|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 414 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
9.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 414/1 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2006
tat-8 ta’ Diċembru 2020
li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2020 minħabba s-sajd eċċessiv ta’ stokkijiet oħrajn fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2019 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2018/1628 (2), (UE) 2018/2025 (3), (UE) 2018/2058 (4) u (UE) 2019/124 (5). |
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2020 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2018/2025, (UE) 2019/1838 (6), (UE) 2019/2236 (7) u (UE) 2020/123 (8). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1247 (9) stabbilixxa tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2020 minħabba s-sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel. |
|
(5) |
Madankollu, għal ċerti Stati Membri, jiġiferi d-Danimarka, Spanja u Franza, ma seta’ jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li jkunu ġew mistada żżejjed, għaliex dawn il-kwoti mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2020. |
|
(6) |
L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li, meta ma jkunx jista’ jsir tnaqqis b’rabta mal-istokkijiet li jkunu ġew mistada żżejjed fis-sena ta’ wara dik li fiha jkunu ġew mistada żżejjed minħabba li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwoti disponibbli għal dak l-istokk, jista’ jsir tnaqqis b’rabta ma’ stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kkonċernati. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 72/07 li fiha Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (10), (il-Linji Gwida) dan it-tnaqqis preferibbilment għandu jiġi operat fis-sena jew fis-snin ta’ wara mill-kwoti allokati għall-istokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet sajd eċċessiv mill-kwota. |
|
(7) |
L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati b’rabta mat-tnaqqis propost mill-kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn minbarra dawk li ġew mistada żżejjed. |
|
(8) |
Barra minn hekk, jidher li ċertu tnaqqis previst mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247 jeċċedi l-kwota adattata disponibbli fis-sena 2020 u, b’riżultat ta’ dan, ma jistax isir kollu f’dik is-sena. Skont il-Linji Gwida, jenħtieġ li l-ammonti li jifdal jitnaqqsu mill-kwoti adattati disponibbli fis-snin ta’ wara sa ma jintradd lura l-ammont kollu tas-sajd eċċessiv. |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet tas-sajd Spanjoli skoprew li ċ-ċifri tal-qabdiet tal-2019 użati għall-kalkolu tas-sajd eċċessiv għat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku (BET/ATLANT) kienu żbaljati u li l-kwota tiegħu fil-fatt inqabżet b’ammont aktar baxx minn dak li tqies għat-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu aġġustati ċ-ċifri tal-qabdiet, ir-rata ta’ konsum tal-kwota, il-kwantitajiet mistada żżejjed, u t-tnaqqis mill-kwota Spanjola tal-2020 għat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247. |
|
(10) |
Fl-2019, il-kwota tiegħu għall-alonga ġiet mistada żżejjed mill-Portugall fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta’ 5° N (ALB/AN05N). Fl-14 ta’ Lulju 2020, il-Portugall talab biex it-tnaqqis dovut jitqassam fuq sentejn. Skont il-punt 3(c) tal-Linji Gwida, it-tqassim ta’ tnaqqis fuq sentejn jew aktar jista’ jiġi aċċettat meta dan ikun previst skont regoli internazzjonali speċifiċi (bħal dawk tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd) relatati mal-ħlasijiet lura għall-istokk ikkonċernat. Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-Portugall u meta jitqies li l-paragrafu 7 tar-Rakkomandazzjoni Supplimentari 16-06 tal-ICCAT, dwar l-alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku, il-Programm Multiannwali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni (11), jistabbilixxi li kwalunkwe eċċess tal-kwota/limitu tal-qbid annwali ta’ Parti Kontraenti għas-sena 2019 għandu jitnaqqas mill-kwota/limitu ta’ qbid rispettiv(a) matul jew qabel is-sena ta’ aġġustament 2021, jenħtieġ li jiġi aċċettat tqassim ugwali fuq sentejn tat-tnaqqis, inkluż il-fatturi multiplikaturi rilevanti applikabbli. Għalhekk jenħtieġ li t-tnaqqis mill-kwota tal-2020 previst mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247 jiġi aġġustat. |
|
(11) |
Xorta jistgħu jseħħu aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzju attwali jew preċedenti, ta’ żbalji, omissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għall-2020 fir-Regolamenti (UE) 2018/2025, (UE) 2019/1838, (UE) 2019/2236 u (UE) 2020/123 imsemmijin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu billi jsir it-tnaqqis b’rabta mal-istokkijiet alternattivi stabbilit f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 tat-30 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020 (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 329, 27.12.2018, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 14).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1247 tat-2 ta’ Settembru 2020 li japplika tnaqqisiet mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2020 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel (ĠU L 288, 3.9.2020, p. 21).
(10) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2012/C 72/07) (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27).
(11) https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2016-06-e.pdf
ANNESS I
TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2020 LI JRIDU JIĠU APPLIKATI FUQ STOKKIJIET ALTERNATTIVI
|
STOKKIJIET MISTADA ŻŻEJJED |
|
STOKKIJIET ALTERNATTIVI |
||||||||||
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwantità li ma tistax titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2020 għall-istokk mistad iżżejjed (f’kilogrammi) |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwantità li trid titnaqqas mill-kwota tas-sajd tal-2020 għall-istokkijiet alternattivi (f’kilogrammi) |
|
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
33 968 |
|
DK |
HER |
1/2- |
Aringa |
L-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
33 968 |
|
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
18 338 |
|
ES |
REB |
1N2AB. |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
18 338 |
|
ES |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħrajn |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
3 895 |
|
ES |
REB |
1N2AB. |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
3 895 |
|
ES |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
2 607 |
|
ES |
REB |
1N2AB. |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
2 607 |
|
FR |
SWO |
AS05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar ta’ 5° N |
3 500 |
|
FR |
ALB |
AS05N |
Alonga tan-Nofsinhar |
L-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N |
3 500 |
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1247 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
TNAQQISIET MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2020 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Il-kwota oriġinali tal-2019 (f’kilogrammi) |
Il-ħatt l-art permess għall-2019 (kwantità totali adattata f’kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali li saru fl-2019 (il-kwantità f’kilogrammi) |
Il-konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess |
Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f’kilogrammi) |
Fattur ta’ multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5) (il-kwantità f’kilogrammi) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2020 (6) u għas-snin ta’ wara (il-kwantità f’kilogrammi) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2020 għall-istokkijiet mistada żżejjed (7) (il-kwantità f’kilogrammi) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2020 għall-istokkijiet mistada żżejjed (il-kwantità f’kilogrammi) |
Ammont li għandu jitnaqqas mill-kwoti tas-sajd għall-2021 u għas-sena/snin ta’ wara (il-kwantità f’kilogrammi) |
|
|
DE |
HER |
4AB. |
Aringa |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
39 404 000 |
25 460 900 |
27 182 070 |
106,76 % |
1 721 170 |
/ |
/ |
/ |
1 721 170 |
1 721 170 |
/ |
/ |
|
DE |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |
441 000 |
14 859 024 |
15 542 581 |
104,60 % |
683 557 |
/ |
/ |
/ |
683 557 |
683 557 |
/ |
/ |
|
DK |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali 5b; l-ilmijiet internazzjonali 2a, 12 u 14 |
/ |
2 688 463 |
2 693 920 |
100,20 % |
5 457 |
/ |
/ |
/ |
5 457 |
5 457 |
/ |
/ |
|
DK |
MAC |
2A34. |
Kavalli |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |
14 480 000 |
13 330 744 |
14 022 305 |
105,19 % |
691 561 |
/ |
/ |
/ |
691 561 |
691 561 |
/ |
/ |
|
DK |
MAC |
2A4 A-N |
Kavalli |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a |
10 242 000 |
10 252 106 |
11 197 228 |
109,22 % |
945 122 |
/ |
/ |
/ |
945 122 |
945 122 |
/ |
/ |
|
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
17 000 |
50 968 |
299,81 % |
33 968 |
1,00 |
/ |
/ |
33 968 |
/ |
33 968 |
/ |
|
ES |
BET |
ATLANT |
Tonn obeż |
L-Oċean Atlantiku |
9 415 300 |
8 941 151 |
9 090 055 |
101,67 % |
148 904 |
/ |
C (8) |
/ |
148 904 |
148 904 |
/ |
/ |
|
ES |
COD |
1/2B. |
Bakkaljaw |
1 u 2b |
11 562 000 |
8 455 844 |
8 463 118 |
100,09 % |
7 274 |
/ |
/ |
/ |
7 274 |
7 274 |
/ |
/ |
|
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
2 000 |
14 225 |
711,25 % |
12 225 |
1,00 |
A |
/ |
18 338 |
/ |
18 338 |
/ |
|
ES |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħrajn |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
31 800 |
35 695 |
112,25 % |
3 895 |
1,00 |
/ |
/ |
3 895 |
/ |
3 895 |
/ |
|
ES |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
196 000 |
198 607 |
101,33 % |
2 607 |
/ |
/ |
/ |
2 607 |
/ |
2 607 |
/ |
|
ES |
FLX |
N3LN. |
Redfish |
Iż-żona 3LN tan-NAFO |
/ |
515 100 |
517 806 |
100,53 % |
2 706 |
/ |
/ |
/ |
2 706 |
2 706 |
/ |
/ |
|
ES |
RJU |
9-C. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 9 |
15 000 |
15 000 |
15 511 |
103,41 % |
511 (9) |
Ma japplikax |
Ma japplikax |
2 067 |
2 067 |
0 |
/ |
2 067 |
|
FR |
BET |
ATLANT |
Tonn obeż |
L-Oċean Atlantiku |
4 167 700 |
4 167 700 |
4 687 551 |
112,47 % |
519 851 |
1,20 |
C |
/ |
883 747 |
883 747 |
/ |
/ |
|
FR |
RJE |
7FG. |
Raja għewejna |
L-ilmijiet tal-Unjoni 7f u 7 g |
79 000 |
90 399 |
91 485 |
101,20 % |
1 086 |
/ |
/ |
/ |
1 086 |
1 086 |
/ |
/ |
|
FR |
RJU |
7DE. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 7d u 7e |
103 000 |
168 000 |
177 718 |
105,78 % |
9 718 |
/ |
/ |
/ |
9 718 |
9 718 |
/ |
/ |
|
FR |
SWO |
AS05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar ta’ 5° N |
/ |
/ |
3 500 |
Ma japplikax |
3 500 |
/ |
/ |
/ |
3 500 |
/ |
3 500 |
/ |
|
GP |
COD |
N1GL14 |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet ta’ Greenland tan-NAFO 1F u l-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5, 12 u 14 |
364 000 |
353 500 |
353 500 |
100 % |
0 |
/ |
/ |
4 167 |
4 167 |
4 167 |
/ |
/ |
|
GP |
HER |
4AB. |
Aringa |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
55 583 000 |
62 320 196 |
62 607 628 |
100,46 % |
287 432 |
/ |
/ |
/ |
287 432 |
287 432 |
/ |
/ |
|
GP |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali 5b; l-ilmijiet internazzjonali 2a, 12 u 14 |
152 115 000 |
145 768 635 |
154 072 694 |
105,70 % |
8 304 059 |
/ |
A (8) |
/ |
8 304 059 |
8 304 059 |
/ |
/ |
|
GP |
RJU |
7DE. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 7d u 7e |
58 000 |
61 200 |
63 133 |
103,16 % |
1 933 |
/ |
/ |
/ |
1 933 |
1 933 |
/ |
/ |
|
EL |
BFT |
AE45WM |
Tonn |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
285 110 |
304 110 |
312 690 |
102,82 % |
8 580 |
/ |
C (8) |
/ |
8 580 |
8 580 |
/ |
/ |
|
IE |
ALB |
AN05N |
Alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta’ 5° N |
2 854 300 |
3 115 420 |
3 213 170 |
103,14 % |
97 750 |
/ |
C (8) |
/ |
97 750 |
97 750 |
/ |
/ |
|
NL |
HER |
4CXB7D |
Aringa |
4c, 7d għajr l-istokk tal-Blackwater |
18 162 000 |
19 497 305 |
19 512 481 |
100,08 % |
15 176 |
/ |
/ |
/ |
15 176 |
15 176 |
/ |
/ |
|
NL |
MAC |
2A34. |
Kavalli |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |
1 342 000 |
1 494 000 |
2 012 324 |
134,69 % |
518 324 |
1,40 |
/ |
/ |
725 654 |
725 654 |
/ |
/ |
|
PT |
ALB |
AN05N |
Alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta’ 5° N |
1 994 200 |
1 794 200 |
2 463 161 |
137,28 % |
668 961 |
1,40 |
C |
/ |
1 271 026 |
635 513 (10) |
/ |
635 513 (10) |
|
PT |
ARU |
3X14- |
Fonsa ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 |
164 000 |
149 034 |
156 756 |
105,18 % |
7 722 |
/ |
A (8) |
/ |
7 722 |
7 722 |
/ |
/ |
|
PT |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
50 440 |
7 076 |
18 016 |
254,61 % |
10 940 |
1,00 |
A |
/ |
16 410 |
16 410 |
/ |
/ |
|
PT |
RJU |
9-C. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 9 |
15 000 |
21 705 |
24 589 |
113,29 % |
2 884 |
1,00 |
/ |
/ |
2 884 |
2 884 |
/ |
/ |
|
PT |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta’ 5° N |
1 010 390 |
2 410 390 |
2 414 333 |
100,16 % |
3 943 |
/ |
/ |
/ |
3 943 |
3 943 |
/ |
/ |
|
SE |
MAC |
2A34. |
Kavalli |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |
4 034 000 |
2 945 203 |
3 075 839 |
104,44 % |
130 636 |
/ |
/ |
/ |
130 636 |
130 636 |
/ |
/ |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2018 għall-2019 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2017, fl-2018 u fl-2019. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa suġġett għal pjan pluriennali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal mis-sena/snin ta’ qabel.
(6) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2020.
(7) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2020 li jista’ jsir fir-realtà meta wieħed iqis il-kwota disponibbli fl-Il-Ħamis, 10 ta’ Settembru 2020.
(8) Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.
(9) Kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqisux.
(10) Wara t-talba ta’ Portugall, it-tnaqqis ta’ 1 271 026 kilo li jrid isir fl-2020 se jitqassam nofs b’nofs fuq sentejn (l-2020 u l-2021).
|
9.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 414/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2007
tat-8 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusa approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 filwaqt li l-Parti B tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u l-Parti E tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala kandidati għas-sostituzzjoni. |
|
(2) |
L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, aċekinoċil, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, prosulfuron, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat u fosfidu taż-żingu se jiskadu bejn it-30 ta’ April 2024 u l-31 ta’ Ottubru 2024. Madankollu, peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (3) se japplika għal dawk is-sustanzi attivi u se javvanza d-data tas-sottomissjoni tad-dossier b’mod li jappoġġa t-tiġdid tal-approvazzjoni bi 3 xhur, jeħtieġ li tiġi prevista estensjoni qasira tal-perjodi ta’ approvazzjoni rispettivi tagħhom biex tinżamm id-data tas-sottomissjoni tad-dossier kif meħtieġ skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4) peress li l-applikanti jeħtieġu ż-żmien biex iħejju u jissottomettu d-dossiers fil-format meħtieġ. |
|
(3) |
Barra minn hekk, għall-emamectin, mill-informazzjoni pprovduta mill-applikant jidher li kien hemm dewmien fit-tħejjija tad-dossier tat-tiġdid minħabba l-pandemija tal-COVID-19, minkejja l-aħjar sforzi tal-applikant biex itaffi tali dewmien. L-Istat Membru relatur maħtur għall-emamektin, in-Netherlands, eċċezzjonalment qabel li jaċċetta s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni kif meħtieġ mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 sat-30 ta’ Novembru 2021. Għalhekk, il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-emamectin għandu jiġi estiż filwaqt li jitqies ukoll dan il-perjodu addizzjonali. |
|
(4) |
Barra minn hekk, għall-klorantraniliprol, mill-informazzjoni pprovduta mill-applikant jidher li kien hemm dewmien fit-tħejjija tal-applikazzjoni għat-tiġdid minħabba l-pandemija tal-COVID-19, minkejja l-aħjar sforzi tal-applikant biex itaffi tali dewmien. L-Istat Membru relatur maħtur għall-klorantraniliprol, l-Irlanda, eċċezzjonalment qabel li jaċċetta s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni kif meħtieġ mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għalhekk, il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-klorantraniliprol jenħtieġ li jiġi estiż ukoll billi jitqies dan il-perjodu addizzjonali. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C/2018/3434 (5) stabbiliet programm ta’ ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u jistabbilixxi prijoritajiet abbażi ta’ tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent. |
|
(6) |
Sabiex tkun żgurata distribuzzjoni bilanċjata tar-responsabbiltajiet u l-ħidma fost l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u b’kont meħud tar-riżorsi meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet, jixraq li jiġu estiżi l-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C/2018/3434. Jenħtieġ li l-perjodi ta’ approvazzjoni għal 1,4-dimetilnaftalina, Adoxophyes orana granulovirus, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam u Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108 jiġu estiżi b’sena. Għall-istess raġunijiet, jixraq li l-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi bixafen, ir-razza O tal-Candida oleophila, fosfonat tad-disodju, fluxapiroxad, ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju u sedaxane jiġu estiżi b’sena sa tliet snin, rispettivament. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn ma titressaq l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 fi żmien 3 snin qabel id-data ta’ skadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni terġa’ ddaħħal id-data ta’ skadenza kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tistabbilixxiha fl-eqreb data possibbli minn hemm ’il quddiem. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament dment li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data hi l-aktar tard. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabblixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvat (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2018 dwar l-istabbiliment ta’ programm ta’ ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2022, fl-2023 u fl-2024 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2018/3434 final. (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 20).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 311, kinimerak, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(2) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 314, fosfidu taż-żingu, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(3) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 317, 6-benżiladenina, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(4) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 323, dodina, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(5) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 328, tau-fluvalinat, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(6) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 330, bupirimat, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(7) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 333, 1-benżiladenina, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(8) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 334, isossaben, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(9) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 335, fluwometuron, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(10) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 341, sintofen, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(11) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 343, ażadiraktin, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(12) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 345, kubrit tal-ġir, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(13) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 346, sulfat tal-aluminju, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(14) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 350, tebufenożur, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(15) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 351, ditijanon, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(16) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 352, eżitijażoss, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(17) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 353, flutriafol, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024. |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 24, fluksapirossad, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2022 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(2) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 26, Adoxophyes orana granulovirus, id-data tal-31 ta’ Jannar 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2024. |
|
(3) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 37, ir-razza O tal-C andid a oleophila, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(4) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 39, ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(5) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 40, fosfonati tal-potassju, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2026. |
|
(6) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 43, bixafen, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(7) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 48, sedaxane, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(8) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 49, emamektin, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024. |
|
(9) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 50, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025. |
|
(10) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 52, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025. |
|
(11) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 53, pirjofenon, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025. |
|
(12) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 54, fosfonat tad-disodju, id-data tal-31 Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2026. |
|
(13) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 55, penflufen, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(14) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 56, żejt tal-larinġ, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(15) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 57, pentijopirad, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(16) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 58, benalaksil-M, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ April 2025. |
|
(17) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 59, tembotrion, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(18) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 60, spirotetramat, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(19) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 61, pirossulam, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-30 ta’ April 2025. |
|
(20) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 62, klorantraniliprol, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(21) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 63, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(22) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 64, piridalil, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Ġunju 2025. |
|
(23) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 68, 1,4-dimetilnaftalina, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Ġunju 2025. |
|
(24) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 69, amisulbrom, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(25) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 65, aċidu S-abxissiku, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(26) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 66, aċidu L-assorbiku, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(27) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 67, spinetoram, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(28) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 70, valifenalat, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(29) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 71, tijenkarbażon, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(30) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 72, aċekinoċil, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024. |
|
(31) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 73, ipkonażol, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024. |
|
(32) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 74, flubendiammid, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024. |
|
(33) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 75, Bacillus pumilus QST 2808, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2025. |
|
(34) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 79, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2025. |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 6, prosulfuron, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(2) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 7, pendimethalin, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024. |
|
(3) |
Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 8, imazamox, id-data tal-31 ta’ Ottubru 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025. |
|
9.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 414/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2008
tat-8 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 702/2014, (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1388/2014, fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom u aġġustamenti rilevanti oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 1(1) u 2(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (2) japplika sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni nediet reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 702/2014, bil-għan li dan jiġi sostitwit b’regolament ġdid għall-perjodu 2021 sal-2027. Madankollu, l-iżvilupp tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għandu jitqies meta jiġi abbozzat dak ir-regolament il-ġdid. B’rilevanza partikolari għal dan hija l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-PAK (3), li jipprevedi biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jibdew jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom sa mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(3) |
Madankollu, il-proċedura leġiżlattiva dwar ir-riforma tal-PAK għadha għaddejja u l-qafas legali, inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw, mhux se jiġi adottat għal xi żmien. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jkollhom l-iskemi tagħhom ta’ għajnuna mill-Istat eżentati skont ir-Regolament (UE) Nru 702/2014 u sabiex ir-reviżjoni ta’ dak ir-Regolament tkun tista’ titlesta wara l-adozzjoni tar-riforma tal-PAK, huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(5) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 (4) u (UE) Nru 1388/2014 (5) huma wkoll applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(6) |
Fid-29 ta’ April 2019 u fit-2 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni nediet reviżjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1388/2014, rispettivament, bil-għan li dawn jiġu sostitwiti b’regolamenti ġodda għall-perjodu 2021 sal-2027. Jenħtieġ li dawk ir-regolamenti jibqgħu koerenti u konsistenti ma’ regoli oħra rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, b’mod partikolari, mar-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) (6). Ta’ rilevanza partikolari hija l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-FEMS, li jipprevedi l-istabbiliment tal-FEMS mill-1 ta’ Jannar 2021 (7). Madankollu, il-proċedura leġiżlattiva dwar ir-riforma tal-FEMS għadha għaddejja. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu ammonti żgħar ta’ għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 717/2014 u li l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat tagħhom ikunu eżentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1388/2014, u sabiex ir-reviżjoni ta’ dawk ir-Regolamenti tkun tista’ titlesta wara l-adozzjoni tar-riforma tal-FEMS, huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1388/2014 jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 702/2014 u (UE) Nru 1388/2014, jista’ jagħti l-każ li xi Stati Membri jkunu jixtiequ jestendu t-tul ta’ żmien tal-miżuri li dwarhom ġiet ipprovduta informazzjoni fil-qosor f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, ikun xieraq li jiġi stabbilit li s-sommarju tal-informazzjoni dwar l-estensjoni ta’ dawk il-miżuri, inkluż iż-żieda potenzjali fil-baġit, għandu jitqies bħala wieħed li ġie kkomunikat lill-Kummissjoni u ppubblikat, sakemm ma ssir l-ebda emenda sostantiva għall-miżuri kkonċernati. |
|
(8) |
Jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 702/2014 u (UE) Nru 1388/2014 jiġu adattati wkoll biex iqisu l-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji li l-pandemija tal-COVID-19 kellha fuq l-impriżi u biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-rispons ta’ politika ġenerali adottat mill-Kummissjoni, speċjalment fil-perjodu 2020-2021. B’mod partikolari, l-impriżili ma kinux f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 iżda li saru impriżi f’diffikultà fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna skont dawk ir-Regolamenti. |
|
(9) |
L-Artikolu 1 l-Artikoli 13 sa 43 tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014 jinkludu referenzi għar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-FEMS sabiex jiġu definiti operazzjonijiet ineliġibbli u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna skont dawk id-dispożizzjonijiet. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali matul il-perjodu ta’ estensjoni tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014, jenħtieġ li dawk ir-referenzi jinftiehmu bħala li jirreferu għar-Regolament (UE) Nru 508/2014 fil-verżjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2020, irrispettivament minn jekk dak ir-Regolament jiġix revokat. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 702/2014, (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1388/2014 jiġu emendati skont dan. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-għajnuna eżistenti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 702/2014, (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1388/2014 u biex l-impriżi li saru impriżi f’diffikultà fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-1 ta’ Jannar 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 702/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 702/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(6) qed jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu 8 li ġej: “8. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 6, meta Stat Membru jkun jixtieq jestendi miżuri li fir-rigward tagħhom ikun tressaq sommarju tal-informazzjoni lill-Kummissjoni, is-sommarju tal-informazzjoni dwar l-estensjoni ta’ dawn il-miżuri, għandu jitqies li jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni u ppubblikat, sakemm ma ssirx emenda sostantiva, ħlief żieda fil-baġit, għall-miżuri kkonċernati.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 52, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.”. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 717/2014
Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 717/2014, it-tieni paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.”.
