jipparteċipaw fi programmi koperti minn dan il-Protokoll għandhom, fir-rigward tas-sjieda, l-isfruttament u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni u tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, ikollhom drittijiet u obbligi ekwivalenti bħall-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fil-programmi u l-attivitajiet inkwistjoni. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għar-riżultati miksuba minn proġetti mibdija qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
ABBOZZ TA’ PROTOKOLL II
dwar l-aċċess tar-Renju Unit għal servizzi stabbiliti skont ċerti programmi u attivitajiet tal-Unjoni li fihom ir-Renju Unit ma jipparteċipax
Artikolu: 1 Ambitu tal-aċċess
Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess għas-servizzi li ġejjin skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, l-atti bażiċi u kwalunkwe regola oħra li tappartjeni għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet rilevanti tal-Unjoni:
|
a) |
Servizzi ta’ Sorveljanza u Traċċar mill-Ispazju (Space Surveillance and Tracking, SST) kif definit fl-Artikolu 54 tar-Regolament XXX (17) [ir-Regolament dwar l-Ispazju]. |
Sakemm jidħlu fis-seħħ l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-pajjiż terz għat-tliet servizzi tal-SST disponibbli pubblikament, is-servizzi tal-SST kif imsemmija fl-Artikolu 5.1 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE għandhom jiġu pprovduti lir-Renju Unit u lis-sidien ta’ inġenji spazjali pubbliċi u privati u lill-operaturi li joperaw fir-Renju Unit jew minnu f’konformità mal-Artikolu 5.2 ta’ din id-deċiżjoni (jew kwalunkwe leġiżlazzjoni li tissostitwixxiha b’modifika jew mingħajrha).
Artikolu 2: Tul ta’ żmien tal-aċċess
Ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 1 għat-tul kollu tagħhom jew għat-tul kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, skont liema jkun l-iqsar.
Artikolu 3: Termini u kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess għas-servizzi tal-SST
L-aċċess tar-Renju Unit għas-servizzi tal-SST disponibbli pubblikament imsemmija fil-punt (a), (b) u (c) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jingħata (18) f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament XXX, fuq talba u soġġett għall-kondizzjonijiet applikabbli għal pajjiżi terzi.
L-aċċess tar-Renju Unit għas-servizzi tal-SST imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 54(1) tal-att bażiku għandu, meta disponibbli (19), ikun soġġett għall-kundizzjonijiet applikabbli għal pajjiżi terzi.
DIKJARAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI TA’ DEĊIŻJONIJIET TA’ ADEGWATEZZA FIR-RIGWARD TAR-RENJU UNIT
Il-Partijiet jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tniedi minnufih il-proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ adegwatezza fir-rigward tar-Renju Unit skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi, u l-intenzjoni tagħha li taħdem mill-qrib għal dak il-għan mal-korpi u l-istituzzjonijiet l-oħra involuti fil-proċedura rilevanti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
(1) Għall-finijiet tal-impenji f’din id-Dikjarazzjoni, fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, ir-referenzi għall-Parteċipanti huma mifhuma bħala li huma għall-Unjoni Ewropea, għall-Istati Membri tagħha, jew għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont ma jkun il-każ.
(2) Għal dan il-għan, id-diskriminazzjoni tfisser li sitwazzjonijiet komparabbli jiġu ttrattati b’mod differenti u d-differenzazzjoni ma tkunx iġġustifikata oġġettivament.
(3) Riċerka u Żvilupp kif definiti fil-Manwal ta’ Frascati tal-OECD
(4) [daħħal ir-referenza tal-ĠU]
(5) [daħħal ir-referenza tal-ĠU]
(6) [daħħal ir-referenza tal-ĠU]
(7) [daħħal ir-referenza tal-ĠU]
(8) [daħħal ir-referenza tal-ĠU]
(9) Ir-referenzi għal “pajjiżi parteċipanti” għandhom jiġu ffinalizzati f’konformità mat-terminoloġija tal-atti bażiċi meta jiġu adottati
(11) [ĠU L …]
(12) [ĠU L …; COM(2020) 441]
(13) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU UE L 193, 30.7.2018, p. 1).
(14) “Azzjonijiet oħra” jistgħu jinkludu premjijiet, strumenti finanzjarji, forniment ta’ servizzi tekniċi/xjentifiċi mill-JRC, Sottoskrizzjonijiet (OECD, Eureka, IPEEC, IEA,...), ftehimiet ta’ delega, Esperti (evalwaturi, monitoraġġ ta’ proġetti).
