ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 394

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
24 ta' Novembru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1750 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-petriċa kbira fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1751 tas-17 ta’ Novembru 2020 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Würzburger Stein-Berg (DOP)

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1752 tat-23 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Awstralja fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fl-Unjoni b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 394/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1750

tal-15 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-petriċa kbira fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-petriċa li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-petriċa fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

21/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

ANF/*8ABDE (kondizzjoni speċjali għall-ANF/07.)

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

1.10.2020


24.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 394/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1751

tas-17 ta’ Novembru 2020

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Würzburger Stein-Berg” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Würzburger Stein-Berg” u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Würzburger Stein-Berg” jiġi protett u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Würzburger Stein Berg” (DOP) huwa b’dan protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU C 124, 17.4.2020, p. 26.


24.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 394/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1752

tat-23 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Awstralja fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fl-Unjoni b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta’ tjur u prodotti tat-tjur (“il-komoditajiet”). Jipprevedi li l-komoditajiet jistgħu jiġu impurtati mill-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu biss.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Awstralja hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu jistgħu jiġu impurtati komoditajiet fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mingħajr restrizzjoni minħabba l-preżenza tal-HPAI.

(4)

Fil-31 ta’ Lulju 2020, l-Awstralja kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H7N7 f’azjenda tat-tjur f’Lethbridge, Victoria, lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Minħabba dik it-tifqigħa kkonfermata tal-HPAI, l-Awstralja ma tistax tibqa’ titqies bħala ħielsa minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Awstralja mhumiex f’pożizzjoni li jiċċertifikaw il-konsenji tal-komoditajiet maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

(5)

Għalhekk, l-entrata għall-Awstralja fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz minħabba t-tifqigħa attwali tal-HPAI. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza tad-dritt, jixraq li jiġi indikat fl-istess Anness, id-data minn meta dak il-pajjiż terz ma setax jibqa’ jitqies bħala ħieles mill-HPAI. Dan jiżgura wkoll li meta l-Awstralja eventwalment terġa’ tkun ħielsa mill-HPAI u tiġi stabbilita data tal-ftuħ, il-konsenji ta’ dawn il-prodotti manifatturati wara d-data tal-għeluq u qabel dik id-data tal-ftuħ ma jkunux eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Awstralja hija sostitwita b’dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-Kontroll tas-Salmonella(6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq(1)

Data tal-ftuħ(2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“AU — L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP, LT20

 

 

31.7.2020

 

 

 

S0, ST0”

BPR

I

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

RAT

VII