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1388/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(3), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej: “Artikolu 11a Deroga mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni B’deroga mill-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 11, il-punt (a), fejn Stat Membru jkun jixtieq itawwal il-miżuri li fir-rigward tagħhom ġiet sottomessa informazzjoni fil-qosor lill-Kummissjoni, informazzjoni fil-qosor fir-rigward tal-estensjoni ta’ dawk il-miżuri għandha titqies li ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni u ppubblikata, sakemm ma ssir ebda emenda sostantiva oħra lill-miżuri kkonċernati ħlief żieda fil-baġit.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 47, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.”. |
Artikolu 4
Applikazzjoni tar-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-Regolament (UE) Nru 1388/2014
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 fl-Artikoli 1 u 13 sa 43 tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-verżjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2020, irrispettivament minn jekk dak ir-Regolament jiġix revokat.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
(3) Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (COM/2018/392 final).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(7) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM/2018/390 final).
DEĊIŻJONIJIET
|
9.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 414/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2009
tat-22 ta’ Ġunju 2020
li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għat-trattament tas-superfiċe bl-użu ta’ solventi organiċi inkluża l-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi
(notifikata bid-dokument C(2020) 4050)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara l-kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Novembru 2019, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 (2), għadda lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT għat-trattament tas-superfiċe bl-użu ta’ solventi organiċi inkluża l-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi. Dik l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku. |
|
(3) |
Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta’ dak id-dokument ta’ referenza tal-BAT. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tas-superfiċe bl-użu ta’ solventi organiċi inkluża l-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Virginius SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3).
ANNESS
Il-konkluzjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (bat) ghat-trattament tas-superfice bl-uzu ta’ solventi organici inkluza l-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimici
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet li ġejjin speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:
|
6.7: |
It-trattament tas-superfiċe ta’ sustanzi, oġġetti jew prodotti bl-użu ta’ solventi organiċi, b’mod partikolari għat-tiżjin, l-istampar, il-kisi, it-tneħħija tal-grass, il-waterproofing, il-kejl tad-daqs, it-tiżbigħ, it-tindif jew l-imprenjazzjoni, b’kapaċità ta’ konsum ta’ solvent organiku ta’ aktar minn 150 kg fis-siegħa jew aktar minn 200 tunnellata fis-sena. |
|
6.10: |
Il-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ aktar minn 75 m3 kuljum minbarra dawk li b’mod esklussiv jittrattaw kontra s-sapstain. |
|
6.11: |
It-trattament imħaddem b’mod indipendenti tal-ilma mormi mhux kopert mid-Direttiva 91/271/KEE, diment li t-tagħbija ewlenija ta’ sustanzi niġġiesa toriġina mill-attivitajiet speċifikati fil-punt 6.7 jew 6.10 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE. |
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru wkoll it-trattament ikkombinat tal-ilma mormi minn oriġini differenti, diment li t-tagħbija ewlenija ta’ sustanzi niġġiesa toriġina mill-attivitajiet speċifikati fil-punt 6.7 jew 6.10 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE u li t-trattament tal-ilma mormi ma jkunx kopert mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (1).
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx dawn li ġejjin:
Għat-trattament tas-superfiċe ta’ sustanzi, oġġetti jew prodotti bl-użu ta’ solventi organiċi:
|
— |
Il-waterproofing tat-tessuti permezz ta’ mezzi oħrajn għajr l-użu ta’ film kontinwu b’bażi ta’ solvent. Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-industrija tat-tessuti (TXT). |
|
— |
L-istampar, il-kejl tad-daqs u l-imprenjazzjoni tat-tessuti. Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-industrija tat-tessuti (TXT). |
|
— |
Il-laminazzjoni ta’ pannelli bbażati fuq l-injam. |
|
— |
Il-konverżjoni tal-lastiku. |
|
— |
Il-manifattura ta’ taħlitiet ta’ kisi, verniċ, żebgħa, linka, semikondutturi, adeżivi jew prodotti farmaċewtiċi. |
|
— |
L-impjanti ta’ kombustjoni fuq il-post, sakemm il-gassijiet sħan iġġenerati ma jintużawx għat-tisħin, għat-tnixxif jew għal kwalunkwe trattament ieħor ta’ oġġetti jew materjali b’kuntatt dirett. Dawn jistgħu jiġu koperti mill-konklużjonijiet tal-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni (IKK) jew mid-Direttiva 2015/2193/UE. |
Għall-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi:
|
— |
Il-modifika kimika u l-idrofobizzazzjoni (eż. bl-użu ta’ reżini) tal-injam u ta’ prodotti tal-injam. |
|
— |
It-trattament tal-injam u ta’ prodotti tal-injam kontra s-sapstain. |
|
— |
It-trattament tal-injam u ta’ prodotti tal-injam kontra l-ammonijaka. |
|
— |
L-impjanti ta’ kombustjoni fuq il-post. Dawn jistgħu jiġu koperti mill-konklużjonijiet tal-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni (IKK) jew mid-Direttiva 2015/2193/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
Il-konklużjonijiet tal-BAT u dokumenti ta’ referenza oħrajn li jistgħu jkunu ta’ rilevanza għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:
|
— |
L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM). |
|
— |
L-Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS). |
|
— |
L-Effiċjenza Enerġetika (ENE). |
|
— |
It-Trattament tal-Iskart (WT). |
|
— |
Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (IKK). |
|
— |
It-Trattament tas-Superfiċe ta’ Metalli u Plastik (STM). |
|
— |
Il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma minn Installazzjonijiet IED (ROM). |
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Termini ġenerali |
|||||
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
||||
|
Passata bażi |
Żebgħa li, meta applikata fuq sottostrat, tiddetermina l-kulur u l-effett (eż. metalliku, perlaxxenti). |
||||
|
Skariku f’lottijiet |
L-iskariku ta’ volum diskret u konfinat ta’ ilma. |
||||
|
Kisi trasparenti |
Materjal tal-kisi li, meta jiġi applikat fuq sottostrat, jifforma film trasparenti u solidu b’karatteristiċi protettivi, dekorattivi jew tekniċi speċifiċi. |
||||
|
Combiline |
Kombinazzjoni ta’ galvanizzar b’immersjoni sħuna u kisi tal-kojl fl-istess linja ta’ proċess. |
||||
|
Kejl kontinwu |
Kejl bl-użu ta’ sistema tal-kejl awtomatizzata installata b’mod permanenti fuq is-sit għall-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet, skont l-EN 14181. |
||||
|
Skariku dirett |
Skariku lejn korp tal-ilma riċeventi mingħajr trattament ulterjuri tal-ilma mormi downstream. |
||||
|
Fatturi tal-emissjoni |
Koeffiċjenti li jistgħu jiġu mmultiplikati b’data magħrufa bħal data ta’ impjant/proċess jew data throughput biex jiġu stmati l-emissjonijiet. |
||||
|
Impjant eżistenti |
Impjant li mhuwiex impjant ġdid. |
||||
|
Emissjonijiet maħruba |
Emissjonijiet maħruba kif definiti fl-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
Kreożot ta’ Grad B jew Ċ |
It-tipi ta’ kreożot li l-ispeċifikazzjonijiet għalihom huma mogħtija f’EN 13991. |
||||
|
Skariku indirett |
Skariku li ma jkunx skariku dirett. |
||||
|
Aġġornament kbir ta’ impjant |
Bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija ta’ impjant b’aġġustamenti jew sostituzzjonijiet kbar tat-teknika/i tal-ipproċessar u/jew tat-tnaqqis u t-tagħmir assoċjat. |
||||
|
Impjant ġdid |
Impjant li jiġi permess għall-ewwel darba fis-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew is-sostituzzjoni kompleta ta’ impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT. |
||||
|
Effluwent gassuż |
Il-gass estratt minn proċess, biċċa tagħmir jew żona li tkun diretta għat-trattament jew skarikata direttament fl-arja minn ċumnija. |
||||
|
Kompost organiku |
Kompost organiku kif definit fl-Artikolu 3(44) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
Solvent organiku |
Solvent organiku kif definit fl-Artikolu 3(46) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
Impjant |
Il-partijiet kollha ta’ installazzjoni li jwettqu attività elenkata fil-punt 6.7 jew 6.10 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE u kwalunkwe attività oħra direttament assoċjata li jkollha effett fuq il-konsum u/jew l-emissjonijiet. L-impjanti jistgħu jkunu impjanti ġodda jew impjanti eżistenti. |
||||
|
Primitura |
Żebgħa fformulata għall-użu bħala saff fuq superfiċe ppreparat, biex tipprovdi adeżjoni tajba, protezzjoni ta’ kwalunkwe saff taħt u mili tal-irregolaritajiet tas-superfiċe. |
||||
|
Settur |
Kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ trattament tas-superfiċe li huma parti mill-attivitajiet elenkati fil-punt 6.7 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE u li huma msemmija fit-Taqsima 1 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT. |
||||
|
Riċettur sensittiv |
Żona li teħtieġ protezzjoni speċjali, bħal:
|
||||
|
Input ta’ massa solida |
Il-massa totali ta’ solidi użati kif definita fil-Parti 5, 3(a)(i) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
Solvent |
“Solvent” jirreferi għal “solvent organiku”. |
||||
|
Input ta’ solvent |
Il-kwantità totali ta’ solventi organiċi użati kif definita fil-Parti 7, 3(b) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
B’bażi ta’ solvent (SB) |
It-tip ta’ żebgħa, linka jew materjal ieħor ta’ kisi bl-użu ta’ solvent(i) bħala t-trasportatur. Għall-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam, dan jirreferi għat-tip ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament. |
||||
|
Taħlita b’bażi ta’ solventi (taħlita SB) |
Kisi b’bażi ta’ solventi fejn wieħed mis-saffi tal-kisi jkun b’bażi ta’ ilma (WB). |
||||
|
Bilanċ tal-massa tas-solvent (SMB) |
Eżerċizzju ta’ bilanċ tal-massa mwettaq mill-inqas darba kull sena skont il-Parti 7 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
Ilma tax-xeba’ |
Ilma minn preċipitazzjoni li jgħaddi minn fuq l-art jew superfiċi li ma jgħaddix l-ilma minnhom, bħal toroq pavimentati u żoni ta’ ħżin, bjut, eċċ. u ma jiġix assorbit fl-art. |
||||
|
Emissjonijiet totali |
Is-somma ta’ emissjonijiet maħruba u emissjonijiet fil-gassijiet ta’ skart kif definiti fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
Sustanzi kimiċi tat-trattament |
Sustanzi kimiċi użati fil-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bħal bijoċidi, sustanzi kimiċi użati għall-waterproofing (eż. żjut, emulsjonijiet) u ritardanti tal-fjammi. Dan jinkludi wkoll it-trasportatur ta’ sustanzi attivi (eż. ilma, solvent). |
||||
|
Medja valida ta’ kull siegħa/nofs siegħa |
Medja ta’ kull siegħa/nofs siegħa titqies bħala valida meta ma jkun hemm l-ebda manutenzjoni jew ħsara tas-sistema tal-kejl awtomatizzata. |
||||
|
Gassijiet ta’ skart |
Gassijiet ta’ skart kif definiti fl-Artikolu 57(2) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||
|
B’bażi ta’ ilma (WB) |
It-tip ta’ żebgħa, linka jew materjal ieħor ta’ kisi fejn l-ilma jissostitwixxi l-kontenut tas-solvent kollu jew parti minnu. Għall-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam, dan jirreferi għat-tip ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament. |
||||
|
Preservazzjoni tal-injam |
Attivitajiet li għandhom l-iskop li jipproteġu l-injam u prodotti tal-injam mill-effetti ta’ ħsara mill-fungi, il-batterji, l-insetti, l-ilma, it-temp jew in-nirien; li jipprovdu l-konservazzjoni fit-tul tal-integrità strutturali; u li jtejbu r-reżistenza tal-injam u ta’ prodotti tal-injam. |
||||
|
Sustanzi niġġiesa u parametri |
|
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
|
AOX |
Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament, espressi bħala Cl, li jinkludu l-kloru, il-bromu u l-jodju adsorbibbli marbuta organikament. |
|
CO |
Monossidu tal-karbonju. |
|
COD |
Domanda kimika ta’ ossiġenu. L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni kimika totali tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju bl-użu tad-dikromat. Is-COD hija indikatur għall-konċentrazzjoni tal-massa ta’ komposti organiċi. |
|
Kromu |
Il-kromu, espress bħala Cr, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-kromu, maħlula jew marbutin ma’ partikoli. |
|
DMF |
N,N-Dimetilformammid. |
|
Trab |
Materja partikolata totali (fl-arja). |
|
F- |
Fluworur. |
|
Kromu eżavalenti |
Il-kromu eżavalenti, espress bħala Cr(VI), jinkludi l-komposti kollha tal-kromu fejn il-kromu jkun fl-istat ta’ ossidazzjoni +6 (maħlul jew marbut ma’ partikoli). |
|
HOI |
Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi. Is-somma ta’ komposti li jistgħu jiġu estratti b’solvent ta’ idrokarburi (inklużi idrokarburi alifikati b’katina twila jew ramifikata, idrokarburi aliċikliċi, aromatiċi jew aromatiċi sostitwiti bl-alkil). |
|
IPA |
Alkoħol tal-isopropil: propan-2-ol (imsejjaħ ukoll isopropanol). |
|
Nikil |
In-nikil, espress bħala Ni, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tan-nikil, maħlula jew marbutin ma’ partikoli. |
|
NOX |
Is-somma ta’ monossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2), espressa bħala NO2. |
|
PAHs |
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi. |
|
TOC |
Il-kontenut totali ta’ karbonju organiku, espress bħala C (fl-ilma). |
|
TVOC |
Il-kontenut totali ta’ karbonju organiku volatili, espress bħala C (fl-arja). |
|
TSS |
Is-solidi sospiżi totali. Il-konċentrazzjoni tal-massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-gravimetrija. |
|
KOV |
Kompost organiku volatili kif definit fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
Żingu |
Iż-żingu, espress bħala Zn, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha taż-żingu, maħlula jew marbutin ma’ partikoli. |
AKRONIMI
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:
|
Akronimu |
Definizzjoni |
|
BPR |
Ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1). |
|
DWI |
Proċess ta’ ġbid u stirar (drawn and wall ironed) (tip ta’ bott fl-industrija tal-imballaġġ tal-metall). |
|
EMS |
Sistema ta’ ġestjoni ambjentali. |
|
IED |
Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE). |
|
IR |
Infra-aħmar. |
|
LEL |
Limitu inferjuri tal-esplożività – l-inqas konċentrazzjoni (perċentwali) ta’ gass jew fwar fl-arja li kapaċi jipproduċi leħħa tan-nar fil-preżenza ta’ sors ta’ tqabbid. Konċentrazzjonijiet aktar baxxi mil-LEL huma “ftit wisq” biex jinħarqu. Imsejjaħ ukoll limitu inferjuri ta’ fjammabilità (LFL). |
|
OTNOC |
Kundizzjonijiet minbarra l-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim. |
|
STS |
Trattament tas-superfiċe bl-użu ta’ solventi orġaniċi. |
|
UV |
Ultravjola. |
|
WPC |
Il-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi. |
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
L-Aqwa Tekniki Disponibbli
It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ambjent.
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma ġeneralment applikabbli.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs)
BAT-AELs għall-emissjonijiet totali u maħruba ta’ KOV
Għall-emissjonijiet totali ta’ KOV, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) huma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT:
|
— |
bħala tagħbija speċifika tal-emissjonijiet ikkalkolata bħala medji annwali billi l-emissjonijiet totali ta’ KOV (kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent) jiġu diviżi b’parametru ta’ input (jew throughput) tal-produzzjoni dipendenti mis-settur; jew |
|
— |
bħala perċentwal tal-input tas-solvent, ikkalkolat bħala medji annwali skont il-Parti 7, 3(b)(i) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE. |
Għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) huma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT bħala perċentwal tal-input tas-solvent, ikkalkolat bħala medji annwali skont il-Parti 7, 3(b)(i) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE.
BAT-AELs u livelli ta’ emissjonijiet indikattivi għall-emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) u l-livelli tal-emissjonijiet indikattivi għall-emissjonijiet fil-gassijiet ta’ skart mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa ta’ sustanza emessa għal kull volum ta’ gass ta’ skart taħt il-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef, f’temperatura ta’ 273,15 K u bi pressjoni ta’ 101,3 kPa, mingħajr korrezzjoni għall-kontenut ta’ ossiġenu, u espress f’mg/Nm3.
Għall-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja tal-BAT-AELs u l-livelli tal-emissjonijiet indikattivi għall-emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.
|
Tip ta’ kejl |
Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja |
Definizzjoni |
|
Kontinwu |
Medja ta’ kuljum |
Medja fuq perjodu ta’ jum wieħed abbażi ta’ medji validi ta’ kull siegħa jew ta’ kull nofs siegħa. |
|
Perjodiku |
Medja matul il-perjodu ta’ kampjunar |
Valur medju ta’ tliet kejlijiet konsekuttivi ta’ mill-inqas 30 minuta kull wieħed (3). |
BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal kull volum ta’ ilma), espressi f’mg/l.
Il-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja assoċjati mal-BAT-AELs jirreferu għal kwalunkwe wieħed miż-żewġ każijiet li ġejjin:
|
— |
fil-każ ta’ skariku kontinwu, il-valuri medji ta’ kuljum, jiġifieri kampjuni aggregati proporzjonali għall-fluss fuq 24 siegħa; |
|
— |
fil-każ ta’ skariku f’lottijiet, il-valuri medji fuq it-tul ta’ żmien tar-rilaxx meħuda bħala kampjuni aggregati proporzjonali għall-fluss. |
Jistgħu jintużaw kampjuni aggregati proporzjonali għall-ħin, sakemm jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed. Inkella, jistgħu jittieħdu kampjuni istantanji, sakemm l-effluwent ikun imħallat u omoġenju kif xieraq. Il-kampjuni istantanji jittieħdu jekk il-kampjun ikun instabbli fir-rigward tal-parametru li għandu jitkejjel. Il-BAT-AELs kollha għall-emissjonijiet fl-ilma japplikaw fil-punt li fih l-emissjoni tħalli l-impjant.
Livelli oħrajn ta’ prestazzjoni ambjentali
Livelli speċifiċi tal-konsum tal-enerġija (effiċjenza enerġetika) assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEPLs)
Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali relatati mal-konsum speċifiku tal-enerġija jirreferu għall-medji annwali kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
konsum tal-enerġija |
: |
l-ammont totali ta’ sħana (iġġenerata minn sorsi primarji tal-enerġija) u elettriku kkonsmati mill-impjant, kif definit fil-pjan tal-effiċjenza enerġetika (ara l-BAT 19 (a)), espress f’MWh/sena; |
|
rata ta’ attività |
: |
l-ammont totali ta’ prodotti pproċessati mill-impjant jew it-throughput tal-impjant, espressi fl-unità xierqa skont is-settur (eż. kg/sena, m2/sena, vetturi miksija/sena). |
Livelli speċifiċi tal-konsum tal-ilma assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEPLs)
Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali relatati mal-konsum speċifiku tal-ilma jirreferu għall-medji annwali kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
konsum tal-ilma |
: |
l-ammont totali ta’ ilma kkonsmat mill-attivitajiet imwettqa fl-impjant, minbarra l-ilma rriċiklat u użat mill-ġdid, l-ilma tat-tberrid użat f’sistemi tat-tkessiħ ta’ darba, kif ukoll l-ilma għal użu ta’ tip domestiku, espress f’l/sena jew m3/sena; |
|
rata ta’ attività |
: |
l-ammont totali ta’ prodotti pproċessati mill-impjant jew it-throughput tal-impjant, espressi fl-unità xierqa skont is-settur (eż. il-produzzjoni tal-pjanti espressi fl-unità xierqa skont is-settur (eż. m2 ta’ kojl miksi/sena, vetturi miksija/sena, elf bott/sena). |
Livelli indikattivi għal kwantità ta’ skart speċifika mibgħuta barra mis-sit
Il-livelli indikattivi relatati mal-kwantità speċifika ta’ skart mibgħuta barra mis-sit jirreferu għall-medji annwali kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
kwantità ta’ skart mibgħuta barra mis-sit |
: |
l-ammont totali ta’ skart li jintbagħat barra mis-sit mill-impjant, espress f’kg/sena; |
|
rata ta’ attività |
: |
l-ammont totali ta’ prodotti pproċessati mill-impjant jew it-throughput tal-impjant espressi f’vetturi miksija/sena. |
1. Il-konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament tas-superfiċe bl-użu ta’ solventi organiċi
1.1. Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT
1.1.1. Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali
BAT 1. Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
(i) |
l-impenn, it-tmexxija u r-responsabbiltà tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri, għall-implimentazzjoni ta’ EMS effettiva; |
|
(ii) |
analiżi li tinkludi d-determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-installazzjoni li huma assoċjati mar-riskji possibbli għall-ambjent (jew għas-saħħa tal-bniedem) kif ukoll tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent; |
|
(iii) |
l-iżvilupp ta’ politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni; |
|
(iv) |
l-istabbiliment ta’ objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni b’rabta ma’ aspetti ambjentali sinifikanti, inkluża s-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli; |
|
(v) |
l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u tal-azzjonijiet meħtieġa (inklużi azzjonijiet korrettivi u preventivi, fejn ikunu meħtieġa), sabiex jinkisbu l-objettivi ambjentali u jiġu evitati r-riskji ambjentali; |
|
(vi) |
id-determinazzjoni tal-istrutturi, tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet b’rabta mal-aspetti u l-objettivi ambjentali u l-provvista tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa; |
|
(vii) |
l-iżgurar tal-kompetenza u tas-sensibilizzazzjoni meħtieġa tal-membri tal-persunal li l-ħidma tagħhom tista’ taffettwa l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni (eż. billi jiġu pprovduti informazzjoni u taħriġ); |
|
(viii) |
il-komunikazzjoni interna u esterna; |
|
(ix) |
it-trawwim tal-involviment tal-impjegati fi prattiki tajbin tal-ġestjoni ambjentali; |
|
(x) |
l-istabbiliment u ż-żamma ta’ manwal tal-ġestjoni u ta’ proċeduri bil-miktub biex jiġu kkontrollati l-attivitajiet b’impatt ambjentali sinifikanti, kif ukoll ir-rekords rilevanti; |
|
(xi) |
l-ippjanar operazzjonali effettiv u l-kontroll tal-proċessi; |
|
(xii) |
l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ manutenzjoni xierqa; |
|
(xiii) |
it-tħejjija għall-emerġenzi u l-protokolli ta’ rispons, inkluża l-prevenzjoni u/jew il-mitigazzjoni tal-impatti (ambjentali) avversi tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
|
(xiv) |
meta titfassal (mill-ġdid) installazzjoni (ġdida) jew parti minnha, il-kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali tagħha tul ħajjitha, inklużi l-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u d-dekummissjonar; |
|
(xv) |
l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ u kejl; jekk tkun meħtieġa, l-informazzjoni tista’ tinstab fir-Rapport ta’ Referenza dwar il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-Installazzjonijiet tal-IED; |
|
(xvi) |
l-applikazzjoni ta’ parametraġġ referenzjarju settorjali fuq bażi regolari; |
|
(xvii) |
l-awditjar intern indipendenti perjodiku (sa fejn ikun prattikabbli) u l-awditjar estern indipendenti perjodiku sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali u sabiex jiġi ddeterminat jekk l-EMS hijiex konformi mal-arranġamenti ppjanati u jekk ġietx implimentata u miżmuma kif suppost; |
|
(xviii) |
l-evalwazzjoni tal-kawżi tan-nuqqasijiet ta’ konformità, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi bħala rispons għan-nuqqas ta’ konformità, ir-rieżami tal-effettività tal-azzjonijiet korrettivi, u d-determinazzjoni ta’ jekk jeżistux jew jekk jistgħux iseħħu nuqqasijiet ta’ konformità simili; |
|
(xix) |
ir-rieżami perjodiku, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha; |
|
(xx) |
is-segwitu u l-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp ta’ tekniki aktar nodfa. |
Speċifikament għat-trattament tas-superfiċe bl-użu ta’ solventi organiċi, il-BAT hija wkoll li jiġu inkorporati l-karatteristiċi li ġejjin fl-EMS:
|
(i) |
Interazzjoni mal-kontroll u l-garanzija tal-kwalità, kif ukoll kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa u sikurezza. |
|
(ii) |
Ippjanar biex titnaqqas l-impronta ambjentali ta’ installazzjoni. B’mod partikolari, dan jinvolvi dan li ġej:
|
|
(iii) |
L-inklużjoni ta’:
|
Nota
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi l-iskema tal-Unjoni Ewropea ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li hija eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ dan il-BAT.