(15) L-organizzazzjonijiet internazzjonali jitqiesu biss bħala spejjeż mhux ta’ intervent jekk ikunu benefiċjarji finali. Dan mhux se japplika meta organizzazzjoni internazzjonali tkun koordinatur ta’ proġett (tqassam fondi lil koordinaturi oħra)
(16) Din id-definizzjoni għandha tiġi sostitwita bid-definizzjoni minn att leġislattiv b’referenza f’nota f’qiegħ il-paġna għal dan l-att leġislattiv fil-verżjoni finali tal-protokoll (l-aħħar definizzjoni tal-Fond EIC f’Orizzont 2020 hija d-deċiżjoni C(2020) 4001 tad-deċiżjoni emendatorja tal-Kummissjoni C(2019) 5323). F’każ li ma jkun hemm l-ebda definizzjoni disponibbli fir-rigward ta’ Orizzont Ewropa meta l-protokoll jiġi ffinalizzat, jista’ jkun li d-definizzjoni jkollha tiġi riveduta.
(17) Ir-Regolament XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE [COM/2018/447 final] [ĠU L ...].
(18) Dan ikun soġġett għall-kundizzjoni finali tal-att bażiku u dment li ż-żewġ Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjoni għall-forniment tas-servizz tal-SST.
(19) Dan ikun soġġett għall-kundizzjoni finali tal-att bażiku u dment li ż-żewġ Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjoni għall-forniment tas-servizz tal-SST.
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 444/1486 |
Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit - Notifika mill-Unjoni
L-Unjoni Ewropea b’dan tinnotifika lir-Renju Unit b’dan li ġej fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra ("il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni").
A. NOTIFIKA F’ISEM L-UNJONI FIR-RIGWARD TAL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU EWROPEW (UPPE)
Artikolu LAW.OTHER.134 (7), punti (d) u (g)
|
1. |
F’konformità mal-Artikoli LAW.MUTAS.114 [Definizzjoni ta’ awtorità kompetenti] tat-Tielet Parti [Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-punt (d) tal-Artikolu LAW.OTHER.134 (7) [Notifiki] ta’ dak il-Ftehim, l-Unjoni, f’isimha stess, b’dan tinnotifika lir-Renju Unit li l-UPPE, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu kif previst fl-Artikoli 22, 23 u 25 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (1), għandu jitqies bħala awtorità kompetenti għall-finijiet tat-Titolu VIII [Assistenza Reċiproka] tat-Tielet Parti [Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Din in-notifika għandha tapplika mid-data stabbilita bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 120(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939. Ir-Renju Unit ser jiġi infurmat dwar dik id-data. |
|
2. |
F’konformità mal-Artikoli LAW.CONFISC.21(2) [Awtoritajiet] tat-Tielet Parti [Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-punt (g) tal-Artikolu LAW.OTHER.134(7) [Notifiki] ta’ dak il-Ftehim, l-Unjoni, f’isimha stess, b’dan tinnotifika lir-Renju Unit li l-UPPE, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu kif previst fl-Artikoli 22, 23 u 25 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, għandu jitqies bħala awtorità kompetenti bil-għan li jsiru u, jekk xieraq, jiġu eżegwiti talbiet għall-iffriżar magħmula skont it-Titolu XI [Iffriżar u Konfiska] tat-Tielet Parti [Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll bħala awtorità ċentrali bil-għan li jintbagħtu u jiġu mwieġba dawk it-talbiet. Din in-notifika għandha tapplika mid-data stabbilita bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 120(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939. Ir-Renju Unit ser jiġi infurmat dwar dik id-data. |
|
3. |
It-talbiet għandhom jintbagħtu lill-Uffiċċju Ċentrali tal-UPPE. |
B. NOTIFIKA F’ISEM L-UNJONI FIR-RIGWARD TAL-GĦAŻLIET MAGĦMULA MILL-ISTATI MEMBRI GĦALL-FINIJIET TAL-APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI
|
1. |
Minħabba l-iffirmar tard tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, in-notifika tal-Unjoni fir-rigward tal-għażliet magħmula mill-Istati Membri b’rabta mad-dispożizzjonijiet elenkati hawn taħt ser issir mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2021.
Lista tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jeħtieġu li ssir notifika mad-dħul fis-seħħ jew mal-bidu tal-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim:
|
|
2. |
F’konformità mal-Artikolu SSC.11(2) [Ħaddiema stazzjonati] tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-Unjoni b’dan tinnotifika lir-Renju Unit li l-Istati Membri li ġejjin jaqgħu fi ħdan:
|
|
3. |
In-notifiki fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fir-rigward tal-għażliet tal-Istati Membri li jistgħu jsiru wara d-dħul fis-seħħ jew il-bidu tal-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni ser isegwu fi żmien debitu, fil-perijodi ta’ żmien stabbiliti f’dak il-Ftehim, skont il-każ. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).