Applikabbiltà:
Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.
1.1.2. Il-prestazzjoni ambjentali ġenerali
BAT 2. Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant, b’mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ KOV u l-konsum tal-enerġija, il-BAT hija li:
|
— |
jiġu identifikati ż-żoni/is-sezzjonijiet/l-istadji tal-proċess li jirrappreżentaw l-akbar kontribut għall-emissjonijiet ta’ KOV u l-konsum tal-enerġija u l-akbar potenzjal għat-titjib (ara wkoll il-BAT 1); |
|
— |
jiġu identifikati u implimentati azzjonijiet biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet ta’ KOV u l-konsum tal-enerġija; |
|
— |
tiġi aġġornata regolarment (mill-inqas darba kull sena) is-sitwazzjoni u jsir segwitu fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet identifikati. |
1.1.3. L-għażla tal-materja prima
BAT 3. Sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-materja prima użata, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
L-użu ta’ materja prima b’impatt ambjentali baxx |
Bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1), l-evalwazzjoni sistematika tal-impatti ambjentali negattivi tal-materjali użati (b’mod partikolari sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni, kif ukoll sustanzi ta’ tħassib serju ħafna) u s-sostituzzjoni minn oħrajn mingħajr impatti ambjentali u tas-saħħa jew b’tali impatti aktar baxxi, fejn possibbli, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott. |
Ġeneralment applikabbli. Il-kamp ta’ applikazzjoni (eż. il-livell ta’ dettall) u n-natura tal-evalwazzjoni ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant u mal-firxa tal-impatti ambjentali li dan jista’ jkollu, kif ukoll mat-tip u mal-kwantità tal-materjali użati. |
|
(b) |
L-ottimizzazzjoni tal-użu tas-solventi fil-proċess |
L-ottimizzazzjoni tal-użu tas-solventi fil-proċess permezz ta’ pjan ta’ ġestjoni (bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1)) li għandu l-għan li jidentifika u jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa (eż. it-tqegħid f’lottijiet tal-kulur, l-ottimizzazzjoni tal-pulverizzazzjoni tal-isprej). |
Ġeneralment applikabbli. |
BAT 4. Sabiex jitnaqqsu l-konsum tas-solvent, l-emissjonijiet ta’ KOV u l-impatt ambjentali ġenerali tal-materja prima użata, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
L-użu ta’ żebgħa/kisjiet/verniċi/linka/adeżivi b’bażi ta’ solvent u b’konċentrazzjoni għolja ta’ solidi |
L-użu ta’ żebgħa, kisjiet, linka likwida, verniċi u adeżivi li fihom ammont baxx ta’ solventi u żieda fil-kontenut tas-solidi. |
L-għażla tat-tekniki ta’ trattament tas-superfiċe tista’ tkun ristretta mit-tip ta’ attività, mit-tip u l-forma tas-sottostrat, mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott, kif ukoll mill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-materjali użati, it-tekniki tal-applikazzjoni tal-kisi, it-tekniki ta’ tnixxif/twebbis u s-sistemi ta’ trattament tal-effluwenti gassużi jkunu kompatibbli b’mod reċiproku. |
|
(b) |
L-użu ta’ żebgħa/kisjiet/linka/verniċi/adeżivi b’bażi ta’ ilma |
L-użu ta’ żebgħa, kisjiet, linka likwida, verniċi u adeżivi fejn is-solvent organiku jiġi sostitwit parzjalment bl-ilma. |
|
|
(c) |
L-użu ta’ linka/kisjiet/żebgħa/verniċi/adeżivi mwebbsa bir-radjazzjoni |
L-użu ta’ żebgħa, kisjiet, linka likwida, verniċi u adeżivi addattati biex jitwebbsu bl-attivazzjoni ta’ gruppi speċifiċi ta’ sustanzi kimiċi permezz ta’ radjazzjoni UV jew IR, jew elettroni veloċi, mingħajr sħana u mingħajr emissjonijiet ta’ KOV. |
|
|
(d) |
L-użu ta’ adeżivi b’żewġ komponenti mingħajr solventi |
L-użu ta’ materjali adeżivi b’żewġ komponenti mingħajr solventi li jikkonsistu f’reżina u sustanza li twebbes. |
|
|
(e) |
L-użu ta’ kolla li ddub bis-sħana (hot-melt adhesives) |
L-użu ta’ kisi b’adeżivi magħmula mill-estrużjoni sħuna tal-lastiku sintetiku, tar-reżini tal-idrokarburi u ta’ diversi addittivi. Ma jintużawx solventi. |
|
|
(f) |
L-użu ta’ kisi f’forma ta’ trab |
L-użu ta’ kisi mingħajr solventi li jiġi applikat bħala trab maqsum b’mod fin u li jiġi mwebbes fi fran termali. |
|
|
(g) |
L-użu ta’ film laminat għal kisjiet tal-web jew tal-kojl |
L-użu ta’ riti tal-polimeru applikati fuq kojl jew web sabiex jingħataw proprjetajiet estetiċi jew funzjonali, li jnaqqas l-għadd ta’ saffi ta’ kisi meħtieġa. |
|
|
(h) |
L-użu ta’ sustanzi li mhumiex KOV jew li huma KOV ta’ volatilità aktar baxxa |
Is-sostituzzjoni ta’ sustanzi KOV b’volatilità għolja ma’ oħrajn li fihom komposti organiċi li mhumiex KOV jew li huma KOV ta’ volatilità aktar baxxa (eż. esteri). |
|
1.1.4. Il-ħżin u l-immaniġġjar tal-materja prima
BAT 5. Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet maħruba ta’ KOV matul il-ħżin u l-immaniġġjar ta’ materjali li fihom solventi u/jew materjali perikolużi, il-BAT hija li jiġu applikati l-prinċipji ta’ manutenzjoni tajba billi jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||||||||||||||
|
Tekniki ta’ ġestjoni |
|||||||||||||||||||
|
(a) |
It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ tnixxijiet u tixrid |
Pjan għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ tnixxijiet u tixrid huwa parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal:
|
Ġeneralment applikabbli. Il-kamp ta’ applikazzjoni (eż. il-livell ta’ dettall) tal-pjan ġeneralment ikun relatat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, kif ukoll mat-tip u mal-kwantità tal-materjali użati. |
||||||||||||||||
|
Tekniki ta’ ħżin |
|||||||||||||||||||
|
(b) |
Il-kontenituri u ż-żona ta’ ħżin konfinata ssiġillati u mgħottija |
Il-ħżin ta’ solventi, materjali perikolużi, skart ta’ solventi u skart ta’ materjali tat-tindif f’kontenituri ssiġillati jew mgħottija, addattati għar-riskju assoċjat u ddisinjati biex jimminimizzaw l-emissjonijiet. Iż-żona ta’ ħżin tal-kontenituri hija konfinata u ta’ kapaċità adegwata. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||||||||||||
|
(c) |
Il-minimizzazzjoni tal-ħżin ta’ materjali perikolużi fiż-żoni ta’ produzzjoni |
Il-materjali perikolużi jkunu preżenti f’żoni ta’ produzzjoni biss f’ammonti li jkunu meħtieġa għall-produzzjoni; kwantitajiet akbar jinħażnu separatament. |
|||||||||||||||||
|
Tekniki għall-ippompjar u t-trattament ta’ likwidi |
|||||||||||||||||||
|
(d) |
It-tekniki biex jiġu evitati t-tnixxijiet u t-tixrid waqt l-ippompjar |
It-tnixxijiet u t-tixrid jiġu evitati billi jintużaw pompi u siġilli addattati għall-materjal ittrattat u li jiżguraw issikkar tajjeb. Dan jinkludi tagħmir bħal pompi b’muturi tal-landa, pompi akkoppjati b’mod manjetiku, pompi b’siġilli mekkaniċi multipli u sistema ta’ estinzjoni jew ilqugħ, pompi b’siġilli mekkaniċi multipli u siġilli nexfin fl-atmosfera, pompi b’dijaframma jew pompi b’imniefaħ. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||||||||||||
|
(e) |
Tekniki għall-prevenzjoni tat-tifwir waqt l-ippompjar |
Dan jinkludi l-iżgurar, pereżempju, li:
|
|||||||||||||||||
|
(f) |
Il-qbid tal-fwar ta’ KOV waqt il-kunsinna ta’ materjal li fih solventi |
Meta jiġu kkunsinnati materjali li jkun fihom solventi fi kwantitajiet kbar (eż. it-tagħbija jew il-ħatt ta’ tankijiet), il-fwar spostat minn tankijiet riċeventi jinqabad, ġeneralment permezz ta’ retroventilazzjoni. |
Dan jista’ ma jkunx applikabbli għal solventi bi pressjoni baxxa ta’ fwar jew minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ spejjeż. |
||||||||||||||||
|
(g) |
Il-konteniment għat-tixrid u/jew l-utilizzazzjoni rapida fl-immaniġġjar tal-materjali li jkun fihom solventi |
Meta l-materjali li jkun fihom solventi jiġu mmaniġġjati f’kontenituri, it-tixrid possibbli jiġi evitat billi jiġi pprovdut konteniment, pereżempju, bl-użu ta’ trolleys, pallets u/jew naqal tad-distillazzjoni b’konteniment inkorporat (eż. “reċipjenti għall-ġbir” (catch pans)) u/jew l-utilizzazzjoni rapida bl-użu ta’ materjali assorbenti. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||||||||||||
1.1.5. Id-distribuzzjoni ta’ materja prima
BAT 6. Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-materja prima u l-emissjonijiet tal-KOV, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
Il-provvista ċentralizzata ta’ materjali li fihom KOV (eż. linka, kisjiet, adeżivi, aġenti tat-tindif) |
Il-provvista ta’ materjali li fihom KOV (eż. linka, kisjiet, adeżivi, aġenti tat-tindif) lejn iż-żona tal-applikazzjoni permezz ta’ pajpijiet diretti bl-anelli, inkluż tindif tas-sistemi bħal tindif permezz ta’ pig jew tisfija tal-arja. |
Din tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ bidliet frekwenti ta’ linka/żebgħa/kisjiet/adeżivi jew solventi. |
|
(b) |
Sistemi avvanzati ta’ taħlit |
Tagħmir tat-taħlit ikkontrollat bil-kompjuter biex jinkisbu ż-żebgħa/il-kisi/il-linka/l-adeżiv mixtieqa. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(c) |
Il-provvista ta’ materjali li fihom KOV (eż. linka, kisjiet, adeżivi, aġenti tat-tindif) fil-punt tal-applikazzjoni bl-użu ta’ sistema magħluqa |
Fil-każ ta’ bidliet frekwenti ta’ linka/żebgħa/kisjiet/adeżivi u solventi jew għall-użu fuq skala żgħira, il-provvista ta’ linka/żebgħa/kisjiet/adeżivi u solventi minn kontenituri tat-trasport żgħar imqiegħda ħdejn iż-żona tal-applikazzjoni bl-użu ta’ sistema magħluqa. |
|
|
(d) |
Awtomatizzazzjoni tal-bidla fil-kulur |
It-tibdil awtomatizzat tal-kulur u t-tindif tal-linja tal-linka/taż-żebgħa/tal-kisi bi qbid tas-solventi. |
|
|
(e) |
Raggruppament ta’ kuluri |
Modifika tas-sekwenza tal-prodotti biex jinkisbu sekwenzi kbar bl-istess kulur. |
|
|
(f) |
Sprejjar b’soft purge |
Il-mili mill-ġdid tal-ispray gun b’żebgħa ġdida mingħajr tlaħliħ intermedju. |
|
1.1.6. Applikazzjoni tal-kisi
BAT 7. Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-materja prima u l-impatt ambjentali ġenerali tal-proċessi tal-applikazzjoni tal-kisi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
Tekniki għall-applikazzjoni mhux tal-isprejjar |
|||
|
(a) |
Kisi bir-rombli |
Applikazzjoni fejn jintużaw rombli għat-trasferiment jew għall-kejl tal-kisi likwidu fuq strixxa li tiċċaqlaq. |
Applikabbli biss għas-sottostrati ċatti (4). |
|
(b) |
Xafra għat-tneħħija ta’ linka żejda (doctor blade) fuq romblu |
Il-kisi jiġi applikat fuq is-sottostrat permezz ta’ xaqq bejn xafra u romblu. Hekk kif il-kisi u s-sottostrat jgħaddu, l-eċċess jinbarax u jitneħħa. |
Ġeneralment applikabbli (4). |
|
(c) |
Applikazzjoni mingħajr tlaħliħ (niexfa fil-post) fil-kisi tal-kojl |
Applikazzjoni ta’ kisjiet ta’ konverżjoni li ma jeħtieġu l-ebda tlaħliħa oħra bl-ilma bl-użu ta’ magna tal-kisi bir-rombli (chemcoater) jew rombli squeegee. |
Ġeneralment applikabbli (4). |
|
(d) |
Kisi f’purtiera (ikkastjar) |
L-oġġetti li għandhom jinħadmu jiġu mgħoddija minn film ta’ kisi laminari skarikat minn tank tar-ras. |
Applikabbli biss għas-sottostrati ċatti (4). |
|
(e) |
Kisi b’kurrent elettriku (e-coat) |
Il-partikoli taż-żebgħa mxerrdin f’soluzzjoni b’bażi ta’ ilma jiġu ddepożitati fuq sottostrati mgħaddsa taħt l-influwenza ta’ kamp elettriku (depożizzjoni elettroforetika). |
Applikabbli biss għas-sottostrati tal-metall (4). |
|
(f) |
Tgħargħir |
L-oġġetti li għandhom jinħadmu jiġu ttrasportati permezz ta’ sistemi trasportaturi għal ġo mezz magħluq, li mbagħad jiġi mfawwar bil-materjal tal-kisi permezz ta’ tubi ta’ injezzjoni. Il-materjal żejjed jinġabar u jerġa’ jintuża. |
Ġeneralment applikabbli (4). |
|
(g) |
Koestrużjoni |
Is-sottostrat stampat jiġi akkoppjat b’film tal-plastik sħun u likwifikat u sussegwentement jitkessaħ. Dan il-film jissostitwixxi s-saff ta’ kisi addizzjonali meħtieġ. Din tista’ tintuża bejn żewġ saffi differenti ta’ trasportaturi differenti li jaġixxu bħala adeżiv. |
Mhux applikabbli meta tkun meħtieġa saħħa ta’ rbit għolja jew reżistenza għat-temperatura tal-isterilizzazzjoni (4). |
|
Tekniki ta’ atomizzazzjoni tal-isprejjar |
|||
|
(h) |
Sprejjar mingħajr arja assistit bl-arja |
Jintuża fluss tal-arja (li jifforma l-arja) biex jimmodifika l-konu tal-isprej ta’ spray gun mingħajr arja. |
Ġeneralment applikabbli (4). |
|
(i) |
Atomizzazzjoni pnewmatika b’gassijiet inerti |
Applikazzjoni ta’ żebgħa pnewmatika b’gassijiet inerti taħt pressjoni (eż. nitroġenu, diossidu tal-karbonju). |
Din tista’ ma tkunx applikabbli għal kisi ta’ superfiċi tal-injam (4). |
|
(j) |
Atomizzazzjoni b’volum għoli u bi pressjoni baxxa (HVLP) |
Atomizzazzjoni ta’ żebgħa f’żennuna tal-isprej permezz ta’ taħlit ta’ żebgħa b’volumi għoljin ta’ arja bi pressjoni baxxa (massimu ta’ 1,7 bar). Il-guns tal-HVLP ikollhom effiċjenza tat-trasferiment taż-żebgħa ta’ > 50 %. |
Ġeneralment applikabbli (4). |
|
(k) |
Atomizzazzjoni elettrostatika (kompletament awtomatizzata) |
Atomizzazzjoni permezz ta’ diski u qniepen rotazzjonali ta’ veloċità għolja u fformar tal-ġett tal-isprej b’kampijiet elettrostatiċi u l-ifformar tal-arja. |
|
|
(l) |
Sprejjar bl-arja assistit b’mod elettrostatiku jew mingħajr arja |
L-ifformar tal-ġett tal-isprej ta’ atomizzazzjoni pnewmatika jew mingħajr arja b’kamp elettrostatiku. L-apparat elettrostatiku li jisprejja ż-żebgħa għandu effiċjenza ta’ trasferiment ta’ > 60 %. Il-metodi elettrostatiċi fissi għandhom effiċjenza ta’ trasferiment sa 75 %. |
|
|
(m) |
Sprejjar bis-sħana |
Atomizzazzjoni pnewmatika bl-arja sħuna jew b’żebgħa msaħħna. |
Din tista’ ma tkunx applikabbli għal bidliet frekwenti fil-kulur (4). |
|
(n) |
Applikazzjoni ta’ “sprej, squeegee u tlaħliħ” fil-kisi tal-kojl |
L-isprejs jintużaw għall-applikazzjoni ta’ prodotti tat-tindif, trattamenti minn qabel u għat-tlaħliħ. Wara l-isprejjar, jintużaw squeegees biex jimminimizzaw it-titwil tas-soluzzjoni, segwiti bit-tlaħliħ. |
Ġeneralment applikabbli (4). |
|
Awtomatizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-isprejjar |
|||
|
(o) |
Applikazzjoni robotizzata |
L-applikazzjoni robotizzata ta’ kisjiet u siġillanti fuq superfiċi interni u esterni. |
Ġeneralment applikabbli (4). |
|
(p) |
Applikazzjoni mekkanizzata |
L-użu ta’ magni taż-żebgħa għall-immaniġġjar tar-ras taż-żennuna tal-isprejjar/tal-ispray gun/taż-żennuna. |
|
1.1.7. Tnixxif/twebbis
BAT 8. Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-impatt ambjentali ġenerali mill-proċessi ta’ tnixxif/twebbis, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
Tnixxif/twebbis b’konvezzjoni ta’ gass inerti |
Il-gass inerti (nitroġenu) jissaħħan fil-forn, li jippermetti tagħbija tas-solvent ’il fuq mil-LEL. Huma possibbli tagħbijiet ta’ solvent ta’ > 1 200 g/m 3 ta’ nitroġenu. |
Mhux applikabbli meta n-nixxiefa jridu jinfetħu regolarment (5). |
|
(b) |
Tnixxif/twebbis b’induzzjoni |
Twebbis jew tnixxif termali online permezz ta’ indutturi elettromanjetiċi li jiġġeneraw is-sħana ġewwa l-oġġett metalliku li għandu jinħadem permezz ta’ kamp manjetiku oxxillanti. |
Applikabbli biss għas-sottostrati tal-metall (5). |
|
(c) |
Tnixxif b’microwave u bi frekwenza għolja |
Tnixxif bl-użu ta’ microwave jew radjazzjoni bi frekwenza għolja. |
Applikabbli biss għall-kisjiet u l-linka b’bażi ta’ ilma u għas-sottostrati mhux metalliċi (5). |
|
(d) |
Twebbis bir-radjazzjoni |
It-twebbis bir-radjazzjoni jiġi applikat abbażi ta’ reżini u dilwenti reattivi (monomeri) li jirreaġixxu fuq l-esponiment għar-radjazzjoni (infra-aħmar (IR), ultravjola (UV)), jew faxxi ta’ elettroni (EB) b’enerġija għolja. |
Applikabbli biss għal kisjiet u linka speċifiċi (5). |
|
(e) |
Tnixxif ikkombinat permezz ta’ konvezzjoni/radjazzjoni IR |
It-tnixxif ta’ superfiċe mxarrab b’kombinazzjoni ta’ arja sħuna li tiċċirkola (konvezzjoni) u radjatur tal-infra-aħmar. |
Ġeneralment applikabbli (5). |
|
(f) |
Tnixxif/twebbis permezz ta’ konvezzjoni kkombinat mal-irkupru tas-sħana |
Is-sħana mill-effluwenti gassużi tiġi rkuprata (ara l-BAT 19 (e)) u tintuża biex issaħħan minn qabel l-arja tal-input tal-apparat tat-tnixxif permezz ta’ konvezzjoni/forn tat-twebbis. |
Ġeneralment applikabbli (5). |
1.1.8. Tindif
BAT 9. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-KOV mill-proċessi tat-tindif, il-BAT hija li jitnaqqas l-użu ta’ aġenti tat-tindif b’bażi ta’ solventi u li tintuża kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
||||||
|
(a) |
Protezzjoni taż-żoni u tat-tagħmir tal-isprejjar |
Iż-żoni u t-tagħmir tal-applikazzjoni (eż. il-ħitan tal-kabini tal-isprejjar u r-robots) suxxettibbli għal overspray u taqtir, eċċ. jitgħattew b’kisi tad-drapp jew fojls mhux riutilizzabbli meta l-fojls ma jkunux soġġetti għal tiċrit jew tkagħbir bl-użu. |
L-għażla tat-tekniki tat-tindif tista’ tkun ristretta mit-tip ta’ proċess, mis-sottostrat jew mit-tagħmir li għandu jitnaddaf u t-tip ta’ kontaminazzjoni. |
|||||
|
(b) |
It-tneħħija ta’ solidi qabel tindif komplet |
Is-solidi jitneħħew f’forma kkonċentrata (niexfa), ġeneralment bl-idejn, bl-għajnuna ta’ ammonti żgħar ta’ solventi tat-tindif jew mingħajrhom. Dan inaqqas l-ammont ta’ materjal li għandu jitneħħa bis-solvent u/jew bl-ilma fi stadji sussegwenti tat-tindif u, għalhekk, l-ammont ta’ solvent u/jew ilma użat. |
||||||
|
(c) |
Tindif manwali b’wipes imprenjati minn qabel |
Jintużaw wipes imprenjati minn qabel b’aġenti tat-tindif għat-tindif manwali. L-aġenti tat-tindif jistgħu jkunu b’bażi ta’ solventi, solventi b’volatilità baxxa jew mingħajr solventi. |
||||||
|
(d) |
L-użu ta’ aġenti tat-tindif b’volatilità baxxa |
L-applikazzjoni ta’ solventi b’volatilità baxxa bħala aġenti tat-tindif, għal tindif manwali jew awtomatizzat, b’potenza għolja tat-tindif. |
||||||
|
(e) |
Tindif b’bażi ta’ ilma |
Jintużaw deterġenti b’bażi ta’ ilma jew solventi li jitħalltu mal-ilma, bħal alkoħol jew glikoli, għat-tindif. |
||||||
|
(f) |
Magni tal-ħasil magħluqin |
Tindif awtomatiku tal-lottijiet/tneħħija tal-grass tal-pressa/partijiet ta’ magni f’magni tal-ħasil magħluqin. Dan jista’ jsir bl-użu ta’:
|
||||||
|
(g) |
It-tindif b’irkupru ta’ solventi |
Il-ġbir, il-ħżin u, jekk possibbli, l-użu mill-ġdid tas-solventi użati biex jitnaddfu l-guns/applikaturi u l-linji bejn il-bidliet fil-kulur. |
||||||
|
(h) |
Tindif bi sprej tal-ilma bi pressjoni għolja |
L-isprej tal-ilma bi pressjoni għolja u s-sistemi ta’ bikarbonat tas-sodju, jew sistemi simili, jintużaw għat-tindif awtomatiku tal-lottijiet ta’ partijiet ta’ pressa/magni. |
||||||
|
(i) |
Tindif ultrasoniku |
It-tindif f’likwidu bl-użu ta’ vibrazzjonijiet bi frekwenza għolja biex titnaqqas il-kontaminazzjoni osservata. |
||||||
|
(j) |
Tindif b’silġ niexef (CO2) |
Tindif ta’ partijiet ta’ makkinarju u sottostrati tal-metall jew tal-plastik permezz tal-ibblastjar b’ċipep tas-CO2 jew borra. |
||||||
|
(k) |
Tindif permezz ta’ plastic shot-blast |
Iż-żebgħa żejda li tiġi akkumulata titneħħa mill-panel jigs u mit-trasportaturi tal-karrozzerija (body carriers) permezz ta’ shot-blasting b’partikoli tal-plastik. |
||||||
1.1.9. Monitoraġġ
1.1.9.1.
BAT 10. Il-BAT hija li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet totali u maħruba ta’ KOV permezz tal-kompilazzjoni, mill-inqas darba kull sena, ta’ bilanċ tal-massa tas-solvent tal-inputs u l-outputs tas-solventi tal-impjant, kif definiti fil-Parti 7(2) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE u li tiġi minimizzata l-inċertezza tad-data tal-bilanċ tal-massa tas-solvent bl-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|||||||||
|
(a) |
Identifikazzjoni u kwantifikazzjoni sħaħ tal-inputs u l-outputs tas-solventi rilevanti, inkluża l-inċertezza assoċjata |
Dan jinkludi:
|
||||||||
|
(b) |
L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ trekkjar tas-solventi |
Sistema ta’ trekkjar tas-solventi għandha l-għan li żżomm kontroll tal-kwantitajiet kemm użati kif ukoll mhux użati ta’ solventi (eż. billi jintiżnu l-kwantitajiet mhux użati rritornati lejn iż-żona tal-ħżin miż-żona tal-applikazzjoni). |
||||||||
|
(c) |
Il-monitoraġġ ta’ bidliet li jistgħu jinfluwenzaw l-inċertezza tad-data dwar il-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Kwalunkwe bidla li tista’ tinfluwenza l-inċertezza tad-data dwar il-bilanċ tal-massa tas-solvent tiġi rreġistrata, bħal:
|
||||||||
Applikabbiltà:
Il-livell ta’ dettall tal-bilanċ tal-massa ta’ solvent ser ikun proporzjonat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta’ impatti ambjentali li dan jista’ jkollu, kif ukoll mat-tip u mal-kwantità tal-materjali użati.
1.1.9.2.
BAT 11. Il-BAT hija li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart mill-inqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
Sustanza/Parametru |
Setturi/Sorsi |
Standard(s) |
Frekwenza minima tal-monitoraġġ |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
|
|
Trab |
Kisi tal-vetturi – Kisi bl-isprej |
EN 13284-1 |
Darba kull sena (6) |
BAT 18 |
|
|
Kisi ta’ superfiċi oħrajn tal-metall u tal-plastik – Kisi bl-isprej |
|||||
|
Kisi ta’ inġenji tal-ajru – Preparazzjoni (eż. xkatlar, ibblastjar) u kisi |
|||||
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall – Applikazzjoni tal-isprej |
|||||
|
Kisi ta’ superfiċi tal-injam – Preparazzjoni u kisi |
|||||
|
TVOC |
Is-setturi kollha |
Kwalunkwe ċumnija b’tagħbija ta’ TVOC < 10 kg C/h |
EN 12619 |
BAT 14, BAT 15 |
|
|
Kwalunkwe ċumnija b’tagħbija ta’ TVOC ≥ 10 kg C/h |
Standards EN ġeneriċi (9) |
Kontinwu |
|||
|
DMF |
Kisi ta’ tessuti, fojls u karti (10) |
Ebda standard EN disponibbli (11) |
Darba kull tliet xhur (6) |
BAT 15 |
|
|
NOX |
Trattament termali ta’ effluwenti gassużi |
EN 14792 |
Darba kull sena (12) |
BAT 17 |
|
|
CO |
Trattament termali ta’ effluwenti gassużi |
EN 15058 |
Darba kull sena (12) |
BAT 17 |
|
1.1.9.3.
BAT 12. Il-BAT hija li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet fl-ilma mill-inqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
Sustanza/Parametru |
Settur |
Standard(s) |
Frekwenza minima tal-monitoraġġ |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
|
TSS (13) |
Kisi tal-vetturi |
EN 872 |
BAT 21 |
|
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall (għal bottijiet DWI biss) |
||||
|
Kisi tal-vetturi |
L-ebda standard EN disponibbli |
|||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall (għal bottijiet DWI biss) |
||||
|
Kisi tal-vetturi |
EN 1484 |
|||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall (għal bottijiet DWI biss) |
||||
|
Kisi tal-inġenji tal-ajru |
EN ISO 10304-3 jew EN ISO 23913 |
|||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Kisi tal-inġenji tal-ajru |
Diversi standards EN disponibbli (pereżempju EN ISO 11885, EN ISO 17294-2, EN ISO 15586) |
|||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Ni (18) |
Kisi tal-vetturi |
|||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Zn (18) |
Kisi tal-vetturi |
|||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
AOX (18) |
Kisi tal-vetturi |
EN ISO 9562 |
||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall (għal bottijiet DWI biss) |
||||
|
Kisi tal-vetturi |
EN ISO 10304-1 |
|||
|
Kisi tal-kojl |
||||
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall (għal bottijiet DWI biss) |
1.1.10. L-emissjonijiet matul l-OTNOC
BAT 13. Sabiex titnaqqas il-frekwenza tal-okkorrenza tal-OTNOC u jitnaqqsu l-emissjonijiet waqt l-OTNOC, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
|
(a) |
Identifikazzjoni tat-tagħmir kritiku |
It-tagħmir kritiku għall-ħarsien tal-ambjent (“tagħmir kritiku”) jiġi identifikat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Fil-prinċipju, dan jikkonċerna t-tagħmir u s-sistemi kollha li jimmaniġġjaw il-KOV (eż. sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, sistema ta’ individwazzjoni tat-tnixxija). |
|
(b) |
Spezzjoni, manutenzjoni u monitoraġġ |
Programm strutturat li jimmassimizza d-disponibbiltà u l-prestazzjoni kritiċi tat-tagħmir, li jinkludi proċeduri operattivi standard, manutenzjoni preventiva, manutenzjoni regolari u mhux ippjanata. Il-perjodi, it-tul ta’ żmien, il-kawżi u, jekk ikun possibbli, l-emissjonijiet tal-OTNOC matul l-okkorrenza tagħhom jiġu ssorveljati. |
1.1.11. Emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart
1.1.11.1.
BAT 14. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-KOV miż-żoni tal-produzzjoni u tal-ħżin, il-BAT hija li jintużaw it-teknika (a) u kombinazzjoni xierqa tat-tekniki l-oħrajn mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||||||||||||||||||
|
(a) |
L-għażla, id-disinn u l-ottimizzazzjoni tas-sistema |
Sistema tal-effluwenti gassużi tintgħażel, tiġi ddisinjata u ottimizzata wara li jitqiesu parametri bħal:
Tista’ tiġi kkunsidrata l-ordni ta’ prijorità li ġejja għall-għażla tas-sistema:
|
Ġeneralment applikabbli. |
||||||||||||||||||||
|
(b) |
Estrazzjoni tal-arja kemm jista’ jkun qrib il-punt ta’ applikazzjoni ta’ materjali li fihom KOV |
Estrazzjoni tal-arja kemm jista’ jkun qrib il-punt ta’ applikazzjoni b’magħlaq sħiħ jew parzjali taż-żoni ta’ applikazzjoni tas-solventi (eż. magni tal-kisi, magni għall-applikazzjoni, kabini tal-isprejjar). L-arja estratta tista’ tiġi ttrattata b’sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi. |
Din tista’ ma tkunx applikabbli meta l-magħlaq iwassal għal aċċess diffiċli għall-makkinarju waqt it-tħaddim. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-forma u d-daqs taż-żona li għandha tkun magħluqa. |
||||||||||||||||||||
|
(c) |
Estrazzjoni tal-arja kemm jista’ jkun qrib il-punt ta’ preparazzjoni ta’ żebgħa/kisjiet/adeżivi/linka |
Estrazzjoni tal-arja kemm jista’ jkun qrib il-punt ta’ preparazzjoni ta’ żebgħa/kisjiet/adeżivi/linka (eż. iż-żona tat-taħlit). L-arja estratta tista’ tiġi ttrattata b’sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi. |
Applikabbli biss fejn issir il-preparazzjoni ta’ żebgħa/kisjiet/adeżivi/linka. |
||||||||||||||||||||
|
(d) |
Estrazzjoni tal-arja mill-proċessi ta’ tnixxif/twebbis |
Il-fran tat-twebbis/l-apparat tat-tnixxif huma mgħammra b’sistema ta’ estrazzjoni tal-arja. L-arja estratta tista’ tiġi ttrattata b’sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi. |
Applikabbli biss għall-proċessi ta’ tnixxif/twebbis. |
||||||||||||||||||||
|
(e) |
Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet maħruba u t-telf tas-sħana mill-fran/apparat tat-tnixxif permezz tal-issiġillar tad-dħul u tal-ħruġ tal-fran tat-twebbis/apparat tat-tnixxif jew permezz tal-applikazzjoni ta’ pressjoni subatmosferika fit-tnixxif |
Id-dħul għall-fran tat-twebbis/l-apparat tat-tnixxif u l-ħruġ minnhom jiġu ssiġillati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet maħruba ta’ KOV u t-telf tas-sħana. L-issiġillar jista’ jiġi żgurat minn ġettijiet tal-arja jew minn air knives, bibien, purtieri tal-plastik jew tal-metall, xfafar għat-tneħħija ta’ linka żejda (doctor blades), eċċ. B’mod alternattiv, il-fran/l-apparat tat-tnixxif jinżammu taħt pressjoni subatmosferika. |
Applikabbli biss meta jintużaw fran tat-twebbis/apparat tat-tnixxif. |
||||||||||||||||||||
|
(f) |
Estrazzjoni tal-arja miż-żona tat-tkessiħ |
Meta t-tkessiħ tas-sottostrat iseħħ wara tnixxif/twebbis, l-arja miż-żona tat-tkessiħ tiġi estratta u tista’ tiġi ttrattata b’sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi. |
Applikabbli biss meta t-tkessiħ tas-sottostrat iseħħ wara tnixxif/twebbis. |
||||||||||||||||||||
|
(g) |
Estrazzjoni tal-arja mill-ħżin ta’ materja prima, solventi u skart li jkun fih solventi |
L-arja mill-imħażen ta’ materja prima u/jew minn kontenituri individwali għal materja prima, solventi u skart li jkun fih solventi tiġi estratta u tista’ tiġi ttrattata b’sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi. |
Dan jista’ ma jkunx applikabbli għal kontenituri magħluqa jew għall-ħżin ta’ materja prima, solventi u skart li jkun fih solventi bi pressjoni baxxa ta’ fwar u tossiċità baxxa. |
||||||||||||||||||||
|
(h) |
L-estrazzjoni tal-arja miż-żoni tat-tindif |
L-arja miż-żoni fejn il-partijiet tal-magni u t-tagħmir jitnaddfu b’solventi organiċi, bl-idejn jew b’mod awtomatiku, tiġi estratta u tista’ tiġi ttrattata b’sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi. |
Applikabbli biss għal żoni fejn il-partijiet tal-magni u t-tagħmir jitnaddfu b’solventi organiċi. |
||||||||||||||||||||
BAT 15. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-KOV f’gassijiet ta’ skart u tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
I. Il-qbid u l-irkupru ta’ solventi f’effluwenti gassużi |
|||
|
(a) |
Kondensazzjoni |
Teknika għat-tneħħija ta’ komposti organiċi billi t-temperatura titnaqqas taħt il-punti tan-nida tagħhom sabiex il-fwar jiġi likwifikat. Skont il-firxa tat-temperatura operattiva meħtieġa, jintużaw refriġeranti differenti, eż. ilma tat-tberrid, ilma mkessaħ (tipikament temperatura ta’ madwar 5 °C), ammonijaka jew propan. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija għall-irkupru tkun eċċessiva minħabba l-kontenut baxx ta’ KOV. |
|
(b) |
Adsorbiment bl-użu ta’ karbonju attivat jew żeoliti |
Il-KOV jiġu adsorbiti fuq is-superfiċe ta’ karbonju attivat, żeoliti jew karta tal-fibra tal-karbonju. Sussegwentement, l-adsorbat jiġi desorbit, eż. bil-fwar (ħafna drabi fuq il-post), għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi u l-adsorbent jerġa’ jintuża. Għal tħaddim kontinwu, ġeneralment ikun hemm aktar minn żewġ adsorbent jaħdmu b’mod parallel, wieħed minnhom f’modalità ta’ desorbiment. L-adsorbiment jiġi applikat b’mod komuni wkoll bħala pass ta’ konċentrazzjoni biex tiżdied l-effiċjenza tal-ossidazzjoni sussegwenti. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija għall-irkupru tkun eċċessiva minħabba l-kontenut baxx ta’ KOV. |
|
(c) |
Assorbiment bl-użu ta’ likwidu addattat |
L-użu ta’ likwidu addattat għat-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa mill-effluwent gassuż permezz ta’ assorbiment, b’mod partikolari komposti li jinħallu u solidi (trab). L-irkupru tas-solvent huwa possibbli, pereżempju, bl-użu ta’ distillazzjoni jew desorbiment termali. (Għat-tneħħija tat-trab, ara l-BAT 18.) |
Ġeneralment applikabbli. |
|
II. It-trattament termali ta’ solventi f’effluwenti gassużi b’irkupru tal-enerġija |
|||
|
(d) |
It-trasferiment ta’ effluwenti gassużi lejn impjant ta’ kombustjoni |
Parti mill-effluwenti gassużi, jew l-effluwenti gassużi kollha, jintbagħtu bħala arja ta’ kombustjoni u karburant supplimentari lejn impjant ta’ kombustjoni (inklużi impjanti ta’ CHP (sħana u power kombinati)) użati għall-produzzjoni tal-fwar u/jew tal-elettriku. |
Mhux applikabbli għall-effluwenti gassużi li fihom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 59(5) tal-IED. L-applikabbiltà tista’ tiġi ristretta minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza. |
|
(e) |
Ossidazzjoni termali rekuperattiva |
Ossidazzjoni termali bl-użu tas-sħana tal-gassijiet ta’ skart, pereżempju, għat-tisħin minn qabel tal-effluwenti gassużi li jidħlu. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(f) |
Ossidazzjoni termali riġenerattiva b’bosta sodod jew b’distributur tal-arja li ddur mingħajr valvi |
Ossidatur b’bosta sodod (tlieta jew ħamsa) mimli b’imballaġġ taċ-ċeramika. Is-sodod huma skambjaturi tas-sħana, li jissaħħnu b’mod alternat minn gassijiet ta’ skart mit-tromba ta’ ċumnija, imbagħad il-fluss jitreġġa’ lura biex isaħħan l-arja li tidħol fl-ossidatur. Il-fluss jitreġġa’ lura fuq bażi regolari. Fid-distributur tal-arja b’rotazzjoni mingħajr valvi, il-mezz taċ-ċeramika jinżamm f’reċipjent b’rotazzjoni unika maqsum f’bosta kunjardi. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(g) |
Ossidazzjoni katalitika |
Ossidazzjoni ta’ KOV assistita minn katalizzatur biex titnaqqas it-temperatura tal-ossidazzjoni u jitnaqqas il-konsum tal-karburant. Is-sħana tal-egżost tista’ tiġi rkuprata b’tipi rekuperattivi jew riġenerattivi ta’ skambjaturi tas-sħana. Jintużaw temperaturi ogħla ta’ ossidazzjoni (500–750 °C) għat-trattament ta’ effluwenti gassużi mill-manifattura ta’ wajer tal-koljatura. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-preżenza ta’ veleni tal-katalista. |
|
III. It-trattament ta’ solventi f’effluwenti gassużi mingħajr irkupru ta’ solvent jew enerġija |
|||
|
(h) |
It-trattament bijoloġiku tal-effluwent gassuż |
L-effluwent gassuż jitneħħielu t-trab u jintbagħat lejn reattur b’sottostrat ta’ bijofiltru. Il-bijofiltru jikkonsisti f’qiegħ ta’ materjal organiku (bħal pit, ħaxixet il-mikinsa, kompost, għeruq, qoxra tas-siġar, injam artab u kombinazzjonijiet differenti) jew xi materjal inerti (bħal tafal, karbonju attivat u poliuretan), fejn il-fluss tal-effluwent gassuż jiġi ossidizzat bijoloġikament permezz ta’ mikroorganiżmi li jseħħu b’mod naturali f’diossidu tal-karbonju, ilma, imluħa inorganiċi u bijomassa. Il-bijofiltru huwa sensittiv għal trab, temperaturi għoljin jew varjazzjonijiet kbar fl-effluwent gassuż, pereżempju, tat-temperatura fid-daħla jew tal-konċentrazzjoni ta’ KOV. Tista’ tkun meħtieġa alimentazzjoni ta’ nutrijenti supplimentari. |
Applikabbli biss għat-trattament ta’ solventi bijodegradabbli. |
|
(i) |
Ossidazzjoni termali |
L-ossidazzjoni ta’ KOV permezz tat-tisħin tal-effluwenti gassużi bl-arja jew bl-ossiġenu sa punt ogħla minn dak tat-tqabbid awtomatiku tagħhom f’kompartiment tal-kombustjoni u ż-żamma ta’ temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni tal-KOV għal diossidu tal-karbonju u ilma. |
Ġeneralment applikabbli. |
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) huma mogħtija fit-Tabelli 11, 15, 17, 19, 21, 24, 27, 30, 32 u 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.
BAT 16. Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tas-sistema ta’ tnaqqis tal-KOV, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||||||
|
(a) |
Iż-żamma tal-konċentrazzjoni ta’ KOV mibgħuta lejn is-sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi bl-użu ta’ fannijiet motorizzati bi frekwenza varjabbli |
L-użu ta’ fann motorizzat bi frekwenza varjabbli b’sistemi ċentralizzati ta’ trattament tal-effluwenti gassużi għall-modulazzjoni tal-fluss tal-arja biex jitqabbel mal-egżost mit-tagħmir li jista’ jkun qed jitħaddem. |
Applikabbli biss għal sistemi ċentrali ta’ trattament termali tal-effluwenti gassużi fi proċessi ta’ lottijiet bħall-istampar. |
||||||||
|
(b) |
Il-konċentrazzjoni interna ta’ solventi fl-effluwenti gassużi |
L-effluwenti gassużi jiġu ċċirkolati mill-ġdid fi ħdan il-proċess (internament) fil-fran tat-twebbis/fl-apparat tat-tnixxif u/jew fil-kabini tal-isprejjar, b’tali mod li l-konċentrazzjoni ta’ KOV fl-effluwenti gassużi tiżdied u l-effiċjenza tat-tnaqqis tas-sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi tiżdied. |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata minn fatturi tas-saħħa u s-sikurezza, bħalma huma l-LEL, u r-rekwiżiti jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott. |
||||||||
|
(c) |
Il-konċentrazzjoni esterna ta’ solventi fl-effluwenti gassużi permezz ta’ adsorbiment |
Il-konċentrazzjoni ta’ solventi fl-effluwenti gassużi tiżdied permezz ta’ fluss ċirkolari kontinwu tal-arja ta’ proċess tal-kabina tal-isprejjar, possibbilment flimkien mal-effluwenti gassużi tal-forn tat-twebbis/apparat tat-tnixxif, permezz ta’ apparat ta’ adsorbiment. Dan l-apparat jista’ jinkludi:
|
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-kontenut baxx ta’ KOV. |
||||||||
|
(d) |
Teknika li tinvolvi plenum biex tnaqqas il-volum tal-gass ta’ skart |
L-effluwenti gassużi mill-fran tat-twebbis/apparat tat-tnixxif jintbagħtu lejn kompartiment kbir (plenum), u parzjalment jiġu ċċirkolati mill-ġdid bħala l-arja tad-dħul fil-fran tat-twebbis/fl-apparat tat-tnixxif. L-arja żejda mill-plenum tintbagħat lejn is-sistema ta’ trattament tal-effluwenti gassużi. Dan iċ-ċiklu jżid il-kontenut ta’ KOV tal-arja tal-fran tat-twebbis/apparat tat-tnixxif u jnaqqas il-volum tal-gass ta’ skart. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||||
1.1.11.2.
BAT 17. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOX fil-gassijiet ta’ skart, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta’ CO mit-trattament termali tas-solventi fl-effluwenti gassużi, il-BAT hija li jintużaw it-teknika (a) jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
L-ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ trattament termali (disinn u tħaddim) |
Id-disinn tajjeb tal-kompartimenti ta’ kombustjoni, tal-berners u tal-apparat/mezzi assoċjati jiġi kkombinat mal-ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kombustjoni (eż. permezz tal-kontroll tal-parametri tal-kombustjoni bħat-temperatura u l-ħin tar-residenza) bl-użu ta’ sistemi awtomatiċi jew mingħajrhom u l-manutenzjoni regolari ppjanata tas-sistema ta’ kombustjoni skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-fornituri. |
L-applikabbiltà tad-disinn tista’ tkun ristretta għall-impjanti eżistenti. |
|
(b) |
L-użu ta’ berners b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ NOX |
L-ogħla temperatura tal-fjamma fil-kompartiment tal-kombustjoni titnaqqas, b’mod li tiddewwem iżda titlesta l-kombustjoni u jiżdied it-trasferiment tas-sħana (żieda fl-emissività tal-fjamma). Din hija kkombinata ma’ żieda fil-ħin tar-residenza sabiex tinkiseb il-qerda mixtieqa tal-KOV. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta f’impjanti eżistenti skont restrizzjonijiet ta’ disinn u/jew ta’ tħaddim. |
Tabella 1
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ NOX f’gassijiet ta’ skart u l-livell indikattiv ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet ta’ CO f’gassijiet ta’ skart mit-trattament termali tal-effluwenti gassużi
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (21) (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
Livell indikattiv ta’ emissjonijiet (21) (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
NOX |
mg/Nm3 |
20–130 (22) |
L-ebda livell indikattiv |
|
CO |
L-ebda BAT-AEL |
20-150 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.1.11.3.
BAT 18. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ trab fil-gassijiet ta’ skart mill-proċessi ta’ preparazzjoni, tqattigħ, applikazzjoni tal-kisi u rfinar tas-superfiċe tas-sottostrat għas-setturi u l-proċessi elenkati fit-Tabella 2, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
|
(a) |
Kabina tal-isprejjar b’separazzjoni umda (pannell tal-impatt imlaħlaħ) |
Purtiera tal-ilma li taqa’ b’mod vertikali ’l isfel mill-pannell ta’ wara tal-kabina tal-isprejjar taqbad il-partikoli taż-żebgħa mill-overspray. It-taħlita ta’ żebgħa bl-ilma tinqabad f’ġibjun u l-ilma jiġi ċċirkolat mill-ġdid. |
|
(b) |
Purifikazzjoni fl-umdu |
Il-partikoli taż-żebgħa u trab ieħor fl-effluwent gassuż jiġu sseparati f’sistemi ta’ tisfija permezz ta’ taħlit intensiv tal-effluwent gassuż mal-ilma. (Għat-tneħħija tal-KOV, ara l-BAT 15 (c).) |
|
(c) |
Is-separazzjoni tal-overspray niexef minn materjal miksi minn qabel |
Proċess ta’ separazzjoni tal-overspray taż-żebgħa niexef bl-użu ta’ filtri tal-membrana flimkien mal-franka bħala materjal tal-kisi minn qabel biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-membrani. |
|
(d) |
Is-separazzjoni tal-overspray niexef bl-użu ta’ filtri |
Sistema ta’ separazzjoni mekkanika, eż. bl-użu ta’ kartun, drapp jew sinter. |
|
(e) |
Preċipitatur elettrostatiku |
Fil-preċipitaturi elettrostatiċi, il-partikoli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta’ kamp elettriku. Fi preċipitatur elettrostatiku (ESP) niexef, il-materjal miġbur jitneħħa b’mod mekkaniku (eż. permezz ta’ taħwid, vibrazzjoni, arja kkompressata). F’ESP umdu, dan jitlaħlaħ b’likwidu addattat, ġeneralment aġent ta’ separazzjoni b’bażi ta’ ilma. |
Tabella 2
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ trab f’gassijiet ta’ skart
|
Parametru |
Settur |
Proċess |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
Trab |
Kisi tal-vetturi |
Kisi bl-isprej |
mg/Nm3 |
< 1–3 |
|
Kisi ta’ superfiċi oħrajn tal-metall u tal-plastik |
Kisi bl-isprej |
|||
|
Kisi tal-inġenji tal-ajru |
Preparazzjoni (eż. xkatlar, ibblastjar), kisi |
|||
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall |
Applikazzjoni tal-isprej |
|||
|
Kisi ta’ superfiċi tal-injam |
Preparazzjoni, kisi |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.1.12. Effiċjenza enerġetika
BAT 19. Sabiex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a) u (b) u kombinazzjoni xierqa tat-tekniki (c) sa (h) mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
||||||||
|
Tekniki ta’ ġestjoni |
||||||||||
|
(a) |
Pjan għall-effiċjenza enerġetika |
Pjan għall-effiċjenza enerġetika huwa parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jinvolvi d-definizzjoni u l-kalkolu tal-konsum speċifiku tal-enerġija tal-attività, l-istabbiliment tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fuq bażi annwali (eż. Mwh/tunnellata ta’ prodott) u l-ippjanar tal-miri ta’ titjib perjodiku u azzjonijiet relatati. Il-pjan huwa adattat għall-ispeċifiċitajiet tal-impjant f’termini tal-proċess(i) mwettaq/mwettqa, il-materjali, il-prodotti, eċċ. |
Il-livell ta’ dettall u n-natura tal-pjan għall-effiċjenza enerġetika u tar-rekord tal-bilanċ tal-enerġija ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, kif ukoll mat-tipi ta’ sorsi tal-enerġija użati. Dan jista’ ma jkunx applikabbli jekk l-attività ta’ STS titwettaq fi ħdan installazzjoni akbar, diment li l-pjan għall-effiċjenza enerġetika u r-rekord tal-bilanċ tal-enerġija tal-installazzjoni akbar ikopru biżżejjed l-attività ta’ STS. |
|||||||
|
(b) |
Rekord tal-bilanċ tal-enerġija |
It-tfassil darba kull sena ta’ rekord tal-bilanċ tal-enerġija li jipprovdi tqassim tal-konsum u l-ġenerazzjoni tal-enerġija (inkluża l-esportazzjoni tal-enerġija) skont it-tip ta’ sors (eż. l-elettriku, il-karburanti fossili, l-enerġija rinnovabbli, is-sħana importata u/jew it-tkessiħ). Dan jinkludi:
Ir-rekord tal-bilanċ tal-enerġija huwa adattat għall-ispeċifiċitajiet tal-impjant f’termini tal-proċess(i) mwettaq/mwettqa, il-materjali, eċċ. |
||||||||
|
Tekniki relatati mal-proċess |
||||||||||
|
(c) |
L-iżolament termali ta’ tankijiet u btieti li jkun fihom likwidi mkessħa jew imsaħħna, u ta’ sistemi ta’ kombustjoni u fwar |
Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, billi:
|
Ġeneralment applikabbli. |
|||||||
|
(d) |
L-irkupru tas-sħana permezz ta’ koġenerazzjoni – CHP (sħana u power kombinati) jew CCHP (tkessiħ, sħana u power kombinati) |
Irkupru tas-sħana (primarjament mis-sistema tal-fwar) għall-produzzjoni ta’ ilma sħun/fwar biex jintuża fi proċessi/attivitajiet industrijali. CCHP (imsejħa wkoll triġenerazzjoni) hija sistema ta’ koġenerazzjoni b’apparat li jkessaħ b’assorbiment li juża sħana ta’ grad baxx biex jipproduċi ilma mkessaħ. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mit-tqassim tal-impjant, mill-karatteristiċi tal-flussi tal-gass sħun (eż. ir-rata tal-fluss, it-temperatura) jew min-nuqqas ta’ domanda xierqa għas-sħana. |
|||||||
|
(e) |
L-irkupru tas-sħana minn flussi ta’ gass jaħraq |
L-irkupru tal-enerġija minn flussi ta’ gass jaħraq (eż. minn apparat tat-tnixxif jew żoni ta’ tkessiħ), pereżempju, bir-riċirkolazzjoni tagħhom bħala arja tal-proċess, permezz tal-użu ta’ skambjaturi tas-sħana, fi proċessi, jew esternament. |
||||||||
|
(f) |
L-aġġustament tal-fluss ta’ arja tal-proċess u effluwenti gassużi |
Aġġustament tal-fluss ta’ arja tal-proċess u effluwenti gassużi skont il-ħtieġa. Dan jinkludi t-tnaqqis tal-ventilazzjoni tal-arja waqt it-tħaddim jew il-manutenzjoni tal-magna fuq idle. |
Ġeneralment applikabbli. |
|||||||
|
(g) |
Riċirkolazzjoni tal-effluwenti gassużi fil-kabina tal-isprejjar |
Il-qbid u r-riċirkolazzjoni tal-effluwent gassuż mill-kabina tal-isprejjar flimkien ma’ separazzjoni effiċjenti tal-overspray taż-żebgħa. Il-konsum tal-enerġija huwa inqas minn fil-każ tal-użu tal-arja friska. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa u sikurezza. |
|||||||
|
(h) |
Iċ-ċirkolazzjoni ottimizzata ta’ arja sħuna f’kabina tat-twebbis ta’ volum kbir bl-użu ta’ turbulatur tal-arja |
L-arja tintefaħ f’parti waħda tal-kabina tat-twebbis u tiġi distribwita bl-użu ta’ turbulatur tal-arja li jdawwar il-fluss tal-arja laminari fil-fluss turbulenti mixtieq. |
Applikabbli biss għal setturi ta’ kisi bl-isprej. |
|||||||
Tabella 3
Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AEPLs) għal konsum speċifiku tal-enerġija
|
Settur |
Tip ta’ prodott |
Unità |
BAT-AEPL (Medja annwali) |
|
Kisi tal-vetturi |
Karozzi tal-passiġġieri |
MWh/vettura miksija |
0,5-1,3 |
|
Vannijiet |
0,8-2 |
||
|
Kabini tat-trakkijiet |
1-2 |
||
|
Trakkijiet |
0,3-0,5 |
||
|
Kisi tal-kojl |
Kojl tal-azzar u/jew tal-aluminju |
kWh/m2 ta’ kojl miksi |
0,2-2,5 (23) |
|
Kisi ta’ tessuti, fojls u karti |
Kisi ta’ tessuti b’poliuretan u/jew klorur tal-polivinil |
kWh/m2 ta’ superfiċe miksi |
1-5 |
|
Manifattura ta’ wajers tal-koljatura |
Wajers b’dijametru medju > 0,1 mm |
kWh/kg ta’ wajer miksi |
< 5 |
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall |
It-tipi kollha ta’ prodotti |
kWh/m2 ta’ superfiċe miksi |
0,3-1,5 |
|
Stampar heatset web offset |
It-tipi kollha ta’ prodotti |
Wh/m2 taż-żona stampata |
4-14 |
|
Flessografija u stampar bir-rotokalk mhux għall-pubblikazzjoni |
It-tipi kollha ta’ prodotti |
Wh/m2 taż-żona stampata |
50-350 |
|
Stampar bir-rotokalk għall-pubblikazzjoni |
It-tipi kollha ta’ prodotti |
Wh/m2 taż-żona stampata |
10-30 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 19 (b).
1.1.13. L-użu tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi
BAT 20. Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi minn proċessi milwiema (eż. tneħħija tal-grass, tindif, trattament tas-superfiċe, purifikazzjoni fl-umdu), il-BAT hija li jintużaw it-teknika (a) u kombinazzjoni xierqa tat-tekniki l-oħrajn mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||||
|
(a) |
Pjan tal-immaniġġjar tal-ilma u verifiki tal-ilma |
Il-pjan tal-immaniġġjar tal-ilma u l-verifiki tal-ilma huma parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jinkludu:
Il-verifiki tal-ilma jitwettqu mill-inqas darba kull sena. |
Il-livell ta’ dettall u n-natura tal-pjan tal-immaniġġjar tal-ilma u tal-verifiki tal-ilma ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant. Dan jista’ ma jkunx applikabbli jekk l-attività ta’ STS titwettaq fi ħdan installazzjoni akbar, diment li l-pjan tal-immaniġġjar tal-ilma u l-verifiki tal-ilma tal-installazzjoni akbar ikopru biżżejjed l-attività ta’ STS. |
||||||
|
(b) |
Tlaħliħ f’kaskata bil-maqlub |
It-tlaħliħ f’bosta stadji fejn l-ilma jimxi fid-direzzjoni opposta tal-oġġetti li għandhom jinħadmu/tas-sottostrat. Dan jippermetti grad għoli ta’ tlaħliħ b’konsum baxx ta’ ilma. |
Applikabbli meta jintużaw il-proċessi ta’ tlaħliħ. |
||||||
|
(c) |
L-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ tal-ilma |
Il-flussi tal-ilma (eż. l-ilma tat-tlaħliħ użat, l-effluwent tal-purifikatur umdu) jintużaw mill-ġdid u/jew jiġu rriċiklati, jekk ikun meħtieġ wara t-trattament, bl-użu ta’ tekniki bħal skambju tal-joni jew filtrazzjoni (ara l-BAT 21). Il-grad tal-użu mill-ġdid tal-ilma u/jew tar-riċiklaġġ huwa limitat mill-bilanċ tal-ilma tal-impjant, mill-kontenut ta’ impuritajiet u/jew mill-karatteristiċi tal-flussi tal-ilma. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||
Tabella 4
Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AEPLs) għal konsum speċifiku tal-ilma
|
Settur |
Tip ta’ prodott |
Unità |
BAT-AEPL (Medja annwali) |
|
Kisi tal-vetturi |
Karozzi tal-passiġġieri |
m3/vettura miksija |
0,5-1,3 |
|
Vannijiet |
1-2,5 |
||
|
Kabini tat-trakkijiet |
0,7-3 |
||
|
Trakkijiet |
1-5 |
||
|
Kisi tal-kojl |
Kojls tal-azzar u/jew tal-aluminju |
l/m2 ta’ kojl miksi |
0,2–1,3 (24) |
|
Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall |
Bottijiet tax-xorb DWI f’żewġ biċċiet |
l/1 000 bott |
90-110 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 20 (a).
1.1.14. Emissjonijiet fl-ilma
BAT 21. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma u/jew jiġu ffaċilitati l-użu mill-ġdid tal-ilma u r-riċiklaġġ minn proċessi milwiema (eż. tneħħija tal-grass, tindif, trattament tas-superfiċe, purifikazzjoni fl-umdu), il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Tekniki |
Deskrizzjoni |
Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira |
|
|
Trattament preliminari, primarju u ġenerali |
|||
|
(a) |
Ugwalizzazzjoni |
L-ibbilanċjar tal-flussi u tat-tagħbijiet tas-sustanzi niġġiesa bl-użu ta’ tankijiet jew tekniki oħrajn ta’ ġestjoni. |
Is-sustanzi niġġiesa kollha. |
|
(b) |
Newtralizzazzjoni |
L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal livell newtrali (madwar 7). |
Aċidi, alkali. |
|
(c) |
Separazzjoni fiżika, pereżempju, bl-użu ta’ skrins, passaturi, separaturi tal-frak taż-żrar, tankijiet tad-dikantazzjoni primarja u separazzjoni manjetika |
Solidi grossi, solidi sospiżi, partikoli tal-metall. |
|
|
Trattament fiżikokimiku |
|||
|
(d) |
Adsorbiment |
It-tneħħija ta’ sustanzi li jinħallu (soluti) mill-ilma mormi billi jiġu ttrasferiti lejn is-superfiċe ta’ partikoli solidi u porużi ħafna (tipikament karbonju attivat). |
Sustanzi niġġiesa adsorbibbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. AOX. |
|
(e) |
Distillazzjoni f’vakwu |
It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa permezz ta’ trattament termali tal-ilma mormi taħt pressjoni mnaqqsa. |
Sustanzi niġġiesa dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji li jistgħu jiġu distillati, eż. xi solventi. |
|
(f) |
Preċipitazzjoni |
Il-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa dissolti f’komposti li ma jinħallux biż-żieda ta’ preċipitanti. Sussegwentement, il-preċipitati solidi fformati jiġu sseparati permezz ta’ sedimentazzjoni, flotazzjoni jew filtrazzjoni. |
Sustanzi niġġiesa preċipitabbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. metalli. |
|
(g) |
Riduzzjoni kimika |
Ir-riduzzjoni kimika hija l-konverżjoni tas-sustanzi niġġiesa permezz ta’ aġenti riduċenti kimiċi f’komposti simili iżda inqas ta’ ħsara jew perikolużi. |
Sustanzi niġġiesa riduċibbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. kromu eżavalenti (Cr(VI)). |
|
(h) |
Skambju tal-joni |
Ir-ritenzjoni ta’ sustanzi niġġiesa joniċi mill-ilma mormi u s-sostituzzjoni tagħhom b’joni aktar aċċettabbli bl-użu ta’ reżina ta’ skambju joniku. Is-sustanzi niġġiesa jinżammu temporanjament u wara jiġu rilaxxati f’likwidu ta’ riġenerazzjoni jew kontroħasil. |
Sustanzi niġġiesa joniċi, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. metalli. |
|
(i) |
Strippaġġ |
It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa li jistgħu jitnaddfu mill-fażi milwiema permezz ta’ fażi gassuża (eż. fwar, nitroġenu jew arja) li jiġu mgħoddija mil-likwidu. L-effiċjenza tat-tneħħija tista’ tittejjeb billi tiżdied it-temperatura jew titnaqqas il-pressjoni. |
Sustanzi niġġiesa li jistgħu jitnaddfu, eż. xi aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX). |
|
Trattament bijoloġiku |
|||
|
(j) |
Trattament bijoloġiku |
L-użu ta’ mikroorganiżmi għat-trattament tal-ilma mormi (eż. trattament anaerobiku, trattament aerobiku). |
Komposti organiċi bijodegradabbli. |
|
Tneħħija tas-solidi finali |
|||
|
(k) |
Koagulazzjoni u flokkulazzjoni |
Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw għas-separazzjoni tas-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jitwettqu f’passi suċċessivi. Il-koagulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta’ koagulanti b’kargi opposti għal dawk tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni hija stadju ta’ taħlit ġentili b’tali mod li l-kolliżjonijiet tal-partikoli mikroflokkuli jġiegħluhom jingħaqdu biex jipproduċu flokkuli akbar. Din tista’ tkun assistita biż-żieda ta’ polimeri. |
Solidi sospiżi u metalli marbuta ma’ partikoli. |
|
(l) |
Sedimentazzjoni |
Is-separazzjoni tal-partikoli sospiżi permezz tad-depożitar gravitazzjonali. |
|
|
(m) |
Filtrazzjoni |
Is-separazzjoni ta’ solidi mill-ilma mormi billi jiġu mgħoddija minn ġo mezz poruż, eż. filtrazzjoni tar-ramel, nanofiltrazzjoni, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni |
|
|
(n) |
Flotazzjoni |
Is-separazzjoni ta’ partikoli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma’ bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment arja. Il-partikoli galleġġanti jakkumulaw fis-superfiċe tal-ilma u jinġabru permezz ta’ xkumaturi. |
|
Tabella 5
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariki diretti lejn korp tal-ilma riċeventi
|
Sustanza/Parametru |
Settur |
BAT-AEL (25) |
|
Solidi sospiżi totali (TSS) |
Kisi tal-vetturi Kisi tal-kojl Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall (għal bottijiet DWI biss) |
5–30 mg/l |
|
Domanda kimika ta’ ossiġenu (COD) (26) |
30–150 mg/l |
|
|
Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX) |
0,1-0,4 mg/l |
|
|
Fluworur (F-) (27) |
2-25 mg/l |
|
|
Nikil (espress bħala Ni) |
Kisi tal-vetturi Kisi tal-kojl |
0,05-0,4 mg/l |
|
Żingu (espress bħala Zn) |
0,05–0,6 mg/l (28) |
|
|
Kromu totali (espress bħala Cr) (29) |
Kisi tal-inġenji tal-ajru Kisi tal-kojl |
0,01-0,15 mg/l |
|
Kromu eżavalenti (espress bħala Cr(VI)) (30) |
0,01-0,05 mg/l |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 12.
Tabella 6
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariki diretti lejn korp tal-ilma riċeventi
|
Sustanza/Parametru |
Settur |
|
|
Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX) |
Kisi tal-vetturi Kisi tal-kojl Kisi u stampar ta’ imballaġġ tal-metall (għal bottijiet DWI biss) |
0,1-0,4 mg/l |
|
Fluworur (F-) (33) |
2-25 mg/l |
|
|
Nikil (espress bħala Ni) |
Kisi tal-vetturi Kisi tal-kojl |
0,05-0,4 mg/l |
|
Żingu (espress bħala Zn) |
0,05–0,6 mg/l (34) |
|
|
Kromu totali (espress bħala Cr) (35) |
Kisi tal-inġenji tal-ajru Kisi tal-kojl |
0,01-0,15 mg/l |
|
Kromu eżavalenti (espress bħala Cr(VI)) (36) |
0,01-0,05 mg/l |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 12.
1.1.15. Immaniġġjar tal-iskart
BAT 22. Sabiex titnaqqas il-kwantità ta’ skart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a) u (b) u waħda mit-tekniki (c) u (d), jew it-tnejn li huma, mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|||||||||
|
(a) |
Pjan tal-immaniġġjar tal-iskart |
Pjan tal-immaniġġjar tal-iskart huwa parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u huwa sett ta’ miżuri li għandhom l-għan li: 1) jimminimizzaw il-ġenerazzjoni tal-iskart, 2) jottimizzaw l-użu mill-ġdid, ir-riġenerazzjoni u/jew ir-riċiklaġġ tal-iskart u/jew l-irkupru tal-enerġija mill-iskart, u 3) jiżguraw ir-rimi xieraq tal-iskart. |
||||||||
|
(b) |
Monitoraġġ tal-kwantitajiet ta’ skart |
Ir-reġistrazzjoni annwali tal-kwantitajiet ta’ skart iġġenerati għal kull tip ta’ skart. Il-kontenut ta’ solvent fl-iskart jiġi ddeterminat perjodikament (mill-inqas darba kull sena) permezz ta’ analiżi jew kalkolu. |
||||||||
|
(c) |
Irkupru/riċiklaġġ tas-solventi |
It-tekniki jistgħu jinkludu:
|
||||||||
|
(d) |
Tekniki speċifiċi għall-fluss ta’ skart |
It-tekniki jistgħu jinkludu:
|
||||||||
1.1.16. Emissjonijiet tal-irwejjaħ
BAT 23. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-hija li jitwaqqaf, jiġi implimentat u jiġi analizzat regolarment pjan għall-ġestjoni tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-1), li tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
|
— |
protokoll li jkun fih azzjonijiet u skedi ta’ żmien; |
|
— |
protokoll għar-rispons għall-inċidenti ta’ rwejjaħ identifikati, eż. ilmenti; |
|
— |
programm ta’ prevenzjoni u tnaqqis tal-irwejjaħ imfassal biex jidentifika s-sors(i), jikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet tas-sors(i) u jimplimenta miżuri ta’ prevenzjoni u/jew tnaqqis. |
Applikabbiltà:
L-applikabbiltà hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet issostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ f’riċetturi sensittivi.
1.2. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi tal-vetturi
Il-konklużjoni tal-BAT f’din it-taqsima tapplika għall-kisi tal-vetturi (karozzi tal-passiġġieri, vannijiet, trakkijiet, kabini tat-trakkijiet u karozzi tal-linja), u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
1.2.1. Emissjonijiet ta’ KOV u konsum tal-enerġija u tal-materja prima
BAT 24. Sabiex jitnaqqas il-konsum tas-solventi, ta’ materja prima oħra u tal-enerġija, kif ukoll sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ KOV, il-BAT hija li tintuża waħda jew kombinazzjoni tas-sistemi ta’ kisi mogħtija hawn taħt.
|
Sistema ta’ kisi |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
Kisi mħallat (taħlita SB) |
Sistema ta’ kisi fejn saff wieħed tal-kisi (primitura jew passata bażi) ikun b’bażi ta’ ilma. |
Applikabbli biss għall-impjanti l-ġodda jew għall-ammeljoramenti l-kbar tal-impjanti. |
|
(b) |
Kisi b’bażi ta’ ilma (WB) |
Sistema ta’ kisi fejn il-primitura u l-passata bażi jkunu b’bażi ta’ ilma. |
|
|
(c) |
Proċess ta’ kisi integrat |
Sistema ta’ kisi li tikkombina l-funzjonijiet tal-primitura u tal-passata bażi u li tiġi applikata permezz ta’ kisi bl-isprej f’żewġ stadji. |
|
|
(d) |
Proċess fl-umdu bi tliet saffi (three-wet process) |
Sistema ta’ kisi fejn is-saffi tal-primitura, tal-passata bażi u tal-kisi trasparenti jiġu applikati mingħajr tnixxif intermedju. Il-primitura u l-passata bażi jistgħu jkunu b’bażi ta’ solventi jew b’bażi ta’ ilma. |
|
Tabella 7
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-kisi tal-vetturi
|
Parametru |
Tip ta’ vettura |
Unità |
BAT-AEL (37) (Medja annwali) |
|
|
Impjant ġdid |
Impjant eżistenti |
|||
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Karozzi tal-passiġġieri |
g KOV għal kull m2 tal-erja tas-superfiċe (38) |
8-15 |
8-30 |
|
Vannijiet |
10-20 |
10-40 |
||
|
Kabini tat-trakkijiet |
8-20 |
8-40 |
||
|
Trakkijiet |
10-40 |
10-50 |
||
|
Karozzi tal-linja |
< 100 |
90-150 |
||
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
1.2.2. Il-kwantità ta’ skart mibgħuta barra mis-sit
Tabella 8
Il-livelli indikattivi għall-kwantità ta’ skart speċifika mibgħuta barra mis-sit mill-kisi ta’ vetturi
|
Parametru |
Tip ta’ vettura |
Flussi ta’ skart rilevanti |
Unità |
Livell indikattiv (Medja annwali) |
||||||||||
|
Il-kwantità ta’ skart mibgħuta barra mis-sit |
Karozzi tal-passiġġieri |
|
kg/vettura miksija |
3-9 (39) |
||||||||||
|
Vannijiet |
4-17 (39) |
|||||||||||||
|
Kabini tat-trakkijiet |
2-11 (39) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 22 (b).
1.3. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi ta’ superfiċi oħrajn tal-metall u tal-plastik
Il-livelli tal-emissjonijiet mogħtija hawn taħt għall-kisi ta’ superfiċi oħrajn tal-metall u tal-plastik huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT deskritti fit-Taqsima 1.1. Il-livelli tal-emissjonijiet mogħtija hawn taħt ma jistgħux japplikaw meta l-komponenti awtomobilistiċi tal-metall u/jew tal-plastik ikunu miksija f’impjant tal-kisi tal-vetturi u dawn l-emissjonijiet ikunu inklużi fil-kalkolu tal-emissjonijiet totali ta’ KOV għall-kisi tal-vetturi (ara t-Taqsima 1.2).
Tabella 9
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-kisi ta’ superfiċi oħrajn tal-metall u tal-plastik
|
Parametru |
Proċess |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Kisi ta’ superfiċi tal-metall |
kg ta’ KOV għal kull kg ta’ input tal-massa solida |
< 0,05-0,2 |
|
Kisi ta’ superfiċi tal-plastik |
< 0,05-0,3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Bħala alternattiva għall-BAT-AELs fit-Tabella 9, jistgħu jintużaw il-BAT-AELs kemm fit-Tabella 10 kif ukoll fit-Tabella 11.
Tabella 10
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV mill-kisi ta’ superfiċi oħrajn tal-metall u tal-plastik
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 1-10 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 11
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-kisi ta’ superfiċi oħrajn tal-metall u tal-plastik
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.4. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi ta’ vapuri u jottijiet
Il-konklużjoni tal-BAT f’din it-taqsima tapplika għall-kisi ta’ vapuri u jottijiet, u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
BAT 25. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet totali ta’ KOV u l-emissjonijiet ta’ trab fl-arja, jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma u tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a) u (b) u kombinazzjoni tat-tekniki (c) sa (i) mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||
|
Immaniġġjar tal-iskart u tal-ilma mormi |
|||||||
|
(a) |
Segregazzjoni tal-flussi tal-iskart u tal-ilma mormi |
Il-baċiri u s-slipways jinbnew b’:
|
Applikabbli biss għall-impjanti l-ġodda jew għall-ammeljoramenti l-kbar tal-impjanti. |
||||
|
Tekniki relatati mal-proċessi tal-preparazzjoni u tal-kisi |
|||||||
|
(b) |
Restrizzjonijiet għal kundizzjonijiet tat-temp avversi |
Meta ż-żoni tat-trattament ma jkunux magħluqa kompletament, ma jitwettqux ibblastjar u/jew kisi bl-isprej mingħajr arja jekk jiġu osservati jew previsti kundizzjonijiet tat-temp avversi. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||
|
(c) |
Magħlaq parzjali taż-żoni ta’ trattament |
Jintużaw xbieki fini u/jew purtieri tal-isprej tal-ilma madwar iż-żoni fejn jitwettqu bblastjar u/jew kisi bl-isprej mingħajr arja biex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trab. Dawn jistgħu jkunu permanenti jew temporanji. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-forma u d-daqs taż-żona li għandha tkun magħluqa. Il-purtieri tal-isprej tal-ilma jistgħu ma jkunux applikabbli f’kundizzjonijiet klimatiċi kesħin. |
||||
|
(d) |
Magħlaq sħiħ taż-żoni ta’ trattament |
L-ibblastjar u/jew il-kisi bl-isprej mingħajr arja jitwettqu fi swali, workshops magħluqa, żoni mgħottija b’tessuti jew żoni magħluqa kompletament bi xbieki biex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trab. L-arja miż-żoni tat-trattament tiġi estratta u tista’ tintbagħat għat-trattament tal-effluwenti gassużi; ara wkoll il-BAT 14 (b). |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-forma u d-daqs taż-żona li għandha tkun magħluqa. |
||||
|
(e) |
Ibblastjar fix-xott f’sistema magħluqa |
L-ibblastjar fix-xott bl-użu ta’ naqal jew boċċi tal-azzar jitwettaq f’sistemi tal-ibblastjar magħluqa mgħammra b’ras tal-ġbid bl-arja u roti ċentrifugali tal-ibblastjar. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||
|
(f) |
Ibblastjar fl-imxarrab |
L-ibblastjar jitwettaq b’ilma li jkun fih materjal fin li jobrox, bħal irmied fin (eż. irmied tal-gagazza tar-ram) jew siliċe. |
Dan jista’ ma jkunx applikabbli f’kundizzjonijiet klimatiċi kesħin u/jew f’żoni magħluqa (tankijiet tal-merkanzija, tankijiet bil-qiegħ doppju) minħabba l-formazzjoni ta’ ċpar tqil. |
||||
|
(g) |
L-użu ta’ ġettijiet tal-ilma jew l-ibblastjar bi Pressjoni Għolja (Ħafna) ((Ultra-)High-Pressure - (U)HP) |
L-ibblastjar (U)HP huwa metodu ta’ trattament tas-superfiċe mingħajr trab bl-użu ta’ ilma bi pressjoni estremament għolja. Hemm għażliet b’materjal li jobrox jew mingħajru. |
Dan jista’ ma jkunx applikabbli f’kundizzjonijiet klimatiċi kesħin, jew minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tas-superfiċe (eż. superfiċi ġodda, ibblastjar fuq il-post). |
||||
|
(h) |
Strippaġġ tal-kisjiet permezz ta’ tisħin bl-induzzjoni |
Ras ta’ induttur jiġi mċaqlaq fuq is-superfiċe, li jikkawża tisħin mgħaġġel lokalizzat tal-azzar biex jitneħħew il-kisjiet qodma. |
Dan jista’ ma jkunx applikabbli għal superfiċi bi ħxuna ta’ inqas minn 5 mm u/jew għal superfiċi b’komponenti sensittivi għat-tisħin bl-induzzjoni (eż. iżolament, fjammabbli). |
||||
|
(i) |
Sistema ta’ tindif tal-buq u tal-iskrun taħt l-ilma |
Sistema ta’ tindif taħt l-ilma li tuża pressjoni tal-ilma u xkupilji tal-polipropilen li jduru. |
Mhux applikabbli għal bastimenti f’baċir imbattal mill-ilma kollu. |
||||
Tabella 12
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-kisi ta’ vapuri u jottijiet
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
kg ta’ KOV għal kull kg ta’ input tal-massa solida |
< 0,375 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
1.5. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi tal-inġenji tal-ajru
Il-konklużjoni tal-BAT f’din it-taqsima tapplika għall-kisi tal-inġenji tal-ajru, u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
BAT 26: Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet totali ta’ KOV u tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kisi tal-inġenji tal-ajru, il-BAT hija li jintużaw it-teknika (a) jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
Magħlaq |
Il-partijiet tal-komponenti jiġu miksija f’kabini tal-isprejjar magħluqa (ara l-BAT 14 (b)). |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(b) |
Stampar dirett |
L-użu ta’ apparat tal-istampar biex jiġu stampati formati kumplessi direttament fuq il-partijiet tal-inġenji tal-ajru. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn kunsiderazzjonijiet tekniċi (eż. l-aċċessibbiltà tal-irfid ta’ applikatur, kuluri personalizzati). |
Tabella 13
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-kisi tal-inġenji tal-ajru
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
kg ta’ KOV għal kull kg ta’ input tal-massa solida |
0,2-0,58 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
1.6. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi tal-kojl
Il-livelli tal-emissjonijiet għall-kisi tal-kojl mogħtija hawn taħt huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
Tabella 14
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ OV mill-kisi tal-kojl
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 1–3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 15
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-kisi tal-kojl
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.7. Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ tejps adeżivi
Il-livelli tal-emissjonijiet għall-manifattura tat-tejps adeżivi mogħtija hawn taħt huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
Tabella 16
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-manifattura ta’ tejps adeżivi
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 1–3 (44) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 17
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-manifattura ta’ tejps adeżivi
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.8. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi ta’ tessuti, fojls u karti
Il-livelli ta’ emissjonijiet għall-kisi ta’ tessuti, fojls u karti mogħtija hawn taħt huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
Tabella 18
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV mill-kisi ta’ tessuti, fojls u karti
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 1-5 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 19
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-kisi ta’ tessuti, fojls u karti
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.9. Konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura ta’ wajer tal-koljatura
Il-konklużjoni tal-BAT f’din it-taqsima tapplika għall-manifattura ta’ wajer tal-koljatura u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
BAT 27. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet totali ta’ KOV u tal-konsum tal-enerġija, il-BAT hija li jintużaw it-teknika (a) u waħda mit-tekniki (b) sa (d) mogħtija hawn taħt, jew kombinazzjoni tagħhom.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||
|
(a) |
Ossidazzjoni tal-KOV integrata fil-proċess |
It-taħlita ta’ arja/solventi li tirriżulta mill-evaporazzjoni tas-solvent matul il-proċess ripetut tat-twebbis tal-enemel tiġi ttrattata f’ossidatur katalitiku (ara l-BAT 15 (g)) integrat fil-forn tat-twebbis/fl-apparat tat-tnixxif. Is-sħana mormija mill-ossidatur katalitiku tintuża fil-proċess tat-tnixxif biex issaħħan il-fluss tal-arja li tkun qed tiċċirkola u/jew bħala sħana tal-proċess għal skopijiet oħrajn fl-impjant. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||
|
(b) |
Lubrikanti mingħajr solventi |
Il-lubrikanti mingħajr solventi jiġu applikati kif ġej:
|
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba r-rekwiżiti jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott, pereżempju, id-dijametru. |
||||
|
(c) |
Kisjiet awtolubrifikanti |
Pass ta’ lubrikazzjoni li fiha s-solvent jiġi evitat bl-użu ta’ sistema ta’ kisi li fiha wkoll lubrikant (xama’ speċjali). |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba r-rekwiżiti jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott. |
||||
|
(d) |
Kisi bl-enemel b’konċentrazzjoni għolja ta’ solidi |
L-użu ta’ kisi bl-enemel b’kontenut ta’ solidi sa 45 %. Fil-każ ta’ wajers fini (b’dijametru inqas minn 0,1 mm jew daqsu), il-kontenut ta’ solidi huwa sa 30 %. |
|||||
Tabella 20
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-manifattura ta’ wajer tal-koljatura
|
Parametru |
Tip ta’ prodott |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Il-kisi ta’ wajer tal-koljatura b’dijametru medju akbar minn 0,1 mm |
g KOV għal kull kg ta’ wajer miksi |
1-3,3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 21
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-manifattura ta’ wajer tal-koljatura
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
5-40 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.10. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi u l-istampar ta’ imballaġġ tal-metall
Il-livelli tal-emissjonijiet għall-kisi u l-istampar tal-imballaġġ tal-metall mogħtija hawn taħt huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
Tabella 22
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-kisi u l-istampar ta’ imballaġġ tal-metall
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
g ta’ KOV għal kull m2 ta’ superfiċe miksi/stampat |
< 1-3,5 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Bħala alternattiva għall-BAT-AEL fit-Tabella 22, jistgħu jintużaw il-BAT-AELs kemm fit-Tabella 23 kif ukoll fit-Tabella 24.
Tabella 23
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV mill-kisi u l-istampar ta’ imballaġġ tal-metall
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 1-12 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 24
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-kisi u l-istampar ta’ imballaġġ tal-metall
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
1-20 (49) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.11. Konklużjonijiet tal-BAT għall-istampar heatset web offset
Il-konklużjoni tal-BAT f’din it-taqsima tapplika għall-istampar heatset web offset u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
BAT 28. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet totali ta’ KOV, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
Tekniki bbażati fuq il-materjali u tekniki tal-istampar |
|||
|
(a) |
L-użu ta’ addittivi b’kontenut baxx ta’ IPA jew mingħajr IPA f’soluzzjonijiet ta’ umidifikazzjoni |
It-tnaqqis jew l-evitar ta’ isopropanol (IPA) bħala aġent li jxarrab f’soluzzjonijiet ta’ umidifikazzjoni, permezz ta’ sostituzzjonijiet b’taħlitiet ta’ komposti organiċi oħrajn li mhumiex volatili jew li għandhom volatilità baxxa. |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba r-rekwiżiti jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tal-kwalità tal-prodott. |
|
(b) |
Offset mingħajr ilma |
Modifika tal-proċessi tal-pressa u ta’ qabel il-pressa biex tippermetti l-użu ta’ pjanċi offset miksija b’mod speċjali, filwaqt li telimina l-ħtieġa ta’ umidifikazzjoni. |
Dan jista’ ma jkunx applikabbli għal provi tal-istampar twal minħabba l-ħtieġa għal tibdil aktar frekwenti tal-pjanċi. |
|
Tekniki ta’ tindif |
|||
|
(c) |
L-użu ta’ solventi mingħajr KOV jew solventi b’volatilità baxxa għat-tindif awtomatiku ġenerali |
L-użu ta’ komposti organiċi li mhumiex volatili jew li għandhom volatilità baxxa bħala aġenti tat-tindif għal tindif awtomatiku ġenerali. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
Tekniki ta’ trattament tal-effluwenti gassużi |
|||
|
(d) |
Apparat tat-tnixxif web offset integrat mat-trattament tal-effluwenti gassużi |
Apparat tat-tnixxif web offset b’unità integrata tat-trattament tal-effluwenti gassużi, li jippermetti li l-arja tal-apparat tat-tnixxif titħallat ma’ parti mill-gassijiet ta’ skart li tiġi rritornata mis-sistema ta’ trattament termali tal-effluwenti gassużi. |
Applikabbli għall-impjanti l-ġodda jew għall-aġġornamenti kbar tal-impjant. |
|
(e) |
L-estrazzjoni u t-trattament tal-arja mill-kamra tal-pressa jew mill-inkapsulament tal-pressa |
It-trasportazzjoni tal-arja estratta mill-kamra tal-pressa jew mill-inkapsulament tal-pressa sal-apparat tat-tnixxif. Bħala riżultat, parti mis-solventi li jiġu evaporati fil-kamra tal-pressa jew fl-inkapsulament tal-pressa titnaqqas permezz tat-trattament termali (ara l-BAT 15) downstream mill-apparat tat-tnixxif. |
Ġeneralment applikabbli. |
Tabella 25
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-istampar heatset web offset
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
kg ta’ KOV għal kull kg ta’ input tal-linka |
< 0,01–0,04 (50) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Bħala alternattiva għall-BAT-AELs fit-Tabella 25, jistgħu jintużaw il-BAT-AELs kemm fit-Tabella 26 kif ukoll fit-Tabella 27.
Tabella 26
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV mill-istampar heatset web offset
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 1-10 (51) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 27
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-istampar heatset web offset
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
1-15 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.12. Konklużjonijiet tal-BAT għall-flessografija u l-istampar bir-rotokalk mhux għall-pubblikazzjoni
Il-livelli ta’ emissjonijiet għall-flessografija u l-istampar bir-rotokalk mhux għall-pubblikazzjoni mogħtija hawn taħt huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
Tabella 28
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-flessografija u l-istampar bir-rotokalk mhux għall-pubblikazzjoni
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
kg ta’ KOV għal kull kg ta’ input tal-massa solida |
< 0,1-0,3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Bħala alternattiva għall-BAT-AEL fit-Tabella 28, jistgħu jintużaw il-BAT-AELs kemm fit-Tabella 29 kif ukoll fit-Tabella 30.
Tabella 29
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV mill-flessografija u l-istampar bir-rotokalk mhux għall-pubblikazzjoni
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 1-12 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 30
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-flessografija u l-istampar bir-rotokalk mhux għall-pubblikazzjoni
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.13. Konklużjonijiet tal-BAT għall-istampar bir-rotokalk għall-pubblikazzjoni
Il-konklużjoni tal-BAT f’din it-taqsima tapplika għall-istampar bir-rotokalk għall-pubblikazzjoni u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
BAT 29. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ KOV mill-istampar bir-rotokalk għall-pubblikazzjoni, il-BAT hija li tintuża sistema għall-irkupru tat-toluwen ibbażata fuq adsorbiment u waħda mit-tekniki jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
|
(a) |
L-użu ta’ linek ta’ ritenzjoni |
Il-linek ta’ ritenzjoni jtawwal iż-żmien tal-formazzjoni tas-superfiċe tal-film imnixxef, li jippermetti lit-toluwen jevapora fuq perjodu ta’ ħin itwal u, għalhekk, li jiġi rilaxxat aktar toluwen fl-apparat tat-tnixxif u sussegwentement jiġi rkuprat mis-sistema għall-irkupru tat-toluwen. |
|
(b) |
Sistemi tat-tindif awtomatiċi konnessi mas-sistema għall-irkupru tat-toluwen |
Tindif awtomatizzat taċ-ċilindri b’estrazzjoni tal-arja għas-sistema għall-irkupru tat-toluwen. |
Tabella 31
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV mill-istampar bir-rotokalk għall-pubblikazzjoni
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 2,5 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 32
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-istampar bir-rotokalk għall-pubblikazzjoni
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
10-20 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
1.14. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kisi ta’ superfiċi tal-injam
Il-livelli tal-emissjonijiet għall-kisi ta’ superfiċi tal-injam mogħtija hawn taħt huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
Tabella 33
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-kisi ta’ superfiċi tal-injam
|
Parametru |
Sottostrati miksija |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet totali ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Sottostrati ċatti |
kg ta’ KOV għal kull kg ta’ input tal-massa solida |
< 0,1 |
|
Minbarra sottostrati ċatti |
< 0,25 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Bħala alternattiva għall-BAT-AELs fit-Tabella 33, jistgħu jintużaw il-BAT-AELs kemm fit-Tabella 34 kif ukoll fit-Tabella 35.
Tabella 34
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet maħruba ta’ KOV mill-kisi ta’ superfiċi tal-injam
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja annwali) |
|
L-emissjonijiet maħruba ta’ KOV kif ikkalkolati mill-bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Perċentwali (%) tal-input tas-solvent |
< 10 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 10.
Tabella 35
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ KOV f’gassijiet ta’ skart mill-kisi ta’ superfiċi tal-injam
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
5-20 (54) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 11.
2. Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi
2.1. Sistemi ta’ ġestjoni ambjentali
BAT 30. Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha minn (i) sa (xx) tal-BAT 1, kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
|
(i) |
L-aġġornament mal-iżviluppi fil-prodotti bijoċidali u fil-leġiżlazzjoni assoċjata (eż. l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti skont il-BPR) bl-għan li jintużaw l-aktar proċessi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. |
|
(ii) |
L-inklużjoni ta’ bilanċ tal-massa ta’ solvent għat-trattament b’bażi ta’ solvent u l-kreożot (ara l-BAT 33 (c)). |
|
(iii) |
L-identifikazzjoni u l-elenkar tal-proċessi kollha kritiċi għall-ambjent u tal-apparat ta’ tnaqqis (li l-falliment tagħhom jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent) (ara l-BAT 46(c)). Il-lista ta’ tagħmir kritiku tinżamm aġġornata. |
|
(iv) |
L-inklużjoni ta’ pjanijiet għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ tnixxijiet u tixrid, inklużi linji gwida għall-immaniġġjar tal-iskart għat-trattament tal-iskart li jirriżulta mill-kontroll tat-tixrid (ara l-BAT 46). |
|
(v) |
Ir-reġistrazzjoni ta’ tnixxijiet u tixrid aċċidentali, u pjanijiet ta’ titjib (kontromiżuri). |
Nota
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi l-iskema tal-Unjoni Ewropea ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li hija eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ dan il-BAT.
Applikabbiltà
Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.
2.2. Is-sostituzzjoni ta’ sustanzi dannużi/perikolużi
BAT 31. Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ PAHs u/jew solventi, il-BAT hija li jintużaw preservattivi b’bażi ta’ ilma.
Deskrizzjoni:
Il-preservattivi b’bażi ta’ solventi jew il-kreożot jiġu sostitwiti bi preservattivi b’bażi ta’ ilma. L-ilma jaġixxi bħala t-trasportatur għall-bijoċidi.
Applikabbiltà:
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minħabba r-rekwiżiti jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott.
BAT 32. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ambjentali maħluq mill-użu ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament, il-BAT hija li s-sustanzi kimiċi tat-trattament li qegħdin jintużaw bħalissa jiġu sostitwiti b’oħrajn inqas perikolużi bbażati fuq kontroll regolari (eż. darba kull sena) bl-għan li jiġu identifikati alternattivi potenzjalment ġodda disponibbli u aktar sikuri.
Applikabbiltà:
Is-sostituzzjoni tista’ tkun limitata minħabba r-rekwiżiti jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott.
2.3. Effiċjenza fir-riżorsi
BAT 33. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u jitnaqqsu l-impatt ambjentali u r-riskju assoċjat mal-użu tas-sustanzi kimiċi tat-trattament, il-BAT hija li jitnaqqas il-konsum tagħhom bl-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||
|
(a) |
L-użu ta’ sistema effiċjenti għall-applikazzjoni tal-preservattivi |
Is-sistemi ta’ applikazzjoni fejn l-injam jiġi mgħaddas fis-soluzzjoni ta’ preservazzjoni huma aktar effiċjenti minn, pereżempju, l-isprejjar. L-effiċjenza tal-applikazzjoni ta’ proċessi tal-vakwu (sistema magħluqa) hija qrib il-100 %. L-għażla tas-sistema ta’ applikazzjoni tqis il-klassi tal-użu u l-livell ta’ penetrazzjoni meħtieġ. |
Applikabbli biss għall-impjanti l-ġodda jew għall-ammeljoramenti l-kbar tal-impjanti. |
||||
|
(b) |
Il-kontroll u l-ottimizzazzjoni tal-konsum tas-sustanzi kimiċi tat-trattament għall-użu aħħari speċifiku |
Il-kontroll u l-ottimizzazzjoni tal-konsum tas-sustanzi kimiċi tat-trattament billi:
Il-konsum tas-sustanzi kimiċi tat-trattament isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-fornituri u ma jwassalx għal eċċessi tar-rekwiżiti tar-ritenzjoni (eż. stabbiliti fl-istandards tal-kwalità tal-prodott). |
Ġeneralment applikabbli. |
||||
|
(c) |
Bilanċ tal-massa ta’ solvent |
Il-kompilazzjoni, mill-inqas darba kull sena, tal-inputs u l-outputs tas-solvent organiku ta’ impjant, kif definit fil-Parti 7(2) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE. |
Applikabbli biss għal impjanti li jużaw sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi jew il-kreożot. |
||||
|
(d) |
Il-kejl u l-aġġustament tal-umdità tal-injam qabel it-trattament |
L-umdità tal-injam titkejjel qabel it-trattament (eż. billi titkejjel ir-reżistenza elettrika jew bl-użin) u tiġi aġġustata jekk ikun meħtieġ (eż. permezz tat-tnixxif ulterjuri tal-injam) sabiex jiġi ottimizzat il-proċess tal-imprenjazzjoni u tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa tal-prodott. |
Applikabbli biss jekk ikun meħtieġ injam b’kontenut ta’ umdità speċifiku. |
||||
2.4. Il-kunsinna, il-ħżin u l-immaniġġjar tas-sustanzi kimiċi tat-trattament
BAT 34. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-kunsinna, mill-ħżin u mill-immaniġġjar tas-sustanzi kimiċi tat-trattament, il-BAT hija li jintużaw it-teknika (a) jew (b) u t-tekniki kollha (c) sa (f) mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|||||
|
(a) |
Retroventilazzjoni |
Imsejħa wkoll ibbilanċjar tal-fwar. Il-fwar tas-solventi jew tal-kreożot li jiġu spostati mit-tank riċeventi waqt il-mili jinġabru u jintbagħtu lura fit-tank jew fit-trakk minn fejn jiġi kkonsenjat il-likwidu. |
||||
|
(b) |
Il-qbid ta’ arja spostata |
Il-fwar tas-solventi jew tal-kreożot li jiġu spostati mit-tank riċeventi waqt il-mili jinġabru u jitwasslu lejn unità tat-trattament, eż. filtru tal-karbonju attivat jew unità ta’ ossidazzjoni termali. |
||||
|
(c) |
It-tekniki għat-tnaqqis tat-telf tal-evaporazzjoni minħabba t-tisħin tas-sustanzi kimiċi maħżuna |
Meta l-esponiment għad-dawl tax-xemx jista’ jwassal għal evaporazzjoni tas-solventi u tal-kreożot maħżuna f’tankijiet tal-ħżin ’l fuq mill-art, it-tankijiet jitgħattew b’saqaf jew jinksew b’żebgħa ta’ kulur ċar biex jitnaqqas it-tisħin tas-solventi u tal-kreożot maħżuna. |
||||
|
(d) |
L-irbit tal-konnessjonijiet ta’ kunsinna |
Il-konnessjonijiet ta’ kunsinna mat-tankijiet tal-ħżin li jinsabu fiż-żona konfinata/kontenuta jintrabtu u jintfew meta ma jkunux qed jintużaw. |
||||
|
(e) |
Tekniki għall-prevenzjoni tat-tifwir waqt l-ippompjar |
Dan jinkludi l-iżgurar li:
|
||||
|
(f) |
Kontenituri għall-ħżin magħluqa |
L-użu ta’ kontenituri tal-ħżin magħluqa għas-sustanzi kimiċi tat-trattament. |
||||
2.5. Preparazzjoni/kundizzjonament tal-injam
BAT 35. Sabiex jitnaqqsu l-konsum tas-sustanzi kimiċi tat-trattament, il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-sustanzi kimiċi tat-trattament, il-BAT hija li tiġi ottimizzata l-karga tal-injam tar-reċipjent u li jiġi evitat il-qbid tas-sustanzi kimiċi tat-trattament bl-użu ta’ kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
Is-separazzjoni tal-injam f’pakketti permezz ta’ spazjaturi |
Is-separaturi jitpoġġew f’intervalli regolari fil-pakketti biex jiffaċilitaw il-fluss tas-sustanzi kimiċi tat-trattament minn ġol-pakkett u l-iskular wara t-trattament. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(b) |
L-inklinazzjoni tal-pakketti tal-injam f’reċipjenti tat-trattament orizzontali tradizzjonali |
Il-pakketti tal-injam jiġu inklinati fir-reċipjent tat-trattament biex jiffaċilitaw il-fluss tas-sustanzi kimiċi tat-trattament u l-iskular wara t-trattament. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(c) |
L-użu ta’ reċipjenti tat-trattament inklinabbli bil-pressjoni |
Ir-reċipjent tat-trattament kollu jiġi inklinat wara t-trattament sabiex is-sustanzi kimiċi tat-trattament żejda jiskulaw faċilment u jkunu jistgħu jiġu rkuprati mill-qiegħ tar-reċipjent. |
Applikabbli biss għall-impjanti l-ġodda jew għall-ammeljoramenti l-kbar tal-impjanti. |
|
(d) |
Il-pożizzjonament ottimizzat ta’ biċċiet tal-injam ifformati |
Il-biċċiet tal-injam ifformati jiġu ppożizzjonati b’mod li jiġi evitat il-qbid tas-sustanzi kimiċi tat-trattament. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(e) |
L-irbit tal-pakketti tal-injam |
Il-pakketti tal-injam jintrabtu ġewwa r-reċipjent tat-trattament sabiex jiġi limitat il-moviment ta’ biċċiet tal-injam li jistgħu jbiddlu l-istruttura tal-pakkett u jnaqqsu l-effiċjenza tal-imprenjazzjoni. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(f) |
Il-massimizzazzjoni tat-tagħbija tal-injam |
It-tagħbija tal-injam fir-reċipjent tat-trattament tiġi massimizzata sabiex jiġi żgurat l-aħjar proporzjon bejn l-injam li għandu jiġi ttrattat u s-sustanzi kimiċi tat-trattament. |
Ġeneralment applikabbli. |
2.6. Proċess ta’ applikazzjoni tal-preservattiv
BAT 36. Sabiex jiġu evitati t-tnixxijiet aċċidentali u l-emissjonijiet ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament minn proċessi mingħajr pressjoni, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
|
|
(a) |
Reċipjenti tat-trattament b’ħitan doppji b’mezzi awtomatiċi għall-individwazzjoni ta’ tnixxija |
|
(b) |
Reċipjenti tat-trattament b’ħajt wieħed b’konteniment kbir biżżejjed u reżistenti għall-preservattiv tal-injam, parabord u mezz awtomatiku għall-individwazzjoni ta’ tnixxija |
BAT 37. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ aerosols mill-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ ilma, il-BAT hija li l-proċessi tal-isprejjar isiru fil-magħluq, li jinġabar l-overspray u jerġa’ jintuża fil-preparazzjoni ta’ soluzzjoni għall-preservazzjoni tal-injam.
BAT 38. Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament minn proċessi bi pressjoni (awtoklavi), il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
|
(a) |
Kontrolli tal-proċess li jipprevjenu t-tħaddim, sakemm il-bieba tar-reċipjent tat-trattament ma tkunx imsakkra u ssiġillata |
Il-bieba tar-reċipjent tat-trattament tissakkar u tiġi ssiġillata ladarba r-reċipjent tat-trattament jiġi mgħobbi u qabel ma jsir it-trattament. Ikun hemm fis-seħħ kontrolli tal-proċess li jipprevjenu t-tħaddim tar-reċipjent tat-trattament, sakemm il-bieba ma tkunx imsakkra u ssiġillata. |
|
(b) |
Kontrolli tal-proċess li jipprevjenu l-ftuħ tar-reċipjent tat-trattament, waqt li jkun taħt pressjoni u/jew mimli b’soluzzjoni ta’ preservazzjoni |
Il-kontrolli tal-proċess juru l-pressjoni u jekk il-likwidu jkunx preżenti fir-reċipjent tat-trattament. Huma jipprevjenu l-ftuħ tar-reċipjent tat-trattament waqt li jkun għadu taħt pressjoni u/jew mimli. |
|
(c) |
Lukkett (catch-lock) għall-bieba tar-reċipjent tat-trattament |
Il-bieba tar-reċipjent tat-trattament tkun mgħammra b’lukkett (catch-lock) biex jiġi evitat ir-rilaxx ta’ likwidi f’każ li jkun hemm bżonn li tinfetaħ il-bieba tar-reċipjent tat-trattament f’sitwazzjoni ta’ emerġenza (eż. jitkisser is-siġill tal-bieba). Il-lukkett (catch-lock) jippermetti li l-bieba tinfetaħ parzjalment biex tiġi rilaxxata l-pressjoni waqt li jinżammu l-likwidi. |
|
(d) |
L-użu u l-manutenzjoni tal-iżbokki għar-rimi ta’ sikurezza |
Ir-reċipjenti tat-trattament ikunu mgħammra bi żbokki għar-rimi ta’ sikurezza biex jipproteġu r-reċipjenti minn pressjoni eċċessiva. L-iskariki mill-valvi jiġu diretti lejn tank ta’ kapaċità suffiċjenti. L-iżbokki għar-rimi ta’ sikurezza jiġu spezzjonati regolarment (eż. darba kull 6 xhur) għal sinjali ta’ korrużjoni, kontaminazzjoni jew immuntar ħażin u jitnaddfu u/jew jissewwew kif ikun meħtieġ. |
|
(e) |
Kontroll tal-emissjonijiet fl-arja mill-egżost tal-pompa tal-vakwu |
L-arja estratta mir-reċipjenti tat-trattament tal-pressjoni (jiġifieri l-iżbokk tal-pompa tal-vakwu) tiġi ttrattata (eż. f’separatur tal-fwar mil-likwidu). |
|
(f) |
It-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja meta jinfetaħ ir-reċipjent tat-trattament |
Jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin għat-taqtir u l-kondensazzjoni bejn il-perjodu ta’ depressurizzazzjoni u l-ftuħ tar-reċipjent tat-trattament. |
|
(g) |
L-applikazzjoni ta’ vakwu finali biex jitneħħew is-sustanzi kimiċi tat-trattament żejda mis-superfiċe tal-injam ittrattat |
Sabiex jiġi evitat it-taqtir, jiġi applikat vakwu finali fir-reċipjent tat-trattament qabel ma jinfetaħ biex jitneħħew is-sustanzi kimiċi tat-trattament żejda mis-superfiċe tal-injam ittrattat. L-applikazzjoni ta’ vakwu finali tista’ ma tkunx neċessarja jekk it-tneħħija tas-sustanzi kimiċi tat-trattament żejda mis-superfiċe tal-injam ittrattat tkun żgurata bl-applikazzjoni ta’ vakwu inizjali xieraq (eż. inqas minn 50 mbar). |
BAT 39. Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fil-proċessi bi pressjoni (awtoklavi), il-BAT hija li jintuża kontroll tal-pompa varjabbli.
Deskrizzjoni:
Wara li tintlaħaq il-pressjoni operattiva meħtieġa, is-sistema tat-trattament tinbidel għal pompa b’potenza u konsum tal-enerġija mnaqqsa.
Applikabbiltà:
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata fil-każ ta’ proċessi bi pressjoni oxxillanti.
2.7. Kundizzjonament ta’ wara t-trattament u ħżin interim
BAT 40. Sabiex tiġi evitata jew titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija jew tal-ilma ta’ taħt l-art mill-ħżin interim ta’ injam li jkun għadu kif ġie ttrattat, il-BAT hija li jkun permess biżżejjed ħin għat-taqtir wara t-trattament u li l-injam ittrattat jitneħħa miż-żona kontenuta/konfinata biss ladarba jitqies li huwa niexef.
Deskrizzjoni:
Sabiex is-sustanzi kimiċi tat-trattament żejda jitħallew iqattru lura fir-reċipjent tat-trattament, l-injam/il-pakketti tal-injam ittrattati jinżammu fiż-żona kontenuta/konfinata (eż. fuq ir-reċipjent tat-trattament jew fuq kuxxinett tat-taqtir) għal żmien suffiċjenti wara t-trattament u qabel it-trasferiment lejn iż-żona ta’ tnixxif ta’ wara t-trattament. Imbagħad, qabel ma jinħarġu miż-żona ta’ tnixxif ta’ wara t-trattament, l-injam/il-pakketti tal-injam ittrattati jintrefgħu b’mezzi mekkaniċi u jiddendlu għal minimu ta’ 5 minuti. Jekk ma jkun hemm l-ebda taqtir tas-soluzzjoni tat-trattament, l-injam jitqies li huwa niexef.
2.8. Immaniġġjar tal-iskart
BAT 41. Sabiex titnaqqas il-kwantità ta’ skart li jintbagħat għar-rimi, speċjalment ta’ skart perikoluż, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a) u (b) u waħda mit-tekniki (c) u (d) mogħtija hawn taħt, jew it-tnejn li huma.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
|
(a) |
It-tneħħija tal-fdalijiet qabel it-trattament |
Il-fdalijiet (eż. serratura, laqx tal-injam) jitneħħew mis-superfiċe tal-injam/prodotti tal-injam qabel it-trattament. |
|
(b) |
L-irkupru u l-użu mill-ġdid tax-xama’ u taż-żjut |
Meta jintużaw ix-xama’ jew iż-żjut għall-imprenjazzjoni, ix-xama’ jew iż-żjut żejda mill-proċess tal-imprenjazzjoni jiġu rkuprati u jerġgħu jintużaw. |
|
(c) |
Il-kunsinna bl-ingrossa ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament |
Il-kunsinna ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament fit-tankijiet biex jitnaqqas l-ammont ta’ imballaġġ. |
|
(d) |
L-użu ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw |
Il-kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw għas-sustanzi kimiċi tat-trattament (eż. kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar) jiġu rritornati lill-fornitur biex jerġgħu jintużaw. |
BAT 42. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ambjentali relatat mal-immaniġġjar tal-iskart, il-BAT hija li l-iskart jinħażen f’kontenituri addattati jew fuq superfiċi ssiġillati u li l-iskart perikoluż jinżamm b’mod separat f’żona indikata li tkun protetta mit-temp u kontenuta/konfinata.
2.9. Monitoraġġ
2.9.1. Emissjonijiet fl-ilma
BAT 43. Il-BAT hija li s-sustanzi niġġiesa fl-ilma mormi u fl-ilma tax-xeba’ potenzjalment ikkontaminat jiġu ssorveljati qabel kull skariku f’lottijiet f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
Sustanza/Parametru |
Standard(s) |
|
Bijoċidi (55) |
L-istandards EN jistgħu jkunu disponibbli skont il-kompożizzjoni tal-prodotti bijoċidali |
|
Cu (56) |
Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11885, EN ISO 17294-2, EN ISO 15586) |
|
Solventi (57) |
Standards EN disponibbli għal xi solventi (eż. EN ISO 15680) |
|
PAHs (58) |
EN ISO 17993 |
|
Benżo[a]piren (58) |
EN ISO 17993 |
|
HOI |
EN ISO 9377-2 |
2.9.2. Il-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art
BAT 44. Il-BAT hija li s-sustanzi niġġiesa fl-ilma ta’ taħt l-art jiġu ssorveljati bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull 6 xhur u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
Il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull sentejn abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju jew jekk jiġi pprovat li l-livelli ta’ sustanzi niġġiesa huma stabbli biżżejjed (eż. wara perjodu ta’ 4 snin).
|
Sustanza/Parametru (59) |
Standard(s) |
|
Bijoċidi (60) |
L-istandards EN jistgħu jkunu disponibbli skont il-kompożizzjoni tal-prodotti bijoċidali |
|
As |
Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11885, EN ISO 17294-2, EN ISO 15586) |
|
Cu |
|
|
Cr |
|
|
Solventi (61) |
Standards EN disponibbli għal xi solventi (eż. EN ISO 15680) |
|
PAHs |
EN ISO 17993 |
|
Benżo[a]piren |
EN ISO 17993 |
|
HOI |
EN ISO 9377-2 |
2.9.3. Emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart
BAT 45. Il-BAT hija li l-emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart jiġu ssorveljati bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull sena u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
Parametru |
Proċess |
Standard(s) |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
|
TVOC (62) |
Il-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu ta’ kreożot u sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi |
EN 12619 |
BAT 49, BAT 51 |
|
Il-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu ta’ kreożot |
L-ebda standard EN disponibbli |
BAT 51 |
|
|
NOX (64) |
Il-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu ta’ kreożot u sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi |
EN 14792 |
BAT 52 |
|
CO (64) |
EN 15058 |
2.10. Emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art
BAT 46. Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|||||||||||||
|
(a) |
Konteniment jew delimitazzjoni ta’ impjanti u tagħmir |
Il-partijiet tal-impjant fejn jinħażnu jew jiġu mmaniġġjati s-sustanzi kimiċi tat-trattament, jiġifieri ż-żona għall-ħżin tas-sustanzi kimiċi tat-trattament, il-kundizzjonament tat-trattament u ta’ wara t-trattament u ż-żoni ta’ ħżin interim (li jinkludu r-reċipjent tat-trattament, ir-reċipjent tax-xogħol, il-faċilitajiet ta’ ħatt/ġbid, iż-żona tat-taqtir/tnixxif, iż-żona tat-tkessiħ), il-pajpijiet u l-kanali għas-sustanzi kimiċi tat-trattament, u l-faċilitajiet ta’ rikundizzjonament bil-kreożot, jitrażżnu jew jiġu konfinati. Is-sistemi ta’ konteniment u delimitazzjonijiet ikollhom superfiċi impermeabbli, ikunu reżistenti għas-sustanzi kimiċi tat-trattament u jkollhom kapaċità suffiċjenti biex jaqbdu u jżommu l-volumi mmaniġġjati jew maħżuna fl-impjant jew fit-tagħmir. It-tilari għat-taqtir (magħmula minn materjal reżistenti għas-sustanzi kimiċi tat-trattatment) jistgħu jintużaw ukoll bħala sistemi ta’ konteniment lokali għall-ġbir u l-irkupru ta’ qtar u tixrid ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament minn tagħmir jew proċessi kritiċi (jiġifieri valvi, daħliet/żbokki ta’ tankijiet tal-ħżin, reċipjenti tat-trattament, tankijiet tax-xogħol, żoni ta’ ħatt/ġbid, immaniġġjar ta’ injam li jkun għadu kif ġie ttrattat, żona ta’ tkessiħ/tnixxif). Il-likwidi fis-sistemi ta’ konteniment/delimitazzjoni u fit-tilari għat-taqtir jinġabru biex jiġu rkuprati s-sustanzi kimiċi tat-trattament sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw fis-sistema tas-sustanzi kimiċi tat-trattament. Il-ħama ġġenerata fis-sistema tal-ġbir tintrema bħala skart perikoluż. |
||||||||||||
|
(b) |
Art impermeabbli |
L-art ta’ żoni mingħajr konteniment jew konfinament, u fejn jista’ jkun hemm taqtir, tixrid, rilaxxi aċċidentali jew lixxivjazzjoni ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament, hija impermeabbli għas-sustanzi kkonċernati (eż. il-ħżin ta’ injam ittrattat fuq art impermeabbli fil-każ li jkun meħtieġ fl-awtorizzazzjoni tal-BPR għall-preservattiv tal-injam użat għat-trattament). Il-likwidi fuq l-art jinġabru biex jiġu rkuprati s-sustanzi kimiċi tat-trattament sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw fis-sistema tas-sustanzi kimiċi tat-trattament. Il-ħama ġġenerata fis-sistema tal-ġbir tintrema bħala skart perikoluż. |
||||||||||||
|
(c) |
Sistemi ta’ twissija għal tagħmir identifikat bħala “kritiku” |
It-tagħmir “kritiku” (ara l-BAT 30) jiġi mgħammar b’sistemi ta’ twissija li jindikaw il-ħsarat. |
||||||||||||
|
(d) |
Il-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta’ tnixxijiet minn ħżin taħt l-art u kanali għal sustanzi dannużi/perikolużi u ż-żamma ta’ rekords |
L-użu ta’ komponenti ta’ taħt l-art jiġi minimizzat. Meta jintużaw komponenti ta’ taħt l-art għall-ħżin ta’ sustanzi dannużi/perikolużi, jiġi implimentat konteniment sekondarju (eż. konteniment b’ħitan doppji). Il-komponenti ta’ taħt l-art jiġu mgħammra b’mezzi għall-individwazzjoni ta’ tnixxija. Il-monitoraġġ regolari u bbażat fuq ir-riskju tal-ħżin ta’ taħt l-art u tal-kanali jitwettaq biex jiġu identifikati tnixxijiet potenzjali; meta jkun meħtieġ, it-tagħmir li jkun qed inixxi jissewwa. Jinżamm rekord tal-inċidenti li jistgħu jikkawżaw tniġġis tal-ħamrija u/jew tal-ilma ta’ taħt l-art. |
||||||||||||
|
(e) |
Spezzjoni u manutenzjoni regolari ta’ impjanti u tagħmir |
L-impjant u t-tagħmir jiġu spezzjonati u ssirilhom manutenzjoni regolarment biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tagħhom; dan jinkludi b’mod partikolari l-kontroll tal-integrità u/jew tal-istatus mingħajr tnixxija ta’ valvi, pompi, pajpijiet, tankijiet, reċipjenti taħt pressjoni, tilari għat-taqtir u sistemi ta’ konteniment/delimitazzjoni, u l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ twissija. |
||||||||||||
|
(f) |
Tekniki għall-prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni kroċjata |
Il-kontaminazzjoni kroċjata (jiġifieri l-kontaminazzjoni ta’ żoni ta’ impjanti li ġeneralment ma jiġux f’kuntatt mas-sustanzi kimiċi tat-trattament) tiġi evitata bl-użu ta’ tekniki xierqa bħal:
|
||||||||||||
2.11. L-emissjonijiet fl-ilma u l-immaniġġjar tal-ilma mormi
BAT 47. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma u sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||||
|
(a) |
Tekniki għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ilma tax-xita u tal-ilma tax-xeba’ |
L-ilma tax-xita u l-ilma tax-xeba’ jinżammu separati minn żoni fejn jinħażnu jew jiġu mmaniġġjati s-sustanzi kimiċi tat-trattament, minn żoni fejn jinħażen l-injam li jkun għadu kif ġie ttrattat u minn ilma kkontaminat. Dan jinkiseb billi jintużaw mill-inqas it-tekniki li ġejjin:
|
Għall-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tal-kanali tad-drenaġġ u ħajt ta’ protezzjoni fuq in-naħa ta’ barra jistgħu jkunu ristretti mid-daqs taż-żona tal-impjant. |
||||||
|
(b) |
Il-ġbir ta’ ilma tax-xeba’ potenzjalment ikkontaminat |
L-ilma tax-xeba’ minn żoni li huma potenzjalment ikkontaminati b’sustanzi kimiċi tat-trattament jinġabar separatament. L-ilma mormi miġbur jiġi skarikat biss wara li jittieħdu miżuri xierqa, pereżempju, monitoraġġ (ara l-BAT 43), trattament (ara l-BAT 47 (e)), użu mill-ġdid (ara l-BAT 47 (c)). |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||
|
(c) |
L-użu ta’ ilma tax-xeba’ potenzjalment ikkontaminat |
Wara li jinġabar, l-ilma tax-xeba’ potenzjalment ikkontaminat jintuża għall-preparazzjoni ta’ soluzzjonijiet b’bażi ta’ ilma għall-preservazzjoni tal-injam. |
Applikabbli biss għal impjanti li jużaw sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ ilma. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mir-rekwiżiti tal-kwalità għall-użu maħsub tiegħu. |
||||||
|
(d) |
L-użu mill-ġdid tal-ilma tat-tindif |
L-ilma użat għall-ħasil tat-tagħmir u tal-kontenituri jiġi rkuprat u użat mill-ġdid fil-preparazzjoni ta’ soluzzjonijiet b’bażi ta’ ilma għall-preservazzjoni tal-injam. |
Applikabbli biss għal impjanti li jużaw sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ ilma. |
||||||
|
(e) |
It-trattament tal-ilma mormi |
Meta tiġi individwata jew tista’ tkun mistennija kontaminazzjoni fl-ilma tax-xeba’ miġbur u/jew fl-ilma tat-tindif, u meta l-użu tal-ilma ma jkunx fattibbli, l-ilma mormi jiġi ttrattat f’impjant adegwat għat-trattament tal-ilma mormi (fuq il-post jew barra minnu). |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||
|
(f) |
Ir-rimi bħala skart perikoluż |
Meta tiġi individwata jew tista’ tkun mistennija kontaminazzjoni fl-ilma tax-xeba’ miġbur u/jew fl-ilma tat-tindif, u meta t-trattament jew l-użu tal-ilma ma jkunx fattibbli, l-ilma tax-xeba’ miġbur u/jew l-ilma tat-tindif jintrema bħala skart perikoluż. |
Ġeneralment applikabbli. |
||||||
BAT 48. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu tal-kreożot, il-BAT hija li jinġabru l-kondensati mid-depressurizzazzjoni u mit-tħaddim f’vakwu tar-reċipjent tat-trattament u mill-kundizzjonament (mill-ġdid) tal-kreożot u li dawn jiġu ttrattati fuq il-post bl-użu ta’ karbonju attivat jew filtru tar-ramel jew inkella jintremew bħala skart perikoluż.
Deskrizzjoni:
Il-volumi tal-kondensati jinġabru, jitħallew joqogħdu u jiġu ttrattati f’karbonju attivat jew filtru tar-ramel. L-ilma ttrattat jerġa’ jintuża (ċirkwit magħluq) jew jiġi skarikat fis-sistema pubblika tad-drenaġġ. Inkella, il-kondensati miġbura jistgħu jintremew bħala skart perikoluż.
2.12. Emissjonijiet fl-arja
BAT 49. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ KOV fl-arja mill-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi, il-BAT hija li jingħalqu t-tagħmir jew il-proċessi emittenti, li jiġu estratti l-effluwenti gassużi u jintbagħtu lejn sistema ta’ trattament (ara t-tekniki fil-BAT 51).
BAT 50. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi u r-riħa fl-arja mill-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu tal-kreożot, il-BAT hija li jintużaw żjut ta’ imprenjazzjoni b’rata baxxa ta’ volatilità, jiġifieri kreożot ta’ Grad Ċ minflok Grad B.
Applikabbiltà:
Il-kreożot ta’ Grad Ċ jista’ ma jkunx applikabbli fil-każ ta’ kundizzjonijiet klimatiċi kesħin.
BAT 51. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mill-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu tal-kreożot, il-BAT hija li jingħalqu t-tagħmir jew il-proċessi emittenti (eż. tankijiet tal-ħżin u tal-imprenjazzjoni, depressurizzazzjoni, rikondizzjonar tal-kreożot), li jiġu estratti l-effluwenti gassużi u li tintuża teknika ta’ trattament waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ trattament mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
Ossidazzjoni termali |
Ara l-BAT 15 (i). Is-sħana tal-egżost tista’ tiġi rkuprata permezz ta’ skambjaturi tas-sħana. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(b) |
It-trasferiment ta’ effluwenti gassużi lejn impjant ta’ kombustjoni |
Parti mill-effluwenti gassużi, jew l-effluwenti gassużi kollha, jintbagħtu bħala arja ta’ kombustjoni u karburant supplimentari lejn impjant ta’ kombustjoni (inklużi impjanti ta’ CHP (sħana u power kombinati)) użati għall-produzzjoni tal-fwar u/jew tal-elettriku. |
Mhux applikabbli għall-effluwenti gassużi li fihom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 59(5) tal-IED. L-applikabbiltà tista’ tiġi ristretta minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza. |
|
(c) |
Adsorbiment bl-użu ta’ karbonju attivat |
Il-komposti organiċi jiġu adsorbiti fuq is-superfiċe tal-karbonju attivat. Il-komposti adsorbiti jistgħu jiġu desorbiti sussegwentement, eż. bil-fwar (spiss fuq il-post) għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi u l-adsorbent jerġa’ jintuża. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(d) |
Assorbiment bl-użu ta’ likwidu addattat |
L-użu ta’ likwidu addattat għat-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa mill-effluwenti gassużi permezz ta’ assorbiment, b’mod partikolari komposti li jinħallu. |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(e) |
Kondensazzjoni |
Teknika għat-tneħħija ta’ komposti organiċi billi t-temperatura titnaqqas taħt il-punti tan-nida tagħhom sabiex il-fwar jiġi likwifikat. Skont il-firxa tat-temperatura operattiva meħtieġa, jintużaw refriġeranti differenti, eż. ilma tat-tberrid, ilma mkessaħ (tipikament temperatura ta’ madwar 5 °C), ammonijaka jew propan. Il-kondensazzjoni tintuża flimkien ma’ teknika oħra ta’ tnaqqis. |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija għall-irkupru tkun eċċessiva minħabba l-kontenut baxx ta’ KOV. |
Tabella 36:
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta’ TVOC u PAH f’gassijiet ta’ skart mill-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu tal-kreożot u/jew ta’ sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi
|
Parametru |
Unità |
Proċess |
BAT-AEL (Medja matul il-perjodu ta’ kampjunar) |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
Kreożot u trattament b’bażi ta’ solventi |
< 4-20 |
|
PAHs |
mg/Nm3 |
Trattament tal-kreożot |
< 1 (65) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 45.
BAT 52. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOX f’gassijiet ta’ skart, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta’ CO mit-trattament termali ta’ effluwenti gassużi fil-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu ta’ kreożot u/jew sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi, il-BAT hija li jintużaw it-teknika (a) jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
|
(a) |
Ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ trattament termali (disinn u tħaddim) |
Ara l-BAT 17 (a). |
L-applikabbiltà tad-disinn tista’ tkun ristretta għall-impjanti eżistenti. |
|
(b) |
L-użu ta’ berners b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ NOX |
Ara l-BAT 17 (b). |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta f’impjanti eżistenti skont restrizzjonijiet ta’ disinn u/jew ta’ tħaddim. |
Tabella 37
Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ NOX f’gassijiet ta’ skart u l-livell indikattiv ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet ta’ CO f’gassijiet ta’ skart fl-arja mit-trattament termali ta’ effluwenti gassużi fil-preservazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam bl-użu ta’ kreożot u/jew sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi
|
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (66) (Medja matul il-perjodu ta’ kampjunar) |
Livell indikattiv ta’ emissjonijiet (66) (Medja matul il-perjodu ta’ kampjunar) |
|
NOX |
mg/Nm3 |
20-130 |
L-ebda livell indikattiv |
|
CO |
L-ebda BAT-AEL |
20-150 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 45.
2.13. Storbju
BAT 53. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju, il-BAT hija li jintużaw teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
|
|
Il-ħżin u l-immaniġġjar tal-materja prima |
|
|
(a) |
L-installazzjoni ta’ ħitan kontra l-istorbju u l-utilizzazzjoni/ottimizzazzjoni tal-effett ta’ assorbiment tal-ħsejjes tal-bini |
|
(b) |
Il-magħlaq jew l-magħlaq parzjali ta’ operazzjonijiet storbjużi |
|
(c) |
L-użu ta’ vetturi/sistemi ta’ trasport li ma jagħmlux ħafna storbju |
|
(d) |
Miżuri ta’ ġestjoni tal-istorbju (eż. spezzjoni u manutenzjoni mtejba ta’ tagħmir, għeluq ta’ bibien u twieqi) |
|
Tnixxif fil-forn |
|
|
(e) |
Miżuri ta’ tnaqqis tal-istorbju għall-fannijiet |
Applikabbiltà:
L-applikabbiltà hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet issostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ għar-riċetturi sensittivi.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(2) Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).
(3) Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet ta’ kampjunar jew limitazzjonijiet analitiċi u/jew minħabba kundizzjonijiet operattivi, kampjuni/kejl fuq 30 minuta u/jew medja ta’ tliet kejlijiet konsekuttivi ma jkunux xierqa, tista’ tintuża proċedura ta’ kampjunar/kejl aktar rappreżentattiva.
(4) L-għażla tat-tekniki tal-applikazzjoni tista’ tkun ristretta f’impjanti bi throughput baxx u/jew varjetà kbira ta’ prodotti, kif ukoll mit-tip u l-forma tas-sottostrat, mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott u mill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-materjali użati, it-tekniki tal-applikazzjoni tal-kisi, it-tekniki tat-tnixxif/twebbis u s-sistemi ta’ trattament tal-effluwenti gassużi jkunu kompatibbli b’mod reċiproku.
(5) (1) L-għażla tat-tekniki ta’ tnixxif/twebbis tista’ tkun ristretta mit-tip u l-forma tas-sottostrat, mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott u mill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-materjali użati, it-tekniki tal-applikazzjoni tal-kisi, it-tekniki ta’ tnixxif/twebbis u s-sistemi ta’ trattament tal-effluwenti gassużi jkunu kompatibbli b’mod reċiproku.
(6) Sa fejn ikun possibbli, il-kejl jitwettaq fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim.
(7) Fil-każ ta’ tagħbija ta’ TVOC ta’ inqas minn 0,1 kg C/h, jew fil-każ ta’ tagħbija ta’ TVOC stabbli u mhux imnaqqsa ta’ inqas minn 0,3 kg C/h, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull 3 snin jew il-kejl jista’ jiġi sostitwit b’kalkolu, sakemm jiġi żgurat li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
(8) Għat-trattament termali ta’ effluwenti gassużi, it-temperatura fil-kompartiment tal-kombustjoni titkejjel kontinwament. Dan huwa kkombinat ma’ sistema ta’ allarm għal temperaturi li jaqgħu barra t-tieqa tat-temperatura ottimizzata.
(9) L-istandards EN ġeneriċi għall-kejl kontinwu huma EN15267-1, EN15267-2, EN15267-3 u EN 14181.
(10) Il-monitoraġġ japplika biss jekk jintuża d-DMF fil-proċessi.
(11) Fin-nuqqas ta’ standard EN, il-kejl jinkludi d-DMF li jinsab fil-fażi kkondensata.
(12) Fil-każ ta’ ċumnija b’tagħbija ta’ TVOC ta’ inqas minn 0,1 kg C/h, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull 3 snin.
(13) Il-monitoraġġ japplika biss fil-każ ta’ skariku dirett lejn korp tal-ilma riċeventi.
(14) Il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull 3 xhur jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.
(15) Fil-każ ta’ skariku f’lottijiet li jkun inqas frekwenti mill-frekwenza minima tal-monitoraġġ, il-monitoraġġ jitwettaq darba għal kull lott.
(16) Il-monitoraġġ tat-TOC u l-monitoraġġ tas-COD huma alternattivi. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla ppreferuta minħabba li ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(17) Il-monitoraġġ tas-Cr(VI) japplika biss jekk jintużaw komposti tal-kromu(VI) fil-proċessi.
(18) Fil-każ ta’ skariku indirett lejn korp tal-ilma riċeventi, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.
(19) Il-monitoraġġ tas-Cr japplika biss jekk jintużaw komposti tal-kromu fil-proċessi.
(20) Il-monitoraġġ tal-F- japplika biss jekk jintużaw komposti tal-fluworu fil-proċessi.
(21) Il-BAT-AEL u l-livell indikattiv ma japplikawx meta l-effluwenti gassużi jintbagħtu lejn impjant ta’ kombustjoni.
(22) Il-BAT-AEL jista’ ma japplikax jekk il-komposti li jkun fihom in-nitroġenu (eż. DMF jew NMP (N-metilpirrolidon)) ikunu preżenti fl-effluwent gassuż.
(23) Il-BAT-AEPL jista’ ma japplikax meta l-linja tal-kisi tal-kojl tkun parti minn installazzjoni akbar tal-manifattura (eż. impjanti tal-azzar) jew għall-combilines.
(24) Il-BAT-AEPL jista’ ma japplikax meta l-linja tal-kisi tal-kojl tkun parti minn installazzjoni akbar tal-manifattura (eż. impjanti tal-azzar) jew għall-combilines.
(25) Il-perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja huwa mogħti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.
(26) Il-BAT-AEL għas-COD jista’ jiġi sostitwit b’BAT-AEL għat-TOC. Il-korrelazzjoni bejn is-COD u t-TOC tiġi ddeterminata fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-BAT-AEL għat-TOC huwa l-għażla ppreferuta billi l-monitoraġġ tat-TOC ma jiddependix fuq l-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(27) Il-BAT-AEL japplika biss jekk jintużaw komposti tal-fluworu fil-proċessi.
(28) It-tarf ta’ fuq tal-medda ta’ BAT-AEL jista’ jkun 1 mg/l fil-każ ta’ sottostrati li fihom iż-żingu jew ta’ sottostrati li jiġu ttrattati minn qabel bl-użu taż-żingu.
(29) Il-BAT-AEL japplika biss jekk jintużaw komposti tal-kromu fil-proċessi.
(30) Il-BAT-AEL japplika biss jekk jintużaw komposti tal-kromu (VI) fil-proċessi.
(31) Il-BAT-AELs jistgħu ma japplikawx jekk l-impjant għat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun imfassal u mgħammar kif xieraq biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati, sakemm dan ma jwassalx għal livell ogħla ta’ tniġġis fl-ambjent.
(32) Il-perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja huwa mogħti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.
(33) Il-BAT-AEL japplika biss jekk jintużaw komposti tal-fluworu fil-proċessi.
(34) It-tarf ta’ fuq tal-medda ta’ BAT-AEL jista’ jkun 1 mg/l fil-każ ta’ sottostrati li fihom iż-żingu jew ta’ sottostrati li jiġu ttrattati minn qabel bl-użu taż-żingu.
(35) Il-BAT-AEL japplika biss jekk jintużaw komposti tal-kromu fil-proċessi.
(36) Il-BAT-AEL japplika biss jekk jintużaw komposti tal-kromu (VI) fil-proċessi.
(37) Il-BAT-AELs jirreferu għall-emissjonijiet mill-istadji kollha tal-proċess, imwettqa fl-istess installazzjoni mill-kisi elettroforetiku jew kwalunkwe tip ta’ proċess ta’ kisi ieħor sa u inklużi x-xama’ u l-lostru finali ta’ dan il-kisi ta’ fuq, kif ukoll is-solventi użati fit-tindif tat-tagħmir tal-produzzjoni, kemm matul il-perjodu ta’ produzzjoni kif ukoll barra minnu.
(38) L-erja tas-superfiċe hija definita kif stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE.
(39) It-tarf ta’ fuq tal-medda jkun ogħla jekk jintuża proċess tad-desulfurizzazzjoni niexef bil-ġebla tal-ġir.
(40) It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL ikun 35 mg C/Nm3 jekk jintużaw tekniki li jippermettu l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tas-solvent irkuprat.
(41) Għall-impjanti li jużaw il-BAT 16 (c) flimkien ma’ teknika ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, japplika BAT-AEL addizzjonali ta’ inqas minn 50 mg C/Nm3 għall-gass ta’ skart tal-konċentratur.
(42) It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL ikun 50 mg C/Nm3 jekk jintużaw tekniki li jippermettu l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tas-solvent irkuprat.
(43) Għall-impjanti li jużaw il-BAT 16 (c) flimkien ma’ teknika ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, japplika BAT-AEL addizzjonali ta’ inqas minn 50 mg C/Nm3 għall-gass ta’ skart tal-konċentratur.
(44) Dan il-BAT-AEL jista’ ma japplikax għall-manifattura tar-riti tal-plastik użati fil-protezzjoni temporanja tas-superfiċe.
(45) It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL ikun 50 mg C/Nm3 jekk jintużaw tekniki li jippermettu l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tas-solvent irkuprat.
(46) Għall-impjanti li jużaw il-BAT 16 (c) flimkien ma’ teknika ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, japplika BAT-AEL addizzjonali ta’ inqas minn 50 mg C/Nm3 għall-gass ta’ skart tal-konċentratur.
(47) It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL ikun 50 mg C/Nm3 jekk jintużaw tekniki li jippermettu l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tas-solvent irkuprat.
(48) Għall-impjanti li jużaw il-BAT 16 (c) flimkien ma’ teknika ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, japplika BAT-AEL addizzjonali ta’ inqas minn 50 mg C/Nm3 għall-gass ta’ skart tal-konċentratur.
(49) Għall-impjanti li jużaw il-BAT 16 (c) flimkien ma’ teknika ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, japplika BAT-AEL addizzjonali ta’ inqas minn 50 mg C/Nm3 għall-gass ta’ skart tal-konċentratur.
(50) It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL huwa relatat mal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità għolja.
(51) It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL huwa relatat mal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità għolja.
(52) It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL ikun 50 mg C/Nm3 jekk jintużaw tekniki li jippermettu l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tas-solvent irkuprat.
(53) Għall-impjanti li jużaw il-BAT 16 (c) flimkien ma’ teknika ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, japplika BAT-AEL addizzjonali ta’ inqas minn 50 mg C/Nm3 għall-gass ta’ skart tal-konċentratur.
(54) Għall-impjanti li jużaw il-BAT 16 (c) flimkien ma’ teknika ta’ trattament tal-effluwenti gassużi, japplika BAT-AEL addizzjonali ta’ inqas minn 50 mg C/Nm3 għall-gass ta’ skart tal-konċentratur.
(55) Is-sustanzi speċifiċi jiġu ssorveljati, skont il-kompożizzjoni tal-prodotti bijoċidali li jkunu qed jintużaw fil-proċess.
(56) Il-monitoraġġ japplika biss jekk jintużaw komposti tar-ram fil-proċess.
(57) Il-monitoraġġ japplika biss għal impjanti li jużaw sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi. Is-sustanzi speċifiċi jiġu ssorveljati, skont is-solventi li jkunu qed jintużaw fil-proċess.
(58) Il-monitoraġġ japplika biss għal impjanti li jużaw trattament bil-kreożot.
(59) Il-monitoraġġ jista’ ma japplikax jekk is-sustanza kkonċernata ma tintużax fil-proċess u jekk jiġi pprovat li l-ilma ta’ taħt l-art ma jkunx ikkontaminat b’din is-sustanza.
(60) Is-sustanzi speċifiċi jiġu ssorveljati, skont il-kompożizzjoni tal-prodotti bijoċidali li jintużaw jew li kienu ntużaw qabel fil-proċess.
(61) Il-monitoraġġ japplika biss għal impjanti li jużaw sustanzi kimiċi tat-trattament b’bażi ta’ solventi. Is-sustanzi speċifiċi jiġu ssorveljati, skont is-solventi li jkunu qed jintużaw fil-proċess.
(62) Sa fejn ikun possibbli, il-kejl jitwettaq fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim.
(63) Dan jinkludi: aċenaften, aċenaftilen, antraċen, benżo(a)antraċen, benżo(a)piren, benżo(b)fluworanten, benżo(g,h,i)perilen, benżo(k)fluworanten, krisen, dibenżo(a,h)antraċen, fluworanten, fluworen, indeno(1,2,3-cd)piren, naftalen, fenantren u piren.
(64) Il-monitoraġġ japplika biss għall-emissjonijiet mit-trattament termali ta’ effluwenti gassużi.
(65) Il-BAT-AEL jirreferi għas-somma tal-komposti ta’ PAH li ġejjin: aċenaften, aċenaftilen, antraċen, benżo(a)antraċen, benżo(a)piren, benżo(b)fluworanten, benżo(g,h,i)perilen, benżo(k)fluworanten, krisen, dibenżo(a,h)antraċen, fluworanten, fluworen, indeno(1,2,3-cd)piren, naftalen, fenantren u piren.
(66) Il-BAT-AEL u l-livell indikattiv ma japplikawx meta l-effluwenti gassużi jintbagħtu lejn impjant ta’ kombustjoni.
|
9.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 414/79 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2010
tat-8 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 dwar miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2020) 8910)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1809 (4) ġiet adottata wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) f’azjendi fejn jinżammu t-tjur f’ċerti Stati Membri, u l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza minn dawk l-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 tistipula li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, għandhom tal-inqas jinkludu ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq fid-distretti ta’ Dithmarschen u ta’ Mecklenburgische Seenplatte. |
|
(4) |
Barra minn hekk, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N5 f’azjenda fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq fil-Provinċja tal-Fjandri tal-Punent. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Polonja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjenda fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq fid-distrett ta’ Siedlecki. |
|
(6) |
Minbarra dan, in-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida tal-HPAI f’azjenda fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq fil-Provinċja ta’ Utrecht. |
|
(7) |
Dawk it-tifqigħat fil-Belġju, fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fil-Polonja ma jinsabux fiż-żoni elenkati attwalment fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat. |
|
(8) |
Barra minn hekk, it-tifqigħa fil-Belġju tinsab qrib ħafna tal-fruntiera ma’ Franza. Għaldaqstant, billi ż-żona ta’ sorveljanza testendi fit-territorju ta’ Franza, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri kkollaboraw kif xieraq fir-rigward tal-istabbiliment taż-żona ta’ sorveljanza meħtieġa, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri meħuda mill-Belġju, minn Franza, mill-Ġermanja, min-Netherlands u mill-Polonja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri, jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat reċenti ta’ HPAI. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe disturb bla bżonn fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, f’kollaborazzjoni mal-Belġju, ma’ Franza, mal-Ġermanja, man-Netherlands u mal-Polonja, jiġu deskritti b’mod rapidu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza ġodda stabbiliti minn dawk l-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. |
|
(11) |
Għalhekk, iż-żoni ta’ sorveljanza elenkati għal Franza u ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għall-Ġermanja, għan-Netherlands u għall-Polonja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(12) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Belġju jiġu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni billi jitqiesu ż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tan-Netherlands u tal-Polonja f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 tiġi emendata skont dan. |
|
(15) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, rigward it-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 permezz ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 010 14.1.2006, p. 16.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1809 tat-30 ta’ Novembru 2020 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 144).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Żona ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1:
Stat Membru: Il-Belġju
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
Those parts of the municipalitiy of Menen, Moorslede, Wervik and Wevelgem contained within a circle of a radius of three kilometers, centered on WGS84 dec. coordinates long 3,126743 - lat 50,820040 |
17.12.2020 |
Stat Membru: Il-Kroazja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
Općina Koprivnički Bregi, naselja Koprivnički Bregi i Jeduševac, općina Novigrad Podravski, naselja Plavšinac, Delovi, Vlaislav i Novigrad Podravski, općina Hlebine, naselje Hlebine u Koprivničko- križevačkoj županiji koji se nalaze na području u obliku kruga radijusa tri kilometra sa središtem na GPS koordinatama N46.122115; E16.9561216666667. |
31.12.2020 |
Stat Membru: Id-Danimarka
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
The parts of Randers municipality (ADNS code 01730), Favrskov municipality (ADNS 01710) and Syddjurs municipality (ADNS code 01706) that are contained within circle of radius 3 kilometer, centred on GPS coordinates N56.3980; E10.1936. |
10.12.2020 |
Stat Membru: Franza
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département de HAUTE-CORSE (2B) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département de YVELINES (78) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département de Corse du Sud (2 A) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
9.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||
|
SCHLESWIG-HOLSTEIN |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
1.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Segeberg
|
5.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
15.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
10.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
MECKLENBURG-VORPOMMERN |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
9.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
9.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Rostock
|
8.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Rostock
|
14.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Dithmarschen
|
22.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Mecklenburgische Seenplatte
|
29.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: In-Netherlands
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Gelderland |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
20.11.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
28.11.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Groningen |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Friesland |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
13.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Utrecht |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
15.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
19.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Polonja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
W województwie wielkopolskim, w powiecie wolsztyńskim: |
|
|
Obszary gmin Wolsztyn i Przemęt położone w promieniu 3 km wokół ogniska o współrzędnych GPS: N 52.0492 E 16.1558 |
23.12.2020 |
|
W województwie mazowieckim, w powiecie siedleckim i sokołowskim: |
|
|
Części gmin Paprotnia i Suchożebry w powiecie siedleckim oraz część gminy Bielany w powiecie sokołowskim położone w promieniu 3 km wokół ogniska o współrzędnych GPS: N 52.2787 E 22.3408 |
27.12.2020 |
Stat Membru: L-Iżvezja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
Those parts of the municipality of Ystad (ADNS code 01200) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N55.24.13 and E14.5.27 |
10.12.2020 |
PARTI B
Żona ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1:
Stat Membru: Il-Belġju
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
The municipalities Ledegem, Menen, Wervik and Wevelgem and those parts of the municipalitiy of Izegem, Zonnebeke, Komen, Kortrijk, Kuurne, Lendelede, Moeskroen, Moorslede and Roeselare contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 3.126743 lat 50.820040 and beyond the area described in the protection zone |
26.12.2020 |
|
Those parts of the municipalitiy of Menen, Moorslede, Wervik and Wevelgem contained within a circle of a radius of three kilometers, centered on WGS84 dec. coordinates long 3.126743 - lat 50.820040 |
Mit-18.12.2020 sas-26.12.2020 |
Stat Membru: Il-Kroazja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
Općina Koprivnički Bregi, naselja Koprivnički Bregi i Jeduševac, općina Novigrad Podravski, naselja Plavšinac, Delovi, Vlaislav i Novigrad Podravski, općina Hlebine, naselje Hlebine u Koprivničko- križevačkoj županiji koji se nalaze na području u obliku kruga radijusa tri kilometra sa središtem na GPS koordinatama N46.122115; E16.9561216666667. |
Mill-1.1.2021 sal-10.1.2021 |
|
Općina Koprivnica naselja Bakovčica, Koprivnica, Draganovec, Herešin, Jagnjedovec, Starigrad i Štaglinec, općina Hlebine, naselje Gabajeva Greda, općina Drnje, naselje Drnje, općina Molve, naselja Molve, Molve Grede, Čingi - Lingi i Repaš, općina Koprivnički Bregi, naselje Glogovac, općina Gola, naselja Ždala, Gola, Gotalovo, Novačka i Otočka, općina Virje, naselja Donje Zdjelice, Miholjanec, Hampovica i Virje, općina Petrinec naselja Sigetec, Komatnica i Peteranec, općina Đurđevac, naselje Đurđevac, općina Novigrad Podravski, naselja Borovljani, Javorovac i Srdinac, općina Sokolovac, naselje Gornja Velika, općina Novo Virje, naselje Novo Virje u Koprivničko- križevačkoj županiji i općina Kapela, naselja Gornji Mosti, Donji Mosti i Srednji Mosti u Bjelovarsko-bilogorskoj županiji koji se nalaze na području u obliku kruga radijusa sedam kilometra sa središtem na GPS koordinatama N46.122115; E16.9561216666667. |
10.1.2021 |
Stat Membru: Id-Danimarka
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
The parts of Randers municipality (ADNS code 01730) beyond the area described in the protection zone and within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS koordinates N56.3980; E10.1936. |
19.12.2020 |
|
The parts of Randers municipality (ADNS code 01730), Favrskov municipality (ADNS 01710) and Syddjurs municipality (ADNS code 01706) that are contained within circle of radius 3 kilometer, centred on GPS coordinates N56.3980; E10.1936. |
Mill-11.12.2020 sad-19.12.2020 |
|
The parts of Tønder municipality (ADNS code 01550), beyond the area described in the protection zone and beyond the area of the surveillance zone lying in Germany but within the circles of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates N 54,844346;E 8,688644, GPS coordinates N54,841968;E8,868140 and GPS coordinates N54,863731;E8,718642. |
24.12.2020 |
Stat Membru: Franza
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département de HAUTE-CORSE (2B) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
All except the following:
|
19.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-11.12.2020 sad-19.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département de YVELINES (78) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
20.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-11.12.2020 sal-20.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département de Corse du Sud (2 A) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
18.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-10.12.2020 sat-18.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département Nord (59) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
26.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
SCHLESWIG-HOLSTEIN |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
10.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
Mit-2.12.2020 sal-10.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Segeberg
|
14.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Segeberg
|
From 6.12.2020 until 14.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kreisfreie Stadt Neumünster
|
14.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Plön
|
14.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
24.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
Mis-16.12.2020 sal-24.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
19.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordfriesland
|
Mill-11.12.2020 sad-19.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
MECKLENBURG-VORPOMMERN |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
18.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
Mill-10.12.2020 sat-18.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
18.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
Mill-10.12.2020 sat-18.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
23.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Rostock
|
17.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Rostock
|
Mid-9.12.2020 sas-17.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Rostock
|
23.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Rostock
|
Mill-15.12.2020 Sat-23.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Nordwestmecklenburg
|
17.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Mecklenburgische Seenplatte
|
23.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Dithmarschen
|
31.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Dithmarschen
|
Mit-23.12.2020 sal-31.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Mecklenburgische Seenplatte
|
7.1.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Mecklenburgische Seenplatte
|
From 30.12.2020 until 7.1.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BRANDENBURG |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Ostprignitz-Ruppin
|
7.1.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NIEDERSACHSEN |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Cuxhaven
|
31.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Landkreis Stade
|
31.12.2020 |
Stat Membru: In-Netherlands
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Gelderland |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
29.11.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-21.11.2020 sad-29.11.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
7.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mid-29.11.2020 sas-7.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
13.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-5.12.2020 sat-13.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Groningen |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
11.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mit-3.12.2020 sal-11.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Friesland |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
22.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-14.12.2020 sat-22.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Provinċja: Utrecht |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
24.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mis-16.12.2020 sal-24.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
28.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-20.12.2020 sat-28.12.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Polonja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
W województwie wielkopolskim w powiecie wolsztyńskim i grodziskim i w województwie lubuskim w powiecie wschowskim |
|
|
Obszary gmin Wolsztyn oraz Przemęt w powiecie wolsztyńskim, Rakoniewice w powiecie grodziskim oraz Sława w powiecie wschowskim położone poza obszarem zapowietrzonym w promieniu 10 km wokół ogniska o współrzędnych GPS: N 52.0492 E 16.1558 |
1.1.2021 |
|
Obszary gmin Wolsztyn i Przemęt w powiecie wolsztyńskim położone w promieniu 3 km wokół ogniska o współrzędnych GPS: N 52.0492 E 16.1558 |
Mill-24.12.2020 sal-1.1.2021 |
|
W województwie mazowieckim, w powiecie siedleckim i sokołowskim: |
|
|
Części gmin Mokobody, Mordy, Paprotnia, Siedlce i Suchożebry w powiecie siedleckim oraz części gmin Bielany, Repki i Sokołów Podlaski w powiecie sokołowskim położone poza obszarem zapowietrzonym w promieniu 10 km wokół ogniska o współrzędnych GPS: N 52.2787 E 22.3408 |
5.1.2021 |
|
Części gmin Paprotnia i Suchożebry w powiecie siedleckim oraz część gminy Bielany w powiecie sokołowskim położone w promieniu 3 km wokół ogniska o współrzędnych GPS: N 52.2787 E 22.3408 |
Mit-28.12.2020 sal-5.1.2021 |
Stat Membru: L-Iżvezja
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
The area of the parts of the municipality of Ystad (ADNS code 01200) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of 10 kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N55.24.13 and E14.5.27 |
19.12.2020 |
|
Those parts of the municipality of Ystad (ADNS code 01200) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N55.24.13 and E14.5.27 |
Mill-11.12.2020 sad-19.12.2020 |